ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 86

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
31 ta' Marzu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/609 tas-27 ta' Marzu 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/610 tal-20 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/611 tad-29 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/612 tat-30 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mar-rata tal-inflazzjoni b'effett mill-1 ta' April 2017 ( 1 )

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/613 tat-30 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/614 tal-21 ta' Marzu 2017 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

13

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/615 tat-30 ta' Marzu 2017 li taċċetta proposta minn grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi rigward l-implimentazzjoni tal-impenn imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE

14

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/609

tas-27 ta' Marzu 2017

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a),

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (2) (il-Ftehim) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006.

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(3)

Skont it-termini tal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja għall-Ftehim, għandha tiġi miftiehma permezz ta' Protokoll għall-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill, li jaġixxi f'isem l-Unjoni u unanimament f'isem l-Istati Membri, u r-Repubblika Libaniża.

(4)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mar-Repubblika Libaniża. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/859 (3), il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fi Brussell fit-28 ta' April 2016.

(5)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Protokoll. (5)

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ABELA


(1)  Il-kunsens tat-2 ta' Marzu 2017 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.

(3)  ĠU L 144, 1.6.2016, p. 1.

(4)  It-test ġie ppubblikat fil-ĠU L 144 tal-1.6.2016, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/610

tal-20 ta' Diċembru 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 85(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) jinterponu lilhom infushom bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f'suq finanzjarju wieħed jew aktar. Ir-riskju ta' kreditu ta' dawk il-kontropartijiet huwa mmitigat permezz tad-depożitar ta' kollateral li huwa kkalkulat biex ikopri kull telf potenzjali f'każ ta' inadempjenza. Is-CCPs jaċċettaw biss assi likwidi ħafna, ġeneralment flus, bħala kollateral biex jissodisfaw l-eżerċitar tal-marġini ta' varjazzjoni (MV) sabiex ikun hemm likwidazzjoni rapida f'każ ta' inadempjenza.

(2)

L-Arranġamenti ta' Skemi tal-Pensjonijiet (PSAs) f'ħafna Stati Membri huma parteċipanti attivi fis-swieq tad-derivattivi OTC. Madankollu, il-PSAs ġeneralment jimminimizzaw il-pożizzjonijiet tal-flus tagħhom, u minflok iżommu investimenti li jrendu iktar bħal titoli sabiex jiżguraw redditu għoli għall-pensjonanti. Entitajiet li joperaw arranġamenti għal skemi tal-pensjonijiet, li l-għan primarju tagħhom huwa li jipprovdu benefiċċji mal-irtirar, normalment fil-forma ta' ħlasijiet tul il-ħajja kollha, iżda wkoll fil-forma ta' ħlasijiet li jsiru għal perjodu temporanju jew ta' somma f'daqqa, tipikament jimminimizzaw l-allokazzjoni tagħhom għall-flus sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza u r-rendiment għad-detenturi tal-poloz tagħhom. Għalhekk, li dawn l-entitajiet ikunu meħtieġa jikklerjaw ċentralment il-kuntratti tad-derivattivi OTC jirriżulta fl-iżvestiment ta' proporzjon sinifikanti tal-assi tagħhom fi flus sabiex huma jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġini fis-seħħ tas-CCPs.

(3)

L-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għalhekk jipprevedi illi, għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-obbligu ta' kklerjar stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma japplikax għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji tal-investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-PSAs. Il-perjodu ta' tranżizzjoni japplika wkoll għall-entitajiet stabbiliti għall-fini li jingħata kumpens lil membri tal-PSAs f'każ ta' inadempjenza.

(4)

L-Artikolu 85(2) tar-Regolment (UE) Nru 648/2012 jeħtieġ lill-Kummissjoni tħejji rapport li jivvaluta jekk sarux l-isforzi meħtieġa mis-CCPs biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa għat-trasferiment ta' kollateral mhux fi flus bħala MV mill-PSAs. Sabiex twettaq il-valutazzjoni, il-Kummissjoni ordnat studju ta' referenza dwar soluzzjonijiet għad-depożitar ta' kollateral mhux fi flus għand kontropartijiet ċentrali minn arranġamenti ta' skemi tal-pensjoni, kif ukoll dwar l-impatt tat-tneħħija tal-eżenzjoni fin-nuqqas ta' soluzzjoni f'termini tat-tnaqqis fl-introjtu tal-irtirar għall-pensjonanti li huma benefiċjarji tal-PSAs milquta. Fit-3 ta' Frar 2015 il-Kummissjoni adottat r-rapport tagħha (2) fuq din il-bażi.

(5)

Skont is-sejbiet tar-rapport tagħha, il-Kummissjoni qieset li sal-lum għadu ma sarx l-isforz meħtieġ biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet tekniċi xierqa mis-CCPs u li l-effett ħażin jekk il-kuntratti tad-derivattivi OTC jiġu kklerjati ċentralment fuq il-benefiċċji tal-irtirar tal-pensjonanti futuri għadu l-istess. Għaldaqstant ġie adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1515 (3) li jestendi l-perjodu tranżizzjonali ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 b'sentejn.

(6)

Minn dak iż-żmien il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika li għalqet f'Awwissu 2015 biex tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 85(1) ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni kkonsultat lill-pubbliku wkoll dwar Sejħa għall-Evidenza dwar il-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji. L-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u s-sottomissjonijiet għal Sejħa għall-Evidenza kkonfermaw li sal-lum għadu ma sarx l-isforz meħtieġ biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet tekniċi xierqa mis-CCPs u li l-effett ħażin jekk il-kuntratti tad-derivattivi OTC jiġu kklerjati ċentralment fuq il-benefiċċji tal-irtirar tal-pensjonanti futuri baqa' l-istess, l-istess kif jgħid ir-Rapport tal-Kummissjoni.

(7)

Il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ għalhekk li jiġi estiż aktar.

(8)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun biex jippermetti li l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali eżistenti sseħħ qabel l-iskadenza jew malajr kemm jista' jkun warajha. Dħul fis-seħħ iktar tard jista' jwassal għal inċertezza ġuridika għall-arranġamenti ta' skemi tal-pensjonijiet dwar jekk jeħtiġux li jibdew iħejju għall-obbligi tal-ikklerjar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Sas-16 ta' Awwissu 2018, l-obbligu ta' kklerjar stabbilit fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-arranġamenti ta' skemi tal-pensjoni kif definit fl-Artikolu 2(10). Il-perjodu ta' tranżizzjoni japplika wkoll għall-entitajiet stabbiliti għall-fini li jagħtu kumpens lil membri ta' arranġamenti ta' skemi tal-pensjoni f'każ ta' inadempjenza.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Rapport tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 85(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet, li jivvaluta l-progress u l-isforz magħmul mis-CCPs fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi għat-trasferiment minn arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet ta' kollateral mhux fi flus kontanti bħal marġini ta' varjazzjoni, kif ukoll il-bżonn ta' kull miżura biex tiffaċilita tali soluzzjoni (COM(2015) 39 finali tat-3 ta' Frar 2015).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1515 tal-5 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 63).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/611

tad-29 ta' Marzu 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-dejta li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom jinbidlu biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

119,3

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

136,3

0

AR

140,9

0

BR

0207 14 10

Qatgħat tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, mingħajr għadam, iffriżati

284,4

5

AR

193,2

33

BR

298,6

0

CL

235,5

19

TH

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

381,1

0

BR

302,9

0

CL

0408 91 80

Bajd, imnixxef, mingħajr qoxra

350,0

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ

174,6

37

BR


(1)  In-Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘oriġinijiet oħrajn’.


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/612

tat-30 ta' Marzu 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mar-rata tal-inflazzjoni b'effett mill-1 ta' April 2017

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta' Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b'mod partikolari l-ħames paragrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jikkonsisti minn kontribuzzjoni mingħand l-Unjoni u miżati li jitħallsu lilha mill-impriżi. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta' dawn il-miżati.

(2)

Dawn il-miżati għandhom jiġu aġġornati b'referenza għar-rata tal-inflazzjoni tal-2016. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, skont kif ippubblikaha l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, fl-2016 kienet 1,2 %.

(3)

Għal raġunijiet ta' sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta' April 2017.

(6)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95, l-aġġornament għandu jsir b'effett mill-1 ta' April 2017. Għalhekk jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li jibda japplika minn din id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 278 800” jinbidel għal “EUR 282 100”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 28 000” jinbidel għal “EUR 28 300”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”,

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 108 200” jinbidel għal “EUR 109 500”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 180 200” jinbidel għal “EUR 182 400”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 10 800” jinbidel għal “EUR 10 900”,

fir-raba' subparagrafu, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”,

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 83 700” jinbidel għal “EUR 84 700”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 900 sa EUR 62 700” jinbidel għal “EUR 21 200 sa EUR 63 500”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu tal-punt (a), “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”,

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 83 700” jinbidel għal “EUR 84 700”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 900 sa EUR 62 700” jinbidel għal “EUR 21 200 sa EUR 63 500”;

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 13 800” jinbidel għal “EUR 14 000”;

(d)

fil-paragrafu 4, “EUR 20 900” jinbidel għal “EUR 21 200”;

(e)

fil-paragrafu 5, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”;

(f)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 100 000” jinbidel għal “EUR 101 200”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 24 900 sa EUR 74 900” jinbidel għal “EUR 25 200 sa EUR 75 800”;

(2)

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4, “EUR 69 400” jinbidel għal “EUR 70 200”;

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 139 600” jinbidel għal “EUR 141 300”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 13 800” jinbidel għal “EUR 14 000”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”,

ir-raba' subparagrafu hu emendat kif ġej:

“EUR 69 400” jinbidel għal “EUR 70 200”,

“EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 69 400” jinbidel għal “EUR 70 200”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 117 800” jinbidel għal “EUR 119 200”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 13 800” jinbidel għal “EUR 14 000”,

fir-raba' subparagrafu, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”,

il-ħames subparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 34 900” jinbidel għal “EUR 35 300”,

“EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”;

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 34 900” jinbidel għal “EUR 35 300”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 8 700 sa EUR 26 200” jinbidel għal “EUR 8 800 sa EUR 26 500”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu tal-punt (a), “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 41 800” jinbidel għal “EUR 42 300”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 10 500 sa EUR 31 500” jinbidel għal “EUR 10 600 sa EUR 31 900”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”;

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”;

(d)

fil-paragrafu 4, “EUR 20 900” jinbidel għal “EUR 21 200”;

(e)

fil-paragrafu 5, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”;

(f)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 33 400” jinbidel għal “EUR 33 800”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 8 300 sa EUR 24 900” jinbidel għal “EUR 8 400 sa EUR 25 200”;

(4)

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, “EUR 41 800” jinbidel għal “EUR 42 300”;

(5)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, “EUR 69 400” jinbidel għal “EUR 70 200”,

(b)

fit-tieni paragrafu, “EUR 20 900” jinbidel għal “EUR 21 200”;

(6)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 83 700” jinbidel għal “EUR 84 700”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 41 800” jinbidel għal “EUR 42 300”,

(iii)

fir-raba' subparagrafu, “EUR 20 900 sa EUR 62 700” jinbidel għal “EUR 21 200 sa EUR 63 500”,

(iv)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 10 500 sa EUR 31 500” jinbidel għal “EUR 10 600 sa EUR 31 900”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 278 800” jinbidel għal “EUR 282 100”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 139 600” jinbidel għal “EUR 141 300”,

(iii)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 3 000 sa EUR 240 300” jinbidel għal “EUR 3 000 sa EUR 243 200”,

(iv)

fis-sitt subparagrafu, “EUR 3 000 sa EUR 120 300” jinbidel għal “EUR 3 000 sa EUR 121 700”;

(c)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, “EUR 7 000” jinbidel għal “EUR 7 100”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta' April 2017.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/613

tat-30 ta' Marzu 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

288,4

IL

288,6

MA

109,9

TN

200,0

TR

108,5

ZA

81,7

ZZ

179,5

0707 00 05

TR

158,2

ZZ

158,2

0709 93 10

MA

53,9

TR

148,2

ZZ

101,1

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

48,5

IL

80,7

MA

49,6

TN

59,2

TR

77,4

ZA

99,3

ZZ

69,1

0805 50 10

TR

74,4

ZZ

74,4

0808 10 80

BR

111,8

CL

116,3

US

105,8

ZA

114,1

ZZ

112,0

0808 30 90

AR

117,2

CL

137,4

CN

74,5

MA

115,2

ZA

130,7

ZZ

115,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/614

tal-21 ta' Marzu 2017

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Hella DUNGER-LÖPER, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Gerry WOOP, Staatssekretär für Europa (Land Berlin).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCICLUNA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/14


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/615

tat-30 ta' Marzu 2017

li taċċetta proposta minn grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi rigward l-implimentazzjoni tal-impenn imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 25 tar-Regolament antisussidji bażiku,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin (“moduli”) u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (“CCCME” — China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlu. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju.

(4)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi.

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa 4 hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa “miżuri”.

(7)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi.

(8)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(9)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (12) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi.

(10)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (13) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(11)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (14) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(12)

Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali tal-forma tal-miżuri permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (15) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(13)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (16) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(14)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (17), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati kkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le

(15)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 (18), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kompensatorju definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati kkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le

(16)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (19) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(17)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (20) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

(18)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402 (21) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi oħra.

(19)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1998 (22) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

(20)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 (23) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi oħra.

(21)

Wara l-iskadenza u r-rieżami interim imsemmija fil-premessi 10–12, il-Kummissjoni żammet il-miżuri fis-seħħ bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 (24) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 (25).

(22)

Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali dwar il-forma tal-miżuri permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (26) fil-3 ta' Marzu 2017.

(23)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/454 (27) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal erba' produtturi esportaturi.

B.   IMPENN

1.   Implimentazzjoni tal-impenn

(24)

Fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-impenn, il-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME talbu konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni fis-6 ta' Marzu 2017. Il-produtturi esportaturi u s-CCCME argumentaw li l-prezz minimu ta' importazzjoni (MIP) għandu jiġi mblukkat fil-livell attwali tiegħu sakemm jitlesta r-rieżami interim parzjali msemmi fil-premessa 22.

(25)

Fin-notifika tagħhom, il-produtturi esportaturi u s-CCCME fakkru li l-għan tar-rieżami interim parzjali li għaddej, imniedi mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess, iservi fost l-oħrajn biex jinvestiga dwar jekk l-impenn ibbażat fuq il-MIP (soġġett għal mekkaniżmu ta' adattament perjodiku) jistax jibqa' jitqies bħala forma xierqa għall-miżuri. Peress li huwa marbut mal-mekkaniżmu ta' adattament, il-MIP għandu jinżamm fil-livell attwali tiegħu biex tkun evitata kull interferenza mar-rieżami interim parzjali li għaddej tul id-durata kollu tiegħu.

(26)

In-notifika tas-CCCME kienet disponibbli għall-partijiet interessati sabiex tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' difiża fir-rigward taż-żamma tal-MIP fil-livell attwali tiegħu għad-durata ta' dan ir-rieżami interim imsemmi fil-premessa 22.

2.   Sottomissjonijiet bil-miktub u valutazzjoni

(27)

Parti waħda sostniet li l-proposta tas-CCCME tirrappreżenta ksur tad-dispożizzjonijiet tal-impenn li jipprevedu li kull bidla fl-impenn jenħtieġ li tiġi introdotta permezz ta' rieżami interim li matulu d-dispożizzjonijiet kollha tal-impenn jibqgħu fis-seħħ. Din il-parti kompliet issostni li l-mekkaniżmu ta' adattament huwa awtomatiku u li ma hemm l-ebda raġuni prattika għaż-żamma tal-MIP fil-livell attwali sakemm joħroġ ir-riżultat tar-rieżami interim li għaddej.

(28)

Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel u qabel kollox li l-klawżola tal-impenn li l-parti rreferiet għaliha teskludi b'mod espliċitu mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha d-dispożizzjonijiet dwar l-adattament.

(29)

Barra minn hekk, hija l-operazzjoni tas-sistema ta' adattament tal-MIP li tabilħaqq tfasslet bħala waħda awtomatika. Ir-rieżami interim li għaddej dwar il-forma ta' mizuri jmiss l-essenza tal-miżura eżistenti iżda l-objettiv tiegħu mhuwiex fih innifsu li jirrevedi l-kontenut tal-impenn. Id-dispożizzjonijiet kollha tal-impenn jibqgħu fis-seħħ. L-awtomatiżmu tal-operazzjoni tal-mekkaniżmu ta' adattament ma jipprevjenix li parti li offriet l-impenn titlob għal modifika, wisq inqas waħda li hija ta' natura temporanja. Il-modifika hija biss żamma temporanja tal-MIP fil-livell attwali sakemm joħroġ ir-riżultat tar-rieżami interim li għaddej dwar il-forma tal-miżuri.

(30)

Il-parti rreferiet ukoll għal investigazzjoni ta' rieżami konkluża mill-Kummissjoni permezz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/12 (28). Dan ir-rieżami, madankollu, intalab minn parti esterna għall-impenn bl-għan li jiġi esplorat prezz ta' riferiment alternattiv għall-mekkaniżmu ta' adattament (alternattiva sekondarja li mhijiex operattiva minnufih). Ir-rieżami interim li għaddej jiffoka fuq il-ħtieġa li terġa' tiġi kkunsidrata l-forma tal-miżuri bħala tali. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li f'okkażjoni oħra, l-MIP inżamm fl-istess livell (29) sakemm ġiet adottata l-kjarifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE.

(31)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-pretensjonijiet tal-parti huma b'dan, rifjutati.

3.   L-aċċettazzjoni taż-żamma tal-MIP fil-livell attwali għad-durata tar-rieżami interim li għaddej

(32)

Għalhekk, fuq il-bażi tan-notifika mill-produtturi esportaturi u s-CCCME, il-Kummissjoni tqis xieraq li taċċetta l-proposta għall-iffriżar tal-MIP sat-tlestija tar-rieżami interim parzjali li għaddej imsemmi fil-premessa 22 u li jingħalqu l-konsultazzjonijiet mal-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proposta għaż-żamma tal-MIP fil-livell applikabbli ta' Marzu 2017 għall-impenn aċċettat, ippreżentata mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, kif sussegwentement emendata, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi, b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina sakemm jiġi konkluż ir-rieżami interim parzjali imniedi mill-Kummissjoni (30), hija b'dan aċċettata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(4)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(5)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(8)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(9)  ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(10)  ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.

(11)  ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.

(12)  ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.

(13)  ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.

(14)  ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.

(15)  ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.

(16)  ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.

(17)  ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.

(18)  ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.

(19)  ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.

(20)  ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.

(21)  ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16.

(22)  ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8.

(23)  ĠU L 333, 8.12.2016, p. 4.

(24)  ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1.

(25)  ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131.

(26)  ĠU C 67, 3.3.2017, p. 16.

(27)  ĠU L 71, 16.3.2017, p. 5.

(28)  ĠU L 4, 7.1.2016, p. 1.

(29)  Ittra tat-13 ta' Ġunju 2014 magħmula disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati

(30)  ĠU C 67, 3.3.2017, p. 16.