ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/639 tat-30 ta' Settembru 2016 dwar għajnuna mill-Istat SA.23216 — C 54/07 (ex NN 55/07) lil Emsländische Eisenbahn GmbH, il-Ġermanja (notifikata bid-dokument C(2016) 6232) ( 1 ) |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/635
tat-30 ta' Marzu 2017
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett fil-forma ta' stoċċ ċilindriku vojt magħmul minn plastik ċar madwar 44 mm twil u ssiġillat b'tapp tal-plastik li jista' jitneħħa fit-tarf ta' isfel bħala tapp protettiv. Il-parti ta' fuq tal-istoċċ għandha forma simili ta' bokkin u għandha toqba żgħira li minnha jinġibed il-fwar. L-utent jimla l-istoċċ vojt b'likwidu speċjali msejjaħ “e-likwidu” u l-istoċċ imbagħad jiddaħħal fis-sigarett elettroniku. L-istess stoċċ jista' jimtela mill-ġdid u jintuża mill-ġdid bejn 10 u għoxrin darba qabel ma jintrema bħala skart. Il-bokkin għandu l-funzjoni tal-filtru tas-sigaretti tat-tabakk konvenzjonali. Meta l-istoċċ jiddaħħal fis-sigarett elettroniku, l-utent ipoġġi t-tarf tal-bokkin f'ħalqu u jiġbed nifs. Dan jikkawża lill-atomizzatur fis-sigarett elettroniku biex jikkonverti fluss ħafif ta' duħħan li mbagħad jinħareġ mill-bokkin biex jidħol f'ħalq l-utent. Ara l-istampi (*1) |
8543 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2(s) tal-Kapitolu 39, in-nota 2(b) tat-Taqsima XVI u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8543 u 8543 90 00 . L-utent ma jpoġġix is-sigarett elettroniku f'ħalqu mingħajr il-preżenza tal-bokkin u l-fluss tad-duħħan ma jinħariġx mingħajr ma jiġi attivat l-atomizzatur permezz tal-bokkin. Għalhekk, l-istoċċ bil-parti ta' fuq b'forma speċjali huwa parti essenzjali għall-funzjonament tas-sigarett elettroniku u mhuwiex sempliċement kontenitur magħmul mill-plastik. Il-klassifikazzjoni fl-intestatura 3926 bħala oġġett tal-plastik għalhekk hija eskluża. Skont l-Opinjoni tal-Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata Nru 8543 70/5 sigarett elettroniku sħiħ irid jiġi kklassifikat bħala magna jew apparat elettriku ieħor taħt is-subintestatura 8543 70 . Għalhekk l-istoċċ għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8543 90 00 bħala parti minn magni u apparat tal-elettriku oħrajn, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor f'dak il-Kapitolu. |
(*1) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/636
tat-30 ta' Marzu 2017
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana. (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Par bokkli biex jintużaw bħala mekkaniżmu ta' tiskir għal ċintorini tas-sigurtà. Kull bokkla tikkonsisti minn mekkaniżmu tal-metall li jsakkar, qafas tal-plastik, ċinga tat-tessut, elementi tal-metall li jgħaqqdu u senser elettriku li jiġġenera sinjal ta' ħoss meta ċ-ċinturini tas-sikurezza tal-vettura mistennija li jkunu, iżda ma jkunux, imsakkrin f'xulxin. Fil-kompożizzjoni totali tal-prodott skont il-piż, l-azzar bil-karbonju jirrappreżenta 56 %, il-plastik 21 %, it-tessuti 13 % u materjali oħrajn 10 %. Dan huwa element ta' assemblaġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza użat, pereżempju, għas-sedili ta' vettura bil-mutur. Ara l-istampa (*1) |
8308 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(b), 4 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 3 tat-Taqsima XV u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8308 u 8308 90 00 . Il-prodott għandu l-karatteristiċi oġġettivi ta' bokkla li taħdem bħala mekkaniżmu ta' tiskir. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8301 bħala serratura b'bażi ta' metall hija eskluża minħabba li la hu apparat li jissikka mħaddem b'ċavetta u lanqas ikkontrollat b'kombinazzjoni ta' ittri jew ċifri u lanqas mhu serratura li titħaddem bl-elettriku (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8301 ). Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8302 muntaturi b'bażi ta' metall, fittings u oġġetti simili xierqa għal oqfsa ta' vetturi hija eskluża minħabba li l-oġġett mhuwiex parti tal-bòdi tal-karozza, iżda parti mill-assemblaġġ taċ-ċinturin ta' sikurezza. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8708 bħala parti taċ-ċinturin tas-sikurezza hija eskluża wkoll, minħabba li l-intestatura tkopri biss ċinturini tas-sikurezza ta' vetturi tal-intestaturi minn 8701 sa 8705 iżda mhux partijiet minnhom. Il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8708 21 bħala ċinturini tas-sikurezza mhux kompluti hija eskluża wkoll minħabba li l-prodott jirrappreżenta biss wieħed mill-elementi taċ-ċinturin tas-sikurezza komplut (li jikkonsisti f'ħames taqsimiet: bokkli, ritrattaturi, ankri, strixxi u latchplates) u għalhekk, kif ippreżentat ma għandux il-karattru essenzjali tal-oġġett komplut jew mitmum. Abbażi tal-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tiegħu, il-prodott li ma jistax jiġi kklassifikat taħt intestatura speċifika, xorta waħda, skont il-karatteristiċi u l-kwalitajiet oġġettivi tiegħu, jixbah ħafna lill-bokkli tal-intestatura 8308 . Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8308 90 00 bħala bokkli b'bażi tal-metall. |
(*1) L-istampa qiegħda hemm għal raġunijiet ta' informazzjoni biss.
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/637
tal-4 ta' April 2017
li jemenda għall-265 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-30 ta' Marzu 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Id-dejta ta' identifikazzjoni għall-entrata “Mujahidin Indonesian Timur (MIT) (alias (a) Mujahidin of Eastern Indonesia, (b) East Indonesia Mujahideen, (c) Mujahidin Indonesia Timor, (d) Mujahidin Indonesia Barat (MIB), (e) Mujahidin of Western Indonesia) Indirizz: l-Indoneżja; Tagħrif ieħor: Topera f'Java u f'Sulawesi, l-Indoneżja u attiva wkoll fil-provinċji tal-Lvant tal-Indoneżja. Il-kap tagħha huwa Abu Wardah, magħruf ukoll bħala Santoso (mhux elenkat). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”, taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija sostitwita b'dan li ġej:
“Mujahidin Indonesian Timur (MIT) (alias (a) Mujahidin of Eastern Indonesia, (b) East Indonesia Mujahideen, (c) Mujahidin Indonesia Timor, (d) Mujahidin Indonesia Barat (MIB), (e) Mujahidin of Western Indonesia) Indirizz: l-Indoneżja; Tagħrif ieħor: Topera f'Java u f'Sulawesi, l-Indoneżja u attiva wkoll fil-provinċji tal-Lvant tal-Indoneżja. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/638
tal-4 ta' April 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
EG |
350,6 |
MA |
122,2 |
|
SN |
284,4 |
|
TN |
214,0 |
|
TR |
112,5 |
|
ZZ |
216,7 |
|
0707 00 05 |
TR |
151,9 |
ZZ |
151,9 |
|
0709 93 10 |
MA |
51,3 |
TR |
155,7 |
|
ZZ |
103,5 |
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
57,0 |
IL |
75,3 |
|
MA |
49,9 |
|
TN |
59,7 |
|
TR |
78,6 |
|
ZZ |
64,1 |
|
0805 50 10 |
TR |
69,0 |
ZZ |
69,0 |
|
0808 10 80 |
BR |
111,0 |
CL |
116,7 |
|
CN |
161,4 |
|
US |
133,8 |
|
ZA |
116,3 |
|
ZZ |
127,8 |
|
0808 30 90 |
AR |
125,6 |
CL |
151,0 |
|
CN |
84,1 |
|
ZA |
121,4 |
|
ZZ |
120,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/639
tat-30 ta' Settembru 2016
dwar għajnuna mill-Istat SA.23216 — C 54/07 (ex NN 55/07) lil Emsländische Eisenbahn GmbH, il-Ġermanja
(notifikata bid-dokument C(2016) 6232)
(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitata/i hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Permezz ta' ittra tat-30 ta' Awwissu 2002, Ludger Albers oHG, l-impriża Reinhard Bittner, Elbert GmbH & Co. KG, Auto Fischer GmbH & Co. KG, Kalmer GmbH, l-impriża Richters Reisen u l-intrapriża Wessels Reisen (“l-Ilmentaturi”) issottomettew ilment lill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) li fih allegaw li Emsländische Eisenbahn GmbH (“EEB”) ingħatat għajnuna illegali mill-Istat. Fit-13 ta' Lulju 2006, l-Ilmentaturi bagħtu ittra oħra li tkabbar l-ambitu tal-ilment tagħhom u ssottomettew aktar informazzjoni fit-22 ta' Novembru 2006. |
(2) |
Wara l-ilmenti, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi f'diversi okkażjonijiet (2), li għalihom l-awtoritajiet irrispondew (3). |
(3) |
Permezz ta' ittra datata t-28 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE). Il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha fl-24 ta' April 2008. |
(4) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jingħata bidu għall-proċedura (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) fid-9 ta' Lulju 2008. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom. |
(5) |
Wara d-deċiżjoni biex tinbeda l-investigazzjoni formali, l-Ilmentaturi bagħtu l-ewwel sett ta' kummenti fil-21 ta' Frar 2008. Wara l-pubblikazzjoni, l-Ilmentaturi pprovdew aktar kummenti fil-25 ta' Awwissu 2008 u d-29 ta' Awwissu 2008. |
(6) |
Nahverkehrsberatung Südwest ipprovdiet il-kummenti tagħha fid-29 ta' Lulju 2008 u bagħtet verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni fis-16 u d-29 ta' Ottubru 2008. Parti terza oħra, li għażlet li tibqa' anonima, ipprovdiet kummenti fit-23 ta' Lulju 2008. |
(7) |
Fis-26 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni għaddiet il-kummenti tal-partijiet interessati lill-Ġermanja. Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet tal-Ġermanja permezz ta' ittra datata s-26 ta' Jannar 2009. |
(8) |
Fid-9 ta' Lulju 2009, l-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew aktar informazzjoni wara talba mill-Kummissjoni tat-30 ta' April 2009. |
(9) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew aktar informazzjoni fis-16 ta' Diċembru 2009, l-4 ta' Awwissu 2010 u t-23 ta' Ġunju 2011. |
(10) |
Fl-20 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni kitbet lill-Ġermanja u waslet risposta fl-10 ta' Novembru 2011. |
(11) |
Aktar informazzjoni ġiet ipprovduta mill-awtoritajiet Ġermaniżi fuq it-talba tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2012, is-6 ta' Mejju 2013 u l-21 ta' Novembru 2013. |
2. IL-FATTI
2.1. BENEFIĊJARJU
(12) |
Il-benefiċjarju tal-allegata għajnuna illegali mill-Istat, Emsländische Eisenbahn GmbH (5) (“EEB”), ġie stabbilit fl-1 ta' Jannar 1997, wara li oriġinat mill-aġenzija pubblika mhux separata bl-istess isem (“EE”). |
(13) |
Landkreis Emsland (l-amministrazzjoni pubblika tar-reġjun ta' Emsland) kienet l-unika azzjonista tal-EEB sa mill-istabbiliment tagħha. Fil-fatt għandha kontroll estensiv fuq l-operazzjonijiet tal-EEB. Skont il-paragrafu 10 tal-artikoli ta' assoċjazzjoni (Gesellschaftsvertrag) tal-EEB, Landkreis taħtar id-direttur maniġerjali tal-EEB u għandha l-aħħar kelma f'deċiżjonijiet tan-negozju ewlenin (kontijiet annwali, pjanijiet ekonomiċi eċċ.). |
(14) |
Skont il-paragrafu 3 tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-EEB, il-kompiti pubbliċi li ġejjin relatati mal-ippjanar u l-koordinazzjoni tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri lokali ġew assenjati lill-EEB: —
|
(15) |
L-EEB hija fil-pussess ta' xi Linienverkehrsgenehmigungen (permessi tat-trasport b'rotta, “LVG”) għal rotot tat-trasport tal-passiġġieri bil-karozzi tal-linja lokali f'Landkreis Emsland (7). Fejn l-EEB għandha permessi bħal dawn, hi tat b'sottokuntratt it-tħaddim ta' dawn ir-rotot lil varji impriżi tal-karozzi tal-linja (l-hekk imsejħa Übertragung der Betriebsführung (8)), fost l-oħrajn lis-sussidjarja tagħha EVG. |
(16) |
L-EEB hija involuta wkoll fit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, b'mod partikolari fuq il-binarji tagħha stess, u fl-immaniġġjar tal-infrastruttura ta' dawn il-binarji. |
2.2. SUQ TAT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KAROZZI TAL-LINJA LOKALI F'LANDKREIS EMSLAND
(17) |
Mill-1 ta' Jannar 1996, il-bliet u l-Landkreise huma responsabbli, skont in-Nahverkehrsgesetz des Landes Niedersachesen (l-Att dwar it-Trasport Lokali tas-Sassonja t'Isfel; “NNVG”), għall-iżgurar li jiġi pprovdut trasport pubbliku adegwat. Għalhekk, il-Landkreis Emsland, kellha tiżgura li l-ippjanar, l-organizzazzjoni u l-finanzjament tat-trasport pubbliku fi ħdan Landkreis kienu organizzati. Il-Landkreis min-naħa tagħha inkarigat lill-EEB sabiex tirrilaxxa dawn il-kompiti, kif imniżżlin fil-paragrafu 3 tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-EEB (ara l-premessa 14 hawn fuq). |
(18) |
In-netwerk tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja huwa maqsum f'rotot li għalihom jingħataw LVG skont it-Taqsimiet 13 u 42 tal-Personenbeförderungsgesetz Ġermaniż (att dwar it-trasport nazzjonali) fuq bażi kompetittiva. Il-maġġoranza tal-kumpaniji li jwettqu t-trasport tal-passiġġieri pubbliku fil-Landkreis Emsland huma mil-Landkreis stess. |
(19) |
Is-suq tat-trasport bil-karozzi tal-linja lokali fil-Landkreis Emsland huwa maqsum f'żewġ partijiet ewlenin. Fil-parti tan-Nofsinhar tal-Landkreis, impriżi tal-karozzi tal-linja privati, fosthom tnejn mill-Ilmentaturi (Reinhard Bittner u Kalmer) għaqqdu flimkien mill-ġdid l-attivitajiet tat-trasport bil-karozzi tal-linja tagħhom f'assoċjazzjoni tat-tariffi, Verkehrsgemeinschaft Emsland-Süd (assoċjazzjoni tat-trasport Emsland-Süd, “VGE-Süd”). |
(20) |
F'Emsland ċentrali u tat-Tramuntana, RegioNetz-Mitte (l-assoċjazzjoni tat-tariffi RegioNet-Centre; li tikkonsisti mill-EEB u tliet impriżi tal-karozzi tal-linja privati) u Tarifgemeinschaft Emsland Mitte/Nord (assoċjazzjoni tat-tariffi tal-Emsland Ċentrali/tat-Tramuntana; li l-Ilmentaturi l-oħrajn huma parti minnha) huma l-assoċjazzjonijiet tat-trasport lokali ewlenin. |
(21) |
L-EEB tieħu ħsieb it-trasport tal-iskola fil-Landkreis Emsland kollha f'forma integrata u mhux. |
(22) |
It-trasport tal-iskola jista' jiġi integrat fir-rotot tal-karozzi tal-linja regolari. L-operaturi tar-rotot rispettivi jingħataw kuntratt, li bih huma obbligati li jikkunsidraw it-talbiet tat-trasport tal-iskola. Il-biljetti tal-iskola jitħallsu mil-Landkreis Emsland permezz tal-EEB. |
(23) |
Għal dawk l-istudenti li għandhom dritt għat-trasport tal-iskola, iżda li ma jgħixux tul ir-rotot tal-karozzi tal-linja regolari l-EEB tagħmel arranġamenti għal trasport tal-iskola mhux integrat. Dan is-servizz huwa offrut lil impriżi tal-karozzi tal-linja li għandhom jirrispettaw ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tar-rotot u skedi tal-ħin. Il-Landkreis Emsland tirrimborża lill-EEB għall-ammonti ffatturati mill-operaturi. |
3. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI
(24) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (9) il-Kummissjoni ppreżentat tabella, ibbażata fuq informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Ġermaniżi, li turi t-trasferimenti finanzjarji lill-EEB li kienu soġġetti għall-investigazzjoni. Il-kolonni 1 sa 6 ta' din it-tabella huma riprodotti hawn isfel (10). Il-kolonni 7 sa 9 tat-tabella tneħħew, għaliex il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għal dawn il-pagamenti fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha. Tabella 1 Miżuri rilevanti eżaminati fid-deċiżjoni tal-ftuħ
|
(25) |
Fit-taqsimiet li ġejjin, l-informazzjoni fattwali hija mqassra, skont dokumentazzjoni mibgħuta mill-Ġermanja u l-Ilmentaturi qabel u wara d-deċiżjoni ta' ftuħ. |
3.1. DOTAZZJONI KAPITALI U TRASFERIMENT TA' ISHMA (IL-KOLONNA 1)
(26) |
Il-Landkreis Emsland tat lill-EEB kapital awtorizzat ta' DM 800 000 (madwar EUR 410 000) meta l-aġenzija pubblika mhux isseparata preċedenti EE u l-assi tagħha ġew esternalizzati u meta twaqqfet l-EEB fl-1997. Barra minn hekk, l-EEB ingħatat is-sjieda tal-ishma tal-RWE (16). |
(27) |
Fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-ftuħ, ma kienx ċar jekk it-trasferiment tal-ishma kienx parti mid-dotazzjoni kapitali inizjali tal-EEB jew injezzjoni ta' kapital mhux prevista meta inħolqot l-EEB. Il-Ġermanja ċċarat li l-maġġorparti tal-ishma, 280 310 ishma tal-RWE b'valur tas-suq ta' EUR 9 686 523,78, ifformaw parti mid-dotazzjoni kapitali inizjali. Dawn kienu ġew ittrasferiti lill-aġenzija pubblika mhux isseparata EE qabel il-ħolqien tal-EEB. |
(28) |
Madankollu, 37 630 sehem b'valur tas-suq ta' EUR 1 689 264,40 ġew ittrasferiti biss fit-12 ta' Ottubru 1998, aktar minn sena wara l-inkorporazzjoni tal-EEB. |
3.2. TRASPORT TAL-ISKOLA INTEGRAT FL-EMSLAND T'ISFEL SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2005 (IL-KOLONNI 2 U 3) (17)
(29) |
L-ammonti elenkati taħt il-kolonna 2 (dividendi) u l-ammonti elenkati taħt il-kolonna 3 (appoġġ finanzjarju mniżżel fil-previżjonijiet u reviżjonijiet baġitarji tal-Emsland taħt Nru 67.500 “Verlustausgleich für ÖPNV-Leistungen” (“tpaċija ta' telf għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri lokali”)) intużaw mill-EEB sabiex jirrimborżaw il-VGE-Süd għal servizzi ta' trasport tal-iskola integrati fl-Emsland t'isfel. |
(30) |
Id-dividendi fil-kolonna 2 huma d-dividendi li l-EEB irċeviet mill-ishma tal-RWE imsemmija hawn fuq. |
(31) |
F'Emsland t'Isfel, it-trasport tal-iskola twettaq primarjament f'forma integrata minn VGE-Süd, abbażi ta' kuntratt iffirmat bejn il-VGE-Süd u l-EE. Meta l-EEB twaqqfet fl-1997, dan il-kuntratt ġie sostitwit b'kuntratt identiku bejn l-EEB u l-VGE-Süd. Mill-31 ta' Diċembru 2005, il-kuntratt ġie tterminat mill-EEB. |
(32) |
Il-kuntratt inizjali bejn l-EEB u l-VGE-Süd ippreveda kumpens ta' somma f'daqqa ta' EUR 1 705 362,94 fis-sena. Dan l-ammont żdied b'10 % fl-1 ta' Novembru 2000 għal EUR 1 839 116,88. |
(33) |
Il-Kolonni 2 u 3 jżidu mas-somma f'daqqa li ġiet miftiehma bejn l-EEB u l-VGE-Süd. Il-Landkreis Emsland naqqset il-valur tad-dividendi (il-kolonna 2) mill-ammont totali li kellu jitħallas lill-VGE-Süd għas-servizzi tagħha u ttrasferiet il-bqija (il-kolonna 3) lill-EEB. Dan jista' jidher fit-tabella ta' hawn taħt, li hija bbażata fuq ċifri addizzjonali pprovduti mill-awtoritajiet Ġermaniżi wara d-deċiżjoni tal-ftuħ. Tabella 2 Ħlasijiet lill-VGE-Süd għal servizzi integrati ta' skola
|
(34) |
Minħabba li l-kuntratt bejn l-EEB u l-VGE-Süd intemm fl-2005, l-EEB ħallset lura l-valur tad-dividendi lil-Landkreis Emsland mill-2006. |
(35) |
L-Ilmentaturi pprovdew lill-Kummissjoni b'tabella tal-ħlasijiet kollha li rċeviet il-VGE-Süd sal-31 ta' Diċembru 2005, li huma differenti miċ-ċifri pprovduti hawn fuq. Dan huwa kif ġej: Tabella 3 Ħlasijiet lill-VGE-Süd għas-servizzi kollha
|
(36) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li d-differenza bejn l-ammont li rċeviet il-VGE-Süd skont l-Ilmentaturi u t-total tal-kolonni 2 u 3 tirriżulta mill-fatt li l-VGE-Süd ma kinitx qed twettaq biss servizzi ta' trasport tal-iskola integrat koperti mill-kolonni 2 u 3, iżda kultant wettqet ukoll servizzi ta' trasport tal-iskola mhux integrat li ġew ikkumpensati wkoll mil-Landkreis Emsland permezz tal-EEB. |
3.3. “KUMPENS GĦALL-ISPEJJEŻ TAT-TRASPORT TAL-ISKOLA” (IL-KOLONNA 4)
(37) |
L-appoġġ finanzjarju elenkat fil-previżjonijiet u reviżjonijiet baġitarji ta' Landkreis Emsland taħt in-Nru 67.510 “Erstattung der Kosten für die Schülerbeförderung” (“kumpens għall-ispejjeż tat-trasport tal-iskola”) kien iddedikat sabiex ipaċi l-infiq tal-EEB għall-organizzazzjoni tat-trasport tal-iskola fl-Emsland ċentrali u ta' fuq (19), u, wara li jintemm il-kuntratt mal-VGE-Süd fil-31 ta' Diċembru 2005, anke fl-Emsland t'Isfel. Din in-nefqa inkludiet kemm trasport tal-iskola integrat kif ukoll dak mhux integrat. |
(38) |
Meta fetħet l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha sabiex taċċerta jekk ir-riżorsi finanzjarji li rċeviet l-EEB sabiex tirrimborża l-impriżi tat-trasport talli wettqu dan it-trasport tal-iskola kinux ugwali għall-ħlasijiet attwali mill-EEB lil dawn l-impriżi. |
(39) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew aktar kjarifiki u dokumentazzjoni li juru li, għal trasport tal-iskola integrat li jaqa' taħt il-kolonna 4, l-EEB akkwistat biljetti mill-impriżi tal-karozzi tal-linja għal dawk l-istudenti li vvjaġġaw permezz ta' rotot tal-karozzi tal-linja regolari. Ħlasijiet annwali ma' Landkreis żguraw li l-ammonti mħallsin lill-EEB jikkorrispondu għall-ammonti li ttrasferiet lill-impriżi tal-karozzi tal-linja. Il-ħlasijiet ġew ġestiti permezz ta' kont ta' approvazzjoni. Landkreis Emsland għamlet l-ammonti meħtieġa disponibbli u l-EEB għaddiethom f'isem il-Landkreis. Il-kont ta' approvazzjoni ġie vverifikat minn kontabilista kkwalifikat indipendenti fuq bażi annwali sabiex jiġi stabbilit li d-dħul u l-infiq jaqblu. |
(40) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi ċċaraw ukoll li r-riżultati ekonomiċi tal-EEB kien fihom dħul minn trasport tal-iskola integrat imwettaq minn partijiet terzi f'rotot li għalihom l-EEB għandha l-LVGs u mit-trasport tal-iskola mhux integrat. It-tqabbil tad-dħul u l-infiq relatati ma' dawn l-aspetti finanzjarji ġew ivverifikati wkoll minn kontabilista kkwalifikat indipendenti fuq bażi annwali bħala parti mir-rapport tal-aħħar tas-sena tal-EEB. |
(41) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew deskrizzjoni ġenerali aġġornata u kkoreġuta tal-ħlasijiet annwali magħmulin lill-EEB għall-koordinazzjoni tat-trasport tal-iskola. Tabella 4 Deskrizzjoni ġenerali tal-ħlasijiet tat-trasport tal-iskola attwali
|
3.4. APPOĠĠ FINANZJARJU GĦAL SPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI TAT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI LOKALI ĠEJJIN MINN MEZZI FINANZJARJI FEDERALI SKONT IT-TAQSIMA 7(4) TAL-NNVG (IL-KOLONNA 5)
(42) |
L-appoġġ finanzjarju elenkat fil-previżjonijiet u reviżjonijiet baġitarji tal-Landkreis Emsland taħt in-Nru 71.510 “Zuwendungen an die Emsländische Eisenbahn aus dem Verwaltungskostenanteil des Landes” (“Sussidji lill-EEB mis-sehem tas-Sassonja t'Isfel fl-ispejjeż amministrattivi”) kien iddedikat sabiex jikkumpensal-ispejjeż tal-EEB minfuqa fit-twettiq tal-kompiti li jaqgħu taħt il-mandat tal-politika pubblika u li l-Landkreis Emsland bagħtitilha. |
(43) |
Dawn il-kompiti pubbliċi jinkludu l-abbozzar tal-NVP (20). L-ispejjeż materjali għall-NVP li hija żviluppata kull ħames snin ammontaw għal EUR 11 248,42 fl-1997, EUR 25 000 fl-2002 u EUR 8 793 fl-2003. |
(44) |
Fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-ammont sħiħ taħt il-kolonna 5 kienx użat għal spejjeż relatati mal-abbozzar tal-NVP jew jekk il-ħlasijiet kinux użati wkoll sabiex jiffinanzjaw attivitajiet (ekonomiċi) oħrajn u jekk ir-rimborż tal-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u operazzjoni taċ-Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland (MCE) kienx kopert ukoll taħt il-kolonna 5. |
(45) |
Il-Ġermanja ċċarat li l-ispejjeż imniżżlin fil-kolonna 5 inkludew l-ispejjeż tal-persunal u materjali għall-ippjanar tat-trasport pubbliku, l-MCE (sal-aħħar tal-2004) u l-koordinazzjoni tat-trasport tal-iskola. |
(46) |
Sal-aħħar tal-2004 il-finanzjament tal-MCE ma kienx isseparat mill-ispejjeż oħrajn li jaqgħu taħt il-kolonna 5. Mill-2005, ġiet introdotta separazzjoni wara emenda tal-NNVG, u l-ammonti ddedikati lill-MCE inqalbu għal-linja baġitarja l-ġdida koperta mill-kolonna 6 “provvedimenti abbażi tal-NNVG”. |
(47) |
L-MCE pprovda informazzjoni dwar it-trasport pubbliku lokali bla ħlas. Din kopriet servizzi tal-karozzi tal-linja u ferroviji fil-Landkreis Emsland u pprovdiet informazzjoni irrispettivament mill-operatur li qed joffri s-servizz. Il-Kreisausschuß (korp deċiżjonali ta' Landkreis) iddeċieda li joħloq l-MCE f'Lulju tal-1995. F'dak iż-żmien, il-Landkreis kienet identifikat in-nuqqas ta' informazzjoni dwar it-trasport pubbliku offrut fir-reġjun bħala defiċit sinifikanti tal-politika tat-trasport pubbliku. |
(48) |
Meta l-EEB inħolqot fl-1997, il-Landkreis esternalizzat l-attivitajiet tal-MCE lill-EEB. Fil-paragrafu 3 tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tiegħu, l-immaniġġjar tal-MCE ġie attribwit lill-EEB bħala wieħed mill-kompiti li jikkontribwixxu għall-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tat-trasport. Iċ-ċittadini jistgħu jitolbu lill-MCE sabiex jiksbu informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u mill-1999 l-MCE għandu kawnter fl-istazzjon tal-ferrovija ta' Meppen maġenb il-kawnter tad-Deutsche Bahn AG. |
(49) |
Il-ħlas ta' somma f'daqqa ta' EUR 3 558,65, miftiehma bejn l-EEB u l-Landkreis fl-1998 dwar l-organizzazzjoni u t-tpaċija finanzjarja tat-trasport tal-iskola ġew koperti wkoll mill-kolonna 5. Dan il-ħlas ta' somma f'daqqa fis-sena serva bħala kumpens għall-ispejjeż ta' kontabbiltà relatati mal-ħlasijiet lid-Deutsche Bahn AG u l-impriżi tal-karozzi tal-linja regolari fl-Emsland ta' fuq u dawk ċentrali. |
3.5. APPOĠĠ FINANZJARJU GĦAT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI LOKALI LI ĠEJ MINN MEZZI FINANZJARJI FEDERALI SKONT IT-TAQSIMA 7(5) TAL-NNVG (IL-KOLONNA 6)
(50) |
L-appoġġ finanzjarju mniżżel fil-previżjonijiet u reviżjonijiet baġitarji tal-Landkreis Emsland taħt in-Nru 71.500 “Zuwendungen nach dem NNVG” (21) (“allokazzjonijiet abbażi tal-NNVG”) ingħataw wara l-aħħar adattament tal-liġi reġjonali tal-NNVG (Att dwar it-Trasport Lokali tas-Sassonja t'Isfel), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005 sabiex tirrifletti l-fatt li r-regoli dwar il-finanzjament tat-trasport pubbliku kienu nbidlu fil-livell nazzjonali. L-ammont mogħti għal kull abitant kien ftit imnaqqas, iżda dan kien parzjalment ikkumpensat mir-Regionalisierungsmittel (finanzjament reġjonali) ġdid sabiex itejjeb il-funzjonament tat-trasport pubbliku, li huwa rifless fil-kolonna 6. |
(51) |
Il-fondi fil-kolonna 6 intużaw sabiex jiġi mmaniġġjat l-MCE u sabiex jiġu akkwistati vetturi ferrovjarji, maħsubin għal skema ta' call-a-bus. Il-ħlasijiet imniżżlin fil-kolonna 6 koprew ukoll spejjeż oħrajn li dwarhom il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn ma kkostitwewx għajnuna mill-Istat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (22). |
(52) |
Kif deskritt hawn fuq, l-MCE kien iffinanzjat taħt il-kolonna 5 sal-2004, mill-2005 kien iffinanzjat taħt il-kolonna 6. Il-Ġermanja ċċarat li l-ammonti li rċieva l-EEB għall-MCE taħt il-kolonna 6 kienu EUR 85 000 fl-2005, EUR 98 000 fl-2006 u EUR 93 460,87 fl-2007. |
(53) |
Il-Landkreis Emsland iddeċidiet ukoll li tuża parti mill-fondi fil-kolonna 6, li kellhom ikunu ddedikati għall-promozzjoni tat-trasport pubbliku, sabiex tespandi s-sistema ta' call-a-bus tagħha. Din is-sistema on-demand tagħmel il-call busses disponibbli fuq rotot fissi f'ħinijiet fissi jekk persuna ċċempel liċ-Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland u tippreżenta talba. L-introduzzjoni ta' call busses kellha l-għan li ttejjeb il-konnessjoni mal-istazzjonijiet tal-ferroviji u bejn distretti differenti b'mod effiċjenti, mingħajr ma jkun hemm karozzi tal-linja attivi jekk ma jkunx hemm domanda. |
(54) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li l-Landkreis Emsland iffinanzjat l-akkwist ta' ħames karozzi tal-linja ġodda mill-EEB għal total ta' EUR 685 513,46. EUR 520 989,05 għal erba' karozzi tal-linja fl-2006 u EUR 164 524,42 għal karozza tal-linja oħra fl-2007. |
(55) |
L-EEB offriet il-call busses għal impriżi tat-trasport f'kundizzjonijiet ugwali dettati mil-Landkreis Emsland. Dawn inkrew skont kuntratt standard, li ppreveda li l-impriżi tat-trasport iġarrbu l-ispejjeż tal-operat u l-manutenzjoni iżda ma jħallsux tariffa tal-kiri. Il-karozzi tal-linja intużaw minn sottokuntratturi fuq rotot tal-EEB u minn impriżi tat-trasport oħrajn fir-rotot rispettivi tagħhom. Is-sjieda tal-karozzi tal-linja baqgħet tal-EEB, sabiex tippermetti li l-Landkreis Emsland iżżomm kontroll fuqhom. |
3.6. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
(56) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ikkonkludiet li l-eżistenza ta' għajnuna b'rabta mal-miżuri li ġejjin ma setgħetx tiġi eskluża, (ara wkoll it-Tabella 1 ta' din id-deċiżjoni):
|
(57) |
Jekk dawn il-miżuri jkunu għajnuna mill-Istat, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji fir-rigward tal-kompatibilità tagħhom mas-suq intern. |
3.6.1. EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
(58) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ sabet li l-fondi kollha ngħataw direttament lill-EEB mil-Landkreis Emsland u li l-EEB hija impriża li twettaq attivitajiet ekonomiċi, għallinqas parzjalment. Din kompliet tgħid li fir-rigward tat-trasferiment ta' ishma, l-appoġġ finanzjarju għall-call busses u l-MCE, ma kienx hemm kunsiderazzjoni min-naħa tal-EEB. Fir-rigward tat-trasport tal-iskola, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar jekk il-ħlasijiet jikkorrispondux bis-sħiħ mal-ispejjeż imġarrba mill-EEB. B'mod partikolari fir-rigward tas-somma f'daqqa, l-appoġġ għall-kumpens eċċessiv ma setax ikun eskluż. Barra minn hekk, ikkonkludiet li l-kompetizzjoni ġiet għallinqas mhedda li tkun imfixkla. |
3.6.2. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
(59) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ intqal li ma kienx hemm informazzjoni biżżejjed disponibbli sabiex ikun iddeterminat jekk il-miżuri li kienu qed jiġu kkunsidrati setgħux jiġu kkategorizzati bħala servizzi pubbliċi jew li jikkontribwixxu għall-koordinazzjoni tat-trasport u jekk il-bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-kompatibilità għandhiex tkun l-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (f'dak iż-żmien l-Artikolu 73 tat-Trattat tal-KE). F'dak il-każ il-kompatibilità kien ikollha tiġi vvalutata bir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tal-Kunsill (23) jew ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill (24). Inkella l-kompatibilità jkollha tiġi vvalutata bl-Artikolu 107(2) jew (3) tat-TFUE (f'dak iż-żmien l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE). |
(60) |
Fir-rigward tat-trasferiment ta' ishma, id-deċiżjoni tal-ftuħ espremiet dubji b'mod partikolari fir-rigward tal-effett ta' inċentiv tiegħu u jekk kienx proporzjonat. |
(61) |
Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju għat-trasport tal-iskola ma kienx magħruf jekk il-finanzjament kollu kienx mgħoddi lis-servizzi tat-trasport tal-iskola mwettqa minn operaturi oħrajn jew jekk parti minn dan il-finanzjament inżammx mill-EEB. Jekk parti mill-finanzjament kienet inżammet mill-EEB, il-mistoqsija kienet jekk dawn il-fondi ntużawx għal attivitajiet ekonomiċi jew mhux ekonomiċi u jekk l-EEB kinitx possibbilment ikkumpensata żżejjed għat-twettiq tas-servizzi tat-trasport tal-iskola hi stess. |
(62) |
Fir-rigward tal-amministrazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri lokali (NVP u EMC) il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-kumpens żejjed. |
(63) |
Fir-rigward tal-call busses, il-Kummissjoni staqsiet jekk dawn intużawx mill-EEB jew le għar-rotot kummerċjali tagħhom li għalihom ma hemmx ġustifikazzjoni taħt it-Trattat tal-KE. |
4. KUMMENTI TAL-ĠERMANJA
4.1. DOTAZZJONI KAPITALI, TRASFERIMENT TA' ISHMA MILL-RWE (IL-KOLONNA 1)
(64) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi wrew li meta nħolqot l-EEB, l-assi kollha li kienu jappartjenu għall-aġenzija pubblika mhux separata preċedenti EE ġew ittrasferiti lill-EEB. Dan inkluda d-dotazzjoni kapitali ta' madwar EUR 410 000 u 280 310 ta' ishma tal-RWE. Il-Ġermanja għalhekk argumentat li l-ebda waħda minnhom ma tikkostitwixxi għajnuna. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi rrimarkaw li d-dotazzjoni kapitali u t-trasferiment inizjali tal-ishma tal-RWE saru qabel it-13 ta' Marzu 1997 u għalhekk ma jistgħux ikunu rekuperabbli. |
(65) |
Fir-rigward tas-37 630 sehem tal-RWE ittrasferiti fl-1998 l-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li t-trasferiment seħħ wara bidla fid-drittijiet tal-voti relatati mal-ishma tal-RWE li jeliminaw ċerti benefiċċji. Ikkonfermaw ukoll li l-EEB għad għandha dawn l-ishma llum. |
(66) |
Il-Ġermanja argumentat li l-Landkreis Emsland aġixxiet bħala operatur tal-ekonomija tas-suq li pprova jottimizza l-istruttura tat-taxxa tiegħu u li ma seħħ l-ebda telf fid-dħul għal-Landkreis Emsland, għaliex l-EEB kellha tuża t-totalità tad-dividendi biex tħallas għat-trasport tal-iskola sal-2005 u kellha tħallas id-dividendi lura lil-Landkreis Emsland wara l-2005. |
4.2. APPOĠĠ FINANZJARJU GĦAT-TRASPORT TAL-ISKOLA (IL-KOLONNI 2, 3 U 4)
(67) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi kkummentaw li l-EEB hija responsabbli għall-organizzazzjoni tat-trasport tal-iskola fil-Landkreis Emsland skont il-paragrafu 3 tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha (ara wkoll il-premessa 14) u li l-ħlasijiet mil-Landkreis Emsland lill-EEB huma ttrasferiti lil impriżi għas-servizzi ta' trasport tal-iskola li jipprovdu huma. Għalhekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi jsostnu li dawn it-trasferimenti ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat lill-EEB kif issuġġerit fil-premessa 137 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. |
(68) |
L-EEB irċeviet il-listi ta' studenti mill-iskejjel kollha u ddeterminat liema studenti kienu intitolati għal trasport pubbliku tal-iskola. Għal studenti li ma setgħux jiġu ttrasportati permezz ta' rotot tal-karozzi tal-linja regolari (trasport tal-iskola integrat) l-EEB għamlet arranġamenti għal trasport tal-iskola mhux integrat. Għat-tnejn li huma, trasport tal-iskola integrat u dak mhux integrat, impriżi tal-karozzi tal-linja, inklużi l-Ilmentaturi, irċevew ħlasijiet ta' kull xahar mill-EEB. L-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li f'dan il-kuntest, l-EEB nefqet l-ammont sħiħ ipprovdut mil-Landkreis Emsland għat-trasport tal-iskola. Kif deskritt fil-premessi 39 u 40 il-kont ta' approvazzjoni u l-kontijiet tal-EEB ġew ikkontrollati annwalment minn kontabilisti kkwalifikati sabiex jiġi żgurat li d-dħul u l-infiq jaqblu. |
(69) |
Fir-rigward tal-kolonni 2, 3 u 4, l-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li dawn ikopru t-trasport tal-iskola kollu (integrat u mhux integrat) imwettaq fl-Emsland. |
(70) |
Għall-kolonni 2 u 3, l-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew ċifri neqsin u spjegaw li dawn il-fondi ntużaw sabiex iħallsu lill-VGE-Süd somma fissa għas-servizzi tagħha mwettqa fl-Emsland t'Isfel sal-2005 (ara wkoll il-premessa 29(f)). |
(71) |
B'risposta għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni dwar l-allegata somma f'daqqa ta' EUR 3 934 481,47 għal trasport mhux integrat fl-1997 (25) l-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li saret stima fil-bidu ta' kull sena li fuq il-bażi tagħha kienu saru ħlasijiet fix-xahar. Fl-aħħar ta' kull sena ġew stabbiliti l-ispejjeż attwali u saru l-ħlasijiet korrispondenti. L-EEB sempliċiment għaddiet il-ħlasijiet mil-Landkreis lill-impriżi tal-karozzi tal-linja. Ħlasijiet żejda okkażjonali ġew irrapportati bħala djun (Verbindlichkeiten) lejn il-Landkreis Emsland u tnaqqsu mill-kumpens tas-sena ta' wara. Il-prezz tal-ispiża attwali stabbilit fl-aħħar tal-1997 kien ta' EUR 3 755 618,14. |
(72) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi ċċaraw li l-ħlasijiet deskritti fil-kolonna 4 jinkludu wkoll ħlasijiet għall-akkwist ta' biljetti tal-iskola minn Deutsche Bahn AG. |
(73) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li l-ammonti dejjem jiżdiedu fil-kolonna 4 huma minħabba żidiet fit-tariffi mill-impriżi tal-karozzi tal-linja stess u l-fatt li l-Landkreis tat żieda ta' 6 sa 10 % għal trasport tal-iskola mhux integrat fl-2000 għal impriżi tal-karozzi tal-linja, inklużi l-Ilmentaturi. |
4.3. AMMINISTRAZZJONI TAT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI LOKALI (IL-KOLONNA 5)
(74) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi qalu li ċ-Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland kien stabbilit mil-Landkreis Emsland fil-31 ta' Lulju 1995, qabel il-ħolqien tal-EEB. L-MCE pprovda informazzjoni dwar skedi għall-impriżi tal-karozzi tal-linja kollha u d-Deutsche Bahn AG. Dan aġġorna l-iskeda fis-sistema ta' informazzjoni pubblika u pprovda informazzjoni lill-passiġġieri fl-uffiċċju tal-informazzjoni mit-Tnejn sas-Sibt. |
(75) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi argumentaw li l-MCE ma kienx attività ekonomika għaliex ma kien ikun hemm l-ebda raġuni għal impriża ekonomika li tistabbilixxi ċentru tal-mobbiltà li jipprovdi informazzjoni f'isem impriżi tal-karozzi tal-linja u d-Deutsche Bahn AG bla ħlas. L-MCE għandu jitqies bħala kompitu b'mandat pubbliku tal-Landkreis Emsland u l-EEB sempliċiment kienet inkarigata bl-operazzjoni tiegħu. |
(76) |
Kif spjegat taħt il-premessa 46, il-finanzjament tal-MCE kien inkluż fil-linja baġitarja riflessa mill-kolonna 5 sal-2004 u minn hemm 'il quddiem iffinanzjat mil-linja baġitarja ġdida koperta mill-kolonna 6. |
(77) |
Skont l-awtoritajiet Ġermaniżi, erba' membri tal-persunal wettqu t-tliet kompiti li ġejjin: l-organizzazzjoni ta' trasport pubbliku reġjonali (inkluż l-istabbiliment tal-NVP), it-trasport tal-iskola u t-tmexxija tal-MCE. Paragun mal-pagi standard għall-gradi tal-pagi kkonċernati (kif previst mill-Kommunale Gemeinschaftsstelle) wera li l-EEB setgħet titlob EUR 169 312,26 minflok EUR 138 015,11 għall-persunal u l-ispiża tal-materjal. L-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew ukoll li l-ispejjeż tal-materjal u l-persunal biss kienu koperti u li ma kien miżjud l-ebda marġni ta' profitt. |
4.4. APPOĠĠ FINANZJARJU GĦAT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI LOKALI LI ĠEJ MINN MEZZI FINANZJARJI FEDERALI SKONT IT-TAQSIMA 7(5) TAL-NNVG (IL-KOLONNA 6)
(78) |
Il-kolonna 6 tinkludi ħlasijiet liċ-Ċentru tal-Mobbiltà ta' Emsland u l-finanzjament tal-vetturi ferrovjarji għas-sistema call-a-bus kif spjegat fil-premessa 50(f). L-awtoritajiet Ġermaniżi saħqu li l-ħlasijiet jikkorrispondu għal spejjeż reali mġarrba mill-EEB fit-twettiq ta' dmirijiet pubbliċi. |
(79) |
Fir-rigward tas-sistema call-a-bus, l-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li l-Landkreis Emsland kienet stiednet lill-impriżi tal-karozzi tal-linja f'Novembru 2005 sabiex jibagħtu proposti għat-tkabbir tas-sistema call-a-bus. |
(80) |
Fuq l-ordni tal-Landkreis l-EEB akkwistat 4 call busses fil-ħarifa tal-2006. Dawn il-karozzi tal-linja tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-impriżi kollha abbażi tal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(81) |
Fil-ħarifa tal-2007, ġiet akkwistata karozza tal-linja addizzjonali li tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-impriża tal-karozzi tal-linja Wessels minn Geeste taħt l-istess kundizzjonijiet. |
(82) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li l-EEB ma tista' tagħmel l-ebda profitt bis-sistema call-a-bus u pprovdew lill-Kummissjoni b'kopja ta' ittra tas-16 ta' Frar 2007 lill-impriżi tal-karozzi tal-linja li joperaw fil-Landkreis li turi li kollha kemm huma kellhom aċċess għall-karozzi tal-linja bl-istess kundizzjonijiet. |
5. KUMMENTI MINGĦAND IL-PARTIJIET INTERESSATI
5.1. L-ILMENTATURI
5.1.1. APPOĠĠ FINANZJARJU GĦAT-TWETTIQ TA' TRASPORT TAL-ISKOLA (KOLONNI 3 U 4)
(83) |
L-Ilmentaturi kkontestaw li l-EEB sempliċiment bagħtet l-ammonti li rċeviet mingħand il-Landkreis lill-impriżi li jipprovdu t-trasport tal-iskola. Huma emmnu li l-EEB rċeviet somma f'daqqa u organizzat it-trasport tal-iskola b'mod li jimmassimizza l-profitt tagħha stess. |
(84) |
L-Ilmentaturi kkontestaw li l-EEB issodisfat dmirijiet pubbliċi meta organizzat trasport tal-iskola u aġixxiet f'isimha minflok f'isem il-Landkreis Emsland. Jekk ċerti attivitajiet tal-EEB kellhom jitqiesu bħala dmirijiet pubbliċi, dawn kellhom jiġu minn kontijiet separati. Huma sostenew li l-EEB kienet qed tħallat l-attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi tagħha. |
(85) |
Fir-rigward tat-trasport tal-iskola fl-Emsland t'Isfel, l-Ilmentaturi argumentaw li l-kuntratti bejn VGE-Süd u l-EEB dejjem kienu bbażati fuq il-prestazzjoni u bagħtu tabella li turi l-ħlasijiet li rċeviet VGE-Süd (ara wkoll il-premessa 29(f)). |
(86) |
L-Ilmentaturi sostnew li jekk it-total tal-kolonni 3 u 4 rrappreżenta l-ħlasijiet totali lill-impriżi li jwettqu t-trasport tal-iskola, it-tnaqqis f'daqqa bejn l-2005 u l-2006 huwa indikazzjoni ta' kumpens żejjed li kien jeżisti minn qabel. |
(87) |
Skont l-Ilmentaturi, l-ispejjeż għat-trasport tal-iskola minn VGE-Süd varja biss marġinalment (madwar 6 %) bejn l-1997 u l-2007. Huma ma kellhom l-ebda spjegazzjoni għall-irduppjar tal-ammonti mniżżlin fil-kolonna 4 matul l-istess perjodu ta' żmien. Huma sostnew li żidiet fin-nollijiet ta' mhux aktar minn 10 % seħħew bejn l-1997 u l-2006. |
5.1.2. ABBOZZAR TAL-NVP (IL-KOLONNA 5)
(88) |
L-Ilmentaturi argumentaw li l-EEB abbozzat l-NVP sabiex taqdi l-interessi tagħha stess u li dan ikkostitwixxa vantaġġ fuq l-EEB fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tar-rotot (Liniengenehmigungsanträge). Huma sostnew ukoll li għalkemm huma kienu kkonsultati matul l-elaborazzjoni tal-NVP, il-fehmiet tagħhom ma ġewx ikkunsidrati. |
(89) |
L-Ilmentaturi kkontestaw ukoll il-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-istabbiliment tal-NVP mhuwiex attività ekonomika. L-unika deċiżjoni pubblika meħuda f'dan il-kuntest fil-fehma tagħhom kienet il-valutazzjoni u l-adozzjoni tal-NVP mil-Landkreis. Ix-xogħol preparatorju mwettaq mill-EEB ikkostitwixxa attività ekonomika li setgħet twettqet minn kwalunkwe konsulenza. L-Ilmentaturi argumentaw li huma wkoll għandhom l-għarfien meħtieġ sabiex iwettqu dawn il-kompiti. |
(90) |
L-Ilmentaturi sostnew li l-akkwist tas-softwer DIVA ma kienx speċifiku għall-istabbiliment tal-NVP, iżda li jista' jintuża wkoll għal għanijiet oħrajn bħall-ottimizzazzjoni tal-provvista tat-trasport minn impriża tal-karozzi tal-linja. L-EEB kienet tieħu vantaġġ kieku rċeviet is-softwer DIVA bla ħlas. |
5.1.3. FINANZJAMENT TA' VETTURI FERROVJARJI GĦAS-SISTEMA CALL-A-BUS (INKLUŻ FIL-KOLONNA 6)
(91) |
Fir-rigward tal-call busses (Rufbusse), l-Ilmentaturi kkontestaw li l-karozzi tal-linja kienu offruti lill-impriżi kollha attivi f'Landkreis Emsland. L-EEB offriet il-karozzi tal-linja biss lil dawk l-impriżi li jirreġistraw il-vjaġġi tal-karozza tal-linja tagħhom permezz taċ-Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland. L-Ilmentaturi sostnew li dan sforza lill-impriżi tal-karozzi tal-linja sabiex jipprovdu dejta eknomikament sensittiva fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri lill-kompetitur tagħhom l-EEB. Barra minn hekk, skont l-Ilmentaturi, l-EEB użat il-karozzi tal-linja mhux biss fir-rotot tal-call-a-bus biss, iżda anke fir-rotot regolari tagħha (bħall-Haselünne-Meppen). |
(92) |
L-Ilmentaturi sostnew li l-ebda wieħed minnhom ma kiseb call bus. B'mod partikolari, l-Ilmentaturi Albers u Elbert sostnew li huma soffrew żvantaġġ fil-proċeduri ta' awtorizzazzjoni (Genehmigungswettbewerb) għaliex allegatament ma kellhomx aċċess għas-sistema call-a-bus. |
5.2. NAHVERKEHRSBERATUNG SÜDWEST
(93) |
Nahverkehrsberatung Südwest ikkontestat il-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-ħlasijiet skont il-paragrafu 45a tal-PBefG kienu kumpensi għal obbligi ta' servizz pubbliku u jissodisfaw il-kriterji ta' Altmark. Hi ssostni li l-paragrafu 45a tal-PBefG ma jiddefinixxix obbligi ta' servizz pubbliku, li ma hemmx kontroll fuq kumpens żejjed u li l-paragun ma' impriża ekonomikament rappreżentattiva u li topera b'mod effiċjenti huwa żbaljat. |
5.3. KUMMENT ANONIMU
(94) |
Kummentatur anonimu esprima dubju dwar jekk l-ammonti mniżżlin fil-kolonna 3 tat-tabella ta' hawn fuq jikkorrispondux mal-ħlasijiet għat-trasport tal-iskola. Hu emmen li dawn huma sussidji diretti lill-impriżi tal-karozzi tal-linja sabiex jiksbu vantaġġi oħrajn (influwenza fuq skeda, sħubija tal-EEB fil-VGE-Süd, skedi aħjar għal passiġġieri li mhumiex studenti, sottokuntratti għal impriżi oriġinarjament attivi fi trasport tal-iskola mhux integrat). |
6. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA DWAR KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
6.1. APPOĠĠ FINANZJARJU GĦAT-TWETTIQ TA' TRASPORT TAL-ISKOLA (IL-KOLONNI 3 U 4)
(95) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li t-tnaqqis fi ħlasijiet għat-trasport tal-iskola (il-kolonni 3 u 4) bejn l-2005 u l-2006 ma kienx indikazzjoni ta' kumpens żejjed qabel l-2006, kif allegat mill-Ilmentaturi. Huma spjegaw it-tnaqqis kif ġej:
|
(96) |
Fir-rigward taż-żidiet tal-ispiża ġenerali bejn l-1997 u l-2006, l-awtoritajiet Ġermaniżi wissew li l-kolonna 4 ma tagħtix stampa preċiża tal-evoluzzjoni reali tal-ispiża għaliex ċifri għal snin individwali jinkludu wkoll avvanzi għal snin ta' wara. |
(97) |
Fl-2007, l-ispejjeż żdiedu konsiderevolment wara żidiet importanti fit-tariffi għall-biljetti tal-karozzi tal-linja tal-iskola fuq ir-rotot tal-karozzi tal-linja regolari tal-VGE-Süd. L-awtoritajiet ipprovdew ċifri dwar l-evoluzzjoni tat-tariffi fiż-żona servuta minn VGE-Süd li juru żidiet sa 45 %. Huma spjegaw ukoll li n-numru ta' studenti eliġibbli żdied b'madwar 20 % mill-1997 sal-2003 (minn 15 429 għal 18 454). B'kunsiderazzjoni ta' din iż-żieda, l-awtoritajiet sostnew li l-ispiża ġenerali tat-trasport tal-iskola għal kull student fil-fatt naqset, primarjament minħabba l-integrazzjoni tat-trasport tal-iskola f'servizzi tal-karozzi tal-linja regolari. |
(98) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi ma kkontestawx li l-EEB wettqet attivitajiet ekonomiċi, iżda insistew li fir-rigward tal-ħlasijiet għat-trasport tal-iskola mqassra fil-kolonni 3 u 4, l-EEB ma aġixxietx bħala impriża iżda wettqet kompiti pubbliċi skont il-Paragrafu 3 tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha (ara wkoll il-premessa 14). L-EEB sempliċiment bagħtet il-ħlasijiet li rċeviet mil-Landkreis Emsland lill-impriżi tal-karozzi tal-linja li jwettqu t-trasport tal-iskola u l-ħlasijiet saru regolarment sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm kumpens żejjed jew nieqes. |
6.2. ABBOZZAR TAL-NVP (IL-KOLONNA 5)
(99) |
Skont l-awtoritajiet Ġermaniżi, l-istqarrija li l-Ilmentaturi ma kinux ikkonsultati biżżejjed fl-elaborazzjoni tal-NVP u li l-NVP kienet aġġustata għall-vantaġġ tal-EEB mhijiex korretta. Fl-1996, l-impriżi tal-karozzi tal-linja kienu mistiedna jipparteċipaw fi grupp ta' ħidma sabiex jiddiskutu l-NVP, li huma għamlu. Madankollu, fl-2002, l-impriżi Kalmer, Bittner, Elbert, Wessels, Fischer u Richers-Reisen irrifjutaw li jipparteċipaw fi grupp ta' ħidma simili u bagħtu sottomissjonijiet bil-miktub. Dawn il-kummenti kienu mogħtija fil-qosor u diskussi fil-korpi deċiżjonali (Gremien) tal-Landkreis Emsland. Dokumenti ta' appoġġ kienu pprovduti lill-Kummissjoni. |
(100) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw ulterjorment li l-NVP ma kien fiha l-ebda informazzjoni konkreta dwar il-frekwenza ta' rotot individwali jew dwar it-trajettorja tar-rotot (kopja tal-NVP ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni). Ma kienx ċar għall-awtoritajiet Ġermaniżi sa fejn l-abbozzar tal-NVP seta' jikkawża żvantaġġ kompetittiv lill-impriżi tal-karozzi tal-linja. |
(101) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi kkontestaw ukoll l-istqarrija tal-Ilmentaturi li parti mill-abbozzar tal-NVP hija attività ekonomika. Huma affermaw li l-NVP hija parti mill-kompiti pubbliċi tal-Landkreis Emsland. L-artikoli ta' assoċjazzjoni (Gesellschaftervertrag) imponew espliċitament il-kompitu ta' abbozzar tal-NVP fuq l-EEB. |
6.3. FINANZJAMENT TA' VETTURI FERROVJARJI GĦAS-SISTEMA CALL-A-BUS (INKLUŻ FIL-KOLONNA 6)
(102) |
Fir-rigward tas-sistema call-a-bus, l-awtoritajiet Ġermaniżi saħqu li l-karozzi tal-linja kienu offruti lill-impriżi kollha fl-Emsland bl-istess kundizzjonijiet bħalma turi ittra addizzjonali tas-16 ta' Frar 2007 lill-impriżi tal-karozzi tal-linja. L-awtoritajiet Ġermaniżi ma fehmux kif is-sejħa obbligatorja permezz taċ-Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland setgħet twassal għat-trasferiment ta' dejta kummerċjalment sensittiva. |
(103) |
L-awtoritajiet ikkontestaw li l-impriżi Albers u Elbert ma kinux ingħataw aċċess għal dawn il-karozzi tal-linja. Huma sostnew li laqgħat mal-impriża Elbert urew li huma ma qablux mal-kundizzjonijiet ta' użu tal-karozzi tal-linja. |
(104) |
Fir-rigward tal-call busses l-awtoritajiet Ġermaniżi kkunsidraw li l-EEB wettqet kompiti pubbliċi. Wara d-deċiżjoni tat-8 ta' Frar 2006, il-Kreisausschuß (korp deċiżjoni) tal-Landkreis Emsland inkariga lill-EEB sabiex takkwista l-karozzi tal-linja u sabiex testendi s-sistema call-a-bus. Billi żżomm il-karozzi tal-linja fis-sjieda tal-EEP, il-Landkreis riedet tiżgura li żżomm is-setgħa deċiżiva fuq l-użu ta' dawn il-karozzi tal-linja. |
(105) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi stqarrew li jekk parti ma tibqax interessata fl-operazzjoni ta' call-bus din tkun offruta lil partijiet interessati oħrajn. Jekk ħadd ma jkun jista' jinstab, il-Landkreis Emsland tiddeċiedi dwar l-użu tagħhom. Waħda mill-ħames call busses waqfet taħdem f'Awwissu 2012 u l-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li din il-karozza tal-linja se tinbiegħ u li d-dħul minn dan il-bejgħ se jiġi rimborżat lil-Landkreis Emsland, u dan juri li l-Landkreis żammet kontroll fuq il-karozzi tal-linja. L-istess iseħħ jekk karozzi tal-linja oħrajn ma jibqgħux operattivi. |
(106) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-karozzi tal-linja kienu parzjalment użati barra mis-sistema call-a-bus, speċifikament għat-trasport tal-iskola. Skont l-awtoritajiet Ġermaniżi dan seħħ f'koordinazzjoni mal-Landkreis Emsland. Is-sussidjarji u partijiet terzi tal-EEB użaw il-call busses għal skopijiet ta' trasport tal-iskola bejn 3,9 % u 24,1 % tal-ħin. |
7. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
7.1. AMBITU TAD-DEĊIŻJONI
7.1.1. AMBITU STIPULAT MID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ
(107) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ identifikat lill-EEB bħala l-benefiċjarju potenzjali ta' numru ta' miżuri ta' għajnuna mill-Istat bejn l-1997 u l-2007 koperti mill-kolonni 1 — 6 tat-Tabella 1 ta' din id-deċiżjoni. |
(108) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li ċerti miżuri koperti minn dawn il-kolonni ma involvewx għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Dawn il-miżuri ma jifformawx parti mid-deċiżjoni preżenti, għaliex il-Kummissjoni diġà ħadet pożizzjoni definittiva dwarhom. |
(109) |
Il-kummenti ta' Nahverkehrsberatung Südwest jirreferu għall-ħlasijiet skont il-paragrafu 45a tal-PBefG, li għalihom il-Kummissjoni sabet li dawn ma involvewx għajnuna mill-Istat. Dik is-sejba ma ġietx sfidata fil-Qrati tal-Unjoni, u għalhekk saret definittiva. Għalhekk, il-Kummissjoni mhux se tkompli tinvestiga dawn il-kummenti. |
(110) |
Parti mill-kummenti tal-Ilmentaturi jirreferu għal xi ħlasijiet inklużi fil-kolonna 6 li dwarhom il-Kummissjoni diġà kienet ikkonkludiet li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, jiġifieri ħlasijiet għax-xiri tas-softwer DIVA-Geo, abbozz ta' reġistru tal-waqfiet tal-karozzi tal-linja, faċilitajiet ta' stennija għall-passiġġieri tat-trasport bil-karozzi tal-linja u softwer għall-ippjanar tat-trasport tal-passiġġieri lokali. Dik is-sejba ma ġietx sfidata fil-Qrati tal-Unjoni, u għalhekk saret definittiva. Għalhekk, il-Kummissjoni mhux se tkompli tinvestiga aktar dawn il-kummenti. |
7.1.2. MIŻURI MHUX SOĠĠETTI GĦAL IRKUPRU TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT ILLEGALI U INKOMPATIBBLI
(111) |
Fir-rigward tal-kolonna 1, il-Kummissjoni tinnota li d-dotazzjoni kapitali inizjali u l-maġġorparti tal-ishma tal-RWE (26) diġà kienu għad-dispożizzjoni tal-entità fi ħdan l-amministrazzjoni (EE) li kienet inkorporata fl-1 ta' Jannar 1997. Kif ġibdet l-attenzjoni l-Ġermanja, id-dotazzjoni kapitali u t-trasferiment tal-maġġorparti tal-ishma tal-RWE saru aktar minn 10 snin qabel ma l-ewwel talba għal informazzjoni dwar dawn it-trasferimenti ġiet indirizzata lill-Ġermanja (27). Għalhekk, dawn il-miżuri ma jistgħux jibqgħu ikunu soġġetti għal irkupru ta' għajnuna illegali mill-Istat u inkompatibbli skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (28). Dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, għar-raġunijiet stabbiliti fit-Taqsima 7.2.1.. Madankollu, dik l-għajnuna hija meqjusa li hija għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (29). |
(112) |
Parti żgħira mill-ishma tal-RWE (30) ġiet ittrasferita biss fit-12 ta' Ottubru 1998 (“l-ishma tal-1998”), u dan huwa anqas minn 10 snin qabel l-ewwel talba għal informazzjoni dwar it-trasferiment ġiet indirizzata lill-Ġermanja. It-trasferiment tal-ishma tal-1998 huwa għalhekk għajnuna ġdida. |
(113) |
Id-deċiżjoni preżenti, għalhekk, mhux se jkollha x'taqsam mal-kompatibilità tad-dotazzjoni kapitali u l-maġġorparti tal-ishma tal-RWE, iżda se tillimita lilha nfisha għall-ishma ttrasferiti fl-1998. |
7.1.3. KONKLUŻJONI DWAR L-AMBITU TA' DIN ID-DEĊIŻJONI
(114) |
Fid-dawl tal-osservazzjonijiet ta' hawn fuq, id-deċiżjoni se tivvaluta jekk l-EEB kisbitx għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-107(1) tat-TFUE, u jekk dan huwa minnu, jekk tali għajnuna mill-Istat tistax titqies kompatibbli, fir-rigward tal-miżuri li ġejjin:
|
7.2. EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
(115) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
(116) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. B'mod partikolari, l-appoġġ finanzjarju:
|
7.2.1. L-ISHMA TAL-RWE TAL-1998 U D-DIVIDENDI TAGĦHOM
7.2.1.1. Vantaġġ ekonomiku selettiv għal impriża
(117) |
Bħala l-ewwel pass jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk l-EEB tistax titqies impriża fil-kuntest tat-trasferiment tal-ishma tal-1998 u d-dividendi tagħhom. |
(118) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddefinixxiet l-impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom u l-mod kif inhuma ffinanzjati (31). Il-klassifikazzjoni ta' entità partikolari bħala impriża għalhekk tiddependi kompletament fuq in-natura tal-attivitajiet tagħha. Kif deskritt fil-premessa 12 sa 16 l-EEB hija involuta f'varjetà ta' attivitajiet. F'xi oqsma l-EEB taġixxi bħala aġent tal-Istat, sempliċiment tgħaddi ħlasijiet lil operaturi ekonomiċi f'isem il-Landkreis; f'oqsma oħrajn l-EEB twettaq attivitajiet li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika. L-EEB hija involuta wkoll f'attivitajiet ta' natura ekonomika, l-EEB hija detentur tal-LVG li huma mogħtija fuq bażi kompetittiva u tmexxi trasport ferrovjarju tal-merkanzija. |
(119) |
Il-klassifikazzjoni ta' entità bħala impriża hija dejjem relattiva għal attività speċifika. Jekk entità twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi, din għandha titqies bħala impriża biss fir-rigward ta' dawk tal-ewwel (32). Il-Kummissjoni tinnota f'dan il-kuntest li l-Landkreis ma rabtitx il-kundizzjonijiet mat-trasferiment tal-ishma. Minflok dawn twasslu bħala rigal, mingħajr kontroparti. |
(120) |
Fir-rigward tad-dividendi, madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja wriet li l-ammont sħiħ tad-dividendi, li l-EEB rċeviet mill-ishma ttrasferiti, ġie użat sabiex jiffinanzja t-trasport tal-iskola sal-2005 u tħallas lura lil- Landkreis Emsland sal-2006 (ara wkoll il-premessa 29(f)). Il-Ġermanja għalhekk uriet li, matul il-perjodu taħt investigazzjoni, id-dividendi ma setgħux intużaw għal attivitajiet oħrajn tal-EEB, inkluż l-attivitajiet ekonomiċi tagħha. |
(121) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li billi ttrasferixxiet l-ishma tal-RWE tal-1998, il-Ġermanja pprovdiet vantaġġ lill-EEB, għaliex l-EEB rat l-assi tagħha jiżdiedu mingħajr ebda rimunerazzjoni jew kontroparti. |
(122) |
Barra minn hekk, l-EEB tista' tuża l-ishma sabiex issaħħaħ is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, u b'mod partikolari tużahom bħala garanzija għal attivitajiet ekonomiċi tal-EEB. |
(123) |
Is-sitwazzjoni hija differenti għad-dividendi li jirriżultaw mill-ishma, li ma kinux użati għal attivitajiet ekonomiċi. L-EEB għalhekk għandha titqies impriża fir-rigward tal-ishma tal-RWE tal-1998, bl-eċċezzjoni tad-dividendi tagħhom. |
(124) |
Minħabba li l-EEB hija meqjusa li hija impriża fir-rigward tal-ishma tal-RWE tal-1998 (bl-eċċezzjoni tad-dividendi tagħhom), jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk it-trasferiment tal-ishma jistax iwassal għal vantaġġ. Vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huwa kull benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet tas-suq normali, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (33). |
(125) |
Tranżazzjonijiet ekonomiċi li jsiru minn korpi pubbliċi (inklużi impriżi pubbliċi) ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti tagħha, u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna, jekk dawn isiru f'konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq (34). F'dan il-kuntest, il-qrati tal-Unjoni żviluppaw il-“prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq”. Sabiex jiġi stabbilit jekk it-tranżazzjoni ekonomika mill-korp pubbliku tikkostitwixxix għajnuna, huwa meħtieġ li jiġi vvalutat jekk, f'ċirkostanzi simili, investitur privat ta' qies simili li jopera taħt kundizzjonijiet normali ta' ekonomija tas-suq setax ikun imħeġġeġ jagħmel l-investiment imsemmi (35). |
(126) |
Kif spjegat taħt il-premessa 66, il-Ġermanja argumentat li l-Landkreis Emsland aġixxiet bħala investitur tal-ekonomija tas-suq. Fil-każ preżenti, il-Landkreis ittrasferixxiet l-ishma bla ħlas, mingħajr ma ddefinixxiet espliċitament kontroparti, ħaġa li ma kinitx isseħħ taħt kundizzjonijiet tas-suq normali. Il-Ġermanja ma bagħtet l-ebda evidenza li l-ottimizzazzjoni tat-taxxa li l-Landkreis allegatament ippruvat tikseb taqbeż il-valur tas-suq tal-ishma tal-1998. Fi kwalunkwe każ, il-benefiċċju tal-ottimizzazzjoni tat-taxxa ma kienx ikun dovut għal-Landkreis, iżda għall-EEB. |
(127) |
Il-Landkreis ittrasferixxiet is-37 630 sehem tal-RWE b'valur ta' madwar EUR 1 689 264,40 filwaqt li stenniet li dawn se jwasslu għal gwadanni annwali ta' madwar DM 34 000 (madwar EUR 17 000) b'kunsiderazzjoni ta' ħlas ta' dividendi ta' DM 1,60 (madwar EUR 0,80) għal kull sehem. |
(128) |
Il-Landkreis ma bbażatx dan it-trasferiment ta' assi fuq pjan ta' negozju li ppreveda redditu aċċettabbli għal investitur tal-ekonomija tas-suq (36). Għall-kuntrarju, l-ishma ġew ittrasferiti bla ħlas. |
(129) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkonkludi li t-trasferiment tal-ishma tal-RWE tal-1998 ma seħħx f'konformità ma' kundizzjonijiet tas-suq normali u ma rrispettax il-“prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq”. |
(130) |
Għalhekk, it-trasferiment jikkostitwixxi vantaġġ. Is-sempliċi sjieda tal-ishma tista' ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-EEB (l-ishma jistgħu jinbiegħu jew jintużaw bħala garanzija). |
(131) |
Permezz tat-trasferiment tal-ishma tal-RWE tal-1998 l-Landkreis effettivament tilfet dħul potenzjali li setgħet kisbet billi tbigħ l-ishma jew billi tużahom bħala garanzija u ttrasferiethom lill-EEB (anke jekk fil-perjodu taħt din l-investigazzjoni ma żammet l-ebda dividend li rriżulta minn dawn l-ishma). L-ishma tal-1998 huma rreġistrati bħala assi fuq il-karta bilanċjali tal-EEB u l-EEB għalhekk tista' liberament tiddisponi minnhom jew tużahom bħala garanzija. Il-Kummissjoni tinnota f'dan il-kuntest li l-Landkreis ma rabat espliċitament l-ebda kundizzjoni mat-trasferiment tal-ishma, bħal li l-ishma ma jistgħux jinbiegħu jew jintużaw bħala garanzija. |
(132) |
Minħabba li t-trasferiment u s-sjieda tal-ishma tal-1998 jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal attivitajiet ekonomiċi tal-EEB, il-Kummissjoni tikkonkludi li, bl-eċċezzjoni tad-dividendi tagħhom, dan ta vantaġġ selettiv lill-EEB bħala impriża fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2.1.2. Riżorsi tal-Istat u miżura attribwibbli għall-Istat
(133) |
L-ishma tal-1998 kienu ass li preċedentament kien għad-dispożizzjoni totali tal-Landkreis, li hija amministrazzjoni pubblika. Għalhekk dawn jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. It-trasferiment tagħhom għall-EEB kien ir-riżultat ta' deċiżjoni mil-Landkreis u t-trasferiment huwa għalhekk attribwibbli għall-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2.1.3. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
(134) |
Mill-1995, bosta Stati Membri bdew jiftħu ċerti swieq tat-trasport għall-kompetizzjoni minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, sabiex b'hekk numru ta' impriżi diġà qed joffru s-servizzi ta' trasport urban, suburban jew reġjonali tagħhom fi Stati Membri apparti fl-Istat ta' oriġini tagħhom (37). Kif spjegat fil-premessa 18, taħt il-leġiżlazzjoni Ġermaniża, l-LVG jingħataw fuq bażi kompetittiva u l-EEB hija detentur ta' tali LVG. Billi tissaħħaħ is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-EEB, is-sjieda tal-ishma tal-RWE tal-1998 tista' tfixkel il-kompetizzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' trasportazzjoni tal-passiġġieri bil-karozzi tal-linja. |
(135) |
Barra minn hekk, vantaġġ mogħti lil impriża li topera f'suq li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni normalment ikun issoponut li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Tabilħaqq, “meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma impriżi oħra kompetituri fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu li ġew influwenzati mill-għajnuna.” (38). Għalhekk, it-trasferiment tal-ishma tal-1998 għandu jitqies li jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri sal-punt li dawn isaħħu l-pożizzjoni tas-suq tal-EEB u l-abbiltà tagħha li tagħmel offerta għal LVGs. |
(136) |
Għalhekk, it-trasferiment tal-ishma tal-1998 jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' attivitajiet ekonomiċi tal-EEB. |
7.2.1.4. Konklużjoni
(137) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-trasferiment tal-ishma tal-1998 lill-EEB jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Kummissjoni għalhekk trid tivvaluta jekk din il-miżura tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
(138) |
Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dividendi dovuti fuq ishma tal-RWE ittrasferiti lill-EEB ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2.2. TRASPORT TAL-ISKOLA (IL-KOLONNA 3 U 4)
(139) |
Bħala l-ewwel pass irid jiġi vvalutat jekk l-EEB jistax jitqies bħala impriża fil-kuntest tal-organizzazzjoni tat-trasport tal-iskola fil-Landkreis ta' Emsland. Kif indikat hawn fuq fil-premessa 119, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddefinixxiet l-impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom u l-mod kif inhuma ffinanzjati (39). Il-klassifikazzjoni ta' entità partikolari bħala impriża għalhekk tiddependi kompletament fuq in-natura tal-attivitajiet tagħha. |
(140) |
Jekk entità twettaq għadd ta' attivitajiet differenti, li wħud minnhom jistgħu jitqiesu mhux ekonomiċi u wħud minnhom ekonomiċi, kull attività trid tiġi vvalutata separatament, jekk huma separabbli minn xulxin (40). Il-fatt li entità twettaq xi attivitajiet ekonomiċi ma jfissirx neċessarjament li għandha titqies bħala impriża fir-rigward tal-attivitajiet tagħha kollha. |
(141) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li l-EEB kienet qiegħda sempliċiment tgħaddi l-ammonti rċevuti mil-Landkreis Emsland lill-impriżi tal-karozzi tal-linja li jwettqu trasport tal-iskola kemm integrat kif ukoll mhux integrat. Ħarsiet ġenerali komprensivi ta' ħlasijiet annwali lill-EEB mil-Landkries u ħlasijiet mill-EEB, kif ukoll ittri minn kontabilista kkwalifikat mibgħuta mill-Ġermanja jikkonfermaw li l-kontijiet tal-EEB ġew ivverifikati u l-ħlasijiet deħlin jew ħerġin għat-trasport tal-iskola kienu bbilanċjati. Għalhekk l-EEB ma wettqitx attività ekonomika, iżda aġixxiet biss bħala intermedjarju amministrattiv jew fergħa estiża tal-Istat. |
(142) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-EEB ma aġixxietx bħala impriża fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE b'rabta mal-organizzazzjoni tat-trasport tal-iskola fil-Landkreis Emsland. Minħabba li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament tal-organizzazzjoni tat-trasport tal-iskola mniżżel fil-kolonni 3 u 4 ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2.3. APPOĠĠ FINANZJARJU GĦALL-ABBOZZAR TAL-NVP (FIL-KOLONNA 5)
(143) |
Fid-deċiżjoni tagħha sabiex tibda l-investigazzjoni, il-Kummissjoni diġà waslet għall-konklużjoni li l-abbozzar tal-NVP mill-EEB għall-adozzjoni mill-Kunsill tal-Landkreis ma kienx jikkostitwixxi attività ekonomika. |
(144) |
Aktar informazzjoni pprovduta mill-Ilmentaturi ma tbiddilx din il-konklużjoni. Fil-fatt, il-paragrafu 2(2) u l-paragrafu 6 tal-NNVG jistipulaw li l-provvediment tat-trasport pubbliku huwa kompitu li jaqa' fil-mandat pubbliku. Il-mod li bih dan il-kompitu pubbliku huwa mwettaq għandu jiġi ddefinit f'NVP. L-NVP għalhekk hija parti integrali mill-kompiti tal-politika pubblika tal-Landkreis, li hi ddelegat lill-EEB. |
(145) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ukoll esprimiet dubji dwar il-kumpens korrett tal-ispejjeż relatati mal-NVP. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermat li l-ammonti ttrasferiti mil-Landkreis għall-iffinanzjar tal-NVP kienu limitati għar-rimborż tal-ispejjeż materjali mġarrba (ara wkoll premessa 43) u li kienet wieħed mill-kompiti tal-persunal tal-EEB u l-ebda spiża addizzjonali fuq il-persunal ma ġiet ikkumpensata. |
(146) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma li l-EEB ma aġixxietx bħala impriża fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE fir-rigward tal-abbozzar tal-NVP. Ladarba l-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri elenkati fil-kolonna 5 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2.4. FINANZJAMENT TAĊ-ĊENTRU TAL-MOBBILTÀ TAL-EMSLAND (INKLUŻ FIL-KOLONNI 5 U 6)
7.2.4.1. Vantaġġ ekonomiku selettiv għal impriża
(147) |
Bħala l-ewwel pass għandu jiġi vvalutat jekk l-EEB tistax titqies impriża fil-kuntest tal-finanzjament tal-MCE. Kif indikat hawn fuq fil-premessa 119, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddefinixxiet l-impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom u l-mod kif inhuma ffinanzjati (41). Il-klassifikazzjoni ta' entità partikolari bħala impriża għalhekk tiddependi kompletament fuq in-natura tal-attivitajiet tagħha. |
(148) |
Fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-ftuħ ma kienx ċar li l-MCE twaqqaf sew qabel il-ħolqien tal-EEB u li l-Istat kien ipprovda dan is-servizz ta' informazzjoni bħala parti mill-kompiti tiegħu sabiex jiżgura l-funzjonament tat-trasport pubbliku. Il-Landkreis iddeċidiet li tħaddem ċentru tal-mobbiltà fil-31 ta' Lulju 1995 sabiex tipprovdi servizz ta' informazzjoni tat-trasport pubbliku lill-pubbliku ġenerali. L-Istat sempliċiment esternalizza dan il-kompitu lill-EEB fil-ħolqien tiegħu fl-1 ta' Jannar 1997. Dan huwa espliċitament imsemmi fl-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-EEB. |
(149) |
Il-pragrafu 2(2) u l-paragrafu 6 tal-NNVG jistipulaw li l-provvista tat-trasport pubbliku huwa kompitu li jaqa' fil-mandat pubbliku. Il-mod li bih dan il-kompitu pubbliku huwa mwettaq għandu jiġi ddefinit f'NVP. L-NVP tal-Landkreis Emsland tqis li d-disponibbiltà ta' informazzjoni estensiva u aġġornata dwar servizzi tat-trasport pubbliku pprovduta mill-MCE hija parti essenzjali u integrali ta' dan il-kompitu pubbliku. |
(150) |
Kif spjegat hawn fuq (ara l-Premessa 47), il-Kummissjoni tfakkar li l-MCE ipprovda informazzjoni b'xejn u kien rimborżat biss għal spejjeż materjali u tal-persunal imġarrba, li l-EEB kellha tiffinanzja bil-quddiem. Ma kienx previst marġni ta' profitt. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li operatur tal-ekonomija tas-suq aktarx mhux se jipprovdi servizz ta' informazzjoni bil-mod kif jagħmel l-MCE. |
(151) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li jirriżulta li s-sitwazzjoni tal-MCE hija differenti mis-sitwazzjoni fil-kawża N 604/05, Landkreis Wittenberg, C(2005) 1847 final li ġiet ikkwotata fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Fil-kawża ta' Wittenberg, l-impriżi tal-karozzi tal-linja kienu r-riċevituri tal-finanzjament pubbliku allokat għal ċentru tal-mobbiltà lokali. L-impriżi tal-karozzi tal-linja ħallsu għal ċentru tal-mobbiltà fil-Landkreis Wittenberg. Il-finanzjament pubbliku, għalhekk, ħeles lill-impriżi tal-karozzi tal-linja minn spiża li normalment kienu jġarrbu u għalhekk ikkostitwixxa vantaġġ għall-impriżi tal-karozzi tal-linja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Fil-każ attwali, l-MCE jaqa' fi ħdan ir-responsabbiltà finanzjarja tal-EEB bħala entità li twettaq kompiti pubbliċi li qabel kienu jsiru internament fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika. |
(152) |
Madankollu, ma jistax ikun eskluż kompletament min-natura tal-attività tal-MCE stess li tali attività ma tistax, għallinqas fil-prinċipju, titwettaq minn operatur tal-ekonomija tas-suq. |
(153) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja u partijiet terzi wara d-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li tikkonkludi jekk, f'dan il-każ partikolari, it-tmexxija tal-MCE tikkostitwixxix attività ekonomika u jekk għalhekk l-EEB aġixxietx — meta pprovdiet dawn is-servizzi — bħala impriża fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(154) |
Kieku l-EEB aġixxiet bħala impriża, il-finanzjament pubbliku pprovdut għal dawn is-servizzi seta' kien ta' vantaġġ għall-EEB, jekk l-Istat ma aġixxiex bħala operatur tal-ekonomija tas-suq, li jidher li huwa improbabbli. |
7.2.4.2. Riżorsi tal-Istat u miżura attribwibbli għall-Istat
(155) |
Ġie stabbilit li l-Landkreis iddeċidiet li tiffinanzja l-MCE. L-EEB għalhekk tiffinanzja lill-MCE mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tagħmel hekk hija attribwibbli għall-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2.4.3. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
(156) |
Jekk l-attività tal-MCE kienet fil-fatt attività ekonomika, l-EEB tkun attiva fis-suq tal-provvista tal-informazzjoni dwar servizzi tat-trasport pubbliku fir-reġjun, li fil-prinċipju huwa miftuħ għall-kompetizzjoni. Skont l-informazzjoni disponibbli u minħabba l-karattru lokali tas-servizz ipprovdut mill-MCE, il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li tikkonkludi jekk il-finanzjament tal-MCE jistax jaffettwa b'mod negattiv il-kummerċ bejn l-Istati Membri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2.4.4. Konklużjoni
(157) |
Skont dak li ntqal, il-Kummissjoni tqis li l-investigazzjoni ma ppermettietx konklużjoni definittiva dwar jekk il-finanzjament tal-MCE jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Għar-raġunijiet spjegati hawn taħt, il-Kummissjoni, madankollu, tikkunsidra fi kwalunkwe każ li, jekk il-finanzjament tal-MCE kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, din l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern. |
7.2.5. FINANZJAMENT TAL-AKKWIST TAL-VETTURI FERROVJARJI (INKLUŻ FIL-KOLONNA 6)
7.2.5.1. Vantaġġ ekonomiku selettiv għal impriża
(158) |
Bħala l-ewwel pass jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk l-EEB jistax jitqies bħala impriża fil-kuntest tal-finanzjament tal-akkwist tal-vetturi ferrovjarji (ara l-premessa 117 hawn fuq). F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-vetturi ferrovjarji inxtraw mill-EEB fuq talba tal-Landkreis fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-Landkreis sabiex tibda servizz ta' call-a-bus fl-Emsland. L-EEB għamlet dawn il-karozzi tal-linja disponibbli għal partijiet terzi skont kuntratti u taħt kundizzjonijiet trasparenti, li ġew stipulati mil-Landkreis Emsland. Il-karozzi tal-linja intużaw minn partijiet terzi, mhux mill-EEB innifisha. L-EEB għalhekk aġixxiet bħala intermedjarju amministrattiv għal servizz tat-trasport pubbliku. Hi kkoordinat is-servizz ta' call-a-bus bħala parti mill-kompiti tat-trasport pubbliku tagħha miktubin fl-artikoli ta' assoċjazzjoni (ara l-premessa 14). |
(159) |
Wieħed jista' għalhekk jasal biex jikkonkludi li l-EEB ma wettqitx attività ekonomika u ma kkostitwixxietx impriża f'dan il-kuntest, li kieku ma kienx għall-fatt li l-Landkreis Emsland ipprovdiet assi lill-EEB bla ħlas u xejn ma jipprevjeni espliċitament lill-EEB milli tuża dawn l-assi għall-attivitajiet ekonomiċi tagħha. L-EEB akkwistat ħames karozzi tal-linja b'valur tas-suq ta' EUR 685 513,46, mingħajr ma ġarrbet l-ispejjeż għal dan l-akkwist. Dawn il-karozzi tal-linja kienu rreġistrati fuq il-karta bilanċjali tal-EEB bħala assi, li l-EEB fil-prinċipju tista' tiddisponi minnhom b'mod liberu għall-benefiċċju tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha. Avolja l-Landkreis ordnat lill-EEB sabiex tixtri l-karozzi tal-linja għal għan speċifiku, jiġifieri li titkabbar l-iskema call-a-bus, ma kien hemm l-ebda limitazzjoni espliċita fuq l-EEB li tuża l-karozzi tal-linja biss fi ħdan il-qafas tal-iskema call-a-bus. |
(160) |
Is-sjieda tal-karozzi tal-linja setgħet kienet potenzjalment ta' benefiċċju għall-attivitajiet ekonomiċi tal-EEB billi setgħet issaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja tal-EEB. Il-Kummissjoni tikkonkludi li ma jistax ikun eskluż li l-finanzjament ta' dan l-akkwist kien ta' vantaġġ selettiv għall-EEB bħala impriża fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2.5.2. Riżorsi tal-Istat u miżura attribwibbli għall-Istat
(161) |
L-akkwist ġie ffinanzjat mir-riżorsi tal-Landkreis, li hija amministrazzjoni pubblika. Għalhekk kien iffinanzjat minn riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-finanzjament tal-akkwist kien evidentament deċiżjoni tal-Landkreis u l-finanzjament għalhekk huwa attribwibbli għall-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2.5.3. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
(162) |
Kif imsemmi qabel, il-finanzjament tal-akkwist tal-ħames karozzi tal-linja ta vantaġġ selettiv lill-EEB għaliex seta' kien ta' benefiċċju għal attivitajiet ekonomiċi tal-EEB. Apparti l-kompiti ta' politika pubblika tagħha, l-EEB hija involuta f'attivitajiet ekonomiċi (ara wkoll il-premessa 118). |
(163) |
Billi tissaħħaħ is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħha, is-sjieda tal-vetturi ferrovjarji tippermetti lill-EEB sabiex potenzjalment tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' attivitajiet ekonomiċi tal-EEB miftuħin għall-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. |
7.2.5.4. Konklużjoni
(164) |
Skont dak li ntqal, il-Kummissjoni tqis li ma jistax jiġi eskluż li l-finanzjament tal-akkwist ta' ħames karozzi tal-linja mill-EEB jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tivvaluta jekk din il-miżura tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
7.2.6. KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA U L-LEGALITÀ TAGĦHA
(165) |
Minn dak li ntqal hawn fuq ma jistax jiġi eskluż li l-ishma tal-RWE ittrasferiti fl-1998, il-finanzjament ipprovdut għall-MCE u l-call busses jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(166) |
Skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw kwalunkwe pjan li jagħtu jew jibdlu l-għajnuna, u ma jistgħux jimplimentaw il-miżuri proposti qabel ma l-proċedura ta' notifika tkun irriżultat f'deċiżjoni finali, sakemm l-għajnuna inkwistjoni mhijiex eżenti mir-rekwiżit ta' notifika. Il-Kummissjoni tinnota bħal f'każijiet preċedenti, it-trasport bil-karozzi tal-linja lokali u reġjonali ġie eżentat mill-ambitu ta' applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 mill-Ġermanja, bl-użu ta' għażla offruta minn dak ir-Regolament (42), u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 huwa applikabbli. Minħabba li r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 mhuwiex applikabbli, il-miżuri taħt valutazzjoni ma setgħux ikunu eżentati kollha taħt dan ir-Regolament. |
(167) |
Għalhekk, sa fejn il-miżuri ta' hawn fuq jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tqis li l-Ġermanja ma rrispettatx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE (43). |
7.3. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
(168) |
Minħabba li l-ishma tal-RWE ittrasferiti fl-1998 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, u ma jistax jiġi eskluż li l-finanzjament ipprovdut għall-MCE u l-call busses jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha għalhekk tiddetermina jekk l-għajnuna inkwistjoni tistax titqies kompatibbli abbażi tad-derogi pprovduti f'dan it-Trattat. Huwa meqjus li l-miżuri taħt investigazzjoni kollha jirrappreżentaw ir-rimborż għat-twettiq ta' ċerti obbligazzjonijiet inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku li jappoġġjaw il-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni tat-trasport. |
(169) |
L-Artikolu 93 tat-TFUE jipprovdi li “miżuri ta' għajnuna meħtieġa għall-koordinament tat-trasport, jew li jikkorrispondu ma' rimborżi dwar ċerti piżijiet li jeżistu fil-prinċipju ta' servizz pubbliku għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattati”. Dak l-Artikolu jikkostitwixxi lex specialis b'rabta mal-Artikoli 106 u 107 tat-TFUE. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (44), għajnuna għat-trasport fuq l-art tista' tiġi ddikjarata kompatibbli abbażi tal-Artikolu 93 tat-Trattat biss f'każijiet iddefiniti sew li ma jipperikolawx l-interessi ġenerali tal-unjoni. |
(170) |
Il-Ġermanja ma ressqet l-ebda raġuni ta' kompatibilità, għaliex hija tal-opinjoni li l-ebda waħda mill-miżuri ma tinvolvi għajnuna mill-Istat. Id-deċiżjoni tal-ftuħ qajmet dubji fir-rigward tal-kompatibilità fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70, ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 kif ukoll skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Minħabba li l-miżuri involuti kienu jikkonċernaw ir-rimborż għat-twettiq ta' ċerti obbligazzjonijiet inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku li jappoġġjaw il-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni tat-trasport, dawn jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70; l-Artikolu 3(2) tar-Regolament jippermetti l-valutazzjoni tar-rimborż għat-twettiq ta' obbligazzjonijiet inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku għal impriża tat-trasport jew attivitajiet li r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 ma japplikax għalihom. Kemm ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 kif ukoll ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 ġew revokati mir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45). Filwaqt li l-għajnuna li kienet taqa' taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 issa se tiġi eżaminata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għajnuna għall-kompatibilità ta' għajnuna għal ċerti obbligazzjonijiet inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku li jappoġġjaw il-ħtiġijiet għall-koordinazzjoni tat-trasport issa jistgħu jiġu eżaminati direttament taħt l-Artikolu 93 tat-TFUE. |
(171) |
Għall-finijiet ta' kompletezza, il-kompatibilità tal-miżuri involuti se tiġi vvalutata kemm skont ir-regoli applikabbli fiż-żmien tad-deċiżjoni kif ukoll ir-regoli applikabbli fiż-żmien li l-miżuri tħallsu. Din hija r-raġuni għaliex il-kompatibilità hija vvalutata skont l-Artikolu 93 tat-TFUE kif ukoll l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70, kif spjegat aktar hawn taħt fil-premessa 172(f) u 212(f). |
7.3.1. VALUTAZZJONI TAL-KUMPATIBBILTÀ MAL-ARTIKOLU 93 TAT-TFUE
(172) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 93 “jaċċetta l-kompatibbiltà mat-Trattat ta' għajnuniet għat-trasport biss f'każijiet determinati sew u li ma jkunux ta' preġudizzju għall-interessi ġenerali tal-Komunità”. Il-kunċett ta' “koordinazzjoni tat-trasport” użata fl-Artikolu 93 tat-TFUE għandha sinifikat li jmur lil hinn mils-sempliċi fatt ta' faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta' attività ekonomika. Dan jimplika intervent mill-awtoritajiet pubbliċi, li huwa immirat sabiex jiggwida l-iżvilupp tas-settur tat-trasport fl-interess komuni. |
(173) |
Is-settur tat-trasport jista' jesperjenza diffikultajiet ta' “koordinazzjoni” fis-sens ekonomiku tal-kelma, pereżempju, fir-rabtiet bejn netwerks tat-trasport differenti. Il-Kummissjoni, abbażi ta' dan, diġà awtorizzat għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 93 tat-TFUE (46). |
(174) |
F'dan il-każ, l-ishma tal-RWE ġew ittrasferiti lill-EEB sabiex setgħet tissodisfa kompiti pubbliċi relatati mal-ippjanar u l-koordinazzjoni tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri lokali. Dawn il-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 3 tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-EEB (ara wkoll il-premessa 14) jinkludu l-abbozzar tal-NVP għal-Landkreis Emsland, it-tmexxija tal-MCE u l-organizzazzjoni tat-trasport tal-iskola. Dawn is-servizzi kollha jikkontribwixxu għall-koordinazzjoni tat-trasport. |
(175) |
Sa fejn il-finanzjament tal-MCE huwa meqjus bħala għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tqis li l-għan tal-miżura huwa l-koordinazzjoni ta' informazzjoni dwar it-trasport pubbliku. |
(176) |
Fir-rigward tal-call busses, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura inkwistjoni tikkonċerna x-xiri ta' vetturi ferrovjarji bil-ħsieb li dawn isiru disponibbli għall-operaturi attwali tas-servizzi tat-trasport. L-EEB waqqfet u kkoordinat servizz tat-trasport pubbliku, minflok wettqet is-servizz tat-trasport stess. |
(177) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-għan ta' dawn il-miżuri kollha kien li l-EEB tkun tista' tissodisfa ċerti kompiti fil-qasam tat-trasport pubbliku li qabel kienu jsiru fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Landkreis. Filwaqt li l-għan ta' miżura mhuwiex rilevanti għall-analiżi tal-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) (fejn l-effett tal-miżura huwa deċiżiv), l-għan irid jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni tal-kompatibilità ta' dawn il-miżuri mas-suq intern. |
(178) |
Skont prattika deċiżjonali kostanti, għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 93 tat-TFUE jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
|
7.3.1.1. Objettiv iddetereminat sew ta' interess komuni
7.3.1.1.1. L-ishma tal-1998
(179) |
Kif deskritt hawn fuq, l-ishma tal-RWE ġew ittrasferiti lill-EEB fil-kuntest tad-deċiżjoni ta' Landkreis sabiex jinkorporaw l-entità EE, li preċedentament wettqet kompiti pubbliċi relatati mal-ippjanar u mal-koordinazzjoni tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri lokali fi ħdan l-amministrazzjoni ta' Landkreis. Sabiex l-EEB setgħet topera kellu jkollha karta bilanċjali inizjali. Skont il-paragrafu 3 tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-EEB, il-kompiti tagħha jinkludu l-abbozzar tal-NVP għa' Landkreis Emsland, it-tmexxija tal-MCE u l-organizzazzjoni tat-trasport tal-iskola. Dawn il-kompiti kollha jistgħu jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tat-trasport pubbliku fil-Landkreis u għalhekk huma meħtieġa għall-koordinazzjoni tat-trasport. |
(180) |
Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar fil-konklużjoni tagħha li t-trasferiment u s-sjieda tal-ishma tal-1998 mhumiex relatati legalment ma' ebda waħda minn dawn l-attivitajiet. Sal-lum, il-Ġermanja wriet li l-ishma de facto ma ntużaw għal ebda attività oħra. |
(181) |
Madankollu, hemm riskju li l-EEB tista' tiddisponi minn dawn l-ishma u tiffinanzja attivitajiet ekonomiċi f'oqsma oħrajn mid-dħul minn bejgħ jew billi tuża l-ishma bħala garanzija f'kuntest bħal dan. |
(182) |
L-EEB għadha tipposjedi l-ishma, għalhekk jista' jiġi eskluż li d-dħul mill-bejgħ intuża għall-għan ta' attivitajiet ekonomiċi matul il-perjodu taħt investigazzjoni. |
(183) |
Kieku l-ishma tal-1998 kellhom jintużaw mill-EEB b'dan il-mod fil-futur, jista' jiġi argumentat li t-trasferiment tal-ishma tal-1998 ma jibqgħux jikkontribwixxu esklussivament għall-objettiv tal-koordinazzjoni tat-trasport. L-ewwel kriterju ta' kompatibilità ta' għajnuna taħt l-Artikolu 93 tat-TFUE għalhekk jiġi ssodisfat biss jekk l-EEB ma tużax l-ishma tal-1998 sabiex tiffinanzja attivitajiet ekonomiċi barra mill-kompiti pubbliċi tagħha. Il-Kummissjoni għalhekk għandha timponi kundizzjonijiet fuq l-użu tal-ishma tal-1998 bħala kundizzjoni għall-kompatibilità tat-trasferiment tal-ishma tal-1998 mas-suq intern (deskritt hawn taħt). |
7.3.1.1.2. Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland
(184) |
Kif deskritt fil-Punt 47, il-Landkreis iddeċidiet li tmexxi ċentru tal-mobbiltà fil-31 ta' Lulju 1995 sabiex tkun tista' tipprovdi servizz ta' informazzjoni tat-trasport pubbliku lill-pubbliku ġenerali. Il-Landkreis ittrasferixxiet dan il-kompitu lill-EEB meta din ġiet stabbilita fl-1 ta' Jannar 1997. It-tmexxija tal-MCE huwa wieħed mill-kompiti marbutin mal-ippjanar u koordinazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri lokali pubbliku li ġew espliċitament assenjati lill-EEB fl-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha. |
(185) |
Il-paragrafu 2(2) u l-paragrafu 6 tal-liġi reġjonali tal-NNVG jistipulaw li l-provvista tat-trasport pubbliku huwa kompitu li jaqa' fi ħdan il-mandat pubbliku. Il-mod li bih dan il-kompitu pubbliku huwa mwettaq għandu jiġi ddefinit f'NVP. L-NVP tal-Landkreis Emsland tqis li d-disponibbiltà ta' informazzjoni estensiva u aġġornata dwar servizzi tat-trasport pubbliku pprovduta mill-MCE hija parti essenzjali u integrali ta' dan il-kompitu pubbliku. |
(186) |
It-tmexxija tal-MCE qed tikkontribwixxi għall-provvista effiċjenti u bla problemi tat-trasport pubbliku u għalhekk qed tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni. |
7.3.1.1.3. Call busses
(187) |
Il-Landkreis Emsland iddeċidiet li tespandi l-iskema tal-call-a-bus fid-distrett għal żewġ raġunijiet distinti (47):
|
(188) |
Il-call busses jintużaw fuq rotot tat-trasport pubbliku f'sigħat meta d-domanda tkun aktar baxxa (off-peak) sabiex tittejjeb l-offerta tat-trasport pubbliku f'dan il-punt. Il-call busses huma adattati għal siġġijiet tar-roti u prams. |
(189) |
Il-Kummissjoni ilha tisħaq dwar l-importanza ta' rabta intermodali aħjar f'varjetà ta' dokumenti ta' politika tul dawn l-aħħar snin. Il-linji gwida tal-Unjoni tal-2013 għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill (48) jiddefinixxu l-integrazzjoni u interkonnessjoni ottimali tal-mezzi ta' trasport kollha bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tagħhom. Barra minn hekk, l-interkonnessjoni ta' partijiet differenti tal-ibliet u l-irħula twassal għal skema tat-trasport aktar effiċjenti. Il-frekwenza mtejba ta' għażliet tat-trasport pubbliku inklussiv potenzjalment disponibbli hija fl-interess tal-abitanti tal-Landkreis Emsland, b'mod speċjali għaliex hija waħda mill-anqas żoni ppopolati fil-Ġermanja. Il-koordinazzjoni tal-espansjoni tal-iskema call-a-bus tista' għalhekk tkun ikkwalifikata bħala li tikkontribwixxi għal għan ta' interess komuni. |
(190) |
B'mod simili għall-ishma tal-1998, sa fejn is-sjieda tal-call busses tista' tipprovdi vantaġġ għall-attivitajiet ekonomiċi tal-EEB, il-finanzjament tal-call busses ma jibqax jikkontribiwixxi esklussivament għall-objettiv tal-koordinazzjoni tat-trasport. L-ewwel kriterju ta' kompatibilità ta' għajnuna taħt l-Artikolu 93 tat-TFUE għalhekk huwa ssodisfat biss jekk l-EEB ma tużax il-call busses għall-benefiċċju tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha. Fis-sottomissjoni tal-5 ta' Novembru 2012 tagħha, il-Ġermanja kkonfermat li matul il-perjodu taħt investigazzjoni l-call busses kienu primarjament użati għas-servizz call-a-bus u meta l-EEB biegħet waħda mill-karozzi tal-linja, l-EEB raddet ir-rikavat lil-Landkreis. L-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-istess prinċipji se jkunu applikabbli għall-futur. Skont dan l-impenn mill-awtoritajiet Ġermaniżi, il-Kummissjoni taċċetta li l-finanzjament tal-call busses ikkontribwixxa unikament għall-objettiv tal-koordinazzjoni tat-trasport. |
7.3.1.2. Ħtieġa tal-għajnuna u l-effett ta' inċentiv
7.3.1.2.1. L-ishma tal-1998
(191) |
It-trasferiment tal-ishma tal-1998 (flimkien ma' miżuri oħrajn — bħall-injezzjoni kapitali inizjali — mhux soġġett għal din id-deċiżjoni) ippermetta l-eżistenza proprja tal-EEB. Mingħajr din il-miżura, l-EEB ma kinitx tkun kapaċi tissodisfa l-kompiti pubbliċi tagħha relatati mal-ippjanar u koordinazzjoni tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri lokali. L-għajnuna fil-forma tat-trasferiment tal-ishma tal-1998 għalhekk hija meħtieġa sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' interess komuni kif deskritt hawn fuq u għandha effett ta' inċentiv. |
7.3.1.2.2. Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland
(192) |
Il-Kreisausschuß (korp deċiżjonali ta' Landkreis) kien identifika n-nuqqas ta' informazzjoni faċilment disponibbli dwar għażliet ta' vvjaġġar bħala wieħed min-nuqqasijiet ewlenin tat-trasport pubbliku fil-Landkreis Emsland meta kien qed joħloq l-MCE f'Lulju 1995. Is-suq ma pprovdiex tali servizzi aggregati fil-Landkreis Emsland. L-MCE ma kienx jitlob ħlas miċ-ċittadini għall-għoti tal-informazzjoni, l-EEB għalhekk ma kellhiex qligħ minn din l-attività li minnu setgħet tkopri l-ispejjeż operazzjonali relatati. Il-Kummissjoni għalhekk taċċetta li l-għajnuna kienet meħtieġa għall-operazzjoni tal-MCE u kellha effett ta' inċentiv. |
7.3.1.2.3. Call busses
(193) |
Meta tivvaluta l-ħtieġa u l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna, il-Kummissjoni tikkunsidra l-fatt li, mingħajr id-disponibbiltà tal-call busses, il-proġett ma kienx ikun finanzjarjament sostenibbli. Fil-laqgħa tal-Kreistag tat-8 ta' Frar 2006, kien espliċitament imsemmi li l-espansjoni tas-sistema call bus ma għandha taffettwa l-ebda skema call bus eżistenti. Jenħtieġ li s-sistema call-bustiġi introdotta biss f'żoni fejn ma jkunx ekonomikant vijabbli mod ieħor. |
(194) |
L-EEB xtrat il-karozzi tal-linjaf'isem il-Landkreis u għamlithom disponibbli għal partijiet terzi abbażi ta' kuntratti u skont kundizzjonijiet trasparenti, stabbiliti mil-Landkreis Emsland. Partijiet terzi kisbu l-karozzi tal-linja b'xejn u l-EEB ma kisbet l-ebda kiri jew dħul ieħor talli għamlet il-karozzi tal-linja disponibbli, li minnhom setgħet iffinanzjat ix-xiri tal-karozzi tal-linja. Il-karozzi tal-linja intużaw minn sottokuntratturi u partijiet terzi, mhux mill-EEB stess, għalhekk għal darb'oħra l-EEB ma rċeviet l-ebda rikavat minn sfruttament ekonomiku tal-call busses. L-EEB aġixxiet bħala intermedjarju amministrattiv għal servizz tat-trasport pubbliku. Hi kkoordinat is-servizz call-a-bus bħala parti mill-kompiti tat-trasport pubbliku tagħha miktubin fl-artikoli ta' assoċjazzjoni (ara l-premessa 14). Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-għajnuna lill-EEB kienet meħtieġa sabiex tiżviluppa s-sistema call-a-bus u kellha effett ta' inċentiv. |
7.3.1.3. Proporzjonalità tal-għajnuna
7.3.1.3.1. L-ishma tal-1998
(195) |
Il-Kummissjoni tfakkar li d-dividendi li jirriżultaw mis-sjieda tal-ishma tal-1998 ma nżammux mill-EEB. Dawn jew intużaw sabiex iħallsu t-trasport tal-iskola (li għalhekk issostitwew ir-riżorsi tal-Landkreis) jew tħallsu lil-Landkreis. Hu għalhekk argumentat li sakemm tibqa' l-obbligazzjoni li jitħallsu d-dividendi lil-Landkreis, il-valur tas-suq tal-ishma tal-1998 huwa mnaqqas għaliex il-valur ekonomiku ta' dawn l-ishma huwa mnaqqas b'tali obbligu. |
(196) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-għajnuna fil-forma tat-trasferiment tal-ishma tal-1998 hija limitata għall-minimu meħtieġ għall-EEB sabiex twettaq il-kompiti pubbliċi tagħha fil-qasam ta' koordinazzjoni tat-trasport u għalhekk proporzjonat mal-objettiv imfittex mill-miżura. |
7.3.1.3.2. Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland
(197) |
Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessa 77) Landkreis irrimborżat l-ispejjeż attwali mġarrba mill-EEB b'rabta mat-tmexxija tal-MCE, ma kien previst l-ebda marġni ta' profitt. Il-Kummissjoni, għalhekk, tqis l-għajnuna mogħtija bħala riżultat tal-miżura nnotifikata bħala waħda proporzjonata. |
7.3.1.3.3. Call busses
(198) |
Meta tivvaluta l-proporzjonalità tal-għajnuna, il-Kummissjoni tikkunsidra l-elementi li ġejjin:
|
(199) |
Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna relatata mal-finanzjament tal-call busses hija proporzjonali. |
7.3.1.4. L-għajnuna/attività megħjuna hija miftuħa għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja
7.3.1.4.1. L-ishma tal-1998
(200) |
Is-servizzi tal-EEB fil-qasam tal-koordinazzjoni tat-trasport huma kompiti pubbliċi u skont id-definizzjoni, dawn l-attivitajiet huma miftuħin fuq bażi mhux diskriminatorja. |
7.3.1.4.2. Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland
(201) |
L-MCE jipprovdi informazzjoni b'xejn liċ-ċittadini interessati kollha. Dan jiġbor ukoll informazzjoni mill-fornituri tat-trasport pubbliku kollha interessati li jaqsmu din l-informazzjoni. L-MCE ma jġegħilx lill-fornituri tat-trasporti pubbliku jħallsu għall-fatt li jagħmel informazzjoni disponibbli rigward is-servizzi li jipprovdu. |
(202) |
Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-aċċess għas-servizz inkwistjoni huwa miftuħ għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja. |
7.3.1.4.3. Call busses
(203) |
L-EEB offriet il-call busses lill-impriżi tal-karozzi tal-linja kollha fil-Landkreis li jwettqu servizzi ta' trasport pubbliku fuq termini ugwali dettati mil-Landkreis Emsland. Il-Landkreis kitbet lill-impriżi tal-karozzi tal-linja fejn tathom dettalji dwar il-kundizzjonijiet skont liema call busses ikunu disponibbli u talbithom sabiex jesprimu l-interess tagħhom. |
(204) |
Dawn inkrew abbażi ta' kuntratt standard (ara wkoll il-premessa 80), li ppreveda li l-impriżi tat-trasport iġarrbu l-ispejjeż tal-operazzjoni u manutenzjoni iżda ma jkollhom għalfejn iħallsu l-ebda tariffa tal-kiri. Il-karozzi tal-linja intużaw minn sottokuntratturi fuq rotot tal-EEB u minn impriżi tat-trasport oħrajn fir-rotot rispettivi tagħhom. |
(205) |
Wara konsultazzjoni mal-Landkreis, il-karozzi tal-linja ntużaw parzjalment ukoll għal servizzi tat-trasport tal-iskola. Dan huwa validu għall-ħames call busses kollha. |
(206) |
Għalhekk, jista' jiġi konkluż li l-aċċess għall-infrastruttura inkwistjoni kien miftuħ għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja. |
7.3.1.5. L-għajnuna ma twassalx għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jmur kontra l-interess komuni.
7.3.1.5.1. L-ishma tal-1998
(207) |
It-trasferiment tal-ishma tal-1998 sempliċiment ippermetta l-ħolqien — minn perspettiva finanzjarja — ta' EEB entità korporattiva, li primarjament twettaq kompiti pubbliċi fil-qasam tal-koordinazzjoni tat-trasport. Fiha nnifisha din il-miżura ma twassalx għal distorsjoni fil-kompetizzjoni li tmur kontra l-interess komuni. |
7.3.1.5.2. Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland
(208) |
Kif imsemmi hawn fuq l-MCE jiġbor informazzjoni mill-impriżi tat-trasport kollha li joperaw fil-Landkreis Emsland fuq termini ugwali u jipprovdi din l-informazzjoni b'xejn liċ-ċittadini. Għalhekk, dan ma jfixkilx il-kompetizzjoni kontra l-interess komuni. |
7.3.1.5.3. Call busses
(209) |
Kif imsemmi hawn fuq, il-Landkreis Emsland ordnat l-espansjoni tal-iskema call-a-bus bil-kundizzjoni li ma jkollha l-ebda effett fuq skemi eżistenti u fuq rotot li ma jkunux finanzjarjament vijabbli. Dawn saru disponibbli għall-partijiet interessati kollha taħt l-istess kundizzjonijiet u għalhekk mhuwiex mistenni li l-introduzzjoni ta' dawn ir-rotot addizzjonali twassal għal tfixkil fil-kompetizzjoni li jmur kontra l-interess komuni. |
7.3.1.6. Konklużjoni u kundizzjoni
(210) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mogħtija fil-forma ta' ishma fl-1998, il-call busses u l-MCE jikkontribwixxu għal objettiv ta' interess komuni, li huwa meħtieġ u proporzjonat għal dan il-għan u li l-kummerċ bejn l-Istati Membri mhux se jiġi affettwat b'mod li jmur kontra l-interess komuni. |
(211) |
Kif imsemmi fil-premessa 178(f) hawn fuq, it-trasferiment tal-ishma tal-1998 meta setax jitqies li qed jikkontribwixxi esklussivament għall-għan ta' koordinazzjoni tat-trasport għaliex is-sjieda ta' dawn l-ishma u l-abbiltà tal-EEB li tiddisponi b'mod liberu minnhom jirrappreżenta vantaġġ potenzjali għal attivitajiet ekonomiċi tal-EEB, li ma jaqdix neċessarjament il-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni tat-trasport. Sabiex din il-miżura tikkonforma mal-ewwel kundizzjoni tal-kompatibilità, l-EEB ma tistax tkun permessa żżomm dividendi, rikavat minn bejgħ potenzjali tal-ishma tal-1998 jew tuża dawn l-ishma bħala garanzija sabiex tikseb finanzjament minn partijiet terzi għal attivitajiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni sejra timponi din il-kundizzjoni għall-kompatibilità tat-trasferiment tal-ishma tal-1998 mas-suq intern. |
(212) |
Skont dak li ntqal, il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri huma kompatibbli taħt l-Artikolu 93 tat-TFUE, soġġetti għall-kundizzjoni fuq l-użu tal-ishma tal-1998. |
7.3.2. VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ MAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 1107/70
(213) |
L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 jippermetti l-valutazzjoni tar-rimborż għat-twettiq tal-obbligazzjonijiet inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku għal impriża tat-trasport jew attivitajiet li għalihom ma japplikax ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69. |
(214) |
Bħal f'każijiet preċedenti, it-trasport bil-karozzi tal-linja lokali u reġjonali hu meqjus li hu eżentat mill-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 (49) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 huwa applikabbli. Skont dan ir-Regolament il-ħlasijiet tal-Landkreis Emsland jistgħu jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq intern jekk il-ħlasijiet ikopru l-ispejjeż u mhux aktar mill-ispejjeż tal-kompitu pubbliku speċifiku li l-EEB kienet qed twettaq. F'li jmiss għalhekk se jkun ivvalutat jekk l-EEB kinitx ikkumpensata adegwatament għall-kompiti tagħha. |
7.3.2.1. L-Ishma tal-1998
(215) |
Kif deskritt hawn fuq, l-ishma tal-RWE ġew ittrasferiti lill-EEB fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-Landkreis sabiex tiġi inkorporata l-entità EE, li preċedentament wettqet kompiti pubbliċi relatati mal-ippjanar tat-trasport tal-passiġġieri lokali pubbliku fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Landkreis. Sabiex l-EEB setgħet topera kellu jkollha karta bilanċjali inizjali. Skont il-Paragrafu 3 tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-EEB, il-kompiti tagħha jinkludu l-abbozzar tan-Nahverkehrsplan għal-Landkreis Emsland, it-tmexxija tal-MCE u l-organizzazzjoni tat-trasport tal-iskola. Dawn il-kompiti kollha jistgħu jiġu kkwalifikati li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tat-trasport pubbliku fil-Landkreis. |
(216) |
Mingħajr id-dħul mid-dividendi il-valur tas-suq tal-ishma tal-1998 huwa mnaqqas għall-valur ekonomiku ta' dawn l-ishma fuq il-karti bilanċjali tal-EEB. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-għajnuna fil-forma tat-trasferiment tal-ishma tal-1998 hija limitata għall-minimu meħtieġ mill-EEB sabiex twettaq il-kompiti pubbliċi tagħha u għalhekk ma hemmx kumpens żejjed. |
7.3.2.2. Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland
(217) |
Kif deskritt fil-premessa 47, il-Landkreis iddeċidiet li tmexxi ċentru tal-mobbiltà fil-31 ta' Lulju 1995 sabiex tkun tista' tipprovdi servizz ta' informazzjoni tat-trasport pubbliku lill-pubbliku ġenerali. Il-Landkreis ittrasferixxiet dan il-kompitu lill-EEB meta din ġiet stabbilita fl-1 ta' Jannar 1997. It-tmexxija tal-MCE huwa wieħed mill-kompiti li kienu espliċitament assenjati lill-EEB fl-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha. |
(218) |
Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessa 77) il-Landkreis irrimborżat l-ispejjeż attwali mġarrba mill-EEB b'rabta mat-tmexxija tal-MCE, ma kien previst l-ebda marġni ta' profitt. Il-Kummissjoni, għalhekk, tqis li l-għajnuna mogħtija bħala riżultat tal-miżura nnotifikata ma twassalx għal kumpens żejjed għall-EEB. |
7.3.2.3. Call busses
(219) |
Kif deskitt hawn fuq, il-Landkreis Emsland iddeċidiet li tespandi l-iskema call-a-bus fid-distrett għal żewġ raġunijiet distinti (50):
|
(220) |
Il-call busses jintużaw fuq rotot tat-trasport pubbliku f'sigħat meta d-domanda tkun aktar baxxa (off-peak) sabiex tittejjeb l-offerta tat-trasport pubbliku f'dan il-punt. Il-call busses huma adattati għal siġġijiet tar-roti u prams. |
(221) |
Il-Ġermanja kkonfermat li l-call busses jistgħu jintużaw primarjament biss għal servizz ta' call-a-bus u jekk l-EEB tbigħ il-karozzi tal-linja, l-EEB se tkun obbligata li tirritorna dan ir-rikavat lil-Landkreis (ħaġa li diġà seħħet f'każ partikolari). |
(222) |
Il-Kummissjoni tqis li ma hemmx kumpens żejjed għaliex:
|
7.3.2.4. Konklużjoni u kundizzjoni
(223) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna mogħtija fil-forma ta' ishma fl-1998, il-call busses u l-MCE ma jikkumpensawx iżżejjed lill-EEB għat-twettiq ta' kompiti pubbliċi li hija twettaq għal-Landkreis Emsland. |
(224) |
Kif imsemmi fil-premessa 117(f) hawn fuq, it-trasferiment tal-ishma tal-1998 ma setgħux jitqiesu li qed jikkontribwixxu esklussivament għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-EEB għaliex is-sjieda ta' dawn l-ishma u l-abbiltà tal-EEB li tiddisponi liberament minnhom jirrappreżentaw vantaġġ potenzjali għal attivitajiet ekonomiċi tal-EEB. Sabiex din il-miżura tikkonforma mal-ewwel kundizzjoni ta' kompatibilità, l-EEB ma tistax tkun permessa li żżomm dividendi, rikavati minn bejgħ possibbli tal-ishma tal-1998 jew tuża dawn l-ishma bħala garanzija sabiex tikseb finanzjament minn partijiet terzi għal attivitajiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni se timponi din il-kundizzjoni għall-kompatibilità tat-trasferiment tal-ishma tal-1998 mas-suq intern. |
(225) |
Skont dak li ntqal, il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri huma kompatibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70, soġġett għall-kundizzjoni dwar l-użu tal-ishma tal-1998. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dotazzjoni kapitali inizjali u l-280 310 ishma tal-kumpanija tal-enerġija RWE jikkostitwixxu għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1(b)(iv) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 659/1999 (51).
Artikolu 2
Id-dividendi li rċeviet l-Emsländische Eisenbahn GmbH mill-ishma, il-kumpens għall-koordinazzjoni ta' servizzi tat-trasport tal-iskola u għat-tfassil tal-iskema tat-trasport lokali (Nahverkehrsplan) ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Fir-rigward tal-kumpens li rċeviet l-Emsländische Eisenbahn GmbH sabiex tmexxi ċ-Ċentru tal-Mobbiltà tal-Emsland l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70.
Artikolu 4
1. Fir-rigward tal-karozzi tal-linja ittrasferiti għall-Emsländische Eisenbahnen GmbH jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70, soġġett għall-impenn tal-Ġermanja stipulat fil-paragrafu 2.
2. Il-call busses jintużaw għas-servizz call-a-bus. Li kieku EEB kellha tbigħ waħda mill-karozzi tal-linja, l-EEB hija obbligata li trodd lura r-rikavat lil-Landkreis Emsland.
Artikolu 5
L-għajnuna li l-Ġermanja implimentat bit-trasferiment tas-37 630 sehem tal-RWE lil-Emsländische Eisenbahn GmbH fl-1998 hija kompatibbli mas-suq intern soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6.
Artikolu 6
1. L-ishma ma għandhomx jintużaw bħala garanzija jew ma għandhomx jinbiegħu, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.
2. Fi żmien xahrejn mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-Emsländische Eisenbahn GmbH għandha tiffirma ftehim mal-Landkreis Emsland rigward l-ishma tal-RWE. Il-ftehim għandu jikkonferma li:
— |
l-ishma tal-RWE ma jistgħux jintużaw bħala garanzija jew fi kwalunkwe forma oħra għall-benefiċċju tal-attivitajiet ekonomiċi tal-EEB. |
— |
kwalunkwe dividend li jirriżulta mill-ishma tal-RWE jitħallas lura lil-Landkreis Emsland mill-EEB. |
— |
kull rikavat li se tikseb l-EEB mill-bejgħ tal-ishma tal-RWE se jitħallas lura lil-Landkreis Emsland. |
Artikolu 7
Il-Ġermanja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, bil-miżuri meħudin sabiex tikkonforma magħha.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 174, 9.7.2008, p. 13.
(2) Fit-3 ta' Ottubru 2006, is-27 ta' Novembru 2006 u t-13 ta' Marzu 2007.
(3) Fl-24 ta' Ottubru 2006, is-26 ta' Jannar 2007 u d-19 ta' Ġunju 2007.
(4) Ara n-nota [1] f'qiegħ il-paġna.
(5) http://www.eeb-online.de/.
(6) Ġurnal tal-Liġi tas-Sassonja t'Isfel tal-1998, paġna 137, emendat l-aħħar permezz tal-Artikolu 2 tal-liġi tat-12 ta' Lulju 2007, Ġurnal tal-Liġi tas-Sassonja t'Isfel Nru 22/2007, paġna 339 — VORIS 22410 01.
(7) F'konformità mal-Personenbeförderungsgesetz tal-21 ta' Marzu 1961 (Att dwar it-trasport nazzjonali; minn hawn 'il quddiem: PBefG).
(8) Taqsima 3(2) Nru 3 PBefG.
(9) Ara n-nota [1] f'qiegħ il-paġna.
(10) Iċ-ċifri kollha għandhom jinftiehmu li huma f'Euro (EUR). Għall-perjodu mill-1997 sal-2001, iċ-ċifri mniżżla fil-previżjonijiet u reviżjonijiet baġitarji f'Deutsche Marka (DM) ġew maqlubin f'EUR skont rata ta' 1:1,9558 (EUR:DM). Diskrepanzi żgħar bejn iċ-ċifri elenkati fil-previżjonijiet u r-reviżjonijiet baġitarji u ċ-ċifri li saru provvedimenti għalihom mill-GER huma meqjusin li huma kkawżati mill-proċess ta' qlib tal-muniti; il-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq iċ-ċifri mogħtija mill-Ġermanja. — għandhom jitqiesu bħala mingħajr dikjarazzjoni, 0 bħala l-ebda appoġġ finanzjarju mogħti.
(11) Dawn iċ-ċifri huma elenkati fil-previżjonijiet u reviżjonijiet ta' Emsland taħt Nru 67,500 “ Verlustausgleich für ÖPNV-Leistungen ” (“Tpaċija tat-telf għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri lokali”).
(12) L-NNVG tat-28 ta' Ġunju 1995 li mbagħad ġie adattat fis-16 ta' Diċembru 2004 (l-Att dwar it-Trasport Lokali tas-Sassonja t'Isfel), ġie adottat abbażi tar-Regionalisierungsgesetz des Bundes tas-27 ta' Diċembru 1993 (Att dwar ir-Reġjonalizzazzjoni Nazzjonali)
(13) L-adattament tal-NNVG tas-16 ta' Diċembru 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005 irrifletta l-fatt li l-finanzjament tat-trasport pubbliku kien inbidel fil-livell nazzjonali. L-ammont mogħti għal kull abitant kien ftit imnaqqas, iżda dan ġie ssupplimentat bir-Regionalisierungsmittel (finanzjament reġjonali) sabiex itejjeb il-funzjonament tat-trasport pubbliku, li huwa rifless fil-kolonna 6.
(14) Dan l-ammont fih il-kapital inizjalment awtorizzat EUR 410 000, kif ukoll ishma li jiswew EUR 11 248 593,93.
(15) Din iċ-ċifra għandha titqies bħala suddiviża fil-kategoriji li ġejjin: promozzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni u titjib ta' informazzjoni għall-passiġġieri, li jinkludu kostijiet operazzjonali taċ-Ċentru tal-Mobbiltà ta' Emsland (EUR 116 876,09), Xiri ta' softwer DIVA-Geo bħala bażi tal-mappa għall-MCE (EUR 17 402,90), abbozz ta' reġistru tal-waqfiet tal-karozzi tal-linja (EUR 28 815,34), Vetturi ferrovjarji (call-a-bus) (EUR 520 989,05), faċilitajiet ta' stennija għat-trasport bil-karozzi tal-linja tal-passiġġieri (EUR 59 376,46) u softwer għall-ippjanar tat-trasport tal-passiġġieri lokali (EUR 37 000).
(16) L-RWE hija kumpanija tal-enerġija ewlenija fil-Ġermanja.
(17) Dividendi u “kopertura għal telf għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri lokali”.
(18) L-awtoritajiet Ġermaniżi oriġinarjament indikaw iċ-ċifra EUR 3 160 667,25 għal din iċ-ċellola. Aktar tard, il-Ġermanja spjegat li għall-1997, il-kolonna 3 kienet tinkludi mhux biss il-ħlasijiet lill-VGE-Süd iżda wkoll il-ħlasijiet lil kumpaniji oħrajn. Mill-1998 biss kien hemm distinzjoni ċara bejn ħlasijiet lill-VGE-Süd (il-kolonna 3) u ħlasijiet għal trasport tal-iskola mhux integrat, għal Deutsche Bahn AG u għal trasport tal-iskola integrat (il-kolonna 4). Li kieku l-1997 kienet ikkalkolata bħas-snin ta' wara, il-kolonna 3 kienet turi ammont ta' EUR 1 508 790,29 u l-kolonna 4 ammont ta' EUR 5 936 951,31 (qabża ta' EUR 1 651 876,97 mill-kolonna 3 għall-kolonna 4, li tikkorrispondi għall-ammont imħallas lill-impriżi tal-karozzi tal-linja tal-Emsland ta' Fuq u dik Ċentrali). It-total taż-żewġ kolonni jagħti l-ammont totali mħallas għat-trasport tal-iskola fl-Emsland.
(19) Barra minn hekk, il-VGE-Süd ġiet ikkumpensata taħt din il-linja baġitarja.
(20) Fil-premessa 53 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-abbozzar tal-NVP kien kompitu li jaqa' fil-mandat tal-politika pubblika.
(21) Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li d-deskrizzjoni tal-kategorija Nru 71.500 fil-previżjoni baġitarja tal-2006 “Zuwendungen an die Emsländische Eisenbahn nach dem NNVG” (“sussidji mogħtija lill-EEB abbażi tal-NNVG”) kienet ħażina għaliex l-ammont elenkat ta' sussidji ma ngħatax lill-EEB biss. Il-kategorija għalhekk ingħatat isem ġdid fil-previżjoni baġitarja tal-2007 għall-isem mingħajr benefiċjarju “Zuwendungen nach dem NNVG” (“sussidji abbażi tal-NNVG”).
(22) Fil-punt 107 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li x-xiri tas-softwer DIVA-GEO, it-tfassil ta' reġistru tal-waqfiet tal-karozzi tal-linja u l-akkwist ta' softwer ta' ppjanar tat-trasport pubbliku kollha kienu relatati mal-elaborazzjoni tal-NVP u għalhekk kompiti pubbliċi.
(23) Ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1).
(24) Ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill tal-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għoti ta' għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1).
(25) Il-premessa 50 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(26) 280 310 ishma tal-RWE b'valur tas-suq ta' madwar EUR 9 686 523,78, ara l-premessa 27 hawn fuq.
(27) Il-Kummissjoni Ewropea bagħtet din it-talba għal informazzjoni fit-13 ta' Marzu 2007.
(28) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9). Dan huwa f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fil-premessa 143 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(29) Ara wkoll il-premessa 148 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(30) 37 630 sehem b'valur tas-suq ta' madwar EUR 1 689 264,40.
(31) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov u Oħrajn, il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, il-paragrafu 74; is-sentenza tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, il-paragrafu 107.
(32) Is-Sentenza tat-12 ta' Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, Paragrafu 108.
(33) Is-Sentenza tal-11 ta' Lulju 1996, SFEI u Oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafu 60; Is-sentenza tad-29 ta' April 1999, Spanja vs il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-paragrafu 41.
(34) Is-Sentenza fi SFEI u Oħrajn, in-nota 27 f'qiegħ il-paġna hawn fuq, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafi 60 u 61.
(35) Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-21 ta' Marzu 1990, Belġju vs il-Kummissjoni (“Tubemeuse”), C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, Paragrafu 29; is-Sentenza tal-21 ta' Marzu 1991, Italja vs il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”), C-305/89, ECLI:EU:C:1991:142, il-paragrafi 18 u 19; is-Sentenza tat-30 ta' April 1998, Cityflyer Express vs il-Kummissjoni, T-16/96, ECLI:EU:T:1998:78, il-paragrafu 51; is-Sentenza tal-21 ta' Jannar 1999, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke vs il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-129/95, T-2/96 u T-97/96, ECLI:EU:T:1999:7, il-paragrafu 104; is-Sentenza tas-6 ta' Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99, ECLI:EU:T:2003:57, il-paragrafu 245.
(36) Ara l-premessa 89 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(37) Is-Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, C-280/00, ECLI:UE:C:2003:415.
(38) Is-Sentenza tal-4 ta' April 2001, Friuli Venezia Giulia, T-288/97, ECLI:EU:T:2001:115, il-paragrafu 41.
(39) Is-Sentenza tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov u Oħrajn, il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, il-paragrafu 74; is-Sentenza tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, il-paragrafu 107.
(40) Is-Sentenza tad-19 ta' Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft vs l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol), C-364/92, ECLI:EU:C:1994:7, il-paragrafi 19 et seq.; is-Sentenza tat-12 ta' Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, il-paragrafi 112 et seq.
(41) Is-Sentenza tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov u Oħrajn, il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, il-paragrafu 74; is-Sentenza tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, il-paragrafu 107.
(42) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N 604/2005 dwar l-għajnuna mill-Istat — Servizzi tat-trasport bil-karozzi tal-linja pubbliċi f'Wittenberg, premessi 72 — 77.
(43) Is-Sentenza tal-14 ta' Jannar 2004, Fleuren Compost vs il-Kummissjoni, T-109/01, ECLI:EU:T:2004:4.
(44) Is-Sentenza tat-12 ta' Ottubru 1978, Il-Kummissjoni vs il-Belġju, 156/77, EU:C:1978:180, il-paragrafu 10.
(45) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
(46) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Jannar 2010 fil-Kawża N 490/2010, Vlaamse regeling voor publiek -private samenwerking voor de bouw van laad- en losinstallaties (ĠU C 122, 20.4.2011, p. 2); ara f'dan is-sens ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2010 fil-Kawża C17/2010, Firmin srl (ĠU C 278, 15.10.2010, p. 28).
(47) Id-Deċiżjoni tal-Kreistag (korp deċiżjonali) ta' Landkreis Emsland tal-20 ta' Frar 2006.
(48) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(49) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 36.
(50) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 41.
(51) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-artikolu 108 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
Rettifika
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/40 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/326 tal-24 ta' Frar 2017 li jemenda għall-261 darba tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al Qaida
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 49 tal-25 ta' Frar 2017 )
F'paġna 31, il-paragrafu (c) tal-Anness,
minflok:
“(c) |
Ghalib Adbullah Al-Zaidi (alias: a) Ghalib Abdallah al-Zaydi b) Ghalib Abdallah Ali al-Zaydi c) Ghalib al Zaydi). Data tat-twelid: a) 1975 b) 1970. Post tat-twelid: Ir-Reġjun ta' Raqqah, il-Governatorat ta' Marib, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemenita. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 22.2.2017.”, |
aqra:
“(c) |
Ghalib Abdullah Al-Zaidi (alias: a) Ghalib Abdallah al-Zaydi b) Ghalib Abdallah Ali al-Zaydi c) Ghalib al Zaydi). Data tat-twelid: a) 1975 b) 1970. Post tat-twelid: Ir-Reġjun ta' Raqqah, il-Governatorat ta' Marib, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemenita. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 22.2.2017.”. |
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/40 |
Rettifika tad-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 297 tal-4 ta' Novembru 2016 )
F'paġna 7, l-Artikolu 10, fl-1 paragrafu,
minflok:
“Sal-25 ta' Mejju 2021, …”,
aqra:
“Sal-5 ta' Mejju 2021, …”;
F'paġna 7, l-Artikolu 10, fit-2 paragrafu,
minflok:
“Sal-25 ta' Mejju 2022, …”,
aqra:
“Sal-5 ta' Mejju 2022, …”;
F'paġna 8, l-Artikolu 12, l-1 paragrafu,
minflok:
“… sal-25 ta' Mejju 2019.”,
aqra:
“… sal-5 ta' Mejju 2019.”.
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/41 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 46 tad-19 ta' Frar 2015 )
F'paġna 3, fl-Artikolu 2,
minflok:
“L-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tan-netwerk tad-dejta tal-kontabbiltà (FADN) kif imsemmi fl-Artikolu 5a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.”,
aqra:
“L-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola (FADN) kif imsemmi fl-Artikolu 5a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.”;
F'paġna 6, fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 14,
minflok:
“Jekk l-Istat Membru jippreżenta d-dejta tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn xahar wieħed qabel l-iskadenzi rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(3), il-miżata standard tiżdied b' EUR 5 sakemm ma jkunx intlaħaq il-limitu ta' 80 % msemmi fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 rigward taqsima tal-FADN jew ta' Stat Membru.”,
aqra:
“Jekk Stat Membru jippreżenta d-dejta tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn xahar wieħed qabel l-iskadenza rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(3), il-miżata standard tiżdied b' EUR 5 sakemm ma jkunx intlaħaq il-limitu ta' 80 % msemmi fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 rigward taqsima tal-FADN jew ta' Stat Membru.”;
F'paġna 9, fl-Anness II, fir-ringiela li tikkonċerna l-Greċja,
minflok:
|
“IL-GREĊJA |
|
450 |
Il-Maċedonja-it-Traċja |
2 000 |
460 |
Epiru-il-Peloponneże-il-Gżejjer Jonji |
1 350 |
470 |
Thessalija |
700 |
480 |
Il-Greċja Kontinentali, il-Gżejjer Aegean, Kreta |
1 450 ” |
aqra:
|
“IL-GREĊJA |
|
450 |
Μακεδονία — Θράκη (il-Maċedonja-it-Traċja) |
2 000 |
460 |
Ήπειρος — Πελοπόννησος — Νήσοι Ιονίου (Epiru-il-Peloponneże-il-Gżejjer Jonji) |
1 350 |
470 |
Θεσσαλία (Tessalija) |
700 |
480 |
Στερεά Ελλάς — Νήσοι Αιγαίου — Κρήτη (Sterea Ellas, il-Gżejjer tal-Eġew, Kreta) |
1 450 ” |
Fil-paġna 39, fl-Anness IV, fil-punt P1 tat-Taqsima II tal-Parti B, li tikkonċerna l-uċuħ tar-raba' ġenerali,
minflok:
“2.01.10 (art li tinħadem u nebbieta) + 2.01.11 (f'art li tinħadem oħra)”,
aqra:
“2.01.10 (żrieragħ u nebbieta fuq art li tinħadem). + 2.01.11 (uċuħ tar-raba' oħra fuq art li tinħadem).”;
F'paġna 54, fl-Anness VIII, taħt it-tabella A fl-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu fil-punt A.CL.151.C,
minflok:
“Meta l-azjenda tipproduċi xi prodotti jew oġġetti tal-ikel imħarsa minn indikazzjonijiet ta' DPO, IĠP, STG jew “biedja tal-muntanji” jew xi prodotti li hu magħruf li jintużaw fil-produzzjoni ta' oġġetti tal-ikel imħarsa minn indikazzjonijiet ta' DPO, IĠP, STG jew 'biedja tal-muntanji', iżda dan ma jkunx il-każ għall-biċċa l-kbira tal-produzzjoni f'kull settur, għandu jintuża l-kodiċi ‘ma japplikax’.”,
aqra:
“Meta l-azjenda tipproduċi xi prodotti jew oġġetti tal-ikel imħarsa minn indikazzjonijiet ta' DPO, IĠP, STG jew “biedja tal-muntanji” jew xi prodotti li hu magħruf li jintużaw fil-produzzjoni ta' oġġetti tal-ikel imħarsa minn indikazzjonijiet ta' DPO, IĠP, STG jew ‘iedja tal-muntanji’ iżda dan ma jkunx il-każ għall-biċċa l-kbira tal-produzzjoni f'dak is-settur partikolari, għandu jintuża l-kodiċi ‘ma japplikax’.”;
F'paġna 60, fl-Anness VIII, taħt it-tabella C, fil-punt (b) tat-tielet paragrafu li jikkonċerna l-assistenza reċiproka bejn l-azjendi,
minflok:
“(b) |
l-għajnuna li tingħata bħala xogħol tintradd lura b'servizz ta' xorta oħra (pereżempju l-provvista ta' makkinarju): f'din is-sitwazzjoni l-ħin ta' xogħol ipprovdut u kwalunkwe pagi relatati ma għandhomx jitqiesu; il-valur tas-servizz li jirċievu jiġi rreġistrat bħala input taħt il-grupp korrispondenti f'tabella oħra (f'dan l-eżempju, Tabella H, grupp 1020‘Xogħol b'kuntratti u kiri ta’ makkinarju').”, |
aqra:
“(b) |
l-għajnuna li tingħata bħala xogħol tintradd lura b'servizz ta' xorta oħra (pereżempju l-provvista ta' makkinarju): f'din is-sitwazzjoni l-ħin ta' xogħol ipprovdut u kwalunkwe pagi relatati ma għandhomx jitqiesu; il-valur tas-servizz li jirċievu jiġi rreġistrat bħala input taħt il-kategorija korrispondenti f'tabella oħra (f'dan l-eżempju, Tabella H, il-kategorija 1020‘Xogħol b'kuntratti u kiri ta' makkinarju’).”; |
F'paġna 72, fl-Anness VIII, fit-tabella H,
minflok:
“3031 |
SC |
Kwantità ta' N użata f'fertilizzanti minerali |
— |
|
3032 |
SC |
Kwantità ta' P2O5 użata f'fertilizzanti minerali |
— |
|
3033 |
SC |
Kwantità ta' K2O użata f'fertilizzanti minerali |
—” |
|
aqra:
“3031 |
SC |
Il-kwantità ta' N fil-fertilizzanti minerali użati |
— |
|
3032 |
SC |
Il-kwantità ta' P2O5 fil-fertilizzanti minerali użati |
— |
|
3033 |
SC |
Il-kwantità ta' K2O fil-fertilizzanti minerali użati |
—” |
|
F'paġna 84, fl-Anness VIII, fit-Tabella rigward it-tipi tal-kodiċijiet ta' wċuħ tar-raba', id-deskrizzjoni tal-kodiċi 1, fit-tielet inċiż,
minflok:
“— |
uċuħ tar-raba' mkabbra suċċessivament matul is-sena ta' kontabbiltà f'żona partikolari, il-wiċċ tar-raba' li jdum l-aktar fl-art,”, |
aqra:
“— |
fil-każ ta' uċuħ tar-raba' mkabbra suċċessivament matul is-sena ta' kontabbiltà f'żona partikolari, il-wiċċ tar-raba' li jdum l-aktar fl-art,”; |
F'paġna 102, fl-Anness VIII, fit-tabella M,
minflok:
|
|
Għotjiet u sussidji ta' karattru eċċezzjonali |
|
|
|
“2810 |
S |
Pagamenti għal diżastri |
|
|
— |
2890 |
S |
Għotjiet u sussidji oħra ta' karattru eċċezzjonali |
|
|
— |
2900 |
S |
Pagamenti diretti oħra mhux imsemmija band'oħra |
|
|
—” |
aqra:
|
|
|
|
|
|
|
|
Għotjiet u sussidji ta' karattru eċċezzjonali |
|
|
|
“2810 |
S |
Pagamenti għal diżastri |
|
|
— |
2890 |
S |
Għotjiet u sussidji oħra ta' karattru eċċezzjonali |
|
|
— |
|
|
|
|
|
|
2900 |
S |
Pagamenti diretti oħra mhux imsemmija band'oħra |
|
|
—” |
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/43 |
Rettifka tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 141 tat-28 ta' Mejju 2016 )
Fil-werrej u fil-paġna 79, it-titolu tad-Deċiżjoni,
minflok:
“Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK”;
aqra:
“Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK”.