ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 99

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
12 ta' April 2017


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/684 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija, u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/685 tal-11 ta' April 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

10

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/686 tal-1 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali ( 1 )

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/687 tat-30 ta' Marzu 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [London Cure Smoked Salmon (IĠP)]

18

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/688 tal-11 ta' April 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/689 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

21

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 48/2017 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-ftehim ta' għarfien reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tas-27 ta' Marzu 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/690]

26

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 49/2017 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-ftehim ta' għarfien reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tas-27 ta' Marzu 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/691]

27

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 50/2017 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-ftehim ta' għarfien reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tas-27 ta' Marzu 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/692]

28

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1185 tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 rigward l-aġġornament u l-ikkompletar tar-regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru (SERA Parti C) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 730/2006 ( ĠU L 196, 21.7.2016 )

29

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/1


DEĊIŻJONI (UE) 2017/684 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' April 2017

li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija, u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija jeħtieġ li l-enerġija importata fl-Unjoni tkun irregolata għalkollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. It-trasparenza u l-konformità mal-liġi tal-Unjoni huma element importanti biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Suq intern tal-enerġija li ma jiffunzjonax tajjeb iqiegħed lill-Unjoni f'pożizzjoni vulnerabbli u żvantaġġata fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jimmina l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-konsumaturi u l-industrija tal-Ewropa.

(2)

Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, hemm bżonn li s-sorsi tal-enerġija jiġu ddiversifikati u li jinħolqu interkonnessjonijiet ġodda fl-enerġija bejn l-Istati Membri. Fl-istess ħin, huwa essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni u ma' msieħba strateġiċi.

(3)

L-għan tal-istrateġija tal-Unjoni dwar l-enerġija, kif adottata mill-Kummissjoni fil-25 ta' Frar 2015, hija li tagħti lill-konsumaturi enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli. L-applikazzjoni ta' politiki tal-enerġija, tal-kummerċ u esterni b'mod koerenti u konsistenti ser tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-kisba ta' dak l-objettiv. B'mod aktar preċiż, l-istrateġija tal-Unjoni dwar l-enerġija tenfasizza li l-konformità sħiħa ta' ftehimiet relatati max-xiri tal-enerġija minn pajjiżi terzi mal-liġi tal-Unjoni hija element importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, li jibnu fuq l-analiżi li diġà saret fl-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija tat-28 ta' Mejju 2014. Fl-istess spirtu, il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Marzu 2015 sejjaħ ukoll għal konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni tal-ftehimiet kollha relatati mal-bejgħ ta' gass minn fornituri esterni, b'mod partikolari billi tissaħħaħ it-trasparenza ta' dawn il-ftehimiet u l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni.

(4)

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2015 bit-titolu Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija, enfasizza l-ħtieġa li titjieb il-koerenza tas-sigurtà tal-enerġija esterna tal-Unjoni u li jkun hemm trasparenza akbar fil-ftehimiet relatati mal-enerġija.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kienet utli biex titwassal informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u biex jiġu identifikati l-problemi maħluqa minnhom f'termini tal-kompatibbiltà tagħhom mal-liġi tal-Unjoni.

(6)

Madankollu, id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE rriżultat mhux effettiva f'termini li tiżgura l-konformità ta' ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni. Dik id-Deċiżjoni kienet tistrieħ prinċipalment fuq il-valutazzjoni ta' ftehimiet intergovernattivi mill-Kummissjoni wara li dawn ġew konklużi mill-Istati Membri ma' pajjiż terz. L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE wriet li valutazzjoni ex post bħal din ma tisfruttax kompletament il-potenzjal biex tiġi żgurata l-konformità ta' ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-ftehimiet intergovernattivi spiss ma jkunux jinkludu klawżoli ta' terminazzjoni jew adattament adatti li jippermettu lill-Istati Membri jeliminaw kwalunkwe non-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli. Barra minn hekk, il-pożizzjonijiet tal-firmatarji diġà ġew stabbiliti, u dan joħloq pressjoni politika biex ma jinbidel ebda aspett mill-ftehim.

(7)

Livell għoli ta' trasparenza fir-rigward ta' ftehimiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija se jkunu ta' benefiċċju sabiex tinkisbu kemm kooperazzjoni interna aktar mill-qrib fl-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni dwar l-enerġija kif ukoll l-objettivi ta' politika fit-tul tal-Unjoni relatati mal-enerġija, il-klima u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

(8)

Sabiex jevitaw inkompatibbilità mal-liġi tal-Unjoni u biex itejbu t-trasparenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu f'negozjati fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi ġodda jew emendi għal ftehimiet intergovernattivi mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinżamm informata b'mod regolari dwar il-progress tan-negozjati. L-Istati Membri jenħtieġu li jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-Kummissjoni tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob li tiġi mistiedna tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.

(9)

Jenħtieġ li matul in-negozjati ta' ftehim intergovernattiv, il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tagħti pariri lill-Istat Membru kkonċernat dwar kif għandha tiġi evitata l-inkompatibbiltà ta' dak il-ftehim mal-liġi tal-Unjoni. F'dak il-qafas, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà li tiġbed l-attenzjoni tal-Istat Membru kkonċernat għall-għanijiet rilevanti tal-politika dwar l-enerġija tal-Unjoni, il-prinċipju ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-pożizzjonijiet tal-politiki tal-Unjoni adottati mill-Kunsill u mill-Kunsill Ewropew. Madankollu, dan ma għandux jagħmel parti mill-valutazzjoni legali tal-Kummissjoni tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni, u b'kont meħud tal-fatt li l-ftehimiet intergovernattivi u l-emendi fil-qasam tal-gass jew iż-żejt attwalment għandhom l-ikbar impatti relattivi fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija u fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw, fuq bażi ex-ante, abbozzi ta' ftehimiet intergovernattivi relatat mal-gass jew iż-żejt lill-Kummissjoni qabel ma dawn isiru legalment vinkolanti fuq il-partijiet. Fi spirtu ta' koperazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġja l-Istat Membru fl-indentifikazzjoni ta' kwistjonijiet ta' konformità tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda. L-Istat Membru kkonċernat imbagħad ikun f'pożizzjoni aħjar biex jikkonkludi ftehim li jkun konformi mal-liġi tal-Unjoni.

(11)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha biżżejjed żmien għal tali valutazzjoni sabiex tipprovdi kemm jista' jkun ċertezza legali filwaqt li tevita dewmien bla bżonn. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra li tqassar il-perijodi previsti għall-valutazzjoni tagħha jekk ikun xieraq, b'mod partikolari jekk Stat Membru jitlob dan jew jekk jkun żamm lill-Kummissjoni infurmata fid-dettall biżżejjed matul il-fażi tan-negozjati, u b'kont meħud tal-punt sa fejn l-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda huwa bbażat fuq il-klawżoli mudell. Sabiex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-appoġġ tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jikkonkludu ftehim intergovernattiv relatat mal-gass jew maż-żejt, jew ftehim intergovernattiv relatat mal-elettriku fejn l-Istat Membru jkun għażel li jitlob valutazzjoni ex ante mill-Kummissjoni, sakemm il-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru bil-valutazzjoni tagħha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex isibu soluzzjoni xierqa biex jeliminaw kwalunkwe inkompatibbiltà identifikata.

(12)

Fid-dawl tal-istrateġija tal-Unjoni dwar l-enerġija, it-trasparenza fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi passati u futuri tkompli tkun ta' importanza kbira u hija element importanti biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jinnotifkaw lill-Kummissjoni bil-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u futuri, kemm jekk ikunu daħlu fis-seħħ kif ukoll jekk qegħdin jiġu applikati b'mod proviżorju fis-sens tal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, u l-ftehimiet intergovernattivi l-ġodda.

(13)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni ta' ftehimiet intergovernattivi li huma fis-seħħ jew li japplikaw b'mod proviżorju fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, u tinforma lill-Istati Membri b'dan. F'każ ta' inkompatibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex isibu soluzzjoni adegwata biex jeliminaw inkompatibbiltà identifikata.

(14)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika għal ftehimiet intergovernattivi. Il-ftehimiet intergovernattivi jesprimu, b'mod partikolari fil-kontenut tagħhom, u tkun xi tkun id-deżinjazzjoni formali tagħhom, l-intenzjoni tal-partijiet li l-ftehim ikollu forza vinkolanti, kompletament jew parzjalment. Jenħtieġ li jkunu notifikati biss il-ftehimiet intergovernattivi li jikkonċernaw ix-xiri, il-kummerċ, il-bejgħ, it-transitu, il-ħażna jew il-provvista ta' enerġija f'tal-anqas Stat Membru wieħed jew lilu, jew il-kostruzzjoni jew l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija b'konnessjoni fiżika ma' tal-anqas Stat Membru wieħed. Jenħtieġ li f'każ ta' dubju, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonsultaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Fil-prinċipju, jenħtieġ li ftehimiet li m'għadhomx fis-seħħ jew m'għadhomx jiġu applikati ma jkunux koperti minn din id-Deċiżjoni.

(15)

Hija l-forza legalment vinkolanti ta' strument, jew ta' partijiet minnu, u mhux id-deżinjazzjoni formali tiegħu, li tikkwalifikah bħala ftehim intergovernattiv jew, fin-nuqqas ta' tali forza legalment vinkolanti, bħala strument mhux vinkolanti għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

(16)

L-Istati Membri jistabbilixu relazzjonijiet ma' pajjizi terzi mhux biss billi jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi, iżda anki fil-forma ta' strumenti mhux vinkolanti, li spiss ikunu deżinjati formalment bħala memoranda ta' qbil, dikjarazzjonijiet konġunti, dikjarazzjonijiet ministerjali konġunti, azzjonijiet konġunti, kodiċijiet ta' kondotta konġunti, jew termini simili. Peress illi mhumiex vinkolanti, l-Istati Membri ma jistgħux jiġu rikjesti legalment li jimplimentaw tali strumenti, inkluż fejn tali implimentazzjoni tkun inkompatibbli mal-liġi tal-Ujoni. Anke jekk dawn mhumiex legalment vinkolanti, tali strumenti jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu qafas dettaljat għall-infrastruttura tal-enerġija u l-provvista tal-enerġija. Fl-interess ta' trasparenza akbar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni strumenti mhux vinkolanti, b'mod partikolari arranġamenti bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar u li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għal provvista tal-enerġija jew għall-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-enerġija, inkluż billi jinkludu interpretazzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni f'dan ir-rigward, jew emendi ta' tali strumenti mhux vinkolanti, inklużi kwalunkwe annessi għalihom. Jekk strument mhux vinkolanti jew emenda jirreferu espliċitament għal testi oħra, jenħtieġ li l-Istat Membru jkun jista' wkoll jippreżenta dawk it-testi l-oħra.

(17)

Jenħtieġ li ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti li jridu jiġu notifikati kompletament lill-Kummissjoni abbażi ta' atti oħrajn tal-Unjoni jew li jikkonċernaw kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ma jkunux koperti b'din id-Deċiżjoni.

(18)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma toħloqx obbligi fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-impriżi. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġu li jkunu jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi volontarja, ftehimiet bħal dawn li ssir referenza għalihom b'mod espliċitu fi ftehimiet intergovernattivi jew strumenti mhux vinkolanti.

(19)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel l-informazzjoni kollha li tirċievi dwar ftehimiet intergovernattivi disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika sigura, sabiex ittejjeb il-koordinazzjoni u t-trasparenza bejn l-Istati Membri u b'hekk isservi ta' lieva għas-saħħa tan-negozjar tagħhom fil-konfront ta' pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrispetta t-talbiet mill-Istati Membri sabiex tittratta l-informazzjoni ippreżentata lilha bħala kunfidenzjali. Madankollu, jenħtieġ li t-talbiet għall-kunfidenzjalità ma jirrestrinġux l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali, minħabba l-bżonn li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni komprensiva għall-valutazzjonijiet tagħha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun responsabbli biex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-klawżola ta' kunfidenzjalità. Jenħtieġ li t-talbiet għall-kunfidenzjalità jkunu mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-aċċess għad-dokumenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(20)

Jekk Stat Membru jqis li ftehim intergovernattiv huwa kunfidenzjali, jenħtieġ li huwa jipprovdi lill-Kummissjoni sommarju li jinkludi s-suġġett, l-għan, il-kamp ta' applikazzjoni, it-tul ta' żmien, il-partijiet għalihom, u l-informazzjoni dwar l-elementi prinċipali tiegħu għall-finijiet tal-kondiviżjoni ta' dak is-sommarju mal-Istati Membri l-oħrajn.

(21)

Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jippermetti l-iżvilupp tal-aħjar prattiki. Abbażi ta' dawk l-aħjar prattiki, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, u fejn ikun adatt f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, tiżviluppa klawżoli fakultattivi bħala mudell, biex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, kif ukoll gwida, inkluża lista ta' eżempji ta' klawżoli li ma jirrispettawx il-liġi tal-Unjoni u li għalhekk m'għandhomx jintużaw. Jenħtieġ li l-użu ta' tali klawżoli mudell jkollu l-għan li jevita kunflitti bejn ftehimiet intergovernattivi u l-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari regoli tas-suq intern tal-enerġija u tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, u kunflitti ma' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. Tali klawżoli mudell jew gwida jenħtieġ li jservu bħala għodda ta' referenza għall-awtoritajiet kompetenti u b'hekk iżidu t-trasparenza u l-kompatibilità mal-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-użu ta' tali klawżoli mudell ikun fakultattiv, u jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi adattat il-kontenut tagħhom għal kwalunkwe ċirkostanza partikolari.

(22)

Jenħtieġ li l-għarfien reċiproku mtejjeb tal-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u ġodda jagħti lok għal trasparenza akbar u koordinazzjoni aħjar fi kwistjonijiet tal-enerġija bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Jenħtieġ li tali koordinazzjoni mtejba tippermetti lill-Istati Membri jibbenifikaw b'mod sħiħ mill-piż politiku u ekonomiku tal-Unjoni u tippermetti lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet għall-problemi identifikati fil-qasam tal-ftehimiet intergovernattivi.

(23)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita u tħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li ttejjeb ir-rwol strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija permezz ta' approċċ koordinat definit sew u effettiv fil-konfront ta' pajjiżi produtturi, ta' transitu u konsumaturi.

(24)

Minħabba li l-objettiv ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-effetti ta' din id-Deċiżjoni, applikabbli għall-Istati Membri kollha, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dan l-objettiv.

(25)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jkunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-ksur, l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tibda proċedimenti ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fejn tqis li Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-TFUE.

(26)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk din id-Deċiżjoni hijiex suffiċjenti u effettiva biex tiżgura l-konformità tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni u livell għoli ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija.

(27)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE tiġi revokata,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, biex jiġi żgurat it-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija u tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni.

2.   Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal ftehimiet intergovernattivi li, fl-intier tagħhom, huma diġà soġġetti għal proċeduri speċifiċi oħrajn ta' notifika skont il-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ftehim intergovernattiv” tfisser kwalunkwe ftehim legalment vinkolanti, irrispettivament mid-deżinjazzjoni formali tiegħu, bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u organizzazzjoni internazzjonali, li jikkonċerna:

(a)

ix-xiri, il-kummerċ, il-bejgħ, it-transitu, il-ħażna jew il-provvista ta' enerġija f'tal-anqas Stat Membru wieħed jew lilu; jew

(b)

il-kostruzzjoni jew l-operat tal-infrastruttura tal-enerġija b'konnessjoni fiżika ma' mill-inqas Stat Membru wieħed;

madankollu, fejn tali ftehim vinkolanti jkopri wkoll kwistjonijiet barra minn dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), id-dispożizzjonijiet biss li huma relatati ma' dawk il-punti u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawk id-dispożizzjonijiet relatati mal-enerġija, jitqiesu li jikkostitwixxu ftehim intergovernattiv;

(2)

“ftehim intergovernattiv eżistenti” tfisser ftehim intergovernattiv fis-seħħ, jew applikat proviżorjament fit-2 ta' Mejju 2017;

(3)

“strument mhux vinkolanti” tfisser impenn bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar li mhux vinkolanti legalment, bħal memorandum ta' qbil, dikjarazzjoni konġunta, dikjarazzjoni ministerjali, azzjoni konġunta jew kodiċi ta' kondotta konġunt, u li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal provvista tal-enerġija (bħal volumi u prezzijiet) jew għall-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-enerġija;

(4)

“strument mhux vinkolanti eżistenti” tfisser strument mhux vinkolanti li daħal fis-seħħ qabel it-2 ta' Mejju 2017.

Artikolu 3

Obbligi ta' notifika fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi

1.   Meta Stat Membru jkun beħsiebu jidħol f'negozjati ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biex jemenda ftehim intergovernattiv jew jikkonkludi ftehim intergovernattiv ġdid, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-intenzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli qabel il-ftuħ previst tan-negozjati.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni informata b'mod regolari dwar il-progress tan-negozjati. L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għandha tinkludi indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu indirizzati fin-negozjati, u l-objettivi tan-negozjati f'konformità mal-Artikolu 8.

2.   Malli jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet dwar l-elementi prinċipali kollha ta' abbozz ta' ftehim intergovernattiv relatat mal-gass jew iż-żejt, jew emenda għal ftehim intergovernattiv relatat mal-gass jew iż-żejt, iżda qabel ma jingħalqu n-negozjati formali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-ftehim jew l-emenda inkluż kwalunkwe annessi tagħhom, għall-valutazzjoni ex ante skont l-Artikolu 5.

Fejn dak l-abbozz ta' ftehim jew emenda jirreferu b'mod espliċitu għal testi oħrajn, l-Istat Membru rispettiv għandu jissottometti dawk it-testi l-oħrajn sakemm ikun fihom elementi li jikkonċernaw ix-xiri, il-kummerċ, il-bejgħ, it-transitu, il-ħażna jew il-provvista ta' gass f'tal-anqas Stat Membru wieħed jew il-kostruzzjoni jew l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass b'konnessjoni fiżika ma' tal-anqas Stat Membru wieħed.

3.   Meta Stat Membru jinnegozja ftehim intergovernattiv jew emenda relatati mal-elettriku u ma jkunx irnexxielu, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tiegħu stess, jilħaq konklużjoni definittiva dwar il-kompatibilità tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda li jkunu qed jiġu negozjati mal-liġi tal-Unjoni, hu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan l-abbozz ta' ftehim jew emenda inklużi kwalunkwe anness tagħhom, għal valutazzjoni ex ante skont l-Artikolu 5, hekk kif jintlaħaq ftehim mill-partijiet dwar l-elementi ewlenin kollha ta' dak l-abbozz, iżda qabel l-għeluq tan-negozjati formali.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 2 għal ftehimiet intergovernattivi jew emendi relatati mal-elettriku.

5.   Mar-ratifika ta' ftehim intergovernattiv jew ta'emenda għal ftehim intergovernattiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-ftehim intergovernattiv jew l-emenda, inkluż kwalunkwe anness tiegħu, lill-Kummissjoni. Fejn il-Kummissjoni tkun tat opinjoni skont l-Artikolu 5(2), u l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx segwa l-opinjoni tal-Kummissjoni, dak l-Istat Membru għandu, mingħajr dewmien żejjed, jispjega lill-Kummissjoni r-raġunijiet li fuqhom huwa bbaża d-deċiżjoni tiegħu.

Fejn il-ftehim intergovernattiv ratifikat jew l-emendi għal ftehim intergovernattiv jirreferu b'mod espliċitu għal testi oħrajn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti wkoll dawk it-testi l-oħrajn sakemm ikun fihom elementi li jikkonċernaw ix-xiri, il-kummerċ, il-bejgħ, it-transitu, il-ħażna jew il-provvista ta' enerġija f'tal-anqas Stat Membru wieħed jew il-kostruzzjoni jew l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija b'konnessjoni fiżika ma' tal-anqas Stat Membru wieħed.

6.   L-obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 2, 3 u 5 ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-impriżi.

Fejn Stat Membru jkollu dubju dwar jekk ftehim jikkostitwix ftehim intergovernattiv u b'hekk jekk dan għandux jiġi nnotifikat f'konformità ma' dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, l-Istat Membru għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

7.   In-notifiki kollha skont il-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 6(1) u (2) għandhom isiru permezz ta' applikazzjoni bbażata fuq l-internet ipprovduta mill-Kummissjoni. Il-perijodi msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 6(3) għandhom jibdew jgħoddu mid-data meta l-fajl komplut tan-notifika ikun ġie rreġistrat fl-applikazzjoni.

Artikolu 4

Assistenza mill-Kummissjoni

1.   Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bin-negozjati skont l-Artikolu 3(1), is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jagħtuh parir dwar kif jista' jevita l-inkompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda għal ftehim intergovernattiv li jkunu qed jiġu negozjati. Tali parir jista' jinkludi klawżoli mudell fakultattivi u gwida rilevanti li l-Kummissjoni tiżviluppa flimkien mal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 9(2).

Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu wkoll jiġbdu l-attenzjoni tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija tal-Unjoni rilevanti, inkluż dwar l-Unjoni tal-Enerġija.

Dak l-Istat Membru jista' wkoll jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni f'dawk in-negozjati.

2.   Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur. Il-Kummissjoni tista' titlob li tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur fejn tqis li dan ikun meħtieġ. Il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Meta l-Kummissjoni tkun qed tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur, din tista' tagħti pariri lill-Istat Membru kkonċernat dwar kif jista' jevita l-inkompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni tal-ftehim intergovernattiv jew tal-emenda li jkunu qed jiġu negozjati.

Artikolu 5

Valutazzjoni mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien ħames ġimgħat mid-data ta' notifika tal-abbozz komplut tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda, inklużi kwalunkwe Anness tagħha, skont l-Artikolu 3(2), tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar xi dubji li jista' jkollha dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni tal-abbozz tal-ftehim intergovernattiv jew tal-emenda. Jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda tweġiba matul dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma għandha l-ebda dubji.

2.   Meta l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 1 li għandha xi dubji, hija għandha tipprovdi lill-Istat Membru kkonċernat bl-opinjoni tagħha rigward il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari mar-regoli tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, dwar l-abbozz tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda sa 12-il ġimgħa mid-data ta' notifika msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda opinjoni matul dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma qajmet ebda oġġezzjoni.

3.   Bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, il-perijodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu estiżi. Il-perijodi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiqsaru bi qbil mal-Kummissjoni jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan, sabiex jiġi żgurat li n-negozjati jiġu konklużi fil-ħin.

4.   L-Istat Membru m'għandux jiffirma, jirratifika jew jaqbel mal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda sakemm il-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru bi kwalunkwe dubju, f'konformità mal-paragrafu 1, jew, fejn applikabbli, tkun ħarġet l-opinjoni tagħha f'konformità mal-paragrafu 2, jew, fin-nuqqas ta' tweġiba jew opinjoni mill-Kummissjoni, sakemm il-perijodi msemmija fil-paragrafu 1 jew, meta applikabbli, dak imsemmi fil-paragrafu 2, ikunu skadew.

Qabel ma jiffirma, jirratifika jew jaqbel fuq ftehim intergovernattiv jew emenda, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 6

Obbligi ta' notifika u valutazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet mhux vinkolanti eżistenti u ta' ftehimiet intergovernattivi ġodda relatati mal-elettriku

1.   Sat-3 ta' Awwissu 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ftehimiet intergovernattivi kollha eżistenti, inklużi kwalunkwe anness u emenda tagħhom.

Fejn il-ftehim intergovernattiv eżistenti jirreferi b'mod espliċitu għal testi oħra, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti wkoll dawk it-testi l-oħra sakemm ikun fihom elementi li jikkonċernaw ix-xiri, il-kummerċ, il-bejgħ, it-transitu, il-ħażna jew il-provvista ta' enerġija f'tal-anqas Stat Membru wieħed jew il-kostruzzjoni jew l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija b'konnessjoni fiżika ma' tal-anqas Stat Membru wieħed.

L-obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni stipulati f'dan il-paragrafu ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-impriżi.

2.   Ftehimiet intergovernattivi eżistenti li diġà ġew notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(1) jew (5) tad-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE, jew skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fit-2 ta' Mejju 2017 għandhom ikunu kkunsidrati bħala li ġew notifikati għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm in-notifika tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta' dak il-paragrafu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ftehimiet intergovernattivi notifikati skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll dwar ftehimiet intergovernattivi relatati mal-elettriku innotifikati skont l-Artikolu 3(5). Meta, wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-ftehimiet mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari mar-regoli tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien disa' xhur min-notifika ta' dawk il-ftehimiet.

Artikolu 7

Notifika fir-rigward ta' strumenti mhux vinkolanti

1.   Qabel jadottaw strument mhux vinkolanti jew emenda ta' strument mhux vinkolanti, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jinnotifikaw l-istrument mhux vinkolanti jew l-emenda, inkluż kwalunkwe anness tiegħu, lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-istrumenti mhux vinkolanti eżistenti, inklużi kwalunkwe anness u emenda tagħhom.

3.   Meta l-istrument mhux vinkolanti jew l-emenda għal strument mhux vinkolanti jirreferu b'mod espliċitu għal testi oħrajn, l-Istati Membri jistgħu wkoll jissottomettu dawk it-testi l-oħrajn sakemm ikun fihom elementi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-provvista tal-enerġija, bħal volumi u prezzijiet jew għall-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-enerġija.

Artikolu 8

Trasparenza u kunfidenzjalità

1.   Meta jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(1) sa (5), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7, Stat Membru jista' jindika jekk xi parti mill-informazzjoni, kemm jekk kummerċjali kif ukoll informazzjoni oħra li d-divulgazzjoni tagħha tista' tikkawża preġudizzju lill-attivitajiet tal-partijiet involuti, għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni pprovduta tistax tiġi kondiviża ma' Stati Membri oħrajn.

Stat Membru għandu jagħmel tali indikazzjoni fir-rigward ta' ftehimiet eżistenti msemmija fl-Artikolu 6(2) sat-3 ta' Awwissu 2017.

2.   Meta Stat Membru ma jkunx identifika l-informazzjoni bħala kunfidenzjali skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni aċċessibbli f'forma elettronika sikura għall-Istati Membri l-oħrajn kollha.

3.   Meta Stat Membru ikun identifika bħala kunfidenzjali skont il-paragrafu 1 ftehim intergovernattiv eżistenti, emenda għalih jew ftehim intergovernattiv ġdid, dak l-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli sommarju tal-informazzjoni ppreżentata.

Dak is-sommarju għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar il-ftehim intergovernattiv jew l-emenda:

(a)

is-suġġett;

(b)

l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni;

(c)

it-tul ta' żmien;

(d)

il-partijiet involuti;

(e)

informazzjoni dwar l-elementi prinċipali tiegħu.

Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 3(1) sa (4).

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel is-sommarji msemmija fil-paragrafu 3 aċċessibbli f'forma elettronika għall-Istati Membri l-oħrajn kollha.

5.   It-talbiet għall-kunfidenzjalità skont dan l-Artikolu m'għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali jkun limitat strettament għas-servizzi tal-Kummissjoni li jkollhom ħtieġa assoluta li jkollhom l-informazzjoni disponibbli. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jittrattaw informazzjoni sensittiva dwar negozjati relatati ma' ftehimiet intergovernattivi, li jirċievu matul dawn in-negozjati skont l-Artikoli 3 u 4, bil-kunfidenzjalità dovuta.

Artikolu 9

Koordinazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tippromwovi l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri bil-għan li:

(a)

jiġu riveduti l-iżviluppi fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u jitfittxu l-konsistenza u l-koerenza fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija ma' pajjiżi produtturi, ta' transitu u ta' konsum;

(b)

jiġu identifikati l-problemi komuni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u tiġi kkunsidrata l-azzjoni adatta sabiex jiġu indirizzati dawk il-problemi u, fejn ikun adatt, jiġu proposti gwida u soluzzjonijiet;

(c)

jingħata appoġġ, fejn ikun adatt, għall-iżvilupp ta' ftehimiet intergovernattivi multilaterali li jinvolvu diversi Stati Membri jew l-Unjoni kollha kemm hi.

2.   Sat-3 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-aħjar prattika u b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa klawżoli u gwida, inkluża lista ta' eżempji ta' klawżoli li ma jirrispettawx il-liġi tal-Unjoni u li għalhekk m'għandhomx jintużaw. Tali klawżoli mudell fakultattivi u gwida għandhom, jekk jiġu applikati b'mod korrett, itejbu b'mod sinifikanti l-konformità ta' ftehimiet intergovernattivi futuri mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 10

Rappurtar u rieżami

1.   Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kumissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

2.   Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, jivvaluta l-limitu sa fejn din id-Deċiżjoni tippromwovi l-konformità tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni, inkluż fil-qasam tal-elettriku, u livell għoli ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi. Dan għandu jivvaluta wkoll l-impatt ta' din id-Deċiżjoni dwar in-negozjati tal-Istati Membri ma' pajjiżi terzi u jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-proċeduri li tistabbilixxi humiex adatti. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq,minn proposta għal reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Tħassir

Id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE hija mħassra b'effett mit-2 ta' Mejju 2017.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-5 ta' April 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 81.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Marzu 2017 (għandha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Marzu 2017.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 13).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/685

tal-11 ta' April 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha gjiġġeddu sat-13 ta' April 2018.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni inklużi fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 jiġu aġġornati.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51).


ANNESS

L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011.

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“20.

MOGHISSEH Mohammad (psewdonimu NASSERIAN)

 

Imħallef, Kap tal-Qorti Revoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 28. Meqjus ukoll responsabbli għall-kundanni ta' membri tal-komunità Bahai. Kien responsabbli għal każijiet ta' wara l-elezzjoni. Huwa ħareġ sentenzi ta' priġunierija fit-tul matul proċessi inġusti għal attivisti u ġurnalisti soċjali, politiċi, u diversi sentenzi kapitali għal persuni li pprotestaw u attivisti soċjali u politiċi.

12.4.2011

22.

MORTAZAVI Said

Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran)

Data tat-twelid: 1967

Eks Prosekutur Ġenerali ta' Tehran sa Awwissu 2009. Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Tehran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. F'Jannar 2010 investigazzjoni parlamentari sabitu direttament responsabbli għad-detenzjoni ta' tliet ħabsin li sussegwentement mietu fil-ħabs. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet tat-tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni. F'Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' detenuti ġiet rikonoxxuta uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani. Ġie lliberat minn Qorti Iranjana fid-19 ta' Awwissu 2015, fuq akkużi marbuta mat-tortura u l-imwiet ta' tliet ġuvintur fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Kahrizak fl-2009.

12.4.2011

23.

PIR-ABASSI Abbas

 

Maġistrat ta' Awla kriminali. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat minn każijiet ta' wara l-elezzjoni, ħareġ sentenzi ta' priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u diversi sentenzi kapitali lil dimostranti.

12.4.2011

25.

SALAVATI Abdolghassem

 

Imħallef, Kap tal-Qorti Revoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 15. Imħallef fit-Tribunal ta' Tehran. Inkarigat bil-każijiet ta' wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-“proċessi spettaklu” fis-sajf 2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta' priġunerija fit-tul.

12.4.2011

33.

ABBASZADEH- MESHKINI, Mahmoud

 

Segretarju tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem. Eks gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Ex Direttur politiku tal-Ministeru għall-Intern. Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi — il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

10.10.2011

35.

AKHARIAN Hassan

 

Eks gwardjan tas-Sala 1 tal-ħabs ta' Radjaishahr, Karadj. Diversi eks-detenuti ddenunzjaw l-użu ta' tortura minnu, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Radjaishahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri. Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tal-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian.

10.10.2011

36.

AVAEE Seyyed Ali-Reza (psewdonimu: AVAEE Seyyed Alireza)

 

Direttur tal-uffiċċju ta' investigazzjonijiet speċjali. Sa Lulju 2016 il-viċi Ministru għall-Intern u l-kap tar-Reġistru pubbliku. Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2014. Eks President tal-Ġudikatura ta' Tehran. Bħala President tal-Ġudikatura ta' Tehran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u żieda fl-eżekuzzjonijiet.

10.10.2011

38.

FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (psewdonimu: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

Post tat-twelid: Mashad.

Data tat-twelid: 3.2.1951

Bħala eks Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran, huwa kien l-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki militari kollha, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu repressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC) u l-Kunsill ta' Espedjenza.

10.10.2011

39.

GANJI Mostafa Barzegar

 

Eks Prosekutur Ġenerali ta' Qom. X'aktarx li bħalissa jinsab fi proċess ta' riassenjazzjoni għal funzjoni oħra. Huwa responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta' bosta offensuri f'Qom. Huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

10.10.2011

40.

HABIBI Mohammad Reza

 

Kap tal-uffiċċju tal-Ministeru għall-Ġustizzja f'Yazd. Eks Viċi Prosekutur ta' Isfahan. X'aktarx li bħalissa jinsab fi proċess ta' riassenjazzjoni għal funzjoni oħra. Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn proċess ġust — bħal Abdollah Fathi li ngħata l-mewt f'Mejju 2011 wara li d-dritt li jinstema' u kwistjonijiet ta' saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul il-proċess tiegħu f'Marzu 2010. Huwa għalhekk kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut, u kkontribwixxa għal użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet sa mill-bidu tal-2011.

10.10.2011

41.

HEJAZI Mohammad

Post tat-twelid: Ispahan

Data tat-twelid: 1956

Ġeneral f'Pasdaran, kellu rwol ċentrali fl-intimidazzjoni u t-theddid tal-“għedewwa” tal-Iran, u l-ibbumbardjar ta' villaġġi Kurdi Iraqini. Eks Kap tal-Korpi ta' Sarollah tal-IRGC f'Tehran, u dak li qabel kien il-Kap tal-Forzi ta' Basij, kellu rwol ċentrali fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni fuq persuni li pprotestaw.

10.10.2011

46.

KAMALIAN Behrouz

(psewdonimu: Hackers Brain)

Post tat-twelid: Teheran

Data tat-twelid: 1983

Kap tal-grupp ċibernetiku “Ashiyaneh” marbut mal-IRGC. Is-Sigurtà Diġitali “Ashiyaneh”, imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal ripressjoni ċibernetika intensiva kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Fil-21 ta' Ġunju 2009, is-sit elettroniku tal-Kmand tad-Difiża Ċibernetika 32 tal-Gwardjan Rivoluzzjonarju ppubblika ritratti tal-uċuh ta' 26 persuna, li allegatament ittieħdu matul id-dimostrazzjonijiet ta' wara l-elezzjoni. Mehmuż kien hemm appell lill-Iranjani biex “jidentifikaw lil dawk li ħadu sehem fl-irvellijiet”.

10.10.2011

49.

MALEKI Mojtaba

 

Viċi kap tal-Ministeru għall-Ġustizzja fil-provinċja ta' Razavi Khorasan. Eks prosekutur ta' Kermanshah. Kellu rwol fiż-żieda drammatika tas-sentenzi tal-mewt li qed jingħataw fl-Iran, inkluż il-prosekuzzjoni tal-każijiet ta' seba' priġunieri misjuba ħatja ta' traffikar ta' drogi li kienu mgħallqa fl-istess ġurnata fit-3 ta' Jannar 2010 fil-ħabs ċentrali ta' Kermanshah.

10.10.2011

51.

SALARKIA Mahmoud

Eks direttur tal-Klabb tal-Futbol ta' Tehran “Persepolis”

Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta' Tehran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009.

Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li kważi dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikati bl-arrest.

10.10.2011

53.

TALA Hossein (psewdonimu: TALA Hosseyn)

 

Eks MP Iranjan. Eks Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta' Tehran sa Settembru 2010, kien responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

56.

BAHRAMI Mohammad- Kazem

 

Kap tal-qorti tal-ġustizzja amministrattiva. Huwa kien kompliċi fir-ripressjoni ta' dimostranti paċifiċi bħal kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

10.10.2011

73.

FAHRADI Ali

 

Viċi kap tal-Ispettorat tal-Affarijiet Legali u l-Ispezzjoni Pubblika tal-Ministeru għall-Ġustizzja ta' Tehran. Prosekutur ta' Karaj. Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż prosekuzzjonijiet fejn tingħata l-piena tal-mewt. Kien hemm għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet fir-reġjun ta' Karaj matul il-mandat tiegħu bħala prosekutur.

23.3.2012

74.

REZVANMA-NESH Ali

 

Viċi prosekutur fil-provinċja ta' Karaj, reġjun ta' Alborz. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-involviment fl-eżekuzzjoni ta' persuna minorenni.

23.3.2012

76.

SADEGHI Mohamed

 

Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC u responsabbli għaċ-ċentru ta' analiżi u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fi ħdan il-Pasdaran. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti.

23.3.2012

79.

RASHIDI AGHDAM, Ali Ashraf

 

Eks kap tal-Ħabs ta' Evin, maħtur f'nofs l-2012. Sa mill-ħatra tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu referenza għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F'Ottubru 2012, disa' priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs.

12.3.2013

82.

SARAFRAZ, Mohammad (Dr.) (psewdonimu: Haj-agha Sarafraz)

Post tat-twelid: Teheran

Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1963

Post ta' Residenza: Tehran

Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju. Eks President tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB). Eks Kap ta' IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu Press TV, flimkien ma' IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inklużi dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta' kull ġimgħa “Iran Today”. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta' GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni ta' Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. Sarafraz għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt ta' proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013

86.

MUSAVI- TABAR, Seyyed Reza

 

Eks kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta' Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta' attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha'i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta' Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluża ordni biex tinżamm priġuniera mara Baha'i Raha Sabet għal tliet snin f'iżolament.

12.3.2013”


12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/16


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/686

tal-1 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 19(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 (2) jgħid li l-limiti tal-emissjonijiet imsejħa l-Istadju IIIB tal-magni ta' tqabbid bil-kompressjoni b'medda ta' potenza ta' bejn 56 u 130 kW għandhom japplikaw sat-30 ta' Settembru 2016 għall-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 mgħammrin b'dawk il-magni, u sat-30 ta' Settembru 2017 għat-tqegħid fis-suq tat-tali tratturi. L-Istadju IV, li jipprevedi limiti tal-emissjonijiet iktar stretti mill-Istadju IIIB, imbagħad jibda japplika fl-1 ta' Ottubru 2016 għall-approvazzjoni tat-tip ta' dawk il-magni u għat-tratturi b'katina dejqa mgħammrin b'dawk il-magni, u fl-1 ta' Ottubru 2017 għat-tqegħid fis-suq ta' dawk il-magni.

(2)

Sabiex il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tippreskrivix rekwiżiti tekniċi li jkun għadhom ma jistgħux jintlaħqu, u sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet li fihom it-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 li jkunu mgħammrin b'magni b'medda ta' potenza ta' bejn 56 u 130 kW ma jkunux jistgħu jibqgħu jingħataw approvazzjoni tat-tip jew jitqiegħdu fis-suq jew jiddaħħlu fis-servizz, jeħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju ta' sena. Matul dak il-perjodu, it-tratturi jistgħu jibqgħu jingħataw approvazzjoni tat-tip jew jitqiegħdu fis-suq jew jiddaħħlu fis-servizz jekk ikunu jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju IIIB.

(3)

Sabiex l-industrija tkun tista' tgħaddi bla problemi għall-Istadji IV u V tal-limiti tal-emissjonijiet li jiġu wara meta tibda tapplikahom għat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 li jkunu mgħammrin b'magni b'medda ta' potenza ta' bejn 56 u 130 kW, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet biex tiġi applikata l-iskema tal-flessibbiltà jiġu adattati għal dawn l-Istadji u li jiġi permess li din tintuża b'perċentwal ogħla waqt l-Istadju IV.

(4)

Għalhekk ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 diġà qed japplika, filwaqt li l-emendi tiegħu biex issir tranżizzjoni bla xkiel biex l-Istadju IV jibda japplika għat-tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 saru possibbli u obbligatorji wara d-data tal-applikazzjoni ta' dak l-Istadju għat-tali tratturi (jiġifieri t-30 ta' Settembru 2016) minħabba l-emenda tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 permezz tar-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 11(4) qed jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip u tat-tqegħid fis-suq:

(a)

id-dati stabbiliti fl-Artikolu 9(3)(c) u (d) tad-Direttiva 97/68/KE għandhom jiġu posposti għal erba' snin għall-vetturi agrikoli u forestali tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 iddefiniti fl-Artikolu 4(3), (6) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013;

(b)

id-dati stabbiliti fl-Artikolu 9(4)(a) tad-Direttiva 97/68/KE għandhom jiġu posposti għal tliet snin għall-vetturi agrikoli u forestali tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 iddefiniti fl-Artikolu 4(3), (6) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013;

(c)

il-klawżoli ta' tranżizzjoni u ta' eżenzjoni mogħtija fl-Artikolu 9(4)(a) u fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 97/68/KE u fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 ukoll għandhom jiġu posposti għal tliet snin għall-vetturi agrikoli u forestali tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 iddefiniti fl-Artikolu 4(3), (6) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.”;

(2)

il-punt 1.1.1 tal-Anness V qed jinbidel b'dan li ġej:

“1.1.1.

L-għadd ta' vetturi agrikoli u forestali li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbiltà f'kull kategorija tal-magni ma għandux jaqbeż l-20 % tal-għadd annwali ta' vetturi li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur b'magni fil-firxa rilevanti ta' saħħa tal-magna (ikkalkulat bħala l-medja tal-bejgħ tal-aħħar ħames snin fis-suq tal-Unjoni). Minkejja l-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, għat-tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 biss, l-għadd ta' vetturi li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema tal-flessibbiltà tal-Istadju IV, f'kull firxa ta' saħħa tal-magna, ma għandux jaqbeż il-150 % tal-għadd annwali ta' vetturi li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur b'magni fil-firxa rilevanti ta' saħħa tal-magna (ikkalkulat bħala l-medja tal-bejgħ tal-aħħar ħames snin fis-suq tal-Unjoni). Meta manifattur tal-vetturi jkun qiegħed vetturi agrikoli u forestali fis-suq tal-Unjoni għal perjodu ta' inqas minn ħames snin, il-medja għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-perjodu attwali li matulu l-manifattur tal-vetturi jkun qiegħed fis-suq il-vetturi agrikoli u forestali fl-Unjoni.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 tal-1 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali u tar-rendiment tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi agrikoli u forestali (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53)


12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/687

tat-30 ta' Marzu 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [London Cure Smoked Salmon (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tar-Renju Unit biex id-denominazzjoni “London Cure Smoked Salmon” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “London Cure Smoked Salmon” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “London Cure Smoked Salmon” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

Fisem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 474, 17.12.2016, p. 11.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/688

tal-11 ta' April 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

288,4

MA

126,5

TN

214,0

TR

126,8

ZZ

188,9

0707 00 05

MA

74,1

TR

158,2

ZZ

116,2

0709 93 10

MA

81,0

TR

144,0

ZZ

112,5

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

48,2

IL

77,7

MA

52,2

TN

59,3

TR

74,4

ZZ

62,4

0805 50 10

AR

61,0

TR

71,2

ZZ

66,1

0808 10 80

BR

100,7

CL

120,2

CN

109,3

NZ

158,2

TR

98,3

ZA

115,5

ZZ

117,0

0808 30 90

AR

114,9

CH

128,6

CL

136,0

CN

122,9

US

174,6

ZA

119,1

ZZ

132,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/689

tal-11 ta' April 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi tagħha jiġġeddu sat-13 ta' April 2018.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni inklużi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK jiġu aġġornati.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/235/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-13 ta' April 2018. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51).


ANNESS

L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“20.

MOGHISSEH Mohammad (a.k.a. NASSERIAN)

 

Imħallef, Kap tal-Qorti Revoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 28. Meqjus ukoll responsabbli għall-kundanni ta' membri tal-komunità Bahai. Kien responsabbli għal każijiet ta' wara l-elezzjoni. Huwa ħareġ sentenzi ta' priġunierija fit-tul matul proċessi inġusti għal attivisti u ġurnalisti soċjali, politiċi, u diversi sentenzi kapitali għal persuni li pprotestaw u attivisti soċjali u politiċi.

12.04.2011

22.

MORTAZAVI Said

Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran)

Data tat-twelid: 1967

Eks Prosekutur Ġenerali ta' Tehran sa Awwissu 2009. Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Tehran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. F'Jannar 2010 investigazzjoni parlamentari sabitu direttament responsabbli għad-detenzjoni ta' tliet ħabsin li sussegwentement mietu fil-ħabs. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet tat-tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni. F'Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' detenuti ġiet rikonoxxuta uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani. Ġie lliberat minn Qorti Iranjana fid-19 ta' Awwissu 2015, fuq akkużi marbuta mat-tortura u l-imwiet ta' tliet ġuvintur fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Kahrizak fl-2009.

12.04.2011

23.

PIR-ABASSI Abbas

 

Maġistrat ta' Awla kriminali. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat minn każijiet ta' wara l-elezzjoni, ħareġ sentenzi ta' priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u diversi sentenzi kapitali lil dimostranti.

12.04.2011

25.

SALAVATI Abdolghassem

 

Imħallef, Kap tal-Qorti Revoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 15. Imħallef fit-Tribunal ta' Tehran. Inkarigat bil-każijiet ta' wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-“proċessi spettaklu” fis-sajf 2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta' priġunerija fit-tul.

12.04.2011

33.

ABBASZADEH- MESHKINI, Mahmoud

 

Segretarju tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem. Eks gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Ex Direttur politiku tal-Ministeru għall-Intern. Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi — il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

10.10.2011

35.

AKHARIAN Hassan

 

Eks gwardjan tas-Sala 1 tal-ħabs ta' Radjaishahr, Karadj. Diversi eks-detenuti ddenunzjaw l-użu ta' tortura minnu, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Radjaishahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri. Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tal-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian.

10.10.2011

36.

AVAEE Seyyed Ali-Reza (psewdonimu: AVAEE Seyyed Alireza)

 

Direttur tal-uffiċċju ta' investigazzjonijiet speċjali. Sa Lulju 2016 il-viċi Ministru għall-Intern u l-kap tar-Reġistru pubbliku. Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2014. Eks President tal-Ġudikatura ta' Tehran. Bħala President tal-Ġudikatura ta' Tehran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u żieda fl-eżekuzzjonijiet.

10.10.2011

38.

FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (psewdonimu: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

Post tat-twelid: Mashad.

Data tat-twelid: 3.2.1951

Bħala eks Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran, huwa kien l-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki militari kollha, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu repressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC) u l-Kunsill ta' Espedjenza.

10.10.2011

39.

GANJI Mostafa Barzegar

 

Eks Prosekutur Ġenerali ta' Qom. X'aktarx li bħalissa jinsab fi proċess ta' riassenjazzjoni għal funzjoni oħra. Huwa responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta' bosta offensuri f'Qom. Huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

10.10.2011

40.

HABIBI Mohammad Reza

 

Kap tal-uffiċċju tal-Ministeru għall-Ġustizzja f'Yazd. Eks Viċi Prosekutur ta' Isfahan. X'aktarx li bħalissa jinsab fi proċess ta' riassenjazzjoni għal funzjoni oħra. Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn proċess ġust — bħal Abdollah Fathi li ngħata l-mewt f'Mejju 2011 wara li d-dritt li jinstema' u kwistjonijiet ta' saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul il-proċess tiegħu f'Marzu 2010. Huwa għalhekk kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut, u kkontribwixxa għal użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet sa mill-bidu tal-2011.

10.10.2011

41.

HEJAZI Mohammad

Post tat-twelid: Ispahan

Data tat-twelid: 1956

Ġeneral f'Pasdaran, kellu rwol ċentrali fl-intimidazzjoni u t-theddid tal-‘għedewwa’ tal-Iran, u l-ibbumbardjar ta' villaġġi Kurdi Iraqini. Eks Kap tal-Korpi ta' Sarollah tal-IRGC f'Tehran, u dak li qabel kien il-Kap tal-Forzi ta' Basij, kellu rwol ċentrali fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni fuq persuni li pprotestaw.

10.10.2011

46.

KAMALIAN Behrouz

(psewdonimu: Hackers Brain)

Post tat-twelid: Tehran

Data tat-twelid: 1983

Kap tal-grupp ċibernetiku “Ashiyaneh” marbut mal-IRGC. Is-Sigurtà Diġitali “Ashiyaneh”, imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal ripressjoni ċibernetika intensiva kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Fil-21 ta' Ġunju 2009, is-sit elettroniku tal-Kmand tad-Difiża Ċibernetika 32 tal-Gwardjan Rivoluzzjonarju ppubblika ritratti tal-uċuh ta' 26 persuna, li allegatament ittieħdu matul id-dimostrazzjonijiet ta' wara l-elezzjoni. Mehmuż kien hemm appell lill-Iranjani biex “jidentifikaw lil dawk li ħadu sehem fl-irvellijiet”.

10.10.2011

49.

MALEKI Mojtaba

 

Viċi kap tal-Ministeru għall-Ġustizzja fil-provinċja ta' Razavi Khorasan. Eks prosekutur ta' Kermanshah. Kellu rwol fiż-żieda drammatika tas-sentenzi tal-mewt li qed jingħataw fl-Iran, inkluż il-prosekuzzjoni tal-każijiet ta' seba' priġunieri misjuba ħatja ta' traffikar ta' drogi li kienu mgħallqa fl-istess ġurnata fit-3 ta' Jannar 2010 fil-ħabs ċentrali ta' Kermanshah.

10.10.2011

51.

SALARKIA Mahmoud

Eks direttur tal-Klabb tal-Futbol ta' Tehran “Persepolis”

Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta' Tehran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009.

Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li kważi dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikati bl-arrest.

10.10.2011

53.

TALA Hossein (psewdonimu: TALA Hosseyn)

 

Eks MP Iranjan. Eks Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta' Tehran sa Settembru 2010, kien responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

56.

BAHRAMI Mohammad- Kazem

 

Kap tal-qorti tal-ġustizzja amministrattiva. Huwa kien kompliċi fir-ripressjoni ta' dimostranti paċifiċi bħal kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

10.10.2011

73.

FAHRADI Ali

 

Viċi kap tal-Ispettorat tal-Affarijiet Legali u l-Ispezzjoni Pubblika tal-Ministeru għall-Ġustizzja ta' Tehran. Prosekutur ta' Karaj. Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż prosekuzzjonijiet fejn tingħata l-piena tal-mewt. Kien hemm għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet fir-reġjun ta' Karaj matul il-mandat tiegħu bħala prosekutur.

23.3.2012

74.

REZVANMA- NESH Ali

 

Viċi prosekutur fil-provinċja ta' Karaj, reġjun ta' Alborz. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-involviment fl-eżekuzzjoni ta' persuna minorenni.

23.3.2012

76.

SADEGHI Mohamed

 

Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC u responsabbli għaċ-ċentru ta' analiżi u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fi ħdan il-Pasdaran. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti.

23.3.2012

79.

RASHIDI AGHDAM, Ali Ashraf

 

Eks kap tal-Ħabs ta' Evin, maħtur f'nofs l-2012. Sa mill-ħatra tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu referenza għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F'Ottubru 2012, disa' priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs.

12.3.2013

82.

SARAFRAZ, Mohammad (Dr.) (psewdonimu: Haj-agha Sarafraz)

Post tat-twelid: Tehran

Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1963

Post ta' Residenza: Tehran

Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju. Eks President tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB). Eks Kap ta' IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu Press TV, flimkien ma' IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inklużi dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta' kull ġimgħa “Iran Today”. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta' GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni ta' Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. Sarafraz għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt ta' proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013

86.

MUSAVI- TABAR, Seyyed Reza

 

Eks kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta' Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta' attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha'i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta' Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluża ordni biex tinżamm priġuniera mara Baha'i Raha Sabet għal tliet snin f'iżolament.

12.3.2013”


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/26


ID-DEĊIŻJONI Nru 48/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tas-27 ta' Marzu 2017

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/690]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Hemża A, ġew miftiehma mill-Partijiet u se jinżammu minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-iskopijiet ta' emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data tal-aħħar firma.

F'isem l-Istati Uniti tal-Amerika

James C. SANFORD

Iffirmat f'Washington DC, fis-6 ta' Marzu 2017

F'isem l-Unjoni Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA

Iffirmat fi Brussell, fis-27 ta' Marzu 2017


Hemża A

Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

TÜV RHEINLAND ITALIA S.R.L.

via E. Mattei, 3

20010 Pogliano Milanese

L-ITALJA


12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/27


ID-DEĊIŻJONI Nru 49/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tas-27 ta' Marzu 2017

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/691]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Hemża A, ġew miftiehma mill-Partijiet u se jinżammu minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-iskopijiet ta' emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data tal-aħħar firma.

F'isem l-Istati Uniti tal-Amerika

James C. SANFORD

Iffirmat f'Washington DC, fis-6 ta' Marzu 2017

F'isem l-Unjoni Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA

Iffirmat fi Brussell, fis-27 ta' Marzu 2017


Hemża A

Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

DELTA Development Technology AB

Finnslätten, Elektronikgatan 47

721 35 Västerås

L-IŻVEZJA


12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/28


ID-DEĊIŻJONI Nru 50/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tas-27 ta' Marzu 2017

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/692]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Hemża A, ġew miftiehma mill-Partijiet u se jinżammu minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-iskopijiet ta' emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data tal-aħħar firma.

F'isem l-Istati Uniti tal-Amerika

James C. SANFORD

Iffirmat f'Washington DC, fis-6 ta' Marzu 2017

F'isem l-Unjoni Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA

Iffirmat fi Brussell, fis-27 ta' Marzu 2017


Hemża A

Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

7layers GmbH

Borsigstrasse 11

40880 Ratingen

IL-ĠERMANJA


Rettifika

12.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/29


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1185 tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 rigward l-aġġornament u l-ikkompletar tar-regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru (SERA Parti C) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 730/2006

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 196 tal-21 ta' Lulju 2016 )

Fil-paġna 29, fl-Anness, fil-punt 25, fl-emendi tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, fit-taqsima 14, fil-punt SERA.14090 (a),

minflok:

“Il-frażijoloġiji għall-moviment tal-vetturi, minbarra t-trakters tal-irmonk, fuq iż-żona ta' mmanuvrar għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati għall-moviment ta' inġenju tal-ajru, ħlief għal istruzzjonijiet ta' taxiing, f'liema każ il-kelma ‘PROCEED’ (ipproċedi) għandha tiġi mibdula bil-kelma ‘TAXI’ fil-komunikazzjoni mal-vetturi”,

aqra:

“Il-frażijoloġiji għall-moviment tal-vetturi, minbarra t-trakters tal-irmonk, fuq iż-żona ta' mmanuvrar għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati għall-moviment ta' inġenju tal-ajru, ħlief għal istruzzjonijiet ta' taxiing, f'liema każ il-kelma ‘PROCEED’ (ipproċedi) għandha tissostitixxi l-kelma ‘TAXI’ fil-komunikazzjoni mal-vetturi.”.