ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 85

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
30 ta' Marzu 2017

Werrej

III   Atti oħrajn

Paġna

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 197/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/504]

1

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/505]

5

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 199/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/506]

7

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 200/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/507]

8

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 201/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/508]

9

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 202/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/509]

11

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 203/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/510]

12

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 204/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/511]

14

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 205/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/512]

16

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/513]

18

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 207/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/514]

20

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/515]

22

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 209/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/516]

24

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/517]

26

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 211/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/518]

28

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 212/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/519]

29

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 213/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/520]

31

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 214/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/521]

33

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 215/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/522]

35

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 216/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/523]

36

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/524]

38

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 218/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/525]

39

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 219/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) tal-Ftehim ŻEE [2017/526]

41

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 220/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/527]

43

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 221/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/528]

44

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 222/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/529]

45

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 223/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/530]

46

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 224/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/531]

48

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/532]

49

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 226/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/533]

50

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 227/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/534]

51

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/535]

52

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/536]

53

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 230/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/537]

57

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 231/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/538]

58

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 232/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/539]

59

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/1

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 197/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/504]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 790/2010 tas-7 ta' Settembru 2010 li jemenda l-Annessi VII, X u XI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2011 tad-29 ta' Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta' ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2012 tat-13 ta' Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta' ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tat-tranżitu ta' ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bożnja u Ħerzegovina (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 811/2003 (9), (KE) Nru 878/2004 (10), (KE) Nru 79/2005 (11), (KE) Nru 92/2005 (12), (KE) Nru 181/2006 (13), (KE) Nru 197/2006 (14), (KE) Nru 1192/2006 (15), (KE) Nru 2007/2006 (16) u d-Deciżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/322/KE (17), 2003/324/KE (18) and 2004/407/KE (19), li huma inkorporati fil-Ftheim ŻEE u li konsegwentament għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(11)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 jinbidel b'dan li ġej:

32009 R 1069: Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Id-data msemmija fl-Artikolu 55 għall-Istati tal-EFTA għandha tkun id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fil-Ftehim ŻEE.

(b)

Dan l-att japplika għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.”

2.

Li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“9c.

32011 R 0142: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1),

kif emendat b':

32011 R 0749: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2011 tad-29 ta' Lulju 2011 (ĠU L 198, 30.7.2011, p. 3),

32012 R 1063: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2012 tat-13 ta' Novembru 2012 (ĠU L 314, 14.11.2012, p. 5),

32013 R 0555: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 164, 18.6.2013, p. 11),

32014 R 0592: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 33).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw mal-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness XV, il-kliem “jew iddestinat għan-Norveġja” jiżdied wara l-kliem “ddestinat għal Stat Membru elenkat fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 546/2006”.

(b)

Fil-paragrafu (c) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV, il-kliem “jew Svalbard” jiżdiedu wara l-kliem “Tabella 2”.

Dan l-att japplika għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (UE) Nru 790/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 749/2011, (UE) Nru 1063/2012, (UE) Nru 555/2013 u (UE) Nru 592/2014, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 237, 8.9.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 198, 30.7.2011, p. 3.

(5)  ĠU L 314, 14.11.2012, p. 5.

(6)  ĠU L 164, 18.6.2013, p. 11.

(7)  ĠU L 165, 4.6.2014, p. 33.

(8)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 14.

(10)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 62.

(11)  ĠU L 16, 20.1.2005, p. 46.

(12)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27.

(13)  ĠU L 29, 2.2.2006, p. 31.

(14)  ĠU L 32, 4.2.2006, p. 13.

(15)  ĠU L 215, 5.8.2006, p. 10.

(16)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98.

(17)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 32.

(18)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.

(19)  ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 197/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li tinkorpora r- Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 fil-Ftehim ŻEE

“Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 jittrattaw l-esportazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti hija mingħajr ħsara għall-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.”

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/5

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 198/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/505]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 294/2013 tal-14 ta' Marzu 2013 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta' ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva (1), kif korret permezz tal-ĠU L 226, 24.8.2013, p. 44, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0294: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 294/2013 tal-14 ta' Marzu 2013 (ĠU L 98, 6.4.2013, p. 1), kif korrett permezz tal-ĠU L 226, 24.8.2013, p. 44.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 294/2013, kif korretti fil-ĠU L 226, 24.8.2013, p. 44, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 197/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 98, 6.4.2013, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/7

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 199/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/506]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-entrati għall-benessri tal-annimali f'ċerti ċertifikati mudell tas-saħħa (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0717: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 717/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 197/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 201, 26.7.2013, p. 31.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/8

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 200/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/507]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/9 tas-6 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0009: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/9 tas-6 ta' Jannar 2015 (ĠU L 3, 7.1.2015, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/9 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 197/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 3, 7.1.2015, p. 10.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/9

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 201/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/508]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 483/2014 tat-8 ta' Mejju 2014 dwar miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea fil-porċini kkawżata minn deltakoronavirus fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' sprej ta' demm imnixxef u plażma tad-demm ta' oriġini porċina maħsuba għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali porċini mrobbija (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“9d.

32014 R 0483: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 483/2014 tat-8 ta' Mejju 2014 dwar miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea fil-porċini kkawżata minn deltakoronavirus fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' sprej ta' demm imnixxef u plażma tad-demm ta' oriġini porċina maħsuba għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali porċini mrobbija (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 52).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 483/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 197/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 138, 13.5.2014, p. 52.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 1 tal-Ġurnal Uffiċjali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/11

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 202/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/509]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/186 tas-6 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu, iċ-ċomb, il-merkurju, l-endosulfan u ż-żerriegħa tal-Ambrosja (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0186: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/186 tas-6 ta' Frar 2015 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/186 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 11.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/12

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 203/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/510]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/661 tat-28 ta' April 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/662 tat-28 ta' April 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-karnitina u tal-L-karnitina L-tartrat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/722 tal-5 ta' Mejju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tawrina bħala addittiv fl-għalf għal Canidae, Felidae, Mustelidae u l-ħut karnivoru (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/723 tal-5 ta' Mejju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bijotina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/724 tal-5 ta' Mejju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (5), kif rettifikat mill-ĠU L 130, 28.5.2015, p. 19, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(7)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 130 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/518) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“131.

32015 R 0661: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/661 tat-28 ta' April 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 1).

132.

32015 R 0662: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/662 tat-28 ta' April 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-karnitina u tal-L-karnitina L-tartrat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 5).

133.

32015 R 0722: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/722 tal-5 ta' Mejju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tawrina bħala addittiv fl-għalf għal Canidae, Felidae, Mustelidae u l-ħut karnivoru (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 18).

134.

32015 R 0723: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/723 tal-5 ta' Mejju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bijotina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 22).

135.

32015 R 0724: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/724 tal-5 ta' Mejju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, kif korrett mill-(ĠU L 115, 6.5.2015, p. 25, kif rettifikat mill-ĠU L 130, 28.5.2015, p. 19.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/661, (UE) 2015/662, (UE) 2015/722, (UE) 2015/723 u (UE) 2015/724, kif rettifikati mill-ĠU L 130, 28.5.2015, p. 19, fil-lingwa Iżlandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 110, 29.4.2015, p. 1.

(2)  ĠU L 110, 29.4.2015, p. 5.

(3)  ĠU L 115, 6.5.2015, p. 18.

(4)  ĠU L 115, 6.5.2015, p. 22.

(5)  ĠU L 115, 6.5.2015, p. 25.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/14

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 204/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/511]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/165 tat-3 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-aċidu lattiku, Lecanicillium muscarium razzaVe6, il-kitosan kloridrat u Equisetum arvense L. f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/401 tal-25 ta' Frar 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-aċetamiprid, il-kromafenożid, iċ-ċjażofammid, id-dikamba, id-difenokonażol, il-fenpirażammina, il-fluważinam, il-formetanat, in-nikotina, il-penkonażol, il-pimetrożina, il-piraklostrobin, it-taw-fluvalinat u t-tebukonażol f'ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0165: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/165 tat-3 ta' Frar 2015 (ĠU L 28, 4.2.2015, p. 1),

32015 R 0401: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/401 tal-25 ta' Frar 2015 (ĠU L 71, 14.3.2015, p. 114).”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/165 u (UE) 2015/401 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 28, 4.2.2015, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 14.3.2015, p. 114.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/16

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 205/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/512]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/399 tal-25 ta' Frar 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-1,4-dimetilnaftalen, il-benfurakarb, il-karbofuran, il-karbosulfan, l-etefon, il-fenamidon, il-fenvalerat, il-feneżamid, il-furatijokarb, l-imażapir, il-malatijon, il-pikossistrobin, l-ispirotetramat, it-tepralossidim u t-triflossitrobin f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/400 tal-25 ta' Frar 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu fil-każ taż-żejt tal-għadam, il-monossidu tal-karbonju, iċ-ċiprodinil, id-dodemorfu, l-iprodion, il-metaldeid, il-metażaklor, il-pitrolju (CAS 64742-54-7), iż-żjut minerali (petroleum oils) (CAS 92062-35-6) u l-propargit f'ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/552 tas-7 ta' April 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-1,3-dikloropropen, il-bifenoks, id-dimetenammid-P, il-proeżadjon, it-tolilfluwanid u t-trifluralina f'ċerti prodotti jew fuqhom (3), kif korrett fil-ĠU L 94, 10.4.2015, p. 8, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0399: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/399 tal-25 ta' Frar 2015 (ĠU L 71, 14.3.2015, p. 1),

32015 R 0400: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/400 tal-25 ta' Frar 2015 (ĠU L 71, 14.3.2015, p. 56),

32015 R 0552: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/552 tas-7 ta' April 2015 (ĠU L 92, 8.4.2015, p. 20), kif korrett fil-ĠU L 94, 10.4.2015, p. 8.”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0399: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/399 tal-25 ta' Frar 2015 (ĠU L 71, 14.3.2015, p. 1),

32015 R 0400: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/400 tal-25 ta' Frar 2015 (ĠU L 71, 14.3.2015, p. 56),

32015 R 0552: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/552 tas-7 ta' April 2015 (ĠU L 92, 8.4.2015, p. 20), kif korrett fil-ĠU L 94, 10.4.2015, p. 8.”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/399 u tar-Regolamenti (UE) 2015/400 u (UE) 2015/552, kif ikkoreġuti permezz tal-ĠU L 94, 10.4.2015, p. 8, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 71, 14.3.2015, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 14.3.2015, p. 56.

(3)  ĠU L 92, 8.4.2015, p. 20.

(*1)  Ma hemm indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/18

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 206/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/513]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/603 tat-13 ta' April 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-aċidu 2-naftilossaċetiku, l-aċetoklor, il-kloropikrin, id-diflufenikan, il-flurprimidol, il-flutolanil u l-ispinosad f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0603: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/603 tat-13 ta' April 2015 (ĠU L 100, 17.4.2015, p. 10).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0603: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/603 tat-13 ta' April 2015 (ĠU L 100, 17.4.2015, p. 10).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/603 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 100, 17.4.2015, p. 10.

(*1)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/20

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 207/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/514]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplementa u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi li jintużaw għall-agrikoltura u għall-forestrija (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

32014 R 1322: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 40 (ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“40a.

32014 R 1322: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi li jintużaw għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2015 tal-25 ta' Frar 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/22

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 208/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/515]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2015/254 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2015 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva (UE) 2015/254 tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b'hekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 54g (id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE) fil-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi sostitwit b'li ġej:

“54 g.

32015 L 0254: Id-Direttiva (UE) 2015/254 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2015 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel (ĠU L 43, 18.2.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/254 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 43, 18.2.2015. p. 1.

(2)  ĠU L 52, 4.3.1993. p. 18.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/24

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 209/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/516]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/639 tat-23 ta' April 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-diossidu tas-silikon (E 551) fil-kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol(E 1209) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/647 tal-24 ta' April 2015 li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/648 tal-24 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E,6Z)-nonadienammid (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/649 tal-24 ta' April 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-L-lewċina bħala portatriċi għall-pilloli dolċifikanti għal fuq il-mejda (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(6)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 0639: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/639 tat-23 ta' April 2015 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 16),

32015 R 0647: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/647 tal-24 ta' April 2015 (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 1),

32015 R 0649: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/649 tal-24 ta' April 2015 (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 17).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzs (Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 0648: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/648 tal-24 ta' April 2015 (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 15).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 69 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012):

“—

32015 R 0649: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/649 tal-24 ta' April 2015 (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/639, (UE) 2015/647, (UE) 2015/648 u (UE) 2015/649 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 106, 24.4.2015, p. 16.

(2)  ĠU L 107, 25.4.2015, p. 1.

(3)  ĠU L 107, 25.4.2015, p. 15.

(4)  ĠU L 107, 25.4.2015, p. 17.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/26

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 210/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/517]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/539 tal-31 ta' Marzu 2015, li jawtorizza dikjarazzjoni sanitarja dwar l-ikel, ħlief dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodottital-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzzp (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012):

“—

32015 R 0539: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/539 tal-31 ta' Marzu 2015 (ĠU L 88, 1.4.2015, p. 7).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 98 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/402):

“99.

32015 R 0539: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/539 tal-31 ta' Marzu 2015 li jawtorizza dikjarazzjonijiet sanitarji dwar l-ikel, ħlief dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 (ĠU L 88, 1.4.2015, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/539 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 88, 1.4.2015, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/28

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 211/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/518]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/446 tas-17 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “barium selenate” (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiġi miżjud fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0446: Ir-Regolament ta' Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/446 tas-17 ta' Marzu 2015 (ĠU L 74, 18.3.2015, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/446 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 74, 18.3.2015, p. 18.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/29

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 212/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/519]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/565 tat-8 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 2006/86/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għall-kodifikar ta' tessuti u ċelluli umani (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/566 tat-8 ta' April 2015 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE dwar il-proċeduri għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza ta' tessuti u ċelloli importati (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 15z (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE):

“, kif emendat bi:

32015 L 0565: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/565 tat-8 ta' April 2015 (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 43).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 16 (ir-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“17.

32015 L 0566: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/566 tat-8 ta' April 2015 li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE dwar il-proċeduri għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza ta' tessuti u ċelloli importati (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 56).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi (UE) 2015/565 u (UE) 2015/566 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 93, 9.4.2015, p. 43.

(2)  ĠU L 93, 9.4.2015, p. 56.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/31

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 213/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/520]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 iħassar id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b'effett minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fl-Artikolu 82(3) tar-Regolament (UE) Nru 536/2014, iżda fi kwalunkwe każ mhux qabel it-28 ta' Mejju 2016.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 17 (id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/566):

“18.

32014 R 0536: Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158 27.5.2014, p. 1).”

2.

It-test tal-punt 15o (id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitneħħa b'effett minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-avviż msemmi fl-Artikolu 82(3) tar-Regolament (UE) Nru 536/2014, iżda fi kwalunkwe każ mhux qabel it-28 ta' Mejju 2016.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 536/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/33

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 214/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/521]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/646 tat-23 ta' April 2015 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kulturi tal-batterji intenzjonati li jirriduċu s-solidi organiċi u li jitqiegħdu fis-suq għal dak il-għan (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/655 tat-23 ta' April 2015 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formulazzjoni bbażata fuq il-polidimetilsilossan li tqiegħed fis-suq għall-kontroll tan-nemus (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12nnc (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/402/UE) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE:

“12nnd.

32015 D 0646: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/646 tat- 23 ta' April 2015 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kulturi tal-batterji intenzjonati li jirriduċu s-solidi organiċi u li jitqiegħdu fis-suq għal dak il-għan (ĠU L 106 24.4.2015, p. 79).

12nne.

32015 D 0655: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/655 tat- 23 ta' April 2015 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formulazzjoni bbażata fuq il-polidimetilsilossan li tqiegħed fis-suq għall-kontroll tan-nemus (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 75).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/646 u (UE) 2015/655 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 106, 24.4.2015, p. 79.

(2)  ĠU L 107, 25.4.2015, p. 75.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/35

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 215/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/522]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/863 tal-31 ta' Marzu 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-lista ta' sustanzi ristretti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej huwa miżjud mal-punt 12q (id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 L 0863: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/863 tal-31 ta' Marzu 2015 (ĠU L 137, 4.6.2015, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva Delegata (UE) 2015/863 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 137, 4.6.2015, p. 10.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/36

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 216/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/523]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta' batteriji u akkumulaturi portabbli li jkun fihom il-kadmju maħsuba għall-użu f'għodda mingħajr fil imħaddma bl-enerġija, u ta' ċelluli buttuna li fihom kontenut baxx ta' merkurju, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/603/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2013/56/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/603/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 12x (id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 L 0056: Id-Direttiva 2013/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 5).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

L-Artikolu 17 ma japplikax għal-Liechtenstein.”

2.

It-test ta' punt 12zt (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/603/KE) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/56/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 329, 10.12.2013, p. 5.

(2)  ĠU L 206, 8.8.2009, p. 13.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/38

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 217/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/524]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 13zzzzs (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/553) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“13zzzzt.

32015 R 0408: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/408 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/39

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 218/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/525]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2013 tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-ħatra u s-superviżjoni tal-korpi nnotifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem u d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/473/UE tal-24 ta' Settembru 2013 dwar l-awditjar u l-valutazzjonijiet imwettqin minn korpi notifikati fil-qasam ta' apparati mediċi (2) li għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXX tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 9 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2012):

“10.

32013 R 0920: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2013 tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-ħatra u s-superviżjoni tal-korpi nnotifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem u d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi (ĠU L 253, 25.9.2013, p. 8).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/172/UE) taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA”:

“2.

32013 H 0473: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/473/UE tal-24 ta' Settembru 2013 dwar l-awditjar u l-valutazzjonijiet imwettqin minn korpi notifikati fil-qasam ta' apparati mediċi (ĠU L 253, 25.9.2013, p. 27).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 920/2013 u tar-Rakkomandazzjoni 2013/473/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 253, 25.9.2013, p. 8.

(2)  ĠU L 253, 25.9.2013, p. 27.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/41

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 219/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) tal-Ftehim ŻEE [2017/526]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness V tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7 (imħassar) tal-Anness V tal-Ftehim ŻEE:

“8.

32014 L 0054: Id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 8).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-kliem “ċittadini tal-Unjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u l-Istati tal-EFTA”.

(b)

Il-kliem “ħaddiema tal-Unjoni” għandhom jiġu ssotwiti bil-kelma “ħaddiema”.

(c)

Fl-Artikolu 1 u 3, il-kliem “l-Artikolu 45 TFUE” jinbidel bil-kliem “l-Artikolu 28 tal-Ftehim ŻEE”.

(d)

Fl-Artikolu 4, il-kliem “ir-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “ir-regoli dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema skont il-Ftehim ŻEE”.

(e)

Fl-Artikolu 6, il-kliem “dritt tal-Unjoni”għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “il-Ftehim ŻEE”.

(f)

Fl-Artikolu 7, il-kliem “l-Artikolu 21 TFUE u” ma għandhomx japplikaw.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/54/UE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 128, 30.4.2014, p. 8.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/43

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 220/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/527]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta' Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5czj (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE:

“5czk.

32015 D 0750: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta' Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi ta' 1 452-1 492 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (ĠU L 119, 12.5.2015, p. 27).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/750 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 119, 12.5.2015, p. 27.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/44

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 221/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/528]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/974 tas-17 ta' Ġunju 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 D 0974: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/974 tas-17 ta' Ġunju 2015 (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 53).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/974 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 157, 23.6.2015, p. 53.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/45

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 222/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/529]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/653 tal-24 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 L 0653: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/653 tal-24 ta' April 2015 (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 68).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/653 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 107, 25.4.2015, p. 68.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/46

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 223/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/530]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati mas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 37ac (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE) u 37dg (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE):

“—

32014 R 1299: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1).”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 37n (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013):

“37o.

32014 R 1299: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati mas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1).

Ir-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

Dan li ġej għandu jiżdied fit-Taqsima 7.7.19.11 tal-Anness:

7.7.20.   Particular features of the Norwegian network

7.7.20.1.   Platform offsett (4.2.9.3)

P cases

As set out in point 4.2.9.3(1), the distance between the track centre and the platform edge parallel to the running plane (bq ), as defined in chapter 13 of EN 15273-3:2013, shall be calculated with the following values for allowed additional overthrow (Skin ):

(a)

on the inside of the curve: Skin = 40,5/R

(b)

on the outside of the curve: Skin = 31,5/R” (Ma teżistix traduzzjoni bil-Malti).

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1299/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis- 26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/48

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 224/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/531]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/302 tal-25 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 37dj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0302: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/302 tal-25 ta' Frar 2015 (ĠU L 55, 26.2.2015, p. 2).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/302 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 55, 26.2.2015, p. 2.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/49

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 225/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/532]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 37m (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE):

“—

32014 R 1300: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 37m (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE):

“37ma.

32014 R 1300: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (2) li tinkorpora d-Direttiva 2012/34/UE fil-Ftehim ŻEE, skont liema data tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  Għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/50

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 226/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/533]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329 tal- 31 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tat-tħaddim minn trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni ta' inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66nf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 D 1329: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329 tal-31 ta' Lulju 2015 (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1329 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il- 25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 21.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/51

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 227/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/534]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088 tat-3 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward ta' tnaqqis għall-proċeduri ta' manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32015 R 1088 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088 tat-3 ta' Lulju 2015 (ĠU L 176, 7.7.2015, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1088 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 176, 7.7.2015, p. 4.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/52

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 228/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/535]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014 tas- 26 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 73/2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 66wn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“66wo.

32010 R 0073: Ir-Regolament tal-Kummissojni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta ' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6), kif emendat bi:

32014 R 1029: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014 tas- 26 ta' Settembru 2014 (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 73/2010 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1029/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6.

(2)  ĠU L 284, 30.9.2014, p. 9.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/53

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 229/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/536]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), kif irranġata mill-ĠU L 158, 19.6.2012, p. 25, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE tal- 10 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/119/UE tal- 10 ta' Frar 2012 li tistipula r-regoli rigward gwida dwar il-ġbir tad-dejta u t-tfassil tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (3) kif irranġata mill-ĠU L 328, 28.11.2012, p. 27, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/134/UE tat- 28 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-manifattura tal-ħġieġ (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/135/UE tat-28 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-manifattura tal-ħadid u tal-azzar (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/249/UE tas-7 ta' Mejju 2012 rigward id-determinazzjoni tal-bidu u tat-tmiem tat-tħadidim għall-finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq emissjonijiet industrijali (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/795/UE tat-12 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE tal-11 ta' Frar 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-ikkonzar tal-ġlud (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/163/UE tas-26 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjonijiet tas-siment, il-ġir u l-ossidu tal-manjeżju (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/732/UE tad-9 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-produzzjoni ta' chlor-alkali (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/687/UE tat-26 ta' Settembru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun (11) kif ikkoreġuta mill-ĠU L 348, 4.12.2014, p. 30, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(12)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/738/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emmissjonijiet industrijali, għar-raffinar taż-żejt minerali u l-gass (12) kif ikkoreġuta mill-ĠU L 62, 6.3.2015, p. 35, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(13)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/768/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli dwar tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet applikati f'raffineriji taż-żejt minerali u tal-gass, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Id-Direttivi tal-Kunsill 89/369/KEE (14), 89/429/KEE (15) u 94/67/KE (16), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ġew imħassra mid-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (17), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenzi għad-Direttivi 89/369/KEE, 89/429/KEE u 94/67/KE għandhom jitħassru mill-Ftehim ŻEE.

(15)

Id-Direttiva 2010/75/UE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 78/176/KEE (18), 82/883/KEE (19), 92/112/KEE (20) u 1999/13/KE (21), u d-Direttivi 2000/76/KE u 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (22), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentament se jiġu mħassra taħt il-Ftehim ŻEE.

(16)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/631/UE (23), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ma għadiex valida u konsegwentement għandha tiġi mħassra skont il-Ftehim ŻEE.

(17)

Id-Direttiva 2010/75/UE tħassar, b'effett mill-1 ta' Jannar 2016, id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li għaldaqstant għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

(18)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti 1f (id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) sa 1fd (Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/631/UE) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1f.

32010 L 0075: Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni), (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17), kif irranġata mill-ĠU L 158, 19.6.2012, p. 25.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Fiż-żmien tal-inkorporazzjoni tad-Direttiva f'dan il-Ftehim, ma hemm l-ebda impjanti kbar ta' kombustjoni, impjanti ta' inċinerazzjoni jew ta' koinċinerazzjoni tal-iskart u installazzjonijiet li jipproduċu d-dijossidu tat-titanju kif imsemmi fil-Kapitoli III, IV u VI tad-Direttiva fis-seħħ fil-Liechtenstein. Il-Liechtenstein ser jikkonforma mad-dispożizzjonijiet korrispondenti jekk u meta tali impjanti u installazzjonijiet jiġu mħaddma.

1fa.

32012 D 0115: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE tal-10 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 52, 24.2.2012, p. 12).

1fb.

32012 D 0119: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/119/UE tal- 10 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi r-regoli rigward gwida dwar il-ġbir tad-dejta u t-tfassil tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 63, 2.3.2012, p. 1), kif irranġata mill-ĠU L 328, 28.11.2012, p. 27.

1fc.

32012 D 0134: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/134/UE tat-28 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għal-manifattura tal-ħġieġ (ĠU L 70, 8.3.2012, p. 1).

1fd.

32012 D 0135: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/135/UE tat-28 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar (ĠU L 70, 8.3.2012, p. 63).

1fe.

32012 D 0249: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/249/UE tas-7 ta' Mejju 2012 rigward id-determinazzjoni ta' perjodi tat-tqabbid u tat-tifi għal finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq emissjonijiet industrijali (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 44).

1ff.

32012 D 0795: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/795/UE tat-12 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 57).

1fg.

32013 D 0084: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE tal-11 ta' Frar 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-ikkonzar tal-ġlud (ĠU L 45, 16.2.2013, p. 13).

1fh.

32013 D 0163: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/163/UE tas-26 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għas-siment, ġir u ossidu tal-manjeżju (ĠU L 100, 9.4.2013, p. 1).

1fi.

32013 D 0732: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/732/UE tad-9 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-produzzjoni ta' chlor-alkali (ĠU L 332, 11.12.2013, p. 34).

1fj.

32014 D 0687: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/687/UE tat-26 ta' Settembru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni ta' polpa, karta u kartun (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 76), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 348, 4.12.2014, p. 30.

1fk.

32014 D 0738: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/738/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għar-raffineriji taż-żejt minerali u l-gass (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 38), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 62, 6.3.2015, p. 35.

1fl.

32014 D 0768: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/768/UE tat- 30 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli dwar tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet applikati f'raffineriji taż-żejt minerali u tal-gass, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 1.11.2014, p. 15).”

2.

It-test tal-punti 20 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/369/KEE), 21 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/429/KEE), 21ab (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE), 21b (id-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE), 28 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/176/KEE), 30 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE), 32b (id-Direttiva tal-Kunsill 92/112/KEE) u 32f (id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u l-Appendiċi jitħassar.

3.

It-test tal-punt 19a (id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2010/75/UE, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 158, 19.6.2012, p. 25, u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/115/UE, 2012/119/UE, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 328, 28.11.2012, p. 27, 2012/134/UE, 2012/135/UE, 2012/249/UE, 2012/795/UE, 2013/84/UE, 2013/163/UE, 2013/732/UE, 2014/687/UE, kif ikkorreġuta mill-ĠU L 348, 4.12.2014, p. 30, 2014/738/UE, kif korretti bil-ĠU L 62, 6.3.2015, p. 35, u 2014/768/UE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu taż-ŻEE

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 334 17.12.2010, p. 17.

(2)  ĠU L 52 24.2.2012, p. 12.

(3)  ĠU L 63 2.3.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 70 8.3.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 70 8.3.2012, p. 63.

(6)  ĠU L 123 9.5.2012, p. 44.

(7)  ĠU L 349 19.12.2012, p. 57.

(8)  ĠU L 45 16.2.2013, p. 13.

(9)  ĠU L 100 9.4.2013, p. 1.

(10)  ĠU L 332 11.12.2013, p. 34.

(11)  ĠU L 284 30.9.2014, p. 76.

(12)  ĠU L 307 28.10.2014, p. 38.

(13)  ĠU L 315 1.11.2014, p. 15.

(14)  ĠU L 163 14.6.1989, p. 32.

(15)  ĠU L 203 15.7.1989, p. 50.

(16)  ĠU L 365 31.12.1994, p. 34.

(17)  ĠU L 332 28.12.2000, p. 91.

(18)  ĠU L 54 25.2.1978, p. 19.

(19)  ĠU L 378 31.12.1982, p. 1.

(20)  ĠU L 409 31.12.1992, p. 11.

(21)  ĠU L 85 29.3.1999, p. 1.

(22)  ĠU L 24 29.1.2008, p. 8.

(23)  ĠU L 247 24.9.2011, p. 47.

(24)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/57

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 230/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/537]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 660/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1234/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 li jemenda l-Annessi IIIB, V u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jinħtieġ li għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 0660: Ir-Regolament (UE) Nru 660/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-15 ta' Mejju 2014 (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 135),

32014 R 1234: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1234/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 (ĠU L 332, 19.11.2014, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 660/2014 u (UE) Nru 1234/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 135.

(2)  ĠU L 332, 19.11.2014, p. 15.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/58

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 231/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/538]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/459 tad-19 ta' Marzu 2015 li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2016 dwar iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ li għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18at (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013) tal- Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18au.

32015 R 0459: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/459 tad-19 ta' Marzu 2015 li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2016 dwar iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 76, 20.3.2015, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/459 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 76, 20.3.2015, p. 6.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/59

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 232/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/539]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/245 tas-16 ta' Frar 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2016 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar l-aċċess għas-servizzi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18id (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 112/2013) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18ie.

32015 R 0245: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/245 tas-16 ta' Frar 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2016 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar l-aċċess għas-servizzi (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/245 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD

(1)  ĠU L 41, 17.2.2015, p. 11.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.