ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 87

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
31 ta' Marzu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/566 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet sabiex ikunu evitati kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati ( 1 )

84

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni ta' portafolli u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet ( 1 )

90

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/568 tal-24 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar fi swieq regolati ( 1 )

117

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/569 tal-24 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għas-sospensjoni u t-tneħħija ta' strumenti finanzjarji min-negozjar ( 1 )

122

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/570 tas-26 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' suq materjali f'termini ta' likwidità fir-rigward ta' notifiki ta' waqfa temporanja fin-negozjar ( 1 )

124

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta ( 1 )

126

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta ( 1 )

142

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/573 tas-6 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti li jiżguraw servizzi ġusti u mhux diskriminatorji ta' kolokazzjoni u strutturi ta' tariffi ( 1 )

145

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju ( 1 )

148

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/575 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jissupplementa d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji f'dak li għandu x'jaqsam mal-istandards tekniċi regolatorji dwar id-dejta li għandha tiġi ppubblikata miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ( 1 )

152

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/576 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni annwali mid-ditti tal-investiment ta' informazzjoni dwar l-identità taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni ( 1 )

166

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/577 tat-13 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum u l-provvediment ta' informazzjoni għall-finijiet ta' trasparenza u ta' kalkoli oħra ( 1 )

174

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/578 tat-13 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dwar ftehimiet u skemi ta' ġenerazzjoni tas-suq ( 1 )

183

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/579 tat-13 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni u biex ma jiġux evitati r-regoli u l-obbligi ( 1 )

189

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għaż-żamma tad-dejta rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji ( 1 )

193

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/581 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-aċċess għall-ikklerjar fir-rigward ta' ċentri tan-negozjar u kontropartijiet ċentrali ( 1 )

212

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/582 tad-29 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-obbligu ta' kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati u ż-żmien ta' aċċettazzjoni għall-ikklerjar ( 1 )

224

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi ( 1 )

229

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/584 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali taċ-ċentri ta' negozjar ( 1 )

350

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/585 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-istandards u l-formati tad-dejta ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji, u l-miżuri tekniċi marbutin ma' arranġamenti li għandhom isiru mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-awtoritajiet kompetenti ( 1 )

368

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/586 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kooperazzjoni f'attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet ( 1 )

382

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi ( 1 )

387

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament ta' ishma, riċevuti depożitarji u fondi negozjati fil-borża ( 1 )

411

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/589 tad-19 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzattivi tad-ditti ta' investiment involuti f'negozjar algoritmiku ( 1 )

417

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti ( 1 )

449

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/591 tal-1 ta' Diċembru 2016 li jissuplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni ta' limiti ta' pożizzjoni għal derivattivi ta' komoditajiet ( 1 )

479

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/592 tal-1 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-kriterji sabiex jiġi stabbilit meta attività titqies li hija anċillari għan-negozju ewlieni ( 1 )

492

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 tas-7 ta' April 2016 li tissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti, l-obbligi ta' governanza tal-prodotti u r-regoli applikabbli għall-provvediment jew ir-riċeviment ta' tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju ( 1 )

500

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/565

tal-25 ta' April 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1)(2), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 16(12), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 24(13), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 27(9), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 30(5), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 32(4), l-Artikolu 33(8), l-Artikolu 52(4), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 58(6), l-Artikolu 64(7), l-Artikolu 65(7) u l-Artikolu 79(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/65/UE tistabbilixxi l-qafas għal reġim regolatorju għas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, u tirregola, kundizzjonijiet ta' ħidma relatati mal-eżekuzzjonii minn ditti tal-investiment ta' servizzi tal-investiment u, meta xieraq, servizzi anċillari u attivitajiet ta' investiment; rekwiżiti organizzazzjonali għal ditti tal-investiment li jwettqu tali servizzi u attivitajiet, għal swieq regolari u fornituri ta' servizzi ta' rapportar ta' data, rekwiżiti ta' rapportar fir-rigward ta' tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji; limiti ta' pożizzjoni u kontrolli ta' mmaniġġjar tal-pożizzjoni f'derivattivi ta' komodità; rekwiżiti ta' trasparenza fir-rigward ta' tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji.

(2)

Id-Direttiva 2014/65/UE tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tadotta għadd ta' atti delegati. Huwa importanti li r-regoli ta' supplimentazzjoni dettaljati kollha rigward l-awtorizzazzjoni, il-ħidma li għaddejja, it-trasparenza tas-suq u l-integrità, li huma aspetti marbuta flimkien inerenti għall-bidu u t-tkomplija tas-servizzi u l-attivitajiet koperti mid-Direttiva 2014/65/UE, jibdew japplikaw fl-istess ħin bħad-Direttiva 2014/65/UE sabiex ir-rekwiżiti ġodda jkunu jistgħu jaħdmu b'mod effettiv. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u sabiex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva kif ukoll aċċess kumpatt għall-provvedimenti mill-persuni soġġetti għal dawk l-obbligi kif ukoll mill-investituri, huwa mixtieq li jiġu inklużi l-atti ddelegati relatati mar-regoli msemmija hawn fuq f'dan ir-Regolament.

(3)

Huwa neċessarju li jiġu speċifikati iktar il-kriterji li jiddeterminaw taħt liema ċirkustanzi kuntratti rigward prodotti tal-enerġija fil-livell tal-operatur għandhom jiġu fiżikament saldati għall-finijiet tal-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fit-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE. Sabiex jiġi żgurat li l-għan ta' din l-eżenzjoni jkun limitat sabiex jiġu evitati modi kif wieħed jaħrab mir-regoli, huwa meħtieġ li tali kuntratti jirrikjedu li kemm ix-xerrej kif ukoll il-bejjiegħ għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti proporzjonati sabiex jagħmlu jew jirċievu kunsinni tal-komodità sottostanti meta jiskadi l-kuntratt. Sabiex jiġu evitati modi kif wieħed jaħrab mir-regoli fil-każ ta' ftehimiet ta' bbilanċjar mal-Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni fl-oqsma tal-elettriku u l-gass, tali arranġamenti ta' bbilanċjar għandhom jiġu kkunsidrati biss bħala arranġament proporzjonat jekk il-partijiet għall-arranġament għandhom l-obbligu li jikkonsenjaw fiżikament l-elettriku jew il-gass. Il-kuntratti għandhom jistabbilixxu wkoll obbligi ċari għall-kunsinna fiżika li ma tistax tiġi paċuta filwaqt li jiġi rikonoxxut li forom ta' nnettjar operazzjonali kif definit fir-Regolament (EU) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (2) dwar liġi nazzjonali ma għandhomx jitqiesu bħala tpaċija. Kuntratti li għandhom jiġi ssaldjati b'mod fiżiku, għandhom jitħallew jagħtu riżultati permezz ta' modi differenti; madankollu, l-metodi kollha għandhom jinvolvu forma ta' trasferiment ta' dritt ta' natura ta' sjieda tal-komodità sottostanti rilevanti jew kwantità rilevanti tagħha.

(4)

Sabiex jiġi kkjarifikat meta kuntratt fir-rigward ta' prodott tal-enerġija fil-livell tal-operatur għandu jiġi saldat fiżikament, jeħtieġ li jiġi speċifikat iktar meta jkunu preżenti ċerti ċirkostanzi ta' nuqqas ta' kapaċità bħal force majeure jew bona fide sabiex jiġu ssaldati provvedimenti, u li ma għandhomx ibiddlu l-karatterizzazzjoni ta' dawn il-kuntratti bħala “li għandhom jiġu saldati fiżikament”. Huwa importanti wkoll li jiġi ċċarat kif għandhom jiġu miftiehma derivattivi tal-enerġija miż-żejt u l-faħam għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE. F'dan il-kuntest, il-kuntratti relatati maż-żejt tax-shale ma għandhomx jinftiehmu li huma derivattivi tal-enerġija mill-faħam.

(5)

Kuntratt derivattiv għandu jitqies bħala strument finanzjarju skont it-Taqsima C(7) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE biss jekk ikun relatat ma' komodità u jissodisfa l-kriterji biex ikun iddeterminat jekk kuntratt għandux jitqies bħala kuntratt li jkollu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji derivattivi u li mhuwiex għal finijiet kummerċjali. Dan għandu jinkludi kuntratti li huma standardizzati u nnegozjati f'ċentri, jew kuntratti ekwivalenti għalihom meta t-termini kollha tat-tali kuntratti huma ekwivalenti għall-kuntratti nnegozjati fiċ-ċentri. F'dan il-każ, it-termini ta' dawn il-kuntratti għandhom jinftiehmu wkoll li jinkludu dispożizzjonijiet bħall-kwalità tal-komodità jew il-post tal-kunsinna.

(6)

Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar id-definizzjonijiet tal-kuntratti relatati mal-varjabbli sottostanti stabbiliti fit-Taqsima C(10) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jiġu pprovduti kriterji relatati mat-termini u l-varjabbli sottostanti tagħhom f'dawk il-kuntratti. L-inklużjoni ta' statistika attwarjali fil-lista tal-varjabbli sottostanti ma għandhix tinftiehem bħala estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-kuntratti għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

(7)

Id-Direttiva 2014/65/UE tistabbilixxi qafas ġenerali għal reġim regolatorju għas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, u fit-Taqsima C tal-Anness I tistabbilixxi l-lista tal-istrumenti finanzjarji koperti. It-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tinkludi strumenti finanzjarji relatati mal-munita li għalhekk jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva 2014/65/UE, jeħtieġ li jiġu ċċarati d-definizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE għal kuntratti ta' derivattivi oħrajn relatati mal-muniti u li jiġi ċċarat li kuntratti spot relatati mal-muniti, mhumiex strumenti derivattivi oħrajn għall-finijiet tat-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.

(9)

Il-perjodu tas-saldu għal kuntratt spot huwa ġeneralment aċċettat fil-biċċa l-kbira tal-muniti ewlenin bħala li jseħħ fi żmien jumejn (2) jew inqas, iżda fejn din mhix il-prattika jeħtieġ li jkun hemm provvediment li jippermetti li s-saldu jsir b'konformità mal-prattika normali tas-suq. F'każijiet bħal dawn, is-saldu fiżiku ma jirrikjedix l-użu ta' flus kontanti u jista' jinkludi saldu elettroniku.

(10)

Il-kuntratti tal-kambju tal-muniti jistgħu jintużaw ukoll għall-finijiet ta' twettiq ta' pagamenti u dawk il-kuntratti għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti finanzjarji sakemm ma jiġux innegozjati f'ċentru ta' nnegozjar. Għalhekk, xieraq li jiġu kkunsidrati bħala kuntratti spot dawk il-kuntratti tal-kambju tal-muniti li jintużaw sabiex jitwettqu pagamenti għal strumenti finanzjarji meta l-perjodu tas-saldu għal dawk il-kuntratti huwa ta' iktar minn jumejn (2) ta' nnegozjar u inqas minn ħamest (5) ijiem ta' nnegozjar. Huwa xieraq ukoll li jiġu kkunsidrati bħala mezzi ta' pagament dawk il-kuntratti ta' kambju li wieħed ikun daħal għalihom sabiex tintlaħaq ċertezza dwar il-livell ta' pagamenti għal oġġetti, servizzi u investiment immobiljari. Dan se jirriżulta fl-esklużjoni mid- definizzjoni ta' strumenti finanzjarji kuntratti tal-kambju tal-muniti li daħlu għalihom ditti mhux finanzjarji li jirċievu pagamenti f'muniti barranin għal esportazzjonijiet ta' oġġetti u servizzi identifikabbli u ditti mhux finanzjarji li jagħmlu pagamenti f'muniti barranin sabiex jimportaw oġġetti u servizzi speċifiċi.

(11)

L-innettjar tal-pagament huwa essenzjali għat-tħaddim effettiv u effiċjenti tas-sistemi tal-issaldjar tal-muniti u għalhekk il-klassifikazzjoni ta' kuntratt ta' muniti barranin bħala tranżazzjoni spot ma għandhiex tirrikjedi li kull kuntratt spot ta' munita barranija jiġi ssaldat indipendentement.

(12)

Forwards mhux konsenjabbli huma kuntratti għad-differenza bejn ir-rata tal-kambju miftiehma qabel u r-rata spot attwali fil-ħin tal-maturità u għalhekk ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala kuntratti spot irrispettivament mill-perjodu tas-saldu tagħhom.

(13)

Kuntratt għall-kambju ta' munita ma' oħra għandu jinftiehem bħala li huwa relatat ma' kambju dirett u mingħajr kundizzjonijiet ta' dawk il-muniti. Fil-każ ta' kuntratt b'kambji multipli, kull kambju għandu jitqies b'mod separat. Madankollu, opzjoni jew swap fuq munita ma għandhomx jitqiesu bħala kuntratt għall-bejgħ jew il-kambju ta' munita u għalhekk la għandhom jikkostitwixxu kuntratt spot u lanqas mezz ta' pagament irrispettivament mid-durata tal-iswap jew opzjoni u irrispettivament minn jekk ġiex negozjat f'ċentru ta' nnegozjar jew le.

(14)

Konsulenza dwar strumenti finanzjarji indirizzata lill-pubbliku ġenerali, ma għandhiex tkun ikkunsidrata bħala rakkomandazzjoni personali għall-finijiet tad-definizzjoni ta' “konsulenza dwar investiment” fid-Direttiva 2014/65/UE. Fl-isfond tal-għadd li qed jikber ta' intermedjarji li jipprovdu rakkomandazzjonijiet personali permezz tal-użu ta' kanali ta' distribuzzjoni, għandu jiġi ċċarat li rakkomandazzjoni maħruġa, anke esklussivament, permezz ta' kanali ta' distribuzzjoni, bħall-internet, tista' tikkwalifika bħala rakkomandazzjoni personali. Għalhekk, sitwazzjonijiet li fihom, pereżempju, korrispondenza elettronika tintuża biex tipprovdi rakkomandazzjonijiet personali lil persuna speċifika, minflok biex tindirizza informazzjoni lill-pubbliku inġenerali, tista' tammonta għal konsulenza dwar l-investiment.

(15)

Konsulenza ġenerika dwar tip ta' strument finanzjarju mhijiex meqjusa bħala parir dwar investiment għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE. Madankollu, jekk ditta tal-investiment tipprovdi konsulenza ġenerika lil klijent dwar tip ta' strument finanzjarju li hi tippreżenta bħala adatta għal, jew ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta', dak il-klijent, u dik il-konsulenza mhijiex infatti adatta għall-klijent, jew mhijiex ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tiegħu, id-ditta x'aktarx tkun qiegħda taġixxi fi ksur tal-Artikolu 24(1) jew (3) tad-Direttiva 2014/65/UE. B'mod partikolari, ditta li tagħti lill-klijent tali konsulenza probabbilment tkun qed taġixxi fi ksur tar-rekwiżit tal-Artikolu 24(1) sabiex taġixxi b'mod onest, ġust u professjonali b'konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tagħha. Bl-istess mod jew mod ieħor, din il-konsulenza x'aktarx li tikser ir-rekwiżit tal-Artikolu 24(3) li informazzjoni indirizzata minn ditta lil klijent għandha tkun ġusta, ċara u ma tqarraqx.

(16)

Atti mwettqa minn ditta tal-investiment li huma preparatorji għall-għoti ta' servizz tal-investiment jew li jwettqu attività tal-investiment għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti integrali minn dak is-servizz jew attività. Dan jinkludi, pereżempju, l-għoti ta' konsulenza ġenerika minn ditta tal-investiment lil klijenti jew lil klijenti potenzjali qabel jew matul l-għoti ta' konsulenza dwar l-investiment jew kull servizz jew attività oħra ta' investiment.

(17)

L-għoti ta' rakkomandazzjoni ġenerali dwar tranżazzjoni fi strument finanzjarju jew f'tip ta' strument finanzjarju jikkostitwixxi l-għoti ta' servizz anċillari skont it-Taqsima B(5) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, u b'konsegwenza d-Direttiva 2014/65/UE u l-protezzjonijiet tagħha japplikaw għall-għoti ta' dik ir-rakkomandazzjoni.

(18)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni oġġettiva u effettiva tad-definizzjoni tal-internalizzaturi sistematiċi fl-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jiġu pprovduti speċifikazzjonijiet ulterjuri dwar il-limiti applikabbli stabbiliti minn qabel għall-finijiet ta' dak li jikkostitwixxi nnegozjar frekwenti, sistematiku u sostanzjali barra 'l borża (OTC). Il-limiti stabbiliti minn qabel għandhom jiġu stabbiliti f'livell adattat sabiex jiġi żgurat li nnegozjar OTC ta' daqs tali li kellu impatt materjali fuq il-formazzjoni tal-prezz jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni filwaqt li fl-istess ħin jeskludi nnegozjar OTC ta' daqs tant żgħir li jkun sproporzjonat mar-rekwiżit tal-obbligu tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-internalizzaturi sistematiċi.

(19)

Skont id-Direttiva 2014/65/UE, internalizzatur sistematiku ma għandux jitħalla jlaqqa' flimkien interessi ta' xiri u ta' bejgħ ta' parti terza bl-istess mod funzjonali bħal ċentru ta' nnegozjar. Internalizzatur sistematiku ma għandux jikkonsisti f'sistema ta' tpaċija interna li teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti fuq bażi multilaterali, attività li tirrikjedi awtorizzazzjoni bħala faċilità multilaterali ta' nnegozjar (MTF). F'dan il-kuntest, sistema ta' tpaċija interna hija sistema li tqabbel l-ordnijiet tal-klijenti li tirriżulta f'li d-ditta tal-investiment twettaq tranżazzjonijiet prinċipali mqabbla fuq bażi regoli u mhux okkażżjonali.

(20)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi, xieraq li jiġu pprovduti dispożizzjonijiet supplimentari fir-rigward tad-definizzjonijiet relatati man-negozjar algoritmiku, tekniki ta' nnegozjar algoritmiċi ta' frekwenza għolja u aċċess elettroniku dirett. Fin-negozjar awtomatizzat, ġew mobilizzati diversi arranġamenti tekniċi. Jeħtieġ li jiġi ċċarat kif dawk l-arranġamenti għandhom jiġu kategorizzati fir-rigward tad-definizzjonijiet tan-negozjar algoritmiku u l-aċċess elettroniku dirett. Il-proċessi tan-negozjar ibbażati fuq aċċess elettroniku dirett mhumiex esklussivi b'mod reċiproku għal dawk li jinvolvu nnegozjar algoritmiku jew is-subsegment tiegħu ta' teknika ta' negozjar algoritmiku bi frekwenza għolja. In-negozjar ta' persuna li jkollha aċċess elettroniku dirett għalhekk jista' wkoll jaqa' taħt in-negozjar algoritmiku li jinkludi d-definizzjoni ta' teknika ta' nnegozjar algoritmiku bi frekwenza għolja.

(21)

Negozjar algoritmiku b'konformità mal-Artikolu 4(1)(39) tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jinkludi arranġamenti fejn is-sistema tagħmel deċiżjonijiet, minbarra sempliċiment li tiddetermina ċ-ċentru jew iċ-ċentri ta' nnegozjar, li abbażi tagħhom għandha tiġi sottomessa l-ordni, fi kwalunkwe stadju tal-proċessi ta' nnegozjar inkluż fl-istadju tal-bidu, tal-ġenerazzjoni, tad-direzzjoni u tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet. Għalhekk, għandu jiġi ċċarat li n-negozjar algoritmiku, li jinkludi nnegozjar mingħajr ebda intervent mill-bniedem jew b'intervent limitat, għandu jirreferi mhux biss għall-ġenerazzjoni awtomatika tal-ordnijiet iżda wkoll għall-ottimizzazzjoni ta' proċessi ta' eżekuzzjoni ta' ordnijiet permezz ta' mezzi awtomatizzati.

(22)

Negozjar algoritmiku għandu jinkludi order routers intelliġenti (SORs) fejn tali apparati jużaw algorittmi għall-ottimizzazzjoni tal-proċessi tal-eżekuzzjoni ta' ordnijiet li jiddeterminaw il-parametri tal-ordni minbarra ċ-ċentru jew iċ-ċentri fejn għandha tiġi sottomessa l-ordni. Negozjar algoritmiku ma għandux jinkludi order routers awtomatizzati (AOR) fejn, għalkemm jużaw algoritmi, tali apparati jiddeterminaw biss iċ-ċentru jew ċentri ta' negozjar fejn għandha tiġi sottomessa l-ordni mingħajr ma jinbidel ebda parametru ieħor tal-ordni.

(23)

It-teknika ta' negozjar algoritmiku bi frekwenza għolja b'konformità mal-Artikolu 4(1)(40) tad-Direttiva 2014/65/UE, li hija subsett tan-negozjar algoritmiku, għandha tiġi speċifikata iktar permezz tal-istabbiliment ta' kriterji li jiddefinixxu rati għoljin ta' messaġġi fl-istess jum li jikkostitwixxu kwotazzjoniijet għal ordnijiet jew modifiki għall-ordnijiet jew kanċellazzjonijiet tagħhom. L-użu tal-limiti minimi kwantitattivi assoluti abbażi tar-rati ta' messaġġi jipprovdi ċertezza legali li tippermetti lid-ditti u lill-awtoritajiet kompetenti biex jivvalutaw l-attività ta' nnegozjar individwali ta' ditti. Il-livell u l-għan ta' dawn il-limiti minimi għandu jkun wiesa' biżżejjed sabiex ikopri negozjar li jikkostitwixxi t-teknika ta' nnegozjar bi frekwenza għolja, inklużi dawk fir-rigward ta' strumenti uniċi u strumenti multipli.

(24)

Peress li l-użu tat-teknika ta' nnegozjar algoritmiku bi frekwenza għolja hija b'mod predominanti komuni fi strumenti likwidi, għandhom jiġu inklużi biss strumenti li għalihom hemm suq likwidu fil-kalkolu tar-rata għolja ta' messaġġi fl-istess jum. Barra minn hekk, minħabba li t-teknika ta' nnegozjar algoritmiku bi frekwenza għolja hija subsett tan-negozjar algoritmiku, il-messaġġi introdotti għall-finijiet tan-negozjar li jissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tar-rati għolja ta' messaġġi fl-istess jum. Sabiex ma tinqabadx attività ta' nnegozjar minbarra tekniki ta' nnegozjar algoritmiku bi frekwenza għolja, ikkunsidrati l-karatteristiċi ta' dan in-negozjar kif previst fil-preambolu 61 tad-Direttiva 2014/65/UE, b'mod partikolari illi dan in-negozjar normalment isir minn negozjanti bil-kapital tagħhom stess sabiex jimplimentaw strateġiji ta' negozjar aktar tradizzjonali bħal ħolqien tas-suq jew arbitraġġ permezz tal-użu ta' teknoloġija sofistikata, il-messaġġi introdotti għall-finijiet tan-negozjar għan-nom propju biss, u mhux dawk introdotti għall-għanijiet ta' riċevuta u trażmissjoni ta' ordnijiet jew l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f'isem il-klijenti, għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ta' rati għoljin ta' messaġġi fl-istess jum. Madankollu, messaġġi ntrodotti b'tekniki oħra għajr dawk li jużaw in-negozjar għan-nom propju għandhom jiġu nklużi fil-kalkolu ta' rati għoljin ta' messaġġi fl-istess jum fejn, meħuda kollha f'daqqa u kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha, l-eżekuzzjoni tat-teknika hija strutturata b'tali mod illi tiġi evitata l-eżekuzzjoni għan-nom propju, bħal pereżempju permezz tat-trażmissjoni tal-ordnijiet bejn entitajiet fl-istess grupp. Sabiex tiġi kkunsidrata, meta jiġi determinat x'jikkostitwixxi rati għoljin ta' messaġġi fl-istess jum, l-identita tal-tal-klijent aħħari wara l-attivita, għandhom jiġu esklużi il-messaġġi ġejjin minn klijenti tal-fornituri DEA mill-kalkolu ta' rati għoljin ta' messaġġi fl-istess jum.

(25)

Id-definizzjoni ta' aċċess elettroniku dirett għandu jiġi speċifikat iktar. Id-definizzjoni ta' aċċess elettroniku dirett ma għandu jinkludi ebda attività oħra lil hinn mill-provvediment ta' aċċess dirett għas-suq u aċċess sponsorjat. Għalhekk, għandha ssir distinzjoni għal arranġamenti fejn l-ordnijiet tal-klijenti huma intermedjati permezz ta' mezzi elettroniċi minn membri jew parteċipanti ta' ċentru ta' nnegozjar bħal senserija onlajn u arranġamenti fejn klijenti għandhom aċċess elettroniku dirett għal ċentru ta' nnegozjar.

(26)

Fil-każ ta' intermedjazzjoni tal-ordnijiet, min jissottometti ordnijiet ma għandux kontroll suffiċjenti fuq il-parametri tal-arranġament għal aċċess tas-suq u għalhekk ma għandux jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' aċċess elettroniku dirett. Għalhekk, arranġamenti li jippermettu lill-klijenti jitrażmettu ordnijiet lil ditta tal-investiment f'format elettroniku, bħas-senserija onlajn, ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala aċċess elettroniku dirett sakemm klijenti ma jkollhomx il-kapaċità li jiddeterminaw il-frazzjoni ta' sekonda tal-entrata tal-ordni u t-tul tal-ħajja tal-ordnijiet f'dak il-perjodu ta' żmien.

(27)

Arranġamenti fejn il-klijent ta' membru jew parteċipant ta' ċentru ta' nnegozjar, inkluż il-klijent ta' klijenti diretti ta' faċilitajiet ta' nnegozjar organizzati (OTFs), jissottomettu l-ordnijiet tagħhom permezz ta' arranġamenti għal ottimizzazzjoni ta' proċessi ta' eżekuzzjoni ta' ordnijiet li jiddeterminaw il-parametri tal-ordni minbarra ċ-ċentru jew ċentri fejn għandha tiġi sottomessa l-ordni permezz ta' SORs inklużi fl-infrastruttura tal-fornitur u mhux fl-infrastruttura tal-klijent, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-aċċess elettroniku dirett minħabba li l-klijent tal-fornitur ma għandux kontroll fuq iż-żmien tas-sottomissjoni tal-ordni u t-tul tal-ħajja tagħha. Il-karatterizzazzjoni ta' aċċess elettroniku dirett meta jiġu mobilizzati order routers intelliġenti, għalhekk għandha tkun dipendenti fuq jekk l-ismart order router hux inkluż fis-sistemi tal-klijenti u mhux f'dik tal-fornitur.

(28)

Ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-reġim li jirregola rekwiżiti organizzazzjonali għal ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi tal-investiment u, meta xieraq, servizzi anċillari u attivitajiet ta' investiment fuq bażi professjonali, u għal swieq regolati, u fornituri ta' servizzi ta' rrapportar ta' data, għandhom ikunu konsistenti mal-għan tad-Direttiva 2014/65/UE. Għandhom ikunu maħsubin biex jiżguraw livell għoli ta' integrità, kompetenza u solidità fost ditti tal-investiment u entitajiet li joperaw swieq regolati, MTFs jew OTFs, u biex jiġu applikati b'mod uniformi.

(29)

Huwa neċessarju li jkunu speċifikati rekwiżiti u proċeduri organizzazzjonali konkreti għal ditti tal-investiment li jipprovdu dawn is-servizzi jew attivitajiet. B'mod partikolari għandhom jiġu pprovduti proċeduri rigorużi fejn jidħlu kwistjonijiet ta' konformità, il-ġestjoni tar-riskju, it-trattament ta' lmenti, it-tranżazzjonijiet personali, l-esternalizzazzjoni u l-identifikazzjoni, il-ġestjoni u d-divulgazzjoni ta' kunflitti ta' interess.

(30)

Ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal ditti tal-investiment għandhom ikunu stabbiliti fil-forma ta' sett ta' regoli li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2014/65/UE. Dan hu neċessarju sabiex jiġi żgurat li ditti tal-investiment għandhom aċċess ugwali b'termini ekwivalenti għas-swieq kollha fl-Unjoni u biex ikunu eliminati ostakoli, marbuta ma' proċeduri ta' awtorizzazzjoni, għal attivitajiet transfruntiera fil-qasam ta' servizzi tal-investiment.

(31)

Ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-reġim li jirregola l-kundizzjonijiet ta' ħidma għall-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' investiment u anċillari u ta' attivitajiet tal-investiment għandhom jirriflettu l-għan fundamentali ta' dak ir-reġim. Huma għandhom ikunu maħsubin biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-investitur li għandu jkun applikat b'mod uniformi permezz tal-introduzzjoni ta' standards u rekwiżiti ċari li jirregolaw ir-relazzjoni bejn ditta tal-investiment u l-klijent tagħha. Min-naħa l-oħra, fejn tidħol il-protezzjoni tal-investitur, u b'mod partikolari l-komunikazzjoni ta' informazzjoni lill-investituri jew it-talba ta' informazzjoni mingħand l-investituri, għandha titqies in-natura tal-klijent jew tal-klijent potenzjali, jiġifieri jekk huwiex klijent ta' xiri bl-imnut (mhux professjonali) jew professjonali.

(32)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet varji tad-Direttiva 2014/65/UE, huwa neċessarju li jkun stabbilit sett armonizzat ta' rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet ta' ħidma għad-ditti tal-investiment.

(33)

Id-ditti tal-investiment ivarjaw bil-kbir fid-daqs, fl-istruttura u fin-natura tan-negozju tagħhom. Reġim regolatorju għandu jkun adattat għal dik id-diversità filwaqt li jimponi ċerti rekwiżiti regolatorji fondamentali li huma xierqa għad-ditti kollha. Entitajiet regolati għandhom jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta' livell għoli u jaħsbu fi u jadottaw miżuri li jkunu l-aħjar addattati għan-natura u għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.

(34)

Xieraq li jiġu stabbiliti kriterji komuni għall-valutazzjoni ta' jekk servizz ta' investiment huwiex qiegħed jiġi pprovdut minn persuna b'mod inċidentali matul attività professjonali, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata u stretta tal-eżenzjoni mogħtija mid-Direttiva 2014/65/UE. L-eżenzjoni għandha tapplika biss jekk is-servizz ta' investiment għandu konnessjoni intrinsika mal-qasam ewlieni tal-attività professjonali u hija subordinata għalih.

(35)

Ir-rekwiżiti organizzazzjonali stabbiliti skont id-Direttiva 2014/65/UE huma mingħajr preġudizzju għal sistemi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għar-reġistrazzjoni jew il-monitoraġġ minn awtoritajiet jew ditti kompetenti ta' individwi li jaħdmu f'ditti tal-investiment.

(36)

Għall-finijiet li jeħtieġu li ditta tal-investiment tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika adegwata ta' ġestjoni tar-riskju, ir-riskji relatati mal-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi tad-ditta għandhom jinkludu r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi jew importanti. Dawn ir-riskji għandhom jinkludu dawk assoċjati mar-relazzjoni tad-ditta mal-fornitur tas-servizz, u r-riskji potenzjali eżistenti meta l-funzjonijiet esternalizzati ta' diversi ditti tal-investiment jew entitajiet regolati oħra jkunu kkonċentrati f'għadd limitat ta' fornituri tas-servizz.

(37)

Il-fatt li l-funzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju u konformità huma mwettqa mill-istess persuna ma jipperikolax neċessarjament l-eżerċitar indipendenti ta' kull funzjoni. Il-kundizzjonijiet li persuni involuti fil-funzjoni ta' konformità ma għandhomx ikunu involuti wkoll fil-prestazzjoni tal-funzjonijiet li huma jagħmlu monitoraġġ tagħhom, u li l-metodu li bih tkun iddeterminata r-remunerazzjoni ta' dawn il-persuni ma għandux ikun tali li x'aktarx jikkomprometti l-oġġettività tagħhom, ma jistgħux ikunu proporzjonati fil-każ ta' kumpaniji tal-investiment żgħar. Madankollu, għall-kumpaniji l-kbar dawn il-kundizzjonijiet ikunu sproporzjonati biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

(38)

Klijenti jew klijenti potenzjali għandhom ikunu jistgħu jesprimu n-nuqqas ta' sodisfazzjon tagħhom bis-servizzi tal-investiment ipprovduti minn ditti tal-investiment fl-interessi tal-protezzjoni tal-investitur kif ukoll isaħħu l-konformità tad-ditti tal-investiment mal-obbligi tagħhom. L-ilmenti tal-klijenti jew tal-klijenti potenzjali għandhom jiġu indirizzati b'mod effettiv u indipendenti minn funzjoni ta' ġestjoni tal-ilmenti. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, dik il-funzjoni tista' titwettaq minn funzjoni ta' konformità.

(39)

Ditti tal-investiment huma meħtieġa jiġbru u jżommu informazzjoni relatata mal-klijenti u s-servizzi pprovduti lill-klijenti. Meta dawk ir-rekwiżiti jinvolvu l-ġbir u l-ipproċessar ta' data personali, għandu jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt għall-protezzjoni ta' data personali b'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (4) li jirregolaw l-ipproċessar ta' data personali mwettaq b'applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-ipproċessar ta' data mill-Awtoritá Ewropea tat-Titoli u S-Swieq (ESMA) b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, huwa suġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(40)

Għandha tiġi introdotta definizzjoni ta' rimunerazzjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti u konsistenti tal-kunflitti tal-interess u t-twettiq tar-rekwiżiti tan-negozju fil-qasam tar-rimunerazzjoni u għandha tinkludi l-forom kollha ta' benefiċċji finanzjarji u mhux finanzjarji jew pagamenti pprovduti direttament jew indirettament minn ditti lill-persuni rilevanti fil-provvediment ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti bħal flus, ishma, opzjonijiet, kanċellazzjonijiet ta' self lill-persuni rilevanti mat-tkeċċija, kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, rimunerazzjoni mill-partijiet terzi pereżempju permezz ta' mudelli ta' carried interest, żidiet fil-pagi jew promozzjonijiet, assigurazzjoni tas-saħħa, skontijiet jew allowances speċjali, kontijiet ta' spejjeż ġenerużi jew seminars f'destinazzjonijiet eżotiċi.

(41)

Sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-klijenti ma jiġux imfixkla, id-ditti tal-investiment għandhom jiddisinjaw u jimplimentaw politiki ta' rimunerazzjoni għall-persuni kollha li jista' jkollhom impatt fuq il-fornitur tas-servizz jew l-imġiba korporattiva tad-ditta, inklużi persuni li huma persunal tal-uffiċċju tan-negozjar, persunal tat-tim tal-bejgħ jew persunal ieħor li huwa involut indirettament fil-provvediment ta' investiment jew ta' servizzi anċillari. Persuni li jimmonitorjaw lit-timijiet tal-bejgħ bħal maniġers diretti, li jistgħu jiġu inċentivati sabiex jagħmlu pressjoni fuq il-persunal tal-bejgħ, jew analisti finanzjarji li l-letteratura tagħhom tista' tintuża mill-persunal tal-bejgħ sabiex jinċentivaw lill-klijenti sabiex jagħmlu deċiżjonijiet ta' investiment jew persuni involuti fl-indirizzar ta' ilmenti jew fl-iddisinjar u l-iżvilupp ta' prodotti għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' persuni rilevanti kkonċernati mir-regoli tar-rimunerazzjoni. Il-persuni rilevanti għandhom jinkludu wkoll lill-aġenti abbinati. Meta tiġi determinata r-rimunerazzjoni għall-aġenti abbinati, id-ditti għandhom jikkunsidraw l-istatus speċjali tal-aġenti abbinati u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali rispettivi. Madankollu, fit-tali każijiet, il-politiki u l-prattiki tar-rimunerazzjoni tad-ditti xorta għandhom jiddefinixxu kriterji xierqa li għandhom jintużaw sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ta' persuni rilevanti, inklużi kriterji kwalitattivi li jinkoraġġixxu lill-persuni rilevanti biex jaġixxu fl-aħjar interessi tal-klijent.

(42)

Meta jitwettqu tranżazzjonijiet personali suċċessivi għan-nom ta' persuna skont istruzzjonijiet preċedenti mogħtija minn dik il-persuna, l-obbligi relatati mat-tranżazzjonijiet personali ma għandhomx japplikaw b'mod separat għal kull tranżazzjoni suċċessiva ta' dan it-tip jekk dawk l-istruzzjonijiet jibqgħu fis-seħħ u mhux mibdula. Bl-istess mod, dawk l-obbligi ma għandhomx japplikaw f'każ li dawn l-istruzzjonijiet jiskadu jew jiġu rtirati, sakemm dawk l-istrumenti finanzjarji li kienu nkisbu qabel skont l-istruzzjonijiet ma jkunux rilaxxati fl-istess mument li fih l-istruzzjonijiet jiskadu jew jiġu rtirati. Madankollu, dawk l-obbligi għandhom japplikaw fejn tidħol tranżazzjoni personali, jew fil-bidu ta' tranżazzjonijiet personali suċċessivi mwettqa għan-nom tal-istess persuni jekk dawk l-istruzzjonijiet jiġu mmodifikati jew jekk jinħarġu istruzzjonijiet ġodda.

(43)

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu l-awtorizzazzjoni biex ikunu pprovduti servizzi tal-investiment jew attivitajiet tal-investiment soġġetta għal projbizzjoni ġenerali ta' esternalizzazzjoni ta' funzjoni waħda jew iżjed kritiċi jew importanti. Ditti tal-investiment għandhom jitħallew jesternalizzaw dawn il-funzjonijiet jekk l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni stabbiliti mid-ditta jikkonformaw ma' ċerti kundizzjonijiet.

(44)

L-esternalizzazzjoni ta' servizzi ta' investiment jew attivitajiet jew funzjonijiet kritiċi jew importanti kapaċi tikkostitwixxi bidla materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tad-ditta ta' investiment, kif imsemmi fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2014/65/UE. Jekk dawn l-arranġamenti għall-esternalizzazzjoni għandhom jitwaqqfu wara li d-ditta ta' investiment tkun kisbet l-awtorizzazzjoni skont il-Kapitolu I tat-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE, dawk l-arranġamenti għandhom jiġu notifikati lill-awtorità kompetenti fejn meħtieġ skont l-Artikolu 21(2) ta' dik id-Direttiva.

(45)

Iċ-ċirkostanzi li għandhom ikunu trattati bħala li jikkawżaw kunflitt ta' interess għandhom ikopru każijiet fejn ikun hemm kunflitt bejn l-interessi tad-ditta jew ċerti persuni konnessi mad-ditta jew mal-grupp tad-ditta u l-obbligu li d-ditta jkollha lejn klijent; jew bejn interessi differenti ta' żewġ klijenti jew iktar tagħha, li d-ditta hija obbligata lejhom it-tnejn. Mhuwiex biżżejjed li d-ditta tista' tagħmel qligħ jekk ma jkunx hemm ukoll żvantaġġ possibbli għal klijent, jew li klijent wieħed li d-ditta tkun obbligata lejh jista' jagħmel qligħ jew jevita telf mingħajr ma jkun hemm telf konkomitanti possibbli għal klijent ieħor.

(46)

Kunflitti ta' interess għandhom ikunu regolati biss meta servizz ta' investiment jew servizz anċillari jkun ipprovdut minn ditta tal-investiment. L-istatus tal-klijent li lilu huwa pprovdut is-servizz- klijent mhux professjonali, klijent professjonali jew kontroparti eliġibbli- għandha tkun irrilevanti għal dak l-iskop.

(47)

Waqt li tikkonforma mal-obbligu tagħha li tfassal politika ta' kunflitt ta' interess skont id-Direttiva 2014/65/UE li tidentifika ċirkostanzi li jikkostitwixxu jew li jistgħu jikkawżaw kunflitt tal-interess, id-ditta tal-investiment għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-attivitajiet ta' riċerka u konsulenza, negozju proprjetarju, il-ġestjoni tal-portafoll u n-negozju finanzjarju korporattiv, inklużi s-sottoskrizzjoni jew il-bejgħ f'qafas ta' offerta ta' titoli u servizzi ta' konsulenza f'fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet. B'mod partikolari, din l-attenzjoni speċjali hija xierqa meta ditta jew persuna direttament jew indirettament marbuta mad-ditta f'relazzjoni ta' kontroll twettaq żewġ attivitajiet jew iktar minn dawk imsemmija.

(48)

Ditti tal-investiment għandhom jimmiraw li jidentifikaw u jiġġestixxu l-kunflitti ta' interess li jirriżultaw fir-rigward tal-oqsma kummerċjali u l-attivitajiet tal-grupp tagħhom taħt politika komprensiva ta' kunflitti tal-interessi. Filwaqt li d-divulgazzjoni tal-kunflitti ta' interess speċifiċi huwa rikjest mill-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, dan għandu jkun miżura tal-aħħar istanza li għandha tintuża biss meta l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi stabbiliti mid-ditta tal-investiment sabiex tevita jew tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess tagħha b' konformità mal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw, b'kunfidenza raġonevoli, li jkun hemm prevenzjoni tar-riskji ta' dannu għall-interessi tal-klijent. Id-dipendenza żejda fuq id-divulgazzjoni mingħajr konsiderazzjoni adegwata dwar kif il-kunflitti jistgħu jiġu ġestiti jew evitati b'mod xieraq, ma għandhiex titħalla. B'mod partikolari, b'divulgazzjoni ta' kunflitti ta' interessi minn ditta tal-investimenti, hija ma għandhiex tiġi eżentata mill-obbligu li żżomm u li topera l-arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi meħtieġa skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(49)

Id-ditti għandhom dejjem jikkonformaw mar-regoli dwar l-inċentivi skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/65/UE, inkluż meta jipprovdu servizzi ta' tqegħid. B'mod partikolari, it-tariffi mid-ditti tal-investiment li jqiegħdu l-istrumenti finanzjarji maħruġa lill-klijenti tal-investimenti tagħhom, għandhom jikkonformaw ma' dawn id-dispożizzjonijiet u l-iskalar u t-tidwir għandhom jiġu kkunsidrati bħala prattiki abbużivi.

(50)

Ir-riċerka fl-investiment għandha tkun subkategorija tat-tip ta' informazzjoni definita bħala rakkomandazzjoni fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (abbuż tas-suq).

(51)

Il-miżuri u l-arranġamenti adottati minn ditta tal-investiment biex tiġġestixxi l-kunflitti tal-interess li jistgħu jirriżultaw mill-produzzjoni u mid-diffużjoni ta' materjal li huwa ppreżentat bħala riċerka fl-investiment għandhom ikunu xierqa biex jipproteġu l-oġġettività u l-indipendenza ta' analisti finanzjarji u tar-riċerka fl-investiment li jipproduċu. Dawk il-miżuri u l-arranġamenti għandhom jiżguraw li l-analisti finanzjarji jibbenefikaw minn grad adegwat ta' indipendenza mill-interessi ta' persuni li r-responsabbiltajiet jew l-interessi kummerċjali tagħhom jistgħu b'mod raġjonevoli jkunu kkunsidrati f'kunflitt mal-interessi tal-persuni li lilhom titqassam ir-riċerka fl-investiment.

(52)

Persuni li r-responsabbiltajiet jew l-interessi kummerċjali tagħhom jistgħu b'mod raġjonevoli jitqiesu li huma f'kunflitt mal-interessi tal-persuni li lilhom titqassam ir-riċerka fl-investiment għandhom jinkludu il-persunal inkarigat mis-servizzi finanzjarji tal-kumpanija u l-persunal involut fil-bejgħ u f'negozjati f'isem il-klijenti jew f'isem id-ditta.

(53)

Ċirkostanzi eċċezzjonali li fihom analisti finanzjarji u persuni oħra marbuta mad-ditta tal-investiment li huma involuti fil-produzzjoni ta' riċerka fl-investiment jistgħu, b'approvazzjoni preċedenti bil-miktub, iwettqu tranżazzjonijiet personali fi strumenti li r-riċerka tirrelata għalihom, għandhom ikunu jinkludu dawk iċ-ċirkostanzi li fihom, għal raġunijiet personali li jirrelataw għal diffikultajiet finanzjarji, l-analist finanzjarju jew persuna oħra tkun meħtieġa tagħmel likwidazzjoni ta' pożizzjoni.

(54)

Tariffi, kummissjonijiet, benefiċċji monetarji u mhux monetarji li d-ditta li tipprovdi l-investiment fir-riċerka tirċievi minn kwalunkwe parti terza għandhom jiġu aċċettati biss meta huma jingħataw skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 13 tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 (7).

(55)

Il-kunċett ta' tqassim ta' riċerka fl-investiment lil klijenti jew lill-pubbliku ma għandux jinkludi tqassim esklussiv lil persuni fi ħdan il-grupp tad-ditta tal-investiment. Ir-rakkomandazzjonijiet attwali għandhom jitqiesu li huma dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riċerka fl-investiment li ma ġewx irtirati u li ma skadewx. Il-modifika sostanzjali ta' riċerka fl-investiment prodotta minn parti terza għandha tiġi rregolata mill-istess rekwiżiti bħall-produzzjoni tar-riċerka.

(56)

Analisti finanzjarji ma għandhomx ikunu involuti f'attivitajiet li mhumiex il-preparazzjoni ta' riċerka fl-investiment meta dan l-involviment ikun inkonsistenti maż-żamma ta' oġġettività ta' dik il-persuna. Dawn jinkludu l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet bankarji tal-investiment bħan-negozju finanzjarju korporattiv u s-sottoskrizzjoni, il-parteċipazzjoni fil-“preżentazzjoni” ta' negozji ġodda jew “reklami” għal edizzjonijiet ġodda ta' strumenti finanzjarji ġodda; jew inkella li jkunu involuti fil-preparazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni emittenti.

(57)

Minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-sottoskrizzjoni u t-tqegħid fis-suq u l-potenzjal li jinqalgħu kunflitti tal-interess fir-rigward ta' tali servizzi, f'dan ir-Regolament għandhom jiġu speċifikati rekwiżiti iktar dettaljati u mfassla apposta. B'mod partikolari, tali rekwiżiti għandhom jiżguraw li l-proċess ta' sottoskrizzjoni u tqegħid jiġi mmaniġġjat b'mod li jirrispetta l-interessi tal-atturi differenti. Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-interessi tagħhom jew l-interessi ta' klijenti oħrajn tagħhom ma jinfluwenzawx b'mod negattiv il-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-klijent emittent. Arranġamenti bħal dawn għandhom jiġu spjegati lil dak il-klijent, flimkien ma' informazzjoni rilevanti oħra dwar il-proċess tal-offerta, qabel id-ditta taċċetta li tieħu l-offerta.

(58)

Ditti tal-investiment involuti f'attivitajiet ta' sottoskrizzjoni jew tqegħid għandu jkollhom stabbiliti arranġamenti xierqa sabiex jiġi żgurat li l-proċess tal-ipprezzar, inkluż il-bini tal-ktieb, mhuwiex ta' detriment għall-interessi tal-emittent.

(59)

Il-proċess tat-tqegħid jinvolvi l-eżerċitar ta' deċiżjoni minn ditta tal-investiment rigward l-allokazzjoni ta' offerta, u huwa bbażat fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi partikolari tal-arranġamenti, li joħolqu tħassib dwar kunflitti ta' interess. Id-ditta għandu jkollha stabbiliti rekwiżiti organizzazzjonali effettivi li jiżguraw li allokazzjonijiet li jkunu saru bħala parti mill-proċess ta' tqegħid ma jirriżultawx f'li l-interess tad-ditta jitqiegħed qabel l-interessi tal-klijent emittent, jew qabel l-interessi ta' klijent ta' investiment fuq dawk ta' klijent ta' investiment ieħor. B'mod partikolari, id-ditti għandhom jistabbilixxu b'mod ċar il-proċess għall-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-allokazzjoni f'politika dwar l-allokazzjoni.

(60)

Ir-rekwiżiti imposti minn dan ir-Regolament, inklużi dawk dwar tranżazzjonijiet personali, dwar it-trattament tal-għarfien tar-riċerka fl-investiment u dwar il-produzzjoni jew id-diffużjoni tar-riċerka fl-investiment, japplikaw mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tad-Direttiva 2014/65/UE utar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u l-miżuri ta' implimentazzjoni rispettivi tagħhom.

(61)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti rigward informazzjoni indirizzata lill-klijenti u lill-klijenti potenzjali, inklużi komunikazzjonijiet dwar kummerċjalizzazzjoni, sabiex jiġi żgurat li tali informazzjoni hija ġusta, ċara u ma tqarraqx b'konformità mal-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(62)

Xejn f'dan ir-Regolament ma jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti japprovaw il-kontenut u l-forma ta' komunikazzjonijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, anqas ma tipprevenihom milli jagħmlu dan, sa fejn kull approvazzjoni preċedenti ta' dan it-tip tkun ibbażata biss fuq konformità mal-obbligu fid-Direttiva 2014/65/UE li informazzjoni lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali, inklużi komunikazzjonijiet dwar kummerċjalizzazzjoni, għandha tkun ġusta, ċara u ma tqarraqx.

(63)

Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' informazzjoni xierqa u proporzjonati li jikkunsidraw l-istatus ta' klijent jew bħala klijent mhux professjonali jew bħala klijent professjonali jew kontraparti eliġibbli. Għan wieħed tad-Direttiva 2014/65/UE hu li tiżgura bilanċ proporzjonat bejn il-protezzjoni tal-investitur u l-obbligi ta' divulgazzjoni li japplikaw għad-ditti tal-investiment. Għal dan il-għan, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' informazzjoni speċifiċi inqas stretti fejn jidħlu klijenti professjonali minn dawk li japplikaw għal klijenti mhux professjonali.

(64)

Ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali bl-informazzjoni neċessarja dwar in-natura tal-istrumenti finanzjarji u r-riskji assoċjati mal-investiment fihom sabiex il-klijenti tagħhom ikunu informati kif dovut. Il-livell ta' dettall ta' din l-informazzjoni jista' jvarja skont il-kategorizzazzjoni tal-klijent jew bħala klijent mhux professjonali jew bħala klijent professjonali u n-natura u l-profil tar-riskju tal-istrumenti finanzjarji li jkunu qegħdin jiġu offruti, iżda għandu dejjem jinkludi kwalunkwe element essenzjali. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw it-termini preċiżi, jew il-kontenut, tad-deskrizzjoni ta' riskji meħtieġa skont dan ir-Regolament, b'kunsiderazzjoni għar-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(65)

Il-kundizzjonijiet li tkun konformi magħhom l-informazzjoni indirizzata minn ditta tal-investiment lill-klijenti u lill-klijenti potenzjali sabiex tkun ġusta, ċara u ma tqarraqx għandha tapplika għal komunikazzjonijiet maħsuba għall-klijenti mhux professjonali b'mod li huwa xieraq u proporzjonat, b'kunsiderazzjoni, pereżempju, tal-mezzi ta' komunikazzjoni, u tal-informazzjoni li l-komunikazzjoni tkun maħsuba li tagħti lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali. B'mod partikolari, ma jkunx xieraq li jiġu applikati tali kundizzjonijiet għall-komunikazzjonijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni li jikkonsistu biss f'dan li ġej: l-isem tad-ditta, il-logo jew immaġni oħra assoċjata mad-ditta, il-punt ta' kuntatt, ir-referenza għat-tipi ta' servizzi tal-investiment ipprovduti mid-ditta.

(66)

Sabiex tiġi mtejba l-konsistenza tal-informazzjoni li jirċievu l-investituri, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta lil kull klijent tiġi ppreżentata b'mod konsistenti fl-istess lingwa fil-forom kollha tal-informazzjoni u l-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni pprovdut lil dak il-klijent. Madankollu, dan ma għandux jimplika rekwiżit għad-ditti sabiex jittraduċu l-prospetti tagħhom, ippreparati b'konformità mad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), mogħtija lill-klijenti.

(67)

Sabiex tiġi pprovduta preżentazzjoni ġusta u bbilanċjata tal-benefiċċji u r-riskji, id-ditti tal-investiment għandhom dejjem jagħtu indikazzjoni ċara u prominenti ta' kwalunkwe riskju rilevanti, inklużi l-iżvantaġġi u d-dgħufijiet, meta jirreferu għal kwalunkwe benefiċċju potenzjali ta' servizz jew strument finanzjarju.

(68)

L-informazzjoni għandha tkun ikkunsidrata qarrieqa jekk ikollha t-tendenza li tqarraq bil-persuna jew bil-persuni li lilhom tkun indirizzata jew li x'aktarx jirċevuha, kemm jekk il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni tkun tikkunsidraha qarrieqa jew tkun tixtieq tqarraq permezz tagħha u kemm jekk le.

(69)

F'każijiet fejn ditta tal-investiment tkun meħtieġa tipprovdi informazzjoni lil klijent qabel ma jingħata servizz, kull tranżazzjoni fir-rigward tal-istess tip ta' strument finanzjarju ma għandhiex tkun ikkunsidrata bħala l-għoti ta' servizz ġdid jew differenti.

(70)

Informazzjoni ddettaljata dwar jekk konsulenza dwar investiment hijiex ipprovduta fuq bażi indipendenti, dwar l-analiżi usa' u iktar stretta ta' tipi differenti ta' strumenti u dwar il-proċess tal-għażla użat, għandha tgħin lill-klijenti jivvalutaw l-għan tal-konsulenza pprovduta. Għandhom jiġu pprovduti dettalji suffiċjenti lill-klijenti dwar in-numru ta' strumenti finanzjarji analizzati mid-ditti. In-numru u l-varjetà ta' strumenti finanzjarji li għandhom jiġu kkunsidrati minbarra dawk ipprovduti mid-ditta tal-investiment jew mill-entitajiet qrib dik id-ditta, għandhom ikunu proporzjonati mal-għan tal-konsulenza li se tingħata, il-preferenzi u l-bżonnijiet tal-klijent. Madankollu, irrispettivament mill-għan tas-servizzi offruti, il-valutazzjonjiet kollha għandhom ikunu bbażati fuq numru adegwat ta' strumenti finanzjarji disponibbli fis-suq li jippermettu konsiderazzjoni xierqa ta' x'joffri s-suq bħala alternattivi.

(71)

L-għan tal-konsulenza mogħtija mid-ditti tal-investiment fuq bażi indipendenti jista' jvarja minn wiesgħa u ġenerali għal speċjalist u speċifiku. Sabiex jiġi żgurat li l-għan tal-konsulenza jippermetti tqabbil ġust u xieraq bejn strumenti finanzjarji differenti, il-konsulenti tal-investiment li jispeċjalizzaw f'ċerti kategoriji ta' strumenti finanzjarji u li jiffukaw fuq kriterji li mhumiex ibbażati fuq l-istruttura teknika tal-istrument per se, bħal investimenti “ekoloġiċi” jew “etiċi”, għandhom jikkonformaw ma' ċerti kundizzjonijiet jekk jippreżentaw ruħhom bħala konsulenti indipendenti.

(72)

Li l-istess konsulent ikun jista' jipprovdi kemm konsulenza indipendenti kif ukoll mhux indipendenti jista' joħloq konfużjoni għall-klijent. Sabiex jiġi żgurat il-fehim tal-klijenti tan-natura u l-bażi tal-konsulenza dwar l-investiment ipprovduta, għandhom jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti organizzazzjonali.

(73)

Il-provvediment mid-ditta tal-investiment lill-klijent ta' kopja tal-prospett li tfassal u ġie ppubblikat b'konformità mad-Direttiva 2003/71/KE, ma għandux jiġi trattat bħala l-provvediment mid-ditta tal-investiment lill-klijent għall-finijiet tal-kundizzjonijiet tal-operat skont id-Direttiva 2014/65/UE relatati mal-kwalità u l-kontenut ta' din l-informazzjoni, jekk id-ditta ma tkunx responsabbli skont dik id-Direttiva għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett.

(74)

Id-Direttiva 2014/65/UE issaħħaħ l-obbligi tad-ditti tal-investiment biex jiddivulgaw informazzjoni dwar il-kostijiet u l-ispejjeż kollha u testendi dawn l-obbligi għar-relazzjonijiet ma' klijenti professjonali u kontrapartijiet eliġibbli. Sabiex jiġi żgurat li l-kategoriji kollha ta' klijenti jibbenefikaw mit-tali żieda fit-trasparenza dwar kostijiet u spejjeż, id-ditti tal-investiment għandhom ikunu awtorizzati, f'ċerti sitwazzjonijiet, meta jipprovdu servizzi ta' investiment lil klijenti professjonali jew kontrapartijiet eliġibbli, biex jiftiehmu ma' dawn il-klijenti biex jillimitaw ir-rekwiżiti ddettaljati stabbiliti f'dan ir-Regolament. Madankollu, dan ma għandux iwassal biex ma jiġux applikati l-obbligi imposti fuq id-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE. F'dan ir-rigward, id-ditti tal-investiment għandhom jinfurmaw lil klijenti professjonali dwar il-kostijiet u l-ispejjeż kollha kif stabbilit f'dan ir-Regoalment, jew meta jiġu pprovduti s-servizzi tal-konsulenza dwar l-investiment jew il-ġestjoni tal-portafoll jew meta, irrispettivament mis-servizz ta' investiment ipprovdut, l-istrumenti finanzjarji kkonċernati jinkludu derivattiv. Id-ditti tal-investiment għandhom jinfurmaw ukoll lill-kontrapartijiet eliġibbli dwar il-kostijiet u l-ispejjeż kollha kif stabbilit f'dan ir-Regolament meta, irrispettivament mis-servizz ta' investiment ipprovdut, l-istrument finanzjarju kkonċernat jinkludi derivattiv u għandhom l-intenzjoni li jgħaddu lill-klijenti tagħhom. Madankollu, f'każijiet oħra, meta jiġu pprovduti servizzi ta' investiment lil klijenti professjonali jew kontrapartijiet eliġibbli, id-ditti tal-investiment jistgħu jaqblu, pereżempju, wara li ssir talba mill-klijent ikkonċernat, sabiex ma jipprovdux l-illustrazzjoni li turi l-effett kumulattiv tal-kostijiet fuq ir-redditu jew indikazzjoni tal-munita involuta u r-rati ta' konverżjoni u l-kostijiet applikabbli meta kwalunkwe parti tal-kostijiet u l-ispejjeż totali tkun espressa f'munita barranija.

(75)

B'kunsiderazzjoni tal-obbligu kumplessiv ta' azzjoni f'konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti u l-importanza li jiġu infurmati l-klijenti, fuq bażi ex-ante, il-kostijiet u l-ispejjeż kollha li għandhom jiġu mġarrba, ir-referenza għal strumenti finanzjarji rakkomandati jew kummerċjalizzati għandhom b'mod partikolari jinkludu ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza dwar l-investiment jew servizzi tal-ġestjoni tal-portafoll, ditti li jipprovdu rakkomandazzjoni ġenerali dwar strumenti finanzjarji jew li jippromwovu ċerti strumenti finanzjarji fil-provvediment ta' servizzi ta' investiment jew ta' servizzi anċillari lill-klijenti. Dan pereżempju jkun il-każ għal ditti tal-investiment li jkunu daħlu f'arranġamenti ta' distribuzzjoni jew tqegħid ma' manifattur jew emittent ta' prodott.

(76)

B'konformità mal-obbligu kumplessiv ta' azzjoni b'konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti u b'kunsiderazzjoni għall-obbligi li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni li tirregola ċerti strumenti finanzjarji (b'mod partikolari, unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv u prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażat fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs), id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw u jaggregaw il-kostijiet u l-ispejjeż kollha, inklużi kostijiet tal-istrument finanzjarju, fil-każijiet kollha fejn id-ditti tal-investiment huma obbligati jipprovdu lill-klijent b'informazzjoni dwar il-kostijiet ta' strument finanzjarju b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(77)

Meta ditti tal-investiment ma kkummerċjalizzawx jew ma rrakkomandawx strument finanzjarju jew mhumiex rikjesti skont id-dritt tal-Unjoni sabiex jipprovdu lill-klijenti b'informazzjoni dwar il-kostijiet ta' strument finanzjarju, huma jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jikkunsidraw il-kostijiet kollha assoċjati ma' dak l-istrument finanzjarju. Anke f'dawn il-każijiet residwali, id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw lill-klijenti, fuq bażi ex-ante, dwar il-kostijiet u l-ispejjeż kollha assoċjati mas-servizz ta' investiment u l-prezz għall-akkwist tal-istrument finanzjarju rilevanti. Barra minn hekk, id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw ma' kwalunkwe obbligu ieħor li jipprovdu informazzjoni xierqa dwar ir-riskji tal-istrument finanzjarju rilevanti b'konformità mal-Artikolu 24(4)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE jew li jipprovdi lill-klijenti, fuq bażi ex-post, b'rapporti adegwati dwar is-servizzi pprovduti b'konformità mal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE, inklużi l-elementi tal-kostijiet.

(78)

Sabiex tiġi żgurata s-sensibilizzazzjoni tal-klijenti dwar il-kostijiet u l-ispejjeż kollha li għandhom jiġu mġarrba kif ukoll l-evalwazzjoni ta' tali informazzjoni u tqabbil ma' strumenti finanzjarji differenti u/jew servizzi ta' investiment, id-ditti ta' investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti b'informazzjoni ċara u komprensibbli dwar il-kostijiet u l-ispejjeż kollha fi żmien biżżejjed qabel il-provvediment ta' servizzi. Informazzjoni ex-ante dwar il-kostijiet relatati mal-istrument finanzjarju jew servizz anċillari tista' tiġi bbażata fuq ammont ta' investiment preżunt. Madankollu, l-kostijiet u l-ispejjeż divulgati għandhom jirrappreżentaw il-kostijiet li l-klijent eventwalment iġarrab ibbażati fuq l-ammont ta' investiment preżunt. Pereżempju, jekk ditta tal-investiment toffri firxa ta' servizzi kontinwi bi spejjeż differenti assoċjati ma' kull servizz, id-ditta għandha tiddivulga l-ispejjeż assoċjati mas-servizz li l-klijent abbona għalih. Għal divulgazzjonijiet ex-post, l-informazzjoni relatata mal-kostijiet u l-ispejjeż għandha tirrifletti l-ammont ta' investiment attwali tal-klijent fiż-żmien li saret id-divulgazzjoni.

(79)

Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jirċievu informazzjoni dwar il-kostijiet u l-ispejjeż kollha skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, ir-riskju tas-suq sottostanti għandu jinftiehem bħala li huwa relatat biss mal-movimenti fil-valur tal-kapital investit ikkawżati direttament minn movimenti fil-valur tal-assi sottostanti. Kostijiet tat-tranżazzjonijiet u spejjeż kontinwi ta' strumenti finanzjarji għandhom għalhekk jiġu inklużi fl-aggregazzjoni rikjesta tal-kostijiet u l-ispejjeż u għandhom jiġu stmati permezz ta' preżunzjonijiet raġonevoli, flimkien ma' spjegazzjoni li tali estimi huma bbażati fuq preżunzjonijiet u jistgħu jiddevjaw mill-kostijiet u l-ispejjeż li attwalment jiġu mġarrba. Abbażi tal-istess għan ta' divulgazzjoni totali, ma għandhomx jiġu esklużi l-prattiki tal-“innettjar” tal-kostijiet mill-obbligu tal-provvediment ta' informazzjoni dwar kostijiet u spejjeż. Id-divulgazzjoni tal-kostijiet u l-ispejjeż tintrifed mill-pronċipju li għandha tiġi divulgata kull differenza bejn il-prezz ta' pożizzjoni għad-ditta u l-prezz rispettiv għall-klijent, inklużi valwazzjoni pożittiva u valwazzjoni negattiva.

(80)

Filwaqt li d-ditti tal-investiment għandhom jaggregaw il-kostijiet u l-ispejjeż kollha b'konformità mal-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE u jipprovdu lill-klijenti bil-kostijiet kumplessi espressi kemm f'ammonti monetarji kif ukoll f'perċentwali, id-ditti tal-investiment għandhom, barra minn hekk, ikunu awtorizzati jipprovdu lill-klijenti u lill-klijenti prospettivi b'ċifri separati li jinkludu kostijiet u spejjeż inizjali aggregati, kostijiet u spejjeż kontinwi kif ukoll spejjeż u kostijiet aggregati għall-ħruġ.

(81)

Id-ditti tal-investiment li jiddistribwixxu strumenti finanzjarji, li inkwantu tagħhom l-informazzjoni dwar il-kostijiet u l-ispejjeż mhijiex suffiċjenti, għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom b'mod supplimentari dwar dawn il-kostijiet kif ukoll dwar kostijiet oħrajn u l-ispejjeż assoċjati relatati mal-provvediment ta' servizzi ta' investiment fir-rigward ta' dawk l-istrumenti finanzjarji sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-klijenti għal divulgazzjoni sħiħa tal-kostijiet u l-ispejjeż. Dan ikun il-każ għal ditti tal-investiment li jiddistribwixxu unitajiet f'impriżi ta' investiment kollettiv li għalihom ma ġewx ipprovduti kostijiet għat-tranżazzjonijiet minn pereżempju unitajiet f'kumpanija tal-maniġment UCITS. Fit-tali każijiet, id-ditti tal-investiment għandhom jikkollaboraw mal-kumpaniji tal-maniġment UCITS sabiex jiksbu l-informazzjoni rilevanti.

(82)

Sabiex titjieb it-trasparenza għall-klijenti dwar il-kostijiet assoċjati mal-investimenti tagħhom u l-prestazzjoni tal-investimenti tagħhom kontra l-kostijiet rilevanti u l-ispejjeż matul iż-żmien, divulgazzjoni ex-post perjodika għandha tiġi pprovduta wkoll meta d-ditti tal-investiment għandhom jew kellhom relazzjoni għaddejja mal-klijent matul is-sena. Divulgazzjoni ex-post dwar il-kostijiet u l-ispejjeż rilevanti kollha għandha tiġi pprovduta fuq bażi personalizzata. Id-divulgazzjoni perjodika ex-post tista' ssir billi tibni fuq obbligi ta' rrapportar eżistenti, bħal obbligi għal ditti li jipprovdu l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet minbarra l-ġestjoni tal-portafoll, il-ġestjoni tal-portafoll jew iż-żamma ta' strumenti jew fondi finanzjarji tal-klijenti

(83)

L-informazzjoni li ditta tal-investiment hija meħtieġa tagħti lil klijent mhux professjonali li tikkonċerna l-kostijiet u l-ispejjeż assoċjati tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti għall-ħlas jew l-eżekuzzjoni tal-ftehim għall-provvediment ta' servizzi tal-investiment u kwalunkwe ftehim ieħor relatat mal-istrument finanzjarju li jkun qiegħed jiġi offrut. Għal dan l-iskop, arranġamenti għal ħlas ikunu ġeneralment rilevanti meta kuntratt relatat ma' strument finanzjarju jkun konkluż b'saldu fi flus. Arranġamenti għal prestazzjoni jkunu ġeneralment rilevanti meta, hekk kif jiskadi l-kuntratt, l-istrument finanzjarju jkun jeħtieġ il-kunsinna ta' ishma, bonds, garanzija, ingotti jew strument jew komodità oħra.

(84)

Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti differenti għall-applikazzjoni tal-valutazzjoni ta' adattament stabbilita fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-valutazzjoni ta' adegwatezza stabbilita fl-Artikolu 25(3) ta' dik id-Direttiva. Dawn it-testijiet għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti fir-rigward tas-servizzi tal-investiment li jirrelataw magħhom, u għandhom funzjonijiet u karatteristiċi differenti.

(85)

Id-ditti tal-investiment għandhom jinkludu r-rapport dwar l-adattament u jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti għal tagħrif dwar jekk is-servizzi jew l-istrumenti rakkomandati humiex probabbli li jirrikjedu lil klijent mhux professjonali sabiex jitlob reviżjoni perjodika tal-arranġamenti tagħhom. Dan jinkludi sitwazzjonijiet meta klijent probabbilment ikollu bżonn ifittex konsulenza sabiex portafoll ta' investiment jinġieb lura skont l-allokazzjoni oriġinali rakkomandata meta hemm probabbiltà li l-portafoll jista' jiddevja mill-allokazzjoni tal-assi fil-mira.

(86)

Sabiex jiġu kkunsidrati żviluppi tas-suq u jiġi żgurat l-istess livell ta' protezzjoni tal-investitur, għandu jiġi ċċarat li d-ditti tal-investiment għandhom jibqgħu responsabbli għat-twettiq ta' valutazzjonijiet ta' adattament fejn tiġi pprovduta totalment jew parzjalment konsulenza dwar l-investiment jew servizzi ta' mmaniġġjar tal-portafoll permezz ta' sistema awtomatizzata jew semi-awtomatizzata.

(87)

B'konformità mar-rekwiżit tal-valutazzjoni tal-adattament skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandu jiġi ċċarat ukoll li ditti tal-investiment għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-adattament mhux biss fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet sabiex jixtru strument finanzjarju iżda għad-deċiżjonijiet kollha dwar jekk għandux ikun hemm negozjar inkluż jekk għandux jinxtara, jinbiegħ jew jinżamm investiment.

(88)

Għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, tranżazzjoni tista' ma tkunx adatta għall-klijent jew għall-klijent potenzjali minħabba r-riskji tal-istrumenti finanzjarji assoċjat, it-tip ta' tranżazzjoni, il-karatteristiċi tal-ordni jew il-frekwenza tan-negozjati. Serje ta' tranżazzjonijiet li kull waħda hija adatta meta titqies f'iżolament jistgħu ma jkunux adatti jekk ir-rakkomandazzjoni jew id-deċiżjonijiet għal negozjati jsiru bi frekwenza li mhijiex fl-aħjar interess tal-klijent. Fil-każ ta' ġestjoni tal-portafoll, tranżazzjoni tista' wkoll ma tkunx adatta jekk dan jista' jirriżulta f'portafoll mhux adatt.

(89)

Rakkomandazzjoni jew talba magħmula, jew konsulenza mogħtija, minn ġestitur ta' portafoll lil klijent bil-għan li l-klijent jagħti jew jimmodifika mandat lill-ġestitur tal-portafoll li jiddefinixxi l-limiti tad-diskrezzjoni tal-ġestitur tal-portafoll għandha tkun ikkunsidrata rakkomandazzjoni fis-sens tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(90)

Sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali u l-klijenti jkunu jistgħu jifhmu aħjar in-natura tas-servizzi pprovduti, id-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi ta' investiment u servizzi anċillari lill-klijenti għandhom jidħlu fi ftehim bażiku bil-miktub mal-klijent, li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi essenzjali tad-ditta u tal-klijent.

(91)

Dan ir-Regolament ma għandux jirrikjedi li awtoritajiet kompetenti japprovaw il-kontenut tal-ftehim bażiku bejn ditta tal-investiment u l-klijenti tagħha. Madankollu, lanqas ma jipprevenihom milli jagħmlu dan, safejn tali approvazzjoni tkun ibbażata biss fuq il-konformità tad-ditta mal-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE li taġixxi b'mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha, u li tistabbilixxi rekord li jiddetermina d-drittijiet u l-obbligi ta' ditti tal-investiment u tal-klijenti tagħhom, u l-kundizzjonijiet l-oħra li taħthom id-ditta tipprovdi servizzi lill-klijenti tagħha.

(92)

Ir-rekords li ditta tal-investiment hija meħtieġa żżomm, għandhom ikunu adattati għat-tip ta' negozju u għall-firxa ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment imwettqa, sakemm l-obbligi taż-żamma tar-rekords stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolamant (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), ir-Regolament (UE) Nru 596/2014, id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u dan ir-Regolament jiġu ssodisfati u li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jissodisfaw il-kompiti superviżorji tagħhom u jagħmlu azzjonijiet ta' infurzar bil-għan li jiżguraw kemm il-protezzjoni tal-investitur kif ukoll l-integrità tas-suq.

(93)

Fid-dawl tal-importanza tar-rapporti u l-komunikazzjonijiet perjodiċi għall-klijenti kollha, kif ukoll l-estensjoni tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE għar-relazzjoni għall-kontropartijiet eliġibbli, ir-rekwiżiti ta' rapportar stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kategoriji kollha ta' klijenti. B'kunsiderazzjoni għan-natura tal-interazzjonijiet mal-kontropartijiet eliġibbli, id-ditti tal-investiment għandhom ikunu awtorizzati biex jidħlu fi ftehimiet li jiddeterminaw il-kontenut speċifiku u l-ħin tar-rapportar differenti minn dawk applikabbli għal-klijenti professjonali u mhux professjonali.

(94)

F'każijiet fejn ditta tal-investiment li tipprovdi servizzi ta' ġestjoni tal-portafoll tkun meħtieġa tipprovdi lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti mhux professjonali potenzjali bl-informazzjoni dwar it-tipi ta' strumenti finanzjarji li jistgħu jkunu inklużi fil-portafoll tal-klijent u t-tip ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f'dawn l-istrumenti, din l-informazzjoni għandha tiddikjara separatament jekk id-ditta tal-investiment ikollhiex il-mandat tinvesti fi strumenti finanzjarji mhux ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, f'derivativi, jew fi strumenti likwidi jew volatili ħafna; jew jekk tagħmilx bejgħ ta' pożizzjoni qasira, xiri ta' obbligazzjonijiet, titoli li jiffinanzjaw tranżazzjonijiet jew kwalunkwe tranżazzjoni li tinvolvi pagamenti ta' marġini, depożitu ta' kollateral jew riskju ta' kambju ta' munita.

(95)

Il-klijenti għandhom jiġu infurmati dwar il-prestazzjoni tal-portafoll tagħhom u d-deprezzamenti tal-investimenti inizjali tagħhom. Fil-każ ta' ġestjoni tal-portafoll, dan l-iskattatur għandu jiġi stabbilit f'livell ta' deprezzament ta' 10 %, u wara f'multipli ta' 10 % tal-valur kumplessiv tal-portafoll kumplessiv u ma għandux japplika għal azjendi individwali.

(96)

Għall-finijiet tal-obbligi ta' rappurtar fir-rigward ta' ġestjoni tal-portafoll, tranżazzjoni ta' obbligazzjoni kontinġenti hija waħda li tinvolvi kwalunkwe obbligazzjoni attwali jew potenzjali għall-klijent li jaqbeż il-kost għall-akkwist tal-istrument.

(97)

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar lil klijenti, referenza għat-tip ta' ordni għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-istatus tagħha bħala ordni b'limitu ta' prezz, ordni bil-prezz tas-suq, jew tip speċifiku ieħor ta' ordni.

(98)

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet dwar rappurtar lil klijenti, referenza għan-natura tal-ordni għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal ordnijiet għal abbonament għal titoli, jew għall-eżerċitar ta' għażla, jew għal ordnijiet simili ta' klijenti.

(99)

Meta tkun qiegħda tistabbilixxi l-politika ta' eżekuzzjoni tagħha skont l-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, ditta tal-investiment għandha tiddetermina l-importanza relattiva tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) ta' dik id-Direttiva, jew għallinqas tistabbilixxi l-proċess li permezz tiegħu tiddetermina l-importanza relattiva ta' dawn il-fatturi, sabiex tkun tista' tagħti l-aħjar riżultati possibbli lill-klijenti tagħha. Sabiex twettaq din il-politika, ditta tal-investiment għandha tagħżel il-postijiet ta' eżekuzzjoni li jippermettulha tottjeni fuq bażi konsistenti l-aħjar riżultat possibbli biex jitwettqu ordnijiet tal-klijenti. Sabiex ikunu konformi mal-obbligu legali tal-aħjar eżekuzzjoni, id-ditti ta' investiment, meta japplikaw il-kriterji għall-aħjar eżekuzzjoni għall-klijenti professjonali, normalment ma jużawx l-istess ċentri ta' eżekuzzjoni għall-SFTs (tranżazzjonijiet għall-finanzjament tat-titoli) u tranżazzjonijiet oħra. Dan għaliex l-SFTs jintużaw bħala sors ta' finanzjament soġġett għal impenn illi min jissellef jrodd lura titoli ekwivalenti f'data aktar il-quddiem u li t-termini tal-SFTs jiġu stabbiliti b'mod bilaterali bejn il-kontropartijiet qabel l-eżekuzzjoni. Għalhekk, l-għażla taċ-ċentri għall-eżekuzzjoni għall-SFTs hija aktar limitata milli fil-każ ta' tranżazzjonijiet oħra, għaliex hija tiddependi mit-termini partikolari stabbiliti minn qabel bejn il-kontrpartijiet u skont jekk tkunx hemm talba speċifika fuq dawk iċ-ċentri ta' eżekuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji involuti. B'hekk, il-politika ta' eżekuzzjoni tal-ordni stabbilita mid-ditti ta' investiment għandha tikkunsidra b'mod partikolari il-karatteristiċi partikolari tal-SFTs u għandha toħroġ lista separata taċ-ċentri ta' eżekuzzjoni wżati għall-SFTs. Ditta tal-investiment għandha tapplika l-politika ta' eżekuzzjoni tagħha għal kull ordni ta' klijent li teżegwixxi bil-għan li tottjeni l-aħjar riżultat possibbli għall-klijent skont dik il-politika.

(100)

Sabiex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment li jitrażmettu jew jagħmlu l-ordnijiet tal-klijenti ma' entitajiet oħra għall-eżekuzzjoni, jaġixxu fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom b'konformità mal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u mal-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE sabiex jipprovdu informazzjoni adattata lill-klijenti dwar id-ditta u s-servizzi tagħha, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti b'informazzjoni adegwata dwar l-ogħla ħames (5) entitajiet għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji li lilhom jitrażmettu jew jagħmlu l-ordnijiet tal-klijenti u jipprovdu lill-klijenti b'informazzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni, b'konformità mal-Artikolu 27(6) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni rispettivi. Id-ditti ta' investiment li jitrażmettu jew jagħmlu ordnijiet ma' entitajiet oħra għall-eżekuzzjoni jistgħu jagħżlu entita waħda għall-eżekuzzjoni biss fejn jistgħu juru illi b'hekk huma jkunu jistgħu jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom fuq bażi konsistenti u fejn jistgħu jistennew b'mod raġonevoli illi l-entita magħżula tghinhom jiksbu riżultati għall-klijenti li tajbin daqs ir-riżultati li jistgħu jistennew li kieku jużaw entitatjiet alternattivi għall-eżekuzzjoni. Din l-istennija raġonevoli għandha tiġi appoġġjata mid-data rilevanti ippubblikata skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE jew mill-analiżi interna mwettqa minn dawn id-ditti ta' investiment.

(101)

Bil-għan li jkun żgurat li ditta tal-investiment tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-klijent meta teżegwixxi ordni ta' klijent mhux professjonali fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi ta' klijent, id-ditta għandha tqis il-fatturi kollha li jippermettulha tagħti l-aħjar riżultat possibbli f'termini tal-konsiderazzjoni totali, li tirrappreżenta l-prezz tal-istrument finanzjarju u l-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni. Il-veloċità, il-probabbiltà ta' eżekuzzjoni u regolament, id-daqs u n-natura tal-ordni, l-impatt tas-suq u kull spiża impliċita oħra ta' tranżazzjoni tista' tingħata preċedenza fuq il-konsiderazzjoni immedjata ta' prezz u spiża biss sa fejn dawn huma strumentali biex jingħata l-aħjar riżultat possibbli f'termini tal-konsiderazzjoni totali lill-klijent mhux professjonali.

(102)

Meta ditta tal-investiment teżegwixxi ordni skont struzzjonijiet speċifiċi mill-klijent, għandha titqies li ssodisfat l-obbligi tagħha tal-aħjar eżekuzzjoni biss fir-rigward tal-parti jew tal-aspett tal-ordni li għaliha jirrelataw l-istruzzjonijiet tal-klijent. Il-fatt li l-klijent ikun ta struzzjonijiet speċifiċi li jkopru parti waħda jew aspett wieħed tal-ordni, ma għandux jitqies bħala li jħoll lid-ditta tal-investiment mill-obbligi tagħha tal-aħjar eżekuzzjoni fir-rigward ta' kull parti jew aspett ieħor tal-ordni tal-klijent li ma tkunx koperta minn dawn l-istruzzjonijiet. Ditta tal-investiment ma għandhiex twassal lil klijent biex jagħtiha istruzzjonijiet biex teżegwixxi ordni b'mod partikolari, billi tindika espliċitament jew tissuġġerixxi impliċitament il-kontenut tal-istruzzjoni lill-klijent, meta d-ditta jmissha tkun taf b'mod raġjonevoli li istruzzjoni b'dak l-iskop x'aktarx tippreveniha milli tottjeni l-aħjar riżultat possibbli għal dak il-klijent. Madankollu, dan ma għandux jipprevejni lil ditta milli tistieden klijent biex jagħżel bejn żewġ postijiet speċifikati ta' negozjati jew iżjed, sakemm dawk il-postijiet ma jkunux konsistenti mal-politika ta' eżekuzzjoni tad-ditta.

(103)

Negozjati mal-klijenti minn ditta tal-investiment akkont proprju għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' klijenti, u għaldaqstant li huma soġġetti għar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2014/65/UE u dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, għal dawk l-obbligi fir-rigward tal-aħjar eżekuzzjoni. Madankollu, jekk ditta tal-investiment tipprovdi offerta lil klijent u dik l-offerta x'aktarx li tissodisfa l-obbligi tad-ditta tal-investiment skont l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE fil-każ li d-ditta teżegwixxi dik l-offerta fil-ħin li fih tkun ippreżentata, allura d-ditta għandha tissodisfa dawk l-istess obbligi jekk teżegwixxi l-offerta wara li l-klijent jaċċettaha, sakemm, b'kont meqjus tal-kundizzjonijiet tas-suq li qegħdin jinbidlu u ż-żmien li jkun għadda bejn l-offerta u l-aċċettazzjoni tal-offerta, l-offerta ma tkunx skadiet b'mod ovvju.

(104)

L-obbligu li jingħata l-aħjar riżultat possibbli meta jkunu eżegwiti ordnijiet ta' klijenti japplika għat-tipi kollha ta' strumenti finanzjarji. Madankollu, minħabba d-differenzi fl-istrutturi tas-suq jew fl-istruttura ta' strumenti finanzjarji, jista' jkun diffiċli li jiġu identifikati u applikati standards ta' u proċedura uniformi għall-aħjar eżekuzzjoni li jkunu validi u effettivi għall-klassijiet kollha tal-istrument. Obbligi tal-aħjar eżekuzzjoni għandhom għaldaqstant ikunu applikati b'mod li jqis iċ-ċirkostanzi differenti assoċjati mal-eżekuzzjoni ta' ordnijiet relatati għal tipi partikolari ta' strumenti finanzjarji. Pereżempju, tranżazzjonijiet li jinvolvu strument finanzjarju OTC personalizzat li jinvolvi relazzjoni kuntrattwali unika maħsuba skont iċ-ċirkostanzi tal-klijent u tad-ditta tal-investiment ma jistgħux ikun paragunabbli għal skopijiet tal-aħjar eżekuzzjoni ma' tranżazzjonijiet li jinvolvu l-ishma nnegozjati f'postijiet ta' eżekuzzjoni ċentralizzati. [Peress li japplikaw l-aħjar obbligi ta' eżekuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji kollha, irrispettivament minn jekk ġewx innegozjati f'ċentri ta' negozjar jew OTC, id-ditti tal-investiment għandhom jiġbru data rilevanti tas-suq sabiex jiċċekkjaw jekk il-prezz OTC offrut lil klijent hux ġust u tagħmel l-aħjar obbligu ta' eżekuzzjoni.

(105)

Id-dispożizzjonjiet ta' dan ir-Regoalment dwar il-politika ta' eżekuzzjoni huma mingħajr preġudizzju għall-obbligu ġenerali ta' ditta tal-investiment skont l-Artikolu 27(7) tad-Direttiva 2014/65/UE li tagħmel monitoraġġ tal-effikaċja tal-arranġamenti u l-politika tagħha ta' eżekuzzjoni tal-ordnijiet u li tivvaluta ċentri fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha fuq bażi regolari.

(106)

Dan ir-Regolament mhux maħsub biex jirrikjedi sforz doppju fejn tidħol l-aħjar eżekuzzjoni bejn ditta tal-investiment li tipprovdi servizz li tirċievi u tibgħat ordni jew ġestjoni ta' portafoll u kull ditta tal-investiment li d-ditta tal-investiment tibgħatilha l-ordnijiet tagħha għal eżekuzzjoni.

(107)

L-aħjar obbligu ta' eżekuzzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE jeħtieġ li ditti tal-investiment jieħdu l-passi raġjonevoli kollha biex jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom. Il-kwalità ta' eżekuzzjoni, li tinkludi aspetti bħall-veloċità u l-probabbiltà ta' eżekuzzjoni (bħar-rata tal-mili) u d-disponibbiltà u l-inċidenza ta' titjib fil-prezz, hija fattur importanti biex tiġi żgurata l-aħjar eżekuzzjoni. Id-disponibbiltà, il-paragunabbiltà u l-konsolidazzjoni ta' data relatata għall-kwalità ta' eżekuzzjoni pprovduta mid-diversi postijiet ta' eżekuzzjoni hija kruċjali biex tippermetti lil ditti tal-investiment u lil investituri jidentifikaw dawk il-postijiet ta' eżekuzzjoni li jagħtu l-ogħla kwalità ta' eżekuzzjoni għall-klijenti tagħhom. Sabiex jiksbu l-aħjar riżultat tal-eżekuzzjoni għal klijent, ditti tal-investiment għandhom jipparagunaw u janalizzaw data rilevanti inkluża dik ippubblikata b'konformità mal-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u miżuri ta' implimentazzjoni rispettivi.

(108)

Id-ditti tal-investiment li jeżegwixxu ordnijiet għandhom ikunu jistgħu jinkludu ċentru ta' eżekuzzjoni uniku fil-politika tagħhom meta huma kapaċi juru li dan jippermettilhom biex jiksbu l-aħjar eżekuzzjoni għall-klijenti tagħhom fuq bażi konsistenti. Id-ditti tal-investiment għandhom jagħżlu ċentru ta' eżekuzzjoni uniku biss meta huma jistgħu raġonevolment jistennew li ċ-ċentru ta' eżekuzzjoni magħżul se jippermettilhom jiksbu riżultati għall-klijenti li talinqas huma tajbin daqs ir-riżultati li huma b'mod raġonevoli jistgħu jistennew mill-użu ta' ċentri ta' eżekuzzjoni alternattivi. Din l-aspettattiva raġonevoli għandha tiġi sostnuta mid-data rilevanti ppubblikata b'konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE jew minn analiżijiet interni oħra imwettqa mid-ditti.

(109)

Ir-riallokazzjoni tat-tranżazzjonijiet għandha tiġi kkunsidrata ta' ħsara għall-klijent jekk, b'riżultat ta' dik ir-riallokazzjoni, tingħata preċedenza inġusta lil ditta tal-investiment jew lil xi klijent partikolari.

(110)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014, għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fejn jidħol it-trattament ta' ordnijiet tal-klijenti, dawn l-istess ordnijiet ma għandhomx jiġu trattati bħala inkella paragunabbli jekk ikunu riċevuti minn mezz differenti u ma jkunx possibbli li jiġu trattati sekwenzjalment. Kwalunkwe użu minn ditta tal-investiment ta' informazzjoni relatata ma' ordni pendenti ta' klijent bil-għan li jsir negozju akkont proprju fi strumenti finanzjarji li l-ordni tal-klijent tirreferi għalihom, jew strumenti finanzjarji relatati, għandu jkun ikkunsidrat abbuż ta' dik l-informazzjoni. Madankollu, is-sempliċi fatt li l-kreaturi tas-suq jew korpi awtorizzati biex jaġixxu bħala kontropartijiet jillimitaw ruħhom biex isegwi n-negozju leġittimu tagħhom ta' xiri u bejgħ ta' strumenti finanzjarju, jew li persuni awtorizzati biex jeżegiwxxu ordnijiet għan-nom ta' partijiet terzi jillimitaw ruħhom biex iwettqu ordni bi dmir dovut, ma għandux fih innifsu jitqies li jikkostitwixxi abbuż ta' informazzjoni.

(111)

Meta jiġi vvalvulat jekk suq jissodisfax ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE li talinqas 50 % tal-emittenti ammessi għan-negozjar f'dak is-suq huma intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs), għandu jittieħed approċċ flessibbli mill-awtoritajiet kompetenti rigward swieq li ma għandhomx storja ta' operat preċedenti, SMEs ġodda li jkunu għadhom kemm ġew stabbiliti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom ikunu ġew ammessi għal negozjar għal inqas minn tliet snin u emittenti esklussivi ta' strumenti finanzjarji ta' nonekwità.

(112)

Minħabba d-diversità fil-mudelli tal-operat tal-MTFs eżistenti b'fokus fuq l-SMEs fl-Unjoni, u sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-kategorija l-ġdida tas-suq tat-tkabbir tal-SME, xieraq li s-swieq tat-tkabbir tal-SMEs jingħataw grad ta' flessibbiltà xieraq fl-evalwazzjoni tal-adegwatezza ta' emittenti għall-ammissjoni fiċ-ċentru tagħhom. Fi kwalunkwe każ, is-suq tat-tkabbir tal-SMEs ma għandux ikollu regoli li jimponu piżijiet ikbar fuq l-emittenti minn dawk applikabbli għal emittenti fi swieq regolati.

(113)

Fir-rigward tal-kontenut tad-dokument ta' ammissjoni li l-emittent huwa rikjest li jipproduċi mal-ammissjoni inizjali għan-negozjar tat-titoli tiegħu f'suq ta' tkabbir tal-SME, meta r-rekwiżit li jiġi ppubblikat prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE ma japplikax, xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jżommu d-diskrezzjoni li jivvalutaw jekk ir-regoli stabbiliti mill-operatur tas-suq tat-tkabbir tal-SME jiksbux l-informazzjoni xierqa tal-investituri. Filwaqt li r-responsabbiltà sħiħa għall-informazzjoni li dehret fid-dokument tal-ammissjoni għandha tkun tal-emittenti, għandu jkun l-operatur tas-suq ta' tkabbir tal-SME li jiddefinixxi kif id-dokument ta' ammissjoni għandu jiġi rivedut b'mod xieraq. Dan ma għandux neċessarjament jinvolvi approvazzjoni formali mill-awtorità kompetenti jew l-operatur.

(114)

Il-pubblikazzjoni mill-emittenti ta' rapporti finanzjarji annwali jew ta' kull sitt (6) xhur, tirrappreżenta standard minimu ta' trasparenza xieraq li huwa koerenti mal-aħjar prattika prevalenti fis-swieq eżistenti li jiffukaw fuq l-SMEs. Rigward il-kontenut tar-rapporti finanzjarji, l-operatur ta' suq ta' tkabbir tal-SME għandu jkun liberu li jippreskrivi l-użu tal-Istandards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju jew l-istandards ta' rapportar finanzjarju awtorizzati mil-liġijiet u r-regolamenti, jew it-tnejn, mill-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma nnegozjati fiċ-ċentru tiegħu. L-iskadenzi għall-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji għandhom ikunu inqas onerużi minn dawk preskritti mid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) peress li perjodi ta' żmien inqas stretti jidhru li huma adatti aħjar għall-bżonnijiet u ċ-ċirkostanzi tal-SMEs.

(115)

Minħabba li r-regoli dwar id-disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar l-emittenti fis-swieq regolati bid-Direttiva 2004/109/KE se jkunu wisq ta' piż għall-emittenti fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, xieraq li s-sit elettroniku tal-operatur tas-suq tat-tkabbir tal-SMEs isir il-punt ta' konverġenza għall-investituri li qed ifittxu informazzjoni dwar l-emittenti nnegozjati f'dak iċ-ċentru. Pubblikazzjoni fuq is-sit onlajn tal-operatur tas-suq tat-tkabbir tal-SME tista' tiġi affettwata wkoll mill-provvediment ta' link diretta għas-sit elettroniku tal-emittent fil-każ li l-informazzjoni tiġi ppubblikata hemmhekk, jekk il-link tmur direttament fil-parti rilevanti tas-sit elettroniku tal-emittent fejn l-informazzjoni regolatorja tista' tinstab faċilment mill-investituri.

(116)

Jeħtieġ li jiġi speċifikat iktar meta sospensjoni jew tneħħija minn negozjar ta' strument finanzjarju probabbilment tkun se tikkawża danni sinifikanti għall-interess tal-investitur jew għall-funzjonament tajjeb tas-suq. Il-konverġenza f'dak il-qasam hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li parteċipanti tas-suq fi Stat Membru fejn negozjar fi strumenti finanzjarji ġie sospiż jew meta strumenti finanzjarji jkunu tneħħew ma jkunux żvantaġġati meta mqabbla ma' parteċipanti tas-suq fi Stat Membru ieħor, fejn in-negozjar ikun għadu għaddej.

(117)

Sabiex jiġi żgurat il-livell ta' konverġenza neċessarju, xieraq li tiġi speċifikata lista ta' ċirkostanzi li jikkostitwixxu dannu għall-interessi tal-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-suq li jista' jkun il-bażi ta' deċiżjoni minn awtorità nazzjonali kompetenti, operatur tas-suq li jopera suq regolat jew ditta ta' investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF li ma titlobx is-sospensjoni jew it-tneħħija ta' strument finanzjarju min-negozjar, jew li ma ssegwix notifika dwaru. Xieraq li lista bħal din ma tkunx waħda eżawrjenti minħabba li b'hekk tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'qafas għall-eżerċitar tad-deċiżjoni tagħhom u tħallilhom grad ta' flessibbiltà neċessarju fil-valutazzjoni ta' każijiet individwali.

(118)

L-Artikoli 31(2) u 54(2) tad-Direttiva 2014/65/UE rispettivament jirrikjedu lil ditti tal-investiment u lil operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF, u operaturi tas-suq ta' swieq regolati sabiex jinformaw immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom taħt ċerti ċirkostanzi. Dan ir-rekwiżit huwa intenzjonat sabiex jiżgura li awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jissodisfaw il-kompiti regolatorji tagħhom u jiġu informati fil-ħin dwar inċidenti rilevanti li jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament u l-integrità tas-swieq. L-informazzjoni li tasal mingħand l-operaturi ta' ċentri ta' negozjar għandha tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji għas-swieq u l-parteċipanti tagħhom kif ukoll biex jirreaġixxu b'mod effiċjenti u jieħdu azzjoni jekk ikun meħtieġ.

(119)

Xieraq li tiġi stabbilita lista mhux eżawrjenti ta' ċirkostanzi ta' livell għoli fejn jistgħu jiġu preżunti ksur sinifikanti ta' regoli ta' ċentru ta' nnegozjar, kundizzjonijiet ta' nnegozjar diżordnati jew sistema ta' tfixkil fir-rigward ta' strument finanzjarju, li għalhekk jiskattaw l-obbligu għall-operaturi ta' ċentri ta' nnegozjar sabiex immedjatament jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti kif stabbilit fl-Artikoli 31(2) u 54(2) tad-Direttiva 2014/65/UE. Għal dan l-għan, ir-referenza għal “regoli taċ-ċentru ta' nnegozjar” għandha tinftiehem f'sens wiesa' u għandha tinkludi r-regoli, d-deċiżjonijiet, l-ordnijiet kollha kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' ftehimiet kuntrattwali bejn iċ-ċentru tan-negozjar u l-parteċipanti tiegħu li jinkludu l-kundizzjonijiet għan-negozjar u l-ammissjoni għal ċentru ta' nnegozjar.

(120)

Fir-rigward ta' komportament li jista' jindika mġiba abbużiva taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, xieraq ukoll li tiġi stabbilita lista mhux eżawrjenti ta' sinjali ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq li għandhom jiġu kkunsidrati mill-operatur ta' ċentru ta' nnegozjar meta jeżamina tranżazzjonijiet jew ordnijiet ta' nnegozjar sabiex jiġi determinat jekk l-obbligu li tiġi infurmata l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti japplikax, kif stabbilit fl-Artikoli 31(2) u 54(2) tad-Direttiva 2014/65/UE. Għal dan l-għan, ir-referenza għal “ordni għal negozjar” għandha tinkludi t-tip ta' ordnijiet kollha, inklużi ordnijiet inizjali, modifiki, aġġornamenti u kanċellazzjonijiet ta' ordnijiet, irrispettivament minn jekk ġewx eżegwiti jew le u irrispettivament mill-mezzi użati għall-aċċess għaċ-ċentru ta' nnegozjar.

(121)

Il-lista ta' sinjali ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq għandha tkun la eżawrjenti u lanqas determinattiva ta' abbuż tas-suq jew ta' tentattiv ta' abbuż tas-suq, minħabba li kull sinjal mhux neċessarjament ikun jikkostitwixxi abbuż tas-suq jew tentattiv ta' abbuż tas-suq per se. Jistgħu jsiru tranżazzjonijiet jew ordnijiet li jissodisfaw sinjal wieħed jew iktar għal raġunijiet leġittimi jew b'konformità mar-regoli taċ-ċentri ta' nnegozjar.

(122)

Sabiex tiġi pprovduta trasparenza lill-partijiet interessati tas-suq filwaqt li jiġi evitat l-abbuż tas-suq u tiġi ppriżervata l-kunfidenzjalità tal-identitajiet tad-detenturi tal-pożizzjoni, il-pubblikazzjoni ta' rapporti ta' pożizzjoni aggregati ta' kull ġimgħa dwar pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 58(1)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandha tapplika biss għal kuntratti li huma nnegozjati minn ċertu numru ta' persuni biss, 'il fuq minn ċerti daqsijiet kif speċifikat f'dan ir-Regolament.

(123)

Sabiex jiġi żgurat li d-data dwar is-suq tiġi pprovduta fuq bażi kummerċjali raġonevoli b'mod uniformi fl-Unjoni, dan ir-Regolament jispeċifika l-kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw l-APAs u s-CTPs. Dawn il-kundizzjonijiet huma bbażati fuq l-għan li jiġi żgurat li l-obbligu li tiġi pprovduta data dwar is-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli huwa ċar biżżejjed li jippermetti applikazzjoni effettiva u uniformi filwaqt li jikkunsidra mudelli ta' operat differenti u strutturi ta' kostijiet ta' fornituri tad-data.

(124)

Sabiex jiġi żgurat li t-tariffi għad-data dwar is-suq jiġu stabbiliti f'livell raġonevoli, l-issodisfar tal-obbligu li tiġi pprovduta data dwar is-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli jirrikjedi li l-prezzijiet għandhom ikunu bbażati fuq relazzjoni raġonevoli mal-kost tal-produzzjoni u t-tixrid tagħha. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, il-fornituri tad-data għandhom jiddeterminaw it-tariffi tagħhom abbażi tal-kostijiet tagħhom filwaqt li jkunu awtorizzati jiksbu marġni raġonevoli, ibbażat fuq fatturi bħal marġni ta' profitt mill-operat, ir-redditu fuq il-kostijiet, ir-redditu fuq l-assi tal-operat u r-redditu fuq il-kapital. Meta l-fornituri tad-data iġarrbu kostijiet konġunti għall-provvediment ta' data u l-provvista ta' servizzi oħra, il-kostijiet tal-provvista ta' data jistgħu jinkludu sehem xieraq tal-kostijiet ġejjin kull servizz rilevanti ieħor mogħti. Peress illi d-determinazzjoni tal-kost eżatt hija kumplessa ħafna, l-allokazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġiji għall-qasma tal-kostijiet għandhom ikunu speċifikati minflok jitħallew għad-diskrezzjoni tal-fornituri tad-data tas-suq.

(125)

Id-data dwar is-suq għandha tiġi pprovduta fuq bażi nondiskriminatorja, li tirrikjedi li għandhom jiġu offruti l-istess prezz u termini u kundizjonijiet oħra għall-klijenti kollha li jinsabu fl-istess kategorija skont kriterji oġġettivi ppubblikati.

(126)

Sabiex utenti tad-data jkunu jistgħu jiksbu data dwar is-suq mingħajr ma jkollhom jixtru servizzi oħra, id-data dwar is-suq għandha tiġi offruta mingħajr ma tkun separata minn servizzi oħra. Sabiex jiġi evitat li utenti tad-data jiġu ċċarġjati iktar minn darba għall-istess data tas-suq meta jixtru data minn distributuri differenti ta' data tas-suq, id-data tas-suq għandha tiġi offruta fuq bażi għal kull utent sakemm dan ma jkunx sproporzjonat mal-kost tal-forniment tad-data minħabba l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjoni tad-data dwar is-suq mogħtija mill-APA u s-CTP.

(127)

Sabiex l-utenti tad-data u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw b'mod effettiv jekk id-data tas-suq hijiex ipprovduta fuq bażi kummerċjali raġonevoli, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet essenzjali kollha għall-provvediment tagħha jiġu divulgati lill-pubbliku. Għalhekk, il-fornituri tad-data għandhom jiġu obbligati biex jiddivulgaw informazzjoni pubblikament, b'mod partikolari dwar it-tariffi tagħhom u l-kontenut tad-data, kif ukoll il-metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-kost użati biex jiddeterminaw il-kostijiet tagħhom mingħajr ma jkollhom jiddivulgaw il-kostijiet attwali tagħhom.

(128)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kriterji sabiex jiġi ddeterminat jekk l-operazzjonijiet ta' suq irregolat, MTF jew OTF għandhomx importanza sostanzjali fl-Istat Membru ospitu, sabiex jiġi evitat li jinħoloq obbligu fuq ċentru ta' nnegozjar li jkollu x'jaqsam ma' jew ikun soġġett għas-superviżjoni ta' aktar minn awtorità kompetenti waħda meta dan ma jkunx neċessarjament skont id-Direttiva 2014/65/UE. Għall-MTFs u l-OTFs, xieraq li MTFs u OTFs biss flimkien ma' sehem sinifikanti tas-suq [ikunu kkunsidrati bħala ta' importanza sostanzjali, sabiex mhux kwalunkwe rilokazzjoni jew akkwist ta' MTF jew OTF ekonomikament insinifikanti jiskatta l-istabbiliment tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 79(2) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(129)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Karta). Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà li wieħed jagħmel negozju, id-dritt għall-protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ ġust. Kwalunkwe pproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandu jkun f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(130)

L-ESMA, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) ġiet ikkonsultata għall-konsulenza teknika.

(131)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u d-ditti ta' investiment ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda li jinsabu f'dan ir-Regolament ħalli jkunu jistgħu jiġu applikati b'mod effiċjenti u effikaċi, id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun allinjata mad-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Il-Kapitolu II u t-Taqsimiet 1 sa 4, l-Artikoli 59(4) u 60 u t-Taqsimiet 6 u 8 tal-Kapitolu III u, sa fejn jirrelataw għal dawk id-dispożizzjonijiet, il-Kapitolu I u t-Taqsima 9 tal-Kapitolu III u l-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal kumpaniji ta' ġestjoni skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2009/65/KE u l-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

2.   Referenzi għal ditti tal-investiment jinkludu l-istituzzjonijiet tal-kreditu u referenzi għal strumenti finanzjarji jinkludu depożiti strutturati fir-rigward tar-rekwiżiti kollha msemmija fl-Artikolu 1(3) u 1(4) tad-Direttiva 2014/65/UE u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom kif stabbilit skont dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“persuna rilevanti” fir-rigward ta' ditta tal-investiment, tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

direttur, soċju jew ekwivalenti, diriġent jew aġent marbut mad-ditta

(b)

direttur, soċju jew ekwivalenti, jew diriġent ta' xi aġent marbut mad-ditta;

(c)

impjegat tad-ditta jew ta' aġent marbut mad-ditta, kif ukoll kull persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha huma mqiegħda għad-dispożizzjoni u taħt il-kontroll tad-ditta jew ta' aġent marbut mad-ditta u li hi involuta fil-fornimentmid-ditta ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment;

(d)

persuna fiżika li hi direttament involuta fil-forniment ta' servizzi lid-ditta tal-investiment jew lill-aġent marbut tagħha taħt arranġament ta' esternalizzazzjoni għall-fini tal-forniment mid-ditta ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment;

2.

“analist finanzjarju” tfisser persuna rilevanti li tipproduċi parti sostanzjali tar-riċerka fl-investiment;

3.

“esternalizzazzjoni” tfisser arranġament ta' kwalunkwe forma bejn ditta tal-investiment u fornitur tas-servizz li permezz tiegħu dak il-fornitur tas-servizz irendi proċess, servizz jew attività li xort'oħra jitrenda mid-ditta tal-investiment innifisha;

3a.

“persuna li magħha persuna rilevanti għandha relazzjoni familjari” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-konjuġi tal-persuna rilevanti jew is-sieħeb/sieħba ta' dik il-persuna kkunsidrata mil-liġi nazzjonali bħala ekwivalenti għal konjuġi;

(b)

wild jew wild minn relazzjoni oħra, dipendenti, tal-persuna rilevanti;

(c)

kull qarib ieħor tal-persuna rilevanti li għamel parti mill-istess familja ta' dik il-persuna għal mill-inqas sena fid-data tat-tranżazzjoni personali konċernata;

4.

“tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titoli” tfisser tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titolu kif definit fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

5.

“rimunerazzjoni” tfisser il-forom kollha ta' pagamenti jew ta' benefiċċji finanzjarji jew non-finanzjarji pprovduti direttament jew indirettament minn ditti lil persuni rilevanti fil-provvediment ta' servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti;

6.

“komodità” tfisser kwalunkwe oġġett ta' natura funġibbli li jista' jiġi kkonsenjat, inklużi l-metalli u l-minerali u l-ligi tagħhom, il-prodotti agrikoli, u l-enerġija, bħall-elettriku;

Artikolu 3

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għoti tal-informazzjoni

1.   Meta, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ikun meħtieġ li l-informazzjoni tkun ipprovduta f'mezz durabbli kif definit fil-punt 62 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment għandu jkollhom id-dritt li jipprovdu dik l-informazzjoni f'mezz durabbli ieħor minbarra bil-miktub biss jekk:

(a)

l-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dak il-mezz ikun adattat għall-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun twettaq, jew ikun sejjer jitwettaq;

(b)

il-persuna li lilha tkun ser tingħata l-informazzjoni, meta mogħtija l-għażla bejn informazzjoni fuq il-karta jew f'dak il-mezz durabbli tagħżel b'mod speċifiku li l-informazzjoni tingħatalha b'dak il-mezz l-ieħor.

2.   Meta, skont l-Artikoli 46, 47, 48, 49, 50 jew 66(3) ta' dan ir-Regolament, ditta tal-investiment tagħti informazzjoni lil klijent permezz ta' sit elettroniku u dik l-informazzjoni ma tkunx indirizzata personalment lill-klijent, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dak il-mezz ikun adattat għall-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun twettaq, jew ikun sejjer jitwettaq;

(b)

il-klijent għandu jaqbel b'mod speċifiku mal-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dik il-forma;

(c)

il-klijent għandu jiġi nnotifikat b'mod elettroniku bl-indirizz tas-sit elettroniku, u bil-post fis-sit elettroniku fejn jista' jkollu aċċess għall-informazzjoni;

(d)

l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata;

(e)

l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli kontinwament permezz ta' dak is-sit elettroniku għall-perjodu ta' żmien li l-klijent jista' b'mod raġjonevoli jkollu l-bżonn jikkonsultaha.

3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-għoti ta' informazzjoni permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi għandu jitqies xieraq fil-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun, jew sejjer ikun, imwettaq jekk ikun hemm provi li l-klijent għandu aċċess regolari għall-internet. L-għoti mill-klijent ta' indirizz elettroniku għall-finijiet ta' twettiq ta' dak in-negozju għandu jkun trattat bħala prova adegwata.

Artikolu 4

Għoti ta' servizz ta' investiment b'mod inċidentali

(Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-finijiet tal-eżenzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, sevizz ta' investiment għandu jitqies li huwa pprovdut b'mod inċidentali matul attività professjonali meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta teżisti konnessjoni mill-qrib jew fattwali bejn l-attività professjonali u l-għoti ta' servizz ta' investiment lill-istess klijent, b'tali mod li s-servizz tal-investiment jista' jitqies bħala aċċessorju għall-attività professjonali ewlenija

(b)

l-għoti ta' servizzi ta' investiment lill-klijenti tal-attività professjonali ewlenija ma għandux l-għan li jipprovdi sors sistematiku ta' dħul lill-persuna li tipprovdi l-attività professjonali; kif ukoll

(c)

il-persuna li tipprovdi l-attività professjonali la tikkummerċjalizza u lanqas timpromwovi l-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi ta' investiment, minbarra meta dawn huma divulgati lill-klijenti bħala li huma aċċessorju għall-attività professjonali ewlenija.

Artikolu 5

Prodott tal-enerġija fil-livell tal-operaturi li għandhom jiġu fiżikament saldati

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, prodott tal-enerġija fil-livell tal-operatur għandu jiġi fiżikament issaldat meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

meta tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-partijiet għall-kuntratt għandhom stabbiliti arranġamenti proporzjonati sabiex ikunu jistgħu jirċievu jew jieħdu konsenja ta' komodità sottostanti; ftehim ta' bbilanċjar mal-Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni fil-qasam tal-elettriku u l-gass jiġi kkunsidrat bħala ftehim proporzjonat fejn il-partijiet fil-ftehim għandhom jiżguraw il-konsenja fiżika tal-elettriku jew il-gass.

(b)

tistabbilixxi obbligi mingħajr kondizzjonijiet, mingħajr restrizzjonijiet u mhux prevedibbli tal-partijiet għall-kuntratt sabiex jirċievu u jikkonsenjaw il-komodità sottostanti;

(c)

ma tippermettix lil xi parti biex tissostitwixxi konsenja fiżika ma' ħlas fi flus;

(d)

l-obbligi kuntrattwali ma jistgħux jiġu mpaċija ma' obbligi minn kuntratti oħrajn bejn il-partijiet ikkonċernati, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-partijiet għall-kuntratt, sabiex jinnettjaw l-obbligi ta' pagamenti fi flus.

Għall-finijiet tal-punt(d), innettjar operazzjonali fis-swieq tal-enerġija u tal-gass ma għandux jiġi kkunsidrat bħala t-tpaċija tal-obbligi taħt kuntratt kontra obbligi minn kuntratti oħra.

2.   L-innettjar operazzjonali jinftiehem bħala kwalunkwe nominazzjoni ta' kwantitajiet ta' enerġija u gass li għandhom jiddaħħlu fil-grilja meta dan jiġi mitlub mir-regoli jew it-talbiet ta' Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni kif definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) għal entità li twettaq funzjoni ekwivalenti għal Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni fil-livell nazzjonali Kwalunkwe nominazzjoni ta' kwantitajiet ibbażata fuq innettjar operazzjonali ma għandhiex tkun għad-diskrezzjoni tal-partijiet għall-kuntratt.

3.   Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, force majeure tinkludi kwalunkwe avveniment eċċezzjonali jew sett ta' ċirkostanzi li huma lil hinn mill-kontroll tal-partijiet għall-kuntratt, li l-partijiet għall-kuntratt ma setgħux jipprevedu b'mod raġonevoli jew jevitaw permezz tal-eżerċitar ta' diliġenza dovuta xierqa u raġonevoli u li jipprevjenu lil parti waħda jew liż-żewġ partijiet fil-kuntratt milli jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

4.   Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE nuqqas ta' kapaċità bona fide ta' saldu tinkludi kwalunkwe avveniment jew sett ta' ċirkostanzi, li ma jikkwalifikawx bħala force majeure kif imsemmi fil-paragrafu 3, li huma oġġettivament u espressament definiti fit-termini tal-kuntratt, għal parti waħda jew iż-żewġ partijiet għall-kuntratt, li jaġixxu b'rieda tajba, sabiex ma jissodisfawx l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

5.   L-eżistenza ta' force majeure jew ta' nuqqas ta' kapaċità bona fide sabiex jiġu ssaldati provvedimenti ma tipprevjenix kuntratt milli jiġi kkunsidrat bħala “fiżikament issaldat” għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.

6.   L-eżistenza ta' klawżola ta' inadempjenza li tipprevedi li parti hija intitolata għal kumpens finanzjarju fil-każ ta' eżekuzzjoni difettuża jew mhux difettuża tal-kuntratt, ma tipprevjenix il-kuntratt milli jiġi kkunsidrat bħala “fiżikament issaldat” skont it-tifsirat tat-taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.

7.   Il-metodi ta' konsenja għall-kuntratti li qed jiġu kkunsidrati bħala “fiżikament issaldati” skont it-tifsira tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE talinqas jinkludu:

(a)

konsenja fiżika tal-komoditajiet rilevanti stess;

(b)

konsenja ta' dokument li jagħti drittijiet ta' natura ta' sjieda lill-komoditajiet rilevanti jew il-kwantità rilevanti tal-komoditajiet ikkonċernati;

(c)

metodi oħra li jwasslu għat-trasferiment ta' drittijiet ta' natura ta' sjieda fir-rigward tal-kwantità tal-oġġetti rilevanti mingħajr ma jikkonsenjawhom fiżikament inklużi n-notifika, l-iskedar jew in-nomina lill-operatur ta' netwerk ta' provvista tal-enerġija, li jintitola lir-riċevitur għall-kwantità rilevanti tal-oġġetti.

Artikolu 6

Kuntratti tad-derivati tal-enerġija relatati maż-żejt u l-faħam u l-prodotti tal-enerġija fil-livell tal-operatur

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratti tad-derivati tal-enerġija relatati maż-żejt għandhom ikunu kuntratti b'żejt minerali ta' kwalunkwe deskrizzjoni u gassijiet tal-pitrolju, kemm f'forma likwida kif ukoll fwar, inklużi prodotti, komponenti u derivati taż-żejt u fjuwils tat-trasport magħmula miż-żejt, inklużi dawk b'addittivi tal-bijofjuwil, bħala sottostant.

2.   Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratti ta' derivati tal-enerġija relatati mal-faħam għandhom ikunu kuntratti bil-faħam, definit bħala mineral kombustibbli iswed jew kannella skur li jikkonsisti f'materja veġetali karbonizzata, użat bħala fjuwil, bħala sottostant.

3.   Għall-finijiet tat-taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE kuntratti derivati li għandhom il-karatteristiċi ta' prodotti tal-enerġija fil-livell tal-operatur kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 għandhom ikunu derivati bl-elettriku jew il-gass naturali bħala sottostant, b'konformità mal-punti (b) u (d) tal-Artikolu 2(4) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 7

Strumenti finanzjarji oħra ta' derivattivi

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għall-finijiet tat-Taqsima C(7) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratt li ma jkunx kuntratt spot skont it-tifsira tal-paragrafu 2 u li mhux għal finijiet kummerċjali kif stabbilit fil-paragrafu 4 għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji oħrajn ta' derivattivi jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:

(i)

jiġi nnegozjat f'ċentru ta' negozjar ta' pajjiż terz li jwettaq funzjoni simili għal suq irregolat, MTF jew OTF;

(ii)

ikun espliċitament iddikjarat sabiex isir negozju fuqu, jew ikun soġġett għar-regoli ta' suq irregolat, MTF, OTF jew ċentru ta' negozjar ta' parti terza ta' din ix-xorta;

(iii)

huwa ekwivalenti għal kuntratt innegozjat f'suq regolat, MTF, OTF jew ċentru ta' negozjar tali f'pajjiż terz, fir-rigward tal-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja u termini kuntrattwali oħrajn;

(b)

jiġi standardizzat sabiex, il-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja jew termini oħrajn jiġu ddeterminati b'mod prinċipali b'referenza għal prezzijiet ippubblikati regolarment, lottijiet standard jew dati standard ta' konsenja.

2.   Kuntratt spot għall-finijiet tal-paragrafu 1 ifisser kuntratt għall-bejgħ ta' komodità, ass jew dritt, li skont it-termini tiegħu il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:

(a)

jumejn (2) ta' negozjar;

(b)

il-perjodu aċċettat b'mod ġenerali fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta' konsenja.

Kuntratt ma għandux jiġi kkunsidrat bħala kuntratt spot jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet għall-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m'għandiex titwettaq fil-perjodu li jissemma' fil-paragrafu 2.

3.   Għall-finijiet tat-Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), kuntratt derivattiv relatat ma' titolu sottostanti li jissemma' f'dik it-Taqsima jew fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzjari oħrajn ta' derivattivi jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dak il-kuntratt jiġi ssaldat bi flus kontanti jew jista' jiġi ssaldat bi flus kontanti skont kif tagħżel parti waħda jew aktar, għal raġuni oħra għajr minħabba inadempjenza jew avveniment ieħor ta' tmiem;

(b)

jiġi nnegozjat f'suq irregolat, MTF, OTF jew f'ċentru ta' nnegozjar ta' pajjiż terz li jwettaq funzjoni simili għal suq irregolat, MTF jew OTF;

(c)

il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ġew issodisfati fir-rigward ta' dak il-kuntratt.

4.   Kuntratt jiġi kkunsidrat li huwa għal finijiet kummerċjali għall-finijiet tat-Taqsima C(7) tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, għandu jitqies bħala kuntratt li ma għandux il-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji oħrajn ta' derivattivi għall-finijiet tat-Taqsimiet C(7) u (10) ta' dak l-Anness, jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

wieħed jidħol għalih ma' jew permezz ta' operatur jew amministratur ta' grilja tat-trażmissjoni tal-enerġija, mekkaniżmu ta' bbilanċjar tal-enerġija jew netwerk ta' pajplajn,

(b)

jeħtieġ li l-provvisti u l-użi tal-enerġija jinżammu f'bilanċ f'ħin identifikat, inkluż il-każ meta l-kapaċità ta' riserva kkuntrattata minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku kif definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE, tiġi trasferita minn fornitur ta' servizz ta' bbilanċjar ikkwalifikat minn qabel għal fornitur ta' servizz ta' bbilanċjar ikkwalifikat minn qabel ieħor bil-kunsens tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti.

Artikolu 8

Derivattivi skont Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Minbarra kuntratti derivattivi msemmija espressament fit-Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratt derivattiv ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet f'dik it-Taqsima meta jissodisfa l-kriterji stabbiliti f'dik it-Taqsima u fl-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament u jkun relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-bandwidth tat-telekomunikazzjonijiet;

(b)

il-kapaċità għall-ħażna tal-komoditajiet;

(c)

il-kapaċità tat-trażmissjoni jew tat-trasport relatata mal-komoditajiet sew jekk kabil, pajplajn jew mezzi oħra bl-eċċezzjoni ta' drittijiet ta' trażmissjoni relatati ma' kapaċitajiet transżonali ta' trażmissjoni tal-elettriku meta wieħed jidħol għalihom, fis-suq primarju ma' jew minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew kwalunkwe persuna li taġixxi bħala fornitur ta' servizz f'isimhom u sabiex tiġi allokata l-kapaċità tat-trażmissjoni;

(d)

allowance, kreditu, permess, dritt jew ass simili li huwa marbut direttament mal-provvista, id-distribuzzjoni jew il-konsum ta' enerġija derivata minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, minbarra fejn il-kuntratt ikun diġà fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tat-taqsima (C) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

(e)

varjant ġeoloġiku, ambjentali jew fiżiku ieħor, minbarra jekk il-kuntratt huwa relatat ma' kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(f)

kwalunkwe ass jew dritt ieħor ta' natura funġibbli, għajr dritt li jiġi riċevut servizz, li jista' jiġi ttrasferit;

(g)

indiċi jew miżura relatata mal-prezz jew mal-valur ta', jew mal-volum ta' tranżazzjonijiet fi kwalunkwe ass, dritt, servizz jew obbligu.

(h)

indiċi jew miżura bbażata fuq statistika attwarjali.

Artikolu 9

Konsulenza dwar investimenti

(L-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-finijiet tad-definizzjoni “konsulenza dwar l-investiment” fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, rakkomandazzjoni personali hija kkunsidrata bħala rakkomandazzjoni li ssir lil persuna fil-kapaċità tagħha bħala investitur jew investitur potenzjali, jew fil-kapaċità tagħha bħala aġent għal investitur jew investitur potenzjali.

Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ippreżentata bħala adatta għal dik il-persuna, jew għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta' dik il-persuna, u għandha tikkostitwixxi rakkomandazzjoni biex wieħed jieħu mis-settijiet ta' passi li ġejjin:

(a)

ix-xiri, il-bejgħ, l-abbonament, l-iskambju, ir-rimbors, iż-żamma jew is-sottoskrizzjoni ta' strument finanzjarju partikolari;

(b)

l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta' eżerċizzju ta' xi dritt mogħti minn strument finanzjarju partikolari għal xiri, bejgħ, abbonament, skambju, jew rimbors ta' strument finanzjarju.

Rakkomandazzjoni mhijiex ikkunsidrata bħala rakkomandazzjoni personali jekk toħroġ esklussivament għall-pubbliku.

Artikolu 10

Karatteristiċi ta' kuntratti derivattivi oħra relatati ma' muniti

1.   Għall-finijiet tat-Taqsima C (4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratti derivattivi oħrajn relatati ma' munita mhumiex strumenti finanzjarji meta l-kuntratt huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

kuntratt spot skont it-tifsira tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu,

(b)

mezz ta' pagament li:

(i)

għandu jiġi fiżikament issaldat għal raġuni oħra għajr minħabba inadempjenza jew avveniment ieħor ta' tmiem;

(ii)

li għalih tidħol talinqas persuna li mhix kontraparti finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE)] Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

(iii)

li wieħed jidħol għalih sabiex jiffaċilita l-pagament għal oġġetti, servizzi jew investiment dirett,identifikabbli, kif ukoll

(iv)

mhuwiex innegozjat f'ċentru tan-negozjar

2.   Kuntratt spot għall-finijiet tal-paragrafu 1 huwa kuntratt għall-iskambju ta' munita kontra munita oħra, li skont it-termini tiegħu, il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:

(a)

Jumejn (2) ta' negozju fir-rigward ta' kwalunkwe par ta' muniti ewlenin stabbiliti fil-paragrafu 3;

(b)

għal kwalunkwe par muniti, fejn tal-inqas munita waħda mhijiex munita ewlenija, l-itwal mill-jumejn (2) ta' negozju jew il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta' konsenja;

(c)

meta l-kuntratt għall-iskambju ta' dawk il-muniti jintuża għall-iskop ewlieni tal-bejgħ jew ix-xiri ta' titolu trasferibbli jew ta' unità f'intrapriża għal investiment kollettiv, il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għas-saldu ta' dik it-titolu trasferibbli jew ta' unità f'intrapriża għall-investiment kollettiv bħala l-perjodu standard ta' konsenja jew ħamest (5) ijiem ta' negozju, skont liema jkun l-iqsar.

Madankollu, kuntratt ma jiġix ikkunsidrat bħala kuntratt spot jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet għall-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m'għandhiex titwettaq fil-perjodu li jissemma' fl-ewwel sottoparagrafu.

3.   Il-muniti ewlenin għall-iskopijiet tal-paragrafu 2 għandhom jinkludu biss id-dollaru Amerikan, l-Euro, il-yen Ġappuniż, il-Lira sterlina, id-Dollaru Awstraljan, il-frank Svizzeru, id-dollaru ta' Hong Kong, il-krona Svediża, id-dollaru ta' New Zealand, id-dollaru ta' Singapore, il-krona Norveġiża, il-peso Messikan, il-kuna Kroata, il-lev, il-krona Ċeka, il-krona Daniża, il-forint, iż-złoty u l-leu Rumen.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, jum ta' negozju għandha tfisser kwalunkwe jum ta' negozju normali fil-ġuriżdizzjoni fejn jiġu skambjati skont il-kuntratt għall-iskambju ta' dawk il-muniti u fil-ġuriżdizzjoni ta' munita terza fejn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a)

l-iskambju ta' dawk il-muniti jinvolvi l-konverżjoni tagħhom permezz ta' dik il-munita terza għal skopijiet ta' likwidità;

(b)

il-perjodu standard ta' konsenja għall-iskambju ta' dawk il-muniti jagħmel referenza għall-ġuriżdizzjoni ta' dik il-munita terza.

Artikolu 11

L-Istrumenti tas-suq monetarju

(L-Artikolu 4(1)(17) tad-Direttiva 2014/65/UE)

L-istrumenti tas-suq monetarju, f'konformità mal-Artikolu 4(1)(17) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jinkludu l-kambjali tat-teżor, iċ-ċertifikati ta' depożitu, il-karti kummerċjali u strumenti oħrajn b'karatteristiċi sostantivament ekwivalenti li jista' jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

ikollhom valur li jista' jiġi ddeterminat fi kwalunkwe żmien;

(b)

mhumiex derivattivi;

(c)

għandhom maturità legali fil-ħruġ ta' 397 jum jew inqas.

Artikolu 12

Internalizzaturi sistematiċi għall-ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investimenti għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta' kull sehem, irċevuta depożitarja, fondi nnegozjati fil-borża (ETF), ċertifikazzjoni u kwalunkwe strument finanzjarju ieħor simili li jinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-istrument finanzjarju li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i)

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 0,4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii)

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba kuljum;

(b)

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-istrument finanzjarju li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba kuljum;

(c)

fuq bażi sostanzjali fl-istrument finanzjarju fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn:

(i)

15 % tal-fatturat totali f'dak l-istrument finanzjarju eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii)

0,4 % tal-fatturat totali f'dak l-istrument finanzjarju eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

Artikolu 13

Internalizzaturi sistematiċi għall-obbligazzjonijiet

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-obbligazzjonijiet kollha li jappartjenu għal klassi ta' obbligazzjonijiet maħruġa mill-istess entità jew minn kwalunkwe entità fi ħdan l-istess grupp fejn, f'rabta ma' din l-obbligazzjoni, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-obbligazzjoni li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i)

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 2,5 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii)

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(b)

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-obbligazzjoni li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(c)

fuq bażi sostanzjali fl-obbligazzjoni fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

25 % tal-fatturat totali f'dik l-obbligazzjoni eżegwita minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii)

1 % tal-fatturat totali f'dik l-obbligazzjoni eżegwita fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

Artikolu 14

Internalizzaturi sistematiċi għall-prodotti finanzjarji strutturati

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-prodotti finanzjarji strutturati kollha li jappartjenu għal klassi ta' prodotti finanzjarji strutturati maħruġa mill-istess entità jew minn kwalunkwe entità fi ħdan l-istess grupp fejn, f'rabta ma' dan il-prodott finanzjarju strutturat, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

fuq bażi frekwenti u sistematika fil-prodott finanzjarju strutturat li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i)

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-prodott finanzjarju strutturat rilevanti eżegwit fl-Unjoni fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii)

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(b)

fuq bażi frekwenti u sistematika fi prodott finanzjajru strutturat li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(c)

fuq bażi sostanzjali fi prodott finanzjarju strutturat fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

30 % tal-fatturat totali f'dak il-prodott finanzjarju strutturat eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii)

2,25 % tal-fatturat totali f'dak il-prodott finanzjarju strutturat eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

Artikolu 15

Internalizzaturi sistematiċi għad-derivattivi

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tad-derivattivi kollha li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi fejn, f'rabta ma' dan id-derivattiv, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

fuq bażi frekwenti u sistematika f'derivattiv li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i)

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 2,5 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-klassi tad-derivattivi rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii)

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent f'din il-klassi ta' derivattivi jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(b)

fuq bażi frekwenti u sistematika f'derivattiv li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess fil-klassi ta' derivattivi rilevanti meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(c)

fuq bażi sostanzjali f'derivattiv fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

25 % tal-fatturat totali f'dik il-klassi ta' derivattivi eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii)

1 % tal-fatturat totali f'dik il-klassi ta' derivattivi eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

Artikolu 16

Internalizzaturi sistematiċi għall-kwoti tal-emissjonijiet

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-kwoti tal-emissjonijiet kollha fejn, f'rabta ma' dan l-istrument, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

fuq bażi frekwenti u sistematika fi kwota tal-emissjonijiet li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i)

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-kwoti tal-emissjonijiet rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii)

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent f'dan it-tip ta' kwoti tal-emissjonijiet jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(b)

fuq bażi frekwenti u sistematika fi kwota tal-emissjonijiet li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess fil-klassi ta' derivattivi rilevanti meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(c)

fuq bażi sostanzjali fi kwota tal-emissjonijiet fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

30 % tal-fatturat totali fi kwota tal-emissjonijiet eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii)

2,25 % tal-fatturat totali f'dan it-tip ta' kwota tal-emissjonijiet eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

Artikolu 17

Perjodi ta' valutazzjoni rilevanti

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 16 għandhom jiġu vvalutati fuq bażi trimestrali abbażi tad-data mill-aħħar sitt (6) xhur. Il-perjodu ta' valutazzjoni għandu jibda fl-ewwel jum ta' ħidma tax-xhur ta' Jannar, April, Lulju u Ottubru.

Strumenti ġodda maħruġin mill-ġdid jistgħu jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni biss meta d-data storika tkopri perjodu ta' mill-inqas tliet (3) xhur fil-każ ta' ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn, u sitt (6) ġimgħat fil-każ ta' obbligazzjonijiet, prodotti finanzjarji strutturati u derivattivi.

Artikolu 18

In-negozjar algoritmiku

(L-Artikolu 4(1)(39) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-iskopijiet li tiġi speċifikata ulterjorment id-definizzjoni tan-negozjar algoritmiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(39) tad-Direttiva 2014/65/UE, sistema għandha tiġi kkunsidrata li ma għandha ebda intervent uman jew għandha intervent uman limitat meta, għal kwalunkwe ordni jew proċess ta' ġenerazzjoni tal-kwoti jew kwalunkwe proċess biex tiġi ottimizzata l-eżekuzzjoni tal-ordni, sistema awtomatizzata tieħu deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju tal-bidu, il-ġenerazzjoni, id-direzzjoni jew l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet jew kwoti skont parametri determinati minn qabel.

Artikolu 19

Teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja

(L-Artikolu 4(1)(40) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Rata għolja ta' messaġġi fl-istess jum, f'konformità mal-Artikolu 4(1)(40) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tikkonsisti mill-preżentazzjoni ta' medja ta' waħda (1) minn dawn li ġejjin:

(a)

tal-inqas żewġ (2) messaġġi kull sekonda fir-rigward ta' kwalunkwe strument finanzjarju uniku negozjat f'ċentru tan-negozjar;

(b)

tal-inqas erba' (4) messaġġi kull sekonda fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji kollha negozjati f'ċentru tan-negozjar;

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-messaġġi ppreżentati għall-ordnijiet meta jkunu qed jinnegozjaw f'isimhom fi strumenti finanzjarji li għalihom hemm suq likwidu f'konformità mal-Artikolu 2(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu. Il-messaġġi introdotti għall-iskop tan-negozjar li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu.

3.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-messaġġi ntrodotti għall-iskop tan-negozjar għan-nom propju għandhom jiġu nklużi fil-kalkolu. Il-messaġġi introdotti b'tekniki ta' negozjar oħra għajr dawk li jiddependu fuq in-nom propju għandhom jiġu nklużi fil-kalkolu meta t-teknika ta' eżekuzzjoni tad-ditta hija strutturata b'mod illi tiġi evitata l-eżekuzzjoni għan-nom propju.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għall-kalkolu tar-rata għolja ta' messaġġi li jidħlu kuljum b'rabta mal-fornituri DEA, il-messaġġi mibgħuta mill-klijenti DEA tagħhom għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jagħtu lid-ditti konċernati, fuq talba tagħhom, stimi tal-għadd medju ta' messaġġi kull sekonda kull xahar, ġimagħtejn (2) wara t-tmiem ta' kull xahar tal-kalendarju, u b'hekk jittieħed kont tal-messaġġi mibgħuta matul it-12-il xahar ta' qabel.

Artikolu 20

Aċċess elettroniku dirett

(L-Artikolu 4(1)(41) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Persuna għandha tiġi kkunsidrata mhux kapaċi tittrażmetti b'mod elettroniku l-ordnijiet relatati ma' strument finanzjarju direttament li ċentru tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 4(1)(41) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn dik il-persuna ma tistax teżerċita d-diskrezzjoni fir-rigward tal-frazzjoni eżatta ta' sekonda tal-intrata tal-ordni u t-tul tal-ħajja tal-ordni f'dak il-qafas ta' żmien.

2.   Persuna għandha tiġi kkunsidrata mhux kapaċi li tittrażmetti dan l-ordni elettroniku dirett meta jseħħ permezz ta' arranġamenti għall-ottimizzazzjoni tal-proċessi tal-eżekuzzjoni tal-ordni li jiddeterminaw il-parametri tal-ordni ħlief iċ-ċentru jew ċentri fejn l-ordni għandu jiġi ppreżentat, sakemm dawn l-arranġamenti jiġu integrati fis-sistemi tal-klijenti u mhux f'dawk ta' membru jew parteċipant ta' suq regolat jew ta' MTF jew ta' klijent ta' OTF.

KAPITOLU II

REKWIŻITI ORGANIZZAZZJONALI

TAQSIMA 1

Organizzazzjoni

Artikolu 21

Rekwiżiti organizzazzjonali ġenerali

(L-Artikolu 16(2) sa (10) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzazzjonali li ġejjin:

(a)

li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet u struttura organizzazzjonali li b'mod ċar u f'forma dokumentata tispeċifika linji ta' rappurtaġġ u talloka funzjonijiet u responsabbiltajiet;

(b)

li jiżguraw li l-persuni rilevanti tagħhom huma konxji mill-proċeduri li għandhom ikunu segwiti biex jeżegwixxu tajjeb ir-responsabbiltajiet tagħhom;

(c)

li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu mekkaniżmi ta' kontroll interni adegwati maħsuba biex jiżguraw konformità mad-deċiżjonijiet u mal-proċeduri fil-livelli kollha tad-ditta tal-investiment;

(d)

li jimpjegaw persunal bil-kapaċitajiet, bit-tagħrif u bil-kompetenza neċessarja biex jeżegwixxi r-responsabbiltajiet delegati lilhom;

(e)

li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu rappurtaġġ intern u komunikazzjoni ta' informazzjoni effettivi fil-livelli rilevanti kollha tad-ditta tal-investiment;

(f)

li jżommu rekords adegwati u fl-ordni tan-negozju u l-organizzazzjoni interna tagħhom.

(g)

li jiżguraw li l-fatt li jitwettqu funzjonijiet multipli mill-persuni rilevanti tagħhom ma jkunx tali li jista' jipprevjeni lil dawk il-persuni milli jeżegwixxu xi funzjoni partikolari b'mod tajjeb, onest, u professjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal dawk l-finijiet, id-ditti tal-investiment iqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tad-ditta, u n-natura u l-firxa ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment li jidħlu għalihom matul dak in-negozju.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu sistemi u proċeduri li jkunu adegwati għall-ħarsien tas-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, filwaqt li jqisu n-natura tal-informazzjoni inkwistjoni.

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika ta' kontinwità kummerċjali adegwata li timmira li tiżgura, fil-każ ta' interruzzjoni fis-sistemi u fil-proċeduri tagħhom, il-preżervazzjoni ta' data u funzjonijiet essenzjali, u ż-żamma ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment, jew, meta dak ma jkunx possibbli, l-irkupru f'waqtu ta' din id-data u l-funzjonijiet u jerġgħu jibdew jipprovdu malajr is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment tagħhom.

4.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri ta' kontabilità li jippermettulhom, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti f'ħin f'waqtu rapporti finanzjarji li jirriflettu ħarsa reali u ġusta lejn il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom u li jikkonformaw mal-istandards u mar-regoli ta' kontabilità applikabbli.

5.   Id-ditti tal-investiment għandhom jimmonitorjaw u, fuq bażi regolari, jevalwaw l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, il-mekkaniżmi tal-kontrolli interni u l-arranġamenti stabbiliti tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 4, u li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas.

Artikolu 22

Konformità

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri adegwati maħsuba biex jittraċċjaw kull riskju ta' nuqqas mid-ditta li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll ir-riskji assoċjati, u jqiegħdu fis-seħħ miżuri u proċeduri adegwati maħsuba biex jimminimizzaw dan ir-riskju u biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod effettiv taħt dik id-Direttiva.

Id-ditti tal-investiment iqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tad-ditta, u n-natura u l-firxa ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment li jidħlu għalihom matul dak in-negozju.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu u jżommu funzjoni permanenti u effettiva tal-konformità li topera indipendentement u li jkollha r-responsabbilitajiet li ġejjin:

(a)

li jagħmlu monitoraġġ fuq bażi permanenti ta', u jivvalutaw fuq bażi regolari, l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri u tal-proċeduri fis-seħħ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u tal-azzjonijiet meħuda biex ikunu indirizzati xi nuqqasijiet fil-konformità tad-ditta mal-obbligi tagħha;

(b)

li jagħtu konsulenza u jassistu lill-persuni rilevanti responsabbli biex iwettqu s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment biex jikkonformaw mal-obbligi tad-ditta taħt id-Direttiva 2014/65/UE;

(c)

li jirrapportaw lill-korp maniġerjali, tal-inqas fuq bażi annwali, dwar l-implimentazzjoni u l-effettività tal-ambjent ġenerali tal-kontroll għas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment, dwar ir-riskji li ġew identifikati u dwar ir-rapportar fuq it-trattament tal-ilmenti kif ukoll ir-rimedji meħuda jew li għandhom jiġu meħuda;

(d)

li jimmonitorjaw l-operazzjonijiet tat-trattament tal-ilmenti u jikkunsidraw l-ilmenti bħala sors ta' informazzjoni rilevanti fil-kuntest tar-responsabbiltajiet ġenerali tal-monitoraġġ tagħhom.

Sabiex jikkonformaw mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, il-funzjoni ta' konformità għandha tmexxi valutazzjoni abbażi ta' liema se jiġi stabbilit programm ta' monitoraġġ ibbażat fuq ir-riskju li jikkunsidra l-oqsma kollha tas-servizzi ta' investiment, l-attivitajiet u kwalunkwe servizz anċillarju tad-ditta tal-investimenti, inkluża l-informazzjoni rilevanti miġbura f'rabta mal-monitoraġġ tat-trattament tal-ilmenti. Il-programm ta' monitoraġġ għandu jistabbilixxi prijoritajiet determinati mill-valutazzjoni tar-riskju ta' konformità li jiżgura li r-riskju ta' konformità huwa kopert b'mod komprensiv.

3.   Sabiex il-funzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 2 tkun tista' teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif suppost u indipendentement, id-ditti ta' investiment għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-funzjoni ta' konformità jkollha l-awtorità, ir-riżorsi, il-kompetenza u l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa;

(b)

għandu jinħatar uffiċjal għall-kontroll tal-konformità u għandu jiġi sostitwit minn korp maniġerjali u għandu jkun responsabbli għall-funzjoni ta' kontroll ta' konformità u għal kull rappurtaġġ fejn tidħol il-konformità meħtieġa kif rikjest mid-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament;

(c)

il-funzjoni ta' konformità tirrapporta, fuq bażi ad-hoc, direttament lill-korp maniġerjali fejn tindika riskju sinifikanti ta' nuqqas mid-ditta li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE;

(d)

il-persuni rilevanti involuti fil-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ma għandhomx ikunu involuti fil-forniment tas-servizzi jew tal-attivitajiet li huma inkarigati biex iwettqu l-monitoraġġ tagħhom;

(e)

il-metodu biex tkun determinata r-remunerazzjoni tal-persuni rilevanti involuti fil-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ma għandux jikkomprometti l-oġġettività tagħhom u anqas ma għandu jkollu t-tendenza li jagħmel dan.

4.   Ditta tal-investiment ma għandhiex tkun meħtieġa tikkonforma mal-punt (d) jew mal-punt (e) tal-paragrafu 3 jekk tista' turi li fejn jidħlu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment, li l-obbligi skont il-punti (d) jew (e) mhumiex proporzjonati u l-funzjoni għall-kontroll tal-konformità tagħha tkompli tkun effettiva. F'dak il-każ, id-ditta tal-investiment għandha tivvaluta jekk l-effettività tal-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ġietx kompromessa. Il-valutazzjoni għandha tiġi riveduta fuq bażi regolari.

Artikolu 23

Ġestjoni tar-riskju

(L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin relatati mal-ġestjoni tar-riskju:

(a)

jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri adegwati għall-ġestjoni tar-riskju li jidentifikaw ir-riskji li jirrelataw għall-attivitajiet, għall-proċessi u għas-sistemi tad-ditta, u meta xieraq, jistabbilixxu l-livell ta' riskju ttollerat mid-ditta;

(b)

jadottaw arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi effettivi biex jimmaniġġjaw ir-riskji li jirrelataw mal-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi tad-ditta, fid-dawl ta' dak il-livell ta' tolleranza tar-riskju;

(c)

jagħmlu monitoraġġ ta' dawn li ġejjin:

(i)

l-adegwatezza u l-effikaċja tal-politiki u tal-proċeduri għall-ġestjoni tar-riskju tad-ditta tal-investiment;

(ii)

il-livell ta' konformità tad-ditta tal-investiment u l-persuni rilevanti tagħha mal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi addottati skont il-punt (b);

(iii)

l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri meħuda biex jindirizzaw xi nuqqasijiet f'dawk il-politiki, proċeduri, arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi, inklużi nuqqasijiet mill-persuni rilevanti li jikkonformaw ma' dawn l-arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi jew li jsegwu dawn il-politiki u proċeduri.

2.   Id-ditti tal-investiment, meta xieraq u proporzjonat fid-dawl tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment eżegwiti matul dak in-negozju, jistabbilixxu u jżommu funzjoni għall-ġestjoni tar-riskju li topera indipendentement u twettaq ix-xogħlijiet li ġejjin:

(a)

l-implimentazzjoni tal-politika u tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-preżentazzjoni ta' rapporti u konsulenza lid-diriġenti prinċipali skont l-Artikolu 25(2).

Meta ditta tal-investiment ma tistabbilixxix u żżomm funzjoni għall-ġestjoni tar-riskju skont l-ewwel subparagrafu, għandha madankollu tkun tista' turi, meta mitlub, li l-politiki u l-proċeduri li tkun adottat skont il-paragrafu 1 jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dak il-paragrafu u huma effettivi b'mod konsistenti.

Artikolu 24

Awditjar intern

(L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment, meta xieraq u proporzjonat fid-dawl tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment eżegwiti matul dak in-negozju, jistabbilixxu u jżommu funzjoni ta' awditjar intern li hija separata u indipendenti mill-funzjonijiet u l-attivitajiet l-oħrajn tad-ditta tal-investimenti u li għandha r-responsabbiltajiet li ġejjin:

(a)

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm pjan ta' verifika biex tikkontrolla u tivvaluta l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, tal-mekkaniżmi u tal-arranġamenti ta' kontroll interni tad-ditta tal-investiment;

(b)

tifformula rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ir-riżultat ta' xogħol imwettaq skont il-punt (a) u tivverifika l-konformità ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

(c)

tirrapporta fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw verifika interna skont l-Artikolu 25(2).

Artikolu 25

Ir-responsabbiltà tad-diriġenti prinċipali

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment, meta jallokaw funzjonijiet interni, jiżguraw li d-diriġenti prinċipali, u, meta xieraq, il-funzjoni ta' sorveljanza, huma responsabbli sabiex jiżguraw li d-ditta tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2014/65/UE. B'mod partikolari, id-diriġenti prinċipali u, meta xieraq, il-funzjoni ta' sorveljanza għandhom ikunu meħtieġa jivvalutaw u perjodikament jirrevedu l-effikaċja tal-politiki, tal-arrangamenti u tal-proċeduri mqiegħda fis-seħħ biex jikkonformaw mal-obbligi taħt id-Direttiva 2014/65/UE u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw xi nuqqasijiet.

L-allokazzjoni ta' funzjonijiet sinifikanti fost id-diriġenti prinċipali għandha tistabbilixxi b'mod ċar min huwa responsabbli għall-kontroll u ż-żamma tar-rekwiżiti organizzazzjonali tad-ditta. Ir-rekords tal-allokazzjoni tal-funzjonijiet sinifikanti għandhom jinżammu aġġornati.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li d-diriġenti prinċipali tagħhom jirċievu fuq bażi frekwenti, għallinqas darba fis-sena, rapporti bil-miktub dwar il-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 22, 23 u 24 li jindikaw b'mod partikolari jekk ikunux ittieħdu l-miżuri ta' rimedju xierqa fil-każ ta' xi nuqqasijiet.

3.   Id-ditti ta' investiment għandhom jiżguraw li fejn hemm funzjoni superviżorja, jirċievu rapporti bil-miktub dwar kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 22, 23 u 24 fuq bażi regolari.

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “funzjoni ta' sorveljanza” tfisser il-funzjoni fi ħdan ditta tal-investiment responsabbli għas-sorveljanza tad-diriġenti prinċipali tagħha.

Artikolu 26

It-trattament tal-ilmenti

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti ta' investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki effettivi u trasparenti dwar it-trattament tal-ilmenti sabiex jiġu ttrattati b'mod rapidu l-ilmenti tal-klijenti jew klijenti potenzjali. Id-ditti ta' investiment għandhom iżommu rekord tal-ilmenti rċevuti u l-miżuri li ttieħdu għar-rimedju.

Il-politika ta' ġestjoni tal-ilmenti għandha tipprovdi informazzjoni ċara, preċiża u aġġornata dwar il-proċess ta' trattament tal-ilmenti. Din il-politika għandha tiġi appoġġjata mill-korp ta' ġestjoni tad-ditta.

2.   Id-ditti ta' investiment għandhom jippubblikaw id-dettalji tal-proċess li għandu jiġi segwit fit-trattament ta' lment. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar il-politika tal-ġestjoni tal-ilmenti u d-dettalji tal-kuntatt tal-funzjoni ta' ġestjoni tal-ilmenti. L-informazzjoni għandha tingħata lill-klijenti jew klijenti potenzjali, fuq talba, jew meta tiġi kkonfermata l-irċevuta ta' lment. Id-ditti tal-investiment għandhom jippermettu lill-klijenti u l-klijenti potenzjali jippreżentaw l-ilmenti tagħhom mingħajr ħlas.

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu funzjoni ta' ġestjoni tal-ilmenti responsabbli mill-investigazzjoni tal-ilmenti. Din il-funzjoni tista' titwettaq mill-funzjoni ta' konformità.

4.   Fit-trattament ta' lment, id-ditti ta' investiment għandhom jikkomunikaw mal-klijenti jew klijenti potenzjali b'mod ċar, b'lingwa sempliċi li tista' tinftiehem faċilment, u għandhom iwieġbu għall-ilment mingħajr dewmien żejjed.

5.   Id-ditti tal-investiment għandhom jikkomunikaw il-pożizzjoni tad-ditta dwar l-ilment lill-klijenti jew klijenti potenzjali u jinformaw lill-klijenti jew klijenti potenzjali dwar l-opzjonijiet tagħhom, inklużi dawk li jistgħu jirreferu l-ilment lil entità għar-riżoluzzjoni tat-tilwim alternattiva, kif iddefinit fl-Artikolu 4(h) tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, jew li l-klijent jista' jieħu azzjoni ċivili.

6.   Id-ditti ta' investiment għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ilmenti u t-trattament tal-ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn ikun applikabbli taħt il-liġi nazzjonali, entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.

7.   Il-funzjoni ta' konformità tad-ditti tal-investiment għandha tanalizza lmenti u data dwar it-trattament tal-ilmenti biex jiġi żgurat li jiġi identifikat u indirizzat kwalunkwe riskju jew kwistjoni.

Artikolu 27

Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni

(L-Artikoli 16, 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw proċeduri u prattiki ta' remunerazzjoni skont proċeduri interni xierqa li jqisu l-interessi tal-klijenti kollha tad-ditta, bl-għan li jiġi żgurat li l-klijenti jiġu ttrattati b'mod ġust u li l-interessi tagħhom ma jiġux imfixkla mill-prattiki ta' remunerazzjoni adottati mid-ditta fuq żmien qasir, medju jew twil.

Il-politiki u l-prattiki ta' rimunerazzjoni għandhom jiġu mfassla b'tali mod li ma joħolqux kunflitt ta' interess jew inċentiv li jista' jwassal lill-persuni rilevanti sabiex jiffavorixxu l-interessi tagħhom stess jew tad-ditta għad-detriment potenzjali ta' kwalunkwe klijent.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-politiki u l-prattiki ta' rimunerazzjoni tagħhom japplikaw għall-persuni kollha rilevanti b'impatt, dirett jew indirett, fuq is-servizzi tal-investiment u s-servizzi anċillari pprovduti mid-ditta tal-investiment jew fuq l-imġiba korporattiva tagħha, indipendentament mit-tip ta' klijenti, sal-punt li dawn il-persuni u inċentivi simili jistgħu joħolqu kunflitt ta' interess li jinkoraġġihom jaġixxu kontra l-interessi ta' kwalunkwe klijent tad-ditta.

3.   Il-korp tal-maniġment tad-ditta tal-investiment għandu japprova l-politika ta' remunerazzjoni wara li jkun ħa l-parir tal-funzjoni ta' konformità. Id-diriġenti prinċipali tad-ditta tal-investiment għandhom ikunu responsabbli mill-implimentazzjoni ta' kuljum tal-politika ta' remunerazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji ta' konformità relatati mal-politika.

4.   Ir-remunerazzjoni u inċentivi simili m'għandhomx ikunu biss jew predominantement ibbażati fuq il-kriterji kummerċjali kwantitattivi, u għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ il-kriterji kwalitattivi xierqa li jirriflettu l-konformità mar-regolamenti applikabbli, it-trattament xieraq tal-klijenti u l-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-klijenti.

Għandu jinżamm bilanċ bejn il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni, sabiex l-istruttura tar-remunerazzjoni ma tiffavorixxix l-interessi tad-ditta tal-investiment jew tal-persuni rilevanti tagħha kontra l-interessi tal-klijenti.

Artikolu 28

L-kamp ta' applikazzjoni ta' tranżazzjoni personali

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-finijiet tal-Artikolu 29 u l-Artikolu 37, tranżazzjoni personali tfisser kummerċ fi strument finanzjarju magħmul minn jew għan-nom ta' persuna rilevanti, meta tkun sodisfatta għall-inqas waħda mill-kriterji li ġejjin:

(a)

dik il-persuna rilevanti tkun qiegħda taġixxi barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li twettaq fil-kapaċità professjonali tagħha;

(b)

il-funzjoni titwettaq għan-nom ta' xi waħda mill-persuni li ġejjin:

(i)

il-persuna rilevanti;

(ii)

kull persuna li magħha jkollha relazzjoni familjari, jew li magħha jkun hemm konnessjonijiet mill-qrib;

(iii)

persuna li r-relazzjoni tagħha mal-persuna rilevanti tkun tali li dik il-persuna rilevanti jkollha interess materjali dirett jew indirett fl-eżitu tal-kummerċ, ta' xort' oħra minn tariffa jew kommissjoni biex ikun eżegwit dan il-kummerċ.

Artikolu 29

Tranżazzjonijiet personali

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti adegwati li jimmiraw lejn il-prevenzjoni tal-attivitajiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 fil-każ ta' kull persuna rilevanti li tkun involuta f'attivitajiet li jistgħu jikkawżaw kunflitt ta' interess, jew li jkollha aċċess għal informazzjoni interna fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew għal xi informazzjoni kunfidenzjali oħra li tirrelata għal klijenti jew tranżazzjonijiet ma' jew għal klijenti permezz ta' attività mwettqa minnha għan-nom tad-ditta

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti ma jidħlux fi tranżazzjoni personali li tissodisfa għall-inqas waħda mill-kriterji li ġejjin:

(a)

dik il-persuna tkun ipprojbita milli tinvolvi ruħha skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014

(b)

hemm involut l-użu ħażin jew l-iżvelar mhux addattat ta' dik l-informazzjoni kunfidenzjali;

(c)

jikkonfliġġi ma' jew x'aktarx jikkonfliġġi ma' obbligu tad-ditta tal-investiment taħt id-Direttiva 2014/65/UE

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti ma jagħtux konsulenza jew inkoraġġiment, f'kamp ta' applikazzjoni li ma jaqax fin-norma tal-impjieg tagħhom jew tal-kuntratt tas-servizzi tagħhom, lil xi persuna oħra biex tidħol fi tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji li, jekk tkun tranżazzjoni personali tal-persuna rilevanti, kienet tkun koperta mill-paragrafu 2 jew mill-Artikolu 37(2)(a) jew (b) jew mill-Artikolu 67(3);

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw illi persuni rilevanti ma jiżvelawx, barra mill-kors normali tal-impieg jew tal-kuntratt għal servizzi tagħhom, informazzjoni jew opinjoni lil xi persuna oħra jekk il-persuna rilevanti tkun taf, jew b'mod raġjonevoli jmissha tkun taf, li bħala riżultat ta' dak l-iżvelar dik il-persuna l-oħra x'aktarx tieħu wieħed mill-passi li ġejjin:

(a)

tidħol fi tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji li, jekk tkun tranżazzjoni personali tal-persuna rilevanti, kien tkun koperta mill-paragrafi 2 jew 3 jew mill-Artikolu 37(2)(a) jew (b) jew l-Artikolu 67(3);

(b)

tagħti konsulenza jew tinkoraġġixxi lil persuna oħra biex tidħol għal tali tranżazzjoni.

5.   L-arranġamenti meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandhom b'mod partikolari jkunu mfassla biex jiżguraw li:

(a)

kull persuna rilevanti koperta mill-paragrafi 1, 2, 3 u 4 tkun konxja mir-restrizzjonijiet fuq tranżazzjonijiet personali, u mill-miżuri stabbiliti mid-ditta tal-investiment fir-rigward ta' tranżazzjonijiet personali u l-iżvelar, skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 4;

(b)

id-ditta tkun infurmata malajr b'kull tranżazzjoni personali li tidħol għaliha persuna rilevanti, jew b'avviż ta' dik it-tranżazzjoni jew permezz ta' proċeduri oħra li jippermettu lid-ditta tidentifika tali tranżazzjoni;

(c)

jinżamm rekord tat-tranżazzjoni personali nnotifikata lid-ditta jew identifikata minnha, inkluża kull awtorizzazzjoni jew projbizzjoni fir-rigward ta' tali tranżazzjoni.

Fil-każ ta' arranġamenti ta' esternalizzazzjoni, id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li dik id-ditta li lilha hija esternalizzata l-attività żżomm rekord ta' tranżazzjonijiet personali li tidħol għalihom kull persuna rilevanti u tipprovdi dik l-informazzjoni lil ditta tal-investiment minnufih fuq talba.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx japplikaw għat-tip ta' tranżazzjonijiet personali li ġejjin:

(a)

tranżazzjonijiet personali realizzati fil-qafas ta' servizz ta' ġestjoni ta' portafoll b'diskrezjoni meta ma jkun hemm ebda komunikazzjoni preċedenti fir-rigward tat-tranżazzjoni bejn il-ġestitur tal-portafoll u l-persuna rilevanti jew il-persuna l-oħra li għaliha tkun eżegwita t-tranżazzjoni;

(b)

tranżazzjonijiet personali f'impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) jew f'AIFs li jkunu soġġetti għal superviżjoni skont il-liġi ta' Stat Membru li titlob livell ekwivalenti ta' tifrix tar-riskji fl-assi tagħhom, fejn il-persuna rilevanti u kwalunkwe persuna oħra li f'isimha jiġu attwati t-tranżazzjonijiet ma jkunux involuti fil-immaniġġjar ta' dik l-impriża.

TAQSIMA 2

Esternalizzazzjoni

Artikolu 30

Id-definizzjoni ta' funzjonijiet ta' ħidma kritiċi u importanti

(L-Artikolu 16(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE, funzjoni ta' ħidma operattiva għandha titqies bħala kritika jew importanti jekk difett jew nuqqas fil-prestazzjoni tagħha jipperikola b'mod materjali l-konformità kontinwa ta' ditta tal-investiment mal-kundizzjonijiet u l-obbligi tal-awtorizzazzjoni tagħha jew tal-obbligi l-oħra tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE, jew il-prestazzjoni finanzjarja tagħha, jew is-solidità jew il-kontinwità tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment tagħha.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-istatus ta' xi funzjoni oħra, il-funzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu kkunsidrati bħala kritiċi jew importanti għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(a)

l-għoti ta' servizzi ta' konsulenza, u servizzi oħra li ma jiffurmawx parti min-negozju tad-ditta fl-investiment, inkluża l-prestazzjoni ta' konsulenza legali lid-ditta, it-taħriġ ta' persunal tad-ditta, servizzi ta' fatturar u s-sigurtà tal-post u tal-persunal tad-ditta;

(b)

ix-xiri ta' servizzi standardizzati, inklużi servizzi ta' informazzjoni dwar is-suq u informazzjoni dwar il-prezzijiet.

Artikolu 31

L-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet ta' ħidma kritiċi jew importanti

(L-Artikolu 16(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jesternalizzaw funzjonijiet ta' ħidma jew xi servizzi jew attivitajiet tal-investiment kritiċi jew importanti għandhom jibqgħu kompletament responsabbli biex jeżegwixxu l-obbligi kollha tagħhom taħt id-Direttiva 2014/65/UE u jikkonformaw, b'mod partikolari, mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-esternalizzazzjoni ma għandhiex tirriżulta fid-delega mid-diriġenza prinċipali tar-responsabbiltajiet tagħha;

(b)

ir-relazzjoni u l-obbligi tad-ditta tal-investiment lejn il-klijenti tagħha skont it-termini tad-Direttiva 2014/65/UE ma għandhiex tkun modifikata;

(c)

il-kundizzjonijiet li magħhom għandha tikkonforma ditta tal-investiment sabiex tkun awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE, u biex tibqa' hekk, ma jiġux affetwati b'mod negattiv;

(d)

ebda waħda mill-kundizzjonijiet l-oħrajn li fuqhom kien soġġett l-għoti tal-awtorizzazzjoni tad-ditta ma għandha titneħħa jew tkun modifikata.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jeżerċitaw il-kapaċità, l-attenzjoni u d-diliġenza dovuta meta jidħlu għal, jiġġestixxu jew iġibu fit-tmiem kull arranġament għall-esternalizzazzjoni lil fornitur tas-servizz ta' funzjonijiet kritiċi jew importanti u għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur tas-servizz għandu jkollu l-kompetenza, il-kapaċità, riżorsi suffiċjenti, struttura organizzattiva xierqa li tappoġġja l-prestazzjoni ta' funzjonijiet u kull awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi biex iwettaq il-funzjonijiet b'mod affidabbli u professjonali;

(b)

il-fornitur tas-servizz għandu jwettaq is-servizzi esternalizzati effettivament u f'konformità mal-liġi applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji, u għal dan l-għan id-ditta għandha tistabbilixxi metodi biex tivvaluta l-istandard ta' rendiment tal-fornitur tas-servizz u biex tivvaluta, fuq bażi kontinwa, is-servizzi pprovduti mill-fornitur tas-servizz;

(c)

il-fornitur tas-servizz għandu jissorvelja b'mod xieraq it-twettiq tal-funzjonijiet esternalizzati, u għandu jiġġestixxi b'mod adegwat ir-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni;

(d)

għandha tittieħed azzjoni xierqa jekk ikun jidher li l-fornitur tas-servizz jista' ma jkunx qiegħed iwettaq il-funzjonijiet b'mod effettiv u f'konformità ma' liġijiet applikabbli u rekwiżiti regolatorji;

(e)

id-ditta tal-investiment għandha żżomm il-kompetenza neċessarja biex tissorvelja funzjonijiet jew servizzi esternalizzati b'mod effettiv u biex tiġġestixxi r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni u għal dan l-għan għandha tissorvelja dawk il-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u tiġġestixxi dawk ir-riskji;

(f)

il-fornitur tas-servizz għandu jiżvela lid-ditta tal-investiment kull żvilupp li jista' jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tagħha li twettaq il-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u f'konformità mal-liġijiet applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji;

(g)

id-ditta tal-investiment għandha tkun tista' ġġib fit-tmiem l-arranġament għall-esternalizzazzjoni meta jkun hemm bżonn, b'effett immedjat meta jkun fl-interess tal-klijenti tagħha, mingħajr ħsara għall-kontinwità u għall-kwalità tal-forniment ta' servizzi tagħha lil klijenti;

(h)

il-fornitur tas-servizz għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment fir-rigward tal-funzjonijiet esternalizzati;

(i)

id-ditta tal-investiment, l-awdituri u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħha għandu jkollhom aċċess effettiv għal data relatata mal-funzjonijiet esternalizzati, kif ukoll għall-post tan-negozju rilevanti tal-fornitur tas-servizz, meta jkun neċessarju għall-iskop ta' sorveljanza effettiva f'konformità ma' dan l-artikolu, u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkunu jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet ta' aċċess;

(j)

il-fornitur tas-servizz għandu jipproteġi kull informazzjoni kunfidenzjali li tirrelata għad-ditta tal-investiment u għall-klijenti tagħha;

(k)

id-ditta tal-investiment u l-fornitur tas-servizz għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu pjan ta' emerġenza għall-irkupru tas-sistema f'każ ta' diżastru u l-verifika perjodika ta' miżuri ta' sostenn, meta dan ikun neċessarju fir-rigward tal-funzjoni, is-servizz jew l-attività li tkun ġiet esternalizzata;

(l)

id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li l-kontinwità u l-kwalità tal-funzjonijiet jew servizzi esternalizzati jinżammu wkoll fil-każ ta' tmiem tal-esternalizzazzjoni jew billi tittrasferixxi l-funzjonijiet jew servizzi esternalizzati lil parti terza oħra jew billi twettaqhom hi stess;

3.   Id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-kumpaniji tal-investiment u tal-fornitur tas-servizz għandhom ikunu allokati b'mod ċar u stabbiliti fi ftehim bil-miktub. Partikolarment, id-ditta tal-investiment għandha tiżgura d-drittijiet tagħha ta' struzzjoni u terminazzjoni, id-drittijiet tagħha għall-informazzjoni, u d-dritt tagħha għall-ispezzjonijiet u aċċess għal kotba u l-bini. Il-ftehim għandu jiżgura li l-esternalizzazzjoni mill-fornitur tas-servizz isseħħ biss bil-kunsens, bil-kitba, tad-ditta tal-investiment.

4.   Meta d-ditta tal-investiment u l-fornitur tas-servizz ikunu membri tal-istess grupp, id-ditta tal-investiment tista', għall-finijiet ta' konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 32, tqis sa fejn il-kumpanija tikkontrolla lill-fornitur tas-servizz jew għandha l-kapaċità tinfluwenzah fl-azzjonijiet tiegħu.

5.   Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-awtorità tkun tista' tissorvelja l-konformità tal-funzjonijiet esternalizzati realizzati mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha.

Artikolu 32

Il-fornituri tas-servizz stabbiliti f'pajjiżi terzi

(L-Artikolu 16(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31, meta ditta tal-investiment testernalizza funzjonijiet marbuta mas-servizz ta' investiment tal-ġestjoni tal-portafoll ipprovdut lill-klijenti mhux professjonali lil fornitur tas-servizz stabbilit f'pajjiż terz, dik id-ditta tal-investiment tiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur tas-servizz għandu jkun awtorizzat jew irreġistrat fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu biex jipprovdi dak is-servizz u għandu jkun sorveljat minn awtorità kompetenti f'dak il-pajjiż terz;

(b)

għandu jkun hemm ftehim xieraq ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment u l-awtorità ta' sorveljanza tal-fornitur tas-servizz.

2.   Il-ftehim ta' kooperazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment għandhom il-kapaċità, tal-inqas, li:

(a)

jiksbu, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom skont id-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

jiksbu aċċess għad-dokumenti rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet superviżorji tagħhom li jinżammu fil-pajjiż terz;

(c)

jirċievu informazzjoni mill-awtorità superviżorja fil-pajjiż terz kemm jista' jkun malajr għall-iskop li jiġi investigat ksur apparenti tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(d)

jikkooperaw fl-infurzar skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni fil-każijiet ta' ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha u l-liġi nazzjonali rilevanti.

3.   L-awtoritjiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom lista tal-awtoritajiet ta' sorveljanza f'pajjiżi terzi li magħhom għandhom ftehim ta' kooperazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġornaw il-ftehimiet ta' kooperazzjoni konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fi żmien sitt (6) xhur minn dik id-data.

TAQSIMA 3

Kunflitti ta' interess

Artikolu 33

Kunflitti tal-interess li jistgħu ikunu ta' ħsara għall-klijenti

(L-Artikoli 16(3) u 23 tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tat-tipi ta' kunflitti tal-interess li jirriżultaw matul il-forniment ta' servizzi ta' investiment u anċillari jew il-kombinazzjoni tagħhom u li l-eżistenza tagħhom tista' tkun ta' ħsara għall-interessi ta' klijent, id-ditti tal-investiment iqisu, permezz ta' kriterji minimi, il-kwistjoni ta' jekk id-ditta tal-investiment jew il-persuna rilevanti, jew il-persuna direttament jew indirettament marbuta permezz ta' kontroll mal-kumpanija, tkun qiegħda f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, kemm jekk b'riżultat tal-għoti ta' servizzi tal-investiment jew anċillari jew attivitajiet tal-investiment jew xort'oħra:

(a)

il-kumpanija jew dik il-persuna x'aktarx li tagħmel qligħ finanzjarju, jew tevita telf finanzjarju, a spejjeż tal-klijent;

(b)

il-kumpanija jew dik il-persuna għandha interess fir-riżultat ta' servizz ipprovdut lill-klijent jew ta' tranżazzjoni mwettqa għan-nom tal-klijent, li hu differenti mill-interess tal-klijent f'dak ir-riżultat;

(c)

il-kumpanija jew dik il-persuna għandha inċentiv finanzjarju jew inċentiv ieħor li jiffavorixxi l-interess ta' klijent jew ta' grupp ta' klijenti fuq l-interessi ta' dak il-klijent;

(d)

il-kumpanija jew dik il-persuna jiżvolġu l-istess attività bħall-klijent;

(e)

il-kumpanija jew dik il-persuna tirċievi jew ser tirċievi minn persuna li ma tkunx il-klijent inċentiv fir-rigward ta' servizz ipprovdut lil klijent, fil-forma ta' flus, benefiċċji jew servizzi monetrarji jew mhux monetarji.

Artikolu 34

Politika dwar il-kunflitti ta' interess

(L-Artikoli 16(3) u 23 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika effettiva ta' kunflitti ta' interess stabbilita bil-miktub u addattata għad-daqs u għall-organizzazzjoni tal-kumpanija u għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha.

Meta l-kumpanija tkun membru ta' grupp, il-politika għandha tqis ukoll kull ċirkostanza li tagħha l-kumpanija hi jew għandha tkun konxja, li tista' tikkawża kunflitt tal-interess li jirriżulta bħala riżultat tal-istruttura u l-attivitajiet kummerċjali ta' membri oħra tal-grupp.

2.   Il-politika tal-kunflitti ta' interess stabbilita skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kontenut li ġej:

(a)

għandha tidentifika, b'referenza għas-servizzi u għall-attivitajiet speċifiċi tal-investiment u għas-servizzi anċillari mwettqa minn jew għan-nom tad-ditta tal-investiment, iċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu jew li jistgħu jikkawżaw kunflitt tal-interess li jinvolvi riskju materjali ta' ħsara għall-interessi ta' klijent wieħed jew iktar;

(b)

għandha tispeċifika proċeduri li għandhom ikunu segwiti u miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex tiġġestixxi dawn il-kunflitti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-miżuri previsti fil-paragrafu 2(b) huma maħsuba biex jiżguraw li persuni rilevanti involuti f'attivitajiet kummerċjali differenti li jinvolvu kunflitt ta' interess tat-tip speċifikat fil-paragrafu 2(a) jwettqu dawk l-attivitajiet f'livell ta' indipendenza adattat għad-daqs u għall-attivitajiet tad-ditta tal-investiment u tal-grupp li tappartjeni għalih, u għall-materjalità tar-riskju ta' ħsara għall-interessi tal-klijent.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati għandhom jinkludu tal-inqas dawk il-punti minn dawn li ġejjin li huma neċessarji biex id-ditta tiżgura l-grad rekwiżit ta' indipendenza:

(a)

proċeduri effettivi biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn persuni rilevanti involuti f'attivitajiet li jinvolvu riskju ta' kunflitt tal-interessi meta l-iskambju ta' dik l-informazzjoni jista' jkun ta' ħsara għall-interessi ta' klijent wieħed jew iżjed;

(b)

is-sorveljanza separata ta' persuni rilevanti li l-funzjonijiet prinċipali tagħhom jinvolvu t-twettiq ta' attivitajiet għan-nom ta', jew il-forniment ta' servizzi lil klijenti li l-interessi tagħhom jistgħu jikkonfliġġu, jew li xort'oħra jirrappreżentaw interessi differenti li jistgħu jkunu ta' kunflitt, inklużi dawk tal-kumpanija;

(c)

it-tneħħija ta' kull rabta diretta bejn ir-rimunerazzjoni ta' persuni rilevanti involuti prinċipalment f'attività u r-rimunerazzjoni ta', jew id-dħul iġġenerat minn, persuni rilevanti differenti involuti prinċipalment f'attività oħra, fejn jista' jinħoloq kunflitt ta' interess marbut ma' dawk l-attivitajiet;

(d)

miżuri biex jipprevjenu jew jillimitaw lil xi persuna milli teżerċita influwenza mhux xierqa fuq il-mod li bih persuna rilevanti twettaq servizzi ta' investiment jew servizzi jew jew attivitajiet anċillari;

(e)

miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-involviment simultanju jew sekwenzjali ta' persuna rilevanti f'servizzi jew attivitajiet separati ta' investiment jew anċillari meta dak l-involviment jista' jkun ta' ħsara għall-ġestjoni tajba tal-kunflitti ta' interess.

4.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-iżvelar lill-klijenti, skont l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, ikun miżura tal-aħħar istanza li għandha tintuża biss meta l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi stabbiliti mid-ditta tal-investiment biex jiġu evitati jew ġestiti l-kunflitti tal-interess f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/UE ma jkunux suffiċjenti biex jiżguraw, b'fiduċja raġjonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi tal-klijent se jiġu evitati.

L-iżvelar għandu jiddikjara b'mod ċar li l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi stabbiliti mid-ditta tal-investiment biex jevitaw jew jimmaniġġjaw dak il-kunflitt, mhumiex suffiċjenti biex jiġi żgurat, b'fiduċja raġjonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi tal-klijent għandhom jiġu evitati. L-iżvelar għandu jinkludi deskrizzjoni speċifika tal-kunflitti ta' interess li jistgħu jirriżultaw fl-għoti ta' servizzi ta' investiment u/jew servizzi anċillarji, filwaqt li titqies in-natura tal-klijent li lilu jkun qed isir l-iżvelar. Id-deskrizzjoni għandha tispjega wkoll in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta' interess, kif ukoll ir-riskji lill-klijent li jistgħu jirriżultaw b'riżultat tal-kunflitti ta' interess u l-passi meħuda biex jittaffew dawn ir-riskji, b'dettall suffiċjenti li jippermetti lil dak il-klijent jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward tas-servizz ta' investiment jew anċillari li fil-kuntest tiegħu jirriżulta l-kunflitt ta' interess.

5.   Id-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw u perjodikament jeżminaw, tal-inqas darba fis-sena, il-politika dwar il-kunflitti ta' interess stabbilita f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas. Id-dipendenza żejda fuq l-iżvelar tal-kunflitti ta' interess għandha tiġi kkunsidrata bħala nuqqas fil-politika tal-kunflitti tal-interess tad-ditta tal-investiment.

Artikolu 35

Rekord ta' servizzi jew attivitajiet li jikkawżaw kunflitt ta' interess li jkun ta' ħsara

(L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu u jaġġornaw b'mod regolari rekord tat-tipi ta' servizz ta' investiment jew anċillari jew attività ta' investiment imwettqa minn jew għan-nom tal-kumpanija li fihom ikun irriżulta, jew, fil-każ ta' servizz jew attività li jkunu qegħdin jitwettqu, jista' jirriżulta, kunflitt tal-interess li jinvolvi riskju materjali ta' ħsara għall-interessi ta' klijent wieħed jew iktar.

Il-maniġment superjuri għandu jirċievi fuq bażi frekwenti u mill-inqas darba fis-sena, rapporti bil-miktub dwar is-sitwazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 36

Ir-riċerka fl-investiment u komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

(L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 37, “riċerka fl-investiment” għandha tkun riċerka jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija tal-investiment, li espliċitament jew impliċitament, tikkonċerna strument finanzjarju wieħed jew diversi strumenti finanzjarji, jew lil dawk li joħorġu l-istrumenti finanzjarji, inkluża kull opinjoni fejn jidħol il-valur jew il-prezz preżenti jew fil-ġejjieni ta' dawn l-istrumenti, maħsuba għal kanali ta' distribuzzjoni jew għall-pubbliku, u li fir-rigward tagħhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-riċerka jew l-informazzjoni tkun maħsuba jew deskritta bħala riċerka fl-investiment jew f'termini simili, jew tkun xort'oħra ppreżentata bħala spjegazzjoni oġġettiva jew indipendenti tal-kwistjonijiet trattati fir-rakkomandazzjoni;

(b)

jekk ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni tkun saret minn ditta tal-investiment lil klijent, din ma tikkostitwixxix konsulenza fis-suġġett tal-investiment għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   Rakkomandazzjoni tat-tip koperta mill-punt (35) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 596/2014 li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tiġi trattata bħala komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE u d-ditti tal-investiment li jipproduċu jew iqassmu r-rakkomandazzjoni għandhom jiżguraw li tiġi identifikata b'mod ċar bħala tali.

Barra minn hekk, il-kumpaniji għandhom jiżguraw li kull rakkomandazzjoni ta' dan it-tip ikun fiha dikjarazzjoni ċara u prominenti li (jew, fil-każ ta' rakkomandazzjoni orali, dikjarazzjoni bl-istess effett) ma kinitx ippreparata skont ir-rekwiżiti legali maħsuba biex jippromwovu l-indipendenza tar-riċerka fl-investiment u li ma hi soġġetta għal ebda projbizzjoni fuq it-trattament bil-quddiem tat-tqassim tar-riċerka fl-investiment.

Artikolu 37

Rekwiżiti organizzazzjonali addizzjonali marbuta mar-riċerka fl-investiment jew fil-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

(L-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jipproduċu, jew jorganizzaw għall-produzzjoni ta', riċerka fl-investiment li hi maħsuba għal jew x'aktarx tkun sussegwentement imqassma lil klijenti tal-kumpanija jew lill-pubbliku, taħt ir-responsabbiltà tagħhom jew taħt dik ta' membru fil-grupp tagħhom, għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha stabbiliti fl-Artikolu 34(3) fir-rigward tal-analisti finanzjarji involuti fil-produzzjoni ta' riċerka fl-investiment u persuni rilevanti oħra li r-responsabbiltajiet jew l-interessi kummerċjali tagħhom jistgħu jikkonfliġġu mal-interessi tal-persuni li lilhom hi mqassma r-riċerka fl-investiment.

L-obbligi fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw ukoll f'rabta mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(2).

2.   Id-ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti maħsuba biex jiżguraw li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

analisti finanzjarji u persuni rilevanti oħra ma għandhomx jidħlu għal tranżazzjoni jew kummerċ personali, ħlief bħala kreaturi tas-suq li jaġixxu f'bona fede u fit-twettiq normali tal-ħolqien tas-suq jew fl-eżekuzzjoni ta' ordni ta' klijent mhux mitluba, għan-nom ta' xi persuna oħra, inkluża d-ditta tal-investiment, fi strumenti finanzjarji li r-riċerka fl-investiment tirrelata għalihom, jew f'kull strument finanzjarju relatat, jekk ikunu mgħarrfa biż-żmien u bil-kontenut probabbli ta' dik ir-riċerka fl-investiment u din l-informazzjoni ma tkunx pubblikament disponibbli jew disponibbli għal klijenti u ma jistax wieħed jiddeduċiha b'mod faċli minn informazzjoni li tkun disponibbli, sakemm id-destinatarji tar-riċerka fl-investiment ma jkunx kellhom opportunità raġjonevoli biex jaġixxu fuqha;

(b)

f'ċirkostanzi mhux koperti mill-punt (a), analisti finanzjarji u kull persuna rilevanti oħra involuta fil-produzzjoni ta' riċerka fl-investiment ma għandhomx jidħlu għal tranżazzjonijiet personali fi strumenti finanzjarji li r-riċerka fl-investiment tirrelata għalihom, jew f'xi strumenti finanzjarji relatati, kuntrarji għar-rakkomandazzjonijiet preżenti, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali u bl-approvazzjoni minn qabel ta' membru tas-servizz ġuridiku jew tal-funzjoni tal-kontroll ta' konformità tal-kumpanija;

(c)

teżisti separazzjoni fiżika bejn l-analisti finanzjarji involuti fil-produzzjoni ta' riċerka għall-investiment u l-persuni rilevanti l-oħrajn li r-responsabbilitajiet jew interessi kummerċjali tagħhom jistgħu jkunu f'kunflitt mal-interessi tal-persuni li lilhom qed tiġi mqassma r-riċerka fl-investiment jew, meta meqjus bħala mhux xieraq għad-daqs u l-organizzazzjoni tal-kumpanija kif ukoll in-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' barrieri alternattivi xierqa għall-informazzjoni.

(d)

id-ditti tal-investiment stess, analisti finanzjarji u persuni rilevanti oħrajn involuti fil-produzzjoni tar-riċerka fl-investiment ma għandhomx jaċċettaw inċentivi minn dawk b'interess materjali fis-suġġett tar-riċerka fl-investiment;

(e)

id-ditti tal-investiment stess, analisti finanzjarji, u persuni rilevanti oħrajn involuti fil-produzzjoni tar-riċerka fl-investiment ma għandhomx iwiegħdu lill-mittenti trattament pożittiv fir-riċerka tagħhom;

(f)

qabel it-tqassim tal-mittenti tar-riċerka fl-investiment, persuni rilevanti ħlief l-analisti finanzjarji, u kwalunkwe persuna oħra, m'għandhomx jitħallew jirrevedu abbozz tar-riċerka fl-investiment bil-għan li jivverifikaw l-eżattezza ta' dikjarazzjonijiet fattwali magħmula f'dik ir-riċerka, jew għal xi skop ieħor ta' xort'oħra mill-verifika tal-konformità mal-obbligi legali tal-kumpanija, fejn l-abbozz ikun jinkludi rakkomandazzjoni jew prezz fil-mira.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “strument finanzjarju relatat” għandha tkun kull strument finanzjarju li l-prezz tiegħu huwa effettwat ħafna minn ċaqliq fil-prezz fi strument finanzjarju ieħor li jkun is-suġġett ta' riċerka fl-investiment, u jinkludi derivattiv fuq dak l-istrument finanzjarju.

3.   Id-ditti tal-investiment li jqassmu r-riċerka fl-investiment prodotta minn persuna oħra lill-pubbliku jew lill-klijenti għandhom ikunu eżenti milli jikkonformaw mal-paragrafu 1 jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-persuna li tipproduċi r-riċerka fl-investiment ma tkunx membru tal-grupp li tappartjeni għalih id-ditta tal-investiment;

(b)

id-ditta tal-investiment ma timmodifikax sostanzjalment ir-rakkomandazzjonijiet fir-riċerka fl-investiment;

(c)

id-ditta tal-investiment ma tippreżentax ir-riċerka fl-investiment bħala prodotta minnha stess;

(d)

id-ditta tal-investiment tivverifika li l-produttur tar-riċerka hu soġġett għal rekwiżiti ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-produzzjoni ta' dik ir-riċerka, jew tkun stabbilixxiet politika li tistabbilixxi dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 38

Rekwiżiti ġenerali addizzjonali relatati mas-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid fis-suq

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza fuq l-istrateġija finanzjarja korporattiva, kif stipulat fit-Taqsima B(3) tal-Anness I, u jipprovdu s-servizz ta' sottoskrizzjoni jew tqegħid fis-suq ta' strumenti finanzjarji għandhom, qabel jaċċettaw il-mandat biex jimmaniġġjaw l-offerta, ikollhom arranġamenti fis-seħħ biex jinfurmaw lill-klijent tal-emittent dwar dan li ġej:

(a)

l-alternattivi ta' finanzjament differenti disponibbli mad-ditta, u indikazzjoni tal-ammont ta' drittijiet ta' tranżazzjoni assoċjati ma' kull alternattiva;

(b)

iż-żmien u l-proċess tal-konsulenza finanzjarja korporattiva dwar l-ipprezzar ta' din l-offerta;

(c)

iż-żmien u l-proċess fir-rigward tal-konsulenza finanzjarja korporattiva dwar it-tqegħid fis-suq ta' din l-offerta;

(d)

id-dettalji tal-investituri li d-ditta għandha l-għan li toffrilhom l-istrumenti finanzjarji;

(e)

il-karigi u d-dipartimenti tal-individwi rilevanti involuti fl-għoti ta' konsulenza finanzjarja korporattiva dwar il-prezz u l-allokazzjoni ta' strumenti finanzjarji; u

(f)

l-arranġamenti tad-ditta biex tevita jew timmaniġġja kunflitti ta' interess li jistgħu jitqajmu meta l-kumpanija tpoġġi l-istrumenti finanzjarji rilevanti mal-klijenti tal-investiment tagħha jew mal-ktieb proprjetà tagħha stess.

(2)   Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ proċess ċentralizzat li jidentifika kull operazzjoni ta' sottoskrizzjoni u tqegħid fis-suq tal-kumpanija u għandhom jirreġistraw din l-informazzjoni, inkluża d-data li fiha l-kumpanija ġiet informata dwar l-operazzjonijiet potenzjali ta' sottoskrizzjoni u tqegħid fis-suq. Il-kumpaniji għandhom jidentifikaw il-kunflitti ta' interess potenzjali kollha li jirriżultaw minn attivitajiet oħrajn tal-kumpanija ta' investiment, jew grupp, u jimplimentaw proċeduri xierqa ta' ġestjoni. Fil-każijiet fejn kumpanija ta' investiment ma tistax timmaniġġja kunflitt ta' interess billi timplimenta proċeduri xierqa, id-ditta tal-investiment m'għandhiex tinvolvi ruħha fl-operazzjoni.

(3)   Id-ditti tal-investiment li jipprovdu l-eżekuzzjoni u servizzi ta' riċerka kif ukoll iwettqu attivitajiet ta' sottoskrizzjoni u tqegħid fis-suq għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ kontrolli xierqa biex jimmaniġġjaw kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali bejn dawn l-attivitajiet u bejn il-klijenti differenti tagħhom li jirċievu dawk is-servizzi.

Artikolu 39

Rekwiżiti addizzjonali relatati mal-ipprezzar tal-offerti relatati mal-ħruġ tal-istrumenti finanzjarji

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ sistemi, kontrolli u proċeduri biex jidentifikaw u jipprevjenu jew jimmaniġġjaw kunflitti ta' interess li jirriżultaw f'rabta mal-ipprezzar baxx jew eċċessiv jew l-involviment ta' partijiet rilevanti fil-proċess. B'mod partikolari, id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu, bħala rekwiżit minimu, arranġamenti interni biex jiżguraw dawn li ġejjin:

(a)

li l-ipprezzar tal-offerta ma jippromwovix l-interessi ta' klijenti oħrajn jew tal-kumpanija stess, b'mod li jistgħu jkunu ta' kunflitt mal-interessi tal-klijent tal-emittent; u

(b)

il-prevenzjoni jew ġestjoni ta' sitwazzjoni fejn il-persuni responsabbli għall-għoti tas-servizzi lill-klijenti tad-ditta tal-investiment huma direttament involuti fid-deċiżjonijiet dwar il-konsulenza finanzjarja korporattiva fuq l-ipprezzar lill-klijent tal-emittent.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti b'informazzjoni dwar kif tiġi determinata r-rakkomandazzjoni dwar il-prezz tal-offerta u ż-żmien involut. B'mod partikolari, il-kumpanija għandha tinforma u tinvolvi ruħha mal-klijent tal-emittent dwar kwalunkwe strateġija ta' ħħeġġjar jew stabilizzazzjoni li tixtieq twettaq fir-rigward tal-offerta, inkluż kif dawn l-istrateġiji jista' jkollhom impatt fuq l-interessi tal-klijenti tal-emittent. Matul il-proċess tal-offerta, il-kumpaniji għandhom ukoll jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex iżommu lill-klijent tal-emittent informat dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-ipprezzar tal-offerta.

Artikolu 40

Rekwiżiti addizzjonali relatati mat-tqegħid fis-suq

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jpoġġu fis-suq l-istrumenti finanzjarji għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti effettivi biex jevitaw li r-rakkomandazzjonijiet fuq it-tqegħid jiġu influwenzati b'mod mhux xieraq minn relazzjonijiet eżistenti jew futuri.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti effettivi interni biex jevitaw jew jimmaniġġjaw kunflitti ta' interess li jirriżultaw meta l-persuni responsabbli mill-għoti ta' servizzi lill-klijenti tad-ditta tal-investiment huma direttament involuti f'deċiżjonijiet dwar rakkomandazzjonijiet lill-klijent tal-emittent dwar l-allokazzjoni.

3.   Id-ditti tal-investiment m'għandhomx jaċċettaw pagamenti lil terzi persuni jew benefiċċji jekk dawn il-ħlasijiet jew benefiċċji ma jikkonformawx mar-rekwiżiti dwar l-inċentivi stipulati fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/65/UE. B'mod partikolari, il-prattiki li ġejjin għandhom jitqiesu mhux konformi ma' dawk ir-rekwiżiti u għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati inaċċettabbli:

(a)

allokazzjoni magħmula biex jiġi inċentivat il-ħlas ta' drittijiet sproporzjonatament għoljin għal servizzi mhux relatati pprovduti mid-ditta tal-investiment (“laddering”), bħal miżati jew kommissjonijiet sproporzjonatament għoljin imħallsa minn klijent tal-investiment, jew volumi sproporzjonatament għoljin ta' negozju b'livelli normali ta' kommissjoni pprovduti mill-klijenti tal-investiment bħala kumpens għall-irċevuta ta' allokazzjoni ta' din l-offerta;

(b)

allokazzjoni magħmula lil diriġent ewlieni jew uffiċjal korporattiv ta' klijent tal-emittent eżistenti jew potenzjali, f'kunsiderazzjoni tal-għoti futur jew passat ta' negozju finanzjarju korporattiv (“spinning”);

(c)

allokazzjoni li hija espressament jew impliċitament kondizzjonali fuq l-irċevuta ta' ordnijiet futuri jew l-akkwist ta' kwalunkwe servizz ieħor mid-ditta tal-investiment minn klijent tal-investiment, jew kwalunkwe entità li tagħha l-investitur huwa uffiċjal korporattiv.

4.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika ta' allokazzjoni li tistabbilixxi l-proċess għall-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-allokazzjonijiet. Il-politika dwar l-allokazzjonijiet għandha tiġi fornuta lill-klijent tal-emittent qabel ma jsir il-ftehim għall-parteċipazzjoni f'servizzi ta' tqegħid fis-suq. Il-politika għandha tistabbilixxi l-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli f'dak l-istadju dwar il-metodoloġija ta' allokazzjoni proposta għall-offerta.

5.   Id-ditti tal-investiment għandhom jinvolvu lill-klijent tal-emittent f'diskussjonijiet dwar il-proċess tat-tqegħid sabiex il-kumpanija tkun tista' tifhem u tikkunsidra l-interessi u l-objettivi tal-klijent. Id-ditta tal-investiment għandha tikseb il-ftehim tal-klijent tal-emittent għall-allokazzjoni proposta minnha għal kull tip ta' klijent għat-tranżazzjoni f'konformità mal-politika ta' allokazzjoni.

Artikolu 41

Rekwiżiti addizzjonali relatati mal-parir, id-distribuzzjoni u t-tqegħid awtomatiku

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ sistemi, kontrolli u proċeduri biex jidentifikaw u jimmaniġġjaw il-kunflitti ta' interess li jirriżultaw mill-għoti ta' servizz tal-investiment lill-klijent tal-investiment sabiex jipparteċipa f'offerta ġdida, fejn id-ditta tal-investiment tirċievi kummissjonijiet, drittijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju fir-rigward tal-arranġament tal-offerta. Kwalunkwe kommissjoni, dritt jew benefiċċju monetarju jew mhux monetarju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikolu 24(7), 24(8) u 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jiġu ddokumentati fil-politiki tad-ditta tal-investiment dwar il-kunflitt ta' interess u għandhom jiġu riflessi fil-ftehimiet tal-kumpanija dwar l-inċentivi.

2.   Id-ditti tal-investiment involuti fit-tqegħid fis-suq ta' strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess jew minn entitajiet fi ħdan l-istess grupp, lill-klijenti tagħhom stess, inklużi l-klijenti depożitarji eżistenti fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, jew fondi ta' investiment ġestiti minn entitajiet tal-grupp tagħhom, għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti ċari u effettivi għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni jew il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess potenzjali li jirriżultaw f'rabta ma' dan it-tip ta' attività. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu l-kunsiderazzjoni li ma jkunx hemm involviment f'attività fejn il-kunflitti ta' interess ma jistgħux jiġu ġestiti b'mod xieraq sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-klijenti.

3.   Meta l-iżvelar tal-kunflitti ta' interess huwa meħtieġ, id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikolu 34(4), inkluża spjegazzjoni tan-natura u s-sors tal-kunflitti ta' interess inerenti għal din it-tip ta' attività, u jipprovdu dettalji dwar ir-riskji speċifiċi relatati ma' dawn il-prattiki sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment.

4.   Id-ditti tal-investiment li joffru strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess jew minn entitajiet fi ħdan l-istess grupp lill-klijenti tagħhom stess u li huma inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżiti prudenzjali speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) jew id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), għandhom jipprovdu lil dawk il-klijenti b'informazzjoni addizzjonali li tispjega d-differenzi bejn l-istrument finanzjarju u d-depożiti bankarji f'termini ta' rendiment, riskju, likwidità u kwalunkwe protezzjoni pprovduta f'konformità mad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

Artikolu 42

Rekwiżiti addizzjonali relatati mas-self jew fornitura ta' kreditu fil-kuntest tas-sottoskrizzjoni jew tqegħid fis-suq

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Meta kwalunkwe self jew kreditu preċedenti lill-klijent tal-emittent minn ditta tal-investiment jew minn entità fi ħdan l-istess grupp jista' jitħallas lura mill-introjtu ta' offerta, id-ditta tal-investiment għandu jkollha arranġamenti fis-seħħ sabiex tidentifika u tipprevjeni kwalunkwe kunflitt ta' interess li jista' jirriżulta.

2.   Meta l-arranġamenti li jkunu saru biex jiġu ġestiti l-kunflitti ta' interess ma jkunux suffiċjenti biex jiġi żgurat li jiġi evitat ir-riskju tal-ħsara lill-klijent tal-emittent, id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw lill-klijent tal-emittent il-kunflitti ta' interess speċifiċi li jkunu rriżultaw f'rabta mal-attivitajiet tagħhom, jew tal-entitajiet tal-grupp, fil-kapaċità ta' fornitur tal-kreditu, u l-attivitajiet tagħhom relatati mal-offerta ta' titoli.

3.   Il-politika dwar il-kunflitt ta' interessi tad-ditti tal-investiment għandha tirrikjedi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent bl-entitajiet tal-grupp jaġixxu bħala fornituri tal-kreditu, sakemm dan ma jiksirx il-barrieri għall-informazzjoni stabbiliti mill-kumpanija biex tipproteġi l-interessi ta' klijent.

Artikolu 43

Żamma tar-rekords relatati mas-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid fis-suq

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu rekords tal-kontenut u ż-żmien tal-istruzzjonijiet irċevuti mill-klijenti. Għandu jinżamm rekord tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni għal kull operazzjoni sabiex ikun hemm rendikont tal-entrati bejn il-movimenti reġistrati fil-kontijiet tal-klijenti u l-istruzzjonijiet riċevuti mill-kumpanija ta' investiment. B'mod partikolari, l-allokazzjoni finali li tkun saret għal kull klijent tal-investiment għandha tiġi ġġustifikata u rrekordjata b'mod ċar. Ir-rendikont komplut tal-entrati tal-passi materjali fis-sottoskrizzjoni u l-proċess tat-tqegħid għandu jkun disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

KAPITOLU III

KUNDIZZJONIJIET TA' ĦIDMA GĦAL DITTI TAL-INVESTIMENT

TAQSIMA 1

Informazzjoni lil klijenti u lil klijenti potenzjali

Artikolu 44

Rekwiżiti ta' informazzjoni ġusta, ċara u mhux qarrieqa

(L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li jindirizzaw lil, jew li jqassmu b'tali mod li x'aktarx tkun riċevuta minn klijenti mhux professjonali u professjonali jew minn klijenti mhux professjonali u professjonali potenzjali, inklużi komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.

2.   Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni għandha tinkludi isem id-ditta tal-investiment,

(b)

għandha tkun preċiża u tagħti dejjem indikazzjoni ġusta u prominenti ta' xi riskji rilevanti meta tagħmel referenza lejn il-benefiċċji potenzjali ta' servizz tal-investiment jew strument finanzjarju,

(c)

l-informazzjoni għandha tuża daqs tat-tipa fl-indikazzjoni tar-riskji rilevanti li hija tal-inqas daqs it-tipografija li tintuża fl-informazzjoni pprovduta, kif ukoll disinn li jiżgura li din l-indikazzjoni tkun prominenti,

(d)

l-informazzjoni għandha tkun suffiċjenti għal, u tkun ippreżentata b'mod li tinftiehem b'kull probabbiltà minn membru medju tal-grupp li lejh hi diretta, jew li x'aktarx jirċeviha,

(e)

l-informazzjoni m'għandhiex tgħatti, tnaqqas jew taħbi elementi, dikjarazzjonijiet jew twissijiet importanti,

(f)

l-informazzjoni hija konsistentement ippreżentata fl-istess lingwa fil-forom kollha tal-materjali ta' informazzjoni u kummerċjalizzazzjoni li jingħataw lil kull klijent, sakemm il-klijent ma jkunx aċċetta li jirċievi l-informazzjoni f'aktar minn lingwa waħda

(g)

l-informazzjoni hija aġġornata u rilevanti għall-mezzi ta' komunikazzjoni użati.

3.   Meta l-informazzjoni tipparaguna servizzi tal-investiment jew anċillari, strumenti finanzjarji, jew persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment jew anċillari, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-paragun huwa ta' sinfikat u jkun ippreżentat b'mod ġust u bilanċjat;

(b)

is-sorsi tal-informazzjoni użati għall-paragun huma speċifikati;

(c)

il-fatti u l-ipotesi prinċipali użati biex isir dan il-paragun huma inklużi.

4.   Meta l-informazzjoni jkun fiha indikazzjoni ta' riżultati fl-imgħoddi ta' strument finanzjarju, indiċi finanzjarju jew servizz tal-investiment, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

dik l-indikazzjoni mhijiex l-iktar element prominenti tal-komunikazzjoni;

(b)

l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni xierqa dwar il-prestazzjoni li tkopri l-5 snin preċedenti, jew il-perjodu sħiħ li matulu kien offrut l-istrument finanzjarju, kien stabbilit l-indiċi finanzjarju, jew kien fornut is-servizz tal-investiment jekk inqas minn ħames (5) snin, jew għal perjodu itwal li l-kumpanija tista' tiddeċiedi fuqu, u f'kull każ dik l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq perjodi kompleti ta' 12-il xahar;

(c)

il-perjodu ta' referenza u s-sors tal-informazzjoni huma ddikjarati b'mod ċar;

(d)

l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li l-figuri jirreferu għall-imgħoddi u li riżultati fl-imgħoddi mhumiex garanzija għal riżultati fil-ġejjieni;

(e)

meta l-indikazzjoni tiddependi fuq figuri denominati f'munita ta' xort'oħra minn dik tal-Istat Membru li fih ikun residenti l-klijent mhux professjonali jew il-klijent potenzjali mhux professjonali, il-munita għandha tkun iddikjarata b'mod ċar, flimkien ma' twissija li r-rendiment jista' jiżdied jew jonqos b'riżultat ta' fluttwazzjoni fil-munita;

(f)

meta l-indikazzjoni tkun ibbażata fuq riżultati inġenerali, l-effett tal-kommissjonijiet, tat-tariffi jew ta' ħlasijiet oħra huwa żvelat.

5.   Meta l-informazzjoni tinkludi jew tirreferi għal simulazzjonijiet ta' riżultati fl-imgħoddi, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun tirrelata għal strument finanzjarju jew għal indiċi finanzjarju, u għandhom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

riżultati simulati fl-imgħoddi huma bbażati fuq riżultati attwali fl-imgħoddi ta' strument finanzjarju jew indiċi finanzjarju wieħed jew iżjed li jkunu l-istess jew sostanzjalment l-istess bħal, jew fil-bażi tal-istrument finanzjarju kkonċernat;

(b)

fir-rigward ta' riżultati attwali fl-imgħoddi msemmija fil-punt (a), għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c), (e) u (f) tal-paragrafu 4

(c)

l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li l-figuri jirreferu għal riżultati simulati fl-imgħoddi u li riżultati fl-imgħoddi mhumiex garanzija affidabbli għal prestazzjoni fil-ġejjieni.

6.   Meta l-informazzjoni tinkludi fiha informazzjoni dwar riżultati fil-ġejjieni, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni mhijiex ibbażata fuq jew tirreferi għal riżultati simulati fl-imgħoddi;

(b)

l-informazzjoni hija bbażata fuq ipotesi raġjonevoli bis-sostenn ta' data oġġettiva;

(c)

meta l-informazzjoni tkun ibbażata fuq riżultati inġenerali, l-effett tal-kommissjonijiet, tat-tariffi jew ta' ħlasijiet oħra huwa żvelat;

(d)

l-informazzjoni hija bbażata fuq xenarji ta' prestazzjoni fil-kundizzjonijiet differenti tas-suq (kemm xenarji negattivi kif ukoll pożittivi) u tirrifletti n-natura u r-riskji ta' tipi speċifiċi ta' strumenti inklużi fl-analiżi;

(e)

l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li dawn il-previżjonijiet mhumiex indikatur ta' garanzija għal riżultati fil-ġejjieni.

7.   Meta l-informazzjoni tirreferi għal trattament fiskali partikolari, għandha tiddikjara b'mod prominenti li t-trattament fiskali jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi individwali tal-klijent u jista' jkun soġġett għal bidla fil-ġejjieni.

8.   L-informazzjoni ma għandhiex tuża l-isem ta' xi awtorità kompetenti b'tali mod li tindika jew tissuġġerixxi approvazzjoni minn dik l-awtorità tal-prodotti jew tas-servizzi tad-ditta tal-investiment.

Artikolu 45

Informazzjoni li tikkonċerna l-kategorizzazzjoni tal-klijenti

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom javżaw lil klijenti ġodda, u lill-klijenti eżistenti li d-ditta tal-investiment tkun riċentement ikkategorizzat kif meħtieġ mid-Direttiva 2014/65/UE, tal-kategorizzazzjoni tagħhom bħala klijenti mhux professjonali, klijenti professjonali jew kontroparti eliġibbli skont dik id-Direttiva.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom f'mezz permanenti b'kull dritt li dak il-klijent għandu biex jitlob kategorizzazzjoni differenti u b'kull limitazzjoni għal-livell ta' protezzjoni tal-klijent li tista' tinvolvi kategorizzazzjoni differenti.

3.   Id-ditti tal-investiment, jew fuq l-inizjattiva proprja jew fuq it-talba tal-klijent ikkonċernat, għandhom jittrattaw lil klijent bil-mod li ġej:

(a)

bħala klijent professjonali jew mhux professjonali lil klijent li jista' xort'oħra jkun ikklassifikat bħala kontroparti eliġibbli skont l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

bħala klijent mhux professjonali meta dak il-klijent huwa kkunsidrat bħala klijent professjonali skont it-Taqsima I tal-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 46

Rekwiżiti ġenerali għal informazzjoni lil klijenti

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom, fi żmien tajjeb qabel ma klijent jew klijent potenzjali jkun marbut minn xi ftehim għall-għoti ta' servizzi tal-investiment jew servizzi anċillari jew qabel l-għoti ta' dawk is-servizzi, skont liema minnhom jiġi l-ewwel, jipprovdu lil dak il-klijent jew klijent potenzjali bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-termini ta' kull tip ta' ftehim ta' din ix-xorta;

(b)

l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 47 li tirrelata għal dak il-ftehim jew għal dawk is-servizzi tal-investiment jew anċillari.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom, fi żmien bikri biżżejjed, qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti mhux professjonali potenzjali, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikoli 47 sa 50.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandha tingħata f'mezz permanenti jew permezz ta' sit web (meta dan ma jikkostitwix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(2) jiġu ssodisfati.

4.   Id-ditti tal-investiment għandhom javżaw lill-klijent fi żmien tajjeb b'kull bidla materjali għall-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 47 sa 50 li tkun rilevanti għal servizz li l-kumpanija tkun qiegħda tipprovdi lil dak il-klijent. Dak l-avviż għandu jingħata f'mezz permanenti jekk l-informazzjoni li jirrelata għaliha tingħata f'mezz permanenti.

5.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li informazzjoni li tinsab f'komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti ma' kull informazzjoni li l-kumpanija tipprovdi lill-klijenti matul il-forniment ta' servizzi tal-investiment u anċillari.

6.   Komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni li tinkludi fiha offerta jew stedina tan-natura li ġejja u li tispeċifika l-mod ta' tweġiba jew tinkludi formola li permezz tagħha tista' tingħata tweġiba, għandha tinkludi infomazzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikoli 47 sa 50 li tkun rilevanti għal dik l-offerta jew stedina:

(a)

offerta biex ikun konkluż ftehim fir-rigward ta' strument finanzjarju jew servizz ta' investiment jew servizz anċillari ma' kull persuna li twieġeb għall-komunikazzjoni;

(b)

stedina lil kull persuna li twieġeb għall-komunikazzjoni biex issir offerta għall-konklużjoni ta' ftehim fir-rigward ta' strument finanzjarju jew servizz tal-investiment jew servizz anċillari.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk, biex iwieġeb għal offerta jew għal stedina li tkun tinsab fil-komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni, il-klijent potenzjali jkollu jirreferi għal dokument ieħor jew għal dokumenti oħra, li, weħidhom jew flimkien, ikun fihom dik l-informazzjoni.

Artikolu 47

Informazzjoni dwar id-ditta tal-investiment u s-servizzi tagħha għal klijenti u għal klijenti potenzjali

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti mhux professjonali potenzjali bl-informazzjoni ġenerali li ġejja, meta rilevanti:

(a)

l-isem u l-indirizz tad-ditta tal-investiment, u d-dettalji ta' kuntatt neċessarji biex klijenti jkunu jistgħu jikkomunikaw mal-kumpanija b'mod effettiv;

(b)

il-lingwi li bihom il-klijent jista' jikkomunika mad-ditta tal-investiment, u jirċievi dokumenti u informazzjoni oħra mill-kumpanija;

(c)

il-metodi ta' komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn id-ditta tal-investiment u l-klijent li jinkludu, meta rilevanti, dawk biex jintbagħtu u jkunu riċevuti l-ordnijiet;

(d)

dikjarazzjoni tal-fatt li d-ditta tal-investiment hi awtorizzata u l-isem u l-indirizz tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha;

(e)

meta d-ditta tal-investiment tkun qiegħda taġixxi permezz ta' aġent kollegat, dikjarazzjoni ta' dan il-fatt li tispeċifika l-Istat Membru li fih dak l-aġent ikun irreġistrat;

(f)

in-natura, il-frekwenza u ż-żmien tar-rapporti dwar il-forniment tas-servizz li d-ditta tal-investiment għandha tagħti lill-klijent skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g)

meta d-ditta tal-investiment ikollha strumenti finanzjarji jew fondi tal-klijenti, deskrizzjoni fil-qosor tal-passi li tieħu biex tiżgura l-protezzjoni tagħhom, inklużi dettalji fil-qosor ta' kull kumpens jew skema ta' garanzija ta' depożiti rilevanti għall-investitur li tapplika għall-kumpanija minħabba l-attivitajiet tagħha fi Stat Membru;

(h)

deskrizzjoni, li tista' tingħata f'forma fil-qosor, tal-politika dwar il-kunflitti ta' interess li tħaddan il-kumpanija skont l-Artikolu 34;

(i)

fuq talba tal-klijent, dettalji ulterjuri ta' dik il-politika dwar kunflitti ta' interess f'mezz permanenti jew permezz ta' sit web (meta dan ma jikkostitwixxix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) huma ssodisfati.

L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (i) għandha tiġi pprovduta fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali.

2.   Meta jipprovdu s-servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu metodu xieraq ta' valutazzjoni u paragun bħal parametru ta' riferiment sinifikati, ibbażat fuq il-miri tal-investiment tal-klijent u fuq it-tipi ta' strumenti finanzjarji inklużi fil-portafoll tal-klijent, sabiex il-klijent li lilu jkun qed jingħata s-servizz ikun jista' jivvaluta l-eżekuzzjoni tal-kumpanija.

3.   Meta l-kumpaniji tal-investiment jipproponu li jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-portafoll lil klijent jew lil klijent potenzjali, għandhom jipprovdu lill-klijent, minbarra bl-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1, bl-informazzjoni li ġejja kif applikabbli:

(a)

informazzjoni dwar il-metodu u l-frekwenza ta' valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fil-portafoll tal-klijent;

(b)

dettalji ta' kull delegazzjoni tal-ġestjoni b'diskrezzjoni tal-istrumenti finanzjarji kollha jew parti minnhom jew tal-fondi fil-portafoll tal-klijent;

(c)

speċifikazzjoni ta' kull parametru ta' riferiment li miegħu tkun ipparagunata l-prestazzjoni tal-portafoll tal-klijenti;

(d)

it-tipi ta' strument finanzjarju li jistgħu jkunu inklużi fil-portafoll tal-klijenti u t-tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f'dawn l-istrumenti, inklużi limiti eventwali;

(e)

il-miri tal-ġestjoni, il-livell ta' riskju li għandu jkun rifless fl-eżerċitar tad-diskrezzjoni tad-diriġent, u kull limitazzjoni speċifika fuq dik id-diskrezzjoni.

L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (e) għandha tiġi pprovduta fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali.

Artikolu 48

Informazzjoni dwar strumenti finanzjarji

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali b'deskrizzjoni ġenerali tan-natura u tar-riskji ta' strumenti finanzjarji, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kategorizzazzjoni tal-klijenti jew bħala klijenti mhux professjonali, klijenti professjonali jew kontroparti eliġibbli. Dik id-deskrizzjoni għandha tispjega n-natura tat-tip speċifiku ta' strument ikkonċernat, il-funzjonament u l-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju fil-kundizzjonijiet differenti tas-suq, inklużi l-kundizzjonijiet kemm pożittivi kif ukoll negattivi, kif ukoll ir-riskji partikolari għal dak it-tip speċifiku ta' strument f'dettall suffiċjenti sabiex il-klijent ikun jista' jieħu deċiżjonijiet tal-investiment fuq bażi infurmata.

2.   Id-deskrizzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, meta rilevanti għat-tip speċifiku ta' strument ikkonċernat u l-istatus u l-livell ta' tagħrif tal-klijent, l-elementi li ġejjin:

(a)

ir-riskji assoċjati ma' dak it-tip ta' strument finanzjarju inkluża spjegazzjoni tal-istimolu u l-effetti tiegħu u r-riskji li jintilef l-investiment kollu inkluż ir-riskji assoċjati mal-insolvenza tal-emittent jew avveniment relatati, bħal bail in;

(b)

il-volatilità tal-prezz ta' dawn l-istrumenti u kull limitazzjoni fis-suq disponibbli għal dawn l-istrumenti;

(c)

informazzjoni dwar impedenti jew restrizzjonijiet għad-diżinvestiment, pereżempju kif jista' jkun il-każ ta' strumenti finanzjarji mhux likwidi jew strumenti finanzjarji b'terminu ta' investiment fiss, inkluża turija ta' metodi possibbli ta' ħruġ u l-konsegwenzi ta' kwalunkwe ħruġ, restrizzjonijiet possibbli u l-iskala taż-żmien stmata għall-bejgħ ta' strument finanzjarju qabel l-irkupru tal-ispejjeż inizjali ta' tranżazzjoni f'dak it-tip ta' strumenti finanzjarji;

(d)

il-fatt li investitur jista' jassumi, bħala riżultat ta' tranżazzjonijiet f'dawn l-istrumenti, impenni finanzjarji u obbligi addizzjonali oħra, inklużi responsabbiltajiet kontinġenti, addizzjonali għall-ispiża biex jinkisbu l-istrumenti;

(e)

kull eżiġenza ta' marġini jew obbligi simili, applikabbli għal strumenti ta' dak it-tip.

3.   Meta ditta tal-investiment tipprovdi lil klijent mhux professjonali jew lil klijent mhux professjonali potenzjali b'informazzjoni dwar strument finanzjarju li jkun is-suġġett ta' offerta lill-pubbliku u jkun ġie ppubblikat prospett f'konnessjoni ma' dik l-offerta skont id-Direttiva 2003/71/KE, dik id-ditta għandha, fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti, tinforma lil klijent jew lil klijent potenzjali meta dak il-prospett ikun magħmul disponibbli għall-pubbliku.

4.   Meta strument finanzjarju jkun kompost minn żewġ strumenti jew servizzi finanzjarji jew iżjed, id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi deskrizzjoni adegwata tan-natura legali tal-istrument, tal-komponenti ta' dak l-istrument u tal-mod li bih l-interazzjoni bejn il-komponenti taffettwa r-riskji tal-investiment.

5.   Fil-każ ta' strumenti finanzjarji li jinkorporaw garanzija jew protezzjoni tal-kapital, id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi lil klijent jew klijent potenzjali b'informazzjoni dwar l-kamp ta' applikazzjoni u n-natura ta' din il-garanzija jew protezzjoni tal-kapital. Meta garanzija tiġi pprovduta minn parti terza, l-informazzjoni dwar il-garanzija għandha tinkludi dettall suffiċjenti dwar il-garanti u l-garanzija biex tippermetti lill-klijent jew lill-klijent potenzjali biex jagħmel valutazzjoni ġusta tal-garanzija.

Artikolu 49

Rekwiżiti ta' informazzjoni li jikkonċernaw is-salvagwardja ta' strumenti finanzjarji tal-klijenti jew tal-fondi tal-klijenti

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jżommu strumenti finanzjarji jew fondi li jappartjenu għall-klijenti għandhom jipprovdu lil dawk il-klijenti jew il-klijenti potenzjali bl-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2 sa 7 meta jkun rilevanti.

2.   Id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jew lill-klijent potenzjali jekk l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi ta' dak il-klijent jistgħux jinżammu minn parti terza għan-nom tad-ditta tal-investiment u bir-responsabbiltà tad-ditta tal-investiment taħt il-liġi nazzjonali applikabbli għal xi atti jew ommissjonijiet tal-parti terza u l-konsegwenzi għall-klijent fil-każ li l-parti terza tirriżulta insolventi.

3.   Meta strumenti finanzjarji tal-klijent jew tal-klijent potenzjali jistgħu, jekk jitħallew mil-liġi nazzjonali, jinżammu f'kont omnibus minn parti terza, id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent b'dan il-fatt u għandha tipprovdi twissija prominenti tar-riskji li jirriżultaw.

4.   Id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jew lill-klijent potenzjali meta ma jkunx possibbli taħt il-liġi nazzjonali li strumenti finanzjarji tal-klijenti miżmuma minn parti terza jkunu separatament identifikabbli mill-istrumenti finanzjarji ta' proprjetà ta' dik il-parti terza jew tad-ditta tal-investiment u għandha tipprovdi twissija prominenti tar-riskji li jirriżultaw.

5.   Id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jew lill-klijent potenzjali meta kontijiet li jkun fihom strumenti finanzjarji jew fondi li jappartjenu għal dak il-klijent jew għal dak il-klijent potenzjali jkunu jew ikunu ser jiġu soġġetti għal-liġi ta' pajjiż ieħor ta' xort'oħra minn dik tal-Istat Membru u għandha tindika li d-drittijiet tal-klijent jew tal-klijent potenzjali li jirrelataw għal dawk l-istrumenti finanzjarji jew għall-fondi jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli.

6.   Ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent bl-eżistenza u bit-termini ta' kull garanzija jew privileġġ li l-kumpanija jkollha jew jista' jkollha fl-istrumenti finanzjarji jew fil-fondi ta' klijenti, jew drittijiet eventwali ta' kumpens li jkollha fir-rigward ta' dawk il-fondi jew strumenti. Meta applikabbli, għandha tinforma wkoll lill-klijent bil-fatt li depożitarju jista' jkollu dritt ta' garanzija jew privileġġ jew dritt ta' kumpens fejn jidħlu dawk l-istrumenti jew fondi.

7.   Ditta tal-investiment, qabel ma tidħol għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fejn jidħlu strumenti finanzjarji miżmuma minnha għan-nom ta' klijent, jew qabel ma tuża dawk l-istrumenti finanzjarji xort'oħra akkont proprju jew akkont ta' klijent ieħor, għandha fi żmien tajjeb qabel l-użu ta' dawk l-istrumenti tipprovdi lill-klijent mhux professjonali, f'mezz permanenti, b'informazzjoni ċara, sħiħa u preċiża dwar l-obbligi u r-responsabbiltajiet tad-ditta tal-investiment fir-rigward tal-użu ta' dawk l-istrumenti finanzjarji, inklużi t-termini għar-restituzzjoni tagħhom, u dwar ir-riskji involuti.

Artikolu 50

Informazzjoni dwar spejjeż u ħlasijiet assoċjati

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għall-iskopijiet li tiġi pprovduta l-informazzjoni lill-klijenti dwar l-ispejjeż u t-tariffi kollha skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dettaljati fil-paragrafi 2 sa 10.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi tal-investimenti lil klijenti professjonali għandhom id-dritt jaqblu fuq applikazzjoni limitata tar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti f'dan l-Artikolu ma' dawn il-klijenti. Id-ditti tal-investiment m'għandhomx jitħallew jaqblu ma' dawn il-limitazzjonijiet meta s-servizzi ta' konsulenza fl-investimenti jew ġestjoni tal-portafoll huma pprovduti jew meta, irrispettivament mill-investiment jew is-servizzi pprovduti, l-istrumenti finanzjarji kkonċernati jintegraw derivattiv.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi ta' investiment lill-kontropartijiet eliġibbli għandhom id-dritt jaqblu fuq applikazzjoni limitata tar-rekwiżiti dettaljati stipulati f'dan l-Artikolu ħlief meta, irrispettivament mis-servizz ta' investiment ipprovdut, l-istrumenti finanzjarji kkonċernati jintegraw derivattiv u l-kontroparti eliġibbli għandha l-intenzjoni toffrihom lill-klijenti tagħha.

2.   Għall-iżvelar “ex-ante” u “ex-post” tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż u t-tariffi lill-klijenti, id-ditti tal-investiment għandhom jaggregaw dan li ġej:

(a)

l-ispejjeż kollha u t-tariffi assoċjati imposti mid-ditta tal-investiment jew partijiet oħrajn fejn il-klijent ikun ġie dirett lejn dawn il-partijiet, għas-servizzi ta' investiment u/jew servizzi anċillari pprovduti lill-klijent; u

(b)

l-ispejjeż kollha u l-imposti assoċjati marbuta mal-manifattura u l-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji.

L-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b) huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Għall-iskopijiet tal-punt (a) il-pagamenti minn partijiet terzi li jkunu ġew irċevuti mill-kumpaniji tal-investiment f'rabta mas-servizz tal-investiment fornut lil klijent għandhom jiġu elenkati separatament u l-ispejjeż u t-tariffi aggregati għandhom jingħaddu flimkien u jiġu espressi kemm bħala ammont f'kontanti kif ukoll bħala perċentwal.

3.   Meta xi parti mill-ispejjeż u t-tariffi totali għandha titħallas fi jew tirrappreżenta ammont ta' munita barranija, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-munita involuta u r-rati u l-ispejjeż ta' konverżjoni applikabbli ta' dik il-munita; Id-ditti tal-investiment għandhom jinfurmaw ukoll dwar l-arranġamenti għall-ħlas jew prestazzjoni oħra.

4.   Fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-ispejjeż tal-prodotti u l-ispejjeż li mhumiex inklużi fl-UCITS KIID, id-ditti tal-investiment għandhom jikkalkulaw u jiżvelaw dawn l-ispejjeż, pereżempju, billi jiksbu l-informazzjoni rilevanti mill-kumpaniji ta' ġestjoni tal-UCITS.

5.   L-obbligu li jiġi pprovdut fi żmien tajjeb żvelar sħiħ ex-ante tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż aggregati u t-tariffi relatati mal-istrument finanzjarju u l-investiment jew servizzi anċillarji pprovduti għandu japplika għad-ditti tal-investiment fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta d-ditta tal-investiment tirrakkomanda jew tikkumerċjalizza strumenti finanzjarji lill-klijenti; jew

(b)

meta d-ditta tal-investiment li tipprovdi servizzi ta' investiment tkun meħtieġa tipprovdi lill-klijenti b'UCITS KIID jew PRIIPs KID f'rabta mal-istrumenti rilevanti finanzjarji, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

6.   Id-ditti tal-investiment li ma jirrakkomandawx jew ma jikkumerċjalizzawx strument finanzjarju lill-klijent jew li mhumiex obbligati li jipprovdu lill-klijent b'KID/KIID skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar l-ispejjeż u l-imposti kollha fir-rigward tal-investiment u/jew servizzi anċillari pprovduti.

7.   Fejn aktar minn ditta tal-investiment waħda tipprovdi l-investiment jew servizzi anċillari lill-klijent, kull ditta tal-investiment għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-investiment jew servizzi anċillari li tipprovdi. Ditta tal-investiment li tirrakkomanda jew tikkummerċjalizza s-servizzi pprovduti minn ditta oħra lill-klijenti tagħha, għandha taggrega l-ispiża u l-imposti tas-servizzi tagħha flimkien mal-ispiża u l-imposti tas-servizzi pprovduti mid-ditta l-oħra. Ditta tal-investiment għandha tqis l-ispejjeż u l-imposti assoċjati mad-dispożizzjoni ta' investiment jew servizzi anċillari minn ditti oħrajn fejn idderiġiet il-klijent lejn dawn id-ditti l-oħrajn.

8.   Meta jikkalkolaw l-ispejjeż u l-imposti fuq bażi ex-ante, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw spejjeż li twettqu attwalment bħala indikaturi għall-ispejjeż u l-imposti mistennija. Fejn spejjeż attwali mhumiex disponibbli, id-ditta tal-investiment għandha tagħmel stimi raġonevoli ta' dawn l-ispejjeż. Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu reviżjoni ta' assunzjonijiet ex-ante abbażi tal-esperjenza ex-post u għandhom jagħmlu aġġustament għal dawn l-assunzjonijiet, fejn meħtieġ.

9.   Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu informazzjoni ex-post annwali dwar l-ispejjeż u l-imposti fir-rigward ta' kemm l-istument(i) finanzjarju(i) u investiment kif ukoll is-servizz(i) anċillarju(i) fejn huma rrakkomandaw jew ikkumerċjalizzaw l-istrument(i) finanzjarju(i) jew fejn ipprovdew lill-klijent bil-KID/KIID fir-rigward tal-istrument(i) finanzjarju(i) u li għandhom jew kellhom relazzjoni li għadha għaddejja mal-klijent matul is-sena. Informazzjoni bħal din għandha tkun abbażi tal-ispejjeż imġarrba u għandha tkun ipprovduta fuq bażi personalizzata.

Id-ditti tal-investiment jistgħu jagħżlu li jipprovdu informazzjoni aggregata bħal din dwar l-ispejjeż u l-imposti tas-servizzi tal-investiment u l-istrumenti finanzjarji flimkien ma' kwalunkwe rapportar perjodiku eżistenti lill-klijenti.

10.   Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom bi stampa li turi l-effett kumulattiv tal-ispejjeż fuq ir-redditu meta jipprovdu servizzi tal-investiment. Stampa bħal din għandha tkun ipprovduta fuq bażi ex-ante u ex-post. Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-istampa tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istampa turi l-effett tal-ispejjeż u l-imposti globali fuq ir-redditu tal-investiment;

(b)

l-istampa turi kull żieda drastika jew ċaqlieqa fil-prezzijiet; u

(c)

l-istampa hija akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-illustrazzjoni.

Artikolu 51

Informazzjoni pprovduta skont id-Direttiva 2009/65/KE u r-Regolament (UE) Nru 1286/2014

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment li jqassmu unitajiet f'intrapriżi ta' investiment kollettiv jew PRIIPs għandhom barraminhekk jinfurmaw lill-klijenti tagħhom bl-ispejjeż u bl-imposti l-oħrajn kollha assoċjati relatati mal-prodott li jistgħu ma kinux inklużi fl-UCITS KID jew PRIIPs KID u dwar l-ispejjeż u l-imposti relatati mal-forniment tagħhom ta' servizzi tal-investiment fir-rigward ta' dak l-istrument finanzjarju.

TAQSIMA 2

Konsulenza dwar investimenti

Artikolu 52

Informazzjoni dwar konsulenza dwar l-investiment

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jispjegaw b'mod ċar u konċiż jekk u kif il-konsulenza dwar l-investiment tikkwalifika bħala indipendenti jew mhux indipendenti u t-tip u n-natura tar-restrizzjonijiet li japplikaw, inkluż, meta jipprovdu konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti, il-projbizzjoni li jirċievu u jżommu inċentivi.

Fejn il-konsulenza hija offruta jew ipprovduta lill-istess klijent kemm fuq bażi indipendenti kif ukoll mhux indipendenti, id-ditti tal-investiment għandhom jispjegaw il-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ servizzi sabiex jippermettu lill-investituri jifhmu d-differenzi bejniethom u ma jippreżentawx lilhom infushom bħala konsulenti indipendenti dwar l-investiment għall-attivita ġenerali. Id-ditti ma għandhomx jagħtu prominenza bla bżonn lis-servizzi tal-konsulenza indipendenti dwar l-investiment tagħhom fuq servizzi tal-investiment mhux indipendenti fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-klijenti.

2.   Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza dwar l-investiment, fuq bażi indipendenti jew mhux indipendenti, għandhom jispjegaw lill-klijent il-firxa ta' strumenti finanzjarji li jistgħu jiġu rakkomandati, inkluż ir-relazzjoni tad-ditta mal-emittenti jew il-fornituri tal-istrumenti.

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu deskrizzjoni tat-tipi ta' strumenti finanzjarji kkunsidrati, il-firxa ta' strumenti finanzjarji u fornituri analizzati għal kull tip ta' strument skont il-kamp tal-applikazzjoni tas-servizz, u, meta jipprovdu konsulenza indipendenti, kif is-servizz ipprovdut jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendneti u l-fatturi meqjusa fil-proċess tal-għażla użati mid-ditta tal-investiment sabiex tirrakkomanda strumenti finanzjarji, bħar-riskji, l-ispejjeż u l-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji.

4.   Meta l-firxa ta' strumenti finanzjarji ivvalutati mid-ditta tal-investiment li tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti tinkludi l-istrumenti finanzjarji tad-ditta tal-investiment stess jew dawk maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li għandhom rabtiet mill-qrib jew kwalunkwe relazzjoni mill-qrib legali jew ekonomika mad-ditta tal-investiment kif ukoll emittenti jew fornituri oħra li mhumiex marbuta jew relatati, id-ditta tal-investiment għandha tiddistingwi, għal kull tip ta' strument finanzjarju il-firxa tal-istrumenti finanzjarji maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li ma għandhom l-ebda rabta mad-ditta tal-investiment.

5.   Id-ditti tal-investiment li jipprovdu valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza tar-rakkomandazzjonijiet ipprovduti skont l-Artikolu 54(12) għandhom jiżvelaw dan li ġej kollu:

(a)

il-frekwenza u l-limitu tal-valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza u fejn rilevanti, il-kundizzjonijiet jagħtu bidu għal dik il-valutazzjoni;

(b)

il-limitu sa fejn l-informazzjoni miġbura minn qabel ser tkun soġġetta għal valutazzjoni mill-ġdid; u

(c)

l-mod li rakkomandazzjoni aġġornata ser tkun ikkomunikata lill-klijent.

Artikolu 53

Konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti

(L-Artikolu 24(4) u 24(7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw proċess tal-għażla sabiex jivvalutaw u jqabblu firxa suffiċjenti ta' strumenti finanzjarji disponibbli fuq is-suq skont l-Artikolu 24(7)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE. Il-proċess tal-għażla għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

in-numru u l-varjetà ta' strumenti finanzjarji meqjusa huma proporzjonati għall-kamp tal-applikazzjoni tas-servizzi ta' konsulenza dwar l-investimenti offruti mill-konsulent indipendenti dwar l-investiment;

(b)

in-numru u l-varjetà ta' strumenti finanzjarji meqjusa huma rappreżentattivi b'mod adegwat tal-istrumenti finanzjarji disponibbli fuq is-suq;

(c)

il-kwalità tal-istrumenti finanzjarji maħruġa mid-ditta tal-investiment stess jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mad-ditta tal-investiment stess hija proporzjonata mal-ammont totali ta' strumenti finanzjarji meqjusa; u

(d)

il-kriterji għall-għażla tad-diversi strumenti finanzjarji għandhom jinkludu l-aspetti rilevanti kollha bħar-riskji, l-ispejjeż u ll-kumplessità kif ukoll il-karatteristiċi tal-klijenti tad-ditta tal-investiment, u għandhom jiżguraw li l-għażla tal-istrumenti li jistgħu jiġu rrakkomandati mhijiex preġudikata.

Fejn tqabbil bħal dan mhuwiex possibbli minħabba l-mudell tan-negozju jew il-kamp tal-applikazzjoni speċifiku tas-servizz ipprovdut, id-ditta tal-investiment li tipprovdi l-konsulenza dwar l-investiment ma għandhiex tippreżenta lilha nnifisiha bħala indipendenti.

2.   Id-ditta tal-investiment li tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti u li tiffoka fuq ċerti kategoriji jew firxa speċifika ta' strumenti finanzjarji għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

id-ditta għandha tikkumerċjalizza lilha nnifisha b'mod li hija intiża biss sabiex tattira klijenti bi preferenza għal dawk il-kategoriji jew firxa ta' strumenti finanzjarji;

(b)

id-ditta għandha titlob lill-klijenti sabiex jindikaw li huma biss interessati li jinvestu fil-kategorija speċifika jew firxa ta' ta' strumenti finanzjarji; u

(c)

qabel l-għoti tas-servizz, id-ditta għandha tiżgura li s-servizz tagħha huwa adegwat għal kull klijent ġdid fuq il-bażi li l-mudell tan-negozju tagħha jaqbel mal-bżonnijiet u l-għanijiet tal-klijent, u l-firxa ta' strumenti finanzjarji li huma adegwati għall-klijent. Fejn dan mhuwiex il-każ id-ditta ma għandhiex tipprovdi servizz bħal dan lill-klijent.

3.   Ditta tal-investiment li toffri konsulenza dwar l-investiment kemm fuq bażi indipendenti kif ukoll fuq bażi mhux indipendenti għandha tkun konformi mal-obbligi li ġejjin:

(a)

fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tagħha, id-ditta tal-investiment tkun infurmat lill-klijenti tagħha, b'mezz li jibqa', jekk il-konsulenza ser tkun indipendenti jew mhux indipendenti skont l-Artikolu 24(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri rilevanti ta' implimentazzjoni;

(b)

id-ditta tal-investiment ippreżentat lilha nnifisha bħala indipendenti għas-servizzi li għalihom tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti;

(c)

id-ditti tal-investiment għandhom rekwiżiti organizzazzjonali adegwati u kontrolli fis-seħħ sabiex jiżguraw li ż-żewġ tipi ta' servizzi ta' konsulenza u konsulenti huma separati b'mod ċar minn xulxin u li l-klijenti mhumiex mistennija li jitħawwdu dwar it-tip ta' konsulenza li jkunu qegħdin jirċievu u jingħataw it-tip ta' konsulenza li hija adegwata għalihom. Id-ditta tal-investiment ma għandhiex tippermetti persuna fiżika milli tipprovdi kemm konsulenza indipendenti kif ukoll mhux indipendenti.

TAQSIMA 3

Valutazzjoni tal-adegwatezza u adattabilità

Artikolu 54

Valutazzjoni ta' adegwatezza u rapporti ta' adegwatezza

(L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment ma għandhom joħolqu l-ebda ambigwità jew konfużjoni dwar ir-responsabilitajiet tagħhom fil-proċess meta jivvalutaw l-adegwatezza tas-servizzi tal-investiment jew l-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE. Meta twettaq il-valutazzjoni ta' adegwatezza, id-ditta għandha tinforma lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali, b'mod ċar u sempliċi, li r-raġuni għall-valutazzjoni tal-adegwatezza hija sabiex tippermetti lid-ditta taġixxi fl-aħjar interess tal-klijent.

Fejn il-konsulenza dwar l-investiment jew is-servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji huma pprovduti b'mod sħiħ jew b'mod parzjali permezz ta' sistema awtomatizzata jew semi-awtomatizzata, ir-responsabilità li titwettaq il-valutazzjoni tal-adegwatezza hija tad-ditta tal-investiment li tipprovdi s-servizz u ma għandhiex titnaqqas mill-użu ta' sistema elettronika meta ssir ir-rakkomandazzjoni personali jew id-deċiżjoni għall-kummerċ.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiddeterminaw il-limitu tal-informazzjoni li għandha tinġabar mill-klijenti fid-dawl tal-karatteristiċi kollha tal-konsulenza tal-investiment jew is-servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji li għandhom jiġu pprovduti lil dawk il-klijenti. Id-ditti tal-investiment għandhom jiksbu minn klijenti jew minn klijenti potenzjali dik l-informazzjoni neċessarja sabiex id-ditta tifhem il-fatti essenzjali dwar il-klijent u sabiex ikollha bażi raġonevoli biex tiddetermina, wara li tagħti l-konsiderazzjoni dovuta għan-natura u għal-livell ta' servizz ipprovdut, li t-tranżazzjoni speċifika li għandha tkun irrakkomandata, jew irrealizzata matul l-għoti ta' servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

tissodisfa l-għanijiet tal-investiment tal-klijent inkwistjoni, inkluż it-tolleranza għar-riskju tal-klijent;

(b)

tkun tali li l-klijent ikun jista' jiflaħ b'mod finanzjarju għal kull riskju relatat ta' investiment konsistenti mal-għanijiet ta' investiment tiegħu;

(c)

tkun tali li l-klijent ikollu l-esperjenza u l-għarfien neċessarji sabiex jifhem ir-riskji involuti fit-tranżazzjoni jew fil-ġestjoni tal-portafoll tiegħu.

3.   Meta ditta tal-investiment tipprovdi servizz tal-investiment lil klijent professjonali għandha tkun intitolata tassumi li, fir-rigward tal-prodotti, it-tranżazzjonijiet u s-servizzi li għalihom il-klijent huwa kklassifikat, dan ikollu l-livell neċessarju ta' esperjenza u tagħrif għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 2.

Meta dak is-servizz tal-investiment jikkonsisti fl-għoti ta' konsulenza dwar l-investiment lil klijent professjonali kopert mit-Taqsima 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditta tal-investiment għandha tkun intitolata tassumi għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 2 li l-klijent ikun jista' jiflaħ b'mod finanzjarju għal kull riskju ta' investiment relatat konsistenti mal-għanijiet tal-investiment ta' dak il-klijent.

4.   L-informazzjoni li tirrigwarda s-sitwazzjoni finanzjarja tal-klijent jew tal-klijent potenzjali għandha tinkludi, meta rilevanti, l-informazzjoni dwar is-sors u l-limitu tad-dħul regolari tiegħu, l-assi tiegħu, inklużi l-assi likwidi, l-investimenti u l-proprjetà immobbli, u l-impenji finanzjarji regolari tiegħu.

5.   L-informazzjoni li tirrigwarda l-għanijiet tal-investiment tal-klijent jew tal-klijent potenzjali għandha tinkludi, meta rilevanti, informazzjoni dwar it-tul ta' żmien li għalih il-klijent jixtieq iżomm l-investiment, il-preferenzi tiegħu fejn jidħol it-teħid tar-riskju, il-profil tar-riskju tiegħu, u l-għanijiet tal-investiment.

6.   Meta klijent huwa persuna ġuridika jew grupp ta' żewġ persuni naturali jew aktar jew fejn persuna fiżika waħda jew aktar huma rrappreżentati minn persuna fiżika oħra, id-ditta tal-investiment għandha tistabbilixxi u timplimenta politika dwar min għandu jkun soġġett għall-valutazzjoni ta' adegwatezza u kif din il-valutazzjoni ser issir fil-prattika, inkluż minn min għandha tinġabar l-informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-għanijiet tal-investiment. Id-ditta tal-investiment għandha tirreġistra din il-politika.

Fejn persuna fiżika hija rrappreżentata minn persuna fiżika oħra jew fejn persuna ġuridika talbet trattament bħala klijent professjonali skont it-Taqsima 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE għandha titqies għal valutazzjoni ta' adegwatezza, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-għanijiet tal-investiment għandhom ikunu dawk tal-persuna ġuridika jew, fir-rigward tal-persuna fiżika, il-klijent sottostanti aktar milli tar-rappreżentant. L-għarfien u l-esperjenza għandhom ikunu dawk tar-rappreżentant tal-persuna fiżika jew il-persuna awtorizzata li twettaq it-tranżazzjonijiet f'isem il-klijent sottostanti.

7.   Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-informazzjoni miġbura dwar il-klijenti jew il-klijenti potenzjali tagħhom hija affidabbli. Dan għandu jinkludi, imma mhuwiex limitat għal, dan li ġej:

(a)

l-iżgurar li l-klijenti huma konxji tal-importanza li jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata;

(b)

l-iżgurar li l-għodod kollha, bħall-għodod tal-profili tal-valutazzjoni tar-riskju jew għodod li jivvalutaw l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent, imħaddma fil-proċess tal-valutazzjoni ta' adegwatezza huma adatti għall-iskop tagħhom u huma mfassla b'mod adegwat għall-użu mal-klijenti tagħhom, bi kwalunkwe limitu identifikat u mitigat b'mod attiv permezz tal-proċess tal-valutazzjoni ta' adegwatezza;

(c)

l-iżgurar li l-mistoqsijiet użati fil-proċess huma probabbli li jinftiehmu mill-klijenti, jiġbru riflessjoni preċiża tal-għanijiet u l-bżonnijiet tal-klijent, u l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjoni ta' adegwatezza; u

(d)

t-teħid ta' passi, kif xieraq, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-informazzjoni tal-klijent, bħall-ikkunsidrar ta' jekk hemmx ineżattezzi ovvji fl-informazzjoni pprovduta mill-klijenti.

Id-ditti tal-investiment li għandhom relazzjoni għaddejja mal-klijent, bħall-għoti kontinwu ta' konsulenza jew servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, għandu jkollhom, u jkunu kapaċi juru, politiki u proċeduri xierqa sabiex iżommu informazzjoni adegwata u aġġornata dwar klijenti sal-limitu neċessarju sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti taħt paragrafu 2.

8.   Fejn, filwaqt li tipprovdi servizz tal-investiment ta' konsulenza dwar l-investiment jew immaniġġjar ta' portafolji, id-ditta tal-investiment ma tiksibx l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditta ma għandhiex tirrakkomanda servizzi tal-investiment jew strumenti finanzjarji lill-klijent jew lill-klijent potenzjali.

9.   Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom, u jkunu kapaċi juru, politiki u proċeduri adegwati fis-seħħ sabiex jiżguraw li jifhmu n-natura, il-karatteristiċi, inkluż l-ispejjeż u r-riskji ta' servizzi tal-investiment u strumenti finanzjarji magħżula għall-klijenti tagħhom u li jivvalutaw, filwaqt li jqisu l-ispiża u l-kumplessità, jekk servizzi tal-investiment jew strumenti finanzjarji ekwivalenti jistgħux jilħqu il-profil tal-klijenti tagħhom.

10.   Meta tipprovdi servizz tal-investiment ta' konsulenza dwar l-investiment jew immaniġġjar ta' portafolji, ditta tal-investiment ma għandhiex tirrakkomanda servizzi tal-investiment jew tiddeċiedi li tinnegozja fejn l-ebda mis-servizzi jew strumenti ma huma adegwati għall-klijent.

11.   Meta jipprovdu konsulenza tal-investiment jew servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji li jinvolvu t-tibdil ta' investimenti, jew permezz tal-bejgħ ta' strument u x-xiri ta' ieħor jew billi jeżerċitaw dritt li jagħmlu bidla fir-rigward ta' strument eżistenti, id-ditti tal-investiment għandhom jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar l-investimenti eżistenti tal-klijent u l-investimenti ġodda rrakkomandati u għandhom iwettqu analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tibdil, b'tali mod li huma kapaċi b'mod raġonevoli juru li l-benefiċċji tat-tibidil huma akbar mill-ispejjeż.

12.   Meta jipprovdu konsulenza tal-investiment, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu rapport lill-klijent bl-klijent mhux professjonali li jinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-konsulenza mogħtija u kif ir-rakkomandazzjoni pprovduta hija adegwata għall-klijent mhux professjonali, inkluż kif tissodisfa l-għanijiet u ċirkostanzi personali tal-klijent fir-rigward tat-terminu tal-investiment meħtieġ, l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent u l-attitudni tal-klijent għar-riskju u l-kapaċità għat-telf.

Id-ditti tal-investiment għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-klijent lejn u għandhom jinkludu fir-rapport ta' adegwatezza informazzjoni dwar jekk is-servizzi jew strumenti rrakkomandati jeħtiġux x'aktarx lill-klijent mhux professjonali sabiex ifittex reviżjoni perjodika tal-arranġamenti tagħhom.

Fejn ditta tal-investiment tipprovdi servizz li jinvolvi valutazzjonijiet tal-adegwatezza u rapporti perjodiċi, ir-rapporti sussegwenti wara li s-servizz tal-bidu jkun stabbilit jistgħu jkopru biss bidliet fis-servizzi jew l-istrumenti involuti u/jew iċ-ċirkostanzi tal-klijent u jistgħu ma jeħtiġux jirrepetu d-dettalji kollha tal-ewwel rapport.

13.   Id-ditti tal-investiment li jipprovdu valutazzjoni perjodika ta' adegwatezza għandhom jirrevedu, sabiex itejbu s-servizz, l-adegwatezza tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija għallinqas darba fis-sena. Il-frekwenza ta' din il-valutazzjoni għandha tiżdied skont il-profil tar-riskju tal-klijent u t-tip ta' strumenti finanzjarji rrakkomandati.

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet komuni għall-valutazzjoni ta' adegwatezza jew adattabilità

(L-Artikolu 25(2) u 25(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tirrigwarda l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzjali fil-qasam tal-investiment tinkludi dan li ġej, sa fejn adattat għan-natura tal-klijent, in-natura u l-livell tas-servizz li għandu jkun ipprovdut u t-tip ta' prodott jew tranżazzjoni maħsuba, inklużi l-kumplessità tagħhom u r-riskji involuti:

(a)

it-tipi ta' servizz, tranżazzjoni u strument finanzjarju li magħhom il-klijent huwa familjari;

(b)

in-natura, il-volum, u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet tal-klijent fi strumenti finanzjarji u l-perjodu li matulu twettqu;

(c)

il-livell ta' edukazzjoni, u l-professjoni jew il-professjoni rilevanti preċedenti tal-klijent jew tal-klijent potenzjali.

2.   Ditta tal-investiment ma għandhiex tiskoraġġixxi lil klijent jew lil klijent potenzjali milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) u (3) tad-Direttiva 2014/65/UE.

3.   Ditta tal-investiment għandha tkun intitolata tibbaża fuq l-informazzjoni pprovduta mill-klijenti jew mill-klijenti potenzjali tagħha sakemm ma tkunx konxja jew imissha tkun konxja li l-informazzjoni hija mingħajr dubju skaduta, mhux eżatta jew mhux kompluta.

Artikolu 56

Valutazzjoni tal-adegwatezza u obbligi maż-żamma tar-reġistri relatati

(L-Artikolu 25(3) u 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiddeterminaw jekk dak il-klijent għandux l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa sabiex jifhem ir-riskji involuti fir-rigward tal-prodott jew tas-servizz tal-investiment offrut jew mitlub meta jivvalutaw jekk servizz tal-investiment kif imsemmi fl-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2014/65/UE huwiex adegwat għal klijent.

Ditta tal-investiment għandha tkun intitolata tassumi li klijent professjonali għandu l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa sabiex jifhem ir-riskji involuti fir-rigward ta' dawk is-servizzi jew tranżazzjonijiet tal-investiment partikolari, jew it-tipi ta' tranżazzjoni jew prodott, li għalihom il-klijent huwa kklassifikat bħala klijent professjonali.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu reġistri tal-valutazzjonijiet ta' adegwatezza mwettqa li għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

ir-riżultat ta' valutazzjoni tal-adegwatezza;

(b)

kull twissija mogħtija lill-klijent fejn is-servizz tal-investiment jew xiri tal-prodott kienu vvalutati bħala potenzjalment mhux adegwati għall-klijent, jekk il-klijent talabx sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni minkejja t-twissija u, fejn applikabbli, jekk id-ditta aċċettatx it-talba tal-klijent sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni;

(c)

kull twissija mogħtija lill-klijent fejn il-klijent ma pprovdiex biżżejjed informazzjoni sabiex jippermetti lid-ditta twettaq valutazzjoni tal-adegwatezza, jekk il-klijent talabx sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni minkejja din it-twissija u, fejn applikabbli, jekk id-ditta aċċettatx it-talba tal-klijent sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni.

Artikolu 57

Għoti ta' servizzi fi strumenti mhux kumplessi

(L-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Strument finanzjarju li mhuwiex speċifikat b'mod espliċitu fl-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jitqies bħala mhux kumpless għall-finijiet tal-Artikolu 25(4)(a)(vi) tad-Direttiva 2014/65/UE jekk jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

ma jaqax fi ħdan l-Artikolu 4(1)(44)(c) ta', jew fil-punti (4) sa (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

ikun hemm opportunitajiet frekwenti biex dak l-istrument ikun ċedut, rimborsat jew realizzat xort'oħra bi prezzijiet li huma disponibbli b'mod pubbliku għal parteċipanti fis-suq u li huma prezzijiet tas-suq jew prezzijiet magħmula disponibbli, jew validati, mis-sistemi ta' valutazzjoni indipendentement minn dawk li joħorġuhom;

(c)

ma jinvolvi ebda responsabbiltà attwali jew potenzjali għall-klijent li taqbeż l-ispiża biex jinkiseb l-istrument;

(d)

ma jinkorporax klawsola, kundizzjoni jew skattatur li jistgħu jbiddlu b'mod fundamentali n-natura jew ir-riskju tal-investiment jew il-profil tal-ħlas, bħal investimenti li jinkorporaw dritt li strument jinqeleb f'investiment differenti;

(e)

ma jeskludix kwalunkwe imposta fuq iċ-ċessjoni espliċita jew impliċita li għandha l-effett li tagħmel l-investiment illikwidu anke jekk hemm opportunitajiet frekwenti b'mod tekniku biex ikun ċedut, rimborsat jew realizzat xort'oħra;

(f)

ikollu informazzjoni komprensiva adegwata dwar il-karatteristiċi tiegħu li tkun disponibbli b'mod pubbliku u probabbli li tinftiehem minnufih sabiex il-klijent mhux professjonali medju jkun jista' jifforma ġudizzju infurmat dwar jekk jidħolx fi tranżazzjoni f'dak l-istrument.

Artikolu 58

Ftehimiet ma' Klijenti mhux Professjonali u Professjonali

(L-Artikolu 24(1) u 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditti tal-investiment li jipprovdu kwalunkwe servizz tal-investiment jew is-servizz anċillari imsemmi fit-Taqsima B(1) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE lil klijent wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jidħlu fi ftehim bażiku bil-miktub mal-klijent, fuq mezz stampat jew permezz ta' mezz permanenti ieħor, bil-klijent jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi essenzjali tad-ditta u tal-klijent. Id-ditti tal-investiment li jipprovdu l-konsulenza dwar l-investiment għandhom ikunu konformi ma' dan l-obbligu fejn titwettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza tal-istrumenti finanzjarji jew servizzi rrakkomandati.

Il-ftehim bil-miktub għandu jistabilixxi d-drittijiet u l-obbligi essenzjali tal-partijiet, u għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tas-servizzi, u fejn rilevanti n-natura u l-limitu tal-konsulenza tal-investiment, li għandha tiġi pprovduta;

(b)

f'każ ta' servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji, it-tipi ta' strumenti finanzjarji li jistgħu jinxtraw u jinbiegħu u t-tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f'isem il-klijent, kif ukoll kwalunkwe strument jew tranżazzjoni ipprojbiti; u

(c)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin ta' kwalunkwe servizz imsemmi f'Taqsima B(1) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE li għandu jiġi pprovduta, inkluż fejn applikabbli r-rwol tad-ditta fir-rigward tal-azzjonijiet korporattivi relatati mal-istrumenti tal-klijenti u t-termini li fuqhom tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli li jinvolvu t-titoli tal-klijenti sejrin jiġġeneraw redditu għall-klijent.

TAQSIMA 4

Rappurtaġġ lil klijenti

Artikolu 59

Obbligi ta' rappurtaġġ fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' ordnijiet għajr għall-ġestjoni tal-portafoll

(L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jkunu eżegwew ordni għan-nom ta' klijent, ta' xort'oħra milli għall-ġestjoni tal-portafoll, għandhom, fir-rigward ta' dik l-ordni:

(a)

minnufih jipprovdu lill-klijent, f'mezz permanenti, bl-informazzjoni essenzjali li tikkonċerna l-eżekuzzjoni ta' dik l-ordni;

(b)

jibagħtu lill-klijent avviż b'mezz permanenti li jikkonferma l-eżekuzzjoni tal-ordni malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-eżekuzzjoni jew, jekk il-konferma tkun riċevuta mid-ditta tal-investiment minn parti terza, mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-irċevuta tal-konferma mill-parti terza.

Il-punt (b) ma għandux japplika meta l-konferma jkun fiha l-istess informazzjoni bħal konferma li għandha tintbagħat minnufih lill-klijent minn persuna oħra.

Il-punti (a) u (b) ma għandhomx japplikaw meta l-ordnijiet eżegwiti għan-nom ta' klijenti jirrelataw għal bonds li jiffinanzjaw ftehim ta' self fuq ipoteka mal-klijenti msemmija, u f'liema każ ir-rapport fuq it-tranżazzjoni għandu jsir fl-istess ħin li fih jiġu kkomunikati t-termini fuq is-self għal ipoteka, iżda mhux iktar minn xahar wara l-eżekuzzjoni tal-ordni.

2.   Barra mir-rekwiżiti taħt il-paragrafu 1, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijent, meta mitlubin, b'informazzjoni dwar l-istatus tal-ordni tiegħu.

3.   Fil-każ ta' ordnijiet għal klijenti li jirrelataw għal unitajiet jew ishma f'kummerċ ta' investiment kollettiv li jkunu eżegwiti perjodikament, id-ditti tal-investiment għandhom jew jieħdu l-azzjoni speċifikata fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jew jipprovdu lill-klijent, mill-inqas darba kull sitt (6) xhur, bl-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 4 fir-rigward ta' dawk it-tranżazzjonijiet.

4.   L-avviż imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi dik l-informazzjoni li ġejja li tkun applikabbli u, meta rilevanti skont l-istandards tekniċi regolatorji dwar l-obbligi ta' rappurtaġġ adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014:

(a)

identifikazzjoni tad-ditta li tagħmel ir-rappurtar;

(b)

l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-klijent;

(c)

il-jum tan-negozjati;

(d)

il-ħin tan-negozjati;

(e)

it-tip tal-ordni;

(f)

l-identifikazzjoni tal-post;

(g)

l-identifikazzjoni tal-istrument;

(h)

l-indikatur tax-xiri/tal-bejgħ;

(i)

in-natura tal-ordni jekk ta' xort'oħra minn xiri/bejgħ;

(j)

il-kwantità;

(k)

il-prezz tal-unità;

(l)

il-konsiderazzjoni totali;

(m)

is-somma totali tal-kummissjonijiet u l-ispejjeż imposti u, meta l-klijent jitlob dan, tqassim skont il-partiti li jinkludi, fejn rilevanti, l-ammont ta' kwalunkwe żieda jew tnaqqis imposti fejn it-tranżazzjoni kienet esegwita minn ditta tal-investiment meta tinnegozja f'isimha, u d-ditta tal-investiment għandha obbligu tal-aħjar eżekuzzjoni lill-klijent;

(n)

ir-rata ta' skambju miksuba fejn it-tranżazzjoni tinvolvi konverżjoni tal-munita;

(o)

ir-responsabbiltajiet tal-klijent fir-rigward tas-saldu tat-tranżazzjonijiet, inkluż it-terminu għall-ħlas jew għall-konsenja kif ukoll id-dettalji xierqa dwar il-kont meta dawn id-dettalji u responsabbiltajiet ma jkunux ġew avżati minn qabel lill-klijent;

(p)

fil-każ li l-kontroparti tal-klijent kienet id-ditta tal-investiment stess jew xi persuna fil-grupp tad-ditta tal-investiment jew klijent ieħor tad-ditta tal-investiment, il-fatt li dan kien il-każ sakemm l-ordni ma kinitx eżegwita permezz ta' sistema ta' negozjati li tiffaċilita negozjati anonomi.

Għall-finijiet tal-punt (k), meta l-ordni tkun eżegwita f'pagamenti, id-ditta tal-investiment tista' tforni lill-klijent b'informazzjoni dwar il-prezz ta' kull pagament jew bil-prezz medju. Meta l-prezz medju jkun ipprovdut, id-ditta tal-investiment għandha tforni lill-klijent b'informazzjoni dwar il-prezz ta' kull pagament fuq talba.

5.   Id-ditta tal-investiment tista' tipprovdi lill-klijent bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 bl-użu ta' kodiċijiet standard jekk tipprovdi wkoll spjegazzjoni tal-kodiċijiet użati.

Artikolu 60

Obbligi ta' rappurtaġġ fir-rigward ta' ġestjoni tal-portafoll

(L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jipprovdu s-servizz ta' ġestjoni tal-portafoll lil klijenti għandhom jipprovdu lil kull klijent b'dikjarazzjoni perjodika f'mezz permanenti dwar l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-portafoll imwettqa għan-nom ta' dak il-klijent sakemm din id-dikjarazzjoni ma tkunx ipprovduta minn persuna oħra.

2.   Id-dikjarazzjoni perjodika meħtieġa taħt il-paragrafu 1 għandha tipprovdi reviżjoni ġusta u bbilanċjata tal-attivitajiet imwettqa u tal-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu ta' rappurtaġġ u għandha tinkludi, meta rilevanti, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

isem id-ditta tal-investiment;

(b)

l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-kont tal-klijent;

(c)

dikjarazzjoni tal-kontenut u l-valutazzjoni tal-portafoll, inklużi dettalji ta' kull strument finanzjarju miżmum, il-valur tas-suq tiegħu, jew il-valur ġust jekk il-valur tas-suq ma jkunx disponibbli u l-bilanċ ta' kontanti fil-bidu u fl-aħħar tal-perjodu ta' rappurtaġġ, u l-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu ta' rappurtaġġ;

(d)

l-ammont totali ta' tariffi u ħlasijiet applikati matul il-perjodu ta' rappurtaġġ, bit-tqassim f'partiti ta' mill-inqas it-tariffi totali tal-ġestjoni u l-ispejjeż totali assoċjati mal-eżekuzzjoni, u li jinkludu, meta rilevanti, dikjarazzjoni li analiżi iktar dettaljata tkun ipprovduta fuq talba;

(e)

paragun tal-prestazzjoni matul il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni mal-parametru ta' referenza għal-prestazzjoni tal-investiment (jekk ikun jeżisti) miftiehem bejn id-ditta tal-investiment u l-klijent;

(f)

l-ammont totali ta' dividendi, imgħax u pagamenti oħrajn riċevuti matul il-perjodu ta' rappurtaġġ fir-rigward tal-portafoll tal-klijent;

(g)

informazzjoni dwar azzjonijiet korporattivi oħrajn li jagħtu drittijiet fir-rigward ta' strumenti finanzjarji miżmuma fil-portafoll;

(h)

għal kull tranżazzjoni eżegwita matul il-perjodu, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4)(c) sa (l) meta rilevanti, sakemm il-klijent ma jagħżilx li jirċievi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet eżegwiti fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, f'liema każ għandu japplika l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

3.   Id-dikjarazzjoni perjodika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta darba kull tliet (3) xhur, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn id-ditta tal-investiment tipprovdi lill-klijenti tagħha aċċess għal sistema online, li tikkwalifika bħala mezz permanenti, fejn valutazzjonijiet aġġornati tal-portafoll tal-klijent jistgħu jiġu aċċessati u fejn il-klijent jista' jaċċessa faċilment l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 63(2) u d-ditta għandha evidenza li l-klijent aċċessa valutazzjoni tal-portafoll tagħhom mill-anqas darba waqt it-tliet (3) xhur rilevanti;

(b)

f'każijiet fejn japplika l-paragrafu 4, id-dikjarazzjoni perjodika għandha tkun ipprovduta għallinqas darba fi 12-il xahar;

(c)

meta l-ftehim bejn ditta tal-investiment u klijent għal servizz ta' ġestjoni tal-portafoll jawtorizza portafoll ikkaratterizzat b'effett ta' stimolu, id-dikjarazzjoni perjodika għandha tkun ipprovduta mill-inqas darba f'xahar.

L-eċċezzjoni prevista fil-punt (b) ma għandhiex tapplika fil-każ ta' tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji koperti mill-Artikolu 4(1)(44)(c) ta', jew xi wieħed mill-punti 4 sa 11 tat-Taqsima C fl-Anness I mad-Direttiva 2014/65/UE.

4.   Id-ditti tal-investiment, f'każijiet meta l-klijent jagħżel li jirċievi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet eżegwiti fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, għandhom jipprovdu minnufih lill-klijent, hekk kif tkun eżegwita t-tranżazzjoni mill-ġestitur tal-portafoll, l-informazzjoni essenzjali li tikkonċerna dik it-tranżazzjoni f'mezz permanenti.

Id-ditta tal-investiment għandha tibgħat lill-klijent notifika li tikkonferma t-tranżazzjoni u li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4) mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara dik l-eżekuzzjoni jew, jekk il-konferma tasal għand id-ditta tal-investiment minn parti terza, mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-irċevuta tal-konferma mill-parti terza.

It-tieni subparagrafu ma għandux japplika meta l-konferma jkun fiha l-istess informazzjoni bħal konferma li għandha tintbagħat minnufih lill-klijent minn persuna oħra.

Artikolu 61

Obbligi ta' rappurtar fir-rigward ta' kontropartijiet eliġibbli

(L-Artikolu 24(4) u l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ir-rekwiżiti applikabbli għar-rapporti ta' klijenti mhux professjonali u professjonali skont l-Artikoli 49 u 59 għandhom japplikaw sakemm id-ditti tal-investiment jidħlu fi ftehimiet ma' kontropartijiet eliġibbli sabiex jiddeterminaw il-kontenut u l-iskedar tar-rappurtaġġ.

Artikolu 62

Obbligi addizzjonali ta' rappurtaġġ għall-ġestjoni tal-portafoll jew tranżazzjonijiet ta' obbligazzjoni kontinġenti

(L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jipprovdu s-servizz ta' ġestjoni tal-portafoll għandhom jinfurmaw lill-klijent fejn il-valur ġenerali tal-portafoll, kif evalwat fil-bidu ta' kull perjodu ta' rappurtaġġ, jiġi żvalutat b'10 % u wara dan f'multipli ta' 10 %, sa mhux iktar tard minn tmiem il-jum tax-xogħol li fih jinqabeż il-limitu jew, f'każ fejn il-limitu jinqabeż f'jum li ma jkunx jum tax-xogħol, f'għeluq il-jum tax-xogħol li jmiss.

2.   Id-ditti tal-investiment li għandhom kont ta' klijent mhux professjonali li jinkludi pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji b'effett ta' stimolu jew tranżazzjonijiet ta' obbligazzjoni kontinġenti għandhom jinformaw lill-klijent, fejn il-valur inizjali ta' kull strument jiġi żvalutat b'10 % u wara dan f'multipli ta' 10 %. Ir-rappurtaġġ taħt dan il-paragrafu għandu jkun fuq bażi ta' strument, strument, sakemm ma jkunx miftiehem xort'oħra mal-klijent, u għandu jsir sa mhux iktar tard minn tmiem il-jum tax-xogħol li fih jinqabeż il-limitu jew, f'każ fejn il-limitu jinqabeż f'jum li ma jkunx jum tax-xogħol, f'għeluq il-jum tax-xogħol li jmiss.

Artikolu 63

Dikjarazzjonijiet għal strumenti finanzjarji jew fondi tal-klijenti

(L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li jkollhom strumenti finanzjarji jew fondi tal-klijenti jibagħtu għall-inqas fuq bażi ta' kull tliet (3) xhur, lil kull klijent li għalih iżommu strumenti finanzjarji jew fondi, dikjarazzjoni b'mezz permanenti ta' dawk l-istrumenti finanzjarji jew ta' dawk il-fondi sakemm din id-dikjarazzjoni ma tkunx ġiet ipprovduta f'xi dikjarazzjoni perjodika oħra. Fuq talba tal-klijent, id-ditti għandhom jipprovdu dikjarazzjoni bħal din b'mod aktar frekwenti bi spiża kummerċjali.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata taħt id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) fir-rigward ta' depożiti fis-sens ta' dik id-Direttiva miżmuma minn dik l-istituzzjoni.

2.   Id-dikjarazzjoni ta' assi tal-klijenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

dettalji tal-istrumenti finanzjarji jew tal-fondi kollha miżmuma mid-ditta tal-investiment għall-klijent fl-aħħar tal-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni;

(b)

safejn kull strument finanzjarju jew fond tal-klijent kien is-suġġett ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli;

(c)

il-limitu ta' kull benefiċċju li jakkumula għall-klijent permezz tal-parteċipazzjoni fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, u l-bażi li fuqha akkumula dak il-benefiċċju.

(d)

indikazzjoni ċara tal-assi jew fondi li huma soġġetti għar-regoli tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha u dawk li mhumiex, bħal dawk li huma soġġetti għal Ftehim Kollaterali ta' Trasferimenti ta' Titoli;

(e)

indikazzjoni ċara ta' liema assi huma affettwati minn xi pekuljaretajiet fl-istatus ta' sjieda tagħhom, pereżempju minħabba imgħax fuq il-garanzija;

(f)

il-valur tas-suq jew il-valur stmat, fejn il-valur tas-suq mhuwiex disponibbli, tal-istrumenti finanzjarji inklużi fid-dikjarazzjoni b'indikazzjoni ċara tal-fatt li n-nuqqas ta' prezz tas-suq x'aktarx huwa indikattiv ta' nuqqas ta' likwidità. L-evalwazzjoni tal-valur stmat għandha titwettaq mid-ditta abbażi tal-aħjar sforz.

F'każijiet fejn il-portafoll ta' klijent jinkludi l-qligħ minn tranżazzjoni waħda jew iżjed mhux issaldati, l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tista' jew tkun ibbażata fuq id-data tan-negozjati jew fuq id-data tas-saldu, diment li dik l-istess bażi tkun applikata b'mod konsistenti għall-informazzjoni kollha ta' dan it-tip fid-dikjarazzjoni.

Id-dikjarazzjoni perjodika tal-assi tal-klijenti imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi pprovduta fejn id-ditta tal-investiment tipprovdi aċċess għal sistema online lill-klijenti tagħha, li tikkwalifika bħala mezz permanenti, fejn dikjarazzjonijiet aġġornati tal-istrumenti finanzjarji jew fondi tal-klijent jistgħu jiġu aċċessati faċilment mill-klijent u d-ditta għandha evidenza li l-klijent aċċessa din id-dikjarazzjoni mill-anqas darba fit-tliet (3) xhur rilevanti.

3.   Id-ditti tal-investiment li jżommu strumenti finanzjarji jew fondi u li jwettqu s-servizz ta' ġestjoni ta' portafolji għal klijent jinkludu dikjarazzjoni ta' assi tal-klijenti msemmija fil-paragrafu 1 fid-dikjarazzjoni perjodika li tipprovdi lil dak il-klijent skont l-Artikolu 60(1).

TAQSIMA 5

L-aħjar eżekuzzjoni

Artikolu 64

Il-kriterji tal-aħjar eżekuzzjoni

(L-Artikoli 27(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Meta jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin biex jiddeterminaw l-importanza relattiva tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE:

(a)

il-karatteristiċi tal-klijent inkluża l-kategorizzazzjoni tal-klijent bħala klijent mhux professjonali jew klijent professjonali;

(b)

il-karatteristiċi tal-ordni tal-klijent, inklu' fejn l-ordni jinkludi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli (SFT);

(c)

il-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji li jkunu s-suġġett ta' dik l-ordni;

(d)

il-karatteristiċi taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni fejn dik l-ordni tista' tintbagħat.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 65 u 66, “post ta' eżekuzzjoni” jinkludi suq regolat, MTF (multilateral trading facility — faċilità multilaterali tan-negozjar), OTF (organised trading facility — faċilità organizzata tan-negozjar), internalizzatur sistematiku, jew kreatur tas-suq jew fornitur ieħor ta' likwidità jew entità li twettaq funzjoni simili f'pajjiż terz għall-funzjonijiet imwettqa minn xi wieħed minn dawn ta' qabel.

2.   Ditta tal-investiment tissodisfa l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li tieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex tikseb l-aħjar riżultat possibbli għal klijent diment li teżegwixxi ordni jew aspett speċifiku ta' ordni fuq istruzzjonijiet speċifiċi mill-klijent li jirrelataw għall-ordni jew għall-aspett speċifiku tal-ordni.

3.   Id-ditti tal-investiment ma għandhomx jibnu jew jitolbu l-kummissjonijiet tagħhom b'tali mod li joħolqu diskriminazzjoni inġusta bejn postijiet tal-eżekuzzjoni.

4.   Meta teżegwixxi ordnijiet jew tieħu deċiżjoni sabiex tinnegozja fi prodotti ta' OTC inkluż prodotti xierqa, id-ditta tal-investiment għandha tivverifika l-ġustizzja tal-prezz propost lill-klijent, billi tiġbor id-data tas-suq użata fl-istima tal-prezz ta' prodott bħal dan u, fejn possibbli, billi tqabbel ma' prodotti simili jew komparabbli.

Artikolu 65

Id-dmir tad-ditti tal-investiment li jwettqu mmaniġġjar ta' portafolji u jirċievu u jibagħtu l-ordnijiet għal azzjoni fl-aħjar interessi tal-klijent

(L-Artikolu 24(1) u 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment, meta jipprovdu mmaniġġjar ta' portafolji, għandhom jikkonformaw mal-obbligu taħt l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li jaġixxu skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom meta jagħmlu ordnijiet ma' entitajiet oħra għall-eżekuzzjoni li jirriżultaw minn deċiżjonijiet mid-ditta tal-investiment li titratta strumenti finanzjarji għan-nom tal-klijent tagħha.

2.   Id-ditti tal-investiment, meta jipprovdu s-servizz biex jirċievu u jibagħtu ordnijiet, għandhom jikkonformaw mal-obbligu taħt l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li jaġixxu skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom meta jibagħtu ordnijiet tal-klijenti lil entitajiet oħra għal eżekuzzjoni.

3.   Sabiex jikkonformaw mal-paragrafi 1 jew 2, id-ditti tal-investiment għandhom ikunu konformi mal-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 64(4).

4.   Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom filwaqt li jqisu l-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. L-importanza relattiva ta' dawk il-fatturi għandha tkun determinata b'referenza għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) u, għal klijenti mhux professjonali, għar-rekwiżit taħt l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Ditta tal-investiment tissodisfa l-obbligi tagħha taħt il-paragrafu 1 jew 2, u mhijiex meħtieġa tieħu l-passi msemmija f'dan il-paragrafu, diment li ssegwi istruzzjonijiet speċifiċi mill-klijent tagħha meta tagħmel ordni ma', jew tibgħat ordni lil, entità oħra għal eżekuzzjoni.

5.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw politika li tippermettilhom jikkonformaw mal-obbligu fil-paragrafu 4. Il-politika għandha tidentifika, fir-rigward ta' kull klassi ta' strumenti, l-entitajiet li magħhom isiru l-ordnijiet jew li lilhom id-ditta tal-investiment tibgħat l-ordnijiet għal eżekuzzjoni. L-entitajiet identifikati għandu jkollhom arranġamenti ta' eżekuzzjoni li jippermettu lil ditta tal-investiment tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt dan l-Artikolu meta tagħmel jew tibgħat ordnijiet lil dik l-entità għal eżekuzzjoni.

6.   Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa lill-klijenti tagħhom dwar il-politika stabbilita skont il-paragrafu 5 u l-paragrafi 2 sa 9 tal-Artikolu 66. Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom bl-informazzjoni adegwata dwar id-ditta u s-servizzi tagħha u l-entitajiet magħżula għall-eżekuzzjoni. B'mod partikolari, meta d-ditta tal-investiment tagħżel ditti oħrajn sabiex jipprovdu servizzi ta' eżekuzzjoni tal-ordni, għandha tagħmel sommarju u tagħmel pubbliku, fuq bażi annwali, għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji, l-aqwa ħames (5) ditti tal-investiment fir-rigward tal-volumi tan-negozju meta bagħtet jew poġġiet ordnijiet tal-klijenti għall-eżekuzzjoni fis-sena ta' qabel u informazzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba. L-informazzjoni għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni ppubblikata skont l-istandards tekniċi żviluppati taħt l-Artikolu 27(10)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Fuq talba raġonevoli minn klijent, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali tagħhom b'informazzjoni dwar l-entitajiet fejn l-ordnijiet huma mibgħuta jew imressqa għall-eżekuzzjoni.

7.   Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu monitoraġġ fuq bażi regolari tal-effikaċja tal-politika stabbilita skont il-paragrafu 5 u, b'mod partikolari, il-kwalità ta' eżekuzzjoni tal-entitajiet identifikati f'dik il-politika u, meta xieraq, jikkoreġu xi nuqqasijiet.

Id-ditti tal-investiment għandhom jirrevedu l-politika u l-arranġamenti mill-anqas kull sena. Din ir-reviżjoni għandha titwettaq ukoll kull meta jkun hemm xi bidla materjali li taffettwa l-kapaċità tad-ditta li tkompli tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħha.

Id-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw jekk seħħitx bidla materjali u għandhom iqisu li jagħmlu l-bidliet għall-postijiet tal-eżekuzzjoni jew entitajiet li fuqhom jiddependu b'mod sinifikanti fl-issodisfar tar-rekwiżit dwar l-aħjar eżekuzzjoni komprensiva.

Bidla materjali għandha tkun avveniment sinifikanti li tista' tħalli impatt fuq il-parametri tal-aqwa eżekuzzjoni bħal spiża, prezz, ħeffa, probabbiltà ta' eżekuzzjoni u saldu, daqs, natura jew kwalunkwe konsiderazzjoni oħra relevanti għall-eżekuzzjoni tal-ordni.

8.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika meta d-ditta tal-investiment li tipprovdi s-servizz ta' mmaniġġjar ta' portafolji jew ta' riċeviment u trażmissjoni ta' ordnijiet teżegwixxi wkoll l-ordnijiet riċevuti jew id-deċiżjonijiet sabiex tinnegozja għan-nom tal-portafoll tal-klijent tagħha. F'dawk il-każijiet japplika l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 66

Politika ta' eżekuzzjoni

(Artikolu 27(5) u (7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jirrevedu, mill-anqas kull sena l-politika ta' eżekuzzjoni stabbilita skont l-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll l-arranġamenti tagħhom għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet.

Din ir-reviżjoni għandha ssir ukoll kull meta jkun hemm bidla materjali kif imsemmija fl-Artikolu 65(7) isseħħ u li taffettwa l-kapaċità tad-ditta li tkompli tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent tagħha fuq bażi konsistenti bl-użu taċ-ċentri inklużi fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha. Ditta tal-investiment għandha tivvaluta jekk seħħitx bidla materjali u għandha tqis li tagħmel il-bidliet għall-importanza relattiva tal-aqwa fatturi tal-eżekuzzjoni fl-issodisfar tar-rekwiżit dwar l-aħjar eżekuzzjoni komprensiva.

2.   L-informazzjoni dwar il-politika tal-eżekuzzjoni għandha tkun adattata skont il-klassi ta' strument finanzjarju u tip ta' servizz ipprovdut u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 3 sa 9.

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti bid-dettalji li ġejjin dwar il-politika ta' eżekuzzjoni tagħhom fi żmien tajjeb qabel ma jingħata s-servizz:

(a)

rendikont tal-importanza relattiva li d-ditta tal-investiment tagħti, skont il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 59(1), lill-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew il-proċess li permezz tiegħu, id-ditta tiddetermina l-importanza relattiva ta' dawk il-fatturi,

(b)

lista taċ-ċentri ta' eżekuzzjoni li d-ditta tiddependi b'mod sinifikanti fuqhom f'li jissodisfaw l-obbligu tagħha li jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu fuq bażi konsistenti l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet tal-klijent u jispeċifikaw liema ċentri ta' eżekuzzjoni jintużaw għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji għall-ordnijiet tal-klijenti mhux professjonali, tal-klijenti professjonali u tal-SFTs;

(c)

lista ta' fatturi użati sabiex jintgħażel post ta' eżekuzzjoni, inkluż fatturi kwalitattivi bħal skemi ta' kklerjar, salvaviti, azzjonijiet skedati u kull konsiderazzjoni rilevanti oħra, u l-importanza relattiva ta' kull fattur; L-informazzjoni dwar il-fatturi użati għall-għażla ta' post ta' eżekuzzjoni għall-eżekuzzjoni għandha tkun konsistenti mal-kontrolli użati mid-ditta sabiex turi lill-klijenti li l-aħjar eżekuzzjoni ntlaħqet f'bażi konsistenti waqt ir-reviżjoni tal-adegwatezza tal-politika u l-arranġamenti tagħha.

(d)

kif il-fatturi ta' eżekuzzjoni tal-kost tal-prezz, il-ħeffa, il-probabbiltà ta' eżekuzzjoni u kull fattur rilevanti ieħor huma meqjusa bħala parti mill-passi raġonevoli kollha sabiex jinkiseb l-aqwa riżultat possibbli għall-klijent;

(e)

fejn applikabbli, l-informazzjoni li d-ditta teżegwixxi l-ordnijiet barra miċ-ċentru tan-negozjar, il-konsegwenzi, pereżempju r-riskju ta' kontroparti li ġej mill-eżekuzzjoni barra ċ-ċentru tan-negozjar, u fuq talba tal-klijent, informazzjoni addizzjonali dwar il-konsegwenzi ta' dan il-mezz ta' eżekuzzjoni.

(f)

twissija ċara u prominenti li kull istruzzjoni speċifika minn klijent tista' tipprevjeni lid-ditta milli tieħu l-passi li fasslet u implimentat fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-ordnijiet fir-rigward tal-elementi koperti minn dawk l-istruzzjonijiet.

(g)

sommarju tal-proċess tal-għażla għall-postijiet ta' eżekuzzjoni, l-istrateġiji ta' eżekuzzjoni mħaddma, il-proċeduri u l-proċessi użati sabiex tiġi analizzata l-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba u kif id-ditti jimmonitorjaw u jivverifikaw li l-aqwa riżultati possibbli inkisbu għall-klijenti.

Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f'mezz permanenti, jew permezz ta' sit elettroniku (meta dan ma jikkostitwixxix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(2) jiġu ssodisfati.

4.   Fejn id-ditti tal-investiment japplikaw tariffi differenti li jiddependu fuq il-post ta' eżekuzzjoni, id-ditta għandha tispjega dawn id-differenzi f'biżżejjed dettall sabiex tippermetti lill-klijent jifhem il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-għażla ta' post wieħed ta' eżekuzzjoni.

5.   Fejn id-ditti tal-investiment jistiednu klijenti sabiex jagħżlu ċentru ta' eżekuzzjoni, informazzjoni ġusta, ċara u li ma tqarraqx għandha tkun ipprovduta sabiex tipprevjeni lill-klijent milli jagħżel post wieħed ta' eżekuzzjoni u mhux ieħor fuq il-bażi biss tal-politika tal-prezz applikata mid-ditta.

6.   Id-ditti tal-investiment għandhom jirċievu biss pagamenti minn partijiet terzi li jkunu konformi mal-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jinfurmaw lill-klijenti dwar l-inċentivi li d-ditta tista' tirċievi mill-postijiet ta' eżekuzzjoni. L-informazzjoni li tispeċifika t-tariffi imposti mid-ditta tal-investiment lill-kontropartijiet kollha involuti fit-tranżazzjoni, u fejn it-tariffi jvarjaw skont il-klijent, l-informazzjoni għandha tindika t-tariffi massimi jew firxa ta' tariffi li jistgħu jkunu pagabbli.

7.   Fejn ditta tal-investiment titlob imposti lil aktar minn parteċipant wieħed fi tranżazzjoni, skont l-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, id-ditta għandha tinforma lill-klijenti tagħha dwar il-valur ta' kull benefiċċju monetarju jew mhux monetarju riċevut mid-ditta.

8.   Fejn klijent jagħmel talbiet għall-informazzjoni raġonevoli u proporzjonati dwar il-politiki jew l-arranġamenti tagħha u kif inhuma riveduti għal ditta tall-investiment, dik id-ditta tall-investiment għandha twieġeb b'mod ċar u fi żmien raġonevoli.

9.   Fejn ditta tal-investiment teżegwixxi ordnijiet għal klijenti mhux professjonali, għandha tipprovdi sommarju tal-politika rilevanti lil dawk il-klijenti, iffokat fuq l-ispejjeż totali li jġarrbu. Is-sommarju għandu wkoll jipprovdi rabta għall-aktar data riċenti dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2014/65/UE għal kull ċentru ta' eżekuzzjoni mniżżel mid-ditta ta' investiment fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha.

TAQSIMA 6

Il-ġestjoni tal-ordnijiet tal-klijenti

Artikolu 67

Prinċipji ġenerali

(L-Artikoli 28(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin meta jwettqu ordnijiet tal-klijenti:

(a)

għandhom jiżguraw li ordnijiet eżegwiti għan-nom ta' klijenti huma rreġistrati u allokati minnufih u b'mod preċiż;

(b)

għandhom iwettqu xort'oħra ordnijiet tal-klijenti paragunabbli b'mod sekwenzjali u minnufih sakemm karatteristiċi tal-ordni jew kundizzjonijiet prevalenti tas-suq ma jagħmlux dan mhux prattiku, jew l-interessi tal-klijent ma jkunux jeħtieġu xort'oħra;

(c)

għandhom jinfurmaw lil klijent mhux professjonali b'kull diffikultà materjali rilevanti għat-twettiq tajjeb ta' ordnijiet hekk kif ikunu konxji mid-diffikultà.

2.   Meta ditta tal-investiment tkun responsabbli biex tikkontrolla jew tirranġa r-regolament ta' ordni eżegwita, għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li kull strument finanzjarju tal-klijent jew kull fond tal-klijent riċevut b'regolament ta' dik l-ordni eżegwita jkunu trasferiti minnufih u kif suppost għall-kont tal-klijent xieraq.

3.   Ditta tal-investiment ma għandhiex tagħmel użu ħażin minn informazzjoni li tirrelata għal ordnijiet tal-klijenti pendenti, u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tipprevjeni l-użu ħażin ta' din l-informazzjoni mill-persuni rilevanti tagħha.

Artikolu 68

L-aggregazzjoni u l-allokazzjoni tal-ordnijiet

(L-Artikoli 28(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment ma għandhomx iwettqu ordni ta' klijent jew tranżazzjoni għan-nom proprju f'aggregazzjoni ma' klijent ieħor sakemm ma jkunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma għandux ikun possibbli li l-aggregazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet taħdem b'mod ġenerali għall-iżvantaġġ ta' xi klijent li l-ordni tiegħu għandha tkun aggregata;

(b)

għandu jkun żvelat lil kull klijent li l-ordni tiegħu għandha tkun aggregata, li l-aggregazzjoni tista' taħdem għall-iżvantaġġ tiegħu fir-rigward ta' ordni partikolari;

(c)

għandha tkun stabbilita u implimentata b'mod effettiv politika ta' allokazzjoni ta' ordnijiet, li tipprovdi għall-allokazzjoni ġusta ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet aggregati, inkluż kif il-volum u l-prezz ta' ordnijiet jiddeterminaw allokazzjonijiet u t-trattament ta' eżekuzzjonijiet parzjali.

2.   Fejn ditta tal-investiment taggrega ordni ma' ordni ta' klijent wieħed jew iżjed u l-ordni aggregata tkun parzjalment eżegwita, il-kummerċ relatat ikun allokat skont il-politika ta' allokazzjoni tal-ordnijiet tagħha.

Artikolu 69

Aggregazzjoni u allokazzjoni ta' tranżazzjonijiet għan-nom proprju

(L-Artikoli 28(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment li aggregaw tranżazzjonijiet għan-nom proprju ma' ordni ta' klijent wieħed jew iżjed ma jallokawx il-kummerċ relatat b'mod li jkun ta' ħsara għal klijent.

2.   Fejn ditta tal-investiment taggrega ordni ta' klijent ma' tranżazzjoni għan-nom proprju u l-ordni aggregata tkun parzjalment eżegwita, għandha talloka l-kummerċ relatat lill-klijent qabel il-kumpanija.

Fejn ditta tal-investiment tkun tista' turi fuq bażi raġonevoli li mingħajr il-kombinament ma kinitx tkun tista' twettaq l-ordni fuq termini daqshekk vantaġġużi, jew għal kollox, tista' talloka t-tranżazzjoni għan-nom proprju b'mod proporzjonali, skont il-politika ta' assenzjazzjoni ta' ordnijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 68(1)(c).

3.   Bħala parti mill-politika għall-assenzjazzjoni ta' ordnijiet imsemmija fl-Artikolu 68(1)(c), id-ditti tal-investiment għandhom idaħħlu fis-seħħ proċeduri maħsuba biex jipprevjenu r-riallokazzjoni, b'mod li hu ta' ħsara għall-klijent, ta' tranżazzjonijiet għan-nom proprju li jkun eżegwit f'kombinament ma' ordnijiet tal-klijenti.

Artikolu 70

Eżekuzzjoni fil-pront, ġusta u bil-ħeffa tal-ordnijiet tal-klijenti u l-pubblikazzjoni ta' ordnijiet tal-limitu tal-klijent mhux eżegwiti għal ishma nnegozjati f'ċentru tan-negozjar

(L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ordni tal-limitu tal-klijent fir-rigward ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar li ma ġewx eżegwiti f'kundizzjonijiet prevalenti tas-suq kif imsemmija fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom ikunu meqjusin disponibbli għall-pubbliku meta d-ditta tal-investiment tkun ippreżentat l-ordni għall-eżekuzzjoni lil suq regolat jew MTF jew l-ordni tkun ġiet ippubblikata minn fornitur tas-servizzi ta' rapportar ta' data li jkun jinstab fi Stat Membru wieħed u li tista' tiġi faċilment eżegwita malli l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu jippermettu dan.

2.   Swieq regolati u MTFs għandhom ikunu prijoritizzati skont il-politika ta' eżekuzzjoni tad-ditta sabiex tiġi żgurata eżekuzzjoni malli l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu jippermettu dan.

TAQSIMA 7

Kontropartijiet eliġibbli

Artikolu 71

Kontropartijiet eliġibbli

(L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Minbarra l-kategoriji li huma stabbiliti b'mod espliċitu fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala kontroparti eliġibbli skont l-Artikolu 30(2) ta' dik id-Direttiva, impriża li taqa' fil-kategorija ta' klijenti li għandhom jitqiesu bħala klijenti professjonali skont il-paragrafi 1, 2 u 3 tat-Taqsima I tal-Anness II ta' dik id-Direttiva.

2.   Meta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, kontroparti eliġibbli titlob trattament bħala klijent li n-negozju tiegħu ma' ditta tal-investiment hu soġġett għall-Artikoli 24, 25, 27 u 28 ta' dik id-Direttiva, it-talba għandha ssir bil-miktub, u għandha tindika jekk it-trattament bħala klijent mhux professjonali u klijent professjonali jirreferi għal servizz tal-investiment jew tranżazzjoni waħda jew aktar, jew tip ta' tranżazzjoni jew prodott wieħed jew aktar.

3.   Fejn kontroparti eliġibbli titlob trattament bħala klijent li n-negozju tiegħu ma' ditta tal-investiment hu soġġett għall-Artikoli 24, 25, 27 u 28 tad-Direttiva 2014/65/UE, iżda ma titlobx espliċitament trattament bħala klijent mhux professjonali, id-ditta għandha titratta lil dik il-kontroparti eliġibbli bħala klijent professjonali.

4.   Fejn il-kontroparti eliġibbli titlob b'mod espliċitu trattament bħala klijent mhux professjonali, id-ditta tal-investiment għandha titratta l-kontroparti eliġibbli bħala klijent mhux professjonali, fejn tapplika d-dispożizzjonijiet fir-rigward ta' talbiet ta' trattament mhux professjonali speċifikati fit-tieni, fit-tielet u fir-raba' subparagrafi tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE.

5.   Fejn klijent jitlob li jkun ittrattat bħala kontroparti eliġibbli, skont l-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

(a)

id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi lill-klijent bi twissija ċara bil-miktub tal-konsegwenzi ta' talba bħal din għall-klijent, inkluż il-protezzjonijiet li jistgħu jitilfu;

(b)

il-klijent għandu jikkonferma bil-miktub it-talba sabiex ikun ittrattat bħala kontroparti eliġibbli jew b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' servizz tal-investiment wieħed jew aktar jew tranżazzjoni jew tip ta' tranżazzjoni jew prodott u li huwa konxju mill-konsegwenzi tal-protezzjoni li jista' jitlef bħala riżultat ta' talba bħal din.

TAQSIMA 8

Iż-żamma tar-rekords

Artikolu 72

Iż-żamma tar-rekords

(L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ir-rekords għandhom jinżammu f'mezz li jippermetti l-ħażna ta' informazzjoni b'mod aċċessibbli għal referenza fil-ġejjieni mill-awtorità kompetenti, u f'dik il-forma u b'tali mod li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti għandha tkun kapaċi taċċesshom malajr u tikkostitwixxi mill-ġdid kull stadju prinċipali tal-ipproċessar ta' kull tranżazzjoni;

(b)

għandu jkun possibbli li xi korrezzjonijiet jew emendi oħra, u l-kontenut tar-rekords qabel dawn il-korrezzjonijiet jew emendi, ikunu aċċertati faċilment;

(c)

ma għandux ikun possibbli li r-rekords ikunu jistgħu jiġu mmanipulati jew mibdula b'xi mod ieħor;

(d)

tippermetti użu bl-IT jew kull użu effiċjenti ieħor meta l-analiżi tad-data ma tistax titwettaq faċilment minħabba l-volum u n-natura tad-data; u

(e)

l-arranġamenti tad-ditta huma konformi mar-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords irrispettivament mit-teknoloġija użata.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom tal-anqas iżommu r-rekords imsemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament skont in-natura tal-attivitajiet tagħhom.

Il-lista tar-rekords imsemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu taż-żamma tar-rekords li jirriżulta minn leġiżlazzjoni oħra.

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu wkoll rekords ta' kull politika u proċedura li huma mitluba jżommu skont id-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-Direttiva 2014/57/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 u l-miżuri ta' implimentazzjoni rispettivi bil-miktub.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lid-ditti tal-investiment sabiex iżommu rekords addizzjonali għal-lista msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 73

Iż-żamma tar-rekords ta' drittijiet u obbligi tad-ditta tal-investiment u l-klijent

(L-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ir-rekords li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tad-ditta tal-investiment u l-klijent taħt ftehim biex ikunu pprovduti servizzi, jew it-termini skont liema l-kumpanija tipprovdi servizzi lill-klijent, għandhom jinżammu għal mill-inqas it-tul taż-żmien tar-relazzjoni mal-klijent.

Artikolu 74

Iż-żamma tar-rekords tal-ordnijiet tal-klijenti u deċiżjoni biex isir in-negozju

(L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha, fir-rigward ta' kull ordni inizjali riċevuta minn klijent u fir-rigward ta' kull deċiżjoni inizjali biex isir in-negozju, tirreġistra minnufih u żżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti mill-anqas id-dettalji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament sal-limitu li huma applikabbli għall-ordni jew għad-deċiżjoni biex isir in-negozju inkwistjoni.

Fejn id-dettalji stabbiliti f'Taqsima 1 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament huma wkoll preskritti taħt l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, dawn id-dettalji għandhom jinżammu b'mod konsistenti u skont l-istess standards preskritti taħt l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 75

Iż-żamma tar-rekords ta' transazzjonijiet u pproċessar tal-ordnijiet

(L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment għandhom, minnufih wara li jirċievu ordni tal-klijent jew wara li jieħdu deċiżjoni biex isir in-negozju sal-limitu li huma applikabbli għall-ordni jew deċiżjoni biex isir in-negozju inkwistjoni, jirreġistraw u jżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-anqas id-dettalji stabbiliti f'Taqsima 2 tal-Anness IV.

Fejn id-dettalji stabbiliti f'Taqsima 2 tal-Anness IV huma wkoll preskritti taħt l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, dawn għandhom jinżammu b'mod konsistenti u skont l-istess standards preskritti taħt l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nu 600/2014.

Artikolu 76

Reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

(L-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika effettiva ta' reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, stabbilita bil-miktub u adatta għad-daqs u għall-organizzazzjoni tad-ditta u għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha. Il-politika għandha tinkludi l-kontenut li ġej:

(a)

l-identifikazzjoni tal-konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż konversazzjonijiet fuq it-telefon jew komunikazzjonijiet elettroniċi interni rilevanti, li huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE; u

(b)

l-ispeċifikazzjoni tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jiżguraw il-konformità tad-ditta mat-tielet u t-tmien subparagrafi tal-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali u d-ditta mhijiex kapaċi tirrekordja l-konverżazzjoni/komunikazzjoni fuq l-apparati maħruġa, aċċettati u permessi mid-ditta. Evidenzi ta' ċirkostanzi bħal dawn għandhom jinżammu u għandhom ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali għandu sorveljanza u kontroll effikaċi tal-politiki u l-proċeduri fir-rigward tar-reġistrazzjoni mid-ditta ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-arranġamenti jkunu konformi mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni huma newtrali fit-teknoloġija. Id-ditti għandhom jevalwaw b'mod perjodiku l-effikaċja tal-politiki u l-proċeduri tad-ditta u għandhom jadottaw kull alternattiva jew miżuri addizzjonali u proċeduri bħal dawn kif inhu meħtieġ u xieraq. Mill-anqas, adozzjoni bħal din ta' miżuri alternattivi jew addizzjonali għandha sseħħ meta mezz ġdid ta' komunikazzjoni huwa aċċettat jew permess għall-użu mid-ditta.

4.   Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu u jaġġornaw b'mod regolari rekord ta' dawk l-individiwi li għandhom apparati tad-ditta jew apparati privati li kienu approvati għall-użu mid-ditta.

5.   Id-ditti tal-inevstiment għandhom jedukaw u jħarrġu lill-impjegati fil-proċeduri li jirregolaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE.

6.   Sabiex tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u ż-żamma tar-rekords skont l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment għandhom jissorveljaw b'mod perjodiku ir-rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ordnijiet soġġetti għal dawk ir-rekwiżitim inkluż konverżazzjonijiet rilevanti. Sorveljanza bħal din għandha tkun abbażi tar-riskju u proporzjonata.

7.   Id-ditti tal-investiment għandhom juru s-sorveljanza tal-politiki, il-proċeduri u l-ġestjoni tar-regoli tar-reġistrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fuq talba.

8.   Qabel mad-ditti tal-investiment jipprovdu servizzi tal-investiment u attivitajiet fir-rigward tar-riċeviment, it-trażmissjoni u l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għal klijenti ġodda u eżistenti, id-ditti għandhom jinfurmaw lill-klijent b'dan li ġej:

(a)

li l-konverżazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet qegħdin jiġu rrekordjati; u

(b)

li kopja tar-reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet bħal dawn mal-klijent u l-komunikazzjonijiet mal-klijent ser ikunu disponibbli fuq talba għal perjodu ta' ħames (5) snin u, fejn mitlub mill-awtorità kompetenti, għal perjodu sa seba' snin.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ippreżentata fl-istess lingwa(i) bħal dik/dawk użata/użati sabiex tipprovdi/jipprovdu servizzi tal-investiment lill-klijenti.

9.   Id-ditti tal-investiment għandhom jirrekordjaw f'mezz permanenti l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-konverżazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ mal-klijenti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

id-data u l-ħin tal-laqgħat,

(b)

il-post tal-laqgħat;

(c)

l-identità ta' dawk li jattendu;

(d)

l-inizjatur tal-laqgħat; u

(e)

informazzjoni rilevanti dwar l-ordni tal-klijent inkluż il-prezz, volum, tip ta' ordni u meta ser tintbagħat jew tiġi eżegwita.

10.   Ir-rekords għandhom jinżammu f'mezz permanenti, li jippermettilhom li jerġgħu jinstemgħu jew jiġu kkuppjati u għandhom jinżammu f'format li ma jippermettix li r-rekord oriġinali jinbidel jew jitħassar.

Ir-rekords għandhom jinżammu f'mezz sabiex ikunu aċċessibbli u disponibbli faċilment lill-klijenti fuq talba.

Id-ditti għandhom jiżguraw il-kwalità, il-preċiżjoni u t-tlestija tar-rekords ta' kull reġistrazzjoni tat-telefon u ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

11.   Il-perjodu ta' żmien għaż-żamma ta' rekord għandu jibda fid-data meta jinħoloq ir-rekord.

TAQSIMA 9

Swieq tat-tkabbir SME

Artikolu 77

Kwalifika bħala SME

(L-Artikolu 4(1)(13) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Emittent li l-ishma tiegħu ġew ammessi għan-negozjar għal anqas minn tliet snin għandu jitqies bħala SME għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn il-kapitilizzazzjoni tas-suq tiegħu hija taħt EUR 200 miljun abbażi ta' xi wħud minn dawn li ġejjin:

(a)

il-prezz tal-għeluq tal-ishma tal-ewwel jum tan-negozjar, jekk l-ishma tiegħu ġew ammessi għan-negozjar għal anqas minn sena;

(b)

l-aħħar prezz tal-għeluq tal-ishma tal-ewwel sena tan-negozjar, jekk l-ishma tiegħu ġew ammessi għan-negozjar għal aktar minn sena imma inqas minn sentejn;

(c)

il-medja tal-aħħar prezzijiet tal-għeluq tal-ishma ta' kull waħda mill-ewwel sentejn tan-negozjar, jekk l-ishma tiegħu ġew ammessi għan-negozjar għal aktar minn sentejn imma anqas minn tliet snin;

2.   Emittent li ma għandux strument ta' ekwità nnegozjat fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jitqies li huwa SME għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(13) tad-Direttiva 2014/65/UE jekk, skont l-aħħar kontijiet annwali jew konsolidati tiegħu jissodisfa mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: numru medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja ta' inqas minn 250 ruħ, karta tal-bilanċ li ma taqbiżx EUR 43 000 000 u fatturat annwali nett ta' mhux aktar minn EUR 50 000 000.

Artikolu 78

Reġistrazzjoni bħala suq ta' tkabbir tal-SME

(L-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Meta tiddetermina jekk mill-anqas 50 % tal-emittenti ammessi għan-negozjar f'MTF huma SMEs għall-finijiet ta' reġistrazzjoni bħala suq ta' tkabbr SME skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-operatur tal-MTF għandha tikkalkula l-proporzjon medju tal-SMEs fuq in-numru totali ta' emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'dak is-suq. Il-proporzjon medju għandu jiġi kkalkolat fil-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja ta' qabel bħala l-medja tat-tnax-il proporzjon tat-tmiem tax-xahar ta' dik is-sena kalendarja.

Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet l-oħrajn għar-reġistrazzjoni speċifikati fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra applikant mingħajr storja ta' operat minn qabel bħala suq ta' tkabbir tal-SME u, wara li jgħaddu tliet snin kalendarji, għandha tivverifika li hija konformi mal-proporzjon minimu ta' SMEs, kif iddeterminat skont l-ewwel subparagrafu.

2.   Fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-punti (b), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-operatur tal-MTF ma għandhiex tirreġistra l-MTF bħala suq ta' tkabbir tal-SME sakemm ma tissodisfax li l-MTF:

(a)

stabbilixxiet u tapplika r-regoli li jipprovdu għal kriterji oġġettivi u trasparenti għall-ammissjoni għan-negozjar ta' emittenti fiċ-ċentru tagħha stess

(b)

għandha mudell ta' operat li huwa adegwat għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħha u tiżgura l-manteniment ta' negozjar ġust u ordnat fl-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar fiċ-ċentru tagħha

(c)

stabbilixxiet u tapplika regoli li jeħtieġu emittent li jfittex ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tiegħu għan-negozjar fl-MTF, sabiex jippubblika, f'każijiet fejn id-Direttiva 2003/71/KE ma tapplikax, dokument adegwat ta' ammissjoni, imfassal taħt ir-responsabilità tal-emittent u li jistqarr b'mod ċar jekk ġiex approvat jew rivedut jew le u minn min

(d)

stabbilixxiet u tapplika regoli li jiddefinixxu l-kontenut minimu tad-dokument ta' ammissjoni msemmija taħt il-punt (c), b'tali mod li tkun ipprovduta biżżejjed informazzjoni lill-investituri li tippermettilhom jagħmlu valutazzjoni informata tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent, u d-drittijiet annessi ma' dawn it-titoli

(e)

teħtieġ l-emittent sabiex jistqarr, fid-dokument ta' ammissjoni msemmi taħt il-punt (c), jekk, fl-opinjoni tagħha, il-kapital ta' ħidma tagħha huwiex biżżejjed jew le għar-rekwiżiti preżenti tagħha jew, jekk le, kif tipproponi li tipprovdi il-kapital ta' ħidma addizzjonali meħtieġ

(f)

għamlet arranġamenti għad-dokument ta' ammissjoni msemmi taħt il-punt (c) sabiex ikun soġġett għal reviżjoni adegwata dwar it-tlestija, il-konsistenza u s-sħuħija tagħha

(g)

teħtieġ li l-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fiċ-ċentru tagħha sabiex jippubblikaw rapporti finanzjarji annwali fi żmien 6 xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja, u rapporti finanzjarji ta' nofs is-sena fi żmien 4 xhur wara t-tmiem tal-ewwel 6 xhur ta' kull sena finanzjarja;

(h)

tiżgura t-tixrid ta' prospetti mfassla lill-pubbliku skont id-Direttiva 2003/71/KE, dokumenti ta' ammissjoni msemmija taħt il-punt(c), rapporti finanzjarji msemmija taħt il-punt (g) u informazzjoni definita fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 żvelati pubblikament mill-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fiċ-ċentru tagħha, billi tippubblikahom fis-sit elettroniku tagħha, jew tipprovdi link diretta fuqha għall-paġna tas-sit elettroniku tal-emittenti fejn dokumenti, rapporti u informazzjoni bħal dawn huma ppubblikati;

(i)

tiżgura li l-informazzjoni regolatorja msemmija taħt il-punt(h) u links diretti jibqgħu disponibbli fis-sit elettroniku tagħha għal perjodu ta' mill-anqas ħames (5) snin.

Artikolu 79

Dereġistrazzjoni bħala suq ta' tkabbir SME

(L-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fir-rigward tal-proporzjon ta' SMEs, u mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet l-oħrajn speċifikati fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u fl-Artikolu 78(2) ta' dan ir-Regolament, suq ta' tkabbir tal-SME għandu jkun dereġistrat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju fejn il-proporzjon ta' SMEs, kif iddeterminat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(1) ta' dan ir-Regolament, jaqa' taħt 50 % għal tliet snin kalendarji konsekuttivi.

2.   Fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u fl-Artikolu 78(2) ta' dan ir-Regolament, l-operatur ta' suq ta' tkabbir tal-SME għandu jkun dereġistrat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju fejn kundizzjonijiet bħal dawn mhumiex sodisfatti aktar.

KAPITOLU IV

OBBLIGI TA' TĦADDIM GĦAL ĊENTRI TA' NEGOZJAR

Artikolu 80

Ċirkostanzi li jikkostitwixxu ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri u l-funzjonament ordnat tas-suq

(L-Artikolu 32(1), 32(2), 52(1) u 52(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 32(1) 32(2) 52(1) u 52(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, sospensjoni jew tneħħija ta' strument finanzjarju min-negozjar għandhom jitqiesu bħala li probabbli jikkawżaw dannu sinifikanti għall-interessi tal-investituri jew il-funzjonament ordnat tas-suq għallinqas fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fejn joħolqu riskju sistemiku li jimmina l-istabbilità finanzjarja, bħal fejn teżisti l-ħtieġa sabiex titnaqqas pożizzjoni dominanti tas-suq, jew fejn l-obbligi ta' saldu ma jiġux issodisfati f'volum sinifikanti.

(b)

fejn il-kontinwazzjoni tan-negozjar fuq is-suq hija meħtieġa sabiex jitwettqu funzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju kritiċi wara n-negozjar fejn hemm bżonn tal-likwidazzjoni tal-istrumenti finanzjarji minħabba l-inadempjenza ta' membru tal-ikklirjar taħt il-proċeduri tal-inadempjenza ta' CCP u CCP tkun esposta għal riskji inaċċettabbli bħala riżultat tal-inabilità li jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġini.

(c)

fejn il-vijabilità finanzjarja tal-emittent tkun mhedda, bħal fil-każ fejn huwa jkun involut fi tranżazzjoni korporattiva jew f'żidiet tal-kapital.

2.   Bil-għan li jiġi stabbilit jekk sospensjoni jew tneħħija hijiex probabbli li tikkawża dannu sinifikanti għall-interessi tal-investituri jew il-funzjonament ordnat tas-suq fi kwalunkwe każ partikolari, l-awtorità kompetenti nazzjonali, operatur fis-suq li jopera suq regolat jew ditta ta' investiment jew operatur tas-suq li għandu MTF jew OTF għandhom iqisu l-fatturi rilevanti kollha, inkluż:

(a)

ir-rilevanza tas-suq f'termini ta' likwidità fejn il-konsegwenzi tal-azzjonijiet x'aktarx li jkunu aktar sinifikanti fejn dawk is-swieq huma aktar rilevanti f'termini ta' likwidità milli fi swieq oħrajn;

(b)

in-natura tal-azzjoni prevista fejn l-azzjonijiet b'impatt sostnut jew dewwiemi fuq il-ħila tal-investituri sabiex jinnegozjaw strument finanzjarju fuq iċ-ċentri tan-negozjar, bħal tneħħijiet, x'aktarx li ser ikollhom impatt akbar fuq l-investituri milli azzjonijiet oħrajn;

(c)

l-effetti mnissla minn sospensjoni jew tneħħija ta' derivattivi, indiċijiet jew valutazzjonijiet komparattivi relatati biżżejjed li għalihom l-istrument imneħħi jew sospiż iservi bħala bażi jew kostitwent;

(d)

l-effetti ta' sospensjoni fuq l-interessi tal-utenti aħħarin tas-suq li mhumiex kontropartijiet finanzjarji, bħal entitajiet li jinnegozjaw fi strumenti finanzjarji għall-iħħeġġjar tar-riskji kummerċjali.

3.   Il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu wkoll fejn awtorità kompetenti nazzjonali, operatur tas-suq li jopera suq regolat jew ditta ta' investiment jew operatur tas-suq li għandu MTF jew OTF tiddeċiedi li ma tissospendix jew tneħħi strument finanzjarju abbażi ta' ċirkostanzi mhux koperti mil-lista tal-paragrafu 1.

Artikolu 81

Ċirkostanzi fejn jistgħu jkunu preżunti ksur sinifikanti tar-regoli ta' ċentru tan-negozjar jew kundizzjonijiet diżordinati tan-negozjar jew taqlibiet fis-sistema fir-rigward ta' strument finanzjarju

(L-Artikoli 31(2) u 54(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Meta ssir valutazzjoni ta' jekk ir-rekwiżit sabiex jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar ksur sinifikanti tar-regoli taċ-ċentru tan-negozjar tagħhom jew kundizzjonijiet diżordinati tan-negozjar jew taqlibiet fis-sistema fir-rigward ta' strument finanzjarju japplikax, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iqisu s-sinjali elenkati fit-Taqsima A tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni ser tkun meħtieġa biss f'każijiet ta' avvenimenti sinifikanti li għandhom il-potenzjali li jipperikolaw ir-rwol u l-funzjoni taċ-ċentri tan-negozjar bħala parti minn infrastruttura tas-suq finanzjarju.

Artikolu 82

Ċirkostanzi fejn tista' tiġi preżunta mġiba li tindika l-kondotta li hija pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014

(L-Artikoli 31(2) u 54(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Meta jivvalutaw jekk ir-rekwiżit sabiex jinfurmaw minnufih l-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar il-kondotta li tista' tindika imġiba li hija pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 japplikax, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iqisu s-sinjali elenkati fit-Taqsima B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

2.   L-operatur ta' ċentru tan-negozjar wieħed jew aktar fejn strument finanzjarju u/jew strument finanzjarju relatat huma nnegozjati għandu japplika approċċ proporzjonat u għandu jeżerċita l-ġudizzju fuq is-sinjali attivati, inkluż sinjali rilevanti mhux speċifikament inklużi fit-Taqsima B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, qabel ma jinforma lill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti, filwaqt li jqis dan li ġej:

(a)

id-devjazzjonijiet mill-mudell tan-negozjar tas-soltu tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew negozjati fuq iċ-ċentru tan-negozjar tiegħu; u

(b)

l-informazzjoni disponibbli jew aċċessibbli għall-operatur, kemm jekk din tkun interna bħala parti mill-operazzjonijiet taċ-ċentru tan-negozjar jew disponibbli b'mod pubbliku,

3.   L-operatur ta' ċentru tan-negozjar wieħed jew aktar għandu jqis imġibiet front running, li jikkonsistu f'membru tas-suq jew parteċipant jinnegozjaw, għalihom stess, qabel il-klijent tagħhom, u għal dak il-għan għandu juża d-data mill-ktieb tal-ordnijiet meħtieġa sabiex tkun irreġistrata miċ-ċentru tan-negozjar skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, b'mod partikolari dawk relatati mal-mod kif il-membru jew il-parteċipant iwettaq l-attività tan-negozjar tiegħu.

KAPITOLU V

RAPPURTAĠĠ DWAR IL-POŻIZZJONI F'DERIVATTIVI TA' KOMODITÀ

Artikolu 83

Rappurtaġġ dwar il-pożizzjoni

(L-Artikolu 58(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għall-għan tar-rapporti ta' kull ġimgħa msemmija fl-Art 58(1)a tad-Direttiva 2014/65/UE, l-obbligu għal ċentru tan-negozjar li jagħmel rapport bħal dan pubbliku għandu japplika meta t-tnejn miż-żewġ valutazzjonijiet ta' referenza li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

20 detentur ta' pożizzjoni miftuħa jeżistu f'kuntratt partikolari f'ċentru tan-negozjar partikolari; u

(b)

l-ammont assolut tal-volum gross twil jew qasir tat-total ta' interess miftuħ, espress fin-numru ta' lottijiet tad-derivattiv ta' komodità rilevanti, jaqbeż livell ta' erba' darbiet il-provvista li titwassal fl-istess derivattiv ta' komodità, espress f'numru ta' lottijiet.

Fejn id-derivattiv ta' komodità ma għandux ass sottostanti li jitwassal b'mod fiżiku u għal kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tiegħu, il-punt (b) ma għandux japplika.

2.   Il-limitu stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika bħala aggregat abbażi tal-kategoriji kollha ta' persuni irrispettivament min-numri ta' detenturi ta' pożizzjoni f'kull kategorija partikolari ta' persuni.

3.   Għall-kuntratti fejn hemm inqas minn ħames (5) detenturi ta' pożizzjoni attivi f'kategorija ta' persuni partikolari, in-numru ta' detenturi ta' pożizzjoni f'dik il-kategorija ma għandux jiġi ppubblikat.

4.   Għall-kuntratti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għall-ewwel darba, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw ir-rapport ta' kull ġimgħa tal-kuntratti mill-aktar fis prattikabbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 3 ġimgħat mid-data li fiha l-limiti huma l-ewwel attivati.

5.   Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati aktar, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikomplu jippubblikaw ir-rapporti ta' kull ġimgħa għal perjodu ta' tliet (3) xhur. L-obbligu tal-pubblikazzjoni tar-rapport ta' kull ġimgħa ma japplikax aktar fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma ġewx issodisfati b'mod kontinwu meta jiskadi dak il-perjodu.

KAPITOLU VI

OBBLIGI TAL-GĦOTI TA' DATA GĦAL FORNITURI TAS-SERVIZZ TA' RAPPURTAĠĠ TA' DATA

Artikolu 84

Obbligu li tiġi pprovduta data tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għall-finijiet li d-data tas-suq li fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 6, 20 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kummerċjali raġonevoli skont l-Artikoli 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, arranġamenti ta' pubblikazzjoni approvati (APAs) u fornituri ta' tejps ikkonsolidati (CTPs) għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 85 sa 89.

2.   L-Artikoli 85, 86(2), 87, 88(2) u 89 ma għandhomx japplikaw għall-APAs jew is-CTPs li jagħmlu d-data tas-suq disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.

Artikolu 85

Għoti tad-data tas-suq abbażi tal-kost

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Il-kost tad-data tas-suq għandu jkun ibbażat fuq il-kost tal-produzzjoni u t-tixrid ta' data bħal din u jista' jinkludi marġini raġonevoli.

2.   Il-kostijiet tal-produzzjoni u t-tixrid ta' data tas-suq jistgħu jinkludu sehem xieraq tal-kostijiet konġunti għal servizz ieħor ipprovdut mill-APAs u s-CTPs.

Artikolu 86

Obbligu li tiġi pprovduta data tas-suq fuq bażi mhux diskriminatorja

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   L-APAs u s-CTPs għandhom jagħmlu d-data tas-suq disponibbli bl-istess prezz u bl-istess termini u kundizzjonijiet lill-konsumaturi kollha li jaqgħu fi ħdan l-istess kategorija skont il-kriterji objettivi ppubblikati.

2.   Kwalunkwe differenzjal fil-prezzijiet imposti fuq kategoriji differenti ta' konsumaturi għandu jkun proporzjonat għall-valur li d-data tas-suq tirrappreżenta lil dawk il-konsumaturi, filwaqt li jitqies:

(a)

il-kamp tal-applikazzjoni u l-iskala tad-data tas-suq inkluż in-numru ta' strumenti finanzjarji koperti u l-volum tan-negozjar;

(b)

l-użu tad-data tas-suq magħmul mill-konsumatur, inkluż jekk hijiex użata għall-attivitajiet tan-negozjar tal-konsumatur stess, għal bejgħ mill-ġdid jew għal aggregazzjoni tad-data.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-APAs u s-CTPs għandu jkollhom kapaċitajiet skalabbli fis-seħħ sabiex jiżguraw li l-konsumaturi jistgħu jiksbu aċċess f'waqtu għad-data tas-suq f'kull ħin fuq bażi mhux diskriminatorja.

Artikolu 87

Tariffi għal kull utent

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   L-APAs u s-CTPs għandhom jitolbu imposti fuq l-użu tad-data tas-suq abbażi tal-użu magħmul mid-data tas-suq minn utenti finali individwali (“fuq bażi għal kull utent”). L-APAs u s-CTPs għandu jkollhom arranġamenti fis-seħħ sabiex jiżguraw li kull użu individwali tad-data tas-suq jintalab ħlas għalih darba biss.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-APAs u s-CTPs jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux id-data tas-suq disponibbli fuq bażi għal kull utent fejn, talba għal ħlas fuq bażi għal kull utent tkun sproporzjonata għall-ispiża li tagħmel id-data tas-suq disponibbli, fid-dawl tal-iskala u l-kamp tal-applikazzjoni tad-data tas-suq.

3.   L-APAs u s-CTPs għandhom jipprovdu raġunijiet għar-rifjut li jagħmlu d-data tas-suq disponibbli fuq bażi għal kull utent u għandhom jippubblikaw dawk ir-raġunijiet fuq il-paġna elettronika tagħhom.

Artikolu 88

Separazzjoni u diżaggregazzjoni tad-data tas-suq

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   L-APAs u s-CTPs għandhom jagħmlu d-data tas-suq disponibbli mingħajr ma tkun miġbura ma' servizzi oħra.

2.   Il-prezzijiet għad-data tas-suq għandhom ikunu imposti abbażi tal-livell ta' diżaggregazzjoni tad-data tas-suq ipprovduta fl-Artikoli 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 kif speċifikat aktar fl-Artikoli tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 (27).

Artikolu 89

Obbligu ta' trasparenza

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   L-APAs u s-CTPs għandhom jiżvelaw u jagħmlu disponibbli b'mod faċli lill-pubbliku il-prezz u termini u kundizzjonijiet oħrajn għad-dispożizzjoni tad-data tas-suq b'mod li huma aċċessibbli b'mod faċli.

2.   L-iżvelar għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

lista tal-prezzijiet attwali, inkluż l-informazzjoni li ġejja:

(i)

tariffi għal kull wiri tal-utent;

(ii)

tariffi mhux tal-wiri;

(iii)

politiki ta' skont;

(iv)

tariffi assoċjati ma' kundizzjonijiet tal-liċenzja;

(v)

tariffi għal data tas-suq ta' qabel in-negozjar u wara n-negozjar;

(vi)

tariffi għal subsettijiet oħrajn ta' informazzjoni, inkluż dawk meħtieġa skont l-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(vii)

termini u kundizzjonijiet kuntrattwali oħrajn;

(b)

żvelar bil-quddiem b'minimu ta' avviż ta' 90 jum dwar bidliet futuri fil-prezzijiet;

(c)

informazzjoni dwar il-kontenut tad-data tas-suq inkluż l-informazzjoni li ġejja:

(i)

in-numru ta' strumenti koperti;

(ii)

il-fatturat totali ta' strumenti koperti;

(iii)

il-proporzjon tad-data tas-suq ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar;

(iv)

informazzjoni fuq kwalunkwe data pprovduta flimkien mad-data tas-suq;

(v)

id-data tal-aħħar adattament tat-tariffa tal-liċenzja għad-data tas-suq ipprovduta;

(d)

dħul miksub minn meta d-data tas-suq hija magħmula disponibbli u l-proporzjon ta' dak id-dħul imqabbel mad-dħul totali tal-APA jew is-CTP;

(e)

informazzjoni fuq kif il-prezz huwa mfassal, inkluż il-metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-ispejjeż użati u informazzjoni dwar il-prinċipji speċifiċi skont liema huma allokati l-ispejjeż konġunti u varjabbli u huma mqassmin l-ispejjeż konġunti fissi, bejn il-produzzjoni u t-tixrid tad-data tas-suq u servizzi oħrajn ipprovduti mill-APAs u s-CTPs.

KAPITOLU VII

L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U D-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 90

Determinazzjoni tal-importanza sostanzjali tal-operazzjonijiet ta' ċentru tan-negozjar fi Stat Membru ospitanti

(L-Artikolu 79(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għandu jitqies li l-operazzjonijiet ta' suq irregolat fi Stat Membru ospitanti jkunu ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f'dak l-Istat ospitanti fejn jiġi ssodisfatt għallinqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru ospitant kien preċedentement l-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat inkwistjoni;

(b)

is-suq regolat inkwistjoni akkwista permezz ta' fużjoni, akkwiżizzjoni, jew kull forma oħra ta' trasferiment tan-negozju sħiħ jew parti minnu ta' suq regolat li qabel kien imħaddem minn operatur tas-suq li kellu l-uffiċċju reġistrat jew uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru ospitanti.

2.   Għandu jitqies li l-operazzjonijiet ta' MTF jew OTF fi Stat Membru ospitanti jkunu ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni ta' l-investituri f'dak l-Istat ospitanti fejn mill-anqas wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġi sodisfatt fir-rigward ta' dik l-MTF jew l-OTF u mill-anqas jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

qabel ma waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 isseħħ fir-rigward tal-MTF jew l-OTF, iċ-ċentru tan-negozjar kellu sehem mis-suq ta' mill-anqas 10 % tan-negozjar f'termini tal-fatturat totali f'termini monetarji fin-negozjar fiċ-ċentru u negozjar ta' internalizzatur sistematiku fl-Istat Membru ospitanti f'mill-anqas klassi ta' assi soġġett għall-obbligi ta' trasparenza tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

l-MTF jew l-OTF huma rreġistrati bħala suq ta' tkabbir tal-SME.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 91

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament japplika mid-data li tidher l-ewwel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija fil-livell tal-operatur (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1)

(3)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta' l-24 ta' Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p.31).

(4)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p.1)

(7)  Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 tas-7 ta' April 2016 li tissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti, l-obbligi ta' governanza tal-prodotti u r-regoli applikabbli għall-provvediment jew ir-riċeviment ta' tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju (ara paġna 500 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(10)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84)

(12)  Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (Direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179).

(13)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.)

(15)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1)

(16)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1)

(17)  Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(18)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(19)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1)

(21)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)

(23)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

(24)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

(25)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

(26)  Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1).

(27)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta (ara paġna 142 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Iż-żamma ta' rekords

Lista minima ta' rekords li jridu jinżammu minn ditti ta' investiment skont in-natura tal-attivitajiet tagħhom

In-natura tal-obbligu

It-tip ta' reġistru

Sommarju tal-kontenut

Referenza leġiżlattiva

Valutazzjoni tal-klijent

 

Tagħrif lill-klijenti

Kontenut kif previst skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikoli 39 sa 45 ta' dan ir-Regolament

l-Artikolu 24(4) MIFID II

L-Artikoli 39 sa 45 ta' dan ir-Regolament

 

Ftehimiet tal-klijenti

Rekords kif previsti mill-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 25(5) MIFID II

L-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament

 

Valutazzjoni tal-adattament u l-adegwatezza

Kontenut kif previst fl-Artikolu 25(2) u 25(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 50 ta' dan ir-Regolament

L-Artikoli 25(2) u 25(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikoli 35, 36 u 37 ta' dan ir-Regolament

Il-ġestjoni tal-ordnijiet

 

Ġestjoni tal-ordnijiet tal-klijenti — Tranżazzjonijiet aggregati

Ir-rekords kif previsti mill-Artikoli 63 sa 66 ta' dan ir-Regolament

L-Artikoli 24(1) u 28(1) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 63 sa 66 ta' dan ir-Regolament

 

Aggregazzjoni u allokazzjoni ta' tranżazzjonijiet għan-nom proprju

Ir-rekords kif previsti mill-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament

L-Artikoli 28(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament

L-Ordnijiet tal-Klijenti u t-tranżazzjonijiet

 

Iż-żamma tar-rekords tal-ordnijiet tal-klijenti jew tad-deċiżjoni li jsir negozju

Ir-rekords kif previsti mill-Artikolu 69 ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 69 ta' dan ir-Regolament

 

Żamma ta' rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ipproċessar ta' ordnijiet

Ir-rekords kif previsti mill-Artikolu 70 ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(6)tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 70 ta' dan ir-Regolament

Rapportar lil klijenti

 

L-obbligu fir-rigward tas-servizzi pprovduti lill-klijenti

Kontenut kif previst fl-Artikoli 53 sa 58 ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(1) u (6) u 25(1) u (6) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 53 sa 58 ta' dan ir-Regolament

Is-salvagwardja tal-assi tal-klijenti

 

Strumenti finanzjarji tal-klijenti miżmuma minn ditta ta' investiment

Ir-rekords kif previsti mill-Artikolu 16(8) tad-Direttiva 2014/65/UE u skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

L-Artikolu 16(8) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

 

Fondi miżmuma għall-klijenti minn ditta ta' investiment

Ir-rekords kif previsti mill-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

L-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

 

L-użu ta' strumenti finanzjarji tal-klijenti

Ir-rekords previsti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

L-Artikolu 16(8) sa (10) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 5 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

Il-komunikazzjoni mal-klijenti

 

Informazzjoni dwar l-ispejjeż u ħlasijiet assoċjati

Kontenut kif previst mill-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(4)(c) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament

 

Informazzjoni dwar id-ditta ta' investiment u s-servizzi tagħha, l-istrumenti finanzjarji u s-salvagwardja tal-assi tal-klijent

Kontenut kif previst mill-Artikoli ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 45 u 46 ta' dan ir-Regolament

 

Tagħrif lill-klijenti

Rekords ta' komunikazzjoni

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 39 ta' dan ir-Regolament

 

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali (ħlief f'forma orali)

Kull komunikazzjoni kummerċjali maħruġa mid-ditta ta' investiment (ħlief f'forma orali) kif prevista mill-Artikoli 36 u 37 ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 36 u 37 ta' dan ir-Regolament

 

Pariri dwar l-investiment lill-klijenti mhux professjonali

(i) Il-ħin, id-data u l-fatt li l-parir dwar l-investiment ġie mogħti u (ii) l-istrument finanzjarju li ġie rrakkomandat (iii) ir-rapport ta' adegwatezza mogħti lill-klijent

L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 54 ta' dan ir-Regolament

 

Ir-riċerka fl-investiment

Kull oġġett ta' riċerka fl-investiment maħruġa mid-ditta ta' investiment f'forma durabbli

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 36 u 37 ta' dan ir-Regolament

Rekwiżiti organizzattivi

 

In-negozju tad-ditta u l-organizzazzjoni interna

Rekords kif previsti mill-Artikolu 21(1)(h) ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(2) sa (10) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 21(1)(h) ta' dan ir-Regolament

 

Rapporti ta' konformità

Kull rapport ta' konformità lill-korp ta' ġestjoni

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 22(2)(b) u 25(2) ta' dan ir-Regolament

 

Rekord tal-Kunflitt ta' Interess

Ir-rekords kif previst mill-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament

 

Inċentivi

L-informazzjoni żvelata lill-klijenti skont l-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 11 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

 

Rapporti dwar l-immaniġġar tar-riskju

Kull rapport dwar l-immaniġġar tar-riskju lill-maniġment superjuri

L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 23(1)(b) u 25(2) ta' dan ir-Regolament

 

Rapporti ta' verifika interna

Kull rapport ta' verifika interna lill-maniġment superjuri

L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 24 u 25(2) ta' dan ir-Regolament

 

Rekords dwar it-trattament tal-ilmenti

Kull ilment u l-miżuri meħuda biex jittrattaw l-ilment

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament

 

Reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet personali

Rekords kif previsti mill-Artikolu 29(2)(c) ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 29(2)(c) ta' dan ir-Regolament


ANNESS II

Spejjeż u imposti

Spejjeż identifikati li għandhom jiffurmaw parti mill-ispejjeż li jridu jiġu żvelati lill-klijenti  (1)

Tabella 1 — L-ispejjeż u l-imposti assoċjati kollha mitluba għas-servizz(i) ta' investiment u/jew servizzi anċillari pprovduti lill-klijent li għandhom jiffurmaw parti mill-ammont li għandu jiġi żvelat

Oġġetti ta' kost li għandhom jiġu żvelati

Eżempji:

Miżati ta' darba relatati mal-forniment ta' servizz ta' investiment

L-ispejjeż u l-imposti kollha mħallsa lid-ditta ta' investiment fil-bidu jew fit-tmiem tas-servizz(i) ta' investiment ipprovdut(i).

Ħlasijiet ta' depożitu, ħlasijiet ta' terminazzjoni u ħlasijiet ta' trasferiment (2).

Imposti kurrenti konnessi mal-għoti ta' servizz ta' investiment

L-ispejjeż u l-imposti kurrenti mħallsa lil ditti ta' investiment għas-servizzi tagħhom ipprovduti lill-klijent.

Ħlasijiet tal-immaniġġjar, ħlasijiet ta' konsultazzjoni, miżati għal kustodja.

L-ispejjeż kollha relatati ma' tranżazzjonijiet mibdija matul il-forniment ta' servizz ta' investiment

L-ispejjeż u l-imposti kollha li huma relatati mat-tranżazzjonijiet imwettqa minn ditta ta' investiment jew minn partijiet oħra.

Kummissjonijiet tas-sensara (3), tariffi tad-dħul u tal-ħruġ imħallsa lill-maniġer tal-fond, ħlasijiet tal-pjattaforma, awmenti (inkorporati fil-prezz tat-tranżazzjoni), taxxa tal-boll, taxxa fuq tranżazzjonijiet u spejjeż tal-kambju barrani.

L-ispejjeż marbuta ma' servizzi anċillari

L-ispejjeż u imposti kollha li huma relatati ma' servizzi anċillari li mhumiex inklużi fl-ispejjeż imsemmija hawn fuq.

L-ispejjeż tar-riċerka

L-ispejjeż tal-kustodja.

Spejjeż inċidentali

 

miżati fuq il-prestazzjoni


Tabella 2 — L-ispejjeż u l-imposti assoċjati kollha marbuta mal-istrument finanzjarju li għandu jifforma parti mill-ammont li jrid jiġi żvelat

Spejjeż biex jiġu żvelati

Eżempji:

Imposti ta' darba

L-ispejjeż u l-imposti kollha (inklużi fil-prezz jew minbarra l-prezz tal-istrument finanzjarju) imħallsa lil fornituri tal-prodott fil-bidu jew fit-tmiem tal-perjodu ta' investiment fl-istrument finanzjarju.

It-tariffa tal-ġestjoni bil-quddiem, tariffa ta' strutturazzjoni (4), tariffa ta' distribuzzjoni.

Ħlasijiet kurrenti

L-ispejjeż u l-imposti kollha kurrenti relatati mal-ġestjoni tal-prodott finanzjarju li huma mnaqqsa mill-valur tal-istrument finanzjarju matul il-perjodu ta' investiment fl-istrument finanzjarju.

It-miżati tal-immaniġġjar, l-ispejjeż tas-servizz, it-miżati minħabba bidla, spejjeż u taxxi minħabba self ta' titoli, l-ispejjeż ta' finanzjament.

L-ispejjeż kollha relatati mat-tranżazzjonijiet

L-ispejjeż u l-imposti kollha li jsiru bħala riżultat tal-akkwist u t-trasferiment ta' investimenti.

Il-kummissjonijiet tas-sensara, miżati tad-dħul u tal-ħruġ mħallsa mill-fond, l-awmenti inkorporati fil-prezz tat-tranżazzjoni, taxxa tal-boll, taxxa fuq tranżazzjonijiet u l-ispejjeż tal-kambju barrani.

Spejjeż inċidentali

 

miżati fuq il-prestazzjoni


(1)  Għandu jiġi nnutat li ċerti spejjeż jidhru fiż-żewġ tabelli imma mhumiex doppji minħabba li rispettivament jirreferu għall-ispejjeż tal-prodott u l-ispejjeż tas-servizz. Eżempji huma l-miżati ta' ġestjoni (fit-Tabella 1, dawn jirreferu għal miżati ta' ġestjoni mitluba minn ditta ta' investiment li tipprovdi s-servizz ta' ġestjoni ta' portafoll lill-klijenti tagħha filwaqt li fit-Tabella 2 dawn jirreferu għal miżati ta' ġestjoni mitluba minn maniġer ta' fond ta' investiment lill-investitur tiegħu) u kummissjonijiet tas-sensara (fit-Tabella 1, dawn jirreferu għal kummissjonijiet imġarrba mid-ditta ta' investiment meta tinnegozja f'isem il-klijenti tagħha filwaqt li fit-Tabella 2 dawn jirreferu għal kummissjonijiet imħallsa minn fondi ta' investiment meta jinnegozjaw f'isem il-fond).

(2)  L-ispejjeż tal-bdil għandhom jinftehmu bħala spejjeż (jekk hemm) li jiġu mġarrba mill-investituri meta jaqilbu minn ditta ta' investiment għal oħra.

(3)  Il-kummissjonijiet tas-sensara għandhom jinftiehmu bħala spejjeż li huma mitluba mill-kumpaniji ta' investiment għat-twettiq tal-ordnijiet.

(4)  It-miżati ta' strutturazzjoni għandhom jinftiehmu bħala miżati imposti mill-manifatturi ta' prodotti tal-investiment strutturati għall-istrutturar tal-prodotti. Dawn jistgħu jkopru firxa usa' ta' servizzi pprovduti mill-manifattur.


ANNESS III

Rekwiżit għall-operaturi ta' ċentri ta' negozjar biex jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom

TAQSIMA A

Sinjali li jistgħu jindikaw ksur sinifikanti tar-regoli ta' ċentru ta' negozjar jew kundizzjonijiet diżordinati tal-kummerċ jew tħarbit fis-sistema b'rabta ma' strument finanzjarju

Ksur sinifikanti tar-regoli ta' ċentru tan-negozjar

1.

Il-parteċipanti fis-suq jiksru r-regoli taċ-ċentru tan-negozjar li għandhom l-għan li jipproteġu l-integrità tas-suq, il-funzjonament xieraq tas-suq jew l-interessi sinifikanti ta' parteċipanti oħra fis-suq; kif ukoll

2.

Ċentru tan-negozjar iqis li ksur ikun ta' severità jew ta' impatt suffiċjenti li jiġġustifika l-kunsiderazzjoni ta' azzjoni dixxiplinarja.

Kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati

3.

Il-proċess ta' identifikazzjoni tal-prezz jkun imbagħbas matul perjodu ta' żmien sinifikanti;

4.

Il-kapaċitajiet tas-sistemi tan-negozjar jintlaħqu jew jinqabżu;

5.

Il-ġeneraturi tas-suq/fornituri ta' likwidità jallegaw b'mod ripetittiv li negozju jkun sar ħażin; jew

6.

Falliment jew nuqqas fil-mekkaniżmi kritiċi skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu li huma maħsuba biex jipproteġu liċ-ċentru tan-negozjar kontra r-riskji ta' negozjar algoritmiku.

Tfixkil fis-sistema

7.

Kull ħsara jew waqfien tas-sistema għall-aċċess tas-suq li twassal biex il-parteċipanti jitilfu l-kapaċità tagħhom li jdaħħlu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-ordnijiet tagħhom;

8.

Kull ħsara kbira jew waqfien tas-sistema ta' tqabbil tat-tranżazzjonijiet, li twassal biex il-parteċipanti jitilfu ċertezza dwar l-istatus ta' tranżazzjonijiet lesti jew ordnijiet f'ħin reali kif ukoll nuqqas ta' informazzjoni indispensabbli għan-negozjar (pereżempju t-tixrid tal-valur tal-indiċi għan-negozjar ta' ċerti derivattivi f'dak l-indiċi);

9.

Kull ħsara jew waqfien tas-sistemi għad-disseminazzjoni ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar u dejta rilevanti oħra ppubblikata miċ-ċentri tan-negozjar skont l-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014;

10.

Kull ħsara jew waqfien tas-sistemi taċ-ċentru tan-negozjar li jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-attivitajiet ta' negozjar tal-parteċipanti tas-suq; u kull ħsara jew waqfien serju fl-isfera ta' fornituri ta' servizzi oħra relatati ma' xulxin, b'mod partikolari CCPs u CSDs, li għandhom riperkussjonijiet fuq is-sistema ta' negozjar.

TAQSIMA B

Sinjali li jistgħu jindikaw imġiba abbużiva skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014

Sinjali ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq potenzjali

1.

Konċentrazzjoni ta' tranżazzjonijiet mhux tas-soltu u/jew ordnijiet għal negozjar fi strument finanzjarju partikolari ma' membru/parteċipant jew bejn ċerti membri/parteċipanti.

2.

Repetizzjoni mhux tas-soltu ta' tranżazzjoni fost numru żgħir ta' membri/parteċipanti fuq ċertu perjodu ta' żmien.

Sinjali ta' abbuż potenzjali minn informazzjoni privileġġata

3.

Negozju sinifikanti u mhux tas-soltu jew sottomissjoni ta' ordnijiet għan-negozjar fl-istrumenti finanzjarji ta' kumpanija minn ċerti membri/parteċipanti qabel it-tħabbir ta' avvenimenti korporattivi importanti jew ta' informazzjoni sensittiva dwar il-prezzijiet marbuta mal-kumpanija; ordnijiet biex isir negozju/tranżazzjonijiet li jirriżultaw f'bidliet mhux mistennija u mhux tas-soltu fil-volum ta' ordnijiet/tranżazzjonijiet u/jew prezzijiet qabel l-avviżi pubbliċi rigward l-istrument finanzjarju inkwistjoni.

4.

F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu tranżazzjonijiet minn membru/parteċipant tas-suq qabel jew immedjatament wara li dak il-membru/parteċipant jew persuni li pubblikament huma magħrufa li relatati ma' dak il-membru/parteċipant jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet tar-riċerka jew tal-investiment li jkunu disponibbli pubblikament.

Sinjali ta' manipulazzjoni potenzjali tas-suq

Is-sinjali deskritti hawn taħt fil-punti 18 sa 23 huma partikolarment rilevanti f'ambjent ta' negozjar awtomatizzat.

5.

F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu transazzjonijiet li jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti fiċ-ċentru tan-negozjar konċernat, b'mod partikolari meta dawn l-attivitajiet iwasslu għal bidla sinifikanti fil-prezz tal-istrument finanzjarju.

6.

F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu transazzjonijiet minn membru/parteċipant b'interess tax-xiri jew tal-bejgħ sinifikanti f'strument finanzjarju li wasslu għal bidliet sinifikanti fil-prezz tal-istrument finanzjarju f'ċentru tan-negozjar.

7.

F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu transazzjonijiet li huma kkonċentrati fi żmien qasir fis-sessjoni tan-negozjar u jwasslu għal tibdil fil-prezz li sussegwentement jitreġġa' lura.

8.

F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar li jbiddlu r-rappreżentazzjoni tal-aħjar offerta jew prezzijiet ta' offerta fi strument finanzjarju ammess għan-negozjar jew li ġie nnegozjat f'ċentru tan-negozjar, jew b'mod iktar ġenerali r-rappreżentazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet disponibbli għall-parteċipanti tas-suq, li jiġu mneħħija qabel ma jitwettqu.

9.

Operazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar mogħtija minn suq/parteċipant mingħajr ebda ġustifikazzjoni apparenti oħra għajr żieda/tnaqqis fil-prezz jew il-valur ta', jew biex ikollhom impatt sinifikanti fuq il-provvista jew id-domanda għal strument finanzjarju, jiġifieri qrib il-punt ta' referenza matul il-ġurnata tan-negozjar, pereżempju fil-ftuħ jew qrib l-għeluq.

10.

Ix-xiri jew il-bejgħ ta' strument finanzjarju fiż-żmien ta' referenza tas-sessjoni ta' negozjar (ftuħ, għeluq, saldu) fi sforz biex jiżdied, jonqos jew jinżamm il-prezz ta' referenza (pereżempju prezz tal-ftuħ, prezz tal-għeluq, prezz tas-saldu) f'livell speċifiku — (normalment magħruf li jindika t-tmiem).

11.

Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li jkollhom l-effett li, jew li x'aktarx għandhom l-effett li jgħollu/jbaxxu l-prezz medju peżat tal-ġurnata jew ta' perjodu matul is-sessjoni.

12.

Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li għandhom l-effett li, jew x'aktarx għandhom l-effett li jistabbilixxu prezz tas-suq meta l-likwidità tal-istrument finanzjarju jew il-fond tar-reġistru tal-ordnijiet ma jkunux biżżejjed biex jitranġa l-prezz f'dik is-sessjoni.

13.

L-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni, il-bdil tal-prezzijiet għall-offertà meta dan it-tixrid hu fattur fid-determinazzjoni tal-prezz ta' tranżazzjoni oħra, irrispettivament jekk issirx fl-istess ċentru tan-negozjar jew le.

14.

L-entrata ta' ordnijiet li jirrappreżentaw volumi sinifikanti fir-reġistru ċentrali tal-ordnijiet tas-sistema tan-negozjar ftit minuti qabel il-fażi tal-istabbiliment tal-prezzijiet tal-irkant u l-kanċellament ta' dawn l-ordnijiet ftit sekondi qabel ma jiġi ffriżat ir-reġistru tal-ordnijiet għall-komputazzjoni tal-prezz tal-irkant biex il-prezz teoretiku tal-ftuħ jkun jidher ogħla/aktar baxx milli kieku jidher.

15.

It-twettiq ta' tranżazzjoni jew sensiela ta' tranżazzjonijiet li jintwerew f'faċilità għall-wiri pubbliku sabiex tingħata l-impressjoni ta' attività jew ta' varjazzjoni fil-prezz ta' strument finanzjarju (normalment magħrufa bħala “painting the tape”).

16.

Tranżazzjonijiet li jitwettqu minħabba li jsiru ordnijiet ta' xiri u ta' bejgħ biex isir negozjar fl-istess ħin jew kważi, bil-kwantità simili ħafna u bi prezz simili, mill-istess membri/parteċipanti jew differenti iżda kollużivi (normalent magħrufa bħala ordnijiet mhux imqabbla sew).

17.

Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li għandhom l-effett li, jew x'aktarx ikollhom l-effett li jevitaw is-salvagwardji tan-negozju tas-suq (pereżempju limitazzjonijiet fil-volum; limiti tal-prezzijiet; parametri tal-firxa bejn it-talba u l-offerta; eċċ...).

18.

Id-dħul ta' ordnijiet għan-negozjar jew serje ta' ordnijiet għan-negozjar, l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet jew serje ta' tranżazzjonijiet, li probabbli jibdew jew jaggravaw tendenza u li jwasslu lil parteċipanti oħra biex jaċċelleraw jew jestendu t-tendenza sabiex tinħoloq opportunità li tingħalaq/tinfetaħ pożizzjoni bi prezz favorevoli (normalment magħrufa bħala “momentum ignition”).

19.

Id-dħul ta' diversi ordnijiet għan-negozjar jew ordnijiet għan-negozjar kbar spiss 'il bogħod mill-mess fuq naħa waħda tar-reġistru tal-ordnijiet biex jiġi eżegwit negozju fuq in-naħa l-oħra tar-reġistru tal-ordnijiet. Wara li jkun seħħ in-negozju, l-ordnijiet manipulattivi jitneħħew (normalment magħrufa bħala “layering” u “spoofing”).

20.

Id-dħul ta' ordnijiet żgħar għan-negozjar biex jiġi aċċertat il-livell ta' ordnijiet moħbija u użati b'mod partikolari biex jiġi vvalutat x'qiegħed iserraħ fuq pjattaforma skura — normalment magħrufa bħala “ping order”;

21.

L-entrata ta' numri kbar ta' ordnijiet għan-negozjar u/jew kanċellamenti u/jew aġġornamenti għall-ordnijiet għan-negozjar biex tinħoloq inċertezza għall-parteċipanti l-oħra, u jittawwal il-proċess tagħhom biex jgħattu l-istrateġija tagħhom (normalment magħruf bħala “quote stuffing”).

22.

L-għoti ta' ordnijiet għan-negozju, biex jiġu attirati membri/parteċipanti fis-suq li jużaw tekniki ta' negozju tradizzjonali (“negozjanti kajmana”), li mbagħad jiġu riveduti malajr fuq termini anqas ġenerużi, bit-tama li jeżegwixxu bi profitt fil-konfront tal-fluss ta' dħul ta' ordnijiet għan-negozjar tan-“negozjanti kajmana” (normalment magħrufa bħala “smoking”).

23.

L-eżekuzzjoni ta' ordnijiet għan-negozjar, jew serje ta' ordnijiet għan-negozjar, sabiex jinkixfu l-ordnijiet ta' parteċipanti oħra, biex imbagħad isir ordni għan-negozjar biex jittieħed vantaġġ mill-informazzjoni miksuba (normalment magħruf bħala “phishing”).

24.

Sa fejn, fil-fehma tal-operatur ta' ċentru tan-negozjar, l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa juru evidenza ta' treġġigħ lura tal-pożizzjoni f'perjodu qasir u jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta' kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti fiċ-ċentru tan-negozjar konċernat, u jistgħu jkunu assoċjati ma' tibdil sinifikanti fil-prezz ta' strument finanzjarju, ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentri tan-negozjar.

Il-preżenza ta' sinjali ta' manipulazzjoni tas-suq bejn prodotti differenti, inkluż f'ċentri tan-negozjar differenti

Is-sinjali deskritti hawn taħt għandhom jiġu partikolarment ikkunsidrati mill-operatur ta' ċentru tan-negozjar fejn kemm l-istrument finanzjarju u strumenti finanzjarji relatati huma ammessi għan-negozjar jew innegozjati jew fejn l-istrumenti msemmija hawn fuq jiġu nnegozjati f'diversi ċentri tan-negozjar imħaddma mill-istess operatur.

25.

Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li għandhom l-effett, jew huwa probabbli li jkollhom l-effett, li jgħollu/jbaxxu/jżommu l-istess prezz tal-istrument finanzjarju matul il-ġranet ta' qabel l-emissjoni, t-tifdija fakultattitva jew maturità ta' derivattiv jew konvertibbli relatat;

26.

Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li jkollhom l-effett li, jew li x'aktarx ikollhom l-effett li jżommu l-prezz tal-istrument finanzjarju taħt jew fuq il-prezz tal-eżerċitar, jew element ieħor użat għad-determinazzjoni tal-ħlas (pereżempju barriera), għal derivat relatat fid-data ta' skadenza;

27.

Tranżazzjonijiet li għandhom l-effett li, jew aktarx li jkollhom l-effett li jimmodifikaw il-prezz tal-istrument finanzjarju sottostanti sabiex jaqbeż/ma jilħaqx il-prezz tal-eżerċitar, jew element ieħor użat għad-determinazzjoni tal-ħlas (pereżempju barriera), ta' derivat relatat fid-data ta' skadenza;

28.

Tranżazzjonijiet li għandhom l-effett li, jew aktarx li jkollhom l-effett li jimmodifikaw il-prezz tas-saldu ta' strument finanzjarju meta dan il-prezz ikun użat bħala referenza/determinant, prinċipalment fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-marġini;

29.

L-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn membru/parteċipant b'interess sinifikanti ta' xiri jew bejgħ fi strument finanzjarju li jwassal għal tibdil sinifikanti fil-prezz tad-derivattiv relatat jew assi sottostanti ammess għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar;

30.

Negozjar jew ordnijiet għan-negozjar li jsiru f'ċentru tan-negozjar wieħed jew barra minn ċentru tan-negozjar (inkluż l-entrata ta' indikazzjonijiet ta' interess) bil-ħsieb li b'mod mhux xieraq jinfluwenza l-prezz ta' strument finanzjarju relatat fi Stat Membru ieħor jew fl-istess ċentru tan-negozjar jew barra minn ċentru tan-negozjar (normalment magħrufa bħala manipulazzjoni bejn prodotti differenti (negozjar fuq strument finanzjarju biex il-prezz ta' strument finanzjarju relatat jitpoġġa b'mod mhux xieraq fi Stat Membru ieħor jew fl-istess ċentru tan-negozjar jew barra ċ-ċentru tan-negozjar)).

31.

Il-ħolqien jew it-tisħiħ ta' possibbiltajiet ta' arbitraġġ bejn strument finanzjarju u strument finanzjarju relatat billi jiġu influwenzati l-prezzijiet ta' referenza ta' wieħed mill-istrumenti finanzjarji, li jista' jsir permezz ta' strumenti finanzjarji differenti (bħal drittijiet/ishma, swieq tal-flus/swieq derivattivi, titoli u ishma,...). Fil-kuntest tal-ħruġ ta' drittijiet, dan jista' jinkiseb billi jiġi influwenzat il-prezz tal-ftuħ (teoretiku) jew l-għeluq (teoretiku) tad-drittijiet.

ANNESS IV

TAQSIMA 1

Iż-żamma tar-rekords tal-ordnijiet tal-klijent u d-deċiżjonijiet li jsir negozju

1.

L-isem u deżinjazzjoni tal-klijent

2.

L-isem jew denominazzjoni oħra ta' kull persuna rilevanti li qed taġixxi f'isem il-klijent

3.

Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat il-kummerċjant (ID tal-Kummerċjant) responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment fid-ditta ta' investiment

4.

Deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikat ukoll l-algoritmu (ID Algo) fid-ditta tal-investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment;

5.

Indikatur B/S;

6.

L-identifikazzjoni tal-istrument

7.

Il-prezz ta' kull unità u n-notazzjoni tal-prezz;

8.

Prezz

9.

Multiplikatur tal-prezzijiet

10.

Munita 1

11.

Munita 2

12.

Il-kwantità inizjali u notazzjoni tal-kwantità;

13.

Il-perjodu ta' validità

14.

It-tip tal-ordni;

15.

Kull dettall, kundizzjoni u struzzjoni partikolari oħra mill-klijent;

16.

Id-data u l-ħin eżatt ta' meta ġiet riċevuta l-ordni, jew id-data u l-ħin eżatt ta' meta saret id-deċiżjoni għan-negozjar. Il-ħin eżatt għandu jkun imkejjel skont il-metodoloġija preskritta skont l-istandards dwar is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2014/65/UE.

TAQSIMA 2

Żamma ta' rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ipproċessar ta' ordnijiet

1.

L-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-klijent;

2.

L-isem jew denominazzjoni oħra ta' kull persuna rilevanti li qed taġixxi f'isem il-klijent;

3.

Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat il-kummerċjant (ID tal-Kummerċjant) fid-ditta tal-investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment;

4.

Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat ukoll l-Algo (ID Algo) fid-ditta tal-investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment

5.

Numru ta' referenza tat-tranżazzjoni

6.

Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat l-ordni (ID tal-ordni)

7.

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-ordni assenjat miċ-ċentru tan-negozjar meta jirċievi l-ordni;

8.

Identifikazzjoni unika għal kull grupp ta' ordnijiet tal-klijenti aggregati (li se jiġu sussegwentement imqiegħda bħala blokk wieħed ta' ordnijiet f'ċentru għan-negozjar partikolari). Din l-identifikazzjoni għandha tindika “aggregated_X” bl-ittra X tirrappreżenta l-għadd ta' ordnijiet tal-klijenti li jkunu ġew aggregati.

9.

Il-kodiċi MIC tas-segment taċ-ċentru tan-negozjar li lilu tkun ġiet sottomessa l-ordni.

10.

L-isem jew denominazzjoni oħra tal-persuna li lilha ġiet trażmessa l-ordni

11.

Deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-Bejjiegħ u x-Xerrej

12.

Il-kapaċità ta' negozjar

13.

Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat il-Kummerċjant (ID tal-Kummerċjant) responsabbli għall-eżekuzzjoni

14.

Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat l-Algo (ID tal-Algo) responsabbli għall-eżekuzzjoni

15.

Indikatur B/S;

16.

L-identifikazzjoni tal-istrument

17.

Is-sottostanti aħħari

18.

Identitfikatur Put/Call

19.

Prezz tal-eżerċitar

20.

Pagament bil-quddiem

21.

Tip ta' konsenja

22.

Tip ta' opzjoni

23.

Data ta' maturità

24.

Il-prezz ta' kull unità u n-notazzjoni tal-prezz;

25.

Prezz

26.

Multiplikatur tal-prezzijiet

27.

Munita 1

28.

Munita 2

29.

Il-kwantità li jkun fadal

30.

Il-kwantità modifikata

31.

Il-kwantità eżegwita

32.

Id-data u l-ħin eżatt ta' sottomissjoni tal-ordni jew tad-deċiżjoni għan-negozjar. Il-ħin eżatt għandu jkun imkejjel skont il-metodu stabbilit skont l-istandards dwar is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

33.

Id-data u l-ħin eżatt ta' kull messaġġ li jiġi trażmess lil u li jasal mingħand iċ-ċentru tan-negozjar b'rabta ma' kull avveniment li jaffettwa ordni. Il-ħin eżatt għandu jiġi mkejjel skont il-metodoloġija preskritta skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 (1)

34.

Id-data u l-ħin eżatt ta' kull messaġġ li jiġi trażmess lil u riċevut minn ditta oħra tal-investiment fir-rigward ta' kull avveniment li jaffettwa l-ordni. Il-ħin eżatt għandu jkun imkejjel skont il-metodoloġija stabbilita skont l-istandards dwar is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

35.

Kull messaġġ li jiġi trażmess lil u riċevut mingħand iċ-ċentru tan-negozjar f'dak li għandu x'jaqsam ma' ordnijiet magħmula mid-ditta tal-investiment;

36.

Kull dettall ieħor u kundizzjonijiet li ġew ippreżentati lil u riċevuti minn ditta oħra tal-investiment b'rabta mal-ordni;

37.

Is-sekwenza ta' kull ordni li sar biex turi l-kronoloġija ta' kull avveniment li jaffettwah, inkluża iżda mhux limitat għal modifiki, kanċellazzjonijiet u l-eżekuzzjoni;

38.

Immarkar ta' bejgħ bin-nieqes

39.

Immarkar tal-eżenzjoni SSR;

40.

Immarkar ta' rinunzja

(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju (ara paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/84


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/566

tat-18 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet sabiex ikunu evitati kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 48(12)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Iċ-ċentri tan-negozjar għandu jkollhom numru ta' sistemi, proċeduri u arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw li sistemi ta' negozjar algoritmiku ma jkunux jistgħu joħolqu kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati jew jikkontribwixxu għalihom inklużi sistemi biex jimmonitorjaw u, fejn xieraq, jillimitaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet.

(2)

Filwaqt li titqies in-natura tagħhom, sistemi ta' negozjar bil-vuċi għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandu japplika biss għal ċentri tan-negozjar li joperaw sistemi ta' negozjar b'reġistru tal-ordnijiet ta' rkant kontinwu elettroniku jew ibbażati fuq il-kwotazzjonijiet jew sistemi ibridi.

(3)

Id-Direttiva 2014/65/UE testendi r-rekwiżiti dwar id-determinazzjoni tal-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet għal faċilitajiet multilaterali tan-negozjar u għal faċilitajiet organizzati tan-negozjar. Għalhekk huwa importanti li dawn iċ-ċentri jkunu wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(4)

Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet li jkunu effettivament saru mill-membri jew il-parteċipanti tagħhom fil-livell ta' kull strument finanzjarju nnegozjat fuqhom sabiex jiżguraw b'mod effettiv li l-proporzjon ma jwassalx għal volatilità eċċessiva f'dak l-istrument.

(5)

Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni suffiċjenti madwar l-Unjoni tal-arranġamenti biex jiġu evitati kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati permezz tal-limitazzjoni tal-proporzjon bejn l-ordnijiet mhux eżegwiti u t-tranżazzjonijiet, għandha tiġi stabbilita metodoloġija ċara biex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet fir-rigward tal-parteċipanti kollha tas-suq.

(6)

It-tifsira ta' ċerti parametri essenzjali li għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti mat-tranżazzjonijiet għandha tiġi ċċarata.

(7)

Il-kalkolu tal-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet imdaħħla fis-sistema minn membru jew parteċipant għandu jkun appoġġat minn perjodu ta' osservazzjoni adegwat. Fuq din il-bażi, il-perjodu tal-ikkalkular tal-proporzjon effettiv tal-ordnijiet mhux eżegwiti mat-tranżazzjonijiet ma għandux ikun itwal minn sessjoni ta' negozjar. Madankollu, ċentri tan-negozjar għandhom jitħallew jistabbilixxu perjodi iqsar ta' osservazzjoni f'każ li dawn il-perjodi ta' osservazzjoni iqsar ikunu jikkontribwixxu b'mod aktar effettiv għaż-żamma tal-kundizzjonijiet tan-negozjar ordinati.

(8)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(10)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ordni” tinkludi l-messaġġi ta' input kollha, inklużi messaġġi dwar is-sottomissjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni mibgħuta lejn is-sistema ta' negozjar ta' ċentru tan-negozjar, rigward ordni jew kwotazzjoni, iżda bl-esklużjoni ta' messaġġi ta' kanċellazzjoni mibgħuta wara:

(i)

diżinkroċjament fi rkant;

(ii)

telf tal-konnettività taċ-ċentru;

(iii)

l-użu ta' funzjonalità “kill”;

(b)

“tranżazzjoni” tfisser ordni eżegwita totalment jew parzjalment;

(c)

“volum” tfisser il-kwantità ta' strumenti finanzjarji nnegozjati espressa bħala waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-għadd ta' strumenti għal ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra;

(ii)

il-valur nominali għal bonds u prodotti finanzjarji strutturati;

(iii)

in-numru ta' daqsijiet tal-lotts jew kuntratti għad-derivattivi;

(iv)

it-tunnellati metriċi ta' dijossidu tal-karbonju għall-kwoti tal-emissjonijiet.

Artikolu 2

Obbligu li jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet

Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet li effettivament iddaħħlu fis-sistema minn kull wieħed mill-membri u l-parteċipanti tagħhom għal kull strument finanzjarju nnegozjat f'sistema ta' negozjar b'reġistru tal-ordnijiet ta' rkant kontinwu elettroniku jew ibbażata fuq il-kwotazzjonijiet jew sistema ibrida.

Artikolu 3

Metodoloġija

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet għal kull wieħed mill-membri jew mill-parteċipanti tagħhom mill-inqas fit-tmiem ta' kull sessjoni ta' negozjar b'kull waħda minn dawn iż-żewġ modi:

(a)

f'termini ta' volum

:

(volum totali tal-ordnijiet/volum totali ta' tranżazzjonijiet) – 1;

(b)

f'termini ta' numri

:

(numru totali ta' ordnijiet/numru totali ta' tranżazzjonijiet) – 1.

2.   Il-proporzjon massimu ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet ikkalkulat miċ-ċentru tan-negozjar għandu jitqies li jkun inqabeż minn membru jew parteċipant fiċ-ċentru ta' negozjar matul sessjoni tan-negozjar jekk l-attività ta' negozjar ta' dak il-Membru jew parteċipant fi strument speċifiku wieħed, meta jitqiesu l-fażijiet kollha tas-sessjoni tan-negozjar, inklużi l-irkanti, tkun taqbeż wieħed miż-żewġ proporzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew it-tnejn li huma.

3.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkalkulaw l-għadd ta' ordnijiet riċevuti minn kull membru jew parteċipant skont il-metodoloġija tal-għadd għat-tipi differenti ta' ordnijiet kif stabbiliti fl-Anness.

4.   Meta ċentru tan-negozjar juża tip ta' ordni li mhuwiex espliċitament stabbilit fl-Anness, huwa għandu jgħodd il-messaġġi skont is-sistema ġenerali wara l-metodoloġija tal-għadd u fuq il-bażi tal-aktar tip simili ta' ordni li jidher fl-Anness.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data li tidher l-ewwel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Metodoloġija tal-għadd għal ordnijiet stabbiliti għal kull tip

Tipi ta' ordnijiet

L-għadd ta' ordnijiet riċevuti miċ-ċentru tan-negozjar li għandhom jingħaddu meta jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet (kull sottomissjoni, modifika, kanċellazzjoni għandha tingħadd bħala ordni waħda)

Aġġornamenti potenzjalment mibgħuta miċ-ċentru tan-negozjar li ma jingħaddux meta jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet (esklużi eżekuzzjonijiet/kanċellazzjonijiet minn operazzjonijiet tas-suq)

Limitu

1

0

Limitu — żid

1

0

Limitu — neħħi

1

0

Limitu — immodifika

2 (kull modifika twassal għal kanċellazzjoni u inserzjoni ġdida)

0

Waqfien

1

1 (meta tiġi attivata)

Immedjat (Suq)

1

0

Immedjat (Eżegwixxi jew Ikkanċella, Immedjat jew Ikkanċella)

1 (u jekk imħassra/ikkanċellata 2)

0

Iceberg/riżerva

1

0

Market-to-limit

1

1 (meta tiskatta)

Kwota

2 (1 għan-naħa tax-xiri u 1 għan-naħa tal-bejgħ)

0

Kwota — żid

2

0

Kwota — neħħi

2

0

Kwota — immodifika

4 (kull modifika twassal għal kanċellazzjoni u inserzjoni ġdida)

0

PEG

1

potenzjalment illimitata billi l-ordni tittraċċa l-BBO

PEG tas-suq: ordni għan-naħa opposta tal-Aħjar Talba u Offerta (Best Bid and Offer, BBO) (Ewropea)

PEG primarju: ordni għall-istess naħa opposta tal-BBO (Ewropea)

PEG tal-punt nofsani: ordni għall-punt nofsani tal-BBO (Ewropea)

PEG alternattiv għall-punt nofsani l-anqas aggressiv jew marka

Punt nofsani fl-istess naħa tal-BBO Protett

Wieħed-jikkanċella-lill-ieħor: iż-żewġ deċiżjonijiet huma marbuta b'tali mod li jekk waħda mit-tnejn tiġi eżegwita, imbagħad, l-oħra titneħħa permezz tal-operazzjonijiet tas-suq

2

1 (meta parti waħda tinnegozja, il-parti l-oħra tiġi kkanċellata)

Wieħed-jikkanċella-lill-ieħor — żid

2

 

Wieħed-jikkanċella-lill-ieħor — neħħi

2

 

Wieħed-jikkanċella-lill-ieħor — immodifika

4

 

Ordni ta' waqfien indiċjat (trailing stop): Ordni ta' waqfien (stop order) li jwaqqaf il-prezz li jiskatta l-ordni, li jinbidel skont il-BBO (Ewropej)

1

potenzjalment illimitata billi l-waqfien jillimita l-BBO

L-iktar l-iktar jillimita l-ordni fejn il-prezz ta' limitu jkun daqs in-naħa opposta tal-BBO (Ewropea) fil-ħin tad-dħul

1

0

Ordni b'firxa limitata (spread limit order) li r-rendiment tiegħu huwa kkalkulat billi jiżdied tixrid għal valur referenzjarju (żewġ parametri: it-tixrid u valur referenzjarju)

1

potenzjalment illimitata billi l-limitu huwa dipendenti fuq kwota ta' ass ieħor

Ordni ta' pareġġar fl-eżekuzzjoni (strike match): prezz minimu għall-ordnijiet ta' bejgħ u prezz massimu għall-ordnijiet ta' xiri

1

potenzjalment illimitata iżda limitata fiż-żmien (id-durata tal-irkant)

Ordni-fuq-avveniment: ordni inattiva sakemm tkun ikkawżata minn avveniment speċifiku (simili għal stop order, ħlief li dik l-ordni, ladarba tiġi attivata, mhux neċessarjament tkun bl-istess mod bħax-xejra sottostanti: ordni ta' bejgħ tista' tiġi attivata filwaqt li l-prezz tal-ordni ta' waqfien (stop price) jiġi attivat minħabba tnaqqis fl-istrument finanzjarju)

1

1 (meta tiġi attivata)

“Mal-ftuħ”/ “Mal-għeluq”: Ordni li tkun inattiva sakemm issir attiva bil-ftuħ jew bl-għeluq ta' suq.

1

1 (meta tiġi attivata)

Ibbukkja-jew-ikkanċella/Post: ordni li ma tistax tlaħħaq man-naħa l-oħra tar-reġistru tal-ordnijiet fil-mument li tidħol fir-reġistru tal-ordnijiet

 

 

Ibbukkja-jew-ikkanċella/Post — żid

1 (2 jekk imħassra/ikkanċellata)

0

Ibbukkja-jew-ikkanċella/Post — neħħi

1 (2 jekk imħassra/ikkanċellata)

0

Ibbukkja-jew-ikkanċella/Post — immodifika

2

0

Miżmuma: ordni mdaħħla fir-reġistru tal-ordnijiet li tkun lesta biex tiġi ttrasformata bħala ordni ta' ditta

2 (preżentazzjoni tal-ordni + konferma)

0

Ordni tan-negozju

1

0

TOP, TOP+ fuq nett tar-reġistru jew miċħuda (+: ivverifika l-volum disponibbli): ordni li trid tkun kemm passiva kif ukoll BBO, u fin-nuqqas ta' dan, tiġi miċħuda.

1

0

Ordni ta' Żbilanċ (IOOP jew IOOC): ordni li hija valida biss għal irkanti u li għandha l-għan li timla l-iżbilanċ tal-kwantità (bejn in-naħat tas-surplus u tad-defiċit) mingħajr ma taffettwa l-ekwilibriju tal-prezzijiet.

1

potenzjalment illimitata iżda limitata fiż-żmien (id-durata tal-irkant)

Ordni marbuta: ordni li tikkorrispondi għal għadd ta' ordnijiet uniċi u kull wieħed minnhom ikun fuq strument finanzjarju differenti. Meta jsir in-negozju fuq wieħed minn dawn l-ordnijiet, il-volum tal-oħrajn jonqos immedjatament b'mod proporzjonali. Din it-tip ta' ordni hija tipikament użata fis-suq tal-bonds.

1

potenzjalment daqs il-kwantità tas-sottostanti mdaħħla

Kinsa (sweep): jippermetti li l-parteċipanti jaċċedu għar-reġistri integrati tal-ordnijiet.

1

0

Ordni ta' eżekuzzjoni b'kinsa sal-aħjar prezz (best price sweep): taħdem permezz ta' livelli ta' prezzijiet mir-reġistri kkombinati tal-ordnijiet, għall-prezz limitu

Ordni ta' eżekuzzjoni b'kinsa sekwenzjali (sequential lit sweep): teżegwixxi sal-ogħla livell possibbli l-prezz tal-ordni fuq ir-reġistru ta' dħul qabel ma tintbagħat l-ebda kwantità lir-reġistru l-ieħor

Ordni nominativa: ordni mhux anonima

1

0

Ordni if-touched: tiġi attivata meta l-aħħar offerta jew prezz mitlub imissu ċertu livell

1

1 (meta tiġi attivata)

Waqfa garantita: Din tiggarantixxi l-eżekuzzjoni mal-prezz tal-ordni ta' waqfien

1

1 (meta tiġi attivata)

Ordnijiet ikkombinati bħal opzjonijiet, strateġiji, riportament tal-kuntratti tal-futuri, eċċ.)

1

potenzjalment illimitata


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/90


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/567

tat-18 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni ta' portafolli u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7) u l-Artikolu 45(10) tiegħu,

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament jispeċifika l-kriterji għad-determinazzjoni tas-“suq likwidu” skont l-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Għal dan l-iskop huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji għall-flotazzjoni libera, in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet u l-fatturat medju ta' kuljum speċifikament għall-ishma, ir-riċevuti depożitorji, il-fondi kummerċjati fil-borża u ċ-ċertifikati biex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet ta' dawn l-istrumenti finanzjarji. Ir-regoli li jispeċifikaw kif il-kalkoli tal-likwidità għandhom jitwettqu matul l-istadju inizjali wara li l-istrument finanzjarju jiġi ammess għall-kummerċ huma meħtieġa biex jiżguraw applikazzjoni konsistenti u uniformi madwar l-Unjoni.

(2)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw definizzjonijiet u jispeċifikaw ir-rekwiżiti fir-rigward tat-trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozjar minn internalizzaturi sistematiċi u dejta ppubblikata minn postijiet tan-negozjar u internalizzaturi sistematiċi, fuq naħa waħda, u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-AETS) ta' intervent fuq il-prodotti u setgħat tal-immaniġjar tal-pożizzjonijiet, min-naħa l-oħra. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva għall-partijiet interessati u b'mod partikolari dawk li huma soġġetti għall-obbligi, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi f'Regolament wieħed.

(3)

Sabiex tippermetti li jeżistu għadd minimu ta' strumenti ta' ekwità likwida fil-partijiet kollha tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li huwa s-suq l-aktar rilevanti għal inqas minn ħames strumenti finanzjarji likwidi għal kull wieħed mill-ishma, riċevuti depożitorji, fondi kummerċjati fil-borża u ċertifikati, għandha tkun tista' tiddenomina strument finanzjarju likwidu addizzjonali wieħed jew iktar, sakemm in-numru totali tal-istrumenti finanzjarji li huma kkunsidrati li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa f'kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' strumenti finanzjarji.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li d-dejta tas-suq hija pprovduta fuq bażi kummerċjali raġonevoli f'mod uniformi fl-Unjoni, dan ir-Regolament jispeċifika l-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi. Dawn il-kundizzjonijiet huma bbażati fuq l-għan li jiġi żgurat li l-obbligu li tiġi pprovduta dejta tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli huwa biżżejjed ċar li jippermetti applikazzjoni effettiva u uniformi filwaqt li jikkunsidra l-mudelli operattivi differenti u l-istrutturi tal-kostijiet tal-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u internalizzaturi sistematiċi.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li t-tariffi għad-dejta tas-suq ikunu stabbiliti f'livell raġonevoli, is-sodisfazzjon tal-obbligu li tiġi pprovduta dejta tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli jeħtieġ li t-tariffi jkollhom relazzjoni raġonevoli mal-kost tal-produzzjoni u t-tixrid tagħha. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-fornituri tad-dejta għandhom jistabbilixxu t-tariffi tagħhom abbażi tal-kostijiet tagħhom filwaqt li jkunu permessi jiksbu marġini raġonevoli tagħhom skont fatturi bħalma huma l-marġni ta' profitt operattiv, ir-redditu fuq il-kostijiet, ir-redditu fuq l-assi operattivi u r-redditu fuq il-kapital. Meta l-fornituri tad-dejta jassumu l-kostijiet għall-forniment tad-dejta u l-forniment ta' servizzi oħra, il-kostijiet tal-proviżjoni tad-dejta tas-suq jistgħu jinkludu parti xierqa tal-kostijiet konġunti li jirriżultaw minn kwalunkwe servizz ieħor mogħti. Peress li l-ispeċifikazzjoni tal-kostijiet preċiżi hija kumplessa, minflok għandhom jiġu speċifikati l-metodoloġiji tal-allokazzjoni tal-kostijiet u t-tqassim tal-kostijiet, u jħallu l-ispeċifikazzjoni ta' dawn il-kostijiet f'idejn il-fornituri tad-dejta tas-suq filwaqt li jikkunsidraw l-għan li jiġi żgurat li t-tariffi għal dejta tas-suq huma ffissati f'livell raġonevoli fl-Unjoni.

(6)

Id-dejta tas-suq għandha tkun ipprovduta fuq bażi mhux diskriminatorja, li teħtieġ li l-istess prezz u termini u kundizzjonijiet oħrajn ikunu offruti lill-klijenti kollha li huma fl-istess kategorija skont il-kriterji oġġettivi pubblikati.

(7)

Sabiex l-utenti tad-dejta jkunu jistgħu jiksbu dejta tas-suq mingħajr ma jkollhom bżonn jixtru servizzi oħrajn, id-dejta tas-suq ma għandhiex tiġi offruta raggruppata ma' servizzi oħrajn. Biex jiġi evitat li l-utenti tad-dejta jkollhom iħallsu aktar minn darba għall-istess dejta tas-suq meta jixtru settijiet tad-dejta minn postijiet tal-kummerċ u minn distributuri tad-dejta tas-suq oħrajn, id-dejta tas-suq għandha tkun offruta fuq bażi ta' għal kull utent sakemm dan ma jkunx sproporzjonat meta jiġi kkunsidrat il-kost għal dan u b'kunsiderazzjoni tad-daqs u l-kamp ta' applikazzjoni tal-provvista tad-dejta tas-suq tad-ditta tal-investiment li qed topera post tan-negozjar jew tal-internalizzatur sistematiku.

(8)

Sabiex l-utenti tad-dejta u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw b'mod effettiv jekk id-dejta tas-suq hijiex ipprovduta fuq bażi kummerċjali raġonevoli, huwa meħtieġ li l-kundizzjonijiet essenzjali għall-provvista tagħha jiġu żvelati lill-pubbliku. Il-fornituri tad-dejta għalhekk għandhom jiżvelaw informazzjoni dwar it-tariffi tagħhom u l-kontenut tad-dejta tas-suq, kif ukoll metodoloġiji tal-kontabilità tal-kostijiet użati biex jiddeterminaw il-kostijiet tagħhom mingħajr ma jkollhom jiżvelaw il-kostijiet attwali tagħhom.

(9)

Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet li l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jissodisfaw biex ikunu konformi mal-obbligu biex il-kwotazzjonijiet isiru pubbliċi fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali ta' negozjar u li jkun faċilment aċċessibbli għal parteċipanti oħra tas-suq biex jiġi żgurat li l-parteċipanti fis-suq li jixtiequ l-aċċess għall-kwotazzjonijiet effettivament jista' jkollhom aċċess għalihom.

(10)

Meta l-internalizzaturi sistematiċi jippubblikaw il-kwotazzjonijiet permezz ta' iżjed minn mezz wieħed ta' pubblikazzjoni, dawn għandhom jipprovdu l-kwotazzjonijiet tagħhom simultanjament permezz ta' kull arranġament sabiex jiżguraw li l-kwotazzjonijiet ippubblikati jkunu konsistenti u li l-parteċipanti tas-suq jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni fl-istess ħin. Meta l-internalizzaturi sistematiċi jagħmlu l-kwotazzjonijiet pubbliċi permezz tal-arranġamenti ta' suq regolat jew Faċilità Multilaterali tan-Negozjar (MTF) jew permezz ta' fornituri ta' servizzi ta' rappurtar tad-dejta, dawn għandhom jiżvelaw l-identità tagħhom fil-kwotazzjoni sabiex jippermettu l-parteċipanti tas-suq jidderieġu l-ordnijiet tagħhom lejh.

(11)

Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll aspetti tekniċi differenti tal-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' trasparenza tal-internalizzaturi sistematiċi biex jiżgura applikazzjoni konistenti u uniformi madwar l-Unjoni. Huwa meħtieġ li l-eċċezzjoni għall-obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom fuq bażi regolari u kontinwa tkun strettament limitata għal sitwazzjonijiet fejn il-provvista kontinwa ta' prezzijiet fissi lil klijenti jistgħu jmorru kontra l-amministrazzjoni prudenti tar-riskji li d-ditta ta' investiment tkun esposta għalihom fil-kapaċità tagħha bħala internalizzaturi sistematiċi, filwaqt li jitqiesu mekkaniżmi oħra li jistgħu jipprovdu salvagwardji addizzjonali kontra dawn ir-riskji.

(12)

Sabiex jiġi żgurat li l-eċċezzjoni għall-obbligi li l-internalizzaturi sistematiċi jwettqu l-ordnijiet għall-prezzijiet ikkwotati fiż-żmien meta jirċievu l-ordni skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tkun limitata għat-tranżazzjonijiet li permezz tan-natura tagħhom ma jikkontribwixxux għall-informazzjoni dwar il-prezzijiet, dan ir-Regolament jispeċifika wkoll b'mod eżawrjenti l-kundizzjonijiet għal dak li jikkostitwixxi tranżazzjonijiet f'diversi titoli bħala parti minn tranżazzjoni waħda u ordnijiet soġġetti għal kundizzjonijiet oħrajn minbarra l-prezzijiet kurrenti tas-suq.

(13)

Il-kriterju li jispeċifika li prezz jinżel għal firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq jirrifletti l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-eżekuzzjoni minn internalizzaturi sistematiċi, jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-prezz mingħajr ma jimpedixxu l-possibbiltà għall-internalizzaturi sistematiċi li joffru titjib fil-prezz f'każijiet ġustifikati.

(14)

Biex jiġi żgurat li l-klijenti jkollhom aċċess għall-kwotazzjonijiet tal-internalizzaturi sistematiċi b'mod mhux diskriminatorju iżda li fl-istess ħin jiżgura ġestjoni tar-riskju proprja li tikkunsidra n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti individwali, jeħtieġ li jiġi speċifikat li n-numru jew il-volum tal-ordnijiet mill-istess klijenti għandu jitqies bħala li jeċċedi b'mod konsiderevoli n-norma fejn internalizzatur sistematiku ma jistax iwettaq dawk l-ordnijiet mingħajr ma jesponi ruħu għal riskju mhux dovut, xi ħaġa li għandha tiġi definita minn qabel bħala parti mill-politika ta' ġestjoni tar-riskju tad-ditti u tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi u tkun iddikjarata bil-miktub u disponibbli għall-klijenti jew klijenti potenzjali.

(15)

Minħabba li l-fornituri tal-likwidità u l-internalizzaturi sistematiċi t-tnejn jikkummerċjaw għall-kont proprju u jiffaċċjaw livelli komparabbli ta' riskji, huwa xieraq li jiġi determinat id-daqs speċifiku għall-istrument b'mod uniformi għal dawn il-kategoriji. Għalhekk, id-daqs speċifiku għall-istrument għall-fini tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu jkun id-daqs speċifiku għall-istrument iddeterminat skont l-Artikolu 9(5)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u kif speċifikat ulterjorament fi standards tekniċi regolatorji skont din id-dispożizzjoni.

(16)

Biex jiġu speċifikati l-elementi tal-kompressjoni ta' portafolli, biex din tiġi delineata mis-servizzi ta' negozjar u ikklerjar huwa meħtieġ li jiġi ċċarat il-proċess fejn id-derivattivi jiġu tterminati kompletament jew parzjalment u sostitwiti minn derivattiv ġdid, b'mod partikolari l-passi tat-tali proċess, il-kontenut tal-ftehim u d-dokumentazzjoni legali li tappoġġja l-kompressjoni tal-portafoll.

(17)

Biex jiġi żgurat li tinkiseb it-trasparenza xierqa għall-kompressjoni ta' portafolli mwettqa mill-kontropartijiet, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha ssir pubblika.

(18)

Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċerti aspetti tas-setgħat ta' intervent, kemm tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif ukoll, f'każijiet eċċezzjonali, mill-AETS li ġiet stabbilita u teżerċita s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) li ġiet stabbilita u teżerċita s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) rigward tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha ta' mill-inqas Stat Membru wieħed jew tal-Unjoni rispettivament. L-eżistenza ta' “theddida”, wieħed mill-prerekwiżiti tal-intervent fil-perspettiva tal-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq tal-prodotti bażiċi jew finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, tkun teħtieġ l-eżistenza ta' tħassib akbar minn “tħassib serju”, li huwa prerekwiżit tal-intervent għall-protezzjoni tal-investituri.

(19)

Lista ta' kriterji u fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA fid-determinazzjoni ta' jekk hemmx tali tħassib jew theddida għandha tiġi stabbilita biex jiġi żgurat approċċ konsistenti filwaqt li jkunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet xierqa f'każ ta' avvenimenti jew żviluppi avversi mhux previsti. Madankollu, l-ħtieġa li jiġu vvalutati l-kriterji u l-fatturi kollha li jistgħu jkunu preżenti f'sitwazzjoni fattwali speċifiċi m'għandhiex tipprevjeni li l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA, milli jużaw is-setgħa ta' intervent temporanju, fejn fattur jew kriterju wieħed biss iwassal għal tħassib bħal dan jew theddida.

(20)

Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi li taħthom l-ESMA tista' tuża s-setgħat tal-immaniġjar tal-pożizzjonijiet tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 biex jiġi żgurat approċċ konsistenti filwaqt li jkunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet xierqa f'każ ta' avvenimenti jew żviluppi negattivi mhux previsti.

(21)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u biex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data. Madankollu, biex jiġi żgurat li s-sistema regolatorja ġdida ta' trasparenza tkun tista' topera b'mod effettiv, uħud mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DETERMINAZZJONI TA' SWIEQ LIKWIDI GĦAL STRUMENTI TA' EKWITÀ

Artikolu 1

Determinazzjoni ta' swieq likwidi għall-ishma

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, sehem li huwa kkummerċjat kuljum għandu jitqies li għandu suq likwidu meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-flotazzjoni libera tas-sehem hija:

(i)

mhux inqas minn EUR 100 miljun għall-ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat;

(ii)

mhux inqas minn EUR 200 miljun għall-ishma li huma kkummerċalizzati biss fl-MTFs.

(b)

in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fis-sehem ma jkunx inqas minn 250;

(c)

il-fatturat medju ta' kuljum għas-sehem ma jkunx inqas minn EUR 1 miljun.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a), il-flotazzjoni libera ta' sehem għandha tkun ikkalkulata bil-multiplikazzjoni tan-numru ta' ishma pendenti bil-prezz għal kull sehem, minbarra l-parteċipazzjonijiet individwali f'dak is-sehem li jeċċedu l-5 % tad-drittijiet tal-vot totali tal-emittent, sakemm dawk il-parteċipazzjonijiet ma jkunux miżmuma minn ditta tal-investiment kollettiv jew fond ta' pensjoni. Id-drittijiet tal-vot għandhom ikunu kkalkulati b'referenza għan-numru totali ta' ishma li magħhom huma konnessi d-drittijiet tal-vot, irrispettivament minn jekk l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot huwiex sospiż.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a)(ii), meta l-ebda informazzjoni attwali ma hija disponibbli skont il-paragrafu 2, il-flotazzjoni libera ta' sehem li huwa ammess biss għal kummerċ f'MTF għandha tkun ikkalkulata bil-multiplikazzjoni tan-numru ta' ishma pendenti bil-prezz għal kull sehem.

4.   Għall-fini tal-paragrafu 1(c), l-introjtu ta' kuljum ta' sehem għandu jkun ikkalkulat bl-aggregazzjoni tar-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni mwettqa matul jum ta' kummerċ, tan-numru ta' ishma skambjati bejn l-akkwirent u x-xerrej bil-prezz għal kull sehem.

5.   Matul il-perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum tal-kummerċ wara l-ewwel ammissjoni ta' sehem għall-kummerċ f'suq regolat jew MTF, dak is-sehem għandu jitqies li għandu suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 meta s-somma miksuba bil-multiplikazzjoni tan-numru ta' ishma pendenti bil-prezz għal kull sehem fil-bidu tal-ewwel jum tal-kummerċ hija stmata li hija inqas minn EUR 200 miljun, u, fejn, skont id-dejta stmata għal dak il-perjodu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u (c) huma ssodisfati.

6.   Fejn inqas minn ħames ishma kummerċjati fil-postijiet tal-kummerċ ta' Stat Membru u ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru jkunu meqjusin li għandhom suq likwidu skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tiddenomina sehem wieħed jew iżjed li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba fuq dawk il-postijiet tal-kummerċ bħala ishma meqjusin li għandhom suq likwidu, sakemm in-numru totali ta' ishma ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f'dak l-Istat Membru u li huma meqjusa li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa.

Artikolu 2

Determinazzjoni ta' swieq likwidi għal riċevuti depożitorji

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, riċevuta depożitarja li hija kkummerċjata kuljum għandha titqies li għandha suq likwidu fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-flotazzjoni libera ma tkunx inqas minn EUR 100 miljun;

(b)

in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fir-riċevuta depożitarja ma jkunx inqas minn 250;

(c)

il-fatturat medju ta' kuljum għar-riċevuta depożitarja ma jkunx inqas minn EUR 1 miljun.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a), fejn il-flotazzjoni libera ta' riċevuta depożitarja għandha tkun ikkalkulata bil-multiplikazzjoni tan-numru ta' unitajiet pendenti tar-riċevuti depożitorji bil-prezz għal kull unità.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1(c), il-fatturat ta' kuljum ta' riċevuta depożitarja għandu jkun ikkalkulat bl-aggregazzjoni tar-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni mwettqa matul jum ta' kummerċ, tan-numru ta' unitajiet tar-riċevuti depożitorji skambjati bejn l-akkwirent u x-xerrej bil-prezz għal kull unità.

4.   Matul il-perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum tal-kummerċ wara l-ewwel ammissjoni ta' riċevuta depożitarja għall-kummerċ f'post tan-negozjar, dik l-irċevuta depożitarja għandha titqies li għandha suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn il-flotazzjoni libera stmata fil-bidu tal-ewwel jum tal-kummerċ mhijiex anqas minn EUR 100 miljun, u, fejn, skont id-dejta stmata għal dak il-perjodu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u (c) huma ssodisfati.

5.   Fejn inqas minn ħames ishma kummerċjati fil-postijiet tal-kummerċ ta' Stat Membru u ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru jkunu meqjusin li għandhom suq likwidu skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tiddenomina riċevuta depożitarja waħda jew aktar li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba fuq dawk il-postijiet tal-kummerċ bħala riċevuti depożitorji meqjusin li għandhom suq likwidu, sakemm in-numru totali ta' riċevuti depożitorji ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f'dak l-Istat Membru u li huma meqjusa li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa.

Artikolu 3

Determinazzjoni tas-suq likwidu għall-fondi kummerċjati fil-borża

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, fond kummerċjat fil-borża li huwa kkummerċjat kuljum għandu jitqies li għandu suq likwidu fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-flotazzjoni libera ma tkunx inqas minn 100 unità;

(b)

in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fil-fond kummerċjat fil-borża ma jkunx inqas minn 10;

(c)

il-fatturat medju ta' kuljum għall-fond kummerċjat fil-borża ma jkunx inqas minn EUR 500 000.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a), il-flotazzjoni libera ta' fond negozjat fil-borża għandu jkun in-numru ta' unitajiet maħruġa għan-negozju.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1(c), il-fatturat ta' kuljum ta' fond negozjat fil-borża għandu jkun ikkalkulat bl-aggregazzjoni tar-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni mwettqa matul jum ta' kummerċ, tan-numru ta' unitajiet fil-borża ta' skambju bejn l-akkwirent u x-xerrej bil-prezz għal kull unità.

4.   Matul il-perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum tal-kummerċ wara l-ewwel ammissjoni ta' fond ikkummerċjat fil-borża għall-kummerċ f'post tan-negozjar, dak il-fond ikkummerċjat fil-borża għandu jitqies li għandu suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn il-flotazzjoni libera stmata fil-bidu tal-ewwel jum tal-kummerċ mhijiex anqas minn 100 unità, u, fejn, skont id-dejta stmata għal dak il-perjodu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u (c) huma ssodisfati.

5.   Fejn inqas minn ħames ishma kummerċjati fil-postijiet tal-kummerċ ta' Stat Membru u ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru jkunu meqjusin li għandhom suq likwidu skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tiddenomina fond negozjati fil-borża wieħed jew aktar li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba fuq dawk il-postijiet tal-kummerċ bħala fondi negozjati fil-borża meqjusin li għandhom suq likwidu, sakemm in-numru totali ta' fondi negozjati fil-borża ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f'dak l-Istat Membru u li huma meqjusa li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa.

Artikolu 4

Determinazzjoni ta' swieq likwidi għaċ-ċertifikati

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċertifikat li huwa kkummerċjat kuljum għandu jitqies li għandu suq likwidu fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-flotazzjoni libera ma tkunx inqas minn EUR 1 miljun;

(b)

in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fiċ-ċertifikat ma jkunx inqas minn 20;

(c)

il-fatturat medju ta' kuljum għaċ-ċertifikat ma jkunx inqas minn EUR 500 000.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1(a), il-flotazzjoni libera ta' ċertifikat għandha tkun il-valur tal-ħruġ irrispettivament min-numru ta' unitajiet maħruġin.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1(c), il-fatturat ta' kuljum ta' ċertifikat għandu jkun ikkalkulat bl-aggregazzjoni tar-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni mwettqa matul jum ta' kummerċ, tan-numru ta' unitajiet tar-riċevuti depożitorji skambjati bejn l-akkwirent u x-xerrej bil-prezz għal kull unità.

4.   Matul il-perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum tal-kummerċ wara l-ewwel ammissjoni ta' ċertifikat għall-kummerċ f'post tan-negozjar, dak iċ-ċertifikat għandu jitqies li għandu suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn il-flotazzjoni libera stmata fil-bidu tal-ewwel jum tal-kummerċ mhijiex anqas minn EUR 1 miljun, u, fejn, skont id-dejta stmata għal dak il-perjodu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u (c) huma ssodisfati.

5.   Fejn inqas minn ħames ishma kummerċjati fil-postijiet tal-kummerċ ta' Stat Membru u ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru jkunu meqjusin li għandhom suq likwidu skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tiddenomina sehem wieħed jew iżjed li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba fuq dawk il-postijiet tal-kummerċ bħala ishma meqjusin li għandhom suq likwidu, sakemm in-numru totali ta' ishma ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f'dak l-Istat Membru u li huma meqjusa li għandhom suq likwidu ma jaqbiżx ħamsa.

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-likwidità tal-istrumenti ta' ekwità, mill-awtoritajiet kompetenti

(L-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif speċifikat fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (4) għandha tivvaluta jekk sehem, riċevuta depożitarja, fond negozjat fil-borża jew ċertifikat għandux suq likwidu għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 skont l-Artikoli 1 sa 4 f'kull waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

qabel ma l-ewwel strument finanzjarju jiġi nnegozjat f'post tan-negozjar kif speċifikat fl-Artikolu 1(5), l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(4);

(b)

bejn l-aħħar tal-ewwel erba' ġimgħat tal-kummerċ u l-aħħar tal-ewwel sitt ġimgħat tal-kummerċ tal-istrument finanzjarju. Il-valutazzjoni ta' dan ix-xenarju għandha tkun ibbażata fuq il-flotazzjoni libera fl-aħħar jum tan-negozjar tal-ewwel erba' ġimgħat ta' negozjar, in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet u fatturat medju ta' kuljum b'kunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti fl-Unjoni għal dak l-istrument finanzjarju matul l-ewwel erba' ġimgħat ta' negozju;

(c)

bejn l-aħħar ta' kull sena kalendarja u qabel l-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara għal strumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar qabel l-1 ta' Diċembru tas-sena kalendarja rilevanti. Il-valutazzjoni ta' dan ix-xenarju għandha tkun ibbażata fuq il-flotazzjoni libera fl-aħħar jum tan-negozjar tas-sena kalendarja rilevanti, in-numru medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet u fatturat medju ta' kuljum b'kunsiderazzjoni tat-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti fl-Unjoni għal dak l-istrument finanzjarju matul dik is-sena;

(d)

immedjatament wara l-mument meta, wara azzjoni korporattiva, kull valutazzjoni preċedenti tkun inbidlet.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riżultat tal-valutazzjoni tagħhom jiġi ppubblikat immedjatament wara li jlestu l-valutazzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment inklużi d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata b'konformità mal-paragrafu 1:

(a)

għal perjodu ta' sitt ġimgħat li jibda fl-ewwel jum ta' kummerċ tal-istrument finanzjarju fejn il-valutazzjoni ssir skont ilpparagrafu 1(a) tal-Artikolu;

(b)

għal perjodu li jibda sitt ġimgħat wara l-ewwel jum ta' kummerċ ta' dak l-istrument finanzjarju u li jispiċċa fl-31 ta' Marzu tas-sena tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu fejn il-valutazzjoni ssir skont il-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu;

(c)

għal perjodu ta' sena li jibda fl-1 ta' April wara d-data tal-pubblikazzjoni fejn il-valutazzjoni ssir skont il-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu;

Fejn l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu tiġi sostitwita minn informazzjoni ġdida skont il-paragrafu 1(d) ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment inkluż id-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar għandhom jużaw dik l-informazzjoni l-ġdida għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, il-postijiet tal-kummerċ għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness fil-perjodi ta' żmien li ġejjin:

(a)

għal strumenti finanzjarji li huma ammessi għall-kummerċ għall-ewwel darba, qabel il-jum li fih l-istrument finanzjarju huwa kkummerċjat għall-ewwel darba;

(b)

għall-istrumenti finanzjarji ammessi diġà għall-kummerċ, fil-perjodi ta' żmien kollha li ġejjin:

(i)

mhux aktar tard minn tliet ijiem wara t-tmiem tal-ewwel erba' ġimgħat ta' kummerċ;

(ii)

wara t-tmiem ta' kull sena kalendarja iżda mhux aktar tard mit-3 ta' Jannar tas-sena ta' wara;

(iii)

immedjatament wara l-mument meta, wara azzjoni korporattiva, l-informazzjoni sottomessa qabel lill-awtorità kompetenti tkun inbidlet.

KAPITOLU II

OBBLIGI TA' PROVVISTA TA' DEJTA GĦAL POSTIJIET TAL-KUMMERĊ U INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI

Artikolu 6

L-obbligu li tingħata dejta tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Sabiex id-dejta tas-suq li fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 3, 4, 6 sa 11, 15 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kummerċjali raġonevoli, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom, skont l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 11 ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Artikoli 7, 8(2), 9, 10(2) u 11 ma għandhomx japplikaw għall-operaturi tas-suq jew id-ditti tal-investiment li joperaw postijiet tal-kummerċ jew għall-internalizzaturi sistematiċi li jagħmlu d-dejta tas-suq disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.

Artikolu 7

L-obbligu li tingħata dejta tas-suq fuq il-bażi tal-kostijiet

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Il-prezz tad-dejta tas-suq għandu jkun ibbażat fuq il-kostijiet tal-produzzjoni u t-tixrid ta' tali dejta u jista' jinkludi marġini raġonevoli.

2.   Il-kostijiet tal-produzzjoni u t-tixrid tad-dejta tas-suq jistgħu jinkludu sehem xieraq ta' kostijiet konġunti għal servizzi oħrajn ipprovduti mill-operaturi tas-suq jew id-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar jew mill-internalizzaturi sistematiċi.

Artikolu 8

L-obbligu li tingħata dejta tas-suq fuq bażi mhux diskriminatorja

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu d-dejta tas-suq disponibbli għall-istess prezz u fuq l-istess termini u kundizzjonijiet lill-klijenti kollha li jaqgħu fl-istess kategorija skont il-kriterji oġġettivi pubblikati.

2.   Kwalunkwe differenzjali fil-prezzijiet mitluba lil kategoriji differenti ta' klijenti għandhom ikunu proporzjonati għall-valur li d-dejta tas-suq tirrappreżenta għal dawk il-klijenti, waqt li jitqiesu:

(a)

il-kamp ta' applikazzjoni u d-daqs tad-dejta tas-suq inkluż in-numru ta' strumenti finanzjarji koperti u l-volum ta' kummerċ tagħhom;

(b)

l-użu magħmul mill-klijent tad-dejta tas-suq, inkluż jekk din tintużax għall-attivitajiet ta' kummerċ proprja tal-klijent, għall-bejgħ mill-ġdid jew għall-aggregazzjoni tad-dejta.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikollhom kapaċitajiet skalabbli eżistenti biex jiżguraw li l-klijenti jiksbu aċċess fil-ħin għad-dejta tas-suq fil-ħinijiet kollha fuq bażi mhux diskriminatorja.

Artikolu 9

L-obbligi relatati mat-tariffi għal kull utent

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitolbu ħlas għall-użu tad-dejta tas-suq skont l-użu li jsir mill-utenti aħħarin individwali tad-dejta tas-suq (“fuq bażi għal kull utent”). L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikollhom l-arranġamenti kollha fis-seħħ biex jiżguraw li l-ħlas għal kull użu individwali tad-dejta tas-suq isir darba biss.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux id-dejta tas-suq disponibbli fuq bażi ta' għal kull utent fejn it-talba għal ħlas fuq bażi għal kull utent tkun sproporzjonata għall-kostijiet li jkollhom biex jagħmlu dik id-dejta disponibbli, waqt li jitqiesu d-daqs u l-kamp ta' applikazzjoni tad-dejta.

3.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jipprovdu raġunijiet għar-rifjut li jagħmlu d-dejta tas-suq disponibbli fuq bażi għal kull utent u għandhom jippubblikaw dawk ir-raġunijiet fuq il-paġna tal-web tagħhom.

Artikolu 10

L-obbligu li jżommu d-dejta mhux raggruppata u li jiddiżaggregaw id-dejta tas-suq

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu d-dejta tas-suq disponibbli mingħajr ma din tkun raggruppata ma' servizzi oħrajn.

2.   Il-prezzijiet għad-dejta tas-suq għandhom jintalbu fuq il-bażi tal-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta tas-suq ipprovdut fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 11

L-obbligu ta' trasparenza

(L-Artikolu 13(1), 15(1) u 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżvelaw il-prezz u termini u kundizzjonijiet oħrajn għall-provvista tad-dejta tas-suq b'mod li huwa aċċessibbli faċilment għall-pubbliku.

2.   Id-divulgazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

listi ta' prezzijiet kurrenti, inkluż:

tariffi għal kull utent għall-wiri;

tariffi mhux għall-wiri;

politiki dwar l-iskontijiet;

tariffi assoċjati mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja;

tariffi għad-dejta tas-suq ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar;

tariffi għal sottogruppi oħra ta' informazzjoni, inklużi dawk meħtieġa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 (5);

termini u kundizzjonijiet oħrajn kuntrattwali rigward il-prezz tas-suq kurrenti;

(b)

divulgazzjoni bil-quddiem b'avviż mill-inqas ta' 90 jum dwar bidliet futuri fil-prezzijiet;

(c)

informazzjoni dwar il-kontenut tad-dejta tas-suq li tinkludi:

(i)

in-numru ta' strumenti koperti;

(ii)

il-fatturat totali tal-istrumenti koperti;

(iii)

il-proporzjon tad-dejta tas-suq ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar;

(iv)

l-informazzjoni dwar kwalunkwe dejta pprovduta flimkien mad-dejta tas-suq;

(v)

id-data tal-aħħar adattament tat-tariffa għal-liċenzja għad-dejta tas-suq ipprovduta;

(d)

id-dħul miksub mid-dejta tas-suq disponibbli u l-proporzjon ta' dak id-dħul imqabbel mad-dħul totali tal-operatur tas-suq, id-ditta tal-investiment li topera post tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku;

(e)

l-informazzjoni dwar kif il-prezz kien stabbilit, li tinkludi l-metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-kostijiet użati u l-prinċipji speċifiċi skont liema l-kostijiet konġunti diretti u varjabbli jiġu allokati u l-kostijiet konġunti fissi jiġu mqassma, bejn il-produzzjoni u t-tixrid tad-dejta tas-suq u servizzi oħrajn ipprovduti mill-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw post tan-negozjar jew l-internalizzaturi sistematiċi.

KAPITOLU III

L-OBBLIGI TA' PUBBLIKAZZJONI TAD-DEJTA GĦALL-INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI

Artikolu 12

L-obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jagħmlu l-kwotazzjonijiet pubbliċi fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali tal-kummerċ

(L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Għall-fini tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, internalizzatur sistematiku għandu jitqies li jagħmel pubbliku l-kwotazzjonijiet tiegħu fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali tal-kummerċ sakemm l-internalizzatur sistematiku jagħmel il-kwotazzjonijiet disponibbli fil-ħinijiet kollha matul is-sigħat li l-internalizzatur sistematiku jistabbilixxi u jagħmel pubbliċi bil-quddiem bħala s-sigħat ta' kummerċ normali tiegħu.

Artikolu 13

L-obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jagħmlu l-kwotazzjonijiet aċċessibbli faċilment

(L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżvelaw u jaġġornaw fil-paġna ewlenija tas-sit web liema mill-arranġamenti ta' pubblikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 17(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jużaw biex jagħmlu l-kwotazzjonijiet tagħhom pubbliċi.

2.   Meta internalizzaturi sistematiċi jagħmlu l-kwotazzjonijiet pubbliċi permezz tal-arranġamenti ta' post tan-negozjar jew APA, l-internalizzatur sistematiku għandu jiżvela l-identità tiegħu fil-kwotazzjoni.

3.   Meta l-internalizzaturi sistematiċi jimpjegaw aktar minn arranġament wieħed sabiex jagħmlu l-kwotazzjonijiet tagħhom pubbliċi, il-pubblikazzjoni tal-kwotazzjonijiet għandhom iseħħu fl-istess waqt.

4.   L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom f'format li jinqara mill-magni. Il-kwotazzjonijiet għandhom jitqiesu ppubblikati b'mod li jinqara minn magna fejn il-pubblikazzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 (6).

5.   Meta l-internalizzaturi sistematiċi jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom permezz ta' arranġamenti proprjetarji biss, il-kwotazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati wkoll f'format li jista' jinqara mill-bniedem. Il-kwotazzjonijiet għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom jiġu ppubblikati f'format li jista' jinqara mill-bniedem fejn:

(a)

il-kontenut tal-kwotazzjoni jkun f'format li jistgħu jinftiehmu mill-qarrej ta' livell medju;

(b)

il-kwotazzjoni hija ppubblikata fuq is-sit web ta' internalizzatur sistematiku u paġna tas-sit fiha struzzjonijiet ċari għall-aċċess jikkwotaw.

6.   Il-kwotazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati bl-użu ta' standards u speċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (7).

Artikolu 14

L-eżekuzzjoni ta' ordnijiet mill-internalizzaturi sistematiċi

(L-Artikolu 15(1), 15(2) u 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq jitqiesu li jeżistu fejn timponi fuq internalizzatur sistematiku l-obbligu li jipprovdu kwotazzjonijiet tad-ditti għall-klijenti tmur kontra l-immaniġġjar tar-riskju prudenti u, b'mod partikolari, fejn:

(a)

il-post tan-negozjar fejn l-istrument finanzjarju kien ammess l-ewwel għall-kummerċ jew is-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità ma jibqax jikkummerċja l-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 48(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

il-post tan-negozjar fejn l-istrument finanzjarju kien ammess l-ewwel għall-kummerċ jew is-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità jippermetti li l-obbligi ta' tiswir tas-suq jiġu sospiżi;

(c)

fil-każ ta' fond kummerċjat fil-borża, prezz tas-suq affidabbli mhuwiex disponibbli għal numru sinifikanti ta' strumenti sottostanti għall-ETF jew l-indiċi;

(d)

awtorità kompetenti tipprojbixxi bejgħ qasir f'dak l-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

2.   Għall-fini tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, internalizzatur sistematiku jista' jaġġorna l-kwotazzjonijiet tiegħu fi kwalunkwe ħin sakemm dawk il-kwotazzjonijiet aġġornati huma l-konsegwenza ta', u konsistenti ma', intenzjonijiet ġenwini tal-internalizzatur sistematiku li jikkummerċja mal-klijenti tiegħu b'mod mhux diskriminatorju.

3.   Għall-fini tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, prezz jaqa' f'medda pubblika viċin għall-kundizzjonijiet tas-suq meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

il-prezz huwa fil-medda tal-kwotazzjonijiet tal-offerta tal-internalizzatur sistematiku;

(b)

il-kwotazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għall-istrument finanzjarju rilevanti skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

4.   Għall-fini tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-eżekuzzjoni f'diversi titoli għandha titqies bħala parti minn tranżazzjoni waħda fejn il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 jiġu ssodisfati.

5.   Għall-fini tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ordni għandha titqies bħala soġġetta għal kundizzjonijiet minbarra l-prezz tas-suq kurrenti fejn il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 jiġu ssodisfati.

Artikolu 15

L-ordnijiet li jaqbżu n-norma b'mod konsiderevoli

(L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, in-numru jew il-volum tal-ordnijiet għandu jitqies bħala numru li jaqbeż konsiderevolment in-norma jekk internalizzatur sistematiku ma jistax iwettaq dawk l-ordnijiet mingħajr ma jesponi lilu nnifsu għal riskju żejjed.

2.   Ditti tal-investiment li jaġixxu bħala internalizzaturi sistematiċi għandhom jiddeterminaw minn qabel u b'mod oġġettiv u konsistenti mal-politika u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskji tagħhom imsemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (9), meta n-numru jew il-volum tal-ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jkun ikkunsidrat li jesponi lid-ditta għal riskju żejjed.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, internalizzatur sistematiku għandu jistabbilixxi, iżomm u jimplimenta bħala parti mill-politiki u l-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tiegħu, politika għall-identifikazzjoni tan-numru jew tal-volum tal-ordnijiet li jista' jwettaq mingħajr ma jesponi ruħu għal riskju mhux dovut, b'kunsiderazzjoni tal-kapital li d-ditta għandha disponibbli biex tkopri r-riskju għal dak it-tip ta' kummerċ u l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq li fihom topera d-ditta.

4.   Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-politika msemmija fil-paragrafu 3 m'għandhiex tkun diskriminatorja għall-klijenti.

Artikolu 16

Id-daqs speċifiku għall-istrument

(L-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Għall-fini tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 id-daqs speċifiku għall-istrument fir-rigward tal-istrumenti kummerċjati fuq talba għal kwotazzjoni, ibridu bil-vuċi jew forom oħrajn ta' kummerċ għandu jkun id-daqs stabbilit f'[referenza għall-Anness III għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (10).

KAPITOLU IV

DERIVATTIVI

Artikolu 17

L-elementi tal-Kompressjoni ta' portafolli

(L-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jipprovdu kompressjoni ta' portafolli għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 sa 6.

2.   Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jikkonkludu ftehim mal-parteċipanti tal-kompressjoni ta' portafolli li jipprovdi għall-proċessi ta' kompressjoni u l-effetti legali tagħha, inkluż l-identifikazzjoni tal-mument li fih kull kompressjoni ssir legalment vinkolanti.

3.   Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi d-dokumentazzjoni legali kollha rilevanti li tiddeskrivi l-mod li bih id-derivattivi sottomessi biex jiġu inklużi fil-kompressjoni jiġu mitmuma u sostitwiti minn derivattivi oħrajn.

4.   Qabel ma tinbeda kull kompressjoni, id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jipprovdu kompressjoni ta' portafolli għandhom:

(a)

jeħtieġu li kull parteċipant li jipparteċipa fil-kompressjoni ta' portafolli jipprovdihom bil-kriterji li jirriflettu t-tolleranza tar-riskju tiegħu inkluż limitu għar-riskju tal-kontraparti, limitu għar-riskju tas-suq u tolleranza għall-pagamenti bil-flus kontanti. Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jirrispettaw it-tolleranza tar-riskju mill-parteċipanti fil-kompressjoni ta' portafolli;

(b)

jistabbilixxu konnessjonijiet bejn id-derivattivi sottomessi għall-kompressjoni ta' portafolli u jissottomettu lil kull parteċipant proposta ta' kompressjoni li tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-identifikazzjoni tal-kontrapartijiet affettwati mill-kompressjoni,

(ii)

il-bidla relatata fil-valur nozzjonali kombinat tad-derivattivi,

(iii)

il-varjazzjoni tal-ammont nozzjonali kombinat imqabbel mat-tolleranza tar-riskju pprovdut.

5.   Sabiex jaġġustaw il-kompressjoni għat-tolleranza tar-riskju tal-parteċipanti u biex iżidu l-effiċjenza tal-kompressjoni, id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq jistgħu jagħtu lill-parteċipanti ħin addizzjonali biex iżidu d-derivattivi eliġibbli għat-terminazzjoni jew it-tnaqqis.

6.   Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom iwettqu biss il-kompressjoni ta' portafolli meta l-parteċipanti kollha għall-kompressjoni ta' portafolli jaqblu mal-proposta tal-kompressjoni.

Artikolu 18

Rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-Kompressjoni ta' portafolli

(L-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu pubblika permezz ta' APA l-informazzjoni li ġejja għal kull ċiklu ta' kompressjoni ta' portafolli:

(a)

lista ta' derivattivi sottomessi għall-inklużjoni fil-kompressjoni ta' portafolli,

(b)

lista ta' derivattivi li jissostitwixxu d-derivattivi li ntemmu,

(c)

lista ta' derivattivi mibdula jew mitmuma bħala riżultat tal-kompressjoni ta' portafolli,

(d)

in-numru ta' derivattivi u l-valur tagħhom espress f'termini ta' ammont nozzjonali.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun diżaggregata skont it-tip ta' derivattiv u skont il-munita.

2.   Id-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq għandhom jagħmlu pubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 viċin tal-ħin reali kemm huwa teknikament possibbli u mhux aktar tard mill-jum tan-negozju li jmiss wara li proposta ta' kompressjoni ssir legalment vinkolanti skont il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 17(2).

KAPITOLU V

MIŻURI SUPERVIŻORJI DWAR INTERVENTI FUQ IL-PRODOTT U ĠESTJONI TAL-POŻIZZJONIIJET

TAQSIMA 1

Interventi fuq il-prodotti

Artikolu 19

Kriterji u fatturi għall-fini tas-setgħat ta' intervent fuq il-prodotti temporanji mill-ESMA

(L-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 40(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA għandha tivvaluta r-rilevanza tal-fatturi u l-kriterji kollha elenkati fil-paragrafu 2, u tqis il-fatturi u l-kriterji kollha rilevanti biex jiġi determinat meta l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċertu depożiti strutturati jew depożiti strutturati b'ċerti karatteristiċi speċifikati jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja joħolqu tħassib sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tiddetermina l-eżistenza ta' tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha fuq wieħed minn dawk il-fatturi u kriterji.

2.   Il-fatturi u l-kriterji li jridu jiġu vvalutati mill-ESMA sabiex tiddetermina jekk hemmx tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-grad ta' kumplessità tal-istrument finanzjarju jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja fir-rigward tat-tip ta' klijenti, kif stmata skont il-punt (c), involuti f'attività finanzjarja jew prassi finanzjarja, jew li l-istrument finanzjarju jiġi kkummerċjalizzat jew mibjugħ, billi jitqiesu, b'mod partikolari:

it-tip ta' assi sottostanti jew ta' referenza u l-grad ta' trasparenza dwar l-assi sottostanti jew ta' referenza;

il-grad ta' trasparenza tal-kostijiet u t-tariffi assoċjati mal-istrument finanzjarju, attività finanzjarja jew prassi finanzjarja u, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' trasparenza li jirriżultaw minn saffi differenti ta' kostijiet u t-tariffi;

il-kumplessità tal-kalkolu tal-prestazzjoni, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari ta' jekk ir-redditu jiddependix fuq il-prestazzjoni ta' fattur sottostanti wieħed jew iktar li mbagħad huma affettwati minn fatturi oħrajn jew jekk ir-redditu jiddependix mhux biss fuq il-valuri tal-fatturi sottostanti fid-dati tal-bidu u tal-maturità, iżda wkoll fuq il-valuri matul it-tul ta' ħajja tal-prodott;

in-natura u d-daqs ta' kwalunkwe riskju;

jekk l-istrument jew is-servizz humiex raggruppati ma' prodotti jew servizzi oħrajn; jew

il-kumplessità ta' kwalunkwe termini u kundizzjonijiet;

(b)

id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-valur nozzjonali tal-istrument finanzjarju;

in-numru ta' klijenti, investituri jew parteċipanti tas-suq involuti;

is-sehem relattiv tal-prodott fil-portafolli tal-investituri;

il-probabbiltà, id-daqs u n-natura ta' kwalunkwe detriment, inkluż l-ammont tat-telf li jista' jiġġarrab;

il-persistenza antiċipata tal-konsegwenzi detrimentali;

il-volum tal-ħruġ;

in-numru ta' intermedjarji involuti;

it-tkabbir tas-suq jew tal-bejgħ; jew

l-ammont medju investit minn kull klijent fl-istrument finanzjarju;

(c)

it-tip ta' klijenti involuti f'attività jew prattika finanzjarja jew li lilhom strument finanzjarju jiġi kkummerċjat jew mibjugħ, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

jekk il-klijent huwiex klijent konsumatur, klijent professjonali jew kontraparti eliġibbli;

il-ħiliet u l-abilitajiet tal-klijenti, inklużi l-livell ta' edukazzjoni, l-esperjenza bi strumenti finanzjarji jew prattiki tal-bejgħ simili;

is-sitwazzjoni ekonomika tal-klijenti, inkuż id-dħul u l-ġid tagħhom;

l-għanijiet finanzjarji ewlenin tal-klijenti, inkluż it-tfaddil għall-pensjoni u l-finanzjament tas-sjieda ta' dar; jew

jekk l-istrument jew is-servizz humiex qed jinbiegħu lill-klijenti barra mis-suq fil-mira maħsub jew jekk is-suq fil-mira ġiex identifikat kif xieraq;

(d)

il-grad ta' trasparenza tal-istrument finanzjarju jew tat-tip ta' attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

it-tip u t-trasparenza tal-fatturi sottostanti;

kwalunkwe kostijiet u imposti moħbijin;

l-użu ta' tekniki li jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti iżda mhux neċessarjament jirriflettu l-adattatezza jew il-kwalità ġenerali tal-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja;

in-natura tar-riskji u t-trasparenza tar-riskji; jew

l-użu ta' ismijiet ta' prodotti jew ta' terminoloġija jew informazzjoni oħra li timplika livelli akbar ta' sigurtà jew redditu minn dak attwalment possibbli jew probabbli, jew li timplika karatteristiċi ta' prodott li ma jeżistux;

(e)

il-karatteristiċi jew il-komponenti partikolari tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, inkluż kwalunkwe ingranaġġ inkorporat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

l-ingranaġġ inerenti fil-prodott;

l-ingranaġġ dovut għall-finanzjament;

il-karatteristiċi ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli; jew

il-fatt li l-valur ta' kwalunkwe fattur sottostanti m'għadux disponibbli jew affidabbli;

(f)

l-eżistenza u l-grad ta' disparità bejn ir-redditu jew profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta' telf relatat mal-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kostijiet tal-istrutturar ta' dan it-tip ta' strument finanzjarju, attività jew prattika u spejjeż oħra;

id-disparità relatata mar-riskju tal-emittent miżmum mill-emittent; jew

il-profil tar-riskju/redditu;

(g)

il-faċilità u l-kostijiet għall-investituri biex ibigħu l-istrument finanzjarju rilevanti jew li jduru għal strument finanzjarju ieħor, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-firxa tal-offerta/domanda;

il-frekwenza tad-disponibbiltà tal-kummerċ;

id-daqs tal-ħruġ u d-daqs tas-suq sekondarju;

il-preżenza jew in-nuqqas ta' fornituri ta' likwidità jew ġeneraturi tas-suq sekondarju;

il-karatteristiċi tas-sistema ta' kummerċ; jew

kwalunkwe ostakli oħrajn għall-ħruġ;

(h)

il-kostijiet tal-ipprezzar u dawk assoċjati tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

l-użu ta' imposti moħbijin jew sekondarji; jew

imposti li ma jirriflettux il-livell ta' servizz ipprovdut;

(i)

il-grad ta' innovazzjoni ta' strument, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-grad ta' innovazzjoni relatat mal-istruttura tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, inkluż l-inkorporazzjoni u l-iskattar;

il-grad ta' innovazzjoni relatata mal-mudell ta' distribuzzjoni jew it-tul tal-katina ta' intermedjazzjoni;

il-grad tad-diffużjoni tal-innovazzjoni, inkluż jekk l-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja humiex innovattiva għal kategoriji ta' klijenti partikolari;

l-innovazzjoni li tinvolvi l-ingranaġġ;

in-nuqqas ta' trasparenza tal-fatturi sottostanti; jew

l-esperjenza li għaddiet fis-suq bi strumenti finanzjarji jew prattiki tal-bejgħ simili;

(j)

il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mal-istrument finanzjarju, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kanali ta' komunikazzjoni u distribuzzjoni użati;

il-materjal ta' informazzjoni, kummerċjalizzazzjoni jew promozzjonali ieħor assoċjat mal-investiment;

l-iskopijiet ta' investiment supponuti; jew

jekk id-deċiżjoni ta' akkwiżizzjoni hijiex sekondarja jew terzjarja wara akkwiżizzjoni oħra;

(k)

is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent ta' strument finanzjarju, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew kwalunkwe garanti; jew

it-trasparenza tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew garanti;

(l)

jekk hemmx nuqqas ta' informazzjoni jew nuqqas ta' informazzjoni affidabbli dwar strument finanzjarju, ipprovduta jew mill-manifattur jew mid-distributuri, biex tippermetti l-parteċipanti tas-suq li hija mmirata lejhom biex jifformaw il-ġudizzju tagħhom waqt li jitqiesu n-natura u t-tip tal-istrument finanzjarju;

(m)

jekk l-istrument finanzjarju, l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom il-parteċipanti jew l-investituri fis-suq rilevanti;

(n)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jikkompromettux b'mod sinifikanti l-integrità tal-proċess ta' formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq konċernat, sabiex il-prezz jew il-valur tal-istrument finanzjarju inkwistjoni ma jibqax determinat skont il-forzi leġittimi tas-suq tal-provvista u d-domanda, jew il-parteċipanti tas-suq ma jibqgħux jistgħu jiddependu fuq il-prezzijiet iffurmati f'dak is-suq jew fil-volumi ta' kummerċ bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom;

(o)

jekk il-karatteristiċi ta' strument finanzjarju jagħmluhx suxxettibbli b'mod partikolari biex jintuża għall-fini ta' reati finanzjarji u, b'mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux jinkoraġġixxu l-użu tal-istrument finanzjarju għal:

kwalunkwe frodi jew diżonestà;

kondotta ħażina jew użu ħażin tal-informazzjoni relatata ma' suq finanzjarju;

it-trattament tar-rikavati mir-reati;

il-finanzjament tat-terroriżmu; jew

l-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus;

(p)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew l-operat mingħajr xkiel tas-swieq u l-infrastruttura tagħhom;

(q)

jekk strument finanzjarju, attività jew prattika jistgħux iwasslu għal disparità sinifikanti u artifiċjali bejn il-prezzijiet ta' derivattiv u dawk fis-suq sottostanti;

(r)

jekk l-istrument finanzjarju, attività jew prattika jimponux riskju għoli ta' tfixkil għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusin importanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

(s)

ir-rilevanza tad-distribuzzjoni tal-istrument finanzjarju bħala sors ta' finanzjament għall-emittent;

(t)

jekk strument finanzjarju, attività jew prattika jimponux riskji partikolari għas-suq jew l-infrastruttura tas-sistemi ta' pagament, inklużi s-sistemi ta' kummerċ, ikklerjar u saldu; jew

(u)

jekk strument finanzjarju, attività jew prattika jistgħux jheddu l-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarja.

Artikolu 20

Kriterji u fatturi għall-fini tas-setgħat ta' intervent fuq il-prodotti temporanji mill-EBA

(L-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 41(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-EBA tivvaluta r-rilevanza tal-fatturi u l-kriterji kollha elenkati fil-paragrafu 2, u tqis il-fatturi u l-kriterji kollha rilevanti biex jiġi determinat meta l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċertu depożiti strutturati jew depożiti strutturati b'ċerti karatteristiċi speċifikati jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja joħolqu tħassib sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-EBA tista' tiddetermina l-eżistenza ta' tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha bbażata fuq wieħed minn dawk il-fatturi u kriterji jew aktar.

2.   Il-fatturi u l-kriterji li jridu jiġu vvalutati mill-EBA biex tiddetermina jekk hemmx tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew ta' parti minnha għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-grad ta' kumplessità ta' depożitu strutturat jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja fir-rigward tat-tip ta' klijenti, kif stmata skont il-punt (c), involuti f'attività finanzjarja jew prassi finanzjarja, billi jitqiesu, b'mod partikolari:

it-tip ta' assi sottostanti jew ta' referenza u l-grad ta' trasparenza dwar l-assi sottostanti jew ta' referenza;

il-grad ta' trasparenza tal-kostijiet u t-tariffi assoċjati mal-istrument finanzjarju, attività finanzjarja jew prassi finanzjarja u, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' trasparenza li jirriżultaw minn saffi differenti ta' kostijiet u t-tariffi;

il-kumplessità tal-kalkolu tal-prestazzjoni, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari ta' jekk ir-redditu jiddependix fuq il-prestazzjoni ta' fattur sottostanti wieħed jew iktar li mbagħad huma affettwati minn fatturi oħrajn jew jekk ir-redditu jiddependix mhux biss fuq il-valuri tal-assi sottostanti jrew ta' referenza fid-dati tal-bidu u tal-maturità jew tal-pagament tal-imgħax iżda wkoll fuq il-valuri matul it-tul ta' ħajja tal-prodott;

in-natura u d-daqs ta' kwalunkwe riskju;

jekk id-depożitu strutturat jew is-servizz humiex raggruppati ma' prodotti jew servizzi oħrajn; jew

il-kumplessità ta' kwalunkwe termini u kundizzjonijiet;

(b)

id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-valur nozzjonali ta' ħruġ ta' depożiti strutturati;

in-numru ta' klijenti, investituri jew parteċipanti tas-suq involuti;

is-sehem relattiv tal-prodott fil-portafolli tal-investituri;

il-probabbiltà, id-daqs u n-natura ta' kwalunkwe detriment, inkluż l-ammont tat-telf li jista' jiġġarrab;

il-persistenza antiċipata tal-konsegwenzi detrimentali;

il-volum tal-ħruġ;

in-numru ta' istituzzjonijiet involuti;

it-tkabbir tas-suq jew tal-bejgħ;

l-ammont medju investit minn kull klijent fid-depożitu strutturat; jew

il-livell ta' kopertura definit fid-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

(c)

it-tip ta' klijenti involuti f'attività jew prattika finanzjarja jew li lilhom strument finanzjarju jiġi kkummerċjat jew mibjugħ, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

jekk il-klijent huwiex klijent konsumatur, klijent professjonali jew kontraparti eliġibbli;

il-ħiliet u l-abilitajiet tal-klijenti, inkluż il-livell ta' edukazzjoni, l-esperjenza bi strumenti finanzjarji jew prattiki tal-bejgħ simili;

is-sitwazzjoni ekonomika tal-klijenti, inkuż id-dħul u l-ġid tagħhom;

l-għanijiet finanzjarji ewlenin tal-klijenti, inkluż it-tfaddil għall-pensjoni u l-finanzjament tas-sjieda ta' dar;

jekk il-prodott jew is-servizz humiex qed jinbiegħu lill-klijenti barra mis-suq fil-mira maħsub jew jekk is-suq fil-mira ġiex identifikat kif xieraq; jew

l-eliġibbiltà għall-kopertura minn skema ta' garanzija tad-depożiti;

(d)

il-grad ta' trasparenza tad-depożitu strutturat jew tat-tip ta' attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

it-tip u t-trasparenza tal-fatturi sottostanti;

kwalunkwe kostijiet u imposti moħbijin;

l-użu ta' tekniki li jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti iżda mhux neċessarjament jirriflettu l-adattezza jew il-kwalità ġenerali tal-prodott jew tas-servizz;

it-tip u t-trasparenza tar-riskji;

l-użu ta' ismijiet ta' prodotti jew ta' terminoloġija jew informazzjoni oħra li tqarraq billi timplika karatteristiċi ta' prodott li ma jeżistux; jew

jekk l-identità ta' dawk li jieħdu d-depożiti li jistgħu jkunu responsabbli għad-depożitu tal-klijent, tiġix divulgata;

(e)

il-karatteristiċi jew il-komponenti partikolari tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, inkluż kwalunkwe ingranaġġ inkorporat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

l-ingranaġġ inerenti fil-prodott;

l-ingranaġġ dovut għall-finanzjament; jew

il-fatt li l-valur ta' kwalunkwe fattur sottostanti m'għadux disponibbli jew affidabbli;

(f)

l-eżistenza u l-grad ta' disparità bejn ir-redditu jew profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta' telf relatat mal-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-kostijiet tal-istrutturar ta' dan it-tip ta' strument finanzjarju, attività jew prattika u kostijiet oħra;

id-disparità relatata mar-riskju tal-emittent miżmum mill-emittent; jew

il-profil tar-riskji u l-gwadanji;

(g)

il-kostijiet u l-faċilità li biha l-investituri jkunu jistgħu joħorġu depożitu strutturat, b'mod partikolari billi jitqiesu:

il-fatt li l-irtirar bikri mhuwiex permess; jew

kwalunkwe ostakli oħrajn għall-ħruġ;

(h)

il-kostijiet tal-ipprezzar u dawk assoċjati tad-depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

l-użu ta' imposti moħbijin jew sekondarji; jew

imposti li ma jirriflettux il-livell ta' servizz ipprovdut;

(i)

il-grad ta' innovazzjoni ta' depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-grad ta' innovazzjoni relatat mal-istruttura tad-depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja, inkluż l-inkorporazzjoni u l-iskattar;

il-grad ta' innovazzjoni relatata mal-mudell ta' distribuzzjoni jew it-tul tal-katina ta' intermedjazzjoni;

il-grad tad-diffużjoni tal-innovazzjoni, inkluż jekk id-depożitu strutturat, l-attività jew il-prattika finanzjarja humiex innovattivi għal kategoriji ta' klijenti partikolari;

l-innovazzjoni li tinvolvi l-ingranaġġ;

in-nuqqas ta' trasparenza tal-fatturi sottostanti; jew

l-esperjenza li għaddiet fis-suq b'depożiti strutturati jew prattiki tal-bejgħ simili;

(j)

il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mad-depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kanali ta' komunikazzjoni u distribuzzjoni użati;

il-materjal ta' informazzjoni, kummerċjalizzazzjoni jew promozzjonali ieħor assoċjat mal-investiment;

l-iskopijiet ta' investiment supponuti; jew

jekk id-deċiżjoni ta' akkwiżizzjoni hijiex sekondarja jew terzjarja wara akkwiżizzjoni oħra;

(k)

is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent ta' depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew kwalunkwe garanti; jew

it-trasparenza tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew garanti;

(l)

jekk hemmx nuqqas ta' informazzjoni jew nuqqas ta' informazzjoni affidabbli dwar depożitu strutturat, ipprovduta jew mill-manifattur jew mid-distributuri, biex tippermetti l-parteċipanti tas-suq li hija mmirata lejhom biex jifformaw il-ġudizzju tagħhom waqt li jitqiesu n-natura u t-tip tal-istrument finanzjarju;

(m)

jekk id-depożitu strutturat, l-attività jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom il-parteċipanti jew l-investituri fis-suq rilevanti;

(n)

jekk id-depożitu strutturat, l-attività jew il-prattika finanzjarja iħallux l-ekonomija tal-Unjoni vulnerabbli għar-riskji;

(o)

jekk il-karatteristiċi ta' depożitu strutturat jagħmluhx suxxettibbli b'mod partikolari biex jintuża għall-fini ta' reati finanzjarji u, b'mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux potenzjalment jiffavorixxu l-użu ta' depożiti strutturati għal:

kwalunkwe frodi jew diżonestà;

kondotta ħażina jew użu ħażin tal-informazzjoni relatata ma' suq finanzjarju;

it-trattament tar-rikavati mir-reati;

il-finanzjament tat-terroriżmu; jew

l-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus;

(p)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew l-operat mingħajr xkiel tas-swieq u l-infrastruttura tagħhom;

(q)

jekk depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja jistgħux twassal għal disparità sinifikanti u artifiċjali bejn il-prezzijiet ta' derivattiv u dawk fis-suq sottostanti;

(r)

jekk id-depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja jimponux riskju partikolari ta' taqlib għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusin importanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari tal-istrateġija ta' ħħeġġjar segwita mill-istituzzjonijiet finanzjarji relatati mal-ħruġ ta' depożitu strutturat, inkluż l-ipprezzar ħażin tal-garanzija kapital mal-maturità jew ir-riskji reputazzjonali imposti mid-depożitu strutturat jew il-prattika jew attività lill-istituzzjonijiet finanzjarji;

(s)

ir-rilevanza tad-distribuzzjoni tad-depożitu strutturat bħala sors ta' finanzjament għall-istituzzjoni finanzjarja;

(t)

jekk depożitu strutturat, prattika jew attività finanzjarja jimponux riskji partikolari għas-suq jew l-infrastruttura tas-sistemi ta' pagament; jew

(u)

jekk depożitu strutturat, prattika jew attività finanzjarja jistgħux jheddu l-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarja.

Artikolu 21

Kriterji u fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tas-setgħat ta' intervent fuq il-prodotti

(L-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 42(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-rilevanza tal-fatturi u l-kriterji kollha elenkati fil-paragrafu 2, u jqisu l-fatturi u l-kriterji kollha rilevanti biex jiġi determinat meta l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċertu strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati inkella ta' strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati b'ċerti karatteristiċi speċifikati jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja joħolqu tħassib sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja f'tal-anqas Stat Membru wieħed.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw l-eżistenza ta' tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha f'tal-anqas Stat Membru wieħed skont wieħed jew aktar minn dawk il-fatturi u kriterji.

2.   Il-fatturi u l-kriterji li jridu jiġu vvalutati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiddeterminaw jekk hemmx tħassib sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew parti minnha f'mill-anqas Stat Memru wieħed għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

il-grad ta' kumplessità tal-istrument finanzjarju jew tip ta' attività jew prattika finanzjarja fir-rigward tat-tip ta' klijenti, kif stmata skont il-punt (c), involuti f'attività finanzjarja jew prassi finanzjarja, jew li l-istrument finanzjarju jiġi kkummerċjalizzat jew mibjugħ lilu, billi jitqiesu, b'mod partikolari:

it-tip ta' assi sottostanti jew ta' referenza u l-grad ta' trasparenza dwar l-assi sottostanti jew ta' referenza;

il-grad ta' trasparenza tal-kostijiet u t-tariffi assoċjati mal-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat, l-attività finanzjarja jew il-prassi finanzjarja u, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' trasparenza li jirriżultaw minn saffi differenti ta' kostijiet u t-tariffi;

il-kumplessità tal-kalkolu tal-prestazzjoni, b'kunsiderazzjoni ta' jekk ir-redditu jiddependix fuq il-prestazzjoni ta' assi ta' referenza sottostanti wieħed jew iktar li mbagħad huma affettwati minn fatturi oħrajn jew jekk ir-redditu jiddependix mhux biss fuq il-valuri tal-fatturi sottostanti fid-dati tal-bidu u tal-maturità, iżda wkoll fuq il-valuri matul it-tul ta' ħajja tal-prodott;

in-natura u d-daqs ta' kwalunkwe riskju;

jekk il-prodott jew is-servizz huwiex raggruppat ma' prodotti jew servizzi oħrajn;

il-kumplessità ta' kwalunkwe termini u kundizzjonijiet;

(b)

id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-valur nozzjonali tal-istrument finanzjarju jew ta' ħruġ ta' depożiti strutturati;

in-numru ta' klijenti, investituri jew parteċipanti tas-suq involuti;

is-sehem relattiv tal-prodott fil-portafolli tal-investituri;

il-probabbiltà, id-daqs u n-natura ta' kwalunkwe detriment, inkluż l-ammont tat-telf li jista' jiġġarrab;

il-persistenza antiċipata tal-konsegwenzi detrimentali;

il-volum tal-ħruġ;

in-numru ta' intermedjarji involuti;

it-tkabbir tas-suq jew tal-bejgħ;

l-ammont medju investit minn kull klijent fl-istrument finanzjarju jew depożitu strutturat; jew

il-livell ta' kopertura definit fid-Direttiva 2014/49/UE, fil-każ ta' depożiti strutturati;

(c)

it-tip ta' klijenti involuti f'attività jew prattika finanzjarja jew li lilhom strument finanzjarju jiġi kkummerċjat jew mibjugħ, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

jekk il-klijent huwiex klijent konsumatur, klijent professjonali jew kontraparti eliġibbli;

il-ħiliet u l-abilitajiet tal-klijenti, inkluż il-livell ta' edukazzjoni, l-esperjenza bi strumenti finanzjarji, depożiti strutturati jew prattiki tal-bejgħ simili;

is-sitwazzjoni ekonomika tal-klijenti, inkuż id-dħul u l-ġid tagħhom;

l-għanijiet finanzjarji ewlenin tal-klijenti, inkluż it-tfaddil għall-pensjoni u l-finanzjament tas-sjieda ta' dar;

jekk il-prodott jew is-servizz humiex qed jinbiegħu lill-klijenti barra mis-suq fil-mira maħsub jew jekk is-suq fil-mira ġiex identifikat kif xieraq; jew

l-eliġibbiltà għall-kopertura minn skema ta' garanzija tad-depożiti, fil-każ ta' depożiti strutturati;

(d)

il-grad ta' trasparenza tal-istrument finanzjarju jew tad-depożitu strutturat jew tat-tip ta' attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

it-tip u t-trasparenza tal-fatturi sottostanti;

kwalunkwe kostijiet u imposti moħbijin;

l-użu ta' tekniki li jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti iżda mhux neċessarjament jirriflettu l-adattatezza jew il-kwalità ġenerali tal-prodott, l-attività jew il-prattika finanzjarja;

in-natura tar-riskji u t-trasparenza tar-riskji;

l-użu ta' ismijiet ta' prodotti jew ta' terminoloġija jew informazzjoni oħra li timplika livelli akbar ta' sigurtà jew redditu minn dak attwalment possibbli jew probabbli, jew li timplika karatteristiċi ta' prodott li ma jeżistux; jew

fil-każ ta' depożiti strutturati jekk l-identità ta' dawk li jieħdu d-depożiti li jistgħu jkunu responsabbli għad-depożitu tal-klijent, hijiex divulgata;

(e)

il-karatteristiċi jew il-komponenti partikolari tad-depożitu strutturat, l-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja, inkluż kwalunkwe ingranaġġ inkorporat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

l-ingranaġġ inerenti fil-prodott;

l-ingranaġġ dovut għall-finanzjament;

il-karatteristiċi ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli; jew

il-fatt li l-valur ta' kwalunkwe fattur sottostanti m'għadux disponibbli jew affidabbli;

(f)

l-eżistenza u l-grad ta' disparità bejn ir-redditu jew profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta' telf relatat mal-istrument l-attività jew il-prattika finanzjarja jew id-depożitu strutturat b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kostijiet tal-istrutturar ta' dan it-tip ta' strument, attività jew prattika finanzjarja jew depożitu strutturat u spejjeż oħra;

id-disparità relatata mar-riskju tal-emittent miżmum mill-emittent; jew

il-profil tar-riskji u l-gwadanji;

(g)

il-kostijiet u l-faċilità għall-investituri biex ibigħu l-istrument finanzjarju rilevanti jew biex iduru għal strument finanzjarju ieħor, jew biex joħorġu minn depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu, fejn applikabbli u skont jekk il-prodott huwiex strument finanzjarju jew depożitu strutturat:

il-firxa bejn it-talba u l-offerta;

il-frekwenza tad-disponibbiltà tal-kummerċ;

id-daqs tal-ħruġ u d-daqs tas-suq sekondarju;

il-preżenza jew in-nuqqas ta' fornituri ta' likwidità jew ġeneraturi tas-suq sekondarju;

il-karatteristiċi tas-sistema ta' kummerċ; jew

kwalunkwe ostakli oħrajn għall-ħruġ jew il-fatt li l-irtirar bikri mhuwiex permess;

(h)

il-kostijiet tal-ipprezzar u dawk assoċjati tad-depożitu strutturat, l-istrument, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

l-użu ta' imposti moħbijin jew sekondarji; jew

imposti li ma jirriflettux il-livell ta' servizz ipprovdut;

(i)

il-grad ta' innovazzjoni ta' strument finanzjarju jew depożitu strutturat, attività jew prattika finanzjarja, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:

il-grad ta' innovazzjoni relatat mal-istruttura tal-istrument, attività jew prattika finanzjarja, jew mad-depożitu strutturat inkluż l-inkorporazzjoni u l-iskattar;

il-grad ta' innovazzjoni relatata mal-mudell ta' distribuzzjoni jew it-tul tal-katina ta' intermedjazzjoni;

il-punt tad-diffużjoni tal-innovazzjoni, inkluż jekk l-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja jew id-depożitu strutturat hijiex innovattiva għal kategoriji ta' klijenti partikolari;

l-innovazzjoni li tinvolvi l-ingranaġġ;

in-nuqqas ta' trasparenza tal-fatturi sottostanti; jew

l-esperjenza li għaddiet fis-suq bi strumenti finanzjarji, depożiti strutturati jew prattiki tal-bejgħ simili;

(j)

il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mal-istrument finanzjarju jew depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

il-kanali ta' komunikazzjoni u distribuzzjoni użati;

il-materjal ta' informazzjoni, kummerċjalizzazzjoni jew promozzjonali ieħor assoċjat mal-investiment;

l-iskopijiet ta' investiment supponuti; jew

jekk id-deċiżjoni ta' akkwiżizzjoni hijiex sekondarja jew terzjarja wara akkwiżizzjoni oħra;

(k)

is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent ta' strument finanzjarju jew depożitu strutturat, b'mod partikolari waqt li jitqiesu dawn il-fatturi:

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew kwalunkwe garanti; jew

it-trasparenza tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew garanti;

(l)

jekk hemmx nuqqas ta' informazzjoni jew nuqqas ta' informazzjoni affidabbli dwar strument finanzjarju jew depożitu strutturat, ipprovduta jew mill-manifattur jew mid-distributuri, biex tippermetti l-parteċipanti tas-suq li hija mmirata lejhom biex jifformaw il-ġudizzju tagħhom waqt li jitqiesu n-natura u t-tip tal-istrument finanzjarju jew tad-depożitu strutturat;

(m)

jekk l-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat, l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja timponix riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom il-parteċipani jew l-investituri fis-suq rilevanti;

(n)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jikkompromettux b'mod sinifikanti l-integrità tal-proċess ta' formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq konċernat, sabiex il-prezz jew il-valur tal-istrument finanzjarju jew id-depożitu strutturat inkwistjoni ma jibqax determinat skont il-forzi leġittimi tas-suq tal-provvista u d-domanda, jew il-parteċipanti tas-suq ma jibqgħux jistgħu jiddependu fuq il-prezzijiet iffurmati f'dak is-suq jew fil-volumi ta' kummerċ bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom;

(o)

jekk l-istrument, l-attività jew il-prattika finanzjarja jew id-depożitu strutturat iħallux l-ekonomija tal-Unjoni vulnerabbli għar-riskji;

(p)

jekk il-karatteristiċi ta' strument finanzjarju jew depożitu strutturat jagħmluhomx suxxettibbli b'mod partikolari biex jintużaw għall-fini ta' reati finanzjarji u, b'mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux potenzjalment jinkoraġġixxu l-użu tal-istrument finanzjarju jew tad-depożitu strutturat għal:

kwalunkwe frodi jew diżonestà;

kondotta ħażina jew użu ħażin tal-informazzjoni relatata ma' suq finanzjarju;

it-trattament tar-rikavati mir-reati;

il-finanzjament tat-terroriżmu; jew

l-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus;

(q)

jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja jimponux riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew l-operat mingħajr xkiel tas-swieq u l-infrastruttura tagħhom;

(r)

jekk strument, attività jew prattika finanzjarja jew depożitu strutturat jistgħux iwasslu għal disparità sinifikanti u artifiċjali bejn il-prezzijiet ta' derivattiv u dawk fis-suq sottostanti;

(s)

jekk l-istrument, l-attività jew prattika finanzjarja jew id-depożitu strutturat jimponux riskju partikolari ta' taqlib għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusin importanti għas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rilevanti, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari tal-istrateġija ta' ħħeġġjar segwita mill-istituzzjonijiet finanzjarji relatati mal-ħruġ ta' depożitu strutturat, inkluż l-ipprezzar ħażin tal-garanzija tal-kapital mal-maturità jew ir-riskji reputazzjonali imponuti mid-depożitu strutturat jew il-prattika jew attività lill-istituzzjonijiet finanzjarji;

(t)

ir-rilevanza tad-distribuzzjoni tal-istrument finanzjarju jew tad-depożitu strutturat bħala sors ta' finanzjament għall-emittent jew l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(u)

jekk strument, attività jew prattika finanzjarja jew depożitu strutturat jimponux riskji partikolari għas-suq jew l-infrastruttura tas-sistemi ta' pagament, inklużi s-sistemi ta' kummerċ, ikklerjar u saldu; jew

(v)

jekk strument, attività jew prattika finanzjarja, jew depożitu strutturat jistgħux jheddu l-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarja.

TAQSIMA 2

Setgħat ta' ġestjoni tal-pożizzjoni

Artikolu 22

Is-setgħat ta' ġestjoni tal-pożizzjoni tal-ESMA

(L-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-fini tal-Artikolu 45(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kriterji u l-fatturi li jiddeterminaw l-eżistenza ta' theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, inkluż swieq ta' derivattivi ta' komoditajiet skont l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u relatati mal-arranġamenti tal-kunsinna għall-komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-eżistenza ta' problemi finanzjarji, monetarji jew baġitarji serji li jistgħu jwasslu għal instabbilità finanzjarja li tikkonċerna Stat Membru jew istituzzjoni finanzjarja meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali, inklużi istituzzjonijiet tal-kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fornituri tal-infrastrutturi tas-suq u kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li joperaw fl-Unjoni, meta dawn il-problemi jistgħu jheddu l-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni;

(b)

azzjoni ta' klassifikazzjoni jew inadempjenza minn Stat Membru, jew istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fornituri tal-infrastruttura tas-suq u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li joperaw fl-Unjoni li tikkawża jew li tista' raġonevolment tkun mistennija li tikkawża inċertezza severa dwar is-solvenza tagħhom;

(c)

pressjonijiet sostanzjali fuq bejgħ jew volatilità mhux tas-soltu li jikkawżaw spirali sinifikanti 'l isfel fi kwalunkwe strument finanzjarju relatat ma' kwalunkwe istituzzjonijiet tal-kreditu jew finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fornituri tal-infrastruttura tas-suq u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li joperaw fl-Unjoni u emittenti sovrani;

(d)

kwalunkwe ħsara għall-istrutturi fiżiċi ta' emittenti finanzjarji importanti, infrastrutturi tas-suq, sistemi tal-ikklerjar u s-saldu, jew awtoritajiet kompetenti li jistgħu jaffettwaw is-swieq b'mod avvers b'mod partikolari fejn tali ħsara tirriżulta minn diżastru naturali jew attakk terroristiku;

(e)

disturb fi kwalunkwe sistema ta' pagamenti jew proċess ta' saldu, b'mod partikolari meta jkun relatat ma' operazzjonijiet interbankarji, li jikkawża jew li jista' jikkawża nuqqasijiet sinifikanti ta' pagamenti jew ta' saldu jew dewmien fis-sistemi ta' pagamenti tal-Unjoni, speċjalment meta dawn jistgħu jwasslu għall-propagazzjoni ta' stress finanzjarju jew ekonomiku f'istituzzjonijiet ta' kreditu jew f'istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fornituri tal-infrastruttura tas-suq u l-kumpaniji tal-immaniġġjar jew fi Stat Membru;

(f)

tnaqqis sinifikanti jew f'daqqa fil-provvista ta' komodità jew żieda fid-domanda ta' komodità, li tħarbat il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda;

(g)

pożizzjoni sinifikanti f'ċertu komodità miżmuma minn persuna waħda, jew persuni li jaġixxu flimkien, f'post tan-negozjar wieħed jew iktar, permezz ta' membru tas-suq wieħed jew iktar;

(h)

in-nuqqas ta' abilità ta' post tan-negozjar li jeżerċita s-setgħat ta' ġestjoni tal-pożizzjoni tiegħu minħabba avveniment ta' kontinwità tan-negozju.

2.   Għall-fini tal-Artikolu 45(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kriterji u l-fatturi għad-determinazzjoni tat-tnaqqis xieraq ta' pożizzjoni jew esponiment għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

in-natura tad-detentur tal-pożizzjoni, inklużi l-produtturi, il-konsumaturi jew l-istituzzjoni finanzjarja;

(b)

il-maturità tal-istrument finanzjarju;

(c)

id-daqs tal-pożizzjoni relattiv mad-daqs tas-suq tad-derivattivi tal-komoditajiet rilevanti;

(d)

id-daqs tal-pożizzjoni relattiv mad-daqs tas-suq tad għall-komoditajiet sottostanti;

(e)

id-direzzjoni tal-pożizzjoni (qasira jew twila) u d-delta jew meded tad-delta;

(f)

l-iskop tal-pożizzjoni, b'mod partikolari jekk il-pożizzjoni sservix il-fini ta' ħħeġġjar jew jekk tinżammx għal esponiment finanzjarju;

(g)

l-esperjenza ta' detentur ta' pożizzjoni fiż-żamma ta' pożizzjonijiet ta' daqs speċifiku, jew fil-kunsinna jew ir-riċeviment ta' komodità speċifika;

(h)

il-pożizzjonijiet l-oħrajn miżmuma mill-persuna fis-suq sottostanti jew f'maturitajiet differenti tal-istess derivattiva;

(i)

il-likwidità tas-suq u l-impatt tal-miżura fuq parteċipanti oħrajn tas-suq;

(j)

il-metodu tal-kunsinna.

3.   Għall-fini tal-Artikolu 45(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kriterji li jispeċifikaw is-sitwazzjonijiet fejn jista' jqum riskju ta' arbitraġġ regolatorju huma dawn li ġejjin:

(a)

jekk l-istess kuntratt huwiex kummerċjat f'post tan-negozjar differenti jew barra l-Borża;

(b)

jekk kuntratt sostanzjalment ekwivalenti huwiex ikkummerċjat f'post differenti jew barra l-Borża (simili u interrelatat, iżda mhux meqjus bħala parti mill-istess interess miftuħ funġibbli);

(c)

l-effetti tad-deċiżjoni fuq is-suq tal-komodità sottostanti;

(d)

l-effetti tad-deċiżjoni fuq is-swieq u l-parteċipanti mhux soġġetti għas-setgħat ta' ġestjoni tal-pożizzjoni ta' ESMA; kif ukoll

(e)

l-effett potenzjali fuq il-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fin-nuqqas ta' azzjoni mill-ESMA.

4.   Għall-fini tal-Artikolu 45(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA tapplika l-kriterji u l-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'kunsiderazzjoni ta' jekk il-miżura prevista li tittieħed tweġibx għal nuqqas ta' azzjoni tal-awtorità kompetenti jew għal riskju addizzjonali li l-awtorità kompetenti mhijiex kapaċi tindirizza b'mod suffiċjenti skont l-Artikolu 69(2)(j) jew (o) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, awtorità kompetenti tiġi meqjusa li qed tonqos milli taġixxi fejn, fuq il-bażi tas-setgħat konferiti lilha, għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed setgħat regolatorji biex tindirizza bis-sħiħ it-theddida fiż-żmien tal-avveniment, mingħajr għajnuna minn awtorità kompetenti oħra, iżda ma tieħux it-tali azzjoni.

Awtorità kompetenti tiġi meqjusa li mhijiex qed tindirizza biżżejjed theddida meta wieħed jew iktar mill-fatturi elenkati fl-Artikolu 45(10)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jseħħu fil-ġuriżdizzjoni ta' awtorità kompetenti u f'waħda jew iżjed ġuriżdizzjonijiet oħrajn.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   B'deroga mill-Artikolu 5(1), mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sad-data tal-applikazzjoni tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjonijiet ta' likwidità u jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet immedjatament malli jitlestew skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:

(a)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni hija data li ma tkunx inqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ir-riżultat tal-valutazzjonijiet mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni hija data li taħbat fil-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jispiċċa fil-jum ta' qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ir-riżultat tal-valutazzjonijiet mhux aktar tard mid-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

(a)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni hija data li ma tkunx inqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq dejta disponibbli għal perjodu ta' referenza ta' erbgħin ġimgħa li jibda tnejn u ħamsin ġimgħa qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni hija data fi ħdan il-perjodu li jibqa' mhux anqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jispiċċa mhux anqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq dejta disponibbli għall-ewwel perjodu ta' negozjar ta' erba' ġimgħat tal-istrument finanzjarju.

(c)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'post tan-negozjar fl-Unjoni hija data li taħbat fil-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jispiċċa fil-jum ta' qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-istorja ta' negozjar tal-istrumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji oħra meqjusa li għandhom karattereistiċi simili għal dawk tal-istrumenti finanzjarji.

3.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment inklużi d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata b'konformità mal-paragrafu 1 għall-finijiet tal-Artikolu 2(1)(17) (b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 sal-1 ta' April tas-sena ta' wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.   Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3,l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw dan li jmiss fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2;

(a)

li l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 tibqa' xierqa għall-fini tal-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

li l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 tiġi aġġornata fuq il-bazi ta' perjodu ta' negozjar itwal u storja ta' negozjar aktar kkomprensiva, fejn meħtieġ.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Madanakollu, l-Artikolu 23 japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissuplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta (ara paġna 142 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta (ara paġna 126 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ara paġna 387 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali) Tabella 2 tal-Anness I.

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi (ara paġna 229 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(11)  Ir-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).


ANNESS

Dejta li għandha tiġi pprovduta sabiex jiġi determinat suq likwidu għal ishma, riċevuti depożitarji, fondi negozjati fil-borża u ċertifikati

Tabella 1

Tabella ta' simboli

Simbolu

Tip ta' Dejta

Definizzjoni

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Spazju għal test liberu

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166.

{MIC}

erba' karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.

{DATEFORMAT}

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom dan il-format:

SSSS-XX-JJ.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifra b'kollox li minnhom sa m ċifra jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Spazju numeriku kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b'“-” (minus);

il-valuri huma arrotondati u mhux maqtugħa.


Tabella 2

Dettalji tad-dejta li għandha tiġi pprovduta għall-fini tad-determinazzjoni ta' suq likwidu għal ishma, riċevuti depożitarji, fondi negozjati fil-borża u ċertifikati

#

Spazju

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Format u standards għar-rappurtar

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

{ISIN}

2

Isem sħiħ tal-istrument

Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju

{ALPHANUM-350}

3

Ċentru tan-negozjar

Is-segment MIC għaċ-ċentru tan-negozjar, fejn disponibbli, inkella l-MIC operazzjonali.

{MIC}

4

identifikatur MiFIR

Identifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji ta' ekwità

 

Ishma kif imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Riċevuti depożitarji kif definiti fl-Artikolu 4(1)(45) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Fondi negozjati fil-borża kif definiti fl-Artikolu 4(1)(46) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Ċertifikati kif definiti fl-Artikolu 2(1)(27) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

Strumenti finanzjarji ta' ekwità:

 

“SHRS” = ishma

 

“ETFS”= ETFs

 

“DPRS” = riċevuti depożitarji

 

“CRFT” = ċertifikati

5

Jum ta' rappurtar

Data li għaliha d-dejta hija pprovduta

Dejta għandha tiġi pprovduta mill-inqas għal dawn id-dati li ġejjin:

każ 1: il-ġurnata li tikkorrisponda għad-“Data ta' amissjoni għall-kummerċ jew l-ewwel data ta' kummerċ” skont l-Artikolu 5(3)(a);

każ 2: l-aħħar ġurnata tal-perjodu ta' erba' ġimgħat li jibda fid-“Data ta' amissjoni għall-kummerċ jew l-ewwel data ta' kummerċ” skont l-Artikolu 5(3)(b)(i);

każ 3: l-aħħar jum ta' negozju għal kull sena kalendarja skont l-Artikolu 5(3)(b)(ii);

każ 4: il-ġurnata li fiha azzjoni korporattiva hija effettiva skont l-Artikolu 5(3)(b)(iii).

Għall-każ 1, għandhom jiġu pprovduti stimi għall-ispazji minn 6 sa 12 kif applikabbli.

{DATEFORMAT}

6

Għadd ta' strumenti pendenti

Għal ishma u riċevuti depożitarji

L-għadd totali ta' strumenti pendenti.

Għal ETFs

Għadd ta' unitajiet maħruġa għan-negozju.

{DECIMAL-18/5}

7

Azjendi li jeċċedu l-5 % tad-drittijiet totali tal-vot

Għal ishma biss

L-għadd totali ta' ishma li jikkorrispondu ma' azjendi li jeċċedu l-5 % tad-drittijiet totali tal-vot tal-emittent ħlief jekk tali azjenda tkun fi ħdan impriża kollettiva ta' investiment jew fond ta' pensjoni.

Dan l-ispazju għandu jimtela biss meta informazzjoni reali tkun disponibbli.

{DECIMAL-18/5}

8

Il-prezz tal-istrument

Għal ishma u riċevuti depożitarji biss

Il-prezz tal-istrument fit-tmiem tal-jum ta' rappurtar.

Il-prezz għandu jkun espress f'euro.

{DECIMAL-18/13}

9

Daqs ta' ħruġ

Għal ċertifikati biss

Id-daqs ta' ħruġ għaċ-ċertifikat espress f'euro.

{DECIMAL-18/5}

10

Għadd ta' jiem ta' negozjar fil-perjodu

L-għadd totali ta' jiem ta' negozjar li għalih id-dejta hija pprovduta

{DECIMAL-18/5}

11

Il-fatturat totali

Il-fatturat totali għall-perjodu

{DECIMAL-18/5}

12

L-għadd totali ta' tranżazzjonijiet

L-għadd totali ta' tranżazzjonijiet għall-perjodu

{DECIMAL-18/5}


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/117


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/568

tal-24 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar fi swieq regolati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(6) tagħha,

Billi:

(1)

Titoli trasferibbli għandhom biss jitqiesu bħala negozjabbli liberament jekk qabel l-ammissjoni għan-negozjar ma jkunu jeżistu l-ebda restrizzjonijiet li jimpedixxu t-trasferiment ta' dawk it-titoli b'mod li jfixkel il-ħolqien ta' suq ġust, ordinat u effiċjenti.

(2)

Sabiex titolu trasferibbli kif iddefinit fid-Direttiva 2014/65/UE, fil-każ ta' titolu fit-tifsira tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ikun ammess għan-negozjar f'suq regolat jeħtieġ li jkun hemm informazzjoni pubblikament disponibbli suffiċjenti sabiex tippermetti li dak l-istrument finanzjarju jiġi vvalutat sabiex jiġi nnegozjat b'mod ġust, ordinat u effiċjenti. Barra minn hekk, fil-każ ta' ishma, numru adegwat għandu jkun disponibbli għad-distribuzzjoni lill-pubbliku, u għad-derivattivi titolizzati għandu jkun hemm arranġamenti adegwati ta' saldu u ta' konsenja.

(3)

Titoli trasferibbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-ammissjoni f'lista uffiċjali skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandhom jitqiesu bħala negozjabbli liberament u li jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordinat u effiċjenti.

(4)

L-ammissjoni għan-negozjar f'suq irregolat ta' unitajiet maħruġa minn intrapriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli jew fondi ta' investiment alternattivi ma għandhiex tippermetti li jiġu evitati d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Għalhekk, huwa neċessarju għal operatur ta' suq regolat li jivverifika li l-unitajiet ta' negozjar li huwa jammetti għan-negozjar jirriżultaw minn skema ta' investiment kollettiv li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti. Fil-każ ta' fondi negozjati fil-borża, huwa neċessarju li l-operatur ta' suq regolat jiżgura li f'kull ħin ikun hemm arranġamenti ta' tifdija adegwati għall-investituri.

(5)

L-ammissjoni għan-negozjar f'suq irregolat tal-istrumenti derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tikkunsidra jekk hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli għall-valutazzjoni tad-derivattiv kif ukoll tal-assi sottostanti, u fil-każ ta' kuntratti saldati fiżikament, l-eżistenza ta' proċeduri adegwati ta' saldu u ta' konsenja.

(6)

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) timponi ċerti kundizzjonijiet għall-kwoti tal-emissjonijiet sabiex ikun żgurat li dawn ikunu negozjabbli liberament u jkunu nnegozjati b'mod ġust, ordinat u effiċjenti. Kull kwota tal-emissjonijiet fit-tifsira tal-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE għandha għalhekk tkun eliġibbli għall-ammissjoni għan-negozju f'suq regolat u l-ebda rekwiżit ieħor ma għandu jiġi impost f'dan ir-Regolament.

(7)

L-arranġamenti mis-swieq regolati fir-rigward tal-ivverifikar tal-konformità tal-emittenti mal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni u fir-rigward tal-iffaċilitar tal-aċċess għal tagħrif li jkun ġie ppubblikat skont id-dritt tal-Unjoni għandhom ikopru l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-Direttiva 2003/71/KE u d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) billi dawn l-atti leġiżlattivi fihom l-obbligi ewlenin u l-aktar importanti għall-emittenti wara l-ewwel ammissjoni għan-negozjar f'suq regolat.

(8)

Is-swieq regolati għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jivverifikaw il-konformità tal-emittenti ta' titoli trasferibbli mal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni li għandhom ikunu disponibbli għall-emittenti u għall-pubbliku. Il-politika għandha tiżgura li l-kontrolli ta' konformità jkunu effiċjenti u l-emittenti għandhom jiġu infurmati dwar l-obbligi tagħhom mis-suq regolat.

(9)

Is-swieq regolati għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni ppubblikata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet tal-Unjoni disponibbli għall-membri u l-parteċipanti permezz ta' arranġamenti li jipprovdu għal aċċess faċli, ġust u mhux diskriminatorju għall-membri u l-parteċipanti kollha. Il-liġi rilevanti tal-Unjoni għal dawn il-finijiet tinkludi d-Direttiva 2003/71/KE, id-Direttiva 2004/109/KE, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-arranġamenti ta' aċċess għandhom jiżguraw li l-membri u l-parteċipanti jkollhom aċċess fuq termini ugwali għall-informazzjoni rilevanti li jista' jkollha influwenza fuq il-valutazzjoni ta' strument finanzjarju.

(10)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE jkunu japplikaw mill-istess data.

(11)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(12)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Titoli trasferibbli — negozjabbli liberament

1.   Għandu jitqies li t-titoli trasferibbli jkunu negozjabbli liberament jekk ikunu jistgħu jiġu nnegozjati bejn il-partijiet għal tranżazzjoni, u sussegwentement jiġu ttrasferiti mingħajr restrizzjoni, u jekk it-titoli kollha fl-istess klassi bħat-titolu in kwistjoni jkunu funġibbli.

2.   It-titoli trasferibbli li huma suġġetti għal restrizzjoni fuq it-trasferiment ma għandhomx ikunu meqjusa bħala negozjabbli liberament skont il-paragrafu 1 sakemm ma jkunx probabbli li dik ir-restrizzjoni tfixkel is-suq. It-titoli trasferibbli li ma jkunux imħallsa għalkollox jistgħu jitqiesu bħala negozjabbli liberament jekk ikunu saru arranġamenti sabiex ikun żgurat li n-negozjabbiltà ta' tali titoli ma tkunx ristretta u li tkun pubblikament disponibbli informazzjoni adegwata rigward il-fatt li t-titoli ma ġewx imħallsa għalkollox, u rigward l-implikazzjonijiet ta' dak il-fatt għall-azzjonisti.

Artikolu 2

Titoli trasferibbli — negozjar ġust, ordinat u effiċjenti

1.   Meta jiġi vvalutat jekk titolu trasferibbli jistax jiġi nnegozjat b'mod ġust, ordinat u effiċjenti, is-suq irregolat għandu jqis l-informazzjoni li hija meħtieġa li tkun ippreparata skont id-Direttiva 2003/71/KE jew informazzjoni li tkun pubblikament disponibbli b'mod ieħor bħal:

(a)

informazzjoni finanzjarja storika;

(b)

informazzjoni dwar l-emittent;

(c)

informazzjoni li tipprovdi stampa ġenerali tan-negozju.

2.   Minbarra l-paragrafu 1, meta jivvaluta jekk is-sehem jistax jiġi nnegozjat b'mod ġust, ordinat u effiċjenti, suq irregolat għandu jqis id-distribuzzjoni ta' dawk l-ishma lill-pubbliku.

3.   Meta jivvaluta jekk titolu trasferibbli li jissemma fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE jkunx jista jiġi nnegozjat b'mod ġust, ordinat u effiċjenti, is-suq irregolat għandu jqis, skont in-natura tat-titolu li jkun qed jiġi ammess, jekk il-kriterji li ġejjin ikunux qed jiġu ssodisfati:

(a)

it-termini tat-titolu jkunu ċari u mhux ambigwi u jaħsbu għal korrelazzjoni bejn il-prezz tat-titolu u l-prezz jew kejl ieħor tal-valur tas-sottostanti;

(b)

il-prezz jew kejl ieħor tal-valur tas-sottostanti jkun afidabbli u pubblikament disponibbli;

(c)

ikun hemm informazzjoni pubblikament disponibbli suffiċjenti ta' tip meħtieġ sabiex ikun ivvalutat it-titolu;

(d)

l-arranġamenti biex ikun iddeterminat il-prezz tas-saldu tat-titolu jiżguraw li dan il-prezz jirrifletti b'mod xieraq il-prezz jew kejl ieħor tal-valur tas-sottostanti;

(e)

fejn is-saldu tat-titolu jkun jeħtieġ jew jipprovdi għall-possibbiltà tal-konsenja ta' titolu jew ta' assi sottostanti minflok għas-saldu bi flus kontanti, ikun hemm proċeduri adegwati ta' saldu u ta' konsenja għal dak it-titolu jew assi sottostanti kif ukoll aranġamenti adegwati sabiex tinkiseb informazzjoni rilevanti dwaru.

Artikolu 3

Titoli trasferibbli — elenkar uffiċjali

Titolu trasferibbli li jkun uffiċjalment elenkat skont id-Direttiva 2001/34/KE, u li l-elenkar tiegħu ma jkunx sospiż, għandu jitqies bħala negozjabbli liberament u li jista' jiġi nnegozjat b'mod ġust, ordinat u effiċjenti.

Artikolu 4

Unitajiet u ishma f'intrapriżi ta' investiment kollettiv

1.   Suq irregolat, meta jammetti unitajiet jew ishma ta' impriża ta' investiment kollettiv għan-negozjar, għandu jiżgura li jkun permess li dawk l-unitajiet jew l-ishma jinbiegħu fl-Istat Membru tas-suq regolat.

2.   Meta jivvaluta jekk l-unitajiet jew ishma f'impriża ta' investiment kollettiv miftuħa jkunux jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordinat u effiċjenti, is-suq irregolat għandu jqis l-aspetti li ġejjin:

(a)

id-distribuzzjoni ta' dawk l-unitajiet jew ishma lill-pubbliku;

(b)

jekk ikunx hemm arranġamenti xierqa ta' ġenerazzjoni tas-suq, jew jekk il-kumpanija ta' ġestjoni tal-iskema tipprovdix arranġamenti alternattivi xierqa biex l-unitajiet jew l-ishma jinfdew mill-investituri;

(c)

fil-każ ta' fondi negozjati f'borża, jekk, minbarra arranġamenti ta' ġenerazzjoni tas-suq, ikunux ipprovduti wkoll arranġamenti alternattivi xierqa sabiex l-investituri jkunu jistgħu jifdu unitajiet jew ishma, tal-inqas f'każijiet fejn il-valur tal-unitajiet jew l-ishma jvarja konsiderevolment mill-valur nett tal-assi;

(d)

jekk il-valur tal-unitajiet jew ishma jkunx magħmul trasparenti biżżejjed għall-investituri permezz tal-pubblikazzjoni perjodika tal-valur nett tal-assi.

3.   Meta jiġi vvalutat jekk l-unitajiet jew ishma f'impriża ta' investiment kollettiv magħluqa jkunux jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordinat u effiċjenti, is-suq irregolat għandu jqis l-aspetti li ġejjin:

(a)

id-distribuzzjoni ta' dawk l-unitajiet jew ishma lill-pubbliku;

(b)

jekk il-valur tal-unitajiet jew ishma jkunx suffiċjentement trasparenti għall-investituri, jew bil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-istrateġija ta' investiment tal-fond jew bil-pubblikazzjoni perjodika tal-valur nett tal-assi.

Artikolu 5

Derivattivi

1.   Meta jivvaluta jekk strument finanzjarju msemmi fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE jkunx kapaċi li jiġi nnegozjat b'mod ġust, ordinat u effiċjenti, suq regolat għandu jivverifika li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-termini tal-kuntratt li jistabbilixxi l-istrument finanzjarju jkunu ċari u mhux ambigwi, u jippermettu korrelazzjoni bejn il-prezz tal-istrument finanzjarju u l-prezz jew kejl ieħor tal-valur tas-sottostanti;

(b)

il-prezz jew kejl ieħor tal-valur tas-sottostanti jkun afidabbli u pubblikament disponibbli;

(c)

tkun pubblikament disponibbli informazzjoni suffiċjenti ta' tip meħtieġ sabiex ikun ivvalutat id-derivattiv;

(d)

l-arranġamenti biex ikun iddeterminat il-prezz tas-saldu tal-kuntratt ikunu tali li l-prezz ikun jirrifletti b'mod xieraq il-prezz jew kejl ieħor tal-valur tas-sottostanti;

(e)

fejn is-saldu tad-derivattiv ikun jeħtieġ jew jipprovdi għall-possibbiltà tal-konsenja ta' titolu jew ta' assi sottostanti minflok milli ta' saldu bi flus kontanti, ikun hemm arranġamenti adegwati sabiex il-parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni rilevanti dwar dan is-sottostanti kif ukoll proċeduri adegwati ta' saldu u ta' konsenja għas-sottostanti.

2.   Il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (5), (6), (7) u (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kuntratt li jistabbilixxi dak l-istrument ikun probabbli li jipprovdi mezz ta' divulgazzjoni lis-suq, jew jippermetti li s-suq jivvaluta l-prezz jew kejl ieħor tal-valur tas-sottostanti, fejn il-prezz jew il-kejl tal-valur ma jkunx disponibbli pubblikament b'xi mod ieħor;

(b)

is-suq irregolat jiżgura li jkunu ġew stabbiliti arranġamenti superviżorji xierqa sabiex ikunu mmonitorjati n-negozjar u s-saldu f'tali strumenti finanzjarji;

(c)

is-suq irregolat jiżgura li s-saldu u l-konsenja, kemm jekk konsenja fiżika kif ukoll jekk b'saldu bi flus kontanti, ikunu jistgħu jsiru skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' dawk l-istrumenti finanzjarji.

Artikolu 6

Kwoti tal-emissjonijiet

Kull kwota tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE hija eliġibbli għall-ammissjoni għan-negozju f'suq regolat mingħajr rekwiżiti oħra.

Artikolu 7

Verifika ta' obbligi tal-emittent

1.   Is-swieq regolati għandhom jadottaw u jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom proċeduri għall-ivverifikar tal-konformità ta' emittent ta' titolu trasferibbli mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni

2.   Is-swieq regolati għandhom jiżguraw li l-konformità mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 tkun ikkontrollata b'mod effettiv skont in-natura tal-obbligu rieżaminat b'kont meħud tal-kompiti ta' superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti relevanti.

3.   Is-swieq regolati għandhom jiżguraw li l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 jiddeskrivu:

(a)

il-proċessi li s-swieq regolati jużaw biex jiksbu l-eżitu speċifikat fil-paragrafu 1;

(b)

kif emittent jistal-aħjar juri konformità mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 lis-suq irregolat.

4.   Is-swieq irregolati għandhom jiżguraw li emittent ikun konxju mill-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 fuq ammissjoni għan-negozjar tat-titolu trasferibbli ta' dak l-emittent u fuq talba tal-emittent.

Artikolu 8

Faċilitar tal-aċċess għall-informazzjoni

Is-swieq regolati għandu jkollhom arranġamenti li jkunu faċilment aċċessibbli, bla ħlas u ppubblikati fuq is-sit web tagħhom biex jiffaċilitaw l-aċċess tal-membri jew il-parteċipanti tagħhom għat-tagħrif li jkun ġie ppubblikat skont id-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mid-data li tidher fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(3)  Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk it-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(5)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/122


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/569

tal-24 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għas-sospensjoni u t-tneħħija ta' strumenti finanzjarji min-negozjar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-għaxar subparagrafu tal-Artikolu 32(2) u l-għaxar subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-objettiv ta' sospensjoni jew tneħħija min-negozjar ta' strument finanzjarju f'xi każijiet mhux se jintlaħaq sakemm ma jiġix sospiż jew jitneħħa wkoll min-negozjar derivattiv ta' tip imsemmi fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE li jkun marbut jew referenzjat ma' dak l-istrument finanzjarju għalih.

(2)

Biex tiddetermina l-każijiet fejn il-konnessjoni tkun tali li jkun meħtieġ li jiġu sospiżi jew jitneħħew derivattivi relatati, għandha titqies l-importanza tar-rabta bejn id-derivattiv u l-istrument finanzjarju li jkun sospiż jew jiineħħa min-negozjar. F'dan ir-rigward, għandha ssir distinzjoni bejn derivattiv li l-formazzjoni tal-prezz jew il-valur tiegħu jkun jiddependi fuq il-prezz jew il-valur ta' strument finanzjarju sottostanti waħdieni, u derivattivi li l-prezz jew il-valur tagħhom ikun jiddependi fuq diversi inputs tal-prezzijiet, pereżempju, derivattivi marbuta ma' indiċi jew grupp ta' strumenti finanzjarji.

(3)

L-inabbiltà li derivattivi relatati jiġu pprezzati sew, li jwassal għal suq diżorganizzat, għandha titqies bħala l-aktar b'saħħitha fil-każijiet meta d-derivattiv ikun marbut jew referenzjat ma' strument finanzjarju wieħed biss. Meta derivattiv ikun marbut jew referenzjat ma' grupp ta' strumenti finanzjarji jew ma' indiċi li l-istrument finanzjarju sospiż ikun biss parti waħda minnu, il-kapaċità li parteċipanti fis-suq jiddeterminaw il-prezz korrett tkun inqas affettwata. Għaldaqstant, għandhom jitqiesu l-karatteristiċi tar-rabta bejn id-derivattiv u s-sottostanti meta jiġi kkunsidrat l-objettiv globali tas-sospensjoni jew it-tneħħija.

(4)

Għandu jitqies li operatur tas-suq għandu jiżgura negozjar ġust, ordnat u effiċjenti fis-suq tiegħu. Barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li operatur tas-suq jagħmel valutazzjoni ta' jekk is-sospensjoni jew it-tneħħija min-negozjar tal-istrument finanzjarju sottostanti jipperikolawx in-negozjar ġust u ordnat tad-derivattiv fiċ-ċentru tan-negozjar tiegħu, fosthom li jieħu azzjoni xierqa bħas-sospensjoni jew it-tneħħija ta' derivattivi relatati fuq inizjattiva tiegħu stess.

(5)

L-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 52(2) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom japplikaw b'mod konsistenti għat-tipi differenti ta' ċentri tan-negozjar. Huma marbutin mill-qrib, billi jittrattaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sospensjonijiet u tat-tneħħijiet fuq tipi differenti ta' ċentri tan-negozjar. Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dawn id-dispożizzjonijiet li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva għall-partijiet ikkonċernati u, b'mod partikolari, dawk soġġetti għall-obbligi, jeħtieġ li jiġu kkonsolidati l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati skont l-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 52(2) tad-Direttiva 2014/65/UE f'Regolament wieħed.

(6)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(8)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Rabta bejn derivattiv marbut jew referenzjat ma' strument finanzjarju sospiż jew imneħħi min-negozjar u l-istrument finanzjarju oriġinali

Operatur tas-suq ta' suq regolat u ditta ta' investiment jew operatur tas-suq li jopera faċilità multilaterali tan-negozjar (multilateral trading facility, MTF) jew faċilità organizzata tan-negozjar (organised trading facility, OTF) għandu jissospendi jew ineħħi derivattiv imsemmi fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE min-negozjar jekk dak id-derivattiv ikun marbut jew referenzjat ma' strument finanzjarju wieħed biss u jekk dak l-istrument finanzjarju jkun ġie sospiż jew imneħħi min-negozjar.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/124


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/570

tas-26 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' suq materjali f'termini ta' likwidità fir-rigward ta' notifiki ta' waqfa temporanja fin-negozjar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48(12)(e) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema swieq regolati għandhom jiġu kkunsidrati materjali fir-rigward tal-likwidità għal kull tip ta' strument finanzjarju sabiex dawn is-swieq ikollhom fis-seħħ sistemi u proċeduri xierqa ta' notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' waqfiet temporanji fin-negozjar.

(2)

Id-Direttiva 2014/65/UE testendi r-rekwiżiti relatati ma' waqfien min-negozjar għal faċilitajiet multilaterali tan-negozjar u faċilitajiet organizzati tan-negozjar u għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li strumenti finanzjarji nnegozjati f'dawn il-postijiet huma wkoll fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-istandards tekniċi regolatorji.

(3)

Huwa importanti li tkun żgurata applikazzjoni proporzjonata tar-rekwiżit ta' notifika. Wara li ġiet notifikata dwar waqfa temporanja fin-negozjar, l-awtorità kompetenti hija obbligata tevalwa jekk dik in-notifika għandhiex tinfirex lill-bqija tas-suq u, fejn meħtieġ, sabiex tikkoordina rispons fis-swieq kollha. Sabiex il-piż amministrattiv ikun limitat biss għal postijiet tan-negozjar, għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta' notifika ċ-ċentri tan-negozjar bl-akbar potenzjal għal impatt wiesa' tas-suq meta jitwaqqaf in-negozjar.

(4)

Għal ekwità u strumenti finanzjari li jixbhu l-ekwitajiet, is-suq materjali f'termini ta' likwidità għandu jkun il-post tan-negozjar li għandu l-ogħla dħul fl-istrument finanzjarju konċernat fi ħdan l-Unjoni, peress li ċ-ċentru tan-negozjar għandu l-akbar potenzjal biex ikun hemm impatt wiesa' tas-suq meta jitwaqqaf il-kummerċ.

(5)

Għall-istrumenti finanzjarji mhux tal-ekwità, is-suq materjali f'termini ta' likwidità għandu jkun is-suq regolat fejn l-istrument finanzjarju konċernat kien ammess għall-ewwel darba għan-negozjar. Jekk strument finanzjarju mhux tal-ekwità li ma jkunx aċċettat li jinnegozja f'suq regolat, is-suq materjali f'termini ta' likwidità għandu jkun il-post ta' negozjar fejn l-ewwel ġie nnegozjat. Dan għandu jiżgura ċertezza għal firxa ta' strumenti finanzjarji kumplessi billi jistabbilixxi punt ta' referenza sempliċi lill-post tan-negozjar fejn l-avvenimenti għandhom impatti importanti tal-likwidità fi swieq oħra li jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju, tipikament minħabba s-sehem sinifikanti f'termini ta' volumi eżegwiti f'dak l-istrument f'dak iċ-ċentru tan-negozjar.

(6)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(7)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suq materjali f'termini ta' likwidità

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(5) tad-Direttiva 2014/65/UE, is-suq materjali f'termini ta' likwidità għandu jitqies bħala:

(a)

fir-rigward ta' ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra, il-post tan-negozjar li huwa l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għall-istrument kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (3),

(b)

fir-rigward ta' strumenti finanzjarji oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat, is-suq regolat fejn l-istrument finanzjarju ġie ammess għall-ewwel darba għan-negozjar;

(c)

fir-rigward ta' strumenti finanzjarji oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li mhumiex ammessi għan-negozju f'suq regolat, il-post ta' negozjar fejn l-istrument finanzjarju ġie nnegozjat.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li tidher l-ewwel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ara l-paġna 387 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/126


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/571

tat-2 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-15 ta' Mejju 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 61(4), 64(6), 64(8), 65(6), 65(8), u 66(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2014/65/UE fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta jkopru tliet tipi differenti ta' entitajiet: mekkaniżmi ta' rapportar approvati (ARMs), arranġamenti ta' pubblikazzjoni approvati (APAs) u fornituri ta' tejps ikkonsolidati (CTPs). Għalkemm dawk it-tipi ta' entitajiet huma involuti f'attivitajiet differenti, id-Direttiva 2014/65/UE tipprevedi proċess ta' awtorizzazzjoni simili għal dawk l-entitajiet kollha.

(2)

Applikant li jipprova jikseb awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi tar-rapportar għandu jipprovdi, fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, programm ta' operazzjonijiet u ċart organizzazzjonali. Iċ-ċart organizzazzjonali għandha tidentifika min huwa responsabbli għall-attivitajiet differenti li jippermettu lill-awtorità kompetenti tivvaluta jekk il-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta jkollux riżorsi umani suffiċjenti u jkollux sorveljanza fuq in-negozju tiegħu. Iċ-ċart organizzazzjonali ma għandhiex tkopri biss l-ambitu tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta, iżda għandha tinkludi wkoll kwalunkwe servizz ieħor li l-entità tipprovdi peress li dan jista' jenfasizza oqsma li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta u jista' jwassal għal kunflitt ta' interess. Applikant li jfittex awtorizzazzjoni bħala fornitur tas-servizzi ta' rapportar għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-funzjonament u l-indipendenza tal-korpi ta' regolazzjoni tiegħu sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk il-politiki, il-proċeduri u l-istruttura tal-governanza korporattiva jiżgurawx l-indipendenza tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar u l-evitar tal-kunflitti ta' interess.

(3)

Jistgħu jinħolqu kunflitti ta' interess bejn il-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta u l-klijenti li jużaw is-servizzi tiegħu sabiex jissodisfaw l-obbligi regolatorji tagħhom u entitajiet oħra li jixtru dejta minn fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta. B'mod partikolari, dawn il-kunflitti jistgħu jirriżultaw meta l-fornitur ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta jkun involut f'attivitajiet oħra bħal li jaġixxi bħala operatur tas-suq, ditta ta' investiment jew repożitorju tat-tranżazzjonijiet. Jekk il-kunflitti jibqgħu ma jiġux indirizzati, dan jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn il-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta jkollu inċentiva li jdewwem il-pubblikazzjoni jew il-preżentazzjoni ta' dejta jew li jinnegozja abbażi ta' informazzjoni kunfidenzjali li jkun irċieva. Il-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta, għalhekk, għandu jadotta approċċ komprensiv biex jidentifika, jipprevjeni u jimmaniġġja kunflitti ta' interess eżistenti u potenzjali, inkluż li jħejji inventarju tal-kunflitti ta' interess u li jimplimenta politiki u proċeduri adegwati biex jimmaniġġja dawk il-kunflitti u, fejn ikun meħtieġ, jissepara l-funzjonijiet ta' negozju u l-persunal biex jillimita l-fluss ta' informazzjoni sensittiva bejn oqsma differenti ta' negozju tal-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta.

(4)

Kull membru tal-korp maniġerjali ta' fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jkun persuna li jkollha reputazzjoni tajba biżżejjed u li tkun fil-pussess ta' għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti, billi dawk il-persuni jkollhom rwol ewlieni biex jiżguraw li l-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta jissodisfa l-obbligi regolatorji tiegħu u jikkontribwixxu għall-istrateġija ta' negozju tal-fornitur tas-servizz ta' rapportar tad-dejta. Huwa importanti, għalhekk, li l-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta juri li jkollu proċess robust għall-ħatra tal-membri tal-korp maniġerjali u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom u li jkun hemm fis-seħħ linji ta' rapportar ċari u rapportar regolari lill-korp maniġerjali.

(5)

L-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet, b'mod partikolari tal-funzjonijiet kritiċi, tista' tikkostitwixxi bidla materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta. Biex ikun żgurat li l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet ma timpedixxix l-abbiltà tal-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont id-Direttiva 2014/65/UE u ma twassalx għal kunflitti ta' interess, il-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jkun jista' juri sorveljanza u kontroll suffiċjenti fuq dawk l-attivitajiet.

(6)

Is-sistemi tal-IT użati mill-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta għandhom ikunu adatti sew għat-tipi differenti ta' attivitajiet imwettqa minn dawk l-entitajiet, jiġifieri li jippubblikaw rapporti ta' negozjar, jippreżentaw rapporti ta' tranżazzjoni jew jipprovdu tejp ikkonsolidat, u għandom ikunu robusti biżżejjed biex jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fil-provvista ta' dawk is-servizzi. Dan jinkludi l-iżgurar li s-sistemi tal-IT tal-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta jkunu jistgħu jlaħħqu ma' fluttwazzjonijiet fl-ammont ta' dejta li jkollu jimmaniġġja. Tali fluttwazzjonijiet, partikolarment żidiet mhux mistennija fil-fluss tad-dejta, jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-effikaċja tas-sistemi tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta u riżultat ta' dan, fuq l-abbiltà tiegħu li jippubblika jew jirrapporta informazzjoni kompluta u eżatta fl-ambitu tal-oqfsa ta' żmien rikjesti. Sabiex jimmaniġġja dan, fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jittestja s-sistemi tiegħu perjodikament biex jiżgura li jkunu robusti biżżejjed biex jimmaniġġjaw il-bidliet fil-kondizzjonijiet ta' operazzjoni u li jkunu kapaċi biżżejjed li jlaħħqu ma' tkabbir.

(7)

Il-faċilitajiet u l-arranġamenti ta' backup stabbiliti minn fornitur ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta għandhom ikunu suffiċjenti biex jippermettu lill-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta jipprovdi s-servizzi tiegħu, anki fil-każ ta' inċident li jikkawża tfixkil. Il-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jistabbilixxi ħinijiet ta' rkupru massimi aċċettabbli għal funzjonijiet kritiċi li japplikaw fil-każ ta' inċident li jikkawża tfixkil, li għandhom jippermettu konformità mal-iskadenza għar-rapportar u l-iżvelar tal-informazzjoni.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta jkun jista' jipprovdi s-servizzi tiegħu, huwa għandu jkun sottomess għal analiżi ta' liema funzjonijiet u attivitajiet ikunu kritiċi għall-provvista tas-servizzi tiegħu u ta' xenarji possibli li jistgħu jwasslu għal inċidenti li jikkawżaw tfixkil, inkluż li jittieħdu passi biex jipprevjenu u jnaqqsu dawk is-sitwazzjonijiet.

(9)

Meta jokkorri tfixkil fis-servizz, il-fornitur tar-rapportar tad-dejta għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, lil kull awtorità rilevanti kompetenti, lill-klijenti u lill-pubbliku, peress billi t-tfixkil jista' jfisser ukoll li dawk il-partijiet ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi regolatorji tagħhom, bħall-obbligu li jkunu trażmessi rapporti ta' tranżazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħra jew li d-dettalji tat-tranżazzjonijiet eżegwiti jsiru pubbliċi. In-notifika għandha tippermetti lil dawk il-partijiet jagħmlu arranġamenti alternattivi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

(10)

L-użu ta' kull aġġornament ta' sistemi tal-IT jista' jkollu impatt potenzjali fuq l-effikaċja u r-robustezza tas-sistemi li jintużaw għall-provvista tas-servizz tad-dejta. Sabiex jiġi evitat li l-operazzjoni tas-sistema tal-IT tkun f'xi ħin inkompatibbli mal-obbligi regolatorji tagħha, b'mod partikolari dik li jkollha mekkaniżmu ta' sigurtà san fis-seħħ imfassal biex jiggarantixxi s-sigurtà ta' mezzi ta' trasferiment ta' informazzjoni, jiġi mminimizzat ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u jiġi evitat il-kxif tal-informazzjoni qabel il-pubblikazzjoni, fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta għandu jagħmel użu minn żvilupp indikat b'mod ċar u minn metodoloġiji tal-ittestjar biex jiġi żgurat li l-kontrolli tal-konformità u tal-immaniġġjar tar-riskju inkorporati fis-sistemi jaħdmu kif maħsub u li s-sistema tkun tista' tkompli taħdem b'mod effettiv fil-kundizzjonijiet kollha. Meta fornitur tas-servizzi ta' rapportar ta' dejta jwettaq tibdil sinifikanti fis-sistema, huwa għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra, meta jkun rilevanti, sabiex huma jkunu jistgħu jivvalutaw jekk l-aġġornament huwiex se jkollu impatt fuq is-sistemi tagħhom stess u jekk il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jibqgħux issodisfati.

(11)

Żvelar pubbliku prematur, fil-każ ta' rapporti tan-negozju, jew żvelar mhux awtorizzat fil-każ ta' rapporti ta' tranżazzjonijiet, jistgħu jipprovdu indikazzjoni ta' strateġija tan-negozjar jew jiżvelaw informazzjoni sensittiva bħall-identità tal-klijenti tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta. Għalhekk, il-kontrolli fiżiċi, bħal faċilitajiet illokkjati, u kontrolli elettroniċi inklużi firewalls u passwords għandhom jitqiegħdu fis-seħħ mill-fornitur ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta biex jiżgura li persunal awtorizzat biss ikollu aċċess għad-dejta.

(12)

Ksur tas-sigurtà fiżika jew elettronika ta' fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta huwa ta' theddida għall-kunfidenzjalità tad-dejta tal-klijent. Konsegwentement, meta tali ksur iseħħ, il-fornitur ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta għandu jinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti rilevanti, kif ukoll lil kull klijent li seta' ġie affettwat mill-ksur. In-notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti hija meħtieġa biex tippermetti lil dik l-awtorità kompetenti twettaq ir-responsabbiltajiet superviżorji attwali tagħha fir-rigward ta' jekk il-fornitur ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta huwiex qed imantni mekkaniżmi ta' sigurtà sani b'mod xieraq biex jiggarantixxi s-sigurtà tal-informazzjoni u jimminimizza r-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u l-aċċess mhux awtorizzat. Awtoritajiet kompetenti oħra li għandhom interfaċċa teknika mal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta għandhom jiġu notifikati wkoll peress li jistgħu jiġu affettwati b'mod ħażin, partikolarment meta l-ksur jirrelata mal-mezz ta' trasferiment ta' informazzjoni bejn il-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta u l-awtorità kompetenti.

(13)

Ditta ta' investiment li għandha obbligi ta' rapportar ta' tranżazzjonijiet, magħrufa bħala “ditta li tirrapporta”, tista' tagħżel li tuża parti terza biex tippreżenta rapporti ta' tranżazzjoni f'isimha lil ARM, li hija “ditta li tippreżenta”. Permezz tar-rwol tagħha, id-ditta li tippreżenta se jkollha aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali ppreżentata minnha. Madankollu, id-ditta li tippreżenta m'għandhiex tkun intitolata għal aċċess għal kull dejta oħra dwar it-tranżazzjonijiet tad-ditta li tirrapporta li huma miżmuma fl-ARM. Tali dejta tista' tkun marbuta ma' rapporti ta' tranżazzjonijiet li d-ditta li tirrapporta tkun ippreżentat hija stess lill-ARM jew li tkun bagħtet lil ditta li tippreżenta biex tibgħat lill-ARM. Din id-dejta għandha tkun aċċessibbli għad-ditta li tippreżenta peress li jista' jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali bħall-identità tal-klijenti tad-ditta li tirrapporta.

(14)

Il-fornitur ta' servizzi ta' rapportar għandu jissorvelja li d-dejta li jkun qiegħed jippubblika jew jippreżenta tkun preċiża u kompluta u għandu jiżgura li jkollu mekkaniżmi għad-detezzjoni ta' żbalji jew omissjonijiet ikkawżati mill-klijenti jew minnu. Fil-każ ta' ARM, dan jista' jinkludi rikonċiljazzjonijiet ta' kampjun ta' popolazzjoni ta' dejta ppreżentata lill-ARM minn ditta ta' investiment jew iġġenerata mill-ARM f'isem id-ditta ta' investment flimkien mad-dejta rispettiva pprovduta mill-awtorità kompetenti. Il-frekwenza u l-estent ta' tali rikonċiljazzjonijiet għandha tkun proporzjonali mal-volum tad-dejta mmaniġġjata mill-ARM u proporzjonali ma' kemm qiegħda tiġġenera rapporti ta' tranżazzjonijiet mid-dejta tal-klijenti jew tgħaddi rapporti ta' tranżazzjonijiet kompluti mill-klijenti. Sabiex jiġi żgurat rapportar fil-ħin li jkun ħieles minn żbalji u omissjonijiet, l-ARM għandu jimmoniterja b'mod kontinwu l-prestazzjoni tas-sistemi tiegħu.

(15)

Meta l-ARM innifsu jikkawża żball jew omissjoni, huwa għandu jikkoreġi din l-informazzjoni mingħajr dewmien, kif ukoll jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tiegħu u lil kull awtorità kompetenti li jippreżentalha rapporti, dwar l-iżball jew l-omissjoni peress li dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom interess fil-kwalità tad-dejta li tiġi ppreżentatha lilhom. L-ARM għandu jinnotifka wkoll lill-klijent dwar l-iżball jew l-ommissjoni u jipprovdi informazzjoni aġġornata lill-klijent sabiex ir-rekords interni tal-klijent ikunu allinjati mal-informazzjoni li l-ARM jippreżenta lill-awtorità kompetenti f'isem il-klijent.

(16)

L-APAs u s-CTPs għandhom ikunu jistgħu jħassru u jemendaw l-informazzjoni li jirċievu minn entità li tipprovdihom b'informazzjoni biex jindirizzaw is-sitwazzjonijiet fejn f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, l-entità li tirrapporta tkun qed tesperjenza diffikultajiet tekniċi u ma tkunx tista tħassar jew temenda l-informazzjoni nnifisha. Madankollu, l-APAs u s-CTPs ma għandhomx ikunu responsabbli għall-korrezzjoni ta' informazzjoni li tinsab fir-rapporti ppubblikati meta l-iżball jew l-ommissjoni kien attribwibbli għall-entità li tipprovdi l-informazzjoni. Dan huwa dovut għall-fatt li l-APAs u s-CTPs ma jistgħux ikunu jafu b'ċertezza jekk żball jew ommissjoni perċepiti humiex filfatt inkorretti, peress li ma kinux parti min-negozju eżegwit.

(17)

Sabiex tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni bejn APA u ditta tal-investiment li tirrapporta tranżazzjoni, partikolarment fir-rigward ta' kanċellazzjonijiet u emendi ta' tranżazzjonijiet speċifiċi, APA għandu jinkludi fil-messaġġi ta' konfermazzjoni lil ditti ta' investiment il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni li ġiet assenjata lill-APA meta l-informazzjoni ssir pubblika.

(18)

Sabiex ikun konformi mal-obbligu ta' rapportar skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ARM għandu jiżgura l-fluss mexxej ta' informazzjoni lejn u mill-awtorità kompetenti, inkluż l-abbiltà ta' trasferiment ta' rapporti u li jindirizza r-rapporti rifjutati. L-ARM għandu, għalhekk, ikun jista' juri li jista' jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-awtorità kompetenti rigward l-interfaċċa bejn l-ARM u l-awtorità kompetenti.

(19)

Fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jiżgura wkoll li huwa jaħżen it-tranżazzjoni u l-informazzjoni tar-rapportar tan-negozju li huwa jimmaniġġja għal perjodu ta' żmien twil biżżejjed sabiex jiffaċilita l-irkupru ta' informazzjoni storika mill-awtoritajiet kompetenti. Fil-każ speċifiku ta' APAs u CTPs, huma għandhom jiżguraw li jistabbilixxu l-arranġamenti organizzazzjonali meħtieġa biex imantnu d-dejta għal tal-anqas il-perjodu speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li jkunu jistgħu jwieġbu għal kwalunkwe talba li jipprovdu servizzi regolati minn dan ir-Regolament.

(20)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi għadd ta' servizzi addizzjonali li jistgħu jitwettqu minn CTP li jżidu l-effiċjenza tas-suq. Fid-dawl tal-iżviluppi possibbli tas-suq, ma jkunx xieraq li tkun ipprovduta lista komprensiva ta' servizzi addizzjonali li jista' jagħmel CTP. CTP għandu, għalhekk, jipprovdi servizzi ulterjuri li jmorru lil hinn mis-servizzi addizzjonali elenkati speċifikament f'dan ir-Regolament, sakemm dawk is-servizzi l-oħra ma joffru ebda riskju għall-indipendenza tas-CTP jew għall-kwalità tat-tejp ikkonsolidat.

(21)

Sabiex jiġi żgurat it-tixrid effiċjenti ta' informazzjoni li tiġi ppubblikata minn APAs u CTPs, u l-aċċess u l-użu faċli ta' tali informazzjoni minn parteċipanti tas-suq, l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'format li jinqara mill-magni permezz ta' kanali robusti li jippermettu aċċess awtomatiku għad-dejta. Filwaqt li l-websajts mhux dejjem joffru arkitettura li tkun robusta u skalabbli biżżejjed u li tippermetti aċċess awtomatiku faċli għad-dejta, dawn il-limiti teknoloġiċi jistgħu jingħelbu fil-futur. Ma għandhiex, għalhekk, tiġi preskritta teknoloġija partikolari, iżda għandhom jiġu stabbiliti kriterji li jeħtieġ li jiġu ssodisfati mit-teknoloġija li se tintuża.

(22)

Fir-rigward ta' strumenti ta' ekwità u strumenti li jixbhu lil dawk ta' ekwità, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 ma jeskludix li ditti ta' investiment jippubblikaw it-tranżazzjonijiet tagħhom permezz ta' aktar minn APA wieħed. Madankollu, arranġament speċifiku għandu jkun fis-seħħ biex jippermetti lil partijiet interessati jikkonsolidaw l-informazzjoni tat-tranżazzjoni minn diversi APAs, b'mod partikolari CTPs, biex jiġu identifikati dawn it-tranżazzjonijiet duplikati potenzjali, peress li inkella l-istess tranżazzjoni tista' tkun ikkonsolidata diversi drabi, u ppubblikata repetutament mis-CTPs. Dan jista' jdgħajjef il-kwalità u l-utilità tat-tejp ikkonsolidat.

(23)

Meta tkun ippubblikata tranżazzjoni, l-APAs għandhom, għalhekk, jippubblikaw tranżazzjonijiet rapportati minn ditti ta' investiment billi jinkludu qasam ta' “ipprintjar mill-ġdid” li jindika jekk rapport huwiex duplikat. Sabiex jiġi permess approċċ li jkun newtrali f'termini tat-teknoloġija użata, jeħtieġ li jiġu pprovduti modi possibbli differenti li fihom l-APA jista' jidentifika d-duplikati.

(24)

Sabiex ikun żgurat li kull tranżazzjoni tkun inkluża darba biss fit-tejp ikkonsolidat, u għalhekk tissaħħaħ l-affidabilità tal-informazzjoni pprovduta, is-CTPs ma għandhomx jippubblikaw informazzjoni rigward tranżazzjoni ppubblikata minn APA li jiġi identifikat bħala duplikat.

(25)

L-APAs għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar tranżazzjonijiet, inklużi l-kronogrammi rilevanti, bħaż-żmien meta t-tranżazzjonijiet ġew eżegwiti u ż-żmien meta ġew irrapportati t-tranżazzjonijiet. Barra minn hekk, il-granularità tal-kronogrammi għandha tirrifletti n-natura tas-sistema ta' negozjar li t-tranżazzjoni ġiet eżegwita fuqha. Għandha tkun ipprovduta aktar granularità meta tkun ippubblikata informazzjoni dwar tranżazzjonijiet eżegwiti f'sistemi elettroniċi milli dwar tranżazzjonijiet eżegwiti f'sistemi mhux elettroniċi.

(26)

Is-CTPs jistgħu jippubblikaw informazzjoni dwar strumenti ta' ekwità u mhux ta' ekwità. Minħabba r-rekwiżiti differenti għall-operazzjoni ta' dawk it-tejps, u b'mod partikolari l-ambitu usa' b'mod sinifikanti ta' strumenti finanzjarji koperti għal strumenti mhux ta' ekwità u l-applikazzjoni diferita tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/65/UE għat-tejp ikkonsolidat mhux tal-ekwità, dan ir-Regolament jispeċifika biss l-ambitu tal-informazzjoni tas-CTP dwar strumenti mhux ta' ekwità.

(27)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li huma jindirizzaw l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta. Biex tiġi żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u tkun iffaċilitata perspettiva komprensiva minn partijiet kkonċernati u, b'mod partikolari dawk soġġetti għall-obbligi, huwa meħtieġ li dawn l-istandards tekniċi regolatorji jkunu inklużi f'Regolament wieħed.

(28)

Dan ir-Regolament jispeċifika r-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni tad-dejta applikabbli għall-ATAs u l-CTPs. Sabiex jiġu żgurati prattiki konsistenti għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni fiċ-ċentri tan-negozjar kollha, l-APAs u s-CTPs u biex tkun iffaċilitata l-konsolidazzjoni tad-dejta mis-CTPs, dan ir-Regolament għandu japplika b'rabta mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (3) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (4) fejn jiġu stabbiliti rekwiżiti dettaljati applikabbli għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni ta' tranżazzjonijiet.

(29)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data. Peress li l-Artikolu 65(2) tad-Direttiva 2014/65/UE japplika mit-3 ta' Settembru tas-sena wara s-sena ta' dħul fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ċertu dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw minn din id-data aktar tard.

(30)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(31)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

AWTORIZZAZZJONI

(Artikolu 61(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Artikolu 1

Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Applikant li jipprova jikseb awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jippreżenta lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 2, 3u 4 u l-informazzjoni rigward ir-rekwiżiti organizzazzjonali kollha stabbiliti fil-Kapitoli II and III.

2.   Fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tiegħu dwar kull bidla materjali fl-informazzjoni pprovduta fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni u warajha.

Artikolu 2

Informazzjoni dwar l-organizzazzjoni

1.   Applikant li jfittex awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jinkludi programm ta' operazzjonijiet msemmi fl-Artikolu 61(2) tad-Direttiva 2014/65/UE fl-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni. Il-programm ta' operazzjonijiet għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar l-istruttura organizzazzjonali tal-applikant, inklużi ċart organizzazzjonali u deskrizzjoni tar-riżorsi umani, tekniċi u ġuridiċi allokati għall-attivitajiet kummerċjali tiegħu;

(b)

informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri ta' konformità tal-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta, inkluż:

(i)

l-isem tal-persuna jew persuni responsabbli għall-approvazzjoni u l-manutenzjoni ta' dawk il-politiki;

(ii)

l-arranġamenti biex jiġu mmonitorjati u infurzati l-politiki u l-proċeduri ta' konformità;

(iii)

il-miżuri li għandhom jiġu meħuda f'każ ta' ksur li jista' jirriżulta f'nuqqas li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali;

(iv)

deskrizzjoni tal-proċedura għar-rapportar lill-awtorità kompetenti ta' kull ksur li jista' jirriżulta f'nuqqas li jiġu ssodisfati l-kondizzzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali;

(c)

lista tal-funzjonijiet esternalizzati kollha u tar-riżorsi kollha allokati għall-kontroll tal-funzjonijiet esternalizzati;

2.   Fornitur ta' servizzi tar-rapportar tad-dejta li joffri servizzi barra minn servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jiddeskrivi dawk is-servizzi fiċ-ċart organizzazzjonali.

Artikolu 3

Governanza korporattiva

1.   Applikant li jipprova jikseb awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni informazzjoni dwar il-politiki ta' governanza korporattiva interna u l-proċeduri li jirregolaw il-korp maniġerjali tiegħu, il-maniġment superjuri u, fejn ikun stabbilit, il-kumitati.

2.   L-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tkun tinkludi:

(a)

deskrizzjoni tal-proċessi għall-għażla, il-ħatra, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u t-tneħħija ta' maniġment superjuri u membri tal-korp maniġerjali;

(b)

deskrizzjoni tal-linji ta' rapportar u tal-frekwenza tar-rapportar lill-maniġment superjuri u lill-korp maniġerjali;

(c)

deskrizzjoni tal-politiki u l-proċeduri dwar l-aċċess għad-dokumenti minn membri tal-korp maniġjerali.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar il-membri tal-korp maniġerjali

1.   Applikant li jipprova jikseb awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta' rapportar ta' dejta għandu jinkludi fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiegħu l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull membru tal-korp maniġerjali:

(a)

l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-numru tal-identifikazzjoni nazzjonali personali jew ekwivalent tiegħu, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt;

(b)

il-pożizzjoni li l-persuna nħatret/ħa tinħatar għaliha;

(c)

curriculum vitae li jagħti prova ta' esperjenza u għarfien suffiċjenti biex jitwettqu r-responsabbiltajiet b'mod adegwat;

(d)

rekords kriminali, speċjalment permezz ta' ċertifikat uffiċjali, jew, meta tali dokument ma jkunx disponibbli fl-Istat Membru rilevanti, awtodikjarazzjoni ta' reputazzjoni tajba u l-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti biex tinvestiga jekk il-membru ġiex akkużat b'reat kriminali inkonnessjoni mal-provvista ta' servizzi finanzjarji jew ta' dejta jew fir-rigward ta' atti ta' frodi jew ta' approprjazzjoni indebita;

(e)

awtodikjarazzjoni ta' reputazzjoni tajba u l-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti biex tinvestiga jekk il-membru:

(i)

kienx soġġett għal deċiżjoni negattiva fi kwalunkwe proċediment ta' natura dixxiplinarja mibdi minn awtorità regolatorja jew korp tal-gvern jew huwiex is-soġġett ta' kwalunkwe tali proċediment li mhuwiex konkluż;

(ii)

kienx soġġett għal sejba ġudizzjarja negattiva fi proċedimenti ċivili quddiem qorti f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi finanzjarji jew ta' dejta, jew imġiba ħażina jew frodi fl-immaniġġjar ta' negozju;

(iii)

kienx parti minn korp maniġjerali ta' impriża li kienet soġġetta għal deċiżjoni negattiva jew piena minn awtorità regolatorja jew li r-reġistrazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tagħha ġiet irtirata mill-awtorità regolatorja;

(iv)

kienx miċħud id-dritt li jwettaq attivitajiet li jirrikjedu reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni mill-awtorità regolatorja;

(v)

kienx parti minn korp maniġerjali ta' impriża li saret insolventi jew ġiet likwidata filwaqt li l-persuna kellha tali pożizzjoni jew fi żmien sena wara li l-persuna waqfet milli jkollha tali pożizzjoni;

(vi)

kienx b'xi mod immultat, sospiż, skwalifikat, jew soġġett għal kwalunkwe sanzjoni oħra b'relazzjoni ma' frodi, miżapproprjazzjoni jew f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi finanzjarji jew ta' dejta, minn korp professjonali;

(vii)

kienx skwalifikat milli jaġixxi bħala direttur, skwalifikat milli jaġixxi fi kwalunkwe kapaċità maniġerjali, tkeċċiex mill-impjieg jew kariga oħra f'impriża b'konsegwenza ta' mġiba ħażina jew prattika ħażina;

(f)

Indikazzjoni taż-żmien minimu li għandu jiġi ddedikat għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet ta' persuna fil-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta;

(g)

dikjarazzjoni ta' kull kunflitt ta' interess potenzjali li jista' jeżisti jew jirriżulta fit-twettiq tad-dmirijiet u kif jiġu mmaniġjati dawk il-kunflitti.

KAPITOLU II

REKWIŻITI ORGANIZZAZZJONALI

(Artikoli 64(3), 64(4), 64(5), 65(4), 65(5), 65(6), 66(2), 66(3) u 66(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Artikolu 5

Kunflitti ta' interess

1.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jopera u jmantni arranġamenti amministrattivi effettivi, imfassla biex jipprevjenu kunflitti ta' interess mal-klijenti li juzaw is-servizzi tiegħu biex jissodisfaw l-obbligi regolatorji tagħhom u entitajiet oħra li jixtru dejta minn fornituri ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta. Tali arranġamenti għandhom jinkludu politiki u proċeduri biex jiġu identifikati, immaniġġjati u żvelati kunflitti ta' interess attwali u potenzjali u għandhom jinkludu:

(a)

inventarju tal-kunflitti ta' interess attwali u potenzjali, li jistabbilixxi d-deskrizzjoni, l-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tagħhom;

(b)

is-separazzjoni tal-obbligi u l-funzjonijiet kummerċjali fl-ambitu tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta, inklużi;

(i)

miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-iskambju ta' informazzjoni fejn jistgħu jirriżultaw kunflitti ta' interess;

(ii)

is-superviżjoni separata ta' persuni rilevanti li l-funzjonijiet ewlenin tagħhom jinvolvu interessi li jkunu potenzjalment f'kunflitt ma' dawk ta' klijent;

(c)

deskrizzjoni tal-politika tat-tariffi biex jiġu ddeterminati tariffi mitluba mill-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta u minn impriżi li l-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta jkollu rabtiet mill-qrib magħhom;

(d)

deskrizzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni għall-membri tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri;

(e)

ir-regoli rigward l-aċċettazzjoni ta' flus, rigali jew favuri minn persunal tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta u l-korp maniġerjali tiegħu.

2.   L-inventarju tal-kunflitti ta' interess kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jinkludi l-kunflitti ta' interess li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet fejn il-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta:

(a)

jista' jikseb qligħ finanzjarju jew jevita telf finanzarju, għad-dannu ta' klijent;

(b)

jista' jkollu interess fl-eżitu ta' servizz ipprovdut lil klijent, li jkun distint mill-interess tal-klijent f'dak l-eżitu;

(c)

jista' jkollu inċentiv biex jagħti prijorità lill-interessi tiegħu jew lill-interess ta' klijent jew grupp ta' klijenti oħra minflok l-interess ta' klijent li ngħata s-servizz;

(d)

jirċievi jew jista' jirċievi minn persuna minbarra l-klijent, rigward is-servizz ipprovdut lil klijent, inċentiv fil-forma ta' flus, oġġetti jew servizzi, barra minn ħlasijiet jew tariffi rċevuti għas-servizz.

Artikolu 6

Rekwiżiti organizzazzjonali rigward l-esternalizzazzjoni

1.   Meta fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta jorganizza sabiex attivitajiet jitwettqu f'ismu minn partijiet terzi, inkluż impriżi li jkollu rabtiet mill-qrib magħhom, huwa għandu jiżgura li l-fornitur ta' servizz terz ikollu l-abbiltà u l-kapaċità li jwettaq l-attivitajiet b'mod affidabbli u professjonali.

2.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jispeċifika liema attivitajiet għandhom jiġu esternalizzati, inkluż speċifikazzjoni tal-livell ta' riżorsi umani u tekniċi meħtieġa biex titwettaq kull attività minn dawn.

3.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta li jesternalizza attivitajiet għandu jiżgura li l-esternalizzazzjoni ma tnaqqasx l-abbiltà jew is-setgħa tiegħu li jwettaq funzjonijiet ta' maniġment superjuri jew funzjonijiet ta' korp maniġerjali.

4.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jibqa' responsabbli għal kull attività esternalizzata u jadotta miżuri organizzazzjonali biex jiżgura:

(a)

li jivvaluta jekk fornitur ta' servizz terz ikunx qed iwettaq attivitajiet esternalizzati b'mod effettiv u f'konformità mad-dritt applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji u jekk ikunx qiegħed jindirizza n-nuqqasijiet identifikati b'mod adegwat;

(b)

l-identifikazzjoni tar-riskji fir-rigward ta' attivitajiet esternalizzati u monitoraġġ perjodiku adegwat;

(c)

proċeduri ta' kontroll adegwati fir-rigward ta' attivitajiet esternalizzati, inkluż is-superviżjoni b'mod effettiv tal-attivitajiet u r-riskji fl-ambitu tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta;

(d)

kontinwità tal-operat adegwata tal-attivitajiet esternalizzati;

Għall-finijiet tal-punt (d), il-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jakkwista informazzjoni dwar l-arranġamenti ta' kontinwità tal-operat tal-fornitur ta' servizz terz, jivvaluta l-kwalità tagħhom u, fejn meħtieġ, jitlob li jsir titjib.

5.   Fornitur ta' servizzi tar-rapportar tad-dejta għandu jiżgura li fornitur ta' servizz terz jikkoopera mal-awtorità kompetenti tal-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta f'konnessjoni mal-attivitajiet esternalizzati.

6.   Meta fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta jesternalizza xi funzjoni kritika, huwa għandu jipprovdi lill-Istat Membru ospitanti tiegħu bi:

(a)

l-identifikazzjoni tal-fornitur ta' servizz terz;

(b)

il-miżuri u l-politiki organizzazzjonali fir-rigward tal-esternalizzazzjoni u tar-riskji imposti minnha, kif speċifikat fil-paragrafu 4;

(c)

rapporti interni jew esterni dwar l-attivitajiet esternalizzati.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu 6, funzjoni għandha titqies bħala kritika jekk difett jew nuqqas fil-prestazzjoni tagħha jista' jkun ta' dannu materjali għat-tkomplija tal-konformità tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta mal-kondizzjonijiet u mal-obbligi tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew mal-obbligi tiegħu skont id-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 7

Kontinwità tal-operat u faċilitajiet ta' back-up

1.   Fornitur ta' servizzi tar-rapportar tad-dejta għandu juża sistemi u faċilitajiet li huma adegwati u robusti biżżejjed biex jiżgura l-kontinwità u r-regolarità fil-prestazzjoni tas-servizzi pprovduti msemmija fid-Direttiva 2014/65/UE.

2.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jwettaq rieżamijiet perjodiċi, tal-anqas darba f'sena, li jevalwaw l-infrastrutturi tekniċi tiegħu u l-politiki u l-proċeduri assoċjati, inkluż l-arranġamenti ta' kontinwità tal-operat. Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jirrimedja kull nuqqas identifikat waqt ir-rieżami.

3.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti ta' kontinwità tal-operat effettivi biex jindirizza inċidenti li jfixklu, inkluż:

(a)

il-proċessi li huma kritiċi biex jiżguraw is-servizzi tal-fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta, inklużi proċeduri eskalanti, attivitajiet esternalizzati rilevanti jew dipendenzi fuq fornituri esterni;

(b)

arranġamenti ta' kontinwità speċifiċi, li jkopru firxa adegwata ta' xenarji possibbli, f'terminu qasir u medju, inkluż fallimenti tas-sistemi, diżastri naturali, tfixkil fil-komunikazzjoni, telf ta' persunal prinċipali u nuqqas ta' abbiltà li jintuża l-bini użat normalment;

(c)

dupplikazzjoni ta' komponenti ta' ħardwer, li tpatti għal nuqqas ta' infrastruttura ta' back-up, inkluż konnettività ta' netwerk u ta' kanali ta' komunikazzjoni;

(d)

back-up ta' dejta kritika għall-operat u informazzjoni aġġornata tal-kuntatti meħtieġa, li jiżguraw komunikazzjoni fl-ambitu tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta u mal-klijenti;

(e)

il-proċeduri ta' ċaqliq ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta lejn sit ta' back-up u t-tħaddim tagħhom;

(f)

iż-żmien ta' rkupru massimu mmirat lejn funzjonijiet kritiċi, li għandu jkun kemm jista' jkun qasir u f'kull każ mhux itwal minn sitt sigħat fil-każ ta' arranġamenti ta' pubblikazzjoni approvati (APAs) u fornituri ta' tejps ikkonsolidati (CTPs) u sakemm jintemm l-operat tal-jum tax-xogħol segwenti fil-każ ta' mekkaniżmi ta' rapportar approvati (approved reporting mechanisms, ARMs);

(g)

taħriġ tal-persunal dwar l-operazzjoni tal-arranġamenti ta' kontinwità tal-operat, ir-rwoli tal-individwi inklużi persunal ta' operazzjonijiet ta' sigurtà speċifiċi lesti biex jirreaġixxu immedjatament għal tfixkil ta' servizzi;

4.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jistabbilixxi programm għal ittestjar perjodiku, rieżami u, fejn meħtieġ, modifikazzjoni tal-arranġamenti tal-kontinwità tal-operat.

5.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu u immedjatament jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tiegħu u lill-klijenti tiegħu dwar kull interruzzjoni fis-servizz jew tfixkil ta' konnessjoni, kif ukoll iż-żmien stmat sabiex jerġa' jinbeda servizz regolari.

6.   Fil-każ ta' ARMs, in-notifiki msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jingħataw lil kull awtorità kompetenti li l-ARM jippreżenta rapporti ta' tranżazzjoni lilha.

Artikolu 8

Ittestjar u kapaċità

1.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jimplimenta metodoloġiji ta' żvilupp u ta' ittestjar immarkati b'mod ċar, filwaqt li jiżgura li:

(a)

l-operazzjoni tas-sistemi tal-IT tissodisfa l-obbligi regolatorji tal-fornitur tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta;

(b)

il-kontrolli tal-konformità tal-maniġjar tar-riskji inkorporati fis-sistemi tal-IT jaħdmu kif maħsub;

(c)

is-sistemi tal-IT ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu b'mod effettiv fil-ħinijiet kollha.

2.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu juża wkoll il-metodoloġiji msemmija fil-paragrafu 1 qabel u wara l-użu ta' kull aġġornament tas-sistemi tal-IT.

3.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tiegħu dwar kull bidla sinifikanti ppjanata fis-sistema tal-IT qabel l-implimentazzjoni tagħha.

4.   Fil-każ ta' ARMs, in-notifiki msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jingħataw lil kull awtorità kompetenti li l-ARM jippreżenta rapporti ta' tranżazzjoni lilha.

5.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jistabbilixxi programm attwali għal rieżami perjodiku u, fejn ikun meħtieġ, modifikazzjoni tal-metodoloġiji tal-iżvilupp u tal-ittestjar.

6.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jwettaq testijiet tal-istress perjodikament, tal-anqas fuq bażi annwali. Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jinkludi fix-xenarji negattivi tat-test tal-istress imġiba mhux mistennija ta' elementi kostitwenti kritiċi tas-sistemi u tal-linji ta' komunikazzjoni tiegħu. It-test tal-istress għandu jidentifika kif ħardwer, softwer u komunikazzjonijiet iwieġbu għal theddid potenzjal, filwaqt li jispeċifika sistemi li ma jistgħux ilaħħqu max-xenarji negattivi. Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jieħu miżuri biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati f'dawk is-sistemi.

7.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu:

(a)

ikollu kapaċità biżżejjed biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu mingħajr qtugħ ta' servizz jew nuqqasijiet, inkluż dejta nieqsa jew inkorretta;

(b)

ikollu skalabbiltà suffiċjenti biex jakkomoda mingħajr dewmien mhux dovut kull żieda fl-ammont ta' informazzjoni li tiġi pproċessata u fl-għadd ta' talbiet ta' aċċess mill-klijenti tiegħu.

Artikolu 9

Sigurtà

1.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jistabbilixxi u jżomm proċeduri u arranġamenti għas-sigurtà fiżika u elettronika mfassla biex:

(a)

jipproteġu s-sistemi tal-IT tiegħu minn użu ħażin jew minn aċċess mhux awtorizzat;

(b)

jimminimizzaw ir-riskji ta' attakki kontra s-sistemi ta' informazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(c)

jipprevjenu l-iżvelar mhux awtorizzat ta' informazzjoni kunfidenzjali;

(d)

jiżguraw is-sigurtà u l-integrità tad-dejta.

2.   Meta ditta ta' investiment (“ditta li tirrapporta”) tuża parti terza (“ditta li tippreżenta”) biex tippreżenta informazzjoni lil ARM f'isimha, l-ARM għandu jkollu l-proċeduri u l-arranġamenti fis-seħħ biex jiżgura li d-ditta li tippreżenta ma jkollhiex aċċess għal informazzjoni oħra dwar id-ditta li tirrapporta jew ippreżentata minnha lill-ARM, li setgħet intbagħtet mid-ditta ta' rapportar direttament lill-ARM jew permezz ta' ditta li tippreżenta oħra.

3.   Fornitur ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta għandu jistabbilixxi u jmantni miżuri u arranġamenti biex jidentifika mill-ewwel u jimmaniġġja r-riskji identifikati fil-paragrafu 1.

4.   Fir-rigward tal-ksur fil-miżuri ta' sigurtà fiżika u elettronika msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, fornitur ta' servizz ta' rapportar tad-dejta għandu immedjatament jinnotifika lill-:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u jipprovdi rapport dwar l-inċident, li jindika n-natura tal-inċident, il-miżuri adottati biex jiġi indirizzat l-inċident u l-inizjattivi meħuda biex jipprevjenu inċidenti simili;

(b)

il-klijenti tagħha li setgħu ġew affettwati mill-ksur fis-sigurtà.

5.   Fil-każ tal-ARMs, in-notifika msemmija fil-paragrafu 4(a) għandha ssir ukoll lil kull awtorità kompetenti oħra li l-ARM jippreżenta rapporti ta' tranżazzjoni lilha.

Artikolu 10

Maniġment ta' informazzjoni mhux kompluta jew potenzjalment żbaljata mill-APAs u mis-CTPs

1.   L-APAs u s-CTPs għandhom jistabbilixxu u jmantnu arranġamenti adegwati biex jiżguraw li jippubblikaw b'mod eżatt ir-rapporti ta' negozjar riċevuti minn ditti tal-investiment u, fil-każ tas-CTPs, minn ċentri tan-negozjar u APAs, mingħajr ma huma stess jintroduċu xi żball jew iħallu informazzjoni barra u għandhom jikkoreġu informazzjoni meta huma stess ikunu kkawżaw l-iżball jew l-ommissjoni.

2.   L-APAs u s-CTPs għandhom kontinwament jimmoniterjaw f'ħin reali l-prestazzjoni tas-sistemi tal-IT tagħhom, filwaqt li jiżguraw li r-rapporti ta' negozjar li rċevew ġew ippubblikati b'suċċess.

3.   L-APAs u s-CTPs għandhom iwettqu rikonċiljazzjonijiet perjodiċi bejn ir-rapporti ta' negozjar li jirċievu u r-rapporti ta' negozjar li jippubblikaw, filwaqt li jivverifikaw il-pubblikazzjoni korretta tal-informazzjoni.

4.   APA għandu jikkonferma l-irċevuta tar-rapport ta' negozjar lid-ditta tal-investiment li tirrapporta, inkluż il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni assenjat mill-APA. APA għandu jirreferi għall-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni f'kull komunikazzjoni sussegwenti mad-ditta ta' rapportar fir-rigward ta' rapport ta' tranżazzjoni speċifiku.

5.   APA għandu jistabbilixxi u tmantni arranġamenti adegwati biex tidentifika rapporti ta' negozjar li ma jkunux kompluti jew li jkun fihom informazzjoni li x'aktarx tkun żbaljata malli jiġu riċevuti. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu avviżi awtomatizzati tal-prezz u tal-volum, filwaqt li jikkunsidraw:

(a)

is-settur u s-segment li fih jiġi nnegozjat l-istrument finanzjarju;

(b)

il-livelli ta' likwidità, inkluż livelli ta' negozjar storiċi;

(c)

valuri referenzjarji adegwati tal-prezz u tal-volum;

(d)

jekk ikun hemm bżonn, parametri oħra skont il-karatteristiċi tal-istrument finanzjarju.

6.   Meta APA jiddetermina li rapport ta' negozjar li jirċievi jkun mhux komplut jew ikun fih informazzjoni li x'aktarx tkun żbaljata, huwa ma għandux jippubblika dak ir-rapport ta' negozjar u għandu javża immedjatament lid-ditta ta' investiment li tippreżenta r-rapport ta' negozjar.

7.   F'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, l-APAs u s-CTPs għandhom iħassru u jemendaw informazzjoni f'rapport ta' negozjar meta jintalbu jagħmlu dan mill-entità li tipprovdi l-informazzjoni, meta dik l-entità ma tkunx tista' tħassar jew temenda l-informazzjoni tagħha stess għal raġunijiet tekniċi.

8.   L-APAs għandhom jippubblikaw politiki diskrezzjonarji dwar il-kanċellazzjoni tal-informazzjoni u emendi fir-rapporti ta' negozjar li jistabbilixxu l-pieni li jistgħu jiġu imposti minn APAs fuq ditti tal-investiment li jipprovdu rapporti ta' negozjar fejn l-informazzjoni mhux kompluta jew żbaljata tkun wasslet għat-tħassir jew l-emenda ta' rapporti ta' negozjar.

Artikolu 11

Maniġjar ta' informazzjoni mhux kompluta jew potenzjalment żbaljata mill-ARMs

1.   ARM għandu jistabbilixxi u jmantni arranġamenti adegwati biex tidentifika rapporti ta' tranżazzjoni li mhumiex kompluti jew li fihom żbalji ovvji kkawżati mill-klijenti. L-ARM għandha twettaq validazzjoni tar-rapporti ta' tranżazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għal parti, format u kontenut ta' oqsma skont it-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (7).

2.   ARM għandu jistabbilixxi u jmantni arranġamenti adegwati biex jidentifika rapporti ta' tranżazzjoni li fihom żbalji jew omissijonijiet ikkawżati mill-ARM innifisu u biex jikkoreġu, inkluż iħassru jew jemendaw, tali żbalji jew omissjonijiet. ARM għandu jwettaq validazzjoni għal parti, format u kontenut ta' oqsma skont it-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590.

3.   ARM għandu jimmoniterja kontinwament f'ħin reali l-prestazzjoni tas-sistemi tiegħu filwaqt li jiżgura li rapport ta' tranżazzjoni li jkun irċeva jkun ġie rapportat b'suċċess lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

4.   ARM għandu jwettaq rikonċiljazzjonijiet perjodiċi, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew l-awtorità kompetenti li l-ARM jippreżenta rapporti ta' tranżazzjoni lilha, bejn l-informazzjoni li l-ARM jirċievi mill-klijent tiegħu jew jiġġenera f'isem il-klijent għal finijiet ta' rapportar ta' tranżazzjoni u kampjuni tad-dejta tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti.

5.   Kull korrezzjoni, inkluż kanċellazzjoni jew emenda ta' rapporti ta' tranżazzjoni, li ma tikkoreġix żbalji jew ommissjonijiet ikkawżati minn ARM, għandha ssir biss fuq talba ta' klijent u għal kull rapport ta' tranżazzjoni. Meta ARM jikkanċella jew jemenda rapport ta' tranżazzjoni fuq talba ta' klijent, huwa għandu jipprovdi rapport ta' tranżazzjoni aġġornat lill-klijent.

6.   Meta ARM, qabel jippreżenta rapport ta' tranżazzjoni, jidentifika żball jew ommissjoni kkawżati minn klijent, huwa ma għandux jippreżenta dak ir-rapport ta' tranżazzjoni u għandu jinnotifika d-ditta tal-investiment dwar id-dettalji tal-iżball jew tal-omissjoni biex jiffaċilita lill-klijent li jippreżenta sett ikkoreġut ta' informazzjoni.

7.   Meta ARM isir konxju ta' żbalji jew ommissjonijiet ikkawżati mill-ARM innifsu, huwa għandu jippreżenta immedjatament rapport korrett u komplut.

8.   ARM għandu jinnotifka lill-klijent dwar id-dettalji tal-iżball jew tal-ommissjoni u jipprovdi rapport ta' tranżazzjoni aġġornat lill-klijent. ARM għandu wkoll jinnotifka immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tiegħu u lill-awtorità kompetenti li l-ARM irrapporta r-rapport ta' tranżazzjoni lilha dwar l-iżball jew l-omissjoni.

9.   Ir-rekwiżit li jiġu kkoreġuti jew ikkanċellati rapporti ta' tranżazzjoni żbaljati jew jiġu rrapportati tranżazzjonijiet maqbuża ma għandux jestendi għal żbalji jew omissjonijiet li jokkorru aktar minn ħames snin qabel id-data meta l-ARM sar konxju dwar tali żbalji jew omissjonijiet.

Artikolu 12

Konnettività tal-ARMs

1.   ARM għandu jkollu fis-seħħ politiki, arranġamenti u kapaċitajiet tekniċi biex jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni teknika għall-preżentazzjoni ta' rapporti ta' tranżazzjoni rikjesti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra li l-ARM jibgħat rapporti ta' tranżazzjoni lihom.

2.   ARM għandu jkollu fis-seħħ politiki, arranġamenti u kapaċitajiet tekniċi biex jirċievi rapporti ta' tranżazzjoni minn klijenti u biex jittrażmetti informazzjoni lura lill-klijenti tiegħu. L-ARM għandu jipprovdi lill-klijenti b'kopja tar-rapport ta' tranżazzjoni li l-ARM ippreżenta lill-awtorità kompetenti f'isem il-klijent.

Artikolu 13

Servizzi oħra pprovduti minn CTPs

1.   CTP jista' jipprovdi s-servizzi addizzjonali li ġejjin:

(a)

provvediment ta' dejta ta' trasparenza ta' qabel in-negozju;

(b)

provvediment ta' dejta storika;

(c)

provvediment ta' dejta ta' referenza;

(d)

provvediment ta' riċerka;

(e)

proċessar, distribuzzjoni u marketing ta' dejta u statistiki dwar strumenti finanzjarji, ċentri tan-negozjar, u dejta oħra relatata mas-suq;

(f)

diżinn, maniġment, manutenzjoni u marketing ta' softwer, ħardwer u netwerks fir-rigward tat-trażmissjoni tad-dejta u tal-informazzjoni.

2.   CTP jista' jwettaq servizzi barra minn dawk speċifikati skont il-paragrafu 1 li jżidu l-effiċjenza tas-suq, sakemm tali servizzi ma joħolqu ebda riskju li jaffettwa l-kwalità tat-tejp ikkonsolidat jew l-indipendenza tas-CTP li ma jistax jiġi prevenut jew mitigat b'mod adegwat.

KAPITOLU III

ARRANĠAMENTI TA' PUBBLIKAZZJONI

(Artikoli 64(1), 64(2) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Artikolu 14

Kapaċità tal-qari tal-magni

1.   L-APAs u s-CTPs għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikoli 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE b'mod li jinqara mill-magni.

2.   Is-CTPs għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li għandha ssir skont l-Artikolu 65(2) tad-Direttiva 2014/65/UE b'mod li jinqara mill-magni.

3.   L-informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata ppubblikata b'mod li jinqara mill-magni biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

tkun f'format elettroniku mfassal li jinqara direttament u awtomatikament minn kompjuter;

(b)

tkun maħżuna f'arkitettura tal-IT adegwata skont l-Artikolu 8(7) li jippermetti aċċess awtomatiku;

(c)

tkun robusta biżżejjed biex tiżgura kontinwità u regolarità fil-prestazzjoni tas-servizzi pprovduti u tiżgura aċċess adegwat f'termini ta' veloċità;

(d)

tista' tiġi aċċessata, moqrija, użata u kkopjata minn softwer tal-kompjuter li jkun bla ħlas u disponibbli għall-pubbliku.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-format elettroniku għandu jiġi speċifikat skont standards bla ħlas, nonproprjetarji u miftuħa.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3(a), il-format elettroniku għandu jinkludi t-tip ta' fajls jew messaġġi, ir-regoli biex dawn jiġu identifikati, u l-isem u t-tip ta' dejta tal-attributi li jkun fihom.

5.   L-APAs u s-CTPs għandhom:

(a)

jagħtu struzzjonijiet disponibbli lill-pubbliku, filwaqt li jispjegaw kif u fejn wieħed jista' jaċċessa u juża d-dejta faċilment, inkluż l-identifikazzjoni tal-format elettroniku;

(b)

jippubblikaw kull bidla fl-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-anqas tliet xhur qabel ma tidħol fis-seħħ, sakemm ma jkunx hemm ħtieġa urġenti u ġustifikata b'mod xieraq biex bidliet fl-istruzzjonijiet jieħdu effett aktar malajr;

(c)

tinkludi rabta mal-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) fil-homepage tas-sit web tagħhom.

Artikolu 15

Kamp ta' applikazzjoni tat-tejp ikkonsolidat għal ishma, riċevuti depożitorji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.   CTP għandu jinkludi fid-data stream elettronika tiegħu dejta li ssir pubblika skont l-Artikoli 6 u 20 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 relatata mal-istrumenti finanzjarji kollha msemmija f'dawk l-Artikoli.

2.   Meta APA ġdid jew ċentru tan-negozjar ġdid jibda jopera, CTP għandu jinkludi mill-aktar fis id-dejta ppubblikata minn dak l-APA jew ċentru tan-negozjar fid-data stream elettronika tat-tejp ikkonsolidat tagħha, u f'kull każ mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-bidu tal-operazzjonijiet tal-APA jew taċ-ċentru tan-negozjar.

Artikolu 16

Identifikazzjoni ta' rapporti tan-negozju oriġinali u duplikattivi f'ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.   Meta APA jippubblika rapport ta' negozju li jkun duplikat, huwa għandu jinserixxi l-kodiċi “DUPL” fil-parti ta' reprint biex jippermetti lir-riċevituri tad-dejta jagħmlu differenza bejn ir-rapport ta' negozju oriġinali u xi duplikat ta' dak ir-rapport.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, APA għandu jirrikjedi li kull ditta tal-investiment tikkonforma ma' waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li tiċċertifika li tirrapporta biss tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju partikolari permezz ta' dak l-APA;

(b)

li tuża mekkaniżmu ta' identifikazzjoni li jimmarka rapport wieħed bħala l-oriġinali (“ORGN”), u lir-rapporti l-oħra kollha tal-istess tranżazzjoni bħala duplikati (“DUPL”).

Artikolu 17

Pubblikazzjoni ta' rapporti oriġinali f'ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzarji simli

CTP ma għandux jikkonsolida rapporti ta' negozju bil-kodiċi “DUPL” fil-parti tar-reprint.

Artikolu 18

Dettalji li għandhom jiġu ppubblikati mill-APA

1.   APA għandu jippubblika:

(a)

għal tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta' ishma, riċevuti depożitarji, fondi negozjati fil-borża (ETFs), ċertifikati u strumenti finanzjarji simili, id-dettalji ta' tranżazzjoni speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587 u, juża l-marki adegwati elenkati fit-Tabella 3 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587;

(b)

għal tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta' bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi, id-dettalji ta' tranżazzjoni speċifikati fit-Tabella 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583 u jużaw il-marki adegwati elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583.

2.   Meta jippubblika l-informazzjoni dwar meta ġiet rapportata t-tranżazzjoni, APA għandu jinkludi d-data u l-ħin, sa kull sekonda, ta' meta jippubblika t-tranżazzjoni.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, APA li jippubblika informazzjoni rigward tranżazzjoni eżegwita f'sistema elettronika għandu jinkludi d-data u l-ħin, sa kull millisekonda, tal-pubblikazzjoni ta' dik it-tranżazzjoni fir-rapport ta' negozju tiegħu.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, “sistema elettronika” tfisser sistema fejn l-ordnijiet huma negozjabbli elettronikament jew fejn l-ordnijiet huma negozjabbli barra mis-sistema sakemm jiġu reklamati permezz tas-sistema msemmija.

5.   Il-kronogrammi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx, rispettivament, jitbiegħdu b'aktar minn sekonda jew millisekonda mill-Ħin Universali Koordinat (UTC) maħruġ u mantnut minn wieħed miċ-ċentri tal-kronometraġġ elenkati fl-aħħar Rapport Annwali dwar Attivitajiet tal-Ħin tal-Bureau International des Poids et Mesures (BIPM).

Artikolu 19

Nondiskriminazzjoni

APAs u CTPs għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li għandha titqiegħed għall-pubbliku tintbagħat permezz tal-kanali ta' distribuzzjoni kollha fl-istess ħin, inkluż meta l-informazzjoni titqiegħed għall-pubbliku teknikament kemm jista' jkun qrib tal-ħin reali jew 15-il minuta wara l-ewwel pubblikazzjoni.

Artikolu 20

Dettalji li għandhom jiġu ppubblikati mis-CTP

CTP għandu jippubblika:

(a)

għal tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta' ishma, riċevuti depożitorji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra, id-dettalji ta' tranżazzjoni speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat ((UE) 2017/587 u juża l-marki adegwati elenkati fit-Tabella 3 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587;

(b)

għal tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta' bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi, id-dettalji ta' tranżazzjoni speċifikata fit-Tabella 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583 u juża l-marki adegwati elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mid-data li tidher l-ewwel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Madankollu, l-Artikoli 14(2) u 20(b) japplikaw mill-ewwel jum tad-disa' xahar wara d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ara l-paġna 387 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi (ara l-paġna 229 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(6)  Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8),

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara l-paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/142


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/572

tat-2 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jonqsu l-ispejjeż għall-parteċipanti tas-suq meta jixtru d-dejta, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jistipula li dejta tat-trasparenza ta' qabel in-negozjar u wara n-negozjar għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod “mhux iggruppat” għal elementi ta' dejta separati. Huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-livell ta' diżaggregazzjoni li bih iċ-ċentri għandhom joffru d-dejta. Meqjusa x-xhieda ta' domanda għal tali dejta minn partijiet ikkonċernati oħra, operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozjar għandhom jiddiżaggregaw id-dejta skont il-klassi ta' assi, skont il-pajjiż tal-ħruġ, skont il-munita li fiha strument finanzjarju jiġi nnegozjat, u skont jekk id-dejta tkunx ġejja minn irkantijiet skedati ta' kuljum jew minn negozjar kontinwu.

(2)

Biex jiġi żgurat li d-dejta ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar offruta tkun taqbel b'mod xieraq mad-domanda minn parteċipanti fis-suq, operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom joffru kull kombinazzjoni ta' kriterji ta' diżaggregazzjoni fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

(3)

Għal xi strumenti finanzjarji bħad-derivattivi mhux dejjem jista' jkun possibbli li tiġi ddeterminata mingħajr ambigwità l-klassi tal-assi partikolari li għaliha jkun jappartjeni dak l-istrument billi d-determinazzjoni ta' klassi tal-assi tiddependi fuq liema karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji jkunu meqjusa li huma dawk deċiżivi. Bl-istess mod, jista' ma jkunx dejjem possibbli li jiġi ddeterminat mingħajr ambigwità liema kriterji oħra tip ta' dejta jissodisfa. Sabiex jiġi żgurat li l-parteċipanti fis-suq li jixtru dejta minn ċentru partikolari tan-negozjar jirċievu sett ta' dejta konsistenti, jeħtieġ li l-operaturi tas-suq jew id-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar ikunu obbligati jiddeterminaw, f'dawk il-każijiet fejn il-kriterji tad-diżaggregazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod mhux ambigwu, liema kriterji strument finanzjarju jew tip ta' dejta għandhom jitqiesu li jissodisfaw.

(4)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(6)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Provvista ta' dejta tat-trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar

1.   Operatur tas-suq jew ditta tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom fuq talba jagħmlu l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 3, 4 u 6 sa 11 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 disponibbli għall-pubbliku billi joffru d-dejta ta' qabel in-negozjar u wara n-negozjar, diżaggregati skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

in-natura tal-klassi tal-assi:

(i)

ishma;

(ii)

riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(iii)

bonds u prodotti finanzjarji strutturati;

(iv)

kwoti ta' emissjonijiet;

(v)

derivattivi;

(b)

il-pajjiż tal-ħruġ għall-ishma u d-dejn sovran;

(c)

il-munita li fiha huwa nnegozjat l-istrument finanzjarju;

(d)

irkantijiet skedati ta' kuljum u mhux kummerċ kontinwu.

2.   Derivattivi msemmija fil-punt (a)(v) għandhom ikunu diżaggretati skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

derivattivi tal-ekwità;

(b)

derivattivi tar-rati tal-imgħax;

(c)

derivattivi tal-kreditu;

(d)

derivattivi tal-kambju;

(e)

derivattivi tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet:

(f)

derivattivi oħra.

3.   L-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu liema kriterji strument finanzjarju jew tip ta' dejta jkunu jissodisfaw meta l-kriterji tad-diżaggregazzjoni fil-paragrafi 1 jew 2 ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod mhux ambigwu.

4.   L-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom japplikaw il-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 f'kull kombinazzjoni fuq talba.

5.   Minbarra l-għoti tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1 u 2, operatur tas-suq jew ditta tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar jistgħu joffru d-dejta b'mod iggruppat.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mid-data msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/145


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/573

tas-6 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti li jiżguraw servizzi ġusti u mhux diskriminatorji ta' kolokazzjoni u strutturi ta' tariffi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48(12)(d),

Billi:

(1)

Huwa importanti li jiġu adottati standards tekniċi regolatorji biex jiġu identifikati b'mod ċar il-kundizzjonijiet meta l-istrutturi ta' kolokazzjoni u ta' tariffi użati minn postijiet tan-negozjar jistgħu jitqiesu ġusti u mhux diskriminatorji.

(2)

Id-Direttiva 2014/65/UE testendi r-rekwiżiti relatati mal-istrutturi ta' kolokazzjoni u ta' tariffi għal faċilitajiet multilaterali tan-negozjar u faċilitajiet organizzati tan-negozjar. Għaldaqstant huwa importanti li jiġi żgurat li dawn iċ-ċentri jkunu wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(3)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati, għandhom japplikaw rekwiżiti komuni għat-tipi kollha ta' servizzi ta' kolokazzjoni u għaċ-ċentri tan-negozjar li jorganizzaw iċ-ċentri tad-dejta tagħhom stess jew li jużaw iċ-ċentri tad-dejta li huma ġestiti jew huma proprjetà ta' partijiet terzi.

(4)

Iċ-ċentri tan-negozjar għandu jkollhom l-abbiltà li jiddeterminaw il-politika kummerċjali tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-kolokazzjoni u jiddeterminaw lil liema tipi ta' parteċipanti fis-suq iridu jagħtu aċċess għal dawk is-servizzi diment li l-politika kummerċjali tagħhom tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. Iċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx ikunu meħtieġa li jestendu l-kapaċitajiet ta' kolokazzjoni tagħhom lil hinn mil-limiti tal-ispazju, tal-enerġija, tat-tkessiħ jew faċilitajiet simili disponibbli u għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jiddeċiedu jekk għandhomx jespandu l-ispazju ta' kolokazzjoni tagħhom jew le.

(5)

Servizzi ġusti u mhux diskriminatorji ta' kolokazzjoni u ta' tariffi jirrikjedu ċertu livell ta' trasparenza suffiċjenti sabiex jiżguraw li ma ssirx ċirkomvenzjoni tal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE. Għalhekk, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jużaw kriterji oġġettivi meta jiġu ddeterminati roħsijiet, inċentivi u diżinċentivi.

(6)

L-istrutturi ta' tariffi li jikkontribwixxu għall-kundizzjonijiet li jwasslu għal kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati permezz tal-inkoraġġiment ta' negozjar intensiv u li jista' jwassal għal stress fl-infrastrutturi tas-suq għandhom jiġu pprojbiti. Għaldaqstant, għandhom ikunu permessi skontijiet fuq il-kwantità, diment li, bħala skemi ta' divrenzjar tal-prezzijiet, dawn ikunu bbażati fuq il-volum totali tan-negozjar, l-għadd totali tan-negozjar jew it-tariffi akkumulati tan-negozjar iġġenerati minn membru wieħed fejn in-negozjar marġinali eżegwit sussegwentament biex jintlaħaq il-limitu biss ikun eżegwit bi prezz imnaqqas.

(7)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(9)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Servizzi ġusti u mhux diskiminatorji ta' kolokazzjoni

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar li jipprovdu s-servizzi ta' kollokazzjoni għandhom, fi ħdan il-limiti tal-ispazju, tal-enerġija, tat-tkessiħ u faċilitajiet simili disponibbli, jiżguraw li dawn is-servizzi jkunu pprovduti b'mod ġust u mhux diskriminatorju kif stabbilit fil-paragrafi 2, 3 u 4 fir-rigward ta':

(a)

iċ-ċentri tad-dejta li huma ġestiti minnhom u li huma proprjetà tagħhom stess;

(b)

iċ-ċentri tad-dejta li huma proprjetà tagħom stess u li huma ġestiti minn parti terza magħżula minnhom;

(c)

iċ-ċentri tad-dejta li huma ġestiti u huma proprjetà ta' parti terza li ċ-ċentru tan-negozjar ikollu arranġament ta' esternalizzazzjoni magħha għall-organizzazzjoni kemm tal-eżekuzzjoni tal-infrastruttura taċ-ċentru tan-negozjar kif ukoll tal-aċċess ta' viċinanza għalih;

(d)

servizzi ta' proximity hosting li huma ġestiti u li huma proprjetà ta' parti terza b'arranġament kuntrattwali ma' ċentru tan-negozjar.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jipprovdu lill-utenti kollha li jkunu abbonaw għall-istess servizzi ta' kolokazzjoni l-aċċess għan-network tagħhom taħt l-istess kundizzjonijiet, inkluż fir-rigward tal-ispazju, tal-enerġija, tat-tkessiħ, tat-tul tal-kejbil, tal-aċċess għad-dejta, tal-konnettività tas-suq, tat-teknoloġija, tal-appoġġ tekniku u tat-tipi ta' messaġġi.

3.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jagħmlu monitoraġġ tal-konnessjonijiet u tal-kejl tal-latenza kollha sabiex jiżguraw it-trattament mhux diskriminatorju tal-utenti kollha tas-servizzi ta' kolokazzjoni li għandhom l-istess tip ta' aċċess għal-latenza.

4.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli servizzi ta' kolokazzjoni individwali, mingħajr l-ebda rekwiżit biex jinxtraw servizzi magħquda.

Artikolu 2

Trasparenza fil-forniment tas-sreizzi ta' kolokazzjoni

Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni dwar is-servizzi ta' kolokazzjoni tagħhom fuq is-siti web tagħhom:

(a)

lista ta' servizzi pprovduti li tagħti informazzjoni dwar l-ispazju, l-enerġija, it-tkessiħ, it-tul tal-kejbil, l-aċċess għad-dejta, il-konnettività tas-suq, it-teknoloġija, l-appoġġ tekniku, it-tipi ta' messaġġi, it-telekomunikazzjoni u prodotti u servizzi relatati;

(b)

l-istruttura tat-tariffi għal kull servizz kif stabbilit fl-Artikolu 3(2);

(c)

il-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizz, inklużi r-rekwiżiti tal-IT u arranġamenti operazzjonali;

(d)

it-tipi differenti ta' latenza ta' aċċess disponibbli;

(e)

il-proċedura għall-allokazzjoni tal-ispazju ta' kolokazzjoni;

(f)

ir-rekwiżiti għal fornituri ta' parti terza ta' servizzi ta' kolokazzjoni, fejn applikabbli.

Artikolu 3

Tariffi ġusti u mhux diskriminatorji

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu l-istess tariffa u jipprovdu l-istess kundizzjonijiet għall-utenti kollha tal-istess tip ta' servizzi bbażati fuq kriterji oġġettivi. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jistabbilixxu strutturi ta' tariffi differenti għall-istess tip ta' servizzi biss fejn dawn l-istrutturi ta' tariffi jkunu bbażati fuq kriterji mhux diskriminatorji, oġġettivi u li jistgħu jitkejlu, li għandhom x'jaqsmu ma':

(a)

il-volum totali nnegozjat, in-numri ta' tariffi ta' negozji jew negozji kumulati;

(b)

is-servizzi jew il-pakketti ta' servizzi pprovduti miċ-ċentru tan-negozjar;

(c)

l-ambitu jew il-qasam tal-użu mitlub;

(d)

il-provvista ta' likwidità skont l-Artikolu 48(2) tad-Direttiva 2014/65/UE jew f'kapaċità ta' ġeneratur tas-suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(7) tad-Direttiva 2014/65/UE;

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jiżguraw li l-istruttura tat-tariffi tkun granulari biżżejjed biex tippermetti li l-utenti jipprevedu t-tariffi pagabbli fuq il-bażi ta' mill-inqas dawn l-elementi:

(a)

servizzi bi ħlas, inkluż l-attività li tikkaġuna t-tariffa;

(b)

it-tariffa għal kull servizz, li tiddikjara jekk it-tariffa tkunx fissa jew varjabbli;

(c)

roħsijiet, inċentivi jew diżinċentivi.

3.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli s-servizzi individwali mingħajr ma jiġu rraggruppati ma' servizzi oħrajn.

Artikolu 4

Trasparenza tal-istrutturi tat-tariffi

Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-kriterji oġġettivi għall-istabbiliment tat-tariffi tagħhom u l-istrutturi tat-tariffi u kundizzjonijiet oħrajn previsti fl-Artikolu 3, flimkien ma' tariffi ta' eżekuzzjoni, tariffi anċillari, roħsijiet, inċentivi u diżinċentivi f'dokument wieħed komprensiv u pubblikament aċċessibbli fuq is-sit web tagħhom.

Artikolu 5

Strutturi ta' tariffi pprojbiti

Iċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx joffru lill-membri, lill-parteċipanti jew lill-klijenti tagħhom struttura ta' tariffi fejn, ladarba n-negozji tagħhom jaqbżu ċertu limitu, in-negozji kollha tagħhom jibbenefikaw minn tariffa aktar baxxa għal perjodu definit, inklużi dawk in-negozji li jkunu saru qabel ma jkun intlaħaq dan il-limitu.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/148


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/574

tas-7 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva emendatorja 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 50(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġi għandha impatt dirett f'bosta oqsma. B'mod partikolari, tikkontribwixxi biex jiġi żgurat li d-dejta ta' trasparenza ta' wara n-negozjar tista' faċilment tkun parti affidabbli mit-tejp konsolidat. Hija essenzjali wkoll biex jiwettaq monitoraġġ bejn iċ-ċentri tal-ordnijiet u jiġu individwati każijiet ta' abbuż tas-suq u jsir aktar faċli li jkun hemm tqabbil aħjar bejn it-tranżazzjoni u l-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti fil-mument tal-eżekuzzjoni tagħhom.

(2)

L-għadd ta' ordnijiet li jaslu kull sekonda minn ċentru tan-negozjar jista' jkun għoli ħafna, ferm ogħla minn dak ta' tranżazzjonijiet eżegwiti. Dan jista' jiġi estiż għal diversi eluf ta' ordnijiet kull sekonda skont iċ-ċentru tan-negozjar, it-tip ta' membri jew parteċipanti jew klijenti ta' ċentru tan-negozjar partikolari, u l-volatilità u l-likwidità tal-istrumenti finanzjarji. B'riżultat ta' dan, il-granularità tal-ħin ta' sekonda waħda ma tkunx biżżejjed għall-iskopijiet ta' sorveljanza effettiva tal-manipulazzjoni tas-suq ta' ċerti tipi ta' attivitajiet ta' negozjar. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta' granularità għar-reġistrazzjoni tad-data u l-ħin ta' avvenimenti li jistgħu jiġu rrapportati minn operaturi ta' ċentri tan-negozjar u l-membri jew il-parteċipanti tagħhom.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu joħolqu mill-ġdid l-avvenimenti kollha relatati ma' ordni matul il-ħajja ta' kull ordni, b'sekwenza ta' ħin preċiż. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu joħolqu mill-ġdid dawn l-avvenimenti fuq diversi ċentri ta' negozjar fuq livell konsolidat biex iku jistgħu jwettqu monitoraġġ effettiv madwar iċ-ċentri dwar l-abbuż tas-suq. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit żmien ta' referenza komuni u regoli dwar diverġenza massima miż-żmien ta' referenza komuni biex jiġi żgurat li l-operaturi kollha taċ-ċentri ta' negozju u l-membri u l-parteċipanti tagħhom ikunu qed jirreġistraw id-data u l-ħin fuq il-bażi tal-istess sors ta' ħin u skont standards konsistenti. Jeħtieġ ukoll li jsir provvediment għall-ikkronogrammar preċiż li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jiddistingwi bejn diversi avvenimenti rapportabbli li altrimenti jistgħu jkunu jidhru li seħħew fl-istess żmien.

(4)

Madankollu, hemm mudelli kummerċjali li għalihom żieda fil-preċiżjoni tista' ma tkunx relevanti jew fattibbli. Sistemi ta' negozjar bil-vuċi jew s-sistemi tat-talba għal kwotazzjonijiet meta t-tweġiba tirrikjedi intervent uman jew ma tippermettix negozjar algoritmiku, jew sistemi li jintużaw biex jikkonkludu tranżazzjonijiet innegozjati għandhom ikunu suġġetti għal standards differenti ta' preċiżjoni. Iċ-ċentri tan-negozjar li joperaw b'dawk is-sistemi tan-negozjar tipikament ma jkunux suxxettibbli għall-volum kbir ta' avvenimenti li jistgħu jseħħu fl-istes sekonda, li jfisser li mhuwiex neċessarju li tiġi imposta granularità ifjen għall-ikkronogrammar ta' dawn l-avvenimenti peress li huwa inqas probabbli li jkun hemm diversi avvenimenti li jseħħu fl-istess ħin. Barra minn hekk, in-negozjar ta' dawk il-postijiet tan-negozjar jista' jiġi miftiehem bl-użu ta' metodi manwali li jistgħu jieħdu ż-żmien biex jiġu miftiehma. F'dawk iċ-ċentri tan-negozjar hemm ukoll dewmien inerenti bejn il-mument meta jitwettaq in-negozju u l-mument meta l-kummerċ ikun irreġistrat fis-sistema kummerċjali, li jfisser li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti aktar stretti ta' preċiżjoni mhux bilfors iwasslu għal żamma ta' rekords aktar sinifikanti u eżatti mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar, il-membri jew il-parteċipanti tiegħu.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti jeħtiġilhom jifhmu kif iċ-ċentri tan-negozjar u l-membri jew il-parteċipanti tagħhom qed jiżguraw it-traċċabbiltà tagħhom mal-Ħin Universali Kkoordinat (UTC). Dan huwa minħabba l-kumplessità tas-sistemi differenti u l-għadd ta' metodi alternattivi li jistgħu jintużaw biex wieħed jissinkronizza mal-UTC. Minħabba l-fatt li d-drift tal-arloġġ jista' jsirpermezz ta' ħafna elementi differenti, huwa wkoll xieraq li jiġi stabbilit livell ta' aċċettazzjoni ta' diverġenza massima mill-UTC.

(6)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(8)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Żmien ta' referenza

L-operaturi ta' ċentri ta' negozjar u l-membri u l-parteċipanti tagħhom għandhom jissinkronizzaw l-arloġġi tan-negozju li jużaw biex jirreġistraw id-data u l-ħin ta' kull avveniment li għandu jiġi rapportat mal-Ħin Universali Kkoordinat (UTC) maħruġ u miżmum fiċ-ċentri tal-ħin elenkati fl-aħħar edizzjoni tar-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet tal-Ħin tal-Bureau international des poids et mesures. L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar u l-membri jew il-parteċipanti tagħhom jistgħu wkoll jissinkronizzaw l-arloġġi tan-negozju li jużaw biex jirreġistraw id-data u l-ħin ta' kull avveniment li għandu jiġi rapportat mal-UTC mxerrda permezz ta' sistema bis-satellita, sakemm kwalunkwe kumpens mill-UTC jigħata kont tiegħu u jitneħħa mill-ikkronogrammar.

Artikolu 2

Livell ta' preċiżjoni għal operaturi ta' ċentri tan-negozjar

1.   L-operaturi tal-postijiet tan-negozjar għandhom jiżguraw li l-arloġġi tan-negozju tagħhom jirrispettaw il-livelli ta' preċiżjoni speċifikati fit-Tabella 1 tal-Anness skont il-latenza minn portal għall-ieħor ta' kull sistema tan-negozjar tagħhom.

Il-latenza minn portal għall-ieħor għandha tkun il-ħin imkejjel minn meta jasal il-messaġġ minn portal barrani ta' tas-sistema taċ-ċentru tan-negozjar, mibgħut permezz tal-protokoll tal-preżentazzjoni tal-ordni, ipproċessat minn magna ta' korrispondenza, u mbagħad mibgħut sakemm il-portal jibgħat lura rikonoxximent.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar li joperaw sistema ta' negozjar bil-vuċi, talba għal sistema ta' kwotazzjoni fejn ir-risposta tirrikjedi intervent uman jew ma tippermettix negozjar algoritmiku, jew sistema li tifformalizza tranżazzjonijiet innegozjati skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandhom jiżguraw li l-arloġġi tan-negozju tagħhom ma jiddevjawx b'iżjed minn sekonda mill-UTC msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. L-operatur ta' ċentru tan-negozjar għandu jiżgura li l-ħinijiet ikunu rreġistrati sa mill-inqas għal granularità ta' sekonda waħda.

3.   L-operaturi ta' ċentri tan-negozjar li joperaw tipi differenti ta' sistemi tan-negozjar għandhom jiżguraw li kull sistema ssegwi l-livell ta' preċiżjoni applikabbli għal dik is-sistema skont il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 3

Livell ta' preċiżjoni għal membru jew parteċipant ta' ċentru tan-negozjar

1.   Il-membri jew il-parteċipanti taċ-ċentri tan-negozjar għandhom jiżguraw li l-arloġġi tan-negozju tagħhom jintużaw biex jirreġistraw il-ħin ta' avvenimenti li jistgħu jiġu rrapportati jirrispettaw il-livell ta' preċiżjoni speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness.

2.   Il-membri jew il-parteċipanti taċ-ċentri tan-negozjar li jieħdu sehem f'diversi tipi ta' attivitajiet ta' negozjar għandhom jiżguraw li s-sistemi li huma jużaw biex jirreġistraw avvenimenti li jistgħu jiġu rrapportati jirrispettaw il-livell ta' preċiżjoni applikabbli għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet ta' negozjar f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness.

Artikolu 4

Konformità mar-rekwiżiti ta' diverġenza massimia

L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar u l-membri jew il-parteċipanti tagħhom għandhom jistabbilixxu sistema ta' traċċabilità mal-UTC. Huma għandhom ikunu f'pożizzjoni li juru t-traċċabilità mal-UTC billi jiddokumentaw it-tfassil, il-funzjonament u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema. Huma għandhom ikunu kapaċi jidentifikaw il-punt eżatt li fih tkun giet applikata l-kronogramma u juru li jibqa' konsistenti l-punt fi ħdan is-sistema fejn il-kronogramma hija applikata. Huma għandhom iwettqu rieżami tal-konformità tas-sistema ta' traċċabilità ma' dan ir-Regolament tal-inqas darba fis-sena.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).


ANNESS

Tabella 1

Livell ta' preċiżjoni għal operaturi ta' ċentri tan-negozjar

Żmien ta' latenza gateway-to-gateway tas-sistema tan-negozjar

Varjazzjoni massima mill-UTC

Granularità tal-kronogramma

> millisekonda

millisekonda

millisekonda jew aktar

≤ millisekonda

100 mikrosekonda

mikrosekonda jew aħjar


Tabella 2

Livell ta' preċiżjoni għal membri jew parteċipanti ta' ċentru tan-negozjar

It-tip ta' attività ta' negozjar

Deskrizzjoni

Varjazzjoni massima mill-UTC

Granularità tal-kronogramma

Attività bl-użu ta' teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja

Teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja.

100 mikrosekonda

mikrosekonda jew aħjar

Attività fuq sistemi ta' negozjar bil-vuċi

Sistemi ta' negozjar bil-vuċi kif definiti fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (1)

sekonda

sekonda jew aħjar

Attività fuq talba għal sistemi ta' kwotazzjonijiet meta t-tweġiba titlob intervent uman jew meta s-sistema ma tippermettix negozjar algoritmiku

Talba għal kwotazzjonijiet ta' sistemi kif definita fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583

sekonda

sekonda jew aħjar

Attività li tikkonkludi tranżazzjonijiet negozjati

Tranżazzjoni nnegozjata kif stipulata fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

sekonda

sekonda jew aħjar

Kwalunkwe attività kummerċjali oħra

Kull attività kummerċjali oħra li mhix koperta minn din it-tabella.

millisekonda

millisekonda jew aktar


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi (ara l-paġna 229 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/152


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/575

tat-8 ta' Ġunju 2016

li jissupplementa d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji f'dak li għandu x'jaqsam mal-istandards tekniċi regolatorji dwar id-dejta li għandha tiġi ppubblikata miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(10) tagħha,

Billi:

(1)

Bil-ħsieb li l-pubbliku u d-ditti tal-investiment jingħataw dejta relevanti dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni biex tgħinhom jiddeterminaw liema hu l-aħjar mod li bih iwettqu l-ordnijiet tal-klijenti, huwa importanti li jiġu stipulati l-kontenut, il-format, u l-perjodiċità speċifiċi tad-dejta marbuta mal-kwalità tal-eżekuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji soġġetti għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikolu 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li għandhom jiġu ppubblikati miċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi. Huwa importanti wkoll li jiġu stipulati l-kontenut, il-format, u l-perjodiċità speċifiċi tad-dejta marbuta mal-kwalità tal-eżekuzzjoni ta' strumenti finanzjarji oħrajn li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta' negozjar u li ċ-ċentri tal-eżekuzzjoni huma meħtieġa jippubblikaw. F'dan ir-rigward, it-tip ta' ċentru tal-eżekuzzjoni u t-tip ta' strument finanzjarju kkonċernat jinħtieġ li jiġu kkunsidrati kif xieraq.

(2)

Sabiex il-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet li jseħħu fl-Unjoni tiġi vvalutata għalkollox, huwa xieraq li ċ-ċentri tal-eżekuzzjoni li jistgħu jintgħażlu mid-ditti tal-investiment biex iwettqu l-ordnijiet tal-klijenti jkunu konformi mar-rekwiżiti dwar id-dejta li għandha tiġi pprovduta miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, dawn iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni jinħtieġ li jinkludu swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar, faċilitajiet organizzati tan-negozjar, internalizzaturi sistematiċi, ġeneraturi tas-suq u fornituri tal-likwidità oħrajn.

(3)

Id-differenzi fit-tip ta' ċentru tal-eżekuzzjoni u strumenti finanzjarji jirrikjedu li l-kontenut tar-rapportar jinħtieġ li jvarja skont bosta fatturi. Huwa xieraq li l-ammont u x-xorta tad-dejta rapportata jkunu differenzjati skont is-sistemi ta' negozjar, il-modi ta' negozjar u l-pjattaformi ta' negozjar biex jagħtu l-kuntest xieraq għall-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba.

(4)

Biex ikun evitat tqabbil mhux xieraq bejn iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u r-rilevanza tad-dejta miġbura tkun żgurata, iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni jinħtieġ li jippreżentaw rapporti separati li jikkorrespondu għas-segmenti li joperaw reġistri tal-ordnijiet differenti jew li huma regolati b'mod differenti jew jużaw identifikaturi tas-segment tas-suq differenti.

(5)

Biex tkun żgurata stampa preċiża tal-kwalità tal-eżekuzzjoni li tkun saret effettivament, iċ-ċentri tan-negozjar ma jinħtiġx li jippubblikaw fost l-ordnijiet imwettqa dawk li ġew negozjati barra l-Borża u rrapportati fuq iċ-ċentru tan-negozjar.

(6)

Meta l-ġeneraturi tas-suq u fornituri tal-likwidità oħrajn jirrapportaw bħala ċentri tal-eżekuzzjoni għal strumenti finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta' negozjar, jinħtieġ li jippubblikaw biss informazzjoni dwar l-ordnijiet imwettqa jew il-prezz ikkwotat għall-klijenti tagħhom meta l-ordnijiet ikunu kkwotati jew imwettqa barra l-Borża, jew eżegwiti skont l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, minbarra ordnijiet li jkunu miżmuma f'faċilità tal-immaniġġar tal-ordnijiet ta' ċentru tan-negozjar sakemm ikun hemm divulgazzjoni.

(7)

Huwa xieraq li jiġi kkunsidrat li fornituri tal-likwidità oħrajn jinħtieġ li jinkludu ditti li jiddikjaraw li huma disposti li jinnegozjaw f'isimhom, u li jipprovdu l-likwidità bħala parti mill-attività ta' negozju normali tagħhom, kemm jekk għandhom ftehimiet formali jew jimpenjaw ruħhom li jipprovdu l-likwidità fuq bażi kontinwa kif ukoll jekk le.

(8)

Sabiex ikun hemm trasparenza sħiħa dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet fil-konfront tal-prezz, huwa xieraq li l-informazzjoni mogħtija b'relazzjoni mal-prezz jinħtieġ li teskludi kull kummissjoni jew imgħax akkumulat, fejn rilevanti.

(9)

Biex tiġi determinata l-informazzjoni xierqa għall valutazzjoni tal-kwalità tal-prezz, jinħtieġ li jkunu meħtieġa kemm il-livelli medji ta' kuljum kif ukoll l-informazzjoni marbuta ma' punt fiż-żmien. Din għandha tagħti lill-parteċipanti l-kuntest xieraq, u stampa iktar kompluta meta jkunu qegħdin janalizzaw il-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba. Sabiex ikun jista' jkun hemm tqabbil tal-prezzijiet bejn strumenti finanzjarji, huwa meħtieġ ukoll li jkun irrapportat il-kodiċi tal-munita ta' kull tranżazzjoni rrapportata.

(10)

Biex tkun żgurata l-konsistenza regolatorja, mhuwiex xieraq li ċ-ċentri tan-negozjar ikunu meħtieġa jipprovdu d-dettalji ta' tranżazzjonijiet li, fil-waqt tal-pubblikazzjoni, ikunu għadhom soġġetti għal differiment tal-pubblikazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti tat-trasparenza ta' wara n-negozju. Huwa xieraq li l-internalizzaturi sistematiċi, il-ġeneraturi tas-suq, u fornituri oħra tal-likwidità jkunu eżentati milli jippubblikaw dejta dwar it-tranżazzjonijiet dwar punt fiż-żmien għal kull tranżazzjoni 'il fuq mid-daqs standard tas-suq, jew ikbar mid-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju sabiex jiġi evitat li dawk iċ-ċentri jiġu soġġetti għal riskju mhux meħtieġ li jiddivulgaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva li tista' xxekklilhom il-kapaċità tagħhom li jiħħeġġjaw l-iskoperturi u jipprovdu l-likwidità. Għal ishma, fondi negozjati fil-borża, u ċertifikati meqjusa li huma illikwidi skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-livell limitu tad-daqs tas-suq standard li għandu jintuża huwa d-daqs tas-suq standard minimu għal dak it-tip ta' strument finanzjarju. Biex tkun evitata l-inċertezza, huwa xieraq li jkun iċċarat li r-referenza għal kbir fl-iskala u d-daqs speċifiċi għall-istrument finanzjarju għandhom l-istess tifsira stabbilita fir-rekwiżiti ta' trasparenza wara n-negozju.

(11)

Huwa essenzjali li jkun hemm trasparenza sħiħa fuq kull spiża miżmuma meta titwettaq ordni permezz ta' ċentru speċifiku. Huwa neċessarju li l-ispejjeż kollha involuti fl-eżekuzzjoni ta' ordni ta' klijent relevanti għall-użu ta' ċentru speċifiku u li l-klijent iħallas għalihom direttament jew indirettament jiġu speċifikati. Dawn l-ispejjeż jinħtieġ li jinkludu t-tariffi għall-eżekuzzjoni, inklużi t-tariffi għat-tressiq, il-modifika jew it-tħassir ta' ordnijiet jew irtirar ta' kwotazzjonijiet, kif ukoll kull tariffa relatata mal-aċċess għad-dejta tas-suq jew l-użu tat-terminals. L-ispejjeż relevanti jistgħu jinkludu wkoll tariffi ta' kklerjar jew ta' saldu, jew kwalunkwe tariffi oħrajn imħallsa lil terzi persuni involuti fl-eżekuzzjoni tal-ordni meta jkunu parti mis-servizzi pprovduti miċ-ċentru tal-eżekuzzjoni. L-informazzjoni dwar l-ispejjeż jinħtieġ li tinkludi wkoll taxxi jew imposti li jkunu ġew fatturati direttament jew li ġarrabhom iċ-ċentru f'isem il-membri jew l-utenti taċ-ċentru tal-eżekuzzjoni jew il-klijent li l-ordni tirreferi għalih.

(12)

Il-probabbiltà tal-eżekuzzjoni tindika l-probabbiltà ta' eżekuzzjoni ta' tip partikolari ta' ordni u hija sostnuta b'dettalji dwar il-volumi ta' negozju fi strument partikolari jew karatteristiċi oħrajn tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet. L-informazzjoni dwar il-probabbiltà tal-eżekuzzjoni jinħtieġ li tippermetti li jsir il-kalkolu ta' metriċi bħalma huwa d-daqs tas-suq relattiv ta' ċentru fi strument finanzjarju partikolari jew klassi ta' strumenti finanzjarji. Il-probabbiltà tal-eżekuzzjoni jinħtieġ li tiġi vvalutata wkoll b'dejta dwar tranżazzjonijiet li fallew jew ordnijiet li ġew imħassra jew modifikati.

(13)

Il-ħeffa tal-eżekuzzjoni jista' jkollha tifsiriet differenti għat-tipi differenti ta' ċentri tal-eżekuzzjoni, għax il-kejl tal-ħeffa jvarja kemm bis-sistema ta' negozjar kif ukoll skont il-pjattaforma ta' negozjar. Għall-irkanti kontinwi permezz ta' reġistru tal-ordnijiet, il-ħeffa tal-eżekuzzjoni jinħtieġ li tiġi espressa f'millisekondi, filwaqt li għal sistemi ta' negozjar oħra jkun xieraq li jintużaw unitajiet ta' żmien ikbar. Huwa xieraq ukoll li tkun eskluża l-latenza tal-konnessjoni ta' parteċipant partikolari maċ-ċentru tal-eżekuzzjoni, minħabba li din mhijiex fil-kontroll taċ-ċentru tal-eżekuzzjoni nnifsu.

(14)

Sabiex ikun hemm tqabbil tal-kwalità tal-eżekuzzjoni għal ordnijiet ta' daqsijiet differenti, iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni jinħtieġ li jkunu meħtieġa jirrapportaw dwar tranżazzjonijiet f'għadd ta' meded tad-daqs. Il-livelli limiti għal dawn il-firxiet jinħtieġ li jiddependu fuq it-tip ta' strument finanzjarju u l-likwidità tiegħu biex ikun żgurat li jagħtu kampjun adegwat tal-eżekuzzjonijiet f'daqs li jkun tipiku f'dak l-istrument.

(15)

Huwa importanti li ċ-ċentri tal-eżekuzzjoni jiġbru d-dejta tul il-ħinijiet normali tal-operat tagħhom. Ir-rapportar għaldaqstant jinħtieġ li jsir mingħajr ma jinżamm ħlas f'format elettroniku li jinqara minn magna permezz ta' sit web fuq l-Internet biex il-pubbliku jkun jista' jniżżel, ifittex, jgħarbel u janalizza d-dejta kollha mogħtija.

(16)

Ir-rapporti miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni jinħtieġ li jkunu kkumplementati mill-output ta' fornitur ta' tejp konsolidat stabbilit mid-Direttiva 2014/65/UE u b'hekk jippermettu li jkun hemm żvilupp ta' miżuri mtejba ta' kwalità tal-eżekuzzjoni.

(17)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat it-tħaddim mingħajr intoppi tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li l-provvedimenti stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-provvedimenti stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess ġurnata.

(18)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(19)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kontenut speċifiku, il-format u l-perjodiċità tad-dejta li trid tiġi ppubblikata miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni relatata mal-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet. Dan għandu japplika għaċ-ċentri tan-negozjar, għall-internalizzaturi sistematiċi, għall-ġeneraturi tas-suq, jew għal fornituri tal-likwidità oħrajn.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“sistema ta' negozjar” tfisser il-mod li bih ċentru tal-eżekuzzjoni jeżegwixxi l-ordnijiet: bħala sistema ta' negozjar b'irkanti kontinwi permezz ta' reġistru tal-ordnijiet, abbażi ta' kwotazzjonijiet kontinwi, abbażi ta' talba għal kwotazzjoni, irkant perjodiku jew kwalunkwe sistema ibrida li taqa' fi tnejn jew iktar minn dawn il-kategoriji jew f'sistema li fiha l-proċess li bih jiġu ddeterminati l-prezzijiet ikun ta' natura differenti minn dak li huwa applikabbli għat-tipi ta' sistemi msemmija fuq;

(b)

“Daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju” tfisser daqs speċifiku għal bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv negozjat f'ċentru tan-negozjar, li għalih ma hemmx suq likwidu u fejn it-tranżazzjoni f'dawk l-istrumenti tkun soġġetta għal pubblikazzjoni differita skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(c)

“kbir fl-iskala” tfisser ordni li tkun kbira fl-iskala skont l-Artikoli 7 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(d)

“tranżazzjoni li falliet” tfisser tranżazzjoni li tkun ġiet annullata miċ-ċentru tal-eżekuzzjoni;

(e)

“multiplikatur tal-prezz” tfisser l-għadd ta' unitajiet tal-istrument sottostanti rrappreżentati minn kuntratt tad-derivattivi wieħed;

(f)

“notazzjoni tal-prezz” tfisser indikazzjoni ta' jekk il-prezz tat-tranżazzjoni huwiex espress f'valur monetarju, f'perċentwali jew f'rendiment;

(g)

“notazzjoni tal-kwantità” tfisser indikazzjoni ta' jekk il-kwantità tat-tranżazzjoni hijiex espressa f'għadd ta' unitajiet jew f'valur nominali jew f'valur fi flus;

(h)

“tip ta' konsenja” tfisser indikazzjoni ta' jekk l-istrument finanzjarju jiġix saldat fiżikament jew bi flus, inklużi istanzi li fihom il-kontroparti tista' tagħżel jew meta jkun determinat minn parti terza;

(i)

“modalità ta' negozjar” tfisser irkant skedat fil-ftuħ, l-għeluq, jew fl-istess ġurnata, irkant mhux skedat, negozju fl-għeluq, negozju 'l barra mis-sessjoni ewlenija, jew rapportar tan-negozju;

(j)

“pjattaforma ta' negozjar” tfisser it-tip ta' pjattaforma ta' negozjar li ċ-ċentru tal-eżekuzzjoni jopera: elettronika, bil-vuċi, jew bl-għajjat;

(k)

“profondità tar-reġistru tal-ordnijiet” tfisser il-likwidità totali disponibbli espressa bħala l-prodott tal-prezz u l-volum tat-talbiet u l-offerti kollha għal għadd speċifikat ta' inkrementi fil-prezz mill-punt nofsani tal-aħjar talba u offerta;

(l)

“firxa effettiva medja” tfisser il-medja tad-doppju tad-differenza bejn il-prezz attwali tal-eżekuzzjoni mqabbel mal-punt nofsani tal-aqwa offerta u l-aqwa offerta fil-ħin li tkun ġiet riċevuta, għal ordnijiet tas-suq jew ordnijiet ta' limitu kummerċjabbli;

(m)

“ħeffa medja tal-eżekuzzjoni għal ordnijiet passivi mhux modifikati fl-aħjar talba u offerta” tfisser il-ħin medju li jkun skorra bejn ordni tal-limitu li jkun jaqbel l-aħjar talba u offerta li ċ-ċentru tal-eżekuzzjoni jkun irċieva, u l-eżekuzzjoni sussegwenti ta' din l-ordni;

(n)

“ordni aggressiva” tfisser ordni li ddaħħlet fir-reġistru tal-ordnijiet li ħadet il-likwidità;

(o)

“ordni passiva” tfisser ordni li ddaħħlet fir-reġistru tal-ordnijiet li pprovdiet il-likwidità;

(p)

“ordni immedjata inkella ħassar” tfisser ordni li tiġi eżegwita malli tiddaħħal fir-reġistru tal-ordnijiet u li ma tibqax fir-reġistru tal-ordnijiet għal kwalunkwe kwantità li ma tkunx ġiet eżegwita;

(q)

“ordni fill or kill” (eżegwixxi jew ikkanċella) tfisser ordni li tiġi eżegwita malli tiddaħħal fir-reġistru tal-ordnijiet basta tkun tista' tiġi eżegwita għalkollox. Fil-każ li l-ordni tkun tista' biss tiġi eżegwita parzjalment, allura tiġi awtomatikament irrifjutata u ma tiġix eżegwita.

Artikolu 3

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni u l-istrument finanzjarju

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, informazzjoni dwar it-tip ta' ċentru ta' eżekuzzjoni b'konformità mat-tielet subparagrafu.

Iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju mhux soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, informazzjoni dwar it-tip ta' ċentru ta' eżekuzzjoni b'konformità mat-tielet subparagrafu.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness:

(i)

l-identifikatur tal-isem u taċ-ċentru ta' eżekuzzjoni;

(ii)

il-pajjiż ta' fejn tinsab l-awtorità kompetenti;

(iii)

l-isem tas-segment tas-suq u l-identifikatur tas-segment tas-suq;

(iv)

id-data tal-jum ta' negozjar;

(v)

in-natura, l-għadd, u d-durata medja ta' kull qtugħ f'xi servizz, fil-perjodu ta' negozjar normali taċ-ċentru, li interrompa n-negozju ta' kull strument disponibbli għan-negozju fiċ-ċentru fid-data tal-jum ta' negozjar;

(vi)

in-natura, l-għadd, u d-durata medja ta' kull irkant skedat fil-perjodu ta' negozjar normali taċ-ċentru dakinhar tal-jum ta' negozjar;

vii)

l-għadd ta' tranżazzjonijiet li fallew dakinhar tal-jum ta' negozjar;

(viii)

il-valur tat-tranżazzjonijiet li fallew espress bħala persentaġġ tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet li ġew eżegwiti fid-data tal-jum ta' negozjar.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, informazzjoni dwar it-tip ta' strument finanzjarju b'konformità mat-tielet subparagrafu.

Iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju mhux soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, informazzjoni dwar it-tip ta' strument finanzjarju b'konformità mat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness:

(a)

għal strumenti finanzjarji li għandhom identifikaturi kif stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness:

(i)

l-isem u l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;

(ii)

il-klassifikazzjoni tal-istrument;

(iii)

il-munita;

(b)

għal strumenti finanzjarji li ma għandhomx identifikaturi kif stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness:

(i)

l-isem, flimkien ma' deskrizzjoni bil-miktub, tal-istrument, flimkien mal-munita tal-istrument sottostanti, il-multiplikatur tal-prezz, in-notazzjoni tal-prezz, in-notazzjoni tal-kwantità u t-tip ta' konsenja;

(ii)

il-klassifikazzjoni tal-istrument;

(iii)

il-munita.

Artikolu 4

Prezz

Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, informazzjoni dwar il-prezz għal kull jum ta' negozjar li fih ġew eżegwiti ordnijiet fuq l-istrument finanzjarju b'konformità mat-tielet u r-raba' paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju li mhux soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, informazzjoni dwar il-prezz għal kull jum ta' negozjar li fih ġew eżegwiti ordnijiet fuq l-istrument finanzjarju b'konformità mat-tielet u r-raba' paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni tal-istess ġurnata

(i)

għaċ-ċentri tan-negozjar: il-prezz medju sempliċi ta' kull tranżazzjoni li tkun ġiet eżegwita fiż-żewġ minuti li jitilqu mill-ħinijiet ta' referenza 9.30.00, 11.30.00, 13.30.00 u 15.30.00 UTC f'dik id-data u għal kull medda tad-daqs kif stipulat fl-Artikolu 9;

(ii)

għall-internalizzaturi sistematiċi, il-ġeneraturi tas-suq u fornituri tal-likwidità oħrajn: il-prezz medju sempliċi tat-tranżazzjonijiet kollha li ġew eżegwiti fiż-żewġ minuti li jitilqu f'kull wieħed mill-ħinijiet ta' referenza 9.30.00, 11.30.00, 13.30.00 u 15.30.00 UTC f'dik id-data fil-medda tad-daqs 1 kif stipulat fl-Artikolu 9;

(iii)

il-valur totali tan-negozju li ġie eżegwit fil-perjodu ta' żewġ minuti msemmi fil-punti (i) u (ii);

(iv)

għaċ-ċentri tan-negozjar: jekk ma tkun seħħet l-ebda tranżazzjoni fl-ewwel żewġ minuti tal-perjodi ta' żmien relevanti msemmija fil-punt (i), il-prezz tal-ewwel tranżazzjoni eżegwita f'kull medda ta' daqs kif stipulat fl-Artikolu 9, jekk ikun hemm, wara kull ħin ta' referenza stipulat fil-punt (i) f'dik id-data;

(v)

għall-internalizzaturi sistematiċi, għall-ġeneraturi tas-suq u għal fornituri tal-likwidità oħrajn: jekk ma tkun seħħet l-ebda tranżazzjoni fl-ewwel żewġ minuti tal-perjodi ta' żmien relevanti msemmija fil-punt (ii), il-prezz tal-ewwel tranżazzjoni eżegwita fl-ewwel (1) medda ta' daqs kif stipulat fl-Artikolu 9, jekk ikun hemm, wara kull ħin ta' referenza stipulat fil-punt (ii) f'dik id-data;

(vi)

il-ħin tal-eżekuzzjoni għal kull tranżazzjoni msemmija fil-punti (iv) u (v);

(vii)

id-daqs tat-tranżazzjoni fit-termini tal-valur għal kull tranżazzjoni eżegwita msemmija fil-punti (iv) u (v);

(viii)

is-sistema tan-negozjar u l-modalità tan-negozjar li bihom it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (iv) u (v) ikunu ġew eżegwiti;

(ix)

il-pjattaforma ta' negozjar li fuqha jkunu ġew eżegwiti t-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (iv) u (v);

(x)

l-aħjar talba u offerta jew il-prezz ta' referenza xieraq fil-ħin tal-eżekuzzjoni għal kull tranżazzjoni eżegwita li ssir referenza għaliha fil-punti (iv) u (v);

L-informazzjoni ta' dakinhar li ġejja għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness.

(b)

informazzjoni tal-istess ġurnata:

(i)

il-prezz medju sempliċi u l-prezz medju ponderat skont il-volum, jekk tkun seħħet iktar minn tranżazzjoni waħda;

(ii)

l-ogħla prezz eżegwit, jekk ikunu seħħew iktar minn żewġ tranżazzjonijiet;

(iii)

l-inqas prezz eżegwit, jekk ikunu seħħew iktar minn żewġ tranżazzjonijiet.

L-informazzjoni tal-istess ġurnata għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness.

Artikolu 5

Spejjeż

Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament Nru (UE) 600/2014, informazzjoni dwar l-ispejjeż applikati miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni lil kwalunkwe membri jew utenti taċ-ċentru tan-negozjar f'konformità mat-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju mhux soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, informazzjoni dwar l-ispejjeż applikati miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni lil kwalunkwe membri jew utenti taċ-ċentru f'konformità mat-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness:

(a)

deskrizzjoni tan-natura u l-livell tal-komponenti kollha tal-ispejjeż applikati miċ-ċentru tal-eżekuzzjoni, qabel ma jiġu applikati roħs jew skontijiet, u informazzjoni dwar kif l-ispejjeż ivarjaw skont l-utent jew l-istrument finanzjarju involut, u l-ammonti relevanti li jkun hemm differenza bihom. Il-komponenti tal-ispejjeż għandhom jinkludu:

(i)

tariffi tal-eżekuzzjoni;

(ii)

tariffi għas-sottomissjoni, il-modifikazzjoni jew it-tħassir ta' ordnijiet jew irtirar ta' kwotazzjonijiet;

(iii)

tariffi relatati mal-aċċess għad-dejta tas-suq u l-użu tat-terminals;

(iv)

kwalunkwe tariffi tal-ikklerjar u tas-saldu, u kwalunkwe tariffi oħrajn imħallsin lil partijiet terzi involuti fl-eżekuzzjoni tal-ordni;

(b)

deskrizzjoni tan-natura u l-livell ta' kull roħs, skont jew ħlasijiet oħrajn offruti lill-utenti taċ-ċentru tal-eżekuzzjoni, inkluża informazzjoni dwar kif dak ir-roħs, skontijiet jew ħlasijiet oħra jvarjaw skont l-utent jew strument finanzjarju involut u l-ammonti li bihom ivarjaw;

(c)

deskrizzjoni tan-natura u l-ammont ta' kwalunkwe benefiċċji nonmonetarji offruti lill-utenti taċ-ċentru tal-eżekuzzjoni, inkluża informazzjoni dwar kif dawn il-benefiċċji nonmonetarji jvarjaw skont l-utent jew l-istrument finanzjarju involut u l-valur li bih ivarjaw;

(d)

deskrizzjoni tan-natura u l-livell ta' kwalunkwe taxxi jew imposti fatturati lil, jew imġarrba minn, iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni f'isem il-membri jew l-utenti taċ-ċentru;

(e)

link għas-sit web taċ-ċentru jew sors ieħor fejn ikun hemm disponibbli iktar informazzjoni dwar l-ispejjeż;

(f)

il-valur totali tar-roħsijiet, skontijiet, benefiċċji nonmonetarji jew pagamenti oħra kif stipulat fil-punti (b) u (c), espressi bħala perċentwal tal-valur negozjat totali waqt il-perjodu ta' rapportar;

(g)

il-valur totali tal-ispejjeż kollha kif stabbilit fil-punt (a), bl-esklużjoni tal-valur totali tar-roħsijiet u l-iskontijiet, benefiċċji nonmonetarji jew pagamenti oħra kif stabbiliti fil-punti (b) u (c), espress bħala perċentwal tal-valur negozjat totali waqt il-perjodu tar-rapportar.

Artikolu 6

Probabbiltà tal-eżekuzzjoni

Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, informazzjoni dwar il-probabbiltà tal-eżekuzzjoni għal kull jum ta' negozjar b'konformità mat-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju mhux soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, informazzjoni dwar il-probabbiltà tal-eżekuzzjoni għal kull jum ta' negozjar b'konformità mat-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness:

(a)

l-għadd ta' ordnijiet jew talbiet għall-kwotazzjonijiet li kienu rċevuti;

(b)

l-għadd u l-valur tat-tranżazzjonijiet li ġew eżegwiti, jekk ikun hemm iktar minn waħda;

(c)

l-għadd ta' ordnijiet jew talbiet għall-kwotazzjonijiet irċevuti li ġew imħassra jew irtirati, ħlief l-ordnijiet passivi bl-istruzzjonijiet biex jiskadu jew biex jiġu kkanċellati fi tmiem il-jum;

(d)

l-għadd ta' ordnijiet jew talbiet għall-kwotazzjonijiet irċevuti, li kienu modifikati f'dik id-data;

(e)

id-daqs medjan tat-tranżazzjonijiet f'dik id-data jekk seħħew iktar minn tranżazzjoni waħda;

(f)

id-daqs medjan tal-ordnijiet jew talbiet għall-kwotazzjonijiet kollha f'dik id-data jekk ġew irċevuti iktar minn ordni jew talba għall-kwotazzjonijiet waħda;

(g)

l-għadd ta' ġeneraturi tas-suq deżinjati.

Artikolu 7

Informazzjoni addizzjonali għal ċentri tal-eżekuzzjoni li joperaw b'sistema ta' rkant kontinwu permezz ta' reġistru tal-ordnijiet u sistema ta' kwotazzjoni kontinwa

1.   Ċentri tan-negozjar u internalizzaturi sistematiċi li joperaw b'sistema ta' rkanti kontinwi b'reġistru ta' ordnijiet, sistema ta' negozjar abbażi ta' kwotazzjonijiet kontinwi jew tip ta' sistema ta' negozjar oħra li għaliha hemm disponibbli dik l-informazzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 informazzjoni addizzjonali fil-ħinijiet ta' referenza speċifikati fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 4(a) għal kull jum ta' negozjar b'konformità mat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Ċentri tal-eżekuzzjoni li joperaw b'sistema ta' rkanti kontinwi b'reġistru ta' ordnijiet, sistema ta' negozjar abbażi ta' kwotazzjonijiet kontinwi jew tip ta' sistema ta' negozjar oħra li għaliha hemm disponibbli dik l-informazzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju li mhux soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 informazzjoni addizzjonali fil-ħinijiet ta' referenza speċifikati fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 4(a) għal kull jum ta' negozjar b'konformità mat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 7 tal-Anness:

(i)

prezz tal-aħjar talba u offerta u l-volumi korrispondenti;

(ii)

profondità tar-reġistru tal-ordnijiet għal tliet inkrementi tal-prezz.

2.   Ċentri tan-negozjar u internalizzaturi sistematiċi li joperaw b'sistema ta' rkanti kontinwi b'reġistru ta' ordnijiet, sistema ta' negozjar abbażi ta' kwotazzjonijiet kontinwi jew tip ta' sistema ta' negozjar oħra li għaliha hemm disponibbli dik l-informazzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 informazzjoni addizzjonali għal kull jum ta' negozjar b'konformità mat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Ċentri tal-eżekuzzjoni li joperaw b'sistema ta' rkanti kontinwi b'reġistru ta' ordnijiet, sistema ta' negozjar abbażi ta' kwotazzjonijiet kontinwi jew tip ta' sistema ta' negozjar oħra li hemm l-informazzjoni disponibbli għaliha għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju li mhux soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 informazzjoni addizzjonali għal kull jum ta' negozjar b'konformità mat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 8 tal-Anness:

(a)

il-firxa effettiva medja;

(b)

il-volum medju fl-aħjar talba u offerta;

(c)

il-firxa medja fl-aħjar talba u offerta;

(d)

l-għadd ta' kanċellazzjonijiet fl-aħjar talba u offerta;

(e)

l-għadd ta' modifikazzjonijiet fl-aħjar talba u offerta;

(f)

il-profondità medja tar-reġistru tal-ordnijiet għal tliet (3) inkrementi tal-prezz;

(g)

il-ħin medju u medjan li jkun għadda bejn ordni aggressiv jew aċċettazzjoni ta' kwotazzjoni li tiġi rċevuta miċ-ċentru tal-eżekuzzjoni u l-eżekuzzjoni totali jew parzjali sussegwenti;

(h)

il-ħeffa medja tal-eżekuzzjoni għal ordnijiet passivi mhux modifikati fl-aħjar talba u offerta;

(i)

l-għadd ta' ordnijiet fill or kill (eżegwixxi jew ikkanċella) li fallew;

(j)

l-għadd ta' ordnijiet eżegwixxi issa inkella ħassar (immediate or cancel) li ma ġewx eżegwiti (żero fill);

(k)

l-għadd u l-valur tat-tranżazzjonijiet li ġew eżegwiti fiċ-ċentru tan-negozjar li huma Kbar fl-Iskala skont l-Artikoli 4 jew 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(l)

l-għadd u l-valur tat-tranżazzjonijiet li ġew eżegwit fiċ-ċentru tan-negozjar skont l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ħlief l-ordnijiet li huma miżmuma f'faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet taċ-ċentru tan-negozjar sakemm jiġu divulgati u li mhumiex inklużi fil-punt (k);

(m)

l-għadd u d-durata medja tal-interruzzjonijiet fin-negozjar b'riżultat ta' xi rkant ta' volatilità jew circuit breaker li jkun seħħ fil-perjodu ta' negozjar normali taċ-ċentru;

(n)

in-natura, l-għadd, u d-durata medja ta' kwalunkwe sospensjoni fin-negozjar li tkun seħħet b'riżultat ta' deċiżjoni taċ-ċentru fil-ħinijiet normali tan-negozjar tiegħu, barra minn dawk li ġew irrapportati skont l-Artikolu 3(1)(v).

3.   Ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi li joperaw, għalkollox jew parzjalment, b'sistema ta' negozjar abbażi ta' kwotazzjonijiet kontinwi għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 informazzjoni addizzjonali b'konformità mat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Ċentri tal-eżekuzzjoni li joperaw, għalkollox jew parzjalment, b'sistema ta' negozjar abbażi ta' kwotazzjonijiet kontinwi għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju mhux soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 informazzjoni addizzjonali b'konformità mat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 8 tal-Anness:

(a)

l-għadd u d-durata medja, waqt il-ħinijiet normali tan-negozjar taċ-ċentru, ta' kwalunkwe perjodu li damu iktar minn 15-il minuta li fihom ma kien hemm l-ebda offerta ta' prezz jew ta' xiri pprovduti għal kull jum ta' negozjar;

(b)

il-preżenza medja tal-kwotazzjonijiet espressa f'persentaġġ tal-perjodu ta' negozjar normali taċ-ċentru f'din id-data.

Artikolu 8

Informazzjoni addizzjonali għal ċentri tal-eżekuzzjoni li jaħdmu bit-talba għal kwotazzjoni

Ċentri tan-negozjar u internalizzaturi sistematiċi li joperaw b'sistema ta' negozjar ta' talbiet għal kwotazzjonijiet jew tip ta' sistema ta' negozjar oħra li għaliha hemm disponibbli dik l-informazzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 informazzjoni addizzjonali għal kull jum ta' negozjar b'konformità mat-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Ċentri tal-eżekuzzjoni li joperaw b'sistema ta' negozjar ta' talbiet għal kwotazzjonijiet jew tip ta' sistema ta' negozjar oħra li għaliha hemm disponibbli dik l-informazzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull segment tas-suq li joperaw fih u kull strument finanzjarju soġġett għall-obbligu ta' negozjar fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 informazzjoni addizzjonali għal kull jum ta' negozjar b'konformità mat-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 9 tal-Anness:

(a)

l-ammont medju ta' ħin u l-ammont medjan ta' ħin li jgħaddi bejn l-aċċettazzjoni tal-kwotazzjoni u l-eżekuzzjoni, għal kull tranżazzjoni f'dak l-istrument finanzjarju, u;

(b)

l-ammont medju ta' ħin u l-ammont medjan ta' ħin li jgħaddi bejn talba għal kwotazzjoni u l-provvediment ta' kwalunkwe kwotazzjoni korrispondenti, għal kull kwotazzjoni f'dak l-istrument finanzjarju.

Artikolu 9

Kalkolu tal-meded tar-rapportar

Iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għandhom jirrapportaw it-tranżazzjonijiet eżegwiti speċifikati fl-Artikolu 4 għall-meded li ġejjin:

(a)

għall-istrumenti finanzjarji kollha għajr strumenti tas-suq monetarju:

(i)

medda 1: ikbar minn EUR 0 u inqas jew daqs id-Daqs tas-Suq Standard jew id-Daqs Speċifiku għall-istrument finanzjarju;

(ii)

medda 2: ikbar mid-Daqs tas-Suq Standard jew id-Daqs Speċifiku għall-istrument finanzjarju u inqas jew daqs Kbir fl-Iskala;

(iii)

medda 3: ikbar minn Kbir fl-Iskala.

(b)

għal ishma illikwidi, fondi negozjati fil-borża jew ċertifikati:

(i)

medda 1: ikbar minn EUR 0 u inqas jew daqs l-iċken Daqs tas-Suq Standard disponibbli f'dak it-tip ta' strument;

(ii)

medda 2: ikbar mill-iċken Daqs tas-Suq Standard disponibbli f'dak it-tip ta' strument u iċken jew daqs Kbir fl-Iskala;

(iii)

medda 3: ikbar minn Kbir fl-Iskala.

(c)

għal strumenti tas-suq monetarju:

(i)

medda 1: ikbar minn EUR 0 u inqas jew daqs EUR 10 miljun;

(ii)

medda 2: ikbar minn EUR 10 miljun u inqas jew daqs EUR 50 miljun;

(iii)

medda 3: ikbar minn EUR 50 miljun.

Artikolu 10

Format għall-pubblikazzjoni

Iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għandhom jippubblikaw, għal kull jum ta' negozjar, l-informazzjoni f'konformità mal-formoli stabbiliti fl-Anness, f'format elettroniku li jinqara minn magna, disponibbli biex jitniżżel mill-pubbliku.

Artikolu 11

Perjodiċità tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata

Iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għandhom jippubblikaw l-informazzjoni kull trimestru u mhux iktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull trimestru, kif ġej:

(a)

sat-30 ta' Ġunju, l-informazzjoni rigward il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu;

(b)

sat-30 ta' Settembru, l-informazzjoni rigward il-perjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju;

(c)

sal-31 ta' Diċembru, l-informazzjoni rigward il-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru;

(d)

sal-31 ta' Marzu, l-informazzjoni rigward il-perjodu mill-1 ta' Ottubru sat-31 ta' Diċembru.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Tabella 1 — informazzjoni ta' identifikazzjoni li għandha tiġi ppubblikata kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) — it-tip ta' ċentru tal-eżekuzzjoni

Ċentru

Isem

Identifikatur (ISO 10383 Kodiċi tal-Identifikatur tas-Suq (Market Identifier Code, MIC) jew l-Identifikatur ta' Entità Ġuridika (Legal Entity Identifier, LEI))

 

Pajjiż tal-Awtorità Kompetenti

Isem

 

 

Segment tas-Suq

Isem

Identifikatur (MIC tas-segment tas-suq ISO 10383)

 

Data tal-jum ta' negozjar

ISO 8601

 

 

Qtugħ f'xi servizz

Natura

Għadd

Tul medju

Irkant Skedat

Natura

Għadd

Tul medju

Tranżazzjonijiet li fallew

 

Għadd

Valur (bħala % tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet eżegwiti dakinhar)


Tabella 2 — informazzjoni ta' identifikazzjoni li għandha tiġi ppubblikata kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) — it-tip ta' strument finanzjarju

Strument finanzjarju

Isem

Identifikatur (ISO 6166)

Deskrizzjoni bil-miktub tal-istrument finanzjarju, jekk ma jkunx disponibbli identifikatur (flimkien mal-munita tal-istrument sottostanti, il-multiplikatur tal-prezz, in-notazzjoni tal-prezz, in-notazzjoni tal-kwantità u t-tip ta' konsenja)

 

 

Klassifikazzjoni tal-istrument

(Kodiċi CFI ISO 10962)

Munita

(ISO 4217)


Tabella 3 — informazzjoni dwar il-prezz li għandha tiġi ppubblikata kif imsemmi fl-Artikolu 4 punt (a)

 

Medda tad-Daqs

Kull negozju eżegwit fl-ewwel żewġ minuti wara l-ħin T

L-ewwel tranżazzjoni wara l-ħin T (jekk ma jkunx hemm tranżazzjonijiet fl-ewwel żewġ minuti wara l-ħin T)

Ħin (T)

 

Prezz eżegwit medju sempliċi (bl-esklużjoni tal-kummissjonijiet u l-interess akkumulat)

Valur totali eżegwit

Prezz

Ħin tal-eżekuzzjoni

Daqs tat-tranżazzjoni

Sistema ta' Negozjar

Modalità ta' Negozjar

Pjattaforma ta' negozjar

L-aqwa talba u offerta jew prezz ta' referenza xieraq fil-waqt tal-eżekuzzjoni

09.30.00

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11.30.00

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13.30.00

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15.30.00

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 4 — informazzjoni dwar il-prezz li għandha tiġi ppubblikata kif imsemmi fl-Artikolu 4 punt (b)

prezz tat-tranżazzjoni medju sempliċi

 

prezz tat-tranżazzjoni ponderat skont il-volum

 

l-ogħla prezz eżegwit

 

l-inqas prezz eżegwit

 


Tabella 5 — informazzjoni dwar l-ispejjeż li għandha tiġi ppubblikata kif imsemmi fl-Artikolu 5

Informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 5(a) sa (d)

(Deskrizzjoni)

Link għal sit web jew sors ieħor fejn ikun hemm disponibbli iktar informazzjoni dwar l-ispejjeż

 

Valur totali ta' kull roħs, skont, jew pagament ieħor offrut (bħala % tal-valur totali negozjat waqt il-perjodu ta' rapportar)

%

Valur totali ta' kull spiża (bħala % tal-valur totali negozjat waqt il-volum tal-perjodu ta' rapportar)

%


Tabella 6 — informazzjoni dwar il-probabbiltà ta' eżekuzzjoni li għandha tiġi ppubblikata kif imsemmi fl-Artikolu 6

Għadd ta' ordnijiet jew talbiet għall-kwotazzjonijiet li kienu rċevuti

 

Għadd ta' tranżazzjonijiet eżegwiti

 

Valur totali tat-tranżazzjonijiet eżegwiti

 

Għadd ta' ordnijiet jew talbiet għall-kwotazzjonijiet li kienu rċevuti li ġew imħassra jew irtirati

 

Għadd ta' ordnijiet jew talbiet għall-kwotazzjonijiet li kienu rċevuti li ġew modifikati

 

Daqs medjan tat-tranżazzjonijiet

 

Daqs medjan tat-tranżazzjonijiet jew it-talbiet għall-kwotazzjoni kollha

 

Għadd ta' ġeneraturi tas-suq deżinjati

 


Tabella 7 — informazzjoni dwar il-probabbiltà ta' eżekuzzjoni li għandha tiġi ppubblikata kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)

Ħin

Prezz tal-Aqwa Talba

Prezz tal-Aqwa Offerta

Daqs tat-Talba

Daqs tal-Offerta

Il-profondità tar-reġistru tal-ordnijiet fi tliet (3) inkrementi tal-prezz

9.30.00

 

 

 

 

 

11.30.00

 

 

 

 

 

13.30.00

 

 

 

 

 

15.30.00

 

 

 

 

 


Tabella 8 — informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) u 7(3)

Firxa effettiva medja

 

Volum medju fl-aqwa talba u offerta

 

Firxa medja fl-aqwa talba u offerta

 

Għadd ta' kanċellazzjonijiet fl-aħjar talba u offerta

 

Għadd ta' modifikazzjonijiet fl-aħjar talba u offerta

 

Profondità medja tar-reġistru tal-ordnijiet għal tliet (3) inkrementi tal-prezz

 

Ħin medju li jkun għadda (preċiż sal-millisekondi) bejn ordni aggressiv jew aċċettazzjoni ta' kwotazzjoni li tiġi rċevuta miċ-ċentru tal-eżekuzzjoni u l-eżekuzzjoni totali jew parzjali sussegwenti

 

Ħin medjan li jkun għadda (preċiż sal-millisekondi) bejn ordni tas-suq li jiġi rċevut miċ-ċentru tal-eżekuzzjoni u l-eżekuzzjoni totali jew parzjali sussegwenti

 

Ħeffa medja tal-eżekuzzjoni għal ordnijiet passivi mhux modifikati fl-aħjar talba u offerta

 

Għadd ta' ordnijiet fill or kill (eżegwixxi jew ikkanċella) li fallew

 

Għadd ta' ordnijiet eżegwixxi issa inkella ħassar (immediate or cancel) li ma ġewx eżegwiti (żero fill)

 

Għadd ta' tranżazzjonijiet li ġew eżegwiti fiċ-ċentru tan-negozjar li huma Kbar fl-Iskala skont l-Artikoli 4 jew 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

 

Valur tat-tranżazzjonijiet li ġew eżegwiti fiċ-ċentru tan-negozjar li huma Kbar fl-Iskala skont l-Artikoli 4 jew 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

 

Għadd tat-tranżazzjonijiet li ġew eżegwiti fiċ-ċentru tan-negozjar skont l-Artikoli 4 u 9 tal-MiFIR, ħlief l-ordnijiet li huma miżmuma f'faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet taċ-ċentru tan-negozjar sakemm jiġu divulgati u li mhumiex Kbar fl-Iskala

 

Għadd tat-tranżazzjonijiet li ġew eżegwiti fiċ-ċentru tan-negozjar skont l-Artikoli 4 u 9 tal-MiFIR, ħlief l-ordnijiet li huma miżmuma f'faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet taċ-ċentru tan-negozjar sakemm jiġu divulgati u li mhumiex Kbar fl-Iskala

 

Għadd ta' interruzzjonijiet fin-negozjar

 

Durata medja tal-interruzzjonijiet fin-negozjar

 

Għadd ta' sospensjonijiet

 

Natura tas-sospensjonijiet

 

Durata medja tas-sospensjonijiet

 

Għal ċentri bi kwotazzjonijiet kontinwi, l-għadd ta' perjodi li fihom l-ebda kwotazzjonijiet ma ġew provduti

 

Għal ċentri bi kwotazzjonijiet kontinwi, id-durata medja ta' perjodi li fihom l-ebda kwotazzjonijiet ma ġew provduti

 

Preżenza medja tal-kwotazzjonijiet

 


Tabella 9 — informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata kif imsemmi fl-Artikolu 8

Ħin medju li skorra bejn l-aċċettazzjoni u l-eżekuzzjoni

 

Ħin medjan li skorra bejn l-aċċettazzjoni u l-eżekuzzjoni

 

Ħin medju li skorra bejn it-talba u l-provvediment ta' kwalunkwe kwotazzjoni korrispondenti

 

Ħin medjan li skorra bejn it-talba u l-provvediment ta' kwalunkwe kwotazzjoni korrispondenti

 


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/166


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/576

tat-8 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni annwali mid-ditti tal-investiment ta' informazzjoni dwar l-identità taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(10) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li l-pubbliku u l-investituri jkunu jistgħu jevalwaw il-kwalità tal-prassi tal-eżekuzzjoni ta' ditta tal-investiment u li jkunu jistgħu jidentifikaw l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni f'termini ta' volumi ta' kummerċ fejn id-ditti tal-investiment ikunu eżegwew l-ordnijiet tal-klijenti matul is-sena preċedenti. Sabiex isiru paraguni siewja u biex issir analiżi tal-għażla tal-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni, huwa meħtieġ li l-informazzjoni tiġi ppubblikata mid-ditti tal-investiment b'mod speċifiku għal kull klassi ta' strument finanzjarju. Sabiex ikun jista' jiġi evalwat bir-reqqa l-ordni tal-fluss tal-ordnijiet tal-klijenti liċ-ċentri tal-eżekuzzjoni, l-investituri u l-pubbliku għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b'mod ċar jekk id-ditta tal-investiment innifisha kinitx fost l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni għal kull klassi ta' strument finanzjarju.

(2)

Sabiex tkun tista' tiġi vvalutata bis-sħiħ l-kwalità tal-eżekuzzjoni li tkun qiegħda tinkiseb fiċ-ċentri tal-eżekuzzjoni użati minn ditti tal-investiment li jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti, inklużi ċentri tal-eżekuzzjoni f'pajjiżi terzi, huwa xieraq li d-ditti tal-investiment jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċentri tal-eżekuzzjoni, il-ġeneraturi tas-suq jew fornituri oħrajn ta' likwidità jew kull entità li twettaq funzjoni simili f'pajjiż terz simili għall-funzjonijiet imwettqa minn xi wieħed minn dawn li ssemmew.

(3)

Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni preċiża u paragunabbli, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti klassijiet ta' strumenti finanzjarji abbażi tal-karatteristiċi tagħhom rilevanti għal finijiet ta' pubblikazzjoni. Klassi ta' strumenti finanzjarji għandha tkun iffokata biżżejjed biex tiżvela differenzi fl-imġiba tal-eżekuzzjoni tal-ordni bejn il-klassijiet, iżda fl-istess ħin trid tkun wiesgħa biżżejjed biex tiżgura li l-obbligu ta' rappurtar fuq id-ditti tal-investiment ikun proporzjonat. Meta titqies il-firxa tal-klassi tal-ekwità tal-istrumenti finanzjarji, huwa xieraq li din il-klassi tinqasam f'subklassijiet abbażi tal-likwidità. Peress li l-likwidità hija fattur essenzjali li jirregola l-imġiba tal-eżekuzzjoni u minħabba li ċ-ċentri tal-eżekuzzjoni spiss ikunu f'kompetizzjoni biex jattiraw il-flussi tal-aktar stokkijiet ikkumerċjalizzat, ikun xieraq li l-istrumenti azzjonarji jiġu kklassifikati skont il-likwidità tagħhom kif determinata skont d-daqs minimu ta' funzjonament kif stabbilit fid-Direttiva 2014/65/UE.

(4)

Meta jippubblikaw l-identità tal-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni li fihom jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti, ikun xieraq għad-ditti tal-investiment li jippubblikaw informazzjoni dwar il-volum u l-għadd ta' ordnijiet eżegwiti f'kull ċentru ta' eżekuzzjoni, sabiex l-investituri jkunu jistgħu jiffurmaw opinjoni dwar il-fluss ta' ordnijiet tal-klijenti mid-ditta għaċ-ċentri tal-eżekuzzjoni. Meta, fil-każ ta' klassi waħda jew aktar ta' strumenti finanzjarji, ditta tal-investiment tesegwixxi biss għadd żgħir ħafna ta' ordnijiet, l-informazzjoni dwar l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni ma tkunx tassew sinifikanti u lanqas rappreżentattiva tal-arranġamenti għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet. Huwa għalhekk xieraq li d-ditti ta' investiment jintalbu jindikaw b'mod ċar il-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji li għalihom jeżegwixxu għadd żgħir ħafna ta' ordnijiet.

(5)

Biex ma jkunx hemm żvelar ta' informazzjoni potenzjalment sensittiva fis-suq dwar il-volum tan-negozju li jkun qiegħed isir minn ditta tal-investiment, il-volum tal-eżekuzzjoni u l-għadd ta' ordnijiet eżegwiti għandhom jiġu mfissra bħala persentaġġ tal-volumi totali ta' eżekuzzjoni tad-ditta u l-għadd totali tal-ordnijiet eżegwiti f'dik il-klassi ta' strumenti finanzjarji, rispettivament, minflok bħala valuri assoluti.

(6)

Huwa xieraq li d-ditti tal-investiment jintalbu jippubblikaw informazzjoni li tkun relevanti għall-imġiba tagħhom fl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet. Sabiex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment ma jinżammux responsabbli għal deċiżjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet li ma jkunux responsabbli għalihom, ikun xieraq li d-ditti ta' investiment jiżvelaw l-perċentwali tal-ordnijiet eżegwiti f'kull waħda mill-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni fejn l-għażla taċ-ċentru tal-eżekuzzjoni tkun ġiet speċifikata mill-klijenti.

(7)

Hemm diversi fatturi li jistgħu potenzjalment jinfluwenzaw l-imġiba tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tad-ditti tal-investiment bħal rabtiet mill-qrib bejn ditti tal-investiment u ċentri tal-eżekuzzjoni. Minħabba l-materjalità potenzjali ta' dawn il-fatturi ikun xieraq li tintalab analiżi ta' tali il-fatturi fl-evalwazzjoni tal-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba fiċ-ċentri kollha tal-eżekuzzjoni.

(8)

It-tipi differenti ta' ordni jistgħu jkunu fattur importanti li jispjegaw kif u għaliex id-ditti tal-investiment jeżegwixxu l-ordnijiet f'ċentru tal-eżekuzzjoni wieħed u mhux ieħor. Jista' wkoll ikollu impatt fuq il-mod kif ditta tal-investiment tistabbilixxi l-istrateġiji ta' eżekuzzjoni tagħha, inkluż l-ipprogrammar ta' routers intelliġenti tal-ordnijiet biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi ta' dawk l-ordnijiet. Ikun għalhekk xieraq li fir-rapport issir distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta' tipi ta' ordnijiet.

(9)

Sabiex janalizzaw l-informazzjoni b'mod xieraq, huwa importanti li l-utenti jkunu f'pożizzjoni li jiddistingwu bejn iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni użati għall-ordnijiet ta' klijenti professjonali u ċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għal ordnijiet ta' klijenti konsumaturi, minħabba d-differenzi notevoli fil-mod kif id-ditti tal-investiment jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti konsumaturi meta mqabbel ma' klijenti professjonali, jiġifieri li d-ditti ta' investiment jkunu jridu fuq kollox jevalwaw il-fatturi ta' prezz u kost meta jeżegwixxu ordnijiet minn klijenti konsumaturi. Għalhekk huwa xieraq li l-informazzjoni dwar l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni tingħata separatament għal klijenti konsumaturi u għal klijenti professjonali rispettivament, b'mod li tkun tista' ssir valutazzjoni kwalitattiva tal-flussi tal-ordnijiet lejn dawn iċ-ċentri.

(10)

Sabiex ikunu konformi mal-obbligu legali tal-aqwa eżekuzzjoni, id-ditti tal-investiment, meta japplikaw il-kriterji għall-aħjar eżekuzzjoni għal klijenti professjonali, tipikament ma jużawx l-istess ċentri ta' eżekuzzjoni għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (securities financing transactions — SFTs) u tranżazzjonijiet oħra. Dan għar-raġuni li l-SFTs jintużaw bħala sors ta' finanzjament suġġett għall-impenn li min jissellef ikun se jirritorna titoli ekwivalenti f'data fil-futur u l-kundizzjonijiet tal-SFTs tipikament ikunu definiti b'mod bilaterali bejn il-kontropartijiet qabel l-eżekuzzjoni. Għalhekk, l-għazla taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għall-SFTs hija aktar limitata milli fil-każ ta' tranżazzjonijiet oħra, meta wieħed iqis li hija tiddependi fuq il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti minn qabel bejn il-kontropartijiet u fuq jekk ikunx hemm domanda speċifika fuq dawk iċ-ċentri ta' eżekuzzjoni fil-każ tal-istrumenti finanzjarji involuti. Huwa għalhekk xieraq li d-ditti ta' investiment jagħtu sommarju u jippubblikaw l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni f'termini ta' volumi ta' kummerċ fejn ikunu eżegwew SFTs f'rapport separat sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni kwalitattiva tal-flussi tal-ordnijiet lejn dawn iċ-ċentri. Minħabba n-natura speċifika tal-SFTs, u minħabba li d-daqs kbir tagħhom x'aktarx li jħarbat il-ħabra l-aktar rappreżentattiva ta' tranżazzjonijiet tal-klijenti (jiġifieri dawk li ma jinvolvux SFTs), huwa meħtieġ li dawn jiġu esklużi mit-tabelli dwar l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni fejn id-ditti tal-investiment jeżegwixxu ordnijiet ta' klijenti oħra.

(11)

Huwa xieraq li d-ditti tal-investiment jippubblikaw valutazzjoni tal-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba fiċ-ċentri kollha li jintużaw mill-kumpanija. Din l-informazzjoni se tipprovdi stampa ċara tal-istrateġiji u l-għodod ta' eżekuzzjoni użati biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba f'dawk iċ-ċentri. Din l-informazzjoni tippermetti wkoll lill-investituri jevalwaw l-effettività tal-monitoraġġ imwettaq minn ditti tal-investiment fir-rigward ta' dawk iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni.

(12)

Fil-valutazzjoni speċifika tal-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba f'kull ċentru tal-eżekuzzjoni fir-rigward tal-kost, huwa xieraq li ditta tal-investiment twettaq ukoll analiżi tal-arranġamenti li jkollhom ma' dawn iċ-ċentri f'relazzjoni mal-pagamenti magħmula jew irċevuti u l-iskontijiet, ribassi jew benefiċċji mhux fi flus riċevut. Tali valutazzjoni għandha wkoll tippermetti lill-pubbliku biex jikkunsidra kif dawn l-arranġamenti jkollhom impatt fuq il-kosti li jiffaċċjaw l-investituri u kif dawn jikkonformaw mal-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(13)

Huwa wkoll xieraq li jkun iddeterminat l-abitu ta' tali ubblikazzjoni u l-elementi essenzjali tagħha, inkluż l-użu li d-ditti tal-investiment jagħmlu mid-dejta dwar il-kwalita tal-eżekuzzjoni disponibbli miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/575 (2)

(14)

L-informazzjoni dwar l-identità taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni għandha tiġi ppubblikata kull sena u għandha tirreferi għall-imġiba tal-eżekuzzjoni tal-ordni għal kull klassi ta' strument finanzjarju sabiex jirriflettu l-bidliet rilevanti matul is-sena kalendarja ta' qabel.

(15)

Id-ditti tal-investiment għandhom jitħallew jadottaw livell addizzjonali ta' rapportar li jkun ħafna aktar granulari, sakemm li f'każ bħal dan ir-rapport addizzjonali jikkomplementa u mhux jieħu post dak meħtieġ skont dan ir-Regolament.

(16)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(17)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(18)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-kontenut u l-format tat-tagħrif li d-ditti ta' investiment għandhom jippubblikaw fuq bażi annwali fir-rigward tal-ordnijiet tal-klijenti eżegwiti f'ċentri tan-negozjar, l-internalizzaturi sistematiċi, il-ġeneraturi tas-suq jew fornituri ta' likwidità jew entitajiet li jwettqu funzjonijiet simili għal dawk imwettqa minn xi wieħed minn dawn li ssemmew f'pajjiż terz.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ordni passiva” tfisser ordni li tiddaħħal fil-ktieb tal-ordnijiet li pprovdiet likwidità;

(b)

“ordni aggressiva” tfisser ordni li tiddaħħal fil-ktieb tal-ordnijiet li ħadet il-likwidità;

(c)

“ordni indirizzata” tfisser ordni fejn ċentru tal-eżekuzzjoni speċifiku ikun ġie speċifikat mill-klijent qabel l-eżekuzzjoni tal-ordni.

Artikolu 3

Informazzjoni dwar l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni u l-kwalita tal-eżekuzzjoni miksuba

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni f'termini ta' volumi ta' eżekuzzjoni għall-ordnijiet tal-klijenti kollha eżegwiti li ssir referenza għalihom fl-Anness I. L-informazzjoni rigward il-klijenti konsumaturi għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness II u l-informazzjoni rigward il-klijenti professjonali għandha tiġi ppubblikata fil-forma stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness II.

(a)

il-klassi tal-istrumenti finanzjarji;

(b)

isem iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u l-identifikatur;

(c)

il-volum tal-ordnijiet tal-klijenti eżekwiti f'dak iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni espress bħala perċentwal tal-volum totali eżegwit;

(d)

l-għadd ta' ordnijiet tal-klijenti eżekwiti f'dak iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni espress bħala perċentwal tal-volum totali eżegwit;

(e)

il-perċentwali tal-ordnijiet eżegwiti msemmija fil-punt (d) li kienu ordnijiet passivi u aggressivi;

(f)

il-perċentwali tal-ordnijiet imsemmija fil-punt (d) li kienu ordnijiet diretti;

(g)

il-konferma dwar jekk tkunx eżegwiet medja ta' inqas minn negozju wieħed għal kull jum ta' negozju fis-sena preċedenti f'dik il-klassi ta' strumenti finanzjarji.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni f'termini ta' volumi ta' kummerċ għall-ordnijiet kollha eżekwiti ta' SFTs għall-klassi ta' strumenti finanzjarji li ssir referenza għalihom fl-Anness I fil-format stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness II. Il-pubblikazzjoni jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-volum tal-ordnijiet tal-klijenti eżekwiti f'dak iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni espress bħala perċentwal tal-volum totali eżegwit;

(b)

l-għadd ta' ordnijiet tal-klijenti eżekwiti f'dak iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni espress bħala perċentwal tal-volum totali eżegwit;

(c)

il-konferma dwar jekk id-ditta tal-investiment tkunx eżegwiet medja ta' inqas minn negozju wieħed għal kull jum ta' negozju fis-sena preċedenti f'dik il-klassi ta' strumenti finanzjarji.

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw, għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji, sommarju tal-analiżi u l-konklużjonijiet li jaslu għalihom fuq il-bażi ta' monitoraġġ dettaljata tal-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba fiċ-ċentri tal-eżekuzzjoni fejn ikun eżekwew l-ordnijiet kollha tal-klijenti fis-sena preċedenti. L-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

spjegazzjoni tal-importanza relattiva li tkun tat id-ditta għall-fatturi ta' eżekuzzjoni bħal ma huma prezz, kosti, ħeffa, probabbiltà tal-eżekuzzjoni jew kwalunkwe kunsiderazzjoni oħra, inklużi fatturi kwalitattivi fl-evalwazzjoni tal-kwalità tal-eżekuzzjoni;

(b)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe rabtiet mill-qrib, kunflitti ta' interess, u sjieda komuni fir-rigward ta' kull ċentru tal-eżekuzzjoni użati biex jitwettqu l-ordnijiet;

(c)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti speċifiċi ma' kull ċentru tal-eżekuzzjoni rigward pagamenti magħmula jew irċevuti, skonti, ribassi jew benefiċċji mhux fi flus riċevut;

(d)

spjegazzjoni tal-fatturi li jkunu wasslu għal tibdil fil-lista ta' ċentri tal-eżekuzzjoni elenkati fil-politika ta' eżekuzzjoni tad-ditta, jekk rtkun seħħet bidla bħal din;

(e)

spjegazzjoni dwar kif l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tvarja skont il-kategorizzazzjoni tal-klijent, meta d-ditta tittratta kategoriji ta' klijenti b'mod differenti u meta dan jista' jaffettwa l-arranġamenti tat-eżekuzzjoni tal-ordnijiet;

(f)

spjegazzjoni dwar jekk jingħatatx preferenza lil kriterji oħra fuq il-prezz u l-kost fl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' klijenti konsumaturi u kif dawn il-kriterji oħra kienu strumentali biex jinkiseb l-aħjar riżultat possibbli f'termini tal-konsiderazzjoni totali lill-klijent;

(g)

spjegazzjoni ta' kif id-ditta tal-investiment tkun użat xi dejta jew għodda marbuta mal-kwalità tal-eżekuzzjoni, inklużi kwalunkwe dejta ppubblikata skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/575.

(h)

fejn applikabbli, spjegazzjoni ta' kif id-ditta tal-investiment tkun użat il-produzzjoni ta' fornitur ta' sistema konsolidata ta' pubblikazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 65 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 4

Format

Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 3(1) u 3(2) fuq is-siti web tagħhom, billi jimlew il-formoli stabbiliti fl-Anness II, f'format elettroniku li jista' jinqara mill-magni, li tista' titniżżel mill-pubbliku u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 3(3), għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit web tagħhom f'format elettroniku disponibbli għat-tniżżil mill-pubbliku.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/575 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata minn ċentri tal-eżekuzzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet (ara paġna 152 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).)

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

Lista ta' strumenti finanzjarji

(a)

Ekwitajiet — Ishma u irċevuti depożitarji

(i)

Likwidità tad-daqsijiet tal-funzjonament għall-meded 5 u 6 (minn 2 000 negozju kull jum)

(ii)

Likwidità tad-daqsijiet tal-funzjonament għall-meded 3 u 4 (minn 80 sa 1 999 attività ta' kummerċ kull jum)

(iii)

Likwidità tad-daqsijiet tal-funzjonament għall-meded 1 u 2 (minn 0 sa 79 attività ta' kummerċ kull jum)

(b)

Strumenti ta' dejn

(i)

Bonds

(ii)

Strumenti tas-suq monetarju

(c)

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Swaps, forwards u derivattivi oħra tar-rati tal-imgħax

(d)

derivattivi tal-kreditu.

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Derivattivi oħra tal-kreditu

(e)

derivattivi tal-munita

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Swaps, forwards u derivattivi oħra tal-munita

(f)

Strumenti ta' finanzjament strutturati

(g)

Derivattivi ta' ekwità

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Swaps u derivattivi ta' ekwità oħra

(h)

Derivattivi Titolizzati

(i)

Garanziji u d-derivattivi ta' ċertifikat

(ii)

Serivattivi titolizzati oħrajn

(i)

Derivattivi ta' komoditajiet u derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Derivattivi ta' komoditajiet u derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet oħrajn

(j)

Kuntratti għad-differenza

(k)

Prodotti negozjati fil-borża (Exchange traded funds, u Noti Nnegozjati fil-Boroż u exchange traded commodities)

(l)

Kwoti tal-emissjonijiet

(m)

Strumenti oħrajn


ANNESS II

Tabella 1

Klassi ta' strument

 

Notifika jekk < 1 tal-kummerċ medju għal kull jum ta' xogħol fis-sena ta' qabel

IVA/LE

L-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni elenkati f'termini ta' volumi ta' kummerċ (f'ordni mill-kbir għaż-żgħir)

Proporzjon ta' volum innegozjat bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Proporzjon ta' ordnijiet innegozjati bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Perċentwal ta' ordnijiet passivi

Perċentwal ta' ordnijiet aggressivi

Perċentwal ta' ordnijiet diretti

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 


Tabella 2

Klassi ta' strument

 

Notifika jekk < 1 tal-kummerċ medju għal kull jum ta' xogħol fis-sena ta' qabel

IVA/LE

L-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni elenkati f'termini ta' volumi ta' kummerċ (f'ordni mill-kbir għaż-żgħir)

Proporzjon ta' volum innegozjat bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Proporzjon ta' ordnijiet innegozjati bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Perċentwal ta' ordnijiet passivi

Perċentwal ta' ordnijiet aggressivi

Perċentwal ta' ordnijiet diretti

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 


Tabella 3

Klassi ta' strument

 

Notifika jekk < 1 tal-kummerċ medju għal kull jum ta' xogħol fis-sena ta' qabel

IVA/LE

L-aqwa ħames ċentri elenkati f'termini ta' volumi (f'ordni mill-kbir għaż-żgħir)

Proporzjon ta' volum eżegwit bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Proporzjon ta' ordnijiet innegozjati bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/174


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/577

tat-13 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum u l-provvediment ta' informazzjoni għall-finijiet ta' trasparenza u ta' kalkoli oħra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(9) u l-Artikolu 22(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jitlob lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) iwettqu għadd sinifikanti ta' kalkoli sabiex jikkalibraw l-applikabilità tar-reġim ta' trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozju u l-obbligu ta' negozjar għad-derivattivi kif ukoll biex jiddeterimaw jekk negozju ta' investiment huwiex internalizzatur sistematiku.

(2)

Sabiex iwettqu l-kalkoli meħtieġa, jeħtieġ li kemm l-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-ESMA jkunu jistgħu jakkwistaw dejta robusta u ta' kwalità għolja għal kull klassi ta' assi li għaliha japplika r-Regolament (UE) Nru 600/2014. Huwa għalhekk meħtieġ li tittejjeb kemm l-aċċessibbiltà u l-kwalità ta' dejta disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 sabiex il-klassifikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, inkluż il-limiti għall-finijiet tat-trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozju, u, fejn ikun meħtieġ, il-kalibrar mill-ġdid ta' dawn il-limiti, ikun jista' jiġi kkalkolat fuq bażi aktar informata wara li jkun ġie applikat ir-reġim għal ċertu perjodu ta' żmien.

(3)

Id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jispeċifikaw, f'termini ġenerali, l-elementi komuni fir-rigward tal-kontenut u tal-format ta' dejta li għandha titressaq miċ-ċentri tan-negozjar, tal-arranġamenti ta' pubblikazzjoni approvati (APA) u tal-fornituri ta' tejp ikkonsolidat (CTPs) għall-finijiet ta' trasparenza u ta' kalkoli oħra. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinqraw b'rabta mar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (3), (UE) 2017/583 (4), (UE) 2017/567 (5), (UE) 2017/565 (6) u (UE) 2016/2020 (7) li jiddeskrivu l-metodoloġija u d-dejta meħtieġa biex jitwettqu l-kalkoli rilevanti u jiġu speċifikati l-kontenut u l-iskop tad-dejta meħtieġa biex jitwettqu l-kalkoli ta' trasparenza. Għalhekk, il-kontenut, il-format u l-kwalità tad-dejta ppreżentata fir-rigward taċ-ċentri tan-negozjar, tal-APAs u tas-CTPs għandhom ikunu konsistenti mal-metodoloġija preskritta fl-atti ta' implimentazzjoni rilevanti tad-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 meta jitwettqu tali kalkoli.

(4)

Bl-eċċezzjoni ta' talbiet potenzjali ta' dejta ad hoc u ta' kalkoli li għandhom jitwettqu għall-finijiet tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum, iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jippreżentaw rapporti fuq bażi ta' kuljum. Meta jiġi kkunsidrat l-ambitu wiesa' tal-istrumenti finanzjarji koperti u l-ammont kbir ta' dejta li għandha tiġi pproċessata, din il-preżentazzjoni fuq bażi ta' kuljum tiffaċilita lill-awtoritajiet kompetenti jipproċessaw b'mod aktar preċiż fajls ta' daqsijiet maniġġabbli u tiżgura ġestjoni effiċjenti u fil-ħin tal-preżentazzjoni tad-dejta, tal-verifika tal-kwalità tad-dejta u tal-ipproċessar tad-dejta. Il-ġbir ta' dejta fuq bażi ta' kuljum jissemplifika wkoll l-obbligu ta' provvediment ta' dejta fiċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs billi jħaffilhom il-piż tal-kalkolu tan-numru ta' jiem ta' negozjar fil-każijiet fejn il-kriterju ta' likwidità kwantitattiv ikun applikabbli, u li jaggregaw id-dejta għall-istess strument finanzarju fi bramel ta' maturità ta' żmien differenti fil-każijiet fejn għandu jiġi kkunsidrat iż-żmien tal-maturità. Iċ-ċentralizzar tal-kalkolu jiżgura wkoll użu konsistenti tal-kriterji fl-istrumenti finanzjarji u fiċ-ċentri tan-negozjar kollha.

(5)

Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jaħżnu dejta li tkun komprensiva u tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA jwettqu kalkoli preċiżi. Filwaqt li l-informazzjoni mitluba tkun ipprovduta normalment fir-rapporti ta' wara n-negozjar, f'xi każijiet, l-informazzzjoni meħtieġa għall-kalkoli tmur lil hinn mill-informazzjoni disponibbli f'dawk ir-rapporti. Dan jinkludi, pereżempju, informazzjoni dwar tranżazzjonijiet eżegwiti abbażi ta' ordnijiet li bbenefikaw minn eżenzjoni fuq skala kbira. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun inkluża f'rapporti ta' negozjar peress li tista' tesponi tali tranżazzjonijiet għal impatt negattiv fuq is-suq. Madankollu, peress li l-informazzjoni tista' tkun meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jitwettqu l-kalkoli meħtieġa, hija għandha tinħażen b'mod adegwat miċ-ċentri tan-negozjar, mill-APAs u mis-CTPs u għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA fejn ikun meħtieġ. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jiżguraw li huma jxerrdu b'mod adegwat l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA. It-tranżazzjonijiet eżegwiti abbażi ta' ordnijiet fuq skala kbira għandhom ikunu identifikati b'mod adegwat fir-rapport tagħhom lis-CTPs.

(6)

Id-dejta għandha tinġabar minn varjetà ta' sorsi peress li jista' jkun li sors wieħed mhux dejjem ikollu sett ta' dejta komplut għal klassi ta' assi jew saħansitra għal strument partikolari. Għalhekk, biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA jiksbu u jikkonsolidaw dejta ta' kwalità għolja minn diversi sorsi, iċ-ċentri ta' negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jużaw, meta jkunu disponibbli, speċifikazzjonijiet stabbiliti minn qabel f'termini ta' kontenut u ta' format sabiex il-ġbir ta' dejta jsir aktar faċli u aktar kosteffiċjenti.

(7)

Meta wieħed jikkunsidra s-sensittività tal-kalkoli meħtieġa u l-konsegwenzi kummerċjali potenzjali għaċ-ċentri tan-negozjar, l-emittenti u l-parteċipanti l-oħra tas-suq tal-pubblikazzjoni ta' informazzjoni inkorretta li tista' twassal, fil-każ tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum, għas-sospensjoni tal-użu ta' eżenzjonijiet għal ċentru partikolari wieħed jew fl-Unjoni kollha għal strument finanzjarju partikolari, huwa kruċjali li jiġi kkjarifikat il-format tad-dejta li għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA sabiex jiġu stabbiliti mezzi ta' komunikazzjoni effiċjenti maċ-ċentri tan-negozjar u s-CTPs u tiġi żgurata pubblikazzjoni fil-ħin u korretta tad-dejta rikjesta.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jirrikjedi lill-ESMA tippubblika, għal strumenti finanzjarji li għalihom japplika l-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum, kejl tal-volum totali ta' negozjar fit-12-il xahar preċedenti u tal-persentaġġi ta' negozjar skont l-eżenzjonijiet tat-tranżazzjonijiet negozjati, kif ukoll tal-prezz referenzjarju fit-12-il xahar preċedenti. Fil-każ ta' strumenti finanzjarji nnegozjati f'aktar minn munita waħda, jeħtieġ li l-volumi eżegwiti f'muniti differenti jiġu kkonvertiti f'munita komuni waħda sabiex tkun permessal-komputazzjoni ta' dawk il-volumi u jsiru l-kalkoli meħtieġa. Għalhekk, il-metodoloġija u r-rati tal-kambju li għandhom jintużaw biex jikkonvertu, fejn ikun meħtieġ, il-volumi ta' kummerċ għandhom jiġu previsti.

(9)

Għall-finijiet tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jintalbu jirrapportaw il-volumi ta' negozjar eżegwiti skont l-eżenzjoni tal-prezz referenzjarju u, għal strumenti likwidi, l-eżenzjoni tat-tranżazzjonijiet negozjati. Peress li l-eżenzjonijiet japplikaw għal ordnijiet u mhux għal tranżazzjonijiet, huwa importanti li jiġi ċċarat li l-volumi li għandhom jiġu rrapportati għandhom jinkludu t-tranżazzjonijiet kollha mmarkati b'“RFPT” jew “NLIQ” għall-fini tal-pubblikazzjoni ta' wara n-negozju tat-tranżazzjonijiet u kif speċifikat fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587. Meta tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita fuq il-bażi ta' żewġ ordnijiet li jibbenefikaw mill-eżenzjoni fuq skala kbira, din it-tranżazzjoni ma għandhiex tgħodd għall-volumi kkalkulati skont l-eżenzjoni tal-prezz referenzjarju u l-eżenzjoni tat-tranżazzjonijiet negozjati.

(10)

Għall-fini tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum, il-ċentri tan-negozjar s-u CTPs għandhom jiżguraw li ċ-ċentru tan-negozjar li fuqu ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jkun identifikat bi granularità suffiċjenti sabiex jippermetti lill-ESMA twettaq il-kalkoli kollha msemmija fir-Regolament (UE) Nru 600/2014. B'mod partikolari, l-identifikatur taċ-ċentru tan-negozjar li jintuża għandu jkun uniku għal dak iċ-ċentru ta' negozjar u mhux maqsum ma' xi ċentru tan-negozjar ieħor operat mill-istess operatur tas-suq. L-identifikaturi taċ-ċentru tan-negozjar għandhom jippermettu lill-ESMA tiddistingwi b'mod mhux ekwivoku ċ-ċentri kollha ta' negozjar li għalihom l-operatur tas-suq irċieva awtorizzazzjoni speċifika skont id-Direttiva 2014/65/UE.

(11)

Għall-fini tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum, jeħtieġ li ċ-ċentri ta' negozjar jiġu rikjesti jippreżentaw l-ewwel rapport fil-jum tad-dħul fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 mal-volumi ta' kummerċ skont l-eżenzjoni tal-prezz referenzjarju u, għal strumenti finanzjarji likwidi, l-eżenzjoni tat-tranżazzjonijiet negozjati għas-sena kalendarja preċedenti. Biex tiġi żgurata applikazzjoni proporzjonali ta' dan ir-rekwiżit, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom, għal dak il-għan, jibbażaw ir-rapport tagħhom dwar il-volumi aġġustati ta' negozjar eżegwiti skont l-eżenzjonijiet ekwivalenti li jeżistu skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (9).

(12)

Sabiex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA bid-dejta preċiża, iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jiżguraw li r-rapporti tagħhom jinkludu biss tranżazzjonijiet “single-counted”.

(13)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li huma jindirizzaw l-ispeċifikazzjoni tal-kontentut, il-frekwenza, il-format ta' talbiet ta' dejta, il-metodu li għandu jintuża biex jipproċessa din id-dejta u speċifikazzjonijiet oħra relatati mal-pubblikazzjoni ta' informazzjoni għall-finijiet tat-trasparenza kif iddefinita skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014. Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet, li se jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi permessa opinjoni komprensiva għall-partijiet kkonċernati, u b'mod partikolari dawk soġġetti għall-obbligi, huwa mixtieq li dawn jiġu inklużi fir-Regolament uniku.

(14)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data.

(15)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(16)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dettalji tat-talbiet tad-dejta li għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet kompetenti u d-dettalji tat-tweġiba għal dawk it-talbiet li għandhom jintbagħtu minn ċentri tan-negozjar, arranġamenti ta' pubblikazzjoni approvati (APAs) u fornituri ta' tejp ikkonsolidat (CTPs), għall-finijiet tal-kalkolu u tal-aġġustament tat-trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozju u tar-reġimi ta' obbligazzjoni tan-negozjar, u b'mod partikolari għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-fatturi li ġejjin:

(a)

jekk strumenti finanzjarji ta' ekwità, li jixbhu lill-ekwitajiet u mhux ta' ekwità għandhomx suq likwidu;

(b)

il-livelli limitu għal eżenzjonijiet ta' trasparenza ta' qabel in-negozju għal strumenti finanzjarji ta' ekwità, li jixbhu lill-ekwitajiet u mhux ta' ekwità;

(c)

il-livelli limitu għal diferimenti tat-trasparenza ta' wara n-negozju għal strumenti finanzjarji ta' ekwità, li jixbhu lill-ekwitajiet u mhux ta' ekwità;

(d)

meta l-likwidità ta' klassi ta' strumenti finanzjarji tonqos aktar minn livell limitu speċifikat;

(e)

meta ditta tal-investiment tkun internalizzatur sistematiku;

(f)

id-daqs tas-suq standard applikabbli għall-internalizzaturi sistematiċi li jindirizzaw strument ta' ekwità u strumenti li jixbhu lill-ekwitajiet, u d-daqs speċifiku għall-istrument applikabbli għal internalizzaturi sistematiċi li jindirizzaw strumenti mhux ta' ekwità;

(g)

għal strumenti ta' ekwità u li jixbhu lill-ekwitajiet, il-volum totali tan-negozjar għat-12-il xahar preċedenti u tal-persentaġġi tan-negozjar imwettqa kemm taħt l-eżenzjonijiet tat-tranżazzjonijiet negozjati u tal-prezz referenzjarju fl-Unjoni kollha u f'kull ċentru tan-negozjar fit-12-il xahar preċedenti;

(h)

jekk id-derivattivi humiex likwidi biżżejjed għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' negozjar għad-derivattivi.

Artikolu 2

Kontenut tat-talbiet tad-dejta u tal-informazzjoni li għandha tiġi rapportata

1.   Għall-fini tat-twettiq tal-kalkoli li jokkorru f'dati prestabbiliti jew fi frekwenzi predefiniti, iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bid-dejta kollha rikjesta biex iwettqu l-kalkoli stabbiliti fir-Regolamenti li ġejjin:

(a)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/587;

(b)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/583;

(c)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/567;

(d)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/565.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu, fejn ikun meħtieġ, informazzjoni addizzjonali għall-fini tal-monitoraġġ u tal-aġġustament tal-livelli limitu u l-parametri msemmija fil-punti (a) sa (f) u (h) tal-Artikolu 1 minn ċentri tan-negozjar, APAs u CTPs.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu d-dejta kollha rikjesta mill-ESMA biex tieħu inkunsiderazzjoni skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2020 għal strumenti finanzjarji mhux ta' ekwità, inkluża dejta dwar dan li ġej:

(a)

il-frekwenza medja tan-negozjar;

(b)

id-daqs medju u d-distribuzzjoni tan-negozjar;

(c)

l-għadd u t-tip tal-parteċipanti tas-suq;

(d)

id-daqs medju tal-marġnijiet.

Artikolu 3

Frekwenza tat-talbiet tad-dejta u ħinijiet ta' reazzjoni għal ċentri tan-negozjar, APAs u CTPs

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jippreżentaw id-dejta msemmija fl-Artikolu 2(1) kuljum.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jippreżentaw id-dejta bi tweġiba għal talba ad hoc kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) fi żmien erba' ġimgħat minn meta tkun irċevuta t-talba sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jirrikjedux tweġiba fi żmien perjodu ta' żmien aktar qasir kif speċifikat fit-talba.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, iċ-ċentri tan-negozjar u s-CTPs għandhom jippreżentaw id-dejta li għandha tintuża għall-fini tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volumi kif stabbilit fil-paragrafi 6 sa 9 tal-Artikolu 6.

Artikolu 4

Format tat-talbiet tad-dejta

Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jippreżentaw id-dejta msemmija fl-Artikolu 2 f'format XML komuni u, meta jkun disponibbli, konformi ma' kwalunkwe speċifikazzjoni oħra f'termini ta' kontenut u ta' format ddefiniti biex jiffaċilitaw proċess effiċjenti u awtomatiku ta' provvista ta' dejta kif ukoll il-konsolidazzjoni tagħha ma' dejta simili minn sorsi oħrajn.

Artikolu 5

Tip ta' dejta li għandha tinħażen u l-perjodu minimu ta' żmien li ċentri tan-negozjar, APAs u CTPs għandhom jaħżnu d-dejta

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jaħżnu d-dejta kollha rikjesta biex jikkalkolaw, jagħmlu monitoraġġ jew jaġġustaw il-livelli limitu u l-parametri stabbiliti fl-Artikolu 2, indipendentement minn jekk din l-informazzjoni tqegħditx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku jew le.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jaħżnu d-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għal mill-inqas tliet snin.

Artikolu 6

Rekwiżiti tar-rapportar għal ċentri tan-negozjar u CTPs għall-fini tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum

1.   Għal kull strument finanzjarju li hu soġġett għar-rekwiżiti ta' trasparenza fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippreżentaw id-dejta li ġejja lill-awtorità kompetenti:

(a)

il-volum totali tan-negozju fl-istrument finanzjarju eżegwit f'dak iċ-ċentru tan-negozjar;

(b)

il-volumi totali tan-negozju fl-istrument finanzjarju eżegwiti f'dak iċ-ċentru tan-negozjar li jaqgħu taħt l-eżenzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(a) jew l-Artikolu 4(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, rispettivament, bil-volumi totali rapportati separatament għal kull eżenzjoni.

2.   Għal kull strument finanzjarju soġġett għar-rekwiżiti ta' trasparenza fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u fejn jintalab mill-awtorità kompetenti, is-CTPs għandhom jippreżentaw id-dejta li ġejja lill-awtorità kompetenti:

(a)

il-volumi totali tan-negozju fl-istrument finanzjarju eżegwiti fiċ-ċentri tan-negozjar kollha fl-Unjoni bil-volumi totali rapportati separatament għal kull ċentru tan-negozjar;

(b)

il-volumi totali tan-negozju eżegwiti fiċ-ċentri tan-negozjar kollha fl-Unjoni li jaqgħu taħt l-eżenzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(a) jew l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, rispettivament, bil-volumi totali rapportati separatament għal kull eżenzjoni u għal kull ċentru tan-negozjar.

3.   Iċ-ċentri tan-negozjar u s-CTPs għandhom jirrapportaw dejta stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtorità kompetenti bl-użu tal-formati pprovduti fl-Anness. Huma għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw li l-identifikaturi taċ-ċentri tan-negozjar pprovduti minnhom ikunu granulari biżżejjed biex jiffaċilitaw lill-awtorità kompetenti u lill-ESMA jidentifikaw il-volumi ta' kummerċ eżegwiti skont l-eżenjoni tal-prezz referenzjarju u, għal strumenti finanzjarji likwidi, skont l-eżenjoni tat-tranżazzjonijiet negozjati ta' kull ċentru tan-negozjar u li jippermettu l-kalkolu tal-proporzjon stabbilit skont l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

4.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-volumi msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(a)

il-volum ta' tranżazzjoni individwali għandu jkun iddeterminat billi l-prezz tal-istrument finanzjarju jiġi mmultiplikat bin-numru ta' unitajiet innegozjati;

(b)

il-volum totali tan-negozju f'kull strument finanzjarju stabbilit fil-paragrafu 1(a) u l-paragrafu 2(a) għandu jiġi ddeterminat permezz tal-aggregazzjoni tal-volum tat-tranżazzjonijiet individwali u “single-counted” kollha għal dak l-istrument finanzjarju.

(c)

il-volumi ta' kummerċ stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u l-paragrafu 2(b) għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-aggregazzjoni tal-volumi ta' tranżazzjonijiet individwali u “single-counted” għal dak l-istrument finanzjarju rrapportat skont il-marki “prezz referenzjarju” u “tranżazzjonijiet innegozjati fi strumenti finanzjarji likwidi” skont it-Tabella 4 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587.

5.   Iċ-ċentri tan-negozjar u s-CTPs għandhom jaggregaw biss tranżazzjonijiet eżegwiti bl-istess munita u għandhom jirrapportaw separatament kull volum aggregat bil-munita użata għat-tranżazzjonijiet.

6.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippreżentaw id-dejta msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum u s-sittax-il jum ta' kull xahar kalendarju sas-13:00 ĦEĊ. Meta l-ewwel u s-sittax-il jum tax-xahar kalendarju jkunu jum bla xogħol għaċ-ċentru tan-negozjar, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jirrapporta d-dejta lill-awtorità kompetenti sas-13:00 ĦEĊ fil-jum tax-xogħol ta' wara.

7.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti l-volumi totali tan-negozju ddeterminati skont il-paragrafi 1 sa 5 fir-rigward tal-perjodi ta' żmien li ġejjin:

(a)

biex ir-rapporti jiġu ppreżentati fis-sittax-il jum ta' kull xahar kalendarju, il-perjodu ta' eżekuzzjoni huwa mill-ewwel jum sal-ħmistax-il jum tal-istess xahar kalendarju;

(b)

biex ir-rapporti jiġu ppreżentati fl-ewwel jum ta' kull xahar kalendarju, il-perjodu ta' eżekuzzjoni huwa mis-sittax-il jum sal-aħħar jum tax-xahar kalendarju preċedenti.

8.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 6 u 7, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippreżentaw l-ewwel rapport għal kull strument finanzjarju fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 sas-13:00 ĦEĊ u għandu jinkludi l-volumi ta' kummerċ imsemmija fil-paragrafu 1 għas-sena kalendarja preċedenti. Għal dan il-għan, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jirrapportaw b'mod separat, għal kull xahar kalendarju, dan li ġej:

(a)

il-volumi ta' kummerċ waqt il-perjodu mill-ewwel jum sal-ħmistax-il jum ta' kull xahar kalendarju;

(b)

il-volumi ta' kummerċ waqt il-perjodu mis-sittax-il jum sal-aħħar jum ta' kull xahar kalendarju.

9.   Iċ-ċentri ta' negozjar u s-CTPs għandhom iwieġbu għal kull talba ad hoc mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-volum ta' kummerċ fir-rigward tal-kalkolu li għandu jitwettaq għall-monitoraġġ tal-użu tal-eżenzjonijiet tal-prezz referenzjarju jew tat-tranżazzjonijiet negozjati fil-jum tax-xogħol wara li ssir it-talba qabel il-ħin tal-għeluq l-uffiċċji.

Artikolu 7

Rekwiżiti ta' rapportar għal awtoritajiet kompetenti tal-ESMA għall-finijiet tal-mekkaniżmu u l-obbligu ta' negozjar għad-derivattivi

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA bid-dejta rċevuta minn ċentru tan-negozjar jew CTP skont l-Artikolu 6 sas-13:00 ĦEĊ fil-jum tax-xogħol ta' wara li tkun irċevuta.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA bid-dejta rċevuta minn ċentru tan-negozjar, APA jew CTP bil-għan li jiddeterminaw jekk id-derivattivi humiex likwidi biżzejjed, kif imsemmi fl-Artikolu 1(h) mingħajr dewmien bla bżonn u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta' xogħol wara li ġiet irċevuta d-dejta rilevanti.

Artikolu 8

Rekwiżiti ta' rapportar għall-ESMA għall-fini tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum

1.   L-ESMA għandha tippubblika l-miżuri tal-volum totali ta' kummerċ għal kull strument finanzjarju fit-12-il xahar preċedenti u tal-perċentwali tan-negozjar skont l-eżenzjonijiet kemm tat-tranżazzjonijiet negozjati u tal-prezz ta' referenza fl-Unjoni kollha u f'kull ċentru tan-negozjar fit-12-il xahar preċedenti, skont il-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, mhux aktar tard mill-22.00 ĦEĊ fil-ħames jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikolu 6(6) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr ħlas u f'format li jinqara mill-magni u mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 (11) u fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/567.

3.   Meta strument finanzjarju jiġi nnegozjat f'aktar minn munita waħda fl-Unjoni kollha, l-ESMA għandha tikkonverti l-volumi kollha f'euro bl-użu tar-rati tal-kambju medji kkalkulati abbażi tar-rati referenzjarji tal-kambju barrani tal-euro ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew fuq il-websajt tiegħu fit-12-il xahar preċedenti. Dawk il-volumi kkonvertiti għandhom jintużaw għall-kalkolu u għall-pubblikazzjoni tal-volum totali ta' kummerċ u tal-perċentwali tal-kummerċ kemm skont l-eżenzjonijiet tat-tranżazzjonijiet negozjati u dawk tal-prezz ta' referenza fl-Unjoni kollha u fuq kull ċentru tan-negozjar kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitorji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ara paġna 387 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarju fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi (ara paġna 229 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward definizzjonijiet, trasparenza, derivattivi, espressjoni tal-portafoll u miżuri superviżorji fuq l-intervent u l-pożizzjonijiet tal-prodott (ara paġna 90 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2020 tas-26 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarju fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji biex ikun iddeterminat jekk id-derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' kklerjar għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu ta' negozjar (ĠU L 313, 19.11.2016, p. 2).

(8)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li texmenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1287/2006 tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1)

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta (ara paġna 126 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

Tabella 1

Tabella tas-simboli għat-Tabella 2

SIMBOLU

TIP TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifra b'kollox li minnhom sa m ċifra jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

in-numru jista' jkollu l-prefiss “-” (minus) biex jindika numri negattivi.

Fejn japplika, il-valuri għandhom jiġu irrawndjati u mhux imqassra.

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217.

{DATEFORMAT}

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom dan il-format:

SSSS-XX-JJ.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166.

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.


Tabella 2

Formati tar-rapport għall-fini tal-mekkaniżmu għal-limitazzjoni tal-volum

Isem il-qasam tad-dejta

Format

Perjodu ta' rapportar

{DATEFORMAT}/{DATEFORMAT}

fejn l-ewwel data hija l-bidu tal-perjodu ta' rapportar u t-tieni data hija t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar

Identifikazzjoni tal-entità li qed tirrapporta

Fejn l-entità relatriċi hija ċentru tan-negozjar: {MIC}

(is-segment tal-MIC jew, fejn ikun xieraq, l-MIC operattiv)

jew

{ALPHANUM-50}

jekk l-entità relatriċi tkun CTP.

Identifikatur taċ-ċentru tan-negozjar

{MIC}

(is-segment tal-MIC, fejn disponibbli, inkella l-MIC operattiv).

Identifikatur tal-istrument

{ISIN}

Munita tat-tranżazzjonijiet

{CURRENCYCODE_3}

Volum totali ta' negozjar (skont il-munita)

{DECIMAL-18/5}

Volum totali ta' negozjar skont l-eżenjoni tal-Prezz ta' Referenza kif definit skont l-Artikolu 4(1)(a) tal-MiFIR (skont il-munita)

{DECIMAL-18/5}

Volum totali ta' negozjar skont l-eżenjoni tat-Tranżazzjonijiet Negozjati kif definit skont l-Artikolu 4(1)(b)(i) tal-MiFIR (skont il-munita)

{DECIMAL-18/5}


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/183


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/578

tat-13 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dwar ftehimiet u skemi ta' ġenerazzjoni tas-suq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 17(7)(a), (b) u (c) u l-Artikolu 48(12)(a) u (f) tagħha,

Billi:

(1)

Żewġ għanijiet ewlenin għandhom jintlaħqu fl-ispeċifikazzjoni tal-obbligi għall-ġenerazzjoni tas-suq tan-negozjar algoritmiku li jsegwi strateġija ta' ġenerazzjoni tas-suq u l-obbligi relatati taċ-ċentri tan-negozjar. L-ewwel, element ta' prevedibbiltà għal-likwidità apparenti fir-reġistru tal-ordnijiet għandu jiġu introdott billi jiġu stabbiliti obbligi kuntrattwali għad-ditti tal-investiment li jsegwu strateġiji ta' ġenerazzjoni tas-suq. It-tieni nett, il-preżenza ta' dawk id-ditti fis-suq għandha tkun inċentivata, speċjalment matul kundizzjonijiet ta' stress fis-suq.

(2)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbutin mill-qrib billi jittrattaw sett ta' obbligi relatati għal ditti ta' investiment involuti f'negozjar algoritmiku u li jsegwu strateġiji ta' ġenerazzjoni tas-suq u għal ċentri tan-negozjar fejn dawn l-istrateġiji ta' ġenerazzjoni tas-suq jistgħu jitwettqu. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom mill-persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, inklużi investituri li mhumiex residenti fl-Unjoni, ikun tajjeb li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu inklużi f'Regolament wieħed.

(3)

Dan ir-Regolament għandu japplika mhux biss għal swieq regolati, iżda wkoll għal faċilitajiet multilaterali tan-negozjar u faċilitajiet organizzati tan-negozjar, kif meħtieġ mill-Artikolu 18(5) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(4)

Strateġiji ta' ġenerazzjoni tas-suq jistgħu jkunu relatati ma' strument finanzjarju wieħed jew aktar u ma' ċentru tan-negozjar wieħed jew aktar. Madankollu, f'ċerti każijiet, jista' ma jkunx possibbli li ċentru tan-negozjar jimmonitorja strateġiji li jinvolvu iktar minn ċentru tan-negozjar jew strument wieħed. F'dawk il-każijiet, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikunu kapaċi, skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħhom, jimmonitorjaw strateġiji ta' ġenerazzjoni tas-suq segwiti fiċ-ċentru tagħhom, u għalhekk għandhom jillimitaw il-ftehimiet jew l-iskemi ta' ġenerazzjoni tas-suq korrispondenti għal dawk is-sitwazzjonijiet biss.

(5)

Il-membri jew il-parteċipanti kollha involuti f'negozjar algoritmiku li jsegwi strateġija għall-ġenerazzjoni tas-suq f'ċentru tan-negozjar li jippermetti jew jiffaċilita kummerċ algoritmiku għandhom jidħlu fi ftehim tal-ġenerazzjoni tas-suq mal-operatur ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar. Inċentivi fi skema ta' ġenerazzjoni tas-suq għandhom, madankollu, ikunu meħtieġa biss għal ċerti strumenti nnegozjati permezz ta' sistema ta' negozjar b'reġistru tal-ordnijiet ta' rkant kontinwu. Xejn ma għandu jwaqqaf liċ-ċentri tan-negozjar milli jistabbilixxu kull tip ta' inċentiv ieħor fuq l-inizjattiva tagħhom stess għal strumenti finanzjarji jew sistemi tan-negozjar oħra.

(6)

Għandhom ikunu identifikati b'mod ċar każijiet fejn ma hemm l-ebda rekwiżit obbligatorju għaċ-ċentri tan-negozjar biex jistabbilixxu skema ta' ġenerazzjoni tas-suq li tqis in-natura u l-iskala tan-negozju f'dawk iċ-ċentri tan-negozjar. Għal dan l-għan, huwa xieraq li jiġu identifikati strumenti finanzjarji u sistemi ta' negozjar li jżidu r-riskju ta' volatilità għolja u li għalihom huwa kruċjali li l-provvista ta' likwidità tkun inċentivata, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ordinat u effiċjenti tas-swieq. F'dan ir-rigward, dan ir-Regolament għandu jqis li meta ċerti strumenti likwidi jiġu negozjati algoritmikament f'sistemi ta' negozjar b'reġistru tal-ordnijiet ta' rkant kontinwu jkun hemm riskju akbar ta' reazzjoni sproporzjonata għal avvenimenti esterni li tista' żżid il-volatilità tas-suq.

(7)

Iċ-ċentri tan-negozjar li għalihom ikun meqjus xieraq li jkollhom fis-seħħ skemi ta' ġenerazzjoni tas-suq skont dan ir-Regolament għandhom ikunu meħtieġa li jirrieżaminaw il-ftehimiet eżistenti tagħhom sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' dawk il-ftehimiet dwar negozjar algoritmiku li jsegwi strateġija ta' ġenerazzjoni tas-suq ikunu konformi ma' dan ir-Regolament.

(8)

L-iskema għall-ġenerazzjoni tas-suq tista' tinċentiva lid-ditti tal-investiment li jkunu ffirmaw ftehim ta' ġenerazzjoni tas-suq sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom taħt ċirkostanzi normali ta' negozju, iżda għandha tipprovdi inċentivi għad-ditti li b'mod effettiv jikkontribwixxu għall-forniment ta' likwidità f'kundizzjonijiet ta' stress fis-suq. Għalhekk, għandu jkun hemm skema ta' inċentivi li jillimitaw l-irtirar f'daqqa u fuq skala kbira ta' likwidità f'kundizzjonijiet ta' stress fis-suq. Sabiex tiġi evitata applikazzjoni diverġenti ta' dan l-obbligu, huwa importanti li ċ-ċentri tan-negozjar jikkomunikaw l-eżistenza ta' kundizzjonijiet ta' stress fis-suq lill-partijiet kollha tal-iskema għall-ġenerazzjoni tas-suq. Ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom jiġu ddeterminati b'mod eżawrjenti u għalhekk ma jinkludu l-ebda avveniment ta' informazzjoni regolari jew ippjanat minn qabel li jista' jaffettwa l-valur ġust ta' strument finanzjarju minħabba bidliet fil-perċezzjoni tar-riskju tas-suq, kemm jekk iseħħ waqt il-ħinijiet ta' negozju kif ukoll jekk iseħħ barra minnhom.

(9)

Il-membri, il-parteċipanti jew il-klijenti li jkunu ffirmaw ftehim ta' ġenerazzjoni tas-suq għandhom jissodisfaw sett minimu ta' rekwiżiti f'termini ta' preżenza, daqs u firxa fil-każijiet kollha. Madankollu, il-membri, il-parteċipanti jew il-klijenti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti minimi biss f'ċirkostanzi normali ta' kummerċ mhux bilfors ikollhom aċċess għal xi tip ta' inċentiv. Iċ-ċentri tan-negozjar jistgħu jistabbilixxu skemi ta' ġenerazzjoni tas-suq li jippremjaw biss lill-membri, il-parteċipanti jew il-klijenti li jissodisfaw parametri aktar stretti f'termini ta' preżenza, daqs u firxa. L-iskemi għall-ġenerazzjoni tas-suq stabbiliti minn ċentri tan-negozjar għandhom għalhekk jindikaw b'mod ċar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal inċentivi u għandhom iqisu l-kontribuzzjoni effettiva għal-likwidità fiċ-ċentru tan-negozjar imkejla f'termini ta' preżenza, daqs u firxa mill-parteċipanti fl-iskemi.

(10)

Sabiex tiġi evitata applikazzjoni diverġenti ta' dan ir-Regolament u biex tiġi żgurata implimentazzjoni ġusta u mhux diskriminatorja tal-iskemi għall-ġenerazzjoni tas-suq, huwa kruċjali li l-membri, il-parteċipanti u l-klijenti kollha ta' ċentru tan-negozjar jiġu infurmati b'mod ikkoordinat dwar l-okkorrenza ta' ċirkostanzi eċċezzjonali. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-obbligi ta' komunikazzjoni taċ-ċentri tan-negozjar f'dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.

(11)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(12)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(13)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Obbligu għal ditti tal-investiment sabiex jidħlu fi ftehim ta' ġenerazzjoni tas-suq

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jidħlu fi ftehim ta' ġenerazzjoni tas-suq dwar l-istrument jew l-istrumenti finanzjarji li fihom huma jsegwu strateġija ta' ġenerazzjoni tas-suq maċ-ċentru jew ċentri tan-negozjar fejn din l-istrateġija titwettaq fejn, matul nofs il-jiem ta' negozjar matul perjodu ta' xahar, b'eżekuzzjoni tal-istrateġija ta' ġenerazzjoni tas-suq, huma:

(a)

jistabbilixxu kwotazzjonijiet sodi u simultanji fuq iż-żewġ naħat ta' daqs komparabbli u bi prezzijiet kompetittivi

(b)

jinnegozjaw f'isimhom stess f'tal-inqas strument finanzjarju wieħed f'ċentru tan-negozjar wieħed għal mill-inqas 50 % tas-sigħat tan-negozjar ta' kuljum ta' negozjar kontinwu fiċ-ċentru tan-negozjar rispettiv, esklużi l-irkanti tal-ftuħ u tal-għeluq.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(a)

kwotazzjoni għandha titqies bħala kwotazzjoni soda meta din tkun tinkludi ordnijiet u kwotazzjonijiet li skont ir-regoli ta' ċentru tan-negozjar ikunu jistgħu jitqabblu ma' ordni jew kwotazzjoni opposta;

(b)

il-kwotazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala kwotazzjonijiet simultanji fuq iż-żewġ naħat jekk isiru b'tali mod li kemm il-prezz tal-offerta kif ukoll dak tat-talba jkunu jinsabu fir-reġistru tal-ordnijiet fl-istess ħin;

(c)

żewġ kwotazzjonijiet għandhom jitqiesu li jkunu ta' daqs komparabbli meta ma jkunx hemm diverġenza ta' aktar minn 50 % bejn id-daqsijiet tagħhom;

(d)

il-kwotazzjonijiet għandhom jitqiesu li jkollhom prezzijiet kompetittivi meta jkunu mqiegħda mhux 'il barra mill-firxa massima bejn it-talba u l-offerta stabbilita miċ-ċentru tan-negozjar u li tiġi imposta fuq kull ditta tal-investiment li tkun iffirmat ftehim ta' ġenerazzjoni tas-suq ma' dak iċ-ċentru tan-negozjar.

Artikolu 2

Il-kontenut tal-ftehimiet tal-ġenerazzjoni tas-suq

1.   Il-kontenut ta' ftehim bil-miktub vinkolanti msemmi fl-Artikolu 17(3)(b) u fl-Artikolu 48(2) tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jinkludi tal-anqas:

(a)

l-istrument jew l-istrumenti finanzjarji koperti mill-ftehim;

(b)

l-obbligi minimi li jridu jiġu ssodisfati mid-ditta tal-investiment f'termini ta' preżenza, daqs u firxa li għandhom jeħtieġu mill-anqas it-tqegħid ta' kwotazzjonijiet sodi u simultanji fuq iż-żewġ naħat, ta' daqs komparabbli u bi prezzijiet kompetittivi f'tal-inqas strument finanzjarju wieħed fiċ-ċentru tan-negozjar għal tal-inqas 50 % tas-sigħat tan-negozju ta' kuljum li matulhom isir negozjar kontinwu minbarra l-irkanti tal-ftuħ u tal-għeluq u kkalkulati għal kull jum ta' negozjar;

(c)

fejn ikun xieraq, it-termini tal-iskema applikabbli għall-ġenerazzjoni tas-suq;

(d)

l-obbligi tad-ditta tal-investiment fir-rigward tat-tkomplija tan-negozjar wara interruzzjonijiet minħabba l-volatilità;

(e)

l-obbligi tas-sorveljanza, il-konformità u l-awditjar tad-ditta tal-investiment li jippermettulha li tissorvelja l-attività ta' ġenerazzjoni tas-suq tagħha;

(f)

l-obbligu li jiġu mmarkati kwotazzjonijiet sodi ppreżentati liċ-ċentru tan-negozjar skont il-ftehim ta' ġenerazzjoni tas-suq sabiex issir distinzjoni bejn dawk il-kwotazzjonijiet u flussi tal-ordnijiet oħra;

(g)

l-obbligu li jinżammu rekords ta' kwotazzjonijiet sodi u tranżazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq tad-ditta tal-investiment, li jkunu distinti b'mod ċar minn attivitajiet oħra ta' negozjar u li dawn ir-rekords ikunu disponibbli għaċ-ċentru tan-negozjar u għall-awtorità kompetenti fuq talba.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jimmonitorjaw kontinwament il-konformità effettiva tad-ditti tal-investiment rilevanti mal-ftehimiet ta' ġenerazzjoni tas-suq.

Artikolu 3

Ċirkostanzi eċċezzjonali

L-obbligu tad-ditti tal-investiment li jipprovdu likwidità fuq bażi regolari u prevedibbli stabbilit fl-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE ma għandu japplika fl-ebda waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali:

(a)

sitwazzjoni ta' volatilità estrema li tiskatta mekkaniżmi tal-volatilità għall-biċċa l-kbira tal-istrumenti finanzjarji jew is-sottostanti ta' strumenti finanzjarji nnegozjati f'segment tan-negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar li fir-rigward tagħhom japplika l-obbligu li jiġi ffirmat ftehim tal-ġenerazzjoni tas-suq;

(b)

gwerra, azzjoni industrijali, inkwiet ċivili jew sabotaġġ ċibernetiku;

(c)

kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati fejn iż-żamma ta' eżekuzzjoni ġusta, ordinata u trasparenti tat-tranżazzjonijiet tkun kompromessa, u tiġi pprovduta evidenza ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-prestazzjoni tas-sistema taċ-ċentru tan-negozjar tiġi affettwata b'mod sinifikanti minn dewmien u interruzzjonijiet;

(ii)

bosta ordnijiet jew tranżazzjonijiet żbaljati;

(iii)

il-kapaċità taċ-ċentru tan-negozjar sabiex jipprovdi s-servizzi ma tibqax suffiċjenti;

(d)

meta l-kapaċità tad-ditta tal-investiment sabiex iżżomm prattiki tal-immaniġġjar tar-riskju prudenti tkun impedita minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

kwistjonijiet teknoloġiċi, inklużi problemi fi fluss ta' dejta jew f'xi sistema oħra essenzjali biex titwettaq strateġija ta' ġenerazzjoni tas-suq;

(ii)

kwistjonijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju fir-rigward tal-kapital regolatorju, tal-marġinazzjoni u tal-aċċess għal ikklirjar,

(iii)

in-nuqqas ta' kapaċità biex tiġi ħħeġġjata pożizzjoni minħabba projbizzjoni fuq il-bejgħ bin-nieqes;

(e)

għall-istrumenti mhux ta' ekwità, matul il-perjodu ta' sospensjoni msemmi fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 4

Identifikazzjoni ta' ċirkostanzi eċċezzjonali

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw l-okkorrenza taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 3 u, hekk kif ikun teknikament possibbli, it-tkomplija tan-negozju normali tagħhom wara li ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali ma jkunux baqgħu jeżistu.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jistabbilixxu proċeduri ċari biex jerġgħu jinbdew l-attivitajiet ta' negozjar normali wara li ċ-ċirkustanza eċċezzjonali ma tkunx għadha teżisti aktar, inkluż iż-żmien meta jerġgħu jinbdew l-attivitajiet, u għandhom jagħmlu dawn il-proċeduri disponibbli għall-pubbliku.

3.   Iċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx jestendu d-dikjarazzjoni ta' ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-għeluq tas-suq sakemm dan ma jkunx neċessarju fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (b), (c) u (e) tal-Artikolu 3(1).

Artikolu 5

Obbligu għaċ-ċentri tan-negozjar sabiex ikollhom skemi ta' ġenerazzjoni tas-suq

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkollhom skema ta' ġenerazzjoni tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 48(2)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE fis-seħħ ħlief għal xi waħda minn dawn il-klassijiet ta' strumenti finanzjarji nnegozjati permezz ta' sistema ta' negozjar b'reġistru tal-ordnijiet ta' rkant kontinwu:

(a)

ishma u fondi negozjati fil-borża li għalihom hemm suq likwidu kif definit skont l-Artikolu 2(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 (4);

(b)

l-opzjonijiet u l-futuri direttament relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punt (a);

(c)

futuri tal-indiċi tal-ekwità u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità li għalihom hemm suq likwidu kif speċifikat skont il-punt (c) tal-Artikolu 9(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (5).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sistema ta' negozjar b'reġistru tal-ordnijiet ta' rkant kontinwu tfisser sistema li permezz ta' reġistru tal-ordnijiet u algoritmu tan-negozjar imħaddma mingħajr intervent uman tqabbel l-ordnijiet għall-bejgħ mal-ordnijiet għax-xiri fuq il-bażi tal-aħjar prezz disponibbli fuq bażi kontinwa

Artikolu 6

Obbligi minimi fir-rigward tal-iskemi tal-ġenerazzjoni tas-suq

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiċċaraw fl-iskema għall-ġenerazzjoni tas-suq tagħhom, l-inċentivi u r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati f'termini ta' preżenza, daqs u firxa minn ditti tal-investiment sabiex jiksbu aċċess għal dawn l-inċentivi f':

(a)

kundizzjonijiet tan-negozjar normali fejn iċ-ċentru tan-negozjar joffri inċentivi għal dawn il-kundizzjonijiet.

(b)

kundizzjonijiet ta' stress fis-suq, filwaqt li jitqiesu r-riskji addizzjonali f'dawn il-kundizzjonijiet.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jistabbilixxu l-parametri biex jidentifikaw kundizzjonijiet ta' stress fis-suq f'termini ta' bidliet sinifikanti fil-prezzijiet u l-volum fuq terminu qasir. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkunsidraw it-tkomplija tan-negozjar wara interruzzjonijiet minħabba l-volatilità bħala kundizzjonijiet ta' stress fis-suq.

3.   Għall-finijiet tal-punt (a) fil-paragrafu 1, il-postijiet tan-negozjar jistgħu fl-iskemi tal-ġenerazzjoni tas-suq tagħhom jispeċifikaw li l-inċentivi għandhom jingħataw biss lil dak jew dawk li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

Artikolu 7

Skemi tal-ġenerazzjoni tas-suq ġusti u mhux diskriminatorji

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom it-termini tal-iskemi għall-ġenerazzjoni tas-suq, l-ismijiet tad-ditti li ffirmaw ftehimiet ta' ġenerazzjoni tas-suq skont kull waħda minn dawn l-iskemi u l-istrumenti finanzjarji koperti minn dawn il-ftehimiet.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkomunikaw kull bidla fit-termini tal-iskemi tal-ġenerazzjoni tas-suq lill-parteċipanti f'dawk l-iskemi mill-inqas xahar qabel l-applikazzjoni tagħhom.

3.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jipprovdu l-istess inċentivi lill-parteċipanti kollha li jkollhom prestazzjoni ugwali f'termini ta' preżenza, daqs u firxa, fl-iskemi ta' ġenerazzjoni tas-suq tagħhom.

4.   Iċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx jillimitaw l-għadd ta' parteċipanti fi skema ta' ġenerazzjoni tas-suq. Madankollu, jistgħu jillimitaw l-aċċess għall-inċentivi inklużi fl-iskema għal ditti li jkunu laħqu livelli minimi predeterminati.

5.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jimmonitorjaw b'mod kontinwu l-konformità effettiva tal-parteċipanti mal-iskemi ta' ġenerazzjoni tas-suq.

6.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jistabbilixxu proċeduri sabiex jikkomunikaw l-eżistenza ta' kundizzjonijiet ta' stress fis-suq fiċ-ċentru tan-negozjar tagħhom lill-parteċipanti kollha fi skema ta' ġenerazzjoni tas-suq permezz ta' mezzi faċilment aċċessibbli.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni ta' portafolli u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet (ara l-paġna 90 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi (ara l-paġna 229 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/189


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/579

tat-13 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni u biex ma jiġux evitati r-regoli u l-obbligi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 28(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba l-varjetà wiesgħa ta' kuntratti tad-derivattivi barra l-borża (OTC), u sabiex jiġi ddeterminat meta kuntratt tad-derivattivi OTC jista' jitqies li għandu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u biex jispeċifika l-każijiet fejn huwa meħtieġ jew xieraq li jkun impedit li jiġu evitati r-regoli u l-obbligi li jirriżultaw minn kwalunkwe dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandu jiġi adottat approċċ ibbażat fuq il-kriterji.

(2)

L-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jgħid li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 28 u 29 ta' dan ir-Regolament jitqiesu li jkunu ġew issodisfati meta mill-inqas waħda mill-kontropartijiet tkun stabbilita f'pajjiż li għalih il-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni li jiddikjara ekwivalenza skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Dawn l-istandards tekniċi regolatorji għandhom għalhekk japplikaw ukoll għal kuntratti fejn iż-żewġ kontropartijiet ikunu stabbiliti f'pajjiż terz li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar tiegħu jkunu għadhom ma ġewx iddikjarati bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(3)

Ċerta informazzjoni dwar il-kuntratti konklużi minn entitajiet minn pajjiżi terzi xorta waħda tkun disponibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' dawn l-awtoritajiet tal-pajjiż terz sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet relevanti jkunu applikati u infurzati.

(4)

Minħabba r-relazzjoni intrinsika bejn dan ir-Regolament u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2014 (3), it-termini tekniċi neċessarji għal fehim komprensiv tal-istandards tekniċi għandu jkollhom l-istess tifsira.

(5)

Il-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi minn entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi koperti minn garanzija mogħtija minn entitajiet stabbiliti fl-Unjoni joħolqu riskju finanzjarju għall-garanti stabbilit fl-Unjoni. Minħabba li r-riskju jkun jiddependi fuq il-kobor tal-garanzija mogħtija mill-kontropartijiet finanzjarji sabiex tkopri l-kuntratti tad-derivattivi OTC, u minħabba l-interkonnessjonijiet bejn il-kontropartijiet finanzjarji meta mqabblin ma' dawk tal-kontropartijiet mhux finanzjarji, huma biss il-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi minn entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi li huma koperti minn garanzija li taqbeż ċerti limiti kwantitattivi u li tkun ipprovduta minn kontropartijiet finanzjarji stabbiliti fl-Unjoni li għandhom jitqiesu li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni.

(6)

Il-kontropartijiet finanzjarji stabbiliti f'pajjiżi terzi jistgħu jagħmlu kuntratti tad-derivattivi OTC permezz ta' fergħat tagħhom fl-Unjoni. Minħabba l-impatt tal-attività ta' dawn il-fergħat fuq is-suq tal-Unjoni, il-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi bejn dawn il-fergħat tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni.

(7)

Il-kuntratti tad-derivattivi OTC li jsiru minn kontropartijiet speċifiċi bl-għan ewlieni li tiġi evitata l-applikazzjoni tal-obbligu tan-negozjar applikabbli għal entitajiet li li kieku kienu jkunu l-kontropartijiet naturali tal-kuntratt, għandhom jitqiesu li jevadu r-regoli jew l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 minħabba li jfixklu milli jintlaħaq wieħed mill-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(8)

Il-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma parti minn xi arranġament li l-karatteristiċi tiegħu mhumiex sostnuti minn motivazzjoni kummerċjali jew ma għandhomx karattru kummerċjali u li għandhom l-għan primarju li jevitaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, inklużi r-regoli dwar il-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni, jitqiesu li qed jevadu r-regoli u l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament.

(9)

Sitwazzjonijiet fejn il-komponenti individwali tal-ftehim jkunu inkonsistenti mas-sustanza legali tal-ftehim sħiħ, fejn il-ftehim isir b'tali mod li mhux il-mod kif normalment wieħed jistenna li jsir negozju raġonevoli, meta l-ftehim jew is-sensiela ta' ftehimiet ikunu jinkludu elementi li għandhom l-effett li jpaċu jew li jannullaw is-sustanza ekonomika reċiproka tagħhom, meta t-tranżazzjonijiet ikunu ta' natura ċirkolari, għandhom jitqiesu bħala indikaturi ta' ftehim artifiċjali jew sensiela ta' ftehimiet artifiċjali.

(10)

Minħabba li entitajiet ta' pajjiżi terzi milquta minn dawn l-istandards tekniċi regolatorji jeħtieġu ż-żmien sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 meta l-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawn l-istandards tekniċi regolatorji biex jitqiesu li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni, huwa xieraq li l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni li fiha dawk il-kundizzjonijiet tiġi ttardjata b'sitt xhur.

(11)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data.

(12)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(13)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tapplika d-definizzjoni li ġejja:

 

“garanzija” tfisser obbligu ġuridiku dokumentat b'mod espliċitu minn garanti li jagħmel tajjeb għal pagamenti tal-ammonti dovuti jew li jistgħu jsiru dovuti skont il-kuntratti tad-derivattivi OTC koperti minn din il-garanzija u li daħlet għalihom l-entità ggarantita favur il-benefiċjarju, meta jkun hemm każ ta' inadempjenza kif definit fil-garanzija jew fejn ma jkun sar l-ebda pagament mill-entità ggarantita.

Artikolu 2

Kuntratti b'effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni

1.   Kuntratt tad-derivattivi OTC jitqies li għandu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni meta mill-inqas entità ta' pajjiż terz tibbenefika minn garanzija pprovduta minn kontroparti finanzjarja stabbilita fl-Unjoni li tkopri l-obbligazzjonijiet kollha, jew parti minnhom, li jirriżulataw minn kuntratt tad-derivattivi OTC, sal-punt li l-garanzija tkun tissodisfa dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun tkopri l-obbligazzjonijiet kollha ta' entità minn pajjiż terz li jirriżultaw minn kuntratt jew bosta kuntratti tad-derivattivi OTC, għall-ammont nozzjonali aggregat ta' mill-inqas EUR 8 biljun jew l-ammont ekwivalenti fil-munita barranija rilevanti, jew tkun tkopri biss parti mill-obbligazzjonijiet ta' entità minn pajjiż terz li jirriżultaw minn kuntratt jew bosta kuntratti tad-derivattivi OTC għall-ammont nozzjonali aggregat ta' mill-inqas EUR 8 biljun jew l-ammont ekwivalenti fil-munita barranija rilevanti, diviż bil-perċentwal tal-obbligazzjonijiet koperti;

(b)

tkun mill-inqas daqs 5 fil-mija tas-somma tal-iskoperturi attwali, kif definit fl-Artikolu 272(17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fil-kuntratti tad-derivattivi OTC tal-kontroparti finanzjarja li toħroġ il-garanzija u li tkun stabbilita fl-Unjoni.

2.   Meta tinħareġ garanzija għall-ammont massimu li hu taħt il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1(a), il-kuntratti koperti minn din il-garanzija ma jitqisux li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni sakemm l-ammont tal-garanzija ma jiżdiedx, f'liema każ l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni jerġa' jiġi vvalutat mill-garanti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fil-jum meta ssir iż-żieda.

3.   Meta obbligazzjoni li tirriżulta minn kuntratt jew bosta kuntratti tad-derivattivi OTC tkun taħt il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1(a), dawn il-kuntratti ma jitqisux li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni anke meta l-ammont massimu tal-garanzija li tkopri din l-obbligazzjoni jkun daqs jew jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1(a) u anki meta l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(b) tkun intlaħqet.

4.   Jekk ikun hemm żieda fl-obbligazzjoni li tirriżulta minn kuntratti ta' derivattivi OTC jew minn tnaqqis fl-iskopertura attwali, il-garanti jivvaluta mill-ġdid jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 intlaħqux. Din il-valutazzjoni ssir rispettivment fil-jum li fih tiżdied l-obbligazzjoni għall-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 1(a) u ta' kull xahar għall-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 1(b).

5.   Il-kuntratti tad-derivattivi OTC b'ammont nozzjonali aggregat ta' mill-inqas EUR 8 biljun jew bl-ammont ekwivalenti fil-munita barranija rilevanti konklużi qabel ma tinħareġ garanzija jew qabel ma tiżdied, u li sussegwentement ikunu koperti minn garanzija li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, jitqiesu li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni.

6.   Kuntratt tad-derivattivi OTC jitqies li għandu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni meta ż-żewġ entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz jidħlu f'kuntratt tad-derivattivi OTC permezz tal-fergħat tagħhom fl-Unjoni u jkunu jikkwalifikaw bħala kontropartijiet finanzjarji li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 3

Każijiet fejn huwa meħtieġ jew xieraq li jiġi impedit l-evitar tar-regoli jew tal-obbligi previsti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014

1.   Kuntratt tad-derivattivi OTC jitqies li ġie mfassal b'tali mod biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta' xi dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jekk il-mod li bih sar dan il-kuntratt jitqies, meta wieħed jarah b'mod sħiħ u wara li jittieħdu inkonsiderazjoni ċ-ċirkostanzi kollha, li l-iskop ewlieni tiegħu huwa li tiġi evitata l-applikazzjoni ta' xi dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kuntratt jitqies li ġie mfassal b'tali mod biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta' xi dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jekk l-għan ewlieni ta' arranġament, jew serje ta' arranġamenti marbutin mal-kuntratt tad-derivattivi OTC huwa li jxejjen l-oġġett, l-ispirtu u l-iskop ta' kwalunkwe dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li li kieku tkun tapplika anki meta l-kuntratt ikun parti minn arranġament artifiċjali jew sensiela artifiċjali ta' arranġamenti.

3.   Arranġament li intrinsikament ma għandux motivazzjoni u karattru kummerċjali jew ġustifikazzjoni ekonomika rilevanti, u jikkonsisti f'kuntratt, tranżazzjoni, skema, azzjoni, operazzjoni, ftehim, għotja, qbil, wegħda, impenn jew event jitqies bħala arranġament artifiċjali. L-arranġament jista' jinkludi aktar minn stadju jew parti waħda.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2014 tat-13 ta' Frar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni, u biex ma jkunx hemm l-evażjoni ta' regoli jew ta' obbligi (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/193


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/580

tal-24 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għaż-żamma tad-dejta rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 25(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikunu liberi jiddeterminaw il-mod li bih iżommu r-rekords tad-dejta rilevanti relatata mal-ordnijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji. Madankollu, sabiex ikunu jistgħu jsiru ġbir, tqabbil u analiżi effettivi u effiċjenti tad-dejta rilevanti tal-ordni għall-fini tal-monitoraġġ tas-suq, din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti bl-użu ta' standards u formati uniformi meta awtorità kompetenti titlob tali informazzjoni skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(2)

Sabiex ikunu żgurati ċ-ċarezza, iċ-ċertezza legali u tiġi evitata ħażna doppja tal-istess informazzjoni dan ir-Regolament għandu jkopri l-elementi kollha tad-dejta relatati mal-ordnijiet, inkluż id-dettalji li jridu jiġu rrappurtati skont l-Artikolu 26(1) u (3).

(3)

Sabiex jiġi identifikat u investigat b'mod effettiv abbuż potenzjali tas-suq jew tentattivi tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti jeħtiġilhom jidentifikaw fil-pront il-persuni u l-entitajiet li jistgħu jkunu involuti b'mod sinifikanti fil-proċess tal-ordni, inkluż membri jew parteċipanti taċ-ċentri tan-negozjar, l-entitajiet responsabbli għall-investiment u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, is-sensara mhux eżekuttivi u l-klijenti li f'isimhom ikunu nbdew l-ordinijiet. Għaldaqstant l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu deżinjazzjonijiet għal dawn il-partijiet.

(4)

Sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw b'mod aktar effiċjenti x-xejriet suspettużi ta' mġiba abbużiva potenzjali li toriġina minn klijent partikolari, inkluż meta l-klijent ikun qed jopera permezz ta' għadd ta' ditti ta' investiment, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom jirrekordjaw l-identità tal-klijenti li l-membri jew il-parteċipanti tagħhom ikunu ressqu l-ordni f'isimhom. L-operaturi għandhom jidentifikaw lil dawk il-klijenti permezz ta' identifikaturi uniċi biex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ċerta u effiċjenti ta' dawn il-persuni u b'hekk jiffaċilitaw analiżi aktar effettiva ta' abbuż potenzjali tas-suq li l-klijenti jistgħu jkunu involuti fih.

(5)

L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx ikunu meħtieġa jirrekordjaw l-identifikaturi tal-klijent għall-klijenti kollha fil-katina tan-negozjar iżda biss tal-klijent li f'ismu l-membru jew il-parteċipant issottomessal-ordni.

(6)

L-identifikazzjoni tal-istrateġiji tal-ġenerazzjoni tas-suq jew attivitajiet simili hija importanti sabiex tippermetti l-identifikazzjoni effiċjenti ta' manipulazzjoni tas-suq. Dan jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jiddistingwu l-flussi tal-ordnijiet li jkunu ġejjin minn ditta tal-investiment li tkun qed taġixxi fuq il-bażi ta' termini stabbiliti minn qabel mill-emittent tal-istrument li huwa s-suġġett tal-ordni jew miċ-ċentru tan-negozjar fejn tiġi sottomessal-ordni mill-fluss tal-ordni li jkun ġej minn ditta tal-investiment li tkun qed taġixxi fuq id-diskrezzjoni tagħha stess jew tal-klijent tagħha.

(7)

Għandu jinżamm rekord tad-data u l-ħin preċiżi u d-dettalji ta' kwalunkwe pjazzament, modifika, kanċellazzjoni, ċaħda jew eżekuzzjoni ta' ordni. Din tippermetti li jiġu mmoniterjati l-bidliet fl-ordni tul ħajjietha, ħaġa li tista' tkun sinifikanti fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta' manipulazzjoni tas-suq u mġiba antiċipattiva (front running) potenzjali.

(8)

Sabiex tiġi żgurata stampa preċiża u sħiħa tal-ktieb tal-ordnijiet taċ-ċentru tan-negozjar, l-awtoritajiet kompetenti jitolbu informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta' negozjar fejn jiġu nnegozjati strumenti finanzjarji. Din l-informazzjoni tista' tintuża b'mod partikolari sabiex jiġi ddeterminat meta jibdew u jintemmu l-perjodi tal-irkant jew tan-negozjar kontinwu u jekk l-ordnijiet jikkawżawx interruzzjonijiet mhux skedati. Din l-informazzjoni hija wkoll meħtieġa biex jiġi identifikat kif se jinteraġixxu l-ordnijiet, partikolarment meta s-sessjonijiet jintemmu f'perjodi aleatorji, bħal f'irkant. Informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-volumi indikattivi diżinkroċati wkoll tassisti fl-analiżi ta' manipulazzjoni possibbli ta' irkant. Peress li ordni waħda jista' jkollha impatt kemm fuq il-prezz diżinkroċat tal-irkant, il-volum diżinkroċat tal-irkant jew fuq it-tnejn, l-awtoritajiet kompetenti jeħtiġilhom jaraw l-impatt ta' kull ordni fuq dawn il-valuri. Mingħajr din l-informazzjoni, ikun diffiċli li jiġi identifikat liema ordni kellha impatt fuq dawk il-valuri. Barra minn hekk, għandu jiġi assenjat numru tas-sekwenza għal kull event rilevanti sabiex tiġi ddeterminata s-sekwenza tal-eventi meta żewġ jew aktar eventi jseħħu fl-istess ħin.

(9)

L-ispeċifikazzjoni tal-pożizzjoni tal-ordnijiet fi ktieb tal-ordnijiet tippermetti r-rikostruzzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet u l-analiżi tas-sekwenza tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet, li hija element importanti tas-sorveljanza tal-abbuż tas-suq. Il-pożizzjoni assenjata lil ordni tiddependi fuq kif inhija ddeterminata l-prijorità mis-sistema tan-negozjar. Għalhekk, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom jassenjaw u jżomm id-dettalji tal-prijorità tal-ordnijiet skont il-prijorità tal-ħin meta jidher il-prezz jew il-metodu tal-prijorità tad-daqs u l-ħin.

(10)

Sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ effettiv tas-suq huwa meħtieġ li l-ordnijiet ikunu jistgħu jitrabtu mat-tranżazzjonijiet korrispondenti tagħhom. Għaldaqstant l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom inżammu kodiċijiet distinti tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni li jorbtu l-ordnijiet mat-tranżazzjonijiet.

(11)

L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom, għal kull ordni li jirċievu, jirrekordjaw u jżommu t-tip tal-ordni u l-istruzzjonijiet speċifiċi relatati, li flimkien jistabbilixxu kif kull ordni għandha tiġi maniġġjata mill-magni tat-tqabbil tagħhom, skont il-klassifikazzjoni tagħhom stess. Din l-informazzjoni dettaljata hija essenzjali biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw, bħala parti mis-sorveljanza tal-abbuż tas-suq tagħhom, l-attività tan-negozjar fil-ktieb tal-ordnijiet ta' ċentru tan-negozjar partikolari u b'mod partikolari biex jirreplikaw kif kull ordni taġixxi fil-ktieb tal-ordnijiet. Madankollu, minħabba l-firxa wiesgħa ta' tipi ta' ordnijiet eżistenti u potenzjali ġodda li joħolqu l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar u t-teknikalitajiet speċifiċi marbuta ma' din tal-aħħar, iż-żamma ta' din l-informazzjoni dettaljata skont is-sistema tal-klassifikazzjoni interna tal-operaturi, bħalissa tista' ma tippermettix lill-awtoritajiet kompetenti jirreplikaw l-attività tal-ktieb tal-ordnijiet taċ-ċentri tan-negozjar kollha b'mod konsistenti. Għaldaqstant, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu f'pożizzjoni li jillokalizzaw eżattament kull ordni fil-ktieb tal-ordnijiet, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom ukoll jikklassifikaw kull ordni li tiġi riċevuta jew bħala ordni ta' limitu meta l-ordni tkun negozjabbli jew bħala ordni ta' waqfien meta l-ordni ssir negozjabbli biss mar-realizzazzjoni ta' event prideterminat ta' prezz.

(12)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data.

(13)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(14)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu, standards u format tad-dejta tal-ordni rilevanti

1.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tagħhom id-dettalji ta' kull ordni reklamata permezz tas-sistemi tagħhom stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 13 kif speċifikat fit-tieni u t-tielet kolonna tat-Tabella 2 tal-Anness sakemm dawn jirrigwardaw l-ordni konċernata.

2.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jitolbu xi dettalji msemmija fil-paragrafu 1 skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom jipprovdu dawn id-dettalji billi jużaw l-istandards u l-formati preskritti fir-raba' kolonna tat-Tabella 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Identifikazzjoni tal-partijiet rilevanti

1.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu rekords dwar dan li ġej għall-ordnijiet kollha:

(a)

il-membru jew il-parteċipant ta' ċentru tan-negozjar li ssottometta l-ordni liċ-ċentru tan-negozjar, identifikat kif speċifikat fil-kaxxa 1 tat-Tabella 2 tal-Anness;

(b)

il-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter fil-membru jew fil-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar għand minn ġiet sottomessal-ordni u li huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment fir-rigward tal-ordni, identifikat kif speċifikat fil-kaxxa 4 tat-Tabella 2 tal-Anness;

(c)

il-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter fil-membru jew fil-parteċipant taċ-ċentru ta' negozjar li huwa responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-ordni, identifikat kif speċifikat fil-kaxxa 5 tat-Tabella 2 tal-Anness;

(d)

il-membru jew il-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar li dderiġa (routed) l-ordni għal u f'isem membru jew parteċipant ieħor taċ-ċentru tan-negozjar, identifikat bħala sensar mhux eżekuttiv kif speċifikat fil-kaxxa 6 tat-Tabella 2 tal-Anness;

(e)

il-klijent f'isem min il-membru jew il-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar issottometta l-ordni liċ-ċentru tan-negozjar, identifikat kif speċifikat fil-kaxxa 3 tat-Tabella 2 tal-Anness.

2.   Meta membru jew parteċipant jew klijent ta' ċentru tan-negozjar ikun awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li jalloka ordni lill-klijent wara s-sottomissjoni tal-ordni liċ-ċentru tan-negozjar u jkun għadu ma allokax l-ordni lill-klijent tiegħu meta ssir is-sottomissjoni tal-ordni, dik l-ordni għandha tiġi identifikaata kif speċifikat fil-kaxxa 3 tat-Tabella 2 tal-Anness.

3.   Meta jiġu sottomessi flimkien diversi ordnijiet liċ-ċentru tan-negozjar bħala ordni aggregata, l-ordni aggregata għandha tiġi identifikata kif speċifikat fil-kaxxa 3 tat-Tabella 2 tal-Anness.

Artikolu 3

Il-kapaċità tan-negozjar tal-membri jew il-parteċipanti ta' ċentru tan-negozjar u l-attività ta' forniment tal-likwidità

1.   Il-kapaċità tan-negozjar li biha l-membru jew il-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar jissottometti ordni għandha tkun identifikata kif speċifikat fil-kaxxa 7 tat-Tabella 2 tal-Anness.

2.   L-ordnijiet li ġejjin għandhom jiġu identifikati kif speċifikat fil-kaxxa 8 tat-Tabella 2 tal-Anness:

(a)

ordni sottomessa lil ċentru tan-negozjar minn membru jew parteċipant bħala parti minn strateġija ta' ġenerazzjoni tas-suq skont l-Artikoli 17 u 48 tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(b)

ordni sottomessa lil ċentru tan-negozjar minn membru jew parteċipant bħala parti minn kwalunkwe attività ta' forniment tal-likwidità oħra mwettqa fuq bażi ta' termini prideterminati jew mill-emmitent tal-istrument li huwa s-suġġett tal-ordni jew minn dak iċ-ċentru tan-negozjar.

Artikolu 4

Rekordjar tad-data u l-ħin

1.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu rekord tad-data u l-ħin tal-okkorrenza ta' kull event elenkat fil-Kaxxa 21 tat-Tabella 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, bil-livell ta' preċiżjoni speċifikat fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 (4) kif speċifikat fil-kaxxa 9 tat-Tabella 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament. Minbarra għar-rekordjar tad-data u l-ħin tar-rifjut ta' ordnijiet minn ċentru tan-negozjar, l-eventi kollha msemmija fil-kaxxa 21 tat-Tabella 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu rrekordjati billi jintużaw l-arloġġi tan-negozju użati mill-magni tat-tqabbil taċ-ċentru tan-negozjar.

2.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu rekord tad-data u l-ħin ta' kull element tad-dejta elenkat fil-kaxxi 49, 50 u 51 tat-Tabella 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, bil-livell ta' preċiżjoni speċifikat fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Artikolu 5

Perjodu ta' validità u restrizzjonijiet tal-ordnijiet

1.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu rekord tal-perjodi tal-validità u tar-restrizzjonijiet tal-ordnijiet li huma elenkati fil-kaxxi 10 u 11 tat-Tabella 2 tal-Anness.

2.   Ir-rekords tad-dati u l-ħinijiet fir-rigward tal-perjodi tal-validità għandhom jinżammu kif speċifikat fil-kaxxa 12 tat-Tabella 2 tal-Anness għal kull perjodu ta' validità.

Artikolu 6

Prijorità u numru tas-sekwenza

1.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar li joperaw sistemi tan-negozjar fuq il-prijorità tal-ħin tal-viżibilità tal-prezz għandhom iżommu rekord tal-kronogramma tal-prijorità għall-ordnijiet kollha kif speċifikat fil-kaxxa 13 tat-Tabella 2 tal-Anness. Il-kronogramma tal-prijorità għandha tiżamm bl-istess livell ta' preċiżjoni speċifikat fl-Artikolu 4(1).

2.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar li joperaw sistemi tan-negozjar fuq il-prijorità tad-daqs u l-ħin għandhom iżommu rekord tal-kwanitajiet li jiddeterminaw il-prijorità tal-ordnijiet kif speċifikat fil-kaxxa 14 tat-Tabella 2 tal-Anness kif ukoll tal-krongramma tal-prijorità msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Operaturi ta' ċentri tan-negozjar li jużaw taħlita ta' prijorità skont il-prezz, il-viżibilità u l-ħin u prijorità skont id-daqs u l-ħin u juru l-ordnijiet fil-ktieb tal-ordnijiet tagħhom skont il-prijorità tal-ħin għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 1.

4.   Operaturi ta' ċentri tan-negozjar li jużaw kombinazzjoni ta' prijorità skont il-prezz, il-viżibilità u l-ħin u prijorità skont id-daqs u l-ħin u juru l-ordnijiet fil-ktieb tal-ordnijiet tagħhom skont il-prijorità tad-daqs u l-ħin għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 2.

5.   L-operaturi taċ-ċentri ta' negozjar għandhom jassenjaw u jżommu numru tas-sekwenza għall-eventi kollha kif speċifikat fil-kaxxa 15 tat-Tabella 2 tal-Anness.

Artikolu 7

Kodiċi tal-identifikazzjoni għal ordnijiet fi strumenti finanzjarji

1.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu kodiċi ta' identifikazzjoni individwali għal kull ordni kif speċifikat fil-kaxxa 20 tat-Tabella 2 tal-Anness. Il-kodiċi tal-identifikazzjoni għandu jkun uniku għal kull ktieb tal-ordnijiet, għal kull jum ta' negozjar u għal kull strument finanzjarju. Huwa għandu japplika minn meta tasal l-ordni mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar sat-tneħħija tal-ordni mill-ktieb tal-ordnijiet. Il-kodiċi ta' identifikazzjoni għandu japplika wkoll għall-ordnijiet miċħuda irrispettivament mir-raġuni taċ-ċaħda.

2.   L-operatur taċ-ċentru tan-negozjar għandu jżomm id-dettalji rilevanti tal-ordnijiet ta' strateġija b'funżjonalità impliċita (strategy orders with implied functionality — SOIF) li jitqassmu lill-pubbliku kif speċifikat fl-Anness. Il-kaxxa 33 tat-Tabella 2 tal-Anness għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-ordni hija ordni impliċita.

Mal-eżekuzzjoni tas-SOIF, li d-dettalji tagħha għandhom jinżammu mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar kif speċifikat fl-Anness.

Mal-eżekuzzjoni tas-SOIF, kodiċi tal-identifikazzjoni ta' ordni marbuta mal-istrateġija għandu jiġi indikat bl-użu tal-istess kodiċi ta' identifikazzjoni tal-ordnijiet kollha marbuta mal-istrateġija partikolari. Il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-ordni marbuta mal-istrateġija għandu jkun kif speċifikat fil-kaxxa 46 tat-Tabella 2 tal-Anness.

3.   Ordnijiet sottomessi lil ċentru tan-negozjar li jippermettu strateġija ta' routing għandhom jiġu identifikati minn dak iċ-ċentru ta' negozjar bħala “routed” kif speċifikat fil-kaxxa 33 tat-Tabella 2 tal-Anness meta dawn jiġu diretti lejn ċentru tan-negozjar ieħor. Ordnijiet sottomessi lil ċentru tan-negozjar li jippermettu strateġija ta' routing għandhom iżommu l-istess kodiċi ta' identifikazzjoni tul ħajjithom kollha, irrispettivament minn jekk il-kwantità li jifdal terġax tiddaħħal fil-ktieb tal-ordnijiet tad-dħul.

Artikolu 8

Eventi li jaffettwaw l-ordnijiet fi strumenti finanzjarji

L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu rekord tad-dettalji msemmija fil-kaxxa 21 tat-Tabella 2 tal-Anness fir-rigward tal-ordnijiet ġodda.

Artikolu 9

Tip ta' ordni fi strumenti finanzjarji

1.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu rekord tat-tip ta' ordni għal kull ordni li tasal billi jużaw il-klassifikazzjoni tagħhom stess kif speċifikat fil-kaxxa 22 tat-Tabella 2 tal-Anness.

2.   L-operaturi tal-postijiet tan-negozjar għandhom jikklassifikaw kull ordni li tasal jew bħala ordni ta' limitu jew bħala ordni ta' waqfien kif speċifikat fil-kaxxa 23 tat-Tabella 2 tal-Anness.

Artikolu 10

Prezzijiet marbuta mal-ordnijiet

L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu rekord tad-dettalji kollha marbuta tal-prezzijiet imsemmija fit-Taqsima I tat-Tabella 2 tal-Anness dment li jkunu jappartjenu lill-ordnijiet.

Artikolu 11

Struzzjonijiet tal-ordnijiet

L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu rekords tal-istruzzjonijiet tal-ordnijiet kollha li jirċievu għal kull ordni kif speċifikat fit-Taqsima J tat-Tabella 2 tal-Anness.

Artikolu 12

Kodiċi tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar

L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu kodiċi ta' identifikazzjoni individwali tat-tranżazzjonijiet għal kull tranżazzjoni li tirriżulta mill-eżekuzzjoni sħiħa jew parzjali ta' ordni kif speċifikat fil-kaxxa 48 tat-Tabella 2 tal-Anness.

Artikolu 13

Fażijiet tan-negozjar u prezz u volum indikattiv tal-irkant

1.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iżommu rekord tad-dettalji tal-ordnijiet kif speċifikat fit-Taqsima K tat-Tabella 2 tal-Anness.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu d-dettalji msemmija fit-Taqsima K skont l-Artikolu 1, id-dettalji msemmija fil-kaxxi 9 u 15 sa 18 tat-Tabella 2 tal-Anness għandhom jitqiesu wkoll bħala dettalji tal-ordni konċernata minn dik it-talba.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju (ara l-paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

Tabella 1

Tifsira għat-Tabella 2

SIMBOLU

TIPI TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217.

{DATE_TIME_FORMAT}

Il-format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJThh:mm:ss.ddddddZ.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“Ħ” — tfisser li l-ittra “Ħ” għandha tintuża

“ss” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{DATEFORMAT}

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandhom jiġu fformattjati skont il-format li ġej:

SSSS-XX-JJ.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifra b'kollox li minnhom sa m ċifra jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b'“–” (minus);

Il-valuri huma arrotondati u mhux tronkati.

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sa n ċifra b'kollox

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi ta' numri sħaħ

{ISIN}

12 karattri alfanumeriċi

Kodiċi ISIN kif definit f'ISO 6166

{LEI}

20 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tal-entità ġuridika kif definit f'ISO 17442

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.

{NATIONAL_ID}

35 karattri alfanumeriċi

L-identifikatur huwa dak stabbilit fl-Artikolu 6 u fl-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (1)


Tabella 2

Dettalji tal-ordnijiet

N.

Kaxxa

Kontenut tad-dettalji tal-ordnijiet li għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti

Standards u formati tad-dettalji tal-ordnijiet li għandhom jintużaw meta tingħata d-dejta rilevanti tal-ordni lill-awtorità kompetenti fuq talba

Taqsima A — Identifikazzjoni tal-partijiet rilevanti

1

Identifikazzjoni tal-entità li ssottomettiet l-ordni

L-identità tal-membru jew tal-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar. Fil-każ ta' Aċċess Elettroniku Dirett (Direct Electronic Access — DEA) l-identità għandha tkun dik tal-fornitur tad-DEA.

{LEI}

2

Aċċess Elettroniku Dirett (Direct Electronic Access — DEA)

“veru” meta l-ordni kienet sottomessa liċ-ċentru tan-negozjar permezz ta' DEA kif definit fl-Artikolu 4(1)(41) tad-Direttiva 2014/65/UE.

“falz” meta l-ordni ma kinitx sottomessa liċ-ċentru tan-negozjar permezz ta' DEA kif definit fl-Artikolu 4(1)(41) tad-Direttiva 2014/65/UE.

“veru”

“falz”

3

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-klijent

Il-kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-klijent tal-membru jew tal-parteċipant fiċ-ċentru tan-negozjar. Fil-każ ta' DEA għandu jintuża l-kodiċi tad-DEA tal-utent.

Meta l-klijent ikun entità ġuridika għandu jintuża l-kodiċi LEI tal-klijent.

Meta l-klijent ma jkunx entità ġuridika għandu jintuża {NATIONAL_ID}.

Fil-każ ta' ordnijiet aggregati, għandha tintuża l-markatura AGGR kif speċifikat fl-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament.

Fil-każ ta' allokazzjonijiet pendenti, għandha tintuża l-markatura PNAL kif speċifikat fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta biss jekk il-membru jew il-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar ma jkollux klijenti.

{LEI}

{NATIONAL_ID}

“AGGR” — ordnijiet aggregati

“PNAL” — allokazzjonijiet pendenti

4

Deċiżjoni ta' investiment fi ħdan id-ditta

Kodiċi użata biex jidentifika lill-persuna jew lill-algoritmu fil-membru jew fil-parteċipant taċ-ċentru ta' negozjar li huwa responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

Meta persuni fiżiċi fil-membru jew fil-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar tkun responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment, il-persuna li tkun responsabbli jew li jkollha r-responsabilità ewlenija għad-deċiżjoni tal-investiment għandha tiġi identifikata permezz tal-{NATIONAL_ID}

Meta algoritmu jkun responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment il-kaxxa għandha timtela skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta d-deċiżjoni tal-investiment ma tkunx saret minn persuna jew algoritmu fil-membru jew fil-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar.

{NATIONAL_ID} — Perżuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

5

L-eżekuzzjoni fid-ditta

Kodiċi użat biex jidentifika lill-persuna jew lill-algoritmu fil-membru jew fil-parteċipant taċ-ċentru ta' negozjar li huwa responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni li tirriżulta mill-ordni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590. Meta persuna fiżika tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, il-persuna għandha tiġi identifikata minn {NATIONAL_ID}

Meta algoritmu jkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, din il-kaxxa għandha timtela skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

Meta aktar minn persuna waħda jew taħlita ta' persuni u algoritmi jkunu involuti fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, il-membru jew il-parteċipant jew il-klijent taċ-ċentru tan-negozjar għandhom jistabilixxu l-operatur tas-suq jew l-algoritmu primarjament responsabbli kif speċifikat fl-Artikolu 9(4) tal-Regolament Delegat (UE) 2017/590 u din il-kaxxa timtela bl-identità ta' dak l-operatur tas-suq jew l-algoritmu.

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

6

Sensar mhux eżekuttiv

Skont l-Artikolu 2(d).

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta mhux rilevanti.

{LEI}

Taqsima B — Kapaċità kummerċjali u l-forniment ta' likwidità

7

Kapaċità tan-negozjar

Indikazzjoni dwar jekk is-sottomissjoni tal-ordni rriżultatx mill-membru jew mill-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar li jwettaq negozjar matched principle skont l-Artikolu 4(38) tad-Direttiva 2014/65/UE jew li jinnegozja f'Isimu stess skont l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Meta s-sottomissjoni tal-ordni ma tirriżultax mill-membru jew mill-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar li jwettaq negożjar matched principle jew li jinnegozja f'Isimu stess, il-kaxxa għandha tindika li t-tranżazzjoni twettqet taħt xi kapaċità oħra.

“DEAL” — Negozjar għan-nom proprju

“MTCH” — Matched principal

“OTHR” — Kwalunkwe kapaċità oħra

8

Attività ta' forniment ta' likwidità

Indikazzjoni dwar jekk ordni ġietx sottomessa lil ċentru tan-negozjar bħala parti minn strateġija ta' ġenerazzjoni tas-suq skont l-Artikoli 17 u 48 tad-Direttiva 2014/65/UE jew jekk ġietx sottomessa bħala parti minn attività oħra f'konformità mal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

“veru”

“falz”

Taqsima C — Data u ħin

9

Id-data u l-Ħin

Id-data u l-ħin ta' kull event elenkat fit-Taqsima [G] u [K].

{DATE_TIME_FORMAT}

L-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Taqsima D — Perjodu ta' validità u restrizzjonijiet tal-ordnijiet

10

Il-perjodu tal-validità

Good-For-Day: l-ordni tiskadi fi tmiem il-jum ta' negozju li fih din tkun iddaħħlet fil-ktieb tal-ordnijiet.

“DAVY” — Good-For-Day

Good-Till-Cancelled: l-ordni se tibqa' attiva fil-ktieb tal-ordnijiet u tista' tkun eżekwibbli sakemm tiġi attwalment ikkanċellata.

“GTCV” — Good-Till-Cancelled

Good-Till-Time: l-ordni tiskadi mhux iktar tard minn xi ħin prideterminat fis-sessjoni ta' negozjar attwali.

“GTTV” — Good-Till-Time

Good-Till-Date: l-ordni tiskadi fi tmiem data speċifikata.

“GTDV” — Good-Till-Date

Good-Till-Specified Date and Time: l-ordni tiskadi f'Data u ħin speċifikati.

“GTSV” — Good-Till-Specified Date and Time

Good After Time: l-ordni tkun attiva biss wara ħin prideterminat fis-sessjoni ta' negozjar attwali.

“GATV” — Good After Time

Good After Date: l-ordni tkun attiva biss mill-bidu ta' data prideterminata.

“GADV” — Good After Date

Good After Specified Date and Time: l-ordni tkun attiva biss minn ħin prideterminat f'Data prideterminata.

“GASV” — Good After Specified Date and Time

Immediate-Or-Cancel: ordni li tiġi eżegwita malli tidħol fil-ktieb tal-ordnijiet (għall-kwantità li tista' tkun eżegwita) u li ma tibqax fil-ktieb tal-ordnijiet għall-kwantità li jifdal (jekk ikun hemm) li ma tkunx ġiet eżegwita.

“IOCV” — Immediate-Or-Cancel

Fill-Or-Kill: ordni li tiġi eżegwita malli tidħol fil-ktieb tal-ordnijiet dment li tkun tista' tiġi eżegwita kollha: f'każ li l-ordni tkun tista' tiġi eżegwita parzjalment biss, din tiġi miċħuda awtomatikament u għaldaqstant ma tkunx tista' tiġi eżegwita.

“FOKV” — Fill-Or-Kill

jew

{ALPHANUM-4} karattri li ma jkunux qed jintużaw diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

Oħrajn: kwalunkwe indikazzjoni addizzjonali li tkun unika għal mudelli ta' operat, pjattaformi jew sistemi ta' negozjar speċifiċi

 

11

Ordni ta' restrizzjoni

Good For Closing Price Crossing Session: meta ordni tikkwalifika għas-sessjoni tat-tqabbil prezzijiet tal-għeluq.

“SESR” — Good For Closing Price Crossing Session

Valid For Auction: l-ordni tkun attiva biss u tkun tista' tiġi eżekwita biss fil-fażijiet tal-irkant (li jistgħu jkunu pridefiniti mill-membru jew mill-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar li ssottometta l-ordni, pereż. irkanti tal-ftuħ u/jew l-għeluq u/jew irkanti dakinhar).

“VFAR” — Valid For Auction

Valid For Continuous Trading only: l-ordni tkun attiva biss matul negozjar kontinwu.

“VFCR” — Valid For Continuous Trading only

Oħrajn: kwalunkwe indikazzjoni addizzjonali li tkun unika għal mudelli ta' operat, pjattaformi jew sistemi ta' negozjar speċifiċi

{ALPHANUM-4} karattri li ma jkunux qed jintużaw diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

Meta jkunu applikabbli diversi tipi din il-kaxxa għandha timtela b“Diversi markaturi separati b”Virgola.

12

Perjodu u ħin tal-validità

Din tirreferi għall-kronogramma li tirrifletti l-ħin li fih l-ordni ssir attiva jew li fih titneħħa għal kollox mill-ktieb tal-ordnijiet

Good for day: id-data tad-dħul bil-kronogramma immedjatament qabel nofsillejl

Good till tim: id-data tad-dħul u l-ħin sa dawk speċifikati fl-ordni

Good till date: se tkun id-data speċifikata tal-iskadenza bil-kronogramma immedjatament qabel nofsillejl

Good till specified date and time: id-data u l-ħin speċifikati tal-iskadenza

Good after time: id-data tad-dħul u l-ħin speċifikat ta' meta l-ordni ssir attiva

Good after date: id-data speċifikata tad-dħul bil-kronogramma immedjatament wara nofsillejl

Good after specified date and time: id-data u l-ħin speċifikati ta' meta l-ordni ssir attiva

Good till Cancel: id-data u l-ħin aħħarin meta l-ordni titneħħa awtomatikament mill-operazzjonijiet tas-suq

Oħrajn: il-kronogramma għal kwalunkwe tip addizzjonali ta' validità.

{DATE_TIME_FORMAT}

L-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Taqsima E — Prijorità u numru tas-sekwenza

13

Kronogramma prijoritarja

Din il-kaxxa għandha tiġi aġġornata kull darba li tinbidel il-prijorità ta' ordni.

{DATE_TIME_FORMAT}

L-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

14

Daqs prijoritarju

Għal ċentri tan-negozjar li jużaw prijorità skont id-daqs u l-ħin, din il-kaxxa għandha timtela b'Mumru pożittiv li jikkorrispondi għall-kwantità.

Din il-kaxxa għandha tiġi aġġornata kull darba li tinbidel il-prijorità tal-ordni.

Sa 20 ċifra numerika pożittiva.

15

Numru tas-Sekwenza

Kull event elenkat fit-Taqsima G għandu jiġi identifikat permezz ta' numru sħiħ pożittiv li jkun f'ordni axxendenti.

In-numru tas-sekwenza għandu jkun uniku għal kull tip ta' event; ikun konsistenti mal-eventi kollha kronogrammati mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar; jibqa' l-istess matul il-jum li fih iseħħ l-event.

{INTEGER-50}

Taqsima F — Identifikazzjoni tal-ordni

16

Kodiċi MIC ta' segment

Identifikazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar fejn tkun ġiet sottomessal-ordni.

Jekk iċ-ċentru tan-negozjar juża MICs ta' segment allura għandu jintuża l-MIC ta' segment.

Jekk iċ-ċentru tan-negozjar ma jużax MICs ta' segment allura għandu jintuża l-MIC tal-operat.

{MIC}

17

Kodiċi tal-ktieb tal-ordnijiet

Il-kodiċi alfanumeriku stabbilita miċ-ċentru tan-negozjar għal kull ktieb tal-ordnijiet.

{ALPHANUM-20}

18

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

Identifikatur uniku u mhux ambigwu tal-istrument finanzjarju

{ISIN}

19

Data tal-wasla

Data meta waslet l-ordni oriġinali.

{DATEFORMAT}

20

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-ordni

Kodiċi alfanumeriku assenjat mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar lill-ordni individwali.

{ALPHANUM-50}

Taqsima G — Eventi li jaffettwaw l-ordni

21

Ordni ġdida, modifika ta' ordni, kanċellazzjoni ta' ordni, ċaħda ta' ordni, eżekuzzjoni parzjali jew sħiħa

Ordni ġdid: riċeviment ta' ordni ġdida mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar.

“MEWO” — Ordni ġdida

Skattata: ordni li ssir eżegwibbli jew, skont il-każ, mhux eżegwibbli, malli sseħħ kundizzjoni prideterminata.

“TRIG” — Skattata

Sostitwita mill-membru jew mill-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar: meta membru, parteċipant jew klijent taċ-ċentru tan-negozjar jiddeċiedi, fuq inizjattiva proprja, li jibdel xi karatteristika tal-ordni li jkun daħħal fil-ktieb tal-ordnijiet qabel.

“REME” — Sostitwita mill-membru jew mill-parteċipant taċ-ċentru ta' negozjar

Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (awtomatikament): meta xi karatteristika ta' ordni tinbidel mis-sistemi tal-IT tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar. Dan jinkludi meta l-karatteristiċi attwali ta' ordni peg jew ta' ordni trailing stop jinbidlu biex jirriflettu fejn tinsab l-ordni fil-ktieb tal-ordnijiet.

“REMA” — Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (awtomatikament)

Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (intervent uman): meta xi karatteristika ta' ordni tinbidel mill-persunal tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar. Dan jinkludi s-sitwazzjoni meta membru, parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar ikollu problemi tal-IT u jkollu bżonn li l-ordnijiet tiegħu jiġu kkanċellati b'mod urġenti.

“REMH” — Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (intervent uman)

Bidla fl-istatus fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar. Dan jinkludi l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni.

“CHME” — Bidla fl-istatus fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar

Bidla fl-istatus minħabba operazzjonijiet tas-suq.

“CHMO” — Bidla fl-istatus minħabba operazzjonijiet tas-suq.

Kanċellata fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar; meta membru, parteċipant jew klijent jiddeċiedi, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, li jikkanċella l-ordni li jkun daħħal preċedentement.

“CAME” — Kanċellata fuq l-inizjattiva tal-membru jew il-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar

Ikkanċellata mill-operazzjonijiet tas-suq. Dan jinkludi mekkaniżmu ta' protezzjoni previst għad-ditti tal-investiment li jwettqu attività ta' ġenerazzjoni tas-suq skont l-Artikoli 17 u 48 tad-Direttiva 2014/65/UE

“CAMO” — Ikkanċellata mill-operazzjonijiet tas-suq

Ordni miċħuda: ordni rċevuta iżda rifjutata mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar.

“REMO” — Ordni miċħuda

Ordni skaduta: meta l-ordni titneħħa mill-ktieb tal-ordnijiet malli jintemm il-perjodu tal-validità tagħha.

“EXPI” — Ordni skaduta

Eżegwita parzjalment: meta l-Ordni ma tkunx eżegwita bis-sħiħ b'mod li jibqa' kwantità li trid tiġi eżegwita.

“PARF” — Eżegwita parzjalment

Eżegwita: meta ma jkunx baqa' kwantità x'tiġi eżegwita.

“FILL” — Eżegwita

{ALPHANUM-4} karattri li ma jkunux qed jintużaw diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

Taqsima H — Tip ta' ordni

22

Tip ta' ordni

Identifikazzjoni tat-tip ta' ordni sottomessa liċ-ċentru ta' negozjar skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċentru ta' negozjar.

{ALPHANUM-50}

23

Klassifikazzjoni tat-tip tal-ordni

Klassifikazzjoni tal-ordni skont żewġ tipi ġeneriċi ta' ordnijiet. LIMIT order: f'każijiet fejn l-ordni tkun negozjabbli

u

STOP order: f'każijiet fejn l-ordni ssir negozjabbli biss malli jseħħ event ta' prezz prideterminat.

L-ittri “LMTO” għal ordni b'limitu jew l-ittri “STOP” għal ordni ta' waqfien.

Taqsima I — Prezzijiet

24

Limitu tal-prezz

Il-prezz massimu li tista' tinnegozja bih ordni ta' xiri jew il-prezz minimu li bih tista' tinnegozja ordni ta' bejgħ.

Il-firxa tal-prezz għal ordni ta' strateġija. Tista' jkun negattiva jew pożittiva.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ ta' ordnijiet li ma jkollhomx limitu fuq il-prezz jew f'każ ta' ordnijiet bla prezz.

Fil-każ ta' bond konvertibbli, f'Din il-kaxxa għandu jitniżżel il-prezz reali (bla interessi akkumulati jew bl-interessi akkumulati) użat għal din l-ordni.

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

25

Prezz limitu addizzjonali

Kwalunkwe prezz limitu ieħor li jista' japplika għall-ordni. Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} meta l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

26

Prezz ta' waqfien

Il-prezz li jrid jintlaħaq biex l-ordni ssir attiva.

Għal ordnijiet ta' waqfien skattati minn eventi indipendenti mill-prezz tal-istrument finanzjarju, din il-kaxxa għandha timtela bi prezz ta' waqfien li jkun żero.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/13 meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} meta l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

27

Prezz limitu pegged

Il-prezz massimu li tista' tinnegozja bih ordni pegged ta' xiri jew il-prezz minimu li bih tista' tinnegozja ordni pegged ta' bejgħ.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

28

Prezz ta' tranżazzjoni

Il-prezz negozjat tat-tranżazzjoni ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax akkumulat.

Fil-każ ta' kuntratti ta' opzjoni, dan għandu jkun il-primjum tal-kuntratt tad-derivattivi għal kull sottostanti jew punt ta' indiċi.

Fil-każ ta' mħatri fuq il-firxa (spread bets) għandu jkun il-prezz ta' referenza tal-istrument sottostanti dirett.

Għal swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (CDS) għandu jkun il-kupun f'punti bażi.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

Meta l-prezz ma jkunx applikabbli, il-kaxxa għandha timtela bil-valur “NOAP”.

{DECIMAL-18/13 fil-każ li l-prezz ikun espress bħala monetarju.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“NOAP”

29

Munita tal-prezz

Il-munita li jkun espress fiha l-prezz tan-negozjar għall-istrument finanzjarju marbut mal-ordni (applikabbli meta l-prezz ikun espress bħala valur monetarju).

{CURRENCYCODE_3}

30

Munita tas-segment 2

Meta jkun hemm diversi muniti jew swaps bejn il-muniti, il-munita tas-segment 2 għandha tkun il-munita li jkun denominat fiha s-segment 2 tal-kuntratt.

Għal swapzjonijiet fejn l-iswap sottostanti tkun diversi muniti, il-munita tas-segment 2 għandha tkun il-munita li fiha jkun denominat is-segment 2 tal-iswap.

Din il-kaxxa trid timtela biss meta jkun hemm kuntratti tar-rati tal-imgħax u tad-derivattivi tal-munita.

{CURRENCYCODE_3}

31

Notazzjoni tal-prezz

Indikazzjoni dwar jekk il-prezz huwiex espress f'Valur monetarju, f'perċentwali, f'Rendiment jew f'punti bażi.

“MONE” — Valur monetarju

“PERC” — Perċentwali

“YIEL” — Rendiment

“BAPO” — Punti bażi

Taqsima J — Struzzjonijiet tal-ordni

32

Indikatur xiri-bejgħ

Biex juri jekk l-ordni hijiex ta' xiri jew ta' bejgħ.

Fil-każ ta' opzjonijiet u swapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li jkollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tbigħ l-opzjoni u jirċievi primjum.

Fil-każ ta' futures u forwards għajr futures u forwards marbuta ma' muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-istrument u l-bejjiegħ il-kontroparti li tbigħ l-istrument.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' titoli, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li terfa' r-riskju tal-varjazzjoni fil-prezz tat-titolu sottostanti u li tirċievi l-ammont tat-titolu. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tħallas l-ammont tat-titolu.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' rati tal-imgħax jew ma' indiċijiet tal-inflazzjoni, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa. Fil-każ ta' swaps bażi (swaps tar-rata tal-imgħax varjabbli għal varjabbli), ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas il-firxa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi l-firxa.

Fil-każ ta' swaps u forwards relatati ma' muniti u swaps bejn muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-munita li tiġi l-ewwel meta rranġati alfabetikament skont l-istandard ISO 4217 u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti tforni din il-munita.

Fil-każ ta' swap relatata ma' dividendi, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-ekwivalenti tal-pagamenti tad-dividendi reali. Il-bejjiegħ huwa l-kontroparti li tħallas id-dividend u tirċievi r-rata fissa.

Fil-każ ta' strumenti derivattivi għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu għajr l-opzjonijiet u l-iswapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-protezzjoni. Il-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tbigħ il-protezzjoni.

Fil-każ ta' kuntratti derivattivi marbuta ma' komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-komodità jew il-kwota tal-emissjonijiet speċifikata fir-rapport u l-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tforni din il-komodità jew il-kwota tal-emissjonijiet.

F'każ ta' ftehim tar-rata forward, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa.

Għal żieda fin-nozzjonali x-xerrej għandu jkun l-akkwirent tal-istrument finanzjarju fit-transazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-istess wieħed li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali.

Għal tnaqqis fin-nozzjonali x-xerrej għandu jkun dak li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-akkwirent tal-istrument finanzjarju fit-transazzjoni oriġinali.

“BUYI” — xiri

“SELL” — bejgħ

33

Status tal-ordni

Sabiex jiġu identifikati ordnijiet li huma attivi/inattivi/sospiżi, definittivi/indikattivi (assenjati lil kwotazzjonijiet biss)/impliċiti/dirottati.

Attivi — ordnijiet mhux kwotati li huma negozjabbli.

Inattivi — ordnijiet mhux kwotati li humiex negozjabbli.

Definittivi/Indikattivi — Assenjati lil kwotazzjonijiet biss. Kwoti indikattivi tfisser li jkunu viżibbli iżda ma jistgħux jiġu eżegwiti. Dan jinkludi mandati f'xi ċentri tan-negozjar. Kwotazzjonijiet definittivi jistgħu jiġu eżegwiti.

Impliċiti — Użati għal ordnijiet ta' strateġija li huma derivati minn funzjonalità impliċità jew espliċità.

Rottati — Użata għal ordnijiet li jintbagħtu miċ-ċentru tan-negozjar lejn ċentri oħra.

“ACTI'”— attivi

jew

“INAC”— inattivi

jew

“FIRM”— kwotazzjonijiet definittivi

jew

“INDI”— kwotazzjonijiet indikattivi

jew

“IMPL”— ordnijiet ta' strateġija implikata

jew

“ROUT”— ordnijiet rottati.

Jekk ikunu applikabbli diversi stati din il-kaxxa għandha timtela b'markaturi multipli mifrudin b'Virgola.

34

Notazzjoni tal-kwantità

Indikazzjoni dwar jekk il-kwantità rappurtata hijiex espressa f'Għadd ta' unitajiet, bħala valur nominali jew bħala valur monetarju.

“UNIT” — Għadd ta' unitajiet

“MOML” — Valur nominali

“MONE” — Valur monetarju

35

Munita tal-kwantità

Munita li fiha hija espressal-kwantità.

Il-kaxxa trid timtela biss meta l-kwantità tkun espressa bħala valur nominali jew valur monetarju.

{CURRENCYCODE_3}

36

Kwantità inizjali

L-għadd ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju, jew l-għadd ta' kuntratti derivattivi fl-ordni.

Il-valur nominali jew monetarju tal-istrument finanzjarju.

Għal imħatri tal-firxiet, il-kwantità għandha tkun il-valur monetarju milgħub għal kull punt ta' moviment fl-istrument finanzjarju sottostanti.

Għal żieda jew tnaqqis fin-nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi, in-numru għandu jirrifletti l-valur assolut ta' din il-bidla u għandu jiġu espress bħala numru pożittiv.

Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, il-kwantità għandha tkun l-ammont nozzjonali li għalih tkun akkwistata jew mibjugħa il-protezzjoni.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

37

Il-kwantità li jifdal inkluża dik moħbija

Il-kwantità totali li jibqa' fil-ktieb tal-ordnijiet wara eżekuzzjoni parzjali jew fil-każ ta' kwalunkwe event ieħor li jaffettwa l-ordni.

Malli jseħħ event ta' eżekuzzjoni parzjali dan għandu jkun il-volum totali li jibqa' wara dik l-eżekuzzjoni parzjali. Mad-dħul tal-ordni dan għandu jkun daqs il-kwantità inizjali.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

38

Kwantità murija

Il-kwantità li tkun viżibbli (għall-kuntrarju ta' moħbija) fil-ktieb tal-ordnijiet.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

39

Kwantità negozjata

Meta jkun hemm eżekuzzjoni totali jew parzjali din il-kaxxa għandha timtela bil-kwantità eżegwita.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

40

Kwantità Minima Aċċettabbli (Minimum Acceptable Quantity — MAQ)

Il-kwantità minima aċċettabbli biex ordni tiġi eżegwita li tista' tikkonsisti f'Għadd ta' eżekuzzjonijiet parzjali u normalment tgħodd biss għal ordni tat-tip mhux persistenti.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/17 fejn il-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

41

Daqs minimu eżegwibbli (Minimum executable size — MES)

Id-daqs minimu tal-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe eżekuzzjoni potenzjali individwali.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

42

MES l-ewwel eżekuzzjoni biss

Speċifikazzjoni dwar jekk l-MES hijiex rilevanti għall-ewwel tal-eżekuzzjoni biss.

Din il-kaxxa tista' titħalla vojta jekk il-kaxxa 41 ma tkunx imtliet.

“veru”

“falz”

43

Indikatur passiv biss

Jindika jekk l-ordni hijiex sottomessa liċ-ċentru tan-negozjar b'karatteristika/markatur, b'tali mod li l-ordni ma għandhiex tiġi eżegwita minnufih meta jkun hemm xi ordni viżibbli kontrarju.

“veru”

“falz”

44

Indikatur passiv jew aggressiv

Malli jseħħu eventi ta' eżekuzzjoni parzjali jew sħiħa, jindika jekk l-ordni kinitx diġà tinsab fil-ktieb tal-ordnijiet u qed tipprovdi likwidità (passiva) jew jekk l-ordni bdietx in-negozju u għalhekk ħadet likwidità (aggressiva).

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

“PASV” — passiv jew

“AGRE” — aggressiv.

45

Prevenzjoni tal-Awtoeżekuzzjoni

Jindika jekk l-ordni ddaħħlitx bi kriterji ta' prevenzjoni tal-awtoeżekuzzjoni ħalli ma teżegwixxix malli jkun hemm ordni fuq in-naħa opposta tal-ktieb mdaħħla mill-istess membru jew parteċipant.

“veru”

“falz”

46

Identifikazzjoni ta' Ordni Marbuta mal-Istrateġija

Kodiċi alfanumeriku użat biex jgħaqqad l-ordnijiet konnessi kollha li huma parti minn strateġija skont l-Artikolu 7(2).

{ALPHANUM-50}

47

L-istrateġija ta' rottar

Strateġija applikabbli tar-rottar skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{ALPHANUM-50}

48

Kodiċi tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar

Kodiċi alfanumeriku assenjat miċ-ċentru ta' negozjar lit-tranżazzjoni skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

Il-kodiċi tal-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC ta' segment skont ISO10383 u għal kull jum ta' negozjar. Meta ċ-ċentru tan-negozjar ma jużax MIC ta' segment, il-kodiċi tal-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC operativ għal kull jum ta' negozjar.

Il-komponenti tal-kodiċi tal-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni ma għandux jiżvela l-identità tal-kontropartijiet tat-tranżazzjoni li jkun qed jinżamm il-kodiċi għaliha.

{ALPHANUM-52}

Taqsima K — Il-fażijiet tan-negozjar, il-prezz u l-volum indikattivi tal-irkanti

49

Fażijiet tan-negozjar

L-isem ta' kull fażi differenti tan-negozjar li matulhom tiġi preżenti ordni fil-ktieb tal-ordnijiet inkluż waqfien min-negozjar, interruzzjonijiet taċ-ċirkwit u sospensjonijiet.

{ALPHANUM-50}

50

Prezz indikattiv tal-irkanti

Il-prezz li mistenni jagħlaq bih kull irkant fir-rigward tal-istrument finanzjarju li għalih tkun saret ordni waħda jew aktar.

{DECIMAL-18/5} fil-każ li l-prezz jiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

51

Volum indikattiv tal-irkanti

Il-volum (għadd ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju) li jista' jiġi eżegwit bil-prezz indikattiv tal-irkanti fil-kaxxa 50 jekk l-irkant jintemm f'Dak il-mument preċiż.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara l-paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/212


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/581

tal-24 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-aċċess għall-ikklerjar fir-rigward ta' ċentri tan-negozjar u kontropartijiet ċentrali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(6) u l-Artikolu 36(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) u ċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw talba għal aċċess għal CCP jew ċentru tan-negozjar biss meta jkunu għamlu kull sforz raġonevoli biex jimmaniġġaw ir-riskju li jirriżulta mill-għoti ta' dak l-aċċess iżda jkun għad hemm riskju sinifikanti żejjed.

(2)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, jekk CCP jew ċentru tan-negozjar jiċħad talba għal aċċess, dan irid jagħti r-raġunijiet sħaħ għal dik id-deċiżjoni u dan jinkludi l-identifikazzjoni ta' kif ir-riskji rilevanti li jirriżultaw mill-għoti ta' aċċess ikunu, fis-sitwazzjoni partikolari, mhux maniġġabbli u li jkun għad hemm riskju sinifikanti żejjed. Mod xieraq kif isir dan huwa billi l-parti li tiċħad l-aċċess tiddeskrivi b'mod ċar il-bidliet fl-immaniġġar tar-riskji li jirriżultaw mill-għoti ta' aċċess, tiddeskrivi wkoll kif ikollha timmaniġġa r-riskju assoċjat mal-bidliet b'konsegwenza tal-għoti ta' aċċess, u tispjega l-impatt fuq l-attivitajiet tagħha.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 ma jiddistingwix bejn ir-riskji sostnuti minn CCPs u dawk sostnuti minn ċentri tan-negozjar meta jagħtu aċċess u jinkludi l-istess kategoriji ġenerali ta' kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu minn ċentri tan-negozjar u CCPs fil-valutazzjoni ta' talbiet għall-aċċess. Madankollu, minħabba n-natura differenti tal-attivitajiet tas-CCPs meta mqabbla maċ-ċentri tan-negozjar, ir-riskji li jirriżultaw mill-għoti ta' aċċess jistgħu fil-prattika jkollhom impatt differenti fuq is-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar, u għalhekk huwa meħtieġ approċċ li jiddifferenzja bejn is-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar.

(4)

Meta awtorità kompetenti tivvaluta jekk l-aċċess ikunx jhedded il-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq jew jaffettwa ħażin ir-riskju sistemiku, għandha tqis jekk is-CCP jew iċ-ċentru tan-negozjar ikkonċernat ikollhomx proċeduri ta' mmaniġġar tar-riskju adegwati, inkluż fir-rigward tar-riskji operazzjonali u ġuridiċi, sabiex jiġi evitat li l-ftehim ta' aċċess joħloq riskji sinifikanti żejda li ma jkunux jistgħu jiġu mitigati għal partijiet terzi.

(5)

Il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jitħalla l-aċċess għandhom ikunu raġonevoli u mhux diskriminatorji sabiex ma jipperikolawx l-għan ta' aċċess mhux diskriminatorju. Li jintalbu tariffi b'mod diskriminatorju sabiex jiġi skoraġġit l-aċċess ma għandux ikun permess. Madankollu, it-tariffi jistgħu jkunu differenti għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati, bħal meta l-ispejjeż biex jiġu implimentati l-arranġamenti ta' aċċess ikunu ogħla. Meta jagħtu aċċess, is-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar iġarrbu kemm spejjeż ta' darba, bħall-valutazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi, kif ukoll spejjeż rikorrenti. Peress li l-ambitu tat-talba għall-aċċess u l-ispejjeż assoċjati biex jiġi implimentat il-ftehim ta' aċċess x'aktarx li jkunu differenti għal kull każ, mhuwiex xieraq li l-allokazzjoni speċifika tal-ispejjeż bejn is-CCP u ċ-ċentru tan-negozjar tiġi koperta f'dan ir-Regolament. Madankollu, l-allokazzjoni tal-ispejjeż hija element importanti ta' ftehim ta' aċċess, u għalhekk iż-żewġ partijiet għandhom jispeċifikaw il-kopertura tal-ispejjeż f'dak il-ftehim.

(6)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), CCP li tixtieq testendi n-negozju tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali li mhumiex koperti mill-awtorizzazzjoni inizjali għandha tippreżenta talba għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni. Estensjoni tal-awtorizzazzjoni hija meħtieġa meta CCP jkollha l-intenzjoni li toffri servizzi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji bi profil tar-riskju differenti jew li jkollhom differenzi materjali mis-sett ta' prodotti eżistenti tas-CCP. Meta kuntratt innegozjat f'ċentru tan-negozjar li CCP tkun tat aċċess għalih ikun fi klassi ta' strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni eżistenti tas-CCP u għalhekk ikollu karatteristiċi tar-riskju simili għall-kuntratti diġà kklerjati mis-CCP, dan il-kuntratt għandu jitqies bħala ekonomikament ekwivalenti.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li CCP ma tapplikax rekwiżiti diskriminatorji ta' kollateral u ta' proviżjonament ta' marġni għal kuntratti ekonomikament ekwivalenti nnegozjati f'ċentru tan-negozjar li jkun ingħata l-aċċess għas-CCP, kull bidla fil-metodoloġija tal-proviżjonament ta' marġini u fir-rekwiżiti operazzjonali fir-rigward tal-proviżjonament ta' marġni u l-innettjar applikata għal kuntratti ekonomikament ekwivalenti li jkunu diġà kklerjati mis-CCP, għandhom ikunu suġġetti għal rieżami mill-kumitat tar-riskju tas-CCP u jitqiesu bħala bidla sinifikanti għall-mudelli u l-parametri għall-fini tal-proċedura ta' rieżami stipulata fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Tali rieżami għandu jivvalida li l-mudelli u l-parametri l-ġodda ma jkunux diskriminatorji u jkunu bbażati fuq kunsiderazzjonijiet tar-riskju rilevanti.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jimpedixxi d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni billi jirrikjedi aċċess nondiskriminatorju għas-CCPs li joffru kklerjar ta' derivattivi barra l-borża (OTC) lil ċentri tan-negozjar. Min-naħa tiegħu, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jagħraf il-ħtieġa li jiġu introdotti rekwiżiti simili għas-swieq regolati. Minħabba li CCP tista' tikklerja kemm derivattivi nnegozjati barra l-borża kif ukoll derivattivi nnegozjati fuq borża, trattament nondiskriminatorju ta' kuntratti ekonomikament ekwivalenti nnegozjati f'ċentru tan-negozjar li jitlob aċċess għal CCP għandu jieħu kont tal-kuntratti rilevanti kollha kklerjati minn dik is-CCP, irrispettivament minn fejn ikunu negozjati l-kuntratti.

(9)

Notifika minn awtorità kompetenti rilevanti lill-kulleġġ tas-CCPs u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar l-approvazzjoni ta' arranġamenti tranżizzjonali għas-CCPs skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandhom isiru mingħajr dewmien żejjed sabiex awtoritajiet kompetenti rievanti oħra jkunu megħjuna jifhmu l-impatt li dan ser ikollu fuq is-CCP u kull ċentru tan-negozjar li jkun konness b'rabtiet sodi ma' dik is-CCP. In-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa biex ikun possibbli għall-kulleġġ tas-CCPs u għall-ESMA jifhmu d-deċiżjoni u biex tiżdied it-trasparenza.

(10)

Rekwiżiti ċari dwar it-tagħrif li għandu jingħata minn CCPs u ċentri tan-negozjar meta jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA li jixtiequ jibbenefikaw minn arranġamenti tranżizzjonali skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandhom jikkontribwixxu għal applikazzjoni trasparenti u armonizzata tal-proċedura ta' notifika. Huwa għalhekk neċessarju li l-proċedura ta' notifika tinkludi formoli uniformi għan-notifiki sabiex ikunu possibbli prattiki superviżorji konsistenti u uniformi.

(11)

Huwa importanti li jiġi evitat ir-riskju li ċentri tan-negozjar akbar jużaw metodi ta' kalkolu li jimminimizzaw l-ammont nozzjonali annwali tagħhom bl-għan li jibbenefikaw mill-mekkaniżmu ta' esklużjoni fakultattiva għad-dispożizzjonijiet tal-aċċess. Fejn hemm approċċi alternattivi ugwalment aċċettati biex jiġi kkalkulat l-ammont nozzjonali, l-użu tal-kalkolu li jagħti l-ogħla valur jgħin biex jiġi evitat dak ir-riskju. Il-metodi użati biex jiġi kkalkulat l-ammont nozzjonali għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandhom jippermettu lil ċentri tan-negozjar ġenwinament iżgħar, u li għadhom ma kisbux il-kapaċità teknoloġika li joperaw f'kundizzjonijiet ugwali mal-maġġoranza tas-suq tal-infrastruttura ta' wara n-negozjar, biex jagħmlu użu mill-mekkaniżmu ta' esklużjoni fakultattiva. Huwa importanti wkoll li l-metodi preskritti jkunu sempliċi u ċari sabiex jikkontribwixxu għal prattiki superviżorji konsistenti u uniformi.

(12)

Huwa importanti li ċ-ċentri tan-negozjar ikunu konsistenti meta jikkalkulaw l-ammont nozzjonali tagħhom għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 sabiex id-dispożizzjonijiet tal-aċċess ikunu jistgħu jiġu applikati b'mod ġust miċ-ċentri tan-negozjar. Dan huwa rilevanti b'mod partikolari għal ċerti tipi ta' derivattivi nnegozjati fil-borża, innegozjati f'unitajiet, bħal btieti jew tunnellati.

(13)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li s-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-arranġamenti tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 35(5) u fl-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, uħud mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(14)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw ir-rifjut u l-għoti ta' aċċess għas-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar, inkluża l-proċedura għas-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar biex jagħżlu li ma jkunux marbuta bir-rekwiżiti tal-aċċess stabbiliti f'dan ir-Regolament. Biex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li l-biċċa l-kbira minnhom għandhom japplikaw fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, ikun tajjeb li l-istandards tekniċi regolatorji meħtieġa mill-Artikolu 35(6) u l-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jiġu inklużi f'Regolament wieħed.

(15)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(16)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

AĊĊESS MHUX DISKRIMINATORJU GĦAS-CCPS U Ċ-ĊENTRI TAN-NEGOZJAR

TAQSIMA 1

Aċċess mhux diskriminatorju għas-CCPS

Artikolu 1

Kundizzjonijiet dwar iċ-ċaħda tal-aċċess minn CCP

1.   CCP għandha tivvaluta jekk l-għoti ta' aċċess joħloqx xi wieħed mir-riskji speċifikati fl-Artikoli 2, 3 u 4 u tista' tiċħad l-aċċess biss jekk, wara li tkun għamlet kull sforz raġonevoli biex timmaniġġa r-riskji tagħha, is-CCP tikkonkludi li jkun hemm riskji sinifikanti żejda li ma jistgħux jiġu mmaniġġati.

2.   Jekk CCP tiċħad l-aċċess, għandha tidentifika liema riskji speċifikati fl-Artikoli 2, 3 u 4 jirriżultaw mill-għoti tal-aċċess u tispjega għalfejn dawn ir-riskji ma jistgħux jiġu mmaniġġati.

Artikolu 2

Ċaħda ta' aċċess minn CCP abbażi tal-volum antiċipat ta' tranżazzjonijiet

CCP tista' tiċħad talba għal aċċess abbażi tal-volum antiċipat ta' tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn tali aċċess biss fejn dan jirriżulta f'waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

id-disinn skalabbli tas-CCP jinqabeż sal-punt li s-CCP ma tkunx tista' tadatta s-sistemi tagħha sabiex jittrattaw il-volum antiċipat ta' tranżazzjonijiet;

(b)

il-kapaċità ppjanata tas-CCP tinqabeż b'tali mod li s-CCP ma tkunx tista' tikseb il-kapaċità ulterjuri meħtieġa biex tikklerja l-volum antiċipat ta' tranżazzjonijiet.

Artikolu 3

Ċaħda tal-aċċess minn CCP abbażi tar-riskju u l-kumplessità operazzjonali

CCP tista' tiċħad talba għal aċċess abbażi tar-riskju u l-kumplessità operazzjonali.

Ir-riskji u l-kumplessità operazzjonali jinkludu xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-inkompatibbiltà tas-sistemi tal-IT tas-CCP u taċ-ċentru tan-negozjar timpedixxi lis-CCP milli tipprovdi konnettività bejn is-sistemi;

(b)

nuqqas ta' riżorsi umani bl-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet tas-CCP dwar ir-riskju li jirriżulta minn strumenti finanzjarji addizzjonali fejn dawn ikunu differenti minn strumenti finanzjarji li diġà huma kklerjati mis-CCP jew l-inabbiltà li jintużaw dawn ir-riżorsi umani.

Artikolu 4

Ċaħda tal-aċċess minn CCP abbażi ta' fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti żejda

1.   CCP tista' tiċħad talba għal aċċess fuq bażi ta' riskji sinifikanti żejda meta tkun issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP ma tkunx toffri servizzi ta' kklerjar fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji li għalihom qed jintalab aċċess u ma tkunx tista' bi sforzi raġonevoli tniedi servizz ta' kklerjar konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titoli II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

l-għoti ta' aċċess ikun jhedded il-vijabbiltà ekonomika tas-CCP jew il-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżiti kapitali minimi skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c)

ikun hemm riskji ġuridiċi;

(d)

ikun hemm inkompatibilità bejn ir-regoli tas-CCP u r-regoli taċ-ċentru tan-negozjar li s-CCP ma tkunx tista' tirrimedja b'kooperazzjoni maċ-ċentru tan-negozjar.

2.   CCP tista' tiċħad talba għal aċċess abbażi ta' riskju ġuridiku kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, fejn bħala riżultat tal-għoti ta' aċċess, is-CCP ma tkunx tista' tinforza r-regoli tagħha rigward l-għeluq tal-proċeduri tal-innettjar u tal-inadempjenza jew ma tkunx tista' timmaniġġa r-riskji li jirriżultaw mill-użu simultanju ta' mudelli differenti ta' aċċettazzjoni tan-negozju.

TAQSIMA 2

Aċċess mhux diskriminatorju għaċ-ċentri tan-negozjar

Artikolu 5

Kundizzjonijiet dwar iċ-ċaħda tal-aċċess minn ċentru tan-negozjar

1.   Ċentru tan-negozjar għandu jivvaluta jekk l-għoti ta' aċċess joħloqx xi wieħed mir-riskji speċifikati fl-Artikoli 6 u 7 u jista' jiċħad l-aċċess biss jekk, wara li jkun għamel kull sforz raġonevoli biex jimmaniġġa r-riskji tiegħu, iċ-ċentru tan-negozjar jikkonkludi li jkun hemm riskji sinifikanti żejda li ma jistgħux jiġu mmaniġġati.

2.   Jekk ċentru tan-negozjar jiċħad l-aċċess, għandu jidentifika liema riskji speċifikati fl-Artikoli 6 u 7 jirriżultaw mill-għoti tal-aċċess u għalfejn dawn ir-riskji ma jistgħux jiġu mmaniġġati.

Artikolu 6

Ċaħda tal-aċċess minn ċentru tan-negozjar abbażi tar-riskju u l-kumplessità operazzjonali

Ċentru tan-negozjar jista' jiċħad talba għal aċċess abbażi tar-riskju u l-kumplessità operazzjonali li jirriżultaw minn dan l-aċċess biss jekk ikun hemm riskju ta' inkompatibbiltà bejn is-sistema tal-IT tas-CCP u dik taċ-ċentru tan-negozjar, li jimpedixxi liċ-ċentru tan-negozjar milli jipprovdi għall-konnettività bejn dawk is-sistemi.

Artikolu 7

Ċaħda tal-aċċess minn ċentru tan-negozjar abbażi ta' fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti żejda

Ċentru tan-negozjar jista' jiċħad talba għal aċċess abbażi ta' riskji sinifikanti żejda f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

theddida għall-vijabbiltà ekonomika taċ-ċentru tan-negozjar jew għall-abbiltà tiegħu li jissodisfa r-rekwiżiti kapitali minimi skont l-Artikolu 47(1)(f) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(b)

inkompatibbiltà bejn ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar u dawk tas-CCP li ċ-ċentru tan-negozjar ma jkunx jista' jirrimedja b'kooperazzjoni mas-CCP.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet skont liema l-aċċess jitqies li jhedded il-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq jew jaffettwa negattivament ir-riskju sistemiku

Minbarra l-frammentazzjoni tal-likwidità, kif definita fl-Artikolu 2(1)(45) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għall-għanijiet tal-Artikoli 35(4)(b) u 36(4)(b) ta' dak ir-Regolament, l-għoti ta' aċċess għandu jitqies li jhedded il-funzjonament bla xkiel u ordinat tas-swieq, jew jaffettwa ħażin ir-riskju sistemiku, fejn l-awtorità kompetenti tkun tista' tipprovdi r-raġunijiet għaċ-ċaħda, inkluża evidenza li l-proċeduri tal-immaniġġar tar-riskju ta' waħda mill-partijiet għat-talba għall-aċċess jew tat-tnejn li huma ma jkunux suffiċjenti biex jimpedixxu li l-għoti ta' aċċess joħloq riskji sinifikanti żejda lil partijiet terzi, u ma jkun hemm l-ebda azzjoni ta' rimedju li ttaffi biżżejjed dawk ir-riskji.

KAPITOLU II

KUNDIZZJONIJIET SKONT LIEMA L-AĊĊESS IRID IKUN PERMESS

Artikolu 9

Kundizzjonijiet skont liema l-aċċess irid ikun permess

1.   Il-Partijiet għandhom jaqblu fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom li jirriżultaw mill-aċċess mogħti, inkluża l-liġi applikabbli li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom. It-termini tal-ftehim tal-aċċess għandhom:

(a)

ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, validi u infurzabbli;

(b)

meta żewġ CCPs jew aktar li jkollhom aċċess għaċ-ċentru tan-negozjar jispeċifikaw il-mod li bih it-tranżazzjonijiet f'dak iċ-ċentru tan-negozjar ikunu se jiġu allokati lis-CCP li tkun parti għall-ftehim;

(c)

ikun fihom regoli ċari dwar il-mument tad-dħul tal-ordnijiet tat-trasferiment, kif deskritt skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), f'sistemi rilevanti u l-mument tal-irrevokabilità;

(d)

ikun fihom regoli dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt ta' aċċess minn kull waħda mill-partijiet, li għandhom:

(i)

jipprovdu għal terminazzjoni b'mod ordnat li ma tesponix bla bżonn lil entitajiet oħra għal riskji addizzjonali, inklużi arranġamenti ċari u trasparenti għall-immaniġġar u l-likwidazzjoni ordnata ta' kuntratti u pożizzjonijiet li kienu saru skont il-ftehim ta' aċċess li kienu miftuħa fil-punt tat-terminazzjoni;

(ii)

jiżguraw li l-parti rilevanti tingħata żmien raġonevoli biex tirrimedja kull ksur li ma jwassalx għal terminazzjoni immedjata;

(iii)

jippermettu t-terminazzjoni, jekk ir-riskji jiżdiedu b'mod li kien jiġġustifika ċ-ċaħda tal-aċċess fl-ewwel istanza;

(e)

jispeċifikaw l-istrumenti finanzjarji li jkunu soġġetti għall-ftehim ta' aċċess;

(f)

jispeċifikaw il-kopertura tal-ispejjeż ta' darba u dawk rikorrenti kkawżati mit-talba għall-aċċess;

(g)

jinkludu dispożizzjonijiet għal pretensjonijiet u obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-ftehim ta' aċċess.

2.   It-termini tal-ftehim ta' aċċess għandhom jirrikjedu li l-partijiet għall-ftehim jistabbilixxu politiki, proċeduri u sistemi xierqa sabiex jiżguraw dan li ġej:

(a)

komunikazzjoni f'waqtha, affidabbli u sikura bejn il-partijiet;

(b)

konsultazzjoni minn qabel tal-parti l-oħra fejn bidliet għall-operazzjonijiet ta' parti jew oħra x'aktarx ikun se jkollhom impatt materjali fuq il-ftehim ta' aċċess jew fuq ir-riskji li l-parti l-oħra tkun esposta għalihom;

(c)

in-notifika f'waqtha lill-parti l-oħra qabel ma tiġi implimentata xi bidla, fil-każijiet mhux koperti mill-punt (b);

(d)

riżoluzzjoni tat-tilwim;

(e)

l-identifikazzjoni, il-monitoraġġ u l-immaniġġar tar-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-ftehim ta' aċċess;

(f)

il-wasla għand iċ-ċentru tan-negozjar tal-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-monitoraġġ ta' interessi miftuħa;

(g)

aċċettazzjoni mis-CCP tal-kunsinna ta' komoditajiet saldati fiżikament.

3.   Il-partijiet rilevanti tal-ftehim ta' aċċess għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)

li jinżammu standards xierqa ta' mmaniġġar tar-riskju meta jingħata aċċess;

(b)

li l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal aċċess tinżamm aġġornata matul iż-żmien kollu tal-ftehim ta' aċċess, inkluż informazzjoni dwar bidliet materjali;

(c)

li l-informazzjoni mhux pubblika u dik kummerċjalment sensittiva inkluża l-informazzjoni pprovduta waqt il-fażi ta' żvilupp ta' strument finanzjarju tkun tista' tintuża biss għall-għan speċifiku li għalih tkun ingħatat u li tkun tista' tittieħed azzjoni dwarha biss għall-iskop speċifiku li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet.

Artikolu 10

Tariffi ta' kklerjar trasparenti u mhux diskriminatorji miżmuma mis-CCPs

1.   CCP għandha żżomm tariffi biss għall-ikklerjar ta' tranżazzjonijiet imwettqa f'ċentru tan-negozjar li lilu tkun tat aċċess fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, applikabbli għall-membri tal-ikklerjar kollha u, fejn ikun rilevanti, għall-klijenti. Għal dan l-għan, CCP għandha tagħmel lill-membri kollha tal-ikklerjar u, fejn ikun rilevanti, lill-klijenti suġġetti għall-istess skeda ta' tariffi u rifużjonijiet u t-tariffi tagħha ma għandhomx jiddependu fuq iċ-ċentru ta' negozjar fejn isseħħ it-tranżazzjoni.

2.   CCP għandha żżomm tariffi lil ċentru tan-negozjar fir-rigward ta' aċċess biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi. Għal dan l-għan, l-istess tariffi u rifużjonijiet għandhom japplikaw għaċ-ċentri kollha ta' negozjar li jaċċessaw is-CCP fir-rigward tal-istess strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji simili, sakemm ma jkunx hemm skeda tariffarja differenti li tkun tista' tiġi ġġustifikata oġġettivament.

3.   Skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP għandha tiżgura li l-iskedi tariffarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jkunu faċilment aċċessibbli, identifikati b'mod adegwat skont kull servizz ipprovdut u granulari biżżejjed biex jiġi żgurat li t-tariffi imposti jkunu prevedibbli.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw għal tariffi imposti biex ikopru l-ispejjeż ta' darba u rikorrenti.

Artikolu 11

Tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji imposti minn ċentri tan-negozjar

1.   Ċentru tan-negozjar għandu jimponi tariffi fir-rigward ta' aċċess biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi. Għal dan l-għan, l-istess skeda ta' tariffi u rifużjonijiet għandha tapplika għas-CCPs kollha li jaċċessaw iċ-ċentru tan-negozjar fir-rigward tal-istess strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji simili, sakemm ma jkunx hemm skeda tariffarja differenti li tkun tista' tiġi ġġustifikata oġġettivament.

2.   Ċentru tan-negozjar għandu jiżgura li l-iskedi tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 ikunu faċilment aċċessibbli, u li t-tariffi jkunu identifikati b'mod adegwat għal kull servizz ipprovdut filwaqt li jkunu granulari biżżejjed biex jiġi żgurat li t-tariffi li jirriżultaw ikunu prevedibbli.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għat-tariffi kollha relatati mal-aċċess, inklużi dawk li jitħallsu biex ikopru spejjeż ta' darba u rikorrenti.

KAPITOLU III

KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TRATTAMENT MHUX DISKRIMINATORJU TAL-KUNTRATTI

Artikolu 12

Rekwiżiti ta' kollateral u marġinali tal-kuntratti ekonomikament ekwivalenti

1.   Is-CCP għandha tiddetermina jekk kuntratti nnegozjati f'ċentru tan-negozjar li tkun ingħatat aċċess għalih ikunux ekonomikament ekwivalenti għal kuntratti b'karatteristiċi tar-riskju simili li diġà jkunu kklerjati mis-CCP.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, CCP għandha tqis kull kuntratt innegozjat fiċ-ċentru tan-negozjar li lilu tkun tat aċċess, li jkun fil-klassi tal-istrumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tas-CCP msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew minn kull estensjoni sussegwenti ta' awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, bħala ekonomikament ekwivalenti għall-kuntratti fil-klassi rispettiva tal-istrumenti finanzjarji li diġà huma kklerjati mis-CCP.

3.   CCP tista' tikkunsidra kuntratt innegozjat fiċ-ċentru tan-negozjar li lilu tkun tat l-aċċess, li jippreżenta profil ta' riskju ferm differenti jew differenzi materjali mill-kuntratti li diġà huma kklerjati mis-CCP fil-klassi rispettiva ta' strumenti finanzjarji, bħala mhux ekonomikament ekwivalenti meta s-CCP kienet kisbet estensjoni tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward ta' dak il-kuntratt u f'konnessjoni mat-talba għall-aċċess ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar.

4.   CCP għandha tapplika għall-kuntratti ekonomikament ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 1, l-istess metodoloġiji tal-marġini u l-kollateral, irrispettivament minn fejn il-kuntratti jkunu negozjati. CCP għandha tissuġġetta l-ikklerjar ta' kuntratti ekonomikament ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 1 għall-adozzjoni ta' bidliet fil-mudelli u l-parametri tar-riskju tas-CCP, biss jekk dan ikun meħtieġ sabiex jiġu mitigati l-fatturi ta' riskju fir-rigward ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar jew il-kuntratti nnegozjati fih. Dawn il-bidliet għandhom jitqiesu bħala bidliet sinifikanti għall-mudelli u l-parametri tas-CCP msemmija fl-Artikoli 28 u 49 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 13

Innettjar ta' kuntratti ekonomikament ekwivalenti

1.   CCP għandha tapplika għall-kuntratti ekonomikament ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament l-istess proċeduri ta' nnettjar irrispettivament minn fejn il-kuntratti jkunu ġew innegozjati, sakemm kull proċedura ta' nnettjar li tapplika tkun valida u eżegwibbli skont id-Direttiva 98/26/KE u l-liġi tal-insolvenza applikabbli.

2.   CCP li tqis li r-riskju ġuridiku jew ir-riskju ta' bażi relatati ma' proċedura ta' nnettjar li tapplika għal kuntratt ekonomikament ekwivalenti ma jkunux mitigati biżżejjed, għandha tissuġġetta l-ikklerjar ta' tali kuntratt għall-adozzjoni ta' bidliet għal dik il-proċedura ta' nnettjar li jeskludu l-innettjar ta' tali kuntratt. Dawn il-bidliet għandhom jitqiesu bħala bidliet sinifikanti għall-mudelli u l-parametri tar-riskju tas-CCP msemmija fl-Artikoli 28 u 49 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, “riskju ta' bażi” tfisser ir-riskju li jirriżulta minn movimenti mhux perfettament korrelatati bejn żewġ assi jew kuntratti jew aktar ikklerjati mis-CCP.

Artikolu 14

Proviżjonament ta' marġni trażversali ta' kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP

Meta CCP tikkalkula marġini fir-rigward ta' proviżjonament ta' marġni trażversali ta' kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP (proviżjonament ta' marġni ta' portafoll) skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 (6), is-CCP għandha tapplika l-approċċ tal-proviżjonament ta' marġni ta' portafoll tagħha għall-kuntratti korrelatati rilevanti kollha irrispettivament minn fejn il-kuntratti huma nnegozjati. Kuntratti b'korrelazzjoni sinifikanti u affidabbli, jew parametru statistiku ekwivalenti ta' dipendenza, għandhom jibbenefikaw mill-istess kumpens jew tnaqqis.

KAPITOLU IV

ARRANĠAMENTI TRANŻIZZJONALI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Proċedura ta' notifika mis-CCP lill-awtorità kompetenti tagħha

Meta CCP tapplika għal permess biex tuża l-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 35(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, hija għandha tissottometti notifika lill-awtorità kompetenti tagħha bil-miktub, permezz tal-Formola 1 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Proċedura ta' notifika mill-awtorità kompetenti lill-ESMA u lill-kulleġġ tas-CCP

L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-kulleġġ tas-CCP b'kull deċiżjoni li tapprova ftehim tranżizzjonali skont l-Artikolu 35(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 bil-miktub mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahar wara d-deċiżjoni, bl-użu tal-Formola 2 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Proċedura ta' notifika miċ-ċentru tan-negozjar lill-awtorità kompetenti tagħha fir-rigward tal-perjodu tranżizzjonali inizjali

Meta ċentru tan-negozjar ma jkunx jixtieq ikun marbut mill-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, huwa għandu jissottometti notifika lill-awtorità kompetenti tiegħu u lill-ESMA bil-miktub, bl-użu tal-Formoli 3.1 u 3.2 stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Proċedura ta' notifika miċ-ċentru tan-negozjar lill-awtorità kompetenti tiegħu fir-rigward ta' estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali inizjali

Meta ċentru tan-negozjar ikun jixtieq ikompli ma jkunx marbut mill-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għal tletin xahar ulterjuri huwa għandu jissottometti notifika lill-awtorità kompetenti tiegħu u lill-ESMA bil-miktub, bl-użu tal-Formoli 4.1 u 4.2 stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Aktar speċifikazzjonijiet għall-kalkolu tal-ammont nozzjonali

1.   Skont l-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċentru tan-negozjar li ma jixtieqx ikun marbut mill-Artikolu 36 ta' dak ir-Regolament għal perjodu ta' tletin xahar mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu jinkludi fil-kalkolu tiegħu tal-ammont nozzjonali annwali tiegħu t-tranżazzjonijiet kollha f'derivattivi nnegozjati fil-borża konklużi fis-sena kalendarja ta' qabel l-applikazzjoni skont ir-regoli tagħha.

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali annwali tiegħu skont l-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għas-sena ta' qabel is-sena tal-bidu tal-applikazzjoni, ċentru tan-negozjar għandu juża ċifri attwali għall-perjodu li għalih ikunu disponibbli.

Fejn, fir-rigward tas-sena li tiġi qabel is-sena tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċentru tan-negozjar ikollu dejta disponibbli għal inqas minn 12-il xahar, huwa għandu jipproduċi ċifra stmata għal dik is-sena bl-użu ta' dawn it-tliet inputs:

(a)

id-dejta attwali għall-itwal perjodu possibbli li jibda fil-bidu tas-sena li tiġi qabel is-sena tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, inklużi mill-inqas l-ewwel tmien xhur;

(b)

id-dejta attwali għall-perjodu ekwivalenti matul is-sena qabel is-sena msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu;

(c)

id-dejta attwali għas-sena kollha ta' qabel is-sena msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu;

L-istima tal-ammont nozzjonali annwali għandha tiġi kkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tal-inputs imsemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu bl-inputs imsemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu u permezz tad-diviżjoni tagħhom bl-inputs imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu.

3.   Meta ċentru tan-negozjar ikun jixtieq ikompli ma jkunx marbut bl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għal perjodu ieħor ta' tletin xahar fi tmiem l-ewwel perjodu ta' tletin xahar, jew xi perjodu sussegwenti ta' 30 xahar, huwa għandu jinkludi fil-kalkolu tiegħu tal-ammont nozzjonali annwali tiegħu skont l-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 it-tranżazzjonijiet kollha f'derivattivi nnegozjati fil-borża konklużi skont ir-regoli tiegħu f'kull waħda mill-ewwel perjodi ta' 24 xahar tal-perjodu preċedenti ta' tletin xahar.

4.   Fejn jeżistu alternattivi aċċettabbli għall-kalkolu tal-ammont nozzjonali annwali għal ċerti tipi ta' strumenti, iżda hemm differenzi notevoli fil-valuri li għalihom iwasslu dawn il-metodi ta' kalkolu, għandu jintuża l-kalkolu li jagħti l-ogħla valur. B'mod partikolari għad-derivattivi, bħall-futures jew l-opzjonijiet, inklużi t-tipi kollha ta' derivattivi tal-komoditajiet li huma indikati f'unitajiet, l-ammont nozzjonali annwali jkun il-valur sħiħ tal-assi sottostanti tad-derivattiv bil-prezz rilevanti fil-ħin li fih tiġi konkluża t-tranżazzjoni.

Artikolu 20

Metodu tal-approvazzjoni u l-verifika mill-ESMA

1.   Għall-finijiet ta' verifika skont l-Artikolu 36(6)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jissottometti lill-ESMA fuq talba l-fatti u ċ-ċifri kollha li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu.

2.   Meta tkun qed tivverifika ċ-ċifri ppreżentati tal-ammont nozzjonali annwali, l-ESMA għandha tikkunsidra wkoll id-dejta ta' wara n-negozjar u l-istatistika annwali rilevanti.

3.   L-ESMA għandha tapprova jew tirrifjuta d-deroga fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha rilevanti għan-notifika skont l-Artikolu 16 jew skont l-Artikolu 17, inkluża l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 19.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Madankollu, l-Artikoli 15, 16, 17, 19 u 20 japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(5)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41).


ANNESS

Formola 1

Notifika msemmija fl-Artikolu 15

Isem is-CCP

Dettalji ta' kuntatt rilevanti

Isem (ismijiet) taċ-ċentru/i tan-negozjar konnessi b'rabtiet mill-qrib

Ġuriżdizzjoni(jiet) taċ-ċentru/i tan-negozjar konnessi b'rabtiet mill-qrib

 

 

1.

2.

3.

1.

2.

3.


Formola 2

Notifika msemmija fl-Artikolu 16

Isem is-CCP

Dettalji ta' kuntatt rilevanti

Data tad-deċiżjoni tal-approvazzjoni

Dati tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta' tranżizzjoni

Isem (ismijiet) taċ-ċentru/i tan-negozjar konnessi b'rabtiet mill-qrib

Ġuriżdizzjoni(jiet) taċ-ċentru/i tan-negozjar konnessi b'rabtiet mill-qrib

 

 

 

Bidu:

Tmiem:

1.

2.

3.

1.

2.

3.


Formola 3.1

Notifika ġenerali msemmija fl-Artikolu 17

Isem iċ-ċentru tan-negozjar

Dettalji ta' kuntatt rilevanti

Isem (ismijiet) u ġuriżdizzjoni(jiet) taċ-ċentri tan-negozjar fl-istess grupp ibbażati fl-Unjoni

Isem (ismijiet) u ġuriżdizzjoni(jiet) tas-CCP(s) konness(i) b'rabtiet mill-qrib

 

 

1.

2.

3.

1.

2.

3


Formola 3.2

Notifika tal-ammont nozzjonali msemmi fl-Artikolu 17

Ċentru tan-Negozjar:

Ammont nozzjonali nnegozjat fl-2016

Klassi tal-assi X:

 

Klassi tal-assi Y:

 

Klassi tal-assi Z:

 


Formola 4.1

Notifika ġenerali msemmija fl-Artikolu 18

Isem iċ-ċentru tan-negozjar

Dettalji ta' kuntatt rilevanti

Isem (ismijiet) u ġuriżdizzjoni(jiet) taċ-ċentri tan-negozjar fl-istess grupp ibbażati fl-Unjoni

Isem (ismijiet) u ġuriżdizzjoni(jiet) tas-CCP(s) konness(i) b'rabtiet mill-qrib

 

 

1.

2.

3.

1.

2.

3.


Formola 4.2

Notifika tal-ammont nozzjonali msemmi fl-Artikolu 18

Isem iċ-ċentru tan-negozjar:

Ammont nozzjonali għas-sena kurrenti

...

Ammont nozzjonali għas-sena kurrenti

...

Klassi tal-assi X:

 

 

Klassi tal-assi Y:

 

 

Klassi tal-assi Z:

 

 


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/224


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/582

tad-29 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-obbligu ta' kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati u ż-żmien ta' aċċettazzjoni għall-ikklerjar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu ġestiti r-riskji operazzjonali u riskji oħrajn meta jiġu ppreżentati u aċċettati għall-ikklerjar tranżazzjonijiet f'derivati kklerjati u sabiex tingħata ċertezza lill-kontropartijiet malajr kemm jista' jkun, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni ta' derivati kklerjati hijiex se tiġi aċċettata għall-ikklerjar minn CCP fi stadju bikri, u sa fejn hu possibbli qabel issir it-tranżazzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi jekk CCP ma taċċettax għall-ikklerjar it-tranżazzjoni derivata ppreżentata.

(2)

Sabiex jiġu applikati soluzzjonijiet tekniċi li jistgħu jiġu adattati biex jiġi żgurat li tranżazzjonijiet f'derivati kklerjati jistgħu jiġu ppreżentati u aċċettati għall-ikklerjar kemm jista' jkun malajr u sa fejn hu teknoloġikament prattikabbli, l-informazzjoni meħtieġa minn ċentru tan-negozjar u CCP biex iwettqu l-kompiti tagħhom għandha tiġi determinata minn qabel u stabbilita b'mod ċar fid-dokumentazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar u tas-CCP.

(3)

Sabiex jiġu stabbiliti prezzijiet adegwati għat-tranżazzjonijiet f'derivati, il-kontropartijiet iqisu li tranżazzjonijiet ikklerjati f'livell ċentrali huma suġġetti għal reġim kollaterali differenti minn tranżazzjonijiet ikklerjati mhux f'livell ċentrali, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjoni tkunx ikklerjata peress li hija awtorizzat li tiġi kklerjata jew jekk it-tranżazzjoni tkunx ikklerjata peress li l-partijiet ikunu altrimenti qablu li tiġi kklerjata. Għalhekk, il-kontropartijiet għandhom jibbenefikaw mill-fatt li jkollhom l-istess proċess u l-istess rekwiżiti kemm għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati b'mod obbligatorju kif ukoll għal dawk b'mod volontarju biex jiġi żgurat li tranżazzjonijiet derivati kklerjati jiġu ppreżentati u aċċettati għall-ikklerjar kemm teknoloġikament prattikabbli.

(4)

Fejn tranżazzjonijiet derivati kklerjati jiġu konklużi f'ċentru tan-negozjar, sabiex qabel ma ssir tranżazzjoni jiġi identifikat jekk it-tranżazzjoni tkunx se tiġi ikklerjat minn CCP, iċ-ċentru tan-negozjar u s-CCP għandu jkollhom regoli li jiżguraw li din it-tranżazzjoni tista' tiġi awtomatikament ikklerjata. Inkella, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jippermetti li l-membri tal-ikklerjar tas-CCP jiċċekkjaw ordnijiet fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-klijenti tagħhom.

(5)

Iż-żmien mogħti lil ċentru tan-negozjar biex jipproċessa tranżazzjonijiet derivati kklerjati għandu jkun iqsar għal tranżazzjonijiet ta' derivati kklerjati nnegozjati elettronikament milli għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati nnegozjati mhux elettronikament minħabba li l-livell ta' pproċessar awtomatizzat għandu jkun ogħla fl-ewwel każ.

(6)

Ċentru tan-negozjar għandu jibgħat l-informazzjoni relatata ma' tranżazzjonijiet ta' derivati kklerjati lil CCP f'format elettroniku maqbul minn qabel għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati kemm negozjati elettronikament kif ukoll negozjati mhux elettronikament. Għalhekk, iż-żmien mogħti lil CCP biex tiddeċiedi jekk tranżazzjoni derivata kklerjata tistax tiġi aċċettata għall-ikklerjar għandu jkun l-istess għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati negozjati elettronikament kif ukoll mhux elettronikament.

(7)

L-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet derivati kklerjati li jsir fuq bażi bilaterali huwa normalment inqas awtomatizzat mill-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet derivati kklerjati konklużi f'ċentru tan-negozjar. Għalhekk, iż-żmien mogħti lill-kontropartijiet biex jippreżentaw lil CCP tranżazzjoni derivata kklerjata li ssir fuq bażi bilaterali għandu jkun itwal miż-żmien mogħti għal tranżazzjoni derivata kklerjata konkluża f'ċentru tan-negozjar.

(8)

Sabiex timmaniġġja r-riskji tal-kreditu relatati ma' tranżazzjonijiet derivati kklerjati li jsiru fuq bażi bilaterali, CCP għandha tippermetti li l-membri tal-ikklerjar jagħmlui rieżami tad-dettalji tat-tranżazzjoni tal-klijenti tagħhom u li tiddeċiedi jekk għandhiex taċċettahom. Billi l-proċess bejn CCP u membru tal-ikklerjar huwa normalment awtomatizzat, dan il-proċess għandu jirrikjedi żmien limitat.

(9)

Is-CCPs kif ukoll il-membri tal-ikklerjar jimmaniġġjaw ir-riskju tal-kreditu assoċjat mal-akkumulu tal-iskoperturi kurrenti li jirriżultaw mill-ikklerjar ta' derivati kklerjati. Tipikament, dan jinkludi l-iffissar ta' limiti mis-CCP jew mill-membru tal-ikklerjar għal kull kontroparti sabiex jimmitigaw l-esponiment għar-riskju assoċjat, li jista' jirriżulta f'talbiet ġodda għal ċerti tranżazzjonijiet derivati kklerjati mhux aċċettati mill-membru tal-ikklerjar jew mis-CCP. L-iżgurar li tranżazzjonijiet derivati kklerjati jiġu ppreżentati għall-ikklerjar kemm jista' jkun malajr sa fejn hu teknoloġikament prattikabbli ma jimplikax għaldaqstant li t-tranżazzjonijiet derivati kklerjati kollha se jkunu aċċettati għall-ikklerjar fiċ-ċirkostanzi kollha. Fejn tranżazzjonijiet derivati kklerjati ma jiġux aċċettati għall-ikklerjar, il-kontropartijiet għandu jkollhom iċ-ċarezza dwar it-trattament ta' dawn it-tranżazzjonijiet biex jiħħeġġjaw ir-riskju tagħhom.

(10)

Peress li l-ipproċessar ta' tranżazzjoni ta' derivati kklerjata konkluża elettronikament f'ċentru tan-negozjar u mibgħuta lil CCP għall-ikklerjar jeħtieġ żmien limitat, iż-żmien biex jiċċaqlaq is-suq, u biex jinbidel il-valur u r-riskju tat-tranżazzjoni derivata kklerjata, bejn l-ordni u r-rifjut huwa wkoll limitat ħafna. Billi d-dannu li potenzjalment iġarrbu l-kontropartijiet li t-tranżazzjonijiet tagħhom ma jiġux aċċettati għall-ikklerjar mis-CCP huwa negliġibbli, u sabiex tingħata ċertezza lill-kontropartijiet, tranżazzjonijiet derivati kklerjati konklużi elettronikament f'ċentru tan-negozjar u mhux aċċettati għall-ikklerjar minn CCP għandhom jiġu kkunsidrati nulli.

(11)

Peress li l-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet derivati kklerjati għajr tranżazzjonijiet derivati kklerjati konklużi elettronikament f'ċentru tan-negozjar normalment jieħu żmien itwal, dan il-perjodu ta' żmien jista' jkun twil biżżejjed biex sadanittant is-suq ikun iċċaqlaq, u l-valur u r-riskju ta' tranżazzjoni derivata kklerjat jkunu nbidlu b'mod sinifikanti. Għalhekk, kanċellazzjoni ta' tranżazzjoni tista' ma tkunx t-trattament xieraq għat-tranżazzjonijiet kollha mhux aċċettati mis-CCP. Sabiex tingħata ċertezza dwar it-trattament ta' tranżazzjonijiet derivati kklerjati għajr tranżazzjonijiet derivati kklerjati konklużi elettronikament f'ċentru tan-negozjar u li ma ġewx aċċettati minn CCP għall-ikklerjar, ir-regoli tal-post tan-negozjar, u l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-kontropartijiet fejn xieraq, għandhom jiċċaraw bil-quddiem kif dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati.

(12)

Meta tranżazzjoni derivata kklerjata ma tiġix aċċettata għall-ikklerjar għal raġunijiet għajr raġunijiet relatati mar-riskju tal-kreditu bħal problemi tekniċi jew klerikali li jirriżultaw mit-trażmissjoni ta' informazzjoni inkorretta jew mhux kompleta, il-kontropartijiet jistgħu xorta jkunu jridu li jikklerjaw dik it-tranżazzjoni derivata. Fejn iż-żewġ kontropartijiet jaqblu li jippreżentaw mill-ġdid it-tranżazzjoni, sakemm it-tranżazzjoni tkun ippreżentata mill-ġdid f'perjodu ta' żmien relattivament qasir wara l-ewwel preżentazzjoni u dik il-preżentazzjoni mill-ġdid tippermetti l-investigazzjoni u r-riżoluzzjoni tar-raġuni għaliex it-tranżazzjoni ma tkunx ġiet aċċettata għall-ikklerjar, tista' titħalla li ssir it-tieni preżentazzjoni fil-forma ta' tranżazzjoni derivata kklerjata ġdida bl-istess termini ekonomiċi peress li li tibqa' tiżgura ġestjoni xierqa tar-riskji operazzjonali u oħrajn mhux relatati mal-kreditu.

(13)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 ikunu japplikaw mill-istess data.

(14)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(15)

L-ESMA mexxiet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Arranġamenti biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment ta' informazzjoni

1.   Fir-regoli tiegħu ċentru tan-negozjar għandu jispjega fid-dettall l-informazzjoni li jeħtieġ mingħand il-kontropartijiet għal tranżazzjoni derivata kklerjata sabiex jippreżenta din it-tranżazzjoni għall-ikklerjar mis-CCP, u l-format li fih għandha tiġi pprovduta din l-informazzjoni.

2.   Fir-regoli tagħha CCP għandha tispjega fid-dettall l-informazzjoni meħtieġa minnha mingħand il-kontropartijiet għal tranżazzjoni derivata kklerjata u minn ċentri tan-negozjar għall-ikklerjar ta' dik it-tranżazzjoni, u l-format li fih għandha tiġi pprovduta din l-informazzjoni.

Artikolu 2

Kontroll ta' qabel in-negozju għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati konklużi f'ċentru tan-negozjar

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar u l-membri tal-ikklerjar għandhom jissubordinaw l-ordnijiet għall-konklużjoni ta' tranżazzjonijiet derivati kklerjati f'ċentru tan-negozjar għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4, ħlief meta l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu jkunu ssodisfati:

(a)

ir-regoli tal-post tan-negozjar jeħtieġu li kull membru jew parteċipant fiċ-ċentru ta' negozjar, li mhuwiex membru tal-ikklerjar ta' CCP li permezz tagħha t-tranżazzjoni derivata tiġi kklerjata, ikollu arranġament kuntrattwali ma' membru tal-ikklerjar tas-CCP li permezz tiegħu membru tal-ikklerjar isir awtomatikament kontroparti għat-tranżazzjoni derivata kklerjata;

(b)

ir-regoli tas-CCP jipprevedu li t-tranżazzjoni derivata kklerjata konkluża f'ċentru tan-negozjar tiġi kklerjata awtomatikament u immedjatament, filwaqt li l-membru tal-ikklerjar imsemmi fil-punt (a) isir kontroparti għas-CCP;

(c)

ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar jipprevedu li l-membru jew il-parteċipant fiċ-ċentru ta' negozjar jew lill-klijent tiegħu jsiru kontroparti għar-tranżazzjoni derivata kklerjata, wara li t-tranżazzjoni derivata kklerjata tiġi kklerjata, skont l-applikazzjoni ta' arranġamenti ta' kklerjar diretti jew indiretti mal-membru tal-ikklerjar.

2.   Ċentru tan-negozju għandu jipprovdi għodda sabiex jiżgura skrinjar qabel il-konklużjoni fuq bażi ta' kull ordni minn kull membru tal-ikklerjar tal-limiti stabbiliti u miżmuma minn dak il-membru tal-ikklerjar għall-klijent tiegħu skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/589 (3).

3.   Ċentru tan-negozjar għandu jiżgura, qabel il-konklużjoni tal-imsemmija ordni li l-ordni tal-klijent tkun fil-limiti applikabbli għal dan il-klijent skont il-paragrafu 2:

(a)

fi żmien 60 sekonda minn meta tasal l-ordni meta l-ordni tkun saret b'mod elettroniku;

(b)

fi żmien 10 minuti minn meta tasal l-ordni meta l-ordni ma tkunx saret b'mod elettroniku.

4.   Meta l-ordni ma tkunx fil-limiti applikabbli għall-klijent skont il-paragrafu 2, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jinforma lill-klijent u lill-membru tal-ikklerjar li l-ordni ma tistax tiġi konkluża skont l-iskedi ta' żmien li ġejjin:

(a)

meta l-ordni tkun saret b'mod elettroniku, fuq il-bażi ta' ħin reali;

(b)

meta l-ordni ma tkunx saret elettronikament, fi żmien ħames (5) minuti mill-mument meta l-ordni tkun ġiet iċċekkjata fir-rigward tal-limiti applikabbli.

Artikolu 3

Skedi ta' żmien għat-trasferiment ta' informazzjoni għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati f'ċentru tan-negozjar

1.   Iċ-ċentru tan-negozjar, is-CCP u l-membru tal-ikklerjar għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu ħlief meta l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) ikunu ssodisfati.

2.   Għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati li huma konklużi f'ċentru tan-negozjar b'mod elettroniku, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jibgħat l-informazzjoni relatata ma' kull tranżazzjoni lis-CCP fi żmien 10 sekondi mill-mument tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni.

3.   Għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati li huma konklużi f'ċentru tan-negozjar b'mod mhux elettroniku, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jibgħat l-informazzjoni relatata ma' kull tranżazzjoni lis-CCP fi żmien 10 minuti mill-mument tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni.

4.   CCP għandha taċċetta jew ma taċċettax tranżazzjoni derivata kklerjata konkluża f'ċentru tan-negozjar fi żmien 10 sekondi minn meta tasal l-informazzjoni mingħand iċ-ċentru tan-negozjar u tinforma lill-membru tal-ikklerjar u liċ-ċentri tan-negozjar b'kull rifjut fuq bażi ta' ħin reali.

5.   Il-membru tal-ikklerjar u ċ-ċentru tan-negozjar għandhom jinformaw lill-kontroparti li kkonkludiet it-tranżazzjoni derivata kklerjata fiċ-ċentru tan-negozjar dwar ir-rifjut malli s-CCP tkun infurmathom bir-rifjut.

Artikolu 4

Skedi ta' żmien għat-trasferiment ta' informazzjoni għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati fuq bażi bilaterali

1.   Għal tranżazzjonijiet derivati kklerjati konklużi minn kontropartijiet fuq bażi bilaterali, il-membru tal-ikklerjar għandu:

(a)

jikseb evidenza mingħand il-klijent tiegħu dwar il-konklużjoni tal-iskeda ta' żmien tat-tranżazzjoni ppreżentata għall-ikklerjar;

(b)

jiżgura li l-kontropartijiet jibagħtu lis-CCP l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) fi żmien 30 minuta mill-mument tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni.

2.   Is-CCP għandha tibgħat lill-membru tal-ikklerjar tagħha l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 rigward it-tranżazzjoni fi żmien 60 sekonda minn meta tirċievi din l-informazzjoni mingħand il-kontropartijiet. Il-membru tal-ikklerjar għandu jaċċetta jew ma jaċċettax it-tranżazzjoni fi żmien 60 sekonda minn meta jirċievi l-informazzjoni mingħand is-CCP.

3.   Is-CCP għandha taċċetta jew ma taċċettax l-ikklerjar ta' tranżazzjoni derivata kklerjata konkluża fuq bażi bilaterali fi żmien 10 sekondi minn meta tirievi l-aċċettazzjoni jew ir-rifjut mingħand il-membru tal-ikklerjar.

4.   Madankollu, il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-regoli tas-CCP jiżguraw l-istabbiliment u ż-żamma fuq nażi regolari ta' limiti minn membru tal-ikklerjar għall-klijent tiegħu skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/589;

(b)

ir-regoli ta' CCP jipprevedu li tranżazzjoni derivata kklerjata li tkun fil-limiti b'konformità mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu tiġi awtomatikament ikklerjata mis-CCP fi żmien 60 sekonda minn meta tirċievi l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni derivata kklerjata mill-kontropartijiet.

5.   Is-CCP li ma taċċettax għall-ikklerjar tranżazzjoni derivata kklerjata konkluża fuq bażi bilaterali għandha tinforma lill-membru tal-ikklerjar bir-rifjut fuq bażi ta' ħin reali. Il-membru tal-ikklerjar għandu jinforma lill-kontroparti li kkonkludiet it-tranżazzjoni bir-rifjut malli jiġi nfurmat mis-CCP.

Artikolu 5

Trattament ta' tranżazzjonijiet derivati kklerjati mhux aċċettati għall-ikklerjar

1.   Meta tranżazzjoni derivata kklerjata li tiġi konkluża elettronikament f'ċentru tan-negozjar tiġi rifjutata mis-CCP, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jannulla tali kuntratt.

2.   Meta tranżazzjoni derivata kklerjata, ħlief għal tranżazzjoni derivata kklerjata konkluża elettronikament f'ċentru ta' negozjar, tiġi rifjutata mis-CCP, it-trattament tat-tranżazzjoni għandu jkun irregolat:

(a)

mir-regoli tal-post tan-negozjar, fejn il-kuntratt jiġi ppreżentat għall-ikklerjar skont ir-regoli tal-post tan-negozjar;

(b)

mill-ftehim bejn il-kontropartijiet fis-sitwazzjonijiet l-oħrajn kollha.

3.   Meta r-rifjut ikun minħabba problema teknika jew klerikali, it-tranżazzjoni derivata kklerjata tista' tiġi ppreżentata għall-ikklerjar għal darba oħra fi żmien siegħa minn dik preċedenti fil-forma ta' tranżazzjoni ġdida iżda bl-istess termini ekonomiċi, sakemm iż-żewġ kontropartijiet ikunu qablu dwar it-tieni preżentazzjoni. Il-post tan-negozjar fejn kienet inizjalment konkluża t-tranżazzjoni derivata kklerjata ma għandux ikun soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-preżentazzjoni għall-ikklerjar tat-tieni tranżazzjoni derivata kklerjata.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/589 tad-19 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali għad-ditti ta' investiment involuti fil-kummerċ algoritmiku (Ara paġna 417 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/229


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/583

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(8), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 22(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Grad għoli ta' trasparenza huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-investituri jiġu infurmati b'mod adegwat dwar il-livell reali ta' tranżazzjonijiet attwali u potenzjali fil-bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti ta' emissjonijiet u derivattivi irrispettivament minn jekk dawn it-tranżazzjonijiet iseħħux fi swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs), faċilitajiet organizzati tan-negozjar, internalizzaturi sistematiċi, jew barra dawn il-faċilitajiet. Dan il-grad għoli ta' trasparenza għandu jistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet ekwi bejn iċ-ċentri tan-negozjar biex il-proċess ta' skoperta tal-prezzijiet fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji partikolari ma jiġix imdgħajjef mill-frammentazzjoni tal-likwidità, u b'hekk l-investituri ma jiġux ippenalizzati.

(2)

Fl-istess ħin, huwa essenzjali li jiġi rikonoxxut li jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn għandhom jiġu pprovduti eżenzjonijiet mit-trasparenza ta' qabel in-negozjar jew id-differiment ta' obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar biex jiġi evitat li tiġi imdgħajfa l-likwidità bħala konsegwenza mhux intenzjonata tal-obbligi li jiġu divulgati t-tranżazzjonijiet u b'hekk il-pożizzjonijiet ta' riskju jsiru pubbliċi. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi preċiżi taħt liema jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mit-trasparenza ta' qabel in-negozjar u d-differimenti mit-trasparenza ta' wara n-negozjar.

(3)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib flimkien, peress li jittrattaw l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar li japplikaw għan-negozjar fi strumenti finanzjarji mhux tal-ekwità. Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva għall-partijiet kkonċernati u, b'mod partikolari dawk soġġetti għall-obbligi, huwa meħtieġ li dawn l-istandards tekniċi regolatorji jkunu inklużi f'Regolament wieħed.

(4)

Meta l-awtoritajiet kompetenti jagħtu eżenzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar jew jawtorizzaw id-differiment ta' obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar, dawn għandhom jittrattaw is-swieq regolati, il-faċilitajiet ta' negozjar multilaterali, il-faċilitajiet ta' negozjar organizzati u d-ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra ċ-ċentri tan-negozjar kollha bl-istess mod u b'mod mhux diskriminatorju.

(5)

Huwa xieraq li jiġi ċċarat numru limitat ta' termini tekniċi. Dawn id-definizzjonijiet tekniċi huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Unjoni tad-dispożizzjonijiet inklużi f'dan ir-Regolament u, b'hekk, jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' ġabra unika ta' regoli għas-swieq finanzjarji tal-Unjoni. Dawn id-definizzjonijiet jaqdu biss l-għan li jiġu stabbiliti l-obbligi ta' trasparenza għall-istrumenti finanzjarji mhux ta' ekwità u għandhom jiġu strettament limitati biex jiġi mifhum dan ir-Regolament.

(6)

Il-komoditajiet innegozjati fil-borża (Exchange-traded-commodities — ETCs) u n-noti nnegozjati fil-borża (Exchange-traded notes — ETNs) soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti ta' dejn minħabba l-istruttura legali tagħhom. Madankollu, peress li huma nnegozjati b'mod simili għall-fondi negozjati fil-borża (ETFs), għandu jiġi applikat reġim ta' trasparenza simili għal dak tal-ETFs.

(7)

F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandu jiġi kkunsidrat għadd ta' strumenti biex ikunu eliġibbli għal eżenzjoni ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar għall-istrumenti li għalihom ma hemmx suq likwidu. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għad-derivattivi soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta' negozjar kif ukoll għall-bonds, id-derivattivi, il-prodotti finanzjarji strutturati u l-kwoti ta' emissjonijiet li mhumiex likwidi.

(8)

Ċentru tan-negozjar li jħaddem sistema ta' talba għal kwotazzjoni għandu jagħmel pubbliċi l-prezzijiet tat-talba u l-offerta tad-ditta jew indikazzjonijiet ta' interess azzjonabbli u l-profondità marbuta ma' dawk il-prezzijiet mhux aktar tard minn meta min jagħmel it-talba jkun jista' jwettaq tranżazzjoni skont ir-regoli tas-sistema. Dan biex jiġi żgurat li l-membri jew il-parteċipanti li qegħdin jipprovdu l-kwotazzjonijiet tagħhom lil min jagħmel it-talba l-ewwel ma jitpoġġewx f'pożizzjoni żvantaġġata.

(9)

Il-maġġoranza tal-bonds likwidi koperti huwa titoli ipotekarji maħruġa biex jingħata self biex jiġi ffinanzjat ix-xiri ta' dar minn individwu privat u li l-valur medju tagħhom huwa direttament relatat mal-valur tas-selfa. Fis-suq tal-bonds koperti, il-fornituri tal-likwidità jiżguraw li l-investituri professjonali li jinnegozjaw b'daqsijiet kbar jitqabblu ma' sidien tad-djar li jinnegozjaw fuq skala żgħira. Biex jiġi evitat li jkun hemm tfixkil f'din il-funzjoni u l-konsegwenzi ta' detriment kontiġenti għas-sidien tad-djar, id-daqs speċifiku għall-istrument li 'l fuq minnu l-fornituri tal-likwidità jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni mit-trasparenza ta' qabel in-negozjar għandu jiġi stabbilit fid-daqs tan-negozjar taħt liema jinstabu 40 fil-mija tat-tranżazzjonijiet, peress li dan id-daqs tan-negozjar jitqies li jirrifletti l-prezz medju ta' dar.

(10)

L-informazzjoni li hija meħtieġa li ssir disponibbli qrib kemm jista' jkun għaż-żmien reali għandha ssir disponibbli istantanjament kemm ikun teknikament fattibbli, bl-assunzjoni li hemm livell raġonevoli ta' effiċjenza u ta' nefqa fuq is-sistemi min-naħa tal-operatur fis-suq, tal-Arranġament Approvat ta' Pubblikazzjoni (Approved Publication Arrangement — APA) jew tad-ditta ta' investiment ikkonċernata. L-informazzjoni għandha tkun ippubblikata biss qrib il-limitu taż-żmien massimu preskritt f'każijet eċċezzjonali fejn is-sistemi disponibbli ma jippermettux li ssir pubblikazzjoni f'perjodu iqsar ta' żmien.

(11)

Id-ditti ta' investiment għandhom jagħmlu pubbliċi d-dettalji tat-tranżazzjonijiet imwettqa barra miċ-ċentru tan-negozjar permezz ta' AAP. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-mod li permezz tiegħu d-ditti ta' investiment jirrapportaw it-tranżazzjonijiet tagħhom lill-AAP u għandu jappliku flimkien mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 (2).

(12)

Il-possibbiltà li tiġi speċifikata l-applikazzjoni tal-obbligu ta' divulgazzjoni ta' wara n-negozjar tat-tranżazzjonijiet imwettqa bejn iż-żewġ ditti ta' investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi, f'bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti ta' emissjonijiet u derivattivi li huma ddeterminati minn fatturi, għajr mill-valutazzjoni attwali tas-suq, bħat-trasferiment ta' strumenti finanzjarji bħala kollateral, hija stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 600/2014. Tali tranżazzjonijiet ma jikkontribwux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet, la ma joħolqu riskju li jisfukaw l-istampa għall-investituri, u la ma jfixqlu l-aħjar twettiq u għaldaqstant dan ir-Regolament jispeċifika t-tranżazzjonijiet iddeterminati minn fatturi għajr il-valutazzjoni tas-suq li ma għandhomx isiru pubbliċi.

(13)

Id-ditti ta' investiment ħafna drabi jwettqu tranżazzjonijiet, f'isimhom stess jew għan-nom tal-klijenti, f'derivattivi u strumenti finanzjarji jew assi oħrajn li huma magħmula minn numru ta' negozji interkonnessi u kontiġenti. Dawn it-tranżazzjonijiet bħala pakkett jippermettu lid-ditti ta' investiment u l-klijenti tagħhom jimmaniġġjaw aħjar ir-riskji tagħhom bil-prezz ta' kull komponent tat-tranżazzjoni bħala pakkett li jirifletti l-profil tar-riskju globali tal-pakkett aktar milli l-prezz tas-suq prevalenti ta' kull komponent. It-tranżazzjonijiet bħala pakkett jistgħu jieħdu diversi forom, bħall-iskambju ma' assi fiżiċi, l-istrateġiji ta' negozjar imwettqa fiċ-ċentri tan-negozjar jew tranżazzjonijiet bħala pakkett personalizzati u huwa importanti li jitqiesu dawn l-ispeċifiċitajiet meta jiġi kkalibrat ir-reġim ta' trasparenza applikabbli. Għalhekk, huwa xieraq li għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet biex jiġu applikati d-differimenti minn trasparenza ta' wara n-negozjar għal tranżazzjonijiet bħala pakkett. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx ikunu disponibbli għal tranżazzjonijiet li jiħħeġġjaw l-istrumenti finanzjarji mwettqa matul il-kors normali tan-negozju.

(14)

L-iskambju ma' assi fiżiċi huwa parti integrali tas-swieq finanzjarji, u jippermetti lill-operaturi fis-suq jorganizzaw u jwettqu derivattivi nnegozjati fil-boroż li huma marbuta direttament ma' tranżazzjoni fis-suq fiżiku sottostanti. Dawn jintużaw b'mod mifrux u jinvolvu diversi atturi, bħal bdiewa, produtturi, manifatturi u proċessuri ta' prodotti bażiċi. Ġeneralment skambju ma' assi fiżiċi jseħħ meta l-bejjiegħ ta' assi fiżiku jfittex li jagħlaq il-pożizzjoni ta' hedging korrispondenti tiegħu f'kuntratt ta' derivattivi mal-bejjiegħ tal-assi fiżiku, meta dan tal-aħħar ikollu wkoll hedging korrispondenti fl-istess kuntratt ta' derivattivi. Dawn għalhekk jiffaċilitaw l-għeluq effiċjenti tal-pożizzjonijiet ta' ħħeġġjar li ma jkunux għadhom aktar meħtieġa.

(15)

Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imwettqa barra mir-regoli ta' ċentru tan-negozjar, huwa essenzjali li jiġi ċċarat liema ditta ta' investiment għandha tagħmel pubblika tranżazzjoni f'każijiet fejn iż-żewġ partijiet fit-tranżazzjoni jkunu ditti ta' investiment stabbiliti fl-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet mingħajr duplikazzjoni. Għaldaqstant, ir-responsabbiltà li tranżazzjoni ssir pubblika għandha dejjem taqa' fuq id-ditta ta' investiment li qiegħda tbigħ sakemm parti waħda biss mill-kontropartijiet hija internalizzatur sistematiku u hija d-ditta li qiegħda tixtri.

(16)

Meta kontroparti waħda biss tkun internalizzatur sistematiku fi strument finanzjarju partikolari u tkun ukoll id-ditta li qiegħda tixtri għal dak l-istrument, din għandha tkun responabbli biex tagħmel it-tranżazzjoni pubblika peress li l-klijenti tagħha jkunu jistennewha li tagħmel dan u tkun f'pożizzjoni aħjar biex timla l-kamp ta' rapportar li jagħmel referenza għall-istatus tagħha ta' internalizzatur sistematiku. Biex jiġi żgurat li tranżazzjoni tiġi ppubblikata darba biss, l-internalizzatur sistematiku għandu jinforma lill-parti l-oħra li se jagħmel it-tranżazzjoni pubblika.

(17)

Huwa importanti li jinżammu l-istandards attwali għall-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet li jitwettqu bħala negozji spalla ma' spalla biex tiġi evitata l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjoni waħda bħala negozji multipli u biex tiġi pprovduta ċertezza legali dwar liema ditta ta' investiment hija responsabbli għall-pubblikazzjoni ta' tranżazzjoni. Għalhekk, żewġ negozji korrispondenti li jsiru fl-istess ħin u għall-istess prezz b'parti waħda interposta għandhom jiġu ppubblikati bħala tranżazzjoni waħda.

(18)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu l-pubblikazzjoni ta' dettalji supplimentari meta jippubblikaw informazzjoni li tibbenefika minn differiment, jew biex jippermettu differimenti għal perjodu ta' żmien estiż. Sabiex ikun hemm kontribut għall-applikazzjoni uniformi ta' dawn id-dispożizzjonijiet fl-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu nkwadrati l-kundizzjonijiet u l-kriterji taħt liema jistgħu jkunu permessi d-differimenti supplimentari mill-awtoritajiet kompetenti.

(19)

In-negozjar f'ħafna strumenti finanzjarji mhux ta' ekwità, u b'mod partikolari fid-derivattivi, huwa xi ħaġa episodika, varjabbli u soġġett għal modifiki regolari tal-mudelli ta' negozjar. Għalhekk, id-determinazzjonijiet statiċi ta' strumenti finanzjarji li ma għandhomx suq likwidu u determinazzjonijiet statiċi tad-diversi livelli limitu għall-finijiet li jiġu kkalibrati l-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar mingħajr ma tiġi prevista l-possibbiltà li jiġi adattat l-istatus ta' likwidità u l-livelli limitu fid-dawl tal-bidliet fil-mudell ta' negozjar ma jkunux xierqa. Huwa għalhekk xieraq jiġu stabbiliti l-metodoloġija u l-parametri li huma meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni tal-likwidità u l-kalkolu tal-livelli limitu għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni tat-trasparenza ta' qabel in-negozjar u d-differiment tat-trasparenza ta' wara n-negozjar fuq bażi perjodika.

(20)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-eżenzjonijiet għat-trasparenza ta' qabel in-negozjar u d-differiment ta' wara n-negozjar, huwa meħtieġ li jinħolqu regoli uniformi dwar il-kontenut u l-frekwenza tad-dejta li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu miċ-ċentri tan-negozjar, l-AAP u l-Fornituri ta' Tape Konsolidat (CTPs) għal finijiet ta' trasparenza. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi speċifikata l-metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu rispettivi u biex jinħolqu regoli uniformi fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fl-Unjoni. Regoli dwar il-metodoloġija speċifika u d-dejta meħtieġa biex isiru kalkoli bl-iskop li jiġi speċifikat ir-reġim ta' trasparenza applikabbli għal strumenti finanzjarji mhux tal-ekwità għandhom jiġu applikati fil-mkien mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/577 (3) li jistabbilixxi l-elementi komuni fir-rigward tal-kontenut u l-frekwenza tat-talbiet għad-dejta biex jiġu indirizzati għal ċentri tan-negozjar, APAs u CTPs għall-finijiet tat-trasparenza u kalkoli oħra f'termini iktar ġeenrali.

(21)

Għall-bonds, minbarra l-ETCs u l-ETNs, it-tranżazzjonijiet taħt EUR 100 000 għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli tal-livelli limitu ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar, peress li dawn jitqiesu bħala ta' daqs ta' bejgħ bl-imnut. Dawn it-tranżazzjonijiet ta' daqs ta' bejgħ bl-imnut għandhom fi kwalunkwe każ jibbenefikaw minn reġim ta' trasparenza ġdid u kwalunkwe livell limitu li jagħti lok għal eżenjoni jew differiment mit-trasparenza għandu jkun 'il fuq minn dan il-livell.

(22)

L-iskop tal-eżenzjoni mill-obbligi ta' trasparenza stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa li tiżgura li l-effettività tal-operazzjonijiet imwettqa mill-Eurosistema fit-twettiq tal-kompiti primarji kif stabbilit fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“l-Istatut”), u fid-dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti għall-membri tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, li tiddependi fuq tranżazzjonijiet kunfidenzjali u fil-ħin, ma tiġix kompromessa mid-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar tranżazzjonijiet bħal dawn. Huwa kruċjali għall-banek ċentrali li jkunu jistgħu jikkontrollaw jekk, meta u kif l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet tagħhom tiġi divulgata biex b'hekk jimmassimizzaw l-impatt maħsub u jillimitaw kwalunkwe impatt mhux maħsub fuq is-suq. Għalhekk, għandha tiġi pprovduta ċertezza tad-dritt għall-membri tas-SEBĊ u l-kontropartijiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' trasparenza.

(23)

Waħda mir-responsabbiltajiet ewlenin tas-SEBĊ skont it-Trattat u l-Istatut u skont dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti għal-membri tas-SEBĊ fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, hija l-prestazzjoni tal politika dwar il-kambju, li tinvolvi ż-żamma u l-ġestjoni ta' riżervi barranin biex jiġi żgurat li, kull meta jkun meħtieġ, ikun hemm ammont suffiċjenti ta' riżorsi likwidi disponibbli għall-operazzjonijiet tal-kambju tagħha. L-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza għall-operazzjonijiet ta' ġestjoni tar-riżervi barranin tista' tirriżulta f'sinjali mhux maħsuba lis-suq, li jistgħu jinterferixxu mal-politika dwar il-kambju tal-Eurosistema u tal-membri tas-SEBĊ fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Jistgħu japplikaw ukoll kunsiderazzjonijiet simili għall-operazzjonijiet ta' ġestjoni tar-riżervi barranin fit-twassil tal-politika monetarja u l-istabbiltà finanzjarja fuq bażi ta' każ b'każ.

(24)

L-eżenzjoni mill-obbligi ta' trasparenza għat-tranżazzjonijiet fejn il-kontroparti hija membru tas-SEBĊ ma għandhiex tapplika fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li jsiru minn xi membru tas-SEBĊ fit-twettiq tal-operazzjonijiet ta' investiment tagħhom. Dan għandu jinkludi operazzjonijiet imwettqa għal finijiet amministrattivi jew għall-persunal tal-membru tas-SEBĊ, inklużi tranżazzjonijiet imwettqa fil-kapaċità bħala amministratur ta' skema tal-pensjoni f'konformità mal-Artikolu 24 tal-Istatut.

(25)

Jenħtieġ li s-sospensjoni temporanja tal-obbligi ta' trasparenza tiġi imposta biss f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jirrappreżentaw tnaqqis sinifikanti fil-likwidità fil-klassi ta' strumenti finanzjarji abbażi ta' fatturi oġġettivi u li jistgħu jitkejlu. Huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-klassijiet iddeterminati inizjalment bħala li għandhom jew li ma għandhomx suq likwidu, peress li tnaqqis sinifikanti ieħor fit-termini relattivi fi klassi diġà ddeterminata bħala mhux likwida huwa probabbli li jseħħ aktar faċilment. Għalhekk, sospensjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza fi strumenti ddeterminati bħala li ma għandhomx suq likwidu għandha tkun imposta biss jekk ikun seħħ tnaqqis minn livell limitu relattivament ogħla.

(26)

Ir-reġim ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu jkun ikkalibrat kif xieraq għas-suq u applikat b'mod uniformi fl-Unjoni kollha. Huwa għalhekk essenzjali li jiġu stabbiliti l-kalkoli meħtieġa li jridu jitwettqu, inkluż il-perjodi u l-metodi ta' kalkolu. F'dan ir-rigward, biex jiġu evitati l-effetti ta' distorsjoni tas-suq, il-perjodi ta' kalkolu speċifikati f'dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li l-livelli limitu rilevanti tar-reġim jiġu aġġornati f'intervalli xierqa biex jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq. Huwa xieraq ukoll li tiġi prevista l-pubblikazzjoni ċentralizzata tar-riżultati tal-kalkoli biex b'hekk isiru disponibbli għall-operaturi finazjarji fis-suq u l-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Unjoni f'post wieħed u b'mod faċli għall-utenti. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar ir-riżultati tal-kalkoli tagħhom u l-ESMA għandha tippubblika dawn il-kalkoli fuq is-sit web tagħha.

(27)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tar-rekwiżiti ta' trasparenza l-ġodda, huwa xieraq li jiġu implimentati b'mod gradwali d-dispożizzjonijiet ta' trasparenza. Il-livell limitu ta' likwidità “numru medju ta' kuljum ta' negozji” użat għad-determinazzjoni ta' bonds għal liema hemm suq likwidu għandu jiġi adattat b'mod gradwali.

(28)

Sat-30 ta' Lulju tas-sena ta' wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA, fuq bażi annwali, għandha tippreżenta lill-Kummissjoni valutazzjoni tal-livell limitu ta' likwidità li jiddetermina l-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar skont l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, u, fejn ikun xieraq, tippreżenta standard tekniku regolatorju rivedut sabiex tadatta l-livell limitu ta' likwidità.

(29)

Bl-istess mod, il-perċentili tan-negozju użati bex jiġi ddeterminat id-daqs speċifiku għall-istrument li jippermettu l-eżenzjoni mill-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar għall-istrumenti mhux tal-ekwità, għandhom jiġu adattati b'mod gradwali.

(30)

Għal dan il-għan l-ESMA, fuq bażi annwali, għandha tippreżenta lill-Kummissjoni valutazzjoni tal-livelli limitu ta' eżenzjoni u, fejn ikun xieraq, tippreżenta standard regolatorju rivedut biex tadatta l-livelli limitu ta' eżenzjoni applikabbli għall-istrumenti mhux tal-ekwità.

(31)

Għall-finijiet ta' kalkoli ta' trasparenza, hija meħtieġa dejta ta' referenza biex tiġi ddeterminata l-klassi ta' subassi li jkun parti minnha kull strument finanzjarju. Għalhekk, huwa meħtieġ li ċ-ċentri tan-negozjar jintalbu jipprovdu dejta ta' referenza addizzjonali għal dik meħtieġa mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/585 (4).

(32)

Fid-determinazzjoni tal-istrumenti finanzjarji li ma għandhomx suq likwidu fir-rigward tad-derivattivi tal-kambju, kienet meħtieġa valutazzjoni kwalitattiva minħabba n-nuqqas ta' dejta meħtieġa għal analiżi kwantitattiva komprensiva tas-suq kollu. Bħala riżultat, sakemm tkun disponibbli dejta ta' kwalità aħjar, id-derivattivi ta' kambju għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ma għandhomx suq likwidu għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(33)

Bil-għan li jkun hemm bidu effettiv tar-regoli ta' trasparenza l-ġodda, l-operaturi fis-suq għandhom jipprovdu dejta għall-kalkolu u l-pubblikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji għal liema m'hemmx suq likwidu u d-daqs tal-ordnijiet li huma kbar fl-iskala jew li huma ikbar mid-daqs speċifiku għall-istrument biżżejjed qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(34)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data. Madankollu, biex jiġi żgurat li r-reġim ta' trasparenza regolatorja l-ġdid ikun jista' jopera b'mod effettiv, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(35)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ippreżentat mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(36)

L-ESMA mexxiet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“tranżazzjoni bħala pakkett” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

tranżazzjoni f'kuntratt ta' derivattivi jew strument finanzjarju ieħor kontiġenti fuq l-eżekuzzjoni simultanja ta' tranżazzjoni fi kwantità ekwivalenti ta' assi fiżiku sottostanti (Skambju ma' Assi Fiżiċi jew EFP);

(b)

tranżazzjoni li tinvolvi l-eżekuzzjoni ta' żewġ tranżazzjonijiet komponenti jew aktar fi strumenti finanzjarji u:

(i)

li tiġi eżegwita bejn żewġ kontropartijiet jew aktar;

(ii)

fejn kull komponent tat-tranżazzjoni ekonomika jġorr riskju ekonomiku jew finanzjarju relatat mal-komponenti l-oħra kollha;

(iii)

fejn it-twettiq ta' kull komponent huwa simultanju u kontiġenti fuq it-twettiq tal-komponenti l-oħrajn kollha.

2.

“sistema ta' talba għal kwotazzjoni” tfisser sistema tan-negozjar fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kwotazzjoni jew kwotazzjonijiet minn membru jew parteċipant huma pprovduti bħala rispons għal talba għal kwotazzjoni mressqa minn membru jew parteċipant ieħor wieħed jew aktar;

(b)

il-kwotazzjoni tkun tista' titwettaq b'mod esklussiv mill-membru rikjedenti jew parteċipant;

(c)

il-membru rikjedenti jew il-parteċipant fis-suq jistgħu jikkonkludu tranżazzjoni billi jaċċettaw il-kwotazzjoni jew il-kwotazzjonijiet li jingħatawlu, meta mitluba.

3.

“sistema ta' negozjar bil-vuċi” tfisser sistema tan-negozjar fejn it-tranżazzjonijiet bejn il-membri jiġu rranġati permezz ta' negozjar bil-vuċi.

KAPITOLU II

TRASPARENZA TA' QABEL IN-NEGOZJAR GĦAS-SWIEQ REGOLATI, IL-FAĊILITAJIET MULTILATERALI TAN-NEGOZJAR U L-FAĊILITAJIET ORGANIZZATI TA' NEGOZJAR

Artikolu 2

Obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar

(L-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

L-operaturi fis-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu pubblika l-firxa tal-prezzijiet tat-talba u l-offerta u l-intensità ta' interess ta' negozjar b'dawk il-prezzijiet, skont it-tip ta' sistema ta' negozjar li joperaw u r-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 3

Ordnijiet li huma fuq kbar fl-iskala

(L-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Ordni jkun kbir fl-iskala meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq fejn, fil-punt meta jiddaħħal l-ordni jew wara kwalunkwe emenda fl-ordni, ikun daqs jew akbar mid-daqs minimu ta' ordni li għandu jiġi ddeterminat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 13.

Artikolu 4

It-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f'faċilità ta' ġestjoni tal-ordnijiet

(L-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   It-tip ta' ordni miżmum f'faċilità ta' ġestjoni tal-ordnijiet ta' ċentru tan-negozjar li qiegħed jistenna biex jiġi divulgat għal liema jista' jkun hemm eżenzjoni mill-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar, huwa ordni li:

(a)

huwa maħsub li jiġi divulgat fil-ktieb tal-ordnijiet operat miċ-ċentru tan-negozjar u huwa kontiġenti fuq kundizzjonijiet oġġettivi li huma ddefiniti minn qabel mill-protokoll tas-sistema;

(b)

ma jinteraġġix ma' interess ta' negozjar ieħor qabel id-divulgazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet operat miċ-ċentru tan-negozjar;

(c)

ladarba jiġi divulgat fil-kotba tal-ordnijiet jinteraġixxi ma' ordnijiet oħrajn skont ir-regoli applikabbli għall-ordnijiet ta' dak it-tip fil-mument tad-divulgazzjoni.

2.   Id-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f'faċilità ta' ġestjoni tal-ordnijiet ta' ċentru tan-negozjar li qegħdin jistennew biex jiġu divulgati għal liema tista' ssir eżenzjoni mill-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar, fil-punt ta' dħul fis-seħħ u wara kwalunkwe emenda, għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

fil-każ ta' ordni ta' riżerva, ugwali għal EUR 10 000 jew aktar;

(b)

għall-ordnijiet l-oħrajn kollha, daqs li huwa ugwali għall-kwantità negozjabbli minima jew aktar stabbilit minn qabel mill-operatur tas-sistema skont ir-regoli u l-protokolli tiegħu.

3.   Ordni ta' riżerva msemmi fil-paragrafu 2(a) għandu jiġi kkunsidrat bħala ordni tal-limitu li jikkonsisti minn ordni divulgat relatat ma' porzjon tal-kwantità u ordni mhux divulgat relatat mal-bqija tal-kwantità, fejn il-kwantità mhux divulgata għandha kapaċità ta' twettiq wara l-ħruġ tagħha biss fil-ktieb tal-ordnijiet bħala ordni divulgat ġdid.

Artikolu 5

Daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju

(L-Artikolu 8(4) u 9(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Indikazzjoni ta' interess azzjonabbli tkun 'il fuq mid-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarji meta, fil-punt ta' dħul jew wara kwalunkwe emenda, tkun daqs jew ikbar mid-daqs minimu ta' indikazzjoni ta' interess azzjonabbli li tiġi ddeterminata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 13.

2.   Il-prezzijiet indikattivi ta' qabel in-negozjar għal indikazzjonijiet ta' interess azzjonabbli li huma 'l fuq mid-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju ddeterminat skont il-paragrafu 1 u iżgħar mid-daqs rilevanti kbir fl-iskala ddeterminat skont l-Artikolu 3 għandhom jiġu kkunsidrati bħala qrib il-prezz tal-interessi ta' negozjar meta ċ-ċentru tan-negozjar jagħmel pubblika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-aqwa prezz disponibbli;

(b)

medja sempliċi tal-prezzijiet;

(c)

prezz medju ponderat abbażi tal-volum, il-prezz, iż-żmien jew in-numru ta' indikazzjonijiet ta' interess azzjonabbli.

3.   L-operaturi fis-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu pubblika l-metodoloġija għall-kalkolu tal-prezzijiet ta' qabel in-negozjar u ż-żmien tal-pubblikazzjoni meta jdaħħlu u jaġġornaw l-prezzijiet indikattivi ta' qabel in-negozjar.

Artikolu 6

Il-klassijiet ta' strumenti finanzjarji għal liema m'hemmx suq likwidu

(L-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Strument finanzjarju jew klassi ta' strumenti finanzjarji għandhom jitqiesu bħala li ma għandhomx suq likwidu jekk ikun speċifikat hekk skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 13.

KAPITOLU III

IT-TRASPARENZA TA' QABEL IN-NEGOZJAR GĦAĊ-ĊENTRI TA' NEGOZJAR U D-DITTI TA' INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW BARRA MINN ĊENTRU TAN-NEGOZJAR

Artikolu 7

L-obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar

(L-Artikolu 10(1) u Artikolu 21(1) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

1.   Id-ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra mar-regoli ta' ċentru tan-negozjar u l-operaturi fis-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu pubbliċi b'referenza għal kull tranżazzjoni, id-dettalji stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II u jużaw kull markatur applikabbli elenkat fit-Tabella 3 tal-Anness II.

2.   Meta rapport tan-negozjar ippubblikat preċedentement jiġi kkanċellat, id-ditti ta' investiment li joperaw barra minn ċentru tan-negozjar u l-operaturi fis-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu pubbliku rapport ġdid tan-negozjar li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport tan-negozjar oriġinali u l-markatur ta' kanċellazzjoni speċifikat fit-Tabella 3 tal-Anness II.

3.   Meta rapport tan-negozjar ippubblikat preċedentement jiġi emendat, id-ditti ta' investiment li joperaw barra minn ċentru tan-negozjar u l-operaturi fis-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja pubblika:

(a)

rapport tan-negozjar ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport tan-negozjar oriġinali u l-markatur ta' kanċellazzjoni speċifikat fit-Tabella 3 tal-Anness II;

(b)

rapport tan-negozjar ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport tan-negozjar oriġinali bid-dettalji kollha meħtieġa li ġew korretti u l-markatur tal-emendi kif speċifikat fit-Tabella 3 tal-Anness II.

4.   L-informazzjoni ta' wara n-negozjar għandha ssir disponibbli kemm jista' jkun qrib għall-ħin reali kemm teknikament possibbli u fi kwalunkwe każ:

(a)

għall-ewwel tliet snin tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, fi żmien 15-il minuta wara t-twettiq tat-tranżazzjoni rilevanti;

(b)

minn hemm 'il quddiem, fi żmien 5 minuti wara t-twettiq tat-tranżazzjoni rilevanti.

5.   Meta tranżazzjoni bejn żewġ ditti ta' investiment tiġi konkluża barra r-regoli ta' ċentru tan-negozjar, kemm f'isimhom stess jew għan-nom tal-klijenti, hija biss id-ditta ta' investiment li tbigħ l-istrument finanzjarju kkonċernat li għandha tagħmel it-tranżazzjoni pubblika permezz ta' APA.

6.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta ditta ta' investiment waħda biss li tkun parti mit-tranżazzjoni tkun internalizzatur sistematiku fl-istrument finanzjarju partikolari u qiegħda taġixxi bħala d-ditta li qiegħda tixtri, hija biss dik id-ditta li għandha tagħmel it-tranżazzjoni pubblika permezz ta' APA, u tinforma lill-bejjiegħ dwar l-azzjoni meħuda.

7.   Id-ditti ta' investiment għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li t-tranżazzjoni ssir pubblika bħala tranżazzjoni waħda. Għal dan il-għan, żewġ negozji korrispondenti li jiddaħħlu fl-istess ħin u bl-istess prezz b'parti waħda interposta għandhom jitqiesu bħala tranżazzjoni waħda.

8.   L-informazzjoni relatata ma' tranżazzjoni bħala pakkett għandha ssir disponibbli fir-rigward ta' kull komponent qrib kemm teknikament possibbli il-ħin reali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu allokati l-prezzijiet għal strumenti finanzjarji partikolari u għandha tinkludi l-markatur ta' tranżazzjoni bħala pakkett jew il-markatur għall-iskambju ma' assi fiżiċi kif speċifikat fit-Tabella 3 tal-Anness II. Meta t-tranżazzjoni bħala pakkett tkun eliġibbli għal pubblikazzjoni differita skont l-Artikolu 8, l-informazzjoni dwar i-komponenti kollha għandha ssir disponibbli wara li jkun skada l-perjodu ta' differiment għat-tranżazzjoni.

Artikolu 8

Il-pubblikazzjoni differita tat-tranżazzjonijiet

(L-Artikolu 11(1) u (3) u l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Meta awtorità kompetenti tawtorizza l-pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra minn ċentru tan-negozjar u l-operaturi fis-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu pubblika kull tranżazzjoni mhux aktar tard mis-19:00 tal-ħin lokali fit-tieni jum tax-xogħol wara d-data tat-tranżazzjoni, sakemm tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjoni hija kbira fl-iskala meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq kif speċifikat fl-Artikolu 9;

(b)

it-tranżazzjoni hija strument finanzjarju jew klassi ta' strumenti finanzjarji għal liema m'hemmx suq likwidu kif speċifikat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 13;

(c)

it-tranżazzjoni titwettaq bejn ditta ta' investiment li tinnegozja f'isimha stess, minbarra fuq bażi matched principal skont l-Artikolu 4(1)(38) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u kontroparti oħra u hija 'l fuq mid-daqs speċifikat għall-istrument kif speċifikat fl-Artikolu 10;

(d)

it-tranżazzjoni hija tranżazzjoni bħala pakkett li tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)

wieħed jew aktar mill-komponenti ewlenin tagħha huma tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji li ma għandhomx suq likwidu;

(ii)

wieħed jew aktar mill-komponenti tagħha huma tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji li huma kbar fl-iskala meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq kif stabbilit mill-Artikolu 9;

(iii)

it-tranżazzjoni titwettaq bejn ditta ta' investiment li tinnegozja f'isimha stess, minbarra fuq bażi matched principal skont l-Artikolu 4(1)(38) tad-Direttiva 2014/65/UE u kontroparti oħra, u wieħed jew aktar mill-komponenti tagħha huma tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji li huma 'l fuq mid-daqs speċifikat għall-istrument kif iddeterminat mill-Artikolu 10.

2.   Meta jkun skada l-limitu ta' żmien tad-differiment stabbilit fil-paragrafu 1, id-dettalji kollha tat-tranżazzjoni għandhom jiġu ppubblikati, sakemm ma jingħatax perjodu ta' żmien estiż jew indefinit ta' differiment skont l-Artikolu 11.

3.   Meta tranżazzjoni bejn żewġ ditti ta' investiment, jew f'isimhom stess jew għan-nom tal-klijenti, titwettaq barra r-regoli taċ-ċentru tan-negozjar, l-awtorità kompetenti rilevanti bil-għan li tiddetermina r-reġim ta' differiment applikabbli għandha tkun l-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment responsabbli biex tagħmel in-negozjar pubbliku permezz ta' APA skont il-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 7.

Artikolu 9

It-tranżazzjonijiet li huma fuq skala kbira

(L-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Tranżazzjoni għandha tkun titqies kbira fl-iskala (ta' daqs kbir), meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq meta tkun daqs jew ikbar mid-daqs minimu tat-tranżazzjoni, li għandu jiġi kkalkolat skont il-metodoloġija stabbilita lf-Artikolu 13.

Artikolu 10

Id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju

(L-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Tranżazzjoni għandha titqies akbar minn daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju meta tkun daqs jew ikbar mid-daqs minimu tat-tranżazzjoni, li għandu jiġi kkalkolat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 13.

Artikolu 11

Ir-rekwiżiti ta' trasparenza flimkien mal-pubblikazzjoni differita skont id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

(L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom flimkien ma' awtorizzazzjoni ta' pubblikazzjoni differita skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, japplika dan li ġej:

(a)

meta japplika l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu l-pubblikazzjoni ta' waħda mill-informazzjoni li ġejja matul il-perjodu sħiħ tad-differiment kif stabbilit fl-Artikolu 8:

(i)

id-dettalji kollha ta' tranżazzjoni stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II bl-eċċezzjoni tad-dettalji relatati mal-volum;

(ii)

it-tranżazzjonijiet f'forma aggregata ta' kuljum għal numru minimu ta' 5 tranżazzjonijiet imwettqa fl-istess jum, li għandhom isiru pubbliċi fil-jum tax-xogħol ta' wara, qabel 09.00 tal-ħin lokali.

(b)

meta japplika l-Artikolu 11(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu l-omissjoni tal-pubblikazzjoni tal-volum ta' tranżazzjoni individwali għal perjodu ta' żmien estiż ta' erba' ġimgħat.

(c)

fir-rigward tal-istrumenti mhux ta' ekwità li mhumiex dejn sovran u meta japplika l-Artikolu 11(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu, għal perjodu ta' żmien ta' differiment estiż ta' erba' ġimgħat, il-pubblikazzjoni f'forma aggregata ta' diversi tranżazzjonijiet imwettqa matul ġimgħa kalendarja waħda, nhar it-Tlieta ta' wara, qabel 09.00 tal-ħin lokali.

(d)

fir-rigward tal-istrumenti ta' dejn sovran u meta japplika l-Artikolu 11(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu, għal perjodu ta' żmien indefinit, il-pubblikazzjoni ta' diversi tranżazzjonijiet f'forma aggregata imwettqa matul il-kors ta' ġimgħa kalendarja waħda, nhar it-Tlieta ta' wara, qabel id-09.00 ħin lokali.

2.   Meta l-perjodu ta' differiment estiż stabbilit fil-paragrafu 1(b) ikun skada, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fir-rigward tal-istrumenti kollha li mhumiex dejn sovran, il-pubblikazzjoni tad-dettalji sħaħ tat-tranżazzjonijiet individwali, fil-jum tax-xogħol li jmiss qabel id-09.00 ħin lokali;

(b)

fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn sovran, meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li ma jużawx l-opzjonijiet previsti fl-Artikolu 11(3)(b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 konsekuttivament, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-pubblikazzjoni tad-dettalji sħaħ tat-tranżazzjonijiet individwali fil-jum tax-xogħol li jmiss, qabel id-09.00 ħin lokali;

(c)

fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn sovran, meta l-awtoritajiet kompetenti japplikaw l-opzjonijiet previsti fl-Artikolu 11(3)(b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 konsekuttivament skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-pubblikazzjoni f'forma aggregata ta' diversi tranżazzjonijiet imwettqa fl-istess ġimgħa kalendarja, nhar it-Tlieta ta' wara l-iskadenza tal-perjodu estiż ta' differiment ta' erba' ġimgħat li jibdew jgħoddu mill-aħħar jum ta' dik il-ġimgħa kalendarja qabel id-09.00 ħin lokali.

3.   Fir-rigward tal-istrumenti kollha li mhumiex dejn sovran, id-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom jiġu ppubblikati erba' ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tad-dettalji aggregati skont il-paragrafu 1(c) qabel id-09.00 ħin lokali.

4.   Id-dejta aggregata ta' kuljum jew ta' kull gimgħa msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-bonds, prodotti finanzjarji strutturati, derivattivi u kwoti tal-emissjonijiet fir-rigward ta' kull jum jew ġimgħa tal-perjodu kalendarju kkonċernat:

(a)

il-prezz medju ponderat;

(b)

il-volum totali nnegozjat kif imsemmi fit-Tabella 4 tal-Anness II;

(c)

in-numru totali ta' tranżazzjonijiet.

5.   It-tranżazzzjonijiet għandhom jiġu aggregati skont il-kodiċi ISIN. Meta l-kodiċi ISIN ma jkunx disponibbli, it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu aggregati fil-livell tal-klassi ta' strumenti finanzjarji għal liema japplika t-test tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 13.

6.   Meta l-jum tal-ġimgħa previst għall-pubblikazzjonijiet stabbilit fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, u l-paragrafi 2 u 3, ma jkunx jum tax-xogħol, il-pubblikazzjonijiet għandhom isiru fil-jum tax-xogħol ta' wara, qabel id-09.00 ħin lokali.

Artikolu 12

Applikazzjoni tat-trasparenza ta' wara n-negozjar għal ċerti tranżazzjonijiet imwettqa barra ċentru tan-negozjar

(L-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

L-obbligu li jsiru pubbliċi l-volum u l-prezz tat-tranżazzjonijiet u l-ħin li fih dawn ġew konklużi kif stabbilit fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ma għandu japplika għall-ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (7);

(b)

it-tranżazzjonijiet magħmula minn kumpanija tal-maniġment kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew maniġer ta' fondi ta' investiment alternattiv kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) li jittrasferixxu s-sjieda benefiċjarja tal-istrumenti finanzjarji minn impriża ta' investiment kollettiv għal oħra fejn l-ebda ditta ta' investiment mhija parti fit-tranżazzjoni;

(c)

“tranżazzjoni give-up” jew “tranżazzjoni give-in” li hija tranżazzjoni fejn ditta ta' investiment tgħaddi negozju ta' klijent lil, jew tirċievi negozju ta' klijent minn, ditta ta' investiment oħra għall-finijiet ta' pproċessar ta' wara n-negozjar;

(d)

it-trasferimenti ta' strumenti finanzjarji bħall-kollaterali f'tranżazzjonijiet bilaterali jew fil-kuntest ta' marġni ta' kontroparti ċentrali (CCP) jew rekwiżiti ta' kollateral jew bħala parti mill-proċess ta' ġestjoni ta' inadempjenza ta' CCP.

KAPITOLU IV

ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦAT-TRASPARENZA TA' QABEL IN-NEGOZJAR U TA' WARA N-NEGOZJAR

Artikolu 13

Il-metodoloġija biex jitwettqu l-kalkoli ta' trasparenza

(L-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Biex jiġu ddeterminati l-istrumenti finanzjarji jew il-klassijiet ta' strumenti finanzjarji għal liema m'hemmx suq likwidu għall-finijiet tal-Artikolu 6 u l-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8, għandhom jiġu applikati l-metodoloġiji li ġejjin fil-klassijiet ta' assi kollha:

(a)

Determinazzjoni statika tal-likwidità għal:

(i)

il-klassi ta' assi ta' derivattivi titolizzati kif iddefinit fit-Tabella 4.1 tal-Anness III;

(ii)

il-klassijiet ta' subassi ta' derivattivi ta' ekwità li ġejjin: l-opzjonijiet fuq l-indiċi, il-futuri/forwards ta' indiċi tal-istokks, l-opzjonijiet fuq l-ishma, il-futuri/forwards ta' stokks, l-opzjonijiet ta' dividendi tal-istokks, l-opzjonijiet tal-indiċi ta' dividendi, il-futuri/forwards tal-indiċi ta' dividendi, l-opzjonijiet tal-indiċi tal-volatilità, il-future/forwards tal-indiċi tal-volatilità, l-opzjonijiet tal-ETF, il-futuri/forwards tal-ETF u derivattivi ta' ekwità oħrajn kif iddefinit fit-Tabella 6.1 tal-Anness III;

(iii)

il-klassi ta' assi ta' derivattivi tal-kambju kif iddefinit fit-Tabella 8.1 tal-Anness III;

(iv)

il-klassijiet ta' subassi ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax oħrajn, derivattivi ta' komoditajiet oħrajn, derivattivi ta' kreditu oħrajn, derivattivi C10 oħrajn, kuntratti għad-differenzi (CFDs) oħrajn, kwoti tal-emissjonijiet oħrajn u derivattivi ta' kwoti ta' emissjonijiet oħrajn kif iddefinit fit-Tabelli 5.1, 7.1, 9.1, 10.1, 11.1, 12.1 u 13.1 tal-Anness III.

(b)

Valutazzjoni perjodika bbażata fuq kriterji ta' likwidità kwanitattivi u, fejn applikabbli, kwalitattivi:

(i)

kull tip ta' bonds, għajr l-ETCs u ETNs kif iddefinit fit-Tabella 2.1 tal-Anness III u kif speċifikat aktar fl-Artikolu 17(1);

(ii)

it-tipi ta' bonds ETC u ETN kif iddefinit fit-Tabella 2.4 tal-Anness III;

(iii)

il-klassi ta' assi ta' derivattivi ta' rata tal-imgħax ħlief il-klassi ta' subassi ta' derivattivi tar-rata tal-imgħax oħrajn kif iddefinit fit-Tabella 5.1 tal-Anness III;

(iv)

il-klassijiet ta' subassi ta' derivattivi ta' ekwità li ġejjin: is-swaps u l-iswaps tal-portafoll kif iddefinit fit-Tabella 6.1 tal-Anness III;

(v)

il-klassi ta' assi ta' derivattivi ta' komoditajiet, għajr il-klassi ta' subassi ta' derivattivi ta' komoditajiet oħrajn kif iddefinit fit-Tabella 7.1 tal-Anness III;

(vi)

il-klassijiet ta' subassi li ġejjin ta' derivattivi ta' kreditu: swaps ta' inadempjenza ta' kreditu tal-indiċi u swaps ta' inadempjenza ta' kreditu taħt isem wieħed kif iddefinit fit-Tabella 9.1 tal-Anness III;

(vii)

il-klassi ta' assi ta' derivattivi C10 għajr il-klassi ta' subassi ta' derivattivi C10 oħrajn kif iddefinit fit-Tabella 10.1 tal-Anness III;

(viii)

il-klassijiet ta' subassi li ġejjin ta' kuntratti għad-differenza (CFDs): is-CFDs tal-muniti u s-CFDs tal-komoditajiet kif iddefinit fit-Tabella 11.1 tal-Anness III;

(ix)

il-klassi ta' assi ta' kwoti tal-emissjonijiet, għajr il-klassi ta' subassi ta' kwoti tal-emissjonijiet oħrajn kif iddefinit fit-Tabella 12.1 tal-Anness III;

(x)

il-klassi ta' assi ta' derivattivi ta' kwoti ta' emissjonijiet ħlief il-klassi ta' subassi ta' derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet oħrajn kif iddefinit fit-Tabella 13.1 tal-Anness III.

(c)

Valutazzjoni perjodika bbażata fuq kriterji ta' likwidità kwalitattiva għal:

(i)

il-klassijiet ta' subassi li ġejjin ta' derivattivi ta' kreditu: L-opzjonijiet tal-indiċi tas-CDS u l-għażliet tas-CDS taħt isem wieħed kif iddefinit fit-Tabella 9.1 tal-Anness III;

(ii)

il-klassijiet ta' subassi li ġejjin ta' kuntratti għad-differenza (CFDs): CFDs ta' ekwità, CFDs ta' bonds, CFDs fuq futur/forward ta' ekwità u CFDs fuq opzjoni ta' ekwità kif iddefinit fit-Tabella 11.1 tal-Anness III.

(d)

Valutazzjoni perjodika bbażata fuq metodoloġija ta' żewġ testijiet għal prodotti finanzjarji strutturati kif iddefinit fit-Tabella 3.1 tal-Anness III.

2.   Biex jiġi ddeterminat id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 5 u l-ordnijiet li huma kbar fl-iskala, meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq imsemmi fl-Artikolu 3, għandhom jiġu applikati l-metodoloġiji li ġejjin:

(a)

il-valur tal-livell limitu għal:

(i)

it-tipi ta' bonds ETC u ETN kif iddefinit fit-Tabella 2.5 tal-Anness III;

(ii)

il-klassi ta' assi ta' derivattivi titolizzati kif iddefinit fit-Tabella 4.2 tal-Anness III;

(iii)

kull subklassi ta' derivattivi ta' ekwità kif iddefinit fit-Tabelli 6.2 u 6.3 tal-Anness III;

(iv)

kull subklassi ta' derivattivi tal-kambju kif iddefinit fit-Tabella 8.2 tal-Anness III;

(v)

kull subklassi kkunsidrata bħala li ma għandhiex suq likwidu għall-klassijiet tal-assi ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax, derivattivi ta' komoditajiet, derivattivi ta' kreditu, derivattivi C10 u kuntratti għad-differenza (CFDs) kif iddefinit fit-Tabelli 5.3, 7.3, 9.3, 10.3 u 11.3 tal-Anness III;

(vi)

kull klassi ta' subassi kkunsidrata bħala li ma għandhiex suq likwidu għall-klassijiet ta' assi ta' kwoti ta' emissjonijiet u derivattivi ta' kwoti ta' emissjonijiet kif iddefinit fit-Tabelli 12.3 u 13.3 tal-Anness III;

(vii)

kull prodott finanzjarju strutturat fejn it-Test 1 skont il-paragrafu 1(d) ma jingħaddiex kif iddefinit fit-Tabella 3.2 tal-Anness III;

(viii)

kull prodott finanzjarju strutturat ikkunsidrat bħala li ma għandux suq likwidu fejn it-Test 1 biss skont il-paragrafu 1(d) jingħadda kif iddefinit fit-Tabella 3.3 tal-Anness III.

(b)

l-ikbar wieħed mid-daqsijiet ta' negozjar taħt liema jinstab il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet korrispondenti għall-perċentili tan-negozjar, kif speċifikat aktar fl-Artikolu 17(3) u l-aktar livell limitu baxx għal:

(i)

kull tip ta' bond, ħlief l-ETCs u l-ETNs, kif iddefinit fit-Tabella 2.3 tal-Anness III;

(ii)

kull subklassi li għandha suq likwidu għall-klassijiet tal-assi ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax, derivattivi ta' komoditajiet, derivattivi ta' kreditu, derivattivi C10 u CFDs kif iddefinit fit-Tabelli 5.2, 7.2, 9.2, 10.2 u 11.2 tal-Anness III;

(iii)

kull klassi ta' subassi li għandha suq likwidu għall-klassijiet ta' assi ta' kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet kif iddefinit fit-Tabelli 12.2 u 13.2 tal-Anness III;

(iv)

kull prodott finanzjarju strutturat ikkunsidrat li għandu suq likwidu fejn it-Test 1 u Test 2 skont il-paragrafu 1(d) jingħaddew kif iddefinit fit-Tabella 3.3 tal-Anness III.

3.   Biex jiġi ddeterminat id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(1)(c) u t-tranżazzjonijiet li huma fuq skala kbira, meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a), għandhom jiġu applikati l-metodoloġiji li ġejjin:

(a)

il-valur tal-livell limitu għal:

(i)

it-tipi ta' bonds ETC u ETN kif iddefinit fit-Tabella 2.5 tal-Anness III;

(ii)

il-klassi ta' assi ta' derivattivi titolizzati kif iddefinit fit-Tabella 4.2 tal-Anness III;

(iii)

kull subklassi ta' derivattivi ta' ekwità kif iddefinit fit-Tabelli 6.2 u 6.3 tal-Anness III;

(iv)

kull subklassi ta' derivattivi tal-kambju kif iddefinit fit-Tabella 8.2 tal-Anness III;

(v)

kull subklassi kkunsidrata bħala li ma għandhiex suq likwidu għall-klassijiet tal-assi ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax, derivattivi ta' komoditajiet, derivattivi ta' kreditu, derivattivi C10 u kuntratti għad-differenza (CFDs) kif iddefinit fit-Tabelli 5.3, 7.3, 9.3, 10.3, 11.3 tal-Anness III;

(vi)

kull klassi ta' subassi kkunsidrata bħala li ma għandhiex suq likwidu għall-klassi ta' assi ta' kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet kif iddefinit fit-Tabelli 12.3 u 13.3 tal-Anness III;

(vii)

kull prodott finanzjarju strutturat fejn it-Test 1 skont il-paragrafu 1(d) ma jingħaddiex kif iddefinit fit-Tabella 3.2 tal-Anness III;

(viii)

kull prodott finanzjarju strutturat ikkunsidrat bħala li ma għandux suq likwidu fejn ikun ingħadda biss it-Test 1 skont il-paragrafu 1(d) kif iddefinit fit-Tabella 3.3 tal-Anness III.

(b)

id-daqs tan-negozju taħt liema jinstab il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet li jikkorrispondu għall-perċentili tan-negozjar għal kull tip ta' bond, ħlief l-ETCs u l-ETNs, kif iddefinit fit-Tabella 2.3 tal-Anness III;

(c)

l-ikbar wieħed mid-daqsijiet tan-negozju taħt liema jinstab il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet li jikkorrispondi għall-perċentil tan-negozjar, id-daqs tan-negozjar taħt liema jinstab il-perċentwal tal-volum li jikkorrispondi għall-perċentil tal-volum u l-aktar livell limitu baxx għal kull subklassi kkunsidrata li għandha suq likwidu għall-klassijiet ta' assi ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax, derivattivi ta' komoditajiet, derivattivi ta' kreditu, derivattivi C10 u CFDs kif previst fit-Tabelli 5.2, 7.2, 9.2, 10.2 u 11.2 tal-Anness III;

(d)

l-ikbar wieħed mid-daqsijiet ta' negozju taħt liema jinstab il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet li jikkorrispondu għall-perċentil tan-negozju u l-aktar livell limitu baxx għal:

(i)

kull klassi ta' subassi kkunsidrata bħala li għandha suq likwidu għall-klassijiet ta' assi ta' kwoti ta' emissjonijiet u derivattivi ta' kwoti ta' emissjonijiet kif ipprovdut fit-Tabelli 12.2 u 13.2 tal-Anness III;

(ii)

kull prodott finanzjarju strutturat ikkunsidrat bħala li għandu suq likwidu fejn it-Test 1 u t-Test 2 jiġu mgħoddija skont il-paragrafu 1(d) kif definit fit-Tabella 3.3 tal-Anness III.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3(c) fejn id-daqs tan-negozju li jikkorrispondi għall-perċentil ta' volum għad-determinazzjoni tat-tranżazzjoni li hija fuq skala kbira meta mqabbla ma' daqs normali tas-suq huwa ikbar mill-perċentil 97,5 tan-negozju, il-volum tan-negozjar ma għandux jitqies u d-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(1)(c) u d-daqs tat-tranżazzjonijiet fuq skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a) għandu jiġi ddeterminat bħala l-ikbar wieħed mid-daqs ta' negozjar taħt liema jinstab il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet li jikkorrispondu għall-perċentili tan-negozjar u l-aktar livell limitu baxx.

5.   Skont ir-Regolamenti Delegati (UE) 2017/590 u (UE) 2017/577, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru fuq bażi ta' kuljum id-dejta miċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs li hija meħtieġa biex jitwettqu l-kalkoli biex jiġu ddeterminati:

(a)

l-istrumenti finanzjarji u l-klassijiet ta' strumenti finanzjarji li ma għandhomx suq likwidu kif stabbilit fil-paragrafu 1;

(b)

id-daqsijiet kbar fl-iskala meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq u d-daqs speċifiku għall-istrument kif stabbilit fil-paragrafi 2 u 3.

6.   L-awtoritajiet kompetenti li jwettqu kalkoli għal klassi ta' strumenti finanzjarji għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn xulxin biex jiżguraw l-aggregazzjoni tad-dejta fl-Unjoni meħtieġa għall-kalkoli.

7.   Għall-fiinijiet tal-paragrafu 1(b) u (d), paragrafu 2(b) u paragrafu 3(b), (c) u (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu t-tranżazzjonijiet magħmula fl-Unjoni bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.

8.   Id-daqs tan-negozju għall-finijiet tal-paragrafu 2(b) u l-paragrafu 3(b), (c) u (d) għandu jiġi ddeterminat skont il-kejl tal-volum kif iddefinit fit-Tabella 4 tal-Anness II. Meta d-daqs tan-negozjar iddefinit għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3 jiġi espress f'valur monetarju u l-istrument finanzjarju ma jkunx iddenominat f'euro, id-daqs tan-negozjar għandu jiġi kkonvertit għall-munita li jiġi ddenominat fiha dak l-istrument finanzjarju billi tiġi applikata r-rata ta' referenza tal-kambju tal-euro tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.

9.   L-operaturi fis-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar jistgħu jikkonvertu d-daqsijiet tan-negozjar iddeterminati skont il-paragrafi 2 u 3 għan-numru korrispondenti ta' lottijiet kif iddefinit minn qabel minn dak iċ-ċentru tan-negozjar għas-subklassi jew klassi ta' subklassijiet rispettiva. L-operaturi fis-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar jistgħu jżommu tali daqsijiet tan-negozjar sal-applikazzjoni tar-riżultati tal-kalkoli li jmiss imwettqa skont il-paragrafu 17.

10.   Il-kalkoli msemmija fil-paragrafu 2(b)(i) u l-paragrafu 3(b) għandhom jeskludu t-tranżazzjonijiet daqs jew inqas minn EUR 100 000.

11.   Għall-finijiet tad-determinazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, punti (b) tal-paragrafu 2 u punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw kull meta n-numru ta' tranżazzjonijiet ikkunsidrati għall-kalkoli jkun iżgħar minn 1 000, f'liema każ għandhom japplikaw il-livelli limitu li ġejjin:

(a)

EUR 100 000 għat-tipi ta' bonds kollha għajr l-ETCs u l-ETNs;

(b)

il-valuri tal-livelli limitu ddefiniti fil-paragrafu 2(a) u l-paragrafu 3(a) għall-istrumenti finanzjarji kollha mhux koperti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

12.   Ħlief meta jirreferu għall-kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom, il-kalkoli msemmija fil-paragrafu 2(b) u l-paragrafu 3(b), (c) u (d) għandhom jitqarrbu lejn:

(a)

100 000 li jmiss meta l-valur tal-livell limitu huwa iżgħar minn 1 miljun;

(b)

500 000 li jmiss meta l-valur tal-livell limitu huwa ikbar minn 1 miljun iżda iżgħar minn 10 miljuni;

(c)

5 miljuni li jmiss meta l-valur tal-livell limitu huwa ikbar minn 10 miljuni iżda iżgħar minn 100 miljun;

(d)

25 miljuni meta l-valur tal-livell limitu ikun 100 miljun jew aktar.

13.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kriterji ta' likwidità kwantitattivi speċifikati għal kull klassi ta' assi fl-Anness III għandhom jiġu ddeterminati skont it-Taqsima 1 tal-Anness III.

14.   Għal derivattivi ta' ekwità li huma ammessi għan-negozjar jew li jiġu nnegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar, li ma jagħmlux parti minn subklassi għal liema d-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(1)(c) u d-daqs tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet kbar fl-iskala meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq imsemmi fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 8(1)(a) ġew ippubblikati u li jagħmlu parti minn waħda mill-klassijiet ta' subassi speċifikati fil-paragrafu 1(a)(ii), id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju u d-daqs tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet kbar fl-iskala meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għandhom ikunu dawk applikabbli għall-iżgħar faxxa tal-ammont nozzjonali ta' kuljum medju (ADNA) tal-klassi ta' subassi li jagħmel parti minnhom id-derivattiv ta' ekwità.

15.   L-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew li ġew innegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar, li ma jappartjenux għal xi subklassi għal liema d-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(1)(c) u d-daqs tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet kbar fl-iskala meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq imsemmi fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 8(1)(a) ġew ippubblikati u għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ma għandhomx suq likwidu sal-applikazzjoni tar-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont il-paragrafu 17. Id-daqs speċifiku applikabbli għall-istrument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(1)(c) u d-daqs tal-ordnijiet u t-tranżazzjonjiet fuq skala kbira, meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq imsemmi fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 8(1)(a) għandhom ikunu dawk tas-subklassijiet ddeterminata bħala li ma għandhomx suq likwidu li jagħmel parti mill-istess klassi ta' subassi.

16.   Wara tmiem il-jum ta' negozjar iżda qabel tmiem il-jum, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti, id-dettalji inklużi fl-Anness IV għat-twettiq tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 5, kull meta l-istrument finanzjarju jiġi ammess għan-negozjar jew jiġi nnegozjat l-ewwel f'dak iċ-ċentru tan-negozjar jew kull meta d-dettalji li jkunu ġew ipprovduti preċedentement ikunu nbidlu.

17.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 5 għal kull strument finanzjarju u l-klassi ta' strument finanzjarju sat-30 ta' April tas-sena ta' wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u sat-30 ta' April ta' kull sena minn hemm 'il quddiem. Ir-riżultati tal-kalkoli għandhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju kull sena wara l-pubblikazzjoni.

18.   Għall-finijiet tal-kalkoli fil-paragrafu 1(b)(i) u permezz ta' deroga mill-paragrafi 7, 15 u 17, fir-rigward tal-bonds, ħlief l-ETCs u l-ETNs, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 5(a) fuq bażi trimestrali, fl-ewwel jum ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u fl-ewwel jum ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru kull sena minn hemm 'il quddiem. Il-kalkoli għandhom jinkludu t-tranżazzjonijiet imwettqa fl-Unjoni matul it-trimestru kalendarju preċedenti u għandhom japplikaw għall-perjodu ta' 3 xhur qabel is-sittax-il jum ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru ta' kull sena.

19.   Il-bonds, ħlief l-ETCs u l-ETNs, li huma ammessi għan-negozjar jew li ġew innegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar matul l-ewwel xahrejn ta' trimestru għandhom jiġu kkunsidrati bħala li għandhom suq likwidu kif speċifikat fit-Tabella 2.2 tal-Anness III sal-applikazzjoni tar-riżultati tal-kalkolu tat-trimestru tal-kalendarju.

20.   Il-bonds, ħlief l-ETCs u l-ETNs, li huma ammessi għan-negozjar jew li ġew innegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar matul l-aħħar xahar ta' trimestru għandhom jiġu kkunsidrati bħala li għandhom suq likwidu kif speċifikat fit-Tabella 2.2 tal-Anness III sal-applikazzjoni tar-riżultati tal-kalkolu tat-trimestru tal-kalendarju ta' wara.

Artikolu 14

It-tranżazzjonijiet li għalihom tapplika l-eżenzjoni fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

(L-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Tranżazzjoni għandha titqies bħala magħmula minn membru tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) fit-twettiq tal-politika monetarja, dwar il-kambju u l-istabbiltà finanzjarja fejn dik it-tranżazzjoni tissodisfa xi wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjoni titwettaq għall-finijiet ta' politika monetarja, inkluż operazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 18 u 20 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew operazzjoni li twettqet skont dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti għall-membri tas-SEBĊ fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro;

(b)

it-tranżazzjoni hija operazzjoni ta' kambju, li tinkludi operazzjonijiet imwettqa biex jinżammu jew jiġu ġestiti riżervi barranin uffiċjali tal-Istati Membri jew is-servizz ta' ġestjoni tar-riżerva pprovdut minn membru tas-SEBĊ lil banek ċentrali f'pajjiżi oħrajn għal liema l-eżenzjoni ġiet estiża skont l-Artikolu 1(9) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(c)

it-tranżazzjoni ssir għall-finijiet tal-politika ta' stabbiltà finanzjarja.

Artikolu 15

It-tranżazzjonijiet li għalihom ma tapplikax l-eżenzjoni fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

(L-Artikolu 1(7) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

L-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ma għandux japplika għat-tipi ta' tranżazzjonijiet li ġejjin magħmula minn membru tas-SEBĊ għat-twettiq ta' operazzjoni ta' investiment li ma tkunx marbuta mat-twettiq ta' wieħed mill-kompiti msemmija fl-Artikolu 14 min-naħa tal-membru:

(a)

it-tranżazzjonijiet magħmula għall-ġestjoni tal-fondi proprji;

(b)

it-tranżazzjoniijiet magħmula għall-finijiet amministrattivi jew għall-persunal tal-membru tas-SEBĊ li jinkludu tranżazzjonijiet imwettqa fil-kapaċità bħala amministratur ta' skema ta' pensjonijiet għall-persunal tiegħu;

(c)

it-tranżazzjonijiet magħmula għall-portafoll ta' investiment tiegħu skont l-obbligi fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 16

Sospensjoni temporanja tal-obbligi ta' trasparenza

(L-Artikolu 9(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-istrumenti finanzjarji għal liema hemm suq likwidu skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 13, awtorità kompetenti tista' tissospendi b'mod temporanju l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn għal klassi ta' bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi, il-volum totali kif iddefinit fit-Tabella 4 tal-Anness II kkalkolat għat-30 jum kalendarju ta' qabel jirrappreżenta inqas minn 40 % tal-volum medju ta' kull xahar ikkalkulat għat-12-il xahar kalendarju sħaħ ta' qabel dawk it-30 jum kalendarju.

2.   Għall-istrumenti finanzjarji għal liema m'hemmx suq likwidu skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 13, awtorità kompetenti tista' tissospondi b'mod temporanju l-obbligi msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn għal klassi ta' bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi, il-volum totali kif iddefinit fit-Tabella 4 tal-Anness II kalkulat għat-30 jum kalendarju ta' qabel jirrappreżenta inqas minn 20 % tal-volum medju ta' kull xahar ikkalkulat għat-12-il xahar kalendarju sħaħ ta' qabel dawk it-30 jum kalendarju.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu t-tranżazzjonijiet imwettqa fiċ-ċentri tan-negozjar kollha fl-Unjoni għall-klassi ta' bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet jew derivattivi kkonċernati meta jitwettqu l-kalkoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Il-kalkoli għandhom jitwettqu fil-livell tal-klassi ta' strumenti finanzarji li għalihom jiġi applikat it-test ta' likwidità stabbilit fl-Artikolu 13.

4.   Qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jissospendu l-obbligi ta' trasparenza, dawn għandhom jiżguraw li t-tnaqqis sinifikanti fil-likwidità fiċ-ċentri kollha ma jkunx ir-riżultat ta' effetti staġonali tal-klassi rilevanti ta' strumenti finanzjarji fuq il-likwidità.

Artikolu 17

Il-provvedimenti għall-valutazzjoni tal-likwidità għall-bonds u għad-determinazzjoni tad-daqs speċifiku ta' qabel in-negozjar għal-livelli limitu tal-istrumenti bbażati fuq il-perċentili ta' negozjar

1.   Biex jiġu ddeterminati l-bonds li għalihom m'hemmx suq likwidu għall-finijiet tal-Artikolu 6 u skont il-metodoloġija speċifikata fl-Artikolu 13(1)(b), għandu jittieħed l-approċċ għall-kriterju ta' likwidità “numru medju ta' kuljum ta' negozji” li japplika n-“numru medju ta' kuljum ta' negozji” li jikkorrispondi għall-istadju S1 (15-il negozju kuljum).

2.   Il-bonds maħruġa minn kumpanija u l-bonds koperti li huma ammessi għan-negozjar jew li jiġu nnegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar għandhom jiġu kkunsidrati bħala li għandhom suq likwidu sal-applikazzjoni tar-riżultati tad-determinazzjoni tal-likwidità tal-ewwel trimestru kif stabbilit fl-Artikolu 13(18) fejn:

(a)

id-daqs tal-ħruġ jaqbeż EUR 1 000 000 000 matul l-istadji S1 u S2, kif iddeterminat skont il-paragrafu 6;

(b)

id-daqs tal-ħruġ jaqbeż EUR 500 000 000 matul l-istadji S3 u S4, kif iddeterminat skont il-paragrafu 6.

3.   Biex jiġi ddeterminat id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju għall-finijiet tal-Artikolu 5 u skont il-metodoloġija speċifikata fl-Artikolu 13(2)(b), l-approċċ għall-perċentil tan-negozjar li għandu jintuża billi jiġi applikat il-perċentil tan-negozju li jikkorrispondi għall-istadju S1 (it-30 perċentil).

4.   L-ESMA, sat-30 ta' Lulju tas-sena wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u sat-30 ta' Lulju ta' kull sena wara dan, għandha tippreżenta lill-Kummissjoni valutazzjoni tal-operat tal-livelli limitu għall-kriterju tal-likwidità “numru medju ta' kuljum ta' negozji” għall-bonds kif ukoll għall-perċentili tan-negozjar li jiddeterminaw id-daqs speċifiku għall-istrumenti finanzjarji koperti mill-paragrafu 8. L-obbligu għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni tal-operat tal-livelli limitu għall-kriterju tal-likwidità għall-bonds jieqaf ladarba jintlaħaq S4 fis-sekwenza tal-paragrafu 6. L-obbligu għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni tal-perċentili tan-negozjar jieqaf ladarba jintlaħaq S4 fis-sekwenza tal-paragrafu 8.

5.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tqis dan li ġej:

(a)

l-evoluzzjoni tal-volumi ta' negozjar fi strumenti ta' mhux ekwità koperti mill-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar skont l-Artikolu 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

l-impatt fuq il-fornituri tal-likwidità tal-livelli limitu ta' perċentili użati biex jiġi ddeterminat id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju; u

(c)

kwalunkwe fattur rilevanti ieħor.

6.   Fid-dawl tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafi 4 u 5, l-ESMA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni verżjoni emendata tal-istandard tekniku regolatorju li jaġġusta l-livell limitu għall-kriterju ta' likwidità “numru medju ta' kuljum ta' negozji” għall-bonds skont is-sekwenza li ġejja:

(a)

S2 (10 negozji kuljum) sat-30 ta' Lulju tas-sena ta' wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

S3 (7 negozji kuljum) sat-30 ta' Lulju tas-sena minn hemm 'il quddiem; u

(c)

S4 (żewġ negozji kuljum) sat-30 ta' Lulju tas-sena minn hemm 'il quddiem.

7.   Meta l-ESMA ma tippreżentax standard tekniku regolatorju emendat li jaġġusta l-livell limitu għall-istadju li jmiss skont is-sekwenza msemmija fil-paragrafu 6, il-valutazzjoni tal-ESMA mwettqa skont il-paragrafi 4 u 5 għandha tispjega għaliex l-aġġustament tal-livell limitu għall-istadju rilevanti li jmiss mhuwiex iġġustifikat. F'dan il-każ, il-pass għall-istadju li jmiss ser ikun pospost b'sena.

8.   Fid-dawl tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafi 4 u 5, l-ESMA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni verżjoni emendata tal-istandard tekniku regolatorju li jaġġusta l-livell limitu għall-perċentili tan-negozjar skont is-sekwenza li ġejja:

(a)

S2 (l-40 perċentil) sat-30 ta' Lulju tas-sena ta' wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

S3 (il-50 perċentil) sat-30 ta' Lulju tas-sena minn hemm 'il quddiem; u

(c)

S4 (is-60 perċentil) sat-30 ta' Lulju tas-sena minn hemm 'il quddiem.

9.   Meta l-ESMA ma tippreżentax standard tekniku regolatorju emendat li jaġġusta l-livell limitu għall-istadju li jmiss skont is-sekwenza msemmija fil-paragrafu 8, il-valutazzjoni tal-ESMA mwettqa skont il-paragrafi 4 u 5 għandha tispjega għaliex l-aġġustament tal-livell limitu għall-istadju rilevanti li jmiss mhuwiex iġġustifikat. F'dan il-każ, il-pass għall-istadju li jmiss ser ikun pospost b'sena.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti, sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandhom jiġbru d-dejta meħtieġa, jikkalkulaw u jiżguraw il-pubblikazzjoni tad-dettalji msemmija fl-Artikolu 13(5).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(a)

il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq perjodu ta' referenza ta' sitt xhur li jibda 18-il xahar qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

ir-riżultati tal-kalkoli inklużi fl-ewwel pubblikazzjoni għandhom jintużaw sakemm japplikaw ir-riżultati tal-ewwel kalkoli regolari stabbiliti fl-Artikolu 13(17).

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, għall-bonds kollha, ħlief l-ETCs u l-ETNs, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex jiżguraw il-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-kalkoli ta' trasparenza speċifikati fil-paragrafu 1(b)(i) tal-Artikolu 13 mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xahar ta' qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, fuq il-bażi ta' perjodu ta' referenza ta' tliet xhur li jibda fl-ewwel jum tal-ħames xahar ta' qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

4.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi fis-suq u d-ditti ta' investiment li jinkludu d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 3 sakemm japplikaw ir-riżultati tal-ewwel kalkolu regolari stabbilit fl-Artikolu 13(18).

5.   Il-bonds, ħlief l-ETCs u l-ETNs, li jiġu ammessi għan-negozjar jew li jiġu nnegozjati l-ewwel f'ċentru tan-negozjar fil-perjodu ta' tliet xhur ta' qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandhom jitqiesu bħala li ma għandhomx suq likwidu kif stabbilit fit-Tabella 2.2 tal-Anness III sakemm japplikaw ir-riżultati tal-ewwel kalkolu regolari stabbilit fl-Artikolu 13(18).

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018. Madankollu, l-Artikolu 18 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta (Ara paġna 126 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/577 tat-13 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-mekkaniżmu ta' limitar tal-volum u l-għoti ta' informazzjoni għall-finijiet ta' trasparenza u kalkoli oħrajn (Ara paġna 174 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/585 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-istandards u l-formati tad-dejta ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji u l-miżuri tekniċi marbutin ma' arranġamenti li għandhom isiru mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-awtoritajiet kompetenti (Ara paġna 368 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(6)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (Ara paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(9)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).


ANNESS I

Deskrizzjoni tat-tip ta' sistema u l-informazzjoni relatata li għandha ssir pubblika skont l-Artikolu 2

L-informazzjoni li għandha ssir pubblika skont l-Artikolu 2

It-tip ta' sistema

Deskrizzjoni tas-sistema

L-informazzjoni li għandha ssir pubblika

Sistema ta' negozjar b'irkanti kontinwi permezz ta' ktieb tal-ordnijiet

Sistema li permezz ta' ktieb tal-ordnijiet u algoritmu tan-negozjar imħaddma mingħajr l-intervent tal-bniedem tqabbel l-ordnijiet ta' bejgħ mal-ordnijiet ta' xiri fuq il-bażi tal-aħjar prezz disponibbli fuq bażi kontinwa.

Għal kull strument finanzjarju, in-numru aggregat tal-ordinijiet u l-volum li huma jirrappreżentaw f'kull livell tal-prezzijiet, għal mill-inqas l-aqwa ħames livelli tal-prezz tat-talba u l-offerta.

Sistema ta' negozjar ibbażata fuq il-kwotazzjonijiet

Sistema fejn it-tranżazzjonijiet jiġu konklużi fuq il-bażi ta' kwotazzjonijiet sodi li jitqiegħdu kontinwament għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti, li teħtieġ li l-ġeneraturi tas-suq iżommu l-kwotazzjonijiet f'daqs li jibbilanċja l-ħtiġijiet tal-membri u tal-parteċipanti biex jagħmlu negozju f'daqs kummerċjali u r-riskju li għalih jesponi ruħu l-ġeneratur tas-suq.

Għal kull strument finanzjarju, l-aħjar talba u offerta skont il-prezz ta' kull ġeneratur tas-suq f'dak l-istrument, flimkien mal-volumi marbutin ma' dawk il-prezzijiet.

Il-kwotazzjonijiet li jsiru pubbliċi għandhom ikunu dawk li jirrappreżentaw impenji li jorbtu biex jinxtraw jew jinbiegħu l-istrumenti finanzjarji u li jindikaw il-prezz u l-volum ta' strumenti finanzjarji fejn il-ġeneraturi tas-suq reġistrati huma preparati biex jixtru jew ibiegħu. Madankollu, f'kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq, prezzijiet indikattivi jew f'unidirezzjonali jistgħu jiġu permessi għal perjodu ta' żmien limitat.

Sistema ta' negozjar b'irkanti perjodiċi

Sistema li tqabbel l-ordnijiet fuq il-bażi ta' rkant perjodiku u algoritmu tan-negozjar imħaddma mingħajr l-intervent tal-bniedem.

Għal kull strument finanzjarju, il-prezz li bih is-sistema ta' negozjar b'irkant tissodisfa l-aħjar l-algoritmu tan-negozjar u l-volum li jista' jkun eżegwibbli b'dak il-prezz mill-parteċipanti f'dik is-sistema.

Sistema ta' negozjar ibbażata fuq talba għal kwotazzjonijiet

Sistema ta' negozjar fejn kwotazzjoni jew kwotazzjonijiet huma pprovduti b'rispons għal talba għal kwotazzjoni sottomessa minn membru jew parteċipant wieħed jew aktar. Il-kwotazzjoni hija eżegwibbli esklussivament mill-membru jew mill-parteċipant tas-suq li jagħmel it-talba. Il-membru jew il-parteċipant li jagħmel it-talba jista' jikkonkludi tranżazzjoni billi jaċċetta l-kwotazzjoni jew il-kwotazzjonijiet ipprovduti lilha fuq talba.

Il-kwotazzjonijiet u l-volumi marbutin minn kwalunkwe membru jew parteċipant li, jekk jiġu aċċettati, iwasslu għal tranżazzjoni taħt ir-regoli tas-sistema. Il-kwotazzjonijiet sottomessi kollha b'rispons għal talba għal kwotazzjoni jistgħu jiġu ppubblikati fl-istess ħin iżda mhux aktar tard minn meta jsiru eżegwibbli.

Sistema ta' negozjar bil-fomm

Sistema ta' negozjar fejn it-tranżazzjonijiet bejn il-membri huma rranġati permezz ta' negozjati bil-fomm.

It-talbiet u l-offerti u l-volumi marbutin minn kwalunkwe membru jew parteċipant li, jekk jiġu aċċettati, iwasslu għal tranżazzjoni taħt ir-regoli tas-sistema

Sistema ta' negozjar li mhijiex koperta mill-ewwel 5 ringieli

Sistema ibrida li taqa' fi tnejn jew aktar mill-ewwel ħames ringieli jew sistema fejn il-proċess ta' determinazzjoni tal-prezz għandu natura differenti minn dik applikabbli għat-tipi ta' sistema koperti mill-ewwel ħames ringieli.

Informazzjoni adegwata rigward il-livell tal-ordnijiet jew tal-kwotazzjonijiet u tal-interess tan-negozjar; b'mod partikolari, l-aħjar ħames livelli ta' prezzijiet tat-talbiet u l-offerti u/jew kwotazzjoni bidirezzjonali ta' kull ġeneratur tas-suq fl-istrument, jekk il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' skoperta tal-prezz jippermettu dan.


ANNESS II

Dettalji ta' tranżazzjonijiet li għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku

Tabella 1

Tabella tas-simboli għat-Tabella 2

SIMBOLU

TIP TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kamp tat-test liberu.

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-munita bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-munita ISO 4217.

{DATE_TIME_FORMAT}

Il-format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJTss:mm:ss.ddddddZ.

Fejn:

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li għandha tintuża l-ittra “T”

“hh” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda tagħha;

Z huwa l-ћin tal-UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifri b'kollox li minnhom sa m ċifri jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Qasam numeriku kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi:

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b'“-” (minus);

Fejn japplika, il-valuri għandhom jiġu imqarrba u mhux imqassra.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383


Tabella 2

Lista ta' dettalji għall-finijiet tat-trasparenza ta' wara n-negozjar

Dettalji

Strumenti finanzjarji

Deskrizzjoni/Dettalji li għandhom jiġu ppubblikati

Tip ta' eżekuzzjoni/post tal-pubblikazzjoni

Format li għandu jimtela kif definit fit-Tabella 1

Id-data u l-ħin tan-negozjar

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

Id-data u l-ħin meta twettqet it-tranżazzjoni.

Għal tranżazzjonijiet li twettqu f'ċentru tan-negozjar, il-livell ta' granularità għandu jkun skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 (1).

Għal tranżazzjonijiet li ma twettqux f'ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin għandhom ikunu meta l-partijiet jaqblu fuq il-kontenut tal-oqsma li ġejjin: il-kwantità, il-prezz, il-muniti (fl-oqsma 31, 34 u 40 kif speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590, il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument, il-klassifikazzjoni tal-istrument u l-kodiċi tal-istrument sottostanti, fejn applikabbli. Għal tranżazzjonijiet li ma twettqux f'ċentru tan-negozjar il-ħin irrappurtat għandu jkun granulari għal mill-inqas l-eqreb sekonda.

Meta t-tranżazzjoni tirriżulta minn ordni trażmessa mill-kumpanija ta' eżekuzzjoni f'isem klijent lil parti terza fejn il-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590 ma ġewx issodisfati, din għandha tkun id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni aktar milli l-ħin tat-trażmissjoni tal-ordni.

Suq Regolat (RM), Faċilità Multilaterali tan-Negozjar (MTF), Faċilità Organizzata tan-Negozjar (OTF)

Arranġament ta' Pubblikazzjoni Approvata (APA)

Fornitur ta' tape konsolidat (CTP)

{DATE_TIME_FORMAT}

Tip ta' kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

Tip ta' kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

RM, MTF, OTF

APA

CTP

“ISIN” = kodiċi ISIN, fejn ISIN huwa disponibbli

“OTHR” = identifikatur ieħor

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{ISIN}

Meta l-Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument mhuwiex ISIN, identifikatur li jidentifika l-istrument derivattiv ibbażat fuq l-oqsma 3 sa 5, 7 u 8 u 12 sa 42 kif speċifikat fl-Anness IV u fl-oqsma 13 u 24 sa 48 kif speċifikat fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE)2017/585 u l-ġabra tal-istrumenti derivattivi kif stabbilit fl-Anness III.

Prezz

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

Il-prezz innegozjat tat-tranżazzjoni ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax akkumulat.

Fil-każ ta' kuntratti ta' opzjoni, dan għandu jkun il-primjum tal-kuntratt tad-derivattivi għal kull punt sottostanti jew tal-indiċi.

Fil-każ ta' spread bets għandu jkun il-prezz ta' referenza tal-istrument sottostanti.

Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu (CDS) għandu jkun il-kupun fil-punti bażi.

Meta l-prezz ikun irrappurtat f'termini monetarji, dan għandu jiġi pprovdut fl-unità tal-munita prinċipali.

Meta l-prezz ma jkunx disponibbli attwalment iżda jkun pendenti, il-valur għandu jkun “PNDG”.

Meta l-prezz ma jkunx applikabbli l-qasam ma għandux jimtela.

L-informazzjoni rrappurtata f'dan il-qasam għandha tkun konsistenti mal-valur ipprovdut fil-qasam tal-Kwantità.

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{DECIMAL-18/13} f'każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju

{DECIMAL-11/10} f'każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment

“PNDG” f'każ li l-prezz ma jkunx disponibbli

{DECIMAL-18/17} f'każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

Ċentru tal-eżekuzzjoni

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

L-identifikazzjoni tal-post fejn tkun twettqet it-tranżazzjoni.

Uża s-segment MIC tal-ISO 10383 għat-tranżazzjonijiet imwettqa f'post tan-negozjar. Meta s-segment MIC ma jkunx jeżisti, uża l-MIC li qiegħed jopera.

Uża l-kodiċi MIC “XOFF” għall-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'post tan-negozjar, fejn it-tranżazzjoni fuq dak l-istrument finanzjarju ma titwettaqx f'post tan-negozjar jew f'internalizzatur sistematiku jew fi pjattaforma tan-negozjar organizzata barra l-Unjoni.

Uża SINT għall-istrument finanzjarju sottomess għan-negozjar jew innegozjat f'post tan-negozjar, fejn it-tranżazzjoni fuq dak l-istrument finanzjarju titwettaq f'Internalizzatur Sistematiku.

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{MIC} — postijiet tan-negozjar

“SINT” — internalizzatur sistematiku

Notazzjoni tal-prezz

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

Indikazzjoni dwar jekk il-prezz huwiex espress f'valur monetarju, f'perċentwal jew f'rendiment

RM, MTF, OTF

APA

CTP

“MONE” — Valur monetarju

“PERC” — Perċentwal

“YIEL” — Rendiment

“BAPO” — Punti bażi

Munita tal-Prezz

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

Munita li biha jiġi espress il-prezz (applikabbli jekk il-prezz ikun espress bħala valur monetarju)

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{CURRENCYCODE_3}

Notazzjoni tal-kwantità f'unita ta' kejl

Għal derivattivi ta' komoditajiet, derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet u kwoti tal-emissjonijiet ħlief fil-każijiet deskritti fl-Artikolu 11(1) ittri (a) u (b) ta' dan ir-Regolament.

Indikazzjoni tal-unitajiet ta' kejl fejn hija espressal-kwantità fl-unità ta' kejl

RM, MTF, OTF

APA

CTP

“TOCD” — tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju

Jew

{ALPHANUM-25} jew inkella

Kwantità f'unita tal-kejl

Għal derivattivi ta' komoditajiet, derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet u kwoti tal-emissjonijiet ħlief fil-każijiet deskritti fl-Artikolu 11(1) ittri (a) u (b) ta' dan ir-Regolament.

L-ammont ekwivalenti ta' prodott bażiku jew kwota ta' emissjoni nnegozjata espressa f'unità tal-kejl

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{DECIMAL-18/17}

Kwantità

Għall-istrumenti finanzjarji kollha ħlief fil-każijiet deskritti fl-Artikolu 11(1) ittri (a) u (b) ta' dan ir-Regolament.

In-numru ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju, jew in-numru ta' kuntratti derivattivi fit-tranżazzjoni.

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{DECIMAL-18/17}

Ammont nozzjonali

Għall-istrumenti finanzjarji kollha ħlief fil-każijiet deskritti fl-Artikolu 11(1) ittri (a) u (b) ta' dan ir-Regolament.

Ammont nominali jew ammont nozzjonali

Għal spread bets, l-ammont nozzjonali għandu jkun il-valur monetarju li jinvolvi mħatri għal kull punt ta' moviment fl-istrument finanzjarju sottostanti.

Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, għandu jkun l-ammont nozzjonali li għalih tkun akkwistata jew mibjugħa il-protezzjoni.

L-informazzjoni rrappurtata f'dan il-qasam għandha tkun konsistenti mal-valur ipprovdut fil-qasam tal-Prezz.

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{DECIMAL-18/5}

Munita nozzjonali

Għall-istrumenti finanzjarji kollha ħlief fil-każijiet deskritti fl-Artikolu 11(1) ittri (a) u (b) ta' dan ir-Regolament.

Munita li biha huwa denominat in-nozzjonal

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{CURRENCYCODE_3}

Tip

Għal kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet biss

Dan il-qasam huwa applikabbli biss għall-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet.

RM, MTF, OTF

APA

CTP

“EUAE” — EUA

“CERE” — CER

“ERUE” — ERU

“EUAA” — EUAA

“OTHR” — Oħrajn (għad-derivattivi biss)

Id-Data u l-Ħin tal-Pubblikazzjoni

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

id-data u l-ħin meta tkun ġiet ippubblikata t-tranżazzjoni permezz ta' post tan-negozjar jew APA.

Għal tranżazzjonijiet li twettqu f'ċentru tan-negozjar, il-livell ta' granularità għandu jkun skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Għal tranżazzjonijiet li ma twettqux f'post tan-negozjar il-ħin irrappurtat għandu jkun granulari għal mill-inqas l-eqreb sekonda.

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{DATE_TIME_FORMAT}

Post tal-pubblikazzjoni

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-post tan-negozjar u l-APA li jippubblika t-tranżazzjoni.

CTP

Post tan-Negozjar: {MIC}

APA: {MIC} fejn disponibbli. Inkella, kodiċi ta' 4 karattri kif ippubblikat fil-lista ta' dejta li tirrapporta fornituri ta' servizzi fis-sit web tal-ESMA.

Il-kodiċi ta' Identifikazzjoni tat-Tranżazzjoni

Għall-istrumenti finanzjarji kollha

Il-kodiċijiet alfanumeriċi assenjati minn postijiet tan-negozjar (skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 (2) u l-APAs u użati fi kwalunkwe referenza sussegwenti għan-negozjar speċifiku.

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull segment MIC skont ISO 10383 u għal kull jum ta' negozjar. Meta l-post tan-negozjar ma jużax segment MIC, il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC operattiv għal kull jum ta' negozjar.

Meta l-APA ma jużax l-MICs, għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull kodiċi ta' 4 karattri użat biex jiġi identifikat l-APA għal kull jum ta' negozjar.

Il-komponenti tal-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni ma għandhomx jiżvelaw l-identità tal-kontropartijiet għat-tranżazzjoni li għaliha jkun qiegħed jinżamm il-kodiċi

RM, MTF, OTF

APA

CTP

{ALPHANUMERICAL-52}

Tranżazzjoni li għandha titneħħa

Għal derivattivi

Kodiċi biex jiġi identifikat jekk it-tranżazzjoni hijiex ser titneħħa.

RM, MTF, OTF

APA

CTP

“veru” — tranżazzjoni li għandha titneħħa

“falz” — tranżazzjoni li ma għandhiex titneħħa


Tabella 3

Lista ta' indikaturi għall-finijiet tat-trasparenza ta' wara n-negozjar

 

Indikatur

Isem tal-Indikatur

Tip ta' eżekuzzjoni/post tal-pubblikazzjoni

Deskrizzjoni

 

“BENC”

Indikatur tat-tranżazzjoni bħala punt ta' riferiment

RM, MTF, OTF

APA

CTP

It-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet tal-prezz medju tal-volum mwieżna u kull negozjar ieħor fejn il-prezz huwa kkalkolat fuq każijiet tal-ħin multipli skont punt ta' riferiment partikolari.

 

“ACTX”

Indikatur ta' tranżazzjoni agency cross

APA

CTP

Tranżazzjonijiet fejn impriża ta' investiment tkun laqqgħet flimkien żewġ ordnijiet ta' klijenti bix-xiri u l-bejgħ li jkun sar bħala tranżazzjoni waħda u li tinvolvi l-istess volum u prezz.

 

“NPFT”

Indikatur tat-tranżazzjoni ta' formazzjoni mingħajr prezzijiet

RM, MTF, OTF

CTP

It-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet imniżżla taħt l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u li ma jikkontribwixxux għall-formazzjoni tal-prezzijiet.

 

“LRGS”

Indikatur tat-tranżazzjoni LIS ta' wara n-negozjar

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet imwettqa taħt id-differiment fuq skala kbira ta' wara n-negozjar

 

“ILQD”

Indikatur tat-tranżazzjoni ta' strument mhux likwidu

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet imwettqa taħt id-differiment għall-istrumenti li għalihom ma hemmx suq likwidu.

 

“DAQS”

Indikatur tat-tranżazzjoni SSTI ta' wara n-negozjar

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet imwettqa taħt id-daqs ta' wara n-negozjar speċifiku għad-differiment tal-istrument.

 

“TPAC”

Indikatur tat-tranżazzjoni f'pakkett

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet f'pakkett li mhumiex skambju ma' prodotti fiżiċi kif iddefinit fl-Artikolu 1.

 

“XFPH”

Indikatur tat-tranżazzjonijiet ta' skambju ma' prodotti fiżiċi

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Skambju ma' prodotti fiżiċi kif definit fl-Artikolu 1.

 

“CANC”

Indikatur ta' kanċellazzjoni

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Meta tiġi kkanċellata tranżazzjoni li ġiet ippubblikata qabel.

 

“AMND”

Indikatur ta' emenda

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Meta tiġi emendata tranżazzjoni li ġiet ippubblikata qabel.

INDIKATURI TA' DIFFERIMENT SUPPLEMENTARI

Artikolu 11(1)(a)(i).

“LMTF”

Indikatur ta' dettalji limitati

RM, MTF, OTF

APA

CTP

L-ewwel rapport bil-pubblikazzjoni ta' dettalji limitati skont l-Artikolu 11(1)(a)(i).

“FULF”

Indikatur ta' dettalji sħaħ

Tranżazzjoni li għaliha dettalji limitati ġew ippubblikati qabel skont l-Artikolu 11(1)(a)(i).

Artikolu 11(1)(a)(ii).

“DATF”

Indikatur ta' tranżazzjoni aggregata ta' kuljum

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Pubblikazzjoni ta' tranżazzjoni aggregata ta' kuljum skont l-Artikolu 11(1)(a)(ii).

“FULA”

Indikatur ta' dettalji sħaħ

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet individwali li għalihom dettalji aggregati ġew ippubblikati qabel skont l-Artikolu 11(1)(a)(ii).

Artikolu 11(1)(b)

“VOLO”

Indikatur tal-omissjoni tal-volum

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjoni li għaliha dettalji limitati huma ppubblikati skont l-Artikolu 11(1)(b).

“FULV”

Indikatur ta' dettalji sħaħ

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjoni li għaliha dettalji limitati ġew ippubblikati qabel skont l-Artikolu 11(1)(b)

Artikolu 11(1)(c)

“FWAF”

Indikatur ta' aggregazzjoni ta' erba' ġimgħat

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet aggregati skont l-Artikolu 11(1)(c).

“FULJ”

Indikatur ta' dettalji sħaħ

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet individwali li bbenefikaw qabel minn pubblikazzjoni aggregata skont l-Artikolu 11(1)(c).

Artikolu 11(1)(d)

“IDAF”

Indikatur ta' aggregazzjoni mhux definita

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet li għalihom il-pubblikazzjoni ta' diversi tranżazzjonijiet f'forma aggregata għal perjodu ta' żmien mhux definit ġie permess skont l-Artikolu 11(1)(d).

L-użu konsekuttiv tal-Artikolu 11(1)(b) u l-Artikolu 11(2)(c) għall-istrumenti ta' dejn sovran

“VOLW”

Indikatur tal-omissjoni tal-volum

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjoni li għaliha limiti huma ppubblikati skont l-Artikolu 11(1)(b) u li għalihom il-pubblikazzjoni ta' diversi tranżazzjonijiet f'forma aggregata għal perjodu ta' żmien mhux definit ser jiġi permess b'mod konsekuttiv skont l-Artikolu 11(2)(c).

“COAF”

Indikatur ta' aggregazzjoni konsekuttiva (omissjoni ta' volum ta' wara għall-istrumenti ta' dejn sovran)

RM, MTF, OTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet li għalihom dettalji limitati ġew ippubblikati qabel skont l-Artikolu 11(1)(b) u li għalihom il-pubblikazzjoni ta' diversi tranżazzjonijiet f'forma aggregata għal perjodu ta' żmien mhux definit ġie permess b'mod konsekuttiv skont l-Artikolu 11(2)(c).


Tabella 4

Kejl tal-Volum

Tip ta' strument

Volum

Il-bonds kollha ħlief ETCs u ETNs u prodotti finanzjarji strutturati

Valur nominali totali ta' strumenti ta' dejn innegozjati

Tipi ta' bonds tal-ETCs u l-ETNs

Għadd ta' unitajiet negozjati (3)

Derivattivi titolizzati

Għadd ta' unitajiet negozjati (3)

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

Ammont nozzjonali ta' kuntratti nnegozjati

Derivattivi tal-Kambju

Ammont nozzjonali ta' kuntratti nnegozjati

Derivattivi ta' ekwità

Ammont nozzjonali ta' kuntratti nnegozjati

Derivattivi ta' komoditajiet

Ammont nozzjonali ta' kuntratti nnegozjati

Derivattivi ta' kreditu

Ammont nozzjonali ta' kuntratti nnegozjati

Kuntratt għad-differenzi

Ammont nozzjonali ta' kuntratti nnegozjati

Derivattivi C10

Ammont nozzjonali ta' kuntratti nnegozjati

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet

Tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju

Kwoti tal-emissjonijiet

Tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplementa d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju (Ara paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għaż-żamma tad-dejta rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji (Ara paġna 193 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Prezz kull unità.


ANNESS III

Valutazzjoni tal-likwidità, livelli limitu tal-LIS u l-SSTI għal strumenti finanzjarji mhux ta' ekwità

1.   Istruzzjonijiet għall-finijiet ta' dan l-anness:

1.

Referenza għal “klassi ta' assi” tfisser referenza għall-klassijiet li ġejjin ta' strumenti finanzjarji: bonds, prodotti finanzjarji strutturati, derivattivi titolizzati, derivattivi tar-rati tal-imgħax, derivattivi ta' ekwità, derivattivi ta' komodità, derivattivi tal-kambju, derivattivi ta' kreditu, derivattivi C10, CFDs, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet.

2.

Referenza għal “klassi ta' subassi” tfisser referenza għal klassi ta' assi segmentata għal livell aktar granulari fuq il-bażi tat-tip ta' kuntratt u/jew tat-tip tas-sottostanti.

3.

Referenza għal “subklassi” tfisser referenza għal klassi ta' subassi segmentata għal livell aktar granulari fuq il-bażi ta' kriterji ta' segmentazzjoni kwalitattiva kif stabbilit fit-Tabelli 2.1 sa 13.3 ta' dan l-Anness.

4.

“Fatturat medju ta' kuljum” (ADT) tfisser il-fatturat totali għal strument finanzjarju partikolari determinat skont il-kejl tal-volum stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness II u eżegwit fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 13(7), diviż bin-numru tal-jiem tan-negozjar f'dak il-perjodu jew, fejn applikabbli, dik il-parti tas-sena li matulha l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess għan-negozjar jew ġie nnegozjat f'post tan-negozjar u ma jkunx ġie sospiż min-negozjar.

5.

“Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)” tfisser l-ammont nozzjonali totali għal strument finanzjarju partikolari determinat skont il-kejl tal-volum stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness II u eżegwit fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 13(18), għall-bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETNs u fl-Artikolu 13(7) għall-istrumenti finanzjarji l-oħrajn kollha, diviż bin-numru tal-jiem tan-negozjar f'dak il-perjodu jew, fejn applikabbli, dik il-parti tas-sena li matulha l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess għan-negozjar jew ġie nnegozjat f'post tan-negozjar u ma jkunx ġie sospiż min-negozjar.

6.

“Perċentwal ta' jiem innegozjati matul il-perjodu kkunsidrat” tfisser in-numru ta' jiem fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 13(18) għall-bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETNs u fl-Artikolu 13(7) għall-prodotti finanzjarji strutturati, li fuqhom mill-inqas tranżazzjoni waħda tkun twettqet għal dak l-istrument finanzjarju, diviż bin-numru ta' jiem tan-negozjar f'dak il-perjodu jew, fejn applikabbli, dik il-parti tas-sena li matulha l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess għan-negozjar jew ġie nnegozjat f'post tan-negozjar u ma jkunx ġie sospiż min-negozjar.

7.

“Numru medju ta' negozjar ta' kuljum” tfisser in-numru totali ta' tranżazzjonijiet imwettqa għal strument finanzjarju partikolari fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 13(18) għall-bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETN u fl-Artikolu 13(7) għall-istrumenti finanzjarji l-oħrajn kollha, diviż bin-numru tal-jiem tan-negozjar f'dak il-perjodu jew, fejn applikabbli, dik il-parti tas-sena li matulha l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess għan-negozjar jew ġie nnegozjat f'post tan-negozjar u ma jkunx ġie sospiż min-negozjar.

8.

“Futur” tfisser kuntratt għax-xiri jew għall-bejgħ ta' prodott bażiku jew strument finanzjarju f'data futura magħżula bi prezz miftiehem fil-bidu tal-kuntratt mix-xerrej jew mill-bejjiegħ. Kull kuntratt tal-futuri għandu termini standard li jiddettaw il-kwantità u l-kwalità minima li tista' tinxtara jew tinbiegħ, l-iżgħar ammont li bih il-prezz jista' jinbidel, il-proċeduri tal-konsenja, id-data ta' maturità u karatteristiċi oħrajn relatati mal-kuntratt.

9.

“Opzjoni” tfisser kuntratt li jagħti lis-sid id-dritt, iżda mhux l-obbligu, li jixtri (isejjaħ) jew ibigħ (ipoġġi) strument finanzjarju speċifiku jew prodott bażiku bi prezz iffissat minn qabel, prezz tal-eżerċitar jew prezz tal-eżerċitar, f'data jew sa data futura jew data tal-eżerċitar.

10.

“Swap” tfisser kuntratt li fih żewġ partijiet jaqblu li jiskambjaw flussi tal-flus fi strument finanzjarju wieħed għal dawk ta' strument finanzjarju ieħor f'ċerta data futura.

11.

“Swap tal-Portafoll” tfisser kuntratt li bih l-utenti aħħarin jistgħu jinnegozjaw swaps multipli.

12.

“Forward” jew “Ftehim Forward” tfisser ftehim privat bejn żewġ partijiet biex jixtru u jbiegħu prodott bażiku jew strument finanzjarju f'data futura magħżula bi prezz miftiehem mix-xerrej u l-bejjiegħ fil-bidu tal-kuntratt.

13.

“Swapzjoni” tfisser kuntratt li jagħti lis-sid id-dritt, iżda mhux l-obbligu, li jidħol fi swap f'ċerta data jew sa ċerta data futura jew data tal-eżerċitar.

14.

“Futur fuq swap” tfisser kuntratt futur li jagħti lis-sid l-obbligu, li jidħol fi swap f'ċerta data jew sa ċerta data futura.

15.

“Forward fuq swap” tfisser kuntratt forward li jagħti lis-sid l-obbligu, li jidħol fi swap f'ċerta data jew sa ċerta data futura.

2.   Bonds

Tabella 2.1

Bonds (it-tipi ta' bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETNs) — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Bonds (it-tipi ta' bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETNs)

Kull strument finanzjarju individwali għandu jkun determinat li ma jkollux suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma jissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi fuq bażi kumulattiva

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Perċentwal ta' jiem innegozjati matul il-perjodu kkunsidrat

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 3]

EUR 100 000

S1

S2

S3

S4

80 %

15

10

7

2


Tabella 2.2

Bonds (it-tipi ta' bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETNs) — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Bonds (it-tipi ta' bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETNs)

Kull bond individwali għandu jkun determinat li ma jkollux suq likwidu skont l-Artikolu 13(18) jekk huwa kkaratterizzat minn kombinazzjoni speċifika tat-tip ta' bond u daqs ta' ħruġ kif speċifikat f'kull ringiela tat-tabella.

Tip ta' Bond

 

Daqs ta' ħruġ

Bond Sovran

tfisser bond maħruġ minn emittent sovran li huwa jew:

(a)

l-Unjoni;

(b)

Stat Membru, inkluż dipartiment tal-gvern, aġenzija jew vettura bi skop speċjali ta' Stat Membru;

(c)

entità sovrana li mhijiex imniżżla taħt il-punti (a) u (b).

inqas minn € (f'EUR)

1 000 000 000

Bond Pubbliku Ieħor

tfisser bond maħruġ minn kwalunkwe wieħed mill-emittenti pubbliċi li ġejjin:

(a)

f'każ ta' Stat Membru federali, membru ta' dik il-federazzjoni;

(b)

vettura bi skop speċjali għal diversi Stati Membri;

(c)

istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar li jkollha l-għan li timmobilizza l-iffinanzjar u tipprovdi assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi finanzjarji severi;

(d)

il-Bank Ewropew tal-Investiment;

(e)

entità pubblika li mhijiex emittent ta' bond sovran kif speċifikat fir-ringiela preċedenti.

inqas minn € (f'EUR)

500 000 000

Bond Konvertibbli

tfisser strument li jikkonsisti f'bond jew strument ta' dejn titolizzat b'derivattiv inkorporat, bħal opzjoni li tinxtara l-ekwità sottostanti

inqas minn € (f'EUR)

500 000 000

Bond Kopert

tfisser bonds kif imsemmijin fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE

matul l-istadji S1 u S2

matul l-istadji S3 u S4

inqas minn € (f'EUR)

1 000 000 000

inqas minn € (f'EUR)

500 000 000

Bond Korporattiv

tfisser bond li jinħareġ minn Societas Europaea stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 2157/2001 (1) jew tip ta' kumpanija mniżżla fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (2) jew ekwivalenti f'pajjiżi terzi

matul l-istadji S1 u S2

matul l-istadji S3 u S4

inqas minn € (f'EUR)

1 000 000 000

inqas minn € (f'EUR)

500 000 000

Tip ta' Bond

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikolu 13(18), għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

Bond Ieħor

Bond li ma jappartjeni għal ebda tip ta' bond imsemmi hawn fuq huwa meqjus li ma għandux suq likwidu


Tabella 2.3

Bonds (it-tipi ta' bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETNs) — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar

Klassi ta' assi — Bonds (it-tipi ta' bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETNs)

Tip ta' Bond

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-livelli limitu għal kull tip ta' bond

Perċentili li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għal kull tip ta' bond

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Negozju — perċentil

livell limitu minimu

Negozju — perċentil

livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Negozju — perċentil

Bond Sovran

tranżazzjonijiet imwettqa fuq Bonds Sovrani wara l-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 13(10)

S1

S2

S3

S4

EUR 300 000

70

EUR 300 000

80

90

30

40

50

60

Bond Pubbliku Ieħor

tranżazzjonijiet imwettqa fuq Bonds Pubbliċi Oħrajn wara l-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 13(10)

S1

S2

S3

S4

EUR 300 000

70

EUR 300 000

80

90

30

40

50

60

Bond Konvertibbli

tranżazzjonijiet imwettqa fuq Bonds Konvertibbli wara l-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 13(10)

S1

S2

S3

S4

EUR 200 000

70

EUR 200 000

80

90

30

40

50

60

Bond Kopert

tranżazzjonijiet imwettqa fuq Bonds Koperti wara l-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 13(10)

S1

S2

S3

S4

EUR 300 000

70

EUR 300 000

80

90

30

40

40

40

Bond Korporattiv

tranżazzjonijiet imwettqa fuq Bonds Korporattivi wara l-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 13(10)

S1

S2

S3

S4

EUR 200 000

70

EUR 200 000

80

90

30

40

50

60

Bonds Oħrajn

tranżazzjonijiet imwettqa fuq Bonds Oħrajn wara l-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 13(10)

S1

S2

S3

S4

EUR 200 000

70

EUR 200 000

80

90

30

40

50

60


Tabella 2.4

Bonds (tipi ta' bonds ETC u ETN) — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Bonds (tipi ta' bonds ETC u ETN)

Tip ta' Bond

Kull strument finanzjarju individwali għandu jkun determinat li ma jkollux suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma jissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi

Fatturat medju ta' kuljum (ADT)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Exchange Traded Commodities (ETCs)

strument ta' dejn maħruġ kontra investiment dirett mill-emittent f'prodotti bażiċi jew kuntratti tad-derivattivi ta' komoditajiet. Il-prezz ta' ETC huwa marbut direttament jew indirettament mal-prestazzjoni tas-sottostanti. ETC tittraċċa b'mod passiv il-prestazzjoni tal-prodott bażiku jew indiċi tal-prodott bażiku li tirreferi għalihom.

EUR 500 000

10

Exchange Traded Notes (ETNs)

strument ta' dejn maħruġ kontra investiment dirett mill-emittent fis-sottostanti jew f'kuntratti tad-derivattivi sottostanti. Il-prezz ta' ETN huwa marbut direttament jew indirettament mal-prestazzjoni tas-sottostanti. ETN issegwi b'mod passiv il-prestazzjoni tas-sottostanti li jkun qiegħed jirreferi għalih.

EUR 500 000

10


Tabella 2.5

Bonds (Tipi ta' bonds ETC u ETN) — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar

Klassi ta' assi — Bonds (tipi ta' bonds ETC u ETN)

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għal kull strument individwali determinati li jkollhom suq likwidu

Tip ta' Bond

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

ETCs

EUR 1 000 000

EUR 1 000 000

EUR 50 000 000

EUR 50 000 000

ETNs

EUR 1 000 000

EUR 1 000 000

EUR 50 000 000

EUR 50 000 000

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għal kull strument individwali determinat li ma jkollux suq likwidu

Tip ta' Bond

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

ETCs

EUR 900 000

EUR 900 000

EUR 45 000 000

EUR 45 000 000

ETNs

EUR 900 000

EUR 900 000

EUR 45 000 000

EUR 45 000 000

3.   Prodotti Finanzjarji Strutturati (SFPs)

Tabella 3.1

SFPs — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Prodotti Finanzjarji Strutturati (SFPs)

Test 1 — valutazzjoni ta' klassi ta' assi tal-SFPs

Valutazzjoni ta' klassi ta' assi tal-SFPs għall-għan tad-determinazzjoni tal-istrumenti finanzjaraji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b)

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkoli tal-valuri relatati mal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi għall-finijiet tal-valutazzjoni ta' klassi ta' assi tal-SFPs

Il-klassi ta' assi tal-SFPs għandha tiġi vvalutata b'applikazzjoni tal-livelli limitu li ġejjin tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Tranżazzjonijiet imwettqa fl-SFPs kollha

EUR 300 000 000

500

Test 2 — SFPs li ma għandhomx suq likwidu

Jekk il-valuri relatati mal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi huma t-tnejn li huma 'l fuq mil-livelli limitu ta' likwidità kwantitattiva stabbiliti għall-għan tal-valutazzjoni tal-klassi ta' assi tal-SFPs, għalhekk jingħadda t-Test 1 u għandu jsir it-Test 2. Kull strument finanzjarju individwali għandu jkun determinat li ma jkollux suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma jissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Perċentwal ta' jiem innegozjati matul il-perjodu kkunsidrat

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 3]

EUR 100 000

2

80 %


Tabella 3.2

SFPs — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar jekk ma jingħaddiex it-Test 1

Klassi ta' assi — Prodotti Finanzjarji Strutturati (SFPs)

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għall-SFPs kollha jekk ma jingħaddiex it-Test 1

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

EUR 100 000

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 1 000 000

Tabella 3.3

SFPs — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar jekk jingħadda t-Test 1

Klassi ta' assi — Prodotti Finanzjarji Strutturati (SFPs)

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-livelli limitu

Perċentili u livelli limitu minimi li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għall-SFPs determinati li għandhom suq likwidu jekk jingħadda t-Test 1

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Tranżazzjonijiet imwettqa fl-SFPs kollha determinati li jkollhom suq likwidu

S1

S2

S3

S4

EUR 100 000

70

EUR 250 000

80

EUR 500 000

90

EUR 1 000 000

30

40

50

60


Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar determinati li ma jkollhomx suq likwidu jekk jingħadda t-Test 1

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

EUR 100 000

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 1 000 000

4.   Derivattivi titolizzati

Tabella 4.1

Derivattivi titolizzati — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi Titolizzati

tfisser titolu trasferibbli kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(44)(c) tad-Direttiva 2014/65/UE differenti mill-prodotti finanzjarji strutturati u għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

warrants plain vanilla koperti tfisser titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt, iżda mhux l-obbligu, li jixtri (ibigħ), fid-data jew sad-data tal-iskadenza, ammont speċifiku tal-assi sottostanti bi prezz tal-eżerċitar speċifikat jew, f'każ li jkun ġie stabbilit saldu fi flus, il-ħlas tad-differenza pożittiva bejn il-prezz tas-suq attwali (il-prezz tal-eżerċitar) u l-prezz tal-eżerċitar (il-prezz tas-suq attwali);

(b)

ċertifikati ta' ingranaġġ tfisser ċertifikati li jsegwu l-prestazzjoni tal-assi sottostanti b'effett ta' ingranaġġ;

(c)

warrants eżotiċi koperti tfisser warrants koperti li l-komponent ewlieni tagħhom huwa kombinazzjoni tal-opzjonijiet;

(d)

drittijiet negozjabbli;

(e)

ċertifikati ta' investiment tfisser ċertifikati li jsegwu l-prestazzjoni tal-assi sottostanti mingħajr effett ta' ingranaġġ.

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

id-derivattivi titolizzati kollha huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Tabella 4.2

Derivattivi titolizzati — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar

Klassi ta' assi — Derivattivi Titolizzati

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

EUR 50 000

EUR 60 000

EUR 90 000

EUR 100 000

5.   Derivattivi tar-rati tal-imgħax

Tabella 5.1

Derivattivi tar-rati tal-imgħax — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax

kwalunkwe kuntratt kif iddefinit fl-Anness I, Taqsima C(4) tad-Direttiva 2014/65/UE li s-sottostanti aħħari tiegħu huwa rata tal-imgħax, bond, self, kwalunkwe basket, portafoll jew indiċi inkluż rata tal-imgħax, bond, self jew kwalunkwe prodott ieħor li jirrappreżenta l-prestazzjoni ta' rata tal-imgħax, bond jew self.

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b), kull klassi ta' subassi għandha tiġi segmentata aktar f'subklassijiet kif iddefinit hawn taħt

Kull subklassi għandha tkun determinata li ma għandhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi. Għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu għandu jiġi applikat il-kriterju ta' likwidità kwalitattiv, fejn applikabbli

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Kriterju ta' likwidità kwalitattiva addizzjonali

Futuri/forwards tal-bond

subklassi ta' futur/forward tal-bond hija ddefinita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — emittent tas-sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — terminu tal-bond konsenjabbli sottostanti definit kif ġej:

 

Perjodu qasir: il-bond konsenjabbli sottostanti b'terminu ta' bejn sena (1) u 4 snin għandu jitqies bħala perjodu qasir

 

Perjodu medju: il-bond konsenjabbli sottostanti b'terminu ta' bejn 4 u 8 snin għandu jitqies bħala perjodu medju

 

Perjodu twil: il-bond konsenjabbli sottostanti b'terminu ta' bejn 8 u 15-il sena għandu jitqies bħala perjodu twil

 

Perjodu twil ħafna: il-bond konsenjabbli sottostanti b'terminu itwal minn 15-il sena għandu jitqies bħala perjodu twil ħafna

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — żmien sal-medda ta' maturità tal-futur definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 5 000 000

10

kull meta subklassi tiġi ddeterminata li jkollha suq likwidu fir-rigward ta' żmien speċifiku sal-medda ta' maturità u s-subklassi definita mill-medda ta' maturità li jmiss tiġi ddeterminata li ma jkollhiex suq likwidu, l-ewwel kuntratt back month huwa determinat li jkollu suq likwidu ta' ġimagħtejn (2) qabel l-iskadenza tal-front month

Opzjonijiet tal-bonds

subklassi ta' opzjoni tal-bond hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — bond sottostanti jew futur/forward tal-bond sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 5 000 000

10

 

Futuri IR u FRA

subklassi tar-rata tal-imgħax futura hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — rata tal-imgħax sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — terminu tar-rata tal-imgħax sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — żmien sal-medda ta' maturità tal-futur definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 500 000 000

10

kull meta subklassi tiġi ddeterminata li jkollha suq likwidu fir-rigward ta' żmien speċifiku sal-medda ta' maturità u s-subklassi definita mill-medda ta' maturità li jmiss tiġi ddeterminata li ma jkollhiex suq likwidu, l-ewwel kuntratt back month huwa determinat li jkollu suq likwidu ta' ġimagħtejn (2) qabel l-iskadenza tal-front month

Opzjonijiet IR

subklassi ta' opzjoni tar-rata tal-imgħax hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — rata tal-imgħax sottostanti jew rata tal-imgħax futura sottostanti jew FRA

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — terminu tar-rata tal-imgħax sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 500 000 000

10

 

Swapzjonijiet

subklassi ta' swapzjoni hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip ta' swap sottostanti definit kif ġej: swap bejn muniti individwali fiss għal fiss, futuri/forwards fuq swap bejn muniti individwali fiss għal fiss, swap bejn muniti individwali fiss għal varjabbli, futuri/forwards fuq swap bejn muniti individwali fiss għal varjabbli, swap bejn muniti individwali varjabbli għal varjabbli, futuri/forwards fuq swap bejn muniti individwali varjabbli għal varjabbli, swap ta' inflazzjoni f'munita waħda, futuri/forwards fuq swap ta' inflazzjoni f'munita waħda, swap bejn muniti individwali tal-OIS, futuri/forwards fuq swap bejn muniti individwali tal-OIS, swap bejn diversi muniti fiss għal fiss, futuri/forwards fuq swap bejn diversi muniti fiss għal fiss, swap bejn diversi muniti fiss għal varjabbli, futuri/forwards fuq swap bejn diversi muniti fiss għal varjabbli, swap bejn diversi muniti varjabbli għal varjabbli, futuri/forwards fuq swap bejn diversi muniti varjabbli għal varjabbli, swap bejn diversi muniti ta' inflazzjoni, futuri/forwards fuq swap bejn diversi muniti ta' inflazzjoni, swap bejn diversi muniti tal-OIS, futuri/forwards fuq swap bejn diversi muniti tal-OIS

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-opzjoni huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — indiċi tal-inflazzjoni jekk it-tip tal-iswap sottostanti huwa jew swap ta' inflazzjoni f'munita waħda jew swap bejn diversi muniti ta' inflazzjoni

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 500 000 000

10

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 5 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 4: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 5 snin

 

Medda ta' maturità 5: 5 snin < żmien sal-maturità ≤ 10 snin

 

Medda ta' maturità 6: aktar minn 10 snin

“swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fiss għal varjabbli u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fiss għal varjabbli

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi tal-flus denominati f'muniti differenti u l-flussi tal-fluss ta' parti waħda huma determinati b'rata tal-imgħax fissa filwaqt li dawk tal-parti l-oħra huma determinati b'rata tal-imgħax varjabbli

subklassi ta' diversi muniti fiss għal varjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li jmiss:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti nozzjonali definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti li jkunu denominati fihom iż-żewġ komponenti tal-iswap

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < il-maturità ≤ xahar (1)

 

Medda ta' maturità 2: xahar (1) < il-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < il-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < il-maturità ≤ sena (1)

 

Medda ta' maturità 5: sena (1) < il-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < il-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

“swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” varjabbli għal varjabbli u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” varjabbli għal varjabbli

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi tal-flus denominati f'muniti individwali u fejn il-flussi tal-flus taż-żewġ partijiet huma determinati minn rati tal-imgħax varjabbli

subklassi ta' diversi muniti varjabbli għal varjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti nozzjonali definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti fejn iż-żewġ partijiet tal-iswap huma denominati

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < il-maturità ≤ xahar

 

Medda ta' maturità 2: xahar < il-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < il-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < il-maturità ≤ sena

 

Medda ta' maturità 5: sena (1) < il-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: sentejn < il-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

“Swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fissi għal fissi u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fissi għal fissi

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi ta' flus denominati f'muniti individwali u fejn il-flussi tal-flus taż-żewġ partijiet huma determinati b'rati tal-imgħax fissi

subklassi ta' diversi muniti fiss għal fiss hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti nozzjonali definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti fejn iż-żewġ partijiet tal-iswap huma denominati

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

“swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS) u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS)

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi tal-flus denominati f'muniti individwali u fejn il-flussi tal-flus ta' mill-inqas parti waħda huma determinati mir-rata tal-Iswap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS)

subklassi ta' diversi muniti ta' swap tal-indiċi matul il-lejl (OIS) hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti nozzjonali definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti fejn iż-żewġ partijiet tal-iswap huma denominati

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

“Swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' inflazzjoni u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' inflazzjoni

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi tal-flus denominati f'muniti individwali u fejn il-flussi tal-flus ta' mill-inqas parti waħda huma determinati minn rata ta' inflazzjoni

subklassi ta' diversi muniti ta' inflazzjoni hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti nozzjonali definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti fejn iż-żewġ partijiet tal-iswap huma denominati

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

“swaps bejn muniti individwali” fissi għal varjabbli u futur/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” fissi għal varjabbli

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi tal-flus demoninati fl-istess munita u l-flussi tal-flus ta' parti waħda huma determinati minn rata tal-imgħax fissa filwaqt li dawk tal-parti l-oħra huma determinati minn rata tal-imgħax varjabbli

subklassi ta' munita unika fiss għal varjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — munita nozzjonali fejn iż-żewġ komponenti tal-iswap huma denominati

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

“Swaps bejn muniti individwali” varjabbli għal varjabbli u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” varjabbli għal varjabbli

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi tal-flus denominati fl-istess munita u fejn il-flussi tal-flus taż-żewġ partijiet huma determinati minn rati tal-imgħax varjabbli

subklassi ta' munita unika varjabbli għal varjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — munita nozzjonali fejn iż-żewġ komponenti tal-iswap huma denominati

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

“Swaps bejn muniti individwali” fissi għal fissi u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” fissi għal fissi

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi tal-flus denominati fl-istess munita u fejn il-flussi tal-flus taż-żewġ partijiet huma determinati minn rati tal-imgħax fissi

subklassi ta' munita unika fiss għal fiss hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — munita nozzjonali fejn iż-żewġ komponenti tal-iswap huma denominati

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

“Swaps bejn muniti individwali” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS) u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS)

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi tal-flus denominati fl-istess munita u fejn il-flussi tal-flus ta' mill-inqas parti waħda huma determinati minn rata ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS)

subklassi ta' munita unika ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS) hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — munita nozzjonali fejn iż-żewġ komponenti tal-iswap huma denominati

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

“Swaps bejn muniti individwali” ta' inflazzjoni u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” ta' inflazzjoni

swap jew futur/forward fuq swap fejn żewġ partijiet jiskambjaw flussi tal-flus denominati fl-istess munita u fejn il-flussi tal-flus ta' mill-inqas parti waħda huma determinati minn rata ta' inflazzjoni

subklassi ta' munita unika ta' inflazzjoni hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — munita nozzjonali fejn iż-żewġ komponenti tal-iswap huma denominati

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

10

 

Klassi ta' assi — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikolu 6 u 8(1), għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax Oħrajn

 

derivattiv tar-rata tal-imgħax li ma jappartjeni għal ebda klassi ta' subassi msemmija hawn fuq

kwalunkwe derivattiv ieħor tar-rata tal-imgħax jitqies li ma għandux suq likwidu


Tabella 5.2

Derivattivi tar-rati tal-imgħax — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għal subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax

Klassi ta' subassi

Perċentili u livelli limitu li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għal kull subklassi determinata li jkollha suq likwidu

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkoli tal-livelli limitu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

Futuri/forwards tal-bonds

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 20 000 000

90

70

EUR 25 000 000

30

40

50

60

Opzjonijiet tal-bonds

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 20 000 000

90

70

EUR 25 000 000

30

40

50

60

Futuri IR u FRA

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 5 000 000

70

EUR 10 000 000

80

60

EUR 20 000 000

90

70

EUR 25 000 000

30

40

50

60

Opzjonijiet IR

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 5 000 000

70

EUR 10 000 000

80

60

EUR 20 000 000

90

70

EUR 25 000 000

30

40

50

60

Swapzjonijiet

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fiss għal varjabbli u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fiss għal varjabbli

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” varjabbli għal varjabbli u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” varjabbli għal varjabbli

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“Swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fissi għal fissi u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fissi għal fissi

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS) u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS)

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“Swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' inflazzjoni u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' inflazzjoni

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“swaps bejn muniti individwali” fissi għal varjabbli u futur/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” fissi għal varjabbli

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“Swaps bejn muniti individwali” varjabbli għal varjabbli u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” varjabbli għal varjabbli

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“Swaps bejn muniti individwali” fissi għal fissi u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” fissi għal fissi

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“Swaps bejn muniti individwali” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS) u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS)

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

“Swaps bejn muniti individwali” ta' inflazzjoni u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” ta' inflazzjoni

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 4 000 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 9 000 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60


Tabella 5.3

Derivattivi tar-rati tal-imgħax — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għal subklassi determinata li jkollha suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax

Klassi ta' subassi

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għal kull subklassi determinata li ma jkollhiex suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Futuri/forwards tal-bonds

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Opzjonijiet tal-bonds

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Futuri IR u FRA

EUR 5 000 000

EUR 10 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Opzjonijiet IR

EUR 5 000 000

EUR 10 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Swapzjonijiet

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fiss għal varjabbli u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fiss għal varjabbli

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” varjabbli għal varjabbli u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” varjabbli għal varjabbli

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“Swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fissi għal fissi u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” fissi għal fissi

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS) u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS)

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“Swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' inflazzjoni u futuri/forwards fuq “swaps f'diversi muniti” jew “swaps bejn il-muniti” ta' inflazzjoni

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“swaps bejn muniti individwali” fissi għal varjabbli u futur/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” fissi għal varjabbli

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“Swaps bejn muniti individwali” varjabbli għal varjabbli u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” varjabbli għal varjabbli

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“Swaps bejn muniti individwali” fissi għal fissi u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” fissi għal fissi

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“Swaps bejn muniti individwali” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS) u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” ta' Swap tal-Indiċi Matul il-Lejl (OIS)

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

“Swaps bejn muniti individwali” ta' inflazzjoni u futuri/forwards fuq “swaps bejn muniti individwali” ta' inflazzjoni

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

Derivattivi Oħrajn tar-Rati tal-Imgħax

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 9 000 000

EUR 10 000 000

6.   Derivattivi ta' ekwità

Tabella 6.1

Derivattivi ta' ekwità — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Ekwità

kwalunkwe kuntratt kif definit fl-Anness I, Taqsima C(4) tad-Direttiva 2014/65/UE relatat ma':

(a)

sehem wieħed jew aktar, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati, strumenti finanzjarji simili oħrajn, flussi tal-flus jew prodotti oħrajn relatati mal-prestazzjoni ta' sehem wieħed jew aktar, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati, jew strumenti finanzjarji oħrajn;

(b)

indiċi tal-ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati, strumenti finanzjarji simili oħrajn, flussi tal-flus jew prodotti oħrajn relatati mal-prestazzjoni ta' sehem wieħed jew aktar, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati, jew strumenti finanzjarji oħrajn

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

Opzjonijiet fuq l-indiċi

opzjoni li s-sottostanti tagħha huwa indiċi li jikkonsisti f'ishma

l-opzjonijiet tal-indiċi kollha huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Futuri/forwards tal-indiċi tal-ishma

futur/forward li s-sottostanti tiegħu huwa indiċi li jikkonsisti f'ishma

il-futuri/forwards tal-indiċi kollha huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Opzjonijiet fuq l-ishma

opzjoni li s-sottostanti tagħha huwa sehem jew basket ta' ishma li jirriżultaw minn azzjoni korporattiva

l-opzjonijiet ta' stokk kollha huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Futuri/forwards tal-ishma

futur/forward li s-sottostanti tiegħu huwa sehem jew basket ta' ishma li jirriżultaw minn azzjoni korporattiva

il-futuri tal-ishma kollha huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Opzjonijiet tad-dividendi fuq l-ishma

opzjoni fuq id-dividend ta' sehem speċifiku

l-opzjonijiet kollha tad-dividend tal-ishma huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Futuri/forwards tad-dividendi tal-ishma

futur/forward fuq id-dividend ta' sehem speċifiku

il-futuri/forwards kollha tad-dividend tal-ishma huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Opzjonijiet tal-indiċi tad-dividend

opzjoni fuq indiċi li tikkonsisti minn dividendi ta' aktar minn sehem wieħed

l-opzjonijiet kollha tal-indiċi tad-dividend huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Futuri/forwards tal-indiċi tad-dividend

futur/forward fuq indiċi li jikkonsisti minn dividendi ta' aktar minn sehem wieħed

il-futuri/forwards kollha tal-indiċi tad-dividend huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Opzjonijiet fuq l-indiċi tal-volatilità

opzjoni li s-sottostanti tagħha huwa indiċi tal-volatilità definit bħala indiċi relatat mal-volatilità ta' indiċi sottostanti speċifiku tal-istrumenti ta' ekwità

l-opzjonijiet kollha tal-indiċi tal-volatilità huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Futuri/forwards tal-indiċi tal-volatilità

futur/forward li s-sottostanti tiegħu huwa indiċi tal-volatilità definit bħala indiċi li jirrelata mal-volatilità ta' indiċi sottostanti speċifiku ta' strumenti ta' ekwità

il-futuri/forwards kollha tal-indiċi tal-volatilità huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Opzjonijiet ETF

opzjoni li s-sottostanti tagħha hija ETF

l-opzjonijiet kollha tal-ETF huma meqjusa li għandhom suq likwidu

futuri/forwards ETF

futur/forward li s-sottostanti tiegħu huwa ETF

il-futuri/forwards ETF kollha huma meqjusa li għandhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Ekwità

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b), kull klassi ta' subassi għandha tiġi segmentata aktar f'subklassijiet kif definit hawn taħt

Kull subklassi għandha tiġi ddeterminata li ma jkollhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju tal-likwidità kwantitattiv 2]

Swaps

subklassi ta' swap hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip ta' sottostanti: isem uniku, indiċi, basket

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — isem uniku, indiċi, basket sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — parametru: parametru bażiku tal-prestazzjoni tar-redditu tal-prezz, dividend tar-redditu tal-parametru, varjant tar-redditu tal-parametru, volatilità tar-redditu tal-parametru

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

EUR 50 000 000

15

Parametru bażiku tal-prestazzjoni tar-redditu tal-prezz

Varjanza/volatilità tar-redditu tal-prezz

Dividend tar-redditu tal-parametru

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

Medda ta' maturità 2: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

Medda ta' maturità 3: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 3: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

Swaps tal-Portafoll

subklassi ta' swap tal-portafoll hija definita minn kombinazzjoni speċifika ta':

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip ta' sottostanti: isem uniku, indiċi, basket

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — isem uniku, indiċi, basket sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — parametru: parametru bażiku tal-prestazzjoni tar-redditu tal-prezz, dividend tar-redditu tal-parametru, varjant tar-redditu tal-parametru, volatilità tar-redditu tal-parametru

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap tal-portafoll definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 5: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 50 000 000

15

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Ekwità

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

Derivattivi ta' ekwità oħrajn

 

derivattiv ta' ekwità li ma jappartjeni għal ebda klassi ta' subassi msemmija hawn fuq

kwalunkwe derivattiv ta' ekwità ieħor huwa meqjus li ma għandux suq likwidu


Tabella 6.2

Derivattivi ta' ekwità — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għal subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Ekwità

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar kull klassi ta' subassi għandha tiġi segmentata aktar f'subklassijiet kif definit hawn taħt

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkoli tal-livelli limitu

Valuri tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar determinati għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu fuq il-bażi tal-marġini tal-ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA) li għalih tappartjeni s-subklassi

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Opzjonijiet fuq l-indiċi

subklassi ta' opzjoni fuq l-indiċi hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — indiċi tal-assi sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 100 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 100 miljun ≤ ADNA < EUR 200 miljun

EUR 2 500 000

EUR 3 000 000

EUR 25 000 000

EUR 30 000 000

EUR 200 miljun ≤ ADNA < EUR 600 miljun

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

EUR 50 000 000

EUR 55 000 000

ADNA ≥ EUR 600 miljun

EUR 15 000 000

EUR 20 000 000

EUR 150 000 000

EUR 160 000 000

Futuri/forwards tal-indiċi tal-ishma

subklassi ta' futur/forward tal-indiċi tal-ishma hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — indiċi tal-assi sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 100 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 100 miljun ≤ ADNA < EUR 1 biljun

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

EUR 1 biljun ≤ ADNA < EUR 3 biljun

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

EUR 50 000 000

EUR 55 000 000

EUR 3 biljun ≤ ADNA < EUR 5 biljun

EUR 15 000 000

EUR 20 000 000

EUR 150 000 000

EUR 160 000 000

ADNA ≥ EUR 5 biljun

EUR 25 000 000

EUR 30 000 000

EUR 250 000 000

EUR 260 000 000

Opzjonijiet fuq l-ishma

subklassi ta' opzjoni fuq l-ishma hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — sehem sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 5 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 250 000

EUR 5 miljun ≤ ADNA < EUR 10 miljun

EUR 250 000

EUR 300 000

EUR 1 250 000

EUR 1 500 000

EUR 10 miljun ≤ ADNA < EUR 20 miljun

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 2 500 000

EUR 3 000 000

ADNA ≥ EUR 20 miljun

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

Futuri/forwards tal-ishma

subklassi ta' futur/forward tal-ishma hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — sehem sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 5 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 250 000

EUR 5 miljun ≤ ADNA < EUR 10 miljun

EUR 250 000

EUR 300 000

EUR 1 250 000

EUR 1 500 000

EUR 10 miljun ≤ ADNA < EUR 20 miljun

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 2 500 000

EUR 3 000 000

ADNA ≥ EUR 20 miljun

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

Opzjonijiet tad-dividendi fuq l-ishma

subklassi ta' opzjoni tad-dividend tal-ishma hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — sehem sottostanti li jippermetti d-dividendi

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 5 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 400 000

EUR 450 000

EUR 5 miljun ≤ ADNA < EUR 10 miljun

EUR 25 000

EUR 30 000

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 10 miljun ≤ ADNA < EUR 20 miljun

EUR 50 000

EUR 100 000

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

ADNA ≥ EUR 20 miljun

EUR 100 000

EUR 150 000

EUR 2 000 000

EUR 2 500 000

Futuri/forwards tad-dividendi tal-ishma

subklassi ta' futur/forward tad-dividend tal-ishma hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — sehem sottostanti li jippermetti d-dividendi

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 5 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 400 000

EUR 450 000

EUR 5 miljun ≤ ADNA < EUR 10 miljun

EUR 25 000

EUR 30 000

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 10 miljun ≤ ADNA < EUR 20 miljun

EUR 50 000

EUR 100 000

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

ADNA ≥ EUR 20 miljun

EUR 100 000

EUR 150 000

EUR 2 000 000

EUR 2 500 000

Opzjonijiet tal-indiċi tad-dividend

subklassi ta' opzjoni tal-indiċi tad-dividend hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — indiċi tad-dividend sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 100 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 100 miljun ≤ ADNA < EUR 200 miljun

EUR 2 500 000

EUR 3 000 000

EUR 25 000 000

EUR 30 000 000

EUR 200 miljun ≤ ADNA < EUR 600 miljun

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

EUR 50 000 000

EUR 55 000 000

ADNA ≥ EUR 600 miljun

EUR 15 000 000

EUR 20 000 000

EUR 150 000 000

EUR 160 000 000

Futuri/forwards tal-indiċi tad-dividend

subklassi ta' futur/forward tal-indiċi tad-dividend hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — indiċi tad-dividend sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 100 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 100 miljun ≤ ADNA < EUR 1 biljun

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

EUR 1 biljun ≤ ADNA < EUR 3 biljun

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

EUR 50 000 000

EUR 55 000 000

EUR 3 biljun ≤ ADNA < EUR 5 biljun

EUR 15 000 000

EUR 20 000 000

EUR 150 000 000

EUR 160 000 000

ADNA ≥ EUR 5 biljun

EUR 25 000 000

EUR 30 000 000

EUR 250 000 000

EUR 260 000 000

Opzjonijiet fuq l-indiċi tal-volatilità

subklassi ta' opzjoni tal-indiċi tal-volatilità hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — indiċi tal-volatilità sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 100 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 100 miljun ≤ ADNA < EUR 200 miljun

EUR 2 500 000

EUR 3 000 000

EUR 25 000 000

EUR 30 000 000

EUR 200 miljun ≤ ADNA < EUR 600 miljun

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

EUR 50 000 000

EUR 55 000 000

ADNA ≥ EUR 600 miljun

EUR 15 000 000

EUR 20 000 000

EUR 150 000 000

EUR 160 000 000

Futuri/forwards tal-indiċi tal-volatilità

subklassi ta' futur/forward tal-indiċi tal-volatilità hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — indiċi tal-volatilità sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 100 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 100 miljun ≤ ADNA < EUR 1 biljun

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

EUR 1 biljun ≤ ADNA < EUR 3 biljun

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

EUR 50 000 000

EUR 55 000 000

EUR 3 biljun ≤ ADNA < EUR 5 biljun

EUR 15 000 000

EUR 20 000 000

EUR 150 000 000

EUR 160 000 000

ADNA ≥ EUR 5 biljun

EUR 25 000 000

EUR 30 000 000

EUR 250 000 000

EUR 260 000 000

Opzjonijiet ETF

subklassi ta' opzjoni ETF hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — ETF sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 5 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 250 000

EUR 5 miljun ≤ ADNA < EUR 10 miljun

EUR 250 000

EUR 300 000

EUR 1 250 000

EUR 1 500 000

EUR 10 miljun ≤ ADNA < EUR 20 miljun

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 2 500 000

EUR 3 000 000

ADNA ≥ EUR 20 miljun

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

futuri/forwards ETF

subklassi ta' futur/forward ETF hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — ETF sottostanti

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

< EUR 5 miljun ADNA

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 1 000 000

EUR 1 250 000

EUR 5 miljun ≤ ADNA < EUR 10 miljun

EUR 250 000

EUR 300 000

EUR 1 250 000

EUR 1 500 000

EUR 10 miljun ≤ ADNA < EUR 20 miljun

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 2 500 000

EUR 3 000 000

ADNA ≥ EUR 20 miljun

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

Swaps

subklassi ta' swap hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip ta' sottostanti: isem uniku, indiċi, basket

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — isem uniku, indiċi, basket sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — parametru: parametru bażiku tal-prestazzjoni tar-redditu tal-prezz, dividend tar-redditu tal-parametru, varjant tar-redditu tal-parametru, volatilità tar-redditu tal-parametru

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

EUR 50 miljun ≤ ADNA < EUR 100 miljun

EUR 250 000

EUR 300 000

EUR 1 250 000

EUR 1 500 000

EUR 100 miljun ≤ ADNA < EUR 200 miljun

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 2 500 000

EUR 3 000 000

ADNA ≥ EUR 200 miljun

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

Parametru bażiku tal-prestazzjoni tar-redditu tal-prezz

Varjanza/volatilità tar-redditu tal-prezz

Dividend tar-redditu tal-parametru

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ sena

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 2: xahar < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

Medda ta' maturità 2: sena (1) < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

Medda ta' maturità 3: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

Medda ta' maturità 3: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

Medda ta' maturità 4: sena (1) < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 5: sena (1) < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

 

 

 

 

 

 

Swaps tal-Portafoll

subklassi ta' swap tal-portafoll hija definita minn kombinazzjoni speċifika ta':

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip ta' sottostanti: isem uniku, indiċi, basket

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — isem uniku, indiċi, basket sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — parametru: parametru bażiku tal-prestazzjoni tar-redditu tal-prezz, dividend tar-redditu tal-parametru, varjant tar-redditu tal-parametru, volatilità tar-redditu tal-parametru

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap tal-portafoll definit kif ġej:

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

EUR 50 miljun ≤ ADNA < EUR 100 miljun

EUR 250 000

EUR 300 000

EUR 1 250 000

EUR 1 500 000

EUR 100 miljun ≤ ADNA < EUR 200 miljun

EUR 500 000

EUR 550 000

EUR 2 500 000

EUR 3 000 000

ADNA ≥ EUR 200 miljun

EUR 1 000 000

EUR 1 500 000

EUR 5 000 000

EUR 5 500 000

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 2: xahar < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 5: sena (1) < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità 6: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

 

 

 

 


Tabella 6.3

Derivattivi ta' ekwità — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma jkollhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Ekwità

Klassi ta' subassi

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma għandhomx suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Swaps

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 100 000

EUR 150 000

Swaps tal-Portafoll

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 100 000

EUR 150 000

Derivattivi ta' ekwità oħrajn

EUR 20 000

EUR 25 000

EUR 100 000

EUR 150 000

7.   Derivattivi ta' komoditajiet

Tabella 7.1

Derivattivi ta' komoditajiet– klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Komoditajiet

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b), kull klassi ta' subassi għandha tiġi segmentata aktar f'subklassijiet kif definit hawn taħt

Kull subklassi għandha tiġi ddeterminata li ma jkollhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Futuri/forwards ta' komoditajiettal-metall

subklassi ta' futur/forward ta' komodità tal-metall hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip tal-metall: metall prezzjuż, metall mhux prezzjuż

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — metall sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-futur/forward huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — żmien sal-medda ta' maturità tal-futur/forward definit kif ġej:

EUR 10 000 000

10

Metalli prezzjużi

Metalli mhux prezzjużi

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 2: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 3: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

Medda ta' maturità 4: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

Opzjonijiet tal-prodott bażiku tal-metall

subklassi ta' opzjoni tal-prodott bażiku tal-metall hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip tal-metall: metall prezzjuż, metall mhux prezzjuż

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — metall sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-opzjoni huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

EUR 10 000 000

10

Metalli prezzjużi

Metalli mhux prezzjużi

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 2: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 3: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

Medda ta' maturità 4: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

Swaps tal-komodità tal-metall

subklassi ta' swap tal-prodott bażiku tal-metall hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip tal-metall: metall prezzjuż, metall mhux prezzjuż

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — metall sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-iswap huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — tip ta' saldu definit bħala flus, fiżiku jew oħrajn

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 5 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

EUR 10 000 000

10

Metalli prezzjużi

Metalli mhux prezzjużi

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 2: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 3: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

Medda ta' maturità 4: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

Futuri/forwards ta' komodità tal-enerġija

subklassi ta' futur/forward ta' prodott bażiku tal-enerġija hija definita mill-kriterji li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip tal-enerġija: żejt, distillati taż-żejt, faħam, żejt bil-komponenti ħfief (oil light ends), gass naturali, elettriku, interenerġija

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — enerġija sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-futur/forward huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — tip ta' tagħbija definit bħala tagħbija bażika, l-ogħla tagħbija, sigħat kwieti jew oħrajn, applikabbli għat-tip tal-enerġija: elettriku

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 5 — post tal-konsenja/tas-saldu fi flus applikabbli għat-tipi tal-enerġija: żejt, distillati taż-żejt, żejt b'komponenti ħfief (oil light ends), elettriku, enerġija intermedjarja

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 6 — żmien sal-medda ta' maturità tal-futur/forward definit kif ġej:

EUR 10 000 000

10

Żejt/Distillati taż-Żejt/Żejt b'Komponenti Ħfief (oil light ends)

Faħam

Gass Naturali/Elettriku/Interenerġija

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 4 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

Medda ta' maturità 2: 4 xhur < żmien sal-maturità ≤ 8 xhur

Medda ta' maturità 2: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 2: xahar (1) < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

Medda ta' maturità 3: 8 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

Opzjonijiet tal-prodott tal-enerġija

subklassi ta' opzjoni tal-prodott bażiku tal-enerġija hija definita mill-kriterji li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip ta' enerġija: żejt, distillati taż-żejt, faħam, żejt bil-komponenti ħfief (oil light ends), gass naturali, elettriku, interenerġija

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — enerġija sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-opzjoni huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — tip ta' tagħbija definit bħala tagħbija bażika, l-ogħla tagħbija, sigħat kwieti jew oħrajn, applikabbli għat-tip tal-enerġija: elettriku

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 5 — post tal-konsenja/tas-saldu fi flus applikabbli għat-tipi tal-enerġija: żejt, distillati taż-żejt, żejt b'komponenti ħfief (oil light ends), elettriku, enerġija intermedjarja

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 6 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

EUR 10 000 000

10

Żejt/Distillati taż-Żejt/Żejt b'Komponenti Ħfief (oil light ends)

Faħam

Gass Naturali/Elettriku/Interenerġija

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 4 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

Medda ta' maturità 2: 4 xhur < żmien sal-maturità ≤ 8 xhur

Medda ta' maturità 2: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 2: xahar (1) < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

Medda ta' maturità 3: 8 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

Swaps tal-prodott tal-enerġija

subklassi ta' swap tal-prodott bażiku tal-enerġija hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip ta' enerġija: żejt, distillati taż-żejt, faħam, żejt bil-komponenti ħfief (oil light ends), gass naturali, elettriku, enerġija intermedjarja

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — enerġija sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-iswap huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — tip ta' saldu definit bħala flus, fiżiku jew oħrajn

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 5 — tip ta' tagħbija definit bħala tagħbija bażika, l-ogħla tagħbija, sigħat kwieti jew oħrajn, applikabbli għat-tip tal-enerġija: elettriku

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 6 — post tal-konsenja/tas-saldu fi flus applikabbli għat-tipi tal-enerġija: żejt, distillati taż-żejt, żejt b'komponenti ħfief (oil light ends), elettriku, enerġija intermedjarja

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 7 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

EUR 10 000 000

10

Żejt/Distillati taż-Żejt/Żejt b'Komponenti Ħfief (oil light ends)

Faħam

Gass Naturali/Elettriku/Interenerġija

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 4 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

Medda ta' maturità 2: 4 xhur < żmien sal-maturità ≤ 8 xhur

Medda ta' maturità 2: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 2: xahar (1) < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

Medda ta' maturità 3: 8 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

 

 

Futuri/forwards ta' komoditajiet agrikoli

subklassi ta' futur/forward tal-prodott bażiku tal-agrikoltura hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — komodità agrikola sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-futur/forward huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — żmien sal-medda ta' maturità tal-futur/forward definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 10 000 000

10

Opzjonijiet tal-komoditajiet agrikoli

subklassi ta' opzjoni tal-prodott bażiku tal-agrikoltura hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — prodott bażiku tal-agrikoltura sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-opzjoni huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 10 000 000

10

Swaps tal-komoditajiet agrikoli

subklassi ta' swap tal-prodott bażiku tal-agrikoltura hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — prodott bażiku tal-agrikoltura sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tal-iswap huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — tip ta' saldu definit bħala flus, fiżiku jew oħrajn

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 10 000 000

10

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

derivattivi ta' komoditajiet oħrajn

 

derivattiv ta' prodott bażiku li ma jappartjeni għal ebda klassi ta' subassi msemmija hawn fuq

kwalunkwe derivattiv ta' prodott bażiku ieħor huwa meqjus li ma għandux suq likwidu


Tabella 7.2

derivattivi ta' komoditajiet — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li għandhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Komoditajiet

Klassi ta' subassi

Perċentili u livelli limitu minimi li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkoli tal-livelli limitu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

Futuri/forwards ta' komoditajiettal-metall

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 250 000

70

EUR 500 000

80

60

EUR 750 000

90

70

EUR 1 000 000

30

40

50

60

Opzjonijiet tal-prodott bażiku tal-metall

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 250 000

70

EUR 500 000

80

60

EUR 750 000

90

70

EUR 1 000 000

30

40

50

60

Swaps tal-komodità tal-metall

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 250 000

70

EUR 500 000

80

60

EUR 750 000

90

70

EUR 1 000 000

30

40

50

60

Futuri/forwards ta' komodità tal-enerġija

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 250 000

70

EUR 500 000

80

60

EUR 750 000

90

70

EUR 1 000 000

30

40

50

60

Opzjonijiet tal-prodott tal-enerġija

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 250 000

70

EUR 500 000

80

60

EUR 750 000

90

70

EUR 1 000 000

30

40

50

60

Swaps tal-prodott tal-enerġija

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 250 000

70

EUR 500 000

80

60

EUR 750 000

90

70

EUR 1 000 000

30

40

50

60

Futuri/forwards ta' komoditajiet agrikoli

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 250 000

70

EUR 500 000

80

60

EUR 750 000

90

70

EUR 1 000 000

30

40

50

60

Opzjonijiet tal-komoditajiet agrikoli

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 250 000

70

EUR 500 000

80

60

EUR 750 000

90

70

EUR 1 000 000

30

40

50

60

Swaps tal-komoditajiet agrikoli

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 250 000

70

EUR 500 000

80

60

EUR 750 000

90

70

EUR 1 000 000

30

40

50

60


Tabella 7.3

derivattivi ta' komoditajiet — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma jkollhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Komoditajiet

Klassi ta' subassi

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma għandhomx suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Futuri/forwards ta' komoditajiettal-metall

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

Opzjonijiet tal-prodott bażiku tal-metall

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

Swaps tal-komodità tal-metall

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

Futuri/forwards ta' komodità tal-enerġija

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

Opzjonijiet tal-prodott tal-enerġija

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

Swaps tal-prodott tal-enerġija

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

Futuri/forwards ta' komoditajiet agrikoli

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

Opzjonijiet tal-komoditajiet agrikoli

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

Swaps tal-komoditajiet agrikoli

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

derivattivi ta' komoditajiet oħrajn

EUR 250 000

EUR 500 000

EUR 750 000

EUR 1 000 000

8.   Derivattivi tal-kambju

Tabella 8.1

Derivattivi tal-kambju — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi tal-Kambju

strument finanzjarju li jirrelata mal-muniti kif definit fit-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b), kull klassi ta' subassi għandha tiġi segmentata aktar f'subklassijiet kif definit hawn taħt

Kull subklassi għandha tiġi ddeterminata li ma jkollhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Forward mhux konsenjabbli (NDF)

tfisser forward li, bit-termini tiegħu, huwa ssaldat fi flus bejn il-kontropartijiet, fejn l-ammont tas-saldu huwa determinat mid-differenza fir-rata tal-kambju taż-żewġ muniti bħal bejn id-data tan-negozjar u d-data tal-valutazzjoni. Fid-data tas-saldu, parti waħda ser ikollha tagħti lill-parti l-oħra d-differenza netta bejn (i) ir-rata tal-kambju stabbilita fid-data tan-negozjar; u (ii) ir-rata tal-kambju fid-data tal-valutazzjoni, ibbażata fuq l-ammont nozzjonali, b'tali ammont nett li għandu jitħallas fil-munita tas-saldu stipulata fil-kuntratt.

subklassi ta' forward FX mhux konsenjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti sottostanti definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti sottostanti l-kuntratt tad-derivattivi

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-forward definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ ġimgħa (1)

 

Medda ta' maturità 2: ġimgħa (1) < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Forwards mhux konsenjabbli (NDF) huma meqjusa li ma għandhomx suq likwidu

Forward konsenjabbli (DF)

tfisser forward li jinvolvi biss il-kambju ta' żewġ muniti individwali f'data tas-saldu futura speċifika kkuntrattata b'rata fissa mifthiema fil-bidu tal-kuntratt li jkopri l-kambju.

subklassi ta' forward FX konsenjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti sottostanti definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti tal-kuntratt tad-derivattivi

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-forward definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ ġimgħa (1)

 

Medda ta' maturità 2: ġimgħa (1) < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Forwards konsenjabbli (DF) hija meqjusa li ma għandhiex suq likwidu

Opzjonijiet FX Mhux Konsenjabbli (NDO)

tfisser opzjoni li, bit-termini tagħha, hija ssaldata fi flus bejn il-kontropartijiet, fejn l-ammont tas-saldu huwa determinat mid-differenza fir-rata tal-kambju taż-żewġ muniti bħal bejn id-data tan-negozjar u d-data tal-valutazzjoni. Fid-data tas-saldu, parti waħda ser ikollha tagħti lill-parti l-oħra d-differenza netta bejn (i) ir-rata tal-kambju stabbilita fid-data tan-negozjar; u (ii) ir-rata tal-kambju fid-data tal-valutazzjoni, ibbażata fuq l-ammont nozzjonali, b'tali ammont nett li għandu jitħallas fil-munita tas-saldu stipulata fil-kuntratt.

subklassi ta' opzjoni FX mhux konsenjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti sottostanti definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti tal-kuntratt tad-derivattivi

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ ġimgħa (1)

 

Medda ta' maturità 2: ġimgħa (1) < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Opzjonijiet FX Mhux Konsenjabbli (NDO) huma meqjusa li ma għandhomx suq likwidu

Opzjonijiet FX konsenjabbli (DO)

tfisser opzjoni li tinvolvi biss il-iskambju ta' żewġ muniti individwali f'data tas-saldu futura speċifika kkuntrattata b'rata fissa mifthiema fil-bidu tal-kuntratt li jkopri l-kambju.

subklassi ta' opzjoni FX konsenjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti sottostanti definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti tal-kuntratt tad-derivattivi

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ ġimgħa (1)

 

Medda ta' maturità 2: ġimgħa (1) < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Opzjonijiet FX konsenjabbli (DO) huma meqjusa li ma għandhomx suq likwidu

Swaps FX Mhux Konsenjabbli (NDS)

tfisser swap li, bit-termini tiegħu, huwa ssaldat fi flus bejn il-kontropartijiet, fejn l-ammont tas-saldu huwa determinat mid-differenza fir-rata tal-kambju taż-żewġ muniti bħal bejn id-data tan-negozjar u d-data tal-valutazzjoni. Fid-data tas-saldu, parti waħda ser ikollha tagħti lill-parti l-oħra d-differenza netta bejn (i) ir-rata tal-kambju stabbilita fid-data tan-negozjar; u (ii) ir-rata tal-kambju fid-data tal-valutazzjoni, ibbażata fuq l-ammont nozzjonali, b'tali ammont nett li għandu jitħallas fil-munita tas-saldu stipulata fil-kuntratt.

subklassi ta' swap FX mhux konsenjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti sottostanti definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti tal-kuntratt tad-derivattivi

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ ġimgħa (1)

 

Medda ta' maturità 2: ġimgħa (1) < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

swaps FX Mhux Konsenjabbli (NDS) huma meqjusa li ma għandhomx suq likwidu

Swaps FX Konsenjabbli (DS)

tfisser swap li jinvolvi biss il-kambju ta' żewġ muniti individwali f'data tas-saldu futura speċifika kkuntrattata b'rata fissa mifthiema fil-bidu tal-kuntratt li jkopri l-kambju.

subklassi ta' swap FX konsenjabbli hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti sottostanti definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti tal-kuntratt tad-derivattivi

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-iswap definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ ġimgħa (1)

 

Medda ta' maturità 2: ġimgħa (1) < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

Swaps FX Konsenjabbli (DS) huma meqjusa li ma għandhomx suq likwidu

Futuri FX

subklassi futura FX hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — par muniti sottostanti definit bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti tal-kuntratt tad-derivattivi

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-futur definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ ġimgħa (1)

 

Medda ta' maturità 2: ġimgħa (1) < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 4: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 5: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

FX futuri huma meqjusa li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi tal-Kambju

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

Derivattivi tal-Kambju Oħrajn

 

derivattiv FX li ma jappartjeni għal ebda klassi ta' subassi msemmija hawn fuq

kwalunkwe derivattiv FX ieħor huwa meqjus li ma għandux suq likwidu


Tabella 8.2

Derivattivi tal-kambju — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma jkollhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi tal-Kambju

Klassi ta' subassi

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma għandhomx suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Forward mhux konsenjabbli (NDF)

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Forward konsenjabbli (DF)

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Opzjonijiet FX Mhux Konsenjabbli (NDO)

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Opzjonijiet FX Konsenjabbli (DO)

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Swaps FX Mhux Konsenjabbli (NDS)

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Swaps FX Konsenjabbli (DS)

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Futuri FX

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

Derivattivi tal-Kambju Oħrajn

EUR 4 000 000

EUR 5 000 000

EUR 20 000 000

EUR 25 000 000

9.   Derivattivi ta' kreditu

Tabella 9.1

Derivattivi ta' kreditu — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Kreditu

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b), kull klassi ta' subassi għandha tiġi segmentata aktar f'subklassijiet kif definit hawn taħt

Kull subklassi għandha tkun determinata li ma għandhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi. Għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu għandu jiġi applikat il-kriterju ta' likwidità kwalitattiv, fejn applikabbli

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Status on-the-run tal-indiċi

[Kriterju ta' likwidità kwalitattiva addizzjonali]

Swaps ta' inadempjenza ta' kreditu tal-indiċi (CDS)

swap li l-kambju tal-flussi tal-flus tiegħu huwa marbut mal-affidabbiltà kreditizja ta' diversi emittenti ta' strumenti finanzjarji li jikkonsistu f'indiċi u l-okkorrenza ta' avvenimenti ta' kreditu

swap ta' inadempjenza ta' kreditu tal-indiċi huwa definit mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — indiċi sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tad-derivattiv huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — żmien sal-medda ta' maturità tas-CDS definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

 

Medda ta' maturità 2: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 3: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 200 000 000

10

L-indiċi sottostanti huwa meqjus li għandu suq likwidu:

(1)

matul il-perjodu kollu tal-“istatus on-the-run” tiegħu

(2)

għall-ewwel 30 jum tax-xogħol tal-“istatus 1x off-the-run”

indiċi “on-the-run” tfisser l-aktar verżjoni (serje) riċenti ta' riportar tal-indiċi maħluq fid-data li fiha l-kompożizzjoni tal-indiċi tkun effettiva u tintemm jum qabel id-data li fiha l-kompożizzjoni tal-verżjoni (serje) li jmiss tal-indiċi tkun effettiva.

“status 1x off-the-run” tfisser verżjoni (serje) tal-indiċi li tiġi immedjatament qabel il-verżjoni (serje) attwali “on-the-run” fi żmien partikolari. Verżjoni (serje) tieqaf tkun “on-the-run” u tikseb l-istatus “1x off-the-run” tagħha meta tinħoloq l-aħħar verżjoni (serje) tal-indiċi.

Swap ta' inadempjenza ta' kreditu taħt isem wieħed (CDS)

swap li l-kambju tal-flussi tal-flus tiegħu huwa marbut mal-affidabbiltà kreditizja ta' emittent wieħed ta' strumenti finanzjarji u l-okkorrenza ta' avvenimenti ta' kreditu

subklassi ta' swap ta' inadempjenza ta' kreditu taħt isem wieħed hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — entità ta' referenza sottostanti

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — tip tal-entità ta' referenza sottostanti definit kif ġej:

 

“Emittent tat-tip sovran u pubbliku” tfisser entità ta' emittent li hija jew:

(a)

l-Unjoni;

(b)

Stat Membru, inkluż dipartiment tal-gvern, aġenzija jew vettura bi skop speċjali ta' Stat Membru;

(c)

entità sovrana li mhijiex imniżżla taħt il-punti (a) u (b);

(d)

f'każ ta' Stat Membru federali, membri ta' dik il-federazzjoni;

(e)

vettura bi skop speċjali għal diversi Stati Membri;

(f)

istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar li jkollha l-għan li timmobilizza l-iffinanzjar u tagħti assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin minn jew mhedda bi problemi finanzjarji severi;

(g)

il-Bank Ewropew tal-Investiment;

(h)

entità pubblika li mhijiex emittent sovran kif speċifikat fil-punti (a) sa (c).

 

“Emittent tat-tip korporattiv” tfisser entità emittenti li mhijiex emittent tat-tip sovran u pubbliku.

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — munita nozzjonali definita bħala l-munita li biha l-ammont nozzjonali tad-derivattiv huwa denominat

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — żmien sal-medda ta' maturità tas-CDS definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ sena (1)

 

Medda ta' maturità 2: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 3: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 10 000 000

10

 

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Kreditu

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b), kull klassi ta' subassi għandha tiġi segmentata aktar f'subklassijiet kif definit hawn taħt

Kull subklassi għandha tkun determinata li ma jkollhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax il-kriterju ta' likwidità kwalitattiva

Opzjonijiet tal-indiċi CDS

opzjoni li s-sottostanti tagħha huwa l-indiċi CDS

subklassi ta' opzjoni tal-indiċi CDS hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — subklassi tal-indiċi CDS kif speċifikata għall-klassi ta' subassi tal-iswaps ta' inadempjenza ta' kreditu tal-indiċi (CDS)

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 4: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

opzjoni tal-indiċi CDS li l-indiċi CDS sottostanti tagħha hija subklassi determinata li jkollha suq likwidu u li ż-żmien sal-medda ta' maturità tagħha huwa 0-6 xhur hija meqjusa li għandha suq likwidu

opzjoni tal-indiċi CDS li l-indiċi CDS sottostanti tagħha hija subklassi determinata li jkollha suq likwidu u li ż-żmien sal-medda ta' maturità tagħha mhuwiex 0-6 xhur mhijiex meqjusa li għandha suq likwidu

opzjoni tal-indiċi CDS li l-indiċi CDS sottostanti tagħha hija subklassi determinata li ma jkollhiex suq likwidu mhijiex meqjusa li għandha suq likwidu għal kwalunkwe żmien partikolari sal-medda ta' maturità

Opzjonijiet CDS taħt isem wieħed

opzjoni li s-sottostanti tagħha huwa CDS taħt isem wieħed

subklassi ta' opzjoni CDS taħt isem wieħed hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — subklassi ta' CDS taħt isem wieħed kif speċifikat għall-klassi ta' subassi ta' CDS taħt isem wieħed

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — żmien sal-medda ta' maturità tal-opzjoni definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 2: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 3: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 4: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

opzjoni CDS taħt isem wieħed li s-CDS taħt isem wieħed sottostanti tagħha hija subklassi determinata li jkollha suq likwidu u li ż-żmien sal-medda ta' maturità huwa 0-6 xhur hija meqjusa li jkollha suq likwidu

opzjoni CDS taħt isem wieħed li s-CDS taħt isem wieħed sottostanti tagħha hija subklassi determinata li jkollha suq likwidu u li ż-żmien sal-maturità tagħha mhuwiex 0-6 xhur mhijiex meqjusa li għandha suq likwidu

opzjoni CDS taħt isem wieħed li s-CDS taħt isem wieħed sottostanti tagħha hija subklassi determinata li ma jkollhiex suq likwidu mhijiex meqjusa li għandha suq likwidu għal kwalunkwe żmien partikolari sal-medda ta' maturità

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Kreditu

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) għandha tapplika l-metodoloġija li ġejja

Derivattivi ta' kreditu oħrajn

 

derivattiv ta' kreditu li ma jappartjeni għal ebda klassi ta' subklassi msemmija hawn fuq

kwalunkwe derivattiv ta' kreditu ieħor huwa meqjus li ma għandux suq likwidu


Tabella 9.2

Derivattivi ta' kreditu — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Kreditu

Klassi ta' subassi

Perċentili u livelli limitu minimi li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkoli tal-livelli limitu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

Swaps ta' inadempjenza ta' kreditu tal-indiċi (CDS)

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 2 500 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 7 500 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

Swap ta' inadempjenza ta' kreditu taħt isem wieħed (CDS)

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 2 500 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 7 500 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

Swap ta' inadempjenza ta' kreditu ta' basket personalizzat (CDS)

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 2 500 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 7 500 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

Opzjonijiet tal-indiċi CDS

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 2 500 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 7 500 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60

Opzjonijiet CDS taħt isem wieħed

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 2 500 000

70

EUR 5 000 000

80

60

EUR 7 500 000

90

70

EUR 10 000 000

30

40

50

60


Tabella 9.3

Derivattivi ta' kreditu — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma jkollhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Kreditu

Klassi ta' subassi

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma għandhomx suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Swaps ta' inadempjenza ta' kreditu tal-indiċi (CDS)

EUR 2 500 000

EUR 5 000 000

EUR 7 500 000

EUR 10 000 000

Swap ta' inadempjenza ta' kreditu taħt isem wieħed (CDS)

EUR 2 500 000

EUR 5 000 000

EUR 7 500 000

EUR 10 000 000

Swap ta' inadempjenza ta' kreditu ta' basket personalizzat (CDS)

EUR 2 500 000

EUR 5 000 000

EUR 7 500 000

EUR 10 000 000

Opzjonijiet tal-indiċi CDS

EUR 2 500 000

EUR 5 000 000

EUR 7 500 000

EUR 10 000 000

Opzjonijiet CDS taħt isem wieħed

EUR 2 500 000

EUR 5 000 000

EUR 7 500 000

EUR 10 000 000

Derivattivi ta' kreditu oħrajn

EUR 2 500 000

EUR 5 000 000

EUR 7 500 000

EUR 10 000 000

10.   Derivattivi C10

Tabella 10.1

Derivattivi C10 — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi C10

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b), kull klassi ta' subassi għandha tiġi segmentata aktar f'subklassijiet kif iddefinit hawn taħt

Kull subklassi għandha tiġi ddeterminata li ma jkollhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Derivattivi tal-merkanzija

strument finanzjarju li jirrelata mar-rati tal-merkanzija kif definit fit-Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

subklassi ta' derivattiv tal-merkanzija hija definita mill-kriterji ta' segmentazzjoni li ġejjin:

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 1 — tip tal-kuntratt: Ftehimiet tal-Merkanzija Forward (FFAs) jew opzjonijiet

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 2 — tip tal-merkanzija: merkanzija likwida, merkanzija solida

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 3 — subtip tal-merkanzija: tagħbija bl-ingrossa solida, bawżer, bastiment tal-kontejners

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 4 — speċifikazzjoni tad-daqs li jirrelata mas-subtip tal-merkanzija

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 5 — rotta speċifika jew perjodu ta' żmien medju

 

Kriterju ta' segmentazzjoni 6 — żmien sal-medda ta' maturità tad-derivattiv definit kif ġej:

 

Medda ta' maturità 1: 0 < żmien sal-maturità ≤ xahar 1

 

Medda ta' maturità 2: xahar 1 < żmien sal-maturità ≤ 3 xhur

 

Medda ta' maturità 3: 3 xhur < żmien sal-maturità ≤ 6 xhur

 

Medda ta' maturità 4: 6 xhur < żmien sal-maturità ≤ 9 xhur

 

Medda ta' maturità 5: 9 xhur < żmien sal-maturità ≤ sena 1

 

Medda ta' maturità 6: sena 1 < żmien sal-maturità ≤ 2 snin

 

Medda ta' maturità 7: 2 snin < żmien sal-maturità ≤ 3 snin

 

 

Medda ta' maturità m: (n-1) snin < żmien sal-maturità ≤ n snin

EUR 10 000 000

10

Klassi ta' assi — Derivattivi C10

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

Derivattivi C10 oħrajn

 

strument finanzjarju kif definit fit-Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE li mhuwiex “Derivattiv tal-Merkanzija”, kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta' subassi tad-derivattivi tar-rata tal-imgħax li ġejjin: “Swap ta' inflazzjoni f'diversi muniti jew bejn il-muniti”, “Futur/forward fuq swaps ta' inflazzjoni f'diversi muniti jew bejn il-muniti”, “swap ta' inflazzjoni f'munita waħda”, “Futur/forward fuq swap ta' inflazzjoni f'munita waħda” u kwalunkwe klassi ta' subassi tad-derivattivi ta' ekwità minn dawn li ġejjin: “Opzjoni tal-indiċi tal-volatilità”, “Futur/forward tal-indiċi tal-volatilità”, swap b'varjant tar-redditu tal-parametru, swap b'volatilità tar-redditu tal-parametru, swap tal-portafoll b'varjant tar-redditu tal-parametru, swap tal-portafoll b'volatilità tar-redditu tal-parametru

kwalunkwe derivattiv C10 ieħor huwa meqjus li ma għandux suq likwidu


Tabella 10.2

Derivattivi C10 — Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negzojar għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi C10

Klassi ta' subassi

Perċentili u livelli limitu minimi li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkoli tal-livelli limitu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

Derivattivi tal-merkanzija

il-kalkolu tal-livelli limitu għandu jsir għal kull subklassi tal-klassi ta' subassi fid-dawl tat-tranżazzjonijiet imwettqa fuq strumenti finanzjarji li jappartjenu għas-subklassi

S1

S2

S3

S4

EUR 25 000

70

EUR 50 000

80

60

EUR 75 000

90

70

EUR 100 000

30

40

50

60


Tabella 10.3

Derivattivi C10 — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma jkollhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi C10

Klassi ta' subassi

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma għandhomx suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Derivattivi tal-merkanzija

EUR 25 000

EUR 50 000

EUR 75 000

EUR 100 000

Derivattivi C10 oħrajn

EUR 25 000

EUR 50 000

EUR 75 000

EUR 100 000

11.   Kuntratti finanzjarji għad-differenzi (CFDs)

Tabella 11.1

CFDs — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Kuntratti finanzjarji għad-differenzi (CFDs)

kuntratt tad-derivattivi li jagħti lid-detentur esponiment, li jista' jkun twil jew qasir, għad-differenza bejn il-prezz ta' assi sottostanti fil-bidu tal-kuntratt u l-prezz meta jingħalaq il-kuntratt

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b), kull klassi ta' subassi għandha tiġi segmentata aktar f'subklassijiet kif iddefinit hawn taħt

Kull subklassi għandha tkun determinata li ma jkollhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax wieħed mil-livelli limitu jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi jew, fejn applikabbli, jekk ma tissodisfax il-kriterji ta' likwidità kwalitattivi kif definit hawn taħt

Kriterju ta' likwidità kwalitattiv

Ammont nozzjonali medju ta' kuljum (ADNA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

CFDs ta' muniti

subklassi ta' CFDs ta' muniti hija definita mill-par muniti sottostanti definita bħala kombinazzjoni taż-żewġ muniti tal-kuntratt CFD/spread betting

 

EUR 50 000 000

100

CFDs ta' komoditajiet

subklassi ta' CFD ta' prodott bażiku hija definita mill-prodott bażiku sottostanti tal-kuntratt CFD/spread betting

 

EUR 50 000 000

100

CFDs ta' ekwità

subklassi ta' CFDs ta' ekwità hija definita mit-titolu ta' ekwità sottostani tal-kuntratt CFD/spread betting

subklassi ta' CFD ta' ekwità hija meqjusa li għandha suq likwidu jekk is-sottostanti jkun titolu ta' ekwità li għalih hemm suq likwidu kif determinat skont l-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

 

 

CFDs ta' bonds

subklassi ta' CFD ta' bond hija definita mill-bond jew bond futur sottostanti tal-kuntratt CFD/spread betting

subklassi ta' CFD ta' bond hija meqjusa li għandha suq likwidu jekk is-sottostanti huwa bond jew bond futur li għalih hemm suq likwidu kif determinat skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b).

 

 

CFDs fuq futur/forward ta' ekwità

CFD fuq subklassi ta' futur/forward ta' ekwità huwa definit mill-futur/forward sottostanti fuq ekwità tal-kuntratt CFD/spread betting

CFD fuq subklassi futura/forward ta' ekwità huwa meqjus li għandu suq likwidu jekk is-sottostanti huwa futur/forward ta' ekwità li għalih hemm suq likwidu kif determinat skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b).

 

 

CFDs fuq opzjoni ta' ekwità

CFD fuq subklassi ta' opzjoni ta' ekwità huwa definit mill-opzjoni sottostanti fuq ekwità tal-kuntratt CFD/spread betting

CFD fuq subklassi ta' opzjoni ta' ekwità huwa meqjus li għandu suq likwidu jekk is-sottostanti hija opzjoni ta' ekwità li għaliha hemm suq likwidu kif determinat skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b).

 

 

Klassi ta' assi — Kuntratti finanzjarji għad-differenzi (CFDs)

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

CFDs Oħrajn

 

CFD/spread betting li ma jappartjeni għall-ebda klassi ta' subassi t'hawn fuq

kwalunkwe CFD/spread betting ieħor huwa meqjus li ma għandux suq likwidu


Tabella 11.2

CFDs — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Kuntratti finanzjarji għad-differenzi (CFDs)

Klassi ta' subassi

Perċentili u livelli limitu minimi li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkoli tal-livelli limitu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Volum — perċentil

Livell limitu minimu

CFDs ta' muniti

tranżazzjonijiet imwettqa fuq CFDs tal-muniti meqjusa li għandhom suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b)

S1

S2

S3

S4

EUR 50 000

70

EUR 60 000

80

60

EUR 90 000

90

70

EUR 100 000

30

40

50

60

CFDs ta' komoditajiet

tranżazzjonijiet imwettqa fuq prodotti bażiċi ta' CFDs meqjusa li għandhom suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b)

S1

S2

S3

S4

EUR 50 000

70

EUR 60 000

80

60

EUR 90 000

90

70

EUR 100 000

30

40

50

60

CFDs ta' ekwità

tranżazzjonijiet imwettqa fuq CFDs ta' ekwità meqjusa li għandhom suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b)

S1

S2

S3

S4

EUR 50 000

70

EUR 60 000

80

60

EUR 90 000

90

70

EUR 100 000

30

40

50

60

CFDs ta' bonds

tranżazzjonijiet imwettqa fuq CFDs ta' ekwità meqjusa li għandhom suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b)

S1

S2

S3

S4

EUR 50 000

70

EUR 60 000

80

60

EUR 90 000

90

70

EUR 100 000

30

40

50

60

CFDs fuq futur/forward ta' ekwità

tranżazzjonijiet imwettqa fuq CFDs fuq futur ta' ekwità meqjusa li għandhom suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b)

S1

S2

S3

S4

EUR 50 000

70

EUR 60 000

80

60

EUR 90 000

90

70

EUR 100 000

30

40

50

60

CFDs fuq opzjoni ta' ekwità

tranżazzjonijiet imwettqa fuq CFDs fuq opzjoni ta' ekwità meqjusa li għandhom suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b)

S1

S2

S3

S4

EUR 50 000

70

EUR 60 000

80

60

EUR 90 000

90

70

EUR 100 000

30

40

50

60


Tabella 11.3

CFDs — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li jkollhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Kuntratti finanzjarji għad-differenzi (CFDs)

Klassi ta' subassi

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma għandhomx suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

CFDs ta' muniti

EUR 50 000

EUR 60 000

EUR 90 000

EUR 100 000

CFDs ta' komoditajiet

EUR 50 000

EUR 60 000

EUR 90 000

EUR 100 000

CFDs ta' ekwità

EUR 50 000

EUR 60 000

EUR 90 000

EUR 100 000

CFDs ta' bonds

EUR 50 000

EUR 60 000

EUR 90 000

EUR 100 000

CFDs fuq futur/forward ta' ekwità

EUR 50 000

EUR 60 000

EUR 90 000

EUR 100 000

CFDs fuq opzjoni ta' ekwità

EUR 50 000

EUR 60 000

EUR 90 000

EUR 100 000

CFDs oħrajn/spread betting

EUR 50 000

EUR 60 000

EUR 90 000

EUR 100 000

12.   Kwoti tal-emissjonijiet

Tabella 12.1

Kwoti tal-emissjonijiet — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Kwoti tal-emissjonijiet

Klassi ta' subassi

Kull klassi ta' subassi għandha tiġi determinata li ma għandhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi

Ammont Medju ta' Kuljum (ADA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA)

kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (Skema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet) li tirrappreżenta d-dritt ta' emissjoni tal-ekwivalenti għal tunnellata ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (tCO2e)

150 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

5

Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA)

kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE (Skema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet) li tirrappreżenta d-dritt ta' emissjoni tal-ekwivalenti għal tunnellata ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (tCO2e) mill-avjazzjoni

150 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

5

Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CER)

kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE (Skema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet) li tirrappreżenta t-tnaqqis tal-emissjonijiet ekwivalenti għal tunnellata ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (tCO2e)

150 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

5

Unità ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU)

kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE (Skema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet) li tirrappreżenta t-tnaqqis tal-emissjonijiet ekwivalenti għal tunnellata ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (tCO2e)

150 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

5


Tabella 12.2

Kwoti tal-emissjonijiet — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għall-klassijiet ta' subassi determinati li għandhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Kwoti tal-emissjonijiet

Klassi ta' subassi

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-livelli limitu

Perċentili u livelli limitu minimi li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għall-klassijiet ta' subassi determinati li għandhom suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA)

tranżazzjonijiet imwettqa fuq il-Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUA) kollha

S1

S2

S3

S4

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

70

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

80

90 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90

100 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

30

40

50

60

Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA)

tranżazzjonijiet imwettqa fuq il-Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA) kollha

S1

S2

S3

S4

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

70

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

80

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

30

40

50

60

Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CERs)

tranżazzjonijiet imwettqa fuq it-Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CER) kollu

S1

S2

S3

S4

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

70

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

80

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

30

40

50

60

L-Unitajiet ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU)

tranżazzjonijiet imwettqa fuq l-Unitajiet ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU) kollha

S1

S2

S3

S4

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

70

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

80

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

30

40

50

60


Tabella 12.3

Kwoti tal-emissjonijiet — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għall-klassijiet ta' subassi determinati li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Kwoti tal-emissjonijiet

Klassi ta' subassi

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għas-subklassijiet determinati li ma għandhomx suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA)

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

100 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA)

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CERs)

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

L-Unitajiet ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU)

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

13.   Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet

Tabella 13.1

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet — klassijiet li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Kwoti tal-Emissjonijiet

Klassi ta' subassi

Kull klassi ta' subassi għandha tiġi determinata li ma għandhiex suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) jekk ma tissodisfax wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew kollha kemm huma tal-kriterji ta' likwidità kwantitattivi

Ammont Medju ta' Kuljum (ADA)

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 1]

Numru medju ta' negozji kuljum

[kriterju ta' likwidità kwantitattiv 2]

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huma tat-tip tal-Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA)

strument finanzjarju li jirrelata mal-kwoti tal-emissjonijiet tat-tip tal-Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA) kif definit fit-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

150 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

5

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huma tat-tip tal-Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA)

strument finanzjarju relatat mal-kwoti tal-emissjonijiet tat-tip tal-Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA) kif definit fit-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

150 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

5

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huma tat-tip Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CER)

strument finanzjarju relatat mal-kwoti tal-emissjonijiet tat-tip Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CER) kif definit fit-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

150 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

5

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huma tat-tip Unitajiet ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU)

strument finanzjarju li jirrelata mal-kwoti tal-emissjonijiet tat-tip tal-Unitajiet ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU) kif definit fit-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

150 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

5

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Kwoti tal-Emissjonijiet

Klassi ta' subassi

Għall-għan tad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji meqjusa li ma għandhomx suq likwidu skont l-Artikoli 6 u 8(1)(b) għandha tiġi applikata l-metodoloġija li ġejja

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet oħrajn

 

derivattiv ta' kwota ta' emissjoni li s-sottostanti tiegħu mhumiex Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA), Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA), Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CER) u Unitajiet ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU)

kwalunkwe derivattiv ta' kwota ta' emissjoni ieħor huwa meqjus li ma għandux suq likwidu


Tabella 13.2

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għall-klassijiet ta' subklassi determinati li jkollhom suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Kwoti tal-Emissjonijiet

Klassi ta' subassi

Tranżazzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-livelli limitu

Perċentili u livelli limitu minimi li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għall-klassijiet ta' subassi determinati li għandhom suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Negozju — perċentil

Livell limitu minimu

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tal-Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA)

tranżazzjonijiet imwettqa fuq id-derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet kollha li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tal-Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA)

S1

S2

S3

S4

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

70

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

80

90 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90

100 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

30

40

50

60

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tal-Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA)

tranżazzjonijiet imwettqa fuq id-derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet kollha li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tal-Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA)

S1

S2

S3

S4

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

70

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

80

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

30

40

50

60

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tat-Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CER)

tranżazzjonijiet imwettqa fuq id-derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet kollha li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tat-Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CER)

S1

S2

S3

S4

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

70

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

80

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

30

40

50

60

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tal-Unitajiet ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU)

tranżazzjonijiet imwettqa fuq id-derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet kollha li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tal-Unitajiet ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU)

S1

S2

S3

S4

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

70

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

80

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

30

40

50

60


Tabella 13.3

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet — livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għall-klassijiet ta' subassi determinati li ma għandhomx suq likwidu

Klassi ta' assi — Derivattivi ta' Kwoti tal-Emissjonijiet

Klassi ta' subassi

Livelli limitu tal-SSTI u l-LIS ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar għall-klassijiet ta' subassi determinati li ma għandhomx suq likwidu

SSTI ta' qabel in-negozjar

LIS ta' qabel in-negozjar

SSTI ta' wara n-negozjar

LIS ta' wara n-negozjar

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Valur tal-livell limitu

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tal-Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA)

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

90 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

100 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tal-Kwoti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EUAA)

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tat-Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CER)

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet li s-sottostanti tagħhom huwa tat-tip tal-Unitajiet ta' Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERU)

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet oħrajn

20 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

25 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

40 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju

50 000 tunnellata tal-Ekwivalenti għad-Diossidu tal-Karbonju


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta' Kumpannija Ewropea (SE) (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).


ANNESS IV

Dejta ta' referenza li għandha tiġi pprovduta għall-għan ta' kalkoli ta' trasparenza

Tabella 1

Tabella tas-simboli għat-Tabella 2

SIMBOLU

TIP TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kamp tat-test liberu.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifri b'kollox li minnhom sa m ċifri jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Qasam numeriku kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi:

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

in-numru jista' jkollu l-prefiss '-' (minus) biex jindika numri negattivi.

Fejn japplika, il-valuri għandhom jiġu imqarrba u mhux imqassra.

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b'2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2.

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-munita bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-munita ISO 4217.

{DATEFORMAT}

Il-format tad-data ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom dan il-format:

SSSS-XX-JJ.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur tal-entità ġuridika kif definit f'ISO 17442

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.

{INDEX}

4 karattri alfabetiċi

“EONA” — EONIA

“EONS” — EONIA SWAP

“EURI” — EURIBOR

“EUUS” — EURODOLLAR

“EUCH” — EuroSwiss

“GCFR” — GCF REPO

“ISDA” — ISDAFIX

“LIBI” — LIBID

“LIBO” — LIBOR

“MAAA” — Muni AAA

“PFAN” — Pfandbriefe

“TIBO” — TIBOR

“STBO” — STIBOR

“BBSW” — BBSW

“JIBA” — JIBAR

“BUBO” — BUBOR

“CDOR” — CDOR

“CIBO” — CIBOR

“MOSP” — MOSPRIM

“NIBO” — NIBOR

“PRBO” — PRIBOR

“TLBO” — TELBOR

“WIBO” — WIBOR

“TREA” — Treasury

“SWAP” — SWAP

“FUSW” — Swap tal-futuri


Tabella 2

Dettalji tad-dejta ta' referenza li għandha tiġi pprovduta għall-għan tal-kalkoli ta' trasparenza

#

QASAM

DETTALJI LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPURTATI

FORMAT GĦAR-RAPPURTAR

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

{ISIN}

2

Isem sħiħ tal-istrument

Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju

{ALPHANUM-350}

3

Identifikatur MiFIR

Identifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji mhux ta' ekwità:

 

Derivattivi titolizzati kif definit fit-Tabella 4.1 fit-Taqsima 4 tal-Anness III

 

Prodotti Finanzjarji Strutturati (SFPs) kif definit fl-Artikolu 2(1)(28) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

 

Bonds (għall-bonds kollha ħlief l-ETCs u l-ETNs) kif definit fl-Artikolu 4(1)(44)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE

 

ETCs kif definit fl-Artikolu 4(1)(44)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE u speċifikat aktar fit-Tabella 2.4 tat-Taqsima 2 tal-Anness III

 

ETNs kif definit fl-Artikolu 4(1)(44)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE u speċifikat aktar fit-Tabella 2.4 tat-Taqsima 2 tal-Anness III

 

Kwoti tal-emissjonijiet kif definit fit-Tabella 12.1 tat-Taqsima 12 tal-Anness III

 

Derivattiv kif definit fl-Anness I, Taqsima C 4 sa (10) tad-Direttiva 2014/65/UE

Strumenti finanzjarji mhux ta' ekwità:

 

“SDRV” — Derivattivi titolizzati

 

“SFPS” — Prodotti Finanzjarji Strutturati (SFPs)

 

“BOND” — Bonds

 

“ETCS” — ETCs

 

“ETNS” — ETNs

 

“EMAL” — Kwoti tal-Emissjonijiet

 

“DERV” — Derivattiv

4

Klassi ta' assi tas-sottostanti

Jimtela meta l-identifikatur MiFIR huwa derivattiv titolizzat jew derivattiv.

“INTR” — Rata tal-imgħax

“EQUI” — Ekwità

“COMM” — Komodità

“CRDT” — Kreditu

“CURR” — Munita

“EMAL” — Kwoti tal-Emissjonijiet

5

Tip ta' kuntratt

Għandu jimtela meta l-idetifikatur MiFIR huwa derivattiv.

“OPTN” — Opzjonijiet

“FUTR” — Futuri

“FRAS” — Ftehim tar-Rata Forward (FRA)

“FORW” — Forwards

“SWAP” — Swaps

“PSWP” — Swaps tal-Portafoll

“SWPT” — Swapzjonijiet

“FUSW” — Futuri fuq swap

“FWOS” — Forwards fuq swap

“FFAS” — Ftehimiet tal-Merkanzija Forward (FFAs)

“SPDB” — Spread betting

“CFDS” — CFD

“OTHR” — Oħrajn

6

Jum ta' rappurtar

Jum li għalih hija pprovduta d-dejta ta' referenza

{DATEFORMAT}

7

Post tan-negozjar

Is-segment MIC għall-post tan-negozjar, fejn disponibbli, inkella l-MIC operazzjonali.

{MIC}

8

Maturità

Il-maturità tal-istrument finanzjarju. Qasam applikabbli għall-klassijiet ta' assi ta' bonds, derivattivi tar-rata tal-imgħax, derivattivi ta' ekwità, derivattivi ta' komoditajiet, derivattivi tal-kambju, derivattivi ta' kreditu, derivattivi C10 u derivattivi fuq kwoti tal-emissjonijiet.

{DATEFORMAT}

Bonds (it-tipi kollha ta' bonds ħlief l-ETCs u l-ETNs) relatati mal-oqsma

9

Tip ta' Bond

Tip ta' bond kif speċifikat fit-Tabella 2.2 tat-Taqsima 2 tal-Anness III. Li għandu jimtela biss meta l-identifikatur MiFIR huwa ugwali għall-bonds

“EUSB” — Bond Sovran

“OEPB” — Bond Pubbliku Ieħor

“CVTB” — Bond Konvertibbli

“CVDB” — Bond Kopert

“CRPB” — Bond Korporattiv

“OTHR” — Oħrajn

10

Data tal-Ħruġ

Data li fiha bond jinħareġ u jibda jiġbor l-imgħax.

{DATEFORMAT}

Oqsma relatati mal-Kwoti tal-Emissjonijiet

L-oqsma f'din it-taqsima għandhom jimtlew biss għall-kwoti tal-emissjonijiet kif definit fit-Tabella 12.1 tat-Taqsima 12 tal-Anness III

11

Subtip ta' Kwoti tal-Emissjonijiet

Kwoti tal-emissjonijiet

“CERE” — CER

“ERUE” — ERU

“EUAE” — EUA

“EUAA” — EUAA

Oqsma relatati mad-derivattivi

derivattivi ta' komoditajiet u derivattivi C10

12

Speċifikazzjoni tad-daqs relatat mas-subtip tal-merkanzija

Qasam li għandu jimtela meta l-prodott bażi speċifikat fil-kaxxa 35 fit-Tabella 2 tal-Anness fir-Regolament Delegat (UE) 2017/585 ikun ugwali għall-merkanzija.

{ALPHANUM-25}

13

Rotta speċifika jew perjodu ta' żmien medju

Qasam li għandu jimtela meta l-prodott bażi speċifikat fil-kaxxa 35 fit-Tabella 2 tal-Anness fir-Regolament Delegat (UE) 2017/585 ikun ugwali għall-merkanzija.

{ALPHANUM-25}

14

Post tal-konsenja/tas-saldu fi flus

Qasam li għandu jimtela meta l-prodott bażi speċifikat fil-kaxxa 35 fit-Tabella 2 tal-Anness fir-Regolament Delegat (UE) 2017/585 ikun ugwali għall-enerġija.

{ALPHANUM-25}

15

Munita nozzjonali

Munita li biha huwa denominat in-nozzjonal.

{CURRENCYCODE_3}

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

L-oqsma f'din it-taqsima għandhom jimtlew biss għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax kif definit fit-Tabella 5.1 tat-Taqsima 5 tal-Anness III

16

Tip sottostanti

Li għandu jimtela għal tipi differenti ta' kuntratt minn swaps, swapzjonijiet, futuri fuq swap u forwards fuq swap b'waħda mill-alternattivi li ġejjin

Li għandu jimtela għal tipi ta' kuntratti ta' swaps, swapzjonijiet, futuri fuq swap u forwards fuq swap fir-rigward tal-iswap sottostanti b'waħda mill-alternattivi li ġejjin

“BOND” — Bond

“BNDF” — Futuri tal-Bonds

“INTR” — Rata tal-imgħax

“IFUT” — Futur tar-Rati tal-Imgħax-FRA

“FFMC” — SWAPS MULTI-MUNITI DIFFERENTI VARJABBLI GĦAL VARJABBLI

“XFMC” — SWAPS MULTI-MUNITI DIFFERENTI FISSI GĦAL VARJABBLI

“XXMC” — SWAPS MULTI-MUNITI DIFFERENTI FISSI GĦAL FISSI

“OSMC” — SWAPS MULTI-MUNITI DIFFERENTI OIS

“IFMC” — SWAPS MULTI-MUNITI DIFFERENTI TA' INFLAZZJONI

“FFSC” — SWAPS BEJN MUNITI DIFFERENTI VARJABBLI GĦAL VARJABBLI

“XFSC” — SWAPS BEJN MUNITI DIFFERENTI FISSI GĦAL VARJABBLI

“XXSC” — SWAPS BEJN MUNITI DIFFERENTI FISSI GĦAL FISSI

“OSSC” — SWAPS BEJN MUNITI DIFFERENTI TAL-OIS

“IFSC” — SWAPS BEJN MUNITI DIFFERENTI TA' INFLAZZJONI

17

Emittent ta' bond sottostanti

Jimtela meta t-tip sottostanti jkun bond hew bond futur bil-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-entità ġuridika (LEI) tal-emittent tal-bond dirett jew sottostanti aħħari.

{LEI}

18

Data ta' maturità tal-bond sottostanti

Jimtela bid-data tal-maturità tal-bond sottostanti.

Il-qasam japplika għal strumenti ta' dejn b'maturita definita.

{DATEFORMAT}

19

Data ta' ħruġ tal-bond sottostanti

Jimtela mal-ħruġ tad-data tal-bond sottostanti

{DATEFORMAT}

20

Munita nozzjonali tal-iswapzjoni

Jimtela għall-iswapzjonijiet.

{CURRENCYCODE_3}

21

Maturità tal-iswap sottostanti

Li għandu jimtela biss għall-iswapzjonijiet, futuri fuq swaps u forwards fuq swap.

{DATEFORMAT}

22

Kodiċi ISIN ta' indiċi ta' inflazzjoni

F'każ ta' swapzjonijiet fuq wieħed mit-tipi tal-iswaps sottostanti li ġejjin: swap ta' inflazzjoni f'munita waħda, futuri/forwards fuq swap ta' inflazzjoni f'munita waħda, swap bejn diversi muniti ta' inflazzjoni, futuri/forwards fuq swap bejn diversi muniti ta' inflazzjoni; kull meta l-indiċi ta' inflazzjoni jkollu ISIN, il-qasam għandu jimtela bil-kodiċi ISIN għal dak l-indiċi.

{ISIN}

23

Isem tal-indiċi ta' inflazzjoni

Li għandu jimtela b'isem standardizzat tal-indiċi f'każ ta' swapzjonijiet fuq wieħed mit-tipi ta' swaps sottostanti li ġejjin: swap ta' inflazzjoni f'munita waħda, futuri/forwards fuq swap ta' inflazzjoni f'munita waħda, swap bejn diversi muniti ta' inflazzjoni, futuri/forwards fuq swap bejn diversi muniti ta' inflazzjoni.

{ALPHANUM-25}

24

Rata ta' referenza

Isem tar-rata ta' referenza.

{INDEX}

jew

ALPHANUM-25 — jekk ir-rata ta' referenza mhijiex inkluża fil-lista {INDEX}

25

It-Terminu tal-kuntratt IR

Din il-qasam jindika t-terminu tal-kuntratt. It-terminu għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin.

INTEGER-3+“JIEM” — jiem

INTEGER-3+“ĠIMGĦAT” — ġimgħat

INTEGER-3+“XHUR” — xhur

INTEGER-3+“SENA” — snin

Derivattivi tal-kambju

L-oqsma f'din it-taqsima għandhom jimtlew biss għad-derivattivi tal-kambju kif definit fit-Tabella 8.1 tat-Taqsima 8 tal-Anness III

26

Subtip ta' kuntratt

Jimtela sabiex tinħoloq differenza bejn forwards, opzjonijiet u swaps konsenjabbli u mhux konsenjabbli kif definit fit-Tabella 8.1 tat-Taqsima 8 tal-Anness III.

“DLVB” — Konsenjabbli

“NDLV” — Mhux konsenjabbli

Derivattivi ta' ekwità

L-oqsma għandhom jimtlew biss għad-derivattivi ta' ekwità kif definit fit-Tabella 6.1 tat-Taqsima 6 tal-Anness III

27

Tip sottostanti

Għandu jimtela meta l-identifikatur MiFIR huwa derivattiv, il-klassi ta' assi tas-sottostanti hija ekwità u l-klassi ta' subassi la hija swaps u lanqas swaps tal-portafoll.

“STIX” — Indiċi tal-Ishma

“SHRS” — Sehem/Stokk

“DIVI” — Indiċi tad-Dividend

“DVSE” — Dividend tal-ishma

“BSKT” — Basket ta' ishma li jirriżultaw minn azzjoni korporattiva

“ETFS” — ETFs

“VOLI” — Indiċi tal-Volatilità

“OTHR” — Oħrajn (inkluż irċevuti depożitorji, ċertifikati u strument finanzjarju ieħor tat-tip ta' ekwità)

Għandu jimtela meta l-identifikatur MiFIR huwa derivattiv, il-klassi ta' assi tas-sottostanti hija ekwità, il-klassi ta' subassi hija swaps jew swaps tal-portafoll u l-kriterju ta' segmentazzjoni 2 kif definit fit-Tabella 6.1 tat-Taqsima 6 tal-Anness III huwa isem uniku.

“SHRS” — Sehem/Stokk

“DVSE” — Dividend tal-ishma

“ETFS” — ETFs

“OTHR” — Oħrajn (inkluż irċevuti depożitorji, ċertifikati u strument finanzjarju ieħor tat-tip ta' ekwità)

Għandu jimtela meta l-identifikatur MiFIR huwa derivattiv, il-klassi ta' assi tas-sottostanti hija ekwità, il-klassi ta' subassi hija swaps jew swaps tal-portafoll u l-kriterju ta' segmentazzjoni 2 kif definit fit-Tabella 6.1 tat-Taqsima 6 tal-Anness III huwa indiċi.

“STIX” — Indiċi tal-Ishma

“DIVI” — Indiċi tad-Dividend

“VOLI” — Indiċi tal-Volatilità

“OTHR” — Oħrajn

Għandu jimtela meta l-identifikatur MiFIR huwa derivattiv, il-klassi ta' assi tas-sottostanti hija ekwità, il-klassi ta' subassi hija swaps jew swaps tal-portafoll u l-kriterju ta' segmentazzjoni 2 kif definit fit-Tabella 6.1 tat-Taqsima 6 tal-Anness III huwa basket.

“BSKT” — Basket

28

Parametru

Għandu jimtela meta l-identifikatur MiFIR huwa derivattiv, il-klassi ta' assi tas-sottostanti hija ekwità u l-klassi ta' subassi hija waħda minn dawn li ġejjin swaps, swaps tal-portafoll.

“PRBP” — Paramteru bażiku tal-prestazzjoni tar-ritorn tal-prezz

“PRDV” — Dividend tar-ritorn tal-parametru

“PRVA” — Varjant tar-ritorn tal-parametru

“PRVO” — Volatilità tar-ritorn tal-parametru

Kuntratti għad-differenza (CFDs)

L-oqsma għandhom jimtlew biss meta t-tip ta' kuntratt huwa ugwali għall-kuntratt għad-differenza jew spread betting.

29

Tip sottostanti

Għandu jimtela meta l-identifikatur MiFIR huwa derivattiv u t-tip ta' kuntratt huwa ugwali għall-kuntratt għad-differenza jew spread betting.

“CURR” — Munita

“EQUI” — Ekwità

“BOND” — Bonds

“FTEQ” — Futuri fuq ekwità

“OPEQ” — Opzjonijiet fuq ekwità

“COMM” — Komodità

“EMAL” — Kwoti tal-Emissjonijiet

“OTHR” — Oħrajn

30

Munita nozzjonali 1

Munita 1 tal-par muniti sottostanti. Dan il-qasam huwa applikabbli meta t-tip sottostanti tkun munita.

{CURRENCYCODE_3}

31

Munita nozzjonali 2

Munita 2 tal-par muniti sottostanti. Dan il-qasam huwa applikabbli meta t-tip sottostanti tkun munita.

{CURRENCYCODE_3}

Derivattivi ta' kreditu

32

Kodiċi ISIN tal-iswap ta' inadempjenza ta' kreditu sottostanti

Għandu jimtela għal derivattivi fuq swaps ta' inadempjenza ta' kreditu bil-kodiċi ISIN tal-iswap sottostanti.

{ISIN}

33

Kodiċi tal-indiċi sottostanti

Għandu jimtela għad-derivattivi fuq indiċi CDS bil-kodiċi ISIN tal-indiċi.

{ISIN}

34

Kodiċi tal-indiċi sottostanti

Għandu jimtela għad-derivattivi fuq indiċi CDS bl-isem standardizzat tal-indiċi.

{ALPHANUM-25}

35

Serje

In-numru tas-serje tal-kompożizzjoni tal-indiċi jekk applikabbli.

Għandu jimtela għal Indiċi CDS jew derivattiv fuq Indiċi CDS bis-serje tal-Indiċi CDS.

{DECIMAL-18/17}

36

Verżjoni

Verżjoni ġdida ta' serje tinħareġ jekk wieħed mill-kostitwenti awtomatiċi u l-indiċi għandu jerġa' jintiżen biex jitqies in-numru l-ġdid tal-kostitwenti totali fl-indiċi.

Għandu jimtela għal Indiċi CDS jew derivattiv fuq Indiċi CDS bil-verżjoni tal-Indiċi CDS.

{DECIMAL-18/17}

37

Xhur tar-riportament

Ix-xhur kollha meta huwa mistenni r-riportar kif stabbilit mill-fornitur tal-indiċi għal sena partikolari. Qasam għandu jiġi ripetut għal kull xahar fir-riportament.

Għandu jimtela għal Indiċi CDS jew derivattiv fuq Indiċi CDS.

“01”, “02”, “03”, “04”, “05”, “06”, “07”, “08”, “09”, “10”, “11”, “12”

38

Id-data tar-riportar li jmiss

Għandha timtela fil-każ ta' Indiċi CDS jew derivattiv fuq Indiċi CDS bid-data tar-riportament li jmiss tal-indiċi kif stabbilit mill-fornitur tal-indiċi.

{DATEFORMAT}

39

Emittent tat-tip sovran u pubbliku

Għandu jimtela meta l-entità ta' referenza ta' CDS taħt isem wieħed jew derivattiv fuq CDS taħt isem wieħed huwa emittent sovran kif definit fit-Tabella 9.1 Taqsima 9 tal-Anness III.

“TRUE” — l-entità ta' referenza hija emittent tat-tip sovran u pubbliku

“FALSE” — l-entità ta' referenza mhijiex emittent tat-tip sovran jew pubbliku

40

Obbligu ta' referenza

Għandu jimtela għal derivattiv fuq swap ta' inadempjenza ta' kreditu taħt isem wieħed bl-ISIN tal-obbligu ta' referenza.

{ISIN}

41

Entità ta' referenza

Għandha timtela bl-entità ta' referenza ta' CDS taħt isem wieħed jew derivattiv fuq CDS taħt isem wieħed.

{COUNTRYCODE_2}

jew

ISO 3166-2 — kodiċi tal-pajjiż b'żewġ karattri segwit minn dash “-” u sa 3 karattri alfanumeriċi tal-kodiċi tal-pajjiż ta' subdiviżjoni

jew

{LEI}

42

Munita nozzjonali

Munita li biha huwa denominat in-nozzjonal.

{CURRENCYCODE_3}

Derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet

L-oqsma f'din it-taqsima għandhom jimtlew biss għad-derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet kif definit fit-Tabella 13.1 tat-Taqsima 13 tal-Anness III

43

Subtip tad-derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet

Għandu jimtela meta varjabbli #3 “identifikatur MiFIR” huwa “DERV” — derivattiv u varjabbli #4 “klassi ta' assi tas-sottostanti” huwa “EMAL” kwoti tal-emissjonijiet.

“CERE” — CER

“ERUE” — ERU

“EUAE” — EUA

“EUAA” — EUAA

“OTHR” — Oħrajn


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/350


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/584

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali taċ-ċentri ta' negozjar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-punti (a), (c) u (g) tal-Artikolu 48(12) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa importanti li jiġi żgurat li ċ-ċentri ta' negozjar li jippermettu negozjar algoritmiku jkollhom sistemi u kontrolli suffiċjenti.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mhux biss għal swieq regolati, iżda wkoll għal faċilitajiet multilaterali tan-negozjar u faċilitajiet organizzati tan-negozjar, kif determinat mill-Artikolu 18(5) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(3)

L-impatt tal-iżvilupp teknoloġiku u b'mod partikolari n-negozjar algoritmiku huwa wieħed mill-muturi ewlenin li jiddetermina l-kapaċità u l-arranġamenti għall-ġestjoni taċ-ċentri ta' negozjar. Ir-riskji li jirriżultaw min-negozjar algoritmiku jistgħu jkunu preżenti fi kwalunkwe tip ta' sistema ta' negozjar li hija appoġġjata b'mezzi elettroniċi. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti organizzazzjonali speċifiċi fir-rigward tas-swieq regolati, il-faċilitajiet multilaterali tan-negozjar u l-faċilitajiet organizzati tan-negozjar li jippermettu negozjar algoritmiku permezz tas-sistemi tagħhom. Dawn is-sistemi ta' negozjar huma dawk fejn in-negozjar algoritmiku jista' jsir bil-kuntrarju għas-sistemi ta' negozjar li fihom in-negozjar algoritmiku mhuwiex permess, inklużi sistemi ta' negozjar fejn it-tranżazzjonijiet huma rranġati permezz ta' negozjati vokali.

(4)

L-arranġamenti ta' governanza, ir-rwol tal-funzjoni ta' konformità, il-persunal u l-esternalizzazzjoni għandhom jiġu regolati bħala parti mir-rekwiżiti organizzazzjonali biex tiġi żgurata r-reżiljenza tas-sistemi ta' negozjar elettroniku.

(5)

Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti fir-rigward tas-sistemi taċ-ċentri ta' negozjar li jippermettu n-negozjar algoritmiku. Madankollu, l-applikazzjoni speċifika tagħhom għandha ssir flimkien ma' awtovalutazzjoni li għandha titwettaq minn kull ċentru ta' negozjar għaliex mhux il-mudelli tan-negozjar kollha jippreżentaw l-istess riskji. Għalhekk, xi rekwiżiti organizzazzjonali jistgħu ma jkunux xierqa għal ċerti mudelli tan-negozjar minkejja li s-sistemi tan-negozjar tagħhom jistgħu jiġu appoġġjati sa ċertu punt minn mezzi elettroniċi. B'mod partikolari, ir-rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tas-sistemi ta' talba għal proposti jew sistemi ibridi għandhom jitqiesu skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attività ta' negozjar algoritmiku mwettqa. Bl-istess mod, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar stretti miċ-ċentri ta' negozjar fejn xieraq.

(6)

Ir-riskji li jirriżultaw min-negozjar algoritmiku għandhom jitqiesu bir-reqqa, billi tingħata attenzjoni partikolari lil dawk li jistgħu jaffettwaw l-elementi ewlenin ta' sistema tan-negozjar, inkluż il-ħardwer, is-softwer u linji ta' komunikazzjoni assoċjati użati minn ċentri ta' negozjar u membri, parteċipanti jew klijenti ta' ċentri ta' negozjar (“membri”) biex iwettqu l-attività tagħhom u kwalunkwe tip ta' sistemi ta' eżekuzzjoni jew sistemi ta' ġestjoni tal-ordnijiet operati minn ċentri ta' negozjar, inkluż algoritmi ta' korrispondenza.

(7)

Ir-rekwiżiti organizzazzjonali speċifiċi għaċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' awtovalutazzjoni robusta fejn numru ta' parametri għandhom jiġu vvalutati. Dik l-awtovalutazzjoni għandha tinkludi kwalunkwe ċirkostanza oħra mhux stabbilita b'mod espress li jista' jkollha impatt fuq l-organizzazzjoni tagħhom.

(8)

Il-perjodu minimu għaż-żamma tar-rekords tal-awtovalutazzjoni u d-diliġenza dovuta tal-membri għall-fini ta' dan ir-Regolament għandu jkun l-istess bħall-obbligi ġenerali għaż-żamma tar-rekords stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE.

(9)

Meta ċ-ċentri ta' negozjar ikunu meħtieġa jwettqu monitoraġġ f'ħin reali, jeħtieġ li l-ġenerazzjoni ta' allerti wara dak il-monitoraġġ issir kemm jista' jkun teknikament possibbli qrib għal istantanju u għalhekk f'mhux aktar minn ħames sekondi sabiex ikun effettiv. Għall-istess raġuni, kwalunkwe azzjoni wara dak il-monitoraġġ għandha titwettaq kemm jista' jkun malajr bil-preżunzjoni ta' livell raġonevoli ta' effiċjenza u ta' nfiq fuq sistemi min-naħa tal-persuni kkonċernati.

(10)

Il-faċilitajiet tal-ittestjar offruti miċ-ċentri ta' negozjar m'għandhomx joħolqu riskji għan-negozjar ordnat. Għal dak il-għan, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom ikunu meħtieġa jistabbilixxu politika adegwata għall-użu ġust, jiżguraw separazzjoni stretta bejn l-ambjent tal-ittestjar u l-ambjent tal-produzzjoni jew jippermettu l-ittestjar biss barra mis-sigħat tan-negozjar.

(11)

L-ittestjar tal-konformità għandu jiżgura li l-aktar elementi bażiċi tas-sistema jew l-algoritmi użati mill-membri joperaw b'mod korrett u skont ir-rekwiżiti taċ-ċentru, inkluż il-kapaċità li jinteraġixxu kif mistenni mal-loġika ta' korrispondenza taċ-ċentru ta' negozjar u l-ipproċessar adegwat tal-flussi tad-dejta lejn u miċ-ċentru ta' negozjar. L-ittestjar kontra kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar għandu jkun iddisinjat bil-ħsieb li jindirizza b'mod speċifiku r-reazzjoni tal-algoritmu jew l-istrateġija għall-kundizzjonijiet li jistgħu joħolqu suq diżordinat.

(12)

Meta ċ-ċentri ta' negozjar joffru arranġamenti biex jiġu ttestjati l-algoritmi billi joffru simboli tal-ittestjar, l-obbligu tagħhom li jipprovdu faċilitajiet għall-ittestjar kontra kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar għandu jitqies li qed jiġi sodisfatt. Sabiex il-membri jkunu jistgħu jużaw b'mod effettiv dawn is-simboli tal-ittestjar, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jippubblikaw l-ispeċifikazzjonijiet u l-karatteristiċi tas-simboli tal-ittestjar sal-istess livell ta' dettall disponibbli pubblikament għal kuntratti ta' produzzjoni fil-ħajja reali.

(13)

Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom ikunu soġġetti għal obbligu li jipprovdu mezzi biex jiffaċilitaw l-ittestjar kontra kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar. Madankollu, il-membri tagħhom ma għandhomx ikunu meħtieġa jużaw dawk il-mezzi. Għandha titqies bħala garanzija suffiċjenti jekk iċ-ċentri ta' negozjar jirċievu dikjarazzjoni mill-membri tagħhom li tikkonferma li dan l-ittestjar sar u li tiddikjara l-mezzi użati għal dak l-ittestjar, imma ċ-ċentri ta' negozjar ma għandhomx ikunu obbligati jivvalidaw l-adegwatezza ta' dawk il-mezzi jew ir-riżultati ta' dak l-ittestjar.

(14)

Iċ-ċentri ta' negozjar u l-membri tagħhom għandhom ikunu meħtieġa jkunu mgħammra b'mod adegwat biex jikkanċellaw ordnijiet mhux eżegwiti bħala miżura ta' emerġenza jekk jirriżultaw ċirkostanzi mhux mistennija.

(15)

Il-provvista ta' servizz ta' aċċess elettroniku dirett (DEA) lil numru indeterminat ta' persuni jista' joħloq riskju għall-fornitur ta' dak is-servizz u anke għar-reżiljenza u l-kapaċità taċ-ċentru ta' negozjar fejn jintbagħtu l-ordnijiet. Biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji, fejn iċ-ċentri ta' negozjar jippermettu sottodelega, il-fornitur tad-DEA għandu jkun kapaċi jidentifika l-flussi differenti tal-ordnijiet mill-benefiċjarji tas-sottodelega.

(16)

Meta l-aċċess sponsorizzat ikun permess minn ċentru ta' negozjar, klijenti prospettivi tal-aċċess sponsorizzat għandhom ikunu soġġetti għal proċess ta' awtorizzazzjoni miċ-ċentru ta' negozjar. Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jitħallew ukoll jiddeċiedu li l-forniment ta' servizzi ta' aċċess dirett għas-suq mill-membri tagħhom ikun soġġett għall-awtorizzazzjoni.

(17)

Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jispeċifikaw ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-membri tagħhom sabiex jitħallew jipprovdu DEA u jiddeterminaw l-istandards minimi li għandhom jiġu ssodisfati mill-klijenti prospettivi tad-DEA fil-proċess ta' diliġenza dovuta. Dawk ir-rekwiżiti u standards għandhom jiġu adattati għar-riskji maħluqa min-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozjar mistenni tagħhom, u għas-servizz li qed jiġi pprovdut. B'mod partikolari, għandhom jinkludu valutazzjoni tal-livell ta' negozjar mistenni, il-volum tal-ordni u t-tip ta' konnessjoni offruta.

(18)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(19)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(20)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

REKWIŻITI ORGANIZZAZZJONALI ĠENERALI GĦAĊ-ĊENTRI TA' NEGOZJAR LI JIPPERMETTU NEGOZJAR ALGORITMIKU PERMEZZ TAS-SISTEMI TAGĦHOM

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

(Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għar-rekwiżiti organizzazzjonali tas-sistemi taċ-ċentri ta' negozjar li jippermettu n-negozjar algoritmiku, fir-rigward tar-reżiljenza u l-kapaċità tagħhom, rekwiżiti għaċ-ċentri ta' negozjar biex jiżguraw ittestjar xieraq tal-algoritmi u rekwiżiti fir-rigward tal-kontrolli li jikkonċernaw id-DEA skont l-Artikolu 48(12)(a), (b) u (g) tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qed jitqies li ċentru ta' negozjar jippermetti negozjar algoritmiku fejn il-preżentazzjoni tal-ordnijiet u t-tqabbil tal-ordnijiet jiġu ffaċilitati b'mezzi elettroniċi.

3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe arranġament jew sistema li tippermetti negozjar algoritmiku għandha titqies bħala “sistema ta' negozjar algoritmiku”.

Artikolu 2

Awtovalutazzjonijiet ta' konformità mal-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/65/UE

(Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Qabel tibda tintuża sistema ta' negozjar u tal-anqas darba fis-sena, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom iwettqu awtovalutazzjoni tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/65/UE, billi jqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħhom. L-awtovalutazzjoni għandha tinkludi analiżi tal-parametri kollha stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom iżommu rekord tal-awtovalutazzjoni tagħhom għal tal-anqas ħames snin.

Artikolu 3

Governanza ta' ċentri ta' negozjar

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Bħala parti mill-qafas globali tagħhom ta' governanza u teħid tad-deċiżjonijiet, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jistabbilixxu u jagħmlu monitoraġġ tas-sistemi ta' negozjar tagħhom permezz ta' arranġament formalizzat ta' governanza li jistabbilixxi:

(a)

l-analiżi tagħhom ta' kwistjonijiet tekniċi, ta' riskju u ta' konformità meta jittieħdu deċiżjonijiet kritiċi.

(b)

linji ċari ta' kontabilità, inkluż proċeduri biex jiġu approvati l-iżvilupp, l-użu u l-aġġornamenti sussegwenti tas-sistemi ta' negozjar u biex jiġu solvuti problemi identifikati meta jsir il-monitoraġġ tas-sistemi ta' negozjar;

(c)

proċeduri effettivi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni sabiex l-istruzzjonijiet ikunu jistgħu jintalbu u jiġu implimentati b'mod effiċjenti u f'waqthom;

(d)

separazzjoni ta' kompiti u responsabbiltajiet, biex tiġi żgurata superviżjoni effettiva tal-konformità miċ-ċentri ta' negozjar.

2.   Il-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri ta' ċentri ta' negozjar għandhom japprovaw:

(a)

l-awtovalutazzjoni ta' konformità skont l-Artikolu 2;

(b)

miżuri biex jespandu l-kapaċità taċ-ċentru ta' negozjar fejn meħtieġ sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 11;

(c)

azzjonijiet biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet materjali identifikati tul il-monitoraġġ skont l-Artikoli 12 u 13 u wara l-eżami perjodiku tal-prestazzjoni u l-kapaċità tas-sistemi ta' negozjar skont l-Artikolu 14.

Artikolu 4

Funzjoni ta' verifika tal-konformità fl-arranġamenti ta' governanza

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li l-funzjoni ta' verifika tal-konformità tagħhom tkun responsabbli biex:

(a)

tipprovdi ċarezza lill-persunal kollu involut fin-negozjar algoritmiku dwar l-obbligi legali taċ-ċentri ta' negozjar fir-rigward ta' tali negozjar;

(b)

tiżviluppa u żżomm il-politiki u l-proċeduri biex jiżguraw li s-sistemi ta' negozjar algoritmiku jikkonformaw ma' dawk l-obbligi.

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li l-persunal tal-konformità tagħhom għandu tal-anqas fehim ġenerali tal-mod kif joperaw is-sistemi ta' negozjar algoritmiku u l-algoritmi.

Il-persunal ta' konformità għandu jkun f'kuntatt kontinwu ma' persuni fiċ-ċentru ta' negozjar li għandhom għarfien tekniku dettaljat tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku taċ-ċentru jew tal-algoritmi.

Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw ukoll li l-persunal ta' konformità jkollu, il-ħin kollu, kuntatt dirett ma' persuni li għandhom aċċess għall-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 18(2)(c) (funzjonalita ta' kanċellazzjoni, “kill functionality”) jew aċċess għal dik il-funzjonalità ta' kanċellazzjoni u għal dawk li huma responsabbli għas-sistema ta' negozjar algoritmiku.

3.   Meta l-funzjoni ta' verifika tal-konformità, jew l-elementi tagħha, jiġu esternalizzati lil parti terza, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jipprovdu lill-parti terza bl-istess aċċess għall-informazzjoni daqslikieku jipprovdu lill-persunal ta' konformità tagħhom stess. Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jidħlu fi ftehim ma' dawn il-konsulenti ta' konformità, biex jiżguraw li:

(a)

il-privatezza tad-dejta tiġi ggarantita;

(b)

l-awditjar tal-funzjoni ta' verifika tal-konformità minn awdituri interni u esterni jew mill-awtorità kompetenti ma tiġix imfixkla.

Artikolu 5

Persunal

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jimpjegaw għadd suffiċjenti ta' persunal bil-ħiliet neċessarji biex jimmaniġġjaw is-sistemi ta' negozjar algoritmiku tagħhom u l-algoritmi ta' negozjar u b'biżżejjed għarfien ta':

(a)

is-sistemi ta' negozjar u l-algoritmi rilevanti;

(b)

il-monitoraġġ u l-ittestjar ta' dawn is-sistemi u l-algoritmi;

(c)

it-tipi ta' negozjar imwettqa mill-membri, mill-parteċipanti jew mill-klijenti taċ-ċentru ta' negozjar (“membri”);

(d)

l-obbligi legali taċ-ċentru ta' negozjar.

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiddefinixxu l-ħiliet neċessarji msemmija fil-paragrafu 1. Il-persunal imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu dawk il-ħiliet meħtieġa fiż-żmien tar-reklutaġġ jew għandu jakkwistahom permezz ta' taħriġ wara r-reklutaġġ. Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li dawk il-ħiliet tal-persunal jibqgħu aġġornati u għandhom jevalwaw il-ħiliet tagħhom fuq bażi regolari.

3.   It-taħriġ tal-persunal imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun imfassal apposta għall-esperjenza u r-responsabbiltajiet tal-persunal, billi jitqiesu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

4.   Il-persunal imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi persunal b'anzjanità suffiċjenti biex iwettaq il-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv fiċ-ċentru ta' negozjar.

Artikolu 6

Esternalizzazzjoni u akkwist

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar li jesternalizzaw il-funzjonijiet operazzjonali tagħhom kollha jew parti minnhom fir-rigward tas-sistemi li jippermettu n-negozjar algoritmiku għandhom jiżguraw li:

(a)

il-ftehim ta' esternalizzazzjoni esklussivament jirrelata ma' funzjonijiet operazzjonali u ma jibdilx ir-responsabbiltajiet tal-maniġment superjuri u tal-korp maniġerjali;

(b)

ir-relazzjoni u l-obbligi taċ-ċentru ta' negozjar lejn il-membri tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti, jew kwalunkwe parti terza, bħal klijenti ta' servizzi tal-fluss tad-dejta ma jinbidlux;

(c)

jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom jikkonformaw magħhom sabiex ikunu awtorizzati skont it-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-funzjonijiet operazzjonali għandhom jinkludu l-attivitajiet diretti kollha relatati mal-prestazzjoni u s-sorveljanza tas-sistema ta' negozjar li jappoġġjaw dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

konnettività upstream, kapaċità tal-preżentazzjoni tal-ordnijiet, kapaċitajiet ta' trażżin u kapaċità tal-ibbilanċjar tad-dħul tal-ordnijiet tal-klijenti minn kanali differenti;

(b)

magna tan-negozjar għat-tqabbil tal-ordnijiet;

(c)

konnettività downstream, editjar tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet u kwalunkwe tip ieħor ta' fluss ta' dejta tas-suq;

(d)

infrastruttura għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-elementi msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiddokumentaw il-proċess tal-għażla tal-fornitur tas-servizzi li lilu se jiġu esternalizzati l-funzjonijiet operazzjonali (“il-fornitur tas-servizzi”). Għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw, qabel jikkonkludu l-ftehim ta' esternalizzazzjoni u tul il-perjodu kollu tiegħu, li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

il-fornitur tas-servizzi jkollu l-kapaċità li jwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b'mod affidabbli u professjonali u jkun id-detentur ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni meħtieġa skont il-liġi għal dawk l-għanijiet;

(b)

il-fornitur tas-servizzi jissorvelja tajjeb it-twettiq tal-funzjonijiet esternalizzati, u jimmaniġġja b'mod adegwat ir-riskji assoċjati mal-ftehim ta' esternalizzazzjoni;

(c)

is-servizzi esternalizzati jkunu pprovduti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-ftehim ta' esternalizzazzjoni, li huma bbażati fuq metodi predeterminati għall-valutazzjoni tal-istandard tal-prestazzjoni tal-fornitur tas-servizzi, inkluż il-metrika għall-kejl tas-servizz ipprovdut u l-ispeċifikazzjonijiet tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati;

(d)

iċ-ċentru ta' negozjar ikollu l-għarfien espert meħtieġ biex jissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati u jimmaniġġa r-riskji assoċjati mal-ftehim ta' esternalizzazzjoni;

(e)

iċ-ċentru ta' negozjar ikollu l-kapaċità li jieħu azzjoni malajr jekk il-fornitur tas-servizzi ma jkunx qiegħed iwettaq il-funzjonijiet b'mod effettiv u f'konformità ma' liġijiet applikabbli u rekwiżiti regolatorji;

(f)

il-fornitur tas-servizzi jiżvela liċ-ċentru ta' negozjar kwalunkwe fatt li jista' jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u f'konformità mal-obbligi legali tiegħu;

(g)

iċ-ċentru ta' negozjar huwa kapaċi jittermina l-ftehim ta' esternalizzazzjoni fejn meħtieġ mingħajr detriment għall-kontinwità u l-kwalità tas-servizzi tiegħu lill-klijenti;

(h)

il-fornitur tas-servizzi jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti taċ-ċentru ta' negozjar b'rabta mal-attivitajiet esternalizzati;

(i)

iċ-ċentru ta' negozjar ikollu aċċess effettiv għad-dejta relatata mal-attivitajiet esternalizzati u għal-lok tan-negozju tal-fornitur tas-servizzi, u l-awdituri taċ-ċentru ta' negozjar u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għad-dejta relatata mal-attivitajiet esternalizzati;

(j)

iċ-ċentru ta' negozjar jistabbilixxi rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri ta' servizz biex jipproteġu informazzjoni kunfidenzjali relatata maċ-ċentru ta' negozjar u mal-membri tiegħu, u mal-informazzjoni u s-softwer proprjetarji taċ-ċentru;

(k)

il-fornitur tas-servizzi jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt (j);

(l)

iċ-ċentru ta' negozjar u l-fornitur tas-servizzi jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu pjan ta' kontinġenza għall-irkupru minn diżastru u l-ittestjar perjodiku ta' miżuri ta' sostenn, meta dan ikun neċessarju b'qies għall-funzjoni operazzjonali li tkun ġiet esternalizzata;

(m)

il-ftehim ta' esternalizzazzjoni jispeċifika l-obbligi tal-fornitur tas-servizzi f'każ li ma jkunx jista' jipprovdi s-servizzi tiegħu, inkluż il-forniment tas-servizz minn ditta ta' sostituzzjoni;

(n)

iċ-ċentru ta' negozjar għandu aċċess għal informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ msemmija fl-Artikolu 16 tal-fornitur tas-servizzi.

4.   Il-ftehimiet ta' esternalizzazzjoni għandhom jiġu konklużi bil-miktub u għandhom jistabbilixxu:

(a)

l-assenjar tad-drittijiet u l-obbligi bejn il-fornitur tas-servizzi u ċ-ċentru ta' negozjar;

(b)

deskrizzjoni ċara ta':

(i)

il-funzjonijiet operazzjonali li huma esternalizzati;

(ii)

l-aċċess taċ-ċentru ta' negozjar għall-kotba u r-rekords tal-fornitur tas-servizzi;

(iii)

il-proċedura biex jiġu identifikati u indirizzati kunflitti ta' interess potenzjali;

(iv)

ir-responsabbiltà assunta minn kull parti;

(v)

il-proċedura għall-emendar u t-terminazzjoni tal-ftehim.

(c)

il-mezzi li jiżguraw li kemm iċ-ċentru ta' negozjar kif ukoll il-fornitur tas-servizzi jiffaċilitaw bi kwalunkwe mod meħtieġ l-eżerċizzju mill-awtorità kompetenti tas-setgħat superviżorji tagħha.

5.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti l-intenzjoni tagħhom li jesternalizzaw il-funzjonijiet operazzjonali f'dawn il-każijiet:

(a)

meta l-fornitur tas-servizzi jipprovdi l-istess servizz lil ċentri ta' negozjar oħra;

(b)

meta l-funzjonijiet operazzjonali kritiċi meħtieġa għall-kontinwazzjoni tan-negozju jiġu esternalizzati, f'liema każ iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jitolbu l-awtorizzazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti.

6.   Għall-finijiet tal-punt (b) fil-paragrafu 5, il-funzjonijiet operazzjonali kritiċi jinkludu dawk il-funzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 47(1)(b), (c) u (e) tad-Direttiva 2014/65/UE.

7.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe ftehim ta' esternalizzazzjoni li ma jkunx soġġett għal rekwiżit ta' għoti ta' awtorizzazzjoni preliminari immedjatament wara l-iffirmar tal-ftehim.

KAPITOLU II

KAPAĊITÀ U REŻILJENZA TA' ĊENTRI TA' NEGOZJAR

Artikolu 7

Diliġenza dovuta għall-membri ta' ċentri ta' negozjar

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-użu tas-sistemi ta' preżentazzjoni tal-ordnijiet elettroniċi mill-membri tagħhom. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti wara li jiġi kkunsidrat il-mudell tan-negozjar taċ-ċentru ta' negozjar u għandhom ikopru tal-anqas:

(a)

il-kontrolli ta' qabel in-negozjar fuq il-prezz, il-volum u l-valur tal-ordnijiet u l-użu tas-sistema u l-kontrolli ta' wara n-negozjar fuq l-attivitajiet tan-negozjar tal-membri;

(b)

il-kwalifiki meħtieġa mill-persunal f'pożizzjonijiet ewlenin fost il-membri;

(c)

l-ittestjar tekniku u l-funzjonali tal-konformità;

(d)

il-politika dwar l-użu tal-funzjonalita ta' kanċellazzjoni;

(e)

id-dispożizzjonijiet dwar jekk il-membru jistax jagħti lill-klijenti tiegħu stess aċċess elettroniku dirett għas-sistema u, jekk iva, il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawk il-klijenti.

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom iwettqu valutazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-membri prospettivi tagħhom kontra l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għal din il-valutazzjoni.

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom, darba fis-sena, iwettqu valutazzjoni fuq bażi ta' riskju tal-konformità tal-membri tagħhom mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u jikkontrallaw jekk il-membri tagħhom għadhomx reġistrati bħala ditti ta' investiment. Il-valutazzjoni fuq bażi ta' riskju għandha tqis l-iskala u l-impatt potenzjali tan-negozjar imwettaq minn kull membru kif ukoll iż-żmien li jkun għadda sa mill-aħħar valutazzjoni fuq bażi ta' riskju tal-membru.

4.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom, fejn meħtieġ, iwettqu valutazzjonijiet addizzjonali tal-konformità tal-membri tagħhom mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 wara l-valutazzjoni annwali fuq bażi ta' riskju stabbilita fil-paragrafu 3.

5.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jistabbilixxu l-kriterji u l-proċeduri għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq membru mhux konformi. Dawk is-sanzjonijiet għandhom jinkludu sospensjoni tal-aċċess għaċ-ċentru ta' negozjar u telf tas-sħubija.

6.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom, għal mill-anqas ħames snin, iżommu r-rekords ta':

(a)

il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-valutazzjoni tad-diliġenza dovuta

(b)

il-kriterji u l-proċeduri għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet;

(c)

il-valutazzjoni inizjali tad-diliġenza dovuta tal-membri tagħhom;

(d)

il-valutazzjoni annwali fuq bażi ta' riskju tal-membri tagħhom;

(e)

il-membri li jkunu fallew il-valutazzjoni annwali fuq bażi ta' riskju u kwalunkwe sanzjoni imposta fuq dawn il-membri.

Artikolu 8

Ittestjar tas-sistemi ta' negozjar

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom, qabel jibdew jużaw jew jaġġornaw sistema ta' negozjar, jagħmlu użu minn metodoloġiji ddefiniti b'mod ċar tal-iżvilupp u l-ittestjar li jiżguraw tal-anqas li:

(a)

is-sistema ta' negozjar ma taġixxix b'mod mhux maħsub;

(b)

il-kontrolli ta' konformità u ta' ġestjoni tar-riskju inklużi fis-sistemi jaħdmu kif maħsub, inkluż il-ġenerazzjoni awtomatika tar-rapporti tal-iżbalji;

(c)

is-sistema ta' negozjar tkun tista' tkompli taħdem b'mod effettiv fil-każ ta' żieda sinifikanti fl-għadd ta' messaġġi ġestiti mis-sistema.

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom ikunu kapaċi juru l-ħin kollu li ħadu l-passi raġonevoli kollha biex jevitaw li s-sistemi ta' negozjar tagħhom jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar.

Artikolu 9

Ittestjar tal-konformità

(Artikolu 48(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jirrikjedu li l-membri tagħhom iwettqu l-ittestjar tal-konformità qabel l-użu jew l-aġġornament sostanzjali ta':

(a)

l-aċċess għas-sistema taċ-ċentru ta' negozjar;

(b)

is-sistema ta' negozjar tal-membru, l-algoritmu tan-negozjar jew l-istrateġija tan-negozjar.

2.   L-ittestjar tal-konformità għandu jiżgura li l-funzjonament bażiku tas-sistema, l-algoritmu u l-istrateġija ta' negozjar jikkonformaw mal-kundizzjonijiet taċ-ċentru ta' negozjar.

3.   L-ittestjar tal-konformità għandu jivverifika l-funzjonament tas-segwenti:

(a)

il-kapaċità tas-sistema jew l-algoritmu li jinteraġixxu kif mistenni mal-loġika tat-tqabbil taċ-ċentru ta' negozjar u l-ipproċessar adegwat tal-flussi tad-dejta minn u lejn iċ-ċentru ta' negozjar;

(b)

il-funzjonalitajiet bażiċi bħall-preżentazzjoni, il-modifika jew il-kanċellazzjoni ta' ordni jew indikazzjoni ta' interess, it-tniżżil ta' dejta statika u tas-suq u l-flussi kollha tad-dejta tan-negozju;

(c)

il-konnettività, inkluż il-kmand ta' kanċellazzjoni mal-iskonnessjoni, it-telf u r-regolazzjoni tal-fluss tad-dejta tas-suq, u t-tkomplija tal-attività inkluża t-tkomplija tan-negozjar fl-istess jum u t-trattament ta' strumenti sospiżi jew dejta tas-suq mhux aġġornata.

4.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jipprovdu ambjent għall-ittestjar tal-konformità lill-membri attwali u prospettivi tagħhom li:

(a)

ikun aċċessibbli bil-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għas-servizzi tal-ittestjar l-oħra taċ-ċentru ta' negozjar;

(b)

jipprovdi lista ta' strumenti finanzjarji li jistgħu jiġu ttestjati u li huma rappreżentattivi ta' kull klassi ta' strumenti disponibbli fl-ambjent tal-produzzjoni;

(c)

ikun disponibbli matul is-sigħat ġenerali tas-suq jew, jekk disponibbli biss barra mis-sigħat tas-suq, fuq bażi perjodika skedata minn qabel;

(d)

ikun appoġġjat minn persunal b'għarfien suffiċjenti.

5.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jagħtu rapport tar-riżultati tal-ittestjar tal-konformità lill-membru attwali jew prospettiv biss.

6.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jirrikjedu lill-membri attwali u prospettivi tagħhom jużaw il-faċilitajiet tal-ittestjar tal-konformità tagħhom.

7.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw separazzjoni effettiva tal-ambjent tal-ittestjar mill-ambjent tal-produzzjoni għall-ittestjar tal-konformità msemmi fil-paragrafi 1 sa 3.

Artikolu 10

Ittestjar tal-algoritmi tal-membri biex jiġu evitati kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar

(Artikolu 48(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jirrikjedu lill-membri tagħhom jiċċertifikaw li l-algoritmi li jużaw ikunu ġew ittestjati biex jiġi evitat li jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar, jew joħolquhom, qabel l-użu jew l-aġġornament sostanzjali ta' algoritmu tan-negozjar jew strateġija tan-negozjar u jispjegaw il-mezzi użati għal dak l-ittestjar.

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jipprovdu lill-membri tagħhom b'aċċess għal ambjent tal-ittestjar li għandu jikkonsisti fi kwalunkwe mis-segwenti:

(a)

faċilitajiet ta' simulazzjoni li jirriproduċu kemm jista' jkun possibbli b'mod realistiku l-ambjent tal-produzzjoni, inklużi kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar, u li jipprovdu l-funzjonalitajiet, il-protokolli u l-istruttura li jippermettu lill-membri jittestjaw firxa ta' xenarji li huma jqisu rilevanti għall-attività tagħhom;

(b)

simboli tal-ittestjar kif definiti u miżmuma miċ-ċentru ta' negozjar.

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw separazzjoni effettiva tal-ambjent tal-ittestjar mill-ambjent tal-produzzjoni għat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 11

Kapaċità taċ-ċentri ta' negozjar

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' negozjar tagħhom għandhom biżżejjed kapaċità biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom mingħajr fallimenti tas-sistemi, perjodi ta' qtugħ jew żbalji fit-tqabbil tat-tranżazzjonijiet tal-anqas fl-ogħla numru ta' messaġġi kull sekonda rreġistrat fuq dik is-sistema matul il-ħames snin preċedenti mmultiplikat bi tnejn.

Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-ogħla numru ta' messaġġi, għandhom jitqiesu dawn il-messaġġi segwenti:

(a)

kwalunkwe input, inkluż ordnijiet u modifiki jew kanċellazzjonijiet ta' ordnijiet;

(b)

kwalunkwe output, inkluż ir-reazzjoni tas-sistema għal input, wiri tad-dejta tal-ktieb tal-ordnijiet u d-disseminazzjoni tal-fluss ta' wara n-negozjar li jimplika użu indipendenti tal-kapaċità tas-sistema ta' negozjar.

2.   L-elementi ta' sistema ta' negozjar li għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li jappoġġjaw l-attivitajiet segwenti:

(a)

konnettività upstream, kapaċità tal-preżentazzjoni tal-ordnijiet, kapaċitajiet ta' trażżin u kapaċità tal-ibbilanċjar tad-dħul tal-ordnijiet tal-klijenti minn kanali differenti;

(b)

magna tan-negozjar li tippermetti li ċ-ċentru ta' negozjar iqabbel l-ordnijiet b'dewmien adegwat;

(c)

konnettività downstream, editjar tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet u kwalunkwe tip ieħor ta' fluss ta' dejta tas-suq;

(d)

infrastruttura għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-elementi msemmija hawn fuq.

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jivvalutaw jekk il-kapaċità tas-sistemi ta' negozjar tagħhom tibqax adegwata meta l-għadd ta' messaġġi jkun qabeż l-ogħla għadd ta' messaġġi kull sekonda rreġistrati fuq dik is-sistema matul il-ħames snin ta' qabel. Wara l-valutazzjoni, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe miżura ppjanata biex tespandi l-kapaċità tagħhom u l-ħin tal-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri.

4.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li s-sistemi taghom huma kapaċi jlaħħqu ma' flussi ta' messaġġi dejjem jiżdiedu mingħajr degradazzjoni materjali tal-prestazzjoni tas-sistemi tagħhom. B'mod partikolari, it-tfassil tas-sistema ta' negozjar għandu jippermetti li l-kapaċità tagħha tespandi fi żmien raġonevoli kull meta meħtieġ.

5.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom immedjatament jippubblikaw u jirrapportaw lill-awtorità kompetenti u lill-membri kwalunkwe interruzzjoni severa fin-negozjar li mhix minħabba l-volatilità tas-suq u kwalunkwe tfixkil materjali ieħor fil-konnettività.

Artikolu 12

Obbligi ġenerali ta' monitoraġġ

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' negozjar algoritmiku huma l-ħin kollu adattati għan-negozju li jseħħ minnhom u li huma robusti biżżejjed biex jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fil-prestazzjoni tas-swieq li joperaw fihom, irrispettivament mill-mudell ta' negozjar użat.

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom iwettqu monitoraġġ f'ħin reali tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku tagħhom fir-rigward tas-segwenti:

(a)

il-prestazzjoni tagħhom u l-kapaċità tagħhom imsemmija fl-Artikolu 11(4);

(b)

ordnijiet mibgħuta mill-membri tagħhom fuq bażi individwali u aggregata.

B'mod partikolari, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom joperaw limiti fuq it-trażżin u jagħmlu monitoraġġ tal-fluss tal-konċentrazzjoni tal-ordnijiet biex jiġi identifikat theddid potenzjali għall-funzjonament ordnat tas-suq.

3.   L-allerti f'ħin reali għandhom jiġu ġġenerati f'ħames sekondi mill-avveniment rilevanti.

Artikolu 13

Monitoraġġ kontinwu

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom ikunu kapaċi juru l-ħin kollu lill-awtorità kompetenti tagħhom li huma qed jagħmlu monitoraġġ f'ħin reali tal-prestazzjoni u tal-użu tal-elementi tas-sistemi ta' negozjar tagħhom imsemmija fl-Artikolu 11(2) fir-rigward tal-parametri segwenti:

(a)

il-persentaġġ tal-kapaċità massima tal-messaġġi użat kull sekonda;

(b)

l-għadd totali ta' messaġġi ġestiti mis-sistema ta' negozjar maqsuma skont kull element tas-sistema ta' negozjar, inkluż:

(i)

l-għadd ta' messaġġi li jaslu kull sekonda;

(ii)

l-għadd ta' messaġġi mibgħuta kull sekonda;

(iii)

l-għadd ta' messaġġi rrifjutati mis-sistema kull sekonda;

(c)

il-perjodu ta' żmien minn meta jasal il-messaġġ fi kwalunkwe kanal ta' barra tas-sistema ta' negozjar sa meta jintbagħat messaġġ relatat mill-istess kanal wara li l-magna ta' korrispondenza tkun ipproċessat il-messaġġ oriġinali;

(d)

il-prestazzjoni tal-magna ta' korrispondenza.

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa kollha fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni identifikata fis-sistema ta' negozjar matul il-monitoraġġ kontinwu hekk kif ikun raġonevolment possibbli, f'ordni ta' prijorità, u għandhom ikunu kapaċi jaġġustaw, ixolju, jew jagħlqu s-sistema ta' negozjar, jekk meħtieġ.

Artikolu 14

Eżami perjodiku tal-prestazzjoni u l-kapaċità tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom, fil-kuntest tal-awtovalutazzjoni li għandha titwettaq skont l-Artikolu 2, jevalwaw il-prestazzjoni u l-kapaċità tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku tagħhom u proċessi assoċjati għall-governanza, il-kontabilità, l-approvazzjoni u l-arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ.

2.   Bħala parti mill-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom iwettqu testijiet tal-istress fejn huma għandhom jissimulaw xenarji avversi biex jivverifikaw il-prestazzjoni tal-ħardwer, is-softwer u l-komunikazzjonijiet u jidentifikaw ix-xenarji li taħthom is-sistema ta' negozjar jew partijiet mis-sistema ta' negozjar iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'fallimenti fis-sistemi, qtugħ jew żbalji fit-tranżazzjonijiet tat-tqabbil.

3.   It-testijiet tal-istress għandhom ikopru l-fażijiet kollha tan-negozjar, is-segmenti tan-negozjar u t-tipi ta' strumenti nnegozjati miċ-ċentru ta' negozjar u għandhom jissimulaw l-attivitajiet tal-membri bl-istruttura eżistenti ta' konnettività.

4.   Ix-xenarji avversi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu bbażati fuq:

(a)

żieda fl-għadd ta' messaġġi li jaslu billi jibda bl-ogħla għadd ta' messaġġi ġestiti mis-sistema taċ-ċentru ta' negozjar matul il-ħames snin preċedenti;

(b)

aġir mhux mistenni tal-funzjonijiet operazzjonali taċ-ċentru ta' negozjar;

(c)

kombinazzjoni aleatorja ta kundizzjonijiet tas-suq normali u taħt stress u mġiba mhux mistennija tal-funzjonijiet operazzjonali taċ-ċentru ta' negozjar.

5.   L-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-kapaċità taċ-ċentru ta' negozjar deskritta fil-paragrafi 1 sa 4 għandha titwettaq minn assessur indipendenti jew minn dipartiment fiċ-ċentru ta' negozjar għajr dak li għandu r-responsabbiltà għall-funzjoni li tkun qed tiġi riveduta.

6.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jieħdu azzjoni biex b'mod rapidu u effettiv jirrimedjaw kwalunkwe defiċjenza identifikata fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-kapaċità taċ-ċentru ta' negozjar imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 u għandhom iżommu rekord tar-reviżjoni u ta' kwalunkwe azzjoni ta' rimedju meħuda f'dan ir-rigward għal mill-anqas ħames snin.

Artikolu 15

Arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom ikunu kapaċi juru l-ħin kollu li s-sistemi tagħhom għandhom stabbiltà suffiċjenti billi jkollhom arranġamenti effettivi ta' kontinwità tal-kummerċ biex jindirizzaw inċidenti ta' tfixkil.

2.   L-arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ għandhom jiżguraw li n-negozjar ikun jista' jitkompla fi żmien sagħtejn jew qrib sagħtejn minn inċident ta' tfixkil u li l-ammont massimu ta' dejta li jista' jintilef minn kwalunkwe servizz tal-IT taċ-ċentru ta' negozjar wara inċident ta' tfixkil ikun qrib iż-żero.

Artikolu 16

Pjan ta' kontinwità tal-kummerċ

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom, fil-kuntest tal-qafas tagħhom ta' governanza u ta' teħid ta' deċiżjonijiet skont l-Artikolu 3, jistabbilixxu pjan ta' kontinwità tal-kummerċ biex jimplimentaw arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ effettivi previsti fl-Artikolu 15. Il-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ jistabbilixxi l-proċeduri u l-arranġamenti għall-immaniġġjar ta' inċidenti ta' tfixkil.

2.   Il-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ jipprovdi għal dan il-kontenut minimu segwenti:

(a)

il-firxa ta' xenarji avversi possibbli li jirrelataw mal-operazzjoni tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku, inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' sistemi, persunal, spazju tax-xogħol, fornituri esterni jew ċentri tad-dejta jew telf jew tibdil ta' dejta kritika u dokumenti;

(b)

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta' avveniment ta' tfixkil;

(c)

iż-żmien massimu biex titkompla l-attività kummerċjali u l-ammont ta' dejta li jista' jintilef fis-sistema tal-IT;

(d)

il-proċeduri għar-rilokazzjoni tas-sistema ta' negozjar għal sit ta' riżerva u għall-operazzjoni tas-sistema ta' negozjar minn dak is-sit.

(e)

riżerva tad-dejta kummerċjali kritika inkluż informazzjoni aġġornata dwar il-kuntatti neċessarji biex tiġi żgurata l-komunikazzjoni fiċ-ċentru ta' negozjar, bejn iċ-ċentru ta' negozjar u l-membru tiegħu u bejn iċ-ċentru ta' negozjar u l-infrastrutturi tal-ikklerjar u s-saldu;

(f)

it-taħriġ tal-persunal dwar l-operazzjoni tal-arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ;

(g)

l-assenjazzjoni tal-kompiti u l-istabbiliment ta' tim speċifiku għall-operazzjonijiet tas-sigurtà lest biex iwieġeb immedjatament wara inċident ta' tfixkil;

(h)

programm kontinwu għall-ittestjar, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni tal-arranġamenti inkluż proċeduri għall-modifika tal-arranġamenti fid-dawl tar-riżultati ta' dak il-programm.

3.   Is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ wara inċident ta' tfixkil tiġi inkluża fil-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ.

4.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tal-impatt li tidentifika r-riskji u l-konsegwenzi tat-tfixkil titwettaq u tiġi riveduta perjodikament. Għal dan il-għan, kwalunkwe deċiżjoni miċ-ċentru ta' negozjar li ma jqisx riskju identifikat ta' nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema ta' negozjar fil-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ għandha tiġi ddokumentata b'mod adegwat u approvata b'mod espliċitu mill-korp maniġerjali taċ-ċentru ta' negozjar.

5.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li l-maniġment superjuri tagħhom:

(a)

jistabbilixxi objettivi u strateġiji ċari f'termini ta' kontinwità tal-kummerċ;

(b)

jalloka riżorsi umani, teknoloġiċi u finanzjarji adegwati biex jiġu segwiti l-objettivi u l-istrateġiji taħt il-punt (a);

(c)

japprova l-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ u kwalunkwe emenda għalih meħtieġa bħala konsegwenza ta' tibdil organizzazzjonali, teknoloġiku u legali;

(d)

ikun informat, tal-anqas fuq bażi annwali, dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt jew kwalunkwe reviżjoni tagħha u dwar kwalunkwe sejba li tikkonċerna l-adegwatezza tal-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ;

(e)

jistabbilixxi funzjoni għall-kontinwità tal-kummerċ fl-organizzazzjoni.

6.   Il-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ għandu jistabbilixxi l-proċeduri li jindirizzaw kwalunkwe tfixkil tal-funzjonijiet operazzjonali kritiċi esternalizzati, inkluż fejn dawk il-funzjonijiet operazzjonali kritiċi ma jibqgħux disponibbli.

Artikolu 17

Eżami perjodiku tal-arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom, fil-kuntest tal-awtovalutazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 2, jittestjaw fuq il-bażi ta' xenarji realistiċi l-operazzjoni tal-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ u jivverifikaw il-kapaċità taċ-ċentru ta' negozjar li jirkupra minn inċidenti ta' tfixkil u jkompli bin-negozjar kif stabbilit fl-Artikolu 15(2).

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom, fejn meqjus neċessarju, billi jikkunsidraw ir-riżultati tal-eżami perjodiku skont il-paragrafu 1, jiżguraw li l-eżami tal-pjan u l-arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ tagħhom titwettaq minn assessur indipendenti jew minn dipartiment fiċ-ċentru ta' negozjar għajr dak li għandu r-responsabbiltà għall-funzjoni li tkun qed tiġi eżaminata. Ir-riżultati tal-attività tal-ittestjar jiġu ddokumentati bil-miktub, maħżuna u ppreżentati lill-maniġment superjuri taċ-ċentru ta' negozjar kif ukoll lill-unitajiet operattivi involuti fil-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ.

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li l-ittestjar tal-pjan ta' kontinwità tal-kummerċ ma jinterferixxix mal-attività normali tan-negozjar.

Artikolu 18

Prevenzjoni ta' kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar

(Artikolu 48(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandu jkollhom tal-anqas dawn l-arranġamenti li ġejjin fis-seħħ biex jipprevjenu n-negozjar diżordinat u l-ksur tal-limiti tal-kapaċità:

(a)

limiti għal kull membru fuq l-għadd ta' ordnijiet mibgħuta kull sekonda;

(b)

mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-volatilità;

(c)

kontrolli ta' qabel in-negozjar.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom ikunu kapaċi:

(a)

jitolbu informazzjoni mingħand kwalunkwe membru jew utent tal-aċċess sponsorizzat dwar ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-kontrolli tan-negozjar;

(b)

jissospendu l-aċċess ta' membru jew negozjant għas-sistema ta' negozjar fuq l-inizjattiva taċ-ċentru ta' negozjar jew fuq talba ta' dak il-membru, membru tal-ikklerjar, is-CCP, fejn previst fir-regoli regolatorji tas-CCP, jew l-awtorità kompetenti;

(c)

joperaw funzjonalità ta' kanċellazzjoni li tikkanċella ordnijiet mhux eżegwiti ppreżentati minn membru, jew minn klijent tal-aċċess sponsorizzat taħt dawn iċ-ċirkostanzi segwenti:

(i)

meta ssir talba mill-membru, jew mill-klijent ta' aċċess sponsorizzat meta l-membru, jew il-klijent ma jkunx teknikament jista' jħassar l-ordnijiet tiegħu stess;

(ii)

meta l-ktieb tal-ordnijiet ikun fih ordnijiet duplikati ħżiena;

(iii)

wara sospensjoni mibdija mill-operatur tas-suq jew mill-awtorità kompetenti;

(d)

jikkanċellaw jew jirrevokaw tranżazzjonijiet fil-każ ta' ħsara fil-mekkaniżmi taċ-ċentru ta' negozjar għall-ġestjoni tal-volatilità jew fil-funzjonijiet operazzjonali tas-sistema ta' negozjar;

(e)

jibbilanċjaw l-entratura tal-ordnijiet mill-kanali differenti tagħhom, meta ċ-ċentru ta' negozjar juża aktar minn kanal wieħed sabiex jevita kollassi.

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jistabbilixxu politiki u arranġamenti fir-rigward ta':

(a)

mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-volatilità skont l-Artikolu 19;

(b)

kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar użati miċ-ċentru u kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar meħtieġa għall-membri tagħhom biex jaċċessaw is-suq;

(c)

obbligu tal-membri li joperaw il-funzjonalità ta' kanċellazzjoni tagħhom stess;

(d)

rekwiżiti ta' informazzjoni għall-membri;

(e)

sospensjoni tal-aċċess;

(f)

politika dwar il-kanċellazzjoni fir-rigward tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet inkluż:

(i)

iż-żmien;

(ii)

il-proċeduri;

(iii)

l-obbligi tar-rapportar u tat-trasparenza;

(iv)

il-proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' tilwimiet;

(v)

il-miżuri biex jiġu mminimizzati n-negozji żbaljati;

(g)

arranġamenti għat-trażżin tal-ordnijiet inkluż:

(i)

l-għadd ta' ordnijiet kull sekonda f'intervalli ta' ħin definiti minn qabel;

(ii)

politika ta' trattament indaqs bejn il-membri sakemm il-mekkaniżmu ta' regolazzjoni ma jkunx indirizzat lejn membri individwali;

(iii)

miżuri li għandhom jiġu adottati wara avveniment ta' trażżin.

4.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jippubblikaw il-politiki u l-arranġamenti tagħhom stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. Dak l-obbligu ma għandux japplika fir-rigward tal-għadd speċifiku ta' ordnijiet kull sekonda f'intervalli ta' ħin definiti minn qabel u l-parametri speċifiċi tal-mekkaniżmi tagħhom għall-ġestjoni tal-volatilità.

5.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom iżommu rekords sħaħ tal-politiki u l-arranġamenti tagħhom skont il-paragrafu 3 għal perjodu minimu ta' ħames snin.

Artikolu 19

Mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-volatilità

(Artikolu 48(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li mekkaniżmi xierqa biex b'mod awtomatiku jwaqqfu jew jirrestrinġu n-negozjar huma operazzjonali l-ħin kollu matul is-sigħat tan-negozjar.

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li:

(a)

l-mekkaniżmi li jwaqqfu jew jirrestrinġu n-negozjar jiġu ttestjati qabel l-implimentazzjoni u perjodikament wara meta l-kapaċità u l-prestazzjoni tas-sistemi ta' negozjar jiġu riveduti;

(b)

jiġu allokati riżorsi tal-IT u umani biex jittrattaw it-tfassil, iż-żamma u l-monitoraġġ tal-mekkaniżmi implimentati biex iwaqqfu jew jirrestrinġu n-negozjar;

(c)

il-mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-volatilità tas-suq isir monitoraġġ tagħhom kontinwament.

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom iżommu rekords tar-regoli u l-parametri tal-mekkaniżmi biex tiġi ġestita l-volatilità u kwalunkwe tibdil fiha, kif ukoll rekords tal-operazzjoni, il-ġestjoni u l-aġġiornament ta' dawk il-mekkaniżmi.

4.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li r-regoli tagħhom tal-mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-volatilità jinkludu proċeduri għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet fejn il-parametri jridu jitħaddmu manwalment biex jiġi żgurat negozjar ordnat.

Artikolu 20

Kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar

(Artikolu 48(4) u (6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom iwettqu dawn il-kontrolli ta' qabel in-negozjar segwenti adattati għal kull strument finanzjarju negozjat fuqhom:

(a)

collars tal-prezzijiet, li b'mod awtomatiku jimblokkaw l-ordnijiet li ma jissodisfawx il-parametri tal-prezzijiet stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta' kull ordni għaliha;

(b)

il-valur massimu tal-ordni, li b'mod awtomatiku jipprevjeni ordnijiet b'valur tal-ordni għoli b'mod mhux tas-soltu milli jidħlu fil-ktieb tal-ordnijiet b'referenza għall-valuri nozzjonali għal kull strument finanzjarju;

(c)

il-volum massimu tal-ordni, li b'mod awtomatiku jipprevjeni ordnijiet ta' daqs tal-ordni kbir b'mod mhux tas-soltu milli jidħlu fil-ktieb tal-ordnijiet.

2.   Il-kontrolli ta' qabel in-negozjar stabbiliti fil-paragrafu 1 jitfasslu biex jiżguraw li:

(a)

l-applikazzjoni awtomatizzata tagħhom ikollha l-kapaċità taġġusta limitu mill-ġdid matul is-sessjoni tan-negozjar u fil-fażijiet kollha tagħha;

(b)

il-monitoraġġ tagħhom ikollu dewmien ta' mhux aktar minn ħames sekondi;

(c)

ordni tiġi rrifjutata meta jinkiser il-limitu;

(d)

proċeduri u arranġamenti jkunu fis-seħħ biex jawtorizzaw l-ordnijiet li huma 'l fuq mil-limiti fuq talba mingħand il-membru kkonċernat. Dawn il-proċeduri u arranġamenti japplikaw fir-rigward ta' ordni speċifika jew sett ta' ordnijiet fuq bażi temporanja f'ċirkustanzi eċċezzjonali.

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar jistgħu jistabbilixxu l-kontrolli ta' wara n-negozjar li huma jqisu xierqa fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju tal-attività tal-membri tagħhom.

Artikolu 21

Predeterminazzjoni tal-kundizzjonijiet biex jiġi pprovdut l-aċċess elettroniku dirett

(Artikolu 48(7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Iċ-ċentri ta' negozjar li jippermettu d-DEA permezz tas-sistemi tagħhom għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli u l-kundizzjonijiet li skonthom il-membri tagħhom jistgħu jipprovdu d-DEA lill-klijenti tagħhom stess. Dawk ir-regoli u l-kundizzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/589 (3).

Artikolu 22

Rekwiżiti speċifiċi għaċ-ċentri ta' negozjar li jippermettu l-aċċess sponsorizzat

(Artikolu 48(7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jagħmlu l-provvista ta' aċċess sponsorizzat soġġetta għall-awtorizzazzjoni tagħhom u għandhom jirrikjedu li d-ditti li jkollhom l-aċċess sponsorizzat ikunu soġġetti għal tal-anqas l-istess kontrolli bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 18(3)(b).

2.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' aċċess sponsorizzat ikunu l-ħin kollu esklussivament intitolati li jistabbilixxu jew jimmodifikaw il-parametri li japplikaw għall-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-fluss tal-ordnijiet tal-klijenti tagħhom b'aċċess sponsorizzat.

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom ikunu kapaċi jissospendu jew jirtiraw il-provvista ta' aċċess sponsorizzat għall-klijenti li jkunu kisru d-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 (4) u (UE) Nru 596/2014 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew ir-regoli interni taċ-ċentru ta' negozjar.

Artikolu 23

Sigurtà u limiti għall-aċċess

(Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri u arranġamenti għal sigurtà fiżika u elettronika mfassla biex tipproteġi s-sistemi tagħhom minn użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat u biex tiżgura l-integrità tad-dejta li hija parti mis-sistemi tagħhom, jew li tgħaddi mis-sistemi tagħhom, inklużi arranġamenti li jippermettu l-prevenzjoni jew il-minimizzazzjoni tar-riskji ta' attakki kontra s-sistemi ta' informazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

2.   B'mod partikolari, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu miżuri u arranġamenti għas-sigurtà fiżika u elettronika biex jidentifikaw malajr u jipprevjenu jew jimminimizzaw ir-riskji relatati ma':

(a)

aċċess mhux awtorizzat għas-sistema ta' negozjar tagħhom jew għal parti minnha, inkluż l-aċċess mhux awtorizzat għall-ispazju tax-xogħol u ċ-ċentri tad-dejta;

(b)

interferenzi tas-sistema li jfixklu serjament jew jinterrompu l-funzjonament ta' sistema ta' informazzjoni bi dħul ta' dejta, bi trażmissjoni, ħsara, tħassir, deterjorazzjoni, tibdil, trażżin ta' din id-dejta, jew bl-inaċċessibilità ta' din id-dejta;

(c)

interferenzi tad-dejta li jħassru, jagħmlu ħsara, jiddeterjoraw, jibdlu jew irażżnu d-dejta fuq is-sistema ta' informazzjoni, jew jagħmlu din id-dejta inaċċessibbli;

(d)

interċettazzjonijiet, b'mezzi tekniċi, ta' trażmissjonijiet ta' dejta mhux pubbliċi lejn, minn jew f'sistema ta' informazzjoni, inkluż l-emissjonijiet elettromanjetiċi minn sistema ta' informazzjoni li ġġorr din id-dejta.

3.   Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom minnufih jinformaw lill-awtorità kompetenti dwar inċidenti ta' użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat billi minnufih jipprovdu rapport tal-inċident li jindika n-natura tal-inċident, il-miżuri adottati b'reazzjoni għall-inċident u l-inizjattivi meħuda biex jiġu evitati inċidenti simili milli jiġru fil-futur.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data li tidher l-ewwel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/589 tad-19 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali ta' ditti ta' investiment involuti f'negozjar algoritmiku (ara l-paġna 417 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8).


ANNESS

Parametri li għandhom jitqiesu fl-awtovalutazzjonijiet taċ-ċentri ta' negozjar, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)

(a)

In-natura taċ-ċentru tan-negozjar, f'termini ta':

(i)

tipi u status regolatorju tal-istrumenti nnegozjati f'dak iċ-ċentru bħal jekk iċ-ċentru tan-negozjar jinnegozjax strumenti likwidi soġġetti għal negozjar obbligatorju;

(ii)

ir-rwol taċ-ċentru ta' negozjar fis-sistema finanzjarja, bħal jekk l-istrumenti finanzjarji nnegozjati fih jistgħux jiġu nnegozjati x'imkien ieħor.

(b)

L-iskala, f'termini ta' impatt potenzjali taċ-ċentru ta' negozjar fuq il-funzjonament ġust u ordnat tas-swieq abbażi ta' mill-inqas dawn l-elementi:

(i)

l-għadd ta' algoritmi li joperaw fiċ-ċentru;

(ii)

il-kapaċitajiet ta' volum ta' messaġġi taċ-ċentru;

(iii)

il-volum tan-negozjar eżegwit fiċ-ċentru;

(iv)

il-persentaġġ ta' negozjar algoritmiku fuq l-attività totali tan-negozjar u l-fatturat totali nnegozjat fiċ-ċentru;

(v)

il-persentaġġ ta' atitività ta' kummerċ ta' frekwenza għolja (high frequency trading, HFT) fuq l-attività totali tan-negozjar u l-ammont totali nnegozjat fiċ-ċentru;

(vi)

l-għadd tal-membri u l-parteċipanti tiegħu;

(vii)

l-għadd ta' membri tiegħu li jipprovdu DEA, inkluż, fejn applikabbli, l-għadd speċifiku ta' membri tiegħu li jipprevedu aċċess sponsorjat u l-kondizzjonijiet li taħthom huwa offrut jew jista' jiġi ddelegat id-DEA;

(viii)

il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet kif osservat u ddeterminat skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/566 (1);

(ix)

l-għadd u l-persentaġġ ta' membri remoti;

(x)

l-għadd ta' siti ta' kolokazzjoni jew ta' “proximity hosting” provduti;

(xi)

l-għadd ta' pajjiżi u reġjuni li fihom iċ-ċentru tan-negozjar qed iwettaq attività kummerċjali.

(xii)

Il-kundizzjonijiet operattivi biex il-mekkaniżmi jġestixxu l-volatilità u jekk jintużawx limiti tan-negozjar dinamiċi jew statiċi biex jikkawżaw waqfien min-negozjar jew rifjut ta' ordnijiet).

(c)

Il-kumplessità, f'termini ta':

(i)

il-klassijiet ta' strumenti finanzjarji nnegozjati fiċ-ċentru tan-negozjar;

(ii)

il-mudelli tan-negozjar disponibbli fiċ-ċentru tan-negozjar inklużi l-mudelli tan-negozjar differenti li joperaw fl-istess ħin bħall-irkant, l-irkant kontinwu u s-sistemi ibridi;

(iii)

l-użu ta' eżenzjonijiet ta' trasparenza qabel in-negozjar flimkien mal-mudelli ta' negozjar operati;

(iv)

id-diversità tas-sistemi tan-negozjar impjegati miċ-ċentru u l-limitu tal-kontroll miċ-ċentru tan-negozjar fuq l-istabbiliment, l-aġġustament, l-ittestjar, u r-reviżjoni tas-sistemi tan-negozjar tiegħu;

(v)

l-istruttura taċ-ċentru tan-negozjar f'termini ta' sjieda u governanza u l-istabbiliment organizzattiv, operattiv, tekniku, fiżiku u ġeografiku;

(vi)

id-diversi postijiet tal-konnettività u t-teknoloġija taċ-ċentru tan-negozjar;

(vii)

id-diversità tal-infrastruttura tan-negozjar fiżika taċ-ċentru tan-negozjar;

(viii)

il-livell ta' esternalizzazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar u b'mod partikolari meta jiġu esternalizzati funzjonijiet operattivi;

(ix)

il-frekwenza ta' tibdil fil-mudelli tan-negozjar, fis-sistemi tal-IT u fis-sħubija taċ-ċentri tan-negozjar.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/566 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet sabiex jiġu evitati kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar (ara l-paġna 84 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/368


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/585

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-istandards u l-formati tad-dejta ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji, u l-miżuri tekniċi marbutin ma' arranġamenti li għandhom isiru mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-awtoritajiet kompetenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 27(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-fini ta' monitoraġġ effettiv tas-suq minn awtoritajiet kompetenti, id-dejta ta' referenza għall-istrumenti finanzjarji għandha tiġi rrappurtata f'format konsistenti u skont standards uniformi.

(2)

Ir-rappurtar u l-pubblikazzjoni tad-dejta ta' referenza f'forma u format elettroniċi, li jinqraw mill-magni, u li jistgħu jitniżżlu jiffaċilitaw l-użu effiċjenti u l-iskambju ta' din id-dejta.

(3)

Il-wasla fil-pront tad-dejta ta' referenza, marbuta mal-istrumenti finanzjarji kollha li huma ammessi għan-negozjar jew li huma nnegozjati f'ċentru tan-negozjar jew permezz ta' internalizzatur sistematiku, tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta u l-monitoraġġ effettiv tas-suq, u b'hekk jikkontribwixxu għall-integrità tas-suq.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi jissottomettu d-dejta ta' referenza kollha u b'mod preċiż, u li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu effettivament jirċievu u jużaw din id-dejta fil-ħin opportun, għandhom jiġu stabbiliti skedi taż-żmien xierqa għas-sottomissjoni. Għandu jitħalla żmien adegwat sabiex jiġu identifikati l-ineżattezzi jew il-lakuni li jkun fiha qabel il-pubblikazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li d-dejta ta' referenza ppreżentata hija konsistenti mal-informazzjoni korrispondenti rrappurtata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-dejta ta' referenza fir-rigward ta' ġurnata partikolari għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalidaw u jiskambjaw ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet eżegwiti f'dik l-istess ġurnata.

(5)

Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, min jibgħat u min jirċievi d-dejta ta' referenza jrid jiżgura l-wasla effettiva tagħha, l-iskambju effiċjenti u l-kwalità tad-dejta, u li hija koerenti mar-rapporti tat-tranżazzjonijiet korrispondenti previsti fl-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament. Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom għalhekk jipprovdu dejta ta' referenza sħiħa u preċiża, u għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti dwar dejta identifikata bħala mhux kompluta jew mhux eżatta li tkun diġà ingħatat. Huma għandhom ukoll iżommu sistemi u kontrolli xierqa sabiex tingħata dejta ta' referenza preċiża, kompluta u fil-ħin opportun.

(6)

Għall-finijiet ta' użu effiċjenti u tal-iskambju tad-dejta ta' referenza, u sabiex jiġi żgurat li d-dejta ta' referenza hija koerenti mad-dejta korrispondenti mogħtija fir-rapporti ta' tranżazzjonijiet, iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi jridu jibbażaw l-identifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji u tal-entitajiet legali, li għandhom jiddaħħlu fid-dejta ta' referenza, fuq standards uniformement aċċettati. B'mod partikolari, u sabiex jiġi żgurat li d-dejta ta' referenza taqbel mar-rapporti korrispondenti tat-tranżazzjonijiet, iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżguraw li jiksbu l-kodiċi tan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli f'konformità mal-ISO 6166, li jirrigwarda l-istrumenti finanzjarji li jkunu qed jiġu rrapportati, u li jkun inkluż fid-dejta rrapportata.

(7)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(9)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kontenut, standards, forma u format tad-dejta ta' referenza

Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internealizzaturi sistematiċi għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti kull dettall dwar id-dejta ta' referenza tal-istrument finanzjarju (“id-dejta ta' referenza”), imsemmija fit-Tabella 3 tal-Anness, li għandha x'taqsam mal-istrument finanzjarju kkonċernat. Id-dettalji kollha għandhom jiġu ppreżentati skont l-istandards u l-formati speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness, f'forma elettronika u li tinqara minn magna, u f'galvu komuni XML skont il-metodoloġija tal-ISO 20022.

Artikolu 2

L-għażla taż-żmien għall-għoti tad-dejta ta' referenza lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull jum li jkunu miftuħin għan-negozju, iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti tagħhom, sad-21:00 CET, bid-dejta ta' referenza għall-istrumenti finanzjarji li huma ammessi għan-negozjar jew li huma nnegozjati, anki meta l-ordnijiet jew il-kwotazzjonijiet jitqiegħdu fis-sistema tagħhom qabel is-18:00 CET ta' dak inhar stess.

2.   Meta strument finanzjarju jiġi ammess għan-negozjar jew jiġi nnegozjat, inkluż meta ordni jew kwotazzjoni jitqiegħedu għall-ewwel darba wara s-18:00 CET f'jum li fih iċ-ċentru tan-negozjar jew l-internalizzatur sistematiku jkun miftuħ għan-negozjar, id-dejta ta' referenza fir-rigward tal-istrument finanzjarju kkonċernat għandha tingħata sad-21:00 CET fil-jum ta' wara li fih iċ-ċentru tan-negozjar jew tal-internalizzatur sistematiku kkonċernat ikun miftuħ għan-negozjar.

Artikolu 3

Identifikazzjoni tal-istrumenti finanazjarji u tal-entitajiet ġuridiċi

1.   Qabel ma jibda n-negozjar ta' strument finanzjarju f'ċentru tan-negozjar jew f'internalizzatur sistematiku, iċ-ċentru tan-negozjar jew l-internalizzatur sistematiku kkonċernati għandhom jiksbu l-kodiċi tan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (“ISIN”) skont l-ISO 6166 għall-istrument finanzjarju.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżguraw li l-kodiċi tal-identifikatur tal-entità ġuridika inkluż fid-dejta ta' referenza mogħtija jikkonforma mal-istandard tal-ISO 17442:2012, li jappartjeni għall-emittent ikkonċernat, u li huwa elenkat fil-bażi tad-dejta tal-Identifikatur Globali tal-Entitajiet Ġuridiċi ġestita mill-Unità Operattiva Ċentrali maħtura mill-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja għas-Sistema ta' Identifikatur tal-Entità Ġuridika Globali.

Artikolu 4

Arrangamenti sabiex tiġi żgurata l-wasla effettiva tad-dejta ta' referenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw li d-dejta ta' referenza li huma jirċievu minn ċentru tan-negozjar jew minn internalizzatur sistematiku hija kompluta, kif ukoll li tikkonforma mal-istandards u mal-formati speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness.

2.   Wara li tasal id-dejta ta' referenza għal kull ġurnata li fiha ċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi jkunu miftuħin għan-negozju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw liċ-ċentri tan-negozjar u lill-internalizzaturi sistematiċi dwar kull lakuna fid-dejta u dwar kull meta ma tingħatax id-dejta ta' referenza sad-dati ta' skadenza stipulati fl-Artikolu 2.

3.   L-ESMA għandha timmonitorja u tivvaluta li d-dejta ta' referenza li hija tirċievi mill-awtoritajiet kompetenti hija kompluta, u li d-dejta tikkonforma mal-istandards u mal-formati speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness.

4.   Wara li tasal id-dejta ta' referenza mill-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA għandha tinnotifikahom b'kull lakuna f'din id-dejta u dwar kull meta d-dejta ta' referenza ma ntbagħtitx sad-dati ta' skadenza stabbiliti fl-Artikolu 7(1).

Artikolu 5

Arrangamenti sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta ta' referenza

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu, mill-inqas fuq bażi trimestrali, valutazzjonijiet tal-kwalità rigward il-kontenut u l-preċiżjoni tad-dejta ta' referenza li tasal skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 6

Metodi u arranġamenti għall-għoti tad-dejta ta' referenza

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżguraw li jagħtu dejta ta' referenza kompluta u preċiża lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont l-Artikoli 1 u 3.

2.   Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jistabbilixxu metodi u arranġamenti li jippermettulhom jidentifikaw id-dejta ta' referenza mhux kompluta u mhux preċiża li ġa tkun ġiet ippreżentata. Ċentru tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku li jintebħu li d-dejta ta' referenza ppreżentata mhix kompluta jew preċiża għandhom minnufih jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom u jitrażmettu lill-awtorità kompetenti d-dejta ta' referenza rilevanti, kompluta u korretta, mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 7

Arranġamenti għall-iskambju u għall-pubblikazzjoni effiċjenti tad-dejta ta' referenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu d-dejta ta' referenza kompluta u preċiża lill-ESMA kull jum sa mhux aktar tard minn 23:59 CET bl-użu ta' kanal ta' komunikazzjoni elettroniku sigur, stabbilit għal dan l-għan bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA.

2.   Il-jum ta' wara li tasal id-dejta ta' referenza skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkonsolida d-dejta li tasal minn kull awtorità kompetenti.

3.   L-ESMA għandha tagħmel d-dejta kkonsolidata disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha sat-08:00 CET fil-jum ta' wara li taslilha bl-użu ta' kanali ta' komunikazzjoni elettroniċi siguri msemmijin fil-paragrafu 1.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw id-dejta kkonsolidata rigward jum partikolari sabiex jivvalidaw ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet rigward it-tranżazzjonijiet imwettqin f'dik il-ġurnata u rrapportati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

5.   Kull awtorità kompetenti għandha tuża d-dejta kkonsolidata għal jum partikolari sabiex jiġu skambjati r-rapporti dwar it-tranżazzjonijiet ippreżentati f'dik il-ġurnata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

6.   L-ESMA għandha tippubblika d-dejta ta' referenza f'forma elettronika, li tista' titniżżel u forma li tista' tinqara minn magna.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika mid-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Tabella 1

Tifsiriet għat-Tabella 3

SIMBOLU

TIP TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Il-parti għat-test liberu.

{CFI_CODE}

6 karattri

Kodiċi CFI tal-ISO 10962

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b'żewġ (2) ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2.

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-valuta bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-valuta ISO 4217.

{DATE_TIME_FORMAT}

Il-format tad-data u tal-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJThh:mm:ss.ddddddZ

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li l-ittra “T” għandha tintuża

“hh” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjonijiet tas-sekondi;

Z hija l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati skont il-ħin universali koordinat (UTC).

{DATEFORMAT}

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom il-format li ġej:

SSSS-XX-JJ.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n figuri b'kollox li minnhom sa m figuri jistgħu jkunu deċimali

Spazju numeriku kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (il-punt);

iċ-ċifri negattivi għandhom il-prefissi “-” (minus);

il-valuri huma arrotondati u mhux maqtugħa.

{INDEX}

4 karattri alfabetiċi

“EONA” — EONIA

“EONS” — EONIA SWAP

“EURI” — EURIBOR

“EUUS” — EURODOLLAR

“EUCH” — EuroSwiss

“GCFR” — GCF REPO

“ISDA” — ISDAFIX

“LIBI” — LIBID

“LIBO” — LIBOR

“MAAA” — Muni AAA

“PFAN” — Pfandbriefe

“TIBO” — TIBOR

“STBO” — STIBOR

“BBSW” — BBSW

“JIBA” — JIBAR

“BUBO” — BUBOR

“CDOR” — CDOR

“CIBO” — CIBOR

“MOSP” — MOSPRIM

“NIBO” — NIBOR

“PRBO” — PRIBOR

“LBO”- TELBOR

“IBO”– WIBOR

“TREA”– it-Teżor

“SWAP” — Swap

“FUSW” — Swap tal-futuri

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sa n figuri b'kollox

Spazju numeriku kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi ta' numri sħaħ

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur ta' entità ġuridika kif definit f'ISO 17442.

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.

{FISN}

35 karattru alfanumeriku

Kodiċi FISM, kif definit f'ISO 18774


Tabella 2

Klassifikazzjoni tad-derivattivi tal-kwoti ta' emissjonijiet u ta' komoditajiet għat-Tabela 3 (mill-parti 35 sa 37)

Prodotti bażi

Prodotti sekondarji

Prodotti sekondarji oħra

“AGRI” — Agrikoli

“GROS” — Ċereali u żrieragħ żejtnija

“FWHT” — Qamħ tal-għalf

“SOYB” — Fażola tas-sojja

“CORN” — Qamħirrum

“RPSD” — Żerriegħa tal-kolza

“RICE” — Ross

“OTHR” — Oħrajn

“SOFT” -Komoditajiet Agrikoli

“CCOA” — Kawkaw

“ROBU” — Kafè tat-tip Robusta

“WHSG” — Zokkor abjad

“BRWN” — Zokkor mhux raffinat

“OTHR” — Oħrajn

“POTA” — Patata

 

“OOLI” — Żejt taż-żebbuġa

“LAMP” — Żejt taż-żebbuġa lampante

“DIRY” — Prodotti tal-ħalib

 

“FRST” — Forestrija

 

“SEAF” — Frott tal-baħar

 

“LSTK” -Annimali ħajjin

 

“GRIN” — Ċereali

“MWHT” — Qamħ għat-tħin

“NRGY” — Enerġija

“ELEC” — Elettriku

“BSLD” — Karga bażika

“FITR” — Drittijiet finanzjarji ta' trażmissjoni

“PKLD” — Karga massima

“OFFP” — Sigħat kwieti

“OTHR” — Oħrajn

“NGAS” — Gass naturali

“GASP” — GASPOOL

“LNGG” — LNG

“NBPG” — NBP

“NCGG” — NCG

“TTFG” — TTF

“OILP” — Żejt

“BAKK” — Bakken

“BDSL” — Bijodiżil

“BRNT” — Brent

“BRNX” — Brent NX

“CNDA” — Kanadiż

“COND” — Ikkondensat

“DSEL” — Diżil

“DUBA” — Dubaj

“ESPO” — ESPO

“ETHA” — Etanol

“FUEL” — Fjuwil

“FOIL” — Żejt kombustibbli

“GOIL” — Żejt tal-gass

“GSLN” — Petrol

“HEAT” — Żejt għat-tisħin

“JTFL” — Fjuwil tal-avjazzjoni

“KERO” — Pitrolju

“LLSO” — Light Louisiana Sweet (LLS)

“MARS” — Mars

“NAPH” — Nafta

“NGLO” — NGL

“TAPI” — Tapis

“URAL” — Urali

“WTIO” — WTI

“COAL” — Faħam

“INRG” -Inter Energy

“RNNG” — Enerġija rinnovabbli

“LGHT” — Petrol ħafif tal-ewwel distillazzjoni

“DIST” — Distillati

 

“ENVR” -Ambjentali

“EMIS” — Emissjonijiet

“CERE” — CER

“ERUE” — ERU

“EUAE” — EUA

“EUAA” — EUAA

“OTHR” — Oħrajn

“WTHR” — Temp

“CRBR” — “Relatat mal-kabonju”

 

“FRGT” — “Merkanzija”

“WETF” — merkanzija likwida

“TNKR” — Tankers

“DRYF” — Merkanzija solida

“DBCR” — Trasportaturi ta' merkanzija solida fi kwantità

“CSHP” — Bastimenti tal-kontejners

 

“FRTL” — “Fertilizzant”

“AMMO” — Ammonja

“DAPH” -DAP (Fosfat tad-dijammonju)

“PTSH” — Potassa

“SLPH” -Kubrit

“UREA” -Urea

“UAAN” — UAN (urea u nitrat tal-ammonju)

 

“INDP” — Prodotti industrijali

“CSTR” — Kostruzzjoni

“MFTG” — Manifattura

 

“METL” — Metalli

“NPRM” — Mhux prezzjużi

“ALUM” — Aluminju

“ALUA” — Liga tal-aluminju

“CBLT” — Kobalt

“COPR” — Ram

“IRON” — Minerali tal-ħadid

“LEAD” — Ċomb

“MOLY” — Molibdenu

“NASC” — NASAAC

“NICK” — Nikil

“STEL” — Azzar

“TINN” — Landa

“ZINC” — Żingu

“OTHR” — Oħrajn

“PRME” — Prezzjużi

“GOLD” — Deheb

“SLVR” — Fidda

“PTNM” — Platinu

“PLDM” — Palladju

“OTHR” — Oħrajn

“MCEX” — Komoditajiet varjati eżotiċi

 

 

“PAPR” — Karta

“CBRD” — Kartun tal-kontenituri

“NSPT” — Karta tal-gazzetti

“PULP” — Polpa

“RCVP” — Karta rkuprata

 

“POLY” — Polipropilen

“PLST” — Plastik

 

“INFL” — Inflazzjoni

 

 

“OEST” — Statistika ekonomika uffiċjali

 

 

“OTHC” — C10 oħra, kif definit fit-Tabella 10.1 tat-Taqsima 10 tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (1).

 

 

“OTHR” — Oħrajn

 

 


Tabella 3

Id-dettalji li għandhom jiġu rrapportati bħala dejta ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji

N.

QASAM

IL-KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT

IL-FORMAT U L-ISTANDARDS LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAR-RAPPURTAR

Oqsma Ġenerali

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju.

{ISIN}

2

Isem sħiħ tal-istrument

Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju

{ALPHANUM-350}

3

Klassifikazzjoni tal-istrument

Tassonomija użata għall-klassfikazzjoni tal-istrument finanzjarju.

Għandu jingħata Kodiċi tal-Klassifikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji (CFI) sħiħ u preċiż.

{CFI_CODE}

4

Indikatur tad-derivattivi tal-komoditajiet jew tal-kwoti ta' emissjonijiet

Indikazzjoni dwar jekk l-istrument finanzjarju jaqax taħt id-definizzjoni tad-derivattivi tal-komoditajiet skont l-Artikolu 2(1)(30) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew huwiex derivattiv marbut mal-kwoti tal-emissjonijiet li jissemmew fit-Taqsima C(4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.

“true” — Iva

“false” — Le

Oqsma relatati mal-emittent

5

Identifikatur tal-emittent jew tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar

LEI tal-emittent jew tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar.

{LEI}

Oqsma relatati maċ-ċentru

6

Ċentru tan-negozjar

Il-MIC tas-segment għaċ-ċentru tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku, fejn disponibbli, inkella l-MIC operattiv.

{MIC}

7

L-isem fil-qosor tal-istrument finanzjarju

L-isem fil-qosor tal-istrument finanzjarju skont l-ISO 18774.

{FISN}

8

Talba għall-ammissjoni għall-kummerċ mill-emittent

Indikazzjoni dwar jekk l-emittent tal-istrument finanzjarju ikunx talab jew approva in-negozjar jew l-ammissjoni għall-kummerċ tal-istrument finanzjarju tiegħu f'ċentru tan-negozjar.

“true” — Iva

“false” — Le

9

Id-data tal-approvazzjoni tal-ammissjoni għall-kummerċ

Id-data u l-ħin li l-emittent ikun approva l-ammissjoni għall-kummerċ jew in-negozjar fl-istrumenti finanzjarji tiegħu f'ċentru tan-negozjar.

{DATE_TIME_FORMAT}

10

Id-data tat-talba għall-ammissjoni tal-kummerċ

Id-data u l-ħin tat-talba għall-ammissjoni tal-kummerċ fiċ-ċentru tan-negozjar.

{DATE_TIME_FORMAT}

11

Id-data tal-ammissjoni għall-kummerċ jew id-data tal-ewwel kummerċ

Id-data u l-ħin tal-ammissjoni għall-kummerċ fiċ-ċentru tan-negozjar jew id-data u l-ħin meta l-istrument ġie nnegozjat għall-ewwel darba jew meta waslet ordni jew kwotazzjoni għall-ewwel darba miċ-ċentru tan-negozjar.

{DATE_TIME_FORMAT}

12

Data tat-terminazzjoni

Fejn disponibbli d-data u l-ħin meta l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozjat jew ammess għall-kummerċ fiċ-ċentru tan-negozjar.

{DATE_TIME_FORMAT}

Oqsma relatati man-nozzjonal

13

Valuta nozzjonali 1

Valuta li fiha huwa ddenominat in-nozzjonal.

Fil-każ ta' kuntratt għal rata tal-imgħax jew għal derivattivi tal-valuta, din tkun il-valuta nozzjonali tas-segment 1 jew il-valuta 1 tal-par.

Fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps, meta s-swap sottostanti tkun b'valuta waħda, din tkun il-valuta nozzjonali tas-swap sottostanti. Għal opzjonijiet fuq swaps, meta s-swap sottostanti tkun b'diversi valuti, din tkun il-valuta nozzjonali tas-segment 1 tas-swap.

{CURRENCYCODE_3}

Bonds jew forom oħra ta' oqsma relatati mad-dejn titolizzat

14

Ammont nominali totali maħruġ

Ammont nominali totali maħruġ f'valur monetarju.

{DECIMAL-18/5}

15

Id-data tal-maturità

Id-data tal-maturità tal-istrument finanzjarju.

Il-parti tapplika għal strumenti ta' dejn b'maturità definita.

{DATEFORMAT}

16

Il-valuta tal-valur nominali

Il-valuta tal-valur nominali għall-istrumenti ta' dejn.

{CURRENCYCODE_3}

17

Il-valur nominali għal kull unità/il-valur minimu nnegozjat

Il-valur nominali ta' kull strument. Jekk mhux disponibbli, imla bil-valur minimu nnegozjat.

{DECIMAL-18/5}

18

Rata fissa

Ir-rata fissa tal-perċentwal tar-redditu fuq l-istrument tad-dejn meta jinżamm sad-data tal-maturità, espressa bħala perċentwal.

{DECIMAL-11/10}

Espressa bħala perċentwal (pereżempju 7.0 tfisser 7 % u 0.3 tfisser 0,3 %)

19

Identifikatur tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli

Meta jeżisti identifikatur.

{ISIN}

20

Isem tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli

Fejn ma jeżisti l-ebda identifikatur, l-isem tal-indiċi.

{INDEX}

Jew

{ALPHANUM-25} — jekk l-isem tal-indiċi mhux inkluż fil-lista {INDEX}

21

It-terminu ta' żmien tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli

It-terminu ta' żmien tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli It-terminu ta' żmien għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin.

{INTEGER-3}+“DAYS” — jiem

{INTEGER-3}+“WEEK” — ġimgħat

{INTEGER-3}+“MNTH” — xhur

{INTEGER-3}+“YEAR” — snin

22

Firxa tal-Punt Bażi tal-indiċi/tal-valur referenzjarju tal-bond b'rata varjabbli

L-għadd ta' punti bażi fuq jew taħt l-indiċi użat għall-kalkolu tal-prezz.

{INTEGER-5}

23

Superjorità tal-Bond

Identifika t-tip ta' bond: dejn superjuri, intermedju, subordinat jew ta' grad inferjuri.

“SNDB” — Dejn Superjuri

“MZZD” — Intermedju

“SNDB” — Dejn Subordinat

“JUND” — Dejn ta' grad inferjuri

Oqsma relatati mad-derivattivi u mad-derivattivi titolizzati

24

Data ta' skadenza

Data ta' skadenza tal-istrument finanzjarju

Il-parti tapplika għal derivattivi b'data ta' skadenza definita.

{DATEFORMAT}

25

Multiplikatur tal-prezzijiet

L-għadd ta' unitajiet tal-istrument sottostanti rrappreżentati minn kuntratt ta' derivattivi wieħed.

Għal xi futur jew għal opzjoni fuq indiċi, l-ammont għal kull punt ta' indiċi.

Għall-ispekulazzjonijiet fuq il-firxa (spreadbets), il-moviment fil-prezz tal-istrument sottostanti li fuqu hija bbażata l-ispekulazzjoni fuq il-firxa.

{DECIMAL-18/17}

26

Kodiċi tal-istrument sottostanti

Kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti.

Għall-ADRs, il-GDRs u l-istrumenti simili, il-kodiċi ISIN tal-istrument finanzjarju li fuqu jkunu bbażati dawn l-istrumenti.

Għal bonds konvertibbli, il-kodiċi ISIN tal-istrument li fih jista' jiġi kkonvertit il-bond.

Għal derivattivi jew strumenti oħra li jkollhom sottostanti, il-kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti, meta dan ikun ammess għall-kummerċ jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Meta s-sottostanti jkun dividend tal-istokk, allura jiġu indikat il-kodiċi ISIN tal-ishma relatati li jagħtu dritt fuq id-dividend sottostanti.

Għal Swaps ta' Inadempjenza ta' Kreditu, għandu jingħata l-ISIN tal-obbligu referenzjarju.

F'każ li s-sottostanti jkun Indiċi u jkollu ISIN, il-kodiċi ISIN għal dan l-indiċi.

Meta s-sottostanti jkun basket, daħħal l-ISINs ta' kull kostitwent tal-basket li jkun ammess għall-kummerċ jew li jkun innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Il-partijiet 26 u 27 għandhom jiġu rrappurtati kemm-il darba jkun meħtieġ sabiex jiġu elenkati l-istrumenti kollha fil-basket.

{ISIN}

27

Emittent sottostanti

F'każ li l-istrument jirreferi għal emittent, aktar milli għal strument uniku, il-kodiċi LEI tal-emittent.

{LEI}

28

Isem l-indiċi sottostanti

F'każ li s-sottostanti jkun Indiċi, inidka l-isem tal-indiċi.

{INDEX}

Jew

{ALPHANUM-25} — jekk l-isem tal-indiċi mhux inkluż fil-lista {INDEX}

29

It-terminu ta' żmien tal-indiċi sottostanti

F'każ li s-sottostanti jkun indiċi, it-terminu ta' żmien tal-indiċi.

{INTEGER-3}+“DAYS” — jiem

{INTEGER-3}+“WEEK” — ġimgħat

{INTEGER-3}+“MNTH” — xhur

{INTEGER-3}+“YEAR” — snin

30

Tip ta' opzjoni

Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt tad-derivattivi huwiex call (id-dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiċi) jew huwiex put (id-dritt tal-bejgħ ta' assi sottostanti speċifiċi), jew jekk ma hux possibbli li jiġi ddeterminat huwiex call jew put fil-ħin tal-eżekuzzjoni. F'każ ta' opzjonijiet fuq swaps ikun:

“Put”, fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps tar-riċevitur, fejn ix-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala riċevitur b'rata fissa.

-“Call”, fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps tal-pagatur, fejn ix-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala pagatur b'rata fissa.

F'każ ta' limitu massimu u limitu minimu tkun:

“Put”, fil-każ ta' limitu minimu.

“Call”, fil-każ ta' limitu massimu. Il-parti tapplika biss għal derivattivi li jkunu opzjonijiet jew warrants.

“PUTO” — Put

“CALL” — Call

“OTHR” — fejn ma jistax jiġi ddeterminat jekk humiex “call” jew “put”

31

Prezz tal-eżerċitar

Prezz predeterminat li fih id-detentur ikollu jixtri jew ibigħ l-istrumenti sottostanti, jew indikazzjoni li l-prezz ma jistax jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni.

Il-parti tapplika għal opzjonijiet jew għal warrants fejn il-prezz tal-eżerċitar ikun jista' jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni.

Meta l-prezz ma jkunx disponibbli dak il-ħin iżda jkun pendenti, il-valur jkun “PNDG”.

Meta l-prezz tal-eżerċitar ma jkunx applikabbli, il-parti ma timteliex.

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz

32

Il-valuta tal-prezz tal-eżerċitar

Il-valuta tal-prezz tal-eżerċitar

{CURRENCYCODE_3}

33

Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni

Indikazzjoni dwar jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f'data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f'serje ta' dati speċifikati minn qabel (tal-Bermuda) jew fi kwalunkwe żmien matul ħajjet il-kuntratt (stil Amerikan).

Din il-parti tapplika biss għall-opzjonijiet, għall-warrants u għaċ-certifikati ta' intitolament.

“EURO” — Ewropew

“AMER” — Amerikan

“ASIA” — Ażjatiku

“BERM” — tal-Bermuda

“OTHR” — Kull tip ieħor

34

Tip ta' konsenja

Indikazzjoni dwar jekk l-istrument finanzjarju jiġix saldat fiżikament jew fi flus kontanti.

Meta ma tkunx tista' tiġi ddeterminata t-tip ta' konsenja fil-mument tal-eżekuzzjoni, il-valur għandu jkun “OPTL”.

Din il-parti hija applikabbli biss għad-derivattivi.

“PHYS” — Ħlas fiżiku

“CASH” — Ħlas bi flus

“OPTN” — Fakultattiva għall-kontroparti jew meta ddeterminata minn parti terza

Derivattivi ta' komoditajiet u ta' kwoti tal-emissjonijiet

35

Prodotti bażi

Prodott bażi għal klassi ta' assi sottostanti kif speċifikat fit-tabella tal-klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet u ta' kwoti tal-emissjonijiet.

Huma permessi biss il-valuri fil-kolonna tal-“Prodott bażi” tat-tabella tal-klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet.

36

Prodotti sekondarji

Il-Prodotti Sekondarji għall-klassi ta' assi sottostanti kif speċifikat fit-tabella ta' klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet u ta' kwoti tal-emissjonijiet.

Il-parti tirrikjedi prodott bażi.

Huma permessi biss il-valuri fil-kolonna tal-“Prodotti Sekondarji” tat-tabella ta' klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet.

37

Prodotti sekondarji oħra

Prodotti sekondarji oħra għall-klassi ta' assi sottostanti kif speċifikat fit-tabella ta' klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet u ta' kwoti tal-emissjonijiet.

Il-qasam jirrikjedi prodott sekondarju.

Huma permessi biss il-valuri taħt “Prodotti sekondarji oħra” fit-tabella ta' klassifikazzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet.

38

Tip ta' tranżazzjoni

Tip ta' tranżazzjoni kif speċifikata miċ-ċentru tan-negozjar

“FUTR” — Futuri

“OPTN” — Opzjonijiet

“TAPO” — TAPOS

“SWAP” — Swaps

“MINI” — Minis

“OTCT” — Barra l-borża

“ORIT” — Outright

“CRCK” — Crack

“DIFF” — Differenzjal

“OTHR” — Oħrajn

39

Tip ta' prezz finali

Tip ta' prezz finali kif speċifikat miċ-ċentri tan-negozjar

“ARGM” — Argus/McCloskey

“BLTC” — Baltiku

“EXOF” — Exchange

“GBCL” — GlobalCOAL

“IHSM” — IHS McCloskey

“PLAT” — Platts

“OTHR” — Oħrajn

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

Il-partijiet ta' din it-taqsima għandhom jimtlew biss għall-istrumenti li bħala sottostanti jkollhom strument mhux finanzjarju tat-tip tar-rati tal-imgħax.

40

Rata ta' referenza

Isem tar-rata ta' referenza.

{INDEX}

Jew

{ALPHANUM-25}- jekk ir-rata ta' referenza ma tkunx inkluża fil-lista {INDEX}

41

Terminu ta' żmien tal-kuntratt tar-rata tal-imgħax

Jekk il-klassi tal-assi hija tar-Rati tal-imgħax, din il-parti tindika t-terminu ta' żmien tal-kuntratt. It-terminu ta' żmien għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin.

{INTEGER-3}+“DAYS” — jiem

{INTEGER-3}+“WEEK” — ġimgħat

{INTEGER-3}+“MNTH” — xhur

{INTEGER-3}+“YEAR” — snin

42

Valuta nozzjonali 2

Fil-każ ta' swaps ta' valuti multipli jew ta' swaps bejn il-valuti, il-valuta li fiha jkun iddemominat is-segment 2 tal-kuntratt.

Fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps fejn is-swap sottostanti tkun b'valuti multipli, il-valuta li fiha jkun iddemominat is-segment 2 tas-swap.

{CURRENCYCODE_3}

43

Rata fissa tas-segment 1

Indikazzjoni dwar ir-rata fissa użata għas-segment 1, jekk applikabbli.

{DECIMAL -11/10}

Espressa bħala perċentwal (pereżempju 7.0 tfisser 7 % u 0.3 tfisser 0,3 %)

44

Rata fissa tas-segment 2

Indikazzjoni dwar ir-rata fissa użata għas-segment 2, jekk applikabbli

{DECIMAL -11/10}

Espressa bħala perċentwal (pereżempju 7.0 tfisser 7 % u 0.3 tfisser 0,3 %)

45

Rata varjabbli tas-segment 2

Indikazzjoni dwar ir-rata tal-imgħax użata, jekk applikabbli.

{INDEX}

Jew

{ALPHANUM-25} — jekk ir-rata ta' referenza ma tkunx inkluża fil-lista {INDEX}

46

Terminu ta' żmien tal-kuntratt tar-rata tal-imgħax tas-segment 2

Indikazzjoni dwar il-perjodu ta' referenza tar-rata tal-imgħax, li tiġi stabbilita f'intervalli predeterminati apparagun tar-rata ta' referenza tas-suq. It-terminu ta' żmien għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin.

{INTEGER-3}+“DAYS” — jiem

{INTEGER-3}+“WEEK” — ġimgħat

{INTEGER-3}+“MNTH” — xhur

{INTEGER-3}+“YEAR” — snin

Derivattivi tar-rata tal-kambju

Il-partijiet f'din it-taqsima għandhom jimtlew biss għall-istrumenti li bħala sottostanti jkollhom strument mhux finanzjarju tat-tip tar-rata tal-kambju.

47

Valuta nozzjonali 2

Il-parti għandha timtela bil-valuta sottostanti 2 tal-par ta' valuti (dik tal-valuta 1 timtela fil-parti 13 tal-valuta nozzjonali 1).

{CURRENCYCODE_3}

48

Tip FX

Tip ta' valuta sottostanti.

“FXCR” — FX Rati inkroċjati

“FXEM” — FX Swieq emerġenti

“FXMJ” — FX Majors


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi (ara paġna 229 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/382


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/586

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kooperazzjoni f'attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva emendatorja 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 80(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont id-Direttiva 2014/65/UE għandu jkollha ambitu biżżejjed u tkun ta' natura li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet ta' superviżjoni u l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jiskambjaw informazzjoni li tippermettilhom li jissorveljaw l-imġiba ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom.

(2)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw b'mod effettiv id-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq u l-fornituri tas-servizz tad-dejta, huwa importanti għalihom li jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti dwar: informazzjoni ġenerali ta' sfond u dokumenti kostituttivi (inklużi dokumenti nazzjonali ta' inkorporazzjoni, jew dokumenti oħra li jipprovdu għarfien dwar l-istruttura u l-attivitajiet operattivi ta' entità); informazzjoni dwar il-proċess ta' awtorizzazzjoni; informazzjoni dwar il-korpi maniġerjali ta' ditti tal-investiment, inkluża pereżempju informazzjoni li tista' tivverifika l-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali bħal l-esperjenza tax-xogħol tagħhom (inkluż il-curriculum vitae tagħhom li jiddikjara l-edukazzjoni u t-taħriġ rilevanti, l-esperjenza professjonali preċedenti u l-attivitajiet professjonali jew ta' funzjonijiet oħra li bħalissa huma meħtieġa għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE); informazzjoni dwar ir-reputazzjoni tagħhom; informazzjoni dwar azzjonisti u membri b'holdings kwalifikati bħal informazzjoni tal-ġestjoni tan-negozju u r-reputazzjoni; informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tad-ditta inkluża informazzjoni dwar dawk id-ditti li ngħataw jew ġew rifjutati l-awtorizzazzjoni; informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-organizzazzjoni ta' swieq regolati; informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' fornituri tas-servizz tad-dejta; informazzjoni dwar l-eżenzjonijiet mogħtija jew rifjutati biex il-klijenti jiġu kkategorizzati bħala “professjonali”; informazzjoni dwar sanzjonijiet u azzjoni ta' infurzar; informazzjoni dwar l-attivitajiet operattivi u l-imġiba rilevanti u storja tal-konformità.

(3)

Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu wkoll jiskambjaw informazzjoni rilevanti għall-monitoraġġ effettiv ta' istituzzjonijiet ta' kreditu meta dawn jipprovdu servizzi ta' investiment jew iwettqu attivitajiet tal-investiment.

(4)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta' sorveljanza b'mod komprensiv, huwa importanti wkoll li jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni rilevanti li jista' jkollhom, inkluża informazzjoni dwar ditti tal-investiment, operaturi tas-suq, fornituri ta' servizzi ta' rapportar tad-dejta, istituzzjonijiet ta' kreditu, kontropartijiet finanzjarji, membri jew parteċipanti ta' swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar jew persuni eżenti skont l-Artikolu 2 jew 3 tad-Direttiva 2014/65/UE. Barra minn hekk, skont id-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni tal-isfond rilevanti dwar persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

(5)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(7)

L-ESMA talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(8)

L-ESMA ma wettqitx konsultazzjonijiet pubbliċi dwar dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji peress li dawn huma marbuta mal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti meta dawn jikkooperaw f'attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet u dan tqies bħala sproporzjonat fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-impatt,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti li għalihom issir talba għall-kooperazzjoni (l-awtorità li ssirilha t-talba) u l-awtorità kompetenti li tagħmel talba għall-kooperazzjoni (awtorità rikjedenti) skont l-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/65/UE jistgħu jikkonċernaw l-entitajiet li ġejjin:

(a)

ditta tal-investiment, operatur tas-suq jew fornitur ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Patlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li tipprovdi servizzi ta' investiment jew li twettaq attivitajiet ta' investiment,

(c)

kull persuna fiżika jew ġuridika oħra, jew kwalunkwe entità jew assoċjazzjoni mhux inkorporata, mhux speċifikati fil-punti (a) u (b).

Artikolu 2

Informazzjoni li għandha tiġi skambjata rigward id-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq jew il-fornituri tas-servizz ta' rapportar tad-dejta

1.   Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob kooperazzjoni din tista' titlob l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' entitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1:

(a)

informazzjoni ġenerali u dokumenti relatati mal-kostituzzjoni tal-entitajiet:

(i)

l-informazzjoni dwar l-isem tal-entitajiet prinċipali tagħhom, l-indirizz u/jew l-uffiċċju reġistrat, id-dettalji ta' kuntatt, in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni tal-entità u siltiet minn reġistri miżmuma fuq livell nazzjonali;

(ii)

informazzjoni dwar dokumenti kostituzzjonali li l-entitajiet huma rikjesti li jkollhom skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tagħhom;

(b)

informazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2014/65/UE dwar il-proċess ta' awtorizzazzjoni ta' entità fejn din l-informazzjoni ma tkunx preżenti fuq ir-reġistru pubbliku tal-ESMA stabbilit skont l-Artikolu 8(1)(k) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(c)

informazzjoni marbuta mal membri tal-korp maniġerjali, jew il-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-entitajiet, li ġew ipprovduti bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni li jinkludu:

(i)

l-ismijiet tagħhom, in-numru ta' identifikazzjoni personali (jekk disponibbli f'dak l-Istat Membru), post ta' residenza u d-dettalji ta' kuntatt;

(ii)

informazzjoni dwar il-pożizzjoni li fiha jinħatru dawn il-persuni fl-entità;

(iii)

organigramm tal-istruttura ta' tmexxija jew l-identifikazzjoni ta' persuni responsabbli għall-attivitajiet imwettqa skont id-Direttiva 2014/65/UE mill-entità;

(d)

informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali jew persuni li effettivament imexxu n-negozju ta' dawn l-entitajiet, inkluż:

(i)

informazzjoni marbuta mal-esperjenza tax-xogħol;

(ii)

informazzjoni dwar ir-reputazzjoni ta' membru jew persuna li jinkludu:

nformazzjoni dwar rekords kriminali, jew investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti, każijiet ċivili u amministrattivi rilevanti, u miżuri ta' dixxiplina (inkluża l-esklużjoni bħala direttur ta' kumpanija jew falliment, insolvenza jew proċeduri simili), permezz ta' ċertifikat uffiċjali jekk disponibbli, jew permezz ta' dokument ekwivalenti ieħor;

informazzjoni dwar investigazzjonijiet miftuħa, proċedimenti ta' infurzar, sanzjonijiet, jew deċiżjoni oħra ta' infurzar kontra persuna;

rifjut ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; l-irtirar, revoka jew it-tmiem ta' tali reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja, jew esklużjoni minn korp regolatorju jew tal-gvern jew minn entità jew assoċjazzjoni professjonali;

tneħħija minn pożizzjoni ta' impjieg jew minn pożizzjoni ta' fiduċja, relazzjoni ta' fiduċjarju jew sitwazzjoni simili;

(e)

informazzjoni dwar l-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjoni kwalifikanti inklużi:

(i)

il-lista ta' persuni b'parteċipazzjoni kwalifikanti;

(ii)

għal azzjonisti li huma membri ta' grupp korporattiv, l-organigramm tal-grupp korporattiv li jindika l-attivitajiet imwettqa minn kull ditta fil-grupp u l-identifikazzjoni ta' xi ditti jew individwi fil-grupp li joperaw skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE;

(iii)

informazzjoni u dokumenti meħtieġa biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tagħhom;

(f)

informazzjoni dwar l-istruttura organizzattiva, il-kundizzjonijiet operattivi u l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, inklużi:

(i)

informazzjoni dwar il-konformità u l-politiki tal-ġestjoni tar-riskju u l-proċeduri li huma meħtieġa skont id-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-entitajiet u l-aġenti marbuta tagħhom;

(ii)

rekords ta' konformità tal-entitajiet inkluża informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti;

(iii)

informazzjoni dwar arranġamenti organizzattivi u amministrattivi li jkunu mfasslin biex jipprevjenu l-kunflitti ta' interess kif definiti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(iv)

fil-każ ta' ditti tal-investiment li jimmanifatturaw strumenti finanzjarji għall-bejgħ lil klijenti, informazzjoni dwar il-proċess għall-approvazzjoni ta' kull strument finanzjarju li jkun jinkludi informazzjoni dwar it-tqassim tas-suq fil-mira u l-istrateġija kif ukoll informazzjoni dwar l-arranġamenti ta' politika ta' rieżami tagħha;

(v)

fir-rigward ta' ditti tal-investiment, informazzjoni dwar l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(vi)

informazzjoni li tista' tintalab minn ditti tal-investiment f'konformità mal-attivitajiet u r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g)

informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' ditti tal-investiment mogħtija skont l-Artikoli 5 sa 10 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(h)

informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' swieq regolati u fornituri ta' servizzi ta' rappurtar tad-dejta mogħtija rispettivament f'konformità mal-Artikoli 44, 45 u 46, kif ukoll l-Artikoli 59 sa 63 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(i)

informazzjoni dwar l-eżenzjonijiet mogħtija jew miċħuda rigward il-klijenti li jistgħu jiġu ttrattati bħala professjonali fuq talba kif stipulat fl-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;

(j)

informazzjoni dwar sanzjonijiet u azzjoni ta' infurzar imposti kontra l-entitajiet inklużi:

(i)

informazzjoni dwar sanzjonijiet imposti kontra entità, jew kontra membru tal-korp maniġerjali jew persuni li effettivament imexxu l-operat tal-entità;

(ii)

informazzjoni relatata ma' ksur minn entitajiet, jew mill-persuni li jilħqu pożizzjonijiet maniġerjali;

(iii)

informazzjoni dwar rekords kriminali, investigazzjonijiet kriminali jew amministrattivi, proċedimenti, każijiet ċivili u amministrattivi, u miżuri ta' dixxiplina, permezz ta' ċertifikat uffiċjali jekk disponibbli, jew permezz ta' dokument ekwivalenti ieħor;

(k)

informazzjoni relatata mal-attivitajiet operattivi u kondotta rilevanti u storja tal-konformità relatati mas-suġġett tat-talba inklużi:

(i)

informazzjoni relatata mal-attivitajiet tan-negozju tal-entità, skont id-Direttiva 2014/65/UE;

(ii)

minuti interni jew rekords miżmuma minn ditti u fergħat għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti rilevanti;

(l)

kull informazzjoni oħra meħtieġa għal kooperazzjoni f'attivitajiet superviżorji, verifiki jew investigazzjonijiet fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   Fejn Stati Membru jesiġi li ditta ta' pajjiż terz tistabbilixxi fergħa skont l-Artikolu 39(1) u (2) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' titlob mingħand l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni ta' dik il-fergħa, informazzjoni miksuba minn awtorità tal-Istat ta' oriġini fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-ftuħ tal-fergħa, inkluża:

(a)

informazzjoni rilevanti għall-monitoraġġ tal-konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew id-dispożizzjonijiet u l-miżuri adottati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

reazzjoni tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment tal-pajjiż terz, jew persuni li effettivament imexxu l-operat tal-entità, għall-mistoqsijiet mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 3

Informazzjoni li għandha tiġi skambjat rigward l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob kooperazzjoni din tista' titlob l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1:

(a)

l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (f), (i) u (j) tal-Artikolu 2(1);

(b)

kull informazzjoni oħra li tkun rilevanti għall-monitoraġġ ta' konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew id-dispożizzjonijiet u l-miżuri adottati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)

kull informazzjoni oħra meħtieġa għal kooperazzjoni f'attivitajiet superviżorji, verifiki jew investigazzjonijiet fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 4

Informazzjoni li għandha tiġi skambjata rigward il-persuni msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 1

1.   Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob kooperazzjoni fir-rigward ta' persuni fiżiċi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1 tista' titlob mill-inqas l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni personali, l-indirizz, u d-dettalji ta' kuntatt.

2.   Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, jew kull entità jew assoċjazzjoni mhux inkorporata, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1, awtorità kompetenti tista' titlob ukoll mill-inqas id-dokumenti li jiċċertifikaw l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu, u l-indirizz postali jekk differenti, id-dettalji ta' kuntatt u n-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tiegħu; reġistrazzjoni tal-forma ġuridika skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti; lista kompleta tal-persuni li effettivament jmexxu n-negozju, l-isem, id-data u l-post tat-twelid, l-indirizz, id-dettalji ta' kuntatt, in-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tagħhom.

3.   Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu l-informazzjoni li ġejja li għandha tiġi skambjata b'rabta ma' persuni li jipprovdu servizzi jew attivitajiet ta' investiment mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa jew reġistrazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE:

(a)

dettalji dwar is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment li qed jiġu pprovduti;

(b)

dettalji ta' kull persuna li jingħad ġiet ikkuntattjata minn individwu jew persuna ġuridika b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' investiment jew it-twettiq ta' attivitajiet ta' investiment mingħajr l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni meħtieġa.

4.   F'kull każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni fir-rigward ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1 miksuba skont, u rilevanti għall-monitoraġġ tal-konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE jew jistgħu jitolbu kull informazzjoni oħra meħtieġa biex jikkooperaw f'attivitajiet superviżorji, verifiki jew investigazzjonijiet fuq il-post, imsemmija fl-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mid-data li tidher l-ewwel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(4)  Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).

(5)  ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012. (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/387


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/587

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 22(4) u l-Artikolu 23(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Grad għoli ta' trasparenza huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-investituri jkunu infurmati b'mod adegwat dwar il-livell veru tat-tranżazzjonijiet attwali u potenzjali fl-ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż (ETFs, exchange-traded funds), ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn, irrispettivament minn jekk dawk it-tranżazzjonijiet iseħħux fi swieq regolati, faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali (MTF, multilateral trading facilities), u minn internalizzaturi sistematiċi, jew barra minn dawk il-faċilitajiet. Dan il-grad għoli ta' trasparenza għandu jiżgura wkoll li l-proċess tal-iskoperta tal-prezz fir-rigward ta' strumenti finanzjarji partikolari nnegozjati f'ċentri tan-negozjar differenti ma jiġix imfixkel mill-frammentazzjoni tal-likwidità, u b'hekk l-investituri ma jiġux ippenalizzati.

(2)

Fl-istess ħin, huwa essenzjali li jiġi rikonoxxut li jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn ikollhom jiġu pprovduti eżenzjonijiet mit-trasparenza ta' qabel in-negozjar jew differimenti minn obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar, sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-likwidità bħala konsegwenza mhux intenzjonata ta' obbligi biex jiġu żvelati ordnijiet u tranżazzjonijiet u b'hekk jagħmlu pożizzjonijiet ta' riskji pubbliċi. Għalhekk, huwa l-każ li jiġu speċifikati ċ-ċirkustanzi preċiżi taħt liema jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mit-trasparenza ta' qabel in-negozjar u differimenti mit-trasparenza ta' wara n-negozjar.

(3)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma relatati mill-qrib peress li jittrattaw mar-rekwiżiti ta' trasparenza applikabbli għaċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess effiċjenti għall-partijiet interessati, b'mod partikolari dawk li huma soġġetti għall-obbligi, huwa l-każ li jiġu inklużi f'Regolament wieħed.

(4)

Meta l-awtoritajiet kompetenti jagħtu eżenzjonijiet fir-rigward ta' rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar jew jawtorizzaw id-differiment ta' obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar, huma għandhom jittrattaw is-swieq regolati kollha, il-faċilitajiet ta' negozjar multilaterali u d-ditti tal-investiment li jinnegozjaw barra minn ċentri tan-negozjar b'mod ugwali u mhux diskriminatorju.

(5)

Huwa l-każ li tiġi prevista kjarifika ta' numru limitat ta' termini tekniċi. Dawk id-definizzjonijiet tekniċi huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Unjoni tad-dispożizzjonijiet inklużi f'dan ir-Regolament u, għalhekk, jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' ġabra unika tar-regoli għas-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Dawk id-definizzjonijiet huma purament funzjonali għall-finijiet tal-istabbiliment tal-obbligi ta' trasparenza għall-ekwità u għal strumenti finanzjarji simili għal ekwità u għandhom ikunu strettament limitati għal fehim ta' dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 idaħħal fl-ambitu tar-reġim ta' trasparenza strumenti simili għal ekwità bħal irċevuti tad-depożiti, ETFs u ċertifikati, kif ukoll ishma u strumenti simili għal ekwità oħra nnegozjati biss f'MTF. Sabiex jiġi stabbilit reġim ta' trasparenza komprensiv u uniformi huwa meħtieġ li jiġi kkalibrat il-kontenut tal-informazzjoni ta' qabel in-negozjar li għandu jsir pubbliku miċ-ċentri tan-negozjar.

(7)

Ċentru tan-negozjar li jkun qed iħaddem sistema ta' talba għal kwotazzjoni (RFQ, request for quote) għandu minn tal-inqas jippubblika l-offerti tad-ditta u l-prezzijiet tal-offerta jew l-indikazzjonijiet azzjonabbli tal-interess u l-intensità mehmuża ma' dawk il-prezzijiet sa mhux aktar tard miż-żmien meta dak li jagħmel it-talba jkun jista' jeżegwixxi tranżazzjoni skont ir-regoli tas-sistema. Dan għandu jsir biex jiġi żgurat li membri jew parteċipanti li jkunu qegħdin jipprovdu l-kwotazzjonijiet tagħhom lil dak li qiegħed jagħmel it-talba l-ewwel, ma jkunux fi żvantaġġ.

(8)

Il-metodoloġija speċifika u d-dejta meħtieġa biex jitwettqu kalkoli għall-iskop tal-ispeċifikazzjoni tar-reġim tat-trasparenza applikabbli għal ekwità u strumenti finanzjarji simili għal ekwità għandhom jiġu applikati flimkien mal-elementi komuni fir-rigward tal-kontenut u l-frekwenza tat-talbiet għal dejta li għandhom jiġu indirizzati għal ċentri tan-negozjar, Arranġamenti Approvati għall-Pubblikazzjoni (APAs, Approved Publication Arrangements) u Fornituri ta' Tejps Ikkonsolidati (CTPs, Consolidated Tape Providers) għall-finijiet ta' trasparenza u kalkoli oħrajn stabbilti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/577 (2).

(9)

Ir-reġim ta' trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozjar stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu jkun ikkalibrat tajjeb għas-suq u applikat b'mod uniformi madwar l-Unjoni. B'mod partikolari, determinazzjoni statika tal-aktar swieq rilevanti f'termini ta' likwidità, id-daqsijiet tal-ordnijiet li huma kbar fl-iskala u d-daqsijiet tas-suq standard ma jaqbdux b'mod adegwat modifikazzjonijiet regolari ta' mudelli tan-negozjar li jaffettwaw l-ekwità u strumenti simili għal ekwità. Huwa għaldaqstant essenzjali li jiġu stabbiliti l-kalkoli meħtieġa li jridu jsiru, inkluż il-perjodi ta' żmien li jridu jitqiesu meta jsiru l-kalkoli u l-perjodi ta' żmien li matulhom ir-riżultati ta' dawn il-kalkoli huma applikabbli, il-metodi tal-kalkoli, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-kalkoli f'konformità mad-determinazzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti għall-fini tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 (3). F'dan ir-rigward, biex jiġu evitati l-effetti ta' distorsjoni tas-suq, il-perjodi tal-kalkoli għandhom jiżguraw li l-limiti massimi rilevanti tar-reġim huma aġġornati f'intervalli adatti biex jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq. Huwa xieraq ukoll li tkun prevista l-pubblikazzjoni ċċentralizzata tar-riżultati tal-kalkoli, sabiex b'hekk ikunu disponibbli għall-parteċipanti kollha tas-suq finanzjarju u l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni f'post uniku u b'mod faċli biex jintuża mill-utent. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bir-riżultati tal-kalkoli tagħhom u l-ESMA għandha tippubblika dawk il-kalkoli fuq is-sit web tagħha.

(10)

Sabiex jitwettqu l-kalkoli għad-determinazzjoni tar-rekwiżiti għat-trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozjar skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandhom jiġu żviluppati l-kontenut, il-frekwenza tat-talbiet għal dejta u l-formati u l-perjodu ta' żmien li fih ċentri tan-negozjar, APAs u CTPs għandhom iwieġbu għal talbiet bħal dawn f'konformità mal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Ir-riżultati tal-kalkoli magħmulin abbażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jeħtieġu li jiġu ppubblikati sabiex il-parteċipanti tas-suq ikunu infurmati b'dawk ir-riżultati u jiksbu trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozjar fil-prattika. Huwa xieraq ukoll li tkun prevista l-pubblikazzjoni ċċentralizzata tar-riżultati tal-kalkoli, sabiex b'hekk ikunu disponibbli għall-parteċipanti kollha tas-suq finanzjarju u l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni f'post uniku u b'mod faċli biex jintuża mill-utent. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) bir-riżultati tal-kalkoli tagħhom u mbagħad l-ESMA għandha tippubblika dawk il-kalkoli fuq is-sit web tagħha.

(11)

Għal ETFs, u għall-kuntrarju tal-ishma, irċevuti depożitarji, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn, il-fatturat medju ta' kuljum ma jidhirx bħala indikatur adattat għall-kalibrazzjoni tal-limiti massimi fuq skala kbira. Għal dawn l-istrumenti, il-miżura tal-likwidità attwali mhijiex maqbuda b'mod adegwat mill-fatturat medju ta' kuljum peress li l-mekkaniżmi ta' ħolqien u ta' tifdija inerenti għall-ETFs jippermettu l-aċċess għal likwidità addizzjonali u mhux esposta. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' evażjoni, huwa importanti wkoll li ż-żewġ ETFs fuq l-istess sottostanti jkollhom l-istess limiti massimi fuq skala kbira, irrispettivament minn jekk ikollhomx fatturat medju ta' kuljum simili jew le. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit limitu massimu uniku fuq skala kbira għall-ETFs kollha, li għandu japplika rrispettivament mis-sottostanti tagħhom jew mil-likwidità tagħhom.

(12)

L-informazzjoni li jeħtieġ li tkun disponibbli kemm jista' jkun qrib taż-żmien reali għandha tkun disponibbli bl-aktar mod immedjat teknikament possibbli, dejjem jekk wieħed jassumi livell raġonevoli ta' effiċjenza u ta' nefqa fuq sistemi min-naħa tal-persuna kkonċernata. L-informazzjoni għandha tkun ippubblikata biss qrib il-limitu massimu ta' żmien preskritt f'każijiet eċċezzjonali fejn is-sistemi disponibbli ma jippermettux pubblikazzjoni f'perjodu iqsar ta' żmien.

(13)

Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw id-dettalji ta' tranżazzjonijiet mwettqin barra minn ċentru tan-negozjar permezz ta' APA. Għalhekk, il-mod ta' kif id-ditti tal-investiment jirrappurtaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet lil APAs għandu jiġi stabbilit u dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw flimkien mar-rekwiżiti applikabbli għal APAs speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2017/571.

(14)

L-investituri jeħtieġ li jkollhom informazzjoni affidabbli u f'waqtha dwar il-livell ta' interess tan-negozjar fi strumenti finanzjarji. Informazzjoni dwar ċerti tipi ta' tranżazzjonijiet bħat-trasferiment ta' strumenti finanzjarji bħala kollateral, ma tipprovdix informazzjoni sinifikanti lill-investituri fir-rigward tal-livell ta' interess ta' negozjar ġenwin fi strument finanzjarju. Il-ħtieġa li d-ditti ta' investiment jippubblikaw dawk it-tranżazzjonijiet, tikkawża sfidi operattivi u kostijiet sinifikanti mingħajr titjib fil-proċess tal-formazzjoni tal-prezz. Għalhekk, l-obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar fir-rigward tat-tranżazzjonijiet eżegwiti barra minn ċentru tan-negozjar għandhom japplikaw biss fil-każ ta' xiri jew ta' bejgħ ta' ishma, riċevuta depożitorja, ETF, ċertifikat jew strumenti finanzjarji simili oħrajn. Huwa essenzjali li ċertu tranżazzjonijiet bħal dawk li jinvolvu l-użu ta' kwalunkwe strument bħal dan għal self kollaterali jew finijiet oħrajn fejn l-iskambju huwa ddeterminat minn fatturi oħrajn għajr il-valutazzjoni tas-suq attwali, ma għandhomx jiġu ppubblikati peress li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezz u jkun hemm ir-riskju li jikkonfondu lill-investitur u jfixklu l-aħjar eżekuzzjoni.

(15)

Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet eżegwiti barra mir-regoli ta' ċentru tan-negozjar, huwa essenzjali li jiġi ċċarat liema ditta ta' investiment għandha tippubblika tranżazzjoni f'każijiet fejn iż-żewġ partijiet għat-tranżazzjoni huma ditti ta' investiment stabbiliti fl-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet mingħajr duplikazzjoni. Għalhekk, ir-responsabbiltà li tranżazzjoni tiġi ppubblikata għandha taqa' dejjem fuq id-ditta ta' investiment li tbigħ, sakemm waħda mill-kontropartijiet biss tkun internalizzatur sistematiku u hija d-ditta tax-xiri.

(16)

Meta kontraparti waħda biss hija internalizzatur sistematiku fi strument finanzjarju partikolari u hija wkoll d-ditta tax-xiri għal dak l-istrument, din għandha tkun responsabbli biex tagħmel it-tranżazzjoni pubblika peress li l-klijenti tagħha jistennewha li tagħmel dan u tinsab f'pożizzjoni aħjar biex timla t-taqsima tar-rappurtar li ssemmi l-istatus tagħha ta' internalizzatur sistematiku. Sabiex jiġi żgurat li tranżazzjoni tiġi ppubblikata darba biss, l-internalizzatur sistematiku għandu jinforma lill-parti l-oħra li jkun sejjer jagħmel it-tranżazzjoni pubblika.

(17)

Huwa importanti li jinżammu l-istandards attwali għall-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet imwettqin bħala negozjar dahar ma' dahar (back-to-back trades) sabiex tiġi evitata l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjoni unika bħala negozjar multiplu u biex tiġi pprovduta ċertezza legali li fuqha ditta tal-investiment hija responsabbli għall-pubblikazzjoni ta' tranżazzjoni. Għalhekk, żewġ negozjati li jaqblu mdaħħla fl-istess ħin u għall-istess prezz ma' parti unika interposta għandhom jiġu ppubblikati bħala tranżazzjoni unika.

(18)

Sabiex jiġi żgurat li r-reġim regolatorju ta' trasparenza l-ġdid ikun jista' jaħdem b'mod effettiv, huwa l-każ li jiġu previsti l-ġbir ta' ċerta dejta u l-pubblikazzjoni bikrija tal-aktar swieq rilevanti f'termini ta' likwidità, id-daqsijiet tal-ordnijiet li huma ta' skala kbira, il-limiti massimi għal pubblikazzjoni differita u d-daqsijiet tas-swieq standard.

(19)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li r-reġim regolatorju ta' trasparenza l-ġdid ikun jista' jaħdem b'mod effettiv, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(20)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(21)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“negozjar tal-portafoll” tfisser tranżazzjonijiet f'ħames strumenti finanzjarji differenti jew aktar, fejn dawk it-tranżazzjonijiet huma nnegozjati fl-istess ħin mill-istess klijent u bħala lott uniku kontra prezz ta' referenza speċifiku;

(2)

“tranżazzjoni give-up” jew “tranżazzjoni give-in” tfisser tranżazzjoni fejn ditta tal-investiment tgħaddi negozjar tal-klijent, jew tirċievi negozjar tal-klijent minn, ditta tal-investiment oħra għall-iskop ta' pproċċessar ta' wara n-negozjar;

(3)

“tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli” tfisser tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli kif definit fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/577;

(4)

“internalizzatur sistematiku” tfisser ditta tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Artikolu 2

Tranżazzjonijiet li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezz

(L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Tranżazzjoni f'ishma ma tikkontribwixxix għall-proċess tal-iskoperta tal-prezz meta kwalunkwe ċirkostanza minn dawk li ġejjin tkun tapplika:

(a)

it-tranżazzjoni hija eżegwita b'referenza għal prezz li huwa kkalkulat fuq każijiet ta' żminijiet multipli skont punt referenzjarju partikolari, inkluż tranżazzjonijiet eżegwiti b'referenza għal prezz medju ppeżat skont il-volum jew prezz medju ppeżat skont iż-żmien;

(b)

it-tranżazzjoni hija parti minn negozjar tal-portafoll;

(c)

it-tranżazzjoni hija kontinġenti fuq ix-xiri, il-bejgħ, il-ħolqien jew it-tifdija ta' kuntratt derivattiv jew strument finanzjarju ieħor fejn il-komponenti kollha tan-negozjar għandhom jiġu eżegwiti biss bħala lott uniku;

(d)

it-tranżazzjoni hija eżegwita minn kumpanija tal-maniġment kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jew maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li tittrasferixxi s-sjieda benefiċjarja ta' ishma minn impriża tal-investiment kollettiva waħda għal oħra u fejn l-ebda ditta tal-investiment mhija parti għat-tranżazzjoni;

(e)

it-tranżazzjoni hija tranżazzjoni give-up jew tranżazzjoni give-in;

(f)

l-għan tat-tranżazzjoni huwa t-trasferiment tal-ishma bħala kollaterali fi tranżazzjonijiet bilaterali jew fil-kuntest ta' marġini kontroparti ċentrali (CCP, central counterparty) jew rekwiżiti kollaterali jew bħala parti mill-proċess ta' mmaniġġjar ta' inadempjenza ta' CCP;

(g)

it-tranżazzjoni tirriżulta fil-forniment ta' ishma fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' bonds konvertibbli, opzjonijiet, garanziji koperti jew derivattivi simili oħrajn;

(h)

it-tranżazzjoni hija tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli;

(i)

it-tranżazzjoni hija mwettqa skont ir-regoli jew proċeduri ta' ċentru tan-negozjar, CCP jew depożitorju ċentrali tat-titoli biex isir xiri sfurzat ta' tranżazzjonijiet mhux saldati f'konformitá mar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

KAPITOLU II

TRASPARENZA TA' QABEL IN-NEGOZJAR

Taqsima 1

Trasparenza ta' qabel in-negozjar għaċ-ċentri ta' negozjar

Artikolu 3

Obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar

(L-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-firxa tal-prezzijiet attwali tad-domanda u l-offerta u l-profondità tal-interessi ta' negozjar ta' dawk il-prezzijiet. L-informazzjoni għandha ssir pubblika f'konformità mat-tip tas-sistemi ta' negozjar li joperaw kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I.

2.   Ir-rekwiżiti ta' trasparenza msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe “indikazzjoni azzjonabbli tal-interessi” kif definit fl-Artikolu 2(1)(33) u f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 4

L-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità

(L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor, għandu jitqies li jkun iċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat fi ħdan l-Unjoni għal dak l-istrument finanzjarju.

2.   Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-aktar swieq rilevanti f'termini ta' likwidità skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw il-fatturat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 17(4) fir-rigward ta' kull strument finanzjarju fir-rigward ta' liema huma l-awtoritajiet kompetenti u għal kull ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju huwa nnegozjat.

3.   Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

għandu jinkludi, għal kull ċentru tan-negozjar, tranżazzjonijiet eżegwiti skont ir-regoli ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar, minbarra prezz ta' referenza u t-tranżazzjonijiet innegozjati indikati kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness I u tranżazzjonijiet eżegwiti abbażi ta' mill-inqas ordni waħda li bbenefikat minn eżenzjoni fuq skala kbira u fejn id-daqs tat-tranżazzjoni huwa ogħla mil-limitu massimu fuq skala kbira applikabbli kif iddeterminat skont l-Artikolu 7;

(b)

għandu jkopri kemm is-sena kalendarja preċedenti jew, fejn applikabbli, il-perjodu tas-sena kalendarja preċedenti li matulha l-istrument finanzjarju kien ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar u ma kienx sospiż min-negozjar.

4.   Sakemm l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal strument finanzjarju speċifiku huwa ddeterminat skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafi 1 sa 3, l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għandu jkun iċ-ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju huwa ammess l-ewwel darba għan-negozjar jew nnegozjat l-ewwel.

5.   Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn li kienu ammessi għan-negozjar jew innegozjati l-ewwel f'ċentru tan-negozjar erba' ġimgħat jew inqas qabel it-tmiem tas-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 5

Karatteristiċi speċifiċi ta' tranżazzjonijiet innegozjati

(Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Tranżazzjoni nnegozjata f'ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħrajn għandhom jitqiesu bħala tranżazzjoni li hija nnegozjata b'mod privat iżda rrappurtata skont ir-regoli ta' ċentru tan-negozjar u fejn tapplika kwalunkwe ċirkustanza minn dawn li ġejjin:

(a)

żewġ membri jew parteċipanti ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar huma involuti fi kwalunkwe waħda mill-kapaċitajiet li ġejjin:

(i)

wieħed jinnegozja f'ismu stess meta l-ieħor jaġixxi f'isem klijent;

(ii)

it-tnejn li huma jinnegozjaw f'isimhom;

(iii)

it-tnejn li huma jaġixxu f'isem klijent;

(b)

membru wieħed jew parteċipant wieħed ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar huwa kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

jaġixxi f'isem kemm ix-xerrej kif ukoll il-bejjiegħ;

(ii)

jinnegozja f'ismu stess fil-konfront ta' ordni ta' klijent.

Artikolu 6

Tranżazzjonijiet innegozjati soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz tas-suq kurrenti

(Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Tranżazzjoni nnegozjata f'ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn, għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet għajr il-prezz tas-suq kurrenti tal-istrument finanzjarju fejn tapplika kwalunkwe ċirkustanza minn dawn li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjoni hija eżegwita b'referenza għal prezz li huwa kkalkolat fuq każijiet ta' żminijiet multipli skont punti referenzjarji partikolari, inkluż tranżazzjonijiet eżegwiti b'referenza għal prezz medju ppeżat bil-volum jew prezz medju ppeżat biż-żmien;

(b)

it-tranżazzjoni hija parti minn negozjar tal-portafoll;

(c)

it-tranżazzjoni hija kontinġenti fuq ix-xiri, il-bejgħ, il-ħolqien jew it-tifdija ta' kuntratt derivattiv jew strument finanzjarju ieħor fejn il-komponenti kollha tan-negozjar huma maħsuba li jiġu eżegwiti bħala lott uniku;

(d)

it-tranżazzjoni hija eżegwita minn kumpanija tal-maniġment kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE li tittrasferixxi l-appartenenza benefiċjarja ta' strumenti finanzjarji minn impriża ta' investiment kollettiv waħda għal oħra u meta l-ebda ditta tal-investiment mhija parti għat-tranżazzjoni;

(e)

it-tranżazzjoni hija tranżazzjoni give-up jew tranżazzjoni give-in;

(f)

l-iskop tat-tranżazzjoni huwa t-trasferiment ta' strumenti finanzjarji bħala kollaterali fi tranżazzjonijiet bilaterali jew fil-kuntest ta' marġini ta' CCP jew ta' rekwiżiti kollaterali jew bħala parti mill-proċess ta' mmaniġġjar ta' inadempjenza ta' CCP;

(g)

it-tranżazzjoni tirriżulta fil-forniment ta' strumenti finanzjarji fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' bonds konvertibbli, opzjonijiet, garanziji koperti jew derivattivi finanzjarji simili oħrajn;

(h)

it-tranżazzjoni hija tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli;

(i)

it-tranżazzjoni hija mwettqa skont ir-regoli jew il-proċeduri ta' ċentru tan-negozjar, CCP jew depożitorju ċentrali tat-titoli biex isir xiri sfurzat ta' tranżazzjonijiet mhux issaldati skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014;

(j)

kwalunkwe tranżazzjoni oħra ekwivalenti għal waħda minn dawk deskritti fil-punti (a) sa (i) peress li hija kontinġenti fuq il-karatteristiċi tekniċi li mhumiex relatati mal-valwazzjoni tas-suq attwali tal-istrument finanzjarju nnegozjat.

Artikolu 7

Ordnijiet li huma kbar fl-iskala

(L-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Ordni fir-rigward ta' sehem, irċevuta tad-depożiti, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandha titqies li hija kbira fl-iskala meta l-ordni hija daqs jew akbar mid-daqs minimu tal-ordnijiet imniżżlin fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II.

2.   Ordni fir-rigward ta' ETF għandha titqies bħala li hija kbira fl-iskala meta l-ordni hija daqs jew akbar minn EUR 1 000 000.

3.   Għall-fini tad-determinazzjoni ta' ordnijiet li huma kbar fl-iskala, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw, f'konformità mal-paragrafu 4, il-fatturat medju ta' kuljum fir-rigward tal-ishma, irċevuti depożitarji, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn innegozjati f'ċentru tan-negozjar.

4.   Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

għandu jinkludi tranżazzjonijiet eżegwiti fl-Unjoni fir-rigward tal-istrument finanzjarju, kemm jekk kienu nnegozjati f'ċentru tan-negozjar kif ukoll jekk innegozjati barra;

(b)

għandu jkopri l-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja preċedenti u jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti jew, fejn applikabbli, dik il-parti tas-sena kalendarja li matulha l-istrument finanzjarju kien ammess għan-negozjar jew kien innegozjat f'ċentru tan-negozjar u ma kienx sospiż min-negozjar.

Il-paragrafi 3 u 4 ma għandhomx japplikaw għal ishma, irċevuti depożitarji, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħrajn li kienu ammessi l-ewwel darba għan-negozjar jew innegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar erba' ġimgħat jew inqas qabel it-tmiem tas-sena kalendarja preċedenti.

5.   Diment li l-prezz jew kundizzjonijiet rilevanti oħrajn għall-eżekuzzjoni ta' ordni ma jkunux emendati, l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandha tkompli tapplika fir-rigward ta' ordni li hija kbira fl-iskala meta tiddaħħal f'reġistru tal-ordnijiet iżda li, wara eżekuzzjoni parzjali, taqa' taħt il-limitu massimu applikabbli għal dak l-istrument finanzjarju kif iddeterminat f'konformità mal-paragrafi 1 u 2.

6.   Qabel ma sehem, irċevuta depożitarja, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor jiġi nnegozjat għal-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel stima tal-fatturat medju ta' kuljum għal dak l-istrument finanzjarju filwaqt li titqies kwalunkwe storja preċedenti ta' negozjar ta' dak l-istrument finanzjarju u ta' strumenti finanzjarji oħrajn li jitqiesu li għandhom karatteristiċi simili, u jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' dik l-istima.

7.   Il-fatturat medju ta' kuljum stmat imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jintuża għall-kalkolu tal-ordnijiet li huma kbar fl-iskala matul perjodu ta' sitt ġimgħat wara d-data li fiha s-sehem, l-irċevuta depożitarja, iċ-ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor kienu ammessi għan-negozjar jew kienu nnegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar.

8.   L-awtorità kompetenti għandha tikkalkula u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-fatturat medju ta' kuljum bbażat fuq l-ewwel erba' ġimgħat ta' negozjar qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 7.

9.   Il-fatturat medju ta' kuljum imsemmi fil-paragrafu 8 għandu jintuża għall-kalkolu tal-ordnijiet li huma kbar fl-iskala u sakemm japplika fatturat medju ta' kuljum ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 3.

10.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-fatturat medju ta' kuljum għandu jiġi kkalkulat bid-diviżjoni tal-fatturat totali għal strument finanzjarju partikolari kif speċifikat fl-Artikolu 17(4) bin-numru tal-ġranet tan-negozjar fil-perjodu kkunsidrat. In-numru ta' ġranet tan-negozjar fil-perjodu kkunsidrat huwa n-numru ta' ġranet tan-negozjar fl-aktar swieq rilevanti f'termini ta' likwidità għal dak l-istrument finanzjarju kif iddeterminat skont l-Artikolu 4.

Artikolu 8

It-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmumin f'faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet

(L-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   It-tip ta' ordni miżmuma f'faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta' ċentru tan-negozjar sakemm tiġi żvelata li għaliha l-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar jistgħu jkunu eżentati, hija ordni li:

(a)

hija maħsuba li tkun żvelata lir-reġistru tal-ordnijiet imħaddem minn ċentru tan-negozjar u hija kontinġenti fuq kundizzjonijiet oġġettivi li huma definiti minn qabel mill-protokoll tas-sistema;

(b)

ma tistax tinteraġixxi ma' interessi ta' negozjar oħrajn qabel l-iżvelar lir-reġistru tal-ordnijiet imħaddem miċ-ċentru tan-negozjar;

(c)

ladarba tkun żvelata lir-reġistru tal-ordnijiet, tinteraġixxi ma' ordnijiet oħrajn f'konformità mar-regoli applikabbli għal ordnijiet ta' dak it-tip fil-ħin tal-iżvelar.

2.   Ordnijiet miżmuma f'faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta' ċentru tan-negozjar sakemm jiġu żvelati li fir-rigward tagħhom jistgħu jiġu eżentati l-obbligi ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar, meta jidħlu fis-seħħ u wara kwalunkwe emenda, għandhom ikollhom wieħed mid-daqsijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ ta' ordni ta' riżerva, daqs li huwa akbar minn jew ugwali għal EUR 10 000;

(b)

għall-ordnijiet l-oħrajn kollha, daqs li huwa akbar minn jew daqs il-kwantità negozjabbli minima stabbilita bil-quddiem mill-operatur tas-sistema skont ir-regoli u l-protokolli tiegħu.

3.   Ordni ta' riżerva kif imsemmija fil-paragrafu 2(a) għandha titqies bħala ordni tal-limitu li tikkonsisti f'ordni żvelata relatata ma' porzjon ta' kwantità u ordni mhux żvelata relatata mal-bqija tal-kwantità fejn il-kwantità mhux żvelata tista' tkun tiġi eżegwita biss wara r-rilaxx tagħha lir-reġistru tal-ordnijiet bħala ordni żvelata ġdida.

Taqsima 2

Trasparenza ta' qabel in-negozjar għall-internalizzaturi sistematiċi u ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra minn ċentru tan-negozjar

Artikolu 9

Arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta' kwotazzjoni vinkolanti

(L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Kwalunkwe arranġament li internalizzatur sistematiku jadotta sabiex ikun konformi mal-obbligu li jagħmel il-kwotazzjonijiet vinkolanti pubbliċi għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-arranġament jinkludi l-passi raġonevoli kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata tkun affidabbli, issorveljata kontinwament għall-iżbalji, u tkun korretta hekk kif jiġu skoperti l-iżbalji;

(b)

l-arranġament ikun konformi ma' arranġamenti tekniċi ekwivalenti għal dawk speċifikati għal Arranġamenti Approvati għall-Pubblikazzjoni (APAs, Approved Publication Arrangements) fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/571 li jiffaċilitaw il-konsolidiazzjoni tad-dejta b'dejta simili minn sorsi oħrajn;

(c)

l-arranġament jagħmel l-informazzjoni disponibbli lill-pubbliku fuq bażi mhux diskriminatorja;

(d)

l-arranġament jinkludi l-pubblikazzjoni tal-ħin meta ddaħħlu jew ġew emendati l-kwotazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 50 tad-Direttiva 2014/65/UE kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 (9).

Artikolu 10

Prezzijiet li jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq

(L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Il-prezzijiet ippubblikati minn internalizzatur sistematiku għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq meta dawn ikunu qrib fil-prezz, fil-ħin tal-pubblikazzjoni, għal kwotazzjonijiet ta' daqsijiet ekwivalenti għall-istess strument finanzjarju fuq l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif iddeterminat skont l-Artikolu 4 għal dak l-istrument finanzjarju.

Artikolu 11

Id-daqs tas-suq standard

(L-Artikolu 14(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Id-daqs tas-suq standard għal ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħrajn li għalihom hemm suq likwidu għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-valur medju ta' tranżazzjonijiet għal kull strument finanzjarju kkalkulat f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 u f'konformità mat-Tabella 3 tal-Anness II.

2.   Għall-iskop tad-determinazzjoni tad-daqs tas-suq standard li huwa applikabbli għal strument finanzjarju speċifiku kif stabbilit fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw il-valur medju ta' tranżazzjonijiet fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħrajn kollha nnegozjati f'ċentru tan-negozjar li għalihom hemm suq likwidu u fir-rigward ta' liema huma l-awtorità kompetenti.

3.   Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

għandu jqis it-tranżazzjonijiet eżegwiti fl-Unjoni fir-rigward tal-istrument finanzjarju kkonċernat, kemm jekk eżegwiti f'ċentru tan-negozjar jew barra;

(b)

għandu jkopri jew is-sena kalendarja preċedenti jew, fejn applikabbli, il-perjodu tas-sena kalendarja preċedenti li matulha l-istrument finanzjarju kien ammess għan-negozjar jew nnegozjat f'ċentru tan-negozjar u ma kienx sospiż min-negozjar;

(c)

għandu jeskludi tranżazzjonijiet kbar fl-iskala tan-negozjati ta' wara kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness I.

Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn li kienu ammessi għan-negozjar l-ewwel darba jew innegozjati l-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar erba' ġimgħat jew inqas qabel it-tmiem tas-sena kalendarja preċedenti.

4.   Qabel ma sehem, irċevuta depożitarja, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili oħrajn jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħti stima tal-fatturat medju ta' kuljum għal dak l-istrument finanzjarju filwaqt li titqies kwalunkwe storja preċedenti ta' negozjar ta' dak l-istrument finanzjarju u ta' strumenti finanzjarji oħrajn li jitqiesu li għandhom karatteristiċi simili, u jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' dik l-istima.

5.   Il-valur medju stmat ta' tranżazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 għandu jintuża bħala d-daqs standard tas-suq għal sehem, irċevuta depożitarja, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor matul perjodu ta' sitt ġimgħat wara d-data li fiha s-sehem, l-irċevuta depożitarja, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor kienu ammessi għall-ewwel darba għal negozjar jew kienu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar.

6.   L-awtorità kompetenti għandha tikkalkula u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-valur medju ta' tranżazzjonijiet bbażat fuq l-ewwel erba' ġimgħat ta' negozjar qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 5.

7.   Il-valur medju ta' tranżazzjonijiet fil-paragrafu 6 għandu japplika immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu u sakemm japplika valur medju ġdid ta' tranżazzjonijiet ikkalkulat f'konformità mal-paragrafi 2 u 3.

8.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-valur medju ta' tranżazzjonijiet għandu jiġi kkalkulat bid-diviżjoni tal-fatturat totali għal strument finanzjarju partikolari kif stabbilit fl-Artikolu 17(4) bin-numru totali ta' tranżazzjonijiet eżegwiti għal dak l-istrument finanzjarju fil-perjodu kkunsidrat.

KAPITOLU III

TRASPARENZA TA' WARA N-NEGOZJAR GĦAL ĊENTRI TA' NEGOZJAR U DITTI TA' INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW BARRA MINN ĊENTRU TAN-NEGOZJAR.

Artikolu 12

Obbligi ta' trasparenza ta' wara n-negozjar

(L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Operaturi tas-suq u ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar u ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra mir-regoli ta' ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw id-dettalji ta' kull tranżazzjoni billi japplikaw it-tabelli ta' referenza 2, 3 u 4 tal-Anness I.

2.   Meta rapport ta' negozjar ippubblikat qabel jiġi kkanċellat, ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra ċentru tan-negozjar u operaturi tas-suq u ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw rapport ta' negozjar ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport ta' negozjar oriġinali u l-markatura tal-kanċellazzjoni speċifikata fit-Tabella 4 tal-Anness I.

3.   Meta rapport ta' negozjar ippubblikat qabel jiġi emendat, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar u ditti ta' investiment li joperaw barra minn ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

rapport tan-negozjar ġdid, li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport ta' negozjar oriġinali u l-markatura tal-kanċellazzjoni speċifikata fit-Tabella 4 tal-Anness I;

(b)

rapport ta' negozjar ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport ta' negozjar oriġinali bid-dettalji meħtieġa kollha kkoreġuti u l-markatura tal-emenda speċifikata fit-Tabella 4 tal-Anness I.

4.   Meta tranżazzjoni bejn żewġ ditti tal-investiment hija konkluża barra mir-regoli ta' ċentru tan-negozjar, kemm jekk f'isimhom stess jew f'isem klijenti, id-ditta tal-investiment li tbigħ l-istrument finanzjarju kkonċernat biss għandha tippubblika t-tranżazzjoni permezz ta' APA.

5.   B'deroga mill-paragrafu 4, fejn waħda mid-ditti ta' investiment biss hi parti għat-tranżazzjoni hija internalizzatur sistematiku fl-istrument finanzjarju partikolari u tkun qed taġixxi bħala d-ditta tax-xiri, dik id-ditta biss għandha tippubblika t-tranżazzjoni permezz ta' APA, filwaqt li tinforma lill-bejjiegħ bl-azzjoni meħuda.

6.   Id-ditti ta' investiment għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li t-tranżazzjoni ssir pubblika bħala tranżazzjoni unika. Għal dak il-għan, żewġ innegozjar li jaqblu mdaħħla fl-istess ħin u għall-istess prezz ma' parti unika interposta għandhom jitqiesu bħala tranżazzjoni unika.

Artikolu 13

Applikazzjoni ta' trasparenza ta' wara n-negozjar għal ċerti tipi ta' tranżazzjonijiet eżegwiti barra minn ċentru tan-negozjar

(L-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

L-obbligu fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 m'għandux japplika għal dan li ġej:

(a)

tranżazzjonijiet esklużi elenkati taħt l-Artikolu 2(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (10) fejn applikabbli;

(b)

tranżazzjonijiet eżegwiti minn kumpanija tal-maniġment kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew maniġer tal-fond ta' investiment alternattiv kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE li jittrasferixxu l-appartenenza benefiċjarja ta' strumenti finanzjarji minn impriża ta' investiment kollettiv waħda għal oħra u meta l-ebda ditta tal-investiment mhija parti għat-tranżazzjoni;

(c)

tranżazzjonijiet give-up u tranżazzjonijiet give-in;

(d)

trasferimenti ta' strumenti finanzjarji bħala kollaterali fi tranżazzjonijiet bilaterali jew fil-kuntest ta' marġini ta' CCP jew rekwiżiti kollaterali jew bħala parti mill-proċess ta' mmaniġġjar tal-inadempjenza ta' CCP.

Artikolu 14

Pubblikazzjoni f'ħin reali ta' tranżazzjonijiet

(L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Għal tranżazzjonijiet li jseħħu f'ċentru tan-negozjar partikolari, l-informazzjoni ta' wara n-negozjar għandha tiġi ppubblikata fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

meta t-tranżazzjoni sseħħ matul il-ħinijiet tan-negozju ta' kuljum taċ-ċentru tan-negozjar, fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien minuta mit-tranżazzjoni rilevanti;

(b)

meta t-tranżazzjoni sseħħ barra mill-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum taċ-ċentru tan-negozjar, qabel il-ftuħ tal-jum li jmiss tan-negozjar għal dak iċ-ċentru tan-negozjar.

2.   Għal tranżazzjonijiet li jseħħu barra minn ċentru tan-negozjar, l-informazzjoni ta' wara n-negozjar għandha tiġi ppubblikata fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

meta t-tranżazzjoni sseħħ matul il-ħinijiet tan-negozju ta' kuljum tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 4 għas-sehem, l-irċevuta depożitarja, l-ETF, iċ-ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor ikkonċernati, jew matul il-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum tad-ditta tal-investiment, fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien minuta mit-tranżazzjoni rilevanti;

(b)

meta t-tranżazzjoni sseħħ fi kwalunkwe każ mhux kopert mill-punt (a), minnufih mal-bidu tal-ħinijiet ta' negozjar ta' kuljum tad-ditta tal-investiment u sa mhux aktar tard qabel il-ftuħ tal-jum ta' negozjar li jkun imiss tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 4.

3.   Informazzjoni relatata ma' negozjar tal-portafoll għandha ssir pubblika fir-rigward ta' kull tranżazzjoni kostitwenti fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli, b'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa għall-allokazzjoni tal-prezzijiet għal ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn partikolari. Kull tranżazzjoni kostitwenti għandha tiġi vvalutata separatament sabiex jiġi ddeterminat jekk il-pubblikazzjoni ddiferita fir-rigward ta' dik it-tranżazzjoni hijiex applikabbli skont l-Artikolu 15.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni ddiferita ta' tranżazzjonijiet

(L-Artikolu 7(1) u 20(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Meta awtorità kompetenti tawtorizza l-pubblikazzjoni ddifferita tad-dettalji ta' tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-operaturi tas-suq u d-ditti ta' investiment li jħaddmu ċentru tan-negozjar u ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra minn ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw kull tranżazzjoni sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu rilevanti stabbilit fit-Tabelli 4, 5 u 6 tal-Anness II sakemm il-kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

it-tranżazzjoni hija bejn ditta tal-investiment li tinnegozja f'isimha stess għajr permezz ta' negozjar matched principal u kontroparti oħra;

(b)

id-daqs tat-tranżazzjoni hija ugwali għal jew jaqbeż id-daqs kwalifikattiv minimu rilevanti speċifikat fit-Tabelli 4, 5 jew 6 tal-Anness II, skont il-każ.

2.   Id-daqs kwalifikattiv minimu rilevanti għall-finijiet tal-punt (b) fil-paragrafu 1 għandu jiġi ddeterminat skont il-fatturat medju ta' kuljum ikkalkulat kif imniżżel fl-Artikolu 7.

3.   Għal tranżazzjonijiet fir-rigward ta' liema hija permessa pubblikazzjoni ddifferita sat-tmiem tal-jum tan-negozjar kif speċifikat fit-Tabelli 4, 5 u 6 tal-Anness II, id-ditti ta' investiment li jinnegozjaw barra minn ċentru tan-negozjar u l-operaturi tas-suq u d-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw id-dettalji ta' dawk it-tranżazzjonijiet jew:

(a)

fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali possibbli wara t-tmiem tal-jum tan-negozjar li jinkludi l-irkant tal-għeluq, fejn applikabbli, għal tranżazzjonijiet eżegwiti aktar minn sagħtejn qabel it-tmiem tal-jum tan-negozjar;

(b)

mhux aktar tard min-nofsinhar ħin lokali fil-jum ta' negozjar li jkun imiss għat-tranżazzjonijiet li mhumiex koperti fil-punt (a).

Għat-tranżazzjonijiet li jseħħu barra minn ċentru tan-negozjar, ir-referenzi għal jiem tan-negozjar u rkanti tal-għeluq għandhom ikunu dawk tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 4.

4.   Meta tranżazzjoni bejn żewġ ditti ta' investiment hija eżegwita barra mir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar, l-awtorità kompetenti għall-fini tad-determinazzjoni tar-reġim ta' differiment applikabbli għandha tkun l-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment responsabbli biex tippubblika n-negozju permezz ta' APA skont il-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 12.

Artikolu 16

Ir-referenzi għal jum ta' negozjar u l-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum

1.   Referenza għal jum ta' negozjar fir-rigward ta' ċentru tan-negozjar għandha tkun referenza għal kwalunkwe jum li matulu dak iċ-ċentru tan-negozjar huwa miftuħ għan-negozjar.

2.   Referenza għal ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum ta' ċentru tan-negozjar jew ta' ditta ta' investiment għandha tkun referenza għall-ħinijiet li ċ-ċentru tan-negozjar jew d-ditta tal-investiment jistabbilixxu bil-quddiem u li jippubblikaw bħala l-ħinijiet ta' negozjar tagħhom.

3.   Referenza għall-ftuħ tal-jum tan-negozjar f'ċentru tan-negozjar partikolari għandha tkun referenza għall-bidu tal-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar.

4.   Referenza għall-għeluq tal-jum tan-negozjar f'ċentru tan-negozjar partikolari għandha tkun referenza għall-għeluq tal-ħinijiet tan-negozjar ta' kuljum ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-KALKOLI TA' QABEL IN-NEGOZJAR U TA' WARA N-NEGOZJAR

Artikolu 17

Metodoloġija, data tal-pubblikazzjoni u data tal-applikazzjoni tal-kalkoli ta' trasparenza

(L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

1.   Sa mhux aktar tard minn 14-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u sal-1 ta' Marzu ta' kull sena wara dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fir-rigward ta' kull strument finanzjarju li għalih huma l-awtorità kompetenti, jiġbru d-dejta, jikkalkulaw u jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

iċ-ċentru tan-negozjar li huwa l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif stabbilit fl-Artikolu 4(2);

(b)

il-fatturat medju ta' kuljum għall-fini tal-identifikazzjoni tad-daqs tal-ordnijiet li huma kbar fl-iskala kif stabbilit fl-Artikolu 7(3);

(c)

il-valur medju tat-tranżazzjonijiet għall-fini tad-determinazzjoni tad-daqs standard tas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 11(2).

2.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti ta' investiment, inkluż id-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(1) u l-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għal perjodu ta' 12-il xahar mill-1 ta' April tas-sena li fiha l-informazzjoni tiġi ppubblikata.

Meta l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu hija ssostitwita b'informazzjoni ġdida skont il-paragrafu 3 matul il-perjodu ta' 12-il xahar imsemmi hawnhekk, l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-swieq u d-ditti ta' investiment inklużi ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw dik l-informazzjoni l-ġdida għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(1) u l-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata skont il-paragrafu 1 tkun aġġornata fuq bażi regolari għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li l-bidliet kollha għal sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili speċifiċi li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-kalkoli preċedenti u l-informazzjoni ppubblikata jiġu inklużi f'aġġornamenti bħal dawn.

4.   Għall-finijiet tal-kalkoli msemmijin fil-paragrafu 1, il-fatturat fir-rigward ta' strument finanzjarju għandu jkun ikkalkulat billi jingħaddu r-riżultati tal-multiplikazzjoni, għal kull tranżazzjoni eżegwita matul perjodu ta' żmien definit, in-numru ta' unitajiet ta' dak l-istrument skambjat bejn il-bejjiegħa u x-xerrejja bil-prezz unitarju applikabbli għal tranżazzzjoni bħal din.

5.   Wara t-tmiem tal-jum tan-negozjar, iżda qabel it-tmiem tal-jum, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti d-dettalji mniżżlin fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness III, kull meta l-istrument finanzjarju huwa ammess għan-negozjar jew l-ewwel innegozjat f'dak iċ-ċentru tan-negozjar jew kull meta dawk id-dettalji li ġew sottomessi inbidlu.

Artikolu 18

Referenza għall-awtoritajiet kompetenti

(L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

L-awtorità kompetenti għal strument finanzjarju speċifiku responsabbli biex twettaq il-kalkoli u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 4, 7, 11 u 17 għandha tkun l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u speċifikata fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/571.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   B'deroga mill-Artikolu 17(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru d-dejta, jikkalkulaw u jiżguraw il-pubblikazzjoni immedjatament wara t-tlestija tagħhom f'konformità mal-perjodi ta' żmien li ġejjin:

(a)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data mhux inqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ir-riżultat tal-kalkoli mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data inkluża fil-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li jintemm fil-jum ta' qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ir-riżultat tal-kalkoli sa mhux aktar tard mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2.   Il-kalkoli msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu kif ġej:

(a)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data mhux inqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq dejta disponibbli għal perjodu ta' referenza ta' erbgħin ġimgħa li jibda tnejn u ħamsin ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data inkluża fil-perjodu li jibda mhux inqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jintemm mhux inqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq dejta disponibbli għall-ewwel erba' ġimgħat tal-perjodu ta' nnegozjar ta' dak l-istrument finanzjarju;

(c)

meta d-data li fiha l-istrumenti finanzjarji jkunu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fi ħdan l-Unjoni hija data inkluża fil-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jintemm fil-jum ta' qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq l-istorja tan-negozjar preċedenti ta' dawk l-istrumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji oħrajn meqjusa li għandhom karatteristiċi simili għal dawk l-istrumenti finanzjarji.

3.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-swieq u d-ditti ta' investiment, inkluż id-ditti ta' investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(1) u l-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għal perjodu ta' ħmistax-il xahar li jibda mid-data tal-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

4.   Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw dan li ġej fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2:

(a)

li l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 tibqa' adatta għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(1) u l-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

li l-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 hija aġġornata abbażi ta' perjodu itwal ta' negozjar u storja ta' negozjar aktar komprensiva, fejn meħtieġ.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Madankollu, l-Artikolu 19 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/577 tat-13 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-volum u l-provvediment ta' informazzjoni għall-finijiet ta' trasparenza u ta' kalkoli oħrajn (ara l-paġna 174 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta (ara l-paġna 126 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(6)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(7)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju (ara l-paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara l-paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

L-informazzjoni li għandha ssir pubblika

Tabella 1

Deskrizzjoni tat-tip ta' sistemi ta' negozjar u l-informazzjoni relatata li għandha ssir pubblika skont l-Artikolu 3

Tip ta' sistema ta' negozjar

Deskrizzjoni tas-sistema ta' negozjar

Informazzjoni li għandha ssir pubblika

Sistema ta' negozjar b'irkanti kontinwi permezz ta' ktieb tal-ordnijiet.

Sistema li permezz ta' ktieb tal-ordnijiet u algoritmu għan-negozjar li taħdem mingħajr intervent uman tqabbel l-ordnijiet tal-bejgħ mal-ordnijiet tax-xiri fuq il-bażi tal-aħjar prezz disponibbli fuq bażi kontinwa.

In-numru aggregat ta' ordnijiet u ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra li jirrappreżentaw f'kull livell ta' prezz għal mill-inqas l-aħjar ħames livelli ta' prezzijiet ta' xiri u ta' bejgħ.

Sistema ta' negozjar bbażata fuq il-kwotazzjonijiet

Sistema fejn it-tranżazzjonijiet jiġu konklużi fuq il-bażi ta' kwotazzjonijiet sodi li jitqiegħdu kontinwament għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti, li teħtieġ li l-ġeneraturi tas-suq iżommu l-kwotazzjonijiet f'daqs li jibbilanċja l-ħtiġiet tal-membri u tal-parteċipanti biex jagħmlu negozju fi kwantitajiet kummerċjali u bir-riskju li għalihom jesponi ruħu l-ġeneratur tas-suq.

L-aqwa prezz ta' xiri u ta' bejgħ ta' kull ġeneratur tas-suq f'ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra negozjati f'sistema ta' negozju, flimkien mal-volumi marbuta ma' dawk il-prezzijiet.

Il-kwotazzjonijiet li saru pubbliċi għandhom ikunu dawk li jirrappreżentaw impenji vinkolanti sabiex jinxtraw u jinbiegħu l-istrumenti finanzjarji u li jindikaw il-prezz u l-volum ta' strumenti finanzjarji fejn il-ġeneraturi tas-suq irreġistrati jkunu lesti jbigħu jew jixtru. Madankollu, f'kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-swieq, il-prezzijiet indikattivi jew, ta' xiri jew ta' bejgħ biss, jistgħu jkunu permessi għal perjodu limitat.

Sistema ta' negozjar bi rkant perjodiku

Sistema li tqabbel l-ordnijiet fuq il-bażi ta' rkant perjodiku u algoritmu ta' negozjar imħaddma mingħajr l-intervent uman.

Il-prezz li bih is-sistema tan-negozjar bi rkant tissodisfa bl-aħjar mod l-algoritmu tan-negozjar tagħha fir-rigward tal-ishma, ir-riċevuti depożitarji, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f'sistema ta' negozjar u l-volum li potenzjalment jista' jitwettaq b'dak il-prezz mill-parteċipanti f'dik is-sistema.

Sistema ta' negozjar b'talbiet għal kwotazzjonijiet

Sistema ta' negozjar fejn kwotazzjoni jew kwotazzjonijiet huma pprovduti bi tweġiba għal talba ta' kwotazzjoni ppreżentata minn membru jew parteċipant jew iktar. Il-kwotazzjoni hija eżegwibbli biss mill-membru jew mill-parteċipant tar-rikjesta. Il-membru jew il-parteċipant tar-rikjesta jista' jikkonkludi tranżazzjoni billi jaċċetta l-kwotazzjoni jew il-kwotazzjonijiet ipprovduti lilu b'talba.

Il-kwotazzjonijiet u l-volumi mehmuża minn kull membru jew parteċipant li, jekk jiġu aċċettati, jwasslu għal tranżazzjoni skont ir-regoli tas-sistema. Il-kwotazzjonijiet kollha mressqa bi tweġiba għal talba għal kwotazzjoni jistgħu jiġu ppubblikati fl-istess ħin, iżda mhux iktar tard minn meta jsiru eżegwibbli.

Kwalunkwe sistema oħra ta' negozjar

Kwalunkwe tip ieħor ta' sistema ta' negozjar, inkluża sistema ibrida li jaqgħu taħt żewġ tipi ta' sistemi tan-negozjar jew aktar msemmija f'din it-tabella.

Informazzjoni adegwata rigward il-livell tal-ordnijiet jew tal-kwotazzjonijiet u tal-interess tan-negozjar fir-rigward ta' ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f'sistema ta' negozjar; b'mod partikolari, l-aqwa ħames livelli ta' prezzijiet ta' xiri u ta' bejgħ u/jew kwotazzjonijiet fuq iż-żewġ naħat ta' kull ġeneratur tas-suq f'dak l-instrument, jekk il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' skoperta tal-prezz tippermetti dan.


Tabella 2

Tabella tas-simboli għat-Tabella 3

Simbolu

Tip ta' dejta

Definizzjoni

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{CURRENCYCODE_3}

karattri alfanumeriċi 3

kodiċi tal-munita bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-munita ISO 4217

{DATE_TIME_FORMAT}

Il-format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJTss:mm:ss.ddddddZ.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li l-ittra “T” għandha tintuża

“ss” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa ċifri n b'kollox, li minnhom sa ċifri m jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

iċ-ċifri negattivi għandhom il-prefissi “–” (minus);

Fejn japplika, il-valuri għandhom jiġu arrotondati u mhux maqtugħa.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166.

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.


Tabella 3

Lista ta' dettalji għall-fini ta' trasparenza ta' wara n-negozjar

Identifikatur tal-kaxxa

Deskrizzjoni u dettalji li jridu jiġu ppubblikati

Tip ta' eżekuzzjoni jew post tal-pubblikazzjoni

Format li għandu jimtela kif definit fit-Tabella 2

Id-data u l-ħin tan-negozjar

Id-data u l-ħin meta ġiet eżegwita t-tranżazzjoni.

Għal transazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, il-livell ta' granularità għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin meta l-partijiet jiftiehmu l-kontenut ta' dawn il-kaxxi li ġejjin: kwantità, prezz, il-minuti fil-kaxxi 31, 34 u 44 kif speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590, il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument, il-klassifikazzjoni tal-istrument u l-kodiċi tal-istrument sottostanti, fejn ikun applikabbli. Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f'ċentru tan-negozjar il-ħin rrappurtat għandu jkun preċiż għal mill-inqas l-eqreb sekonda.

Meta t-tranżazzjoni tirriżulta minn ordni trażmessa minn ditta ta' esekuzzjoni f'isem il-klijent lil parti terza meta l-kundizzjonijiet ta' trasmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590 ma kinux ġew issodisfati, din għandha tkun id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni aktar milli l-ħin tat-trażmissjoni tal-ordnijiet.

Suq Regolat (RM), Faċilitajiet Multilaterali tan-Negozjar (MTF), Faċilità Organizzata tan-Negozjar (OTF)

Arranġament Approvat ta' Pubblikazzjoni (APA)

Fornitur ta' informazzjoni konsolidata (CTP)

{DATE_TIME_FORMAT}

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

RM, MTF

APA

CTP

{ISIN}

Prezz

Il-prezz ta' negozjar tat-tranżazzjoni ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax dovut.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

Meta l-prezz attwalment mhux disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun “PNDG”.

Fejn il-prezz mhuwiex applikabbli l-kaxxa m'għandhiex timtela.

L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-parti tal-Kwantità.

RM, MTF

APA

CTP

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz

Prezz tal-munita

Il-munita li biha jiġi espress il-prezz (applikabbli jekk il-prezz huwa espress bħala valur monetarju).

RM, MTF

APA

CTP

{CURRENCYCODE_3}

Kwantità

Għadd ta' unitajiet tal-istrumenti finanzjarji.

Il-valur nominali jew monetarju tal-istrument finanzjarju.

L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-kaxxa tal-Prezz.

RM, MTF

APA

CTP

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala unitajiet ta' numru

{DECIMAL-18/5} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

Ċentru tal-eżekuzzjoni

L-identifikazzjoni tas-sit fejn ġiet eżegwita t-tranżazzjoni.

Uża l-MIC tas-segment ISO 10383 għal transazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar,. Fejn is-segment MIC ma jeżistix, uża l-MIC li jaħdem.

Uża kodiċi MIC “XOFF” għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar, fejn it-tranżazzjoni fuq dak l-istrument finanzjarju ma tkunx eżegwita f'post ta' negozjar, internalizzatur sistematiku jew pjattaforma tan-negozjar organizzata barra l-Unjoni.

Uża SINT għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar, fejn it-tranżazzjoni fuq dak l-istrument finanzjarju hija eżegwita fuq Internalizzatur Sistematiku.

RM, MTF

APA

CTP

ċentri tan-negozjar: {MIC}

Internalizzaturi sistematiċi: “SINT”

Id-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni

Id-data u l-ħin meta t-tranżazzjoni ġiet ippubblikata minn ċentru tan-negozjar jew APA.

Għal transazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, il-livell ta' granularità għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin għandhom ikunu preċiżi sa mill-inqas l-eqreb sekonda.

RM, MTF

APA

CTP

{DATE_TIME_FORMAT}

Post tal-pubblikazzjoni

Il-kodiċi użat sabiex jiġi identifikat il-post tan-negozjar jew l-APA li tippubblika t-tranżazzjoni.

CTP

ċentru tan-negozjar: {MIC}

APA: ISO 10383 segment MIC (4 karattri) fejn disponibbli. Inkella, kodiċi b' 4 karattri kif ippubblikat fil-lista ta' fornituri ta' servizzi ta' rappurtar tad-dejta fuq is-sit elettroniku tal-ESMA.

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni

Kodiċi alfanumeriku assenjat minn ċentri tan-negozjar (skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 (1)) u APAs u użati f'kwalunkwe referenza għan-negozjar speċifiku.

Il-kodiċi tal-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC ta' segment skont ISO10383 u għal kull jum ta' negozjar. Fejn iċ-ċentru tan-negozjar ma jużax MICs ta' segment, il-kodiċi tal-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC operativ għal kull jum ta' negozjar.

Fejn l-APA ma jużax MICs, għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull kodiċi b'4 karattri użati biex jidentifikaw l-APA għal kull jum ta' negozjar.

Il-komponenti tal-kodiċi tal-identifikazzjoni ta' tranżazzjoni ma għandhomx jiżvelaw l-identità tal-kontropartijiet tat-tranżazzjoni li għalih il-kodiċi jkun qiegħed jinżamm.

RM, MTF

APA

CTP

{ALPHANUM-52}


Tabella 4

Lista ta' indikaturi għall-fini ta' trasparenza ta' wara n-negozjar

Indikatur

Isem

Tip ta' eżekuzzjoni jew post tal-pubblikazzjoni

Deskrizzjoni

“BENC”

Indikatur ta' tranżazzjonijiet ta' riferiment

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti b'referenza għal prezz li huwa kkalkulat fuq diversi istanzi ta' żmien skont referenzjarju partikolari, bħalma huwa l-prezz medju ponderat skont il-volum jew il-prezz medju skont il-ħin.

“ACTX”

Indikatur ta' tranżazzjonijiet tat-tip agency cross

APA

CTP

Tranżazzjonijiet fejn ditta tal-investiment ġabet flimkien l-ordnijiet tal-klijenti max-xiri u l-bejgħ imwettqa bħala tranżazzjoni waħda u li jinvolvu l-istess volum u prezz.

“NPFT”

Indikatur ta' tranżazzjoni ta' prezz mhux iffurmat

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn fatturi oħra għajr il-valutazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju kif elenkat taħt l-Artikolu 13.

“TNCP”

Indikatur ta' tranżazzjonijiet li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet għall-finijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjoni li ma tikkontribwixxix għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet għall-finijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u kif stabbilit fl-Artikolu 2.

“SDIV”

Indikatur ta' tranżazzjoni ta' dividend speċjali

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet li huma jew:

 

eżegwiti matul il-perjodu ex-dividend fejn id-dividend jew forma oħra ta' distribuzzjoni dovuta lix-xerrej minflok lil bejjiegħ; jew

 

eżegwiti matul il-perjodu tal-cum-dividend fejn id-dividend jew forma oħra ta' distribuzzjoni tkun dovuta lil bejjiegħ minflok lix-xerrej;

“LRGS”

Indikatur ta' tranżazzjoni fuq skala kbira ta' wara n-negozjar

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet li huma fuq skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq li għalihom il-pubblikazzjoni differita hija permessa skont l-Artikolu 15.

“RFPT”

Indikatur ta' tranżazzjoni bi prezz ta' referenza

RM, MTF

CTP

Transazzjonijiet li huma eżegwiti skont sistemi li joperaw skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

“NLIQ”

Indikatur ta' tranżazzjoni nnegozjata fi strumenti finanzjarji likwidi

RM, MTF

CTP

Transazzjonijiet eżegwiti skont l-Artikolu 4(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

“OILQ”

Indikatur ta' tranżazzjoni nnegozjata fi strumenti finanzjarji illikwidi

RM, MTF

CTP

Transazzjonijiet eżegwiti skont l-Artikolu 4(1)(b)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

“PRIC”

Indikatur ta' tranżazzjoni nnegozjata suġġetta għal kundizzjonijiet oħrajn għajr il-prezz kurrenti tas-suq

RM, MTF

CTP

Transazzjonijiet eżegwiti skont l-Artikolu 4(1)(b)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u kif stabbilit fl-Artikolu 6.

“ALGO”

Indikatur ta' tranżazzjoni ta' algoritmu

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti bħala riżultat ta' ditta ta' investiment li tkun impenjata f'negozjar algoritmiku kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(39) tad-Direttiva 2014/65/UE.

“SIZE”

Indikatur ta' tranżazzjoni ogħla mid-daqs standard tas-suq

APA

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti fuq internalizzatur sistematiku fejn id-daqs ta' ordni li jmiss kienet ogħla mid-daqs standard tas-suq kif stabbilit skont l-Artikolu 11.

“ILQD”

Indikatur ta' tranżazzjoni ta' strument illikwidu

APA

CTP

Tranżazzjonijiet fi strumenti illikwidi kif determinat skont l-Artikoli minn 1 sa 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 (2) eżegwiti fuq internalizzatur sistematiku.

“RPRI”

Indikatur ta' tranżazzjonijiet li jkunu rċevew titjib fil-prezz

APA

CTP

Transazzjonijiet eżegwiti taħt internalizzatur sistematiku b'titjib tal-prezz skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

“CANC”

Indikatur ta' kanċellazzjoni

RM, MTF

APA

CTP

Meta tranżazzjoni ppublikata qabel tiġi mħassra.

“AMND”

Indikatur ta' emenda

RM, MTF

APA

CTP

Meta tranżazzjoni ppublikata qabel hija emendata.

“DUPL”

Indikatur ta' rapporti duplikati ta' negozjar

APA

Meta tranżazzjoni tiġi rrappurtata lil aktar minn APA wieħed skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/571.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għaż-żamma tad-dejta rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji (ara l-paġna 193 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni ta' portafolli u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet (ara l-paġna 90 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS II

Ordnijiet ta' skala kbira meta kkomparati mad-daqs normali tas-suq, id-daqsijiet standard tas-suq u l-pubblikazzjonijiet differiti u dewmien

Tabella 1

Ordnijiet ta' skala kbira meta mqabblin mad-daqs normali tas-suq għall-ishma u riċevuti depożitarji

Id-dħul medju ta' kuljum (ADT) f'EUR

ADT < 50 000

50 000 ≤ ADT < 100 000

100 000 ≤ ADT < 500 000

500 000 ≤ ADT < 1 000 000

1 000 000 ≤ ADT < 5 000 000

5 000 000 ≤ ADT < 25 000 000

25 000 000 ≤ ADT < 50 000 000

50 000 000 ≤ ADT < 100 000 000

ADT ≥ 100 000 000

Id-daqs minimu ta' ordnijiet li jikkwalifikaw bħala skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq f'EUR

15 000

30 000

60 000

100 000

200 000

300 000

400 000

500 000

650 000


Tabella 2

Ordnijiet ta' skala kbira meta mqabbla maċ-ċertifikati tad-daqs normali tas-suq għall-ishma u strumenti finanzjarji simili oħra

Id-dħul medju ta' kuljum (ADT) f'EUR

ADT < 50 000

ADT ≥ 50 000

Id-daqs minimu ta' ordnijiet li jikkwalifikaw bħala skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq f'EUR

15 000

30 000


Tabella 3

Id-daqsijiet standard tas-suq

Valur medju ta' tranżazzjonijiet (AVT) f'EUR

AVT < 20 000

20 000 ≤ AVT < 40 000

40 000 ≤ AVT < 60 000

60 000 ≤ AVT < 80 000

80 000 ≤ AVT < 100 000

100 000 ≤ AVT < 120 000

120 000 ≤ AVT < 140 000

Eċċ.

Id-daqs standard tas-suq

10 000

30 000

50 000

70 000

90 000

110 000

130 000

Eċċ.


Tabella 4

Il-limiti tal-pubblikazzjonijiet iddiferiti u d-dewmien għall-ishma u r-riċevuti depożitarji

Id-dħul medju ta' kuljum (ADT) f'EUR

Id-daqs minimu ta' kwalifika tat-tranżazzjoni għad-dewmien permess f'EUR

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni wara t-tranżazzjoni

> 100 m

10 000 000

60 minuta

20 000 000

120 minuta

35 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

50 m–100 m

7 000 000

60 minuta

15 000 000

120 minuta

25 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

25 m–50 m

5 000 000

60 minuta

10 000 000

120 minuta

12 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

5 m–25 m

2 500 000

60 minuta

4 000 000

120 minuta

5 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

1 m–5 m

450 000

60 minuta

750 000

120 minuta

1 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

500 000 –1 m

75 000

60 minuta

150 000

120 minuta

225 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

100 000 –500 000

30 000

60 minuta

80 000

120 minuta

120 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

50 000 –100 000

15 000

60 minuta

30 000

120 minuta

50 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

< 50 000

7 500

60 minuta

15 000

120 minuta

25 000

Tmien tal-jum ta' negozjar


Tabella 5

Il-limiti u d-dewmien tal-pubblikazzjonijiet iddiferiti għal ETFs

Id-daqs minimu ta' kwalifika tat-tranżazzjoni għad-dewmien permess f'EUR

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni wara t-tranżazzjoni

10 000 000

60 minuta

50 000 000

Tmien tal-jum ta' negozjar


Tabella 6

Il-limiti u d-dewmien tal-pubblikazzjonijiet iddiferiti għal ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

Id-dħul medju ta' kuljum (ADT) f'EUR

Id-daqs minimu ta' kwalifika tat-tranżazzjoni għad-dewmien permess f'EUR

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni wara t-tranżazzjoni

ADT < 50 000

15 000

120 minuta

30 000

Tmien tal-jum ta' negozjar

ADT ≥ 50 000

30 000

120 minuta

60 000

Tmien tal-jum ta' negozjar


ANNESS III

Id-dejta ta' referenza li għandha tkun ipprovduta għall-fini tal-kalkoli tat-trasparenza

Tabella 1

Tabella ta' simboli

Simbolu

Tip ta' Dejta

Definizzjoni

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383


Tabella 2

Dettalji tad-dejta ta' referenza li għandha tkun ipprovduta għall-fini tal-kalkoli tat-trasparenza

#

Kaxxa

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Format u standards għar-rappurtar

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

{ISIN}

2

Isem sħiħ tal-istrument

Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju

{ALPHANUM-350}

3

Ċentru tan-negozjar

Is-segment MIC għal ċentru tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku, fejn disponibbli, inkella MIC operazzjonali.

{MIC}

4

Identifikatur MiFIR

Identifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji ta' ekwità

 

Ishma kif imsemmijin fl-Artikolu 4(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Riċevuti depożitarji kif definiti fl-Artikolu 4(45) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

ETF kif definiti fl-Artikolu 4(46) tad-Direttiva 2014/65/UE;

 

Ċertifikati kif definiti fl-Artikolu 2(1)(27) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

 

Strument finanzjarju li huma simili għal ekwitajiet oħrajn huwa sigurtà trasferibbli li hija strument ta' ekwità simili għal azzjoni, ETF, riċevuta depożitarja jew ċertifikat iżda mhijiex azzjoni, ETF, riċevuta depożitarja jew ċertifikat.

Strumenti finanzjarji ta' ekwità:

 

SHRS = ishma

 

ETFS = ETFs

 

DPRS = riċevuti depożitarji

 

CRFT = ċertifikati

 

OTHR = strumenti finanzjari li huma simili għal ekwitajiet oħrajn


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/411


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/588

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament ta' ishma, riċevuti depożitarji u fondi negozjati fil-borża

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(3) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

Il-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament jew id-daqsijiet minimi ta' funzjonament għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward ta' ċerti strumenti finanzjarji biex jiġi żgurat il-funzjonament regolari tas-swieq. B'mod partikolari, ir-riskju ta' daqs ta' funzjonament dejjem jonqos għal ishma, riċevuti depożitarji u ċerti tipi ta' fondi nnegozjati fil-borża, u l-impatt tiegħu fuq ir-regolarità tas-suq għandhom jiġu kontrollati permezz ta' konvenzjoni mandatorja għal daqs ta' funzjonament.

(2)

Għal strumenti finanzjarji oħrajn, minħabba n-natura ta' dawn l-istrumenti u l-mikrostrutturi tas-swieq li jiġu nnegozjati fuqhom, ma jistax jiġi preżunt li l-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament tikkontribwixxi effettivament għar-regolarità tas-swieq u, għalhekk, dawn l-istrumenti għandhom jiġu soġġetti għal konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament.

(3)

B'mod partikolari, iċ-ċertifikati jiġu nnegozjati biss f'ċerti Stati Membri. Fid-dawl tal-karatteristiċi ta' dawk l-istrumenti finanzjarji u l-likwidità, l-iskala u n-natura tas-swieq li jiġu nnegozjati fihom, ma hemmx il-ħtieġa ta' konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament mandatorja li tipprevjeni l-okkorrenza ta' kundizzjonijiet ta' negozjar irregolari.

(4)

Strumenti finanzjarji mhux ta' ekwità u prodotti bi dħul fiss huma nnegozjati barra l-Borża, b'ammont limitat ta' tranżazzjonijiet li jiġu eżegwiti f'ċentri tan-negozjar. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-likwidità ta' dawn l-istrumenti fuq pjattaformi elettroniċi u l-frammentazzjoni tagħhom, ma hemmx il-ħtieġa ta' konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament mandatorja għal dawn l-istrumenti.

(5)

Il-korrelazzjoni bejn fondi negozjati fil-borża u l-istrumenti ta' ekwità sottostanti jagħmilha neċessarja li jiġi ddeterminat id-daqs minimu ta' funzjonament għal fondi nnegozjati fil-borża li jkollhom bħala strument sottostanti ishma u riċevuti depożitarji. Madankollu, fondi negozjati fil-borża li jkollhom strumenti finanzjarji li mhumiex ishma jew riċevuti depożitarji bħala l-istrument sottostanti tagħhom ma għandhomx ikunu soġġetti għal konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament mandatorja.

(6)

Ikun importanti li l-fondi kollha negozjati fil-borża koperti minn dan ir-Regolament ikollhom l-istess konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament abbażi ta' medda ta' likwidità waħda, indipendentement mill-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet, sabiex ir-riskju ta' ċirkomvenzjoni tal-konvenzjoni tad-daqs ta' finanzjament b'rabta ma' dawn l-istrumenti jitnaqqas.

(7)

It-tifsira tat-terminu “l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità” għandha tiġi ċċarata għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, peress li r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) juża dan it-terminu kemm għall-fini tal-eżenzjoni tal-prezz referenzjarju, kif ukoll għall-fini tar-rapportar tat-tranżazzjoni.

(8)

Il-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament tiddetermina biss id-differenza minima bejn żewġ livelli ta' ordnijiet mibgħuta b'rabta ma' strument finanzjarju fil-ktieb tal-ordnijiet. Din għandha, għalhekk, tiġi applikata b'mod ugwali, indipendentement mill-munita tal-istrument finanzjarju.

(9)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jirreaġixxu għal avvenimenti magħrufa minn qabel li jwasslu għal bidla fl-għadd ta' tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju, fejn id-daqs tal-funzjonament applikabbli jista' ma jibqax adatt. Għal dan il-għan, għandha tiġi stabbilita proċedura speċifika biex jiġu evitati kundizzjonijiet tas-suq irregolari li joriġinaw minn azzjonijiet korporattivi li jistgħu jwasslu biex id-daqs tal-funzjonament ta' strument speċifiku ma jkunx adatt. Din il-proċedura għandha tapplika għal azzjonijiet korporattivi li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-likwidità ta' dak l-istrument. Filwaqt li jevalwaw l-impatt ta' azzjoni korporattiva fuq strument finanzjarju speċifiku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe azzjoni korporattiva preċedenti b'karatteristiċi simili.

(10)

Biex jiġi żgurat li l-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament tkun tista' topera b'mod effettiv u li l-parteċipanti fis-suq ikollhom żmien suffiċjenti biex jimplimentaw ir-rekwiżiti l-ġodda, ikun xieraq li jiġi previst il-ġbir ta' ċertu dejta u l-pubblikazzjoni kmieni tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal kull strument finanzjarju kopert minn dan ir-Regolament.

(11)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data. Madankollu, biex jiġi żgurat li l-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament tkun tista' topera b'mod effettiv, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(12)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(13)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal sehem jew riċevuta depożitarja għandu jiġi kkunsidrat li huwa l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (4).

Artikolu 2

Daqs ta' funzjonament għal ishma, riċevuti depożitarji u fondi negozjati fil-borża

(L-Artikolu 49(1) u (2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw għal ordnijiet f'ishma jew riċevuti depożitarji daqs ta' funzjonament li jkun daqs jew akbar minn dak li jikkorrispondi għal:

(a)

il-medda ta' likwidità fit-tabella fl-Anness li tikkorispondi għall-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fis-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità għal dan l-istrument; kif ukoll

(b)

il-firxa ta' prezzijiet f'dik il-medda ta' likwidità li tikkorrispondi mal-prezz tal-ordni.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1(a), meta s-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità għal sehem jew riċevuta depożitorja jopera biss f'sistema ta' negozjar li tqabbel l-ordnijiet abbażi ta' awzjoni perjodika u ta' algoritmu ta' negozjar li jiġu operati mingħajr intervenzjoni umana, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw il-medda ta' likwidità li tikkorrispondi mal-inqas għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fit-tabella fl-Anness.

3.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw daqs ta' funzjonament għall-ordnijiet f'fondi negozjati fil-borża li jkun daqs jew aktar minn dak li jikkorrispondi ma':

(a)

il-medda ta' likwidità fit-tabella fl-Anness li tikkorrispondi mal-akbar għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet; kif ukoll

(b)

il-firxa ta' prezzijiet f'dik il-medda ta' likwidità li tikkorrispondi mal-prezz tal-ordni.

4.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw biss għal fondi negozjati fil-borża, fejn l-istrumenti finanzjarji sottostanti tagħhom huma biss ekwitajiet soġġetti għall-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament skont il-paragrafu 1 jew grupp ta' tali ekwitajiet.

Artikolu 3

L-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal ishma u riċevuti depożitarji

(L-Artikolu 49(1) u (2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Sal-1 ta' Marzu tas-sena wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u sal-1 ta' Marzu ta' kull sena wara dan, l-awtorità kompetenti għal sehem speċifiku jew riċevuta depożitarja għandha, meta tiddetermina l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal dak is-sehem jew riċevuta depożitarja, tikkalkola l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dak l-istrument finanzjarju f'dak is-suq u tiżgura l-pubblikazzjoni ta' dik l-informazzjoni.

L-awtorità kompetenti msemmija fis-subparagrafu 1 għandha tkun l-awtorità kompetenti tas-suq l-aktar rilevanti f'termini ta' likwidità, kif speċifikat fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (5).

2.   Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

għandu jinkludi, għal kull ċentru tan-negozjar, tranżazzjonijiet eżegwiti skont ir-regoli ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar, esklużi l-prezz referenzjarju u t-tranżazzjonijiet negozjati mmarkati kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587, u tranżazzjonijiet eżegwiti abbażi ta' mill-anqas ordni waħda li tkun ibbenefikat minn eżenzjoni fuq skala kbira u fejn id-daqs tat-tranżazzjoni jaqbeż il-limitu fuq skala kbira applikabbli, kif iddeterminat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587;

(b)

għandu jkopri s-sena kalendarja preċedenti jew, meta jkun applikabbli, il-perjodu tas-sena kalendarja preċedenti li fiha l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess għan-negozjar jew ġie nnegozjat f'ċentru tan-negozjar u ma jkunx ġie sospiż min-negozjar.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal ishma u riċevuti depożitarji li ġew ammessi għan-negozjar għall-ewwel darba jew li ġew innegozjati l-ewwel fuq ċentru tan-negozjar erba' ġimgħat qabel it-tmiem tas-sena kalendarja preċedenti jew anqas.

4.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw id-daqsijiet ta' funzjonament tal-medda ta' likwidità li jikkorrispondu mal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet kif ippubblikat skont il-paragrafu 1 mill-1 ta' April wara l-pubblikazzjoni.

5.   Qabel l-ewwel ammissjoni għan-negozjar jew qabel l-ewwel jum ta' negozjar ta' sehem jew riċevuta depożitarja, l-awtorità kompetenti taċ-ċentru ta' negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju se jiġi ammess l-ewwel għan-negozjar, għandha tagħti stima tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dak iċ-ċentru tan-negozjar, filwaqt li tqis l-istorja ta' negozjar preċedenti ta' dak l-istrument finanzjarju, meta jkun applikabbli, kif ukoll l-istorja tan-negozjar preċedenti tal-istrumenti finanzjarji li huma kkunsidrati li għandhom karatteristiċi simili, u tippubblika stima.

Id-daqsijiet ta' funzjonament tal-medda ta' likwidità li tikkorrispondi ma' din l-istima ppubblikata tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għandhom japplikaw mill-pubblikazzjoni ta' din il-istima sal-pubblikazzjoni tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dak l-istrument skont il-paragrafu 6.

6.   Mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara l-ewwel ġurnata ta' negozjar tas-sehem jew riċevuta depożitarja, l-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar fejn l-istrument finanzjarju ġie ammess għan-negozjar għall-ewwel darba jew ġie innegozjat għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar, għandha tikkalkula u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet f'dak l-istrument finanzjarju għal dak iċ-ċentru tan-negozjar, bl-użu tad-dejta relatata mal-ewwel erba' ġimgħat ta' negozjar ta' dak l-istrument finanzjarju.

Id-daqsijiet ta' funzjonament tal-medda ta' likwidità li tikkorrispondi ma' dan l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għandhom japplikaw mill-pubblikazzjoni sakemm jiġi kkalkulat għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet ġdid għal dak l-istrument, li jkun ġie kkalkulat u ppubblikat skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4.

7.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal strument finanzjarju għandu jiġi kkalkulat billi wieħed jiddiviedi, għall-perjodu ta' żmien rilevanti u għaċ-ċentru tan-negozjar rilevanti, l-għadd totali ta' tranżazzjonijiet f'dak l-istrument finanzjarju bin-numru ta' ġranet ta' negozjar.

Artikolu 4

Azzjonijiet korporattivi

(L-Artikolu 49(1) u (2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Meta awtorità kompetenti tikkunsidra li azzjoni korporattiva tista' timmodifika l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet ta' strument finanzjarju partikolari, filwaqt li b'hekk tikkkawża li dan l-istrument finanzjarju jaqa' fl-ambitu ta' medda ta' likwidità differenti, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina u tiżgura l-pubblikazzjoni ta' medda ta' likwidità ġdida applikabbli għal dak l-istrument finanzjarju filwaqt li tittrattaha daqs li kieku ġiet ammessa għan-negozjar għall-ewwel darba jew innegozjata għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar u tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(5) u (6).

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar fejn is-sehem jew riċevuta depożitarja ġew ammessi l-ewwel darba għan-negozjar jew ġew innegozjati għall-ewwel darba qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandha tiġbor id-dejta rilevanti u tikkalkula u tiżgura l-pubblikazzjoni tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dak l-istrument finanzjarju u għal dak iċ-ċentru tan-negozjar fi ħdan il-limiti ta' żmien li ġejjin:

(a)

mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn id-data li fiha l-ishma jew ir-riċevuti depożitarji ġew innegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data mhux anqas minn għaxar ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(b)

mhux aktar tard mid-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn id-data li fiha ġew innegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data li taqa' fl-ambitu tal-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li jispiċċa fid-data qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2.   Il-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

(a)

f'każijiet fejn id-data li fiha l-ishma jew riċevuti depożitarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data mhux inqas minn sittax-il ġimgħa qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq perjodu referenzjarju ta' erbgħin ġimgħa li jibda tnejn u ħamsin ġimgħa qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b)

f'każijiet fejn d-data li fiha l-ishma jew ir-riċevuti depożitarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data fi żmien il-perjodu li jibda sittax-il ġimgħa qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li jtemm għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq dejta disponibbli għall-ewwel perjodu ta' negozjar ta' erbgħa ġimgħat tal-istrument finanzjarju:

(c)

f'każijiet fejn id-data li fiha l-ishma jew riċevuti depożitarji jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni tkun data li taqa' fi żmien il-perjodu li jibda għaxar ġimgħat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li jtemm fil-jum ta' qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq l-istorja tan-negozjar tas-sehem jew riċevuta depożitarja jew strumenti finanzjarji oħra kkunsidrati li għandhom karatteristiċi simili għal dawk l-ishma jew riċevuti depożitarji.

3.   Id-daqsijiet ta' funzjonament tal-medda ta' likwidità li jikkorrispondu mal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet ippubblikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati sal-1 ta' April tas-sena wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Matul dak il-perjodu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-daqsijiet ta' funzjonament għal strumenti finanzjarji msemmija skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 u li huma l-awtorità kompetenti għalihom, ma jikkontribwux għal kundizzjonijiet ta' negozjar irregolari. Meta awtorità kompetenti tidentifika riskju għall-funzjonament regolari tas-swieq minħabba tali daqsijiet ta' funzjonament, hija għandha tiddetermina u tippubblika għadd medju ta' kuljum aġġornat ta' tranżazzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji rilevanti biex jiġi indirizzat dan ir-riskju. Hija għandha tagħmel dan abbażi ta' storja ta' negozjar itwal u aktar komprensiva ta' dawn l-istrumenti. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw immedjatament il-medda ta' likwidità li tikkorrispondi mal-għadd medju ta' kuljum aġġornat ta' tranżazzjonijiet. Huma għandhom jagħmlu dan sal-1 ta' April wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew sa pubblikazzjoni oħra mill-awtorità kompetenti skont dan il-paragrafu.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Madanakollu, l-Artikolu 5 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ara l-paġna 387 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara l-paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

Tabella ta' varjazzjonijiet minimi ta' prezzijiet

 

Meded ta' likwidità

Il-firxiet ta' prezzijiet

0 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 10

10 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 80

80 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 600

600 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 2 000

2 000 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum < 9 000

9 000 ≤ L-għadd medju ta' tranżazzjonijiet ta' kuljum

0 ≤ prezz < 0,1

0,0005

0,0002

0,0001

0,0001

0,0001

0,0001

0,1 ≤ prezz < 0,2

0,001

0,0005

0,0002

0,0001

0,0001

0,0001

0,2 ≤ prezz < 0,5

0,002

0,001

0,0005

0,0002

0,0001

0,0001

0,5 ≤ prezz < 1

0,005

0,002

0,001

0,0005

0,0002

0,0001

1 ≤ prezz < 2

0,01

0,005

0,002

0,001

0,0005

0,0002

2 ≤ prezz < 5

0,02

0,01

0,005

0,002

0,001

0,0005

5 ≤ prezz < 10

0,05

0,02

0,01

0,005

0,002

0,001

10 ≤ prezz < 20

0,1

0,05

0,02

0,01

0,005

0,002

20 ≤ prezz < 50

0,2

0,1

0,05

0,02

0,01

0,005

50 ≤ prezz < 100

0,5

0,2

0,1

0,05

0,02

0,01

100 ≤ prezz < 200

1

0,5

0,2

0,1

0,05

0,02

200 ≤ prezz < 500

2

1

0,5

0,2

0,1

0,05

500 ≤ prezz < 1 000

5

2

1

0,5

0,2

0,1

1 000 ≤ prezz < 2 000

10

5

2

1

0,5

0,2

2 000 ≤ prezz < 5 000

20

10

5

2

1

0,5

5 000 ≤ prezz < 10 000

50

20

10

5

2

1

10 000 ≤ prezz < 20 000

100

50

20

10

5

2

20 000 ≤ prezz < 50 000

200

100

50

20

10

5

50 000 ≤ prezz

500

200

100

50

20

10


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/417


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/589

tad-19 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzattivi tad-ditti ta' investiment involuti f'negozjar algoritmiku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 17(7) tagħha.

Billi:

(1)

Is-sistemi u l-kontrolli tar-riskji użati minn ditta ta' investiment involuta f'negozjar algoritmiku, li jipprovdu aċċess elettroniku dirett u jaġixxu bħala membri ġenerali tal-ikklirjar, huma effiċjenti, reżiljenti u għandhom kapaċità xierqa, wara li kkunsidraw in-natura, id-daqs u l-komplessità tal-mudell ta' negozju ta' dawn id-ditti ta' investiment.

(2)

Minħabba f'hekk, ditta ta' investiment għandha tindirizza r-riskji kollha li jistgħu jaffettwaw l-elementi ewlenin ta' sistema ta' negozjar algoritmiku, inklużi riskji relatati mal-ħardwer, mas-softwer u mal-linji ta' komunikazzjoni assoċjati użati minn dik id-ditta biex twettaq l-attivitajiet ta' negozjar tagħha. Sabiex jiġu żgurati l-istess kundizzjonijiet għal negozjar algoritmiku b'mod indipendenti mill-forma ta' negozjar, kwalunkwe tip ta' sistema ta' eżekuzzjoni jew sistema ta' ġestjoni marbuta mal-ordnijiet li titħaddem minn ditta ta' investiment għandha tkun koperta minn dan ir-Regolament.

(3)

Bħala parti mill-qafas ta' governanza ġenerali u l-qafas tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha, ditta ta' investiment għandu jkollha arranġament ta' governanza ċar u formalizzat, inklużi linji ta' kontabbiltà ċari, proċeduri effettivi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni u separazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet. Dan l-arranġament għandu jiżgura dipendenza mnaqqsa fuq persuna jew unità individwali.

(4)

It-testijiet tal-konformità għandhom isiru sabiex jivverifikaw li s-sistemi ta' negozjar ta' ditta ta' investiment jikkomunikaw u jinteraġixxu kif suppost mas-sistemi ta' negozjar taċ-ċentru ta' negozjar jew tal-fornitur ta' aċċess għas-suq dirett (ASD) u li d-dejta tas-suq tiġi pproċessata b'mod korrett.

(5)

Algoritmi għad-deċiżjoni ta' investiment jieħdu deċiżjonijiet ta' negozjar awtomatiċi billi jiġi ddeterminat liema strument finanzjarju għandu jinxtara jew jinbiegħ. Algoritmi għall-eżekuzzjoni tal-ordniijiet jottimizzaw il-proċessi ta' eżekuzzjoni tal-ordnijiet b'ġenerazzjoni awtomatika u sottomissjoni ta' ordnijiet jew kwotazzjonijiet, lil ċentru ta' negozjar wieħed jew ħafna ladarba d-deċiżjoni ta' investiment tkun ittieħdet. Algoritmi ta' negozjar li huma algoritmi għad-deċiżjoni ta' investiment għandhom jiġu ddifferenzjati mill-algoritmi għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet wara li jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-funzjonament ġenerali, ġust u xieraq tas-suq.

(6)

Ir-rekwiżiti dwar l-ittestjar ta' algoritmi ta' negozjar għandhom ikunu bbażati fuq l-impatt potenzjali li dawk l-algoritmi jista' jkollhom fuq il-funzjonament ġenerali, ġust u xieraq tas-suq. F'dan ir-rigward, algoritmi għad-deċiżjoni ta' investiment puri biss li jiġġeneraw ordnijiet li għandhom jiġu eżegwiti biss minn mezzi mhux awtomatizzati u b'intervent tal-bniedem għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta' ttestjar.

(7)

Meta jiġu introdotti l-algoritmi ta' negozjar, ditta ta' investiment għandha tiżgura skjerament ikkontrollat ta' algoritmi ta' negozjar, irrispettivament minn jekk dawn l-algoritmi ta' negozjar ikunux ġodda jew ikunux ġew skjerati b'suċċess preċedentament f'ċentru ieħor ta' negozjar, u jekk l-arkitettura tagħhom ġietx immodifikata b'mod materjali. L-iskjerament ikkontrollat tal-algoritmi ta' negozjar għandhom jiżguraw li l-algoritmi ta' negozjar iġibu ruħhom kif mistenni f'ambjent ta' produzzjoni. Id-ditta ta' investiment għalhekk għandha tistipula limiti kawti fuq l-għadd ta' strumenti finanzjarji li qegħdin jiġu nnegozjati, il-prezz, il-valur u n-numru ta' ordnijiet, il-pożizzjonijiet ta' strateġija u l-għadd ta' swieq involuti u billi jsir monitoraġġ tal-attività tal-algoritmu b'mod aktar intensiv.

(8)

Il-konformità mar-rekwiżiti organizzattivi speċifiċi għal ditta ta' investiment għandha tiġi ddeterminata skont awtovalutazzjoni li tinkludi valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk din l-awtovalutazzjoni għandha tinkludi ċ-ċirkostanzi l-oħrajn kollha li jista' jkollhom impatt fuq l-organizzazzjoni ta' dik id-ditta ta' investiment. Dik l-awtovalutazzjoni għandha ssir regolarment u għandha tippermetti lid-ditta ta' investiment tikseb fehim sħiħ tas-sistemi ta' negozjar u l-algoritmi ta' negozjar li hija tuża u r-riskji li jirriżultaw min-negozjar algoritmiku, irrispettivament minn jekk dawk is-sistemi u l-algoritmi jkunux ġew żviluppati mid-ditta ta' investiment innifisha, inxtrawx minn parti terza, jew ġewx iddisinjati jew żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib ma' klijent jew parti terza.

(9)

Ditta ta' investiment għandha tkun kapaċi tirtira l-ordnijiet kollha tagħha jew uħud minnhom fejn dan isir neċessarju (funzjonalità ta' kanċellazzjoni, “kill functionality”). Biex dan l-irtirar ikun effettiv, ditta ta' investiment għandha dejjem tkun f'pożizzjoni li tkun taf liema algoritmi ta' negozjar, negozjanti jew klijenti huma responsabbli għal ordni.

(10)

Ditta ta' investiment involuta f'negozjar algoritmiku għandha tagħmel monitoraġġ li s-sistemi tagħha ta' negozjar ma jistgħu jintużaw għall-ebda skop li jmur kontra r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew ir-regoli ta' ċentru ta' negozjar li din tkun marbuta miegħu. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet suspettużi għandhom jiġu rapportati lill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

(11)

Tipi differenti ta' riskji għandhom jiġu indirizzati minn tipi differenti ta' kontrolli. Kontrolli qabel in-negozjar għandhom isiru qabel ma ordni tiġi ppreżentata lil ċentru ta' negozjar. Ditta ta' investiment għandha tagħmel monitoraġġ ukoll tal-attività tagħha ta' negozjar u timplimenta twissijiet f'ħin reali li jidentifikaw sinjali ta' negozjar diżordinat jew ksur tal-limiti tagħha ta' qabel in-negozjar. Għandhom jiġu implimentati kontrolli ta' wara n-negozjar sabiex isir monitoraġġ tas-suq u r-riskji ta' kreditu tad-ditta ta' investiment permezz ta' rikonċiljazzjoni ta' wara n-negozjar. Barra dan, għandu jiġi evitat abbuż potenzjali tas-suq u ksur tar-regoli taċ-ċentru ta' negozjar permezz ta' sistemi ta' sorveljanza speċifiċi li jiġġeneraw twissijiet mhux aktar tard mill-jum ta' wara u li jkunu kalibrati biex inaqqsu twissijiet pożittivi foloz u negattivi foloz.

(12)

Il-ġenerazzjoni ta' twissijiet wara l-monitoraġġ f'ħin reali għandha ssir bl-aktar mod istantanju u tekniku possibbli. Kwalunkwe azzjoni wara dak il-monitoraġġ għandha ssir kemm jista' jkun malajr wara li jiġi kkunsidrat livell raġonevoli ta' effiċjenza u nefqa tal-persuni u s-sistemi kkonċernati.

(13)

Ditta ta' investiment li tipprovdi aċċess elettroniku dirett (“fornitur ta' DEA”) għandha tibqa' responsabbli għan-negozjar li jsir permezz tal-użu ta' kodiċi tagħha ta' negozjar mill-klijenti tad-DEA tagħha. Fornitur ta' DEA għandu għalhekk jistabbilixxi politiki u proċeduri sabiex jiżgura li n-negozjar tal-klijenti DEA tiegħu jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għal dak il-fornitur. Dik ir-responsabbiltà għandha tikkostitwixxi l-fattur prinċipali għat-twaqqif ta' kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar u għall-valutazzjoni tal-adegwatezza ta' klijenti prospettivi tad-DEA. Fornitur tad-DEA għalhekk għandu jkollu għarfien suffiċjenti dwar l-intenzjonijiet, il-kapaċitajiet, ir-riżorsi finanzjarji u l-affidabbiltà tal-klijenti tiegħu tad-DEA, inkluż, meta disponibbli għall-pubbliku, informazzjoni dwar l-istorja dixxiplinarja tal-klijenti prospettivi tad-DEA ma' awtoritajiet kompetenti u ċentri ta' negozjar.

(14)

Fornitur tad-DEA għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament anke fejn dan ma jkunx involut f'negozjar algoritmiku, peress li l-klijenti tiegħu jistgħu jużaw d-DEA biex ikunu involuti f'negozjar algoritmiku.

(15)

Valutazzjoni tad-diliġenza dovuta ta' klijenti prospettivi tad-DEA għandha tiġi adattata għar-riskji li jirriżultaw min-natura, mid-daqs u mill-komplessità tal-attivitajiet ta' negozjar mistennija tagħhom u għad-DEA li qiegħed jiġi pprovdut. B'mod partikolari, għandhom jiġu vvalutati l-livell mistenni ta' negozjar u l-volum tal-ordnijiet u t-tip ta' konnessjoni offruta liċ-ċentri rilevanti ta' negozjar.

(16)

Il-kontenut u l-format tal-forom li għandhom jintużaw minn ditta ta' investiment involuta f'teknika ta' negozjar ta' frekwenza għolja biex jiġu ppreżentati r-rekords tal-ordnijiet tagħha lill-awtoritajiet kompetenti u t-tul ta' żmien li għandhom jinżammu dawn ir-rekords għandhom jiġu stabbiliti.

(17)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-obbligu ġenerali għal ditta ta' investiment biex iżżomm rekords ta' ordnijiet, il-perjodi meħtieġa għaż-żamma tar-rekords għal ditta ta' investiment involuta f'teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(18)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(19)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(20)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

REKWIŻITI ORGANIZZAZZJONALI ĠENERALI

Artikolu 1

Rekwiżiti organizzazzjonali ġenerali

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Bħala parti mill-governanza ġenerali u l-qafas tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi u tagħmel monitoraġġ tas-sistemi ta' negozjar u l-algoritmi ta' negozjar tagħha permezz ta' arranġament ta' governanza ċar u formalizzat, wara li tiġi kkunsidrata n-natura, id-daqs u l-komplessità tan-negozju tagħha u t-twaqqif ta':

(a)

linji ċari ta' responsabbiltà, li jinkludu proċeduri għall-approvazzjoni tal-iżvilupp, l-użu u l-aġġornament sussegwenti tal-algoritmi tan-negozjar u sabiex jiġu solvuti l-problemi identifikati waqt il-monitoraġġ tal-algoritmi tan-negozjar;

(b)

proċeduri effettivi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni fid-ditta ta' investiment, b'mod li l-istruzzjonijiet jistgħu jintalbu u jiġu implimentati b'manjiera effiċjenti u fil-ħin;

(c)

fuq naħa s-separazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' postijiet tan-negozjar u fuq in-naħa l-oħra l-funzjonijiet ta' appoġġ, inklużi funzjonijiet ta' kontroll tar-riskju u dawk ta' konformità, sabiex jiġi żgurat li attività ta' negozjar mhux awtorizzata ma tkunx tista' tinħeba.

Artikolu 2

Rwol tal-funzjoni ta' konformità

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura li l-persunal ta' konformità tagħha jkollu mill-inqas fehim ġenerali tal-mod li bih jaħdmu s-sistemi ta' negozjar algoritmiku u n-negozju tal-algoritmi tad-ditta ta' investiment. Il-persunal ta' konformità għandu jkun f'kuntatt kontinwu mal-persuni fid-ditta li għandhom għarfien tekniku ddettaljat tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku u l-algoritmi tad-ditta.

2.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura wkoll li l-persunal ta' konformità, fi kwalunkwe ħin, ikollu kuntatt mal-persuna jew mal-persuni fid-ditta ta' investiment li jkollhom aċċess għall-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 12 (“funzjonalità ta' kanċellazzjoni”) jew aċċess dirett għal dik il-funzjonalità ta' kanċellazzjoni u għal dawk li jkunu responsabbli għal kull sistema ta' negozjar jew algoritmu.

3.   Meta funzjoni ta' konformità jew elementi tagħha jiġu esternalizzati lil parti terza, ditta ta' investiment għandha tipprovdi lill-parti terza l-istess aċċess għall-informazzjoni li kieku tagħti lill-persunal ta' konformità proprju tagħha. Ditta ta' investiment għandha tiżgura li permezz ta' tali funzjoni esterna ta' konformità:

(a)

il-privatezza tad-dejta hija ggarantita;

(b)

il-funzjoni ta' konformità tista' tiġi vverifikata minn awdituri interni u esterni jew minn awtorità kompetenti.

Artikolu 3

Persunal

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha timpjega għadd suffiċjenti ta' persunal bil-ħiliet meħtieġa biex iġestixxu s-sistemi ta' negozjar algoritmiku u b'għarfien tekniku suffiċjenti ta':

(a)

is-sistemi ta' negozjar u algoritmi rilevanti;

(b)

il-monitoraġġ u l-ittestjar ta' tali sistemi u algoritmi;

(c)

l-istrateġiji ta' negozjar li d-ditta ta' investiment tuża permezz tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku u l-algoritmi tan-negozjar tagħha;

(d)

l-obbligi legali tad-ditta ta' investiment

2.   Ditta ta' investiment għandha tispeċifika l-ħiliet meħtieġa msemmijin fil-paragrafu 1. Il-persunal imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu dawk il-ħiliet meħtieġa fil-mument tar-reklutaġġ jew għandu jakkwistahom permezz ta' taħriġ wara r-reklutaġġ. Id-ditta ta' investiment għandha tiżgura li dawk il-ħiliet tal-persunal jibqgħu aġġornati permezz ta' taħriġ kontinwu u għandha tivvaluta l-ħiliet tiegħu fuq bażi regolari.

3.   It-taħriġ tal-persunal imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun adattat għall-esperjenza u r-responsabbiltajiet tal-persunal, wara li tkun ġiet ikkunsidrata n-natura, id-daqs u l-komplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment. B'mod partikolari, il-persunal involut fis-sottomissjoni ta' ordnijiet għandu jirċievi taħriġ fuq is-sistemi ta' sottomissjoni tal-ordnijiet u l-abbuż tas-suq.

4.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura li l-persunal responsabbli għall-funzjonijiet ta' riskju u konformità ta' negozjar algoritmiku jkollu:

(a)

biżżejjed għarfien ta' negozjar algoritmiku u strateġiji;

(b)

biżżejjed ħiliet biex isegwi l-informazzjoni pprovduta minn twissijiet awtomatiċi;

(c)

biżżejjed awtorità biex jikkontesta l-persunal responsabbli min-negozjar algoritmiku meta tali attività ta' negozjar twassal għal kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati jew suspetti ta' abbuż tas-suq.

Artikolu 4

Esternalizzazzjoni u akkwist tal-IT

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tibqa' responsabbli bis-sħiħ għall-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament fejn din testernalizza jew takkwista softwer jew ħardwer użati f'attivitajiet ta' negozjar algoritmiku.

2.   Ditta ta' investiment għandu jkollha għarfien biżżejjed u d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità effettiva mal-paragrafu 1 fir-rigward ta' kwalunkwe ħardwer jew softwer akkwistat jew esternalizzat u użat f'negozjar algoritmiku.

KAPITOLU II

REŻILJENZA TAS-SISTEMI TA' NEGOZJAR

TAQSIMA I

Ittestjar u skjerament ta' sistemi u strateġiji ta' algoritmi ta' negozjar

Artikolu 5

Metodoloġija ġenerali

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Qabel l-iskjerament jew aġġornament sostanzjali ta' sistema ta' negozjar algoritmiku, algoritmu ta' negozjar jew strateġija ta' negozjar algoritmiku, ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi b'mod ċar metodoloġiji delineati sabiex tiżviluppa u tittestja tali sistemi, algoritmi jew strateġiji.

2.   Persuna maħtura mill-maniġment superjuri tad-ditta ta' investiment għandha tawtorizza l-iskjerament jew l-aġġornament sostanzjali ta' sistema ta' negozjar algoritmiku, algoritmu ta' negozjar jew strateġija ta' negozjar algoritmiku.

3.   Il-metodoloġiji msemmijin fil-paragrafu 1 jindirizzaw id-disinn, iż-żamma ta' rekords u l-approvazzjoni tas-sistema ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku. Jistabbilixxu wkoll l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet, l-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi u l-proċeduri sabiex jinstabu struzzjonijiet fi ħdan id-ditta ta' investiment.

4.   Il-metodoloġiji msemmijin fil-paragrafu 1 jiżguraw li s-sistema ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku:

(a)

ma taġixxix b'mod mhux intenzjonat;

(b)

tikkonforma mal-obbligi tad-ditta ta' investiment skont dan ir-Regolament;

(c)

tikkonforma mar-regoli u s-sistemi taċ-ċentri ta' negozjar aċċessibbli mid-ditta ta' investiment;

(d)

ma tikkontribwix għal kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar, tkompli taħdem b'mod effettiv f'kundizzjonijiet tas-suq taħt tensjoni u, fejn meħtieġ skont dawk il-kundizzjonijiet, tippermetti li s-sistema ta' negozjar algoritmiku jew l-algoritmu ta' negozjar jintfew.

5.   Ditta ta' investiment għandha tadatta l-metodoloġiji ta' ttestjar tagħha għaċ-ċentri ta' negozjar u s-swieq fejn ikun se jiġi skjerat l-algoritmu ta' negozjar. Ditta ta' investiment għandha twettaq ittestjar ulterjuri jekk ikun hemm bidliet sostanzjali fis-sistema ta' negozjar algoritmiku jew fl-aċċess għaċ-ċentru ta' negozjar li fih għandha tintuża s-sistema ta' negozjar algoritimku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku.

6.   Il-paragrafi 2 sa 5 japplikaw biss għal algoritmi ta' negozjar li jwasslu għall-eżekuzzjoni tal-ordni.

7.   Ditta ta' investiment għandha żżomm rekords ta' kwalunkwe bidla materjali li ssir fis-softwer użat għan-negozjar algoritmiku, li jippermettulha li tiddetermina:

(a)

meta saret bidla;

(b)

il-persuna li għamlet il-bidla;

(c)

il-persuna li approvat il-bidla;

(d)

in-natura tal-bidla.

Artikolu 6

Ittestjar tal-konformità

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tittestja l-konformità tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku u tal-algoritmi ta' negozjar tagħha ma':

(a)

is-sistema taċ-ċentru ta' negozjar f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

meta jsir aċċess f'dak iċ-ċentru ta' negozjar bħala membru;

(ii)

meta jkun hemm konnessjoni ma' dak iċ-ċentru ta' negozjar permezz ta' arranġament ta' aċċess sponsorjat għall-ewwel darba;

(iii)

meta jkun hemm bidla materjali fis-sistemi ta' dak iċ-ċentru ta' negozjar;

(iv)

qabel l-iskjerament jew l-aġġornament materjali tas-sistema ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku ta' dik id-ditta ta' investiment.

(b)

is-sistema tal-fornitur tal-aċċess dirett għas-suq f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

meta jkun hemm aċċess għal dak iċ-ċentru ta' negozjar permezz ta' arranġament ta' aċċess dirett għall-ewwel darba;

(ii)

meta jkun hemm bidla materjali li taffettwa l-funzjonalità tal-aċċess dirett għas-suq ta' dak il-fornitur;

(iii)

qabel l-iskjerament jew l-aġġornament materjali tas-sistema ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmu ta' negozjar jew l-istrateġija ta' negozjar algoritmiku ta' dik id-ditta ta' investiment.

2.   It-testijiet ta' konformità jivverifikaw jekk l-elementi bażiċi tas-sistema ta' negozjar algoritmiku jew l-algoritmu ta' negozjar jaħdmux tajjeb u skont ir-rekwiżiti taċ-ċentru ta' negozjar jew il-fornitur tal-aċċess dirett għas-suq. Għal dan il-għan, l-ittestjar jivverifika li s-sistema ta' negozjar algoritmiku jew l-algoritmu ta' negozjar:

(a)

jinteraġixxu mal-loġika ta' tqabbil taċ-ċentru ta' negozjar kif maħsub;

(b)

jipproċessaw adegwatament il-flussi tad-dejta li jkunu tniżżlu miċ-ċentru ta' negozjar.

Artikolu 7

Ambjenti tal-ittestjar

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura li l-ittestjar skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (d) jitwettaq f'ambjent separat mill-ambjent ta' produzzjoni tagħha, li jintuża speċifikament għall-ittestjar u l-iżvilupp ta' sistemi ta' negozjar algoritmiku u algoritmi ta' negozjar.

Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, ambjent ta' produzzjoni jfisser ambjent fejn sistemi ta' negozjar algoritmiku jaħdmu effettivament, u jinkludi softwer u ħardwer użati minn negozjati, ordni ta' rotta għal ċentri ta' negozjar, dejta tas-suq, bażijiet tad-dejta dipendenti, sistemi ta' kontroll tar-riskju, ġbir tad-dejta, sistemi ta' analiżi u sistemi ta' pproċessar wara n-negozjar.

2.   Ditta ta' investiment tista' tkun konformi mar-rekwiżiti ta' ttestjar imsemmija fil-paragrafu 1 billi tuża l-ambjent ta' ttestjar proprju tagħha jew ambjent ta' ttestjar ipprovdut minn ċentru ta' negozjar, fornitur ta' DEA jew bejjiegħ.

3.   Ditta ta' investiment għandha żżomm ir-responsabbiltà sħiħa għall-ittestjar tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmi ta' negozjar jew l-istrateġiji ta' negozjar algoritmiku tagħha u biex tagħmlilhom kwalunkwe bidla meħtieġa.

Artikolu 8

Skjerament ikkontrollat ta' algoritmi

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Qabel l-iskjerament ta' algorittmu ta' negozjar, ditta ta' investiment għandha tistipula limiti predefiniti dwar:

(a)

l-għadd ta' strumenti finanzjarji li qed jiġu nnegozjati;

(b)

il-prezz, il-valur u n-numru ta' ordnijiet;

(c)

il-pożizzjonijiet ta' strateġija; kif ukoll

(d)

in-numru ta' ċentri ta' negozjar li qed jintbagħtulhom l-ordnijiet.

TAQSIMA 2

Immaniġġjar wara l-iskjerament

Artikolu 9

Awtovalutazzjoni annwali u validazzjoni

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha twettaq awtovalutazzjoni annwali u proċess ta' validazzjoni u abbażi ta' dan il-proċess toħroġ rapport ta' validazzjoni. Matul dan il-proċess, id-ditta ta' investiment għandha tirrevedi, tevalwa u tivvalida l-oqsma li ġejjin:

(a)

is-sistemi ta' negozjar algoritmiku, l-algoritmi tan-negozjar u l-istrateġiji ta' negozjar algoritmiku tagħha;

(b)

il-qafas tagħha ta' governanza, responsabbiltà u approvazzjoni;

(c)

l-arranġament tagħha għall-kontinwità tan-negozju;

(d)

il-konformità ġenerali tagħha mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/65/UE, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha.

L-awtovalutazzjoni tinkludi mill-anqas analiżi tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji tad-ditta ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (5), tfassal ir-rapport ta' validazzjoni u, għal dan il-għan, għandha tinvolvi persunal bl-għarfien tekniku neċessarju. Il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji għandha tinforma lill-funzjoni ta' verifika tal-konformità dwar kwalunkwe nuqqas identifikat fir-rapport ta' validazzjoni.

3.   Ir-rapport ta' validazzjoni jiġi awditjat mill-uffiċċju tal-awditjar intern tad-ditta, meta tkun teżisti tali funzjoni, u jkun soġġett għall-approvazzjoni mill-maniġment superjuri tad-ditta ta' investiment.

4.   Ditta ta' investiment għandha tirrimedja kwalunkwe nuqqas identifikat abbażi tar-rapport ta' validazzjoni.

5.   Meta ditta ta' investiment ma tkunx stabbiliet funzjoni għall-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/565, ir-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward tal-funzjoni għall-ġestjoni tar-riskju f'dan ir-Regolament japplikaw għal kwalunkwe funzjoni oħra stabbilita mid-ditta ta' investiment skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/565.

Artikolu 10

Test tal-istress

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Bħala parti mill-awtovalutazzjoni annwali tagħha msemmija fl-Artikolu 9, ditta ta' investiment għandha tittestja li s-sistemi ta' negozjar algoritmiku tagħha u l-proċeduri u l-kontrolli tagħha msemmija fl-Artikoli 12 sa 18 jistgħu jifilħu għal żidiet fil-flussi tal-ordnijiet jew stress tas-suq. Id-ditta ta' investiment għandha tfassal dawn it-testijiet, wara li tqis in-natura tal-attività ta' negozjar tagħha u s-sistemi ta' negozjar tagħha. Id-ditta ta' investiment għandha tassigura li t-testijiet jitwettqu b'mod li ma jaffettwawx l-ambjent tal-produzzjoni. Dawn it-testijiet jinkludu:

(a)

testijiet b'volum għoli ta' messaġġi billi jintuża l-akbar għadd ta' messaġġi riċevuti u mibgħuta mid-ditta ta' investiment matul is-sitt xhur ta' qabel, immultiplikat bi tnejn;

(b)

testijiet b'volum għoli ta' negozjar, billi jintuża l-ogħla volum ta' negozjar milħuq mid-ditta ta' investiment matul is-sitt xhur ta' qabel, immultiplikat bi tnejn.

Artikolu 11

Ġestjoni ta' bidliet materjali

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tassigura li kwalunkwe bidla materjali proposta fl-ambjent tal-produzzjoni relatata man-negozjar algoritmiku tkun preċeduta minn analiżi ta' dik il-bidla minn persuna maħtura mill-maniġment superjuri tad-ditta ta' investiment. Id-dettall tal-analiżi għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-bidla proposta.

2.   Ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tassigura li kwalunkwe bidla fil-funzjonalità tas-sistemi tagħha tiġi kkomunikata lin-negozjanti responsabbli mill-algoritmu u lill-funzjoni tal-konformità u lill-funzjoni ta' ġestjoni tar-riskju.

TAQSIMA 3

Mezzi sabiex tkun assigurata r-reżiljenza

Artikolu 12

Funzjonalità ta' kanċellazzjoni

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tkun kapaċi tikkanċella immedjatament, bħala miżura ta' emerġenza, kwalunkwe ordni mhux eżegwita tagħha, jew kollha kemm huma, fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar, jew kollha kemm huma, li magħhom tkun konnessa d-ditta ta' investiment (funzjonalità ta' kanċellazzjoni).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ordnijiet mhux eżegwiti għandhom jinkludu dawk oriġinati minn negozjanti, postijiet tan-negozjar jew, fejn applikabbli, klijenti individwali.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u 2, ditta ta' investiment għandha tkun kapaċi tidentifika liema algoritmu ta' negozjar u liema negozjant, post tan-negozjar jew, fejn applikabbli, liema klijent ikunu responsabbli għal kull ordni li tkun intbagħtet lil ċentru tan-negozjar.

Artikolu 13

Sistema ta' sorveljanza awtomatika għall-identifikazzjoni ta' manipulazzjoni tas-suq

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tagħmel monitoraġġ tal-attività ta' negozjar kollha li sseħħ permezz tas-sistemi ta' negozjar tagħha, inkluża dik tal-klijenti tagħha, għal sinjali ta' manipulazzjoni potenzjali tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta' sorveljanza li tkun awtomatizzata u li tagħmel monitoraġġ b'mod effettiv tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet, tiġġenera twissijiet u rapporti u, fejn ikun xieraq, tuża għodod ta' viżwalizzazzjoni.

3.   Is-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata għandha tkopri l-firxa sħiħa tal-attivitajiet ta' negozjar imwettqa mid-ditta ta' investiment u l-ordnijiet kollha ppreżentati minnha. Għandha tkun iddisinjata b'kunsiderazzjoni tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attività ta' negozjar tad-ditta ta' investiment, bħat-tip u l-volum tal-istrumenti negozjati, id-daqs u l-kumplessità tal-fluss tal-ordnijiet tagħha, u s-swieq aċċessati.

4.   Id-ditta ta' investiment għandha tikkontroverifika kwalunkwe indikazzjoni ta' attività ta' negozjar suspettuża li tkun ġiet iġġenerata mis-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata tagħha waqt il-fażi tal-investigazzjoni ma' attivitajiet ta' negozjar rilevanti oħra mwettqa minn dik id-ditta.

5.   Is-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata tad-ditta ta' investiment għandha tkun adattabbli għall-bidliet fl-obbligi regolatorji u l-attività ta' negozjar tad-ditta ta' investiment, inklużi bidliet fl-istrateġija ta' negozjar proprja tagħha u f'dik tal-klijenti tagħha.

6.   Id-ditta ta' investiment għandha teżamina s-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata tagħha mill-anqas darba fis-sena sabiex tivvaluta jekk is-sistema u l-parametri u l-filtri li tuża jkunux għadhom adegwati għall-obbligi regolatorji tad-ditta ta' investiment u l-attività ta' negozjar tagħha, inkluża l-kapaċità tagħha li timminimizza l-ġenerazzjoni ta' twissijiet ta' sorveljanza pożittivi u negattivi foloz iġġenerati mis-sistema ta' sorveljanza.

7.   Bl-użu ta' livell dettaljat biżżejjed ta' granularità tal-ħin, is-sistema ta' sorveljanza awtomatizzata tad-ditta ta' investiment għandha tkun kapaċi taqra, terġa' ddur u tanalizza d-dejta tal-ordni u tat-tranżazzjoni fuq bażi ex post, b'kapaċità biżżejjed sabiex tkun kapaċi topera f'ambjent ta' negozjar b'latenza baxxa awtomatizzat fejn hu rilevanti. Għandha tkun kapaċi wkoll tiġġenera twissijiet operabbli fil-bidu tal-ġurnata ta' negozjar li jmiss jew, fejn huma involuti proċessi manwali, fit-tmiem tal-ġurnata ta' negozjar li jmiss. Is-sistema ta' sorveljanza tad-ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ dokumentazzjoni u proċeduri adegwati għas-segwitu effettiv tat-twissijiet iġġenerati minnha.

8.   Il-persunal responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' negozjar tad-ditta ta' investiment għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 7, għandu jirrapporta lill-funzjoni tal-konformità kwalunkwe attività ta' negozjar li tista' ma tkunx konformi mal-politiki u l-proċeduri tad-ditta ta' investiment jew mal-obbligi regolatorji tagħha. Il-funzjoni ta' verifika tal-konformità għandha tivvaluta dik l-informazzjoni u tieħu l-azzjoni xierqa. Azzjoni bħal din għandha tinkludi r-rappurtar liċ-ċentru ta' negozjar jew il-preżentazzjoni ta' rapport dwar tranżazzjoni jew ordni suspettuża skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

9.   Ditta ta' investiment għandha tassigura li r-rekords tagħha tal-informazzjoni dwar in-negozjar u l-kontijiet ikunu preċiżi, sħaħ u konsistenti billi tirrikonċilja bl-aktar mod fis prattikabbli d-dejta tan-negozjar elettroniku proprju tagħha mar-rekords ipprovduti miċ-ċentri tan-negozjar, is-sensara, il-membri tal-ikklirjar, il-kontropartijiet ċentrali, il-fornituri tad-dejta jew sħab kummerċjali rilevanti oħra tagħha, kif ikun applikabbli u xieraq għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju.

Artikolu 14

Arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju għas-sistemi ta' negozjar algoritmiku tagħha li jkunu adatti għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu dokumentati f'mezz durabbli.

2.   L-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju ta' ditta ta' investiment għandhom jittrattaw b'mod effettiv inċidenti ta' tħarbit u, fejn ikun xieraq, jassiguraw bidu mill-ġdid f'waqtu tan-negozjar algoritmiku. Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu adattati għas-sistemi ta' negozjar ta' kull ċentru ta' negozjar aċċessat u għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

qafas ta' governanza għall-iżvilupp u l-użu tal-arranġament ta' kontinwità tan-negozju;

(b)

firxa ta' xenarji avversi possibbli relatati mal-operat tas-sistemi ta' negozjar algoritmiku, inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' sistemi, persunal, spazju ta' ħidma, fornituri esterni jew ċentri tad-dejta jew it-telf jew l-alterazzjoni ta' dejta u dokumenti kritiċi;

(c)

proċeduri għar-rilokazzjoni tas-sistema ta' negozjar f'sit ta' riżerva u t-tħaddim tas-sistema ta' negozjar minn dak is-sit, fejn il-pussess ta' tali sit ikun xieraq għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' negozjar algoritmiku tad-ditta ta' investiment;

(d)

taħriġ lill-persunal dwar it-tħaddim tal-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju;

(e)

politika dwar l-użu fir-rigward tal-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 12;

(f)

arranġamenti għat-tifi tal-algoritmu tan-negozjar jew tas-sistema ta' negozjar rilevanti fejn ikun xieraq;

(g)

arranġamenti alternattivi għad-ditta ta' investiment sabiex timmaniġġja ordnijiet u pożizzjonijiet pendenti.

3.   Ditta ta' investiment għandha tassigura li l-algoritmu tan-negozjar jew is-sistema tan-negozjar tagħha jistgħu jintfew skont l-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju tagħha mingħajr ma jinħolqu kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati.

4.   Ditta ta' investiment għandha teżamina u tittestja l-arranġamenti għall-kontinwità tan-negozju tagħha fuq bażi annwali u timmodifika l-arranġamenti fid-dawl ta' dak l-eżami.

Artikolu 15

Kontrolli ta' qabel in-negozjar mad-dħul ta' ordni

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha twettaq il-kontrolli ta' qabel in-negozjar li ġejjin mad-dħul ta' ordni għall-istrumenti finanzjarji kollha:

(a)

collars tal-prezzijiet, li jimblukkaw jew jikkanċellaw awtomatikament ordnijiet li ma jissodisfawx il-parametri stabbiliti tal-prezzijiet, billi jiddifferenzjaw bejn strumenti finanzjarji differenti, kemm fuq bażi ta' ordni b'ordni kif ukoll fuq perjodu ta' żmien speċifikat;

(b)

il-valuri massimi tal-ordni, li jimpedixxu ordnijiet b'valur kbir mhux tas-soltu tal-ordni milli jidħlu fil-ktieb tal-ordnijiet;

(c)

il-volumi massimi tal-ordni, li jimpedixxu ordnijiet b'daqs kbir mhux tas-soltu tal-ordni milli jidħlu fil-ktieb tal-ordnijiet;

(d)

il-limiti massimi tal-messaġġi, li jimpedixxu li jintbagħat numru eċċessiv ta' messaġġi lill-kotba tal-ordnijiet rigward il-preżentazzjoni, il-modifika jew il-kanċellazzjoni ta' ordni.

2.   Ditta ta' investiment għandha tinkludi immedjatament l-ordnijiet kollha mibgħuta lil ċentru ta' negozjar fil-kalkolu tal-limiti ta' qabel in-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ mekkaniżmi ta' regolazzjoni ta' eżekuzzjoni awtomatizzata ripetuta li jikkontrollaw in-numru ta' drabi li tkun ġiet applikata strateġija ta' negozjar algoritmiku. Wara numru determinat minn qabel ta' eżekuzzjonijiet ripetuti, is-sistema ta' negozjar għandha tiġi diżattivata b'mod awtomatiku sakemm terġa' tiġi attivata minn membru tal-persunal magħżul.

4.   Ditta ta' investiment għandha tistipula limiti tar-riskju tas-suq u ta' kreditu li jkunu stabbiliti abbażi tal-bażi kapitali, l-arranġamenti tal-ikklirjar tagħha, l-istrateġija ta' negozjar tagħha, it-tolleranza tar-riskju tagħha u l-esperjenza tagħha u ċerti varjabbli bħat-tul ta' żmien minn meta d-ditta tkun ilha involuta f'negozjar algoritmiku u d-dipendenza tagħha fuq bejjiegħa ta' partijiet terzi. Id-ditta ta' investiment għandha taġġusta l-limiti tar-riskju tas-suq u tal-kreditu sabiex tpatti għall-impatt li jinbidel tal-ordnijiet fuq is-suq rilevanti minħabba l-livelli differenti tal-prezzijiet u l-likwidità.

5.   Ditta ta' investiment għandha timblokka jew tikkanċella awtomatikament l-ordnijiet minn negozjant jekk hija ssir taf li dak in-negozjant ma jkollux il-permess biex jinnegozja strument finanzjarju partikolari. Ditta ta' investiment timblokka jew tikkanċella ordnijiet meta dawk l-ordnijiet jirriskjaw li jikkompromettu l-limiti tar-riskju proprji tad-ditta ta' investiment. Fejn ikun xieraq, għandhom jiġu applikati kontrolli fuq l-esponimenti għal klijenti, strumenti finanzjarji, negozjanti u desks tan-negozjar individwali jew għad-ditta tal-investiment sħiħa.

6.   Ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ proċeduri u arranġamenti sabiex tieħu ħsieb ordnijiet li jkunu ġew imblukkati mill-kontrolli ta' qabel in-negozjar tad-ditta ta' investiment iżda li d-ditta ta' investiment tkun tixtieq tippreżeneta xorta. Tali proċeduri u arranġamenti jiġu applikati b'rabta ma' negozju speċifiku fuq bażi temporanja u f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Dawn ikunu soġġetti għal verifika mill-funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji u awtorizzazzjoni minn individwu maħtur tad-ditta ta' investiment.

Artikolu 16

Monitoraġġ f'ħin real

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha, matul il-ħinijiet li tkun qiegħda tibgħat ordnijiet liċ-ċentri ta' negozjar, tagħmel monitoraġġ f'ħin reali tal-attività kollha ta' negozjar algoritmiku li sseħħ taħt il-kodiċi tan-negozjar tagħha, inkluża dik tal-klijenti tagħha, għal sinjali ta' negozjar diżordinat, inkluż negozjar bejn is-swieq, klassijiet ta' assi, jew prodotti, f'każijiet fejn id-ditta jew il-klijenti tagħha jieħdu sehem f'attivitajiet bħal dawn.

2.   Il-monitoraġġ f'ħin reali tal-attività ta' negozjar algoritmiku għandu jitwettaq min-negozjant responsabbli mill-algoritmu tan-negozjar jew mill-istrateġija ta' negozjar algoritmiku, u mill-funzjoni ta' ġestjoni tar-riskju jew minn funzjoni indipendenti ta' kontroll tar-riskji stabbilita għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni. Dik il-funzjoni ta' kontroll tar-riskji titqies li hija indipendenti, irrispettivament minn jekk il-monitoraġġ f'ħin reali jsirx minn membru tal-persunal tad-ditta ta' investiment jew minn parti terza, bil-kundizzjoni li din ma tkunx ġerarkikament dipendenti fuq in-negozjant u tkun tista' tikkontesta lin-negozjant kif ikun xieraq u neċessarju fi ħdan il-qafas ta' governanza msemmi fl-Artikolu 1.

3.   Il-membri tal-persunal responsabbli mill-monitoraġġ f'ħin reali għandhom jirrispondu għal kwistjonijiet operattivi u regolatorji fil-ħin u għandhom jibdew azzjoni ta' rimedju fejn ikun meħtieġ.

4.   Ditta ta' investiment għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti, iċ-ċentri ta' negozjar rilevanti u, fejn ikun applikabbli, il-fornituri ta' DEA, il-membri tal-ikklirjar u l-kontropartijiet ċentrali jistgħu f'kull ħin ikollhom aċċess għall-membri tal-persunal responsabbli mill-monitoraġġ f'ħin reali. Għal dak il-għan, id-ditta ta' investiment għandha tidentifika u perjodikament tittestja l-kanali ta' komunikazzjoni tagħha, inklużi l-proċeduri ta' kuntatt tagħha għall-ħinijiet li ma jkunux il-ħinijiet ta' negozjar, sabiex tassigura li f'emerġenza, il-membri tal-persunal b'livell adegwat ta' awtorità jkunu jistgħu jikkuntattjaw lil xulxin fil-ħin.

5.   Is-sistemi ta' monitoraġġ f'ħin reali għandu jkollhom twissijiet f'ħin reali sabiex jassistu lill-persunal fl-identifikazzjoni ta' attivitajiet ta' negozjar mhux previsti mwettqa permezz ta' algoritmu. Ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ proċess sabiex tieħu azzjoni ta' rimedju mill-aktar fis possibbli wara li tiġi ġġenerata twissija, inkluż, fejn ikun meħtieġ, irtirar ordnat mis-suq. Dawn is-sistemi għandhom jipprovdu wkoll twissijiet fir-rigward ta' algoritmi u ordnijiet ta' DEA li jattivaw is-salvaviti ta' ċentru tan-negozjar. Twissijiet f'ħin reali għandhom jiġu ġġenerati fi żmien ħames sekondi wara l-avveniment rilevanti.

Artikolu 17

Kontrolli ta' wara n-negozjar

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha tħaddem kontinwament il-kontrolli ta' wara n-negozjar li jkollha fis-seħħ. Meta jiġi attivat kontroll ta' wara n-negozjar, id-ditta ta' investiment għandha tieħu azzjoni xierqa, li tista' tinkludi l-aġġustament jew it-tifi tal-algoritmu tan-negozjar jew is-sistema ta' negozjar rilevanti jew irtirar b'mod ordnat mis-suq.

2.   Il-kontrolli ta' wara n-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-valutazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tar-riskju tas-suq u ta' kreditu tad-ditta ta' investiment f'termini ta' esponiment effettiv.

3.   Ditta ta' investiment għandha żżomm rekords tal-informazzjoni dwar in-negozjar u l-kontijiet, li jkunu sħaħ, preċiżi u konsistenti. Id-ditta ta' investiment għandha tirrikonċilja l-logs tan-negozjar elettroniku proprju tagħha ma' informazzjoni dwar l-ordnijiet pendenti u l-esponimenti għar-riskju tagħha kif ipprovduta miċ-ċentri tan-negozjar li lilhom tibgħat l-ordnijiet, mis-sensara jew il-fornituri ta' DEA tagħha, mill-membri tal-ikklirjar jew il-kontropartijiet ċentrali tagħha, u mill-fornituri tad-dejta tagħha jew sħab kummerċjali rilevanti oħra. Għandha ssir rikonċiljazzjoni f'ħin reali meta l-parteċipanti tas-suq hawn fuq imsemmija jipprovdu l-informazzjoni f'ħin reali. Ditta ta' investiment għandu jkollha l-kapaċità li tikkalkula f'ħin reali l-esponiment pendenti tagħha u dak tan-negozjanti u l-klijenti tagħha.

4.   Għad-derivattivi, il-kontrolli ta' wara n-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu kontrolli rigward il-pożizzjonijiet massimi ta' strateġija twila u qasira u ġenerali, bil-limiti ta' negozjar għandhom jiġu stabbiliti f'unitajiet li huma xierqa għat-tipi ta' strumenti finanzjarji involuti.

5.   Il-monitoraġġ ta' wara n-negozjar għandu jitwettaq min-negozjanti responsabbli għall-algoritmu u funzjoni ta' kontroll tar-riskju tad-ditta ta' investiment.

Artikolu 18

Sigurtà u limiti għall-aċċess

(Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment għandha timplimenta strateġija tal-IT b'għanijiet u miżuri definiti li:

(a)

hija f'konformità mal-istrateġija kummerċjali u dwar ir-riskju tad-ditta ta' investiment u hija adattata għall-attivitajiet operattivi tagħha u r-riskji li tkun esposta għalihom;

(b)

hija bbażata fuq organizzazzjoni affidabbli tal-IT, li tinkludi s-servizz, il-produzzjoni u l-iżvilupp;

(c)

tikkonforma ma' ġestjoni effettiva tas-sigurtà tal-IT.

2.   Ditta ta' investiment għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti xierqa għas-sigurtà fiżika u elettronika li jimminimizzaw ir-riskji ta' attakki kontra s-sistemi ta' informazzjoni tagħha, u li tinkludi ġestjoni effettiva tal-identità u tal-aċċess. Dawn l-arranġamenti għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità, l-awtentiċità, u d-disponibbiltà tad-dejta u l-affidabbiltà u r-robustezza tas-sistemi tal-informazzjoni tad-ditta ta' investiment.

3.   Ditta ta' investiment għandha tinforma fil-pront lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe ksur materjali tal-miżuri tas-sigurtà fiżika u elettronika tagħha. Għandha tipprovdi rapport tal-inċident lill-awtorità kompetenti, li fih jiġu indikati n-natura tal-inċident, il-miżuri meħuda wara l-inċident u l-inizjattivi meħuda sabiex jiġi evitat li jseħħu inċidenti simili.

4.   Ditta ta' investiment għandha kull sena twettaq testijiet ta' penetrazzjoni u skannjar tal-vulnerabbiltà sabiex tissimula attakki ċibernetiċi.

5.   Ditta ta' investiment għandha tassigura li tkun kapaċi tidentifika l-persuni kollha li jkollhom drittijiet kritiċi ta' aċċess tal-utent għas-sistemi tal-IT tagħha. Id-ditta ta' investiment għandha tillimita l-għadd ta' dawn il-persuni u għandha tagħmel monitoraġġ tal-aċċess tagħhom għas-sistemi tal-IT sabiex tassigura t-traċċabilità f'kull ħin.

KAPITOLU III

AĊĊESS ELETTRONIKU DIRETT

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet ġenerali għad-DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Fornitur ta' DEA għandu jistabbilixxi politiki u proċeduri sabiex jiżgura li n-negozjar tal-klijenti tad-DEA tiegħu jikkonforma mar-regoli taċ-ċentru tan-negozjar sabiex jiżgura li l-fornitur tad-DEA jissodisfa r-rekwiżiti skont l-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014//65/UE.

Artikolu 20

Kontrolli tal-fornituri ta' DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fornitur ta' DEA għandu japplika l-kontrolli stabbiliti fl-Artikoli 13, 15 u 17 u l-monitoraġġ f'ħin reali stabbilit fl-Artikolu 16 għall-fluss tal-ordnijiet ta' kull wieħed mill-klijenti tad-DEA tiegħu. Dawk il-kontrolli u dak il-monitoraġġ għandhom ikunu separati u distinti mill-kontrolli u l-monitoraġġ applikati mill-klijenti tad-DEA. B'mod partikolari, l-ordnijiet ta' klijent tad-DEA dejjem għandhom jgħaddu mill-kontrolli ta' qabel in-negozjar li huma stabbiliti u kkontrollati mill-fornitur tad-DEA.

2.   Fornitur ta' DEA jista' juża l-kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar proprji tiegħu, kontrolli pprovduti minn parti terza jew kontrolli offruti miċ-ċentru ta' negozjar u monitoraġġ f'ħin reali. Fiċ-ċirkustanzi kollha, il-fornitur ta' DEA għandu jibqa' responsabbli għall-effettività ta' dawk il-kontrolli. Il-fornitur ta' DEA għandu jassigura wkoll li huwa jkollu d-dritt biss li jistabbilixxi jew jimmodifika l-parametri jew il-limiti ta' dawk il-kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar u l-monitoraġġ f'ħin reali. Il-fornitur ta' DEA għandu jagħmel monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar fuq bażi kontinwa.

3.   Il-limiti tal-kontrolli ta' qabel in-negozjar mas-sottomissjoni tal-ordnijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-kreditu u l-limiti ta' riskju li l-fornitur tad-DEA japplika għall-attività ta' negozjar tal-klijenti tiegħu b'DEA. Dawk il-limiti għandhom ikunu bbażati fuq id-diliġenza dovuta inizjali u l-valutazzjoni perjodika tal-klijent tad-DEA mill-fornitur tad-DEA.

4.   Il-parametri u l-limiti tal-kontrolli applikati għall-klijenti tad-DEA li jużaw aċċess sponsorjat għandhom ikunu strinġenti daqs dawk imposti fuq klijenti tad-DEA li jużaw DMA.

Artikolu 21

Speċifikazzjonijiet għas-sistemi tal-fornituri ta' DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fornitur ta' DEA għandu jiżgura li s-sistemi ta' negozjar tiegħu jippermettulu li:

(a)

jagħmel monitoraġġ tal-ordnijiet ippreżentati minn klijent tad-DEA billi juża l-kodiċi tan-negozjar tal-fornitur tad-DEA;

(b)

jimblokka jew jikkanċella b'mod awtomatiku ordnijiet minn individwi li joperaw sistemi ta' negozjar li jibagħtu ordnijiet relatati ma' negozjar algoritmiku u li ma ħandhomx awtorizzazzjoni li jibagħtu ordnijiet permezz tad-DEA;

(c)

jimblokka jew jikkanċella b'mod awtomatiku ordnijiet minn klijent tad-DEA għal strumenti finanzjarji li l-klijent ma jkunx awtorizzat li jinnegozja, permezz ta' sistema interna ta' mmarkar biex tidentifika u timblokka klijenti singoli tad-DEA jew grupp ta' klijenti tad-DEA;

(d)

jimblokka jew jikkanċella b'mod awtomatiku ordnijiet ta' klijent tad-DEA li jiksru l-limiti ta' ġestjoni tar-riskju tal-fornitur tad-DEA, billi japplika kontrolli għall-esponimenti ta' klijenti individwali tad-DEA, strumenti finanzjarji jew gruppi ta' klijenti tad-DEA;

(e)

iwaqqaf flussi ta' ordnijiet trażmessi mill-klijenti tiegħu tad-DEA;

(f)

jissospendi jew jirtira s-servizzi ta' DEA lil kwalunkwe klijent tad-DEA meta l-fornitur tad-DEA ma jkunx sodisfatt li t-tkomplija tal-aċċess tkun konsistenti mar-regoli u l-proċeduri tiegħu għal negozjar ġust u ordnat u għall-integrità tas-suq;

(g)

kull meta jkun meħtieġ, iwettaq eżami tas-sistemi interni ta' kontroll tar-riskju tal-klijenti tad-DEA.

2.   Fornitur ta' DEA għandu jkollu proċeduri sabiex jevalwa, jimmaniġġja u jimmitiga tfixkil tas-suq u riskji speċifiċi għad-ditta. Il-fornitur ta' DEA għandu jkun kapaċi jidentifika l-persuni li għandhom jiġu nnotifikati f'każ li żball jirriżulta fi ksur tal-profil tar-riskju jew fi ksur potenzjali tar-regoli taċ-ċentru tan-negozjar.

3.   Fornitur ta' DEA għandu f'kull ħin ikun kapaċi jidentifika l-klijenti tad-DEA differenti tiegħu, u l-postijiet tan-negozjar ta' dawn il-klijenti tad-DEA, li jippreżentaw ordnijiet permezz tas-sistemi tal-fornitur ta' DEA billi jassenjalhom kodiċi ta' identifikazzjoni uniku.

4.   Fornitur ta' DEA li jippermetti lil klijent tad-DEA li jipprovdi l-aċċess DEA tiegħu lill-klijenti proprji tiegħu (“sottodelega”) għandu jkun kapaċi jidentifika l-flussi ta' ordnijiet differenti mill-benefiċjarji ta' tali sottodelega mingħajr ma jeħtieġlu jkun jaf l-identità tal-benefiċjarji ta' tali arranġament.

5.   Fornitur ta' DEA għandu jirreġistra d-dejta relatata mal-ordnijiet ippreżentati mill-klijenti tiegħu tad-DEA, li tinkludi l-modifiki u l-kanċellazzjonijiet, it-twissijiet iġġenerati mis-sistemi ta' monitoraġġ tiegħu u l-modifiki magħmula fil-proċess tiegħu ta' filtrazzjoni.

Artikolu 22

Valutazzjoni tad-diliġenza dovuta ta' klijenti prospettivi tad-DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fornitur tad-DEA għandu jwettaq valutazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-klijenti prospettivi tiegħu tad-DEA sabiex jiżgura li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regoli taċ-ċentru ta' negozjar li għalih joffru aċċess.

2.   Il-valutazzjoni tad-diliġenza dovuta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri:

(a)

l-istruttura ta' governanza u sjieda tal-klijent prospettiv tad-DEA;

(b)

it-tipi ta' strateġiji li għandhom jitwettqu mill-klijent prospettiv tad-DEA;

(c)

l-arranġament organizzattiv, is-sistemi, il-kontrolli ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar u l-monitoraġġ f'ħin reali tal-klijent prospettiv tad-DEA. Id-ditta ta' investiment li toffri DEA li jippermetti lill-klijenti tad-DEA li jużaw softwer tan-negozjar ta' parti terza sabiex jaċċessaw iċ-ċentri ta' negozjar għandha tassigura li s-softwer jinkludi kontrolli ta' qabel in-negozjar li jkunu ekwivalenti għall-kontrolli ta' qabel in-negozjar stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(d)

ir-responsabbiltajiet fi ħdan il-klijent prospettiv tad-DEA sabiex jiġu indirizzati l-azzjonijiet u l-iżbalji;

(e)

il-mudell u l-imġiba storiċi tan-negozjar tal-klijent prospettiv tad-DEA;

(f)

il-livell tal-volum mistenni ta' negozjar u ordnijiet tal-klijent prospettiv tad-DEA;

(g)

l-abbiltà tal-klijent prospettiv tad-DEA li jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu lejn il-fornitur tad-DEA;

(h)

l-istorja dixxiplinarja tal-klijent prospettiv tad-DEA, meta tkun disponibbli.

3.   Fornitur ta' DEA li jippermetti sottodelega għandu jiżgura li klijent prospettiv tad-DEA, qabel ma jagħti tali aċċess, ikollu fis-seħħ qafas ta' diliġenza dovuta li tkun mill-anqas ekwivalenti għal dik deskritta fil-paragrafu 1 u 2.

Artikolu 23

Eżami perjodiku tal-klijenti tad-DEA

(Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fornitur ta' DEA għandu jeżamina l-proċessi tiegħu ta' valutazzjoni tad-diliġenza dovuta kull sena.

2.   Fornitur ta' DEA għandu jwettaq rivalutazzjoni annwali bbażata fuq ir-riskju, tal-adegwatezza tas-sistemi u l-kontrolli tal-klijenti tiegħu, li tikkunsidra b'mod partikolari l-bidliet fl-iskala, in-natura jew il-kumplessità tal-attivitajiet jew fl-istrateġiji ta' negozjar tagħhom, il-bidliet fil-persunal, l-istruttura tas-sjieda, il-kont tan-negozjar jew bankarju, l-istatus regolatorju, il-pożizzjoni finanzjarja u jekk klijent tad-DEA ikunx esprima l-intenzjoni li jissottodelega l-aċċess li jirċievi mill-fornitur tad-DEA.

KAPITOLU IV

DITTI TA' INVESTIMENT LI JAĠIXXU BĦALA MEMBRI ĠENERALI TAL-IKKLIRJAR

Artikolu 24

Sistemi u kontrolli tad-ditti ta' investiment li jaġixxu bħala membri ġenerali tal-ikklirjar

(Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Kwalunkwe sistema użata minn ditta ta' investiment li taġixxi bħala membru ġenerali tal-ikklirjar (“ditta tal-ikklirjar”) sabiex tappoġġa l-għoti tas-servizzi ta' kklirjar tagħha lill-klijenti tagħha għandha tkun soġġetta għal valutazzjonijiet, kontrolli u monitoraġġ xierqa tad-diliġenza dovuta.

Artikolu 25

Valutazzjonijiet tad-diliġenza dovuta tal-klijenti tal-ikklirjar prospettivi

(Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta tal-ikklirjar għandha tagħmel valutazzjoni inizjali tal-klijenti prospettivi tal-ikklirjar, b'kunsiderazzjoni tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-klijent prospettiv tal-ikklirjar. Kull klijent prospettiv tal-ikklirjar għandu jiġi valutat ma' dawn il-kriterji:

(a)

is-saħħa tal-kreditu, inkluż kwalunkwe garanzija mogħtija;

(b)

is-sistemi interni ta' kontroll tar-riskju;

(c)

l-istrateġija maħsuba tan-negozjar;

(d)

sistemi u arranġamenti ta' pagament li jippermettu lill-klijent tal-ikklirjar prospettiv li jiżgura t-trasferiment f'waqtu ta' assi jew flus kontanti bħala marġini kif meħtieġ mid-ditta tal-ikklirjar fir-rigward tas-servizzi tal-ikklirjar li tipprovdi;

(e)

is-settings tas-sistemi u l-aċċess għal informazzjoni li tgħin lill-klijent tal-ikklirjar prospettiv jirrispetta kwalunkwe limitu massimu ta' negozjar maqbul mad-ditta tal-ikklirjar;

(f)

kwalunkwe kollateral ipprovdut lid-ditta tal-ikklirjar mill-klijent tal-ikklirjar prospettiv;

(g)

ir-riżorsi operattivi, inklużi l-interfaċċji u l-konnettività teknoloġiċi;

(h)

kwalunkwe involviment tal-klijent tal-ikklirjar prospettiv fi ksur tar-regoli li jassiguraw l-integrità tas-swieq finanzjarji, inkluż l-involviment f'abbuż tas-suq, reati finanzjarji jew attivitajiet ta' ħasil tal-flus.

2.   Ditta tal-ikklirjar għandha tivvaluta kull sena l-prestazzjoni kontinwa tal-klijenti tal-ikklirjar tagħha mal-kriterji elenkati fil-paragrafu 1. Il-ftehim bil-miktub vinkolanti msemmi fl-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jinkludi dawk il-kriterji u għandu jistabbilixxi l-frekwenza li biha d-ditta tal-ikklirjar għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-klijenti tagħha tal-ikklirjar kontra dawk il-kriterji meta dan l-eżami jkollu jsir aktar ta' spiss minn darba fis-sena. Il-ftehim bil-miktub vinkolanti jistabbilixxi l-konsegwenzi għall-klijenti tal-ikklirjar li ma jikkonformawx ma' dawn il-kriterji.

Artikolu 26

Limiti tal-pożizzjoni

(Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta tal-ikklirjar għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-klijenti tal-ikklirjar tagħha limiti xierqa tan-negozjar u tal-pożizzjoni sabiex ittaffi u timmaniġġja r-riskji proprji tagħha tal-kontroparti, tal-likwidità, operattivi u riskji oħra.

2.   Ditta tal-ikklirjar għandha tagħmel montoraġġ tal-pożizzjonijiet tal-klijenti tal-ikklirjar tagħha kontra l-limiti msemmija fil-paragrafu 1 kemm jista' jkun f'ħin reali u jkollha proċeduri xierqa qabel in-negozjar u wara n-negozjar sabiex timmaniġġja r-riskju ta' ksur tal-limiti tal-pożizzjoni, permezz ta' prattika ta' marġini xierqa u mezzi xierqa oħra.

3.   Ditta tal-ikklirjar għandha tiddokumenta bil-miktub il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2 u tirreġistra jekk il-klijenti tal-ikklirjar jikkonformawx ma' dawk il-proċeduri.

Artikolu 27

Żvelar ta' informazzjoni dwar is-servizzi pprovduti

(Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta tal-ikklirjar għandha tippubblika l-kundizzjonijiet li bihom hija toffri s-servizzi ta' kklirjar tagħha. Hija għandha toffri dawk is-servizzi b'termini kummerċjali raġonevoli.

2.   Ditta tal-ikklirjar għandha tinforma lill-klijenti tal-ikklirjar prospettivi u eżistenti tagħha dwar il-livelli ta' protezzjoni u tal-ispejjeż assoċjati mal-livelli differenti ta' segregazzjoni li tipprovdi. Informazzjoni dwar il-livelli differenti ta' segregazzjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-effetti legali prinċipali tal-livelli ta' segregazzjoni rispettivi offruti, inkluża informazzjoni dwar il-liġi tal-insolvenza applikabbli fil-ġurisdizzjoni rilevanti.

KAPITOLU V

TEKNIKA TA' NEGOZJAR ALGORITMIKU BI FREKWENZA GĦOLJA U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Kontenut u format tar-rekords tal-ordnijiet

(Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Ditta ta' investiment li tuża teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja għandha, immedjatament wara l-preżentazzjoni tal-ordni, tirreġistra d-dettalji ta' kull ordni ppreżentata billi tuża l-format stabbilit fit-tabelli 2 u 3 tal-Anness II.

2.   Ditta ta' investiment li tuża teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja għandha taġġorna l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fl-istandards u l-formati speċifikati fir-raba' kolonna tat-tabelli 2 u 3 tal-Anness II.

3.   Ir-rekords imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jinżammu għal ħames snin mid-data tas-sottomissjoni ta' ordni lil ċentru tan-negozjar jew lil ditta ta' investiment oħra għall-eżekuzzjoni.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

(Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tad-ditti tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Kriterji li għandhom jitqiesu l-awtovalutazzjoni tal-kumpanija tal-investiment kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)

1.

Meta wieħed iqis in-natura tan-negozju, ditta tal-investiment għandha tikkunsidra dan li ġej, fejn applikabbli:

(a)

l-istatus regolatorju tad-ditta u, fejn applikabbli, tal-klijenti DEA tagħha, inklużi r-rekwiżiti regolatorji li għalihom hija suġġetta bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE, u rekwiżiti regolatorji rilevanti oħrajn;

(b)

ir-rwoli tad-ditta fis-suq, inkluż jekk hijiex ġeneratur tas-suq u jekk din teżegwixxi ordnijiet tal-klijenti jew tinnegozjax biss f'isimha;

(c)

il-livell ta' awtomazzjoni ta' negozjar u ta' proċessi jew attivitajiet oħra tad-ditta;

(d)

it-tipi u l-istatus regolatorju tal-istrumenti, prodotti u klassijiet ta' assi li d-ditta tinnegozja fihom;

(e)

it-tipi ta' strateġiji li timpjega d-ditta u r-riskji li jkun hemm f'dawn l-istrateġiji proprji tal-kumpanija tal-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonament ġust u ordnat tas-swieq; id-ditta għandha tqis b'mod partikolari n-natura ta' dawn l-istrateġiji, bħall-ġenerazzjoni tas-suq jew l-arbitraġġ, u jekk dawn l-istrateġiji humiex għal żmien twil, għal żmien qasir, direzzjonali, jew nondirezzjonali;

(f)

Is-sensittività għal-latenza tal-istrateġiji tad-ditta u l-attivitajiet ta' negozjar;

(g)

it-tip u l-istatus regolatorju ta' ċentri tan-negozjar u puli ta' likwidità disponibbli u b'mod partikolari jekk l-attività ta' negozjar f'dawk iċ-ċentri tan-negozjar u f'puli ta' likwidità oħrajn tkun lit trading, dark trading jew over-the-counter trading;

(h)

is-soluzzjonijiet ta' konnettività tad-ditta u jekk taċċedix ċentri tan-negozjar bħala membru, bħala klijent DEA jew bħala fornitur DEA;

(i)

sa fejn il-kumpanija sserraħ fuq partijiet terzi għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' sistemi tan-negozjar u l-algoritmi tagħha jew jekk dawn l-algoritmi jew sistemi tan-negozjar humiex awtożviluppati, kożviluppati ma' parti terza, jew mixtrija minn, jew esternalizzati għal parti terza;

(j)

is-sjieda u l-istruttura ta' governanza tad-ditta, kif inhi strutturata mil-lat organizzattiv u operattiv, u jekk hijiex sħubija, sussidjarja, kumpanija nnegozjata pubblikament, jew b'mod ieħor;

(k)

l-immaniġġjar tar-riskju, il-konformità, l-istruttura tal-awditjar u l-organizzazzjoni tad-ditta;

(l)

id-data tat-twaqqif tad-ditta u l-livell ta' esperjenza u kompetenza tal-persunal tagħha u jekk tkunx ġiet stabbilita reċentement.

2.

Meta wieħed iqis in-natura tan-negozju tagħha, ditta tal-investiment għandha tikkunsidra dan li ġej, fejn applikabbli:

(a)

in-numru ta' algoritmi u strateġiji li jkunu qed isiru b'mod parallel;

(b)

l-għadd ta' strumenti individwali, prodotti u klassijiet ta' assi negozjati;

(c)

in-numru ta' uffiċċji ta' negozjar operati u identifikaturi kummerċjali individwali tal-persuni fiżiċi responsabbli għat-twettiq tal-ordnijiet u l-algoritmi użati;

(d)

il-kapaċitajiet ta' volum ta' messaġġi u b'mod partikolari l-għadd ta' ordnijiet ippreżentati, aġġustati, ikkanċellati u eżegwiti;

(e)

il-valur monetarju tal-pożizzjonijiet grossi u netti ta' negozju għal dakinhar jew mil-lum għal għada;

(f)

l-għadd ta' swieq aċċessibbli kemm bħala membru kif ukoll bħala parteċipant jew permezz tad-DEA;

(g)

l-għadd u d-daqs tal-klijenti tad-ditta, u l-aktar il-klijenti DEA tad-ditta;

(h)

in-numru ta' kolokazzjoni jew siti ta' proximity hosting li għalihom id-ditta għandha l-konnettività;

(i)

id-daqs tal-kapaċità ta' volum tal-infrastruttura ta' konnettività tad-ditta;

(j)

in-numru tal-membri tal-ikklirjar jew sħubijiet tas-CCP tad-ditta;

(k)

id-daqs tad-ditta f'termini tan-numru ta' persunal front-office, middle-office u back-office impjegat bħala ekwivalenti full-time;

(l)

l-għadd tal-postijiet fiżiċi tad-ditta;

(m)

l-għadd ta' pajjiżi u reġjuni fejn il-kumpanija qed twettaq attivitajiet ta' negozjar;

(n)

il-qligħ u l-profitti annwali tad-ditta.

3.

Meta tqis il-kumplessità tan-negozju, ditta tal-investiment għandha tikkunsidra dan li ġej, fejn applikabbli:

(a)

in-natura tal-istrateġiji mwettaq mid-ditta jew mill-klijenti tagħha, sal-punt li dawn l-istrateġiji huma magħrufa mid-ditta u, b'mod partikolari, jekk dawn l-istrateġiji jimplikawx algoritmi li jibdew ordnijiet relatati ma' strumenti kkorrelati jew f'diversi ċentri ta' negozjar jew puli ta' likwidità;

(b)

l-algoritmi tad-ditta, f'termini ta' kodifikazzjoni, inputs li fuqhom jiddependu l-algoritmi, interdipendenzi u l-eċċezzjonijiet tar-regoli li hemm fl-algoritmi, jew b'mod ieħor;

(c)

is-sistemi ta' negozjar tad-ditta f'termini ta' diversità ta' sistemi ta' negozjar użati, u sa fejn id-ditta jkollha kontroll fuq l-istabbiliment, l-aġġustament, l-ittestjar, u r-reviżjoni tas-sistemi tan-negozjar tagħha;

(d)

l-istruttura tad-ditta f'termini ta' sjieda u governanza u l-istabbiliment organizzazzjonali, operazzjonali, tekniku, fiżiku, jew ġeografiku tagħha;

(e)

id-diversità tal-konnettività, it-teknoloġiji jew is-soluzzjonijiet ta' kklerjar tad-ditta,

(f)

id-diversità tal-infrastrutturi fiżiċi ta' negozju tad-ditta;

(g)

il-livell ta' esternalizzazzjoni mwettaq jew offrut mid-ditta u b'mod partikolari fejn funzjonijiet ewlenin qed jiġu esternalizzati;

(h)

id-dispożizzjoni jew l-użu ta' DEA tad-ditta, kemm jekk huwa DMA jew aċċess sponsorjat, u l-kondizzjonijiet li taħthom huwa offrut id-DEA lill-klijenti; kif ukoll,

(i)

il-veloċità tan-negozjar mid-ditta jew il-klijenti tagħha.


ANNESS II

Il-kontenut u l-format tar-rekords tal-ordnijiet kif imsemmi fl-Artikolu 28

Tabella 1

Tifsiriet għat-Tabelli 2 u 3

SIMBOLU

TIPI TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217

{DATE_TIME_FORMAT}

il-format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJThh:mm:ss.ddddddZ.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li l-ittra “T” għandha tintuża

“hh” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifra b'kollox li minnhom sa m ċifra jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b'“-” (minus);

il-valuri huma arrotondati u mhux maqtugħa.

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sa n ċifra b'kollox

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi ta' numri sħaħ.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166.

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur tal-entità ġuridika kif definit f'ISO 17442.

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383.

{NATIONAL_ID}

35 karattru alfanumeriku

L-identifikatur huwa dak stabbilit fl-Artikolu 6 u fl-ANNESS II [RTS 22 dwar l-obbligi ta' rappurtar skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014].


Tabella 2

Informazzjoni dwar kull deċiżjoni inizjali li jsir negozju u l-ordnijiet deħlin mingħand il-klijenti

N.

Kaxxa

Deskrizzjoni

Standards u Formati

1

L-isem/l-ismijiet tal-klijenti

L-ewwel isem/ismijiet sħiħ/sħaħ tal-klijent. Meta jkun hemm iktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha għandhom jiġu inklużi f'din il-kaxxa u għandhom ikunu separati b'virgola.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ ta' kopertura b'Identifikatur ta' Entita Ġuridika (LEI).

{ALPHANUM-140}

2

Kunjom (ijiet) tal-klijent

Kunjom/ijiet sħiħ/sħaħ tal-klijent. Meta jkun hemm iktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha għandhom jiġu inklużi f'din il-kaxxa u għandhom ikunu separati b'virgola.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ ta' kopertura b'LEI

{ALPHANUM-140}

3

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-klijent

Kodiċi użata biex tidentifika lill-klijent tad-ditta tal-investiment. Fil-każ li jkun hemm DEA, għandu jintuża l-kodiċi tal-utent tad-DEA.

Meta l-klijent ikun entità ġuridika għandu jintuża l-kodiċi LEI tal-klijent.

Meta l-klijent ma jkunx entità ġuridika għandu jintuża {NATIONAL_ID}.

Fil-każ ta' ordnijiet aggregati, għandha tintuża l-markatura AGGR kif speċifikat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 (1)

Fil-każ ta' allokazzjonijiet pendenti, għandha tintuża l-markatura PNAL kif speċifikat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/580

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta biss jekk id-ditta tal-investiment ma jkollhiex klijenti.

{LEI}

{NATIONAL_ID}

“AGGR” — ordnijiet aggregati

“PNAL” — allokazzjonijiet pendenti

4

Isem (ismijiet) tal-persuna li taġixxi f'isem il-klijent

Din il-kaxxa għandu jkun fiha l-ewwel isem(ismijiet) sħiħ/sħaħ tal-persuna li tkun qiegħda taġixxi f'isem il-klijent.

Meta jkun hemm iktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha għandhom jiġu inklużi f'din il-kaxxa u għandhom ikunu separati b'virgola.

{ALPHANUM-140}

5

Kunjom (kunjomijiet) tal-persuna li taġixxi f'isem il-klijent

Din il-kaxxa għandu jkun fiha l-kunjom(ijiet) sħiħ/sħaħ tal-persuna li tkun qiegħda taġixxi f'isem il-klijent. Meta jkun hemm iktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha għandhom jiġu inklużi f'din il-kaxxa u għandhom ikunu separati b'virgola.

{ALPHANUM-140}

6

Deċiżjoni ta' investiment fi ħdan id-ditta

Kodiċi użat biex jidentifika lill-persuna jew lill-algoritmu fid-ditta tal-investiment li huwa responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (2).

Meta persuna fiżika tkun responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment, il-persuna li tkun responsabbli jew li jkollha r-responsabilità ewlenija għad-deċiżjoni tal-investiment għandha tiġi identifikata permezz tan-{NATIONAL_ID}.

Meta algoritmu jkun responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment il-kaxxa għandha timtela skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta d-deċiżjoni tal-investiment ma tkunx saret minn persuna jew algoritmu fid-ditta tal-investiment.

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

7

L-għażla tal-ordni inizjali

Il-kodiċi użat biex jidentifika l-ordni li waslet mingħand il-klijent jew iġġenerata mid-ditta ta' investiment qabel ma l-ordni tiġi pproċessata u ppreżentata lill-ċentru tan-negozjar jew id-ditta ta' investiment.

{ALPHANUM-50}

8

Indikatur xiri-bejgħ

Biex juri jekk l-ordni hijiex ta' xiri jew ta' bejgħ.

Fil-każ ta' opzjonijiet u swapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li jkollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tbigħ l-opzjoni u jirċievi primjum.

Fil-każ ta' futures u forwards għajr futures u forwards marbuta ma' muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-istrument u l-bejjiegħ il-kontroparti li tbigħ l-istrument.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' titoli, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li terfa' r-riskju tal-varjazzjoni fil-prezz tat-titolu sottostanti u li tirċievi l-ammont tat-titolu. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tħallas l-ammont tat-titolu.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' rati tal-imgħax jew ma' indiċijiet tal-inflazzjoni, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa. Fil-każ ta' swaps bażi (swaps tar-rata tal-imgħax varjabbli għal varjabbli), ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas il-firxa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi l-firxa.

Fil-każ ta' swaps u forwards relatati ma' muniti u swaps bejn muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-munita li tiġi l-ewwel meta rranġati alfabetikament skont l-istandard ISO 4217 u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti tforni din il-munita.

Fil-każ ta' swap relatata ma' dividendi, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-ekwivalenti tal-pagamenti tad-dividendi reali. Il-bejjiegħ huwa l-kontroparti li tħallas id-dividend u tirċievi r-rata fissa.

Fil-każ ta' strumenti derivattivi għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu għajr l-opzjonijiet u l-iswapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-protezzjoni. Il-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tbigħ il-protezzjoni.

Fil-każ ta' kuntratti derivattivi marbuta ma' komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-komodità jew il-kwota tal-emissjonijiet speċifikata fir-rapport u l-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tforni din il-komodità jew il-kwota tal-emissjonijiet.

F'każ ta' ftehim tar-rata forward, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa.

Għal żieda fin-nozzjonali x-xerrej għandu jkun l-akkwirent tal-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-istess wieħed li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali.

Għal tnaqqis fin-nozzjonali x-xerrej għandu jkun dak li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-akkwirent tal-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali.

“BUYI” — xiri

“SELL” — bejgħ

9

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

Identifikatur uniku u mhux ambigwu tal-istrument finanzjarju

{ISIN}

10

Prezz

Il-prezz tal-limitu tal-ordni ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax akkumulat.

Għal ordnijiet ta' waqfien, dan għandu jkun il-prezz ta' ordni ta' waqfien.

Fil-każ ta' kuntratti ta' opzjoni, dan il-prezz għandu jkun il-primjum tal-kuntratt tad-derivattivi għal kull punt sottostanti jew punt ta' indiċi.

Fil-każ ta' mħatri fuq il-firxa (spread bets) il-prezz għandu jkun il-prezz ta' referenza tal-istrument sottostanti dirett.

Għal swaps ta' inadempjenza tal-kreditu, il-prezz għandu jkun il-kupun f'punti bażi.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-akbar munita.

Meta l-prezz ma jkunx applikabbli, il-kaxxa għandha timtela bil-valur “NOAP”.

Meta l-prezz attwalment ma jkunx disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun “PNDG”.

Fejn il-prezz miftiehem huwa żero, għandu jintuża prezz ta' żero.

Fejn japplika, il-valuri m'għandhomx jiġu irrawndjati jew imqassra.

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz.

“NOAP” fil-każ li ma jkunx applikabbli l-prezz.

11

Notazzjoni tal-prezz

Indikazzjoni dwar jekk il-prezz u l-prezz tal-eżerċitar humiex espressi f'valur monetarju, f'perċentwali, f'rendiment jew f'punti bażi.

“MONE” — Valur monetarju

“PERC” — Perċentwali

“YIEL” — Rendiment

“BAPO” — Punti bażi

12

Multiplikatur tal-prezzijiet

Numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti rrappreżentati minn kuntratt ta' derivattiv wieħed.

Valur monetarju kopert minn kuntratt swap wieħed, fejn il-kaxxa tal-kwantità tindika n-numru ta' kuntratti swap fit-tranżazzjoni. Għal futur jew opzjoni fuq indiċi, l-ammont għal kull punt ta' indiċi.

Għal spreadbets il-moviment fil-prezz tal-istrument sottostanti li fuqu hija bbażata spreadbet.

L-informazzjoni rrappurtata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri mogħtija fil-kaxxi 10 u 26.

{DECIMAL- 18/17}

“1” — jekk l-istrumenti finanzjarji mhux derivattivi ma jkunux innegozjati permezz ta' kuntratti.

13

Munita tal-prezz

Il-munita li jkun espress fiha l-prezz għall-istrument finanzjarju marbut mal-ordni (applikabbli meta l-prezz ikun espress bħala valur monetarju).

{CURRENCYCODE_3}

14

Munita tas-segment 2

Meta jkun hemm diversi muniti jew swaps bejn il-muniti, il-munita tas-segment 2 għandha tkun il-munita li jkun denominat fiha s-segment 2 tal-kuntratt.

Għal swapzjonijiet fejn l-iswap sottostanti tkun diversi muniti, il-munita tas-segment 2 għandha tkun il-munita li fiha jkun denominat is-segment 2 tal-iswap.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss għal kuntratti derivattivi fuq il-munita u r-rata tal-imgħax.

{CURRENCYCODE_3}

15

Kodiċi tal-istrument sottostanti

Kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti.

Għal ADRs, GDRs u strumenti simili, il-kodiċi {ISIN} tal-istrument finanzjarju li fuqu jkunu bbażati dawk l-istrumenti.

Għal bonds konvertibbli, l-{ISIN} tal-istrument li fih jista' jiġi kkonvertit il-bond.

Għal derivati jew strumenti oħra li jkollhom sottostanti, il-kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti, meta s-sottostanti huwa ammess għan-negozjar jew negozjat f'ċentru tan-negozjar. Meta s-sottostanti jkun dividend tal-istokk, il-kodiċi ISIN tal-ishma relatati li jagħtu dritt fuq id-dividend sottostanti.

Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, għandu jingħata l-ISIN tal-obbligu referenzjarju.

F'każ li s-sottostanti ikun indiċi u jkollu ISIN, il-kodiċi ISIN għal dak l-indiċi.

Meta s-sottostanti jkun basket, daħħal l-ISINs ta' kull kostitwent tal-basket li jkun ammess għall-kummerċ jew li jkun innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Din il-kaxxa għandha tiġi ripetuta kemm il-darba jkun meħtieġ biex jiġu elenkati l-istrumenti kollha fil-basket.

{ISIN}

16

Tip ta' opzjoni

Indika jekk il-kuntratt tad-derivattivi huwiex call (id-dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiċi) jew huwiex put (id-dritt tal-bejgħ ta' assi sottostanti speċifiċi), jew jekk ma hux possibbli li jiġi ddeterminat huwiex call jew put fil-ħin li fih titpoġġa l-ordni. F'każ ta' opzjonijiet fuq swaps ikun:

“PUTO”, fil-każ ta' swapzjoni ta' riċevitur, li fiha x-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala riċevitur b'rata fissa.

“CALL” fil-każ ta' opzjonijiet fuq swaps tal-pagatur, fejn ix-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala pagatur b'rata fissa.

F'każ ta' limitu massimu u limitu minimu għandha tkun:

“PUTO”, fil-każ ta' limitu minimu.

“CALL”, fil-każ ta' limitu massimu.

Il-kaxxa tapplika biss għal derivati li huma opzjonijiet jew ċertifikati.

“PUTO” — Put

“CALL” — Call

“OTHR” — fejn ma jistax jiġi ddeterminat jekk huwiex “call” jew “put”

17

Il-prezz tal-eżerċitar

Prezz predeterminat li fih id-detentur ikollu jixtri jew ibigħ l-istrumenti sottostanti, jew indikazzjoni li l-prezz ma jistax jiġi ddeterminat fil-mument li fih titpoġġa l-ordni.

Il-kaxxa tapplika biss għal opzjoni jew ċertifikat, fejn il-prezz tal-eżerċitar ikun jista' jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni.

Meta l-prezz tal-eżerċitar ma jkunx applikabbli, il-kaxxa ma timteliex.

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz.

18

Munita tal-prezz tal-eżerċitar

Il-munita tal-Prezz tal-Eżerċitar

{CURRENCYCODE_3}

19

Pagament bil-quddiem

Il-valur monetarju ta' kwalunkwe pagament bil-quddiem f'punti bażi tal-valur nozzjonali riċevut jew imħallas mill-bejjiegħ.

Meta l-bejjiegħ jirċievi pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela għandu jkun pożittiv. Meta l-bejjiegħ jirċievi pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela għandu jkun negattiv.

Għal żieda jew tnaqqis ta' nozzjonali f'kuntratti derivattivi, in-numru għandu jirrifletti l-valur assolut ta' din il-bidla u għandu jiġi espress bħala numru pożittiv.

{DECIMAL-18/5}

20

Tip ta' konsenja

Indika jekk it-tranżazzjoni hijiex saldata fiżikament jew fi flus.

Meta ma tistax tkun determinata t-tip ta' konsenja fil-mument li fih titpoġġa l-ordni il-valur għandu jkun “OPTL”.

Il-kaxxa trid timtela biss meta jkun hemm derivati.

“PHYS” — Ħlas fiżiku

“CASH” — Ħlas bi flus

“OPTL” — Fakultattiva għall-kontroparti jew meta ddeterminata minn parti terza.

21

Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni

Jindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f'data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f'sensiela ta' dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe ħin matul il-kuntratt attiv (Stil Amerikan).

Din il-kaxxa hija applikabbli biss għal opzjonijiet.

“EURO” — Ewropew

“AMER” — Amerikan

“ASIA” — Ażjatiku

“BERM” — tal-Bermuda

“OTHR” — Kull tip ieħor

22

Data tal-maturità

Id-data tal-maturità tal-istrument finanzjarju.

Il-kaxxa hija applikabbli biss għal strumenti ta' dejn b'data ta' maturità definita.

{DATEFORMAT}

23

Data ta' skadenza

Data ta' skadenza tal-istrument finanzjarju rrappurtat.

Din il-kaxxa tapplika għal derivattivi b'data ta' skadenza definita.

{DATEFORMAT}

24

Munita tal-kwantità

Munita li fiha hija espressal-kwantità.

Il-kaxxa hija applikabbli biss jekk il-kwantità tkun espressa bħala valur nominali jew valur monetarju.

{CURRENCYCODE_3}

25

Notazzjoni tal-kwantità

Jindika jekk il-kwantità rappurtata hijiex espressa f'għadd ta' unitajiet, bħala valur nominali jew bħala valur monetarju.

“UNIT” — Għadd ta' unitajiet

“NOML” — Valur nominali

“MONE” — Valur monetarju

26

Kwantità inizjali

L-għadd ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju, jew l-għadd ta' kuntratti derivattivi fl-ordni.

Il-valur nominali jew monetarju tal-istrument finanzjarju.

Għal imħatri tal-firxiet, il-kwantità għandha tkun il-valur monetarju milgħub għal kull punt ta' moviment fl-istrument finanzjarju sottostanti.

Għal żieda jew tnaqqis fin-nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi, in-numru għandu jirrifletti l-valur assolut ta' din il-bidla u għandu jiġu espress bħala numru pożittiv.

Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, il-kwantità għandha tkun l-ammont nozzjonali li għalih tkun akkwistata jew mibjugħa il-protezzjoni.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

27

Data u ħin

Id-data u l-ħin eżatt ta' meta ġiet riċevuta l-ordni, jew id-data u l-ħin eżatt ta' meta saret id-deċiżjoni għan-negozjar. Fejn applikabbli, din il-kaxxa għandha tinżamm skont l-Artikolu 3 u t-tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 (3).

{DATE_TIME_FORMAT}

Fejn applikabbli, l-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit bi qbil mat-Tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

28

Informazzjoni addizzjonali mingħand il-klijent

Kull struzzjoni, parametru, kundizzjonijiet u kwalunkwe dettalji oħra tal-ordni li ntbagħtu mill-klijent lid-ditta ta' investiment.

Test liberu


Tabella 3

Informazzjoni relatata ma' ordnijiet eżegwiti u li ħerġin

N.

Kaxxa/Kontenut

Deskrizzjoni

Il-format

1

Indikatur xiri-bejgħ

Jindika jekk l-ordni hija għax-xiri jew għall-bejgħ, kif stabbilit fid-deskrizzjoni tal-kaxxa 8 tat-tabella 2.

“BUYI” — xiri

“SELL” — bejgħ

2

il-kapaċità ta' negozjar

Jindika jekk il-preżentazzjoni tal-ordni rriżultatx mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar li jwettaq negozjar matched principal skont l-Artikolu 4(38) tad-Direttiva 2014/65/UE jew li jinnegozja f'ismu stess skont l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Meta l-preżentazzjoni tal-ordni ma tirriżultax mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar li jwettaq negożjar matched principal jew li jinnegozja f'ismu stess, il-kaxxa għandha tindika li t-tranżazzjoni twettqet taħt xi kapaċità oħra.

“DEAL” — Negozjar għan-nom proprju

“MTCH” — Matched principal

“OTHR” — Kwalunkwe kapaċità oħra

3

Attività ta' forniment ta' likwidità

Indikazzjoni dwar jekk ordni ġietx ippreżentata lil ċentru tan-negozjar bħala parti minn strateġija ta' ġenerazzjoni tas-suq skont l-Artikoli 17 u 48 tad-Direttiva 2014/65/UE jew jekk ġietx ippreżentata bħala parti minn attività oħra f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/575 (4).

“veru”

“falz”

4

L-eżekuzzjoni fid-ditta

Kodiċi użat biex jidentifika lill-persuna jew lill-algoritmu fid-ditta tal-investiment li huwa responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni li tirriżulta mill-ordni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

Meta persuna fiżika tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, il-persuna għandha tiġi identifikata minn {NATIONAL_ID}

Meta algoritmu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni, din il-kaxxa għandha timtela skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

Meta aktar minn persuna waħda jew taħlita ta' persuni u algoritmi jkunu involuti fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, id-ditta għandha tistabilixxi l-operatur tas-suq jew l-algoritmu primarjament responsabbli kif speċifikat fl-Artikolu 9 tal-Regolament Delegat (UE) 2017/590. u timla din il-kaxxa bl-identità ta' dak l-operatur tas-suq jew l-algoritmu.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss għal ordnijiet eżegwiti.

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

5

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-ordni ppreżentata lill-ċentru tan-negozjar jew lil ditta oħra tal-investiment

Kodiċi intern użat mid-ditta ta' investiment biex tidentifika l-ordni mibgħuta liċ-ċentri tan-negozjar jew lil ditta ta' investiment oħra, dment li l-kodiċi huwa uniku għal kull jum ta' negozjar u għal kull strument finanzjarju.

{ALPHANUM-50}

6

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-ordni assenjati minn ditta tal-investiment jew ċentru tan-negozjar oħra li fihom ġiet ippreżentata l-ordni

Kodiċi alfanumeriku assenjat minn ditta oħra tal-investiment jew iċ-ċentru tan-negozjar li lilhom ġie ippreżentata l-ordni mid-ditta tal-investiment għall-eżekuzzjoni. Din il-kaxxa għandha timtela b'kodiċi ta' identifikazzjoni assenjat minn din id-ditta tal-investiment jew ċentru tan-negozjar.

{ALPHANUM-50}

7

Kodiċi tal-identifikazzjoni tar-riċevitur tal-ordni

Il-kodiċi tad-ditta ta' investiment li għalih ġiet trażmessal-ordni jew il-kodiċi tal-post tan-negozjar li lilu ġiet trażmessal-ordni.

Għal ditta tal-investiment: {LEI}

għal ċentru tan-negozjar:{MIC}

8

Tip ta' ordni

Identifikazzjoni tat-tip ta' ordni sottomessa liċ-ċentru ta' negozjar skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċentru ta' negozjar.

{ALPHANUM-50}

9

Limitu tal-prezz

Il-prezz massimu li tista' tinnegozja bih ordni ta' xiri jew il-prezz minimu li bih tista' tinnegozja ordni ta' bejgħ.

Il-firxa tal-prezz għal ordni ta' strateġija. Tista' jkun negattiva jew pożittiva.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ ta' ordnijiet li ma jkollhomx limitu fuq il-prezz jew f'każ ta' ordnijiet bla prezz.

Fil-każ ta' bond konvertibbli, f'din il-kaxxa għandu jitniżżel il-prezz reali (bla interessi akkumulati jew bl-interessi akkumulati) użat għal din l-ordni.

Fejn ordni tiġi eżegwita, id-ditta tal-investiment għandha tirreġistra wkoll il-prezz li bih twettqet it-tranżazzjoni.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

10

Munita tal-prezz

Il-munita li biha jiġi espress il-prezz tan-negozjar (applikabbli jekk il-prezz jiġi espress bħala valur monetarju) għall-istrument finanzjarju relatat mal-ordni.

{CURRENCYCODE_3}

11

Notazzjoni tal-prezz

Jindika jekk il-prezz u l-prezz tal-eżerċitar humiex espressi f'valur monetarju, f'perċentwali, f'rendiment jew f'punti bażi.

“MONE” — Valur monetarju

“PERC” — Perċentwali

“YIEL” — Rendiment

“BAPO” — Punti bażi

12

Prezz limitu addizzjonali

Kwalunkwe prezz limitu ieħor li jista' japplika għall-ordni. Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} meta l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

13

Prezz ta' waqfien

Il-prezz li jrid jintlaħaq biex l-ordni ssir attiva.

Għal ordnijiet ta' waqfien skattati minn eventi indipendenti mill-prezz tal-istrument finanzjarju, din il-kaxxa għandha timtela bi prezz ta' waqfien li jkun żero.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

14

Prezz limitu pegged

Il-prezz massimu li tista' tinnegozja bih ordni pegged ta' xiri jew il-prezz minimu li bih tista' tinnegozja ordni pegged ta' bejgħ.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

{DECIMAL-11/10} meta l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew redditu.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi.

15

Il-kwantità li jifdal inkluża dik moħbija

Il-kwantità totali li jibqa' fil-ktieb tal-ordnijiet wara eżekuzzjoni parzjali jew fil-każ ta' kwalunkwe event ieħor li jaffettwa l-ordni.

Malli jseħħ event ta' eżekuzzjoni parzjali dan għandu jkun il-volum totali li jibqa' wara dik fl-eżekuzzjoni parzjali. Mad-dħul tal-ordni dan għandu jkun daqs il-kwantità inizjali.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

16

Kwantità murija

Il-kwantità li tkun viżibbli (għall-kuntrarju ta' moħbija) fil-ktieb tal-ordnijiet.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

17

Kwantità negozjata

Meta jkun hemm eżekuzzjoni totali jew parzjali din il-kaxxa għandha timtela bil-kwantità eżegwita.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

18

Kwantità Minima Aċċettabbli (MAQ)

Il-kwantità minima aċċettabbli biex ordni tiġi eżegwita li tista' tikkonsisti f'għadd ta' eżekuzzjonijiet parzjali u normalment tgħodd biss għal ordni tat-tip mhux persistenti.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

19

Daqs minimu eżegwibbli (Minimum executable size — MES)

Id-daqs minimu tal-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe eżekuzzjoni potenzjali individwali.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{DECIMAL-18/17} meta l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet.

{DECIMAL-18/5} meta l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali.

20

MES l-ewwel eżekuzzjoni biss

Speċifikazzjoni dwar jekk l-MES hijiex rilevanti għall-ewwel tal-eżekuzzjoni biss.

Din il-kaxxa tista' titħalla vojta jekk il-kaxxa 19 ma tkunx imtliet.

“veru”

“falz”

21

Indikatur passiv biss

Jindika jekk l-ordni hijiex sottomessa liċ-ċentru tan-negozjar b'karatteristika/markatura, b'tali mod li l-ordni ma għandhiex tiġi eżegwita minnufih meta jkun hemm xi ordni viżibbli kontrarju.

“veru”

“falz”

22

Prevenzjoni tal-Awtoeżekuzzjoni

Jindika jekk l-ordni ddaħħlitx bi kriterji ta' prevenzjoni tal-awtoeżekuzzjoni ħalli ma teżegwixxix malli jkun hemm ordni fuq in-naħa opposta tal-ktieb imdaħħla mill-istess membru jew parteċipant.

“veru”

“falz”

23

Id-data u l-ħin (preżentazzjoni ta' ordni)

Id-data u l-ħin tal-preżentazzjoni ta' ordni lill-post tan-negozjar jew lil ditta oħra tal-investiment.

{DATE_TIME_FORMAT}

L-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit bi qbil mat-Tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

24

Id-data u l-ħin (riċevuta tal-ordni)

Id-data u l-ħin ta' kull messaġġ li jiġi trażmess lil u li jasal mingħand iċ-ċentru tan-negozjar jew ditta ta' investiment oħra skont l-ordni.

{DATE_TIME_FORMAT}

L-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit bi qbil mat-Tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

25

Numru tas-Sekwenza

Kull avveniment elenkat fil-kaxxa 26 għandu jiġui identifikat mid-ditta tal-investiment, bl-użu ta' numri sħaħ pożittivi f'ordni axxendenti.

In-numru tas-sekwenza għandu jkun uniku għal kull tip ta' każ, konsistenti tul l-avvenimenti kollha, kronogrammat mid-ditta ta' investiment u persistenti għad-data li fiha jsir l-avveniment.

{INTEGER-50}

26

Ordni ġdida, modifika ta' ordni, kanċellazzjoni ta' ordni, ċaħda ta' ordni, eżekuzzjoni parzjali jew sħiħa

Ordni ġdid: riċeviment ta' ordni ġdida mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar.

“NEWO” — Ordni ġdida

Skattata: ordni li ssir eżegwibbli jew, skont il-każ, mhux eżegwibbli, malli sseħħ kundizzjoni prideterminata.

“TRIG” — Skattata

Sostitwit mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar: meta membru, parteċipant jew klijent taċ-ċentru tan-negozjar jiddeċiedi, fuq inizjattiva proprja, li jibdel xi karatteristika tal-ordni li jkun daħħal fil-ktieb tal-ordnijiet qabel.

“REME” — Sostitwita mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar.

Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (awtomatikament): meta xi karatteristika ta' ordni tinbidel mis-sistemi tal-IT tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar. Dan jinkludi meta l-karatteristiċi attwali ta' ordni peg jew ta' ordni trailing stop jinbidlu biex jirriflettu fejn tinsab l-ordni fil-ktieb tal-ordnijiet.

“REMA” — Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (awtomatikament).

Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (intervent uman): meta xi karatteristika ta' ordni tinbidel mill-persunal tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar. Dan jinkludi s-sitwazzjoni meta membru, parteċipant jew klijent taċ-ċentru tan-negozjar ikollu problemi tal-IT u jkollu bżonn li l-ordnijiet tiegħu jiġu kkanċellati b'mod urġenti.

“REMH” — Sostitwita b'operazzjonijiet tas-suq (intervent uman).

Bidla fl-istatus fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant jew il-klijent taċ-ċentru tan-negozjar. Dan jinkludi l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni.

“CHME” — Bidla fl-istatus fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant jew il-klijent taċ-ċentru tan-negozjar.

Bidla fl-istatus minħabba operazzjonijiet tas-suq.

“CHMO” — Bidla fl-istatus minħabba operazzjonijiet tas-suq.

Kanċellata fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant jew il-klijent taċ-ċentru tan-negozjar.

“CAME” — Kanċellata fuq l-inizjattiva tal-membru, il-parteċipant jew il-klijent taċ-ċentru tan-negozjar.

Ikkanċellata mill-operazzjonijiet tas-suq. Dan jinkludi mekkaniżmu ta' protezzjoni previst għad-ditti tal-investiment li jinolvu ruħhom f'negozjar algoritmiku biex jiksbu strateġija tal-ġenerazzjoni tas-suq skont l-Artikoli 17 u 48 tad-Direttiva 2014/65/UE.

“CAMO” — Ikkanċellata mill-operazzjonijiet tas-suq.

Ordni miċħuda: ordni rċevuta iżda rifjutata mill-operatur taċ-ċentru tan-negozjar.

“REMO” — Ordni miċħuda

Ordni skaduta: meta l-ordni titneħħa mill-ktieb tal-ordnijiet malli jintemm il-perjodu tal-validità tagħha.

“EXPI” — Ordni skaduta

Eżegwita parzjalment: meta l-Ordni ma tkunx eżegwita bis-sħiħ b'mod li jibqa' kwantità li trid tiġi eżegwita.

PARF' — Eżegwita parzjalment

Eżegwita: meta ma jkunx baqa' kwantità x'tiġi eżegwita.

“FILL” — Eżegwita

{ALPHANUM-4} karattri li ma jkunux qed jintużaw diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

27

Indikatur ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira

Bejgħ ta' pożizzjoni qasira konkluż minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem klijent, kif deskritt fl-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

“SSHO” — Bejgħ ta' pożizzjoni qasira b'ebda eżenzjoni

Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni f'isem klijent li jkun qed ibigħ u d-ditta ta' investiment, fuq bażi tal-aħjar sforz, ma tkunx tista' tistabbilixxi jekk hijiex tranżazzjoni ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira, din il-kaxxa għandha timtela b“UNDI”.

“SSEX” — Bejgħ ta' pożizzjoni qasira b'eżenzjoni

Meta t-tranżazzjoni tiġi għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trasmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590, din il-kaxxa għandha timtela mid-ditta riċeventi minn mir-rapport tad-ditta riċeventi bl-użu tat-tagħrif irċevut mid-ditta li tibgħat.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss jekk l-istrument huwa kopert mir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u li l-bejjiegħ huwa d-ditta tal-investiment jew klijent id-ditta tal-investiment.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss fil-każ ta' ordnijiet eżegwiti.

“SELL” — L-ebda bejgħ ta' pożizzjoni qasira

“UNDI” — Informazzjoni mhux disponibbli

28

Indikatur tat-tneħħija

Jindika jekk it-tranżazzjoni twettqitx permezz ta' rinunzja ta' qabel il-kummerċ skont l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Għal strumenti ta' ekwità:

 

“RFPT” = Tranżazzjoni bi prezz ta' referenza

 

“NLIQ” = Tranżazzjonijiet innegozjati fi strumenti finanzjarji likwidi

 

“OILQ” = Tranżazzjonijiet innegozjati fi strumenti finanzjarji illikwidi

 

“PRIC” = Tranżazzjonijiet negozjati soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz tas-suq attwali ta' dak l-istrument finanzjarju ta' ekwità.

Għal strumenti mhux ta' ekwità:

 

“SIZE” = Tranżazzjoni akbar mid-daqs speċifiku

 

“ILQD” = Tranżazzjoni ta' strument illikwidu

Din il-kaxxa hija applikabbli biss meta jkun hemm ordnijiet li jiġu eżegwiti b'rinunzja f'ċentru tan-negozjar.

Imla waħda jew aktar minn dawn il-markaturi li ġejjin:

 

“RFPT” — Prezz ta' referenza

 

“NLIQ” — Negozjat (likwidu)

 

“OILQ” — Negozjat (illikwidu)

 

“PRIC” — Negozjat (kundizzjonijiet)

 

“SIZE” — Akbar mid-daqs speċifikat

 

“ILQD” — Strument illikwidu

29

L-istrateġija ta' rottar

Strateġija applikabbli tar-rottar skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar.

Din il-kaxxa għandha titħalla vojta meta ma tkunx rilevanti.

{ALPHANUM-50}

30

Kodiċi tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar

Kodiċi alfanumeriku assenjat miċ-ċentru ta' negozjar lit-tranżazzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/575.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss meta jkun hemm ordnijiet li jiġu eżegwiti f'ċentru tan-negozjar.

{ALPHANUM-52}

31

Il-perjodu tal-validità

Good-For-Day: l-ordni tiskadi fi tmiem il-jum ta' negozju li fih din tkun iddaħħlet fil-ktieb tal-ordnijiet.

“GDAY” — Good-For-Day

Good-Till-Cancelled: l-ordni se tibqa' attiva fil-ktieb tal-ordnijiet u tista' tkun eżekwibbli sakemm tiġi attwalment ikkanċellata.

“GTCA” — Good-Till-Cancelled

Good-Till-Time: l-ordni tiskadi mhux iktar tard minn xi ħin prideterminat fis-sessjoni ta' negozjar attwali.

“GTHT” — Good-Till-Time

Good-Till-Date: l-ordni tiskadi fi tmiem data speċifikata.

“GTHD” — Good-Till-Date

Good-Till-Specified Date and Time: l-ordni tiskadi f'data u ħin speċifikati.

“GTDT” — Good-Till-Specified Date and Time

Good After Time: l-ordni tkun attiva biss wara ħin prideterminat fis-sessjoni ta' negozjar attwali.

“GAFT” — Good After Time

Good After Date: l-ordni tkun attiva biss mill-bidu ta' data prideterminata.

“GAFD” — Good After Date

Good After Specified Date and Time: l-ordni tkun attiva biss minn ħin prideterminat f'data prideterminata.

“GADT” — Good After Specified Date and Time

Immediate-Or-Cancel: ordni li tiġi eżegwita malli tidħol fil-ktieb tal-ordnijiet (għall-kwantità li tista' tkun eżegwita) u li ma tibqax fil-ktieb tal-ordnijiet għall-kwantità li jifdal (jekk ikun hemm) li ma tkunx ġiet eżegwita.

“IOCA” — Immediate-Or-Cancel

Fill-Or-Kill: ordni li tiġi eżegwita malli tidħol fil-ktieb tal-ordnijiet dment li tkun tista' tiġi eżegwita kollha: f'każ li l-ordni tkun tista' tiġi eżegwita parzjalment biss, din tiġi miċħuda awtomatikament u għaldaqstant ma tkunx tista' tiġi eżegwita.

Oħrajn: kwalunkwe indikazzjoni addizzjonali li tkun unika għal mudelli ta' operat, pjattaformi jew sistemi ta' negozjar speċifiċi

“F” — Fill-Or-Kill

jew

{ALPHANUM-4} karattri li ma jkunux qed jintużaw diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

32

Ordni ta' restrizzjoni

Tajba Għal Sessjoni tat-Tqabbil tal-Prezzijiet tal-Għeluq: meta ordni tikkwalifika għas-sessjoni tat-tqabbil tal-prezzijiet tal-għeluq.

“SESR” -Tajba Għal Sessjoni tat-Tqabbil tal-Prezzijiet tal-Għeluq

Validu Għal Irkant: l-ordni tkun attiva biss u tkun tista' tiġi mwettqa biss fil-fażijiet tal-irkant (li jistgħu jkunu pridefiniti mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent taċ-ċentru tan-negozjar li ppreżenta l-ordni, pereż. irkanti tal-ftuħ u/jew l-għeluq u/jew irkanti dakinhar).

“VFAR” — Validu Għal Irkant

Validu biss Għal Kummerċ Kontinwu: l-ordni tkun attiva biss matul negozjar kontinwu.

“VFCR” — Validu biss Għal Kummerċ Kontinwu

Oħrajn: kwalunkwe indikazzjoni addizzjonali li tkun unika għal mudelli ta' operat, pjattaformi jew sistemi ta' negozjar speċifiċi

{ALPHANUM-4} karattri li ma jkunux qed jintużaw diġà għall-klassifikazzjoni proprja taċ-ċentru tan-negozjar.

Meta jkunu applikabbli diversi tipi din il-kaxxa għandha timtela b'diversi markaturi separati b'virgola.

33

Data u ħin tal-perjodu tal-validità

Din tirreferi għall-kronogramma li tirrifletti l-ħin li fih l-ordni ssir attiva jew li fih titneħħa għal kollox mill-ktieb tal-ordnijiet.

Good for day: id-data tad-dħul bil-kronogramma immedjatament qabel nofsillejl.

Good till time: id-data tad-dħul u l-ħin sa dawk speċifikati fl-ordni.

Good till date: id-data tal-iskadenza speċifikata bil-kronogramma immedjatament qabel nofsillejl.

Good till specified date and time: id-data u l-ħin speċifikati tal-iskadenza

Good after time: id-data tad-dħul u l-ħin speċifikat ta' meta l-ordni ssir attiva.

Good after date: id-data speċifikata tad-dħul bil-kronogramma immedjatament wara nofsillejl.

Good after specified date and time: L-inadempjenza se tkun id-data u l-ħin speċifikati ta' meta l-ordni ssir attiva.

Good till Cancel: id-data u l-ħin aħħarin meta l-ordni titneħħa awtomatikament mill-operazzjonijiet tas-suq

Oħrajn: il-kronogramma għal kwalunkwe tip addizzjonali ta' validità.

{DATE_TIME_FORMAT}

L-għadd ta' ċifri wara s-“sekondi” għandu jiġi stabbilit bi qbil mat-Tabella 2 fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

34

L-ordni aggregata

Jindika jekk l-ordni hijiex ordni aggregata skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/575.

“veru”

“falz”

35

Tagħrif addizzjonali marbut mal-ordni li ħierġa

Kull struzzjonijiet, parametri, kundizzjonijiet u kwalunkwe dettalji oħra tal-ordni li huma:

trażmessi mid-ditta tal-investiment liċ-ċentru tan-negozjar u b'mod partikolari dawk l-istruzzjonijiet, il-parametri, kundizzjonijiet u dettalji li huma meħtieġa għal ċentru ta' negozjar li jkollhom fehim ċar ta' kif l-ordni għandha tkun parti minnha; jew

trażmessi miċ-ċentru tan-negozjar għad-ditta tal-investiment u b'mod partikolari dawk l-istruzzjonijiet, il-parametri, kundizzjonijiet u dettalji li huma meħtieġa għad-ditta tal-investiment li jkollha fehim ċar ta' kif l-ordni għandha tkun parti minnha;

Test liberu


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għaż-żamma tad-dejta rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji (ara paġna 193 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ara paġna 449 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozji (ara paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/575 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq f'istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji rigward id-data li għandha tiġi ppubblikata minn postijiet ta' eżekuzzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni ta' transazzjonijiet (ara paġna 152 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ ta' pożizzjoni qasira u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/449


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/590

tat-28 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(9) tiegħu,

Billi:

(1)

għall-finijiet tal-analiżi effettiva tad-dejta mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jkun hemm konsistenza fl-istandards u fil-formati użati meta jiġu rrappurtati t-tranżazzjonijiet.

(2)

Minħabba l-prattiki tas-suq, l-esperjenza superviżorja u l-iżviluppi tas-suq, it-tifsira ta' tranżazzjoni għall-finijiet tar-rappurtar għandha tkun wiesgħa. Għandha tkopri x-xiri u l-bejgħ ta' sturmenti rappurtabbli kif ukoll każijiet oħrajn ta' akkwist jew ċessjoni ta' strumenti rappurtabbli, billi dawn jistgħu anke jwasslu għal tħassib ta' abbuż tas-suq. Barra minn hekk, bidliet fl-ammont nozzjonali jista' jagħti lok għal tħassib dwar il-possibbiltà ta' abbuż tas-suq billi huma simili fin-natura tagħhom għal tranżazzjonijiet ta' xiri jew ta' bejgħ addizzjonali. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddistingwu dawk il-bidliet minn xiri jew bejgħ ieħor, l-informazzjoni dwar dawk il-bidliet għandhom jiġu rrapurtati speċifikament f'rapporti dwar it-tranżazzjonijiet.

(3)

Il-kunċett ta' tranżazzjoni ma għandux jinkludi atti jew avvenimenti li ma jeħtiġux li jiġu rrapportati lil awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' sorveljanza tas-suq. Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni dwar dawn l-atti u avvenimenti ma tkunx inkluża f'rapporti dwar it-tranżazzjonijiet, dawn għandhom jiġu esklużi speċifikament mill-kunċett ta' tranżazzjoni.

(4)

Sabiex jiġi ċċarat liema ditti tal-investiment huma meħtieġa biex jiġu rrapportati t-tranżazzjonijiet, għandhom jiġu speċifikati l-attivitajiet jew is-servizzi li jwasslu għal tranżazzjoni. Għaldaqstant, ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata li tkun qiegħda teżegwixxi tranżazzjoni meta hija twettaq servizz jew attività msemmija fil-punti 1, 2 u 3 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment skont mandat diskrezzjonali mogħti minn klijent, jew tittrasferixxi strumenti finanzjarji lejn jew minn kontijiet, diment li f'kull każ dawn is-servizzi jew attivitajiet ikunu rriżultaw fi tranżazzjoni. Madankollu, skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-ditti tal-investiment li jitqiesu li jkunu trażmettew ordnijiet li jirriżultaw fi tranżazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu li jkunu għamlu eekuzzjoni ta' dawk it-tranżazzjonijiet.

(5)

Sabiex jiġi evitat nuqqas ta' rappurtar jew rappurtar doppju minn ditti tal-investiment li jittrażmettu ordnijiet lil xulxin, id-ditta ta' investiment li tkun beħsiebha tittrażmetti l-ordni għandha taqbel mad-ditta li tirċievi l-ordni jekk id-ditta riċeventi tirrapportax id-dettalji kollha tat-tranżazzjoni li tirriżulta jew tittrażmettix l-ordni lil ditta oħra tal-investiment. Fin-nuqqas ta' ftehim, l-ordni għandha titqies mhux trażmessa u kull ditta tal-investiment għandha tippreżenta rapport dwar it-tranżazzjoni tagħha li jkun fiha d-dettalji [kollha] li għandhom x'jaqsmu mat-tranżazzjoni li kull ditta tal-investiment tkun qed tirrapporta. Barra minn hekk, id-dettalji dwar l-ordni li għandha tiġi trażmessa bejn id-ditti għandhom ikunu speċifikati sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni li tkun rilevanti, preċiża u kompluta.

(6)

Sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni ċerta u effiċjenti ta' ditti tal-investiment responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet, dawn id-ditti għandhom jiżguraw li jkunu identifikati fir-rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentat skont l-obbligu ta' rappurtar tat-tranżazzjoni tagħhom billi jintużaw identifikaturi ta' entità ġuridika (legal entity identifier, LEI) validati, maħruġin u debitament imġedda.

(7)

Sabiex tkun żgurata identifikazzjoni konsistenti u b'saħħitha tal-persuni fiżiċi msemmija fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni, dawn għandhom ikunu identifikati permezz ta' konkatenazzjoni tal-pajjiż tan-nazzjonalità tagħhom flimkien ma' identifikaturi assenjati mill-pajjiż taċ-ċittadinanza ta' dawn il-persuni. Meta dawn l-identifikaturi ma jkunux disponibbli, il-persuni fiżiċi għandhom jiġu identifikati permezz ta' identifikaturi maħluqa minn konkatenazzjoni tad-data tat-twelid tagħhom u isimhom.

(8)

Sabiex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tas-suq, l-identifikazzjoni tal-klijent għandha tkun konsistenti, unika u b'saħħitha. Għaldaqstant, ir-rapporti tat-tranżazzjoni għandhom jinkludu l-isem sħiħ u d-data tat-twelid tal-klijenti li huma persuni fiżiċi u għandhom jidentifikaw il-klijenti li huma entitajiet ġuridiċi mil-LEI tagħhom.

(9)

Il-persuni jew l-algoritmi tal-kompjuter li jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-investiment jistgħu jkunu responsabbli għal abbuż tas-suq. Għaldaqstant, sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, meta d-deċiżjonijiet dwar l-investiment jittieħdu minn persuna li ma tkunx il-klijent jew minn algoritmu tal-kompjuter, il-persuna jew l-algoritmu għandhom jiġu identifikati fir-rapport tat-tranżazzjoni permezz ta' identifikaturi uniċi, b'saħħithom u konsistenti. Meta aktar minn persuna waħda f'ditta ta' investiment tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment, il-persuna li tieħu r-responsabbiltà primarja għad-deċiżjoni għandha tiġi identifikata fir-rapport.

(10)

Il-persuni jew l-algoritmi tal-kompjuter responsabbli biex jiddeterminaw il-post għall-aċċess jew ditta tal-investiment li għandhom jiġu trażmessi l-ordnijiet jew kwalunkwe kundizzjoni oħra relatata mal-eżekuzzjoni tal-ordni lilha jistgħu b'hekk ikunu responsabbli għal abbuż tas-suq. Għaldaqstant, sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, persuna jew algoritmu tal-kompjuter fi ħdan id-ditta tal-investiment li tkun responsabbli għal dawn l-attivitajiet għandhom jiġu identifikati fir-rapport dwar it-tranżazzjoni. Meta jkun hemm involut kemm persuna kif ukoll algoritmu tal-kompjuter, jew ikunu involuti aktar minn persuna jew algoritmu waħda, id-ditta tal-investiment għandha tiddetermina, fuq bażi konsistenti skont kriterji predeterminati, liema persuna jew algoritmu jkunu primarjament responsabbli għal dawk l-attivitajiet.

(11)

Sabiex jippermettu monitoraġġ effettiv tas-suq, ir-rapporti tat-tranżazzjoni għandhom jinkludu informazzjoni preċiża dwar kull bidla fil-pożizzjoni ta' ditta tal-investiment jew il-klijent tagħha li tirriżulta minn tranżazzjoni li għandha tiġi rappurtata fil-mument meta tkun saret it-tranżazzjoni. Għaldaqstant, id-ditti tal-investiment għandhom jirrapportaw oqsma relatati f'rapport ta' tranżazzjoni individwali b'mod konsistenti u għandhom jirrapportaw tranżazzjoni jew partijiet differenti ta' tranżazzjoni b'tali mod li r-rapporti tagħhom, kollettivament, jipprovdu stampa globali ċara li tirrifletti b'mod preċiż tibdil fil-pożizzjoni.

(12)

Tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira għandhom jiġu indikati speċifikament bħala tali irrispettivament minn jekk dawn it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxux tranżazzjoni sħiħa jew parzjali ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira.

(13)

Is-sorveljanza effettiva tas-suq fil-każ ta' tranżazzjoni f'taħlita ta' strumenti finanzjarji tippreżenta sfidi partikolari għas-sorveljanza tas-suq. Jeħtieġ li l-awtorità kompetenti jkollha viżjoni globali u tkun tista' tara b'mod separat it-tranżazzjoni fir-rigward ta' kull strument finanzjarju li jkun parti minn tranżazzjoni li fiha aktar minn strument finanzjarju wieħed involut. Għaldaqstant, id-ditti tal-investiment li jagħmlu eżekuzzjoni tranżazzjonijiet f'taħlita ta' strumenti finanzjarji għandhom jirrapportaw it-tranżazzjoni għal kull strument finanzjarju b'mod separat u jorbtu dawk ir-rapporti b'identifikatur li jkun uniku fil-livell tad-ditta għall-grupp ta' rapporti tat-tranżazzjoni relatati ma' dik l-eżekuzzjoni.

(14)

Sabiex tissalvagwardja l-effettività tas-sorveljanza tal-abbuż tas-suq ta' persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma LEIs skont il-prinċipji stabbiliti internazzjonalment sabiex jiġi żgurat li l-persuni ġuridiċi jkunu identifikati b'mod konsistenti u uniku. Id-ditti tal-investiment għandhom jiksbu LEIs mill-klijenti tagħhom qabel ma jipprovdu servizzi li jwasslu għal obbligi ta' rappurtar fir-rigward ta' tranżazzjonijiet imwettqa f'isem dawk il-klijenti u jużaw dawk il-LEIs fir-rapporti tat-tranżazzjoni tagħhom.

(15)

Sabiex jiġu żgurati sistemi effiċjenti u effettivi ta' monitoraġġ tas-suq, ir-rapporti tat-tranżazzjoni għandhom jiġu ppreżentati darba biss u lil awtorità kompetenti waħda li tkun tista' tibgħathom lil awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn. Għaldaqstant, meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni, hija għandha tippreżenta r-rapport lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment irrispettivament minn jekk tkunx involuta fergħa jew le, jew jekk id-ditta ta' rapportar tkunx eżegwiet it-tranżazzjoni permezz ta' fergħa fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, meta tiġi eżegwita tranżazzjoni kompletament jew parzjalment permezz ta' fergħa ta' ditta tal-investiment li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, ir-rapport għandu jiġi ppreżentat darba biss lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkunu jistgħu jissorveljaw is-servizzi pprovduti mill-fergħat fit-territorju tagħhom, jeħtieġ li dawn jirċievu rapporti dwar it-tranżazzjoni dwat l-attivitajiet tal-fergħat. Għal din ir-raġuni, u biex ir-rapporti dwar tranżazzjonijiet ikunu jistgħu jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha għall-fergħat li jieħdu sehem f'dawk it-tranżazzjonijiet, jeħtieġ li tiġi inkluża dejta granulari dwar l-attività tal-fergħa fir-rapporti.

(16)

Id-dejta kompluta u preċiża tar-rapportar tat-tranżazzjoni ta' dejta hija essenzjali għas-sorveljanza tal-abbuż tas-suq. Għaldaqstant, iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment għandu jkollhom metodi u arranġamenti sabiex jiġi żgurat li r-rapporti tat-tranżazzjoni kompluti u preċiżi jkunu ppreżentati lil awtoritajiet kompetenti. ARMs ma għandhomx ikunu koperti minn dan ir-Regolament ladarba dawn ikunu soġġetti għal reġim speċifiku tagħhom speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 (3) u jkollhom rekwiżiti analogi li jiżguraw il-kompletezza u l-preċiżjoni tad-dejta.

(17)

Sabiex ikunu jistgħu jiġu intraċċati l-kanċellazzjonijiet jew il-korrezzjonijiet, id-ditta tal-investiment għandha żżomm id-dettalji tal-korrezzjonijiet u tal-kanċellazzjonijiet pprovduti lilha mill-ARM fil-każ fejn l-ARM, skont l-istruzzjonijiet mingħand id-ditta tal-investiment, tħassar jew tikkoreġi rapport tat-tranżazzjoni ppreżentat f'isem ditta tal-investiment.

(18)

Id-determinazzjoni tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità jippermetti li r-rapporti tat-tranżazzjoni jitwasslu lil awtoritajiet kompetenti oħrajn u jippermetti li l-investituri jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti li lilhom għandhom jirrappurtaw il-pożizzjonijiet qosra tagħhom skont l-Artikoli 5, 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Ir-regoli li jiddeterminaw l-awtorità kompetenti rilevanti skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ħadmu b'mod effettiv għal ħafna mill-istrumenti finanzjarji u għaldaqstant għandhom jibqgħu l-istess. Madankollu, għandhom jiġu introdotti regoli ġodda speċifikament għal dawk l-istrumenti li mhumiex koperti mid-Direttiva 2004/39/KE, jiġifieri għal strumenti ta' dejn maħruġin minn entità ta' pajjiż terz, kwoti tal-emissjonijiet u għal derivattivi ma hemm l-ebda identifikatur globali immedjat sottostanti għalihom, jew huwa basket jew indiċi mhux fiż-ŻEE.

(19)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data.

(20)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati u ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(21)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Standards tad-dejta u formati għar-rappurtar tat-tranżazzjoni

Rapport tat-tranżazzjoni jinkludi d-dettalji kollha msemmija fit-Tabella 2 tal-Anness I li huma relatati mal-istrumenti finanzjarji kkonċernati. Id-dettalji kollha li għandhom jiġu inklużi fir-rapport tat-tranżazzjoni jiġu ppreżentati skont l-istandards u l-formati speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness I, f'forma elettronika u li tinqara elettronikament u f'mudell komuni XML skont il-metodoloġija tal-ISO 20022.

Artikolu 2

Tifsira tat-tranżazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-konklużjoni ta' akkwist jew ċessjoni ta' strument finanzjarju msemmija fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jikkostitwixxu tranżazzjoni.

2.   Akkwiżizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi s-segwenti:

(a)

xiri ta' strument finanzjarju;

(b)

dħul f'kuntratt tad-derivattivi;

(c)

żieda fl-ammont nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi.

3.   Ċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi s-segwenti:

(a)

bejgħ ta' strument finanzjarju;

(b)

għeluq ta' kuntratt tad-derivattivi;

(c)

tnaqqis fl-ammont nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi.

4.   Għall finijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, tranżazzjoni tinkludi wkoll akkwiżizzjoni simultanja u ċessjoni ta' strument finanzjarju meta ma jkun hemm l-ebda bidla fis-sjieda ta' dak l-istrument finanzjarju iżda tkun meħtieġa pubblikazzjoni ta' wara n-negozjar skont l-Artikoli 6, 10, 20 jew 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

5.   Tranżazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ma tinkludix is-segwenti:

(a)

tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli kif definit fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(b)

kuntratt li jirriżulta esklużivament għal finijiet ta' kklerjar jew ta' saldu;

(c)

saldu ta' obbligi reċiproki bejn il-partijiet meta l-obbligazzjoni netta tiġi trasferita 'l quddiem;

(d)

akkwiżizzjoni jew ċessjoni li tkun biss riżultat ta' attività ta' kustodja;

(e)

ċessjoni jew novazzjoni ta' wara n-negozjar ta' kuntratt tad-derivattivi meta waħda mill-partijiet għall-kuntratt tad-derivattivi tkun sostitwita minn parti terza;

(f)

kompressjoni tal-portafoll;

(g)

il-ħolqien jew it-tifdija ta' unitajiet ta' impriża ta' investiment kollettiv mill-amministratur tal-impriża ta' investiment kollettiv;

(h)

l-eżerċizzju ta' dritt inkorporat fi strument finanzjarju, jew il-konverżjoni ta' bond konvertibbli u t-tranżazzjoni li tirriżulta fi strument finanzjarju sottostanti;

(i)

il-ħolqien, l-iskadenza jew it-tifdija ta' strument finanzjarju bħala riżultat ta' termini kuntrattwali predeterminati, jew bħala riżultat ta' avvenimenti obbligatorji li jmorru lil hinn mill-kontroll tal-investitur meta ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-investiment mill-investitur fil-mument tal-ħolqien, tal-iskadenza jew tat-tifdija tal-istrument finanzjarju;

(j)

tnaqqis jew żieda fl-ammont nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi b'riżultat ta' termini kuntrattwali predeterminati jew avvenimenti obbligatorji meta l-investitur ma jkun ħa l-ebda deċiżjoni dwar l-investiment fil-mument tal-bidla fl-ammont nozzjonali;

(k)

bidla fil-kompożizzjoni ta' indiċi jew basket li jseħħ wara l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni;

(l)

akkwiżizzjoni skont pjan ta' investiment mill-ġdid tad-dividendi;

(m)

akkwiżizzjoni jew ċessjoni ta' pjan ta' inċentiv ta' azzjonijiet mill-impjegati, jew li jirriżultaw mill-amministrazzjoni ta' fond ta' assi mhux iddikjarati, jew ta' intitolamenti ta' ishma residwi frazzjonali wara avvenimenti korporattivi jew bħala parti minn programmi ta' tnaqqis ta' azzjonisti meta jiġu ssodisfati l-kriterji kollha segwenti:

(i)

id-dati tal-akkwiżizzjoni jew taċ-ċessjoni jkunu predeterminati u ppubblikati minn qabel;

(ii)

id-deċiżjoni dwar l-investiment li tikkonċerna l-akkwiżizzjoni jew iċ-ċessjoni li tittieħed minn investitur tammonta għal għażla mill-investitur li jidħol fit-tranżazzjoni mingħajr l-ebda kapaċità li jvarja unilateralment it-termini tat-tranżazzjoni;

(iii)

ikun hemm dewmien ta' mill-inqas għaxart ijiem ta' negozju bejn id-deċiżjoni dwar l-investiment u l-mument tal-eżekuzzjoni;

(iv)

il-valur tat-tranżazzjoni huwa ffissat għall-ekwivalenti ta' EUR 1 000 għal tranżazzjoni ta' darba għall-investitur partikolari fl-istrument partikolari jew, meta l-arranġament jirriżulta fi tranżazzjonijiet, il-valur kumulattiv tat-tranżazzjoni jkun iffissat għall-ekwivalenti ta' EUR 500 għall-investitur partikolari fl-istrument partikolari għal kull xahar kalendarju;

(n)

offerta ta' skambju u ta' prezz fuq bond jew forma oħra ta' dejn titolizzat meta t-termini u l-kundizzjonijiet tal-offerta jkunu predeterminati u ppubblikati minn qabel u d-deċiżjoni dwar l-investiment tammonta għal għażla mill-investitur li jidħol fit-tranżazzjoni mingħajr il-possibbiltà li unilateralment ivarja t-termini tagħha;

(o)

akkwiżizzjoni jew ċessjoni li tkun biss riżultat ta' trasferiment ta' kollateral.

L-esklużjoni prevista fil-punt (a) ma tapplikax għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli li membru tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali huwa kontroparti għalihom.

L-esklużjoni prevista fil-punt (i) ma tapplikax għall-offerti pubbliċi inizjali kif ukoll jekk offerti pubbliċi sekondarji jew pjazzamenti, jew ħruġ tad-dejn.

Artikolu 3

Tifsira tal-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni

1.   Ditta tal-investiment titqies li tkun eżegwiet tranżazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 meta tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi segwenti jew twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet segwenti li jirriżultaw fi tranżazzjoni:

(a)

ir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet b'rabta ma' strument finanzjarju wieħed jew iktar;

(b)

l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti;

(c)

in-negozju li jsir minn xi ħadd għal rasu;

(d)

it-teħid ta' deċiżjoni dwar l-investiment skont mandat diskrezzjonali mogħti minn klijent;

(e)

it-trasferiment ta' strumenti finanzjarji lejn jew minn kontijiet.

2.   Ditta tal-investiment ma titqiesx li tkun eżegwiet tranżazzjoni meta tittrażmetti ordni skont l-Artikolu 4.

Artikolu 4

Trażmissjoni ta' ordni

1.   Ditta tal-investiment li tittrażmetti ordni skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (ditta trażmittenti) titqies li tkun trażmettiet dik l-ordni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

l-ordni tkun ġiet riċevuta mingħand il-klijent tagħha jew tirriżulta mid-deċiżjoni tagħha li takkwista jew tiddisponi minn strument finanzjarju speċifiku skont mandat diskrezzjonali pprovdut lilha minn klijent wieħed jew iktar;

(b)

ditta trażmittenti tkun trażmettiet id-dettalji tal-ordni msemmija fil-paragrafu 2 lil ditta tal-investiment oħra (ditta riċeventi);

(c)

id-ditta riċeventi tkun soġġetta għall-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u taqbel li tirrapporta t-tranżazzjoni li tirriżulta mill-ordni kkonċernata jew li tittrażmetti d-dettalji tal-ordni skont dan l-Artikolu lil ditta tal-investiment oħra.

Għall-finijiet tal-punt (c) il-kuntratt jispeċifika t-terminu perentorju biex jingħataw id-dettalji tal-ordni mid-ditta trażmittenti lid-ditta riċeventi u jipprovdi li d-ditta riċeventi tivverifika jekk id-dettalji tal-ordni riċevuti jkunx fihom żbalji ovvji jew ommissjonijiet qabel ma jippreżenta rapport dwar it-tranżazzjoni jew jittrażmetti l-ordni skont dan l-Artikolu.

2.   Id-dettalji tal-ordni segwenti jiġu trażmessi skont il-paragrafu 1, jekk ikunu pertinenti għall-ordni speċifika:

(a)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju;

(b)

jekk l-ordni hijiex għall-akkwiżizzjoni jew għaċ-ċessjoni tal-istrument finanzjarju;

(c)

il-prezz u l-kwantità indikata fl-ordni;

(d)

id-deżinjazzjoni u d-dettalji tal-klijent tad-ditta trażmittenti għall-finijiet tal-ordni;

(e)

id-deżinjazzjoni u d-dettalji ta' min jiddeċiedi għall-klijent meta d-deċiżjoni dwar l-investiment tittieħed fis-setgħa ta' rappreżentanza;

(f)

deżinjazzjoni biex jiġi identifikat bejgħ ta' pożizzjoni qasira;

(g)

deżinjazzjoni biex tiġi identifikata persuna jew algoritmu responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment fi ħdan id-ditta trażmittenti;

(h)

il-pajjiż tal-fergħa tad-ditta tal-investiment li tkun qed tissorvelja l-persuna responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment u l-pajjiż tal-fergħa tad-ditta tal-investiment li tkun irċeviet l-ordni mill-klijent jew li tkun ħadet deċiżjoni dwar l-investiment għal klijent skont mandat diskrezzjonali mogħti lilha mill-klijent;

(i)

għal ordni f'derivattivi ta' komodità, indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni tnaqqasx ir-riskju b'mod oġġettivament miżurabbli skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(j)

il-kodiċi li jidentifika d-ditta trażmittenti.

Għall-finijiet tal-punt (d), meta l-klijent ikun persuna fiżika, il-klijent għandu jinħatar skont l-Artikolu 6.

Għall-finijiet tal-punt (j), fejn l-ordni trażmessa tkun riċevuta minn ditta preċedenti li ma tkunx trażmettiet l-ordni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-kodiċi jkun il-kodiċi li jidentifika d-ditta trażmittenti. Meta l-ordni trażmessa tiġi riċevuta minn ditta trażmittenti preċedenti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-kodiċi pprovdut skont il-punt (j) jkun il-kodiċi li jidentifika d-ditta trażmittenti preċedenti.

3.   Meta jkun hemm aktar minn ditta trażmittenti waħda fir-rigward ta' ordni speċifika, id-dettalji tal-ordni msemmija fil-punti (d) sa (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jiġu trażmessi fir-rigward tal-klijent tal-ewwel ditta trażmittenti.

4.   Meta l-ordni tkun aggregata għal diversi klijenti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tiġi trażmessa lil kull klijent.

Artikolu 5

Identifikazzjoni tad-ditta tal-investiment li teżegwixxi tranżazzjoni

1.   Ditta tal-investiment li teżegwixxi tranżazzjoni għandha tiżgura li hija identifikata b'kodiċi ta' identifikatur ta' entità ġuridika validat, maħruġ u mġedded kif xieraq ISO 17442 fir-rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentat skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2.   Ditta tal-investiment li teżegwixxi tranżazzjoni għandha tiżgura li d-dejta ta' referenza relatata mal-identifikatur ta' entità ġuridika tagħha tiġġedded skont it-termini ta' kwalunkwe waħda mill-Unitajiet Operazzjonali Lokali tas-Sistema ta' Identifikaturi Globali tal-Entitajiet Ġuridiċi.

Artikolu 6

Deżinjazzjoni biex jiġu identifikati persuni fiżiċi

1.   Persuna fiżika tkun identifikat f'rapport dwar it-tranżazzjoni bl-użu ta' deżinjazzjoni li tirriżulta mill-konkatenazzjoni tal-ISO 3166–1 alpha-2 (kodiċi tal-pajjiż b'żewġ ittri) taċ-ċittadinanza tal-persuna, segwit mill-identifikatur nazzjonali tal-klijenti elenkat fl-Anness II abbażi tan-nazzjonalità tal-persuna.

2.   L-identifikatur nazzjonali tal-klijenti msemmi fil-paragrafu 1 jiġi assenjat skont il-livelli prijoritarji previsti fl-Anness II bl-użu tal-ogħla identifikatur prijoritarju li jkollha persuna irrispettivament minn jekk din l-identifikazzjoni tkunx diġà magħrufa lid-ditta tal-investiment.

3.   Meta persuna fiżika tkun ċittadin ta' aktar minn pajjiż wieħed taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), jintużaw il-kodiċi tal-pajjiż tal-ewwel nazzjonalità meta jitpoġġew f'ordni alfabetika skont il-kodiċi ISO 3166–1 alpha- 2 tagħha u l-identifikatur ta' dik in-nazzjonalità assenjat skont il-paragrafu 2. Meta persuna fiżika tkun ta' nazzjonalità ta' pajjiż mhux fiż-ŻEE, jintuża l-identifikatur bl-ogħla prijorità skont il-kaxxa li tirreferi għall-“pajjiżi l-oħra kollha” previst fl-Anness II. Meta persuna fiżika jkollha nazzjonalità ta' pajjiż fiż-ŻEE u ta' pajjiż li mhux fiż-ŻEE, jintużaw il-kodiċi tal-pajjiż tan-nazzjonalità tal-pajjiż fiż-ŻEE u l-identifikatur bl-ogħla prijorità ta' dik in-nazzjonalità assenjata skont il-paragrafu 2.

4.   Meta l-identifikatur assenjat skont il-paragrafu 2 jirreferi għal CONCAT, il-persuna fiżika tiġi identifikata mid-ditta tal-investiment bl-użu tal-konkatenazzjoni tal-elementi segwenti fl-ordni segwenti:

(a)

id-data tat-twelid tal-persuna fil-format SSSSXXJJ;

(b)

l-ewwel ħames karattri tal-isem;

(c)

l-ewwel ħames karattri tal-kunjom.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-prefissi mal-ismijiet jiġu esklużi u l-ismijiet u l-kunjomijiet li jkunu iqsar minn ħames karattri jiġu mehmuża b'“#” sabiex jiġi żgurat li r-referenzi għall-ismijiet u għall-kunjomijiet skont il-paragrafu 4 ikun fihom ħames karattri. Il-karattri kollha jkunu f'ittri kapitali. Ma jintuża l-ebda apostrofu, aċċent, sink, sinjal tal-punteġġjatura jew spazju.

Artikolu 7

Dettalji tal-identità tal-klijent u l-identifikatur u dettalji ta' min jieħu d-deċiżjoni

1.   Rapport dwar it-tranżazzjoni fir-rigward ta' tranżazzjoni eżegwita f'isem klijent li jkun persuna fiżika jinkludi l-isem sħiħ u d-data tat-twelid tal-klijent kif speċifikat fil-Kaxxi 9, 10, 11, 18, 19 u 20 tat-Tabella 2 tal-Anness I.

2.   Meta l-klijent ma jkunx il-persuna li tieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment fir-rigward ta' dik it-tranżazzjoni, ir-rapport dwar it-tranżazzjoni jidentifika lill-persuna li tieħu dik id-deċiżjoni f'isem il-klijent kif speċifikat fil-kaxxi 12 sa 15 għax-xerrej u fil-kaxxi 21 sa 24 għall-bejjiegħ fit-Tabella 2 tal-Anness I.

Artikolu 8

Identifikazzjoni tal-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment

1.   Meta persuna jew algoritmu tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment jieħdu d-deċiżjoni dwar l-investiment li jakkwistaw jew iċedu strument finanzjarju speċifiku, dik il-persuna jew algoritmu tal-kompjuter jiġu identifikati kif speċifikat fil-kaxxa 57 tat-Tabella 2 tal-Anness I. Id-ditta tal-investiment għandha tidentifika biss din il-persuna jew algoritmu tal-kompjuter jekk dik id-deċiżjoni dwar l-investiment tittieħed f'isem id-ditta tal-investiment innifisha, jew f'isem klijent skont mandat diskrezzjonali mogħti lilu mill-klijent.

2.   Meta aktar minn persuna waħda fid-ditta tal-investiment jieħdu d-deċiżjoni dwar l-investiment, id-ditta tal-investiment għandha tiddetermina l-persuna li tieħu r-responsabbiltà primarja għal dik id-deċiżjoni. Il-persuna li tieħu r-responsabbiltà primarja għad-deċiżjoni dwar l-investiment għandha tiġi determinata skont kriterji determinati minn qabel u stabbiliti mid-ditta tal-investiment.

3.   Meta algoritmu tal-kompjuter fi ħdan id-ditta tal-investiment ikun responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment skont il-paragrafu 1, id-ditta tal-investiment għandha tassenja deżinjazzjoni biex tidentifika l-algoritmu tal-kompjuter f'rapport dwar it-tranżazzjoni. Dik id-deżinjazzjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

tkun unika għal kull sett ta' kodiċi jew strateġija tan-negozjar li tikkostitwixxi l-algoritmu, irrispettivament mill-istrumenti finanzjarji jew mis-swieq li japplika għalihom l-algoritmu;

(b)

tintuża b'mod konsistenti meta ssir referenza għall-algoritmu jew għall-verżjoni tal-algoritmu ladarba jiġi assenjat lilha;

(c)

tkun unika tul iż-żmien.

Artikolu 9

Identifikazzjoni tal-persuna jew tal-algoritmu tal-kompjuter responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni

1.   Meta persuna jew algoritmu tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment li jeżegwixxu tranżazzjoni jiddeterminaw liema ċentru tan-negozjar, internalizzatur sistematiku jew pjattaforma kummerċjali organizzata li jinsabu barra mill-Unjoni għandhom jaċċessaw, lejn liema ditti għandhom jiġu trażmessi ordnijiet jew kwalunkwe kundizzjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni ta' ordni, dik il-persuna jew algoritmu tal-kompjuter jiġu identifikati fil-kaxxa 59 tat-Tabella 2 tal-Anness I.

2.   Meta persuna fid-ditta tal-investiment tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, id-ditta tal-investiment għandha tassenja deżinjazzjoni biex tidentifika dik il-persuna f'rapport dwar it-tranżazzjoni skont l-Artikolu 6.

3.   Meta algoritmu tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment ikun responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, id-ditta tal-investiment għandha tassenja deżinjazzjoni biex tidentifika l-algoritmu tal-kompjuter skont l-Artikolu 8(3).

4.   Meta kemm persuna kif ukoll algoritmu tal-kompjuter ikunu involuti fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, jew aktar minn persuna waħda jew algoritmu wieħed ikunu involuti, id-ditta tal-investiment għandha tiddetermina liema persuna jew liema algoritmu tal-kompjuter ikunu primarjament responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni. Il-persuna jew l-algoritmu tal-kompjuter li jieħdu r-responsabbiltà primarja għall-eżekuzzjoni għandhom jiġu determinati skont kriterji determinati minn qabel u stabbiliti mid-ditta tal-investiment.

Artikolu 10

Deżinjazzjoni biex tiġi identifikata rinunzja applikabbli

Ir-rapporti dwar it-tranżazzjoni jidentifikaw ir-rinunzja applikabbli skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li skontu t-tranżazzjoni eżegwita tkun seħħet skont il-kaxxa 61 tat-Tabella 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Deżinjazzjoni biex jiġi identifikat bejgħ ta' pożizzjoni qasira

1.   Ir-rapporti dwar it-tranżazzjoni jidentifikaw tranżazzjonijiet li, fil-ħin tal-eżekuzzjoni tagħhom, ikunu tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira, jew ikunu parzjalment tranżazzjoni ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira, skont il-kaxxa 62 tat-Tabella 2 tal-Anness I.

2.   Ditta tal-investiment għandha tiddetermina fuq bażi tal-aħjar sforz it-tranżazzjonijiet tal-bejgħ ta' pożizzjoni qasira li fihom il-klijent tagħhom ikun il-bejjiegħ, inkluż meta ditta tal-investiment taggrega ordnijiet mingħand diversi klijenti. Id-ditta tal-investiment għandha tidentifika dawk it-tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira fir-rapport tagħha dwar it-tranżazzjoni skont il-kaxxa 62 tat-Tabella 2 tal-Anness I.

3.   Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira f'isimha stess, fir-rapport dwar it-tranżazzjoni hija għandha tindika jekk it-tranżazzjoni ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira tkunx saret f'kapaċità ta' ġenerazzjoni tas-suq ta' negozjant primarju b'eżenzjoni pprovduta mill-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

Artikolu 12

Rappurtar ta' eżekuzzjoni għal taħlita ta' strumenti finanzjarji

Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni li tinvolvi żewġ strumenti finanzjarji jew aktar, id-ditta tal-investiment għandha tirrapporta t-tranżazzjoni għal kull strument finanzjarju b'mod separat u torbot dawk ir-rapporti b'identifikatur li jkun uniku fil-livell tad-ditta għall-grupp tar-rapporti dwar u t-tranżazzjoni relatati ma' dik l-eżekuzzjoni kif speċifikat fil-kaxxa 40 tat-Tabella 2 tal-Annes I.

Artikolu 13

Kundizzjonijiet li bihom għandhom jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma identifikaturi ta' entità ġuridika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identifikaturi ta' entità ġuridika jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma skont il-prinċipji segwenti:

(a)

l-uniċità;

(b)

l-eżattezza;

(c)

il-konsistenza;

(d)

in-newtralità;

(e)

l-affidabbiltà;

(f)

sors miftuħ;

(g)

il-flessibbiltà;

(h)

l-iskalabbiltà;

(i)

l-aċċessibbiltà.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma identifikaturi ta' entità ġuridika bl-użu ta' standards operattivi uniformi globali, li jkunu soġġetti għall-qafas ta' governanza tal-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja għas-Sistema ta' Identifikatur tal-Entità Ġuridika u li jkunu disponibbli bi prezz raġonevoli.

2.   Ditta tal-investiment ma għandhiex tipprovdi servizz li jqanqal l-obbligu li tippreżenta rapport dwar it-tranżazzjoni għal tranżazzjoni li tkun iddaħħlet f'isem klijent li jkun eliġibbli għall-kodiċi ta' identifikatur ta' entità ġuridika, qabel ma jakkwista l-kodiċi ta' identifikatur ta' entità ġuridika minn dak il-klijent.

3.   Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li t-tul u l-kostruzzjoni tal-kodiċi jkunu konformi mal-istandard ISO 17442 u li l-kodiċi jkun inkluż fil-bażi tad-dejta Global LEI miżmuma mill-Unità Operattiva Ċentrali maħtura mill-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja għas-Sistema ta' Identifikatur tal-Entità Ġuridika u li tirrigwarda l-klijent konċernat.

Artikolu 14

Rappurtar ta' tranżazzjonijiet eżegwiti mill-fergħat

1.   Ditta tal-investiment għandha tirrapporta tranżazzjonijiet eżegwiti kompletament jew parzjalment permezz tal-fergħa tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti.

2.   Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni kompletament jew parzjalment permezz tal-fergħa tagħha, hija għandha tirrapporta t-tranżazzjoni darba biss.

3.   Meta d-dettalji ta' kodiċi tal-pajjiż fir-rigward tal-fergħa tad-ditta tal-investiment li huma meħtieġa li jkunu inklużi f'rapport dwar it-tranżazzjoni skont il-kaxxi 8, 17, 37, 58 jew 60 tat-Tabella 2 tal-Anness I minħabba l-eżekuzzjoni parzjali jew sħiħa ta' tranżazzjoni permezz ta' dik il-fergħa, id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi fir-rapport dwar it-tranżazzjoni l-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 għall-fergħa rilevanti fil-każijiet kollha segwenti:

(a)

meta l-fergħa tirċievi l-ordni minn klijent jew tieħu deċiżjoni dwar l-investiment għal klijent skont mandat diskrezzjonali mogħti lilha mill-klijent;

(b)

meta l-fergħa jkollha responsabbiltà superviżorja għall-persuna responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment ikkonċernata;

(c)

meta l-fergħa jkollha responsabbiltà superviżorja għall-persuna responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni;

(d)

meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma ta' negozjar organizzata li tinsab barra mill-Unjoni bl-użu tas-sħubija tal-fergħa ta' dak iċ-ċentru tan-negozjar jew pjattaforma ta' negozjar organizzata.

4.   Meta każ wieħed jew aktar ipprovduti fil-paragrafu 3 ma japplikawx għal fergħa tad-ditta tal-investiment, il-kaxxi rilevanti fit-Tabella 2 tal-Anness I jimtlew bil-kodiċi ISO tal-pajjiż għall-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment, jew, fil-każ ta' ditta minn pajjiż terz, il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż meta d-ditta tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tagħha.

5.   Il-fergħa ta' ditta ta' pajjiż terz għandha tippreżenta r-rapport dwar it-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat il-fergħa. Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz għandha timla l-kaxxi rilevanti fit-Tabella 2 tal-Anness I bil-kodiċi ISO tal-pajjiż għall-Istat Membru tal-awtorità kompetenti awtorizzanti.

Meta ditta ta' pajjiż terz tistabbilixxi friegħi f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-Unjoni, dawn il-fergħat għandhom flimkien jagħżlu waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li lilha għandhom jintbagħtu r-rapporti dwar it-tranżazzjoni skont il-paragrafi 1 sa 3.

Artikolu 15

Metodi u arranġamenti għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji

1.   Il-metodi u l-arranġamenti li bihom ir-rapporti dwar it-tranżazzjoni jiġu ġġenerati u ppreżentati miċ-ċentri tan-negozjar u mid-ditti tal-investiment jinkludu:

(a)

sistemi li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-dejta rrapportata;

(b)

mekkaniżmi biex ikun awtentikat is-sors tar-rapport dwar it-tranżazzjoni;

(c)

miżuri ta' prekawzjoni li jippermettu t-tkomplija fil-ħin tar-rappurtar fil-każ ta' ħsara fis-sistema ta' rappurtar;

(d)

mekkaniżmi li jidentifikaw l-iżbalji u l-omissjonijiet fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni;

(e)

mekkaniżmi biex jiġi evitat ir-rappurtar ta' rapporti doppji dwar it-tranżazzjoni, inkluż meta ditta tal-investiment tiddependi fuq ċentru tan-negozjar biex tirrapporta d-dettalji tat-tranżazzjoni eżegwita mid-ditta tal-investiment permezz tas-sistemi taċ-ċentru tan-negozjar skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(f)

mekkaniżmi li jiżguraw li ċ-ċentru tan-negozjar biss jippreżenta rapporti f'isem dawk id-ditti tal-investiment li jkunu għażlu li jiddependu fuq iċ-ċentru tan-negozjar biex jibagħtu rapporti f'isimhom għal tranżazzjonijiet kompluti permezz ta' sistemi taċ-ċentru tan-negozjar;

(g)

mekkaniżmi li jevitaw ir-rappurtar ta' kwalunkwe tranżazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda obbligu li jingħata rapport skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għax ma jkunx hemm tranżazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew għax l-istrument li huwa s-soġġett tat-tranżazzjoni inkwistjoni ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(h)

mekkaniżmi li jidentifikaw tranżazzjonijiet mhux rappurtati li għalihom hemm l-obbligu li jsir rapport skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, inklużi każijiet fejn ir-rapporti dwar it-tranżazzjoni miċħuda mill-awtorità kompetenti kkonċernata ma jkunux ġew ippreżentati mill-ġdid b'suċċess.

2.   Meta ċ-ċentru tan-negozjar jew id-ditta tal-investiment issir taf bi kwalunkwe żball jew omissjoni f'rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentata lil awtorità kompetenti, kwalunkwe nuqqas li jiġi ppreżentat rapport dwar it-tranżazzjoni inkluż kwalunkwe nuqqas li jerġa' jiġi ppreżentat rapport rifjutat dwar it-tranżazzjoni għal tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal rappurtar, jew rappurtar ta' tranżazzjoni li għaliha ma jkun hemm l-ebda obbligu li jsir rapport, hija għandha minnufih tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti b'dan il-fatt.

3.   Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw li r-rapporti dwar it-tranżazzjoni tagħhom ikunu kompluti u preċiżi. Dawk l-arranġamenti jinkludu l-ittestjar tal-proċess ta' rapportar tagħhom u r-rikonċiljazzjoni regolari tar-reġistri ta' negozjar tal-uffiċċji tan-negozjar tagħhom mal-kampjuni tad-dejta pprovduti lilhom mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għal dak l-għan.

4.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jipprovdux kampjuni tad-dejta, id-ditti tal-investiment għandhom jirrikonċiljaw ir-reġistri ta' negozjar tal-uffiċċji tan-negozjar tagħhom mal-informazzjoni li tinsab fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni li jkunu ppreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti, jew li tinsab fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni li ARMs jew ċentri tan-negozjar ikunu ppreżentaw f'isimhom. Ir-rikonċiljazzjoni tinkludi l-iċċekkjar tal-iskadenzi tar-rapport, l-eżattezza u l-kompletezza tal-kaxxi tad-dejta individwali u l-konformità tagħhom mal-istandards u l-formati speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness I.

5.   Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw li r-rapporti dwar it-tranżazzjoni tagħhom, meta meħuda flimkien, jirriflettu l-bidliet kollha fis-sitwazzjoni tagħhom u fis-sitwazzjoni tal-klijenti tagħhom fl-istrumenti finanzjarji kkonċernati fil-ħin li jitwettqu t-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji.

6.   Meta ARM, skont l-istruzzjonijiet mingħand id-ditta tal-investimenti, tħassar jew tikkoreġi rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentat f'isem ditta tal-investiment, dik id-ditta tal-investiment għandha żżomm id-dettalji tal-korrezzjonijiet u tal-kanċellazzjonijiet pprovduti lilha minn ARM.

7.   Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jintbagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju taċ-ċentru tan-negozjar.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi sikuri meta jiskambjaw rapporti dwar it-tranżazzjoni ma' xulxin.

Artikolu 16

Determinazzjoni tal-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità

1.   Fil-każ ta' titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, kwota tal-emissjonijiet jew unità f'impriża ta' investiment kollettiv, l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità għal dak l-istrument finanzjarju (l-aktar suq rilevanti) għandu jiġi determinat darba kull sena kalendarja fuq il-bażi tad-dejta tas-sena kalendarja preċedenti, sakemm l-istrument finanzjarju jkun ammess għan-negozjar jew negozjat fil-bidu tas-sena kalendarja preċedenti, kif ġej:

(a)

għal strumenti ammessi għan-negozjar f'suq regolat wieħed jew aktar, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq regolat fejn il-fatturat, kif definit fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (8), għas-sena kalendarja preċedenti għal dak l-istrument, ikun l-ogħla;

(b)

għal strumenti li mhumiex ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati, l-aktar suq rilevanti jkun l-MTF fejn il-fatturat għas-sena kalendarja preċedenti għal dak l-istrument ikun l-ogħla;

(c)

għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-ogħla fatturat ikun ikkalkolat billi jiġu esklużi t-tranżazzjonijiet kollha li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet ta' trasparenza qabel in-negozjar skont l-Artikolu 4(1)(a), (b) jew (c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, kwota tal-emissjonijiet jew unità f'impriża ta' investiment kollettiv ma jkunux ammessi għan-negozjar jew negozjati fil-bidu tas-sena kalendarja preċedenti jew meta ma jkunx hemm biżżejjed dejta jew ma jkunx hemm dejta eżistenti biex jiġi kkalkolat il-fatturat skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bl-għan li jiġi determinat l-aktar suq rilevanti għal dak l-istrument finanzjarju, l-aktar suq rilevanti għall-istrument finanzjarju jkun is-suq tal-Istat Membru li fih tkun saret l-ewwel talba għal ammissjoni għan-negozjar jew fejn l-istrument ikun ġie nnegozjat l-ewwel.

3.   Fil-każ ta' titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE jew strument tas-suq monetarju li l-emittent tiegħu jkun stabbilit fl-Unjoni, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-emittent.

4.   Fil-każ ta' titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE jew strument tas-suq monetarju li l-emittent tiegħu jkun stabbilit barra mill-Unjoni, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru fejn tkun saret l-ewwel talba għal ammissjoni għan-negozjar ta' dak l-istrument finanzjarju jew fejn l-istrument finanzjarju jkun ġie nnegozjat l-ewwel f'ċentru tan-negozjar.

5.   Fil-każ ta' strument finanzjarju li jkun kuntratt derivattiv jew kuntratt għad-differenza jew titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(c) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-aktar suq rilevanti jkun determinat hekk:

(a)

meta t-titolu sottostanti fl-istrument finanzjarju jkun titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE jew kwota tal-emissjonijiet li tkun ammessa għan-negozjar f'suq regolat jew tkun innegozjata f'MTF, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq li jitqies li jkun l-aktar suq rilevant għat-titolu sottostanti skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu;

(b)

meta t-titolu sottostanti fi strument finanzjarju jkun titolu trasferibbli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(44)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE jew strument tas-suq monetarju li jkun ammess għan-negozjar f'suq regolat jew ikun innegozjat f'MTF jew OTF, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq meqjus li jkun l-aktar suq rilevant għall-istrument finanzjarju sottostanti skont il-paragrafu 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu;

(c)

meta t-titolu sottostanti fi strument finanzjarju jkun basket li jkun fih strumenti finanzjarji, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru li fih l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess l-ewwel għan-negozjar jew ikun ġie nnegozjat f'ċentru tan-negozjar;

(d)

meta t-titolu sottostanti fi strument finanzjarju jkun indiċi li jkun fih strumenti finanzjarji, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru li fih l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess l-ewwel għan-negozjar jew ikun ġie nnegozjat f'ċentru tan-negozjar;

(e)

meta t-titolu sottostanti tal-istrument finanzjarju jkun derivattiva ammessa għan-negozjar jew innegozjata f'ċentru tan-negozjar, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru li fih id-derivattiva tkun ġiet ammessa għan-negozjar jew tkun ġiet innegozjata f'ċentru tan-negozjar.

6.   Għal strumenti finanzjarji li mhumiex koperti mill-paragrafi 1 sa 5, l-aktar suq rilevanti jkun is-suq tal-Istat Membru taċ-ċentru ta' negozjar fejn l-istrument finanzjarju jkun ġie ammess għan-negozjar l-ewwel jew li fih l-istrument finanzjarju jkun ġie nnegozjat l-ewwel.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) għandu japplika 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(9) tar-Regolament (UE) 2015/2365.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta (ara l-paġna 126 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ara l-paġna 387 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Tabella 1

Didaskalija għat-Tabella 2

SIMBOLU

TIPI TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{CFI_CODE}

6 karattri

Kodiċi CFI tal-ISO 10962

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b'2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217

{DATE_TIME_FORMAT}

Format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format segwenti:

SSSS-XX-JJThh:mm:ss.ddddddZ.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li għandha tintuża l-ittra “Ħ”

“hh” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“ss.dddddd” hija s-sekonda u l-frazzjoni ta' sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{DATEFORMAT}

Format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandhom jiġu fformattjati skont il-format segwenti:

SSSS-XX-JJ.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sal-figuri n b'kollox li minnhom sal-figuri m jistgħu jkunu ċifri ta' frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (punt);

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b'“-” (minus);

Il-valuri huma arrotondati u mhux maqtugħa.

{INDEX}

4 karattri alfabetiċi

“EONA” — EONIA

“EONS” — EONIA SWAP

“EURI” — EURIBOR

“EUUS” — EURODOLLAR

“EUCH” — EuroSwiss

“GCFR” — GCF REPO

“ISDA” — ISDAFIX

“LIBI” — LIBID

“LIBO” — LIBOR

“MAAA” — Muni AAA

“PFAN” — Pfandbriefe

“TIBO” — TIBOR

“STBO” — STIBOR

“BBSW” — BBSW

“JIBA” — JIBAR

“BUBO” — BUBOR

“CDOR” — CDOR

“CIBO” — CIBOR

“MOSP” — MOSPRIM

“NIBO” — NIBOR

“PRBO” — PRIBOR

“LBO”- TELBOR

“IBO”– WIBOR

“TREA”– it-Teżor

“SWAP” — SWAP

“FUSW” — Future SWAP

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sal-figuri n b'kollox

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi ta' numri sħaħ.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166

{LEI}

20-il karattru alfanumeriku

Identifikatur ta' entità ġuridika kif definit f'ISO 17442

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383

{NATIONAL_ID}

35 karattru alfanumeriku

L-identifikatur huwa derivat skont l-Artikolu 6 u t-Tabella tal-Anness II.


Tabella 2

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati f'rapporti ta' tranżazzjoni

Il-kaxxi kollha huma obbligatorji, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.


N

KAXXA

KONTENUT LI GĦANDU JIĠI RRAPPURTAT

FORMAT U STANDARDS LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAR-RAPPURTAR

1

Staus tar-Rapport

Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport dwar it-tranżazzjoni huwiex ġdid jew kanċellazzjoni.

Replace: “NEWT” — Ġdid

“CANC” — Kanċellazzjoni

2

Numru ta' Referenza tat-Tranżazzjoni

Numru ta' identifikazzjoni uniku għad-ditta tal-eżekuzzjoni għal kull rapport dwar it-tranżazzjoni.

Meta, skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċentru tan-negozjar jippreżenta rapport dwar it-tranżazzjoni f'isem ditta li ma tkunx soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 600/2014, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jimla din il-kaxxa b'numru li jkun ġie ġġenerat internament miċ-ċentru tan-negozjar u li jkun uniku għal kull rapport dwar it-tranżazzjoni ppreżentat miċ-ċentru tan-negozjar.

{ALPHANUM-52}

3

Kodiċi tal-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni taċ-ċentru tan-negozjar

Dan huwa numru ġġenerat miċ-ċentri tan-negozjar u mibgħut kemm lix-xerrejja kif ukoll lill-bejjiegħa skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissojni (UE) 2017/580 (1).

Din il-kaxxa hija meħtieġa biss għan-naħa tas-suq ta' tranżazzjoni eżegwita f'ċentru tan-negozjar.

{ALPHANUM-52}

4

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-entità li eżegwenti

Kodiċi użat biex jidentifika l-entità li teżegwixxi t-tranżazzjoni.

{LEI}

5

Ditta tal-Investiment koperta bid-Direttiva 2014/65/UE

Jindika jekk l-entità identifikati fil-kaxxa 4 hijiex ditta tal-investiment koperta mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

“true” — iva

“false” — le

6

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-entità li tippreżenta

Kodiċi użat biex jidentifika lill-entità li tippreżenta r-rapport dwar it-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Meta r-rapport jiġi ppreżentat mid-ditta eżegwenti direttament lill-awtorità kompetenti, din għandha timtela mil-LEI tad-ditta eżegwenti (fejn id-ditta eżegwenti tkun entità legali).

Meta r-rapport ikun ippreżentat minn ċentru tan-negozjar, din għandha timtela mil-LEI tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar.

Meta r-rapport ikun ippreżentat minn ARM, din għandha timtela mil-LEI tal-ARM.

{LEI}

Dettalji tax-xerrej

Għal kontijiet konġunti, il-kaxxi 7–11 għandhom jiġu ripetuti għal kull xerrej.

Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, l-informazzjoni fil-kaxxi 7–15 għandha timtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti.

Meta t-trażmissjoni tkun għal ordni trażmessa li ma tkunx issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trasmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, id-ditta riċeventi għandha tittratta d-ditta trażmittenti bħala x-xerrej.

7

Kodiċi tal-identifikazzjoni tax-xerrej

Kodiċi użat biex jidentifika l-akkwirent tal-istrument finanzjarju.

Meta l-akkwirent ikun entità ġuridika għandu jintuża l-kodiċi LEI tal-akkwirent.

Meta l-akkwirent ma jkunx entità ġuridika, għandu jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6.

Meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni li tuża kontroparti ċentrali (central counterparty, CCP) u meta l-identità tal-akkwirent ma tkunx żvelata, jintuża l-kodiċi LEI tas-CCP.

Meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni li ma tużax CCP u meta l-identità tal-akkwirent ma tkunx żvelata, jintuża l-kodiċi MIC taċ-ċentru ta' negozjar jew tal-pjattaforma organizzata tan-negozjar barra mill-Unjoni.

Meta l-akkwirent ikun ditta tal-investiment li taġixxi bħala internalizzatur sistematiku (systematic internaliser, SI), jintuża l-kodiċi LEI tas-SI.

Jintuża “INTC” biex jindika kont tal-klijenti aggregat fid-ditta tal-investiment sabiex jiġi rrapurtat trasferiment lejn jew minn dak il-kont b'allokazzjoni assoċjata mal-klijent(i) individwali lejn jew minn dak il-kont rispettivament.

Fil-każ ta' opzjonijiet u swapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li jkollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tbigħ l-opzjoni u jirċievi primjum.

Fil-każ ta' futures u forwards għajr futures u forwards marbuta ma' muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-istrument u l-bejjiegħ il-kontroparti li tbigħ l-istrument.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' titoli, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li terfa' r-riskju tal-varjazzjoni fil-prezz tat-titolu sottostanti u li tirċievi l-ammont tat-titolu. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tħallas l-ammont tat-titolu.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' rati tal-imgħax jew ma' indiċijiet tal-inflazzjoni, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa. Fil-każ ta' swaps bażi (swaps tar-rata tal-imgħax varjabbli għal varjabbli), ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas il-firxa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi l-firxa.

Fil-każ ta' swaps u forwards relatati ma' muniti u swaps bejn muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-munita li tiġi l-ewwel meta rranġati alfabetikament skont l-istandard ISO 4217 u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti tforni din il-munita.

Fil-każ ta' swap relatata ma' dividendi, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-ekwivalenti tal-pagamenti tad-dividendi reali. Il-bejjiegħ huwa l-kontroparti li tħallas id-dividend u tirċievi r-rata fissa.

Fil-każ ta' strumenti derivattivi għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu għajr l-opzjonijiet u l-iswapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-protezzjoni. Il-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tbigħ il-protezzjoni.

Fil-każ ta' kuntratt tad-derivattivi marbuta mal-komoditajiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-komodità speċifikata fir-rapport u l-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tforni din il-komodità.

Fil-każ ta' ftehim tar-rata forward, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa.

Għal żieda fin-nozzjonali, ix-xerrej għandu jkun l-istess wieħed li jakkwiżixxi l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-istess wieħed li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali.

Għal tnaqqis fin-nozzjonali x-xerrej għandu jkun dak li biegħ l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali u l-bejjiegħ għandu jkun l-akkwirent tal-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali.

{LEI}

{MIC}

{NATIONAL_ID}

“INTC”

Dettalji addizzjonali

Il-kaxxi 8–15 huma applikabbli biss jekk ix-xerrej ikun klijent

Il-kaxxi 9-11 huma applikabbli biss jekk ix-xerrej ikun persuna fiżika

8

Il-pajjiż tal-fergħa għax-xerrej

Meta l-akkwirent ikun klijent, din il-kaxxa għandha tidentifika l-pajjiż tal-fergħa li tkun irċeviet l-ordni mingħand il-klijent jew li ħadet deċiżjoni dwar l-investiment għalklijent skont mandat diskrezzjonali mogħti lilha mill-klijent kif meħtieġ mill-Artikolu 14(3).

Meta din l-attività ma titwettaqx minn fergħa, din għandha timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn id-ditta tal-investiment tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' ditti ta' pajjiż terz).

Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, din il-kaxxa timtela fl-użu tal-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti.

{COUNTRYCODE_2}

9

Xerrej — isem/ismijiet

Isem/ismijiet ix-xerrej. Fil-każ ta' aktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha jiġu inklużi f'din il-kaxxa separati b'virgola.

{ALPHANUM-140}

10

Xerrej — kunjom(ijiet)

Kunjom/ijiet sħiħ/sħaħ tax-xerrej. Fil-każ ta' aktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha jiġu inklużi f'din il-kaxxa separati b'virgola.

{ALPHANUM-140}

11

Xerrej — data tat-twelid

Data tat-twelid tax-xerrej

{DATEFORMAT}

Min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej

Il-kaxxi 12–15 huma applikabbli biss jekk min jieħu d-deċiżjoni jaġixxi taħt is-setgħa ta' rappreżentanza

12

Kodiċi min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej

Kodiċi użat biex jidentifika lill-persuna li tieħu d-deċiżjoni biex takkwista l-istrument finanzjarju.

Meta d-deċiżjoni tittieħed minn ditta tal-investiment, din il-kaxxa timtela bl-identità tad-ditta tal-investiment u minflok l-individwu li jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment.

Meta d-deċiżjoni tittieħed minn entità ġuridika, jintuża l-kodiċi LEI ta' min jieħu d-deċiżjoni.

Meta d-deċiżjoni tittieħed minn entità li ma tkunx ġuridika, jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6.

{LEI}

{NATIONAL_ID}

Dettalji ta' min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej

Il-kaxxi 13-15 huma applikabbli biss jekk id-deċiżjoni tittieħed minn persuna fiżika

13

Min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej — Isem/Ismijiet

Isem sħiħ/Ismijiet sħaħ ta' min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej. Fil-każ ta' aktar minn isem wieħed, l-ismijiet kollha jiġu inklużi f'din il-kaxxa separati b'virgola

{ALPHANUM-140}

14

Min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej — Kunjom/ijiet

Kunjom/ijiet sħiħ/sħaħ ta' min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej. Fil-każ ta' aktar minn kunjom wieħed, il-kunjomijiet kollha jiġu inklużi f'din il-kaxxa separati b'virgola

{ALPHANUM-140}

15

Min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej — Data tat-twelid

Data tat-twelid ta' min jieħu d-deċiżjoni għax-xerrej

{DATEFORMAT}

Dettalji tal-bejjiegħ u ta' min jieħu d-deċiżjoni

Għal kontijiet konġunti, il-kaxxi 16-20 għandhom jiġu ripetuti għal kull xerrej.

Meta t-tranżazzjoni għal bejjiegħ tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, l-informazzjoni fil-kaxxi 16-24 għandha timtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi mill-informazzjoni riċevuta mid-diita trażmittenti.

Meta t-trażmissjoni tkun għal ordni trażmessa li ma tkunx issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, id-ditta riċeventi għandha tittratta d-ditta trażmittenti bħala l-bejjiegħ.

16

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-bejjiegħ

Kodiċi użat biex jidentifika lil min jiddisponi mill-istrument finanzjarju.

Meta entità ġuridika tiddisponi mill-istrument finanzjarju, jintuża l-kodiċi LEI ta' min jidisponi.

Meta entità mhux ġuridika tiddisponi mill-istrument finanzjarju, jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6.

Meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni li tuża CCP u meta l-identità ta' min jidisponi ma tkunx żvelata, jintuża l-kodiċi LEI tas-CCP.

Meta t-tranżazzjoni tiġi eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni li ma tużax CCP u meta l-identità ta' min jidisponi ma tkunx żvelata, jintuża l-kodiċi MIC taċ-ċentru ta' negozjar jew tal-pjattaforma organizzata tan-negozjar barra mill-Unjoni.

Meta ditta tal-investiment li taġixxi bħala SI tiddisponi mill-istrument finanzjarju, jintuża l-kodiċi LEI tas-SI

Jintuża “INTC” biex jindika kont tal-klijenti aggregat fid-ditta tal-investiment sabiex jiġi rrapurtat trasferiment lejn jew minn dak il-kont b'allokazzjoni assoċjata mal-klijent(i) individwali lejn jew minn dak il-kont rispettivament.

Fil-każ ta' opzjonijiet u swapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li jkollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tbigħ l-opzjoni u jirċievi primjum.

Fil-każ ta' futures u forwards għajr futures u forwards marbuta ma' muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-istrument u l-bejjiegħ il-kontroparti li tbigħ l-istrument.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' titoli, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li terfa' r-riskju tal-varjazzjoni fil-prezz tat-titolu sottostanti u li tirċievi l-ammont tat-titolu. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tħallas l-ammont tat-titolu.

Fil-każ ta' swaps marbuta ma' rati tal-imgħax jew ma' indiċijiet tal-inflazzjoni, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa. Il-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa. Fil-każ ta' swaps bażi (swaps tar-rata tal-imgħax varjabbli għal varjabbli), ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas il-firxa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi l-firxa.

Fil-każ ta' swaps u forwards relatati ma' muniti u swaps bejn muniti, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-munita li tiġi l-ewwel meta rranġati alfabetikament skont l-istandard ISO 4217 u l-bejjiegħ għandu jkun il-kontroparti tforni din il-munita.

Fil-każ ta' swap relatata ma' dividendi, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-ekwivalenti tal-pagamenti tad-dividendi reali. Il-bejjiegħ huwa l-kontroparti li tħallas id-dividend u tirċievi r-rata fissa.

Fil-każ ta' strumenti derivattivi għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu għajr l-opzjonijiet u l-iswapzjonijiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tixtri l-protezzjoni. Il-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tbigħ il-protezzjoni.

Fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi marbuta mal-komoditajiet, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tirċievi l-komodità speċifikata fir-rapport u l-bejjiegħ ikun il-kontroparti li tforni din il-komodità.

Fil-każ ta' ftehim tar-rata forward, ix-xerrej għandu jkun il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa u l-bejjiegħ il-kontroparti li tirċievi r-rata fissa.

Għal żieda fin-nozzjonali, il-bejjiegħ għandu jkun l-istess wieħed li jiddisponi fit-tranżazzjoni oriġinali.

Għal tnaqqis fin-nozzjonali, il-bejjiegħ għandu jkun l-istess wieħed li jakkwiżixxi l-istrument finanzjarju fit-tranżazzjoni oriġinali.

{LEI}

{MIC}

{NATIONAL_ID}

“INTC”

17-24

Il-kaxxi 17–24 jirriflettu l-kaxxi kollha relatati max-xerrej innumerati 8–15 (dettalji tax-xerrej u ta' min jieħu d-deċiżjoni) għall-bejjiegħ.

Dettalji tat-trażmissjoni

Il-kaxxi 26 u 27 jimtlew biss għal rapporti dwar it-tranżazzjoni minn ditta riċeventi fejn ikunu ġew issodsfati l-kundizzjonijiet kollha għat-trażmissjoni fl-Artikolu 4.

Meta impriża taġixxi kemm bħala ditta riċeventi kif ukoll bħala ditta trażmittenti, hija għandha timla l-kaxxa 25 li tindika li hija ditta trażmittenti u għandha timla l-kaxxi 26 u 27 mill-perspettiva tagħha bħala ditta riċeventi.

25

Indikatur tat-trażmissjoni ta' ordni

“true” timtela mid-ditta trażmittenti fir-rapport tad-ditta trażmittenti meta l-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni speċifikati fl-Artikolu 4 ma jkunux ġew issodisfati

“false” — fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha

Replace: “true”

Replace: “false”

26

Kodiċi ta' identifikazzjoni tad-ditta trażmittenti għax-xerrej

Kodiċi użat biex jidentifika d-ditta li tittrażmetti l-ordni

Dan għandu jimtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bil-kodiċi ta' identifikazzjoni pprovdut mid-ditta trażmittenti.

{LEI}

27

Kodiċi ta' identifikazzjoni tad-ditta trażmittenti għall-bejjiegħ

Kodiċi użat biex jidentifika d-ditta li tittrażmetti l-ordni.

Dan għandu jimtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bil-kodiċi ta' identifikazzjoni pprovdut mid-ditta trażmittenti

{LEI}

Dettalji tat-tranżazzjoni

28

Data u ħin tan-negozjar

Data u ħin ta' meta ġiet eżegwita t-tranżazzjoni.

Għal tranżazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, il-livell ta' granularità jkun skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2017/574 (2).

Għal tranżazzjonijiet li ma twettqux f'ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin għandhom ikunu meta l-partijiet jaqblu fuq il-kontenut tal-kaxxi segwenti: kwantità, prezz, muniti fil-kaxxi 31, 34 u 44, kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument, klassifikazzjoni tal-istrument u kodiċi tal-istrument sottostanti, fejn applikabbli. Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f'ċentru tan-negozjar il-ħin irrappurtat ikun preċiż għal mill-inqas l-eqreb sekonda.

Meta t-tranżazzjoni tirriżulta minn ordni trażmessa mid-ditta ta' eżekuzzjoni f'isem klijent lil parti terza meta l-kundizzjonijiet għal trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 ma jkunux ġew issodisfatti, din għandha tkun id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni minflok il-ħin tat-trażmissjoni tal-ordni.

{DATE_TIME_FORMAT}

29

Kapaċità tan-negozjar

Indikazzjoni dwar jekk ir-riżultati tat-tranżazzjoni mid-ditta ta' eżekuzzjoni li twettaq negozjar matched principle skont l-Artikolu 4(1)(38) tad-Direttiva 2014/65/UE jew li tinnegozja f'isimha stess skont l-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Meta t-tranżazzjoni ma tirriżultax mid-ditta ta' eżekuzzjoni li twettaq negozjar matched principal mill-membru jew mill-parteċipant taċ-ċentru tan-negozjar li twettaq negozjar matched principle jew li tinnegozja f'isimha stess, il-kaxxa għandha tindika li t-tranżazzjoni tkun twettqet taħt xi kapaċità oħra.

Replace: “DEAL” — Negozjar f'isimha stess

Replace: “MTCH” — Matched principal

“AOTC” — Kwalunkwe kapaċità oħra

30

Kwantità

In-numru ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju, jew in-numru ta' kuntratti derivattivi fit-tranżazzjoni.

Il-valur nominali jew monetarju tal-istrument finanzjarju.

Għal imħatri tal-firxiet, il-kwantità għandha tkun il-valur monetarju milgħub għal kull punt ta' moviment fl-istrument finanzjarju sottostanti.

Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, il-kwantità għandha tkun l-ammont nozzjonali li għalih tkun akkwistata jew mibjugħa il-protezzjoni.

Għal żieda jew tnaqqis fl-ammont nozzjonali għal kuntratti tad-derivattivi, in-numru għandu jirrifletti l-valur assolut ta' din il-bidla u għandu jiġu espress bħala numru pożittiv.

L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-kaxxi 33 u 46.

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta' unitajiet

{DECIMAL-18/5} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali

31

Munita tal-kwantità

Munita li fiha hija espressal-kwantità.

Applikabbli biss jekk il-kwantità tkun espressa bħala valur nominali jew monetarju.

{CURRENCYCODE_3}

32

Żieda/tnaqqis fin-nozzjonali tad-derivattivi

Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni hijiex żieda jew tnaqqis fin-nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi.

Il-kaxxa tapplika biss meta jkun hemm bidla fin-nozzjonali għal kuntratt tad-derivattivi.

Replace: “INCR” — Żieda

Replace: “DECR” — Tnaqqis

33

Prezz

Il-prezz negozjat tat-tranżazzjoni ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax akkumulat.

Fil-każ ta' kuntratti ta' opzjoni, dan għandu jkun il-primjum tal-kuntratt tad-derivattivi għal kull sottostanti jew punt ta' indiċi.

Fil-każ ta' spread bets għandu jkun il-prezz ta' referenza tal-istrument sottostanti.

Għal swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (CDS) għandu jkun il-kupun f'punti bażi.

Meta l-prezz ikun irrapportat f'termini monetarji, dan għandu jiġi mogħti fl-unità tal-akbar munita.

Meta l-prezz attwalment ma jkunx disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun “PNDG”

Fejn il-prezz ma kunx applikabbli l-valur ikun “NOAP”

L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-kaxxi 30 u 46.

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala persentaġġ jew rendiment

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz

“NOAP” fil-każ li ma jkunx applikabbli l-prezz

34

Munita tal-Prezz

Il-munita li biha jiġi espress il-prezz (applikabbli jekk il-prezz huwa espress bħala valur monetarju).

{CURRENCYCODE_3}

35

Ammont nett

L-ammont nett tat-tranżazzjoni ifisser l-ammont ta' flus kontanti mħallsa mix-xerrej tal-istrument ta' dejn mas-saldu tat-tranżazzjoni. Dan l-ammont ta' flus kontanti jammonta għal: (prezz nadif * valur nominali)+kwalunkwe kupuni dovuti. B'riżultat ta' dan, l-ammont nett tat-tranżazzjoni jeskludi kwalunkwe kummissjoni jew imposti oħra fuq ix-xerrej tal-istrument tad-dejn.

Il-kaxxa tapplika biss meta l-istrument finanzjarju jkun id-dejn.

{DECIMAL-18/5}

36

Ċentru

L-identifikazzjoni taċ-ċentru meta tiġi eżegwita t-tranżazzjoni.

Uża l-MIC tas-segment tal-ISO 10383 għal tranżazzjonijiet eżegwiti f'ċentru tan-negozjar, Internalizzatur Sistematiku (SI) jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni. Meta s-segment MIC ma jeżistix, uża l-MIC operattiv.

Uża l-kodiċi MIC “XOFF” għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar, jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar jew li saret talba għall-ammissjoni għalihom, meta t-tranżazzjoni fuq dak l-istrument finanzjarju ma tkunx eżegwita f'ċentru tan-negozjar, SI jew pjattaforma organizzata tan-negozjar barra mill-Unjoni, jew meta ditta tal-investiment ma tkunx taf li qed tinnegozja ma' ditta oħra tal-investiment li taġixxi bħala SI.

Uża l-kodiċi MIC “XXXX” għal strumenti finanzjarji li mhumiex ammessi għan-negozjar jew li huma nnegozjati f'ċentru tan-negozjar jew li ma tkun saret l-ebda talba għal ammissjoni għalihom u li ma jkunux innegozjati fi pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni, iżda meta s-sottostanti jkun ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar.

{MIC}

37

Pajjiż tas-sħubija tal-fergħa

Kodiċi użat biex jidentifika l-pajjiż ta' fergħa tad-ditta tal-investiment li s-sħubija tas-suq tagħha jkun intuża biex tiġi eżegwita t-tranżazzjoni.

Meta s-sħubija tas-suq ta' ditta ma tintużax, din il-kaxxa timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn id-ditta tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' ditti ta' pajjiż terz).

Din il-kaxxa timtela biss għan-naħa tas-suq ta' tranżazzjoni eżegwita f'ċentru tan-negozjar jew fuq pjattaforma organizzata tan-negozjar barra l-Unjoni.

{COUNTRYCODE_2}

38

Pagament bil-quddiem

Il-valur monetarju ta' kwalunkwe pagament bil-quddiem riċevut jew imħallas mill-bejjiegħ.

Meta l-bejjiegħ jirċievi l-pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela jkun pożittiv. Meta l-bejjiegħ iħallas il-pagament bil-quddiem, il-valur li jimtela jkun negattiv.

{DECIMAL-18/5}

39

Munita tal-pagament bil-quddiem

Munita tal-pagament bil-quddiem.

{CURRENCYCODE_3}

40

Identifikazzjoni tal-komponent tan-negozjar kumpless

Identifikatur, intern għad-ditta tar-rappurtar biex tidentifika r-rapporti kollha relatati mal-istess eżekuzzjoni ta' taħlita ta' strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 12. Il-kodiċi jrid ikun uniku fil-livell tad-ditta tal-grupp ta' rapporti relatati mal-eżekuzzjoni.

Il-kaxxa tapplika biss meta japplikaw il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 12.

{ALPHANUM-35}

Dettalji tal-istrumenti

41

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

Din il-kaxxa tapplika għall-istrumenti finanzjarji li tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar għalihom, li jkunu ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar jew fuq internalizzatur sistematiku. Tapplika wkoll għal strumenti finanzjarji li għandhom ISIN u huma nnegozjati fuq il-pjattaforma organizzata ta' negozjar barra mill-Unjoni meta s-sottostanti jkun strument finanzjarju nnegozjat f'ċentru tan-negozjar.

{ISIN}

Il-kaxxi 42–56 mhumiex applikabbli meta:

it-tranżazzjonijiet ikunu eżegwiti f'ċentru tan-negozjar jew ditta tal-investiment li taġixxi bħala SI; jew

il-kaxxa 41 timtela b'ISIN li teżisti dwar il-lista tad-dejta ta' referenza mill-ESMA

42

Isem sħiħ tal-istrument

Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju

{ALPHANUM-350}

43

Klassifikazzjoni tal-istrument

Tassonomija użata għall-klassfikazzjoni tal-istrument finanzjarju

Għandu jingħata Kodiċi CFI sħiħ u preċiż.

{CFI_CODE}

44

Munita nozzjonali 1

Munita li fiha jkun iddenominat in-nozzjonali.

Fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi tar-rata tal-imgħax jew tal-munita, din tkun il-munita nozzjonali tal-parti 1 jew il-munita 1 tal-par.

Fil-każ ta' swapzjonijiet meta s-swap sottostanti jkun ta' munita waħda, din tkun il-munita nozzjonali tas-swap sottostanti. Għal swaptzjonijiet fejn is-sottostanti jkun ta' diversi muniti, din tkun il-munita nozzjonali tal-parti 1 tas-swap.

{CURRENCYCODE_3}

45

Munita nozzjonali 2

Fil-każ ta' swaps ta' diversi muniti jew bejn il-muniti, il-munita li fiha tkun demominata l-parti 2 tal-kuntratt.

Għal swapzjonijiet fejn is-swap sottostanti tkun ta' diversi muniti, il-munita li fiha tkun denominata l-parti 2 tas-swap

{CURRENCYCODE_3}

46

Multiplikatur tal-prezzijiet

Għadd ta' unitajiet tal-istrument sottostanti rrappreżentati minn kuntratt tad-derivattivi uniku.

Valur monetarju kopert minn kuntratt uniku ta' swap meta l-kaxxa tal-kwantità tindika l-għadd ta' kuntratti ta' swaps fit-tranżazzjoni. Għal futur jew opzjoni fuq indiċi, l-ammont għal kull punt ta' indiċi.

Għal spreadbets, il-moviment fil-prezz tal-istrument sottostanti li fuqu tkun ibbażata spreadbet.

L-informazzjoni rrapportata f'din il-kaxxa tkun konsistenti mal-valuri pprovduti fil-kaxxi 30 u 33.

{DECIMAL-18/17}

47

Kodiċi tal-istrument sottostanti

Kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti.

Għal ADRs, GDRs u strumenti simili, il-kodiċi ISIN tal-istrument finanzjarju li fuqu jkunu bbażati dawk l-istrumenti.

Għal bonds konvertibbli, il-kodiċi ISIN tal-istrument li fih jista' jiġi kkonvertit il-bond.

Għal derivattivi jew strumenti oħrajn li jkollhom sottostanti, il-kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti, meta s-sottostanti jkun ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Meta s-sottostanti jkun dividend tal-istokk, allura jiġi indikat il-kodiċi ISIN tas-sehem relatat li jintitola d-dividend sottostanti.

Għal Swaps ta' Inadempjenza ta' Kreditu, għandu jingħata l-ISIN tal-obbligu referenzjarju.

Fil-każ li s-sottostanti jkun Indiċi u jkollu ISIN, il-kodiċi ISIN għal dak l-indiċi.

Meta s-sottostanti jkun basket, inkludi l-ISIN ta' kull kostitwent tal-basket li jkun ammess għan-negozjar jew li jkun innegozjat f'ċentru tan-negozjar. Il-kaxxa 47 tiġi rrappurtata kemm-il darba jkun meħtieġ sabiex jiġu elenkati l-istrumenti rappurtabbli kollha fil-basket.

{ISIN}

48

Isem tal-indiċi sottostanti

Meta s-sottostanti ikun indiċi, l-isem tal-Indiċi.

{INDEX}

Jew

{ALPHANUM-25} — jekk l-isem tal-indiċi mhux inkluż fil-lista {INDEX}

49

Terminu tal-indiċi sottostanti

Fil-każ li s-sottostanti jkun indiċi, it-terminu ta' żmien tal-indiċi.

{INTEGER-3}+“DAYS” — jiem

{INTEGER-3}+“WEEK” — ġimgħat

{INTEGER-3}+“MNTH” — xhur

{INTEGER-3}+“YEAR” — snin

50

Tip ta' opzjoni

Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt tad-derivattivi huwiex call (dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiċi) jew huwiex put (dritt ta' bejgħ ta' assi sottostanti speċifiċi), jew jekk jistax jiġi ddeterminat huwiex call jew put fil-ħin tal-eżekuzzjoni.

F'każ ta' swappzjonijiet:

“PUTO”, fil-każ ta' swapzjonijiet ta' riċevitur, meta x-xerrej ikollu d-dritt li jidħol fi swap bħala riċevitur b'rata fissa.

“Call”, fil-każ ta' swapzjonijiet ta' pagatur, meta x-xerrej ikollu d-dritt li jidħol fi swap bħala pagatur b'rata fissa.

F'każ ta' Limiti massimi u Limiti minimi:

-“PUTO”, fil-każ ta' Limitu Minimu.

-“Call”, fil-każ ta' Limitu Massimu.

Il-kaxxa tapplika biss għal derivattivi li huma opzjonijiet jew ċertifikati.

“PUTO” — Put

“CALL” — Call

“OTHR” — meta ma jistax jiġi ddeterminat jekk humiex “call” jew “put”

51

Prezz tal-eżerċitar

Prezz predeterminat li fih id-detentur ikollu jixtri jew ibigħ l-istrument sottostanti, jew indikazzjoni li l-prezz ma jistax jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni.

Il-kaxxa tapplika biss għal opzjonijiet jew ċertifikati meta l-prezz tal-eżerċitar ikun jista' jiġi ddeterminat fil-ħin tal-eżekuzzjoni.

Meta l-prezz attwalment ma jkunx disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun “PNDG”

Meta l-prezz tal-eżerċitar ma jkunx applikabbli, il-kaxxa ma timteliex.

{DECIMAL-18/13} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju

{DECIMAL-11/10} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala persentaġġ jew rendiment

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-prezz jiġi espress bħala punti bażi

“PNDG” fil-każ li ma jkunx disponibbli l-prezz

52

Munita tal-prezz tal-eżerċitar

Munita tal-prezz tal-eżerċitar

{CURRENCYCODE_3}

53

Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni

Indikazzjoni dwar jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċizzata biss f'data fissa (stil Ewropew, u Asjatiku), f'serje ta' dati speċifikati minn qabel (stil ta' Bermuda) jew fi kwalunkwe żmien matul il-ħajja tal-kuntratt (stil Amerikan).

Din il-kaxxa hija applikabbli biss għal opzjonijiet, ċertifikati u ċertifikati ta' intitolament.

“EURO” — Ewropew

“AMER” — Amerikan

“ASIA” — Asjatiku

“BERM” — ta' Bermuda

“OTHR” — Kull tip ieħor

54

Data ta' maturità

Data ta' maturità tal-istrument finanzjarju.

Il-kaxxa tapplika għall-istrumenti ta' dejn b'maturità definita.

{DATEFORMAT}

55

Data ta' skadenza

Data ta' skadenza tal-istrument finanzjarju. Il-kaxxa tapplika għal derivattivi b'data ta' skadenza definita.

{DATEFORMAT}

56

Tip ta' konsenja

Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni ġietx saldata fiżikament jew fi flus kontanti.

Meta ma tkunx tista' tiġi ddeterminata t-tip ta' konsenja fil-mument tal-eżekuzzjoni, il-valur għandu jkun “OPTL”

Il-kaxxa hija applikabbli biss għal derivattivi.

“PHYS” — Saldu fiżiku

“CASH” — Saldu fi flus kontanti

“OPTN” — Fakultattiva għall-kontroparti jew meta ddeterminata minn parti terza

Negozjant, algoritmi, rinunzji u indikaturi

57

Deċiżjoni ta' investiment fid-ditta

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-persuna jew tal-algoritmu fid-ditta tal-investiment li jkunu responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment.

Għall-persuni fiżiċi, jintuża l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6

Jekk id-deċiżjoni dwar l-investiment tkun saret permezz ta' algoritmu, il-kaxxa timtela kif stabbilit fl-Artikolu 8.

Il-kaxxa tapplika biss għad-deċiżjoni dwar l-investiment fid-ditta.

Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, din il-kaxxa timtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti.

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

58

Pajjiż tal-fergħa li tkun qed tissorvelja lill-persuna responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment

Kodiċi użat biex jidentifika l-pajjiż tal-fergħa tad-ditta tal-investiment għall-persuna responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment, kif stabbilit fl-Artikolu 14(3)(b).

Meta l-persuna responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-investiment ma tkunx ġiet sorveljata minn fergħa, din il-kaxxa timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn id-ditta tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' ditti ta' pajjiż terz).

Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, din il-kaxxa timtela mid-ditta riċeventi fir-rapport tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti.

Din il-kaxxa ma tapplikax meta d-deċiżjoni dwar l-investiment tkun saret minn algoritmu

{COUNTRYCODE_2}

59

Eżekuzzjoni fid-ditta

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-persuna jew tal-algoritmu fid-ditta tal-investiment li tkun responsabbli għall-eżekuzzjoni.

Għall-persuni fiżiċi, l-identifikatur speċifikat fl-Artikolu 6 għandu jintuża jekk l-eżekuzzjoni tkun saret b'algoritmu, il-kaxxa timtela kif stabbilit fl-Artikolu 9.

{NATIONAL_ID} — Persuni fiżiċi

{ALPHANUM-50} — Algoritmi

60

Pajjiż tal-fergħa li jissorvelja lill-persuna responsabbli għall-eżekuzzjoni

Kodiċi użat biex jidentifika l-pajjiż tal-fergħa tad-ditta tal-investiment għall-persuna responsabbli għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 14(3)(c).

Meta l-persuna responsabbli ma tkunx ġiet sorveljata minn fergħa, din il-kaxxa timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment jew il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż fejn id-ditta tkun stabbiliet l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha (fil-każ ta' ditti ta' pajjiż terz)

Din il-kaxxa ma tapplikax meta l-eżekuzzjoni tkun saret minn algoritmu

{COUNTRYCODE_2}

61

Indikatur tar-rinunzja

Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni ġietx eżegwita taħt rinunzja ta' qabel in-negozjar skont l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Għal strumenti ta' ekwità:

 

“RFPT” = Tranżazzjoni tal-prezz ta' referenza

 

“NLIQ” = Tranżazzjonijiet innegozjati fi strumenti finanzjarji likwidi

 

“OILQ” = Tranżazzjonijiet innegozjati fi strumenti finanzjarji illikwidi

 

“PRIC” = Tranżazzjonijiet innegozjati soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz tas-suq attwali tal-istrument finanzjarju tal-ekwità.

Għal strumenti mhux tal-ekwità:

 

“SIZE” = Tranżazzjoni li taqbeż daqs speċifiku

 

“ILQD” = Tranżazzjoni ta' strument illikwidu

Din il-kaxxa timtela biss għan-naħa tas-suq ta' tranżazzjoni eżegwita taħt rinunzja f'ċentru tan-negozjar.

Imla waħda minn dawn il-markaturi jew aktar:

 

“RFPT” — Tranżazzjoni tal-prezz ta' referenza

 

“NLIQ” — Innegozjat (likwidu)

 

“OILIQ” — Innegozjat (illikwidu)

 

“PRIC” — Innegozjat (kundizzjonijiet)

 

“SIZE” — ikbar mid-daqs speċifikat

 

“ILQD” — Strument illikwidu

62

Indikatur ta' bejgħ ta' pożizzjoni qasira

Bejgħ ta' pożizzjoni qasira konkluż minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem klijent, kif deskritt fl-Artikolu 11.

Meta ditta tal-investiment teżegwixxi tranżazzjoni f'isem klijent li jkun qed ibigħ u d-ditta tal-investiment, fuq bażi tal-aħjar sforz, ma tkunx tista' tiddetermina jekk hijiex tranżazzjoni ta' pożizzjoni qasira, din il-kaxxa timtela b“UNDI”

Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, din il-kaxxa timtela mid-ditta riċeventi fir-rapporti tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti.

Din il-kaxxa tapplika biss meta l-istrument ikun kopert mir-Regolament (UE) Nru 236/2012, u l-bejjiegħ ikun id-ditta tal-investiment jew klijent tad-ditta tal-investiment.

“SESH” — Bejgħ ta' pożizzjoni qasira b'ebda eżenzjoni

“SSEX” — Bejgħ ta' pożizzjoni qasira b'eżenzjoni

“SELL” — Ebda bejgħ ta' pożizzjoni qasira

“UNDI” — Informazzjoni mhux disponibbli

63

Indikatur ta' wara n-negozjar barra l-Borża

Indikatur tat-tip ta' tranżazzjoni skont l-Artikoli 20(3)(a) u 21(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Għall-istrumenti kollha:

 

“BENC” = Tranżazzjonijiet b'parametru referenzjarju

 

“ACTX” = Tranżazzjonijiet tat-tip agency cross

 

“LRGS” = Tranżazzjonijiet ta' wara n-negozjar fuq skala kbira

 

“ILQD” = Tranżazzjoni ta' strument illikwidu

 

“SIZE” = Tranżazzjoni li taqbeż daqs speċifiku

 

“CANC” = Kanċellazzjonijiet

 

“AMND” = Emendi

Għal strumenti ta' ekwità:

 

“SDIV” = Tranżazzjonijiet ta' dividendi speċjali

 

“RPRI” = Tranżazzjonijiet li jkunu rċevew titjib fil-prezz

 

“DUPL” = Rapporti duplikati tan-negozjar

 

“TNCP” = Tranżazzjonijiet li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet għall-finijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Għal strumenti mhux tal-ekwità:

 

“TPAC” = Tranżazzjoni f'pakkett

 

“XFPH” = Skambju għal Tranżazzjoni fiżika

Imla waħda minn dawn il-markaturi jew aktar:

 

“BENC” — Parametru Referenzjarju

 

“ACTX” = Tranżazzjonijiet tat-tip agency cross

 

“LRGS” — ta' skala kbira

 

“ILQD” — Strument illikwidu

 

“SIZE” — ikbar mid-daqs speċifikat

 

“CANC” — Kanċellazzjonijiet

 

“AMND” — Emendi

 

“SDIV” = Tranżazzjonijiet ta' dividendi speċjali

 

“RPRI” — Titjib fil-prezz

 

“DUPL” — Dupplikazzjonijiet

 

“TNCP” — Ma jikkontribwix għall-proċess tal-identifikazzjoni tal-prezz

 

“TPAC” — Pakkett

 

“XFPH” = Skambju għal Tranżazzjoni fiżika

64

Indikatur tad-derivattivi ta' komodità

Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni tnaqqasx ir-riskju b'mod oġġettivament miżurabbli skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Meta t-tranżazzjoni tkun għal ordni trażmessa li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4, din il-kaxxa timtela mid-ditta riċeventi fir-rapporti tad-ditta riċeventi bl-informazzjoni riċevuta mid-ditta trażmittenti. Din il-kaxxa tapplika biss għat-tranżazzjonijiet derivattivi ta' komodità.

“true” — iva

“false” — le

65

Indikatur tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

“true” timtela jekk it-tranżazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-attività iżda hija eżentata mir-rappurtar skont (UE) 2015/2365

inkella timtela “false”.

true — iva

false — le


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għaż-żamma tad-dejta rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji (ara l-paġna 193 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju (ara l-paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS II

Identifikaturi nazzjonali tal-klijenti għall-persuni fiżiċi li għandhom jintużaw fir-rapporti dwar it-tranżazzjoni

ISO 3166 — 1

alpha 2

Isem il-Pajjiż

identifikatur tal-ewwel prijorità

identifikatur tat-tieni prijorità

identifikatur tat-tielet prijorità

AT

L-Awstrija

CONCAT

 

 

BE

Il-Belġju

Numru Nazzjonali Belġjan

(Numéro de registre national — Rijksregisternummer)

CONCAT

 

BG

Il-Bulgarija

Numru Personali Bulgaru

CONCAT

 

CY

Ċipru

Numru tal-Passaport Nazzjonali

CONCAT

 

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Numru ta' identifikazzjoni:nazzjonali

(Rodné číslo)

Numru tal-passaport

CONCAT

DE

Il-Ġermanja

CONCAT

 

 

DK

Id-Danimarka

Numru tal-Identità Personali

10 numri alfanumeriċi: JJXXSSXXXX

CONCAT

 

EE

L-Estonja

Kodiċi ta' Identifikazzjoni Personali Estonjana

(Isikukood)

 

 

ES

Spanja

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa

(Código de identificación fiscal)

 

 

FI

Il-Finlandja

Numru tal-Identità Personali

CONCAT

 

FR

Franza

CONCAT

 

 

GB

Ir-Renju Unit

Numru tal-Assigurazzjoni Nazzjonali tar-Renju Unit

CONCAT

 

GR

Il-Greċja

10 DSS digit investor share

CONCAT

 

HR

Il-Kroazja

Numru ta' Identifikazzjoni Personali

(OIB — Osobni identifikacijski broj)

CONCAT

 

HU

L-Ungerija

CONCAT

 

 

IE

L-Irlanda

CONCAT

 

 

IS

L-Iżlanda

Kodiċi tal-Identità Personali (Kennitala)

 

 

IT

L-Italja

Kodiċi fiskali

(Codice fiscale)

 

 

LI

Il-Liechtenstein

Numru tal-Passaport Nazzjonali

Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali

CONCAT

LT

Il-Litwanja

Kodiċi Personali

(Asmens kodas)

Numru tal-Passaport Nazzjonali

CONCAT

LU

Il-Lussemburgu

CONCAT

 

 

LV

Il-Latvja

Kodiċi Personali

(Personas kods)

CONCAT

 

MT

Malta

Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali

Numru tal-Passaport Nazzjonali

 

NL

In-Netherlands

Numru tal-Passaport Nazzjonali

Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali

CONCAT

NO

In-Norveġja

identifikazzjoni personali ta' 11-il numru

(Foedselsnummer)

CONCAT

 

PL

Il-Polonja

Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali

(PESEL)

Numru tat-Taxxa

(Numer identyfikacji podatkowej)

 

PT

Il-Portugall

Numru tat-Taxxa

(Número de Identificação Fiscal)

Numru tal-Passaport Nazzjonali

CONCAT

RO

Ir-Rumanija

Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali

(Cod Numeric Personal)

Numru tal-Passaport Nazzjonali

CONCAT

SE

L-Iżvezja

Numru tal-identità personali

CONCAT

 

SI

Is-Slovenja

Numru tal-identifikazzjoni personali

(EMŠO: Enotna Matična Številka Občana)

CONCAT

 

SK

Is-Slovakkja

Numru Personali

(Rodné číslo)

Numru tal-Passaport Nazzjonali

CONCAT

Il-pajjiżi l-oħra kollha

Numru tal-Passaport Nazzjonali

CONCAT

 


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/479


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/591

tal-1 ta' Diċembru 2016

li jissuplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni ta' limiti ta' pożizzjoni għal derivattivi ta' komoditajiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(3) u (12) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat approċċ armonizzat għall-applikazzjoni ta' limiti ta' pożizzjoni għal derivattivi ta' komoditajiet, jenħtieġ li tiġi speċifikata metodoloġija għall-kalkolu ta' dawk il-limiti. Jenħtieġ li l-metodoloġija tipprevjeni l-arbitraġġ regolatorju u tippromwovi l-konsistenza filwaqt li tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bi flessibilità suffiċjenti biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fost swieq ta' derivattivi ta' komoditajiet differenti u s-swieq fil-komoditajiet sottostanti. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-limiti jenħtieġ li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jibbilanċjaw l-objettivi tal-istabbiliment ta' limiti f'livell suffiċjentement baxx sabiex persuni li jkollhom pożizzjonijiet f'dawk id-derivattivi ta' komoditajiet ma jitħallewx jabbużaw jew jagħmlu distorsjoni fis-suq, mal-objettivi li jkunu appoġġjati arranġamenti ta' pprezzar u ta' riżoluzzjoni ordnati, jiġu żviluppati derivattivi ta' komoditajiet ġodda u d-derivattivi ta' komoditajiet jiġu megħjuna jkomplu jappoġġjaw il-funzjonament ta' attivitajiet kummerċjali fis-suq tal-komoditajiet sottostanti.

(2)

Sabiex ikunu identifikati b'mod ċar numru limitat ta' kunċetti li joħorġu mid-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll biex ikunu speċifikati termini tekniċi meħtieġa għal dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu definiti numru ta' termini sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi.

(3)

Pożizzjonijiet twal u qosra f'derivattiv ta' komodità ta' parteċipanti tas-suq jenħtieġ li jiġu nnettjati kontra xulxin biex jiġi determinat id-daqs effettiv ta' pożizzjoni li persuna tikkontrolla fi kwalunkwe mument. Id-daqs ta' pożizzjoni miżmum permezz ta' kuntratt ta' opzjoni jenħtieġ li jiġi kkalkulat fuq bażi ta' ekwivalenti għad-delta. Peress li dan ir-Regolament japplika metodoloġija differenti għall-kalkolu ta' limiti ta' pożizzjoni għal kuntratti ta' xahar spot jew xhur oħra, tali nnettjar jenħtieġ li jiġi applikat b'mod separat għall-pożizzjonijiet tax-xahar spot u tax-xhur l-oħra.

(4)

Id-Direttiva 2014/65/UE tirrikjedi li kwalunkwe pożizzjoni miżmuma minn persuni oħra f'isem persuna jenħtieġ li tkun inkluża fil-kalkolu tal-limitu ta' pożizzjoni ta' dik il-persuna u għal limiti ta' pożizzjoni li jenħtieġ li jiġu applikati kemm fil-livell ta' entità kif ukoll fil-livell ta' grupp u għaldaqstant jeħtieġ li jiġu aggregati l-pożizzjonijiet fil-livell ta' grupp. Ikun xieraq li tiġi pprovduta biss aggregazzjoni fil-livell ta' grupp jekk impriża omm tista' tikkontrolla l-użu tal-pożizzjonijiet. Għaldaqstant, l-impriżi omm jenħtieġ li jaggregaw il-pożizzjonijiet li jkollhom is-sussidjarji tagħhom ma' kwalunkwe pożizzjoni li l-entità omm ikollha direttament, minbarra li s-sussidjarji jaggregaw ukoll il-pożizzjonijiet tagħhom. Tali aggregrazzjoni tista' twassal biex il-pożizzjonijiet ikkalkulati fil-livell tal-impriża omm li jkunu akbar jew, minħabba nnettjar ta' pożizzjonijiet twal u qosra f'idejn sussidjarji differenti, iktar baxxi mil-livell ta' sussidjarju individwali. Jenħtieġ li l-pożizzjonijiet ma jiġux aggregati fil-livell tal-impriża omm jekk il-pożizzjonijiet huma f'idejn impriżi ta' investiment kollettiv li jkollhom dawk il-pożizzjonijiet f'isem l-investituri tagħhom minflok f'isem l-impriżi omm tagħhom f'każijiet fejn l-impriża omm ma tistax tikkontrolla l-użu ta' dawk il-pożizzjonijiet għall-benefiċċju tagħha stess.

(5)

Il-kunċett tal-istess derivattiv ta' komodità jenħtieġ li jistabbilixxi limitu massimu ta' domanda sabiex ħadd ma jkun jista' jinnettja b'mod mhux xieraq pożizzjonijiet ma' derivattivi ta' komoditajiet mhux simili sabiex jevita u jdgħajjef ir-robustezza tal-limitu ta' pożizzjoni fil-kuntratt prinċipali ta' derivattiv ta' komodità. Jenħtieġ li dan ma jwaqqafx lill-awtoritajiet kompetenti milli jistabbilixxu limiti ta' pożizzjoni simili għal kuntratti ta' derivattiv ta' komoditajiet simili taħt il-koordinazzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titolu u s-Swieq (ESMA). Derivattivi ta' komoditajiet jenħtieġ li jitqiesu biss bħala negozjar f'volum sinifikattiv f'ċentru tan-negozjar jekk jeċċedu l-livell limitu massimu ta' likwidità speċifikat f'dan ir-Regolament għal perjodu ta' żmien suffiċjenti.

(6)

Fil-każ fejn kuntratt barra l-Borża (OTC) ikun ivvalutat fuq l-istess komodità sottostanti li huwa konsenjabbli fl-istess post u bl-istess kundizzjonijiet kuntrattwali u jekk qed ikollu eżitu ekonomiku korrelat ħafna għal kuntratt innegozjat f'ċentru tan-negozjar, jenħtieġ li jitqies ekonomikament ekwivalenti irrispettivament minn differenzi żgħar fl-ispeċifikazzjonijiet kuntrattwali li jikkonċernaw id-daqsijiet tal-lott u d-data tal-konsenja. Barra minn hekk, differenzi fl-arranġamenti għall-ġestjoni tar-riskju ta' wara n-negozju, bħal arranġamenti ta' kklerjar, jenħtieġ li ma jkunux ta' ostakli biex tali kuntratti jiġu ddikjarati bħala ekonomikament ekwivalenti. Sabiex jiġi evitat li jsir innettjar mhux xieraq ta' pożizzjonijiet potenzjalment dominanti nnegozjati f'ċentru tan-negozjar bl-użu ta' arranġamenti bilaterali f'kuntratti OTC u sabiex ikun żgurat it-tħaddim effiċjenti tar-reġim ta' limitazzjonijiet ta' pożizzjoni fil-prattika, jeħtieġ li derivattivi ta' komoditajiet nnegozjati OTC jiġu kkunsidrati ekonomikament ekwivalenti għal kuntratti ta' ċentru tan-negozju f'ċirkustanzi limitati biss. Sabiex jiġi skoraġġit l-evitar ta' limitazzjonijiet ta' pożizzjoni u sabiex tittejjeb l-integrità tar-reġim tal-limitu ta' pożizzjoni, jeħtieġ li definizzjoni ta' kuntratt OTC ekonomikament ekwivalenti tkun ifformulata b'mod ristrett sabiex ma tippermettix li persuna tinnettja pożizzjoni OTC fir-rigward ta' pożizzjonijiet multipli oħra jew li teżerċita diskrezzjoni fl-għażla ta' pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom hija nnettjata.

(7)

Sabiex jiġi stabbilit liema pożizzjonijiet f'derivattivi ta' komoditajiet jistgħu jitkejlu b'mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati ma' attività kummerċjali, jenħtieġ li jiġu pprovduti ċerti kriterji, inkluż l-użu tad-definizzjoni kontabilistika ta' kuntratt ta' ħħeġġjar ibbażata fuq ir-regoli tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS). Dik id-definizzjoni ta' kontabilità jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll għal entitajiet mhux finanzjarji minkejja li ma japplikawx ir-regoli tal-IFRS fil-livell ta' entità.

(8)

Barra minn hekk, l-entitajiet mhux finanzjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw tekniki ta' ġestjoni tar-riskju biex itaffu r-riskji ġenerali li jirriżultaw mill-attività kummerċjali tagħhom jew dik tal-grupp tagħhom, inklużi riskji li jirriżultaw minn bosta swieq ġeografiċi, bosta prodotti, orizzonti ta' żmien jew entitajiet (“iħħeġġjar makro jew ta' portafoll”). Meta entità mhux finanzjarja tuża ħħeġġjar makro jew ta' portafoll, jista' jkun li ma tkunx tista' tistabbilixxi rabta individwali bejn pożizzjoni speċifika f'derivattiv ta' komodità u riskju speċifiku li jirriżulta mill-attività kummerċjali li d-derivattiv ta' komodità huwa maħsub li jiħħeġġja. Entità mhux finanzjarja tista' tuża wkoll derivattiv ta' komodità mhux ekwivalenti biex tiħħeġġja riskju speċifiku li jirriżulta minn attività kummerċjali fejn ma jkunx disponibbli derivattiv ta' komodità identiku jew fejn derivattiv ta' komodità korrelatat iktar mill-qrib ma jkollux likwidità suffiċjenti (“proxy hedging”). F'każijiet bħal dawn, il-linji politiċi u s-sistemi għall-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprevjenu li tranżazzjonijiet mhux ta' ħħeġġjar jiġu kategorizzati bħala ħħeġġjar u jenħtieġ li jkunu kapaċi jipprovdu għal ħarsa suffiċjentement diżaggregata lejn il-portafoll ta' ħħeġġjar sabiex komponenti spekulattivi jiġu identifikati u kkunsidrati fir-rigward tal-limitazzjonijiet ta' pożizzjoni. Jenħtieġ li l-pożizzjonijiet ma jikkwalifikawx bħala li jnaqqsu r-riskji relatati ma' attività kummerċjali fuq il-bażi biss li ġew inklużi bħala parti minn portafoll ta' tnaqqis tar-riskju fuq bażi ġenerali.

(9)

Riskju jista' jevolvi maż-żmien u, sabiex isir adattament għall-evoluzzjoni tar-riskju, id-derivattivi ta' komoditajiet inizjalment imwettqa biex jitnaqqas ir-riskju relatat ma' attività kummerċjali, jista' jkun ikollu jiġi kkumpensat permezz tal-użu ta' kuntratti ta' derivattiv ta' komodità addizzjonali li jagħlqu dawk il-kuntratti ta' derivattiv ta' komodità li ma jkunux għadhom relatati mar-riskju kummerċjali. Minbarra dan, l-evoluzzjoni ta' riskju li jkun ġie indirizzat billi pożizzjoni tiddaħħal f'derivattiv ta' komodità għall-fini tat-tnaqqis tar-riskju jenħtieġ li sussegwentement ma tagħtix lok għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta' dik il-pożizzjoni bħala li hi tranżazzjoni privileġġata ab initio.

(10)

Entitajiet mhux finanzjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw għall-eżenzjoni fir-rigward tal-iħħeġġjar ta' attivitajiet kummerċjali qabel jidħlu f'pożizzjoni. L-applikazzjoni jenħtieġ li tagħti lill-awtorità kompetenti ħarsa ġenerali ċara u konċiża tal-attivitajiet kummerċjali tal-entità mhux finanzjarja fir-rigward tal-komodità sottostanti, ir-riskji assoċjati u kif id-derivattivi ta' komoditajiet huma użati biex jittaffew dawk ir-riskji. Il-limiti ta' pożizzjoni japplikaw f'kull ħin u jekk fl-aħħar mill-aħħar l-eżenzjoni ma tingħatax mill-awtorità kompetenti, jenħtieġ li l-entità mhux finanzjarja għaldaqstant tnaqqas kwalunkwe pożizzjoni li tkun teċċedi limitu u jista' jkun li jkollha taffaċċja miżuri superviżorji fir-rigward ta' ksur ta' limitu. Entitajiet mhux finanzjarji jenħtieġ li jivvalutaw mill-ġdid l-attivitajiet tagħhom perjodikament sabiex ikunu żguri li l-applikazzjoni kontinwa tal-eżenzjoni hija ġustifikata.

(11)

Il-perjodu ta' xahar spot, li huwa l-perjodu ta' żmien minnufih qabel il-konsenja fl-iskadenza, huwa speċifiku għal kull derivattiv ta' komodità u jista' ma jikkorrispondix għal eżattament xahar wieħed. Għaldaqstant kuntratti ta' xahar spot jenħtieġ li jirreferu għall-kuntratt li jkun il-kuntratt li jmiss f'dak id-derivattiv ta' komodità biex jimmatura. Ir-restrizzjoni tal-pożizzjonijiet li persuna jista' jkollha fil-perjodu li matulu għandha ssir il-konsenja tal-komodità fiżiku tillimita l-kwantità tal-provvista konsenjabbli sottostanti li kull persuna tista' tagħmel jew tirċievi f'konsenja, u b'hekk tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' pożizzjonijiet dominanti minn individwi li jistgħu b'hekk ikunu f'pożizzjoni li jagħmlu squeeze tas-suq billi jirrestrinġu l-aċċess għall-komodità. Il-linja bażi standard għal-limitu ta' pożizzjoni tax-xahar spot kemm għad-derivattivi ta' komoditajiet saldati fiżikament kif ukoll għal dawk saldati b'kontanti għandha għalhekk tkun maħduma bħala perċentwal tal-istima tal-provvista konsenjabbli. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jimplimentaw skeda għat-tnaqqis ta' limiti ta' pożizzjoni fuq firxa mill-mument meta kuntratt isir kuntratt ta' xahar spot sal-maturità sabiex ikun żgurat b'mod aktar preċiż li tul il-perjodu tax-xahar spot kollu jkunu stabbiliti b'mod adegwat limiti ta' pożizzjoni u sabiex ikun żgurat saldament mingħajr problemi.

(12)

Il-limitu ta' pożizzjoni tax-xhur l-oħra huwa applikat mal-firxa tal-maturitajiet kollha minbarra x-xahar spot. Il-linja bażi standard għal-limiti ta' pożizzjoni tax-xhur l-oħra kemm għad-derivattivi ta' komoditajiet saldati fiżikament kif ukoll għal dawk saldati b'kontanti għandha tinħadem bħala perċentwal tal-interess miftuħ totali. Id-distribuzzjoni tal-pożizzjonijiet mal-firxa tax-xhur l-oħra ta' kuntratt ta' komodità hija ta' spiss ikkonċentrata fl-aktar xhur qrib ta' maturità. Għalhekk, l-interess miftuħ totali jipprovdi linja bażi aktar adatta għall-istabbiliment ta' limiti ta' pożizzjoni mill-użu ta' ċifra maħduma fuq medja fuq il-maturitajiet kollha.

(13)

Il-linja bażi standard ta' 25 % ta' provvista konsenjabbli u ta' interess miftuħ ġiet stabbilita b'referenza għall-esperjenza ta' swieq oħra u ġurisdizzjonijiet oħra. Il-linja bażi għandha tkun aġġustata mill-awtoritajiet kompetenti biex tkun tista' tiġi mnaqqsa b'massimu ta' 20 % (jew 22,5 % fil-każ ta' xi derivattivi ta' komoditajiet agrikoli) u li tiġi miżjuda b'massimu ta' 10 % (jew 15 % fil-każ ta' derivattivi ta' komoditajiet inqas likwidi) jekk il-karatteristiċi tas-suq ikunu jirrikjedu dan, bħan-nuqqas ta' parteċipanti fis-suq, jew sabiex ikun appoġġjat is-saldament mingħajr problemi u l-funzjonament tal-kuntratt u s-suq sottostanti tiegħu. Peress li kull aġġustament għaċ-ċifra linja bażi japplika biss jekk, u sakemm, il-karatteristiċi tal-objettivi tas-suq jeħtieġu dan, l-aġġustamenti temporanji għal-linja bażi jenħtieġu għalhekk ikunu possibbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li aġġustament 'l isfel tal-linja bażi jiġi affettwat kull meta dan ikun meħtieġ biex jiġu evitati pożizzjonijiet dominanti u biex jiġi appoġġjat l-ipprezzar ordinat fid-derivattiv ta' komodità u fil-komodità sottostanti. Il-firxa tirrifletti l-fatt li d-Direttiva 2014/65/UE tkopri firxa usa' ta' derivattivi ta' komoditajiet u swieq minn swieq u ġurisdizzjonijiet oħra. Id-definizzjoni ta' derivattiv ta' komodità skont l-Artikolu 2(1)(30) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) hija wiesgħa, u tinkludi wkoll derivattivi titolizzati u derivattivi saldati b'kontanti li ma għandhomx bażi tanġibbli bħal varjabbli tal-klima. Għal derivattivi titolizzati l-kunċett ta' xahar spot u xhur oħra ma japplikax. Għal derivattivi mingħajr bażi tanġibbli l-provvista konsenjabbli ma tistax tintuża biex ikun stabbilit limitu ta' pożizzjoni. Għaldaqstant l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jtejbu jew jaġġustaw il-metodoloġiji biex jiddeterminaw il-limiti ta' pożizzjoni għal dawn id-derivattivi ta' komoditajiet fuq parametri differenti bħan-numru ta' titoli maħruġa jew l-użu ta' interess miftuħ għax-xahar spot.

(14)

Ċerti derivattivi ta' komoditajiet, b'mod partikolari għall-enerġija u l-gass, jipprovdu li s-sottostanti jkunu konsenjati kostantement fuq perjodu speċifikat ta' żmien bħal jum, xahar jew sena. Barra minn hekk, ċerti kuntratti b'perjodi ta' konsenja itwal bħal sena jew tliet xhur jistgħu jiġu awtomatikament sostitwiti b'kuntratti relatati ta' perjodi ta' konsenja iqsar bħal tliet xhur jew xahar (kuntratti kaskata). F'dawn il-każijiet, limitu ta' pożizzjoni ta' xahar spot għall-kuntratt li għandu jiġi sostitwit qabel il-konsenja ma jkunx xieraq, peress li tali limitu ma jkoprix l-iskadenza u l-konsenja fiżika jew saldament b'kontanti tal-kuntratt. Sal-punt li perjodi ta' konsenja ta' kuntratti tal-istess sovraimpożizzjoni sottostanti, limitu ta' pożizzjoni uniku għandu japplika għall-kuntratti relatati kollha sabiex jitqiesu tajjeb il-pożizzjonijiet tul dawk il-kuntratti li jistgħu potenzjalment ikunu konsenjati. Sabiex dan ikun faċilitat, kuntratti relatati għandhom jitkejlu f'unitajiet tas-sottostanti u jiġu aggregati u nnettjati skont il-każ.

(15)

Għal ċerti derivattivi ta' komoditajiet agrikoli, li għandhom impatt materjali fuq il-prezzijiet tal-ikel għall-konsumaturi, il-metodoloġija tippermetti lil awtorità kompetenti tistabbilixxi linja bażi u limitu ta' pożizzjoni taħt il-minimu tal-medda ġenerali fejn issib evidenza ta' attività spekulattiva b'impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet.

(16)

L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il-fatturi elenkati taħt il-paragrafu 3 tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE jeħtiġux aġġustament tal-linja bażi sabiex jiġi stabbilit il-livell finali tal-limitu ta' pożizzjoni. Il-valutazzjoni għandha tqis dawn il-fatturi bħala rilevanti għad-derivattiv ta' komodità partikolari inkwistjoni. Il-metodoloġiji għandhom jipprovdu direzzjoni dwar kif jiġi stabbilit il-limitu mingħajr ma titneħħa d-deċiżjoni aħħarija dwar limitu ta' pożizzjoni adatt għal derivattiv ta' komodità mill-awtorità kompetenti sabiex ikun evitat abbuż tas-suq. Il-fatturi għandhom jagħtu indikazzjonijiet importanti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien tal-opinjonijiet tagħha u jiġi żgurat allinjament xieraq mal-limiti ta' pożizzjonijiet madwar l-Unjoni, inkluż billi jiġi vvalutat l-impatt tal-volatilità fuq bażi ta' każ b'każ u bil-frekwenza meħtieġa biex jiġi żgurat li l-limiti ta' pożizzjoni jibqgħu xierqa.

(17)

Il-limiti ta' pożizzjoni ma għandhomx joħolqu ostakli għall-iżvilupp ta' derivattivi ta' komoditajiet ġodda u ma għandhomx ifixklu taqsimiet inqas likwidi tas-swieq ta' derivattivi ta' komoditajiet milli jaħdmu sew. Meta japplikaw il-metodoloġija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-ħin meħtieġ biex tkun żviluppata u miġbuda l-likwidità kemm lejn derivattivi ta' komoditajiet ġodda kif ukoll lejn dawk eżistenti u, b'mod partikolari, lejn derivattivi ta' komoditajiet li jistgħu jappoġġjaw il-ġestjoni tar-riskju fi swieq mfassla apposta jew immaturi jew li jippruvaw jiżviluppaw arranġamenti ta' ħħeġġjar ġodda f'komoditajiet ġodda. Minħabba l-firxa wiesgħa ta' swieq u komoditajiet li fir-rigward tagħhom japplika r-reġim ta' limiti ta' pożizzjoni, ma hemm l-ebda perjodu ta' żmien uniku u predeterminat li jaqbad b'mod adegwat iċ-ċaqliqa milli kuntratt ta' derivattiv ta' komodità jkun ġdid għal li jkun stabbilit. Bl-istess mod, hemm bosta kuntratti ta' derivattivi ta' komoditajiet li jistgħu ma jiġbdu qatt biżżejjed parteċipanti jew likwidità biex tkun possibbli l-applikazzjoni effettiva ta' limiti ta' pożizzjoni mingħajr ir-riskju li l-parteċipanti regolarment u mingħajr ma jridu jiksru l-limitu u konsegwentement ifixklu l-ipprezzar u s-saldu ta' dawk id-derivattivi ta' komoditajiet. Sabiex ikunu indirizzati dawn ir-riskji għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq, il-metodoloġija tipprevedi approċċ b'diversi saffi fejn il-limitu ta' pożizzjoni għax-xahar spot u għax-xhur l-oħra jkun stabbilit f'livell fiss ta' 2 500 lott għad-derivattivi ta' komoditajiet u ta' 2,5 miljun titolu għad-derivattivi titolarizzati b'komodità sottostanti sakemm jinqabeż livell limitu massimu ta' 10 000 lott jew 10 miljun titolu, rispettivament. Il-kuntratti li jaqbżu dawn il-limiti massimi filwaqt li xorta jibqgħu relattivament illikwidi għandhom, fejn ikun il-każ, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn limitu ogħla sabiex ikun żgurat li n-negozjar f'kuntratti tali ma jkunx ristrett bla bżonn.

(18)

In-numru, il-kompożizzjoni, u r-rwol tal-parteċipanti tas-suq f'derivattiv ta' komodità jistgħu jinfluwenzaw in-natura u d-daqs tal-pożizzjonijiet li ċerti parteċipanti tas-suq ikollhom fis-suq. Għal xi derivattivi ta' komoditajiet, ċerti parteċipanti tas-suq jista' jkollhom pożizzjoni kbira li tirrifletti r-rwol tagħhom fix-xiri u l-bejgħ tal-komodità, u l-konsenja tagħha, meta jkunu fuq in-naħa l-oħra tas-suq meta mqabbla mal-maġġoranza tal-parteċipanti tas-suq l-oħra li jkunu jipprovdu likwidità jew servizzi għall-ġestjoni tar-riskju għas-suq tal-komodità sottostanti.

(19)

Il-provvista, l-użu, l-aċċess għal, u d-disponibbiltà tal-komodità sottostanti huma karatteristiċi tas-suq tal-komodità sottostanti. Permezz tal-valutazzjoni ta' komponenti aktar granulari ta' dawn il-karatteristiċi, bħad-deterjorabbiltà tal-komodità u l-metodu ta' trasportazzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tiddetermina l-flessibbiltà tas-suq u taġġusta l-limiti ta' pożizzjoni skont il-każ.

(20)

Għal xi derivattivi ta' komoditajiet jista' jkun hemm diskrepanza kbira bejn l-interess miftuħ u l-provvista konsenjabbli. Dan jista' jiġri meta hemm relattivament ftit negozjar fid-derivattivi meta mqabbel mal-provvista konsenjabbli, f'liema l-każ l-interess miftuħ ikun iżgħar meta mqabbel mal-provvista konsenjabbli, jew, pereżempju, fejn derivattiv ta' komodità partikolari jintuża b'mod wiesa' għall-iħħeġġjar ta' bosta esponimenti għar-riskju differenti u l-provvista konsenjabbli tkun għalhekk iżgħar meta mqabbla mal-interess miftuħ. Diskrepanzi sinifikanti bħal dawn bejn l-interess miftuħ u l-provvista konsenjabbli jiġġustifikaw aġġustamenti mil-linja bażi applikabbli għal-limiti tax-xhur l-oħra 'l isfel jew 'il fuq sabiex ikun evitat suq diżordinat meta joqrob ix-xahar spot.

(21)

Bl-istess objettiv li jkunu limitati swieq diżordinati kif joqrob ix-xahar spot minħabba diskrepanzi kbar bejn il-kalkoli tal-provvista konsenjabbli u l-interess miftuħ, il-konsenja konsenjabbli hija definita bħala li tinkludi kwalunkwe gradi jew tipi sostituti ta' komodità li jista' jkun konsenjat f'saldament ta' kuntratt ta' derivattiv ta' komodità taħt it-termini ta' dak il-kuntratt.

(22)

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fi strumenti finanzjarji stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplika mit-3 ta' Jannar 2017. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u ċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(23)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(24)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu tal-pożizzjoni netta miżmuma minn persuna f'derivattiv ta' komodità u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-limiti ta' pożizzjoni fuq id-daqs ta' dik il-pożizzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“entità mhux finanzjarja” tfisser persuna fiżika jew ġuridika minbarra:

(a)

ditta ta' investiment awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE,

(b)

istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

(c)

impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE (5),

(d)

impriża tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

(e)

impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

(f)

impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u, fejn rilevanti, il-kumpanija ta' ġestjoni tagħha, awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8),

(g)

istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali fis-sens tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9),

(h)

fond ta' investiment alternattiv ġestit minn maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi awtorizzati jew reġistrati f'konformità mad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10),

(i)

kontroparti ċentrali awtorizzata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11),

(j)

depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

Entità ta' pajjiż terz hija entità mhux finanzjarja meta ma tkunx teħtieġ l-awtorizzazzjoni taħt l-ebda leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq li kieku l-entità kienet ibbażata fl-Unjoni u kienet soġġetta għal-liġi tal-Unjoni

(2)

“kuntratt ta' xahar spot” tfisser il-kuntratt ta' derivattiv ta' komodità fir-rigward ta' komodità sottostanti partikolari li l-maturità tagħha jmissha hi tiskadi f'konformità mar-regoli stabbiliti miċ-ċentru tan-negozjar.

(3)

“kuntratt ta' xhur oħra” tfisser kwalunkwe kuntratt ta' derivattiv ta' komodità li mhux kuntratt ta' xahar spot.

KAPITOLU II

METODU GĦALL-KALKOLU TAD-DAQS TAL-POŻIZZJONI NETTA TA' PERSUNA

Artikolu 3

Aggregazzjoni u nnettjar ta' pożizzjonijiet f'derivattiv ta' komodità

(l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Il-pożizzjoni netta ta' persuna f'derivattiv ta' komodità għandha tkun l-aggregazzjoni tal-pożizzjonijiet tagħha miżmuma f'dak id-derivattiv ta' komodità nnegozjat f'ċentru tan-negozjar, f'derivattivi ta' komoditajiet meqjus l-istess derivattiv ta' komodità bħal dak id-derivattiv ta' komodità f'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 5, u f'kuntratti OTC ekonomikament ekwivalenti skont l-Artikolu 6.

2.   Fejn persuna jkollha kemm pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra fi kwalunkwe derivattiv ta' komodità msemmija fil-paragrafu 1, il-persuna għandha tinnettja dawk il-pożizzjonijiet sabiex tiddetermina l-pożizzjoni netta tagħha għal dak id-derivattiv ta' komodità.

3.   Pożizzjonijiet miżmuma minn entità mhux finanzjarja f'derivattivi ta' komodità li jistgħu jitkejlu b'mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji f'konformità mal-Artikolu 7, kif approvati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 8, ma għandhomx ikunu aggregati għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-pożizzjoni netta ta' dik l-entità mhux finanzjarja.

4.   Persuna għandha tiddetermina separatament il-pożizzjoni netta li jkollha f'derivattiv ta' komodità kemm għall-kuntratti ta' xahar spot kif ukoll għall-kuntratti tax-xhur l-oħra.

Artikolu 4

Metodu għall-kalkolu ta' pożizzjonijiet għall-entitajiet legali fi ħdan grupp

(l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Impriża omm għandha tiddetermina l-pożizzjoni netta tagħha billi taggrega, f'konformità mal-Artikolu 3, il-pożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pożizzjoni netta tagħha stess;

(b)

il-pożizzjonijiet netti ta' kull waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha.

2.   Permezz ta' deroga għal paragrafu 1, l-impriża omm ta' impriża ta' investiment kollettiv jew, fejn l-impriża ta' investiment kollettiv tkun ħatret kumpanija ta' ġestjoni, l-impriża omm ta' dik il-kumpanija ta' ġestjoni ma għandhiex taggrega l-pożizzjonijiet f'derivattivi ta' komoditajiet fi kwalunkwe impriża ta' investiment kollettiv fejn ma tinfluwenza bl-ebda mod id-deċiżjonijiet ta' investiment fir-rigward tal-ftuħ, iż-żamma jew l-għeluq ta' dawk il-pożizzjonijiet.

Artikolu 5

L-istess derivattivi ta' komodità u volumi sinifikattivi

(l-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Derivattiv ta' komoditajiet innegozjat f'ċentru tan-negozjar għandu jitqies l-istess derivattiv ta' komodità bħal derivattiv ta' komodità nnegozjat f'ċentru tan-negozjar ieħor fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

iż-żewġ derivattivi ta' komodità għandhom speċifikazzjonijiet, termini u kundizzjonijiet kuntrattwali identiċi, esklużi arranġamenti ta' ġestjoni tar-riskju ta' wara n-negozjar;

(b)

iż-żewġ derivattivi ta' komodità jiffurmaw pula funġibbli unika ta' interess miftuħ jew, fil-każ ta' derivattivi ta' komodità definiti taħt il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE, ta' titoli fi ħruġ li permezz tagħhom il-pożizzjonijiet miżmuma f'derivattiv ta' komodità nnegozjat f'ċentru tan-negozjar jistgħu jingħalqu fir-rigward tal-pożizzjonijiet miżmuma fid-derivattiv ta' komodità nnegozjat fiċ-ċentru tan-negozju l-ieħor.

2.   Derivattiv ta' komodità għandu jitqies bħala li ġie negozjat f'volum sinifikanti f'ċentru tan-negozjar meta n-negozju fid-derivattiv ta' komodità f'dak iċ-ċentru tan-negozjar tul perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi:

(a)

jaqbeż interess miftuħ medju ta' kuljum ta' 10 000 lott fix-xahar spot u fix-xhur l-oħra magħduda flimkien; jew

(b)

fil-każ ta' derivattivi ta' komodità definiti skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE, meta n-numru ta' unitajiet innegozjati mmultiplikat bil-prezz jaqbeż ammont medju ta' kuljum ta' EUR 1 miljun.

3.   Iċ-ċentru tan-negozjar fejn iseħħ l-akbar volum ta' negozjar fl-istess derivattiv ta' komodità għandu jkun iċ-ċentru tan-negozjar li tul sena jkollu:

(a)

l-ikbar interess miftuħ medju ta' kuljum; jew

(b)

fil-każ ta' derivattivi ta' komodità definiti skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-ogħla ammont medju ta' kuljum.

Artikolu 6

Kuntratti OTC ekonomikament ekwivalenti għal derivattivi ta' komodità nnegozjati f'ċentri tan-negozju

(l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Derivattiv OTC jitqies ekonomikament ekwivalenti għal derivattiv ta' komodità nnegozjat f'ċentru tan-negozjar meta jkollu speċifikazzjonijiet u termini u kundizzjonijiet kuntrattwali identiċi, esklużi speċifikazzjonijiet tad-daqs tal-lott differenti, dati ta' konsenja b'diverġenza ta' inqas minn jum ta' kalendarju wieħed u arranġamenti differenti għall-ġestjoni tar-riskju wara n-negozjar.

Artikolu 7

Pożizzjonijiet li jikkwalifikaw bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati ma' attivitajiet kummerċjali

(l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Pożizzjoni miżmuma minn entità mhux finanzjarja f'derivattivi ta' komodità nnegozjati f'ċentri tan-negozjar jew f'kuntratti OTC ekonomikament ekwivalenti skont l-Artikolu 6 li tikkwalifika bħala li tnaqqas r-riskji direttament relatati mal-attivitajiet kummerċjali ta' dik l-entità mhux finanzjarja fejn waħedha, jew flimkien ma' derivattivi oħra f'konformità mal-paragrafu 2 (“pożizzjoni f'portafoll ta' derivattivi ta' komodità”), il-pożizzjoni tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

tnaqqas ir-riskji li jirriżultaw mill-bidla potenzjali fil-valur tal-assi, servizzi, inputs, prodotti, komoditajiet jew obbligazzjonijiet li l-entità mhux finanzjarja jew il-grupp tagħha jippossjedu, jipproduċu, jimmanifatturaw, jipproċessaw, ifornu, jixtru, jikkummerċjalizzaw, jikru, ibigħu jew iġarrabu jew li b'mod raġonevoli jantiċipaw li se jippossjedu, jipproduċu, jimmanifatturaw, jipproċessaw, ifornu, jixtru, jikkummerċjalizzaw, jikru, ibigħu jew iġarrbu tul il-ħidma normali tan-negozju tagħhom;

(b)

tikkwalifika bħala kuntratt ta' ħħeġġjar skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 pożizzjoni li tnaqqas ir-riskju li tikkwalifika meħuda waħedha jew flimkien ma' derivattivi oħra hija waħda fir-rigward ta' liema l-entità mhux finanzjarja jew il-persuna li żżomm il-pożizzjoni f'isem dik l-entità:

(a)

jiddeskrivu kif isegwu l-linji politiċi interni tagħha:

(i)

it-tipi ta' kuntratti ta' derivattivi ta' komodità inklużi fil-portafolli użati biex jitnaqqsu r-riskji direttament relatati ma' attività kummerċjali u l-kriterji ta' eliġibilità tagħhom;

(ii)

ir-rabta bejn il-portafoll u r-riskji li l-portafoll qiegħed itaffi;

(iii)

il-miżuri adottati sabiex ikun żgurat li l-pożizzjonijiet fir-rigward ta' dawk il-kuntratti ma jservu l-ebda għan ieħor ħlief li jkopru r-riskji direttament relatati mal-attivitajiet kummerċjali tal-entità mhux finanzjarja, u li kwalunkwe pożizzjoni li sservi għan ieħor tista' tiġi identifikata b'mod ċar;

(b)

kapaċi jipprovdu ħarsa suffiċjentement diżaggregata lejn il-portafolli f'termini ta' klassi tad-derivattiv ta' komodità, komodità sottostanti, orizzont taż-żmien u kwalunkwe fattur rilevanti ieħor.

Artikolu 8

Applikazzjoni għall-eżenzjoni minn limiti ta' pożizzjoni

(l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Entità mhux finanzjarja li jkollha pożizzjoni f'derivattiv ta' komodità li tikkwalifika għandha tapplika għall-eżenzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/65/UE lill-awtorità kompetenti li tistabbilixxi l-limitu ta' pożizzjoni għal dak id-derivattiv ta' komodità.

2.   Il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja li turi kif il-pożizzjoni tnaqqas ir-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali tal-entità mhux finanzjarja:

(a)

deskrizzjoni tan-natura u l-valur tal-attivitajiet kummerċjali tal-entità mhux finanzjarja fil-komodità li huwa rilevanti għalih id-derivattiv ta' komodità li għalih hija mitluba eżenzjoni;

(b)

deskrizzjoni tan-natura u l-valur tal-attivitajiet tal-entità mhux finanzjarja fl-innegozjar ta' u l-pożizzjonijiet miżmuma fid-derivattivi ta' komodità rilevanti nnegozjati f'ċentri tan-negozju u l-kuntratti OTC ekonomikament ekwivalenti tagħhom;

(c)

deskrizzjoni tan-natura u d-daqs tal-esponimenti u r-riskji fil-komodità li l-entità mhux finanzjarja għandha jew tistenna li jkollha b'riżultat tal-attivitajiet kummerċjali tagħha u li huma jew li jkunu mtaffija bl-użu tad-derivattivi ta' komoditajiet;

(d)

spjegazzjoni ta' kif l-użu mill-entità mhux finanzjarja ta' derivattivi ta' komodità jnaqqas direttament l-esponiment u r-riskji tagħha fl-attivitajiet kummerċjali tagħha.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova jew tiċħad l-applikazzjoni fi żmien 21 jum kalendarju wara li tirċievi l-applikazzjoni u għandha tinnotifika lill-entità mhux finanzjarja bl-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tagħha tal-eżenzjoni.

4.   L-entità mhux finanzjarja għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti jekk ikun hemm bidla sinifikanti fin-natura jew il-valur tal-attivitajiet kummerċjali tal-entità mhux finanzjarja jew l-attivitajiet ta' negozjar tagħha f'derivattivi ta' komoditajiet u l-bidla tkun rilevanti għall-informazzjoni mniżżla f'punt (b) paragrafu 2 u għandha tippreżenta applikazzjoni ġdida għall-eżenzjoni jekk beħsiebha tkompli bl-użu.

KAPITOLU III

METODOLOĠIJA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI BIEX JIKKALKULAW IL-LIMITI TA' POŻIZZJONI

TAQSIMA 1

Determinazzjoni taċ-ċifri tal-linja bażi

Artikolu 9

Metodoloġija għad-determinazzjoni taċ-ċifra tal-linja bażi għal-limiti ta' xahar spot

(l-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw ċifra tal-linja bażi għal-limitu ta' pożizzjoni tax-xahar spot f'derivattiv ta' komodità billi jikkalkulaw 25 % tal-provvista konsenjabbli għal dak id-derivattiv ta' komodità.

2.   Iċ-ċifra tal-linja bażi tkun speċifikata f'lottijiet li jkunu l-unità ta' negozjar użata miċ-ċentru tan-negozjar fejn negozjar tad-derivattiv ta' komodità li jirrappreżentaw kwantità standardizzata tal-komodità sottostanti.

3.   Fil-każ fejn awtorità kompetenti tistabbilixxi limiti ta' pożizzjoni differenti għal ħinijiet differenti fil-perjodu ta' xahar spot, dawk il-limiti ta' pożizzjonijiet għandhom jonqsu fuq bażi inkrimentali lejn il-maturità tad-derivattiv ta' komodità u għandhom jieħdu kont tal-arranġamenti ta' ġestjoni tal-pożizzjoni taċ-ċentru tan-negozjar.

4.   B'deroga għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw iċ-ċifra tal-linja bażi ta' limiti ta' pożizzjoni tax-xahar spot għal kwalunkwe kuntratt derivattiv b'sottostanti li jikkwalifika bħala ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem b'total ikkombinat ta' interess miftuħ fi spot u kuntratti oħra fix-xahar ta' aktar minn 50 000 lott matul il-perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi, bil-kalkolu ta' 20 % tal-provvista konsenjabbli f'dak id-derivattiv ta' komoditajiet.

Artikolu 10

Provvista konsenjabbli

(l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw il-provvista konsenjabbli għal derivattiv ta' komodità billi jidentifikaw il-kwantità tal-komodità sottostanti li tista' tintuża biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' konsenja tad-derivattiv ta' komodità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-provvista konsenjabbli għal derivattiv ta' komodità msemmi fil-paragrafu 1 b'referenza għall-ammont medju ta' kull xahar tal-komodità sottostanti disponibbli għal konsenja tul il-perjodu ta' sena li tippreċedi immedjatament id-determinazzjoni.

3.   Sabiex jidentifikaw il-kwantità tal-komodità sottostanti li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont tal-kriterji li ġejjin:

(a)

l-arranġamenti għall-ħżin tal-komodità sottostanti;

(b)

il-fatturi li jistgħu jaffetwaw il-provvista tal-komodità sottostanti.

Artikolu 11

Metodoloġija għad-determinazzjoni taċ-ċifra tal-linja bażi għal-limiti tax-xhur l-oħra

(l-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw ċifra tal-linja bażi għal-limitu ta' pożizzjoni tax-xhur l-oħra f'derivattiv ta' komodità billi jikkalkulaw 25 % tal-interess miftuħ f'dak id-derivattiv ta' komodità.

2.   Iċ-ċifra tal-linja bażi tkun speċifikata f'lottijiet li jkunu l-unità ta' negozjar użata miċ-ċentru tan-negozjar fejn negozjar tad-derivattiv ta' komodità li jirrappreżentaw kwantità standardizzata tal-komodità sottostanti.

Artikolu 12

Interess miftuħ

(l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw l-interess miftuħ f'derivattiv ta' komodità billi jaggregaw in-numru ta' lottijiet ta' dak id-derivattiv ta' komodità li huma pendenti f'ċentri tan-negozjar f'ħin partikolari.

Artikolu 13

Metodoloġija għad-determinazzjoni taċ-ċifra tal-linja bażi fir-rigward ta' ċerti kuntratti

(l-Artikolu 57(4) tad-Direttiva (UE) 2014/65/UE)

1.   B'deroga għall-Artikolu 9, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw iċ-ċifra tal-linja bażi għal-limiti ta' pożizzjoni tax-xahar spot għal kuntratti ta' xahar spot saldati b'kontanti li jaqgħu taħt C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE u li ma għandhom l-ebda provvista konsenjabbli li tista' titkejjel tal-komoditajiet sottostanti tagħhom billi jikkalkulaw 25 % tal-interess miftuħ f'dawk il-kuntratti ta' derivattivi ta' komoditajiet.

2.   B'deroga għall-Artikoli 9 u 11, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw iċ-ċifra tal-linja bażi għal-limiti ta' pożizzjoni għal derivattivi ta' komodità definiti taħt il-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE billi jikkalkulaw 25 % tan-numru ta' titoli maħruġa. Iċ-ċifra tal-linja ta' bażi għandha tkun speċifikata fl-għadd ta' titoli.

3.   B'deroga għall-Artikoli 9 u 11, fejn derivattiv ta' komodità jipprovdi li s-sottostanti jkun konsenjat kostantement tul perjodu ta' żmien speċifikat, iċ-ċifri tal-linja bażi kkalkulati skont l-Artikoli 9 u 11 għandhom japplikaw għal derivattivi ta' komodità relatati għall-istess sottostanti sal-punt li l-perjodi ta' konsenja tagħhom huma sovraimposti. Iċ-ċifra tal-linja bażi għandha tkun speċifikata f'unitajiet tas-sottostanti.

TAQSIMA II

Fatturi rilevanti għall-kalkolu tal-limiti ta' pożizzjonijiet

Artikolu 14

Valutazzjoni tal-fatturi

(l-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-limiti ta' pożizzjoni tax-xahar spot u tax-xhur l-oħra għal derivattiv ta' komodità billi jieħdu ċ-ċifra tal-linja bażi determinata skont l-Artikoli 9, 11 u 13 u jaġġustawha skont l-impatt potenzjali tal-fatturi msemmija fl-Artikoli 16 sa 20 dwar l-integrità tas-suq għal dak id-derivattiv u għall-komodità sottostanti għal limitu:

(a)

bejn 5 % u 35 %; jew

(b)

bejn 2,5 % u 35 %, għal kwalunkwe kuntratt ta' derivattiv b'sottostanti li jikkwalifika bħala ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem b'interess miftuħ kombinat totali f'kuntratti ta' xahar spot u ta' xhur oħra li jaqbeż 50 000 lott tul perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi.

Artikolu 15

Kuntratti ġodda u illikwidi

(l-Artikolu 57(3)(g) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   B'deroga għall-Artikolu 14,

(a)

għal derivattivi ta' komoditajiet nnegozjati f'ċentru tan-negozjar b'interess miftuħ kombinat totali f'kuntratti ta' xahar spot u ta' xhur oħra li ma jaqbiżx 10 000 lott tul perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-limitu ta' pożizzjonijiet miżmuma f'dawk id-derivattivi ta' komoditajiet għal 2 500 lott;

(b)

għal derivattivi ta' komoditajiet innegozjati f'ċentru tan-negozjar b'interess miftuħ kombinat totali f'kuntratti ta' xahar spot u ta' xhur oħra 'l fuq minn 10 000 iżda li ma jaqbiżx l-20 000 lott tul perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-limitu ta' pożizzjoni ta' xahar spot u ta' xhur oħra bejn 5 % u 40 %;

(c)

għal derivattivi ta' komoditajiet kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE b'numru totali ta' titoli maħruġa li ma jaqbiżx l-10 miljuni tul perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-limitu ta' pożizzjonijiet miżmuma f'dawk id-derivattivi ta' komoditajiet għal 2,5 miljun titolu;

(d)

għal derivattivi ta' komoditajiet kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE b'numru totali ta' titoli maħruġa aktar minn 10 miljuni iżda li ma jaqbiżx l-20 miljun tul perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-limitu ta' pożizzjoni tax-xahar spot u tax-xhur l-oħra bejn 5 % u 40 %.

2.   Iċ-ċentru tan-negozjar għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta l-interess miftuħ totali ta' kwalunkwe derivattiv ta' komoditajiet jilħaq kwalunkwe wieħed mill-ammonti ta' lottijiet jew numru ta' titoli maħruġa msemmija fil-paragrafu preċedenti tul perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-limitu ta' pożizzjoni meta jirċievu notifiki tali.

Artikolu 16

Il-maturità tal-kuntratti ta' derivattivi ta' komoditajiet

(l-Artikolu 57(3)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Għal-limiti ta' pożizzjoni ta' xahar spot, jekk id-derivattiv ta' komoditajiet għandu maturità qasira, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw il-limitu ta' pożizzjoni 'l isfel.

2.   Għal-limiti ta' pożizzjoni tax-xhur l-oħra, fejn id-derivattiv ta' komoditajiet għandu numru kbir ta' skadenzi separati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw il-limitu ta' pożizzjoni 'l fuq.

Artikolu 17

Provvista konsenjabbli fil-komoditajiet sottostanti

(l-Artikolu 57(3)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Fejn il-provvista konsenjabbli fil-komoditajiet sottostanti tista' tiġi ristretta jew ikkontrollata jew jekk il-livell ta' provvista konsenjabbli huwa baxx meta mqabbel mal-ammont meħtieġ għal saldament ordnat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw il-limitu ta' pożizzjoni 'l isfel. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-punt sa liema din il-provvista konsenjabbli hija użata wkoll bħala l-provvista konsenjabbli għal derivattivi ta' komoditajiet oħra.

Artikolu 18

L-interess miftuħ kumplessiv

(l-Artikolu 57(3)(c) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fejn hemm volum kbir ta' interess miftuħ kumplessiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw il-limitu ta' pożizzjoni 'l isfel.

2.   Fejn l-interess miftuħ huwa sinifikantement ogħla mill-provvista konsenjabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw il-limitu ta' pożizzjoni 'l isfel.

3.   Fejn l-interess miftuħ huwa sinifikantement iktar baxx mill-provvista konsenjabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw il-limitu ta' pożizzjoni 'l fuq.

Artikolu 19

In-numru ta' parteċipanti tas-suq

(l-Artikolu 57(3)(e) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   Fejn in-numru medju ta' kuljum ta' parteċipanti tas-suq li għandhom pożizzjoni fid-derivattiv ta' komoditajiet tul perjodu ta' sena huwa għoli, l-awtorità kompetenti għandha taġġusta l-limitu ta' pożizzjoni 'l isfel.

2.   B'deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-limitu ta' pożizzjoni tax-xahar spot u tax-xhur l-oħra bejn 5 % u 50 % jekk:

(a)

in-numru medju ta' parteċipanti tas-suq li għandhom pożizzjoni fid-derivattiv ta' komoditajiet fil-perjodu ta' qabel l-istabbiliment tal-limitu ta' pożizzjoni jkun aktar baxx minn 10; jew

(b)

in-numru ta' ditti tal-investiment li jaġixxu bħala ġeneratur tas-suq f'konformità mal-Artikolu 4(1)(7) tad-Direttiva 2014/65/UE fid-derivattiv ta' komoditajiet fil-mument li jiġi stipulat jew rieżaminat il-limitu ta' pożizzjoni huwa aktar baxx minn 3.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu limiti ta' pożizzjoni diversi għal perjodi differenti għax-xahar spot, il-perjodu tax-xhur l-oħra, jew għaż-żewġ perjodi.

Artikolu 20

Karatteristiċi tas-suq tal-komodità sottostanti

(l-Artikolu 57(3)(f) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kif il-karatteristiċi tas-suq sottostanti jħallu impatt fuq il-funzjonament u n-negozjar tad-derivattiv ta' komoditajiet u fuq id-daqs tal-pożizzjonijiet miżmuma mill-parteċipanti tas-suq, inkluża l-kunsiderazzjoni tal-faċilità u l-veloċità tal-aċċess li l-parteċipanti tas-suq għandhom għall-komodità sottostanti.

2.   Il-valutazzjoni tas-suq tal-komodità sottostanti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

jekk hemmx restrizzjonijiet fuq il-provvista tal-komodità, inkluża d-deterjorabbiltà tal-komodità konsenjabbli;

(b)

il-metodu ta' trasportazzjoni u konsenja tal-komodità fiżika, inkluż li ġej:

(i)

jekk il-komodità tistax tiġi konsenjata f'punti ta' konsenja speċifikati biss;

(ii)

il-limiti ta' kapaċità ta' punti ta' konsenja speċifikati.

(c)

l-istruttura, l-organizzazzjoni u l-operat tas-suq, inkluża l-istaġonalità preżenti fi swieq ta' komodità estrattivi jew agrikoli fejn il-provvista fiżika tinbidel tul is-sena kalendarja;

(d)

il-kompożizzjoni u r-rwol tal-parteċipanti tas-suq fis-suq ta' komodità sottostanti, inkluża l-kunsiderazzjoni tan-numru ta' parteċipanti tas-suq li jipprovdu servizzi li jippermettu l-funzjonament tas-suq tal-komodità sottostanti bħall-ġestjoni tar-riskju, il-konsenja, il-ħażna, jew servizzi ta' saldu;

(e)

fatturi makroekonomiċi jew fatturi relatati oħra li jinfluwenzaw il-ħidma tas-suq ta' komodità sottostanti inklużi l-konsenja, il-ħażna, u s-saldu tal-komodità;

(f)

il-karatteristiċi, il-proprjetajiet fiżiċi u ċ-ċikli tal-ħajja tal-komodità sottostanti.

Artikolu 21

Il-volatilità fis-swieq rilevanti

(l-Artikolu 57(3)(d) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Wara li jkunu applikaw il-fatturi msemmija fl-Artikoli 16 sa 20, li huma rilevanti biex jiġi stabbilit il-limitu ta' pożizzjoni għal kull kuntratt ta' derivattivi ta' komoditajiet imsemmija fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikomplu jaġġustaw dan il-limitu ta' pożizzjoni fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

hemm volatilità eċċessiva fil-prezz tad-derivattiv ta' komodità jew tal-komodità sottostanti;

(b)

aġġustament ulterjuri tal-limiti ta' pożizzjoni inaqqas effettivament il-volatilità eċċessiva fil-prezz ta' dak id-derivattiv ta' komoditajiet jew tal-komoditajiet sottostanti.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 173.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti ta' investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(5)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta' Lulju 1973 dwar il-koordinament ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3).

(6)  Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1).

(7)  id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(9)  Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

(10)  id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u depożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/492


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/592

tal-1 ta' Diċembru 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-kriterji sabiex jiġi stabbilit meta attività titqies li hija anċillari għan-negozju ewlieni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha,

Billi:

(1)

Il-valutazzjoni ta' jekk persuni jkunux qegħdin jinnegozjaw f'isimhom stess jew ikunux qegħdin jipprovdu servizzi ta' investiment f'derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom fl-Unjoni bħala attività anċillari għan-negozju ewlieni tagħhom għandha ssir fil-livell ta' grupp. F'konformità mal-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), grupp huwa meqjus li jinkludi l-impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha u jinkludi l-entitajiet domiċiljati fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, irrispettivament minn jekk il-grupp ikollux il-kwartieri ġenerali tiegħu fi jew barra mill-Unjoni.

(2)

Il-valutazzjoni għandha titwettaq fil-forma ta' żewġ testijiet, li t-tnejn huma bbażati fuq l-attività tan-negozjar tal-persuni fi ħdan il-grupp u għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-klassi ta' assi. L-ewwel test għandu jistabbilixxi jekk il-persuni fi ħdan il-grupp ikunux parteċipanti kbar meta mqabbla mad-daqs tas-suq finanzjarju f'dik il-klassi ta' assi u bħala konsegwenza jridu jkunu meħtieġa li jiksbu awtorizzazzjoni bħala ditta ta' investiment. It-tieni test għandu jistabbilixxi jekk il-persuni fi ħdan il-grupp jinnegozjawx f'isimhom stess jew jipprovdux servizzi ta' investiment f'derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom f'daqs tant kbir meta mqabbel man-negozju ewlieni tal-grupp li dawk l-attivitajiet ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala anċillari fil-livell ta' grupp u li għalhekk il-persuni jridu jkunu meħtieġa li jiksbu awtorizzazzjoni bħala ditta ta' investiment.

(3)

L-ewwel test iqabbel id-daqs tal-attività ta' negozjar ta' persuna mal-attività ġenerali tan-negozjar fl-Unjoni abbażi tal-klassi ta' assi sabiex jiġi determinat is-sehem mis-suq ta' dik il-persuna. Id-daqs tal-attività ta' negozjar għandu jiġi stabbilit billi titnaqqas is-somma tal-volum tat-tranżazzjonijiet għall-iskopijiet ta' likwidità intragrupp jew għall-iskopijiet ta' ġestjoni tar-riskju, it-tnaqqis oġġettivament miżurabbli tar-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew mal-attività ta' finanzjament tat-teżor jew li jissodisfaw obbligi sabiex jipprovdu likwidità f'ċentru tan-negozjar (“tranżazzjonijiet privileġġati”) mill-volum tal-attività globali ta' negozjar imwettqa mill-persuna.

(4)

Il-volum tal-attività ta' negozjar għandu jiġi determinat mill-valur nozzjonali gross tal-kuntratti f'derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom abbażi ta' medja rikorrenti tat-tliet perjodi annwali preċedenti. Id-daqs ġenerali tas-suq għandu jiġi stabbilit abbażi tal-attività ta' negozjar imwettqa mill-Unjoni fir-rigward ta' kull klassi ta' assi li għaliha titfittex l-eżenzjoni, inklużi kuntratti li jiġu negozjati f' ċentri tan-negozjar u barra minnhom fl-Unjoni.

(5)

Billi s-swieq tal-komoditajiet ivarjaw b'mod sinifikanti f'termini tad-daqs, in-numru ta' parteċipanti fis-suq, il-livell ta' likwidità u karatteristiċi oħra, għandhom japplikaw livelli limitu differenti għal klassijiet ta' assi differenti fir-rigward tat-test dwar id-daqs tal-attività tan-negozjar.

(6)

It-tieni test jipprovdi żewġ metodi għall-istabbiliment tad-daqs tal-attività tan-negozjar biex jiġi mqabbel mad-daqs tal-attività ewlenija li jwettaq il-grupp. Dan it-test jieħu żewġ forom biex jirrifletti aħjar l-attivitajiet sottostanti tal-persuni li jkun beħsiebhom jużaw l-eżenzjoni filwaqt li jimminimizza l-piż regolatorju u l-kumplessità tal-implimentazzjoni tat-test. It-test ibbażat fuq il-kapital huwa pprovdut bħala alternattiva għat-test ibbażat fuq in-negozjar sabiex jieħu kont tar-realtà ekonomika tal-gruppi eteroġeni ħafna li jridu jwettqu l-valutazzjoni ta' jekk in-negozjar tagħhom huwiex anċillari għall-attivitajiet tan-negozju ewlieni tagħhom, inklużi gruppi li jwettqu investimenti kapitali sinifikanti, meta mqabbla mad-daqs tagħhom, fil-ħolqien ta' faċilitajiet ta' infrastruttura, trasport u produzzjoni, kif ukoll investimenti li ma jistgħux jiġu ħħeġġjati faċilment fis-swieq finanzjarji. Billi ż-żewġ forom tat-tieni test jaqdu r-realtajiet ekonomiċi sottostanti differenti ta' diversi gruppi, iż-żewġ testijiet jikkostitwixxu metodi xierqa ndaqs sabiex jiġi stabbilit jekk l-attività tan-negozjar tkunx anċillari għan-negozju ewlieni ta' grupp partikolari.

(7)

Id-daqs tal-attività ta' negozjar kif użata taħt l-ewwel metodu tat-tieni test huwa meħud bħala sostitut għall-attività kummerċjali li l-persuna jew il-grupp jipparteċipa fiha bħala n-negozju ewlieni tiegħu. Dan is-sostitut jenħtieġ li jkun faċli u kosteffiċjenti għall-persuni biex japplikawh billi jibni fuq id-dejta li diġà hija meħtieġa li tinġabar għall-ewwel test filwaqt li fl-istess ħin jistabbilixxi test utli.

(8)

Dan is-sostitut huwa adattat minħabba li entità razzjonali avversa għar-riskju, bħal produttur, proċessur jew konsumatur ta' komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet, hija meqjusa li tiħħeġġja l-volum tal-attività kummerċjali tan-negozju ewlieni tagħha b'volum ekwivalenti ta' derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom. Għalhekk il-volum tal-attività ta' negozjar kollha tagħha f'derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom, imkejjel fil-valur nozzjonali gross tas-sottostanti, huwa sostitut xieraq għad-daqs tan-negozju ewlieni tal-grupp. Billi gruppi li l-attivitajiet tan-negozju ewlieni tagħhom ma jkunux relatati ma' komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet ma jużawx id-derivattivi tal-komoditajiet jew tal-kwoti tal-emissjonijiet bħala għodda għat-tnaqqis tar-riskju, in-negozjar tagħhom f'derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom ma jikkwalifikax bħala ħħeġġjar.

(9)

Madankollu, l-użu tad-derivattivi tal-komoditajiet bħala għodda għat-tnaqqis tar-riskju ma jistax jitqies bħala sostitut perfett għall-attività kummerċjali li l-persuna jew il-grupp iwettqu bħala n-negozju ewlieni tagħhom billi jista' ma jiħux kont ta' investimenti oħra f'assi fissi mhux relatati mas-swieq tad-derivattivi. Biex tiġi korretta d-diskrepanza potenzjali bejn in-negozjar ta' grupp f'derivattivi tal-komoditajiet u d-daqs reali tan-negozju ewlieni tiegħu fir-rigward, b'mod partikolari, ta' gruppi żgħar, l-ewwel metodu tat-tieni test għandu jinkludi garanzija ta' kontinġenza li tirrikonoxxi li l-attività ta' negozjar imwettqa mill-persuni fi ħdan il-grupp ma tridx ukoll taqbeż ċertu peċentwal tal-ebda wieħed mil-livelli limitu stabbiliti taħt l-ewwel test għal kull klassi ta' assi rilevanti sabiex titqies bħala anċillari. Ogħla ma jkun il-perċentwal ta' attività spekulattiva fi ħdan l-attività tan-negozjar kollha ta' grupp, aktar ikun baxx il-livell limitu stabbilit taħt l-ewwel test.

(10)

Il-garanzija ta' kontinġenza bbażata fuq grupp li ma jaqbiżx ċertu perċentwal tal-ebda wieħed mil-livelli limitu stabbiliti taħt l-ewwel test għal kull klassi ta' assi rilevanti hija partikolarment rilevanti għal gruppi żgħar ħafna b'impronta globali negliġibbli fin-negozjar f'derivattivi tal-komoditajiet rilevanti. Minn banda, dawk il-gruppi jistgħu jkunu meħtieġa jwettqu analiżi għalja tal-attivitajiet ta' negozjar tagħhom sabiex jiġi determinat jekk dak in-negozjar inaqqasx jew le r-riskju mingħajr ma r-riżultat ikun konklużiv dwar in-natura anċillari tal-attività tan-negozjar. Mill-banda l-oħra, dawk il-gruppi ġeneralment mhumiex mgħammra biex jipparteċipaw fit-test tal-kapital bħala alternattiva għat-test ibbażat fuq in-negozjar. Sabiex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati fuq dawk il-gruppi, huwa xieraq li l-gruppi li l-attività tan-negozjar tagħhom għal kull klassi ta' assi rilevanti tammonta għal anqas minn wieħed minn kull ħamsa tal-livell limitu stabbilit taħt l-ewwel test, jitqiesu bħala li jwettqu dak in-negozjar bħala attività anċillari għan-negozju ewlieni tagħhom. L-ewwel metodu taħt it-tieni test, madankollu, jista' ma jkejjilx adegwatament l-attività ewlenija ta' persuni li jkollhom investimenti kapitali sinifikanti, meta mqabbla mad-daqs tagħhom, fil-ħolqien ta' faċilitajiet ta' infrastruttura, trasport u produzzjoni. Ma jirrikonoxxix lanqas investimenti li ma jistgħux jiġu ħħeġġjati fi swieq finanzjarji. Għalhekk huwa neċessarju li t-tieni test jinkludi metodu ieħor li juża metrika bbażata fuq il-kapital sabiex ikejjel li dik l-attività ta' negozjar tkun anċillari għan-negozju ewlieni tal-grupp.

(11)

It-tieni metodu taħt it-tieni test juża l-kapital stmat li grupp mhux finanzjarju jkun meħtieġ li jżomm kontra r-riskju tas-suq inerenti fil-pożizzjonijiet tiegħu li jirriżultaw min-negozjar f'derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom, għajr dawk minn pożizzjonijiet privileġġati, bħala sostitut għall-ammont ta' attivitajiet anċillari mwettqa mill-persuni fi grupp. Il-qafas żviluppat taħt l-awspiċi tal-Kumitat ta' Basel u implimentat fl-Unjoni permezz tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital huwa użat sabiex tiġi applikata ponderazzjoni proporzjonata tal-kapital nozzjonali għall-pożizzjonijiet. F'dan il-qafas, il-pożizzjoni netta f'derivattiv ta' komodità, kwota ta' emissjonijiet jew derivattiv tagħha għandha tiġi stabbilita billi jiġi kkalkulat il-valur nett tal-pożizzjonijiet twal u qosra f'tip partikolari ta' kuntratt ta' derivattiv tal-komoditajiet, kwota tal-emissjonijiet jew kuntratt ta' derivattiv tagħha, bħal futuri, opzjoni, forward jew warrants. Fl-istabbiliment tal-pożizzjoni netta, il-kalkolu tal-valur nett għandu jseħħ irrispettivament minn fejn jiġi nnegozjat il-kuntratt, il-kontroparti tal-kuntratt jew il-maturità tiegħu. Il-pożizzjoni grossa f'derivattiv ta' komodità rilevanti, kuntratt ta' kwota tal-emissjonijiet jew kuntratt ta' derivattiv tagħha għandha, mill-banda l-oħra, tiġi kkalkulata billi jiġu miżjuda l-pożizzjonijiet netti tat-tipi ta' kuntratti li jirrigwardaw komodità partikolari jew, kwota ta' emissjonijiet jew id-derivattiv tagħha. F'dan il-kuntest, il-pożizzjonijiet netti f'tip partikolari ta' kuntratt ta' derivattiv ta' komodità, kuntratt ta' kwota tal-emissjonijiet jew kuntratt ta' derivattiv tagħha m'għandhomx jiġu nnettjati kontra xulxin.

(12)

Bit-tieni metodu tat-tieni test, l-ammont tal-kapital stmat ta' grupp imbagħad jiġi pparagunat mal-ammont reali tal-kapital impjegat ta' dak il-grupp li għandu jirrifletti d-daqs tal-attività ewlenija tiegħu. Il-kapital impjegat huwa kkalkulat abbażi tal-assi totali tal-grupp li minnhom jitnaqqas id-dejn kurrenti tiegħu. Id-dejn kurrenti għandu jinkludi d-dejn li jkun se jiġi saldat fi żmien tnax-il xahar.

(13)

Ir-razzjonal tat-testijiet tal-attività anċillari huwa li jiġi ċċekkjat jekk il-persuni fi ħdan grupp li ma jkunux awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għandhomx japplikaw għal awtorizzazzjoni minħabba d-daqs relattiv jew assolut tal-attività tagħhom f'derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom. It-testijiet tal-attività anċillari għalhekk jiddeterminaw id-daqs tal-attivitajiet f'derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom li persuni fi ħdan grupp jistgħu jwettqu mingħajr awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE minħabba li dawk l-attivitajiet ikunu anċillari għan-negozju ewlieni tal-grupp. Għalhekk huwa xieraq li d-daqs tal-attività anċillari tal-grupp jiġi kkalkulat permezz ta' kriterji li jeskludu l-attività mwettqa minn membri tal-grupp li jkunu awtorizzati skont dik id-Direttiva sabiex jiġi valutat id-daqs tal-attività anċillari ġenwina mwettqa minn membri tal-grupp li ma jkunux awtorizzati.

(14)

Biex il-parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jippjanaw u joperaw in-negozju tagħhom b'mod raġonevoli u sabiex jittieħed kont tal-mudelli staġjonali tal-attività, il-kalkolu tat-testijiet li jistabbilixxu meta attività titqies li hija anċillari għan-negozju ewlieni għandu jkun ibbażat fuq perjodu ta' tliet snin. Għalhekk, jenħtieġ li l-entitajiet iwettqu l-valutazzjoni ta' jekk jiksrux wieħed miż-żewġ livelli limitu fuq bażi annwali billi jikkalkulaw medja sempliċi ta' tliet snin fuq bażi rikorrenti sabiex ikunu jistgħu jissottomettu n-notifika annwali tagħhom lill-awtorità kompetenti. Dan l-obbligu jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtorità kompetenti li titlob, fi kwalunkwe ħin, rapport mingħand persuna dwar il-bażi li fuqha dik il-persuna tqis l-attività tagħha skont il-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(j) tad-Direttiva 2014/65/UE bħala anċillari għan-negozju ewlieni tagħha.

(15)

It-tranżazzjonijiet oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta' finanzjament tat-teżor u t-tranżazzjonijiet intragrupp jenħtieġ li jitqiesu b'mod konsistenti mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Madankollu, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet f'derivattivi li jkunu oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta' finanzjament tat-teżor, ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (4) jirreferi biss għal derivattivi mhux kummerċjati fi swieq regolati filwaqt li l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2014/65/UE jkopri d-derivattivi negozjati f'ċentri tan-negozjar. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jikkunsidra wkoll id-derivattivi nnegozjati fi swieq regolati fir-rigward ta' tranżazzjonijiet meqjusa bħala oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew ta' finanzjament tat-teżor.

(16)

F'xi ċirkostanzi, jista' ma jkunx possibbli li riskju kummerċjali jiġi ħħeġġjat permezz ta' kuntratt ta' derivattiv ta' komodità direttament relatat: kuntratt eżattament bl-istess sottostanti u data tas-saldu bħar-riskju li jkun qed jiġi kopert. F'każ bħal dan, il-persuna tista' tuża ħħeġġjar proxy permezz ta' strument korrelatat mill-qrib biex tkopri l-iskopertura tagħha bħal strument b'sottostanti differenti iżda qrib ħafna f'termini ta' mġiba ekonomika. Barra minn hekk, jista' jintuża ħeġġjar makro jew ta' portafoll minn persuni, li jidħlu f'kuntratti ta' derivattivi ta' komoditajiet biex jiħħeġġjaw riskju fir-rigward tar-riskji ġenerali tagħhom jew ir-riskji ġenerali tal-grupp. Dawk il-kuntratti ta' derivattivi tal-komoditajiet b'ħeġġjar makro, ta' portafoll jew proxy jistgħu jikkostitwixxu ħħeġġjar għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(17)

Meta persuna li tkun qiegħda tapplika t-test tal-attività anċillari tuża ħeġġjar ta' portafoll jew makro, hija tista' ma tkunx kapaċi tistabbilixxi rabta waħda għal waħda bejn tranżazzjoni speċifika f'derivattiv ta' komodità u riskju speċifiku direttament relatat mal-attivitajiet kummerċjali u ta' finanzjament tat-teżor li tidħol fihom biex tiħħeġġjah. Ir-riskji direttament relatati mal-attivitajiet kummerċjali u ta' finanzjament tat-teżor jistgħu jkunu ta' natura kumplessa, eż. diversi swieq ġeografiċi, diversi prodotti, perjodi ta' żmien jew entitajiet. Il-portafoll ta' kuntratti ta' derivattivi tal-komoditajiet li wieħed jidħol fihom sabiex jimmitiga dawk ir-riskji jista' joħroġ minn sistemi ta' ġestjoni tar-riskju kumplessi. F'każijiet bħal dawn, is-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju għandhom jimpedixxu tranżazzjonijiet mhux ta' ħħeġġjar milli jiġu kklassifikati bħala ħeġġjar u jipprovdu għal stampa suffiċjentement diżaggregata tal-portafoll ta' ħħeġġjar sabiex il-komponenti spekulattivi jiġu identifikati u magħduda għal-livelli limitu. Il-pożizzjonijiet ma għandhomx jikkwalifikaw bħala li jnaqqsu r-riskji relatati ma' atività kummerċjali fuq il-bażi biss li jiffurmaw parti minn portafoll ta' tnaqqis tar-riskju fuq bażi ġenerali.

(18)

Riskju jista' jevolvi maż-żmien u, sabiex jaddattaw għall-evoluzzjoni tar-riskju, derivattivi tal-komoditajiet jew ta' kwoti tal-emissjonijiet inizjalment eżegwiti għat-tnaqqis tar-riskju relatat mal-attività kummerċjali, jista' jkollhom jiġu paċuti bl-użu ta' kuntratti addizzjonali ta' derivattivi tal-komoditajiet jew ta' kwoti tal-emissjonijiet.Bħala riżultat, l-iħħeġġjar ta' riskju jista' jinkiseb b'kombinazzjoni ta' kuntratti ta' derivattivi tal-komoditajiet jew ta' kwoti tal-emissjonijiet li jinkludu kuntratti ta' derivattivi tal-komoditajiet ta' tpaċija li jtemmu dawk il-kuntratti ta' derivattivi tal-komoditajiet li ma baqgħux relatati mar-riskju kummerċjali. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni ta' riskju li jkun ġie indirizzat billi pożizzjoni tiddaħħal f'derivattiv tal-komoditajiet jew ta' kwoti tal-emissjonijiet għall-finijiet tat-tnaqqis ta' dak ir-riskju ma għandhiex sussegwentement tagħti lok għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta' dik il-pożizzjoni bħala li mhijiex tranżazzjoni privileġġata ab initio.

(19)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(20)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(21)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Applikazzjoni tal-livelli limitu

L-attivitajiet tal-persuni msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1)(j) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jitqiesu bħala anċillari għan-negozju ewlieni tal-grupp jekk dawk l-attivitajiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u jikkostitwixxu minoranza tal-attivitajiet fil-livell ta' grupp skont l-Artikolu 3.

Artikolu 2

Livell limitu ġenerali tas-suq

1.   Id-daqs tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 ikkalkulati skont il-paragrafu 2 diviżi bl-attività ġenerali ta' negozjar fis-suq ikkalkulata skont il-paragrafu 3 għandu, f'kull waħda mill-klassijiet ta' assi li ġejjin, jammonta għal anqas mill-valuri li ġejjin:

(a)

4 % fir-rigward tad-derivattivi fuq il-metalli;

(b)

3 % fir-rigward tad-derivattivi fuq iż-żejt u l-prodotti taż-żejt;

(c)

10 % fir-rigward tad-derivattivi fuq il-faħam;

(d)

3 % fir-rigward tad-derivattivi fuq il-gass;

(e)

6 % fir-rigward tad-derivattivi fuq l-enerġija;

(f)

4 % fir-rigward tad-derivattivi fuq il-prodotti agrikoli;

(g)

15 % fir-rigward tad-derivattivi fuq komoditajiet oħra, inklużi t-trasport ta' merkanzija u l-komoditajiet imsemmija fit-Taqsima C 10 tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(h)

20 % fir-rigward tal-kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom.

2.   Id-daqs tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1, li jitwettqu fl-Unjoni minn pesuna fi ħdan grupp f'kull waħda mill-klassijiet ta' assi msemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi kkalkulat billi jiġi aggregat il-valur nozzjonali gross tal-kuntratti kollha fi ħdan il-klassi ta' assi rilevanti li dik il-persuna tkun parti fihom.

L-aggregazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tinkludi kuntratti li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) u (c) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2014/65/UE jew kuntratti fejn il-persuna fi ħdan il-grupp li jkun parti għal kwalunkwe wieħed minnhom tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE jew id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

3.   L-attività ġenerali ta' negozjar fis-suq f'kull waħda mill-klassijiet ta' assi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata permezz ta' aggregazzjoni tal-valur nozzjonali gross tal-kuntratti kollha li ma jkunux negozjati f'ċentru tan-negozjar fi ħdan il-klassi ta' assi rilevanti li kwalunkwe persuna li tinsab fl-Unjoni tkun parti fihom u ta' kwalunkwe kuntratt ieħor fi ħdan dik il-klassi ta' assi li jkun negozjat f'ċentru tan-negozjar li jkun jinsab fl-Unjoni matul il-perjodu kontabilistiku annwali rilevanti msemmi fl-Artikolu 4(2).

4.   Il-valuri aggregati msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu denominati fil-munita EUR.

Artikolu 3

Livell limitu tan-negozju ewlieni

1.   L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu minoranza tal-attivitajiet fil-livell ta' grupp meta jikkonformaw ma' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-daqs ta' dawk l-attivitajiet, ikkalkulat skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, ma jammontax għal aktar minn 10 % tad-daqs totali tal-attività ta' negozjar tal-grupp, ikkalkulat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3;

(b)

il-kapital impjegat stmat għat-twettiq ta' dawk l-attivitajiet, ikkalkulat skont il-paragrafi 5 sa 7, ma jammontax għal aktar minn 10 % tal-kapital impjegat fil-livell ta' grupp għat-twettiq tan-negozju ewlieni, ikkalkulat skont il-paragrafu 9.

2.   Għandhom japplikaw id-derogi li ġejjin mill-paragrafu 1(a):

(a)

meta d-daqs tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1, ikkalkulat skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, jammonta għal aktar minn 10 % iżda anqas minn 50 % tad-daqs totali tal-attività ta' negozjar tal-grupp, ikkalkulat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-attivitajiet anċillari għandhom jitqiesu biss bħala li jikkostitwixxu minoranza tal-attivitajiet fil-livell ta' grupp meta d-daqs tal-attività ta' negozjar għal kull waħda mill-klassijiet ta' assi msemmija fl-Artikolu 2(1) jammonta għal anqas minn 50 % tal-livell limitu stabbilit mill-Artikolu 2(1) għal kull klassi ta' assi rilevanti;

(b)

meta d-daqs tal-attivitajiet ta' negozjar, ikkalkulat skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, jammonta għal 50 % jew aktar tad-daqs totali tal-attività ta' negozjar tal-grupp ikkalkulat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-attivitajiet anċillari għandhom jitqiesu biss bħala li jikkostitwixxu minoranza tal-attivitajiet fil-livell ta' grupp meta d-daqs tal-attività ta' negozjar għal kull waħda mill-klassijiet ta' assi msemmija fl-Artikolu 2(1) jammonta għal anqas minn 20 % tal-livell limitu stabbilit mill-Artikolu 2(1) għal kull klassi ta' assi rilevanti.

3.   Id-daqs tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1, li jitwettqu minn persuna fi ħdan grupp, għandu jiġi kkalkulat permezz ta' aggregazzjoni tad-daqs tal-attivitajiet imwettqa minn dik il-persuna fir-rigward tal-klassijiet ta' assi kollha msemmija fl-Artikolu 2(1) skont l-istess kriterji ta' kalkolu bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2).

Id-daqs totali tal-attività ta' negozjar tal-grupp għandu jiġi kkalkulat permezz ta' aggregazzjoni tal-valur nozzjonali gross tal-kuntratti kollha f'derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom li l-persuni fi ħdan dak il-grupp ikunu parti fihom.

4.   L-aggregazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ma għandhiex tinkludi kuntratti fejn il-persuna fi ħdan il-grupp li jkun parti għal kwalunkwe wieħed minn dawk il-kuntratti tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE jew id-Direttiva 2013/36/UE.

5.   Il-kapital impjegat stmat sabiex jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun is-somma ta' dan li ġej:

(a)

15 % ta' kull pożizzjoni netta, twila jew qasira, immultiplikat bil-prezz għad-derivattiv ta' komodità, kwota tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħha;

(b)

3 % tal-pożizzjoni grossa, twila u qasira, immultiplikat bil-prezz għad-derivattiv ta' komodità, kwota tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħha;

6.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 5, il-punt (a), il-pożizzjoni netta f'derivattiv ta' komodità, kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv tagħha għandha tiġi determinata billi jiġi kkalkulat il-valur nett tal-pożizzjonijiet twal u qosra:

(a)

f'kull tip ta' kuntratt ta' derivattiv ta' komodità b'komodità partikolari bħala sottostanti sabiex tiġi kkalkulata l-pożizzjoni netta għal kull tip ta' kuntratt b'dik il-komodità bħala sottostanti;

(b)

f'kuntratt ta' kwota tal-emissjonijiet sabiex tiġi kkalkulata l-pożizzjoni netta f'dak il-kuntratt ta' kwoti tal-emissjonijiet; jew

(c)

f'kull tip ta' kuntratt ta' derivattiv ta' kwoti tal-emissjonijiet sabiex tiġi kkalkulata l-pożizzjoni netta għal kull tip ta' kuntratt ta' derivattiv tal-kwoti tal-emissjonijiet.

Għall-iskopijiet tal-paragrafu 5, il-punt (a), il-pożizzjonijiet netti f'tipi differenti ta' kuntratti bl-istess komodità bħala sottostanti jew tipi differenti ta' kuntratti ta' derivattivi bl-istess kwota ta' emissjonijiet bħala sottostanti jistgħu jiġu nnettjati kontra xulxin.

7.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 5, il-punt (b), il-pożizzjoni grossa f'derivattiv ta' komodità, kwota ta' emissjonijiet jew kuntratt ta' derivattiv tagħha, għandha tiġi determinata permezz ta' komputazzjoni tas-somma tal-valuri assoluti tal-pożizzjonijiet netti għal kull tip ta' kuntratt b'komodità partikolari bħala s-sottostanti, għal kull kuntratt ta' kwota tal-emissjonijiet jew għal kull tip ta' kuntratt bi kwota partikolari ta' emissjonijiet bħala s-sottostanti.

Għall-iskopijiet tal-paragrafu 5, il-punt (b), il-pożizzjonijiet netti f'tipi differenti ta' kuntratti ta' derivattivi bl-istess komodità bħala sottostanti jew tipi differenti ta' kuntratti ta' derivattivi bl-istess kwota ta' emissjonijiet bħala sottostanti ma jistgħux jiġu nnettjati kontra xulxin.

8.   Il-kalkolu tal-kapital stmat ma għandux jinkludi pożizzjonijiet li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tas-subparagrafu 5 tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2014/65/UE.

9.   Il-kapital impjegat sabiex jitwettaq in-negozju ewlieni ta' grupp għandu jkun is-somma tal-assi totali tal-grupp li minnha jitnaqqas id-dejn ta' terminu qasir kif irreġistrat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tal-grupp fit-tmiem tal-perjodu ta' kalkolu annwali rilevanti. Għall-iskopijiet tal-ewwel sentenza, dejn ta' terminu qasir ifisser dejn b'maturità ta' anqas minn 12-il xahar.

10.   Il-valuri li jirriżultaw mill-kalkoli msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu denominati fil-munita EUR.

Artikolu 4

Proċedura għall-kalkolu

1.   Il-kalkolu tad-daqs tal-attivitajiet ta' negozjar u tal-kapital imsemmija fl-Artikolu 2 u 3 għandu jkun ibbażat fuq medja sempliċi tal-attivitajiet ta' negozjar ta' kuljum jew tal-kapital stmat allokat għal dawk l-attivitajiet ta' negozjar, matul tliet perjodi ta' kalkolu annwali li jippreċedu d-data tal-kalkolu. Il-kalkoli għandhom jitwettqu kull sena fl-ewwel kwart tas-sena kalendarja li ssegwi perjodu ta' kalkolu annwali.

2.   Għall-iskop tal-paragrafu 1, perjodu ta' kalkolu annwali jfisser perjodu li jibda fl-1 ta' Jannar ta' sena partikolari u jintemm fil-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena.

3.   Għall-iskop tal-paragrafu 1, il-kalkolu tad-daqs tal-attivitajiet ta' negozjar jew tal-kapital stmat allokat għall-attivitajiet ta' negozjar li se jseħħu fl-2018 għandu jqis it-tliet perjodi ta' kalkolu annwali preċedenti, li jibdew fl-1 ta' Jannar 2015, l-1 ta' Jannar 2016 u l-1 ta' Jannar 2017, u l-kalkolu li se jsir fl-2019 għandu jqis it-tliet perjodi ta' kalkolu annwali preċedenti, li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016, l-1 ta' Jannar 2017 u l-1 ta' Jannar 2018.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, il-perjodu ta' referenza għall-kalkolu tal-attivitajiet ta' negozjar ta' kuljum jew il-kapital stmat allokat għal tali attivitajiet ta' negozjar għandu jinkludi biss l-aktar perjodu ta' kalkolu annwali riċenti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-attivitajiet ta' negozjar ta' kuljum jew il-kapital stmat allokat għal tali attivitajiet ta' negozjar jonqsu b'aktar minn 10 %, meta jitqabbel l-ewwel mit-tliet perjodi ta' kalkolu annwali preċedenti mal-aktar perjodu ta' kalkolu annwali riċenti; kif ukoll

(b)

l-attivitajiet ta' negozjar ta' kuljum jew il-kapital stmat allokat għal tali attivitajiet ta' negozjar fl-aktar perjodu riċenti mit-tliet perjodi ta' kalkolu annwali jkunu aktar baxxi milli fiż-żewġ perjodi ta' kalkolu preċedenti.

Artikolu 5

Tranżazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala li jnaqqsu r-riskji

1.   Għall-iskopijiet tal-punt (b) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, tranżazzjoni f'derivattivi għandha titqies bħala oġġettivament miżurabbli bħala li tnaqqas ir-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta' finanzjament tat-teżor meta jiġi ssodisfat wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjoni tnaqqas ir-riskji li jirriżultaw mill-bidla potenzjali fil-valur tal-assi, servizzi, inputs, prodotti, komoditajiet jew obbligazzjonijiet li l-persuna jew il-grupp tagħha jippossjedu, jipproduċu, jimmanifatturaw, jipproċessaw, ifornu, jixtru, jikkummerċjalizzaw, jikru, ibigħu jew iġarrbu jew li b'mod raġonevoli jantiċipaw li se jippossjedu, jipproduċu, jimmanifatturaw, jipproċessaw, ifornu, jixtru, jikkummerċjalizzaw, jikru, ibigħu jew iġarrbu tul il-ħidma normali tan-negozju tagħhom;

(b)

it-tranżazzjoni tkopri r-riskji li jirriżultaw mill-impatt indirett potenzjali fuq il-valur tal-assi, is-servizzi, l-inputs, il-prodotti, il-komoditajiet jew l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), li jirriżultaw minn varjazzjoni tar-rati tal-imgħax, ir-rati tal-inflazzjoni, ir-rati tal-kambju jew ir-riskju tal-kreditu;

(c)

it-tranżazzjoni tikkwalifika bħala kuntratt ta' ħħeġġjar skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, tranżazzjoni li tikkwalifika bħala li tnaqqas ir-riskju, meħuda waħedha jew f'kombinazzjoni ma' derivattivi oħra, hija waħda li għaliha entità mhux finanzjarja:

(a)

tiddeskrivi dan li ġej fil-politiki interni tagħha:

(i)

it-tipi ta' kuntratti ta' derivattivi ta' komoditajiet, ta' kwoti tal-emissjonijiet jew ta' derivattivi tagħhom inklużi fil-portafolji użati sabiex inaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta' finanzjament tat-teżor u l-kriterji tal-eliġibbiltà tagħhom;

(ii)

ir-rabta bejn il-portafoll u r-riskji li l-portafoll ikun qiegħed itaffi;

(iii)

il-miżuri adottati sabiex ikun żgurat li t-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' dawk il-kuntratti ma jservu l-ebda għan ieħor ħlief li jkopru r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta' finanzjament tat-teżor tal-entità mhux finanzjarja, u li kwalunkwe tranżazzjoni li sservi għan ieħor tista' tiġi identifikata b'mod ċar;

(b)

tkun kapaċi tipprovdi stampa suffiċjentement diżaggregata tal-portafolji f'termini tal-klassi tad-derivattivi tal-komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom, il-komodità sottostanti, il-perjodu taż-żmien u kwalunkwe fattur rilevanti ieħor.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-regolament japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(6)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).


DIRETTIVI

31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/500


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/593

tas-7 ta' April 2016

li tissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti, l-obbligi ta' governanza tal-prodotti u r-regoli applikabbli għall-provvediment jew ir-riċeviment ta' tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(12) u l-Artikolu 24(13) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/65/UE tistabbilixxi reġim komprensiv li għandu l-għan li jiżgura l-protezzjoni tal-investituri.

(2)

Il-protezzjoni tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti hija parti importanti minn dak ir-reġim, billi d-ditti tal-investiment huma soġġetti għal obbligu li jagħmlu arranġamenti xierqa biex jissalvagwardjaw is-sjieda u d-drittijiet tal-investitur fir-rigward ta' titoli u fondi fdati lil ditta tal-investiment. Id-ditti tal-investiment għandhom ikollhom arranġamenti xierqa u speċifiċi biex jiżguraw is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti.

(3)

Sabiex tispeċifika ulterjorament il-qafas regolatorju għall-protezzjoni tal-investituri u ż-żieda fiċ-ċarezza għall-klijenti, u f'konformità mal-istrateġija kumplessiva biex jiġu mrawma l-impjiegi u t-tkabbir fl-Unjoni permezz ta' qafas legali u ekonomiku integrat li huwa effiċjenti u li jittratta lill-atturi kollha b'mod ġust, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa tadotta regoli dettaljati biex tindirizza riskji speċifiċi għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-integrità tas-suq.

(4)

Meta ditta ta' investiment tiddepożita fondi li żżomm f'isem klijent f'fond tas-suq monetarju kwalifikanti, l-unitajiet jew l-ishma f'dak il-fond tas-suq monetarju għandhom jinżammu skont ir-rekwiżiti għaż-żamma ta' strumenti finanzjarji li jappartjenu għall-klijenti. Il-klijenti għandhom ikunu meħtieġa jagħtu kunsens espliċitu għad-depożitar ta' dawk il-fondi. Meta tiġi vvalutata l-kwalità ta' strument tas-suq monetarju, ma għandu jkun hemm l-ebda dipendenza mekkanika fuq klassifikazzjonijiet esterni. Madankollu tnaqqis fil-klassifikazzjoni taħt l-ogħla żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq perjodu qasir minn kwalunkwe aġenzija rreġistrata u taħt is-superviżjoni tal-ESMA li kklassifikat l-istrument għandu jwassal lill-maniġer biex iwettaq valutazzjoni ġdida tal-kwalità tal-kreditu tal-istrument tas-suq monetarju biex jiżgura li dan għadu ta' kwalità għolja.

(5)

Uffiċjali uniku b'responsabbiltà kumplessiva għas-salvagwardja tal-istrumenti u l-fondi tal-klijenti għandu jinħatar sabiex inaqqas ir-riskji ta' responsabbiltà frammentata fuq diversi dipartimenti, b'mod speċjali f'ditti kbar u kumplessi, u li jirrimedja s-sitwazzjonijiet mhux sodisfaċenti fejn id-ditti ma għandhomx il-fakultà ġenerali li jaraw il-mezzi li għandhom biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom. L-uffiċjal uniku għandu jkollu biżżejjed ħiliet u awtorità biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'mod effettiv u mingħajr impediment, inkluż id-dover li jirrapporta lill-maniġment superjuri tad-ditta rigward is-sorveljanza tal-effettività tal-konformità tad-ditta mar-rekwiżiti ta' salvagwardja tal-assi tal-klijenti. Il-ħatra ta' uffiċjal uniku ma għandhiex tipprekludi l-uffiċjal milli jwettaq rwoli addizzjonali fejn dan ma jwaqqafx l-uffiċjal milli jwettaq id-doveri għas-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti b'mod effettiv.

(6)

Id-Direttiva 2014/65/UE teħtieġ li d-ditti ta' investiment jissalvagwardjaw l-assi tal-klijenti. L-Artikolu 16(10) tad-Direttiva 2014/65/UE jipprojbixxi lid-ditti milli jikkonkludu arranġamenti kollaterali finanzjarji bi trasferiment ta' titlu (TTCAs) ma' klijenti fil-livell ta' konsumatur għall-fini li jiġu żgurati jew koperti l-obbligi preżenti jew futuri, attwali jew kontinġenti jew prospettivi. Madankollu, id-ditti tal-investiment mhumiex projbiti milli jikkonkludu TTCA ma' klijenti mhux fil-livell ta' konsumatur. Għalhekk, hemm riskju li mingħajr aktar gwida, id-ditti tal-investiment jistgħu jużaw it-TTCA b'mod aktar frekwenti milli jkun raġonevolment ġustifikat meta jkunu qed jittrattaw ma' klijenti mhux fil-livell ta' konsumatur, u dan idgħajjef is-sistema globali li ġiet stabbilita għall-ħarsien tal-assi tal-klijenti. Għaldaqstant, fid-dawl tal-effetti tat-TTCAs fuq id-doveri tad-ditti lejn il-klijenti u sabiex jiġi żgurat li r-regoli ta' salvagwardja u segregazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE ma jiġux ipperikolati, id-ditti tal-investiment għandhom jikkunsidraw l-adegwatezza tal-arranġamenti kollaterali finanzjarji bi trasferiment ta' titlu użati ma' klijenti mhux fil-livell ta' konsumatur permezz tar-relazzjoni bejn l-obbligi tal-klijent lejn id-ditta u l-assi tal-klijent soġġetti għat-TTCA. Id-ditti għandhom ikunu permessi jużaw TTCA ma' klijent mhux fil-livell ta' konsumatur biss jekk dawn juru l-adegwatezza tat-TTCA fir-rigward ta' dak il-klijent u jiddivulgaw ir-riskji involuti kif ukoll l-effett tat-TTCA fuq l-assi tiegħu. Id-ditti għandhom ikollhom proċess dokumentat tal-użu tagħhom tat-TTCA. L-abilità tad-ditti li jidħlu f'TTCAs ma' klijenti mhux fil-livell ta' konsumatur ma għandhiex tnaqqas il-ħtieġa li jinkiseb il-kunsens espress minn qabel tal-klijenti biex jintużaw l-assi tagħhom.

(7)

Il-prova ta' konnessjoni robusta bejn il-kollateral trasferit skont TTCA u l-obbligazzjoni tal-klijent ma għandhiex tipprekludi l-użu ta' garanzija xierqa kontra l-obbligazzjoni tal-klijent. Id-ditti tal-investiment għandhom għalhekk ikomplu jeħtieġu kollateral suffiċjienti u fejn xieraq, għandhom jagħmlu dan bl-użu ta' TTCA. Dak l-obbligu ma għandux jipprevjeni l-konformità mar-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ma għandux jipprojbixxi l-użu xieraq tat-TTCAs fil-kuntest ta' tranżazzjonijiet ta' obbligazzjoni kontinġenti jew repos għal klijenti mhux fil-livell ta' konsumatur.

(8)

Filwaqt li ċertu tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli jistgħu jeħtieġu t-trasferiment tat-titlu tal-assi tal-klijenti, f'dak il-kuntest id-ditti tal-investiment ma għandhomx ikunu jistgħu jagħmlu arranġamenti pprojbiti skont l-Artikolu 16(10) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(9)

Sabiex jiżguraw protezzjoni xierqa għall-klijenti fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFTs), id-ditti tal-investiment għandhom jadottaw arranġamenti speċifiċi biex jiżguraw li l-mutwatarju tal-assi tal-klijent jipprovdi l-kollateral xieraq u li d-ditta timmonitorja l-adegwatezza kontinwata ta' dan il-kollateral. Id-dover tad-ditti tal-investiment li jimmonitorjaw il-kollateral għandu japplika meta dawn ikunu parti għal ftehim SFT, inkluż meta jaġixxu bħala aġent għall-konklużjoni ta' SFT jew fil-każijiet ta' ftehim tripartitiku bejn il-mutwatarju estern, il-klijent u d-ditta tal-investiment.

(10)

Kunsens espress minn qabel mill-klijenti għandu jingħata u jiġi rreġistrat mid-ditti tal-investiment sabiex d-ditta tal-investiment tkun tista' turi b'mod ċar dak li l-klijent qabel fuqu u biex tgħin biex jiġi ċċarat l-istatus tal-assi tal-klijent. Madankollu, l-ebda rekwiżit legali ma għandu jiġi stabbilit fir-rigward tal-forma li fiha jista' jingħata l-kunsens, u rekord għandu jkun mifhum bħala kwalunkwe evidenza permissibbli taħt il-liġi nazzjonali. Il-kunsens tal-klijent jista' jingħata darba fil-bidu tar-relazzjoni kummerċjali, sakemm ikun ċar biżżejjed li l-klijent ta l-kunsens għall-użu tat-titoli tiegħu Meta ditta tal-investiment taġixxi fuq istruzzjoni tal-klijent biex issellef strumenti finanzjarji u meta dan jikkostitwixxi kunsens ta' dħul fi tranżazzjoni, id-ditti tal-investiment għandhom ikollhom evidenza li turi dan.

(11)

Sabiex iżommu standard għoli ta' protezzjoni tal-investitur, id-ditti tal-investiment li jiddepożitaw strumenti finanzjarji miżmuma f'isem il-klijenti tagħhom f'kont jew kontijiet miftuħa ma' parti terza għandhom jeżerċitaw il-ħila, il-kura u d-diliġenza kollha dovuta fl-għażla, il-ħatra u r-rieżami perjodiku tal-parti terza u tal-arranġamenti għaż-żamma u s-salvagwardja ta' dawk l-istrumenti finanzjarji. Sabiex jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji jkunu soġġetti għall-kura u l-protezzjoni dovuta f'kull ħin, id-ditti tal-investiment għandhom, bħala parti mid-diliġenza dovuta tagħhom, iqisu wkoll il-kompetenza u r-reputazzjoni fis-suq tal-partijiet terzi l-oħrajn li lilhom il-parti terza inizjali, li magħha jistgħu jiddepożitaw strumenti finanzjarji, tista' tkun iddelegat funzjonijiet rigward iż-żamma u s-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji.

(12)

Meta d-ditti tal-investiment ipoġġu l-fondi ta' klijent ma' parti terza, id-ditta tal-investiment għandha teżerċita l-ħila, il-kura u d-diliġenza kollha dovuta fl-għażla, il-ħatra u r-rieżami perjodiku tal-parti terza u tal-arranġamenti għaż-żamma u s-salvagwardja tal-fondi tal-klijent u għandha tqis il-ħtieġa għal diversifikazzjoni u mitigazzjoni tar-riskji, fejn xieraq, billi tpoġġi l-fondi tal-klijenti ma' iżjed minn parti terza waħda sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-klijenti u timminimizza r-riskju ta' telf u l-użu ħażin. Id-ditti tal-investiment ma għandhomx jevitaw id-dover tagħhom li jikkunsidraw id-diversifikazzjoni billi jeħtieġu l-klijenti jirrinunzjaw għall-protezzjoni. Ir-rekwiżit tad-diversifikazzjoni għandu japplika għall-fondi tal-klijenti ddepożitati f'konformità mal-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva. Ir-rekwiżit tad-diversifikazzjoni ma għandux japplika għall-fondi tal-klijenti mqiegħda mal-parti terza biss għall-finijiet ta' eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni għall-klijent. Għaldaqstant, meta ditta tal-investiment tkun ittrasferiet il-fondi tal-klijenti f'kont tat-tranżazzjonijiet sabiex tagħmel tranżazzjoni speċifika għall-klijent, tali fondi ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżit ta' diversifikazzjoni, pereżempju meta ditta tkun ittrasferiet fondi lil kontraparti ċentrali (CCP) jew f'borża sabiex tħallas appell għall-marġni.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-klijent ikunu protetti b'mod xieraq, kif meħtieġ bl-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit limitu speċifiku fuq il-perċentwal tal-fondi tal-klijent li jista' jiġi depożitat f'istituzzjoni ta' kreditu intragrupp. Dan għandu jnaqqas b'mod sinifikanti kwalunkwe kunflitt potenzjali mar-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta u jindirizza r-riskju ta' kontaġju inerenti fid-depożitar tal-fondi kollha tal-klijenti ma' istituzzjoni tal-kreditu fl-istess grupp tad-ditta tal-investiment. Filwaqt li f'ċerti ċirkostanzi jista' jkun proporzjonat u xieraq li d-ditti tal-investiment jiddepożitaw, wara kunsiderazzjoni xierqa, il-fondi tal-klijenti mal-entitajiet fi ħdan il-grupp tagħhom stess, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jimmonitorjaw mill-qrib ir-raġunijiet għala l-fondi tal-klijenti ma ġewx iddiversifikati barra mill-grupp tad-ditta tal-investiment sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' lakuni fejn jiġi applikat limitu intragrupp ġenerali.

(14)

Sabiex jipproteġu l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi tal-klijenti mill-approprjazzjoni minn partijiet terzi li qegħdin ifittxu li jirkupraw dejn jew imposti li mhumiex id-dejn u l-imposti tal-klijenti, id-ditti ta' investiment għandhom ikunu jistgħu jaqblu dwar l-interessi fuq il-garanzija, rahan jew drittijiet ta' tpaċija fuq l-assi tal-klijenti biss fejn dan huwa meħtieġ mil-liġi applikabbli f'pajjiż terz. Divulgazzjonijiet tar-riskji mfasslin apposta biżżejjed għandhom isiru lill-klijenti sabiex iwissuhom dwar ir-riskji speċifiċi li jiffaċċjaw f'każijiet bħal dawn.

(15)

Sabiex jevitaw u jnaqqsu mir-riskji potenzjali li jonqsu milli jikkonformaw mar-regoli ta' protezzjoni tal-investitur fi stadju bikri, id-ditti tal-investiment li jimmanifatturaw u jiddistribwixxu strumenti finanzjarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' governanza tal-prodotti. Għall-fini tar-rekwiżiti ta' governanza tal-prodotti, id-ditti tal-investiment li joħolqu, jiżviluppaw, joħorġu u/jew ifasslu strumenti finanzjarji, inkluż meta jagħtu pariri lil emittenti korporattivi dwar it-tnedija ta' strumenti finanzjarji ġodda, għandhom jitqiesu bħala manifatturi filwaqt li ditti tal-investiment li joffru jew ibigħu strumenti u servizzi finanzjarji lill-klijenti għandhom jitqiesu bħala distributuri.

(16)

L-entitatjiet li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE iżda li jistgħu jkunu awtorizzati jwettqu servizzi ta' investiment skont dik id-Direttiva, għandhom jikkonformaw ukoll, fir-rigward ta' servizzi bħal dawn, mar-rekwiżiti ta' governanza tal-prodotti stabbiliti skont id-Direttiva 2014/65/UE.

(17)

Meta ditta tal-investiment li toħloq, tiżviluppa, toħroġ jew tfassal strumenti finanzjarji tkun involuta wkoll fid-distribuzzjoni ta' dawk il-prodotti, għandhom japplikaw kemm ir-regoli ta' governanza tal-prodotti tal-manifatturi kif ukoll tad-distributuri. Filwaqt li ma hemm l-ebda ħtieġa li jiġi ddupplikat l-eżerċizzju ta' valutazzjoni tas-suq fil-mira u l-istrateġija tad-distribuzzjoni, id-ditti għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju uniku ta' valutazzjoni tas-suq fil-mira u l-istrateġija tad-distribuzzjoni jkun dettaljat biżżejjed biex jissodisfa l-obbligi rilevanti tal-manifattur u tad-distributur f'dan il-qasam.

(18)

Fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE u fl-interess tal-protezzjoni tal-investitur, ir-regoli tal-governanza tal-prodotti għandhom japplikaw għall-prodotti kollha mibjugħin fi swieq primarji u sekondarji, irrispettivament mit-tip ta' prodott jew servizz ipprovdut u tar-rekwiżiti applikabbli fil-punt tal-bejgħ. Madankollu, dawk ir-regoli jistgħu jiġu applikati b'mod proporzjonat, skont il-kumplessità tal-prodott u l-livell safejn l-informazzjoni disponibbli pubblikament tista' tinkiseb, filwaqt li titqies in-natura tal-istrument, is-servizz ta' investiment u s-suq fil-mira. Il-proporzjonalità tfisser li dawn ir-regoli jistgħu jkunu relattivament sempliċi għal ċerti prodotti sempliċi distribwiti fuq bażi ta' eżekuzzjoni biss meta prodotti bħal dawn ikunu kompatibbli mal-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tas-suq tal-massa fil-livell ta' konsumatur.

(19)

Il-livell ta' granularità tas-suq fil-mira u l-kriterji użati għad-definizzjoni tas-suq fil-mira u d-determinazzjoni tal-istrateġija xierqa ta' distribuzzjoni għandhom ikunu rilevanti għall-prodott u għandhom jagħmluha possibbli li jiġi vvalutat liema klijenti jaqgħu fis-suq fil-mira, pereżempju biex jassistu r-reviżjonijiet li jkunu qed isiru wara t-tnedija tal-istrument finanzjarju. Għal prodotti aktar sempliċi u aktar komuni, is-suq fil-mira jista' jiġi identifikat b'inqas dettall filwaqt li għal prodotti iżjed kumplikati bħal strumenti li jistgħu jiġu rikapitalizzati internament jew prodotti inqas komuni, is-suq fil-mira għandu jkun identifikat f'aktar dettall.

(20)

Għall-funzjonament effiċjenti tal-obbligi ta' governanza tal-prodotti, id-distributuri għandhom jinformaw perjodikament lill-manifatturi dwar l-esperjenza tagħhom bil-prodotti. Filwaqt li d-distributuri ma għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw kull bejgħ lill-manifatturi, dawn għandhom jipprovdu d-dejta li hija meħtieġa biex il-manifattur jirrieżamina l-prodott u jikkontrolla li dan jibqa' konsistenti mal-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tas-suq fil-mira definiti mill-manifattur. L-informazzjoni rilevanti tista' tinkludi dejta dwar l-ammont ta' bejgħ barra mis-suq fil-mira tal-manifattur, l-informazzjoni fil-qosor tat-tipi ta' klijenti, sommarju tal-ilmenti riċevuti jew billi jsiru mistoqsijiet issuġġeriti mill-manifattur lil kampjun ta' klijenti għar-reazzjoni tagħhom.

(21)

Sabiex issaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri u żżid iċ-ċarezza għall-klijenti dwar il-kwalità tas-servizzi li jirċievu, id-Direttiva 2014/65/UE tirrestrinġi ulterjorament il-possibbiltà tad-ditti li jirċievu jew iħallsu inċentivi. Għal dawn il-finijiet, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet dettaljati għar-riċeviment jew il-ħlas ta' inċentivi. B'mod partikolari, il-kundizzjoni li l-inċentivi għandhom itejbu l-kwalità tas-servizz lill-klijent għandhom ikunu speċifikati ulterjorament u inkwadrati. Għal dik il-fini, u soġġett għal ċerti kundizzjonijiet oħrajn, għandha titħejja lista mhux eżawrjenti ta' sitwazzjonijiet meqjusin rilevanti għall-kundizzjoni li l-inċentivi jtejbu l-kwalità tas-servizz lill-klijent rilevanti.

(22)

Tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju għandu jitħallas jew jiġi riċevut biss meta ġustifikat mill-provvista ta' servizz addizzjonali jew ta' livell ogħla lill-klijent rilevanti. Dan jista' jinkludi l-provvista ta' pariri ta' investiment dwar u l-aċċess għal firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji xierqa inkluż għadd xieraq ta' strumenti minn fornituri terzi ta' prodotti, jew il-provvista ta' pariri mhux indipendenti kkombinati jew ma' offerta lill-klijent, tal-anqas fuq bażi annwali, biex tiġi vvalutata l-idoneità kontinwata tal-istrumenti finanzjarji li fihom il-klijent investa jew ma' servizz attwali ieħor li probabbli jkun ta' valur għall-klijent. Dan jista' jkun il-każ ukoll, fil-qasam tas-servizzi mhux konsultattivi, fejn ditti tal-investiment jipprovdu aċċess, bi prezz kompetittiv, għal firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji li probabbilment jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijent, inkluż għadd xieraq ta' strumenti minn fornituri terzi ta' prodotti li ma għandhomx konnessjonijiet mill-qrib mad-ditta tal-investiment, flimkien ma', pereżempju, il-provvista ta' għodda ta' valur miżjud, bħal għodda ta' informazzjoni oġġettiva, li jgħinu lill-klijent rilevanti biex jagħmel deċiżjonijiet ta' investiment jew li jippermettu lill-klijent rilevanti jimmonitorja, jimmudella u jaġġusta l-firxa ta' strumenti finanzjarji li investa fihom. Il-valur tat-titjib fil-kwalità msemmi hawn fuq li d-ditta tal-investiment tipprovdi lill-klijenti li qegħdin jirċievu s-servizz rilevanti jrid ikun proporzjonali għall-inċentivi riċevuti mid-ditta tal-investiment.

(23)

Filwaqt li d-ditti tal-investiment għandhom, meta jkunu ssodisfaw il-kriterju ta' titjib tal-kwalità, iżommu l-livell imtejjeb tal-kwalità, dan ma għandux jimplika li dawn huma meħtieġa jipprovdu żieda kontinwa fil-kwalità tas-servizzi matul iż-żmien.

(24)

L-obbligi tad-ditti tal-investiment li jgħaddu lill-klijenti t-tariffi, il-kummissjonijiet jew il-benefiċċji monetarji kollha li jirċievu minn partijiet terzi marbuta mal-parir dwar l-investiment fuq bażi indipendenti jew servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji għandhom jiġu speċifikati ulterjorament. Filwaqt li d-ditti għandhom jgħaddu l-inċentivi malajr kemm jista' jkun, ma għandux jiġi imponut perjodu ta' żmien speċifiku għaliex il-ħlasijiet minn partijiet terzi jistgħu jiġu riċevuti mid-ditta tal-investiment f'punti ta' żmien differenti u għal diversi klijenti f'daqqa.

(25)

Sabiex jiżguraw li l-klijenti jirċievu ħarsa ġenerali komprensiva tal-informazzjoni rilevanti rigward is-servizzi pprovduti, id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw lill-klijenti dwar it-tariffi, il-kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju trasferit lilhom.

(26)

Id-ditti ta' investiment li jipprovdu kemm servizzi ta' eżekuzzjoni kif ukoll ta' riċerka għandhom jipprezzaw u jipprovduhom separatament sabiex jippermettu lid-ditti tal-investiment stabbiliti fl-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżit li ma jaċċettawx u jżommux tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju mħallas jew ipprovdut minn kwalunkwe parti terza jew persuna li qiegħda taġixxi f'isem ta' parti terza għall-provvista tas-servizz lill-klijenti stabbilit fl-Artikolu 24(7) u (8) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(27)

Sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali rigward l-applikazzjoni ta' regoli ġodda għar-riċeviment jew il-ħlas ta' inċentivi, b'mod partikolari fir-rigward ta' ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment fuq bażi indipendenti jew servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji, għandhom jingħataw kjarifiki ulterjuri relatati mal-ħlas jew ir-riċeviment tar-riċerka. B'mod partikolari, meta r-riċerka ma titħallasx direttament mid-ditta tal-investiment mir-riżorsi proprji iżda permezz ta' ħlasijiet minn kont tal-ħlas tar-riċerka separat, iridu jiġu żgurat ċertu kundizzjonijiet essenzjali. Il-kont tal-ħlas tar-riċerka għandu jkun iffinanzjat biss minn imposta speċifika għar-riċerka lill-klijent li għandha tkun ibbażata biss fuq baġit għar-riċerka stabbilit mid-ditta tal-investiment u mhux marbuta mal-volum u/jew il-valur tat-tranżazzjonijiet imwettqa f'isem il-klijenti. Kull arranġament operazzjonali għall-ġbir tal-imposti għar-riċerka mill-klijent għandu jikkonforma kompletament ma' dawk il-kundizzjonijiet. Meta tuża arranġamenti bħal dawn, ditta tal-investiment għandha tiżgura li l-kost tar-riċerka ffinanzjata mill-imposti tal-klijenti ma jkunx marbut mal-volum jew il-valur ta' servizzi jew benefiċċji oħrajn jew jintużaw biex ikopru skopijiet oħrajn bħal imposti għall-eżekuzzjoni.

(28)

Sabiex jiġi żgurat li l-maniġers tal-portafolji u l-konsulenti finanzjarji indipendenti jimmonitorjaw kif xieraq l-ammonti mħallsa għar-riċerka u biex jiġi żgurat li l-ispejjeż tar-riċerka jsiru fl-aħjar interessi tal-klijent, huwa xieraq li jiġu speċifikati rekwiżiti dettaljati tal-governanza dwar l-infiq tar-riċerka. Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu kontroll suffiċjenti fuq l-infiq globali fuq ir-riċerka, il-ġbir tal-ħlasijiet tar-riċerka tal-klijenti u d-determinazzjoni tal-ħlasijiet. Ir-riċerka f'dan il-kuntest għandha tinftiehem bħala li tkopri materjal jew servizzi ta' riċerka li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew aktar, jew assi oħra, jew l-emittenti jew l-emittenti potenzjali ta' strumenti finanzjarji, jew tkun relatata mill-qrib ma' industrija jew suq speċifiċi b'mod li tinforma l-fehmiet dwar l-istrumenti finanzjarji, l-assi jew l-emittenti f'dak is-settur. Dak it-tip ta' materjal jew servizzi jirrakkomanda b'mod espliċitu jew impliċitu jew jissuġġerixxi strateġija ta' investiment u jipprovdi opinjoni sostanzjata dwar il-valur jew il-prezz preżenti jew futur ta' strumenti jew assi bħal dawn, jew inkella fih analiżi u għarfien oriġinali u jilħaq konklużjonijiet ibbażati fuq informazzjoni ġdida jew eżistenti li tista' tintuża biex tinforma strateġija ta' investiment u tkun rilevanti u kapaċi żżid valur tad-deċiżjonijiet tad-ditta tal-investiment f'isem il-klijenti li qed jiġu debitati għal dik ir-riċerka.

(29)

Għal aktar ċarezza rigward ir-restrizzjoni fuq ir-riċeviment ta' inċentivi minn ditti tal-investiment relatati ma' pariri dwar investiment indipendenti jew mmaniġġjar ta' portafolji u l-applikazzjoni tar-regoli tar-riċerka, huwa xieraq ukoll li jiġi indikat kif l-eżenzjoni għal benefiċċju żgħir mhux monetarju tista' tiġi applikata fir-rigward ta' ċertu tipi oħrajn ta' informazzjoni jew materjal riċevuti minn partijiet terzi. B'mod partikolari, il-materjal miktub minn parti terza li huwa kkummissjonat u mħallas minn emittent korporattiv jew emittent potenzjali biex jippromwovi emittenza ġdida minn dik il-kumpanija, jew fejn parti terza hija involuta kuntrattwalment u mħallsa mill-emittent biex tipproduċi materjal bħal dan fuq bażi kontinwa, għandu jitqies aċċettabbli bħala benefiċċju żgħir mhux monetarju soġġett għad-divulgazzjoni u d-disponibbiltà miftuħa ta' dak il-materjal. Barra dan, materjal jew servizzi mhux sostantivi li jikkonsistu pereżempju minn kummentarju dwar is-suq fuq terminu qasir dwar l-aħħar statistika ekonomika jew ir-riżultati tal-kumpanija jew informazzjoni dwar l-emittenzi jew avvenimenti li ġejjin, li hija pprovduta minn parti terza u fiha biss sommarju fil-qosor tal-opinjoni proprja dwar tali informazzjoni li la hija sostanzjata u lanqas ma tinkludi kwalunkwe analiżi sostantiva bħal fejn sempliċement itenni fehma bbażata fuq rakkomandazzjoni eżistenti jew materjal ta' riċerka jew servizzi sostantivi, tista' titqies li hija informazzjoni relatata ma' strument finanzjarju jew servizz ta' investiment ta' daqs u natura li tikkostitwixxi benefiċċju żgħir mhux monetarju aċċettabbli.

(30)

B'mod partikolari, kull benefiċċju mhux monetarju li jinvolvi parti terza li talloka riżorsi siewja lil ditta tal-investiment ma għandux jitqies bħala żgħir u għandu jiġi ġġudikat li jaffettwa ħażin il-konformità mad-dover tad-ditta tal-investiment li taġixxi fl-aħjar interess tal-klijent.

(31)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt li tiġi protetta d-dejta personali, il-libertà li wieħed iwettaq negozju, id-dritt għal protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u trid tiġi applikata skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(32)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ġiet ikkonsultata għal parir tekniku dwar ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.

(33)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u d-ditti tal-investiment ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda f'din id-Direttiva sabiex ikunu jistgħu japplikaw b'mod effiċjenti u effettiv, id-data tat-traspożizzjoni kif ukoll id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu allenjati rispettivament mad-dati tat-traspożizzjoni u tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/65/UE,

(34)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li f'każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet li jikkorrispondu fl-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti tal-investiment, għall-kumpaniji maniġerjali skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għall-maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi skont l-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

2.   Għall-finijiet tal-Kapitoli II, III u IV ta' din id-Direttiva, ir-referenzi għad-ditti tal-investiment u l-istrumenti finanzjarji għandhom jinkudu l-istituzzjonijiet ta' kreditu u depożiti strutturati relatati mar-rekwiżiti kollha msemmijin fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva 2014/65/UE.

3.   “tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli” tfisser tranżazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 3 punt (11) tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid.

4.    “fond tas-suq monetarju kwalifikanti” jfisser ditta ta' investiment kollettiv awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, jew li hija soġġetta għal superviżjoni u, jekk applikabbli, awtorizzata minn awtorità skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru li jawtorizza, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-għan primarju ta' investiment tagħha jrid ikun li żżomm il-valur nett tal-assi tad-ditta jew kostanti b'parita (nett mill-qligħ), jew fil-valur tal-kapital inizjali tal-investituri flimkien mal-qligħ;

(b)

trid, bil-għan li tikseb dak l-objettiv ta' investiment primarju, tinvesti esklussivament fi strumenti tas-suq monetarju ta' kwalità għolja b'maturità jew maturità residwa ta' mhux iżjed minn 397 jum, jew aġġustamenti tar-rendiment regolari konsistenti ma' tali maturità, u b'maturità medja ponderata ta' 60 jum. Din tista' tikseb ukoll dan l-objettiv billi tinvesti fuq bażi anċillari f'depożiti ma' istituzzjonijiet tal-kreditu;

(c)

trid tipprovdi likwidità permezz ta' saldu fl-istess jum jew fil-jum ta' wara.

Għall-finijiet tal-punt (b), strument tas-suq monetarju għandu jitqies li huwa ta' kwalità għolja jekk il-kumpanija maniġerjali/ta' investiment twettaq il-valutazzjoni proprja dokumentata tal-kwalità tal-kreditu tal-istrumenti tas-suq monetarju li tippermettiha tqis strument tas-suq monetarju bħala ta' kwalità għolja. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda jew iktar irreġistrata u taħt superviżjoni tal-ESMA tkun tat klassifikazzjoni tal-istrument, il-valutazzjoni interna tal-kumpanija maniġerjali/ta' investiment għandha tqis, inter alia, dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

KAPITOLU II

IS-SALVAGWARDJA TAL-ISTRUMENTI FINANZJARJI U L-FONDI TAL-KLIJENTI

Artikolu 2

Is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iridu jżommu rekords u kontijiet li jippermettuhom fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien jiddistingwu l-assi miżmuma minn klijent wieħed minn assi miżmuma għal kwalunkwe klijent ieħor u mill-assi tagħhom stess;

(b)

iridu jżommu r-rekords u l-kontijiet tagħhom b'mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u b'mod partikolari il-korrispondenza tagħhom mal-istrumenti finanzjarji u l-fondi miżmuma għall-klijenti u li dawn jistgħu jintużaw bħala rendikont tal-entrati;

(c)

iridu jwettqu, fuq bażi regolari, rikonċiljazzjonijiet bejn il-kontijiet u r-rekords interni tagħhom u dawk ta' kwalunkwe parti terza li żżomm dawk l-assi;

(d)

iridu jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe strument finanzjarju tal-klijent depożitat ma' parti terza, skont l-Artikolu 3, ikun identifikabbli separatament mill-istrumenti finanzjarji li jappartjenu għad-ditta tal-investiment u mill-istrumenti finanzjarji li jappartjenu għal dik il-parti terza, permezz ta' kontijiet b'titli differenti fil-kotba tal-parti terza jew miżuri oħrajn ekwivalenti li jiksbu l-istess livell ta' protezzjoni;

(e)

iridu jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-fondi tal-klijenti depożitati, skont l-Artikolu 4, f'bank ċentrali, istituzzjoni tal-kreditu jew bank awtorizzat f'pajjiż terz jew fond tas-suq monetarju li jikkwalifika jkunu miżmuma f'kont jew kontijiet identifikati separatament minn kwalunkwe kont użat biex iżomm fondi li jappartjenu għad-ditta tal-investiment;

(f)

iridu jintroduċu arranġamenti organizzazzjonali xierqa biex jimminimizzaw ir-riskju tat-telf jew it-tnaqqis tal-assi tal-klijenti, jew tad-drittijiet marbuta ma' dawk l-assi, bħala riżultat ta' użu ħażin tal-assi, frodi, amministrazzjoni ħażina, żamma tar-rekords mhux xierqa jew negliġenza.

2.   Jekk, għar-raġunijiet tal-liġi applikabbli, inkluż b'mod partikolari l-liġi relatata mal-proprjetà jew l-insolvenza, id-ditti tal-investiment ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-klijenti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 16(8) u (9) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment jistabbilixxu arranġamenti biex jiżguraw li l-assi tal-klijenti jkunu mħarsa sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Jekk il-liġi applikabbli tal-ġuriżdizzjoni li fih huma miżmuma l-fondi jew l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti tipprevjeni d-ditti tal-investiment milli jkunu konformi mal-punti (d) jew (e) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti f'termini ta' salvagwardja tad-drittijiet tal-klijenti.

Meta jiddependu fuq tali rekwiżiti ekwivalenti skont l-Artikolu 2(1)(d) jew (e), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jinformaw il-klijenti li f'tali ċikostanzi huma ma jibbenefikawx mid-dispożizzjonijiet previsti skont id-Direttiva 2014/65/UE u din id-Direttiva.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interessi tat-titoli, ir-rahan jew id-drittijiet ta' tpaċija fuq strumenti finanzjarji jew fondi ta' klijenti li jippermettu parti terza tiddisponi mill-istrumenti finanzjarji jew il-fondi ta' klijent sabiex tirkupra dejn li mhuwiex relatat mal-klijent jew il-provvista ta' servizzi lill-klijent ma jkunux permessi ħlief meta dan huwa meħtieġ mil-liġi applikabbli fil-ġuriżdizzjoni ta' parti terza li fiha huma miżmuma l-fondi jew l-istrumenti finanzjarji tal-klijent.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu d-ditti tal-investiment, fejn id-ditta hija obbligata li tidħol fi ftehimiet li joħolqu tali interessi tat-titoli, rahan jew drittijiet ta' tpaċija, li tiddivulga dik l-informazzjoni lill-klijenti u tindikalhom ir-riskji assoċjati ma' dawk l-arranġamenti.

Meta l-interessi tat-titoli, ir-rahan jew id-drittijiet ta' tpaċija jingħataw mid-ditta fuq l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi tal-klijent, jew fejn id-ditta tkun ġiet informata li dawn ingħataw, dawn għandhom jiġu rreġistrati fil-kuntratti tal-klijenti u l-kontijiet porprji tad-ditti biex l-istatus tas-sjieda tal-assi tal-klijenti jkun ċar, bħal fil-każ ta' insolvenza.

5.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jagħmlu l-informazzjoni li tappartjeni għall-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijenti faċilment disponibbli għall-entitajiet li ġejjin: l-awtoritajiet kompetenti, il-prattikanti tal-insolvenza maħturin u dawk responsabbli għar-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li fallew. L-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

kontijiet u rekords interni relatati li jidenfikaw faċilment il-bilanċi tal-fondi u l-istrumenti finanzjarji miżmuma għal kull klijent;

(b)

fejn il-fondi tal-klijent huma miżmuma mid-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 4, id-dettalji dwar il-kontijiet li l-fondi tal-klijent huma miżmuma fihom u dwar il-ftehimiet rilevanti ma' dawk id-ditti;

(c)

fejn l-istrumenti finanzjarji huma miżmuma mid-ditta tal-investiment skont l-Artikolu 3, id-dettalji dwar il-kontijiet miftuħin ma' partijiet terzi u dwar il-ftehimiet rilevanti ma' dawk il-partijiet terzi, flimkien ma' dettalji dwar il-ftehimiet rilevanti ma' dawk id-ditti tal-investiment;

(d)

dettalji tal-partijiet terzi li jwettqu kwalunkwe kompitu (esternalizzat) relatat u d-dettalji ta' kull kompitu esternalizzat

(e)

individwi prinċipali tad-ditta involuti fil-proċessi relatati, inklużi dawk responsabbli għas-sorveljanza tar-rekwiżiti tad-ditta relatati mas-salvagwardja tal-assi tal-klijenti; u

(f)

ftehimiet rilevanti li jistabbilixxu s-sjieda tal-klijenti fuq l-assi.

Artikolu 3

Id-depożitar tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti tal-investiment jiddepożitaw strumenti finanzjarji miżmuma f'isem il-klijenti tagħhom f'kont jew kontijiet miftuħa ma' parti terza sakemm id-ditti jeżerċitaw il-ħila, il-kura u d-diliġenza kollha dovuta fl-għażla, il-ħatra u r-rieżami perjodiku tal-parti terza u tal-arranġamenti għaż-żamma u s-salvagwardja ta' dawk l-istrumenti finanzjarji.

B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment iqisu l-kompetenza u r-reputazzjoni fis-suq tal-parti terza kif ukoll kull rekwiżit legali relatat maż-żamma ta' dawk l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jaffettwaw ħażin id-drittijiet tal-klijenti.

2.   Meta ditta tal-investiment tipproponi li tiddepożita l-istrumenti finanzjarji ta' klijent ma' parti terza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-ditta tal-investiment tiddepożita biss strumenti finanzjarji ma' parti terza f'ġuriżdizzjoni fejn is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji f'isem persuna oħra hija soġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni speċifika u li dik il-parti terza hija soġġetta għal dik ir-regolamentazzjoni u superviżjoni speċifika.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ma jiddepożitawx strumenti finanzjarji miżmuma f'isem il-klijenti ma' parti terza f'pajjiż terz li ma jirregolax iż-żamma u s-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji f'isem persuna oħra sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

in-natura tal-istrumenti finanzjarji jew tas-servizzi ta' investiment konnessi ma' dawk l-istrumenti jeħtieġu li dawn ikunu depożitati ma' parti terza f'dak il-pajjiż terz;

(b)

fejn l-istrumenti finanzjarji huma miżmuma f'isem klijent professjonali, dak il-klijent jitlob lid-ditta bil-miktub biex tiddepożitahom ma' parti terza f'dak il-pajjiż terz.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti skont il-paragrafu 2 u 3 japplikaw ukoll meta parti terza tkun iddelegat kwalunkwe funzjoni tagħha rigward iż-żamma u s-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji lil parti terza oħra.

Artikolu 4

Id-depożitar tal-fondi tal-klijenti

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment, meta jirċievu kwalunkwe fond tal-klijenti, biex ipoġġu dawk il-fondi minnufih f'kont wieħed miftuħ jew aktar ma' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

bank ċentrali;

(b)

istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(c)

bank awtorizzat f'pajjiż terz;

(d)

fond tas-suq monetarju kwalifikanti.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' depożiti skont it-tifsira ta' dik id-Direttiva miżmuma minn dik l-istituzzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn id-ditti tal-investiment ma jiddepożitawx fondi tal-klijenti ma' bank ċentrali, dawn jeżerċitaw il-ħila, il-kura u d-diliġenza kollha dovuti fl-għażla, il-ħatra u r-rieżami perjodiku tal-istituzzjoni tal-kreditu, il-bank jew il-fond tas-suq monetarju fejn jitpoġġew il-fondi u l-arranġamentu għaż-żamma ta' dawk il-fondi u li jqisu l-ħtieġa għad-diversifikazzjoni ta' dawn il-fondi bħala parti mid-diliġenza dovuta tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li d-ditti tal-investiment iqisu l-kompetenza u r-reputazzjoni fis-suq ta' tali istituzzjonijiet jew fondi tas-suq monetarji sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-klijenti, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit legali jew regolatorju jew prattiki tas-suq relatati maż-żamma ta' fondi ta' klijenti li jistgħu jaffettwaw ħażin id-drittijiet tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-klijenti jagħtu l-kunsens espliċitu tagħhom għall-pjazzament tal-fondi tagħhom f'fond tas-suq monetarju kwalifikanti. Sabiex jiżguraw li dan id-dritt għal kunsens ikun effettiv, id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw il-klijenti li l-fondi pjazzati f'fond tas-suq monetarju kwalifikanti mhux se jinżamm skont ir-rekwiżiti għas-salvagwardja tal-fondi tal-klijenti stabbiliti f'din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn id-ditti tal-investiment jiddepożitaw il-fondi tal-klijenti ma' istituzzjoni tal-kreditu, bank jew fond tas-suq monetarju tal-istess grupp tad-ditta tal-investiment, dawn jillimitaw il-fondi li jiddepożitaw ma' kwalunkwe entità bħal din fi grupp jew kombinazzjoni ta' entitajiet fi grupp bħal dan sabiex il-fondi ma jaqbżux 20 % ta' dawn il-fondi.

Ditta tal-investiment tista' ma tkunx konformi ma' dan il-limitu fejn tista' turi li, minħabba n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħha, kif ukoll is-sigurtà offruta mill-partijiet terzi meqjusin fis-subparagrafu preċedenti, u inkluż fi kwalunkwe każ il-bilanċ żgħir tal-fondi tal-klijenti li d-ditta tal-investiment iżżomm, ir-rekwiżit fil-paragrafu preċedenti mhuwiex proporzjonali. Id-ditti tal-investiment għandhom jirrieżaminaw perjodikament il-valutazzjoni li ssir skont dan is-subparagrafu u għandhom jinnofitikaw il-valutazzjonijiet inizjali u rieżaminati tagħhom lill-NCAs.

Artikolu 5

L-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu lid-ditti tal-investiment jidħlu f'arranġamenti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fir-rigward ta' strumenti finanzjarji miżmuma minnhom f'isem klijent, jew inkella jużaw strumenti finanzjarji bħal dawn għalihom innifishom jew f'isem kwalunkwe persuna jew klijent ieħor tad-ditta, sakemm ma jiġux issodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-klijent ikun ta l-kunsens espress tiegħu minn qabel għall-użu tal-istrumenti fuq termini speċifiċi, kif muri b'mod ċar bil-miktub u eżegwit fl-affermattiv b'firma jew ekwivalenti, u

(b)

l-użu tal-istrumenti finanzjarji ta' dak il-klijent huwa ristrett għat-termini speċifikati li l-klijent jagħti l-kunsens għalihom.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu lid-ditti tal-investiment jidħlu f'arranġamenti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fir-rigward ta' strumenti finanzjarji miżmuma minnhom f'isem klijent f'kont omnibus miżmum minn parti terza, jew inkella jużaw strumenti finanzjarji miżmuma f'kont bħal dan għalihom innifishom jew f'isem kwalunkwe persuna oħra sakemm, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, ma tiġix issodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull klijent li l-istrumenti finanzjarji tiegħu huma miżmuma flimkien f'kont omnibus irid ikun ta kunsens espress minn qabel skont il-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b)

id-ditta tal-investiment irid ikollha fis-seħħ sistemi u kontrolli li jiżguraw li huma biss l-istrumenti finanzjarji li jappartjenu għall-klijenti li jkunu taw kunsens espress minn qabel skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 li jintużaw.

Ir-rekords tad-ditta tal-investiment għandhom jinkludu d-dettalji tal-klijent li fuq l-istruzzjonijiet tiegħu sar l-użu tal-istrumenti finanzjarji, kif ukoll l-għadd ta' strumenti finanzjarji użati li jappartjenu għal kull klijent li jkun ta l-kunsens tiegħu, sabiex titwettaq l-allokazzjoni korretta ta' kwalunkwe telf.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti għalihom infushom jew f'isem persuna oħra bħal:

(a)

il-konklużjoni ta' ftehimiet mal-klijenti dwar miżuri li jridu jittieħdu mid-ditti tal-investiment fil-każ li l-klijent ma jkollux provvediment suffiċjenti fil-kont tiegħu fid-data tas-saldu, bħal teħid b'self tat-titoli korrispondenti f'isem il-klijent jew it-tħollija tal-pożizzjoni;

(b)

il-monitoraġġ mill-qrib mid-ditta tal-investiment tal-abilità projettata tagħha li tikkonsenja fid-data tas-saldu u t-twaqqif ta' miżuri ta' rimedju jekk dan ma jistax jitwettaq; u

(c)

il-monitoraġġ mill-qrib u t-talba minnufih ta' titoli dovuti mhux konsenjati fil-jum tas-saldu u wara.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jadottaw arranġamenti speċifiċi għall-klijenti kollha biex jiżguraw li l-mutwatarju tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti jipprovdi l-kollateral xieraq u li d-ditta timmonitorja l-adegwatezza kontinwata ta' dan il-kollateral u tieħu l-passi meħtieġa biex iżżomm il-bilanċ mal-valur tal-istrumenti tal-klijent.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ma jidħlux f'arranġamenti li huma projbiti skont l-Artikolu 16(10) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 6

L-użu mhux xieraq tal-arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titli

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment iqisu b'mod xieraq l-użu tal-arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu fil-kuntest tar-relazzjoni bejn l-obbligu tal-klijent lejn d-ditta u l-assi tal-klijent soġġetti għall-arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu mid-ditta, u li jkunu kapaċi juru li għamlu dan.

2.   Meta jqisu u jiddokumentaw l-adegwatezza tal-użu tal-arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu dawn il-fatturi kollha li ġejjin:

(a)

jekk hemmx biss rabta dgħajfa ħafna bejn l-obbligu tal-klijent lejn id-ditta u l-użu tal-arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu, inkluż jekk il-probabbiltà ta' obbligazzjoni tal-klijent lejn d-ditta hijiex baxxa jew negliġibbli;

(b)

jekk l-ammont ta' fondi jew strumenti finanzjarji tal-klijent soġġetti għal arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu jaqbiżx b'mod sinifikanti l-obbligu tal-klijent, jew anke jekk huwiex saħansitra illimitat jekk il-klijent għandu xi obbligu lejn id-ditta; u

(c)

jekk l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi tal-klijenti kollha jkunux soġġetti għal arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu, mingħajr kunsiderazzjoni għat-tip ta' obbligu li kull klijent għandu lejn id-ditta.

3.   Meta jintużaw arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu, id-ditti tal-investiment għandhom jenfasizzaw mal-klijenti professjonali u l-kontrapartijiet eliġibbli r-riskji involuti u l-effett ta' kwalunkwe arranġament ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu fuq l-istrumenti finanzjarji u l-fondi tal-klijent.

Artikolu 7

Arranġamenti ta' governanza dwar is-salvagwardja tal-assi tal-klijenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment jaħtru uffiċjal uniku ta' ħila u awtorità biżżejjed b'responsabbiltà speċifika għal kwistjonijiet relatati mal-konformità mid-ditti mal-obbligi tagħhom fir-rigward tas-salvagwardja tal-istrumenti u l-fondi finanzjarji tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti tal-investiment jiddeċiedu, filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa ma' din id-Direttiva, jekk l-uffiċjal maħtur għandux ikun iddedikat biss għal dan il-kompitu jew jekk l-uffiċjal jistax iwettaq ir-responsabbiltajiet b'mod effettiv filwaqt li jkollu responsabbiltajiet addizzjonali.

Artikolu 8

Rapporti minn awdituri esterni

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jiżguraw li l-awdituri esterni tagħhom jirrapportaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta dwar l-adegwatezza tal-arranġamenti tad-ditta skont l-Artikolu 16(8), (9) u (10) tad-Direttiva 2014/65/UE u ta' dan il-Kapitolu.

KAPITOLU III

REKWIŻITI TA' GOVERNANZA TAL-PRODOTTI

Artikolu 9

Obbligi ta' governanza tal-prodotti għad-ditti tal-investiment li jimmanifatturaw strumenti finanzjarji

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment ikunu konformi ma' dan l-Artikolu meta jimmanifatturaw strumenti finanzjarji, inklużi l-ħolqien, l-iżvilupp, l-emittenza u/jew it-tfassil ta' strumenti finanzjarji.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lid-ditti tal-investiment li jimmanifatturaw strumenti finanzjarji biex jikkonformaw, b'mod li huwa xieraq u proporzjonat, mar-rekwiżiti rilevanti fil-paragrafi 2 sa 15, waqt li titqies in-natura tal-istrument finanzjarju, is-servizz tal-investiment u s-suq fil-mira għall-prodott.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċeduri u miżuri biex jiżguraw li l-manifattura tal-istrumenti finanzjarji tkun konformi mar-rekwiżiti tal-ġestjoni xierqa tal-kunflitti ta' interess, inkluża r-remunerazzjoni. B'mod partikolari, id-ditti tal-investiment li jimmanifatturaw l-istrumenti finanzjarji għandhom jiżguraw li t-tfassil tal-istrument finanzjarju, inkluż il-karatteristiċi tiegħu, ma jaffettwax ħażin lill-klijenti finali jew iwassal għal problemi fl-integrità tas-suq billi jippermetti lid-ditta timmitiga u/jew tiddisponi mir-riskji proprji tagħha jew l-iskopertura għall-assi sottostanti tal-prodott, meta d-ditta tal-investiment diġà żżomm l-assi sottostanti f'isimha stess.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment janalizzaw il-kunflitti ta' interess potenzjali kull darba li jiġi mmanifatturat strument finanzjarju. B'mod partikolari, id-ditti għandhom jivvalutaw jekk l-istrument finanzjarju joħloqx sitwazzjoni fejn il-klijenti finali jistgħu jkunu affettwati ħażin jekk jieħdu:

(a)

skopertura li hija l-oppost għal dik miżmuma preċedentement mid-ditta stess; jew

(b)

skopertura li hija l-oppost għal dik li d-ditta tixtieq iżżomm wara l-bejgħ tal-prodott.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment iqisu jekk l-istrument finanzjarju jistax jirrappreżenta theddida għall-funzjonament ordnat jew għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji qabel jiddeċiedu li jipproċedu bit-tnedija tal-prodott.

5.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-persunal rilevanti involut fil-manifattura tal-istrumenti finanzjarji jkollu l-kompetenza meħtieġa biex jifhem il-karatteristiċi u r-riskji tal-istrumenti finanzjarji li għandhom l-intenzjoni li jimmanifatturaw.

6.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-korp maniġerjali jkollu kontroll effettiv fuq il-proċess ta' governanza tal-prodotti tad-ditta. Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li r-rapporti dwar il-konformità lill-korp maniġerjali jinkudu sistematikament l-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji mmanifatturati mid-ditta, inkluża l-informazzjoni dwar l-istrateġija tad-distribuzzjoni. Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu r-rapporti disponibbi għall-awtorità kompetenti tagħhom meta din titlobhom.

7.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-funzjoni tal-konformità tagħhom timmonitorja l-iżvilupp u r-rieżami perjodiku tal-arranġamenti ta' governanza tal-prodotti sabiex jiskopru kwalunkwe riskju ta' nuqqas ta' konformità mid-ditta mal-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

8.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment, fejn dawn jikkollaboraw, inkluż ma' entitajiet li mhumiex awtorizzati u sorveljati skont id-Direttiva 2014/65/UE jew ditti minn pajjiżi terzi, li joħolqu, jiżviluppaw, jemettu u/jew ifasslu prodott, li dawn jiddeskrivu r-responsabbiltajiet reċiproki tagħhom bi ftehim bil-miktub.

9.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jidentifikaw f'livell granulari biżżejjed is-suq fil-mira potenzjali għal kull strument finanzjarju u li jispeċifikaw it-tip(i) ta' klijent(i) li l-istrument finanzjarju huwa kompatibbli mal-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-għanijiet tiegħu/tagħhom. Bħala parti minn dan il-proċess, id-ditta għandha tidentifika kwalunkwe grupp ta' klijenti li l-istrument finanzjarju mhuwiex kompatibbli mal-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-għanijiet tagħhom. Fejn id-ditti tal-investiment jikkollaboraw biex jimmanifatturaw strument finanzjarju, hemm bżonn jiġi identifikat suq fil-mira wieħed biss.

Id-ditti tal-investiment li jimmanifatturaw strumenti finanzjarji li huma distribwiti permezz ta' ditti tal-investiment oħrajn, għandhom jiddeterminaw il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tal-klijenti li l-prodott huwa kompatibbli magħhom fuq il-bażi tal-għarfien teoretiku tagħhom u l-esperjenza tal-imgħoddi bl-istrument finanzjarju jew strumenti finanzjarji simili, is-swieq finanzjarji u l-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tal-klijenti aħħarin potenzjali.

10.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment iwettqu analiżi tax-xenarji tal-istrumenti finanzjarji tagħhom li għandha tivvaluta r-riskji ta' riżultati ħżiena għall-klijenti finali, li joħloq il-prodott u f'liema ċirkostanzi jistgħu jseħħu dawn ir-riżultati. Id-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw l-istrument finanzjarju taħt kundizzjonijiet negattivi li jkopru x'jiġri jekk, pereżempju:

(a)

l-ambjent tas-suq jiddeterjora;

(b)

il-manifattur jew parti terza involuta fil-manifattura u/jew il-funzjonament tal-istrument finanzjarju jkollu diffikultajiet finanzjarji jew jimmaterjalizza riskju ta' kontraparti oħra;

(c)

l-istrument finanzjarju ma jirnexxilux isir kummerċjalment vijabbli; jew

(d)

id-domanda għall-istrument finanzjarju tkun ferm ogħla minn dik antiċipata, li tpoġġi piż fuq ir-riżorsi tad-ditta u/jew fuq is-suq tal-istrument sottostanti.

11.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jiddeterminaw jekk strument finanzjarju jissodisfax il-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi identifikati tas-suq fil-mira, inkluż bl-eżaminazzjoni tal-elementi li ġejjin:

(a)

il-profil tar-riskji u l-gwadanji tal-istrument finanzjarju huwa konsistenti mas-suq fil-mira; u

(b)

id-disinn tal-istrument finanzjarju huma mmotivat minn karatteristiċi li jibbenefikaw il-klijent u mhux minn xi mudell ta' negozju li jiddependi fuq riżultati ħżiena għall-klijenti biex jagħmel profitt.

12.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment iqisu l-istruttura tal-imposti proposta għall-istrument finanzjarju, inkluż permezz tal-eżaminazzjoni ta' dan li ġej:

(a)

il-kostijiet u l-imposti tal-istrument finanzjarju huma kompatibbli mal-ħtiġijiet, l-objettivi u l-karatteristiċi tas-suq fil-mira;

(b)

l-imposti ma jostakolawx l-aspettativi ta' redditu tal-istrument finanzjarju, bħal fejn l-kostijiet jew l-imposti jkunu ugwali, jeċċedu jew ineħħu kważi l-vantaġġi tat-taxxa kollha mistennija marbuta mal-istrument finanzjarju; u

(c)

l-istruttura tal-imposti tal-istrument finanzjarju hija trasparenti b'mod xieraq għas-suq fil-mira, b'mod li ma taħbix l-imposti jew tkun kumplessa wisq biex tinftiehem.

13.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-provvista ta' informazzjoni dwar strument finanzjarju lid-distributuri tinkludi informazzjoni dwar il-kanali xierqa għad-distribuzzjoni tal-istrument finanzjarju, il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott u l-valutazzjoni tas-suq fil-mira u tkun ta' standard xieraq li tippermetti d-distributuri jifhmu u jirrakkomandaw jew ibigħu l-istrument finanzarju kif xieraq.

14.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jirrieżaminaw l-istrumenti finanzjarji li jimmanifatturaw fuq bażi regolari, waqt li jitqies kwalunkwe avveniment li jista' jaffettwa materjalment ir-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat. Id-ditti tal-investiment għandhom jikkunsidraw jekk l-istrument finanzjarju jibqax konsistenti mal-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tas-suq fil-mira u jekk qiegħedx jiġi distribwit lis-suq fil-mira, jew huwiex qiegħed jilħaq klijenti li l-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom mhuwiex kompatibbli mal-istrument finanzjarju.

15.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jirrieżaminaw l-istrumenti finanzjarji qabel ma jemettuhom jew iniduhom mill-ġdid, jekk jafux bi kwalunkwe avveniment li jista' jaffettwa materjalment ir-riskju potenzjali għall-investituri u f'intervalli regolari biex jivvalutaw jekk l-istrumenti finanzjarji humiex qegħdin jiffunzjonaw kif maħsub. Id-ditti tal-investiment għandhom jiddeterminaw ir-regolarità tar-rieżami tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq il-bażi ta' fatturi rilevanti, inklużi fatturi marbutin mal-kumplessità jew in-natura innovattiva tal-istrateġiji ta' investiment li qed jintużaw. Id-ditti għandhom jidentifikaw ukoll avvenimenti kruċjali li jistgħu jaffettwaw ir-riskju potenzjali jew l-aspettativi ta' redditu tal-istrument finanzjarju, bħal:

(a)

il-qbiż ta' livell limitu li se jaffettwa l-profil tar-redditu tal-istrument finanzjarju; jew

(b)

is-solvenza ta' ċerti emittenti li t-titoli jew il-garanziji tagħhom jista' jkollhom impatt fuq il-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jseħħu avvenimenti bħal dawn, id-ditti tal-investiment jieħdu azzjoni xierqa li tista' tikkonsisti f'dan li ġej:

(a)

li tiġi pprovduta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-avveniment u l-konsegwenzi tiegħu fuq l-istrument finanzjarju lill-klijenti jew lid-distributuri tal-istrument finanzjarju jekk id-ditta ta' investiment ma toffrix jew ma tbigħx l-istrument finanzjarju direttament lill-klijenti;

(b)

li jiġi mibdul il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodotti;

(c)

li l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi emess;

(d)

li l-istrument finanzjarju jiġi mibdul sabiex jiġu evitati termini kuntrattwali mhux ġusti;

(e)

li jitqies jekk il-kanali tal-bejgħ li permezz tagħhom jinbiegħu l-istrumenti finanzjarji humiex xierqa meta d-ditti jaraw li l-istrument finanzjarju mhux qed jinbiegħ kif previst;

(f)

li jsir kuntatt mad-distributur biex tiġi diskussa modifika tal-proċess tad-distribuzzjoni;

(g)

li tintemm ir-relazzjoni mad-distributur; jew

(h)

li tiġi informata l-awtorità kompetenti rilevanti.

Artikolu 10

Obbligi ta' governanza tal-prodotti għad-distributuri

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment, meta jiddeċiedu dwar il-firxa ta' strumenti finanzjarji li jemettu huma stess jew ditti u servizzi oħrajn li beħsiebhom joffru jew jirrakkomandaw lill-klijenti, jikkonformaw, b'mod li huwa xieraq u proporzjonat, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10, waqt li titqies n-natura tal-istrument finanzjarju, is-servizz ta' investiment u s-suq fil-mira għall-prodott.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE meta joffru jew jirrakkomandaw strumenti finanzjarji mmanifatturati minn entitajiet li jkunux soġġetti għad-Direttiva 2014/65/UE. Bħala parti minn dan il-proċess, dawn id-ditti tal-investiment għandhom ikollhom arranġamenti effettivi biex jiżguraw li jiksbu informazzjoni suffiċjenti dwar dawn l-istrumenti finanzjarji minn dawn il-manifatturi.

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddeterminaw is-suq fil-mira għall-istrument finanzjarju rispettiv, anke jekk is-suq fil-mira ma ġiex iddefinit mill-manifattur.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment ikollhom arranġamenti ta' governanza tal-prodotti xierqa biex jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi li għandhom l-intenzjoni li joffru jew jirrakkomandaw ikunu kompatibbli mal-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi ta' suq fil-mira identifikat u li l-istrateġija ta' distribuzzjoni maħsuba tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat. Id-ditti tal-investiment għandhom jidentifikaw u jivvalutaw b'mod xieraq iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet tal-klijenti li għandhom l-intenzjoni jiffokaw fuqhom, sabiex jiżguraw li l-interessi tal-klijenti ma jkunux kompromessi bħala riżultat ta' pressjonijiet kummerċjali jew ta' finanzjament. Bħala parti minn dan il-proċess, id-ditti għandhom jidentifikaw kwalunkwe grupp ta' klijenti li l-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom ma jkunux kompatibbli mal-prodott jew is-servizz.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jiksbu mill-manifatturi li huma soġġetti għad-Direttiva 2014/65/UE, informazzjoni sabiex jiksbu l-fehim u l-għarfien meħtieġ tal-prodotti li beħsiebhom jirrakkomandaw jew ibigħu sabiex jiżguraw li dawn il-prodotti sejrin jiġu distribwiti skont il-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tas-suq fil-mira identifikat,

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw li jiksbu wkoll informazzjoni adegwata u affidabbli mill-manifatturi mhux soġġetti għad-Direttiva 2014/65/UE biex jiżguraw li l-prodotti sejrin jiġu distribwiti skont il-karatteristiċi, l-objettivi u l-ħtiġijiet tas-suq fil-mira. Meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx pubblikament disponibbli, id-distributur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jikseb din l-informazzjoni rilevanti mill-manifattur jew l-aġent tiegħu. Informazzjoni disponibbli pubblikament li hija aċċettabbli hija informazzjoni li hija ċara, affidabbli u prodotta biex tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji, bħar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni skont id-Direttiva 2003/71/KE (8) jew 2004/109/KE (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan l-obbligu huwa rilevanti għall-prodotti li jinbiegħu fis-swieq primarji u sekondarji u għandu japplika b'mod proporzjonat, skont il-grad safejn tista' tinkiseb l-informazzjoni disponibbli pubblikament u l-kumplessità tal-prodott.

Id-ditti tal-investiment għandhom jużaw l-informazzjoni miksuba mill-manifatturi u l-informazzjoni dwar il-klijenti tagħhom stess biex jidentifikaw is-suq fil-mira u l-istrateġija tad-distribuzzjoni. Meta ditta tal-investiment taġixxi kemm bħala manifattur kif ukoll bħala distributur, tkun meħtieġa valutazzjoni tas-suq fil-mira waħda biss.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment, meta jiddeċiedu dwar il-firxa ta' strumenti u servizzi finanzjarji li joffru jew jirrakkomandaw u s-swieq fil-mira rispettivi, ikollhom proċeduri u miżuri sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti kollha applikabbli skont id-Direttiva 2014/65/UE inklużi dawk relatati mad-divulgazzjoni, il-valutazzjoni tal-idoneità jew l-adegwatezza, l-inċentivi u l-ġestjoni xierqa tal-kunflitti ta' interess. F'dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari meta d-distributuri jkollhom l-intenzjoni li joffru jew jirrakkomandaw prodotti ġodda jew meta jkun hemm varjazzjonijiet fis-servizzi illi joffru.

4.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jirrieżaminaw u jaġġornaw perjodikament l-arranġamenti ta' governanza tal-prodotti tagħhom sabiex jiżguraw li dawn jibqgħu robusti u adatti għall-iskop tagħhom, u li jieħdu l-azzjonijiet xierqa fejn dawn huma meħtieġa.

5.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jirrevedu l-prodotti ta' investiment li joffru jew jirrakkomandaw u s-servizzi li jipprovdu fuq bażi regolari, waqt li jitqies kwalunkwe avveniment li jista' jaffettwa materjalment ir-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat. Id-ditti għandhom jivvalutaw mill-inqas jekk il-prodott jew is-servizz jibqax konsistenti mal-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta' distribuzzjoni maħsuba tibqax xierqa. Id-ditti għandhom jikkunsidraw mill-ġdid is-suq fil-mira u/jew jaġġornaw l-arranġamenti ta' governanza tal-prodotti jekk jaraw li identifikaw ħażin is-suq fil-mira għal prodott jew servizz speċifiku jew li l-prodott jew servizz ma jibqax jissodisfa ċ-ċirkostanzi tas-suq fil-mira identifikat, bħal fejn il-prodott ma jibqax likwidu jew isir volatili ħafna minħabba tibdil fis-suq.

6.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-funzjoni tal-konformità tagħhom tissorvelja l-iżvilupp u r-rieżami perjodiku tal-arranġamenti ta' governanza tal-prodotti sabiex jiskopru kwalunkwe riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

7.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-persunal rilevanti jkollu l-kompetenza meħtieġa biex jifhem il-karatteristiċi u r-riskji tal-prodotti li għandhom l-intenzjoni li joffru jew jirrakkomandaw u s-servizzi pprovduti kif ukoll il-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tas-suq fil-mira identifikat.

8.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-korp maniġerjali jkollu kontroll effettiv fuq il-proċess ta' governanza tal-prodotti tad-ditta biex jiddeterminaw il-firxa ta' prodotti ta' investiment li joffru jew jirrakkomandaw u s-servizzi pprovduti lis-swieq fil-mira rispettivi. Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li r-rapporti dwar il-konformità lill-korp maniġerjali jinkludu sistematikament l-informazzjoni dwar il-prodotti li joffru jew jirrakkomandaw u s-servizzi pprovduti. Ir-rapporti dwar il-konformità għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti jekk dawn jitolbuhom.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri jipprovdu l-manifatturi bl-informazzjoni dwar il-bejgħ u, fejn xieraq, l-informazzjoni dwar ir-rieżamijiet imsemmijin hawn fuq biex isostnu r-rieżamijiet tal-prodotti mwettqa mill-manifatturi.

10.   Meta ditti differenti jaħdmu flimkien fid-distribuzzjoni ta' prodott jew servizz, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta tal-investiment li għandha relazzjoni diretta mal-klijent ikollha r-responsabbiltà aħħarija biex tissodisfa l-obbligi ta' governanza tal-prodotti stabbiliti f'dan l-Artikolu. Madankollu, id-ditti tal-investiment intermedjarji għandhom:

(a)

jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-prodotti rilevanti tiġi mgħoddija mill-manifattur lid-distributur finali fil-katina;

(b)

jekk il-manifattur jeħtieġ informazzjoni dwar il-bejgħ tal-prodotti sabiex ikun konformi mal-obbligi ta' governanza tal-prodotti tiegħu stess, jgħinuh jikseb it-tali informazzjoni; u

(c)

japplikaw l-obbligi ta' governanza tal-prodotti għall-manifatturi, kif rilevanti, fir-rigward tas-servizz li jipprovdu.

KAPITOLU IV

INĊENTIVAR

Artikolu 11

Inċentivar

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment li jħallsu jew jitħallsu kwalunkwe tariffa jew kummissjoni jew li jipprovdu jew jiġu pprovduti bi kwalunkwe benefiċċju mhux monetarju konness mal-provvista ta' servizzi ta' investiment jew servizz anċillari lill-klijenti, jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2-5 jiġu ssodisfati f'kull waqt.

2.   Tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju għandu jitqies li huwa mfassal biex itejjeb il-kwalità tas-servizzi rilevanti lill-klijent jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

huwa ġustifikat mill-provvista ta' servizzi addizzjonali jew ta' livell ogħla lill-klijent rilevanti, proporzjonali għal-livell tal-inċentivi riċevuti, bħal:

(i)

il-provvista ta' pariri dwar l-investiment mhux indipendenti dwar u l-aċċess għal firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji xierqa inkluż għadd xieraq ta' strumenti minn fornituri terzi ta' prodotti li ma għandhomx konnessjonijiet mill-qrib mad-ditta ta' investiment;

(ii)

il-provvista ta' pariri tal-investiment mhux indipendenti kkombinati jew ma': offerta lill-klijent, tal-anqas fuq bażi annwali, biex tiġi vvalutata l-idoneità kontinwata tal-istrumenti finanzjarji li fihom il-klijent investa; jew ma' servizz attwali ieħor li probabbli jkun ta' valur għall-klijent bħal pariri dwar l-allokazzjoni ottima tal-assi ssuġġerita tal-klijent; jew

(iii)

il-provvista ta' aċċess, għal prezz kompetittiv, għal firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji li probabbilment jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijent, inkluż għadd xieraq ta' strumenti minn fornituri terzi ta' prodotti li ma għandhomx konnessjonijiet mill-qrib mad-ditta tal-investiment, flimkien ma', pereżempju, il-provvista ta' għodda ta' valur miżjud, bħal għodda ta' informazzjoni oġġettiva, li jgħinu lill-klijent rilevanti biex jagħmel deċiżjonijiet ta' investiment jew li jippermetti lill-klijent rilevanti jimmonitorja, jimmudella u jaġġusta l-firxa ta' strumenti finanzjarji li investa fihom, jew il-provvista ta' rapporti perjodiċi tal-prestazzjoni u l-ispejjeż u l-imposti assoċjati mal-istrumenti finanzjarji.

(b)

ma jibbenefikax direttament lid-ditta riċevitriċi, lill-azzjonisti jew lill-impjegati tagħha mingħajr benefiċċju tanġibbi għall-klijent rilevanti;

(c)

huwa ġustifikat mill-provvista ta' benefiċċju kontinwu lill-klijent rilevanti fir-rigward ta' inċentivar kontinwu.

Tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju ma għandux jitqies bħala aċċettabbli jekk il-provvista ta' servizzi rilevanti lill-klijent hija preġudikata jew distorta bħala riżultat tat-tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju.

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 fuq bażi kontinwa sakemm ikomplu jħallsu jew jirċievu t-tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju.

4.   Id-ditti tal-investiment għandhom ikollhom evidenza li kull tariffia, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju mħallas jew riċevut mid-ditta huma mfasslin biex itejbu l-kwalità tas-servizz rilevanti lill-klijent:

(a)

billi jżommu lista interna tat-tariffi, kummissjonijiet u benefiċċji mhux monetarji kollha riċevuti mid-ditta tal-investiment minn parti terza relatati mal-provvista ta' servizzi ta' investiment jew anċillari; u

(b)

billi jirreġistraw kif it-tariffi, kummissjonjiet u benefiċċji mhux monetarji mħallsa jew riċevuti mid-ditta tal-investiment, jew li beħsieba tuża, itejbu l-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-klijenti rilevanti u l-passi meħudin sabiex ma jiġix affettwat ħażin id-dover tad-ditta li taġixxi b'mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijent.

5.   Rigward kwalunkwe ħlas jew benefiċċju riċevut minn jew imħallas lil partijiet terzi, id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw lill-klijent l-informazzjoni li ġejja:

(a)

qabel il-provvista tas-servizz ta' investiment jew anċillari rilevanti, id-ditta tal-investiment għandha tiddivulga lill-klijent informazzjoni dwar il-ħlas jew il-benefiċċju konċernat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE. Benefiċċji mhux monetarji żgħar jistgħu jiġu deskritti b'mod ġeneriku. Benefiċċji mhux monetarji oħrajn riċevuti jew imħallsa mid-ditta tal-investiment b'konnessjoni mas-servizz ta' investiment ipprovdut lil klijent għandhom ikunu pprezzati u divulgati separatament;

(b)

meta ditta tal-investiment ma setgħetx tivverifika fuq bażi ex ante l-ammont ta' kwalunkwe pagament jew benefiċċju li jrid jiġi riċevut jew imħallas, u minflok divulgat lill-klijent il-metodu biex jiġi kkalkulat dak l-ammont, id-ditta għandha tipprovdi wkoll il-klijent b'informazzjoni dwar l-ammont eżatt tal-pagament jew benefiċċju li rċeviet jew ħallset fuq bażi ex post; u

(c)

mill-inqas darba fis-sena, sakemm jiġu riċevuti inċentivi (kontinwi) mid-ditta tal-investiment relatati mas-servizzi ta' investiment ipprovduti lill-klijenti rilevanti, id-ditta tal-investiment għandha tinforma l-klijenti tagħha fuq bażi individwali dwar l-ammont attwali tal-pagamenti jew benefiċċji riċevuti jew imħallsa. Benefiċċji mhux monetarji żgħar jistgħu jiġu deskritti b'mod ġeneriku.

Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu r-regoli dwar l-ispejjeż u l-imposti stabbiliti fl-Artikolu 24(4)(c) u tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 50 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (10)

Meta aktar ditti jkunu involuti f'kanal tad-distribuzzjoni, kull ditta tal-investiment li tipprovdi servizz ta' investiment jew anċillari għandha tikkonforma mal-obbligi tagħha biex tagħmel divulgazzjonijiet lill-klijenti tagħha.

Artikolu 12

Inċentivi fir-rigward ta' pariri dwar l-investiment fuq bażi indipendenti jew servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment fuq bażi indipendenti jew immaniġġjar ta' portafolji jagħtu lura lill-klijenti kwalunkwe tariffa, kummissjoni jew benefiċċju monetarju mħallsa jew ipprovduti minn kwalunkwe parti terza jew persuna li taġixxi f'isem parti terza fir-rigward tas-servizzi pprovduti lil dak il-klijent malajr kemm huwa raġonevolment possibbli wara li tirċevuhom. It-tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji monetarji kollha riċevuti minn partijiet terzi fir-rigward tal-għoti ta' pariri dwar l-investiment indipendenti u l-immaniġġjar ta' portafolji għandhom ikunu trasferiti kompletament lill-klijenti.

Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw politika biex jiżguraw li kwalunkwe tariffa, kummissjoni jew kwalunkwe benefiċċju monetarju mħallas jew ipprovdut minn kwalunkwe parti terza jew persuna li taġixxi f'isem parti terza fir-rigward tal-għoti ta' pariri ta' investiment indipendenti u mmaniġġjar ta' portafolji jiġu allokati u trasferiti lil kull klijenti individwali.

Id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw lill-klijenti dwar it-tariffi, il-kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju trasferiti lilhom, bħal permezz ta' dikjarazzjonijiet ta' rapportar perjodiċi pprovduti lill-klijent.

2.   Id-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri ta' investiment fuq bażi individwali jew immaniġġjar ta' portafolji ma għandhomx jaċċettaw benefiċċji mhux monetarji li ma jikkwalifikawx bħala benefiċċji mhux monetarji żgħar aċċettabbli skont il-paragrafu 3.

3.   Il-benefiċċji li ġejjin għandhom jikkwalifikaw bħala benefiċċji mhux monetarji żgħar aċċettabbli biss jekk dawn ikunu:

(a)

informazzjoni jew dokumentazzjoni relatata ma' strument finanzjarju jew servizz ta' investiment, hija ġenerika fin-natura tagħha jew personalizzata biex tirrifletti ċ-ċirkostanzi ta' klijent individwali;

(b)

materjal miktub minn parti terza li huwa kkummissjonat u mħallas minn emittent korporattiv jew emittent potenzjali biex jippromwovi l-emittenza ġdida minn dik il-kumpanija, jew fejn ditta terza tkun mqabbda kuntrattwalment u mħallsa mill-emittent biex tipproduċi materjal bħal dan fuq bażi kontinwa, sakemm ir-relazzjoni tkun divulgata b'mod ċar fil-materjal u li dak il-materjal ikun disponibbli fl-istess ħin għal kwalunkwe ditta tal-investiment li tixtieq tirċevih jew għall-pubbliku ġenerali;

(c)

parteċipazzjoni f'konferenzi, seminars u avvenimenti ta' taħriġ oħrajn fuq il-benefiċċji u l-karatteristiċi ta' strument finanzjarju jew servizz ta' investiment speċifiku;

(d)

ospitalità ta' valur de minimis raġonevoli, bħal ikel u xorb matul laqgħa ta' negozju jew konferenza, seminar jew avvenimenti oħrajn ta' taħriġ imsemmijin fil-punt (c); u

(e)

benefiċċji mhux monetarji oħrajn żgħar li l-Istat Membru jqis kapaċi li jtejbu l-kwalità tas-servizz ipprovdut lil klijent u, filwaqt li wieħed iqis il-livell totali ta' benefiċċji pprovduti minn kwalunkwe entità waħda jew grupp ta' entitajiet, huma ta' daqs u natura li huwa improbabbli li jistgħu jaffettwaw ħażin il-konformità mad-dover ta' ditta tal-investiment li taġixxi fl-aħjar interess tal-klijent.

Il-benefiċċji mhux monetarji żgħar aċċettabbli għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati u ta' tali daqs li jkun improbabbli li jinfluwenzaw l-imġiba tad-ditta tal-investiment b'mod li huwa detrimentali għall-interessi tal-klijent rilevanti.

Id-divulgazzjoni ta' benefiċċji mhux monetarji żgħar għandha ssir qabel il-provvista tas-servizzi ta' investiment jew anċillari rilevanti lill-klijent. Skont l-Artikolu 11(5)(a), il-benefiċċji mhux monetarji żgħar jistgħu jkunu deskritti b'mod ġeneriku.

Artikolu 13

Inċentivar relatat mar-riċerka

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provvista ta' riċerka minn partijiet terzi lil ditti tal-investiment li jipprovdu mmaniġġjar ta' portafolji jew servizzi oħrajn ta' investiment jew anċillari lill-klijenti ma għandhiex titqies bħala inċentivar jekk tiġi riċevuta bħala ħlas għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

pagamenti diretti mid-ditta tal-investiment mir-riżorsi proprji;

(b)

pagamenti minn kont ta' pagament ta' riċerka separat kkontrollat mid-ditta tal-investiment, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin relatati mal-operat tal-kont:

(i)

il-kont ta' pagament tar-riċerka huwa ffinanzjat minn imposta tar-riċerka speċifika debitata lill-klijent;

(ii)

bħala parti mill-istabbiliment tal-kont ta' pagament ta' riċerka u l-qbil fuq l-imposta għar-riċerka mal-klijenti, id-ditti tal-investiment jistabbilixxu u jivvalutaw regolarment baġit għar-riċerka bħala miżura amministrattiva interna;

(iii)

id-ditta tal-investiment hija miżmuma responsabbli għall-kont ta' pagament ta' riċerka;

(iv)

id-ditta tal-investiment tivvaluta regolarment il-kwalità tar-riċerka mixtrija bbażata fuq kriterji ta' kwalità robusti u l-abilità tagħha li tikkontribwixxi għal deċiżjonijiet aħjar ta' investiment.

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, meta ditta tal-investiment tuża kont ta' pagament ta' riċerka, għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-klijenti:

(a)

qabel il-provvista ta' servizz ta' investiment lill-klijenti, informazzjoni dwar l-ammont ibbaġitjat għar-riċerka u l-ammont tal-imposta stmata għar-riċerka għal kull wieħed minnhom;

(b)

informazzjoni annwali dwar il-kostijiet totali li kull wieħed minnhom ikun ġarrab għar-riċerka minn parti terza.

2.   Meta ditta tal-investiment topera kont ta' pagament ta' riċerka, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta tal-investiment għandha tkun meħtieġa wkoll, fuq talba mill-klijenti tagħha jew minn awtoritajiet kompetenti, tipprovdi sommarju tal-fornituri mħallsin minn dan il-kont, l-ammont totali li tħallsu fuq perjodu definit, il-benefiċċji u s-servizzi riċevuti mid-ditta tal-investiment, u kif l-ammont totali li ntefaq mill-kont jitqabbel mal-baġit stabbilit mid-ditta għal dak il-perjodu, b'kont meħud ta' kwalunkwe ribass jew riport jekk fil-kont jibqgħu xi fondi residwi. Għall-fini tal-punt (b)(i) tal-paragrafu 1, l-imposta ta' riċerka speċifika għandha:

(a)

tkun ibbażata biss fuq baġit tar-riċerka stabbilit mid-ditta tal-investiment biex tistabbilixxi r-raġuni għal riċerka minn parti terza fir-rigward tas-servizzi ta' investiment mogħtija lill-klijenti tagħha; u

(b)

ma tkunx marbuta mal-volum u/jew il-valur tat-tranżazzjonijiet eżegwiti f'isem il-klijenti.

3.   Kull arranġament operazzjonali għall-ġbir tal-imposta għar-riċerka mill-klijent, fejn din ma tiġix miġbura separatament iżda flimkien ma' kummissjoni għat-tranżazzjoni, għandu jindika imposta għar-riċerka identifikabbli separatament u għandu jkun konformi bis-sħiħ mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

4.   L-ammont totali tal-imposti ta' riċerka riċevuti ma jistgħux jaqbżu l-baġit tar-riċerka.

5.   Id-ditta tal-investiment għandha taqbel mal-klijenti, fil-ftehim ta' mmaniġġjar tal-investiment jew it-termini ġenerali tan-negozju tad-ditta, l-imposta għar-riċerka kif ibbaġittjata mid-ditta u l-frekwenza li biha l-imposta tar-riċerka speċifika sejra titnaqqas mir-riżorsi tal-klijent matul is-sena. Żidiet fil-baġit tar-riċerka għandhom iseħħu biss wara li tingħata informazzjoni ċara lill-klijenti dwar tali żidiet maħsuba. Jekk ikun hemm surplus fil-kont ta' pagament tar-riċerka fl-aħħar ta' perjodu, id-ditta għandu jkollha proċess biex tirrifondi dawk il-fondi lill-klijent jew biex tpaċihom kontra l-baġit tar-riċerka u l-imposta kkalkulata għall-perjodu li jmiss.

6.   Għall-fini tal-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-baġit tar-riċerka għandu jkun immaniġġjat biss mid-ditta tal-investiment u għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni raġonevoli tal-ħtieġa għar-riċerka minn parti terza. L-allokazzjoni tal-baġit tar-riċerka għall-akkwist tar-riċerka minn parti terza għandha tkun soġġetta għal kontrolli xierqa u sorveljanza mill-maniġment superjuri sabiex jiġi żgurat li din tiġi mmaniġġjata u użata fl-aħjar interessi tal-klijenti tad-ditta. Dawk il-kontrolli jinkludu rendikont tal-entrati ċar tal-pagamenti li saru lill-fornituri tar-riċerka u kif l-ammonti mħallsin kienu determinati b'referenza għall-kriterji ta' kwalità msemmijin fil-paragrafu 1 (b) (iv). Id-ditti tal-investiment ma għandhomx jużaw il-baġit tar-riċerka u l-kont ta' pagament tar-riċerka biex jiffinanzjaw riċerka interna.

7.   Għall-fini tal-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1, id-ditta tal-investiment tista' tiddelega l-amministrazzjoni tal-kont ta' pagament tar-riċerka lil parti terza, sakemm l-arranġament jiffaċilita l-akkwist tar-riċerka minn parti terza u l-pagamenti lill-fornituri tar-riċerka f'isem id-ditta tal-investiment mingħajr dewmien mhux dovut skont l-istruzzjoni tad-ditta tal-investiment.

8.   Għall-fini tal-punt (b)(iv) tal-paragrafu 1, id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu l-elementi kollha meħtieġa f'politika bil-miktub u jipprovduha lill-klijenti tagħhom. Din għandha tindirizza wkoll il-livell safejn ir-riċerka akkwistata permezz tal-kont ta' pagament tar-riċerka tista' tibbenefika l-portafolji tal-klijenti, inkluż, fejn rilevanti, billi wieħed iqis l-istrateġiji tal-investiment applikabbli għat-tipi differenti ta' portafolji, u l-approċċ li d-ditta sejra tieħu biex talloka tali spejjeż b'mod ġust lill-portafolji differenti tal-klijenti.

9.   Ditta tal-investiment li tipprovdi servizzi eżekuttivi għandha tidentifika l-imposti separati għal dawn is-servizzi li jirriflettu biss l-ispiża tat-twettiq tat-tranżazzjoni. Il-provvista ta' kull benefiċċju jew servizz ieħor mill-istess ditta tal-investiment lil ditti tal-investiment, stabbiliti fl-Unjoni għandha tkun soġġetta għal imposta identifikabbli separatament; il-provvista ta' u l-imposti għal dawk il-benefiċċji jew servizzi ma għandhomx jinfluwenzaw jew ikunu kkundizzjonati mil-livelli ta' pagament għas-servizzi ta' eżekuzzjoni.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-3 ta' Lulju 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet ammistrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-3 ta' Jannar 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 15

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(5)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(8)  Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(9)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)