|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
29.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/501
tat-12 ta' Ġunju 2015
dwar it-tariffi applikati minn hidroelectrica tar-rumanija għal S.C. ArcelorMittal Galați, S.C. Alro SA, S.C. Alpiq RomEnergie S.R.L., S.C. Alpiq RomIndustries S.R.L., S.C. Energy Financing Team Romania S.R.L. (EFT), S.C. Electrica S.A., S.C. Electromagnetica SA, S.C. Energy Holding S.R.L., S.C. EURO-PEC S.A., S.C. Luxten-Lighting Group S.A., S.C. Electrocarbon S.A. Slatina, u S.C. ELSID Titu S.A. — SA.33623 (2012/C), SA.33624 (2012/C), SA.33451 (2012/C) u SA.33581 (2012/C)
(notifikata bid-dokument C(2015) 3919)
(It-test bir-Rumen biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-għajnuna SA.33623 (2012/C, ex 11/NN) (1); SA. 33624 (2012/C, ex 2011/CP) (2); SA.33451 (2012/C, ex 2012/NN) (3); u SA. 33581 (2012/C) (4).
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-28 ta' Jannar 2011 u fit-2 ta' Awwissu 2011, il-Kummissjoni rċeviet tliet ilmenti mingħand il-fond ta' investiment S.C. FP Proprietatea S.A. (“FP” jew “l-ilmentatur”) b'rabta mal-bejgħ tal-elettriku minn S.C. Hidroelectrica S.A. (“Hidroelectrica”) lil diversi xerrejja bi prezzijiet allegatament stabbiliti f'livell inqas minn dak tas-suq. |
|
(2) |
Fil-25 ta' April 2012, il-Kummissjoni infurmat lir-Rumanija li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (5) (“TFUE”) fir-rigward tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat allegati, minn hawn 'il quddiem imsejħin flimkien bħala “d-deċiżjonijiet tal-ftuħ”:
|
|
(3) |
Id-deċiżjonijiet tal-ftuħ ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6). Il-Kummissjoni sejħet lill-awtoritajiet Rumeni u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
|
(4) |
Fit-23 ta' Lulju 2012 l-awtoritajiet Rumeni taw il-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet tal-ftuħ. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand 11 (7)-il parti interessata, jiġifieri:
|
|
(6) |
L-awtoritajiet Rumeni wieġbu għall-kummenti tal-partijiet interessati fil-15 ta' Jannar 2013 fil-każ SA.33624 u fl-24 ta' Marzu 2013 fil-każijiet SA.33451 u SA.33581. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Rumeni.
|
|
(8) |
L-awtoritajiet Rumeni pprovdew aktar informazzjoni:
|
|
(9) |
Fil-11 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni bagħtet talba għal aktar kjarifiki lil Energy Holding rigward il-kummenti tagħha li għamlet fil-każ SA.33451 (negozjanti tal-elettriku). Energy Holding wieġbet fit-8 ta' Mejju 2014. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni rċeviet aktar sottomissjonijiet mingħand il-partijiet interessati:
|
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA ALLEGATI
|
(11) |
Din it-taqsima tiddeskrivi l-partijiet kontraenti (jiġifieri Hidroelectrica u l-benefiċjarji allegati), kif ukoll il-kuntratti ta' bejgħ tal-elettriku, fil-kuntest tas-suq tal-elettriku tar-Rumanija. |
2.1. Il-partijiet kontraenti
2.1.1. Hidroelectrica
|
(12) |
Hidroelectrica twaqqfet fl-2000, meta l-Gvern Rumen ħoloq erba' kumpaniji indipendenti totalment tal-Istat. Hidroelectrica hija kkontrollata mid-dritt ordinarju tal-kumpaniji. Il-kapital azzjonarju tagħha huwa miżmum mill-Istat Rumen permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Kummerċ (80,056 %) u l-ilmentatur (19,943 %). L-Istat tar-Rumanija huwa rappreżentat fil-laqgħat ġenerali tal-azzjonisti u jaħtar membri tal-Bord tad-Diretturi ta' Hidroelectrica. Fil-fatt, il-membri tal-Bord tad-Diretturi ta' Hidroelectrica jistgħu jgħaqqdu din il-funzjoni ma' karigi mal-gvern (8). |
|
(13) |
Hidroelectrica hija l-produttur ewlieni tal-elettriku tar-Rumanija b'kapaċità tal-produzzjoni annwali ta' madwar 17,5 TWh f'sena idroloġika normali. Hidroelectrica tipproduċi l-elettriku permezz ta' digi u impjanti tal-ġenerazzjoni mingħajr riżervi. Madankollu, din il-produzzjoni hija soġġetta għal varjazzjonijiet kbar skont il-kundizzjonijiet idroloġiċi: fl-2004, il-produzzjoni ta' Hidroelectrica kienet ta' 17,6 Twh filwaqt li fl-2009 kienet ta' 16,4 TWh u fl-2010 kienet ta' 21,3 TWh. Fl-2013, is-sehem mis-suq ta' Hidroelectrica kien ta' 28,24 %, ikbar minn dak ta' Complexul Energetic Oltenia, produttur tal-elettriku ibbażat fuq faħam termali, b'sehem mis-suq ta' 20,83 % u Nuclearelectrica b'sehem mis-suq ta' 20,65 %. Kemm Complexul Energetic Oltenia kif ukoll Nuclearelectrica huma kumpaniji tal-Istat. |
|
(14) |
L-istruttura tal-kostijiet ta' Hidroelectrica hija kkaratterizzata minn kostijiet fissi għoljin (marbutin mal-amortizzazzjoni tad-digi tal-enerġija u tax-xogħlijiet ċivili u mal-manutenzjoni regolari) u kostijiet tal-produzzjonijiet varjabbli baxxi. L-idroelettriku spiss ikollu kostijiet marġinali inqas minn sorsi tal-elettriku oħrajn, b'mod partikolari l-karburanti fossili. Din l-istruttura tal-kostijiet ġejja mill-fatt li l-produzzjoni tal-elettriku bbażata fuq l-idroenerġija tipikament ma jkollhiex kostijiet tal-karburant jew kostijiet marġinali sinifikanti (9). Minn dan isegwi li l-politiki għall-bejgħ u l-irkupru sħiħ tal-kostijiet ogħla mill-kostijiet marġinali tal-produzzjoni fuq il-medda tal-produzzjoni mibjugħa mill-produtturi tal-idroenerġija huma fil-parti l-kbira ddeterminati b'mod individwali minn kull produttur. Apparti r-regola bażika li l-kostijiet sħaħ għandhom jiġu rkuprati fit-tul għall-ġenerazzjoni tal-idroenerġija (jew enerġija oħra), ma hemm ebda regola ekonomika preskrittiva jew normattiva għad-determinazzjoni tal-prezz ottimali bbażata biss fuq il-kostijiet għal segmenti speċifiċi ta' xerrejja fit-terminu qasir sa medju. Dan jaqta' barra, pereżempju, il-kWh kollha mibjugħin li bilfors iridu jagħtu l-istess kontribuzzjoni għall-irkupru sħiħ tal-kostijiet fissi, indipendentement mill-produzzjoni mibjugħa lil kull xerrej. Madankollu, minħabba d-dipendenza tagħha fuq il-livell ta' idroloġija u l-inabbiltà tagħha li taġġusta l-bażi tal-kostijiet fissi, Hidroelectrica hija, b'mod ġenerali, esposta fit-tul għal grad ta' riskju dovut għall-volatilità inkontrollabbli tal-produzzjoni tagħha u, konsegwentement, tar-rikavati tagħha. B'hekk, Hidroelectrica teħtieġ produzzjoni stabbli għall-produzzjoni tagħha fit-tul sabiex tagħmel rikavati stabbli u prevedibbli. |
|
(15) |
Sal-2005, meta ġew iffirmati ħafna mill-kuntratti investigati, l-istrateġija ta' Hidroelectrica kienet tinvolvi l-immodernizzar u l-bini ta' idrofaċilitajiet ġodda b'kapaċità ta' 1,6 GW. L-investiment sħiħ kien stmat għal EUR 5,9 biljun fil-perjodu 2005-2025. Il-programm ta' modernizzazzjoni kien jeħtieġ finanzjament estern ta' EUR 800 miljun. Hidroelectrica bdiet bil-proċedimenti ta' insolvenza fis-26 ta' Ġunju 2012 (10), u dawn intemmu fis-26 ta' Ġunju 2013 (11). Mill-25 ta' Frar 2014, Hidroelectrica reġgħet bdiet bil-proċedimenti ta' insolvenza. Skont ir-Rapport dwar l-Insolvenza mfassal mir-riċevitur, diversi fatturi wasslu għall-insolvenza ta' Hidroelectrica, fosthom l-obbligu li tbigħ sehem imdaqqas mill-produzzjoni tagħha fis-suq regolat bi prezzijiet inqas mill-kost tal-produzzjoni, l-obbligu li tixtri kwantitajiet kbar ta' elettriku mill-produtturi tal-elettriku tal-Istat Rumeni iktar għoljin (kwantitajiet li mbagħad reġgħu nbiegħu bi prezzijiet orħos), il-portafoll tal-kuntratti tal-bejgħ, l-investimenti eċċessivi, il-ġestjoni ħażina u l-kostijiet lavorattivi għoljin — li lkoll wasslu sabiex Hidroelectrica ma setgħetx tħallas id-djun li kellha lill-kredituri tagħha (12). |
2.1.2. Il-benefiċjarji allegati
|
(16) |
Il-klijenti li magħhom Hidroelectrica daħlet fil-kuntratti taħt investigazzjoni kienu:
|
2.2. Il-kuntratti
|
(17) |
Hidroelectrica kkonkludiet 14-il kuntratt għall-provvista tal-elettriku lill-benefiċjarji allegati, jiġifieri kuntratt wieħed ma' kull wieħed mit-tmien negozjanti tal-elettriku għal Electrica (13), Electrocarbon, Elsid u Alro, u kuntratti ta' sentejn ma' ArcelorMittal. Il-karatteristiki ewlenin ta' dawn il-kuntratti huma deskritti f'dettall fil-premessi 19 sa 23, hawn taħt. Għal deskrizzjonijiet iktar komprensivi u iktar dettalji, issir referenza għad-deċiżjoni ta' ftuħ f'kull każ u għall-Anness I għal din id-Deċiżjoni. |
|
(18) |
Data tal-iffirmar tal-kuntratti: Fl-2007 diġà kien hemm disa' kuntratti fis-seħħ, jiġifieri fi żmien l-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE, u ħames kuntratti ġew iffirmati wara l-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE (14). |
|
(19) |
Id-durata tal-kuntratti: Ħafna mill-kuntratti ġew iffirmati għal perjodi twal, ta' bejn ħames u għaxar snin, jiġifieri: ħames kuntratti ġew konklużi għal perjodu inizjali ta' għaxar snin (15); żewġ kuntratti ġew konklużi għal perjodu inizjali ta' seba' snin (16); u tliet kuntratti ġew konklużi għal perjodu inizjali ta' ħames snin (17), tnejn minnhom estiżi għal perjodi addizzjonali ta' ħames snin fl-2004 (18); l-erba' kuntratti li jifdal ġew konklużi għal perjodi ta' sena (19) jew inqas (20). |
|
(20) |
L-istatus attwali tal-kuntratti: Il-kuntratt ma' Alro biss għadu fis-seħħ. Il-kuntratti kollha l-oħrajn jew: (i) ġew terminati mir-riċevitur ta' Hidroelectrica matul il-proċedimenti ta' insolvenza fl-2012; (ii) ġew terminati b'mod individwali minn waħda mill-partijiet (21); jew inkella (iii) skadew (22). |
|
(21) |
Il-prezzijiet tal-kuntratt applikati: il-prezzijiet stabbiliti fil-kuntratti investigati kienu prezzijiet ad hoc innegozjati ma' kull xerrej u mhux stabbiliti b'referenza għal grilja ta' tariffi preeżistenti applikata minn Hidroelectrica, eż. bħala skont jew valwazzjoni pożittiva fuq tariffa applikabbli jew bħala grad tat-tariffa.
|
|
(22) |
Id-dritt tal-partijiet li jitterminaw il-kuntratt b'mod unilaterali:
|
2.3. Is-suq tal-elettriku Rumen
|
(23) |
In-negozjar tal-elettriku fir-Rumanija fil-perjodu kkunsidrat jista' jsir f'żewġt iswieq: (i) is-suq tal-elettriku regolat li fih huwa nnegozjat l-elettriku fuq il-bażi ta' tariffi u kundizzjonijiet regolati u (ii) is-suq tal-elettriku kompetittiv li fih l-elettriku jiġi nnegozjat liberament, inkluż permezz ta' żewġ tipi ewlenin ta' kuntratt: kuntratti bilaterali nnegozjati fis-suq ċentralizzat, u kuntratti bilaterali nnegozjati liberament, l-hekk imsejjaħ suq għal kuntratti nnegozjati direttament. |
Is-suq tal-elettriku regolat
|
(24) |
Tranżazzjonijiet fis-suq tal-elettriku regolat huma implimentati permezz tal-ftehimiet ta' qafas fuq il-bejgħ u l-akkwist konklużi bejn il-produtturi tal-elettriku attivi fis-suq regolat, inkluża Hidroelectrica, u l-“fornituri tal-aħħar istanza”, li jiżguraw id-distribuzzjoni tal-elettriku lill-utent aħħari. Il-fornituri tal-aħħar istanza għandhom l-obbligu li jfornu l-elettriku lill-konsumaturi eliġibbli li huma: (i) il-konsumaturi aħħarin li ma eżerċitawx id-dritt tagħhom li jagħżlu l-fornitur tagħhom u li jixtru fis-suq kompetittiv jew (ii) unitajiet domestiċi u klijenti li mhumiex unitajiet domestiċi li għandhom inqas minn 50 impjegat u fatturat annwali ta' inqas minn EUR 10 miljun (28). Il-konsumaturi eliġibbli jixtru l-elettriku fuq il-bażi ta' tariffi regolati. |
|
(25) |
Fis-swieq regolati, l-Awtorità Regolatorja Rumena tal-Enerġija (“ANRE”) tistabbilixxi l-prezzijiet u l-volumi li jridu jitwasslu mill-produtturi tal-elettriku ex-ante kull sena. B'konformità mat-talba tal-ANRE, Hidroelectrica hija obbligata tforni l-elettriku bl-ingrossa lid-distributuri li jfornu l-elettriku fil-livell tal-konsumatur fis-suq regolat. Il-prezzijiet għall-operaturi mħallsin lil Hidroelectrica huma stabbiliti mill-ANRE fuq il-bażi ta' livell iġġustifikat ta' kostijiet eliġibbli flimkien ma' rata ta' redditu. Bejn l-2004 u l-2010, il-prezzijiet għall-operaturi mħallsin lil Idroelectrica kienu kif ġej (RON/MWh) (29):
|
Is-suq tal-elettriku kompetittiv
|
(26) |
Mill-2005, is-suq tal-elettriku kompetittiv tar-Rumanija nqasam f'ħamest iswieq speċifiċi, jiġifieri:
|
|
(27) |
Is-swieq ċentralizzati huma amministrati mill-OPCOM. L-OPCOM twaqqfet fl-2001 permezz tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 627/2000, bħala kumpanija b'ishma konġunti u sussidjarja akkwiżita totalment ta' Transelectrica, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni. Permezz tal-liċenzja mogħtija mill-ANRE, l-OPCOM ġie ddiżenjat bħala pjattaforma għan-negozjar tal-elettriku fir-Rumanija fil-livell tal-operaturi. L-OPCOM huwa l-unika borża tal-kambju tal-enerġija fir-Rumanija, li toffri qafas għan-negozjar tal-elettriku u li għandha rwol ta' faċilitatur. |
|
(28) |
Hemm ħames tipi kbar ta' segmenti tas-suq fl-OPCOM: (i) is-suq ta' ġurnata bil-quddiem; (ii) is-suq tal-istess ġurnata, amministrat mill-OPCOM minn Lulju 2011 biss, (iii) is-swieq bilaterali ċentralizzati, jiġifieri s-suq ċentralizzat għal kuntrati bilaterali permezz ta' rkant pubbliku (“OPCOM-PCCB”) u s-suq ċentralizzat għal kuntratti bilaterali permezz ta' negozjar kontinwu (“PCCB-NC”); (iv) is-suq ċentralizzat għal ċertifikati ekoloġiċi, u (v) il-pjattaforma tan-negozjar għaċ-ċertifikati tal-emissjonijiet ta' gass serra. Iċ-ċertifikati ekoloġiċi u ċ-ċertifikati tal-emissjonijiet ta' gass serra ma jinvolvux in-negozjar tal-elettriku direttament u, għalhekk, mhumiex deskritti hawn taħt. It-tranżazzjonijiet fuq l-OPCOM bdew biss fl-2005 u biss fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-OPCOM-PCCB. |
|
(29) |
Fi żmien l-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE fl-2007, l-elettriku kien innegozjat primarjament fis-suq tal-elettriku regolat (madwar 29 TWh jew madwar 55 % tad-domanda finali). Fis-suq tal-elettriku kompetittiv, l-elettriku kien innegozjat: (i) fl-OPCOM — PCCB, u (ii) fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem, it-tnejn amministrati mill-OPCOM; imbagħad (iii) skont kuntratti nnegozjati direttament, spiss b'durata twila, kemm fil-livell tal-operaturi kif ukoll tal-konsumatur, (iv) fis-suq tal-ibbilanċjar, li fih is-sistema ta' trażmissjoni hija l-uniku xerrej, u finalment (v) fis-suq tal-esportazzjoni (3,3 TWh fl-2007). Bejn l-2007 u l-2010, il-bejgħ tal-elettriku f'dawn is-swieq mhux regolati fir-Rumanija kien kif ġej (30):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-bejgħ ta' Hidroelectrica fis-segmenti tas-suq.
|
(30) |
B'bejgħ annwali ta' 18,2 TWh u medja ta' sehem mis-suq ta' 30,2 % fil-perjodu 2007-2010, Hidroelectrica kienet (u għadha) il-produttur tal-elettriku ewlieni tar-Rumanija. Mill-2003, mal-ftuħ progressiv tas-suq għal xerrejja tal-elettriku intitolati li jagħżlu l-fornituri tagħhom, il-bejgħ ta' Hidroelectrica sar b'mod predominanti permezz ta' kuntratti bilaterali nnegozjati b'mod dirett. Sal-2007, dan il-bejgħ ammonta għal kważi żewġ terzi mill-bejgħ totali ta' Hidroelectrica. Kif inhu muri fit-tabella ta' hawn taħt, matul il-perjodu ta' wara l-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE, bejn l-2007 u l-2010, is-sehem mill-bejgħ ta' Hidroelectrica mill-bejgħ totali tagħha baqa' relattivament stabbli għal madwar 19 % tas-segment tas-suq regolat u madwar 1 % għall-bejgħ lil produtturi oħrajn tal-elettriku. Sadanittant, is-sehem fis-swieq tal-ibbilanċjar, il-kuntratti bilaterali u l-esportazzjoni naqas bi ftit, filwaqt li s-sehem mill-bejgħ fis-segmenti tas-swieq amministrati mill-OPCOM żdied minn livelli kważi insinifikanti fl-2007 u l-2008 għal […] (31) % fl-2010.
|
|
(31) |
Il-kuntratti ta' Hidroelectrica man-negozjanti tal-elettriku Electrocarbon, Elsid u Alro ġew konklużi fis-suq għal kuntratti nnegozjati direttament. Iż-żewġ kuntratti ma' ArcelorMittal għall-provvisti tal-elettriku mill-2010 u l-2011 ġew konklużi fl-OPCOM — PCCB, skont il-prinċipju tal-ogħla prezz offrut. Għaldaqstant, għad li l-valutazzjoni ekonomika u legali tal-kuntratti eżaminati għandha tirreferi għall-kuntest usa' tas-suq tal-elettriku Rumen, żewġ segmenti f'dan is-suq fil-parti l-kbira jikkonċernaw u huma rilevanti għall-kuntratti ta' Hidroelectrica li huma s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni:
|
L-OPCOM-PCCB
|
(32) |
Fis-segment tas-suq tal-OPCOM-PCCB, l-OPCOM jorganizza l-irkantijiet pubbliċi għall-bejgħ u l-akkwist tal-elettriku. L-offerti tal-bejgħ jew l-akkwist minn kull fornitur jew konsumatur jiġu sottomessi lill-operatur tas-suq. Kull offerta trid tispeċifika dan li ġej: (i) il-prezz minimu li bih kull parti sejra tbigħ l-elettriku jew il-prezz massimu li bih sejra takkwista l-elettriku u (ii) il-ftehim qafas li skontu l-parti li tagħmel l-offerta biħsiebha tforni/takkwista l-elettriku. L-offerti tal-bejgħ u l-akkwist jispeċifikaw il-kundizzjonijiet tal-provvista inklużi dawk relatati mal-ammont tal-elettriku, id-durata (mhux inqas minn xahar u sa sena) u l-ftehim qafas previst. Il-prezz isegwi l-prinċipji tal-aħjar prezz offrut. |
|
(33) |
Wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-ftuħ, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni b'applikazzjoni tal-Artikolu 102 tat-TFUE, filwaqt li sabet li l-borża tal-enerġija ġestita mill-OPCOM kienet tikkostitwixxi suq tas-servizzi rilevanti, li fih l-OPCOM kien impriża b'pożizzjoni dominanti u li kienet separata mis-suq għal kuntratti nnegozjati direttament (32). |
Is-suq għal kuntratti nnegozjati direttament:
|
(34) |
Is-suq għal kuntratti negozjati direttament huwa suq ħieles li mhuwiex regolat mill-ANRE. Il-partijiet kontraenti jinnegozjaw il-kwantitajiet, il-prezzijiet u klawżoli oħra kuntrattwali b'mod bilaterali. Dan jagħti lill-partijiet livell ogħla ta' flessibbiltà fin-negozjar tal-patti u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti tal-bejgħ. Dawn il-patti u l-kundizzjonijiet huma kunfidenzjali. |
|
(35) |
Permezz ta' ittra datata l-21 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Rumeni jipprovdu dejta u informazzjoni dwar il-kuntratti konklużi fis-suq Rumen, minbarra l-kuntratti li huma s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni u b'durati u kwantitajiet ta' provvista tal-elettriku komparabbli. It-talba tal-Kummissjoni kopriet il-fornituri kollha tal-elettriku Rumeni, kemm jekk tal-istat jew privati. Fl-14 ta' Mejju 2014, l-awtoritajiet Rumeni pprovdew id-dejta mitluba fuq il-kuntratti fit-tul kollha li kienu ġew iffirmati mix-xerrejja tal-elettriku b'konsum tal-elettriku annwali ta' iktar minn 150 GWh u li kienu fis-seħħ fi żmien partikolari bejn l-2007 u l-2013 (33). |
|
(36) |
B'mod partikolari, l-awtoritajiet Rumeni ppreżentaw dejta minn 96 kuntratt li kienu fis-seħħ bejn l-2007 u l-2013. L-awtoritajiet Rumeni saħqu fuq il-fatt li l-kuntratti konklużi minn konsumaturi li mhumiex unitajiet domestiċi fis-suq fil-livell tal-konsumatur f'kundizzjonijiet kompetittivi fil-perjodu ta' żmien rilevanti kienu soġġetti għall-ġbir ta' dejta ad hoc mitlub mill-Kummissjoni. Mil-lat tal-provvista, il-kuntratti daħlu fihom prattikament il-fornituri sinifikanti kollha li huma attivi fis-suq Rumen, minn produtturi fl-enerġija nukleari jew mis-setturi tal-karburanti fossili sa negozjanti li jixtru bl-ingrossa għall-bejgħ mill-ġdid fil-livell tal-konsumatur. Mil-lat tad-domanda, id-dejta rrapportata tkopri l-kuntratti ta' industriji kbar, relattivament intensivi fl-użu tal-enerġija, bħall-industriji tal-azzar, tas-sustanzi kimiċi, tas-siment, tal-manifattura tal-karozzi u tal-petrol u l-gass u tal-estrazzjoni tal-faħam u l-linjite (34). |
|
(37) |
Ix-xerrejja kkonċernati daħlu f'kuntratti ppersonalizzati fit-tul fuq il-bażi ta' negozjati bilaterali ma' fornituri oħrajn għal durati u kwantitajiet simili, bħala medja, għal dawk għall-kuntratti ta' Hidroelectrica taħt skrutinju. Rigward il-kuntratti ta' Hidroelectrica, id-dejta rrapportata turi prezzijiet li varjaw ta' kull sena. Bħala medja għall-perjodu 2007-2010, dawn il-kuntratti fit-tul mhux koperti mill-proċedimenti kienu jirrappreżentaw 11,1 TWh elettriku, filwaqt li l-kuntratti tal-bejgħ ta' Hidroelectrica taħt skrutinju kienu jirrappreżentaw 10,5 TWh. F'termini relattivi, il-kuntratti msemmijin l-aħħar ta' Hidroelectrica kienu jirrappreżentaw 35 % tal-volum tal-elettriku soġġett għal kuntratti nnegozjati direttament fl-2007 filwaqt li l-kuntratti l-oħrajn kienu jkopru madwar 41 % tal-volum tal-elettriku soġett għal kuntratti nnegozjati direttament. Dawk li fadal (madwar 24 %) kienu jikkonċernaw kuntratti għal kwantitajiet inferjuri. Għaldaqstant, id-dejta rilevanti mill-kuntratti kollha li jissodisfaw il-kriterji mitlubin mill-Kummissjoni ta' perjodi u kwantitajiet komparabbli juru, kollox ma' kollox, kwantità simili għal dik għall-kwantità totali fornita minn Hidroelectrica skont il-kuntratti li huma s-suġġett tal-proċedimenti. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni li tindika li l-konklużjoni tal-kuntratti koperti mid-dejta fornita mir-Rumanija kienet ir-riżultat ta' imġiba kummerċjali mhux konformi mas-suq jew li kienuet tkun affettwata mir-rekwiżiti regolatorji. Daqstant ieħor, għall-finijiet ta' tqabbil mal-kuntratti ta' Hidroelectrica taħt skrutinju, ir-Rumanija saħqet li l-kuntratti tal-provvista fil-livell tal-konsumatur ibbażati fuq il-provvista għall-operaturi minn Hidroelectrica lil partijiet soġġetti għall-investigazzjoni (negozjanti tal-elettriku) ġew esklużi mill-analiżi. Għaldaqstant, il-kuntratti fis-sett tad-dejta jistgħu jitqiesu li jirrappreżentaw il-kundizzjonijiet tas-suq miftehmin bejn ix-xerrejja disposti u l-bejjiegħa disposti. |
3. MOTIVI GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(39) |
Fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku stipulati fil-kuntratti kinux jikkonformaw mas-suq u dwar jekk kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
|
(40) |
Il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet stipulati fil-kuntratti man-negozjanti tal-elettriku, Electrocarbon u Elsid bil-prezzijiet li bihom l-elettriku kien innegozjat fl-OPCOM-PCCB u osservat li l-prezzijiet li bihom Hidroelectrica biegħet l-elettriku lill-allegati benefiċjarji kienu bejn 10 % u 70 % inqas mill-prezzijiet medji fl-OPCOM-PCCB matul il-perjodu 2007-2010. |
|
(41) |
Fil-każ tal-kuntratt ma' Alro, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li Alro kisbet vantaġġ indebitu fil-forma ta' prezzijiet tal-elettriku preferenzjali mraħħsin tul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2009 u mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2011, rispettivament, fuq il-bażi tal-formuli għall-indiċjar tal-prezzijiet applikabbli f'kull perjodu. |
|
(42) |
Fil-każ taż-żewġ kuntratti ma' ArcelorMittal, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li, bil-konklużjoni tal-kuntratti tal-2009 u l-2010 għall-kunsinni tal-elettriku fl-2010 u l-2011, Hidroelectrica kienet biegħet l-elettriku bi prezzijiet inqas minn dak li setgħet tikseb jew: (i) billi taċċetta waħda mill-offerti ta' “xiri” paralleli disponibbli fl-OPCOM dak iż-żmien għal prezzijiet ogħla jew (ii) billi tqiegħed l-offerta tal-bejgħ tagħha stess fuq l-OPCOM għal prezz aktarx ogħla minn dak li ħallset ArcelorMittal. Fil-fehma preliminari tal-Kummissjoni, il-prezzijiet maqbulin setgħu kkostitwixxew vantaġġ indebitu għal ArcelorMittal. |
|
(43) |
Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li t-tariffi tal-elettriku li qegħdin jiġu eżaminati kienu ta' natura selettiva, minħabba li kienu japplikaw biss għal ċerti intrapriżi. Peress li dawn l-impriżi kienu attivi fi swieq industrijali u tal-elettriku miftuħin għall-kompetizzjoni li fihom saru negozjati bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni ddikjarat li kwalunkwe vantaġġ ekonomiku possibbli għall-benefiċjarju seta' jgħawweġ il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(44) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li t-tariffi tal-elettriku preferenzjali jistgħu jinvolvu trasferiment ta' riżorsi tal-Istat li huma imputabbli għall-Istat minħabba li Hidroelectrica kienet ikkontrollata mill-Istat Rumen (80,06 % tal-kapital azzjonarju tagħha kien tar-Rumanija). Barra minn hekk, il-Kummissjoni rreferiet għad-Digriet Ministerjali Nru 445/2009, li permezz tiegħu r-rappreżentanti tal-Ministeru tal-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Ambjent tan-Negozju u l-membri tal-bordijiet tad-diretturi tal-kumpaniji tal-elettriku tal-Istat kienu obbligati jiżguraw li, mill-31 ta' Marzu 2010, is-sehem tal-elettriku ddestinat għas-suq tal-operaturi jkun innegojat esklussivament fl-OPCOM. Konsegwentement, ir-rappreżentanti tal-Ministeru tal-Ekonomija, in-Negozju u l-Ambjent Kummerċjali jistgħu jitqiesu li kellhom kontroll, jew tal-inqas influwenza, fuq il-prattiki kontraenti tal-kumpaniji tal-Istat, inklużi dawk ta' Hidroelectrica. |
|
(45) |
Jekk dawn il-kuntratti involvew għajnuna mill-Istat, dawn jitqiesu li huma għajnuna mogħtija bi ksur tal-obbligi ta' notifika u stennija stabbiliti fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-Kummissjoni esprimiet dubju wkoll dwar jekk għajnuna bħal din tistax tkun kompatibbli mat-TFUE. |
|
(46) |
Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li hemm il-potenzjal li t-tariffi tal-elettriku preferenzjali jistgħu jinvolvu għajnuna mill-Istat u stiednet lir-Rumanija sabiex tipprovdi biżżejjed informazzjoni li ttaffi dawn id-dubji. |
4. IL-KUMMENTI TAR-RUMANIJA
|
(47) |
L-awtoritajiet Rumeni għamlu osservazzjonijiet biss b'rabta mad-deċiżjoni tal-ftuħ rigward il-kuntratti mal-fornituri tal-elettriku, ArcelorMittal u Alro u naqsu milli jagħmlu xi osservazzjoni b'rabta mal-kuntratti ma' Electrocarbon u Elsid. |
|
(48) |
L-awtoritajiet Rumeni huma tal-fehma li l-kuntratti ma' ArcelorMittal u Alro ma involvew ebda għajnuna. Saħqu li l-benefiċjarju ma temmx il-kuntratt ma' Alro matul il-proċedimenti ta' insolvenza, u dan juri li kien irendi l-profitt. |
|
(49) |
B'rabta mal-kuntratti man-negozjanti tal-elettriku, l-awtoritajiet Rumeni ma pprovdewx argumenti sostanzjali. Argumentaw li wħud mill-kuntratti setgħu involvew għajnuna mill-Istat (dawk ma' Alpiq RomEnergie, Alpiq RomIndustries, EFT, Energy Holding u Euro-Pec), naqsu milli jesprimu kwalunkwe fehma fuq ċerti kuntratti (dawk ma' Electrica u Luxten-Lighting) u ddikjaraw li ma kien hemm ebda għajnuna involuta f'wieħed mill-kuntratti (dak ma' Electromagnetica). L-awtoritajiet Rumeni ma pprovdewx spjegazzjonijiet dettaljati li jsostnu l-osservazzjonijiet tagħhom. |
|
(50) |
Rigward il-possibbiltà ta' terminazzjoni tal-kuntratti b'mod individwali (u b'mod partikolari dawk man-negozjanti tal-elettriku), l-awtoritajiet Rumeni spjegaw li, fil-prattika kummerċjali tar-Rumanija, kwalunkwe parti għal kuntratt setgħet ittemm il-kuntratt, u b'hekk iġġarrab ir-riskju li jkollha tħallas id-danni kif tistabbilixxi l-qorti kompetenti. Fid-dawl tal-karatteristiċi tal-kuntratti inkwistjoni, l-awtoritajiet Rumeni għamluha ċara li tali danni kienu jkunu għoljin b'mod sproporzjonat. Barra minn hekk, il-parti li titlob it-terminazzjoni tal-kuntratt setgħet taffaċċja wkoll ir-riskju addizzjonali li tkun meħtieġa mill-qorti kompetenti, permezz tal-hekk imsejħa “Ordni Presidenzjali”, teżegwixxi l-kuntratt sakemm tiġi solvuta t-tilwima, kif ġara fil-każijiet ta' Electrocarbon u Elsid. |
|
(51) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni għamluha ċara li d-differenza ewlenija bejn, minn naħa, il-kuntratti konklużi minn Hidroelectrica mal-konsumaturi industrijali u, min-naħa l-oħra, il-kuntratti konklużi minn Hidroelectrica man-negozjanti tal-elettriku kienu jikkonsistu fil-kostijiet addizzjonali li huma meħtieġa li jitħallsu skont il-kuntratti mal-konsumaturi industrijali (jiġifieri l-ħlas tal-komponent “T” tat-tariffa tat-trasport, il-miżata tas-servizzi tas-sistema, it-tariffa tad-distribuzzjoni u l-miżati għall-iżbilanċi). |
5. IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET TERZI
|
(52) |
Il-benefiċjarji allegati, ħlief Electrica, ippreżentaw osservazzjonijiet rigward id-deċiżjonijiet tal-ftuħ tagħhom, miġburin fil-qosor fit-taqsima 5.1. |
|
(53) |
Barra minn hekk, kompetitur ta' Alro, produttur tal-aluminju, ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu rigward id-deċiżjoni tal-ftuħ fil-5 ta' Ottubru 2012. |
|
(54) |
Fis-6 ta' Settembru 2012, ċittadin anonimu ppreżenta osservazzjonijiet marbutin mad-deċiżjonijiet tal-ftuħ li jikkonċernaw lil Alro u lin-negozjanti tal-elettriku |
5.1. Il-kummenti mill-benefiċjarji allegati
|
(55) |
L-osservazzjonijiet ewlenin tal-benefiċjarji allegati huma simili u jirreferu għal: (i) in-nuqqas ta' kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-kuntratti konklużi qabel l-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE (35) jew l-addenda sussegwenti għall-kuntratti (36); (ii) il-fatt li ma hemm ebda prezz tas-suq ta' riferiment xieraq għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-kuntratti; (iii) il-fatt li Hidroelectrica aġixxiet bħal bejjiegħ fis-suq privat bla ma tat ebda vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji allegati; (iv) il-fatt li ma kien hemm ebda imputabbiltà lill-Istat u ebda trasferiment ta' riżorsi tal-Istat; (v) il-fatt li ma kien hemm ebda tgħawwiġ tal-kompetizzjoni; (vi) in-nuqqas ta' selettività; (vii) il-fatt li l-emendi ma jistgħux jitqiesu separabbli mill-kuntratt inizjali; u (viii) il-fatt li Hidroelectrica ddikjarat lilha nfisha insolventi sabiex tevita l-obbligi kuntrattwali tagħha. |
5.1.1. In-nuqqas ta' kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-kuntratti u l-addenda sussegwenti tagħhom
|
(56) |
Il-partijiet interessati jargumentaw li l-Kummissjoni ma għandhiex il-kompetenza li tanalizza l-miżuri allegati ta' għajnuna mill-Istat implimentati qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (“UE”) fl-2007. Fil-fehma tagħhom, l-istess japplika għall-addenda għall-kuntratti li ġew iffirmati wara l-2007, għaliex l-addenda ma kinux separabbli mill-kuntratti inizjali. L-addenda kienu qegħdin jimplimentaw sempliċiment ir-regoli kuntrattwali għal fornimenti futuri, oriġinarjament stabbiliti bil-kuntratti. |
|
(57) |
Skont il-partijiet interessati, il-miżuri allegati ta' għajnuna mill-Istat li jirriżultaw mill-kuntratti ma kinux applikabbli wara l-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE peress li l-kuntratti kienu konklużi qabel l-2007; barra minn hekk, l-ewwel addenda li jistabbilixxu l-parametri eżatti tas-sistema ta' indiċjar (37) tal-prezzijiet ġew iffirmati qabel l-2007. |
|
(58) |
Barra minn hekk, fil-fehma tal-partijiet interessati, anki li kieku jintwera bil-provi li l-kuntratti kien fihom għajnuna mill-Istat, din ikollha titqies bħala għajnuna eżistenti, mhux ġdida, fid-dawl tal-fatt li l-kundizzjonijiet kollha għall-għoti tal-għajnuna mill-Istat eżistenti kienu rrispettati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (38). B'mod partikolari: il-miżura allegata ta' għajnuna mill-Istat ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet sabiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat meta ddaħħlet fis-seħħ; saret għajnuna mill-Istat iktar tard biss u minħabba bidliet fl-ambjent tas-suq; u, finalment, il-miżura allegata ta' għajnuna mill-Istat ma nbidlitx b'mod sostanzjali wara li ddaħħlet fis-seħħ. Konsegwentement, il-partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni ma tistax tinvestiga l-miżura allegata ta' għajnuna mill-Istat skont l-iskema għal għajnuniet mill-Istat ġodda u ma tistax titlob lill-Istati Membri sabiex jirkupra l-għajnuna b'mod retroattiv. |
|
(59) |
il-partijiet interessati argumentaw ukoll li, skont il-ġurisprudenza, iż-żmien rilevanti għall-valutazzjoni ta' kwalunkwe tranżazzjoni fir-rigward tal-bejjiegħ tas-suq/l-operatur tas-suq kien iż-żmien li fih ġiet konkluża t-tranżazzjoni. Għaldaqstant, għal tranżazzjonijiet konklużi qabel l-2007, il-kwistjoni kienet tkun jekk kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li kieku kienu applikabbli r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fiż-żmien li ġew konklużi fih. L-istess prinċipju kien applikabbli wkoll għaż-żmien li fih kellu jiġi vvalutat il-vantaġġ ekonomiku, jiġifieri l-mument li fih ġew konklużi l-kuntratti. Il-partijiet interessati argumentaw b'mod partikolari li, fir-Rumanija (39), ma kien hemm ebda bidla legali jew ekonomika fis-suq tal-elettriku sabiex jiġi ġġustifikat it-teħid tal-2007 bħala l-punt ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku: is-swieq tal-enerġija tar-Rumanija diġà kienu emerġenti qabel l-2004; is-suq tal-operaturi tar-Rumanija nfetaħ f'Settembru tas-sena 2000. |
5.1.2. Ebda punt ta' riferiment xieraq għall-prezz
5.1.2.1.
|
(60) |
Il-benefiċjarji allegati li ppreżentaw kummenti rigward id-deċiżjoni tal-ftuħ iddikjaraw li ma kien hemm ebda prezz ta' referenza xieraq u validu għat-tqabbil tal-prezzijiet stipulati fil-kuntratti. Il-partijiet interessati (il-benefiċjarji allegati) argumentaw li l-prezzijiet tal-OPCOM-PCCB ma kinux punt ta'riferiment għall-prezz rilevanti għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(61) |
Waħda mill-partijiet interessati (41) argumentat li l-OPCOM-PPCB la kienet punt ta' riferiment rappreżentattiv u lanqas punt ta' riferiment xieraq għall-prezzijiet stipulati fil-kuntratti, peress li sehem żgħir biss mill-elettriku disponibbli fis-suq tal-elettriku Rumen fil-fatt kien jinbiegħ fis-suq tal-OPCOM-PCCB matul il-perjodu tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni (jiġifieri jvarja minn 2 % tal-konsum intern totali fl-2006 sa 14,62 % fl-2012). |
|
(62) |
Barra minn hekk, partijiet interessati oħrajn (42) iddikjaraw li punt ta' riferiment xieraq għall-prezzijiet seta' jinstab u jiġi żviluppat biss bl-użu ta' mudell tal-“fundamenti”, ibbażat fuq: (i) fatti u kundizzjonijiet simili, (ii) aspettattivi konkomitanti u (iii) l-istess perjodu ta' żmien bħal dak kopert minn din id-Deċiżjoni. |
|
(63) |
Finalment, waħda mill-partijiet interessati (43) argumentat li, fis-suq tal-elettriku kumpless u speċifiku tar-Rumanija, ma kien hemm ebda prezz ta' riferiment validu li kien ikun rilevanti għall-prezzijiet stipulati fil-kuntratti. |
5.1.2.2.
|
(64) |
ArcelorMittal iddikjarat li s-suppożizzjoni li Hidroelectrica setgħet taċċetta waħda mill-offerti paralleli tan-negozjanti tal-OPCOM-PCCB għal prezz ogħla minn dak li kisbet biż-żewġ kuntratti ma' ArcelorMittal ma kinitx realistika għaliex is-suq tal-elettriku tar-Rumanija kien ikkaratterizzat minn kapaċità żejda. |
|
(65) |
ArcelorMittal argumentat ukoll li, f'suq ikkaratterizzat minn kapaċità żejda, Hidroelectrica kellha tieħu f'kunsiderazzjoni r-riskju li, li kieku biegħet l-elettriku lin-negozjanti, jaf dawn ma kinux ikunu kapaċi jqegħduha fis-suq jew kien ikollhom jerġgħu jbigħuha bit-telf. Iddikjarat ukoll li n-negozjanti għamlu dawk l-offerti ta' xiri fuq l-OPCOM bl-intenzjoni evidenti li jerġgħu jbigħu l-elettriku lil ArcelorMittal bi prezz ogħla. |
|
(66) |
Barra minn hekk, ArcelorMittal argumentat li paragun bejn il-prezz speċifikat fiż-żewġ kuntratti konklużi ma' Hidroelectrica u l-prezzijiet mill-offerti tan-negozjanti kien ikun validu biss li kieku:
|
|
(67) |
ArcelorMittal targumenta wkoll li l-kuntratti tal-2009 u l-2010 ma kinux tqabblu mal-prezzijiet tal-OPCOM, għaliex l-OPCOM ma kinitx għadha qiegħda topera normalment dak iż-żmien. Tqis li l-prezz medju, ippubblikat mill-ANRE, għal tranżazzjonijiet bilaterali kbar huwa iktar rappreżentattiv. |
5.1.3. Hidroelectrica aġixxiet bħal bejjiegħ tas-suq privat/bla ma tat ebda vantaġġ finanzjarju lill-benefiċjarji allegati.
|
(68) |
Ħafna mill-partijiet interessati ddikjaraw li Hidroelectrica aġixxiet bħal bejjiegħ tas-suq privat meta daħlet fil-kuntratti u li, għalhekk, ma kinux kisbu xi vantaġġ finanzjarju: (i) il-kuntratti kienu nnegozjati u konklużi bil-kundizzjonijiet tas-suq; (ii) Hidroelectrica bbenefikat minn ċertu dħul bil-konklużjoni tal-kuntratti; (iii) il-kuntratti żguraw il-bejgħ ta' kwantità kbira tal-produzzjoni tal-elettriku ta' Hidroelectrica; (iv) il-kuntratti żguraw li Hidroelectrica kienet protetta minn kwalunkwe roħs fil-prezzijiet marbut mal-bejgħ alternattiv fi swieq differenti; (v) il-prezz maqbul fil-kuntratti jqis ir-riskji u l-obbligi imposti fuq ix-xerrej, u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti kienu nnegozjati primarjament fl-interess ta' Hidroelectrica; (vi) il-prezzijiet tal-kuntratti mħallsin għall-elettriku mixtri minn Hidroelectrica kienu b'mod kostanti bejn 80 % u 100 % ogħla mill-prezzijiet għall-elettriku mibjugħ minn Hidroelectrica fis-suq regolat; u (vii) il-kuntratti kienu l-aħjar alternattiva għal Hidroelectrica fid-data li fiha ġew iffirmati. |
|
(69) |
Barra minn hekk, il-partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni missha rat x'kienet il-pożizzjoni finanzjarja ta' Hidroelectrica fid-data li fiha ġew iffirmati l-kuntratti, u qiesu li, skont il-ġurisprudenza (44), il-valutazzjoni tal-Kummissjoni jaf ma qisitx affattu informazzjoni li ma kinitx għadha disponibbli, u żviluppi li ma kinux għadhom prevedibbli, meta ġew iffirmati l-kuntratti. |
|
(70) |
Alro argumentat ukoll li kull emenda suċċessiva fil-kuntratt tagħha ma' Hidroelectrica dejjem kienet favur Hidroelectrica, għar-raġunijiet li ġejjin: (i) iddaħħlet klawżola ta' indiċjar tal-prezz, li tqis il-kostijiet proprji ta' Hidroelectrica; (ii) il-munita użata nbidlet minn USD għal RON f'Ġunju 2007 fi żmien meta l-leu kien qiegħed jissaħħaħ kontra l-USD, u dan ippermetta sabiex Hidroelectrica tiggwadanja 40 % fuq il-prezz u telimina r-riskji tal-valuta tagħha; (iii) il-formula LME ddaħħlet fl-2010, u wasslet għal żieda qawwija fil-prezzijiet. |
|
(71) |
Barra minn hekk, Alro ppreżentat studji ekonomiċi komprensivi u estensivi mwettqin minn Brattle Group u Nera sabiex issostni l-argument tagħha li l-kuntratt ma' Hidroelectrica ma involviex għajnuna mill-Istat. Skont l-istudju tal-2005 ta' Brattle Group, il-valur preżenti nett stmat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“VPN”) tal-kuntratt ta' Alro (EUR 393,09 miljun) kien ogħla minn dak li rriżulta mix-xenarju tal-bejgħ kontrafattwali (EUR 355 miljun) fuq il-bażi tas-suppożizzjoni ta' suq perfettament kompetittiv. Brattle Group ipprovda wkoll stimi simili għall-2007, b'riżultati simili bħal dawk għall-2005: il-VPN ta' EUR 348 miljun għall-kuntratt tal-2007 ta' Alro kien ukoll ogħla mill-VPN ta' EUR 300 miljun tal-kontrafattwali tagħha. |
|
(72) |
Alro ppreżentat ukoll l-istudji u r-rapporti ta' Brattle Group u Nera sabiex issosti l-argument tagħha li ma ngħatat ebda għajnuna illegali permezz tal-kuntratt tagħha ma' Hidroelectrica. |
|
(73) |
Energy Holding, negozjant tal-elettriku, ippreżentat analiżi ekonomika, simulazzjonijiet tal-mudelli tal-prezzijiet u r-rapporti tal-prezzijiet prodotti minn KPMG, kumpanija ta' konsulenza indipendenti, sabiex issostni l-argument tagħha li ma kien hemm ebda għajnuna illegali. KPMG ikkonfermat li l-kuntratt ma' Energy Holding kien: (i) l-aħjar alternattiva ta' Hidroelectrica dak iż-żmien u (ii) li kiseb għal Hidroelectrica redditu ogħla jew ippreżentalha riskju inqas meta mqabbel mal-aħjar alternattiva li jmiss. L-analiżi ta' KPMG kienet ibbażata fuq analiżi ta' valwazzjoni assoluta u relattiva u mhux fuq xi metodu ieħor ta' valwazzjoni tal-kuntratt (eż.: analiżi tal-profittabilità marġinali, analiżi IRR maqtugħa). Irreferiet għal żewġ perjodi ta' valwazzjoni (jiġifieri: 2004-2013 u 2010-2018) u rriflettiet il-patti tal-kuntratt konklużi ma' Hidroelectrica fl-2004 u l-patti rinegozjati fl-2009 meta ġġedded il-kuntratt. L-istess analiżi ġiet estiża iktar tard minn KPMG għall-1 ta' Jannar 2007. Il-konklużjoni kienet l-istess bħal dik deskritta hawn fuq kemm għall-valwazzjoni assoluta kif ukoll għal dik relattiva. |
5.1.4. Ebda imputabbiltà lill-Istat u ebda trasferiment tar-riżorsi tal-Istat
|
(74) |
Kważi l-partijiet interessati kollha (45) ddikjaraw li l-kuntratti tagħhom ma' Hidroelectrica ma kinux imputabbli lill-Istat, għaliex skont l-istatuti ta' Hidroelectrica, il-bord tad-diretturi ddelega s-setgħat eżekuttivi tiegħu lill-uffiċjal kap eżekuttiv. Għaldaqstant, iddikjarat li l-membri tal-bord ma ħadux sehem fil-ħidma ta' kuljum ta' Hidroelectrica, inkluż in-negozjar tal-kuntratti. |
|
(75) |
Skont parti interessata minnhom (46), l-oneru tal-provi li jikkonċerna l-imputabbiltà kien jaqa' fuq il-Kummissjoni. Il-parti interessata ddikjarat li l-konklużjoni li miżura kienet imputabbli lill-Istat sempliċiment għaliex l-Istat kellu parteċipazzjoni azzjonarja ta' maġġoranza f'Hidroelectrica ma kinitx biżżejjed. Argumentat ukoll li l-Kummissjoni kienet waslet għal dik il-konklużjoni biss fuq il-bażi ta' “indikazzjonijiet” u presuppożizzjonijiet u mhux fuq fatti konkreti, xi ħaġa li kienet tmur kontra dak li teħtieġ il-ġurisprudenza. Il-parti interessata argumentat li kien hemm bżonn ta' evidenza konkreta bħal dokumenti, elementi fattwali u azzjonijiet konkreti f'isem l-Istat li ssostni dik il-konklużjoni. |
|
(76) |
Partijiet interessati oħrajn (47) argumentaw li ma kien hemm ebda trasferiment tar-riżorsi tal-Istat. B'mod partikolari, argumentaw li l-prezzijiet allegatament inqas offruti minn impriża taħt il-kontroll tal-Istat ma kinux fattur suffiċjenti sabiex jinvokaw l-eżistenza ta' riżorsi tal-Istat. Iddikjaraw ukoll li kien hemm bżonn li l-intervent tal-Istat tar-Rumanija rigward l-użu ta' dawn ir-riżorsi jiġi stabbilit in concreto. Barra minn hekk, il-partijiet interessati saħqu li, skont l-istatuti ta' Hidroelectrica, il-konklużjoni tal-kuntratti kienet taqa' taħt il-kompetenzi esklussivi tad-Direttur Ġenerali u mhux tal-Bord tad-Diretturi u, għalhekk, l-Istat ma kienx involut fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-kuntratti ta' Hidroelectrica. |
5.1.5. Ebda tgħawwiġ tal-kompetizzjoni
|
(77) |
Uħud mill-partijiet interessati (48) argumentaw li ma kien hemm ebda tgħawwiġ potenzjali jew attwali tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-kuntratti ma' Hidroelectrica għar-raġunijiet li ġejjin: (i) ma ġie identifikat ebda suq rilevanti li fih l-għajnuna mill-Istat mogħtija saħħet il-pożizzjoni ta' impriża b'rabta ma' impriżi oħrajn fi ħdan il-kummerċ fl-UE u (ii) is-suq tal-elettriku Rumen mhuwiex ikkonċentrat kif muri mill-indiċi tal-konċentrazzjoni ta' Herfindahl-Hirschman (HHI). |
5.1.6. Ebda selettività
|
(78) |
Uħud mill-partijiet interessati (49) argumentaw li ma kien hemm ebda selettività li tirriżulta mill-kuntratti ma' Hidroelectrica għaliex ġew konklużi kuntratti tal-istess tip jew tip simili ma' negozjanti oħrajn (għan-negozjanti tal-elettriku) jew inkella dawn kienu disponibbli għal partijiet oħrajn fis-suq (għal dawk li mhumiex negozjanti). |
5.1.7. Ebda severabilità tal-emendi mill-kuntratti inizjali
|
(79) |
Electrocarbon u Elsid iddikjaraw li l-emendi għall-kuntratti ma kinux separati mill-kuntratti. Issuġġerew ukoll li, anki f'sitwazzjoni li fiha t-tali emendi kienu jitqiesu bħala impenji separati, il-bidliet fil-prezzijiet xorta waħda kienu għadhom jikkonofrmaw mal-prinċipju ta' bejjiegħ f'ekonomija tas-suq u li, għaldaqstant, ma kinux jinvolvu għajnuna mill-Istat. |
5.1.8. L-unika raġuni għaliex Hidroelectrica ddikjarat lilha nfisha insolventi kienet sabiex taħrab l-obbligi kuntrattwali tagħha
|
(80) |
Uħud min-negozjanti tal-elettriku (50) argumentaw li l-unika raġuni għaliex Hidroelectrica ddikjarat lilha nfisha bħala insolventi kienet sabiex ittemm l-obbligi kuntrattwali tagħha. Argumentaw li, filwaqt li Hidroelectrica ħadet vantaġġ sħiħ mill-kuntratti fl-imgħoddi, ma kinitx għadha lesta li tonora l-obbligi li impenjat ruħha għalihom u, għalhekk, id-dikjarazzjoni ta' insolvenza kienet tidher li hija mod kif tiskarta l-kuntratti. |
5.2. Kummenti minn partijiet interessati oħrajn
|
(81) |
B'rabta mad-deċiżjoni tal-ftuħ li tikkonċerna lil Alro, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand partijiet oħrajn apparti l-benefiċjarji allegati: (i) kummenti mingħand wieħed mill-kompetituri ta' Alro, u (ii) kummenti mingħand parti anonima (ċittadin). |
5.2.1. Il-kummenti ppreżentati minn wieħed mill-kompetituri ta' Alro
|
(82) |
Wieħed mill-kompetituri ta' Alro argumenta li kemm il-prezzijiet tas-suq tal-kambju tal-enerġija kif ukoll il-prezzijiet tas-suq spot kienu irrelevanti bħala prezz ta' riferiment għall-kuntratti tal-provvista tal-elettriku għall-fundituri tal-aluminju. Skont il-kompetitur ta' Alro, il-fundituri tal-aluminju jeħtieġu primarjament kuntratti tal-provvista tal-elettriku fit-tul u relattivament prevedibbli sabiex ma jkollhomx jissospendu l-operazzjonijiet minħabba kostijiet tal-elettriku għoljin wisq u sabiex jevitaw kwalunkwe riskju li jkollhom jagħlqu minħabba l-prezzijiet tal-elettriku u l-profitti tal-ġeneratur. |
|
(83) |
Il-kompetitur ta' Alro argumenta wkoll li bit-tqabbil tat-tariffi tal-kuntratti tal-provvista tal-elettriku fit-tul mal-prezzijiet tal-elettriku fis-swieq tal-kambju tal-enerġija u/jew spot u/jew mat-tariffi ta' industriji oħrajn, ir-realtà tas-suq setgħet tkun imxekkla u jiġi stabbilit preċedent ħażin, li jinvolvi riskju sinifikanti mhux biss għal Alro u/jew il-kompetituri tagħha iżda anki għas-suq Ewropew sħiħ. |
|
(84) |
Barra minn hekk, il-kompetitur ta' Alro argumenta li l-impatt fuq il-kompetizzjoni missu ġie vvalutat b'referenza għall-prezzijiet imħallsin mill-fundituri tal-aluminju għall-elettriku tagħhom f'livell globali, jew tal-inqas Ewropew. Peress li l-kostijiet tal-elettriku kienu jirrappreżentaw iktar minn terz tal-kostijiet totali tal-produzzjoni tal-aluminju u peress li l-produtturi tal-aluminju kienu jixtru l-elettriku fis-suq nazzjonali u wara kienu f'kompetizzjoni mad-dinja kollha, valutazzjoni rilevanti kienet teħtieġ valutazzjoni bbażata fuq prezzijiet tal-elettriku mħallsin mill-produtturi tal-aluminju madwar id-dinja. Konsegwentement, il-kompetitur ta' Alro ddikjara li, għal valutazzjoni xierqa ta' tgħawwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni missha vverifikat jekk l-għajnuna mill-Istat allegata fil-fatt naqqsitx il-kostijiet tal-produzzjoni ta' Alro għal inqas minn dawk tal-kompetituri tagħha u, għalhekk, tatx lil Alro vantaġġ, fid-dawl tat-tariffi tal-kompetitur Ewropej u/jew globali tagħha. |
|
(85) |
Barra minn hekk, il-kompetitur ta' Alro argumenta li, fin-nuqqas ta' informazzjoni rilevanti għad-definizzjoni ta' “prezz tas-suq” komparabbli, “il-parametraġġ referenzjarju tal-prezzijiet għall-kostijiet u marġni ta' profitt raġonevoli seta' jkun aċċettabbli bħala metodoloġija leġittima għall-ipprezzar”. Setgħet tiġi applikata l-istess loġika “għal deċiżjoni li jiġu offruti prezzijiet indiċjati fuq il-bażi ta' prezzijiet LME”. Iddikjarat ukoll li l-karatteristiċi uniċi tal-fundaturi tal-aluminju u l-profil tal-klijenti jistgħu jiġġustifikaw b'mod oġġettiv prezz tal-elettriku orħos mill-prezzijiet tal-kambju tal-enerġija, ipprezzar ibbażat fuq il-kostijiet u pprezzar indiċjat tal-LME. |
5.2.2. Il-kummenti ppreżentati minn ċittadin
|
(86) |
Iċ-ċittadin argumenta li Alro xtrat l-elettriku mingħand Hidroelectrica bi prezz preferenzjali, jiġifieri bi prezz orħos mill-prezz tas-suq (bħal prezzijiet tal-OPCOM u l-ANRE). Barra minn hekk, iċ-ċittadin invoka l-argument li l-aġġustament tal-prezz tal-kuntratt għal Alro permezz ta' mekkaniżmu ta' indiċjar fuq il-bażi tal-formula tal-LME kien mekkaniżmu ta' pprezzar diskriminatorju b'rabta ma' xerrejja oħrajn tal-elettriku fis-suq. |
|
(87) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-istess ċittadin rigward il-kuntratti man-negozjanti tal-elettriku, b'tali mod li l-kuntratti kienu jinvolvu għajnuna mill-Istat. Ma ġiet ipprovduta ebda evidenza li tiġġustifika dan l-argument. |
6. IL-KUMMENTI TAL-AWTORITAJIET RUMENI DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET MINN PARTIJIET TERZI
|
(88) |
L-awtoritajiet Rumeni wieġbu għall-osservazzjonijiet li għamlu l-partijiet interessati. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Rumeni baqgħu bl-istess fehma espressa f'Lulju 2012 fir-rigward tal-kuntratti konklużi minn Hidroelectrica man-negozjanti tal-elettriku u spjegaw li dawk il-kuntratti tipikament ma kinux kuntratti robusti u fit-tul għal tal-inqas żewġ raġunijiet: (i) ix-xerrej seta' jittermina b'mod unilaterali kwalunkwe wieħed mill-kuntratti b'avviż 30 jum minn qabel bla ma jkollu jħallas kumpens adegwat, filwaqt li Hidroelectrica ma setgħetx tagħmel dan, u (ii) ir-riżultati tal-produzzjoni fis-siegħa lix-xerrej tista' tkun, u kienet, varjabbli skont id-diskrezzjoni tax-xerrejja. |
|
(89) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni ddikjaraw li wara li kienu ġew konklużi l-kuntratti, jew wara li saru l-emendi għalihom, ix-xerrejja kellhom id-dritt (li fil-fatt eżerċitaw) li jżidu jew inaqqsu l-kwantità ta' elettriku meħtieġ permezz ta' avviżi maħruġin anki sa jum wieħed biss qabel il-kunsinna, xi ħaġa li hija karatteristika ta' tranżazzjonijiet spot. |
|
(90) |
B'rabta mal-kuntratti ma' Electrocarbon u Elsid, l-awtoritajiet Rumeni astjenew milli jesprimu xi fehma. Rigward ir-raġunijiet għal dan, l-awtoritajiet Rumeni żiedu li ma kinux jafu jekk Electrocarbon u Elsid kinux involuti wkoll fin-negozjar tal-elettriku għall-operaturi. |
|
(91) |
L-awtoritajiet Rumeni pprovdew kummenti sostanzjati sew u dettaljati dwar l-osservazzjonijiet li għamlu Alro u ArcelorMittal b'appoġġ tal-konklużjoni tagħhom li l-kuntratti tagħhom ma kinux jinvolvu għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Rumeni spjegaw li l-Istat ma kienx ta struzzjonijiet lir-rappreżentanti tiegħu fuq il-bord tad-diretturi ta' Hidroelectrica u li d-dritt tal-kumpaniji tar-Rumanija jobbliga lill-membri tal-bord sabiex jaġixxu fl-interessi tal-kumpanija u mhux fl-interessi tal-azzjonisti li jaħtruhom. |
|
(92) |
L-awtoritajiet Rumeni ddikjaraw li Alro kinet moqdija mill-produzzjoni proprja ta' Hidroelectrica u li, għalhekk, il-profittabilità kellha titkejjel biss b'referenza għall-kostijiet tal-produzzjoni ta' Hidroelectrica stess. L-awtoritajiet Rumeni għamluha ċara wkoll li ArcelorMittal hija t-tieni l-ikbar konsumatur tal-elettriku fir-Rumanija, wara Alro, u spjegaw li daqstant ieħor kien veru għall-elettriku bħal kwalunkwe prodott ieħor: iktar ma jkun kbir il-volum mixtri, iktar sejjer jorħos il-prezz tal-kuntratt. |
|
(93) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni kkonfermaw l-osservazzjonijiet ta' ArcelorMittal, jiġifieri li, kif irrapportat l-ANRE, il-prezz medju mħallas mill-konsumaturi industrijali b'domanda li tlaħħaq mal-150 000 MWh/sena kienet biss 11-il RON/MWh ogħla mill-prezz imħallas minn ArcelorMittal fl-2010. L-awtoritajiet użaw l-argumenti li ġejjin sabiex jispjegaw din id-differenza: (i) il-kunsinna f'dan il-profil lineari tipprovdi lill-fornitur tal-elettriku bl-opportunità li jottimizza l-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu; (ii) il-kostijiet tal-manutenzjoni jitnaqqsu b'mod sinifikanti; (iii) kemm in-numru kif ukoll id-durata tal-waqfiet aċċidentali huma mnaqqsin; u (iv) l-iżbilanċi fis-suq tal-elettriku huma mnaqqsin b'mod sinifikanti, fattur rifless ukoll fi tnaqqis fil-kostijiet tax-xiri tal-elettriku. |
|
(94) |
B'rabta mal-osservazzjonijiet li għamel il-kompetitur ta' Alro, l-awtoritajiet Rumeni japprovaw bis-sħiħ il-pożizzjoni ta' dan tal-aħħar u sostnew il-fehma tiegħu li skont din produttur tal-aluminju Ewropew kin f'kompetizzjoni ma' kwalunkwe produttur globali ieħor tal-aluminju. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni argumentaw li l-kuntratt ma' Alro ma kienx jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq globali tal-aluminju. |
|
(95) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni argumentaw li, minn perspettiva finanzjarja, kwalunkwe produttur tal-elettriku razzjonali kien joffri lill-produttur tal-aluminju tariffa aħjar minn dawk tal-OPCOM-PCCB jew tas-suq spot, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-produtturi tal-aluminju. Spjegaw ukoll li l-prezz fis-suq spot ma kienx ikun punt ta' riferiment korrett għal kuntratt fit-tul konkluż ma' konsumatur industrijali. Il-prezzijiet tal-kuntratti bilaterali b'kundizzjonijiet tal-ħlas vantaġġjużi u li jkopru volumi kbar ta' elettriku f'konsum tal-faxxa prevedibbli kellhom ikunu ferm inqas mill-prezzijiet tal-elettriku fis-suq spot. |
|
(96) |
Fir-rigward tal-osservazzjonijiet li għamel iċ-ċittadin, l-awtoritajiet Rumeni ddikjaraw li dawn kienu infondati. Fir-rigward tal-allegazzjoni magħmula miċ-ċittadin li l-prezzijiet mogħtijin lil Alro kienu inqas mill-prezzijiet għal tranżazzjonijiet ekwivalenti fir-Rumanija, l-awtoritajiet Rumeni spjegaw li ċ-ċittadin kienu injoraw għalkollox il-flutwazzjoni tal-prezz fuq il-bażi tal-elementi speċifiċi ta' kull tranżazzjoni (jiġifieri volumi kbar tal-elettriku b'konsum tal-faxxa, il-livell għoli ta' prevedibbiltà, u kundizzjonijiet finanzjarji vantaġġużi għall-bejjiegħ). |
|
(97) |
Fir-rigward tat-tieni argument li invoka ċ-ċittadin, jiġifieri li l-opportunità mogħtija lil Alro sabiex taġġusta l-prezzijiet fuq il-bażi tal-formula LME kienet tiddiskrimina kontra parteċipanti oħrajn fis-suq tal-elettriku, l-awtoritajiet Rumeni argumentaw kif ġej: (i) din il-prattika kienet awtorizzata mil-leġiżlazzjoni Rumena diment li Hidroelectrica kienet tagħmel profitt mill-kuntratt ikkonċernat, u (ii) l-arranġament kien forma ta' sħubija bejn il-bejjiegħ u x-xerrej, li kienu qegħdin jaqsmu l-profitt mill-bejgħ tal-aluminju. |
7. VALUTAZZJONI
7.1. Eżistenza ta' għajnuna mill-Istat
|
(98) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 107(1) TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni, billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, għandha tkun inkompatibbli mas-suq intern. Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tal-Ftehim ŻEE, il-miżura inkwistjoni trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha. |
|
(99) |
Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġi vvalutat jekk il-kuntratti investigati tawx għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE lix-xerrejja tal-elettriku mibjugħ minn Hidroelectrica, jiġifieri Alpiq RomEnergie, Alpiq RomIndustries, EFT, Electrica, Electromagnetica, Energy Holding, EURO-PEC, Luxten-Lighting, Alro, ArcelorMittal, Electrocarbon u Elsid wara l-adeżjoni tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. |
|
(100) |
Dan ikun il-każ, fost kundizzjonijiet oħrajn ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, biss jekk il-kuntratti inkwistjoni kienu jiffavorixxu lil ċerti xerrejja billi jagħtuhom vantaġġ ekonomiku fuq il-kundizzjonijiet normali tas-suq u, jekk dan huwa minnu, biss jekk il-vantaġġ li jirriżulta mill-kuntratti u l-emendi sussegwenti tagħhom jista' jiġi attribwit mhux biss għar-riżorsi tal-Istat Rumen, iżda anki għal azzjonijiet, struzzjonijiet jew influwenza deċiżiva tal-Istat, għall-kuntrarju ta' deċiżjonijiet kummerċjali indipendenti ta' Hidroelectrica. |
|
(101) |
Skont id-deċiżjoni fil-każ ta' Budapesti Erömü (51), il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat implimentati qabel l-adeżjoni u li baqgħu applikabbli wara l-adeżjoni għandhom jiġu kkunsidrati jew bħala għajnuna eżistenti jew inkella bħala għajnuna ġdida wara l-adeżjoni. Sabiex jitqiesu bħala għajnuna eżistenti, dawn il-miżuri għandhom ikunu elenkati b'mod espliċitu fl-Att tal-Adeżjoni ta' Stat Membru mal-Unjoni Ewropea; f'dan il-każ mill-Anness V għat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea (“L-Att tal-Adeżjoni”) (52). Il-kuntratti ma kinux elenkati b'mod espliċitu fl-Anness V għall-Att tal-Adeżjoni. Peress li l-kuntratti kienu għadhom applikabbli wara d-data tal-adeżjoni, setgħu jitqiesu bħala ġodda biss u, għalhekk, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata, iridu jiġu vvalutati mid-data tal-adeżjoni (l-1 ta' Jannar 2007) fid-dawl tal-erba' kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kien ikollha tevalwa l-kuntratti bħala miżuri ta' għajnuna ġodda possibbli mill-adeżjoni tar-Rumanija fl-1 ta' Jannar 2007. Dik l-evalwazzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq iċ-ċirkustanzi miksuba fis-suq meta ddaħħlu fis-seħħ il-kuntratti (ara l-premessa 19), b'mod partikolari għall-fini ta' teħid ta' deċiżjoni dwar jekk il-kuntratti inkwistjoni kinux konformi mal-prezzijiet tas-suq meta ġew konklużi. Għaldaqstant, dawn iċ-ċirkustnazi mhumiex sejrin jiġu vvalutati iktar minn hawn 'il quddiem. |
7.2. Valutazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku possibbli fuq il-kundizzjonijiet tas-suq
|
(102) |
Sabiex tistabbilixxi jekk il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet li bihom Hidroelectrica forniet l-elettriku lill-benefiċjarji allegati kinux ikunu disponibbli b'mod ieħor fis-suq Rumen mill-2007, il-Kummissjoni l-ewwel trid issib prezz ta' riferiment xieraq li jirrifletti prezz tas-suq (i) disponibbli f'perjodu ta' żmien li fih kienu fis-seħħ il-kuntratti wara l-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE u (ii) għall-perjodu ta' żmien li għalih il-Kummissjoni nediet il-proċedura formali b'rabta mal-kuntratti. |
7.2.1. Vantaġġ ekonomiku fuq il-kundizzjonijiet tas-suq
|
(103) |
Meta tivvaluta jekk kienx hemm vantaġġ ekonomiku, il-Kummissjoni tieħu bħala l-punt ta' referenza tagħha operatur tas-suq soġġett għall-istess obbligi jew obbligi simili bħal Hidroelectrica, li jkollu l-istess opportunitajiet u jkun affaċċjat bl-istess kundizzjonijiet legali u ekonomiċi bħal dawk li kienu fis-seħħ fir-Rumanija fil-perjodu eżaminat, fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-operatur u l-objettivi kummerċjali tiegħu (53). Sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat, kumpanija bi sjieda pubblika trid, meta tbigħ il-prodotti tagħha, iġġib ruħha bħal operatur privat f'ekonomija tas-suq, billi tfittex li tikseb l-ikbar rikavat jew timminimizza t-telf. Fi kliem ieħor, il-valutazzjoni tal-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku indebitu possibbli f'kuntratt tal-provvista kummerċjali minn fornitur proprjetà tal-Istat tinvolvi l-valutazzjoni ta' kemm fornitur li mhux proprjetà tal-Istat f'sitwazzjoni simili kienx iġib ruħu bl-istess mod. |
|
(104) |
Bl-istess mod, mal-ewwel daqqa t'għajn, filwaqt li d-differenzi fil-prezzijiet bejn it-tariffi tal-elettriku stabbiliti mill-Istat u l-prezzijiet tas-suq liberu ogħla jistgħu jindikaw il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat, għal raġunijiet oġġettivi, jista' jkun possibbli li jinstab li livelli inqas ta' prezzijiet fil-kuntratti investigati ma jagħtux lix-xerrejja tal-elettriku vantaġġ ekonomiku fuq il-kundizzjonijiet tas-suq (54). Finalment, meta teżamina l-possibbiltà ta' għajnuna mill-Istat iddefinita bħala prezzijiet tal-elettriku ogħla mill-kundizzjonijiet tas-suq fis-swieq tal-elettriku f'kuntesti tas-suq kumplessi, il-Kummissjoni tista' tibbaża skont il-liġi fuq metodi jew mudelli ekonomiċi speċifiċi sabiex tistabbilixxi kemm il-prezzijiet tal-kuntratti jvarjaw mill-prezzijiet tas-suq (55). |
|
(105) |
Fil-fatt, il-prezz għall-kuntratti kien jew aġġustat b'mod annwali fuq il-prezz stabbilit fil-kuntratt jew inkella ġie stabbilit b'mod annwali għal numru ta' kuntratti, ħlief fil-każ ta' Alro, li għaliha l-prezz annwali attwali rriżulta mill-applikazzjoni tal-formuli tal-indiċjar kuntrattwali. Għaldaqstant, jekk kienx hemm vantaġġ ekonomiku huwa vvalutat għal kull waħda mis-snin koperti mill-investigazzjoni sal-1 ta' Jannar 2007. |
— Kuntratti ma' negozjanti tal-elettriku, produtturi tal-elettrodi u Alro
|
(106) |
Kif deskritt fil-premessi 24 — 35, il-Kummissjoni eżaminat diversi segmenti tas-suq tal-elettriku fir-Rumanija bejn l-2007 u l-2010. Sabiex it-tqabbil ikun ġust, xieraq li jiġu eżaminati l-eqreb komparaturi li jkunu l-iktar adegwati għall-prezzijiet ipprovduti fil-kuntratti fil-perjodu eżaminat. |
|
(107) |
Fi swieq tal-elettriku li jiffunzjonaw sew b'likwidità adegwata u strumenti li jippermettu li jitbassru l-prezzijiet tal-kunsinni futuri, il-prezzijiet spot huma indikazzjoni jew approssimazzjoni tajba tal-prezzijiet tas-suq u jistgħu jintużaw bħala punti ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-livelli tal-prezzijiet f'kuntratti speċifiċi. Madankollu, f'dan il-każ, minħabba s-sehem relattivament għoli ta' domanda li, fir-Rumanija fl-2007, kienet għadha qiegħda tiġi ssodisfata fuq il-bażi ta' tariffi regolati, il-likwidità limitata tal-pjattaformi tan-negozjar tal-OPCOM fil-perjodu 2007-2010, il-volumi ta' elettriku soġġetti għall-kuntratti investigati, l-istabbiliment ta' kambji tal-enerġija ġestiti mill-OPCOM bħala suq antitrust rilevanti li fih kien hemm prattika ta' abbuż minn pożizzjoni dominanti (premessi 30-31 u 34), u fid-dawl tal-kummenti li għamlu l-partijiet terzi (premessi 60-63), ma jistax jiġi stabbilit fuq bażi prima facie li l-prezzijiet spot u l-prezzijiet fuq il-pjattaforma tal-OPCOM-PCCB jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu punti ta' riferiment xierqa għall-valutazzjoni tal-preżenza possibbli ta' vantaġġ ekonomiku fuq il-prezzijiet tas-suq. |
|
(108) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni warrbet il-metodu tagħha bbażat fuq il-prezzijiet medji tal-OPCOM bħala punti ta' riferiment għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-kuntratt ta' Hidroelectrica, li fuqu kienet ibbażat id-dubji fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ rilevanti dwar il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku fl-għaxar kuntratti man-negozjanti tal-elettriku u fiż-żewġ kuntratti mal-produtturi tal-elettrodi. L-investigazzjoni wriet li n-negozjar fuq pjattaformi bħall-OPCOM, għal durati iqsar u b'patti standard u jekk hux fuq bażi ta' “ġurnata bil-quddiem” jew “sena jew inqas” jew bil-għan li jiġu pprovduti servizzi anċillari jew ta' bbilanċjar lill-operatur tan-netwerk tal-elettriku, ma jistax jitqies bħala alternattiva raġonevoli għall-kuntratti personalizzati ta' Hidroelectrica taħt skrutinju fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq Rumen fil-perjodu kkunsidrat. Il-kuntratti kkonċernati ġew innegozjati direttament sabiex jakkomodaw il-ħtiġijiet tal-provvista speċifiċi tax-xerrej u l-bejjiegħ, bi flessibbiltà li mhijiex disponibbli f'segmenti oħrajn tas-suq. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat li hemm vantaġġ ekonomiku fuq il-kundizzjonijiet tas-suq, hemm bżonn li jiġu eżaminati wkoll il-kundizzjonijiet miksubin f'segmenti oħrajn tas-suq disponibbli fir-Rumanija fl-2007 u wara, anki jekk dawn ma ġewx identifikati fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ. |
|
(109) |
Fir-rigward tas-suq regolat, li fuqu Hidroelectrica forniet effettivament madwar għoxrin fil-mija tal-produzzjoni tagħha meta seħħew il-fatti (premessa 31), tqabbil mal-prezzijiet regolati mibdulin ta' kull sena minn Hidroelectrica fuq il-bażi tal-kostijiet eliġibbli u rata ta' redditu stabbilita mir-regolatur tal-elettriku ANRE juri li l-prezzijiet tal-kuntratti kollha taħt skrutinju kienu ogħla b'mod kostanti u sinifikanti mill-prezzijiet regolati bejn l-2007 u l-2010 (premessa 26 u l-Anness 1). Għaldaqstant, kien ekonomikament razzjonli għal Hidroelectrica li tkompli tforni lill-benefiċjarji allegati kollha fil-proċedimenti attwali mill-2007, peress li l-kuntratti kkonċernati kienu jrendu qligħ ikbar minn dawk forniti fis-swieq regolati. Xorta waħda, u bi tqabbil mal-alternattiv teoriku ta' żieda tal-kwantitajiet forniti fis-suq regolat, Hidroelectrica ma setgħetx taqbad u teqleb il-provvista tal-elettriku tagħha mill-kuntrati taħt skrutinju għas-suq regolat, peress li l-kwantitajiet forniti fis-suq regolat kienu stabbiliti ex ante mill-ANRE. |
|
(110) |
L-istess huwa minnu, mutatis mutandis, għall-kundizzjonijiet tan-negozjar fis-swieq tal-ibbilanċjar u ta' ġurnata bil-quddiem. Minħabba l-karatteristiċi tal-produzzjoni ta' Hidroelectrica, parzjalment fuq il-bażi tal-elettriku li jista' jiġi konsenjat u l-kostijiet marġinali baxxi, jista' jkun argumentat li Hidroelectrica setgħet tikseb rikavati li kultant ikunu ikbar li kieku qelbet il-forniment tal-elettriku tagħha mill-kuntratti kkunsidrati għas-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u ta' bbilanċjar, speċjalment li kieku ffokat fuq il-forniment tal-elettriku fl-eqqel ħinijiet, meta l-prezzijiet jiżdiedu b'mod konsiderevoli. Madankollu, għal diversi raġunijiet, il-kundizzjonijiet tas-suq u l-prezzijiet prevalenti f'dawk is-segmenti tas-suq ma jistgħux jitqiesu li jirrappreżentaw il-kundizzjonijiet tas-suq li magħhom jistgħu jitqabblu l-kuntratti eżaminati sabiex jiġi żgurat jekk kinux jagħtu vantaġġ ekonomiku lix-xerrejja. |
|
(111) |
L-ewwel nett, jidher li Hidroelectrica forniet elettriku f'dawn is-segmenti tas-suq ukoll bejn l-2007 u l-2010, għad li sa ċertu punt limitat — sa inqas minn 10 % tal-bejgħ tagħha (premessa 31). Il-kwistjoni rilevanti hija jekk it-tali swieq setgħux jikkostitwixxu alternattiva valida għal operatur razzjonali li jaġixxi minflok Hidroelectrica u l-istabbiliment tad-destinazzjoni ta' 63 % tal-bejgħ tagħha — bejgħ li għamlet Hidroelectrica fuq il-bażi ta' kuntratti bilaterali bejn l-2007 u l-2010. |
|
(112) |
In-negozjar f'dawk is-segmenti tas-suq kien jinvolvi karatteristiċi distinti li jagħmluha impossibbli li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tas-suq validi għas-suq Rumen sħiħ jew għall-kuntratti fit-tul ta' Hidroelectrica. Tabilħaqq, is-servizzi ta' bbilanċjar jew anċillari huma forniti minn produtturi tal-elettriku lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fuq il-bażi ta' domanda imprevedibbli u xejriet tad-domanda min-naħa ta' xerrej wieħed. Il-provvista ta' ġurnata bil-quddiem timplika wkoll prezzijiet u kwantitajiet imprevedibbli minn jum għall-ieħor. Fi kliem ieħor, il-kuntratti fit-tul eżaminati, anki jekk jitwarrbu d-dispożizzjonijiet kuntrattwali tagħhom u jiġi supponut li huma segmentati f'sensiela ta' kuntratti li jistgħu jiġu riveduti ta' kull sena, ma jistgħux jitqabblu ma' sensiela ta' 365 kuntratt ta' jum għall-istess perjodu. Ebda wieħed minn dawn is-segmenti tas-suq alternattivi ma kien joffri l-prevedibbiltà u l-istabbiltà tar-rikavat meħtieġ minn Hidroelectrica jew jaqbel mal-karatteristiċi tal-produzzjoni u l-pjan ta' investiment ta' Hidroelectrica (premessi 13- 15). |
|
(113) |
Finalment, fil-fatt, il-volumi totali nnegozjati kull sena mill-2007 sal-2010 bejn il-fornituri Rumeni kollha u x-xerrejja rilevanti fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u ta' bbilanċjar f'daqqa dejjem ammontaw għal inqas mill-volum annwali fornit bil-kuntratti investigati (ara l-premessi 30, 31 u 38). Matul dak il-perjodu, l-ebda wieħed mis-segmenti tas-suq ma kellu l-kapaċità u l-likwidità meħtieġa għall-assorbiment tal-volumi tal-bejgħ li sar bil-kuntratti investigati. Fi kliem ieħor, anki bis-suppożizzjoni mhux realistika li Hidroelectrica setgħet tibdel il-produtturi u l-bejjiegħa Rumeni kollha f'wieħed minn dawn iż-żewġ segmenti tas-suq jew fit-tnejn li huma, Hidroelectrica xorta waħda kien ikollha bżonn issib xerrejja oħrajn għall-volumi inkwistjoni. Għaldaqstant, il-patti u l-prezzijiet applikati f'dawk is-segmenti tas-suq kemxejn niċċa, jammontaw kemm jammontaw, ma jistgħux jintużaw bħala referenza għal tqabbil sinifikanti u oġġettiv mal-prezzijiet ta' Hidroelectrica għal kuntratti fit-tul. |
|
(114) |
Fid-dawl tal-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti f'termini tal-flessibbiltà tal-provvista, id-durata twila u l-kwantitajiet fil-kuntratt, u fiċ-ċirkustanzi speċjali tas-suq Rumen fil-perjodu investigat, l-eqreb komparaturi disponibbli għad-determinazzjoni tal-preżenza possibbli ta' vantaġġ ekonomiku fuq il-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti fir-Rumanija kienu l-prezzijiet miftehmin mill-konsumaturi l-kbar li kkonkludew kuntratti ppersonalizzati nnegozjati direttament b'patti li ma kinux riġidi u li kienu prestabbiliti. Għaldaqstant, xieraq li jiġi analizzat jekk il-kuntratti taħt skrutinju kinux konformi mal-prezzijiet ta' bejjiegħa oħrajn fis-suq Rumen għal kuntratti nnegozjati direttament. Is-sett tad-dejta fil-premessi 35-38 hawn fuq li jkopri l-kuntratti bilaterali nnegozjati direttament fis-seħħ li kienu kontemporanji mal-kuntratti investigati jikkostitwixxi l-iktar bażi adegwata disponibbli għall-Kummissjoni f'dan il-każ għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-kuntratti mitlubin lin-negozjanti tal-elettriku, Alro, Electrocarbon u Elsid. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qabblet dawk il-prezzijiet mal-prezzijiet li jirriżultaw mis-sett tad-dejta li jirreferi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sa tmiem l-2010. |
— Il-kuntratti ma' ArcelorMittal
|
(115) |
Fir-rigward taż-żewġ kuntratti konklużi fl-2009 u l-2010 minn Hidroelectrica ma' ArcelorMittal fis-suq tal-OPCOM-PCCB, il-Kummissjoni ma tqisx li l-prezzijiet taħt l-offerti paralleli taż-żewġ negozjanti fis-suq tal-OPCOM-PCCB imsemmijin fid-deċiżjoni tal-ftuħ rilevanti jirrappreżentaw prezz ta' riferiment adegwat, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(116) |
Fin-nuqqas tal-applikazzjoni ta' kuntratti komparabbli għalkollox, il-prezzijiet medji tal-OPCOM-PCCB mhumiex punt ta' riferiment validu għaż-żewġ kuntratti ma' ArcelorMittal, peress li l-volum tal-enerġija nnegozjata fl-OPCOM kien limitat u t-tipi ta' tranżazzjoni effettivament imwettqa ma kinux komparabbli. |
|
(117) |
Minkejja l-fehmiet preliminari proposti fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ, u f'kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet kbar ta' elettriku mixtrija minn ArcelorMittal, il-fatt li ArcelorMittal kienet klijent affidabbli u finanzjarjament stabbli ta' Hidroelectrica u l-fatt li l-ebda waħda miż-żewġ offerti paralleli min-negozjanti u lanqas il-prezzijiet medji tal-OPCOM-PCCB ma kienu jirrappreżentaw komparatur validu għaż-żewġ kuntratti ma' ArcelorMittal, il-Kummissjoni tqis li l-aħjar indikatur għal skopijiet ta' punt ta' riferiment għall-prezz ikun dak użat għall-kuntratti l-oħrajn identifikati fis-sett tad-dejta Għaldaqstant, fid-dawl tal-kummenti riċevuti bħala tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni mmodifikat l-analiżi tagħha u eżaminat il-prezzijiet ta' dawn iż-żewġ kuntratti ma' ArcelorMittal fuq il-bażi tal-istess sett tad-dejta użat għat-tqabbil tal-kuntratti fit-tul. |
— L-analiżi ekonometrika mill-Kummissjoni tal-prezzijiet tal-kuntratti fit-tul
|
(118) |
Fi swieq tal-elettriku li jiffunzjonaw sew b'likwidità adegwata u strumenti li jippermettu li jitbassru l-prezzijiet tal-kunsinni futuri, il-prezzijiet spot huma indikazzjoni jew approssimazzjoni tajba tal-prezzijiet tas-suq u jistgħu jintużaw bħala punti ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-livelli tal-prezzijiet f'kuntratti speċifiċi. Madankollu, f'dan il-każ, minħabba s-ehem relattivament għoli mod-domanda li, fir-Rumanija fl-2009, kien għadu qiegħed jiġi ssodisfat fuq il-bażi ta' tariffi regolati, il-likwidità limitata tal-pjattaformi tan-negozjar tal-OPCOM fil-perjodu 2007-2010, u l-fatt li l-boroż tal-enerġija ġestiti mill-OPCOM kienu tfasslu bħala suq tal-antitrust rilevanti li fih huwa prattikat abbuż minn pożizzjoni dominati, xieraq li wieħed joqgħod fuq punti ta' riferiment oħrajn għall-valutazzjoni tal-preżenza potenzjali ta' vantaġġ ekonomiku fuq il-prezzijiet tas-suq. |
|
(119) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat is-sett tad-dejta pprovdut mill-awtoritajiet Rumeni, minħabba li dan tqies bħala l-aħjar sors disponibbli ta' evidenza li tirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq fir-Rumanija. Is-sett tad-dejta fih informazzjoni adegwata sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tanalizza l-kundizzjonijiet fis-suq tal-elettriku Rumen fil-perjodu ta' żmien investigat, kif muri fil-premessi 36 u 37. Fuq il-bażi tas-sett tad-dejta, il-Kummissjoni wettqet analiżi ekonometrika sabiex tistima punt ta' riferiment għall-prezz ibbażat fuq kuntratti tal-provvista tal-elettriku kontemporanji għall-kuntratti investigati ta' Hidroelectrica matul il-perjodu investigat. L-użu tal-mudelli ekonomiċi sabiex jiġu kkwantifikati il-vantaġġi possibbli fuq il-kundizzjonijiet tas-suq huwa konformi mal-preċedent f'kuntesti tas-suq kumplessi (premessa 104), bħal dak inkwistjoni fir-Rumanija mill-2007 (premessi 24-38 u 107). Fl-Anness II hija pprovduta deskrizzjoni teknika sħiħa u dettaljata tal-analiżi ekonometrika u r-riżultati tagħha. |
|
(120) |
Fin-nuqqas ta' referenza definittiva sabiex jiġu stabbilitti l-“kundizzjonijiet tas-suq”, sabiex jiġi vverifikat jekk il-kuntratti kellhomx prezzijiet ogħla mil-livell tas-suq, intuża punt ta' riferiment tal-prezzijiet tas-suq bħala indikatur, b'suppożizzjonijiet konservattivi, jiġifieri billi ttieħed kont tad-devjazzjonijiet importanti 'l isfel mill-prezz tas-suq stmat. Fuq il-bażi ta' dan l-approċċ konservattiv, il-Kummissjoni għamlet paragun bejn il-prezzijiet tal-kuntratti ta' Hidroelectrica u l-prezz tas-suq ta' riferiment annwali bejn l-2007 u l-2010. It-tqabbil sar fuq bażi annwali għaliex, fil-fatt, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu modifikati ta' kull sena (58), minkejja d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-kuntratti. |
|
(121) |
L-analiżi turi li tliet benefiċjarji allegati biss ibbenefikaw minn prezzijiet orħos minn dawk li jaqgħu fi ħdan il-medda li fiha jistgħu jitqiesu konformi mal-prezz tas-suq ta' riferiment:
|
|
(122) |
L-analiżi turi li l-prezzijiet applikati minn Hidroelectrica f'disgħa mill-kuntratti bejn l-2007 u l-2010, jiġifieri dawk ma' Alpiq RomIndustries, Alpiq RomEnergie, EFT, Electromagnetica, Energy Holding, Euro-Pec, Electrica, ArcelorMittal u Alro, kienu konformi bis-sħiħ mal-prezz tas-suq ta' riferiment. Fil-każ tal-kuntratt ma' Luxten-Lighting, il-prezzijiet applikati fl-2007 u l-2010 ma jvarjawx b'mod sinifikanti minn dawk ta' kuntratti nnegozjati direttament oħrajn konklużi fis-suq Rumen. |
|
(123) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma kien hemm ebda vantaġġ ekonomiku indebitu fuq il-kundizzjonijiet tas-suq mogħtijin bil-kuntratti ma' Alpiq RomIndustries, Alpiq RomEnergie, EFT, Electromagnetica, Energy Holding, Euro-Pec, Electrica, ArcelorMittal u Alro għall-perjodu sħiħ ta' żmien investigat, kif ukoll ma' Luxten-Lighting għas-snin 2007 u 2010. |
|
(124) |
Fl-istess ħin, l-analiżi empirika tidentifika tliet kuntratti li kellhom prezzijiet li mhumiex konformi mal-punt ta' riferiment għall-prezzijiet, jiġifieri l-kuntratt bejn Hidroelectrica u Luxten-Lighting għall-2008 u l-2009 u dawk ma' Electrocarbon u Elsid għall-2007-2010. |
|
(125) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, id-deċiżjoni ta' Hidroelectrica li żżomm it-tliet kuntratti ma' Electrocarbon u Luxten-Lighting ma tistax titqies li hija dik ta' operatur tas-suq razzjonali, peress li l-kuntratti ma' Luxten-Lighting għall-2008 u l-2009 u ma' Electrocarbon u Elsid għall-2007-2010 jidhru li huma taħt il-kundizzjonijiet tas-suq, b'suppożizzjonijiet konservattivi (Anness II). Għaldaqstant, il-kuntratti ta' Hidroelectrica taw vantaġġ ekonomiku indebitu lil Luxten-Lighting għall-2008-2009 u lil Electrocarbon u Elsid għall-2007-2010. |
|
(126) |
Minn dan isegwi li l-kuntratti ta' Hidroelectrica ma' Luxten-Lighting għall-2008 u l-2009 u ma' Electrocarbon u Elsid għall-2007-2010 jidhru li ffavorixxew lix-xerrejja billi tawhom vantaġġ ekonomiku indebitu fuq il-kundizzjonijiet normali tas-suq u, għalhekk, ma tistax tiġi eskluża l-possibbiltà li l-kuntratti involvew għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(127) |
Għaldaqstant, fid-dawl tas-sejbiet tal-analiżi ekonometrika tal-Kummissjoni deskritta fil-premessa 120, hemm bżonn li jiġi analizzat ukoll jekk hijiex issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet kumulattivi l-oħrajn għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat fir-rigward ta' Luxten-Lighting, Electrocarbon u Elsid. |
7.3. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabilità lill-Istat
|
(128) |
Peress li Hidroelectrica hija 80 % proprjetà tal-Istat u li nuqqas potenzjali ta' rikavat mill-bejgħ inaqqas ir-riżorsi disponibbli għar-Rumanija fil-kapaċità tagħha bħala azzjonist, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li r-rikavati jew in-nuqqas ta' dawn mill-bejgħ ta' elettriku bit-tliet kuntratti ma' Luxten-Lighting għall-2008-2009 u Electrocarbon u Elsid għall-2007-2010 jinvolvu riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(129) |
Madankollu, l-istess konklużjoni mhux bilfors hija ġġustifikata fir-rigward tal-imputabbiltà lill-Istat Rumen tad-deċiżjonijiet kummerċjali ta' Hidroelectrica b'rabta mal-prezzijiet u r-rikavat mill-bejgħ skont it-tliet kuntratti ma' Luxten-Lighting, Electrocarbon u Elsid wara l-1 ta' Jannar 2007. Tabilħaqq, is-sempliċi fatt li l-prezzijiet b'applikazzjoni tal-kuntratti taħt skrutinju kienu debitati minn Hidroelectrica, impriża pubblika kkontrollata b'maġġoranza mill-Istat Rumen, mhuwiex raġuni biżżejjed sabiex jiġi konkluż li dawn id-deċiżjonijiet kienu imputabbli lill-Istat Rumen. |
|
(130) |
Fil-fatt, it-tliet kuntratti kollha kemm huma kienu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 (premessa 19, Anness I). Il-Kummissjoni mhijiex kompetenti sabiex tistabbilixxi jekk il-konklużjoni tat-tliet kuntratti inkwistjoni fl-2002 u l-2004 u kwalunkwe emenda fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE kinux imputabbli lill-Istat Rumen, jew li tivvaluta ċ-ċirkustanzi tas-suq li fihom ġew konklużi jew emendati l-kuntratti qabel id-data rilevanti (premessa 101). Għaldaqstant, id-deċiżjonijiet ta' Hidroelectrica li l-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tivvaluta huma dawn li ġejjin:
|
|
(131) |
F'dak ir-rigward, anki jekk l-IstatRumen kien f'pożizzjoni li jikkontrolla l-politika ta' Hidroelectrica u li jeżerċita influwenza dominanti fuq id-deċiżjonijiet tagħha, ma jistax jiġi supponut b'mod awtomatiku li, fil-kwistjoni ta' żamma tal-kuntratti ma' Luxten-Lighting għas-snin 2008-2009 u ma' Electrocarbon u Elsid għas-snin 2007-2010, u l-emendar tal-prezzijiet tal-kuntratti, fil-fatt eżerċita dak il-kontroll. |
|
(132) |
Skont il-ġurisprudenza rilevanti (59), hemm bżonn li jiġi eżaminat kemm jekk l-awtoritajiet Rumeni jistgħu jitqiesu li kienu involuti, b'xi mod jew ieħor, fiż-żamma tal-kuntratti fis-seħħ u fil-modifika tal-prezzijiet tal-kuntratti, kif ukoll il-probabbiltà li ma kinux involuti f'dawn id-deċiżjonijiet. Għal dak l-għan, l-imputabbiltà lill-Istat Rumen tad-deċiżjonijiet rigward il-kuntratti investigati tista' tiġi inferita minn sett ta' indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi, u mill-kuntest, li fihom Hidroelectrica forniet elettriku lil Luxten-Lighting għas-snin 2008-2009 u lil Electrocarbon u Elsid wara l-2007. |
|
(133) |
B'mod partikolari, u fuq il-bażi tal-ġurisprudenza rilevanti, iż-żamma tat-tliet kuntratti kurrenti u l-introduzzjoni ta' modifiki fil-prezzijiet tal-kuntratti wara l-2007 jistgħu jkunu imputabbli lir-Rumanija (i) jekk Hidroelectrica ma setgħetx tiddeċiedi fuq dawn il-kwistjonijiet bla ma tqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi, jew (ii) jekk Hidroelectrica kellha tikkunsidra direttivi maħruġin minn korp governattiv jew interministerjali. Bl-istess mod, kellu jiġi kkunsidrat ukoll (iii) jekk Hidroelectrica hijiex integrata fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, (iv) in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta' dawn fuq is-suq f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni ma' operaturi privati, (v) l-istatus legali ta' Hidroelectrica (fis-sens jekk hijiex soġġetta għal-liġi pubblika jew għad-dritt ordinarju tal-kumpaniji), (vi) l-intensità tas-sorveljanza eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tagħha, jew (vii) kwalunkwe indikatur ieħor ta' involviment mill-awtoritjaiet pubbliċi fiż-żamma tal-kuntratti u l-modifika tal-prezzijiet tal-kuntratti, jew inkella l-improbabbiltà li ma jkunux involuti, filwaqt li jitqiesu wkoll (viii) il-kumpass tad-deċiżjonijiet meħudin minn Hidroelectrica, il-kontenut tagħhom jew il-kundizzjonijiet li fihom (60). |
|
(134) |
Hidroelectrica hija kumpanija rregolata mid-dritt tal-kumpaniji ordinarju u mhijiex integrata fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika. Fil-fatt, il-membri tal-bord tad-diretturi ta' Hidroelectrica jistgħu jikkumulaw funzjonijiet mal-karigi governattivi (premessa 12). Dan jista' jissuġġerixxi li l-membri tal-bord tad-diretturi ntgħażlu primarjament fuq il-bażi tal-qrubija tagħhom għall-Gvern minflok fuq il-bażi tal-esperjenza jew il-kompetenza kummerċjali tagħhom. Filwaqt li hemm indikazzjonijiet li Hidroelectrica hija obbligata tqis id-direttivi maħruġin minn korp governattiv jew interministerjali, ma hemm ebda indikazzjoni li kwalunkwe direttiva bħal din inħarġet għall-finijiet ta' żamma fis-seħħ tat-tliet kuntratti inkwistjoni u ż-żieda tal-prezzijiet tal-kuntratti. B'mod partikolari, ma hemm ebda indikazzjoni li l-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew il-bord tad-diretturi ta' Hidroelectrica kellhom xi rwol fid-deċiżjonijiet marbutin ma' (żamma ta') kuntratti tal-provvista tal-elettriku kummerċjali u/jew l-emendar tal-prezzijiet applikati b'applikazzjoni ta' dawk il-kuntratti (premessa 12). Kif osservaw diversi partijiet interessati, skont l-artikoli tal-inkorporazzjoni ta' Hidroelectrica u d-dritt tal-kumpaniji tar-Rumanija, l-uffiċjal kap eżekuttiv imexxi l-kumpanija, jirrappreżentaha fil-ħidma ta' kuljum u jieħu deċiżjonijiet indipendenti fuq kwistjonijiet apparti dawk riżervati għal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti u l-bord tad-diretturi. L-awtoritajiet Rumeni jisħqu li l-membri tal-bord tad-diretturi jridu jieħdu deċiżjonijiet fl-interess tal-kumpanija. |
|
(135) |
L-Ordni Ministerjali 445/2009, li l-Kummissjoni rreferiet għaliha fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ (premessa 44), ma kellha ebda effett fuq il-patti u l-kundizzjonijiet tat-tliet kuntratti inkwistjoni. Skont l-Artikolu 1(2) ta' din l-Ordni, il-kuntratti bilaterali kurrenti kienu ġeneralment eżentati mir-regola li fuq il-bażi tagħha r-rappreżentanti tal-Ministeru tal-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Ambjent tan-Negozju u l-membri tal-bordijiet tad-diretturi tal-kumpaniji tal-elettriku tal-Istat kienu obbligati jiżguraw li, mill-31 ta' Marzu 2010, il-volum tal-elettriku ddestinat għas-suq tal-operaturi jkun innegojat esklussivament fuq l-OPCOM. Kif osservat fil-premessa 101, il-kompetenza li jiġu eżaminati l-kuntratti inkwistjoni mill-perspettiva tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat bdiet mill-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE, jiġifieri tliet snin qabel it-terminu stabbilit fl-Ordni Ministerjali Nru 445/2009 u iktar minn sentejn qabel l-adozzjoni tal-Ordni. Minn dan isegwi li ma kienet teżisti ebda regola bħal din meta l-kuntratti inkwistjoni saru suxxettibbli għall-analiżi skont ir-regoli tal-UE. Barra minn hekk, il-kuntratti fil-livell tal-konsumatur bejn Hidroelectrica u Elsid u, rispettivament ma' Electrocarbon — fis-seħħ qabel il-31 ta' Marzu 2010 — ma kinux ikunu involuti, anki li kieku l-miżura kienet tapplika wkoll għal kuntratti li kienu jeżistu meta daħlet fis-seħħ l-ordni, peress li l-bejgħ (futur) għall-operaturi biss kien rilevanti. |
|
(136) |
Barra minn hekk, għad li l-Ordni Ministerjali 445/2009 tissuġġerixxi grad ta' influwenza min-naħa tal-Istat fuq il-politika kummerċjali tal-produtturi tal-elettriku tal-Istat, l-għan tagħha huwa primarjament ta' xorta regolatorja, jiġifieri li żżid it-trasparenza tat-tranżazzjonijiet tal-enerġija fis-suq għall-operaturi u li tiżgura volumi u likwidità ikbar fil-pjattaformi tan-negozjar amministrati mill-OPCOM. Din l-Ordni Ministerjali tapplika għall-produtturi kollha tal-Istat, u mhux għal Hidroelectrica biss. Għaldaqstant, ma jistax jiġi dedott mill-patti u l-iskopijiet tal-Ordni Ministerjali 445/2009 li l-Istat Rumen eżerċita kontroll fuq kull tranżazzjoni, kuntratt jew emenda fil-kuntratti rigward il-provvista tal-elettriku minn produtturi tal-elettriku tal-Istat, li jammontaw għall-maġġoranza assoluta tal-produtturi fis-suq Rumen, jew, b'mod partikolari, minn Hidroelectrica. Fi kliem ieħor, l-Ordni ma tagħmilhiex plawżibbli li l-Istat Rumen kien involut fl-attività ta' ħidma kummerċjali ordinarja ta' kuljum, il-kuntratti tal-bejgħ, l-emendi għalihom, in-negozjati tal-prezzijiet, eċċ. b'rabta mat-tliet kuntratti eżaminati. |
|
(137) |
Ħlief għall-provvista tal-elettriku fis-suq regolat (premessi 25-26), Hidroelectrica teżerċita l-attivitajiet tagħha ta' forniment tal-elettriku fi swieq miftuħin ma' xerrejja mhux ristretti, f'kompetizzjoni ma' fornituri oħrajn bi sjieda pubblika jew privata. B'mod partikolari, volum sinifikanti ta' elettriku ferm ikbar mill-ammont totali ta' provvisti ta' Hidroelectrica skont il-kuntratti kollha investigati ġie nnegozjat permezz ta' kuntratti bilaterali personalizzati fit-tul fis-suq Rumen, fejn jikkompetu ħafna fornituri oħrajn (premessi 30 u 38). Għaldaqstant, il-kuntratti ta' Hidroelectrica taħt skrutinju u, b'mod partikolari, it-tliet kuntratti personalizzati fit-tul ma' Luxten-Lighting, Electrocarbon u Elsid, miżmuma wara l-1 ta' Jannar 2007 mhumiex anormali jew straordinarji, u dan jissuġerixxi interess partikolari min-naħa tal-Istat sabiex iżommhom. |
|
(138) |
Barra minn hekk, il-kuntratti ma' Electrocarbon u Elsid inżammew u reġgħu ġew negozjati mir-riċevitur ta' Hidroelectrica wara li l-proċedimenti ta' insolvenza kienu nbdew fl-2012, u dan jagħti indikazzjoni li dawn il-kuntratti kienu għadhom ta' interess għall-maniġment temporanju l-ġdid ta' Hidroelectrica, ferm wara l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea fl-2007 u ferm wara li kienu ġew konklużi u emendati l-kuntratti, b'mod partikolari rigward il-prezzijiet. Bl-istess mod, Hidroelectrica talbet prezzijiet ogħla mil-livelli tal-kuntratti u avżat lil Electrocarbon u Elsid dwar l-interruzzjoni tas-servizzi sabiex ikollhom jaċċettaw iktar żidiet fil-prezzijiet fl-2010 (premessi 22), u b'hekk aġixxiet bħal bejjiegħ li ried jimmassimizza r-rikavat u mhux bħala konċedent ta' għajnuna. |
|
(139) |
Dan ma jfissirx li l-Istat Rumen mhuwiex f'pożizzjoni li jkun involut mal-kuntratti kummerċjali tal-fornituri tal-elettriku tal-Istat fl-interessi ta' xerrejja industrijali speċifiċi u kbar. Pereżempju, qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE, Nota Interna datata t-2 ta' Frar 2006, iffirmata mis-Segretarju tal-Istat tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kummerċ u approvata mill-Prim Ministru, ipproponiet l-implimentazzjoni ta' trattament preferenzjali speċjali tal-ikbar għaxar utenti intensivi fl-użu tal-enerġija fir-Rumanija (inklużi produtturi tal-aluminju jew tal-azzar forniti minn Hidroelectrica jew Nuclearelectrica). Fir-rigward tal-kuntratt ma' Arcelor-Mittal, b'mod partikolari, id-deċiżjoni tal-bord tad-diretturi ta' Hidroelectrica Nru 13/2009 datata s-16 ta' Diċembru 2009 tat is-setgħa lill-uffiċjal kap eżekuttiv ta' Hidroelectrica “sabiex jinnegozja l-kuntratt kurrenti ta' bejgħ tal-elettriku fl-aqwa kundizzjonijiet għal Hidroelectrica”. Il-bord tad-diretturi għamel dan billi approva l-patti ewlenin tal-kuntratti tal-2009 u l-2010 ma' ArcelorMittal. L-Addendum Nru 17 fl-2009 għall-kuntratt ma' Alro (li jdaħħal il-formula LME fil-kalkolu tal-prezz tal-kuntratt) kien approvat mill-bord tad-diretturi ta' Hidroelectrica wkoll. |
|
(140) |
Bl-istess mod, memorandum tat-3 ta' Frar 2011 miż-żewġ Maniġers Ġenerali ta' Nuclearelectrica u CE Hunedoara, li, bħal Hidroelectrica, huma tal-Istat, talab l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kummerċ għall-konklużjoni ta' kuntratt ta' bejgħ tal-elettriku għall-operaturi bejn Nuclearelectrica bħala bejjiegħ u CE Hunedoara bħala xerrej. Din it-tranżazzjoni kienet teħtieġ deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Ordni 445/2009 li kienu jeħtieġu li kwalunkwe tranżazzjoni fl-elettriku fil-livell tal-operaturi li tinvolvi impriża tal-Istat isseħħ fuq l-OPCOM biss. Din id-deroga ntalbet fid-dawl tal-fatt li l-elettriku mixtri kien iservi “l-ħtiġijiet tal-elettriku ta' numru ta' konsumaturi industrijali ta' importanza nazzjonali fl-2011”. Dan il-memorandum kien approvat bis-sħiħ mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kummerċ. |
|
(141) |
Minn dan isegwi li hemm xi evidenza indiretta li ma tippermettix li titwarrab għalkollox il-possibbiltà li l-Istat Rumen seta' kien involut fil-konklużjoni tal-kuntratti ta' Hidroelectrica ma' xerrejja industrijali kbar intensivi fl-użu tal-enerġija, jew fit-twettiq ta' emendi kbar fihom. |
|
(142) |
Barra minn hekk, il-Kummsisjoni kkonkludiet li kuntratti ta' xiri oħrajn li fihom Hidroelectrica daħlet ma' żewġ kumpaniji oħrajn tal-Istat, Electrocentrale Deva u Termoelectrica, fl-2008 u l-2009, kienu imputabbli lill-Istat Rumen. Dik il-konklużjoni kienet ibbażata primarjament fuq evidenza diretta taż-żewġ kumpaniji tal-Istat l-oħrajn li fittxu li jiksbu l-approvazzjoni tal-kuntratti mingħand il-Ministeru responsabbli għal Hidroelectrica li hija tal-Istat ukoll bħala mezz ta' (kontro)finanzjament għall-operazzjonijiet attwali tagħhom u dik tal-minjieri tal-Istat li forniethom bil-faħam, għal raġunijiet soċjali u mhux kummerċjali oħrajn (61). |
|
(143) |
Madankollu, il-kunsiderazzjonijiet li jrendu plawżibbli (jew ma jeskludux il-possibbiltà ta') involviment mill-Istat Rumen f'numru ta' kuntratti ta' Hidroelectrica ma' xerrejja industrijali kbar ta' importanza nazzjonali għall-ekonomija Rumena u ma' bejjiegħa oħrajn tal-Istat ma jistgħux jiġu estrapolati b'tali mod li l-kuntratti kummerċjali kollha ta' Hidroelectrica u, b'mod partikolari, dawk ma' Elsid, Electrocarbon u negozjanti tal-elettriku jitqiesu li huma imputabbli lill-Istat Rumen. Għall-kuntrarju ta' Electrocentrale Deva u Termoelectrica, Elsid, Electrocarbon u n-negozjanti tal-elettriku kellhom sjieda privata u l-ebda minnhom ma tista' titqies li hija xerrej industrijali kbir ta' importanza nazzjonali għall-ekonomija Rumena. B'mod partikolari, l-evidenza disponibbli mill-investigazzjoni ma tindika ebda interess jew involviment speċifiku min-naħa tal-Istat Rumen li wassal sabiex Hidroelectrica tikkonkludi jew, wara l-adeżjoni tar-Rumanija, iżżomm il-kuntratti ma' Elsid, Electrocarbon u n-negozjanti tal-elettriku. |
|
(144) |
Barra minn hekk, fir-rigward ta' Elsid, Electrocarbon u Luxten-Lighting, li kienu individwati b'mod speċifiku fit-taqsima 7.1 ta' qabel, diversi fatti jagħmluha mhux plawżibbli li d-deċiżjoni li jinżammu l-kuntratti u jiġu emendati l-prezzijiet tal-kuntratti ma' Luxten-Lighting għall-2008-2009 u ma' Electrocarbon u Elsid għall-2007-2010 tista' tiġi attribwita lill-awtoritajiet Rumeni. |
|
(145) |
B'mod partikolari, il-prezzijiet attwali mit-tliet kuntratti żdiedu b'mod kostanti kull sena. Bejn l-2007 u l-2010, il-prezzijiet mitlubin lil Elsid, Electrocarbon u Luxten-Lighting żdiedu b'44,5 %, 44,5 % u 41,4 %, rispettivament. Iż-żidiet fil-prezzijiet naqqsu l-valur assolut tal-għajnuna mogħtija. Dawn il-bidliet fil-kuntratt li jnaqqsu l-ammont putattiv tal-għajnuna mill-Istat allegata, dejjem kienu xkattati minn Hidroelectrica, u għall-benefiċċju tagħha. Strateġija li għandha l-għan li tnaqqas l-ammont ta' għajnuna mogħti lill-benefiċjarji tidher li tikkontradixxi l-iskop tal-għoti tal-għajnuna jew, tal-inqas, li hija sofistikata wisq sabiex tkun plawżibbli. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta' Alro u ArcelorMittal, Elsid, Electrocarbon u Luxten-Lighting ma jistgħux jitqiesu li huma konsumaturi industrijali ta' importanza nazzjonali: fil-fatt, ix-xirjiet tal-konsum annwali tagħhom mingħand Hidroelectrica ammontaw għal inqas minn għaxra fil-mija ta' dawk ta' Alro (Anness I). Għaldaqstant, huwa improbabbli li d-deċiżjonijiet li jnaqqsu l-ammont tal-għajnuna biż-żieda konsiderevoli tal-prezzijiet tal-kuntratti ma jistgħux jiġu imputati għal deċiżjoni kummerċjali ta' Hidroelectrica iżda għal deċiżjoni tal-Istat Rumen bil-għan li jipprovdi għajnuna lill-benefiċjarji allegati. |
|
(146) |
Il-fatt li huwa improbabbli li l-Istat ikun involut fit-tnaqqis sottili tal-ammont tal-għajnuna huwa minnu wkoll fir-rigward tal-kuntratti ma' Electrocarbon u Elsid. B'mod partikolari, huwa implawżibbli li Hidroelectrica kienet qiegħda taġixxi fuq ordnijiet tal-Istat meta talbet żidiet fil-prezzijiet ogħla mill-prezzijiet tal-kuntratti fl-2010, biex b'hekk heddet li twaqqaf il-provvista tal-elettriku u ħadet il-kwistjoni l-qorti (premessa 22), għaliex iż-żidiet fil-prezzijiet mitlubin kellhom l-effett li jnaqqsu l-ammont putattiv tal-għajnuna, u l-provvisti mwaqqfin setgħu jxekklu l-attivitajiet produttivi tax-xerrejja. Din l-imġiba ta' nuqqas ta' aderenza ma' prezz tal-kuntratt li allegatament jipprovdi l-għajnuna, bit-theddid ta' waqfien tal-provvisti u d-difiża taż-żidiet fil-prezzijiet il-qorti mhijiex imġiba tipika ta' konċedent tal-għajnuna, iżda hija dik ta' kumpanija li trid timmassimizza r-rikavat u li tiddefendi l-interessi kummerċjali tagħha u mhux interessata fl-ilħuq ta' għanijiet mhux kummerċjali, possibilment fuq ordnijiet riċevuti mill-Istat. |
|
(147) |
Rigward Luxten-Lighting, ma hemm ebda raġuni ovvja għall-politika pubblika, bħal prezzijiet baxxi għall-utenti finali, wara l-bejgħ lil negozjant li jista' jbigħ biss bi prezzijiet ogħla minn dawk ta' Hidroelectrica li kieku din kienet biegħet l-istess elettriku fil-livell tal-konsumatur hi stess. Pereżempju, qabel ma kienet fornita fil-livell tal-konsumatur minn Hidroelectrica mill-2005, Alro kienet tixtri l-elettriku mingħand negozjant, Energy Holding, li kien jixtri l-elettriku fil-livell tal-operaturi mingħand Hidroelectrica. Kienet imġiba razzjonali ta' Alro li tkun fornita direttament minn Hidroelectrica, u b'hekk tiffranka marġni tan-negozjar, jekk il-fornitur tagħha ma kienx qiegħed iżid il-valur għall-provvista fil-livell tal-operaturi ta' Hidroelectrica. Fuq l-istess nota, huwa kemxejn implawżibbli li l-Istat Rumen wassal sabiex Hidroelectrica żżomm il-kuntratt ma' Luxten-Lighting fl-2008 u l-2009, għaliex li kieku Luxten-Lighting ma żiditx il-valur għall-bejgħ fil-livell tal-konsumatur tagħha lill-utenti industrijali jew xerrejja oħrajn, dawn tal-aħħar kienu jiksbu prezzijiet orħos billi jidħlu f'kuntratt diretta ma' Hidroelectrica. Barra minn hekk, Luxten-Lighting itterminat b'mod unilaterali l-kuntratt tagħha ma' Hidroelectrica f'Novembru 2011, qabel ma l-Kummissjoni fetħet il-proċedimenti; din l-imġiba mhijiex konsistenti ma' dik ta' benefiċjarju ta' għajnuna mill-Istat. |
|
(148) |
Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha ta' hawn fuq, mhuwiex stabbilit li l-kuntratti ma' Luxten-Lighting għall-2008-2009 u għal Electrocarbon u Elsid għall-2007-2010 huma imputabbli lir-Rumanija. |
|
(149) |
Peress li l-element essenzjali ta' imputabbiltà lir-Rumanija għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat mhuwiex preżenti fit-tliet kuntratti ma' Luxten-Lighting għall-2008-2009 u ma' Electrocarbon u Elsid għall-2007-2010, ma hemmx bżonn li jiġi analizzat jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi l-oħrajn għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, bħall-effett potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(150) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, it-tliet kuntratti taħt skrutinju, ma' Luxten-Lighting għall-2008-2009 u ma' Electrocarbon u Elsid għall-2007-2010, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
8. KONKLUŻJONI
|
(151) |
Il-kuntratti koperti minn din id-Deċiżjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kuntratti konklużi bejn Hidroelectrica u ArcelorMittal, Alpiq RomEnergie, Alpiq RomIndustries, EFT, Electrica, Electromagnetica, Energy Holding, EURO-PEC, Luxten-Lighting, Electrocarbon u Elsid, u l-kuntratt ma' Alro, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 2516 finali tal-25 ta' April 2012 dwar il-każ SA. 33623 (ĠU C 189, 29.6.2012, p. 3).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 2517 finali tal-25 ta' April 2012 dwar il-każ SA. 33624 (ĠU C 268, 5.9.2012, p. 21).
(3) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 2542 finali tal-25 ta' April 2012 dwar il-każ SA. 33451 (ĠU C 395, 20.12.2012, p. 5).
(4) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 2556 finali tal-25 ta' April 2012 dwar il-każ SA. 33581 (ĠU C 395, 20.12.2012, p. 34).
(5) ĠU L 115, 9.5.2008, p. 92.
(6) Każ SA. 33623 (ĠU C 189, 29.6.2012, p. 3); każ SA. 33624 (ĠU C 268, 5.9.2012, p. 21); każ SA. 33451 (ĠU C 395, 20.12.2012, p. 5) u każ SA. 33581 (ĠU C 395, 20.12.2012, p. 34).
(7) Inklużi l-osservazzjonijiet preliminari ppreżentati minn Luxten-Lighting u Euro-Pec qabel il-pubblikazzjoni tal-istedina sabiex jipprovdu kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ: Luxten-Lighting fl-14 ta' Awwissu 2012 u Euro-Pec fit-13 ta' Awwissu 2012.
(8) Il-membri tal-Bord tad-Diretturi ta' Hidroelectrica ħlief id-Direttur Ġenerali ta' Hidroelectrica u r-rappreżentant tal-Fondul Proprietatea (2010), kellhom funzjonijiet oħrajn f'diversi Ministeri fl-istess ħin u nħatru permezz ta' Ordnijiet maħruġin mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kummerċ, kif ġej: (i) fl-2005-2006: il-konsulent personali fil-kabinett tal-Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ; id-direttur tal-Kabinett tal-Ministru għall-Intrapriżi Żgħar u Medji; il-konsulent personali fil-kabinett tal-Ministru fil-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi u l-konsulent personali fis-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern kienu membri tal-Bord tad-Diretturi ta' Hidroelectrica; (ii) fl-2007 – 2008 — sitwazzjoni mhux magħrufa; (iii) fl-2009: is-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kummerċ kien ukoll il-President tal-Bord tad-Diretturi ta' Hidroelectrica (2009), filwaqt li Segretarju tal-Istat ieħor fil-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi u żewġ diretturi ġenerali fil-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kummerċ ukoll kienu membri tal-Bord tad-Diretturi ta' Hidroelectrica; (iv) fl-2010: tliet konsulenti personali tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kummerċ, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Finanzi u Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kumerċ kienu membri tal-Bord tad-Diretturi ta' Hidroelectrica.
(9) Ara l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija: “Projected costs of generating electricity” 2010 edition, taqsima 4.2 “Country by country data on electricity generating costs” p. 89.
(10) Deċiżjoni tat-Tribunal ta' Bukarest Nru 22456/3/2012 datata s-26 ta' Ġunju 2012.
(11) Deċiżjoni tat-Tribunal ta' Bukarest Nru 6482 datata s-26 ta' Ġunju 2013.
(12) Disponibbli bir-Rumen biss fuq http://www.euroinsol.eu/uploads/Raport%2059%20Hidro%20v11.pdf
(13) Electrica kkonkludiet żewġ kuntratti b'terminu qasir ma' Hidroelectrica.
(14) Il-kuntratt ma' AlpiqRomEnergie; żewġ kuntratti ma' Electrica; u żewġ kuntratti ma' ArcelorMittal.
(15) Ħames kuntratti man-negozjanti tal-elettriku (Alpiq RomIndustries; Electromagnetica; Energy Holding; Euro-Pec; Luxten-Lighting).
(16) Kuntratti mal-EFT (negozjant tal-elettriku) u Alro.
(17) Kuntratti ma' Electrocarbon u Elsid u Alpiq RomEnergie (negozjant tal-elettriku).
(18) Kuntratti ma' Electrocarbon u Elsid.
(19) Żewġ kuntratti ma' Arcelor Mittal.
(20) Żewġ kuntratti ma' Electrica.
(21) Il-kuntratt ma' Luxten-Lighting (negozjant tal-elettriku) ġie tterminat minn Luxten-Lighting b'avviż datat il-15 ta' Novembru 2011, b'effett mill-1 ta' Jannar 2012.
(22) Il-kuntratti ma' Electrocarbon u Elsid skadew fit-13 ta' Marzu 2013 u l-kuntratt ma' Electromagnetica (negozjant tal-elettriku) skada fit-30 ta' April 2014.
(23) Addendum 1 għall-kuntratt ma' Electrocarbon ipprovda għal prezz prestabbilit (b'ammont fiss — l-istess prezz) sat-28 ta' Frar 2008: Addendum 2 għall-kuntratt ma' Elsid ipprovda għal prezz prestabbilit sal-31 ta' Diċembru 2007.
(24) Fl-1 ta' Lulju 2004, il-partijiet qablu fuq tabella li tistabbilixxi bil-quddiem prezz fiss fis-sena għall-perjodu 2006-2013 (jiġifieri: Addendum 4 għall-kuntratt ma' Electrocarbon u Addendum 5 għall-kuntratt ma' Elsid). Imbagħad il-prezzijiet ġew modifikati fl-1 ta' Jannar 2005 bil-prezzijiet prestabbiliti f'ammont fiss sal-31 ta' Diċembru 2007 għal Elsid u sat-28 ta' Frar 2008 għal Electrocarbon. Mill-2006, il-prezzijiet tal-kuntratt reġgħu ġew aġġustati kull sena għal Electrocarbon u Elsid.
(25) Qorti tal-Ewwel Istanza: Olt Tribunal — Fajl 2800/104/2010 (Electrocarbon) u Dambovita Tribunal — Fajl 4102/120/2010 (Elsid).
(26) L-Artikolu 10(2) ta' kull wieħed mit-tliet kuntratti.
(27) L-Artikolu 10(1) ta' kull wieħed mit-tliet kuntratti.
(28) L-Artikolu 55 paragrafu 1 tal-Liġi dwar l-Elettriku u l-Gass Nru 123/2012 kif emendata mil-Liġi Nru 127/2014.
(29) Rapport ta' KPMG, Anness 3 għall-Memorandum of Energy Holdings datat is-27 ta' Frar 2012, p. 8, sors: Hidroelectrica's Annual Reports, 2010 Administrator's Report, KPMG Analysis.
(30) KPMG report, Annex 3 to the Memorandum of Energy Holdings datat is-27 ta' Frar 2012, p. 21, sors: ANRE.
(31) Sigriet kummerċjali.
(32) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2014, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 102 tat-TFUE li jimponi multi skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fil-każ AT.39 984 “Borża tal-Enerġija Rumena/OPCOM”.
(33) Is-sett tad-dejta użat għall-valutazzjoni komparattiva inkluda 114-il osservazzjoni, li jkopru l-perjodu 2007-2010. Is-sett tad-dejta kien jinkludi l-informazzjoni li ġejja: l-identità tal-bejjiegħ u l-akkwirent, it-tip ta' kuntratt, id-data tad-dħul fis-seħħ u d-data ta' skadenza kif ukoll il-kwantità, il-profil tal-provvista u l-prezz medju ponderat għal kull sena mill-2007 sal-2013.
(34) Il-lista ta' xerrejja hija pprovduta fit-Tabella 1 tal-Anness II.
(35) Ċerti negozjanti tal-elettriku (jiġifieri: Alpiq RomIndustries, EFT, Alro Electrocarbon u Elsid).
(36) Negozjant tal-elettriku wieħed (EFT) u Alro.
(37) Fil-każ ta' Alro biss.
(38) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(39) Għall-kuntrarju tal-każijiet tat-tariffi tal-elettriku preferenzija tal-Ungerija — T-80/06 u T-182/09 Budapesti Erömü vs Il-Kummissjoni (ECLI:EU:T:2012:65).
(40) Għal iktar referenza, jekk jogħġbok ara r-Rapport ta' Monitoraġġ Annwali tal-ANRE għall-2007 u għas-snin ta' wara.
(41) Energy Holding.
(42) Alpiq RomIndustries u Alpiq RomEnergie.
(43) Energy Holding.
(44) Kawża C-482/99 Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummisjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397.
(45) AlpiqRomEnergie, AlpiqRomIndustrie, Electromagnetica, Energy Holding, Electrocarbon u Elsid, ArcelorMittal u Alro.
(46) Energy Holding, negozjant tal-elettriku.
(47) EFT, Electromagnetica, Luxten-Lighting u Energy Holding.
(48) EFT, Electromagnetica, Luxten-Lighting u Alro.
(49) EFT, Luxten-Lighting, Electrocarbon u Elsid.
(50) Alpiq RomEnergy u Alpiq RomIndustries.
(51) Il-Kawżi Magħquda T-80/06 u T-182/09 Budapesti Erömü vs Il-Kummissjoni Ewropea, paragrafi 50 sa 62.
(52) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 96.
(53) Ara l-ġurisprudenza fin-nota 39 f'qiegħ il-paġna, paragrafi 69 sa 89.
(54) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/456/UE tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-għajnuna mill-istat Nru S.A.21817 (C 3/07) ( ex NN 66/06) implimentata minn Spanja — It-Tariffi tal-Elettriku ta' Spanja: il-konsumaturi (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 25), premessi 113 sa 120.
(55) Il-Kawżi Magħquda T-80/06 u T-182/09 Budapesti Erömü vs Il-Kummissjoni Ewropea, paragrafi 104-114.
(56) L-offerta ta' ArcelorMittal tqiegħdet għall-irkant minn Hidroelectrica fit-23 ta' Diċembru 2009 filwaqt li Energy Holding irtirat l-offerta tagħha fit-22 ta' Diċembru 2009.
(57) Iż-żewġ offerti paralleli ta' Arelco u Petroped ġew irtirati fl-20 u t-30 ta' Diċembru 2010, rispettivament.
(58) Ara l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
(59) Sentenza fi Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, paragrafi 51 sa 58.
(60) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 59.
(61) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1877 tal-20 ta' April 2015 dwar t-Tariffi minn S.C. Hidroelectrica S.A. tar-Rumanija lil S.C. Termoelectrica S.A. u S.C. Electrocentrale Deva S.A. — SA.33475 (12/C), (ĠU L 275, 20.10.2015, p. 46), premessi 96 – 100.
ANNESS I
ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-KUNTRATTI
|
SA.33451 KUMMERĊJANTI TAL-ELETTRIKU |
Data tal-firma u l-perjodu ta' kuntratt (perjodu inizjali/wara estensjoni tal-perjodu) |
Data tat-tmiem |
Kwantità |
Prezz (RON/MWh) |
||||||||||||||||||
|
Alpiq RomEnergie |
3 ta' April 2008 Perjodu inizjali: 5 snin Estensjoni (2009): b'5 snin addizzjonali (sal-2018) |
20 ta' Lulju 2012 |
|
|
||||||||||||||||||
|
Alpiq RomIndustries |
29 ta' Novembru 2004 Perjodu inizjali: 10 snin Estensjoni (2009): b'5 snin addizzjonali (sa tmiem l-2019) |
20 ta' Lulju 2012 |
Kwantità inizjali: 1 GWh
|
|
||||||||||||||||||
|
Energy Financing Team Romania (EFT) |
25 ta' Marzu 2004 Perjodu inizjali: 7 snin Estensjoni (2010): b'5 snin addizzjonali (sa tmiem l-2015) |
18 ta' Lulju 2012 |
Kwantità inizjali (2006): […] GWh
|
|
||||||||||||||||||
|
Electrica |
Kuntratt 111: 17 ta' Awwissu 2010 Kuntratt 112: 14 ta' Settembru 2010 |
Kuntratt 111 31 ta' Lulju 2011 Kuntratt 112 31 ta' Diċembru 2010 |
Kuntratt 111 […] GWh minn Settembru 2010 sa 31 ta' Lulju 2011 Kuntratt 112 […] GWh minn Ottubru sa Diċembru 2010 |
Kuntratt 111
Kuntratt 112
|
||||||||||||||||||
|
Electromagnetica |
21 ta' April 2004 Perjodu inizjali: 10 snin |
30 ta' April 2014 |
Kwantità inizjali: […] GWh
|
|
||||||||||||||||||
|
Energy Holding |
14 ta' Jannar 2004 Perjodu inizjali: 10 snin |
24 ta' Lulju 2012 |
Kwantità inizjali: 3 692 GWh
|
|
||||||||||||||||||
|
EURO-PEC |
3 ta' Marzu 2004 Perjodu inizjali: 10 snin |
26 ta' Ġunju 2012 |
Kwantità inizjali: […] GWh
|
|
||||||||||||||||||
|
Luxten-Lighting |
2 ta' Marzu 2004 Perjodu inizjali: 10 snin |
Diċembru 2011 |
Kwantità inizjali: […] GWh
|
|
||||||||||||||||||
|
SA.33581 PRODUTTURI TA' ELETTRODI |
Data tal-firma u l-perjodu ta' kuntratt (perjodu inizjali/wara estensjoni tal-perjodu) |
Data tat-tmiem |
Kwantità |
Prezz (RON/MWh) |
||||||||||||||||||
|
Electrocarbon |
28 ta' Marzu 2003 Perjodu inizjali: 5 snin Estensjoni (2004): b'5 snin addizzjonali (sal-31 ta' Marzu 2013) |
31 ta' Marzu 2013 |
Kwantità inizjali: 800 GWh
|
|
||||||||||||||||||
|
ELSID |
18 ta' Diċembru 2002 Perjodu inizjali: 5 snin Estensjoni (2004): b'5 snin addizzjonali (sal-31 ta' Marzu 2013) |
31 ta' Marzu 2013 |
Kwantità inizjali: 280 GWh
|
|
||||||||||||||||||
|
SA.33624 Alro |
Data tal-firma u l-perjodu ta' kuntratt (perjodu inizjali/wara estensjoni tal-perjodu) |
Data tat-tmiem |
Kwantità |
Prezz (RON/MWh) |
||||||||||||||||||
|
Alro |
8 ta' Settembru 2005 Perjodu inizjali: 7 snin Estensjoni (2010): b'5 snin addizzjonali (sal-31 ta' Jannar 2018) |
Għadha għaddejja sa tmiem l-2018 |
Kwantità inizjali: […] GWh
|
|
||||||||||||||||||
|
SA.33623 ARCELORMITTAL GALAŢI |
Data tal-firma u l-perjodu ta' kuntratt (perjodu inizjali/wara estensjoni tal-perjodu) |
Data tat-tmiem |
Kwantità |
Prezz (RON/MWh) |
||||||||||||||||||
|
ArcelorMittal |
23 ta' Diċembru 2009 Perjodu: Sena (1) 22 ta' Diċembru 2010 Perjodu: Sena (1) |
31 ta' Diċembru 2010 06 ta' Jannar 2012 |
[…] GWh […] GWh |
2010 […] 2011 […] |
ANNESS II
VALUTAZZJONI TAL-ALLEGAT VANTAĠĠ EKONOMIKU — ANALIŻI EKONOMIKA
Ir-raġunijiet u d-deskrizzjoni tal-analiżi ekonometrika
L-analiżi ekonometrika mwettqa mill-Kummissjoni hija mfassla sabiex toħloq prezzijiet ta' referenza għal kuntratti. Dawn il-prezzijiet jirriżultaw minn analiżi ta' rigressjoni mwettqa fuq il-karatteristiċi tal-kuntratti fis-sett ta' dejta. L-ewwel nett, l-analiżi ta' rigressjoni tippermetti li jitfassal prezz ta' referenza abbażi tal-karatteristiċi tal-kuntratti fis-sett ta' dejta (“tbassir mid-dejta miġbura”). It-tieni nett, ir-riżultati tal-analiżi ta' rigressjoni jintużaw sabiex jitbassar prezz ta' referenza għall-kuntratti investigati, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-kuntratti (“tbassir mid-dejta mhux miġbura”). Fl-analiżi ta' rigressjoni, il-varjazzjoni fil-prezzijiet bejn il-kuntratti fis-sett ta' dejta hija spjegata b'referenza għall-karatteristiċi li ġejjin: kwantità li nxtrat, identità tal-fornitur u kampjuni ta' matul is-sena. Il-varjabbli tat-“tul tal-kuntratt” u l-“profil tal-flus maħruġa mix-xerrej” mhumiex inklużi peress li mhumiex statistikament sinifikanti.
L-analiżi ekonometrika tistrieħ fuq il-prinċipju li hemm għadd ta' fatturi li jixprunaw il-prezzijiet, bħall-kwantitajiet. Ikun qarrieqi li wieħed iqabbel il-prezzijiet bejn kuntratti differenti mingħajr ma jitqiesu dawn il-fatturi. B'mod partikulari, filwaqt li l-kuntratti fis-sett ta' dejta għandhom ċerti karatteristiċi inkomuni mal-kuntratti li qed jiġu investigati (negozjati bilaterali, kundizzjonijiet ad hoc, kwantitajiet 'il fuq minn 150 GWh fis-sena, eċċ.), ebda kuntratt fis-sett ta' dejta m'għandu l-istess kwantitajiet, jew ma ġie konkluż għall-istess tul u bl-istess dħul fis-seħħ, bħall-kuntratti li qed jiġu investigati — fattur li jista' jiġġustifika differenzi fil-prezzijiet. Pereżempju, żewġ kuntratti li qed jiġu investigati jikkonċernaw provvisti ta' […] GWh fis-sena (Alro 2007-2010) u […] GWh fis-sena (Energy Holding 2007-2008). Sadanittant, il-kuntratt bl-ogħla kwantità fis-sett ta' dejta mill-114-il paragun bejn prezz u kuntratt osservati bejn l-2007 u l-2010 ma qabiżx l-1 400 GWh fis-sena. Huwa dubjuż jekk sempliċiment paragun tal-prezzijiet għal dawn il-kuntratti jippermettix li naslu għal konklużjoni valida dwar jekk il-kuntratti li qed jiġu investigati kinux konformi mal-prezzijiet tas-suq. Inkella, wieħed jista' jikkonkludi li dawn iż-żewġ kuntratti ma jistgħux sempliċiment jiġu kkumparati ma' kuntratti oħra tas-suq. Għaldaqstant, ir-raġunijiet għal dan l-eżerċizzju kwantitattiv huwa li ġaladarba jitqiesu għadd ta' fatturi esterni, il-prezzijiet ta' kuntratti differenti jkunu jistgħu jiġu kkumparati aħjar. Fin-nuqqas ta' normalizzazzjoni, kuntratti perfettament identiċi biss jistgħu jiġu kkumparati b'mod sinifikanti.
Ta' min jinnota li dan l-eżerċizzju empiriku m'għandux l-għan li jassumi relazzjoni kawżali bejn il-prezzijiet u xi fatturi esterni. Pereżempju, is-suppożizzjoni ta' relazzjoni kawżali bejn ċerti fatturi u prezzijiet teħtieġ li jitqies ir-riskju ta' endoġeneità: jiġifieri, ir-riskju li varjabbli kawżali (pereż. il-kwantitajiet) tiġi influwenzata hija nnifisha mill-varjabbli spjegat (pereż. il-prezz), minħabba l-omissjoni ta' varjabbli jew preġudizzju ta' simultanjetà. L-għan tal-eżerċizzju kwantitattiv huwa li “jinnormalizza” l-prezzijiet ta' kuntratti differenti sabiex jippermetti li jsir paragun aħjar bejniethom. Din in-normalizzazzjoni hija meħtieġa fin-nuqqas ta' kuntratti u karatteristiċi tal-provvista perfettament identiċi.
L-analiżi ta' rigressjoni tirrifletti l-karatteristiċi prinċipali tal-kuntratti bilaterali inkwistjoni:
|
— |
l-inklużjoni tal-varjabbli tal-kwantità fir-rigressjoni tirrifletti l-fatt li l-prezzijiet huma b'mod ġenerali inqas meta l-kwantitajiet li jinxtraw ikunu ogħla (1); |
|
— |
l-inklużjoni tal-identità tal-fornitur tirrifletti l-fatt li xi fornituri għandhom karatteristiċi li jippermettulhom jistabbilixxu prezzijiet differenti minn oħrajn, filwaqt li jitqies li l-provvisti tal-kuntratt minn prattikament il-fornituri kollha tal-elettriku attivi fir-Rumanija huma inklużi fis-sett ta' dejta; |
|
— |
l-inklużjoni ta' kampjuni ta' matul is-sena tirrifletti d-dimensjoni taż-żmien u l-possibbiltà ta' bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq minn sena għall-oħra. |
F'dak li jirrigwarda l-ewwel stadju tal-analiżi empirika, ir-riżultati tal-analiżi ta' rigressjoni fuq il-kuntratti fis-sett tad-dejta huma rrapportati fit-Tabella 1 ta' hawn taħt.
Fir-rigward tat-tieni stadju ta' analiżi empirika, il-Kummissjoni identifikat punt referenzjarju għal kull sena u mbagħad ittestjat il-pożizzjoni tal-kuntratti relattivi għal dan il-punt ta' riferiment sabiex tikkonkludi jekk il-prezzijiet applikati minn Hidroelectrica kinux aktar baxxi jew ogħla mill-prezz ta' riferiment imbassar. Il-passi li ġejjin jiddeskrivu fid-dettall il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-punt referenzjarju:
L-ewwel nett, minn kull kuntratt fis-sett ta' dejta, ġie ikkalkulat kemm tbiegħed il-prezz reali mill-prezz referenzjarju li jikkorrispondi miegħu, ikkalkulat abbażi tar-rigressjoni u tal-karatteristiċi tal-kuntratt;
It-tieni nett, kuntratt bl-akbar diverġenza 'l isfel (“ADI”) ġie identifikat; dan kien il-kuntratt fis-sett ta' dejta li l-prezz osservat tiegħu tbiegħed l-iktar mill-prezz referenzjarju li jikkorrispondi miegħu (f'termini assoluti). Kien hemm raġunijiet, konservattivi ħafna, għall-għażla tal-kuntratt ADI, li jinvolvu medda ta' varjazzjoni taħt il-valur stmat ċentrali tal-prezz referenzjarju. L-ewwel nett, il-mudell ekonometriku ma jispjegax sew il-prezz osservat fis-sett ta' dejta u l-istima waħda tal-prezz referenzjarju ġiet ipprovduta b'intervall ta' kunfidenza u marġni ta' żball iktar jew inqas mill-istima. It-tieni nett, devjazzjonijiet minn prezz possibbli wieħed jeżistu fis-suq reali; il-kuntratt ADI, li joriġina f'kuntratt abbażi tal-kundizzjonijiet tas-suq (ara premessi 36 sa 38) jipprovdi informazzjoni kwantifikata dwar l-estent possibbli ta' tali devjazzjonijiet u jipprovdi medda abbażi tas-suq madwar il-prezz referenzjarju kkalkulat.
It-tielet nett, id-differenza fil-prezz b'relazzjoni mal-kuntratt ADI hija użata sabiex tifred kuntratti taħt il-prezz referenzjarju minn kuntratti fuqu:
|
— |
Jekk kuntratt għandu prezz osservat inqas mill-prezz referenzjarju li jikkorrispondi miegħu u jekk id-differenza fil-prezz għal dan il-kuntratt tkun iktar mid-differenza fil-prezz fl-ADI, mela dan il-kuntratt jitqies prima facie mhux konformi mas-suq; |
|
— |
Inkella l-kuntratt jenħtieġ li dejjem jitqies bħala konformi mas-suq; |
It-tabella hawn taħt tippreżenta riżultati dettaljati mill-analiżi ta' rigressjoni tal-kampjun ta' kuntratti mis-sett ta' dejta. Ir-rigressjoni tispjega 74 % tal-varjazzjonijiet fid-dejta, li hija relattivament adegwata. L-istimi koeffiċjenti ppreżentati fit-tabella hawn taħt huma użati f'tieni stadju sabiex jitbaxxa l-prezz “referenzjarju” għall-kampjun ta' kuntratti li qed jiġi investigat (“tbassir mid-dejta mhux miġbura”).
Ir-riżultati tal-analiżi ekonometrika
Tabella 1
Analiżi ta' rigressjoni (2)
|
Varjabbli dipendenti: Prezz medju |
Koeffiċjenti |
Żball standard |
|
Kwantità annwali (GWh) |
– 0,01951** |
0,007878 |
|
|
|
|
|
Sena 2008 |
22,58369*** |
4,781887 |
|
Sena 2009 |
30,73545*** |
5,471158 |
|
Sena 2010 |
21,32171*** |
5,695673 |
|
|
|
|
|
ALPIQ ROMENERGIE |
– 2,34966 |
9,310078 |
|
ALPIQ ROMINDUSTRIES |
– 5,47044 |
9,975876 |
|
ARCELORMITTAL GALATI |
– 1,78779 |
14,62595 |
|
AXPO ENERGY RO |
0,896041 |
10,40766 |
|
CE HUNEDOARA |
38,02612*** |
11,41575 |
|
CE OLTENIA |
27,86802*** |
9,458818 |
|
CEZ VANZARE |
9,515878 |
11,40325 |
|
EFT RO |
2,966594 |
18,83573 |
|
ELECTRICA |
9,787691 |
11,04511 |
|
ELECTROMAGNETICA |
– 9,19285 |
9,553932 |
|
ENEL ENERGIE MUNTENIA |
16,97181 |
12,529 |
|
ENERGY HOLDING |
– 34,5329*** |
9,620757 |
|
ENERGY NETWORK |
36,58137*** |
12,47443 |
|
EON ENERGIE |
3,589147 |
12,43953 |
|
EURO-PEC |
0,511251 |
9,50637 |
|
HIDROELECTRICA |
– 30,3327** |
12,62379 |
|
NUCLEARELECTRICA |
– 9,804 |
18,78678 |
|
OMV PETROM |
6,482914 |
18,79837 |
|
RAAN |
33,0402** |
14,6577 |
|
RENOVATIO TRADING |
29,5599 |
18,95553 |
|
TINMAR IND |
0 |
(mhux inkluż) |
|
|
|
|
|
Kostanti |
160,5678*** |
8,50624 |
|
|
|
|
|
Għadd ta' osservazzjonijiet: 109 R-kwadrat = 0,7426 R-kwadrat aġġustat = 0,6691 |
|
|
|
Nota: Prezzijiet espressi f'RON/MWh Sors: Analiżi ta' rigressjoni tal-Kummissjoni abbażi tad-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Rumeni. |
||
It-tabelli li ġejjin juru r-riżultati tal-analiżi empirika, li tuża l-analiżi ta' rigressjoni ddettaljata f'Tabella 1 li fiha, għal kull sena, il-kuntratt bl-akbar diverġenza 'l isfel (“ADI”) ikun magħżul abbażi tad-differenza fil-livelli tal-prezz (f'RON/MWh) bejn il-prezz stmat ta' kull kuntratt u l-prezz osservat li jikkorrispondi miegħu. It-Tabelli 2-4 hawn taħt juru d-differenzi bejn il-prezzijiet tal-kuntratt ta' Hidroelectrica għal kull sena (jiġifieri: 2007-2010) fil-konfront tal-prezzijiet referenzjarji “simulati” għall-kuntratti kollha li qed jiġu investigati.
Għall-2007, il-kuntratt ADI, jiġifieri l-kuntratt fis-sett ta' dejta mhux issuspettat bl-għola differenza bejn il-prezz osservat u l-prezz stmat li jikkorrispondi miegħu, għandu differenza fil-prezz stmata għal […] RON/MWh. Żewġ kuntratti tal-Hidroelectrica għandhom prezz osservat inqas mill-prezz stmat b'differenza fil-prezz ikbar minn […] RON/MWh, speċifikament il-kuntratti ma' Electrocarbon u Elsid, b'differenza fil-prezz osservata ta' madwar […] RON/MWh (ara t-Tabella 2).
Tabella 2
Analiżi tal-kuntratti mill-2007
|
Isem il-klijent |
Isem il-fornitur |
Prezz osservat |
Prezz referenzjarju |
Differenza fil-prezz (f'termini assoluti) |
Konformi mal-indiċi referenzjarji |
|
Kuntratti ADI fis-sett ta' dejta |
|||||
|
AZOMURES SA |
HIDROELECTRICA |
[…] |
124 |
[…] |
|
|
Kuntratti li qed jiġu investigati |
|||||
|
Alro |
HIDROELECTRICA |
[…] |
72 |
[…] |
Iva |
|
Energy Holding |
HIDROELECTRICA |
[…] |
50 |
[…] |
Iva |
|
EFT |
HIDROELECTRICA |
[…] |
127 |
[…] |
Iva |
|
Electromagnetica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
111 |
[…] |
Iva |
|
EURO-PEC |
HIDROELECTRICA |
[…] |
111 |
[…] |
Iva |
|
Luxten-Lighting |
HIDROELECTRICA |
[…] |
125 |
[…] |
Iva |
|
ELSID |
HIDROELECTRICA |
[…] |
126 |
[…] |
Le |
|
Electrocarbon |
HIDROELECTRICA |
[…] |
126 |
[…] |
Le |
|
Nota: Il-prezzijiet huma aġġustati 'l fuq sal-eqreb RON/MWh. Sors: Kalkoli abbażi tal-analiżi ta' rigressjoni u tad-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Rumeni. |
|||||
Għall-2008, id-differenza fil-prezz b'relazzjoni mal-kuntratt ADI hija stmata għal […] RON/MWh, u tliet kuntratti ta' Hidroelectrica għandhom differenza ikbar fil-prezz, speċifikament dawk ma' Luxten-Lighting, Electrocarbon u Elsid, b'differenza fil-prezz osservat ta' madwar […] RON/MWh għal Luxten-Lighting u […] RON/MWh għal Electrocarbon u Elsid (ara Tabella 3).
Tabella 3
Analiżi tal-kuntratti mill-2008
|
Isem il-klijent |
Isem il-fornitur |
Prezz osservat |
Prezz referenzjarju |
Differenza fil-prezz (f'termini assoluti) |
Konformi mal-indiċi referenzjarji |
|
Kuntratti ADI fis-sett ta' dejta |
|||||
|
PETROM SA |
Energy Holding |
[…] |
147 |
[…] |
|
|
Kuntratti li qed jiġu investigati |
|||||
|
Alro |
HIDROELECTRICA |
[…] |
94 |
[…] |
Iva |
|
Electromagnetica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
133 |
[…] |
Iva |
|
EFT |
HIDROELECTRICA |
[…] |
149 |
[…] |
Iva |
|
Energy Holding |
HIDROELECTRICA |
[…] |
73 |
[…] |
Iva |
|
EURO-PEC |
HIDROELECTRICA |
[…] |
133 |
[…] |
Iva |
|
Luxten-Lighting |
HIDROELECTRICA |
[…] |
147 |
[…] |
Le |
|
ELSID |
HIDROELECTRICA |
[…] |
148 |
[…] |
Le |
|
Electrocarbon |
HIDROELECTRICA |
[…] |
149 |
[…] |
Le |
|
Nota: Il-prezzijiet huma aġġustati 'l fuq sal-eqreb RON/MWh. Sors: Kalkoli abbażi tal-analiżi ta' rigressjoni u tad-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Rumeni. |
|||||
Għall-2009, id-differenza fil-prezz hija stmata għal […] RON/MWh, u mill-ġdid, tliet kuntratti ta' Hidroelectrica għandhom differenza ikbar fil-prezz, speċifikament dawk ma' Luxten-Lighting, Electrocarbon u Elsid, b'differenza fil-prezz osservat ta' madwar […] RON/MWh għal Luxten-Lighting u ta' […] RON/MWh għal Electrocarbon u Elsid (ara Tabella 4).
Tabella 4
Analiżi tal-kuntratti mill-2009
|
Isem il-klijent |
Isem il-fornitur |
Prezz osservat |
Prezz referenzjarju |
Differenza fil-prezz (f'termini assoluti) |
Konformi mal-indiċi referenzjarji |
|
Kuntratti ADI fis-sett ta' dejta |
|||||
|
Ductil Steel SA |
Alpiq RomEnergie |
[…] |
187 |
[…] |
|
|
Kuntratti li qed jiġu investigati |
|||||
|
Alro |
HIDROELECTRICA |
[…] |
102 |
[…] |
Iva |
|
EURO-PEC |
HIDROELECTRICA |
[…] |
142 |
[…] |
Iva |
|
Alpiq RomEnergie |
HIDROELECTRICA |
[…] |
126 |
[…] |
Iva |
|
Electromagnetica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
142 |
[…] |
Iva |
|
Energy Holding |
HIDROELECTRICA |
[…] |
116 |
[…] |
Iva |
|
EFT |
HIDROELECTRICA |
[…] |
157 |
[…] |
Iva |
|
Luxten-Lighting |
HIDROELECTRICA |
[…] |
156 |
[…] |
Le |
|
ELSID |
HIDROELECTRICA |
[…] |
157 |
[…] |
Le |
|
Electrocarbon |
HIDROELECTRICA |
[…] |
157 |
[…] |
Le |
|
Nota: Il-prezzijiet huma aġġustati 'l fuq sal-eqreb RON/MWh. Sors: Kalkoli abbażi tal-analiżi ta' rigressjoni u tad-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Rumeni. |
|||||
Għall-2010, id-differenza fil-prezz b'relazzjoni mal-kuntratt ADI hija stmata għal […] RON/MWh, u żewġ kuntratti ta' Hidroelectrica għandhom differenza ikbar fil-prezz, speċifikament dawk ma' Electrocarbon u Elsid, b'differenza fil-prezz osservat ta' madwar […] RON/MWh (ara Tabella 5).
Tabella 5
Analiżi tal-kuntratti mill-2010
|
Isem il-klijent |
Isem il-fornitur |
Prezz osservat |
Prezz referenzjarju |
Differenza fil-prezz (f'termini assoluti) |
Konformi mal-indiċi referenzjarji |
|
Kuntratti ADI fis-sett ta' dejta |
|||||
|
SILCOTUB SA ZALAU |
Energy Network |
[…] |
214 |
[…] |
|
|
Kuntratti li qed jiġu investigati |
|||||
|
ArcelorMittal Galati |
HIDROELECTRICA |
[…] |
118 |
[…] |
Iva |
|
Electrica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
132 |
[…] |
Iva |
|
Energy Holding |
HIDROELECTRICA |
[…] |
107 |
[…] |
Iva |
|
Alpiq RomEnergie |
HIDROELECTRICA |
[…] |
116 |
[…] |
Iva |
|
Electromagnetica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
132 |
[…] |
Iva |
|
EURO-PEC |
HIDROELECTRICA |
[…] |
144 |
[…] |
Iva |
|
Alro |
HIDROELECTRICA |
[…] |
93 |
[…] |
Iva |
|
Luxten-Lighting |
HIDROELECTRICA |
[…] |
146 |
[…] |
Iva |
|
EFT |
HIDROELECTRICA |
[…] |
148 |
[…] |
Iva |
|
ELSID |
HIDROELECTRICA |
[…] |
147 |
[…] |
Le |
|
Electrocarbon |
HIDROELECTRICA |
[…] |
148 |
[…] |
Le |
|
Nota: Il-prezzijiet huma aġġustati 'l fuq sal-eqreb RON/MWh. Sors: Kalkoli abbażi tal-analiżi ta' rigressjoni u tad-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Rumeni. |
|||||
Analiżi ta' sensittività
Fl-analiżi empirika preċedenti, il-kuntratt ADI kien definit bħala l-kuntratt fis-sett ta' dejta, li għal sena partikulari ppreżenta l-ogħla differenza fil-prezz f'termini assoluti (RON/MWh) bejn il-prezz osservat u l-prezz stmat li jikkorrispondi miegħu.
Kienet twettqet analiżi ta' sensittività sabiex tivverifika is-sodezza tar-riżultati. L-istess analiżi reġgħet twettqet, iżda bil-kuntratt ADI definit bħala l-kuntratt bl-ikbar differenza bejn il-prezz stmat u l-prezz osservat li jikkorrispondi miegħu, espress bħala perċentwal tal-prezz stmat. Fl-analiżi ta' sensittività, il-kuntratt ADI issa ġie definit bħala l-kuntratt bl-ikbar differenza bejn il-prezz stmat u l-prezz osservat li jikkorrispondi miegħu, espress bħala perċentwal tal-prezz stmat. Filwaqt li din l-analiżi m'għandhiex taffettwa b'mod sinifikanti l-għażla tal-kuntratt ADI, tista' taffettwa l-kuntratti li jiġu magħżula. Ir-riżultati jidhru fit-Tabelli 6-9 hawn taħt. Dawn jikkonfermaw il-validità tar-riżultati mill-analiżi prinċipali.
Tabella 6
Analiżi ta' sensittività tal-kuntratti mill-2007
|
Isem il-klijent |
Isem il-fornitur |
Prezz osservat |
Prezz referenzjarju |
Differenza fil-prezz (bħala perċentwal) |
Konformi mal-indiċi referenzjarji |
|
Kuntratti ADI fis-sett ta' dejta |
|||||
|
AZOMURES SA |
HIDROELECTRICA |
[…] |
124 |
[…] % |
|
|
Kuntratti li qed jiġu investigati |
|||||
|
Alro |
HIDROELECTRICA |
[…] |
72 |
[…] |
Iva |
|
Energy Holding |
HIDROELECTRICA |
[…] |
50 |
[…] |
Iva |
|
EFT |
HIDROELECTRICA |
[…] |
127 |
[…] |
Iva |
|
Electromagnetica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
111 |
[…] |
Iva |
|
EURO-PEC |
HIDROELECTRICA |
[…] |
111 |
[…] |
Iva |
|
Luxten-Lighting |
HIDROELECTRICA |
[…] |
125 |
[…] |
Iva |
|
ELSID |
HIDROELECTRICA |
[…] |
126 |
[…] |
Le |
|
Electrocarbon |
HIDROELECTRICA |
[…] |
126 |
[…] |
Le |
|
Nota: Il-prezzijiet huma aġġustati 'l fuq sal-eqreb RON/MWh. Sors: Kalkoli abbażi tal-analiżi ta' rigressjoni u tad-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Rumeni. |
|||||
Tabella 7
Analiżi ta' sensittività tal-kuntratti mill-2008
|
Isem il-klijent |
Isem il-fornitur |
Prezz osservat |
Prezz referenzjarju |
Differenza fil-prezz (bħala perċentwal) |
Konformi mal-indiċi referenzjarji |
|
Kuntratti ADI fis-sett ta' dejta |
|||||
|
PETROM SA |
Energy Holding |
[…] |
147 |
[…] % |
|
|
Kuntratti li qed jiġu investigati |
|||||
|
Alro |
HIDROELECTRICA |
[…] |
94 |
[…] |
Le |
|
Electromagnetica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
133 |
[…] |
Iva |
|
EFT |
HIDROELECTRICA |
[…] |
149 |
[…] |
Iva |
|
Energy Holding |
HIDROELECTRICA |
[…] |
73 |
[…] |
Iva |
|
EURO-PEC |
HIDROELECTRICA |
[…] |
133 |
[…] |
Iva |
|
Luxten-Lighting |
HIDROELECTRICA |
[…] |
147 |
[…] |
Le |
|
ELSID |
HIDROELECTRICA |
[…] |
148 |
[…] |
Le |
|
Electrocarbon |
HIDROELECTRICA |
[…] |
149 |
[…] |
Le |
|
Nota: Il-prezzijiet huma aġġustati 'l fuq sal-eqreb RON/MWh. Sors: Kalkoli abbażi tal-analiżi ta' rigressjoni u tad-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Rumeni. |
|||||
Tabella 8
Analiżi ta' sensittività tal-kuntratti mill-2009
|
Isem il-klijent |
Isem il-fornitur |
Prezz osservat |
Prezz referenzjarju |
Differenza fil-prezz (bħala perċentwal) |
Konformi mal-indiċi referenzjarji |
|
Kuntratti ADI fis-sett ta' dejta |
|||||
|
Ductil Steel SA |
Alpiq RomEnergie |
[…] |
187 |
[…] % |
|
|
Kuntratti li qed jiġu investigati |
|||||
|
Alro |
HIDROELECTRICA |
[…] |
102 |
[…] |
Iva |
|
EURO-PEC |
HIDROELECTRICA |
[…] |
142 |
[…] |
Iva |
|
Alpiq RomEnergie |
HIDROELECTRICA |
[…] |
126 |
[…] |
Iva |
|
Electromagnetica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
142 |
[…] |
Iva |
|
Energy Holding |
HIDROELECTRICA |
[…] |
116 |
[…] |
Le |
|
EFT |
HIDROELECTRICA |
[…] |
157 |
[…] |
Iva |
|
Luxten-Lighting |
HIDROELECTRICA |
[…] |
156 |
[…] |
Le |
|
ELSID |
HIDROELECTRICA |
[…] |
157 |
[…] |
Le |
|
Electrocarbon |
HIDROELECTRICA |
[…] |
157 |
[…] |
Le |
|
Nota: Il-prezzijiet huma aġġustati 'l fuq sal-eqreb RON/MWh. Sors: Kalkoli abbażi tal-analiżi ta' rigressjoni u tad-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Rumeni. |
|||||
Tabella 9
Analiżi ta' sensittività tal-kuntratti mill-2010
|
Isem il-klijent |
Isem il-fornitur |
Prezz osservat |
Prezz referenzjarju |
Differenza fil-prezz (bħala perċentwal) |
Konformi mal-indiċi referenzjarji |
||||||||||
|
Kuntratti ADI fis-sett ta' dejta |
|||||||||||||||
|
ARCELORMITTAL GALAŢI |
Electrica |
[…] |
182 |
[…] % |
|
||||||||||
|
Kuntratti li qed jiġu investigati |
|||||||||||||||
|
ArcelorMittal Galați |
HIDROELECTRICA |
[…] |
118 |
[…] |
Iva |
||||||||||
|
Electrica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
132 |
[…] |
Iva |
||||||||||
|
Energy Holding |
HIDROELECTRICA |
[…] |
107 |
[…] |
Iva |
||||||||||
|
Alpiq RomEnergie |
HIDROELECTRICA |
[…] |
116 |
[…] |
Iva |
||||||||||
|
Electromagnetica |
HIDROELECTRICA |
[…] |
132 |
[…] |
Iva |
||||||||||
|
EURO-PEC |
HIDROELECTRICA |
[…] |
144 |
[…] |
Iva |
||||||||||
|
Alro |
HIDROELECTRICA |
[…] |
93 |
[…] |
Iva |
||||||||||
|
Luxten-Lighting |
HIDROELECTRICA |
[…] |
146 |
[…] |
Iva |
||||||||||
|
EFT |
HIDROELECTRICA |
[…] |
148 |
[…] |
Iva |
||||||||||
|
ELSID |
HIDROELECTRICA |
[…] |
147 |
[…] |
Le |
||||||||||
|
Electrocarbon |
HIDROELECTRICA |
[…] |
148 |
[…] |
Le |
||||||||||
|
Nota: Il-prezzijiet huma aġġustati 'l fuq sal-eqreb RON/MWh. Sors: Kalkoli abbażi tal-analiżi ta' rigressjoni u tad-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Rumeni. |
|||||||||||||||
Il-prezzijiet tal-elettriku fil-kuntratti bejn Hidroelectrica u Luxten-Lighting, Electrocarbon u Elsid għadhom ma nstabux konformi mal-prezz referenzjarju. Id-differenzi perċentwali fil-prezz huma konsiderevolment ogħla għall-kuntratti ma' Luxten-Lighting għas-snin 2008 u 2009 u ma' Electrocarbon u Elsid għall-perjodu 2007-2010. Barra minn hekk, jidhru żewġ kuntratti oħra, speċifikament ma' Alro fl-2008 u ma' Energy Holding fl-2009. Fiż-żewġ każi d-differenza perċentwali fil-prezz hija qrib ħafna tad-differenza fil-prezz bħala perċentwal għall-kuntratt ADI. Il-prezz osservat għall-kuntratt tal-2008 ma' Alro huwa […] % inqas mill-prezz stmat, filwaqt li d-differenza perċentwali fil-prezz f'relazzjoni mal-kuntratt ADI kienet […] % fl-2008. Il-prezz osservat għall-kuntratt tal-2009 ma' Energy Holding huwa […] % inqas mill-prezz stmat, filwaqt li d-differenza perċentwali fil-prezz f'relazzjoni mal-kuntratt ADI kienet […] % fl-2009. Kollox ma' kollox, dawn iż-żewġ kuntratti għandhom jiġu kkunsidrati konformi mal-prezz referenzjarju.
Barra mill-analiżi ta' sensittività prinċipali mwettqa billi l-ADI ġie definit bħala differenza perċentwali b'relazzjoni mal-prezz referenzjarju, li kkonfermat il-validità tar-riżultati, twettqu aktar testijiet ta' sensittività tar-riżultati miksuba mid-definizzjoni preferuta ta' ADI f'valuri assoluti, kif ġej:
|
— |
Valutazzjoni pożittiva arbitrarja ta' 10 % ġiet imnaqqsa mill-valur assolut tal-ADI: l-ADI modifikat ma jaffettwax il-konklużjoni għall-kuntratti li qed jiġu investigati mill-2008, l-2009 u l-2010. Għall-2007, differenza ta' 2.5 RON/MWh inqas mill-prezz applikat ta'[…] RON/MWh tidher għal EFT (jiġifieri, il-prezz konformi mal-prezz referenzjarju kellu jkun […] RON/MWh); din id-differenza, mhux osservata għal prezzijiet ta' EFT fl-2008, l-2009 u l-2010, hija meqjusa negliġibbli; |
|
— |
Bl-istess mod, l-użu tat-tieni devjazzjoni 'l isfel (it-2ni DI) bħala referenza jaqbad biss żewġ kuntratti oħra (Luxten-Lighting u EFT) għall-2007, iżda dan ma jfissirx li kwalunkwe kuntratt ieħor li qed jiġi investigat fil-perjodu analizzat se jidher li huwa inqas mill-prezzijiet referenzjarji jew li l-kuntratt ma' EFT se jidher li huwa inqas mill-prezz referenzjarju għall-2008, l-2009 u l-2010; |
|
— |
Dejta ta' rigressjoni mill-2011, li ma ġietx ittestjata inizjalment, kienet introdotta: anki jekk il-valuri li jidhru fit-Tabelli 2 sa 5 jinbidlu ftit, ir-riżultati kwalitattivi jibqgħu l-istess; |
|
— |
Prezzijiet ta' kuntratti investigati meqjusa li huma konformi mal-prezz referenzjarju ġew introdotti mill-ġdid fir-rigressjoni bħala sett ta' dejta (fil-kampjun): f'dan il-każ ukoll, il-konklużjoni għall-kuntratti li qegħdin jiġu investigati ma tinbidilx. |
Jirriżulta li dawn it-testijiet ta' sensittività addizzjonali li jirrigwardaw l-approċċ prinċipali jikkonfermaw is-sodezza tar-riżultati tal-analiżi ekonometrika.
(1) Proċess preliminari tad-dejta elimina erba' kuntratti (mhux taħt suspett) li jikkorrispondu mal-bejgħ intern fil-grupp ta' ALRO mill-2007 sal-2010, peress li x'aktarx li jirriflettu kundizzjonijiet tas-suq differenti minn dawk prevalenti f'negozjati ta' kuntratt bilaterali bejn fornitur u bejjiegħ indipendenti, li huwa l-fattur kruċjali f'dal-każ.
(2) Żbalji standard huma ppreżentati fil-parenteżi: *** tfisser li l-koeffiċjenti huwa statistikament sinifikanti f'livell ta' 1 %, ** tfisser li huwa statistikament sinifikanti f'livell ta' 5 % u * tfisser li huwa statistikament sinifikanti f'livell ta' 10 %.
|
29.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/502
tal-21 ta' Ottubru 2015
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38374 (2014/C ex 2014/NN) implimentata min-Netherlands għal Starbucks
(notifikata bid-dokument C(2015) 7143)
(Il-verżjoni Olandiża biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
B'ittra ddatata t-30 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Olandiżi sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-prattika tad-deċiżjoni tat-taxxa fin-Netherlands kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha relatati ma' Starbucks Coffee EMEA BV (minn hawn 'il quddiem: “Starbucks Coffee BV”) u Starbucks Manufacturing EMEA BV (minn hawn 'il quddiem: “SMBV”), iż-żewġ kumpaniji kkontrollati b'mod indirett minn Starbucks Corporation. Starbucks Corporation u l-kumpaniji kollha kkontrollati minn din il-korporazzjoni huma msemmija minn hawn 'il quddiem b'mod kollettiv bħala “Starbucks” jew il-“grupp Starbucks”. |
|
(2) |
B'ittra ddatata t-2 ta' Ottubru 2013, l-awtoritajiet Olandiżi ppreżentaw l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni, inkluż l-arranġament preliminari ta' prezzijiet (minn hawn 'il quddiem “APA”) (2) konkluż fl-2008 bejn l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża u Starbucks Coffee BV (minn hawn 'il quddiem: “APA ta' Starbucks Coffee BV”), l-APA konkluż fl-2008 bejn l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża u SMBV (minn hawn 'il quddiem: “APA ta' SMBV”) u dokumenti ta' sostenn. Dawk id-dokumenti jikkonċernaw, b'mod partikolari, rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment li jappoġġja t-talba għaż-żewġ APAs imsemmija qabel (minn hawn il-quddiem: ir-“rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment” u skambji oħrajn bejn l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża u l-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks Corporation, [il-konsulent tat-taxxa] (*1), (minn hawn 'il quddiem: “il-konsulent tat-taxxa”) f'isem Starbucks Coffee BV and SMBV (3). |
|
(3) |
Fid-9 ta' Jannar 2014, bi tħejjija għal laqgħa li kellha ssir fil-15 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni bagħtet ittra elettronika lill-awtoritajiet Olandiżi li fiha elenkat numru ta' mistoqsijiet li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-arranġament tal-ipprezzar ta' trasferiment miftiehem fl-APA ta' Starbucks Coffee BV u l-APA ta' SMBV konklużi mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża. |
|
(4) |
Fil-15 ta' Jannar 2014, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża li fiha s-servizzi tal-Kummissjoni fittxew, fost oħrajn, aktar kjarifiki dwar l-aġġustamenti li saru għall-bażi tal-kost fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment fir-rigward tal-APA ta' SMBV u l-pagamenti ta' royalties li jvarjaw magħmula minn SMBV. |
|
(5) |
B'ittra ddatata t-28 ta' Jannar 2014, bi tweġiba għall-mistoqsijiet li saru fil-laqgħa tal-15 ta' Jannar 2014, l-awtoritajiet Olandiżi pprovdew informazzjoni dwar l-aġġustamenti ta' komparabilità, l-għażla tal-kumpaniji komparabbli u r-royalty li tvarja. Aktar informazzjoni dwar id-dokumenti pprovduti hija deskritta fil-Premessi 59 sa 62 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ kif imsemmi fil-Premessa 9. |
|
(6) |
B'ittra ddatata s-7 ta' Marzu 2014 (4), il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Olandiżi li kienet qed tikkunsidra jekk l-APAs favur Starbucks Coffee BV u SMBV jistgħux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat ġdida skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u stiednet lill-awtoritajiet Olandiżi biex jikkummentaw dwar il-kompatibbiltà tat-tali għajnuna. Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Olandiżi biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali relatata ma' Starbucks Coffee BV u SMBVAPAs, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' Starbucks Coffee BV u SMBV u kumpaniji relatati ma' dawk iż-żewġ kumpaniji fin-Netherlands. |
|
(7) |
B'ittra ddatata l-21 ta' Marzu 2014, l-awtoritajiet Olandiżi wieġbu għall-ittra tas-7 ta' Marzu 2014 u pprovdew id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa mitluba. L-awtoritajiet Olandiżi kkonfermaw ukoll li d-dokumenti kollha rilevanti dwar l-APAs li kienu ġew ippreżentati qabel lill-Kummissjoni diġà kienu ġew ipprovduti lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
Fis-6 ta' Mejju 2014, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża. |
|
(9) |
Fil-11 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar l-APA ta' SMBV fuq il-bażi li dan l-APA jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni ta' Ftuħ”) (5). |
|
(10) |
B'ittra datata s-16 ta' Lulju 2014, l-awtoritajiet Olandiżi ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Is-sottomissjoni kienet tinkludi, fost l-oħrajn, il-Ftehim tal-Inkaljar bejn Alki Limited Partnership (minn hawn 'il quddiem: “Alki LP”) u SMBV u l-Ftehim tax-Xiri tal-Kafè Aħdar bejn SMBV u Starbucks Coffee Trading Company SARL (minn hawn 'il quddiem: “SCTC”). |
|
(11) |
B'ittra ddatata l-25 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Olandiżi jipprovdu l-informazzjoni mitluba fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ li kienet biss parzjalment ippreżentata mill-awtoritajiet Olandiżi fis-16 ta' Lulju 2014 u biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi analizzata l-APA ta' SMBV. |
|
(12) |
B'ittra ddatata d-19 ta' Diċembru 2014, l-awtoritajiet Olandiżi wieġbu għall-ittra tal-25 ta' Novembru 2014, li fiha indikaw li parti mill-informazzjoni mitluba ma kinitx fil-pussess tal-awtoritajiet Olandiżi. |
|
(13) |
Fid-19 ta' Diċembru 2014, id-Deċiżjoni ta' Ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura. |
|
(14) |
B'ittra ddatata s-16 ta' Jannar 2015, Starbucks ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Ġew sottomessi kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ mill-Assoċjazzjoni Olandiża tal-Konsulenti tat-Taxxa wkoll (De Nederlandse Orde van Belastingadviseurs, minn hawn 'il quddiem: “NOB”), il-Konfederazzjoni ta' Impjegaturi u Industrijali tan-Netherlands (Verbond van Nederlandse Ondernemingen u Nederlands Christelijk Werkgeversverbond, minn hawn 'il quddiem: “VNO-NCW”), ATOZ Tax Advisers Lussemburgu, Oxfam International u l-Kamra Awstrijaka tal-Kummerċ (il-Bundesarbeitskammer Österreich, minn hawn 'il quddiem: “BAK”). |
|
(15) |
B'ittra ddatata it-8 ta' Jannar 2015, bi tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet Olandiżi pprovdew l-att ta' soċjetà limitata li jikkostitwixxi Alki LP. |
|
(16) |
Fit-12 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni infurmat lin-Netherlands li, skont l-Artikolu 6a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (6), identifikat il-proċedura ta' investigazzjoni formali fuq l-APA ta' SMBV bħala ineffettiva sal-lum (7). B'ittra ddatata s-6 ta' Frar 2015 u skont l-Artikolu 6a(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni talbet il-qbil tal-awtoritajiet Olandiżi biex tikkuntattja lil Starbucks b'mod dirett biex tikseb l-informazzjoni nieqsa. |
|
(17) |
B'ittra ddatata t-18 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Olandiżi li kienet irċeviet osservazzjonijiet minn kompetitur dwar il-valur miżjud tal-proċess tal-inkaljar għall-kafeni ħodor u stiednet lill-awtoritajiet Olandiżi biex jikkummentaw dwar din l-osservazzjoni. L-awtoritajiet Olandiżi ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dawn l-osservazzjonijiet permezz ta' ittra ddatata l-11 ta' Marzu 2015. |
|
(18) |
B'ittra ddata t-12 ta' Marzu 2015, in-Netherlands ta l-permess tiegħu sabiex Starbucks tiġi kkuntattjata b'mod dirett bħala tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2015. Wara dan il-permess, b'ittra ddatata s-16 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni talbet lil Starbucks, fuq il-bażi tal-Artikolu 6(a)(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, biex tipprovdi informazzjoni dwar l-istruttura legali, il-mudell kummerċjali fir-rigward tal-ħwienet ta' Starbucks, u l-materja prima użata minn SMBV, jiġifieri l-kafeni ħodor (minn hawn 'il quddiem: it-“talba ta' MIT ta' Starbucks”). |
|
(19) |
B'ittri ddatati l-20 u s-26 ta' Marzu 2015, l-awtoritajiet Olandiżi ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-kummenti tal-partijiet terzi dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
|
(20) |
Fis-7 ta' April 2015, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-12 ta' Frar 2015 u skont l-Artikolu 6a(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni kkuntattjat erba' kompetituri ta' Starbucks biex jipprovdu tagħrif tas-suq dwar il-mudell kummerċjali tagħhom u l-attivitajiet ta' ħolqien tal-valuri tagħhom sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-każ (minn hawn 'il quddiem: it-“talba ta' MIT tal-kompetitur”). Dawk l-erba' kompetituri kienu jinkludu l-Kumpanija Y, Alois Dallmayr Kaffee oHG (minn hawn 'il quddiem: “Dallmayr”), Nestlé S.A. (minn hawn 'il quddiem: “Nestlé”) u Melitta Europa GmbH & Co. KG (minn hawn 'il quddiem: “Melitta”). Il-Kummissjoni fl-istess ħin infurmat lill-awtoritajiet Olandiżi li kienet bagħtet it-talbiet għall-informazzjoni lill-kompetituri ta' Starbucks. |
|
(21) |
Fit-13 ta' April 2015, Starbucks ippreżentat l-informazzjoni mitluba fl-ittra tal-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2015. |
|
(22) |
B'ittri ddatati s-27 ta' April 2015, Dallmayr u Company Y wieġbu għat-talba tal-Kummissjoni għat-tagħrif tas-suq tas-7 ta' April 2015. |
|
(23) |
Fid-29 ta' April 2015, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u Starbucks li fiha s-servizzi tal-Kummissjoni pprovdew kjarifiki dwar kif ċerti mistoqsijiet fit-talba ta' MIT ta' Starbucks għandhom jinftiehmu fil-kuntest tal-investigazzjoni. |
|
(24) |
B'ittra ddatata s-6 ta' Mejju 2015, wara t-tweġiba ta' Starbucks tat-13 ta' April 2015, il-Kummissjoni talbet lil Starbucks tipprovdi informazzjoni addizzjonali. |
|
(25) |
B'ittra ddatata l-11 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni talbet lill-Kumpanija Y biex tipprovdi aktar kjarifiki dwar it-tagħrif tas-suq ippreżentat. Dawn il-kjarifiki ġew ipprovduti mill-Kumpanija Y b'ittra ddatata fil-21 ta' Mejju 2015. |
|
(26) |
B'ittri ddatati l-20 ta' Mejju 2015 u s-26 ta' Mejju 2015, Nestlé u Melitta wieġbu għat-talba ta' MIT tal-kompetitur li għamlet il-Kummissjoni fis-7 ta' April 2015. |
|
(27) |
B'ittra datata s-27 ta' Mejju 2015, l-awtoritajiet Olandiżi ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-informazzjoni pprovduta mill-Kumpanija Y u Dallmayr. |
|
(28) |
B'ittra ddatata id-29 ta' Mejju 2015, Starbucks ippreżentat it-tweġibiet tagħha għat-talba tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015. |
|
(29) |
B'ittra ddatata d-19 ta' Ġunju 2015, l-awtoritajiet Olandiżi pprovdew il-kummenti tagħhom dwar it-tagħrif tas-suq ipprovdut minn Starbucks fit-13 ta' April 2015 u fid-29 ta' Mejju 2015. |
|
(30) |
B'ittra ddatata s-26 ta' Ġunju 2015, l-awtoritajiet Olandiżi ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-informazzjoni tas-suq ipprovduta minn Nestlé, Melitta u l-kjarifiki pprovduti mill-Kumpanija Y. |
|
(31) |
Fid-29 ta' Ġunju 2015, minbarra l-preżentazzjonijiet tagħha tat-13 ta' April 2015 u tad-29 ta' Mejju 2015, Starbucks ipprovdiet dettalji ulterjuri dwar il-preżunta natura ta' distakkament tal-prezzijiet ta' trasferiment applikati minn SCTC għall-provvista tal-kafeni ħodor. |
|
(32) |
B'ittra ddatata l-24 ta' Lulju 2015, Starbucks b'mod spontanju ppreżentat informazzjoni addizzjonali dwar il-funzjonijiet imwettqa minn SCTC, SMBV u Starbucks US (8) u pprovdiet figuri ġodda relatati ma' Alki LP. |
|
(33) |
B'ittra ddatata l-5 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni talbet lil Starbucks tipprovdi kjarifiki u dokumenti oħrajn fir-rigward tal-preżentazzjoni tagħha tal-24 ta' Lulju 2015 biex tkun tista' tanalizza b'mod sħiħ l-informazzjoni l-ġdida. |
|
(34) |
B'ittra ddatata l-24 ta' Awwissu 2015 u b'ittra elettronika mibgħuta fis-26 ta' Awwissu 2015, Starbucks b'mod parzjali ppreżentat l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-5 ta' Awwissu 2015. Il-Kummissjoni għaddiet din l-informazzjoni lill-awtoritajiet Olandiżi fit-28 ta' Awwissu 2015. |
|
(35) |
B'ittra ddatata l-10 ta' Settembru 2015 u b'ittra elettronika mibgħuta fil-11 ta' Settembru 2015, Starbucks ippreżentat l-informazzjoni li kien għad fadal lill-Kummissjoni. B'ittra ddatata t-23 ta' Settembru 2015, Starbucks kkomplimentat l-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni fl-10 u fil-11 ta' Settembru 2015. |
|
(36) |
B'ittri ddatati l-25 ta' Settembru 2015 u s-7 ta' Ottubru 2015, l-awtoritajiet Olandiżi pprovdew il-kummenti tagħhom dwar l-informazzjoni ppreżentata minn Starbucks fl-10, fil-11 u fit-23 ta' Settembru 2015. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA KKONTESTATA
2.1. Deskrizzjoni tal-benefiċjarju
|
(37) |
Il-benefiċjajru tal-miżura huwa SMBV. SMBV hija sussidjarja inkorporata fin-Netherlands tal-grupp Starbucks. Il-grupp Starbucks huwa kompost minn Starbucks Corporation u l-kumpaniji kollha kkontrollati minn dik il-kumpanija. Starbucks Corporation għandha l-kwartieri ġenerali f'Seattle, fl-Istati Uniti tal-Amerika (minn hawn 'il quddiem “l-Istati Uniti”). L-istruttura korporattiva tal-grupp Starbucks hija spjegata f'aktar dettal fil-Premessa 27 u fil-Figura 1 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. |
|
(38) |
Starbucks hija l-kumpannija li tinkalja, in-negozjant u l-bejjiegħ bl-imnut ta' kafè bħala speċjalità, u topera f'65 pajjiż. Tixtri u tinkalja kafejiet li jinbiegħu, flimkien ma' kafè, te u xorb ieħor artiġanali u oġġetti ta' ikel frisk, permezz ta' ħwienet operati mill-kumpanija. Tbigħ ukoll varjetà ta' prodotti tal-kafè u t-te u tilliċenzja t-trademark tagħha permezz ta' kanali oħra, bħal ħwienet liċenzjati, tal-merċa u kontijiet tas-servizzi tal-ikel nazzjonali (9). Fl-2014, il-grupp Starbucks kellu dħul nett dinji ta' USD 16 448 miljun u qligħ ta' wara t-taxxa ta' USD 2 067 miljun (10). |
|
(39) |
SMBV hija l-unika entità tal-grupp Starbucks ikkontrollata b'mod sħiħ li tinkalja l-kafè barra mill-Istati Uniti. |
2.2. Il-miżura kkontestata
|
(40) |
Din id-deċiżjoni tikkonċerna l-APA ta' SMBV, arranġament preliminari ta' prezzijiet konkluż mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża ma' SMBV fit-28 ta' April 2008 (Vaststellingsovereenkomst APA). L-APA ta' SMBV huwa vinkolanti għal 10 snin, mill-1 ta' Ottubru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2017 (11). |
|
(41) |
APA huwa ftehim bejn amministrazzjoni tat-taxxa u kontribwent dwar l-applikazzjoni tal-liġi tat-taxxa rigward tranżazzjonijiet (futuri), jiġifieri jiddetermina l-ammont ta' profitt li l-kontribwent jiġġenera mill-attivitajiet tiegħu li jitqiesu f'dik il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa. APA jiddetermina, qabel it-tranżazzjonijiet intragrupp, sett xieraq ta' kriterji (pereż. metodu, prodotti simili u aġġustament xierqa għalihom, suppożizzjonijiet kritiċi rigward avvenimenti futuri) għad-determinazzjoni ta' prezz ta' distakkament għal dawk it-tranżazzjonijiet fuq perjodu fiss ta' ħin. APA jinbeda b'mod formali minn kontribwent. |
2.2.1. L-APA ta' SMBV
|
(42) |
Billi kkonkludiet l-APA ta' SMBV, l-amministazzjoni tat-taxxa Olandiża aċċettat li r-rimunerazzjoni stabbilita mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment għall-funzjonijiet imwettqa minn SMBV fin-Netherlands (inkluż ir-riskju assunt u l-assi użati) tikkostitwixxi rimunerazzjoni ta' distakkament (12). |
|
(43) |
Din ir-rimunerazzjoni tikkonsisti f'valwazzjoni pożittiva ta' [9-12] % tal-bażi tal-kost rilevanti. Il-bażi tal-kost rilevanti użata għall-kalkolu ta' dik ir-rimunerazzjoni tinkludi l-ispejjeż kollha tal-persunal involut kemm fl-attivitajiet tal-manifattura kif ukoll fil-katina tal-provvista, il-kost tat-tagħmir tal-produzzjoni (jiġifieri d-deprezzament) u l-ispejjeż ġenerali tal-impjanti. Din ma tinkludix l-ispejjeż tat-tazzi, n-napkins tal-karti ta' Starbucks, eċċ., l-ispejjeż tal-kafeni ħodor (kost tal-materja prima), il-kost loġistiku u tad-distribuzzjoni għas-servizzi pprovduti mill-partijiet terzi, ir-rimunerazzjoni għal attivitajiet pprovduta minn partijiet terzi taħt l-hekk imsejħa “kuntratti ta' manifattura tal-konsenja” u l-pagament tar-royalties lil Alki LP. |
|
(44) |
Fl-APA ta' SMBV, l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża aċċettat ukoll li l-livell tal-pagament tar-royalties minn SMBV lil Alki LP jiġi ddeterminat fl-aħħar ta' kull sena bħala d-differenza bejn l-introjtu operatorju mwettaq qabel l-ispejjeż tar-royalties u l-valwazzjoni pożittiva ta' [9-12] % imsemmija qabel fuq l-ispejjeż operatorji. L-APA ta' SMBV jipprovdi wkoll li “dan il-pagament tar-royalties huwa deduċibbli għal għanijiet tat-taxxa fuq il-kumpaniji u mhuwiex soġġett għat-taxxa minn ras il-għajn Olandiża” (13). |
|
(45) |
Għalhekk, l-APA ta' SMBV japprova allokazzjoni ta' profitt lil SMBV fi ħdan il-grupp Starbucks li tippermettilha tiddetermina l-obbligazzjoni tagħha tat-taxxa fuq il-kumpaniji għan-Netherlands fuq bażi annwali għal 10 snin. Peress li l-APA daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2007, din id-Deċiżjoni tanalizza l-APA ta' SMBV skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sa minn dik id-data. |
2.2.2. It-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment
|
(46) |
Ir-rimunerazzjoni aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża fl-APA ta' SMBV hija bbażata fuq l-analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment imħejjija mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, li jifforma parti integrali minn dak l-APA. |
|
(47) |
L-għan tar-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment huwa li jappoġġja l-allokazzjoni tal-profitt proposta lil SMBV fi ħdan il-grupp Starbucks bħala waħda bbażata fuq prezz ta' distakkament ta' tranżazzjonijiet intragrupp. Ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jippreżenta ħarsa ġenerali lejn il-kumpanija, analiżi funzjonali u għażla ta' metodi ta' pprezzar ta' trasferiment. Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni rilevanti li ġejja dwar Starbucks Coffee BV u SMBV (14): |
2.2.2.1.
|
(48) |
Starbucks Coffee BV isservi bħala l-uffiċċju prinċipali tal-grupp Starbucks għar-reġjun tal-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika (“EMEA”), u tappoġġja l-operazzjonijiet tan-negozju fl-EMEA tal-grupp. Starbucks Coffee BV tassisti fl-identifikazzjoni ta' żviluppaturi biex jiżviluppaw u joperaw ħwienet tal-bejgħ bl-imnut ta' Starbucks fit-territorji tal-EMEA. Fil-kapaċità tagħha bħala l-uffiċċju ewlieni, Starbucks Coffee BV jilliċenzja ċerti trademarks, teknoloġiji u kompetenzi (15) ta' Starbucks mill-azzjonist tagħha, Alki LP, u għal dan tirċievi pagament tar-royalties. Starbucks Coffee BV tidħol f'dak li huwa magħruf bħala “Ftehim dwar l-Iżvilupp u l-Operazzjoni ta' Żona” (minn hawn 'il quddiem: “ADOA”) ma' operaturi relatati u mhux relatati tal-ħwienet ta' Starbucks fir-reġjun tal-EMEA. Dawn l-operaturi jissejħu Żviluppaturi, minn hawn 'il quddiem imsejħin ukoll “Ħwienet”. Starbucks Coffee BV tissottoliċenzja drittijiet ta' proprjetà intellettwali (minn hawn 'il quddiem: “IP”) lill-Iżviluppaturi biex ikunu jistgħu jiżviluppaw u joperaw il-ħwienet tagħhom bħala Ħwienet ta' Starbucks. Għall-użu tal-IP, l-Iżviluppaturi jħallsu royalties u tariffi oħrajn lil Starbucks Coffee BV abbażi ta' perċentwal tal-fatturat. Skont is-sottomissjoni tan-Netherlands tat-2 ta' Ottubru 2013, kemm l-Iżviluppaturi relatati kif ukoll dawk mhux relatati jħallsu l-istess perċentwal tal-fatturant bħala royalty lil Starbucks Coffee BV. Għalhekk, il-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks iqis li jiġi applikat metodu tal-prezz mhux ikkontrollat komparabbli (16) biex jiġi ddeterminat il-prezz ta' distakkament ta' pagamenti ta' royalties intragrupp lill-uffiċċju prinċipali tal-EMEA Starbucks Coffee BV (17). |
2.2.2.2.
|
(49) |
Il-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks, meta jippreżenta l-aktar tranżazzjonijiet importanti u flussi interkorporattivi għal SMBV fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment (18), jillimita lilu nnifsu sabiex jiddeskrivi li SMBV primarjament tipproċessa kafè aħdar u tbigħ kafè inkaljat lil partijier affiljati u mhux affiljati. Jispjega wkoll li l-kafeni ħodor mixtrijin minn SMBV jinxtraw mingħand kumpanija sussidjarja affiljata ta' Starbucks fl-Iżvizzera (SCTC). Barra minn hekk, jispjega wkoll li SMBV topera bħala entità ta' distribuzzjoni intermedjarja għal varjetà ta' oġġetti mhux tal-kafè. Minbarra l-funzjoni tal-katina tal-provvista għall-attivitajiet tal-manifattura tagħha stess, il-konsulent tat-taxxa ikompli jispjega li ċerti swieq jirċievu wkoll xi appoġġ tal-katina tal-provvista mingħand SMBV. Il-konsulent tat-taxxa ma jiddeskrivix l-arranġament tal-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar li skont dan SMBV tħallas royalties lil Alki LP għal IP liċenzjata fost l-aktar tranżazzjonijiet u flussi interkorporattivi importanti, iżda jurih biss fi graff u jiddeskrivih fit-taqsima separata fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment li jiddeskrivi s-suq tal-EMEA u l-operazzjonijiet fin-Netherlands (19). |
|
(50) |
Skont l-analiżi funzjonali pprovduta fir-rapport tal-ipprezzar tat-trasferment (20), l-enfasi tal-attivitajiet ta' SMBV hija l-faċilità tal-inkaljar tagħha bbażata f'Amsterdam. Il-komponent ewlieni tal-materja prima ta' dak il-proċess ta' inkaljar huwa l-kafeni ħodor. Il-proċess attwali ta' inkaljar għal taħlita ta' kafè partikolari jiddependi mit-tip partikolari ta' kafena ħadra użata fir-riċetta u l-profil tat-togħma mixtieq. SMBV hija responsabbli biex twettaq previżjonijiet tal-inkaljar pprovduti minn Starbucks tal-Istati Uniti u tiżgura li l-prodott li jirriżulta jissodisfa l-istandards ta' kwalità ta' Starbucks tal-Istati Uniti. SMBV tixtri kafeni ħodor mingħand SCTC, fornitur iddeżinjat (21). Il-kafeni għas-suq tal-EMEA huma inkaljati u ppakkjati fin-Netherlands minn SMBV. |
|
(51) |
SMBV tilliċenzja subsett tal-IP mingħand Alki LP, li mhuwiex imsemmi fl-analiżi funzjonali, iżda huwa deskritt fit-taqsima separata dwar is-suq tal-EMEA u l-operazzjonijiet fin-Netherlands bħala “neċessarju biex jintuża l-proċess ta' manifattura tal-inkaljar tal-kafè u d-dritt biex il-kafè jiġi pprovdut lill-[I]żviluppaturi. Ta' dan [SMBV] tirrimanda royalty lil Alki LP għall-IP liċenzjata” (22). Dik l-IP relatata mal-inkaljar tal-kafè tikkonsisti, b'mod partikolari, f'kurvi tal-inkaljar, li skont ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment tiddetta t-temperatura u t-tul ta' żmien meħtieġ biex jitlesta l-proċess ta' inkaljar. |
|
(52) |
Skont ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, SMBV impjegat [40-60], li [20-30] minnhom iwettqu operazzjonijiet tal-katina tal-provvista inklużi l-akkwist, l-ippjanar, il-loġistika u l-ippjanar tad-distribuzzjoni (23). SMBV għandha ċentru ta' distribuzzjoni fir-Renju Unit (minn hawn 'il quddiem: “ir-Renju Unit”) operat permezz ta' kuntatt minn parti terza (24). SMBV għandha ftehim ta' provvista u ta' loġistika ma' parti terza fin-Netherlands, li skont dan il-parti terza tixtri inventarju għal bejgħ mill-ġdid lill-iżviluppaturi bi prezzijiet miftehmin (25). SMBV involviet ukoll parti terza oħra biex tiftaħ ċentru ta' distribuzzjoni fil-Ġermanja matul l-2006. |
|
(53) |
SMBV għandha wkoll relazzjoni ma' manifattur tal-konsenja, il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1]. Il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1] tipproduċi primarjament [prodott tal-kafè reġistrat bi trademark] trab għall-prodott [tal-kafè reġistrat bi trademark] ta' Starbucks. SMBV hija responsabbli (26) biex tmexxi din ir-relazzjoni ta' manifattura b'arranġament ta' sottokuntrattar (27) u tbigħ il-maġġoranza tal-prodott immanifatturat mill-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1] lill-kumpaniji residenti fl-Istati Uniti ta' Starbucks. |
|
(54) |
Il-Figura 1 hija bbażata fuq id-deskrizzjoni tar-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment biex tiġi illustrata l-parti tal-istruttura ta' Starbucks li hija rilevanti għal din id-Deċiżjoni (28). Figura 1 Struttura ta' Starbucks ibbażata fuq id-deskrizzjoni fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment Bejjiegħa terzi prodotti oħra: ikel, te, tazzi eċċ. prodotti oħra lesti: ikel, te, tazzi, Frappuccino eċċ. Il-ħwienet tal-kafè ta’ Starbucks (EMEA) Il-kafé ta’ Starbucks EMEA BV (in-Netherlands) kafeni ħodor Starbucks Coffee Trading SARL (l-Iżvizzera) kafeni inkaljati Il-klijenti Il-manifattura ta’ Starbucks EMEA BV (in-Netherlands) Alki (VK) ir-royalty għall-marka ir-royalty għall-inkaljar ir-royalty għall-marka |
|
(55) |
Skont ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, il-metodu tal-marġni nett tranżazzjonali (minn hawn 'il quddiem: “TNMM” (29)) intgħażel mill-konsulent tat-taxxa biex tiġi stmata r-rimunerazzjoni ta' distakkament dovuta lil SMBV fuq metodi ta' pprezzar ta' trasferiment oħrajn, għaliex, “fis-sett speċifiku taċ-ċirkustanzi ta' Starbucks; il-marġni nett huwa anqas affettwat minn differenzi tranżazzjonali u differenzi funzjonali, bħal fil-każ tal-miżuri użati fil-metodi standard tradizzjonali” (30). Għal deskrizzjoni aktar dettaljata tal-għażla tal-metodu u tal-analiżi bejn il-pari fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, ara l-Premessi 40 sa 58 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. |
|
(56) |
Fl-applikazzjoni tat-TNMM għall-attivitajiet tal-inkaljar ta' SMBV, il-konsulent tat-taxxa kkunsidra li l-bażi rilevanti (31) għall-indikatur tal-profitt nett hija l-kostijiet tas-servizzi pprovduti minn SMBV, f'konformità mal-metodu “cost plus”, li huwa meqjus metodoloġija xierqa għall-katina tal-provvista u s-servizzi tal-manifattura. Madankollu, il-valwazzjoni pożittiva hija applikata biss għal dawk l-ispejjeż fejn, skont il-konsulent tat-taxxa, SMBV iżżid il-valur. Ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jelenka dawk l-ispejjeż bħala spejjeż operattivi ewlenin, bħall-ispiża tal-persunal u d-deprezzament, minbarra l-COGS. |
|
(57) |
Biex tiġi ddeterminata l-firxa ta' distakkament xierqa tal-profittabilità għall-attivtiajiet imwettqa minn SMBV, il-konsulent tat-taxxa għamel tfittxija biex jidentifika l-kumpaniji li joperaw fl-Ewropa b'funzjonijiet u riskji simili. Tfittxija tal-kumpaniji komparabbli fil-bażi tad-dejta Amadeus (32) bl-użu tal-kodiċi 1586 primarju tan-NACE Rev 1.1 — L-ipproċessar tat-te u tal-kafè biex jiġu identifikati l-kumpaniji involuti fil-kummerċ tal-kafè (ix-xiri u l-bejgħ tal-kafè mhux ipproċessat mill-kumpanija nnifisha ma tqisux komparabbli) segwita mill-eliminazzjoni bl-użu ta' kriterji tal-għażla finanzjarji addizzjonali u skrinjar manwali mill-konsulent tat-taxxa (33), finalment irriżultat f'20 kumpanija li kienu potenzjalment komparabbli (34). |
|
(58) |
L-indikatur tal-profitt nett ikkalkolat għal kull kumpanija kien il-valwazzjoni pożittiva fuq l-ispejjeż totali, li hija definita bħala l-introjtu operatorju diviż bil-kostijiet operatorji totali. Il-medjan tal-valwazzjoni pożittiva mhux aġġustata fuq il-kostijiet totali għal dawk il-kumpaniji mill-2001 sal-2005 kien stmat għal 7,8 %. |
|
(59) |
Madankollu, skont il-konsulent tat-taxxa, dan is-sett ta' kumpaniji komparabbli jinkludi manifatturi żviluppati bis-sħiħ li tipikament iwettqu aktar funzjonijiet u jġarrbu riskju relatat mal-materja prima tagħhom. Biex jikkoreġi għal din id-differenza u biex allegatament iżid l-affidabbiltà tal-paragun, il-konsulent tat-taxxa wettaq l-ewwel aġġustament biex jitqies il-fatt li l-applikazzjoni proposta tal-valwazzjoni pożittiva għall-bażi tal-kost ta' SMBV ma tinkludix komponent tal-kost għall-kafeni ħodor. |
|
(60) |
Barra minn hekk, skont il-konsulent tat-taxxa, ir-redditi tal-kumpaniji komparabbli jkunu jirriflettu redditu fuq bażi tal-kost li tinkludi materja prima bħal din. Għalhekk, il-konsulent tat-taxxa applika aġġustament tal-kost għall-materja prima biex tiġi mmodifikata l-valwazzjoni pożittiva tal-kost totali (35) miskuba mis-sett tal-kumpaniji komparabbli. Il-konsulent tat-taxxa indika li dan l-aġġustament huwa assoċjat ma' dak li l-konsulent tat-taxxa jirreferi għalih bħala “kisba tas-sjieda tal-materja prima”. B'mod konkret, il-konsulent tat-taxxa naqqas mill-profitt ta' kull kumpanija fis-sett il-prezz stmat minnhom tal-materja prima mmoltiplikat b'EURIBOR ta' 12-il xahar flimkien ma' 50 punt bażi. |
|
(61) |
Il-kombinazzjoni ta' dawk iż-żewġ aġġustamenti baxxiet ir-rimunerazzjoni stmata minn medjan ta' 7,8 % fuq il-kostijiet totali għal medjan stmat ta' 9,9 % fuq il-kostijiet operatorji (36). Ġiet ikkunsidrata valwazzjoni pożittiva (arrotondata) ta' [9-12] % tal-kostijiet operatorji fuq dik il-bażi sabiex tirrifletti valwazzjoni pożittiva ta' distakkament għall-forniment tas-servizzi ta' inkaljar u attivitajiet tal-katina tal-provvista assoċjati minn SMBV għat-transazzjonijiet intragrupp tagħha. |
2.3. Deskrizzjoni tal-gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferiment
|
(62) |
L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (minn hawn 'il quddiem“OECD”) tipprovdi gwida fuq it-tassazzjoni għall-pajjiżi membri tagħha. Il-gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti tista' tinstab fil-Linji Gwida tagħha dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti (minn hawn 'il quddiem “Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP”), li hija strument legali mhux vinkolanti li jipprovdi gwida fuq il-prezzijiet ta' trasferiment. |
|
(63) |
Il-prezzijiet ta' trasferiment jirreferu għall-prezzijiet mitluba għat-tranżazzjonijiet kummerċjali bejn diversi partijiet tal-istess grupp korporattiv. Il-kumpaniji multinazzjonali għandhom inċentiv finanzjarju biex jallokaw l-inqas profitt possibbli għal ġurisdizzjonijiet fejn dawk il-profitti huma soġġetti għal tassazzjoni ogħla. Dan jista' jwassal għal prezzijiet ta' trasferiment esaġerati li ma għandhomx ikunu aċċettati bħala bażi għall-kalkolu tad-dħul taxxabbli. Biex tiġi evitata din il-problema, l-amministazzjonijiet tat-taxxa għandhom jaċċettaw biss prezzijiet ta' trasferiment bejn kumpaniji intragrupp li huma remunerati daqslikieku ġew miftiehma minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw taħt ċirkostanzi simili f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta (37). Dan huwa magħruf bħala l-“prinċipju ta' distakkament”. |
|
(64) |
Id-dikjarazzjoni awtorevoli tal-prinċipju ta' distakkament tinstab fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 9 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD, li jifforma l-bażi tat-trattati fiskali bilaterali li jinvolvu pajjiżi membri tal-OECD u numru dejjem jikber ta' pajjiżi mhux membri. L-Artikolu 9 jipprevedi li: “[Fejn] isiru jew jiġu imposti kundizzjonijiet bejn żewġ intrapriżi [assoċjati] fir-relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li huma differenti minn dawk li kieku jsiru bejn intrapriżi independenti, kull profitt li kieku, fin-nuqqas ta' dawk il-kundizzjonijiet, kien ikun dovut għal waħda mill-intrapriżi, iżda, minħabba dawk il-kundizzjonijiet, mhuwiex dovut, jista' jiġi inkluż fil-profitti ta' dik l-intrapriża u ntaxxat skont dan”. |
|
(65) |
Fis-27 ta' Ġunju 1995, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Fiskali tal-OECD adotta linji gwida dwar l-ipprezzar ta' trasferiment (minn hawn 'il quddiem: il-“Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP” (38)) li kienu s-suġġett ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-OECD (39). L-aħħar veżjoni tal-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP ġiet adottata f'Lulju tal-2010 (minn hawn 'il quddiem il-“Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP”) (40). |
|
(66) |
Minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħhom, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-pajjiżi membri tal-OECD huma sempliċiment imħeġġa jsegwu l-Linji Gwida. Madankollu, b'mod ġenerali, il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP iservu bħala punt fokali u jeżerċitaw influwenza ċara fuq il-prattiki tat-taxxa tal-pajjiżi membri (anki mhux membri) tal-OECD. Barra minn hekk, f'diversi pajjiżi membri tal-OECD, dawn il-Linji Gwida ngħataw il-forza legali jew iservu bħala referenza għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-liġi tat-taxxa domestika. Meta l-Kummissjoni tiċċita l-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP f'din id-Deċiżjoni, tagħmel dan għaliex dawn il-linji gwida huma manwal eżistenti fil-qasam tal-ipprezzar ta' trasferiment li huma r-riżultat ta' diskussjonijiet esperti fil-kuntest tal-OECD u jelaboraw fuq tekniki mmirati biex jindirizzaw sfidi komuni tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament għal sitwazzjonijiet konkreti. Għalhekk, il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP jipprovdu gwida utli għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u għall-intrapriżi multinazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament. Ikopru wkoll il-kunsens internazzjonali dwar l-ipprezzar ta' trasferiment. |
2.3.1. Metodi tal-ipprezzar ta' trasferiment
|
(67) |
Kemm il-Linji Gwida tal-OECD tal-1995 dwar it-TP kif ukoll dawk tal-2010 jiddeskrivu ħames metodi biex jiġi approssimat l-ipprezzar ta' distakkament tat-tranżazzjonijiet u tal-allokazzjoni tal-profitt bejn kumpaniji tal-istess grupp korporattiv: (i) il-metodu tal-prezz komparabbli mhux ikkontrollat (minn hawn 'il quddiem “CUP”); (ii) il-metodu “cost plus”; (iii) il-metodu “resale minus”; (iv) it-TNMM u (v) il-metodu ta' qsim tal-profitt tranżazzjonali. Iż-żewġ Linji Gwida jagħmlu wkoll distinzjoni bejn metodi ta' tranżazzjoni tradizzjonali (l-ewwel tliet metodi) u metodi ta' profitt tranżazzjonli (l-aħħar żewġ metodi). Iż-żewġ Linji Gwida jkomplu jispjegaw li l-korporazzjonijiet multinazzjonali jżommu l-libertà li japplikaw metodi mhux deskritti f'dawk il-Linji Gwida biex jiġu stabbiliti prezzijiet ta' trasferiment, diment li dawk il-prezzijiet jissodisfaw il-prinċipju ta' distakkament. |
|
(68) |
Il-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP jiddikjaraw preferenza espressa għal metodu ta' tranżazzjoni tradizzjonali, bħas-CUP, fuq il-metodi tranżazzjonali, bħat-TNMM, bħala mezz biex jiġi stabbilit jekk l-ipprezzar ta' trasferiment huwiex f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Il-paragrafu 3.49 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP jipprovdi: “Il-metodi ta' tranżazzjoni tradizzjonali għandhom jiġu preferuti aktar minn metodi ta' profitt tranżazzjonali bħala mezz biex jiġi stabbilit jekk il-prezz ta' trasferiment ikunx f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, jiġifieri jekk hemmx kundizzjoni speċjali li taffettwa l-livell ta' profitti bejn l-intrapriżi assoċjati. Sal-lum, l-esperjenza prattika wriet li fil-maġġoranza tal-każijiet, huwa possibbli li jiġu applikati metodi ta' tranżazzjoni tradizzjonali.” |
|
(69) |
F'dan ir-rigward, il-paragrafu 2.3 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jiddikjara: “Bħala riżultat, fejn, fid-dawl tal-kriterji deskritti fil-paragrafu 2.2, metodu ta' tranżazzjoni tradizzjonali u metodu ta' profitt tranżazzjonali jistgħu jiġu applikati b'mod daqstant affidabbli, il-metodu ta' tranżazzjoni tradizzjonali huwa ppreferut aktar mill-metodu ta' profitt tranżazzjonali.” |
|
(70) |
Is-CUP u t-TNMM huma rilevanti għal din id-Deċiżjoni u, għalhekk, huma deskritti f'aktar dettal fil-Premessi 71 sa 75. |
|
(71) |
Il-metodu ta' CUP iqabbel il-prezz mitlub għat-trasferiment ta' proprjeta jew ta' servizzi fi tranżazzjoni kkontrollata (jiġifieri tranżazzjoni bejn żewġ intrapriżi li huma intrapriżi assoċjati fir-rigward ta' xulxin) mal-prezz mitlub għat-trasferiment ta' proprjetà jew ta' servizzi fi tranżazzjoni mhux ikkontrollata komparabbli (jiġifieri tranżazzjoni bejn intrapriżi li huma intrapriżi indipendenti fir-rigward ta' xulxin), imwettaq taħt ċirkostanzi komparabbli. |
|
(72) |
It-TNMM huwa wieħed mill-“metodi indiretti” biex jiġi approssimat ipprezzar ta' distakkament tat-tranżazzjonijiet u tal-allokazzjoni tal-profitt bejn kumpaniji tal-istess grupp korporattiv. Japprossima dak li kieku jkun profitt ta' distakkament għal attività sħiħa, minflok għal tranżazzjonijiet identifikati Ma jfittixx li jistabbilixxi l-prezz tal-oġġetti mibjugħa, iżda jistima l-profitti li kumpaniji indipendenti jistgħu jkunu mistennija li jagħmlu minn fuq attività, bħall-attività tal-bejgħ tal-oġġetti. Jagħmel dawn billi jieħu bażi xierqa (“indikatur tal-livell tal-profitt”), bħal kostijiet, fatturat jew investiment fiss, u japplika proporzjon tal-profitt li jirrifletti dak osservat fi tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati komparabbli għal dik il-bażi. |
|
(73) |
Minħabba li t-TNMM ma jistabbilix prezz għal tranżazzjonijiet individwali, il-profitt taxxabbli ta' entità stmat bl-użu tat-TNMM jaf ma jkollux effett dirett fuq il-profitt taxxabbli ta' entità oħra tal-istess grupp korporattiv. Għalhekk il-metodu huwa differenti mill-użu, pereżempju, tal-metodu ta' CUP, fejn l-ipprezzar ta' trasferiment jistabbilixi l-prezz ta' oġġett jew servizz speċifiku li mbagħad jiġi rreġistrat fil-profitt taxxabbli għall-istess ammont mill-kumpanija tal-grupp li qed tbigħ u mill-kumpanija tal-grupp li qed tixtri l-oġġett jew is-servizz partikolari. |
|
(74) |
L-użu tat-TNMM spiss huwa assoċjat mal-paragrafu 3.18 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP, li skontu l-“parti ttestjata”, jiġifieri l-parti għat-tranżazzjoni li għaliha huwa ttestjat indikatur finanzjarju (valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet, marġni gross, jew indikatur tal-profitt nett), għandha, fil-prinċipju, tkun il-kumpanija li għandha l-inqas funzjoni kumplessa. Fid-dettall, il-paragrafu 3.18 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jipprovdi għar-rakkomandazzjoni li ġejja: “Meta jiġi applikat metodu ta' “cost plus”, ta' prezz għal bejgħ mill-ġdid jew ta' marġni nett tranżazzjonali kif deskritt fil-Kapitolu II, huwa meħtieġ li tintgħażel il-parti għat-tranżazzjoni li għaliha jiġi ttestajt indikatur finanzjarju (valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet, marġni gross, jew indikatur tal-profitt nett). L-għażla tal-parti ttestjata għandha tkun konsistenti mal-analiżi funzjonali tat-tranżazzjoni. Bħala regola ġenerali, il-parti ttestjata hija dik li għaliha jista' jiġi applikat metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment fl-aktar manjiera affidabbli u li għaliha jistgħu jinstabu l-aktar prodotti simili affidabbli, jiġifieri ħafna drabi tkun dik li jkollha l-anqas analiżi funzjonali kumplessa” (41). |
|
(75) |
Dak il-paragrafu tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP spiss jiġi interpretat mill-konsulenti tat-taxxa f'sitwazzjonijiet ta' tranżazzjonijiet bejn żewġ kumpaniji relatati bħala li jippermetti li tiġi stmata l-profittabilità ta' distakkament ta' waħda minnhom biss, jiġifieri dik li hija l-anqas kumplessa, u li jattribwixxi kull profitt ieħor osservat fil-kontijiet għat-tieni kumpanija, li hija meqjusa bħala aktar kumplessa. Dan isir irrispettivament minn jekk il-kumpanija meqjusa bħala aktar kumplessa taqlax rimunerazzjoni ta' distakkament bħala riżultat tat-tranżazzjonijiet bejnha u l-kumpanija anqas kumplessa, u indipendentement mill-fatt li l-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP infushom ma jidhrux li jneħħu r-rekwiżit biex it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw jiġu pprezzati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta meta jiġi invokat il-paragrafu 3.18 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP. |
2.3.2. Firxa ta' distakkament
|
(76) |
Il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP jiddeskrivu bħala eżitu ta' distakkament aċċettabbli minn analiżi ta' paragun firxa ta' eżiti minflok eżistu speċifiku wieħed (42). Fil-prattika, dik li l-konsulenti tat-taxxa jirreferu għaliha bħala “firxa” hija l-firxa interkwartili. Kwartili f'serje ta' dejta huma tliet punti li jaqsmu l-figuri fis-sett ikklassifikat mill-iżgħar għall-ikbar fi tliet settijiet popolati b'mod ugwali, jiġifieri 25 % tad-dejta hija fil-25 perċentali (imsejjaħ ukoll il-kwartil f'isfel), 50 % tad-dejta hija anqas jew ugwali għat-tieni kwartil, li huwa l-medjan tas-sett, u 75 % tad-dejta hija anqas jew ugwali għall-75 perċentali (imsejjaħ ukoll il-kwartil ta' fuq). Firxa interkwartili bħal din tissemma fil-paragrafu 3.57 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP għal sitwazzjonijiet fejn id-difetti ta' komparabilità ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod sħiħ. Skont il-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP, f'każijiet bħal dawn, jekk il-firxa tinkludi numru mdaqqas ta' osservazzjonijiet, għodod statistiċi li jqisu t-tendenza ċentrali biex titnaqqas il-firxa (pereż. il-firxa interkwartili jew perċentwali oħrajn) jistgħu jgħinu biex titjieb l-affidabilità tal-analiżi. Fil-prattika, il-konsulenti tat-taxxa spiss jikkunsidraw li kwalunkwe eżitu fi ħdan firxa interkwartili huwa aċċettabbli u ugwalment korrett. |
|
(77) |
Barra minn hekk, meta jsiru aġġustamenti għall-ipprezzar mill-kontribwent li huma barra minn firxa korretta, l-amministrazzjoni tat-taxxa fil-preżenza ta' difetti ta' komparabilità għandha, skont il-paragrafu 3.62 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP (43), tiddependi fuq miżuri ta' tendenza ċentrali (pereżempju l-medjan, il-medja jew il-medja ponderata, eċċ.) biex tiddetermina l-punt xieraq fil-firxa. |
2.4. Deskrizzjoni tat-termini ta' kontabilità u finanzjarji ewlenin użati fl-analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment
|
(78) |
L-analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment inkluż fit-talba tal-APA ta' SMBV fiha numru ta' kunċetti ta' kontabilità u indikaturi ta' profitt finanzjarju. Hawn taħt tingħata ħarsa ġenerali qasira lejn l-indikaturi finanzjarji u l-kunċetti tal-kontabilità użati b'mod frekwenti fil-valutazzjoni tal-ipprezzar ta' trasferiment u rilevanti għall-każ preżenti. |
2.4.1. Oġġetti kontabilistiċi ewlenin tar-rapport tal-introjtu (kumpanija mhux finanzjarja)
|
(79) |
L-ewwel, rapport tipiku tal-introjtu jirreġistra d-dħul li kumpanija tirċievi mill-attivitajiet tan-negozju normali tagħha, normalment mill-bejgħ tal-oġġetti u tas-servizzi lill-klijenti. Dan l-oġġett ta' kontabilità huwa magħruf bħala “Bejgħ” jew “Fatturat” jew “Dħul”. |
|
(80) |
Il-kost tal-oġġetti mibjugħa (minn hawn 'il quddiem: “COGS”) jirrappreżenta l-aktar il-valur tal-materjali użati għall-produzzjoni tal-oġġetti (materja prima) jew il-prezz tax-xiri ta' oġġetti li nbiegħu mill-ġdid jekk il-kumpanija ma tipproċessax l-oġġetti mibjugħa. COGS jitnaqqas mill-bejgħ biex jiġi kkalkolat il-profitt gross. |
|
(81) |
L-ispejjeż operatorji jkopru prinċipalment spejjeż tas-salarji (44), spejjeż tal-enerġija u spejjeż amministrattivi u tal-bejgħ oħra. Fil-każ ta' SMBV, ir-royalty imħallsa lil Alki LP hija klassifikata bħala spiża operatorja, iżda hija eskluża mill-ispejjeż operatorji użati biex jiġi kkalkolat id-dħul taxxabbli skont l-APA ta' SMBV (45). |
|
(82) |
Tabella 1 tipprovdi ħarsa ġenerali simplifikata ta' rapport tal-introjtu (46). Tabella 1 Rapport tal-introjtu simplifikat Bejgħ (jew Fatturant jew Dħul)
Profitt Gross
Introjtu operatorju (EBITDA)
Dħul taxxabbli (EBT)
Profitt nett |
2.4.2. Marġnijiet tal-profitt
|
(83) |
Il-prestazzjoni u l-profittabilità spiss jitkejlu bl-użu ta' proporzjonijiet ippreżentati bħala “marġnijiet” jew “valwazzjonijiet pożittivi”. Il-marġnijiet jintużaw ukoll fil-paraguni bejn il-pari fl-ipprezzar ta' trasferiment. |
|
(84) |
Xi marġnijiet huma definiti b'mod konvenzjonali. Dan huwa l-każ għal marġnijiet gross, li fil-prinċipju huma definiti bħala profitti gross diviżi bil-bejgħ, u għal marġnijiet netti definiti fil-prinċpju bħala l-profitti netti diviżi bil-bejgħ. Il-marġnijiet tal-profitt nett użati fl-analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment spiss se jużaw bħala punt tat-tluq (nominatur) għad-dħul taxxabbli, minflok il-profitti netti, b'mod partikolari meta jintuża t-TNMM, li jservi biex jiġi approssimat id-dħul taxxabbli ta' parti ttestjata. |
2.5. Deskrizzjoni tar-regoli Olandiżi dwar l-ipprezzar ta' distakkament
2.5.1. Artikolu 8b tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-1969
|
(85) |
L-APA ta' SMBV ġie konkluż fuq il-bażi tal-Artikolu 8b(1) tal-Att dwar it-Taxxa Korporattiva Olandiża tal-1969 (Wet op de Vennootschapsbelasting 1969) (minn hawn 'il quddiem “CIT”). |
|
(86) |
L-Artikolu 8b(1) CIT, li ddaħħal fis-CIT fl-2002, jistabbilixxi prinċipji ta' distakkament fil-liġi tat-taxxa domestika tan-Netherlands u jinqara kif ġej: “Fejn entità tipparteċipa, b'mod dirett jew indirett, fil-ġestjoni, fil-kontroll jew fil-kapital ta' entità oħra, u l-kundizzjonijiet isiru jew jiġu imposti bejn dawn l-entitajiet fir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji tagħhom (prezzijiet ta' trasferiment) li jkunu differenti minn kundizzjonijiet li jkunu magħmula bejn partijiet indipendenti, il-profitt ta' dawn l-entitajiet jiġi ddeterminat bħallikieku saru l-aħħar kundizzjonijiet imsemmija”. |
2.5.2. Digriet tal-2001 tal-Olanda dwar l-Ipprezzar ta' Trasferiment
|
(87) |
Gwida dwar kif l-amministrazzjoni tat-taxxa Oldandiża tinterpreta l-prinċipju ta' distakkament stabbilit fl-Artikolu 8b(1) CIT hija pprovduta fid-Digriet tal-Olanda tat-30 ta' Marzu 2001 dwar l-Ipprezzar ta' Trasferiment (minn hawn 'il quddiem “id-Digriet”) (47). Il-preambolu għad-Digriet isostni dan li ġej: “[…] Il-politika tan-Netherlands dwar il-prinċipju ta' distakkament fil-qasam tal-liġi tat-taxxa internazzjonali hija li dan il-prinċipju jifforma parti integrali mis-sistema Olandiża tal-liġi tat-taxxa minħabba l-inkorporazzjoni tiegħu fid-definizzjoni wiesgħa tad-dħul irreġistrat fit-Taqsima 3.8 tal-Att tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-2001” (48) . Fil-prinċipju, dan ifisser li l-Linji Gwida tal-OECD japplikaw b'mod dirett għan-Netherlands skont it-Taqsima 3.8 tal-Att tal-2001 dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu. Hemm għadd ta' oqsma li fihom il-Linji Gwida tal-OECD jipprovdu kamp ta' applikkazzjoni għal interpretazzjoni individwali mill-pajjiżi membri. F'numru ta' oqsma oħrajn, l-esperjenza prattika uriet li l-Linji Gwida tal-OECD jeħtieġu li jiġu ċċarati. Dan id-digriet jispjega l-pożizzjoni tan-Netherlands fir-rigward dawn il-punti partikolari u jfittex, fejn ikun possibbli, biex ineħħi kwalunkwe konfużjoni. |
|
(88) |
Fir-rigward tal-użu ta' firxa, id-Digriet jistipula fil-Kapitolu 1.2 li: “F'xi każijiet se jkun possibbli li jiġi applikat il-prinċipju ta' distakkament u li wieħed jasal għal figura waħda li hija l-aktar affidabbli biex jiġi ddeterminat il-karattru tad-distakkament tal-prezzijiet ta' trasferiment. Madankollu, minħabba li l-ipprezzar ta' trasferiment mhuwiex xjenza preċiża, metodu partikolari tal-ipprezzar tat-trasferiment spiss se jiġġenera firxa ta' figuri li kollha huma ugwalment affidabbli”. |
|
(89) |
Fir-rigward tal-metodi tal-ipprezzar ta' trasferiment, skont il-Kapitolu 2, id-Digriet jistipula dan li ġej: “Il-Kapitolu II tal-Linji Gwida tal-OECD jiddiskuti t-tliet metodi ta' tranżazzjoni tradizzjonali introdotti fil-Paragrafi 1.68 sa 1.70 (jiġifieri l-metodu ta' prezz mhux ikkontrollat komparabbli u l-metodu “cost plus”), filwaqt li l-Kapitolu III jeżamina l-metodi magħrufa bħala l-metodi tal-profitt tranżazzjonali (jiġifieri il-metodu tal-qsim tal-profitt u l-metodu tal-marġni nett tranżazzjonali jew TNMM). Għandha ssir għażla ta' wieħed minn dawn il-ħames metodi aċċettati skont iċ-ċirkostanzi. Il-metodi jistgħu jissupplimentaw lil xulxin. Il-Linji Gwida tal-OECD huma bbażati fuq ċerta ġerarkija tal-metodi fejn teżisti preferenza għall-metodi ta' tranżazzjoni tradizzjonali. Min-naħa waħda, il-metodi tal-profitt tranżazzjonali huma meqjusa xi ftit jew wisq bħala metodi tal-aħħar għażla. Min-naħa l-oħra, il-Linji Gwida tal-OECD iqisu li l-awtoritajiet tat-taxxa jeħtieġ li jibdew awditu tal-ipprezzar ta' trasferiment mill-perspettiva tal-metodu magħżul mill-kontribwent (ara l-Paragrafu 4.0 tal-Linji Gwida tal-OECD). Skont il-Paragrafu 4.9 tal-Linji Gwida tal-OECD, kull meta l-amministrazzjoni tat-taxxa tan-Netherlands tieħu impenn għal awditu tal-ipprezzar ta' trasferiment, din għandha tibda mill-perspettiva tal-metodu adottat mill-kontribwent fil-mument tat-tanżazzjoni. Dan huwa konformi mal-Paragrafu 1.68 tal-Linji Gwida tal-OECD. L-implikazzjoni hija li l-kontribwenti huma fil-prinċipju liberi li jagħżlu metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment, diment li l-metodu adottat iwassal għal eżistu ta' distakkament għat-tranżazzjoni inkwistjoni. Madankollu, f'ċerti sitwazzjonijiet xi metodi se jiġġeneraw riżultati aħjar minn oħrajn. Għalkemm il-kontribwenti jistgħu jkunu mistennija li jibbażaw l-għażla tagħhom ta' metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment fuq l-affidabilità tal-metodu għas-sitwazzjoni partikolari, il-kontribwenti żgur mhumiex mistennija li jevalwaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-metodi kollha differenti u wara jispjegaw għaliex il-metodu li finalment kien adottat jiġġenera l-aqwa riżultati fil-kundizzjonijiet prevalenti (jiġifieri r-regola tal-aqwa metodu). Ċerti sitwazzjonijiet huma wkoll adattati għal taħlita ta' metodi. Fl-istess ħin, il-kontribwenti mhumiex obbligati jużaw aktar minn metodu wieħed. L-uniku obbligu impost fuq il-kontribwent huwa li jispjega għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi adottat il-metodu partikolari li ġie adottat.” |
|
(90) |
Fil-Kapitolu 2.1 tad-Digriet, huwa spjegat il-metodu ta' CUP. Fir-rigward tal-preferenza għall-użu ta' dan il-metodu, id-Digriet isostni: “(…) Jekk huwa disponibbli prezz komparabbli, il-metodu tal-prezz mhux ikkontrollat komparabbli (komunement magħruf bħala l-metodu ta' CUP) se jkun, b'mod ġenerali, l-aktar metodu dirett u affidabbli għad-detereminazzjoni tal-prezz ta' trasferiment, jiġifieri dan il-metodu għandu jkun preferut minn metodi oħrajn”. |
2.6. Informazzjoni addizzjonali riċevuta wara l-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali minn Starbucks u n-Netherlands.
|
(91) |
In-Netherlands u Starbucks ipprovdew informazzjoni u figuri kumplimentari rigward SMBV, Alki LP, il-Ħwienet ta' Starbucks u SCTC. |
2.6.1. Informazzjoni dwar l-attivitajiet u r-riskji ta' SMBV
|
(92) |
Fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, SMBV hija ppreżentata bħala manifattur ta' riskju baxx. Il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni biex tivverifika jekk l-attività ewlenija ta' SMBV kinitx verament manifattura ta' riskju baxx, li f'dan il-każ kellha tkun l-inkaljar tal-kafè. Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż ta' SMBV biex tivverifika jekk l-attivitajiet sottostanti li jiġġeneraw dawk l-ispejjeż jikkonferemawx li l-kompiti mwettqa minn SMBV humiex fil-fatt kompiti ta' eżekuzzjoni ta' rutina u li ma jippreżentaw l-ebda livell ta' kumplessità, f'konformità mas-suppożizzjonijiet fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment. L-informazzjoni dwar il-grad tar-riskju tan-negozju assunt minn SMBV hija ppreżentata f'taqsimiet differenti, fejn huma deskritti l-kuntratti. |
|
(93) |
Sabiex tanalizza liem prodotti huma l-motivaturi ewlenin tal-bejgħ ta' SMBV u biex tivverifika jekk l-inkaljar tal-kafè huwiex verament l-attività ekonomika ewlenija ta' SMBV, il-Kummissjoni talbet disaggregazzjoni tal-bejgħ ta' SMBV skont il-prodotti. Starbucks ipprovdiet l-ammonti li rċiviet mill-Ħwienet għall-kafeni (elenkati f'Tabella 2) u b'mod separat l-ammonti ta' kwalunkwe ħlas ieħor mill-Ħwienet għal attivitajiet oħrajn bħall-bejgħ tat-tazzi, ippreżentati f'Tabella 2. Tabella 2 Dħul ta' SMBV skont il-kategorija tal-prodotti mibjugħa
|
|
(94) |
Starbucks indikat li d-dħul taħt id-deskrizzjoni “DĦUL MINN KAFÈ PPAKKJAT” fit-Tabella 2 jirrelata mal-funzjoni tal-inkaljar u tal-ippakjar ta' SMBV. Il-bqija tad-dħul huwa relatat, skont Starbucks, mal-funzjoni ta' sostenn amministrattiv u loġisitiku ta' SMBV. Porzjon żgħir mill-kafè inkaljat fin-Netherlands huwa pproċessat ukoll mill-manifatturi tal-parti terza. Dan jikkonċerna: “DĦUL MINN KAPSULI TAL-KAFÈ LI JSERVU DARBA”, “DĦUL MINN KAPSULI TA' VERISMO LI JSERVU DARBA”, “DĦUL MINN BAŻI TAL-KAFÈ FRAP” u “DĦUL MILL-ESTRATT”. Dan id-dħul għandu wkoll jiġi kklassifikat bħala dħul ta' sostenn amministrattiv u loġistiku, peress li d-dħul sottostanti ffatturat lill-Iżviluppaturi jippreżenta l-valur maħluq minn partijiet terzi minflok minn SMBV. Fi kwalunkwe każ, skont Starbucks, dak id-dħul jirrappreżenta biss porzjon żgħir mill-eżitu totali tal-inkaljar ta' SMBV. |
|
(95) |
Rigward l-ipprezzar tal-prodotti, Starbucks ipprovdiet […] eżempji ta' lista tal-prezzijiet għal kwartieri differenti fl-2013 u fl-2014 li jipprovdu prezzijiet għal prodotti tal-kafè u mhux tal-kafè mibjugħa minn Starbucks. Skont Starbucks, […]. |
|
(96) |
Rigward l-ipprezzar tal-prodotti tal-kafè, il-prezzijiet huma kkalkolati fuq il-bażi tal-formuli li jirreferu għall-ispejjeż u dawn ivarjaw għal kull prodott. Starbucks ipprovdiet, bħala eżempju, il-formula tal-bini tal-ispejjeż għall-oġġett “[prodott tal-kafè e tal-programm ta' ċertifikazzjoni]” li huwa l-oġġett tal-ogħla volum mibjugħ minn SMBV. Il-prezzijiet tal-kafè li SMBV titlob lill-Ħwienet huma kkalkolati fuq il-bażi tal-kostijiet li SCTC tħallas għall-kafeni ħodor, li magħhom jiżdied il-kost […] tax-xiri tal-kafè u tal-kafè […]. Ma' dan l-ammont jiżdiedu l-kostijiet “[…]”għal […], kif ukoll […] li jammontaw għall-prezz tal-kafè inkaljat. Fl-aħħarnett titħallas tariffa tal-liċenzjar imħallsa lill-parti terza fir-rigward tad-deżinjazzjoni [programm ta' ċertifikazzjoni] (49). |
|
(97) |
Rigward il-prezzijiet ta' prodotti mhux tal-kafè mibjugħa lill-Ħwienet minn SMBV, Starbucks indikat li l-prezzijiet ta' prodotti mhux tal-kafè kkunsinnati minn Starbucks lill-Ħwienet huma determinati biż-żieda tal-hekk imsejjaħ [marġni tal-irkupru tal-kostijiet] mal-prezz tax-xiri tal-prodotti mhux tal-kafè. Dak il-[marġni tal-irkupru tal-kostijiet] huwa mitlub minn SMBV biex jiġu rkuprati l-ispejjeż […]. Madankollu, dan ma jkoprix biss l-ispejjeż […] ta' SMBV, iżda anki l-kostijiet […] kollha rilevanti tal-[…]. Fil-fatt, peress li l-prezzijiet finali għal prodotti mhux tal-kafè mitluba minn SMBV lill-Ħwienet huma kkalkolati bl-applikazzjoni tal-[marġni tal-irkupru tal-kostijiet] għall-kostijiet tal-prodotti, il-profitt fuq prodotti mhux tal-kafè li SMBV tirreġistra jikkorrispondi għal dan il-[marġni tal-irkupru tal-kostijiet]. |
|
(98) |
L-aktar entrata ta' spiża importanti ta' SMBV hija l-ispiża tas-salarju, li fl-2014 kienet tammonta għal EUR [1-10 miljun] minn spiża operatorja totali ta' EUR 16 124 000 f'dik is-sena. Entrati kbar oħrajn tal-ispiża operazzjonali ta' SMBV fl-2014 kienu spejjeż relatati ma' pagi, taxxa fuq il-pagi, kirjiet tal-proprjetà u ħlasijiet tal-lokazzjoni, deprezzament tat-tagħmir u l-ammortizzazzjoni tal-assi intanġibbli Għalkemm qabel l-2013 SMBV ma kellhiex spejjeż tal-ammortizzazzjoni tal-assi intanġibbli, fl-2014 din kienet waħda mill-akbar entrati tal-ispiża operatorja, li ammontat għal EUR 628 000, li f'dik is-sena kienet spiża akbar mit-tiswija u l-manutenzjoni tat-tagħmir, l-elettriku, id-dejn mitluf, il-provvisti tal-uffiċċju u tal-kompjuter u oħrajn (pereżempju spiżi tal-liċenżji tas-software, li huma rreġistrati bħala entrata separata). L-ispiża tal-ammortizzazzjoni tal-assi intanġibbli tidher li tirrelata ma' dritt tal-IP l-ewwel irreġistrat fil-kontijiet finanzjarji fl-2012, li kien inxtara għal aktar minn EUR 4 miljun. Barra minn hekk, fl-2014, entrata kbira tal-ispiża operatorja kienet irrappreżentata minn “Riċerka tas-suq” li dik is-sena kienet tammonta għal EUR [100-200 elf]. |
2.6.2. Pagamenti tar-royalties
|
(99) |
Il-profitti taxxabbli ta' SMBV fin-Netherlands, li jiġu ddeterminati abbażi tal-APA ta' SMBV b'referenza għall-ispiża operatorja tal-kumpanija, huma mnaqqsin minn royalty imħallsa lil Alki LP. Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand in-Netherlands u Starbucks dwar l-ammont tal-pagament tar-royalties u l-kalkolu eżatt tal-bażi tat-taxxa. |
|
(100) |
Ir-rapport tal-introjtu ta' SMBV kif ippreżentat fir-rapporti finanzjarji huwa riprodott fit-Tabella 3. Tabella 3 Kontijiet ta' profitt u telf ta' SMBV fl-2001 — 2014
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(101) |
Taħt in-noti għar-rapporti finanzjarji, il-pożizzjoni “Spejjeż oħra” fit-Tabella 3 hija definita kif ġej: “Spejjeż oħrajn relatati ma' ftehim tar-royalties miżmum mill-kumpanija affiljata [CV 1], li kien assenjat lil Alki LP fit-13 ta' Diċembru, 2006 u huwa bbażat fuq deċiżjoni tat-taxxa mal-awtoritajiet tat-taxxa Olandiżi”. L-APA li miegħu hija relatata din in-nota f'qiegħ il-paġna huwa l-APA ta' SMBV u b'hekk jindika li l-awditur ta' SMBV interpreta l-APA ta' SMBV sabiex jiddetermina l-pagamenti tar-royalties minn SMBV lil Alki LP. |
|
(102) |
Dawk ir-royalties huma kkalkolati bħala residwu fir-rapport tal-introjtu. Meta jinbena r-rapport tal-introjtu ta' SMBV, il-figuri tal-input kollha minbarra r-royalty huma osservati jew preżnuti li se jiġu pprezzati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Abbażi tal-ipprezzar miftiehem fl-APA ta' SMBV, profitt taxxabbli (il-pożizzjoni “Riżultat qabel it-tassazzjoni” fil-Figure 2) huwa kkalkolat li huwa ta' madwar [9-12] % tal-ispejjeż operatorji ta' SMBV (il-pożizzjoni “Spejjeż ġenerali u amministrattivi” fil-Figure 2). Madankollu, peress li l-pożizzjoni “Bejgħ” fil-Figure 2 imnaqqsa bl-ispejjeż kollha ta' kontabilità qabel il-pagament tar-royalties (50) ma tammontax għal dan il-profitt taxxabbli kkalkolat abbażi tal-APA ta' SMBV, il-profitt żejjed li jisboq dik il-valwazzjoni pożittiva ta' [9-12] % huwa mħallas minn SMBV fil-forma ta' royalty deduċibbli mit-taxxa lil Alki LP għall-IP relatata mal-inkaljar tal-kafè (il-pożizzjoni “Spejjeż oħrajn” fil-Figure 2). Skont il-kontijiet ta' SMBV, il-pagament tar-royalties b'hekk iseħħ kif determinat mill-APA ta' SMBV maħruġ mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża. Figura 2 2010/2011 2019/2010 EUR EUR Sales 184 159 097 142 627 243 Direct Cost of sales (153 275 834) (120 020 824) Gross margin 30 883 263 22 606 419 General and administrative expenses Operating Expense (14 303 059) (16 835 153) [9 – 12 %] valwazzjoni pożittiva Foreign current exchange (2 089 448) (2 266 492) Operating result 14 490 756 3 504 774 Other expenses = Royalty (12 352 838) (1 079 817) Interest income Interest expense (707 298) (771 639) Result before taxation 1 430 620 Taxable profit 1 653 318 Corporate income tax (337 599) (428 611) Net result for the year 1 093 021 1 224 707 |
|
(103) |
Peress li l-bażi tat-taxxa fil-kontijiet ta' SMBV għall-perjodu tal-applikazzjoni tal-APA ta' SMBV hija ugwali għal iżda mhux eżattament [9-12] % tal-“Ispejjeż ġenerali u amministrattivi” ta' kull sena, il-Kummissjoni talbet lil Starbucks tipprovdi l-kostijiet attwali għal kull sena użati biex tiġi kkalkolata l-bażi tat-taxxa. Starbucks ipprovdiet informazzjoni dwar l-ammont tal-ispejjeż operatorji użati għall-kalkolu tad-dħul taxxabbli kull sena fuq il-bażi tal-APA ta' SMBV u anki għall-perjodi kontabilistiċi preċedenti (mill-2001), meta kien fis-seħħ APA preċedenti. Għal kull perjodu tal-applikazjoni tal-APA ta' SMBV, l-ispejjeż meqjusin għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa huma aktar baxxi iżda qrib għall-ammonti rrapportati bħala “Spejjeż ġenerali u amministrattivi”. Pereżempju, għall-perjodu 2012/2013 dawk il-kostijiet huma EUR 15 694 137 u għall-perjodu 2007/2008 dawk il-kostijiet huma EUR 15 055 253. Fil-perjodu qabel l-applikazzjoni tal-APA ta' SMBV, il-kostijiet meqjusin għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa huma ħafna ogħla, peress li għandhom, skont Starbucks, jinkludu wkoll il-kostijiet mitluba mill-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1]. Pereżempju għall-perjodu 2006/2007, il-kostijiet użati biex tiġi kkalkolata l-bażi tat-taxxa kienu ta' EUR [30-40 miljun]. Dan jispjega għaliex l-obbligazzjoni tat-taxxa korporattiva naqset b'aktar minn nofs meta l-APA ta' SMBV daħlet fis-seħħ (51), jiġifieri minn EUR 844 309 fl-2006/2007 għal EUR 383 909 fl-2007/2008, kif muri f'Tabella 3. |
2.6.3. Informazzjoni dwar Alki LP
|
(104) |
Bi tweġiba għad-domandi tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, in-Netherlands ipprovda deskrizzjoni tad-drittijiet tal-liċenzja miżmuma minn Alki LP biex jintuża u jiġi sottoliċenzjat id-dritt tal-IP li għalih SMBV tħallas royalties lil Alki LP. F'dan ir-rigward in-Netherlands spjega li d-dritt tal-IP jinkludi tliet kategoriji: (i) Drittijiet tat-trademark (52), (ii) Drittijiet tas-sistema ta' Starbucks (53), u (iii) Drittijiet relatati mal-kafè (54). In-Netherlands spjega wkoll li l-kompetenzi u l-informazzjoni relatati mal-kafè jinkludu l-użu u l-applikazzjonijiet ta' informazzjoni kunfidenzjali, teknoloġija u kompetenzi speċifiċi fir-rigward tar-riċetti għat-taħlit tal-kafeni ħodor, il-proċess tal-inkaljar tal-kafeni ħodor u l-produzzjoni ta' prodotti oħrajn derivati mill-kafè (55). |
|
(105) |
In-Netherlands spjega wkoll li skont il-Ftehim tal-Inkaljar, deskritt aktar fil-Premessa 142, Alki LP taġixxi bħala l-prinċipal li jġorr ir-riskji kollha tal-kumpanija u twettaq l-attivitajiet assoċjati (56). Għalhekk, skont in-Netherlands, ir-royalties ma jirrappreżentawx biss ir-rimunerazzjoni għad-dritt tal-IP, iżda anki għar-rwol ta' Alki LP bħala prinċipal. |
|
(106) |
Rigward Alki LP, Starbucks speċifikat li Alki LP ma għandha l-ebda impjegat fuq il-lista tagħha tal-impjegati bil-pagi tagħhom biex twettaq ir-rwol tagħha bħala prinċipal taħt il-Ftehim tal-Inkaljar, u lanqas is-sħab tagħha ma għandhom impjegati fuq il-lista tal-impjegati bil-pagi tagħhom biex iwettqu dan ir-rwol. Skont Starbucks, Alki LP twettaq dak ir-rwol permezz ta' gwida, kompetenza u funzjonijiet meħtieġa pprovduti mill-entitajiet ta' Starbucks fl-Istati Uniti skont il-[Ftehim tal-Qsim tal-Kostijiet] (minn hawn 'il quddiem: “CSA”) (57). Skont Starbucks, u kif muri mill-att ta' sħubija limitat li jikkostitwixxi lil Alki LP, SCI UK I, Inc (58). u Starbucks Coffee International, Inc (59). huma l-imsieħba ta' Alki LP. |
|
(107) |
Starbucks iċċarat li Alki LP iddaħħlet fl-istruttura tal-grupp f'Diċembru 2006 bħala parti mill-espansjoni tas-CSA biex jiġi kopert ir-reġjun tal-EMEA kollu billi jiġi inkluż is-suq tar-Renju Unit. Bl-inklużjoni ta' Alki LP fl-istruttura, Starbucks evitat milli d-dħul tar-royalties riċevut minn Alki LP jiġi integrat b'mod dirett fid-dħul tal-imsieħba ta' Alki LP skont il-liġi tat-taxxa tal-Istati Uniti. |
2.6.4. Ħlasijiet minn Alki LP lill-Korporazzjoni ta' Starbucks skont il-Ftehim ta' Qsim tal-Kostijiet
|
(108) |
Peress li la Alki LP, u lanqas l-imsieħba tagħha, ma għandhom l-ebda impjegat (60), u Starbucks issostni li Alki LP kapaċi twettaq ir-rwol tagħha bħala prinċipal permess tas-CSA, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni dwar il-pagamenti skont is-CSA u s-servizzi li dawk il-pagamenti għandhom x'jaqsmu magħhom, kif ukoll il-mod li bih huma ffinanzjati l-pagamenti minn Alki LP. Starbucks ipprovdiet il-ħarsa ġenerali li ġejja tal-pagamenti minn Alki LP lil Starbucks tal-Istati Uniti maqsuma f'tipi differenti ta' pagament. |
|
(109) |
Skont is-CSA, Alki LP tagħmel pagamenti tar-royalties lil Starbucks tal-Istati Uniti għat-tliet kategoriji tal-IP li Starbucks tal-Istati Uniti tilliċenzja lil Alki LP. Dawk il-pagamenti tar-royalties jikkonsistu minn (i) royalty ta' xiri sfurzat allokata għad-drittijiet tad-ditta/trademark, (ii) royalty ta' xiri sfurzat allokata għad-drittijiet tal-format tan-negozju u (iii) royalty permanenti allokata għall-għarfien fuq il-kafè. |
|
(110) |
L-ammont tal-pagament tar-royalties huwa kkalkolat fuq il-bażi ta' formula li tieħu bħala punt tat-tluq il-pula tal-profitt residwu. Il-pula tal-profitt residwu hija s-somma tar-royalties imħallsa minn SMBV u Starbucks Coffee BV lil Alki LP (61) u d-dħul li Alki LP tirċievi mingħand Starbucks Corporation (62). Minn dak l-ammont, jitnaqqas redditu ta' distakkament għall-funzjonijiet ta' rutina mwettqa minn Alki LP (63). […]. F'dan ir-rigward, issir differenza bejn id-drittijiet tal-IP għad-ditta/trademark u l-format tan-negozju, min-naħa waħda, u l-għarfien tal-kafè, min-naħa l-oħra. Din id-differenza hija spjegata mill-fatt li Alki LP iżżomm is-sjieda benefiċjarja tal-assi intanġibbli relatati mal-format tan-negozju u t-trademark/id-ditta għar-reġjun tal-EMEA, filwaqt li s-sjieda legali u benefiċjajrja tad-drittijiet tal-għarfien fuq il-kafè hija miżmuma minn Starbucks tal-Istati Uniti. |
|
(111) |
Is-sjieda benefiċjarja tal-assi intanġibbli relatati mal-format tan-negozju u t-trademark/d-ditta għar-reġjun tal-EMEA ġiet trasferita minn Starbucks Corporation fl-2002 lil [CV 1] u assenjata lil Alki LP mill-2006. Għas-sjieda benefiċjarja, [CV 1] u Alki LP għamlu pagamaneti tar-royalties ta' xiri sfurzat, fejn il-perċentwal tas-sehem tal-Istati Uniti tal-kost li Alki LP kienet meħtieġa tħallas lil Starbucks tal-Istati Uniti naqas b'mod digressiv minn [65-70] % fl-2002 għal [0,5-1] % fl-2010 u minn hemm 'il quddiem għat-trademark, u [70-75] % fl-2002 għal [0-0,5] % fl-2010 u minn hemm 'il quddiem għall-IP tal-format tan-negozju. B'dawk il-pagamenti ta' xiri sfurzat, id-drittijiet ta' sjieda benefiċjajrja għal dawn iż-żewġ kategoriji tal-IP għar-reġjun tal-EMEA huma meqjusin li għandhom jitħallsu minn Alki LP. Fir-rigward tal-IP tal-għarfien fuq il-kafè, Alki LP tħallas royalties permanenti ta' [70-75] % tal-profitt residwu allokat għal din il-kategorija tal-IP lil Starbucks tal-Istati Uniti. |
|
(112) |
Starbucks ippreżentat ħarsa ġenerali tar-royalties permanenti u tal-pagamenti ta' xiri sfurzat minn [CV 1] u Alki LP għall-perjodu tal-2005–2014. Fir-rigward tal-pagamenti tax-xiri sfurzat, [CV 1] ħallset total ta' EUR [1-10] miljun bħala pagamenti ta' xiri sfurzat għall-format tal-IP tat-trademark u tan-negozji lil Starbucks Corporation (64) (65). Fl-2006, is-CSA kien assenjat minn [CV 1] lil Alki LP. Mill-2007 sal-2014, Alki LP ħallset EUR [1-10] miljun għat-trademark u EUR [20-30] miljun għall-IP tal-format tan-negozju (66). Dan ifisser li b'kollox tħallsu EUR [10-20] miljun bħala pagamenti ta' xiri sfurzat għat-trademark u EUR [20-30] miljun għall-IP tal-format tan-negozju. Fl-2014, Alki LP ittrasferixxiet is-sjieda benefiċjajrja tad-drittijiet tal-IP lil Starbucks EMEA Ltd li għaliha huwa rreġistrat qligħ ta' EUR [1-1,5] biljun bħala introjtu operatorju ieħor fir-rapport tal-introjtu tagħha. Fir-rigward tar-royalty permanenti, Alki LP ħallset medja ta' EUR [1-10] miljun fis-sena (EUR [70-80] miljun b'kollox) matul il-perjodu tal-2005–2014 lil Starbucks Corporation għall-IP tal-għarfien fuq il-kafè (67). |
|
(113) |
Minbarra r-royalty ta' xiri sfurzat u permanenti, Alki LP tħallas tariffi tas-servizzi pprovduti minn Starbucks Corporation u pagamenti ta' qsim tal-ispejjeż għall-iżvilupp ta' ċerti assi intanġibbli (68). Matul il-perjodu tal-2008–2014, Alki LP ħallset fuq medja EUR [1-10] miljun fis-sena fuq pagamenti tal-qsim tal-ispejjeż u EUR [1-10] miljun fis-sena fuq tariffi tas-servizz. |
2.6.5. Informazzjoni fuq SCTC u fuq il-prezzijiet tal-kafeni ħodor imħallsa minn SMBV
|
(114) |
Peress li l-kafeni ħodor huma akkwistati minn SMBV permezz ta' tranżazzjoni tal-grupp, b'mod aktar preċiż dawn jinxtraw minn SCTC, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar kif il-prezzijiet għal din it-tranżazzjoni intragrupp huma stabbiliti u dwar il-prezz stabbilit għal kull sena matul l-applikazzjoni tal-APA ta' SMBV. |
|
(115) |
Starbucks ippreżentat il-karta tal-bilanċ u l-kontijiet tal-profitt u t-telf għal SCTC mill-2005. It-Tabella 4 tirriproduċi l-informazzjoni li jkun hemm f'dawk il-kontijiet Il-kalkolu tal-valwazzjoni pożittiva fuq l-ispejjeż tal-kafeni ħodor (COGS) applikata minn SCTC iddaħħal mill-Kummissjoni għall-fini ta' din id-Deċiżjoni. Abbażi tal-informazzjoni tal-kontabilità disponibbli, li tibda mill-2005, il-valwazzjoni pożittiva medja fuq l-ispejjeż tal-kafeni ħodor kienet ta' [madwar 3 %] għall-perjodu tal-2005 sal-2010, meta mqabbla mal-valwazzjoni medja ta' [madwar 18 %] matul il-perjodu tal-2011 sal 2014. |
|
(116) |
Starbucks sostniet li mill-2011 'il quddiem, Starbucks aġġustat il-politika tal-ipprezzar ta' trasferiment applikabbli għall-bejgħ tal-kafeni ħodor biex tiżdied il-valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet tal-prodott minħabba l-importanza dejjem akbar tal-operazzjonijiet ta' SCTC, speċjalment il-kompetenza dejjem akbar tagħha fl-akkwist tal-kafè u, fuq kollox, is-sjieda u l-operazzjoni tagħha tal-Programm tal-Prattiki tagħha C.A.F.E. |
|
(117) |
Il-Programm tal-Prattiki tal-C.A.F.E. tnieda fl-2004 flimkien mal-ftuħ taċ-ċentru ta' appoġġ lill-bdiewa ta' SCTC fil-Costa Rica biex jiġi pprovdut programm li jevolvi li bih il-bdiewa, l-esportaturi u x-xerrejja jistgħu jieħdu sehem f'konverżazzjoni kontinwa sabiex (i) titjieb il-kwalità tal-kafè; (ii) tiġi pprovduta responsabbiltà ekonomika għall-pagamenti fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista; (iii) jitħeġġu r-responsabbiltà soċjali fil-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, u kundizzjonijiet tal-għajxien adegwati; u (iv) tiġi spirata tmexxija ambjentali għat-tkabbir u l-ipproċessar tal-kafeni ħodor. |
|
(118) |
Sabiex jiġi vverifikat jekk l-operazzjonijiet li qed jikbru, li Starbucks tinvoka biex tispjega l-valwazzjoni pożittiva miżjuda, humiex kkonfermati fil-kontijiet, it-Tabella 4 tippreżenta wkoll l-assi ta' SCTC. Għalkemm l-assi totali fil-fatt kibru b'mod sinifikanti mill-2010, dan huwa prinċipalment minħabba l-bilanċ tal-flus miżjud; L-assi operatorji netti mill-flus żdiedu b'inqas minn terz matul il-perjodu ta' erba' snin mill-2010 sal-2014. |
|
(119) |
Ir-rapporti annwali ta' SCTC ippreżentati minn Starbucks lanqas ma jiddeskrivu xi differenza fir-riskji, fil-funzjonijiet jew fl-assi mill-2010 sal-2011 fin-noti ta' akkumpanjament. L-attivitajiet u r-riskji huma deskritti f'termini identiċi matul dan il-perjodu, jiġifieri, l-attività prinċipali ta' SCTC hija, skont iż-żewġ rapporti annwali, ix-xiri u l-bejgħ ta' kafeni ħodor ta' kwalità għolja u attivitajiet relatati ta' garanzija tal-kwalità u operazzjonijiet (loġistika, ħażna, taħlit u dekaffeinazzjoni eċċ.). Tabella 4 Dejta finanzjarja ta' SCTC
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(120) |
Peress li Starbucks invokat il-Program tal-Prattiki C.A.F.E. biex tispjega ż-żieda fil-marġni mitluba minn SCTC, il-Kummissjoni talbet lil Starbucks tipprovdi l-kostijiet ta' dak il-programm u l-kostijiet taċ-Ċentri ta' Appoġġ lill-Bdiewa. Starbucks ipprovdiet stimi tal-kostijiet annwali (i) tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E. u (ii) taċ-Ċentri ta' Appoġġ lill-Bdiewa, ippreżentati fit-Tabella 5. Tabella 5 Kostijiet diretti u indiretti tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E. u taċ-Ċentri ta' Appoġġ lill-Bdiewa
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(121) |
Matul il-perjodu tal-2011-2014, il-kostijiet ikkombinati tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E. u ċ-Ċentri tal-Appoġġ tal-Bdiewa jippreżentaw mhux aktar minn [0,5-1] % tal-valur tal-kafeni ħodor mixtrija minn SCTC (69). |
|
(122) |
Bħala tweġiba, Starbucks indikat li l-Programm ta' Prattiki C.A.F.E. għandu jitqies bħala IP li l-valur tiegħu ma jkunx relatat mal-kostijiet sottostanti. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni talbet lil Starbucks tipprovdi r-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment li jkopri l-ipprezzar tal-kafeni ħodor mibjugħa minn SCTC lil SMBV. Skont Starbucks, storikament, ma tħejjiet l-ebda dokumentazzjoni tal-iprezzar ta' trasferiment li tkopri r-relazzjoni bejn SCTC u SMBV. Sabiex twieġeb għat-talba tal-Kummissjoni, fit-13 ta' April 2015 Starbucks ipprovdiet lill-Kummissjoni rapport ad hoc dwar il-prezzijiet ta' trasferiment ta' SCTC. |
|
(124) |
Skont ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment ad hoc ipprovdut, SCTC tiddetermina l-prezzijiet lill-affiljati tagħha billi tapplika valwazzjoni pożittiva għall-kostijiet tal-prodott assoċjati mal-kafeni ħodor li tixtri. |
|
(125) |
Barra minn hekk, biex tiġi ddeterminata valwazzjoni pożittiva ta' distakkament kurrenti fuq il-kostijiet tal-prodott għal SCTC għall-akkwist tal-kafeni ħodor, ġew identifikati tliet komponenti separati:
|
|
(126) |
Il-kombinazzjoni tar-riżultati għal kull komponent separat analizzat minn SCTC għandha twassal għal riżuatat ikkombinat għall-kafeni ħodor b'mod ġenerali mill-2005 sal-2014 kif muri fit-Tabella 6: Tabella 6 Valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet tal-prodott
|
||||||||||||||||||||||||
|
(127) |
Il-firxa ta' distakkament kkombinata għall-valwazzjoni pożittiva totali fuq il-kostijiet tal-prodott mitluba minn SCTC għall-kafè mibjugħ lil SMBV hija skont ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment ad hoc bejn kwartil t'isfel ta' [madwar 9 %] u kwartil ta' fuq ta' [madwar 21 %], b'medjan ta' [madwar 12 %], għall-perjodu ġenerali tal-2005 sal-2014. |
|
(128) |
Skont Starbucks, il-marġni gross li twettaq bħalissa SCTC (70) jaqa' b'mod sħiħ fi ħdan il-firxa ta' distakkament. Dan ikun evidenzjat mill-fatt li l-marġni gross fuq il-Bejgħ ta' SCTC kien ta' [madwar 12 %] għas-snin 2005 sas-sena 2014, skont medja ppeżata. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni talbet lil Starbucks tipprovdi d-dejta u l-komponenti tal-valwazzjoni pożittiva użati biex jiġu stabbiliti l-figuri tal-kwartil u medjani għall-prejodu tal-2005 sal-2014, ippreżentati lill-Kummissjoni. Starbucks indikat li din id-dejta mhijiex disponibbli. |
|
(130) |
Starbucks ippreżentat informazzjoni fid-29 ta' Ġunju 2015 biex tissostanzja l-ipprezzar tal-kafeni ħodor fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment ad hoc ipprovdut u b'mod partikolari il-figuri ppreżentati fit-Tabella 6 li għalihom il-Kummissjoni talbet id-dejta sottostanti. |
|
(131) |
Bil-maqlub għal dak li kien indikat fit-tabella pprovduta minn Starbucks fit-13 ta' April 2015, il-valuri fit-tabella rigward il-Programm ta' Prattiki C.A.F.E. 1,4 % u 9,9 % mhumiex fil-kwartil t'isfel (il-25 kwartil) u l-kwartil ta' fuq (il-75 kwartil). Iżda, minflok, huma iż-żewġ valuri estremi jiġifieri l-inqas valur u l-ogħla valur, ta' paragun ta' ftehimiet ta' liċenzjar. Fil-preżentazzjoni tagħha tad-29 ta' Ġunju 2015, Starbucks identifikat ħdax-il ftehim tal-liċenzjar relatat mal-liċenzjar tat-teknoloġija, li tqis li huma komparabbli għall-Programm tal-Prattiki tagħha C.A.F.E. Dawn il-ftehimiet għandhom x'jaqsmu mal-prodotti tal-ikel u x-xorb. Il-firxa tal-perċentwali li kisbet Starbucks hija ppreżentata fit-Tabella 7. Starbucks spjegat li “Valwazzjoni Pożittiva Perċentwali fuq il-Kost tal-Prodott” fit-Tabella 7 “hija kkalkolata bil-medja ta' kull osservazzjoni diviża b'wieħed imnaqqas bil-medja tal-osservazzjoni” , għalkemm ma hemm l-ebda spjegazzjoni għaliex ittieħed dak il-pass biex tiġi kkalkolata l-valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet tal-prodott fin-nuqqas komplut ta' informazzjoni jew kunsiderazzjoni dwar il-kostijiet tal-kumpaniji għall-ftehimiet rispettivi. Tabella 7 Spjegazzjoni minn Starbucks tad-dejta pproduta minn qabel dwar il-firxa interkwartili tal-ipprezzar ta' 1,4 % sa 9,9 % tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E.
|
|
(132) |
Fil-preżentazzjoni tagħha tad-29 ta' Ġunju 2015, Starbucks ipprovdiet ukoll ipprezzar tal-funzjoni tal-akkwist ta' SCTC stmat bl-użu ta' tranżazzjonijiet komparabbli identifikati minn Starbucks bl-użu tal-bażi tad-dejta PowerK u l-bażi tad-dejta LIVEDGAR. Tlettax-il ftehim li bihom is-servizzi tal-aġenzija tax-xiri huma pprovduti minn aġent tax-xiri ta' parti terza huma meqjusin konsistenti mas-servizzi tal-akkwist li SCTC pprovdiet lil SMBV. |
|
(133) |
Ir-riżultati tal-analiżi huma ppreżentati bħala perċentwali tal-kostijiet tal-prodott “Frank Abbord” li huma l-kostijiet mitlubin mingħand il-klijent għall-prodotti forniti. Il-medjan tal-osservazzjonijiet ppreżentati huwa ta' 6 %. Starbucks tippreżenta r-riżultat f'termini ta' firxa interkwartili tal-ispejjeż tal-prodotti minn 4,7 % sa 8,0 %. |
|
(134) |
Fid-dettall, l-osservazzjonijiet użati li jirreferu għall-ftehimiet mal-prinċipji li ġejjin u l-kummissjonijiet bħala perċentwal ta' rati ta' Frank Abbord speċifikati fil-parentesi: Aeropostale, Inc (5 %); Ateca Production International, Inc. (7 %); BELL SPORTS CORP. (6 %), COLUMBIA SPORTSWEAR CO (1,5 %); Designs Apparel Inc. (5 %); F.I.S. Inc (10 %); He-Ro Industries Incorporated (10 %); JONES APPAREL GROUP INC/NINE WEST GROUP INC. (10 %); Mannesmann Pipe&Steel Corporation (2 %), Skin Shoes LLC (8 %); Skin Inc. (6 %); TI Sportswear Inc. (4,7 %) u WW Mexicana (1 %). Il-firxa interkwartili fuq dawn l-osservazzjonijiet hija ta' 4 % sa 8,5 %. Bħal fil-każ tal-ipprezzar tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E., Starbucks indikat li l- “perċentwal tal-bejgħ huwa kkalokat bħala l-perċentwal tal-FOB diviż b'wieħed flimkien mal-perċentwali tal-FOB” (71). Din il-modifika tal-figuri mill-analiżi komparattiva mhijiex spjegata u tidher li ma tikkorispondi għall-ebda aġġustament finanzjajru abitwali. |
|
(135) |
Fl-aħħarnett, Starbucks tikkalkola l-ipprezzar ta' dak li huwa ppreżentat bħala funzjoni ta' finanzjament u li SCTC għandha taqla' bħala redditu skont Starbucks għaż- “żamma tal-kafeni u l-finanzjament ta' riċevibbli netti għar-riskju l-kont tagħha stess”. Dan ir-redditu huwa kkalkolat minn Starbucks billi jiġi applikat kost medju ponderat tal-kapital (“WACC”) għar-riċevibbli tal-kont u l-istokk tal-inventarju ta' SCTC għall-2014 u huwa fuq din il-bażi stabbilit għal [madwar 3 %]. |
|
(136) |
Fl-aħħar nett, biex jiġu kkalkolati l-profitti li SMBV iġġenerat fuq l-inkaljar tal-kafeni ħodor mixtrija minn SCTC, il-Kummissjoni talbet lil Starbucks il-prezz imħallas minn SMBV lil SCTC. Starbucks ipprovdiet ħarsa ġenerali tal-prezzijiet medji (għal kull libbra) mitluba minn SCTC lil SMBV u l-ammonti mħallsa minn SMBV lil SCTC, li huma ppreżentati fit-Tabella 8. Ma sar l-ebda pagament ieħor lil SCTC minn SMBV. Tabella 8 Ammonti mħallsa minn SMBV lil SCTC għax-xiri tal-kafeni ħodor Xiri minn SCTC
|
2.6.6. Informazzjoni u figuri dwar il-Ħwienet ta' Starbucks
|
(137) |
Il-prodotti distribwiti minn SMBV, jew prodotti minn SMBV jew mixtrija minn SMBV mingħand fornituri oħrajn, huma mibjugħa lill-Ħwienet. Xi wħud mill-Ħwienet huma indipendenti u oħrajn huma proprjetà ta' Starbucks. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni biex tivverifika jekk hemmx differeza fil-kundizzjonijiet kummerċjali applikati għall-Ħwienet li huma proprjetà tal-grupp u l-Ħwienet indipendenti. |
|
(138) |
Fir-rigward tal-Ħwienet ta' Starbucks, Starbucks ipprovdiet informazzjoni fuq programmi tad-detenturi tal-liċenzji differenti u l-kriterji ta' eleġibilità biex jiġu żvilupati Ħwienet ta' Starbucks fir-reġjun tal-EMEA, ħarsa ġenerali lejn il-ħwienet fir-reġjun tal-EMEA, u figuri li jirrigwardaw il-fatturat tal-Ħwienet u t-tariffi tal-liċenzji mħallsa fl-2012 minn dawn il-ħwienet lil Starbucks Coffee BV. Skont din l-informazzjoni, il-perċentwal tat-tariffi tal-liċenzji fuq fatturat imħallas mit-tliet tipi differenti ta' programmi tal-liċenzja (detenturi tal-liċenzja ġeografiċi indipendenti, detenturi tal-liċenzja ġeografiċi li huma proprjetà tal-kumpanija u detenturi tal-liċenzja tal-kanal –it-tliet tipi differenti ta' programmi tal-liċenzja) jvarja minn pajjiż għal ieħor b'fixriet perċentwali minn [5 sa 10] %. |
2.6.7. Informazzjoni dwar il-profitabilità ta' faċilitajiet tal-inkaljar oħrajn operati minn Starbucks
|
(139) |
Il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni finanzjarja minn Starbucks dwar il-profitabilità ta' kwalunkwe faċilità tal-inkaljar operata mill-grupp u, b'mod partikolari, Starbucks Manufacturing Corporation (minn hawn 'il quddiem “SMC”), li ġiet identifikata minn informazzjoni ddivulgata b'mod pubbliku bħala li tappartjeni għall-grupp Starbucks. Il-Kummissjoni talbet din l-informazzjoni għaliex il-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP irrakkomandaw l-użu tad-dejta interna biex tiġi ttestjata n-natura ta' distakkament tal-qsim tal-profitti (72). Starbucks indikat li SMC kienet l-unika faċilità tal-inkaljar operata mill-grupp apparti SMBV. Peress li SMC ma għandhiex kontijiet awditjati, Starbucks ipprovdiet konijiet proforma bbażati fuq ir-rapportar intern tal-kumpanija. |
|
(140) |
Id-dejta pprovduta minn Starbucks hija ppreżentata fit-Tabella 9. Il-proporzjonijiet tal-profitti fuq il-bejgħ u l-profitti fuq l-ispiża operatorja (73) ġew miżjuda mill-Kummissjoni għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, meta wieħed iqis li ġie mifthiem proporzjon ta' [9-12] % tal-profitti fuq l-ispiża fl-APA ta' SMBV bħala rimunerazzjoni ta' distakkament ta' SMBV. Għall-SMC, dan il-proporzjon kien ta' madwar 500 % matul l-aħħar erba' perjodi ta' kontabilità. Tabella 9 Informazzjoni finanzjarja dwar il-kumpanija tal-manifattura tal-Istati Uniti Starbucks Manufacturing Corporation
|
2.7. Deskrizzjoni tad-diversi kuntratti li jistabbilixxu r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' SMBV
|
(141) |
Meta SMBV kienet stabbilita fin-Netherlands, din daħlet f'diversi ftehimiet li jistabbilixxu d-diviżjonijiet kuntrattwali tar-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' SMBV u l-kontropartijiet tagħha. It-tliet ftehimiet rileventi għal din id-Deċiżjoni huma l-Ftehim tal-Inkaljar bejn SMBV u Alki LP, il-Ftehim tax-Xiri tal-Kafè Aħdar bejn SMBV u SCTC, u l-Ftehim ta' Forniment bejn SMBV u l-Ħwienet. |
|
(142) |
Il-Ftehim tal-Inkaljar, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002, jirregola l-proċess ta' manifattura. Skont il-Ftehim tal-Inkaljar, Alki LP taġixxi bħala l-prinċipal u SMBV bħala s-sid tal-faċilità tal-inkaljar. SMBV tħallas liċenzja lil Alki LP u bħala skambju Alki LP tagħti lil SMBV aċċess għad-drittijiet tal-IP u tieħu f'idejha r-riskju imprenditorjali fin-negozju ta' SMBV bħal kost akbar milli ppjanat u l-bejgħ tal-prodotti. SMBV se tinkalja kafeni ħodor u se tagħmel il-kafè inkaljat u prodotti relatati mal-kafè oħrajn disponibbli għall-Ħwienet (skont il-Ftehim ta' Forniment diskuss hawn skont u l-ADOA (74)). Bħala sid tal-faċilità, SMBV għandha tiżgura li jintuża t-tagħmir korrett, li jitwettqu l-proċessi korretti u li l-oġġetti jiġu prodotti f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet pprovduti minn Alki LP. SMBV se tkun is-sid tal-prodotti mixtrjia, li hi għandha tixtri mingħand il-fornituri deżinjati u/jew approvati minn Alki LP. SMBV għandha tiżgura li l-prodotti fil-ħin tal-konsenja jikkonfermaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ta' Alki LP u SMBV hija obbligata li tissostitwixxi fil-ħin kwalunkwe kwantità ta' prodotti difettużi jew improduttivi bl-ispejjeż tagħha stess. Madankollu Alki LP iġġorr ir-riskji relatati mat-telf li jista' jiġġarrab b'riżultat tal-produzzjoni, il-bejgħ, it-trasport, il-ħażna, it-trattament jew xi użu ieħor tal-prodotti u għandha tindennizza lil SMBV fi kwalunkwe talba ta' kumpens. |
|
(143) |
Il-Ftehim tax-Xiri tal-Kafè Aħdar daħal fis-seħħ fit-22 ta' April 2002 u jistipula l-kundizzjonijiet għall-bejgħ ta' kafeni ħodor sħaħ minn SCTC lil SMBV. SCTC se tbigħ il-kafeni lil SMBV bi prezzijiet stabbiliti fuq listi tal-prezzijiet maħruġa minn SCTC. SMBV se toħroġ ordni tax-xiri għall-kafè fuq il-bażi ta' previżjonijiet tax-xiri. SCTC se tforni l-kafeni […]. |
|
(144) |
Il-Ftehim ta' Forniment jistipula r-responsabbiltajiet fil-provvista ta' oġġetti essenzjali ta' Starbucks bejn SMBV u l-Ħwienet. Il-Ħwienet jieħdu l-impenn li jixtru l-kafè inkaljat tad-ditta kollu jew prodotti essenzjali oħrajn relatati mal-kafè kif definiti f'dak il-ftehim esklussivament mingħand SMBV jew fornituri approvati bi prezzijiet li jew huma determinati skont formula mehmuża ma' dak il-ftehim (għall-kafè u prodotti relatati mal-kafè) jew li huma skont lista ta' prezzijiet […] (għal oġġetti oħrajn). Il-Ħwienet għandhom jipprovdu lil SMBV bi tbassir tax-xiri [perjodiku] (75) filwaqt li SMBV tiggarantixxi lill-Ħwienet li fiż-żmien meta l-kafè u oġġetti oħrajn jitilqu mill-maħżen ta' SMBV, dawn ma jkollhomx difetti u, fejn dan ma jkunx il-każ, SMBV tbiddel mingħajr ħlas kwalunkwe prodott difettuż jew tagħti kreditu lill-Ħwienet (76). |
2.8. Ftehim tal-Qsim tal-Kostijiet
|
(145) |
Is-CSA tal-1 ta' Awwissu 2006 bejn Alki LP u Starbucks Corporation jiddetermina d-drittijiet diretti ta' Alki LP biex tagħti b'liċenzja u b'subliċenjza lill-partijiet terzi d-dritt biex: (i) […] joperaw il-ħwienet ta' Starbucks […], (ii) […] joperaw “[…]” u (iii) jimmanifatturaw u/jew iqassmu prodotti billi jużaw Trademarks u Tekonoloġija u Kompetenzi. |
|
(146) |
Skont is-CSA, Alki LP għandha tħallas lil Starbucks Corporation royalty, miżati tas-servizzi għal servizzi pprovduti minn Starbucks Corporation, u pagamenti ta' qsim tal-kostijiet għall-iżvilupp ta' ċerti assi intanġibbli. Il-pagamenti ta' royalties jinkludu: (i) “royalty ta' xiri sfurzat” allokata għat-trademark u l-IP tal-format tan-negozju u (ii) royalty permanenti allokata għall-IP tal-għarfien dwar il-kafè. Il-pagamenti skont dan il-ftehim huma spjegati fil-Premessi 112 u 113. |
2.9. Kuntratti bejn Starbucks u partijiet terzi relatati mal-manifattura u l-bejgħ tal-kafè
|
(147) |
Sabiex jitqabblu l-kundizzjonijiet kummerċjali fissi bejn SMBV u l-grupp Starbucks u b'mod partikolari l-pagament ta' royalty għall-IP tal-inkaljar, min-naħa waħda, mal-kundizzjonijiet kummerċjali ffissati bejn il-grupp Starbucks u partijiet terzi, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni talbet mingħand Starbucks il-kuntratti kollha li fihom Starbucks illiċenzjat l-IP u l-kuntratti kollha li fihom Starbucks esternalizzat l-inkaljar tal-kafè. Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet kummerċjali applikati bejn Starbucks Corporation u l-kumpanija tal-grupp tal-inkaljar tagħha li tinstab fl-Istati Uniti. |
|
(148) |
B'rispons għat-talba tal-Kummissjoni, Starbucks ipprovdiet kuntratti ma':
|
|
(149) |
Il-kuntratti li Starbucks għandha mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5], mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 6] u mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 7] elenkati hawn fuq kienu kklassifikati fi tliet kategoriji: (i) ftehimiet ta' forniment, simili għal Ftehim ta' Forniment bejn SMBV u l-Iżviluppaturi deskritti fil-premessa 144; (ii) ftehimiet ta' manifattura u ta' distribuzzjoni, simili għal ftehim bejn SMBV u Alki LP; u (iii) ftehimiet dwar il-liċenzjar tat-trademark u t-teknoloġija, simili għall-ADOA bejn Starbucks Coffee BV u l-Ħwienet deskritti fil-Premessa(48). Mit-tliet tipi ta' ftehimiet bejn Starbucks u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 6] u il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 7], l-aħħar kategorija tal-ftehimiet biss teħtieġ li l-kontropartijiet ta' Starbucks iħallsu royalty. |
|
(150) |
Barra minn hekk, Starbucks ipprovdiet lill-Kummissjoni erba' ftehimiet oħrajn dwar l-inkaljar mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 8], mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1], mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 9], u mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 10].
|
2.9.1. Argumenti ppreżentati minn Starbucks rigward il-ftehimiet ma' partijiet terzi u ma' Starbucks Manufacturing Corp.
|
(151) |
Barra mill-kuntratti elenkati fil-Premessa 148, Starbucks forniet analiżi tal-komparabbiltà ta' dawk il-kuntratti mal-pagamenti ta' royalty magħmula minn SMBV lil Alki LP. |
|
(152) |
Fost il-ftehimiet li permezz tagħhom Starbucks liċenzjat l-assi intanġibbli (trademarks u ċerti kompetenzi speċifiċi relatati mal-kafè) għall-isfruttaw minn parti terza, Starbucks tiddistingwi bejn (i) partijiet terzi li użaw dawk l-assi intanġibbli biex jimmanifatturaw prodotti li jinkludu ingredjenti tal-kafè ta' Starbucks fi ftehimiet dwar l-inkaljar (il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 3] u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2]), u (ii) partijiet terzi li qassmu tali prodotti manifatturati direttament lill-konsumaturi (il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 7], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 6] u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5]). Il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 7], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 6] u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5] jużaw l-assi intanġibbli biex jipproduċu kafè lest biex jinxtorob, li huma jbigħu lill-bejjiegħa bl-imnut (l-aktar lis-supermarkets). Starbucks tqis ir-royalties imħallsa mill-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 7], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 6] u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5] komparabbli mar-royalties imħallsa minn SMBV, li tistma li jirrappreżentaw [5-10] % tal-bejgħ (83). |
|
(153) |
B'mod aktar ġenerali, Starbucks għamlet distinzjoni bejn il-ftehimiet kollha konklużi ma' partijiet terzi mill-2002. Safejn taf Starbucks, il-kategoriji prinċipali huma dawn li ġejjin:
|
2.9.2. Ftehim kummerċjali bejn Starbucks tal-Istati Uniti u Starbucks Manufacturing Corp.
|
(154) |
Starbucks indikat li SMC (84), l-unika kumpanija oħra li tiżgura attivitajiet ta' inkaljar fi ħdan il-grupp Starbucks, ma tħallas l-ebda royalty lil Starbucks għall-użu tal-IP relatata mat-teknoloġija u l-kompetenzi tal-inkaljar jew kwalunkwe IP oħra. Skont Starbucks, dan ikun il-każ minħabba li SMC ma għandhiex kontijiet separati vverifikati u minħabba li għall-iskopijiet tat-taxxa tal-Istati Uniti, SMC hija kkonsolidata ma' entitajiet oħrajn ta' Starbucks fl-Istati Uniti. |
3. IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
|
(155) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi l-proċedura ta' investigazzjoni formali minħabba li kienet tal-fehma preliminari li l-APA ta' SMBV, li taċċetta r-rimunerazzjoni proposta mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks għall-funzjonijiet imwettqa minn SMBV fin-Netherlands, li ġiet konkluża mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża fl-2008 dehret li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat li hija inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(156) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji li r-rimunerazzjoni miftiehma għall-funzjonijiet imwettqa minn SMBV kienu konformi mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(157) |
B'mod aktar speċifiku, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni ppreżentat dawn it-tliet dubji li ġejjin fir-rigward tal-konformità tal-APA ta' SMBC mal-prinċipju ta' distakkament:
|
|
(158) |
F'aktar dettall, fl-ewwel dubju l-Kummissjoni tħassbet fuq is-suppożizzjoni tal-konsulent tat-taxxa fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment li SMBV ma għandhiex riskju u, għalhekk, għandha tiġi kklassifikata bħala manifattur b'arranġament ta' sottokuntrattar jew b'kuntratt. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għamlet referenza għall-evidenza tar-riskju tal-inventarju rreġistrat fil-kontijiet finanzjarji ta' SMBV li titfa' dubju fuq din is-suppożizzjoni. |
|
(159) |
Fit-tieni dubju, il-Kummissjoni tħassbet fuq żewġ aġġustamenti konsekuttivi mill-konsulent tat-taxxa, li t-tnejn li huma jidhru li għandhom l-istess skop fir-rigward tal-indirizzar ta' wieħed mit-tħassib dwar il-komparabbiltà. L-ewwel aġġustament jikkonsisti fit-tnaqqis tal-bażi tal-kost miżmuma biex tiġi kkalkolata l-bażi taxxabbli ta' SMBV għal spiża operatorja. Il-konsulent tat-taxxa qies li dan ikun xieraq minħabba li SMBV tkun manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar jew b'kuntratt. It-tieni aġġustament, imsejjaħ “Aġġustament tal-Valwazzjoni Pożittiva tal-Konverżjoni” fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, inaqqas multiplu ta' COGS mill-profitt tal-kumpaniji użati bħala komparabbli għal skopijiet ta' pprezzar ta' trasferiment. It-tieni aġġustament, ippreżentat min-Netherlands bħala “aġġustament tal-kapital operatorju”, inaqqas il-bażi taxxabbli ta' SMBV fin-Netherlands, iżda la l-aġġustament u lanqas il-metodoloġija użati mill-konsulent tat-taxxa ma jidhru ġustifikati. |
|
(160) |
Finalment, fit-tielet dubju tagħha, il-Kummissjoni xeħtet dubju fuq in-natura ta' distakkament tar-royalty imħallsa minn SMBV lil Alki LP, peress li l-ammont tar-royalty ma kienx jidher relatat mal-valur tal-IP li suppost jirremunera. Minħabba l-użu tat-TNMM fl-analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment, fir-realtà r-royalty tikkorrispondi għal profitt residwu ta' SMBV, jiġifieri kwalunkwe profitt irreġistrat minn SMBV 'il fuq minn [9-12] % tal-ispiża operatorja huwa trasformat f'royalty tat-tnaqqis tat-taxxa (ara l-Figure 2). |
4. KUMMENTI MIN-NETHERLANDS
|
(161) |
In-Netherlands ressqu l-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ fis-16 ta' Lulju 2014. L-ewwel nett, jiffukaw, dwar għaliex ir-rimunerazzjoni miftiehma fl-APA ta' SMBV taqa' taħt il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u għaliex il-metodu magħżul mill-konsulent tat-taxxa huwa l-metodu adegwat sabiex tiġi determinata r-rimunerazzjoni. It-tieni, jiffukaw dwar għaliex l-APA ta' SMBV ma tagħtix vantaġġ selettiv lil SMBV. |
4.1. Kummenti dwar l-ipprezzar ta' trasferiment
|
(162) |
Skont in-Netherlands, ir-rimunerazzjoni miftiehma fl-APA ta' SMBV taqa' taħt il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u t-TNMM huwa l-metodu adegwat biex jintlaħaq riżultat ta' distakkament f'dan il-każ. In-Netherlands jargumenta li l-ipprezzar ta' trasferiment mhuwiex xjenza preċiża u li għalhekk hemm firxa ta' figuri li fiha jista' jaqa' l-ipprezzar ta' trasferiment. |
|
(163) |
In-Netherlands isostni li skont il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP, kumpens għat-tranżazzjonijiet bejn żewġ kumpaniji indipendenti normalment ser jirrifletti l-funzjonijiet li kull kumpanija twettaq u li għalhekk l-analiżi funzjonali għandha tkun fiċ-ċentru tal-valutazzjoni tan-natura ta' distakkament tar-rimunerazzjoni ta' SMBV. Skont il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP, il-kundizzjonijiet kuntrattwali huma l-punt tat-tluq meta jiġi determinat jekk il-prinċipju ta' distakkament ġiex applikat b'mod korrett. |
|
(164) |
Skont in-Netherlands, l-IP assenjat minn Starbucks lil Alki LP fir-rigward tal-għarfien u l-informazzjoni relatata mal-kafè tinkludi l-użu tat-teknoloġija u l-kompetenzi fir-rigward tar-riċetta għat-taħlit tal-kafeni, il-proċess tal-inkaljar tal-kafè u l-produzzjoni ta' prodotti oħrajn derivati mill-kafè. |
|
(165) |
In-Netherlands josserva li l-Ftehim tal-Inkaljar bejn Alki LP u SMBV ma jistax jitqies bħala sempliċi ftehim tal-liċenzja tal-IP. Dak il-ftehim, ftehim tal-manifattura ta' ħamsin sena, huwa relatat mal-inkaljar tal-kafeni ħodor minn SMBV. Il-Ftehim tal-Inkaljar huwa kuntratt bejn klijent u kuntrattur, li jirregola wkoll il-provvediment ta' dritt tal-IP. |
|
(166) |
Alki LP mhijiex ibbażata fin-Netherlands u, skont it-tqassim internazzjonali tas-setgħa tat-tassazzjoni, mhijiex obbligata li tħallas it-taxxa fin-Netherlands. L-attivitajiet imwettqa mill-impjegati ta' SMBV huma, u minn dejjem kienu:
|
|
(167) |
In-Netherlands jiddikjara li l-intenzjoni ta' Starbucks dejjem kienet li twaqqaf impjant ta' inkaljar tal-kafè li jopera u b'riskju baxx u li l-fatti u ċ-ċirkustanzi ma nbidlux b'mod sinifikanti matul is-snin. Jargumentaw li peress li SMBV ma kinitx involuta fi kwalunkwe ristrutturar tan-negozju, il-Kummissjoni ma tistax tikkwota siltiet mill-Kapitolu 9 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP, peress li l-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP ma kinux disponibbli meta ntlaħaq il-qbil fuq l-APA ta' SMBV. L-użu tal-esperjenza miskuba fil-passat għandu jiġi evitat skont il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP. |
|
(168) |
Skont in-Netherlands, SCTC hija responsabbli għax-xiri tal-kafeni ħodor. In-Netherlands ikompli jargumenta li SMBV mhijiex involuta fil-ksib ta' materja prima peress li, skont il-Ftehim tal-Inkaljar, SMBV tista' tikseb materja prima biss mingħand partijiet li tfasslu minn Alki LP. SMBV twettaq biss rwol amministrattiv fl-immaniġġjar tal-istokks u ma ġġorrx ir-riskju finali tal-istokk. |
|
(169) |
B'mod aktar speċifiku fir-rigward tar-rwol amministrattiv, in-Netherlands jiddikjara li għalkemm skont il-Ftehim ta' Xiri tal-Kafè Aħdar, hija SMBV li għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-kafeni ħodor li għandhom jinxtraw, din l-informazzjoni hija miksuba minn SMBV mingħand Alki LP u, b'mod stipulat minn Alki LP, mingħand l-Iżviluppaturi. Għalhekk l-ispeċifikazzjonijiet jingħaddew minn SMBV biss ladarba tikseb l-informazzjoni meħtieġa għal dan l-iskop. Skont in-Netherlands, din il-kombinazzjoni tirriżulta f'sitwazzjoni li fiha r-rwol tal-materja prima huwa komparabbli ma' dak tal-forniment tal-oġġetti fuq bażi ta' konsenja. |
|
(170) |
Fir-rigward tar-riskju finali tal-istokk, in-Netherlands iżid li, minkejja li SMBV iżżomm it-titolu legali għall-prodotti u għall-materjali kollha użati għall-attivitajiet tal-produzzjoni, u daħħlet fis-seħħ dispożizzjonijiet għat-telf fil-valur tal-istokk, il-kostijiet li għalihom iddaħħlu fis-seħħ dawk id-dispożizzjonijiet finalment mhumiex imġarrbin minn SMBV. Minħabba l-mod ta' kif il-pagament ta' royalty huwa stabbilit skont il-Ftehim tal-Inkaljar, dawk il-kostijiet finalment jiġġarrbu minn Alki LP. |
|
(171) |
Skont in-Netherlands, l-ebda impjegat ta' SMBV ma huwa involut f'negozjati kummerċjali ma' żviluppaturi/xerrejja ta' Starbucks. Fir-rigward tal-iffissar tal-prezz, in-Netherlands jargumenta li Starbucks […] tiddetermina l-formula globali tal-ipprezzar. It-tim tal-kontabbiltà fi Starbucks […] jipprovdi lil SMBV b'lista ta' prezzijiet (“[…] Lista ta' Prezzijiet”) permezz ta' Alki LP u dawk il-prezzijiet huma kkalkolati bl-użu ta' formuli tal-ipprezzar adottati globalment li fuqhom huma bbażati l-Ftehimiet ta' Forniment bejn SMBV u l-Iżviluppaturi. Il-prezz tax-xiri għal kafeni ħodor imħallas minn SMBV huwa derivat minn formula tal-ipprezzar li tinkludi aspetti bħal […]. Jekk il-kostijiet sottostanti jogħlew jew jonqsu, il-bażi tal-kost applikata biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet bejn SMBV u l-Iżviluppaturi tagħha tiġi emendata wkoll. Barra minn hekk, l-Iżviluppaturi huma obbligati jixtru l-kafè u oġġetti essenzjali skont il-ADOA konkluż bejn Starbucks Coffee BV u l-Iżviluppaturi. |
|
(172) |
Skont in-Netherlands, SMBV ma toperax taħt kuntratt tal-manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar. Ir-relazzjoni kuntrattwali tirriżulta f'sitwazzjoni li fiha l-kafeni ħodor qegħdin jinxtraw b'mod legali, iżda mingħajr kontribut funzjonali, mingħand SCTC u huma fatturati fuq ix-xerrejja. Minkejja n-nuqqas ta' funzjonalità fir-rigward tax-xiri u l-bejgħ, l-istokks għandhom jidhru fuq il-karta tal-bilanċ ta' SMBV f'konformità mal-istandards tal-kontabbiltà. |
|
(173) |
Ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn SMBV, Alki LP, SCTC u l-Iżviluppaturi deskritti hawn fuq iwasslu, skont in-Netherlands, għall-konklużjoni li SMBV hija manifattur bi profil tar-riskju baxx u li l-konklużjoni hija appoġġjata b'mod ulterjuri mill-analiżi funzjonali. Għalhekk, SMBV għandha titqies min-Netherlands bħala l-“inqas entità kumpless” (parti ttestjata) li r-rimunerazzjoni ta' distakk tagħha trid tiġi ddeterminata permezz ta' studju ta' punti ta' referenza. |
|
(174) |
Skont in-Netherlands, il-bażijiet ta' dejta użati sabiex jitwettaq studju dwar il-punti ta' referenza ma jipprovdu l-ebda dettal bħal prezzijiet tat-tranżazzjoni jew patti u kundizzjonijiet. L-informazzjoni disponibbli hija limitata għal paragun tar-riżultati operatorji għall-entità bħala entità sħiħa. It-TNMM huwa l-aktar metodu komuni użat b'mod internazzjonali. Skont in-Netherlands, dan huwa kkonfermat fil-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP, kif ukoll il-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP, li kienu japplikaw meta ġie konkluż l-APA ta' SMBV. |
|
(175) |
Fid-dawl tal-funzjonalità tal-produzzjoni ta' SMBV, indikatur tal-livell tal-profitt orjentat lejn il-kost jintuża minn SMBV (metodu TNMM b'valwazzjoni pożittiva tal-profitt fuq il-kostijiet). F'dan ir-rigward, in-Netherlands jenfasizza li, skont il-paragrafu 4.9 tal-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP (85), l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża dejjem tibda l-investigazzjoni tagħha permezz tal-ipprezzar ta' trasferiment mill-perspettiva tal-metodu użat mill-kontribwent. Il-Kapitolu 2 tad-Digriet jiddikjara wkoll li n-Netherlands ma japplikax ir-“regola tal-aħjar metodu”. Dan il-punt ta' tluq, li, skont in-Netherlands, huwa konformi mal-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP, jintuża wkoll fl-APA ta' SMBV u rriżulta fl-aċċettazzjoni tat-TNMM mal-indikatur tal-livell tal-profitt propost minn SMBV. |
|
(176) |
Fid-dawl tar-rwol ta' SMBV bħala manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar, il-kostijiet rilevanti biex jiddeterminaw il-bażi tal-kost użata biex tikkalkola l-valwazzjoni pożittiva fil-profitt huma l-kostijiet li rriżultaw f'valur miżjud. Fil-każ ta' SMBV, il-kostijiet operatorji huma, skont in-Netherlands, il-kostijiet rilevanti b'valur miżjud li għalihom hija applikata valwazzjoni pożittiva tal-profitt. Għalhekk, abbażi tal-punt ta' riferiment, il-valwazzjoni pożittiva tal-profitt hija [9-12] % tal-kostijiet operatorji. SMBV għandha profil tar-riskju baxx u l-ebda valur miżjud fir-rigward tal-materja prima u għandha rwol ta' appoġġ għall-prodotti li mhumiex relatati mal-kafè. Il-kostijiet operatorji assoċjati ma' dawn l-attivitajiet limitati ta' appoġġ huma inklużi fil-bażi tal-kost. Bħala riżultat, dawn l-attivitajiet huma mħallsa wkoll b'valwazzjoni pożittiva tal-profitt ta' [9-12] %. |
|
(177) |
Fir-rigward tal-aġġustament ta' komparabbiltà, in-Netherlands jargumenta li meta tfassal ir-rapport dwar l-ipprezzar ta' trasferiment, li fuqu l-APA ta' SMBV hija bbażata, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni dwar kif għandhom jiġu trattati l-manifatturi bi profil tar-riskju baxx. Jirrikonoxxu li l-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jinkludu aktar struzzjonijiet dwar l-aġġustament ta' komparabbiltà, inklużi aġġustamenti tal-kapital operatorju, iżda jargumentaw li dawk l-eżempji huma biss linji gwida u li dan ifisser li pożizzjonijiet oħrajn jistgħu jirriżultaw ukoll f'riżultat ta' distakkament. Barra minn hekk, in-Netherlands jargumenta li l-valutazzjoni dwar jekk l-APA ta' SMBV huwiex konformi mal-prinċipju ta' distakkament għandha tkun ibbażata fuq l-għarfien u l-Linji Gwida eżistenti tal-OECD dwar it-TP li kienu disponsibbli dak iż-żmien, jiġifieri l-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP. Għalhekk, lanqas l-Anness għall-Kapitolu III tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP, li juri eżempju prattiku ta' aġġustament tal-komparabbiltà, ma seta' jiġi applikat. |
|
(178) |
In-Netherlands wettaq ukoll analiżi tas-sensittività dwar il-firxa ta' distakkament, ikkalkolata skont il-metodoloġija fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, jekk jiġu modifikati xi parametri. In-Netherlands immodifika l-perjodu ta' żmien tal-paragun u reġgħu kkalkolaw mill-ġdid il-firxiet meqjusa bħala kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għall-perjodi 2008-2012 u 2003-2012, meta mqabbla mal-firxa tal-2001-2005 fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment. Barra minn hekk, in-Netherlands ikkalkola mill-ġdid il-firxa jekk il-perċentwal ta' COGS imnaqqas mir-rimunerazzjoni bit-tieni aġġustamenti ma jkunux EURIBOR b'żieda ta' 50 punt ta' bażi, iżda, minflok, EURIBOR b'50 punt ta' bażi mnaqqsin u finalment jekk tkunx dik li n-Netherlands indika bħala “rata tal-kont kurrenti”. In-Netherlands ikkalkola wkoll il-marġni miksub minn SMBV bħala perċentwal tal-kost operatorju u kostijiet tal-materja prima (mingħajr il-kost assoċjat mat-te u COGS oħrajn b'natura intermedjarja) għall-perjodi 2008-2012 u 2003-2012 u qabblu dan mal-valwazzjoni pożittiva fuq il-kost totali għall-kumpaniji komparabbli kemm fil-livell EBT kif ukoll fil-livell EBIT għall-istess perjodi ta' żmien. Abbażi ta' dawk is-simulazzjonijiet, il-konklużjoni tan-Netherlands hija li jekk jitqajjem xi dubju mill-Kummissjoni u jiġi aċċettat, dan xorta waħda jirriżulta f'rimunerazzjoni fi ħdan il-firxa ta' distakkament. Skont il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP, ma hija permessa li ssir l-ebda korrezzjoni meta r-rimunerazzjoni taqa' fi ħdan il-firxa ta' distakkament. |
|
(179) |
Finalment, fuq nota aktar ġenerali, in-Netherlands jikkontesta l-allegazzjoni li naqas milli jitlob il-kuntratti sottostanti li abbażi tagħhom jista' jintwera li l-livell tar-riskju mwettaq minn SMBV kien limitat, filwaqt li jargumenta li dan mhuwiex meħtieġ peress li kull APA dejjem jinkludi suppożizzjoni kritika li l-fatti u ċ-ċirkustanzi ppreżentati jidhru li jkunu korretti u li, f'każ li l-fatti ma kinux ippreżentati b'mod korrett, l-APA jista' jiġi terminat. Barra minn hekk, in-Netherlands jargumenta li, peress li għad-dispożizzjoni tiegħu kellu l-isfond storiku ta' kif twaqqaf l-impjant tal-inkaljar, ma kellux bżonn li jitlob il-kuntratti kollha (86). |
4.2. Kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat
|
(180) |
In-Netherlands isostni wkoll li ma huwa qiegħed jingħata l-ebda vantaġġ selettiv lil SMBV u li l-ebda għajnuna mill-Istat ma hija involuta skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(181) |
In-Netherlands jispjega li l-prinċipju ta' distakkament ġie inkorporat fl-Artikolu 8b(1) CIT u kompla jiġi elaborat fid-Digriet, li huwa kompletament konformi mal-Artikolu 9 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD. In-Netherlands itenni dak li huwa ddikjarat fid-Digriet stess, li d-Digriet huwa mmirat b'mod speċifiku lejn aspetti li l-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP iħallu miftuħin għall-interpretazzjoni jew fejn hemm nuqqas ta' ċarezza. |
|
(182) |
B'mod partikolari, in-Netherlands jargumenta li, f'sitwazzjonijiet relatati mal-ipprezzar ta' trasferiment, vantaġġ selettiv jista' jkun involut biss jekk jintwera li saret devjazzjoni espliċita mil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP u d-Digriet u li saru żbalji ovvji tal-ġudizzju fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament jew jekk isseħħ devjazzjoni mill-politika nazzjonali stabbilita. Madankollu, id-diskrezzjoni tal-awtoritatjiet tat-taxxa fl-assenjar u fl-approvazzjoni ta' metodi u riżultati f'każijiet individwali ma timplikax kwalunkwe selettività b'xi mod jew trattament arbitrarju. Peress li n-Netherlands iqis ir-riżultat tal-APA ta' SMBV bħala approssimazzjoni mhux aċċettabbli ta' prezz tas-suq, huma ma jqisuhx li jagħti vantaġġ lil SMBV. |
|
(183) |
In-Netherlands ikompli jargumenta li s-sistema ta' referenza applikata mill-Kummissjoni, li hija s-sistema tat-taxxa ordinarja bbażata fuq id-differenza bejn il-profitti u t-telf ta' impriża li twettaq l-attivitajiet tagħha f'kundizzjonijiet normali tas-suq, mhijiex identifikata b'mod korrett. Skont in-Netherlands, is-sistema ta' referenza korretta għandha tkun il-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpaniji li tinkludi l-prinċipju ta' distakkament skont l-Artikolu 8b(1) CIT u d-Digriet li jipprovdi aktar gwida dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament. In-Netherlands jargumenta li sakemm l-APA ta' SMBV ma tiddevjax mill-Artikolu 8b(1) CIT u mid-Digriet, ma jistax ikun hemm vantaġġ selettiv. |
|
(184) |
Fir-rigward tal-metodu ta TNMM użat, in-Netherlands jargumenta li, fil-prinċipju, fuq il-bażi tad-Digriet kull kontribwent huwa ħieles li jagħżel metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment, diment li l-metodu magħżul iwassal għal riżultat ta' distakkament għat-tranżazzjoni speċifika. Għalhekk, id-dubji dwar l-użu tat-TNMM li tqajmu mill-Kummissjoni jmorru lil hinn mid-dubji li l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża setgħet tesprimi skont id-Digriet fir-rigward ta' dan il-metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment. Barra minn hekk, in-Netherlands jinsisti li d-Digriet jeħtieġ biss li analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment tirriżulta f'firxa ta' riżultati ta' distakkament u mhux fi prezz ta' distakkament preċiż. |
|
(185) |
Barra minn hekk, in-Netherlands jargumenta li d-deċiżjoni ma tidhirx li tqis il-fatt li l-kumpaniji affiljati u mhux affiljati mhux dejjem ikunu f'sitwazzjoni legali u fattwali simili. Il-fatt li dejjem hemm differenzi bejn kumpaniji affiljati u mhux affiljati huwa skont in-Netherlands, rikonoxxut ukoll fid-deċiżjoni Groepsrentebox tal-Kummissjoni (87). |
|
(186) |
Fl-sħħsr nett, in-Netherlands josservaw li, li kieku l-Kummissjoni kellha timponi l-interpretazzjoni tagħha stess tal-prinċipju tat-taxxa tal-Istati Membri, dan jaffettwa s-sovranità tan-Netherlands. |
5. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
5.1. Kummenti minn Starbucks għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u t-talba ta' MIT
|
(187) |
Starbucks bagħtet il-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ fis-16 ta' Jannar 2015. Barra minn hekk, Starbucks bagħtet tagħrif tas-suq lill-Kummissjoni permezz tal-ittri ddatati t-13 ta' April 2015, id-29 ta' Mejju 2015, l-10 ta' Settembru 2015 u t-23 ta' Settembru 2015. Il-kummenti ta' Starbucks jixbhu ferm lil dawk tan-Netherlands, peress li t-tnejn li huma jargumentaw li r-rimunerazzjoni fl-APA ta' SMBV kienet f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u ma kinitx tagħti vantaġġ selettiv lil SMBV. |
|
(188) |
L-ewwel, Starbucks targumenta li SMBV twettaq biss funzjonijiet limitati, b'riskju baxx b'appoġġ tal-organizzazzjoni globali ta' Starbucks li sservi lir-reġjun tal-EMEA. B;appoġġ ta' dak l-argument, […]. Skont Starbucks, ir-responsabbiltà primarja ta' SMBV tikkonsisti fl-inkaljar u l-ippakkjar tal-kafè, kif ukoll fl-attivitajiet ta' loġistika u dawk amministrattivi li jiżguraw forniment bla xkiel u effiċjenti tal-oġġetti varji lill-Iżviluppaturi. |
|
(189) |
Fir-rigward tal-istruttura magħżula, Starbucks targumenta li tqies arranġament dwar l-inkaljar fuq bażi ta' kunsija, iżda dan ma kienx ikun prattiku u kien jirriżulta f'kumplessitajiet amministrattivi u wisq tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji. Sabiex tallinja l-istruttura amministrattiva u legali ma' fluss fiżiku tal-oġġetti u għal raġunijiet ta' effiċjenza, Starbucks iddeċidiet li tuża SMBV bħala l-entità kontraenti u tal-fatturar. Konsegwenza ta' dik l-istruttura hija li l-inventarji (għal kafeni ħodor, prodotti mhux tal-kafè u oġġetti mhux strateġiċi) jidhru fuq il-karta tal-bilanċ ta' SMBV, peress li l-istandards tal-kontabbiltà u l-prattika jsegwu l-fluss tal-prodott legali. Madankollu, Starbucks targumenta li r-rwol ta' SMBV bħala entità kontraenti u tal-fatturazzjoni hija biss ta' natura amministrattiva u ma tirriżulta fl-ebda trasferiment ta' riskji jew responsabbiltajiet kummerċjali għaliha peress li, skont il-Ftehim tal-Inkaljar, hija Alki LP, appoġġjata minn Starbucks tal-Istati Uniti, li ġġorr ir-riskju ekonomiku kollu ta' SMBV, inkluż ir-riskju tal-inventarju. Barra minn hekk, għalkemm SMBV hija l-parti kontraenti mal-Iżviluppaturi, dan isir fuq bażi ta' ftehimiet standardizzati u ta' patti u kundizzjonijiet sottostanti li huma ddeterminati minn Starbucks tal-Istati Uniti. Finalment, peress li SMBV takkwista s-sjieda legali, l-inventarju jkollu jidher ukoll fil-karta tal-bilanċ tagħha, li skont Starbucks dan jispjega wkoll għaliex SMBV ħadet provvedimenti għal skadenza inventarja, li hija kkumpensata għaliha skont l-APA ta' SMBV. |
|
(190) |
Fir-rigward tal-metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment magħżul, għalkemm mhuwiex preżenti fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, Starbucks tistabbilixxi r-rwol ta' Alki LP kontra r-rwol ta' SMBV. Starbucks targumenta li peress li SMBV tinvolvi ruħha biss f'attivitajiet ta' eżekuzzjoni ta' rutina fl-oqsma tal-inkaljar, tal-ippakkjar u tal-appoġġ tas-servizzi ta' loġisitika u dawk amministrattivi, filwaqt li Alki LP tilliċenzja l-propjetà intelletwali ta' valur u ġġorr ir-riskju intraprenditorjali, SMBV hija l-entità l-inqas kumpessa. Għalhekk, it-TNMM jikkostitwixxi l-aktar metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment adegwat. Starbucks argumentat li, minħabba li ma hemmx tranżazzjonijiet komparabbli simili għall-arranġament bejn Alki LP u SMBV, il-metodu ta' CUP ma kienx ikun adegwat għal skopijiet ta' pprezzar ta' trasferiment. Fi kwalunkwe każ, l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża trid tibda l-eżaminazzjoni tal-ipprezzar ta' trasferiment fuq il-bażi tal-metodoloġija magħżula mill-kontribwent. |
|
(191) |
Starbucks tfakkar li l-applikazzjoni ta' kwalunkwe metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment jipproduċi firxa ta' figuri, li daqstant ieħor jistgħu jkunu difendibbli, peress li l-ipprezzar ta' trasferiment mhuwiex xjenza preċiża u li kwalunkwe analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment ser tirriżulta b'mod inerenti f'firxa ta' riżultati ta' distakkament u konklużjoni dwar xi prezz ta' distakkament u mhux dwar il-prezz ta' distakkament. |
|
(192) |
Fir-rigward tal-aġġustamenti, l-iskop tal-aġġustamenti huwa li jitqiesu d-differenzi importanti fil-profili funzjonali ta' SMBV u l-kumpaniji komparabbli inklużi fil-kampjun biex tintlaħaq rimunerazzjoni ta' distakkament adegwata. Skont Starbucks, dawk l-aġġustamenti kienu xierqa, f'ċerti aspetti konservattivi, u ċertament ma ssottovalutawx ir-rimunerazzjoni ta' SMBV għall-funzjonijiet imwettqin. Sabiex tkompli tiġi sostanzjata r-raġonevolezza tal-valwazzjoni pożittiva ta' [9-12] %, Starbucks talbet [lill-konsulent tat-taxxa] biex jagħmel paragun bejn ir-riżultati attwali miksubin minn SMBV mar-riżultati attwali miksubin mill-kumpaniji komparabbli fil-perjodu tal-2008-2012. Din l-analiżi bbażata fuq l-esperjenzi tal-passat turi li valwazzjoni pożittiva ta' [9-12] % baqgħet ferm fi ħdan il-firxiet adegwati. Dan ikompli jikkonferma n-natura ta' distakkament tal-metodoloġija applikata tal-ipprezzar ta' trasferiment għal SMBV kif miftiehma fl-APA konkluż mal-awtoritajiet tat-taxxa Olandiżi. Starbucks talbet ukoll [ditta legali] biex tipprovdi t-tieni opinjoni dwar jekk ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment tal-2007 applikax il-prinċipju ta' distakkament kif suppost. [Id-ditta legali] ma wettqitx investigazzjoni fattwali tagħha stess iżda rrevediet ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment u d-dokumenti disponibbli għall-konsulent tat-taxxa. Dan ikkonkluda li l-prinċipju ta' distakkament ġie applikat għal tranżazzjonijiet intragrupp ta' SMBV. |
|
(193) |
B'mod simili għan-Netherlands, Starbucks kompliet targumenta li l-Kummissjoni ma identifikatx b'mod korrett il-qafas ta' referenza. Starbucks targumenta li s-sistema ta' referenza għandha tkun is-sistema Olandiża ta' tassazzjoni korporattiva u b'mod aktar speċifiku l-Artikolu 8b(1) CIT, id-Digriet u l-prattika amministrattiva tal-awtoritajiet tat-taxxa Olandiżi. Skont iż-żewġ partijiet, jista' jkun hemm biss kwistjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat jekk l-APA ta' SMBV jitbiegħed mill-interpretazzjoni normali u mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament fin-Netherlands. Barra minn hekk, Starbucks targumenta li identifikazzjoni ta' grupp ta' referenza tal-kontribwenti hija nieqsa u targumenta li kumpaniji relatati u mhux relatati mhux dejjem ikunu f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli (88). Finalment, Starbucks tikkritika l-approċċ tal-Kummissjoni minħabba li kienet tmur kontra l-“approċċ li jagħti prijorità lis-sustanza fuq il-forma” tal-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża. |
|
(194) |
Fis-sottomissjonijiet tagħha, b'risposta għat-talba ta' MIT tal-Kummissjoni lil Starbucks, Starbucks esprimiet il-fehimiet ippreżentati fil-Premissi 151 sa 154. Starbucks kompliet tindika li l-Kummissjoni ma tistax tuża informazzjoni ddatata wara l-APA ta' SMBV għall-valutazzjoni tagħha. |
|
(195) |
Fl-24 ta' Lulju 2015, Starbucks issottomettiet rapport minn [ditta ta' konsulenza maniġerjali], prodott bħala tweġiba għat-talba tagħha biex tanalizza l-mudelli ta' rimunerazzjoni għas-servizzi tal-manifattura u loġistiċi/amministrattivi. Starbucks iddikjarat li r-rapport jappoġġja l-pożizzjoni ta' Starbucks fir-rigward tal-mudell ta' rimunerazzjoni u l-indikatur tal-livell tal-profitt magħżul (89). |
5.2. Nederlandse Orde van Belastingadviseurs
|
(196) |
L-NOB targumenta li d-determinazzjoni ta' jekk trattament tat-taxxa partikolari ta' kontribwent skont l-APA jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għandha tkun ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni Olandiża, il-prattika amministrattiva u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament fiż-żmien meta l-APA daħal fis-seħħ. Din targumenta wkoll li skont id-Digriet, l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża ma tapplikax “regola tal-aħjar metodu” (jiġifieri, ma teħtieġx li jintuża l-aħjar metodu għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa) u li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament normalment jirriżulta f'firxa ta' distakkament minflok fi prezz wieħed ta' distakkament. L-NOB tosserva li r-referenza għall-operatur prudenti tas-suq indipendenti fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tidher li tintroduċi tip ġdid ta' standard tal-UE li jmur lil hinn mill-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP għall-valutazzjoni tan-natura ta' distakkament tal-arranġament sottostanti. Din titlob konferma li l-Kummissjoni ser tuża s-sistema legali domestika bħala qafas ta' referenza u l-ebda standard ieħor. Targumenta wkoll li l-kontribwenti għandu jkollhom aspettattivi leġittimi li l-APAs li huma konklużi abbażi ta' interpretazzjoni nazzjonali tal-liġijiet domestiċi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
5.3. VNO-NCW
|
(197) |
VNO-NCW tesprimi t-tħassib tagħha dwar l-applikazzjoni tat-test tal-operatur tas-suq indipendenti prudenti u tħeġġeġ l-użu ta' regoli tal-ipprezzar ta' trasferiment applikati f'livell nazzjonali bħala l-punt ta' referenza għall-valutazzjoni tas-selettività. Targumenta li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament normalment tirriżulta f'firxa ta' distakkament minflok fi prezz wieħed ta' distakkament. |
5.4. ATOZ
|
(198) |
L-argument ewlieni ta' ATOZ huwa relatat mal-bażi ġuridika għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Skont ATOZ, id-deċiżjoni ma tiddistingwix jekk l-arranġament ta' prezzijiet fl-APA ta' SMBV ivarjax mill-prattika amministrattiva Olandiża, minn kwalunkwe prattika abitwali oħra tal-awtoritajiet tat-taxxa jew mill-istandards tal-OECD, iżda sempliċiment tikkonkludi li din ma tirrispettax il-prinċipju ta' distakkament. ATOZ targumenta li jidher li l-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm standard ta' distakkament oġġettiv, ibbażat fuq il-prinċipji tal-OECD u b'xi mod imnaqqax fil-liġi tal-UE, li jmur lil hinn mil-liġi u l-prattika nazzjonali tal-Istati Membri. Madankollu, skont ATOZ, il-Kummissjoni għandha tqis jekk l-APA ta' SMBV huwiex konsistenti mal-liġi Olandiża. ATOZ targumenta li l-approċċ tal-Kummissjoni joħloq, fost l-oħrajn, inċertezza legali fost il-multinazzjonali. |
5.5. Oxfam
|
(199) |
Fil-kummenti tagħha Oxfam esprimiet appoġġ għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li ħeġġet lill-Kummissjoni żżid il-kapaċità tal-investigazzjoni tagħha wkoll fid-dawl tal-fatt li din tista' tkun f'pożizzjoni aħjar mill-korpi nazzjonali biex tivvaluta b'mod strutturat il-prattiki dwar id-deċiżjoni tat-taxxa tal-Istati Membri. Tistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li jiġu adottati sanzjonijiet adegwati f'każijiet fejn jiġu kkonfermati vantaġġi selettivi u li l-prattiki tat-taxxa perikolużi jitneħħew malajr b'mod gradwali. |
5.6. BAK
|
(200) |
BAK tappoġġja l-argumenti tal-Kummissjoni mid-Deċiżjoni tal-Ftuħ u targumenta li, b'mod ġenerali, dawk it-tipi ta' ftehimiet u strutturi legali jbaxxu t-taxxi mħallsa madwar id-dinja, xi ħaġa li għandha konsegwenzi negattivi għall-konsumaturi u għall-impjegati. |
6. OSSERVAZZJONIJIET MILL-KUMPANIJA X
|
(201) |
Il-kumpanija X, li ma tixtieqx tiżvela l-identità tagħha, ippreżentat osservazzjonijiet lill-Kummissjoni bħala tweġiba għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Skont dik il-kumpanija, abbażi tal-evalwazzjoni tagħha bħala kompetitur ta' Starbucks, il-valur miżjud mill-proċess tal-inkaljar (l-inkaljar u l-ippakkjar, mingħajr ma jitqies il-kost għall-materjali tal-ippakkjar) għal kafè aħdar, ikun f'medja ugwali għal 13-17 % tal-kost tal-kafè aħdar, f'każ ta' kafè inkaljat u mitħun jew ta' kafeni. Skont dik il-kumpanija, dawk il-livelli jkunu applikabbli għall-kanali kollha ta' distribuzzjoni. |
7. INFORMAZZJONI FORNITA MILL-KOMPETITURI TA' STARBUCKS B'RISPONS GĦAT-TALBA TA' MIT
7.1. Kumpaniji kkuntattjati mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-talba ta' MIT
|
(202) |
Kif spjegat fil-Premessa 20, il-Kummissjoni kkuntattjat erba' kompetituri ta' Starbucks biex jipprovdu tagħrif tas-suq rigward il-mudell tan-negozju u l-attivitajiet tagħhom li joħolqu l-valur biex b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-APA ta' SMBV. L-erba' kompetituri kkonċernati huma l-Kumpanija Y, Dallmayr, Nestlé u Melitta. L-għażla tal-erba' kumpaniji kienet ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni li l-kumpaniji kollha huma attivi fil-qasam tal-inkaljar tal-kafè u, peress li huma kumpaniji fi grupp, dawn jistgħu jipprovdu għarfien dwar l-organizzazzjoni tal-attivitajiet relatati mal-inkaljar tal-kafè fi ħdan kumpanija integrata. |
7.2. Dallmayr
|
(203) |
Permezz tal-ittra tas-27 ta' April 2015, Dallmayr wieġbet għat-talba għal tagħrif tas-suq mill-Kummissjoni. |
|
(204) |
Dallmayr informat lill-Kummissjoni li l-inkaljar tal-kafè huwa mwettaq bħala negozju għalih jew inkella jiġi integrat vertikalment fi ħdan kumpanija. Kumpaniji akbar normalment iwettqu l-inkaljar b'mod intern huma stess. Il-funzjoni tal-akkwiżizzjoni hija tipikament integrata mal-funzjoni tal-inkaljar. Dallmayr ma testernalizzax il-funzjoni tal-inkaljar. |
|
(205) |
Dallmayr tqis il-pagament ta' royalty minn parti terza li tipprovdi servizzi tal-inkaljar bħala prattika pjuttost stramba. Fil-fatt, Dallmayr tistenna li l-klijent iħallas lil min jinkalja, u mhux bil-kontra. |
7.3. Nestlé
|
(206) |
Permezz tal-ittra tal-20 ta' Mejju 2015, Nestlé wieġbet għat-talba tal-Kummissjoni għal tagħrif tas-suq. Nestlé indikat li hemm tliet elementi importanti fil-ħolqien tal-valur għall-kafè, li huma l-kwalità (it-tip ta' kafena), il-kulur skur (miksub bl-inkaljar) u d-daqs tat-tħin. Indikaw ukoll li dawn ma jesternalizzawx u mhumiex se jesternalizzaw il-funzjoni tal-inkaljar minħabba l-importanza tal-inkaljar għall-iżvilupp tat-togħma tal-prodott. |
7.4. Melitta
|
(207) |
Permezz tal-ittra tal-26 ta' Mejju 2015, Melitta wieġbet għat-talba tal-Kummissjoni għal tagħrif tas-suq. Melitta indikat sitwazzjonijiet li fihom huma setgħu jesternalizzaw l-inkaljar tal-kafeni. Dawn is-sitwazzjonijiet huma: (i) meta fil-fabbrika tagħha ma jkollhiex il-makkinarju disponibbli biex tipproduċi tipi speċifiċi ta' prodotti, bħal formati speċifiċi tal-ippakkjar jew pads rotob, (ii) meta fil-fabbrika tagħha ma jkollhiex il-makkinarju disponibbli biex tipproduċi kafè solubbli (iii) meta l-bejgħ jisboq il-kapaċitajiet disponibbli tal-inkaljar jew tal-ippakkjar fil-fabbrika tagħha. F'dak il-każ imsemmi l-aħħar, meta l-inkaljar u l-ippakkjar jiġu esternalizzati minħabba restrizzjonijiet ta' kapaċità, kafeni ħodor minn Melitta jintbagħtu lill-fornitur li jinkalja u jippakkja l-kafè għall-prodott lest. Imbagħad dak il-prodott lest jintbagħat lil Melitta. Tali kuntratt kien fis-seħħ mal-istess fornitur għal numru ta' snin. |
|
(208) |
Sabiex tiżgura l-kwalità u t-togħma tal-prodott lest, Melitta tipprovdi preskrizzjonijiet tal-kurvatura tal-inkaljar, jew inkella profili ta' togħma definita lill-parti terza li lilha jiġi esternalizzat l-inkaljar. |
|
(209) |
L-arranġament kuntrattwali ma jipprevedix xi royalty imħallsa lil Melitta meta testernalizza l-attività tal-inkaljar. |
7.5. Il-Kumpanija Y
|
(210) |
Permezz tal-ittra tas-27 ta' April 2015, il-Kumpanija Y wieġbet għat-talba tal-Kummissjoni rigward tagħrif tas-suq. Il-Kummissjoni talbet kjarifika permezz ta' ittra ddatata l-11 ta' Mejju 2015, li għaliha l-Kumpanija Y wieġbet fil-21 ta' Mejju 2015. |
|
(211) |
Il-Kumpanija Y ma testernalizzax il-funzjoni tal-inkaljar tal-kafè lil partijiet terzi. L-inkaljar huwa żgurat minn kumpanija tal-grupp imfassla bħala manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar mill-Kumpanija Y. Din il-kumpanija tal-inkaljar tal-kafè ma tħallas l-ebda royalty għall-użu tal-proprjetà intellettwali jew il-kompetenzi użati fil-proċess tal-inkaljar. |
|
(212) |
Il-kumpanija tħallas miżati tal-liċenzji għall-użu tas-sistemi tal-IT. Għar-rimunerazzjoni tal-kumpanija tal-grupp ikklassifikata mill-Kumpanija Y bħala manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar, il-bażi tal-kost hija l-kostijiet tal-produzzjoni, minbarra l-kostijiet tal-materja prima. Il-kostijiet tal-produzzjoni huma b'mod partikolari l-enerġija, id-deprezzament fuq il-makkinarju (bħal pereżempju linja tal-inkaljar u l-ippakkjar), il-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet tal-IT u l-manutenzjoni tat-tagħmir. |
8. KUMMENTI MIN-NETHERLANDS DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET TERZI, DWAR IL-KUMMENTI MILL-KUMPANIJA X U T-TWEĠIBIET GĦAT-TALBA TA' MIT
8.1. Il-kummenti tan-Netherlands dwar il-kummenti tal-partijiet terzi
|
(213) |
Permezz tal-ittri ddatati l-20 u s-26 ta' April 2015, in-Netherlands esprima l-qbil sħiħ tiegħu għall-osservazzjonijiet ta' Starbucks, NOB, VNO-NCW u ATOZ. Fir-rigward tal-kummenti ta' Oxfam, in-Netherlands indikaw li dawn kienu jikkonċernaw osservazzjonijiet dwar il-kompetizzjoni tat-taxxa detrimentali b'mod ġenerali u ma jezaminawx il-każ ta' SMBV b'mod partikolari. In-Netherlands iqisu d-dikjarazzjonijiet magħmula minn BAK bħala skorretti u għalhekk mhuwiex sejjer jikkummenta dwarhom. |
8.2. Il-kummenti tan-Netherlands dwar il-kummenti tal-Kumpanija X
|
(214) |
Permezz ta' ittra ddatata l-11 ta' Marzu 2015, in-Netherlands iddikjaraw li ma jistgħu jipprovdu l-ebda tweġiba sostantiva għall-kummenti mill-Kumpanija X, peress li n-Netherlands ma ġewx ipprovduti bl-analiżi funzjonali u l-punt ta' referenza tal-kompetitur anonomu. |
8.3. Il-kummenti tan-Netherlands dwar il-kummenti ta' Dallmayr u tal-Kumpanija Y
|
(215) |
Permezz ta' ittra ddatata s-27 ta' Mejju 2015, in-Netherlands ipprovdew l-kummenti tagħhom għat-tagħrif tas-suq ipprovdut minn Dallmayr u mill-Kumpanija Y. Bħala kumment ġenerali, in-Netherlands jiddikjaraw li l-analiżi funzjonali u l-ftehimiet kuntrattwali huma neqsin u, għalhekk, diffiċli ħafna li jsir paragun peress li ż-żewġ partijiet ma jesternalizzawx il-funzjoni tal-inkaljar lil parti terza indipendenti. |
|
(216) |
Fir-rigward ta' Dallmayr, in-Netherlands jiddikjaraw li d-definizzjoni ta' Dallmayr dwar l-inkaljar tinkludi aktar minn sempliċiment l-inkaljar tal-kafè peress li l-funzjoni li sservi bħala sors hija integrata mal-funzjoni tal-inkaljar. Barra minn hekk, in-Netherlands jargumentaw li SMBV ma twettaqx attivitajiet ta' bejgħ fir-rigward tal-oġġetti tal-kafè u mhux tal-kafè iżda jidher li Dallmayr ġiet organizzata b'mod differenti dwar dan il-punt. Barra minn hekk, fir-relazzjoni tal-klijent — kuntrattur ta' Dallmayr, in-Netherlands jargumentaw li r-rimunerazzjoni sseħħ fuq il-piż u l-prezz ta' kafeni ħodor li jpoġġi r-riskju tal-grad tal-okkupazzjoni fuq il-kuntrattur fejn dan mhuwiex il-każ għal SMBV. |
|
(217) |
Fir-rigward tal-Kumpanija Y, in-Netherlands jiddikjaraw li l-inkaljar tal-kafè jitqies bħala funzjoni ta' rutina u li l-faċilità tal-inkaljar hija remunerata fuq il-marġni tal-“cost plus”, fejn il-kost tal-kafena ħadra ma tiffurmax parti mill-bażi tal-kost. Skont in-Netherlands, dan l-approċċ huwa kompletament konformi mal-APA ta' SMBV. |
8.4. Il-kummenti tan-Netherlands dwar il-kummenti ta' Nestlé
|
(218) |
Fir-rigward ta' Nestlé, in-Netherlands jiddikjaraw li t-tliet elementi li joħolqu valur għall-kafè skont Nestlé lkoll isiru minn kumpaniji barranin oħrajn tal-grupp Starbucks, mhux minn SMBV (l-akkwiżizzjoni u l-kontroll tal-kwalità tal-kafeni jsiru minn SCTC, il-kurvi tal-inkaljar huma pprovduti minn Aliki LP, u l-Ħwienet tal-kafè ta' Starbucks iwettqu t-tħin). |
8.5. Il-kummenti tan-Netherlands dwar il-kummenti ta' Melitta
|
(219) |
Fir-rigward ta' Melitta, in-Netherlands jiddikjaraw li t-tliet sitwazzjonijiet deskritti minn Melitta fejn il-funzjoni tal-inkaljar tal-kafè hija esternalizzata hija f'ċerti modi differenti għas-sitwazzjoni ta' SMBV. Fis-sitwazzjonijiet 1 u 3, hemm similarità fil-fatt li l-funzjoni ta' ssorsjar mhijiex imwettqa wkoll mill-produttur, iżda skont in-Netherlands d-differenza hija t-tul tal-kuntratt tal-inkaljar (kuntratt annwali mqabbel mal-ftehim tal-inkaljar validu għal 50 sena) u r-riskju tal-grad tal-okkupazzjoni (li jkun fil-livell ta' Alki LP skont in-Netherlands meta mqabbel mal-livell ta' Melitta). In-Netherlands iqisu t-tieni sitwazzjoni differenti wisq biex ikun jista' jsir tqabbil, peress li din mhux biss tikkonċerna l-inkaljar tal-kafeni iżda anki l-produzzjoni tal-prodotti li jinkludu kollox. |
8.6. Il-kummenti tan-Netherlands dwar l-ittra ta' Starbucks tat-13 ta' April, id-29 ta' Mejju 2015, l-10 u l-11 ta' Settembru 2015 u t-23 ta' Settembru 2015
|
(220) |
Permezz ta' ittra ddatata d-19 ta' Ġunju 2015, in-Netherlands jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar it-tagħrif tas-suq ipprovdut minn Starbucks. F'dawk il-kummenti, in-Netherlands irrepetew d-dikjarazzjoni tagħhom li huma jqisu li l-qafas korrett ta' referenza għandu jkun is-sistema tat-taxxa nazzjonali Olandiża u, b'mod partikolari, l-Artikolu 8b tas-CIT 1969 u d-Digriet. Jargumenta li l-Artikolu 8b u d-Digriet dejjem japplikaw għal tranżazzjonijiet intragrupp, kemm jekk kumpanija tkun talbet għal APA jew le. Barra minn hekk, in-Netherlands jiddikjaraw li t-TNMM huwa l-aktar metodu użat f'livell internazzjonali u li n-Netherlands ma japplikawx ir-regoli tal-aħjar metodu. Jargumentaw wkoll li vantaġġ tat-TNMM huwa li pajjiż għandu jqis biss il-prezz ta' trasferiment b'mod unilaterali u li prezz ta' trasferiment possibbilment ogħla jew anqas għall-kafeni ħodor ma jaffettwax il-bażi tat-taxxa ta' SMBV, peress li l-kost tal-kafeni huwa eskluż mill-bażi tal-kost li għaliha jiġi applikat il-marġni. |
|
(221) |
Fl-ittra tiegħu tal-25 ta' Settembru 2015, in-Netherlands jirrepetu d-dikjarazzjonijiet tiegħu bbażati fuq ir-rapport dwar l-ipprezzar ta' trasferiment, ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn SMBV u l-kontropartijiet tiegħu, kif ukoll l-imġiba attwali ta' SMBV, SMBV għandha titqies bħala manifattur bi profil tar-riskju baxx. In-Netherlands ikomplu jargumentaw li hija prattika komuni fin-Netherlands li l-funzjonijiet uniċi bħal kombinazzjoni ta' żamma tal-assi intanġibbli u t-teħid tar-riskji intraprenditorjali ma jistgħux jitkejlu skont punt ta' referenza u li għalhekk huwa loġiku li l-pagamenti ta' royalty jiġu kkalkolati bħala residwi. Skont in-Netherlands, id-dikjarazzjoni tagħhom li l-APA ta' SMBV huwa f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u f'konformità sħiħa mal-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP hija appoġġjata mit-tieni opinjoni mwettqa minn [ditta legali] (sottomessa qabel, ara l-Premessa 192), is-sottomissjoni tal-Kumpanija Y (90), l-analiżi tas-sensittività mwettqa min-Netherlands (sottomessa qabel, ara l-Premessa 178), u permezz ta' diversi artikli minn esperti tat-taxxa. Barra minn hekk, għalkemm skont in-Netherlands ma jistax jiġi applikat CUP għas-sitwazzjoni ta' SMBV, tip CUP ta' analiżi tal-kuntratti bejn Starbucks u partijiet terzi dwar l-inkaljar tal-kafè jew komanifattura tal-prodotti tal-kafè, (ara l-Premessa 152) juru, skont in-Netherlands, li l-pagamenti ta' royalty minn SMBV lil Alki LP ma kinux għolja żżejjed (91). |
|
(222) |
Fl-ittra tagħhom tas-7 ta' Ottubru 2015, in-Netherlands jirrepetu l-argument tiegħu li l-metodu ta' CUP mhuwiex applikabbli għal pagamanent ta' royalty minn SMBV lil Alki LP. Barra minn hekk, in-Netherlands jindikaw li l-prezz imħallas għall-kafeni ħodor minn SMBV lil SCTC ikunu f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, abbażi tal-fatt li l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2] kienet qiegħda tħallas prezz ogħla għall-kafeni ħodor minn dak ta' SMBV skont il-kuntratt tagħha ma' Starbucks. Finalment, in-Netherlands ipprovdew informazzjoni finanzjarja dwar 11-il kumpanija minn Stati Membri differenti tal-Unjoni, kollha rreġistrati taħt il-kodiċi NACE “L-ipproċessar tat-te u l-kafè”, li tindika li b'mod ġenerali dawn il-kumpaniji kollha għandhom similarità ta' inqas profitabbiltà minn SMBV u li anke xi wħud minn dawk il-kumpaniji għamlu telf fuq diversi perjodi finanzjarji. |
9. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA KKONTESTATA
9.1. L-eżistenza ta' għajnuna
|
(223) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat “kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, fi kwalunkwe forma, li twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-provvediment ta' ċerti oġġetti għandha, safejn taffettwa il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(224) |
Skont ġurisprudenza stabbilita, biex miżura tiġi kkwalifikata bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni (92). Għalhekk huwa ferm stabbilit li, biex miżura tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni, l-ewwel irid ikun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat; It-tieni, l-intervent għandu jkun jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri; It-tielet, dan għandu jagħti vantaġġ selettiv dwar impriża u, ir-raba', dan irid iwassal għal distorsjoni jew jhedded li jwettaq distorsjoni tal-kompetizzjoni (93). |
|
(225) |
Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni għal sejba ta' għajnuna, l-APA ta' SMBV kien konkluż mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża (Belastingdienst), li hija parti mill-amministrazzjoni pubblika tan-Netherlands. L-APA jimplika aċċettazzjoni mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża ta' allokazzjoni tal-profitt proposta minn Starbucks fuq il-bażi li fuqha SMBV tiddetermina l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħha fuq id-dħul tal-kumpaniji lin-Netherlands fuq bażi annwali. Għalhekk l-APA ta' SMBV huwa imputabbli għan-Netherlands. |
|
(226) |
Fir-rigward tal-finanzjament tal-miżura permezz tar-riżorsi tal-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja kontinwament sostniet li miżura li biha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni mit-taxxa li, għalkemm ma tinvolvix trasferiment pożittiv ta' riżorsi tal-Istat, tpoġġi lill-persuni li tapplika għalihom f'sitwazzjoni finanzjarja aktar favorevoli minn kontribwenti oħrajn, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (94). Hawn taħt, il-Kummissjoni ser turi li l-APA ta' SMBV jirriżulta fi tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV fin-Netherlands billi tiddevja mit-taxxa li SMBV kienet tkun obbligata tħallas bis-sistema tat-taxxa korporattiva ġenerali Olandiża. Konsegwentement, l-APA ta' SMBV għandu jitqies li jwassal għal telf ta' riżorsi tal-Istat, peress li kwalunkwe tnaqqis tat-taxxa għal SMBV jirriżulta fi tnaqqas tad-dħul mit-taxxa li kien ikun disponibbli għan-Netherlands. |
|
(227) |
Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni għal sejba ta' għajnuna, SMBV hija parti mill-grupp Starbucks, entità attiva globalment li topera fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni, biex b'hekk kwalunkwe għajnuna favur tagħha tista' taffettwa l-kummerċ intra-Unjoni. B'mod simili, miżura mogħtija mill-Istat titqies li twassal għal distorsjoni jew thedded li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tkun kapaċi ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li tikkompeti magħhom (95). Peress li l-APA ta' SMBV jeħles lil SMBV minn obbligazzjoni tat-taxxa li kienet tkun obbligata tħallas skont is-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji, dak l-APA iwassal għal distorsjoni jew jhedded li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni billi jsaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja tagħha, sabiex b'hekk ir-raba' kundizzjoni għal sejba tal-għajnuna tiġi sodisfatta f'dan il-każ ukoll. |
|
(228) |
Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni għal sejba ta' għajnuna, il-Kummissjoni se turi mill-Premessa 252 'il quddiem ir-raġunijiet għaliex tqis li l-APA ta' SMBV jagħti vantaġġ selettiv lil Starbucks, peress li jirriżulta fi tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV fin-Netherlands billi jiddevja mit-taxxa li SMBV kienet tkun dovuta tħallas skont is-sistema tat-taxxa Olandiża ġenerali fuq il-kumpaniji, u għalhekk jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha għal sejba ta' għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
9.2. L-eżistenta ta' vantaġġ selettiv
|
(229) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 107, paragrafu 1 tat-Trattat “jimponi l-obbligu li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta' sistema ġuridika partikolari, miżura nazzjonali hijiex ta' tali natura li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fil-konfront ta' oħrajn li jinsabu, fir-rigward tal-għan li l-imsemmija sistema tfittex li tilħaq, f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli. Jekk dan huwa minnu, il-miżura kkonċernata tissodisfa l-kundizzjoni ta' selettività” (96). |
|
(230) |
F'każijiet fiskali, il-Qorti tal-Ġustizzja fasslet analiżi fi tliet passi sabiex tiddetermina jekk miżura tat-taxxa partikolari hijiex selettiva (97). L-ewwel jiġi identifikat ir-reġim tat-taxxa komuni jew normali applikabbli fl-Istat Membru: “is-sistema ta' referenza”. It-tieni, għandu jiġi stabbilit jekk il-miżura tat-taxxa inkwistjoni tikkostitwixxix deroga minn dik is-sistema peress li tiddistingwi bejn atturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettivi intrinsiċi għas-sistema, huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Jekk il-miżura tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta' referenza, allura mbagħad jiġi stabbilit, fit-tielet stadju tal-analiżi, jekk il-miżura hijiex iġġustifikata mill-għamla jew l-iskema ġenerali tas-sistema ta' referenza. Miżura tat-taxxa li tikkostitwixxi deroga għall-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa ġenerali tista' tiġi ġġustifikata jekk l-Istat Membru kkonċernat jista' juri li l-miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida ta' dik is-sistema tat-taxxa (98). Jekk dak huwa l-każ, il-miżura tat-taxxa mhijiex selettiva. L-oneru tal-prova f'dak it-tielet pass huwa tal-Istat Membru. |
9.2.1. Determinazzjoni tas-sistema ta' referenza
9.2.1.1.
|
(231) |
Bħala regola ġenerali, għall-iskopijiet tal-analiżi selettiva, sistema ta' referenza hija komposta minn sett ta' regoli konsistenti li japplikaw abbażi ta' kriterji oġġettivi għall-impriżi kollha li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tagħha kif definiti mill-objettiv tagħha. |
|
(232) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis is-sistema ta' referenza bħala s-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji li l-objettiv tagħha huwa l-intaxxar tal-profitti tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fin-Netherlands (99). Il-kumpaniji stabbiliti fin-Netherlands huma kontribwenti residenti (100); huma soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji fuq id-dħul totali dinji tagħhom (101). Il-kumpaniji li mhumiex stabbiliti fin-Netherlands (kumpaniji mhux residenti) huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tad-dħul minn sorsi Olandiżi (102). Jekk kumpanija titqies li hija stabbilita fin-Netherlands għal skopijiet tat-taxxa, din tiġi evalwata abbażi ta' ċirkostanzi fattwali. Fatturi importanti għal din il-valutazzjoni jinkludu l-post tal-maniġment attwali u l-post tal-uffiċċju prinċipali. Skont is-CIT, il-kumpaniji kollha inkorporati skont il-liġi Olandiżi jitqiesu bħala residenti tan-Netherlands (103). |
|
(233) |
Skont l-Artikolu 3.25 tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-2001 (Wet inkomstenbelasting 2001), li permezz tal-Artikolu 8 CIT 1969 japplika wkoll għal kontribwenti korporattivi, il-profitti annwali taxxabbli għandhom jiġu determinati fuq il-prinċipji ta' prattika kummerċjali tajba u b'mod konsistenti indipendentement mir-riżultat probabbli (104). Skont il-prattika kummerċjali tajba, pereżempju, jistgħu jsiru benefiċċji għal telf mhux realizzat, filwaqt li l-profitti li għadhom ma ġewx realizzati jistgħu jitwarrbu. |
|
(234) |
B'mod ġenerali, il-profitti taxxabbli jikkorrispondu għal profitti kontabbilistiċi kif rifless fil-kontijiet tal-profitt u tat-telf tal-kumpanija. Madankollu, jistgħu jsiru aġġustamenti abbażi ta' dispożizzjonijiet tat-taxxa speċifiċi, bħal inċentivi tat-taxxa applikabbli, l-eżenzjoni mill-parteċipazzjoni, il-korrezzjonijiet għar-riżultat tat-taxxa minn tranżazzjonijiet mhux magħmula f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u l-applikazzjoni ta' regoli tad-deprezzament differenti skont regoli tat-taxxa u l-kontabbiltà (105). |
|
(235) |
Filwaqt li d-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli fil-każ ta' kumpaniji awtonomi mhux integrati/domestiċi li jinnegozjaw fis-suq hija pjuttost sempliċi, peress li hija bbażata fuq id-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet f'suq kompetittiv, id-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli fil-każ ta' kumpaniji ta' grupp integrati bħal Starbucks teħtieġ l-użu ta' indikaturi. Kumpaniji awtonomi, mhux integrati jistgħu jieħdu l-profitti kontabilistiċi tagħhom bħala punt tat-tluq għad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa li għaliha tapplika t-taxxa Olandiża fuq il-kumpaniji, peress li dawk il-profitti jiddependu fuq il-prezzijiet iddettati mis-suq għall-inputs akkwistati u l-prodotti u s-servizzi mibjugħin mill-kumpanija. Min-naħa l-oħra, kumpanija integrata li tinnegozja ma' kumpaniji tal-istess grupp korporattiv l-ewwel ser ikollha tagħti stima tal-prezzijiet applikati għal dawk it-tranżazzjonijiet intragrupp għad-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli tagħhom, b'dik l-istima li tiġi determinata mill-istess kumpanija li tikkontrolla l-grupp minflok ma tkun iddettata mis-suq. |
|
(236) |
Madankollu, din id-differenza fid-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli ta' kumpaniji mhux integrati, jiġifieri dawk li ma jagħmlux parti minn grupp korporattiv u, għalhekk, kumpaniji “awtonomi” u integrati, jiġifieri dawk li jagħmlu parti minn grupp korporattiv, ma għandha l-ebda impatt fuq l-objettiv tas-sistema tat-taxxa Olandiża fuq id-dħul tal-kumpaniji li timmira lejn il-profitti tat-taxxa tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fin-Netherlands, kemm jekk huma integrati kif ukoll jekk mhumiex. Peress li skont is-sistema tat-taxxa Olandiża ġenerali fuq id-dħul tal-kumpaniji, il-profitti tal-kumpaniji kollha residenti fin-Netherlands huma ntaxxati bl-istess mod mingħajr ebda distinzjoni għal kumpaniji ta' grupp u dawk mhux kontrollati, iż-żewġ tipi ta' kumpaniji għandhom jitqiesu f'sitwazzjoni fattwali u legali simili fid-dawl tal-objettiv intrinsiku ta' dik is-sistema (106). Tabilħaqq, peress li l-għan tal-APA ta' SMBV huwa li jiddetermina l-bażi tat-taxxa ta' SMBV għall-iskop ta' impożizzjoni tat-taxxa fuq il-kumpaniji skont dik is-sistema, hija s-sistema tat-taxxa fuq il-kumpaniji li tikkostitwixxi s-sistema ta' referenza li abbażi tagħha l-APA għandu jiġi eżaminat biex jiġi ddeterminat jekk Starbucks ibbenefikatx minn vantaġġ selettiv. Skont dan, il-mod differenti li bih neċessarjament jinstab il-profitt taxxabbli għal kumpaniji integrati u mhux integrati, ma għandu l-ebda rilevanza għad-determinazzjoni tas-sistema ta' referenza għall-analiżi tas-selettività f'dan il-każ. |
|
(237) |
Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Artikolu 8b(1) CIT u d-Digriet li jimplimenta l-prinċipju ta' distakkament tal-OECD fil-liġi Olandiża dwar it-taxxa. Fl-introduzzjoni tiegħu, id-Digriet jiddikjara: “Il-politika tan-Netherlands dwar il-prinċipju ta' distakkament fil-qasam tal-liġi internazzjoni dwar it-taxxa hija li dan il-prinċipju jifforma parti mis-sistema tal-liġi dwar it-taxxa tan-Netherlands bħala riżultat tal-inkorporazzjoni tagħha fid-definizzjoni wiesgħa ta' dħul imniżżla fit-taqsima 3.8 tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-2001.” It-taqsima 3.8 tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-2001 tiddikjara li: [“i]l-profitt minn intrapriża kummerċjali huwa l-ammont ta' benefiċċji aggregati li, taħt kwalunkwe isem u fi kwalunkwe forma, huma derivati minn intrapriża kummerċjali”. Għalhekk, id-Digriet, permezz tar-referenza tiegħu għat-taqsima 3.8 tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-2001 u l-kunċetti tad-dħul u tal-profitt “taħt kwalunkwe isem u fi kwalunkwe forma deriviata minn intrapriża kummerċjali” ma jagħmel l-ebda distinzjoni bejn id-dħul u l-profitti derivati minn kumpanija fi grupp jew kumpanija awtonoma. |
|
(238) |
Skont in-Netherlands u Starbucks, il-Kummissjoni kienet iddeċidiet, fid-deċiżjoni tagħha dwar Groepsrentebox (107), li gruppi u kumpaniji mhux ikkontrollati ma jagħmlux parti mill-istess sistema ta' referenza (108). B'hekk jidhru li jimplikaw li s-sistema ta' referenza għall-evalwazzjoni tas-selettività tista' tinkludi biss kumpaniji li huma soġġetti għal regoli ta' pprezzar ta' trasferiment, jiġifieri kumpaniji fi grupp. |
|
(239) |
Qabel kollox il-Kummissjoni tfakkar li hija mhijiex marbuta bil-prattika deċiżjonali tagħha. Kull miżura potenzjali ta' għajnuna trid tiġi evalwata abbażi tal-merti tagħha stess skont il-kriterji oġġettivi tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, b'hekk, anke jekk jintwera li kienet teżisti prattika deċiżjonali kuntrarja, dik ma tkunx tista' taffettwa s-sejbiet tad-deċiżjoni preżenti (109). |
|
(240) |
Fi kwalunkwe każ, bil-kontra ta' dak li jsostnu n-Netherlands u Starbucks, id-deċiżjoni Groepsrentebox ma tikkonfermax li fejn tingħata miżura tat-taxxa favur kumpanija integrata, is-sistema ta' referenza bilfors trid tkun limitata għal dawk it-tipi ta' kumpaniji. Barra minn hekk, l-objettiv tal-miżura tat-taxxa fil-bażi tad-deċiżjoni Groepsrentebox mhuwiex komparabbli għal dan il-każ u, għalhekk, il-konklużjonijiet li n-Netherlands u Starbucks joħorġu minn dik id-deċiżjoni mhumiex applikabbli għal dan il-każ. |
|
(241) |
L-iskema Groepsrentebox tfasslet dak iż-żmien mill-awtoritajiet Olandiżi sabiex tnaqqas id-differenza fit-trattament tat-taxxa bejn il-provvediment ta' kapital ta' ekwità u ta' self f'kuntest ta' grupp u, għaldaqstant, tnaqqas l-arbitraġġ bejn dawn iż-żewġ forom ta' finanzjament intragrupp (110). Fid-deċiżjoni finali tagħha l-Kummissjoni osservat li minħabba l-objettiv tal-miżura, li kien li tnaqqas id-differenza fit-trattament tat-taxxa bejn il-provvediment ta' kapital ta' ekwità u ta' self f'kuntest ta' grupp u, għaldaqstant, li tnaqqas l-arbitraġġ bejn dawn iż-żewġ forom ta' finanzjament intragrupp, huma biss “kumpaniji fi grupp biss, [u mhux kumpaniji awtonomi] li huma kkonfrontati b'arbitraġġ bejn kapital ta' ekwità u ta' self fi ħdan il-grupp tagħhom” (111). Kien fid-dawl ta' dik l-osservazzjoni, kif ukoll tal-objettiv tal-iskema li kien “ta' tnaqqis tal-inċentivi għall-arbitraġġ bejn il-finanzjament permezz ta' injezzjoni ta' kapital u self, u l-iżgurar tan-newtralità tat-taxxa f'dan ir-rigward” (112), li l-Kummissjoni qieset is-sistema ta' referenza f'dak il-każ li tinkludi biss kumpaniji soġġetti għal taxxa fuq il-kumpaniji u li huma impenjati fi tranżazzjonijiet tal-finanzjament intragrupp (113). |
|
(242) |
Min-naħa l-oħra, l-objettiv tal-APA ta' SMBV huwa d-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa ta' SMBV għall-kalkolu tat-taxxa għall-iskopijiet tal-impożizzjoni tat-taxxa tal-Olanda fuq id-dħul tal-kumpaniji fuq dak l-ammont. L-ewwel, filwaqt li jista' jiġi argumentat li l-objettiv sottostanti tad-deċiżjoni Groepsrentebox huwa validu biss f'kuntest ta' grupp (bħall-fatt li kumpaniji awtonomi mhumiex affaċċjati bil-kwistjoni tal-arbitraġġ bejn forom differenti ta' finanzjament), id-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa għall-komputazzjoni tal-obbligazzjoni annwali tat-taxxa fuq il-kumpaniji hija rilevanti u applikabbli għal entitajiet li huma parti minn grupp kif ukoll għal kumpaniji awtonomi daqstant ieħor. |
|
(243) |
It-tieni, filwaqt li huwa minnu li SMBV tipprovdi servizzi għal kumpaniji oħrajn tal-grupp u għalhekk topera f'kuntest ta' grupp, it-tranżazzjoni li twettaq tista' ssir ukoll barra mill-kuntest ta' grupp. SMBV hija kumpanija tal-inkaljar u tad-distribuzzjoni tal-kafè. Kif juru l-kuntratti sottomessi minn Starbucks, kumpaniji oħrajn tal-grupp Starbucks jesternalizzaw din il-funzjoni lil parijiet terzi (114). Barra minn hekk, it-tweġibiet għat-talba ta' MIT mill-kompetituri jkomplu juru li l-inkaljar huwa esternalizzat għal kumpaniji li mhumiex parti mill-grupp (115). Għalhekk, l-attivitajiet ta' SMBV jistgħu jitwettqu minn kumpaniji indipendenti u mhux biss f'ambjent purament intragrupp (116). |
|
(244) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema ta' referenza li abbażi tagħha l-APA ta' SMBV għandu jiġi eżaminat hija s-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji fil-forma tar-regoli Olandiżi dwar it-taxxa fuq il-kumpaniji (CIT). B'mod partikolari, dik is-sistema ta' referenza hija komposta minn sett ta' regoli konsistenti li japplikaw abbażi ta' kriterji oġġettivi għat-tassazzjoni tal-profitti ta' kumpaniji awtonomi, fejn id-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli normalment jikkoinċidi mal-profitt kontabilistiku (soġġetta għal ċerti aġġustamenti bbażati fuq il-liġi tat-taxxa) u tal-kumpaniji ta' grupp, li jirrikorru għall-ipprezzar ta' trasferiment biex jallokaw profitti, bl-istess mod. Fid-dawl tal-objettiv intrinsiku ta' dik is-sistema, iż-żewġ tipi ta' kumpaniji — kumpaniji mhux integrati u integrati — għandhom jitqiesu li jkunu f'sitwazzjoni fattwali u legali simili. |
9.2.1.2.
|
(245) |
In-Netherlands iqis li s-sistema ta' referenza għandha tkun id-Digriet u, konsegwentement, SMBV għandha titqies f'sitwazzjoni fattwali u legali simili biss għal kumpaniji fi grupp li jaqgħu taħt id-Digriet (117). Skont dan, l-eżistenza tas-selettività teħtieġ evidenza li SMBV irċeviet trattament differenti meta mqabbla ma' entitajiet fi grupp oħrajn residenti ntaxxati fin-Netherlands li jaqgħu taħt id-Digriet. |
|
(246) |
Il-Kummissjoni ma taċċettax dan ir-raġunament. |
|
(247) |
Kif spjegat fil-Premessa 236, l-objettiv tas-sistema tat-taxxa Olandiża fuq il-kumpaniji huwa li tintaxxa l-profitti tal-kumpaniji kollha li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa, irrispettivament minn jekk dawk il-kumpaniji humiex kumpaniji integrati jew mhux integrati. Kif spjegat fil-Premessa 232, it-taxxa Olandiża fuq il-kumpaniji hija imposta fuq il-profitti globali tal-kumpaniji residenti fin-Netherlands (ħlief jekk japplika trattat dwar it-taxxa), filwaqt li kumpaniji mhux residenti, inklużi fergħat Olandiżi ta' kumpaniji barranin, huma ntaxxati biss fuq id-dħul speċifiku ta' oriġini Olandiża. |
|
(248) |
Jekk, bħal ma jagħmel in-Netherlands, jitqies li s-sistema ta' referenza tinkludi biss kumpaniji ta' grupp, peress li dawn jeħtieġu biss jirrikorru għall-prinċipju ta' distakkament kif meħtieġ mill-Artikolu 8b CIT u d-Digriet meta jiġi allokat il-profitt, tiġi introdotta distinzjoni artifiċjali bejn il-kumpaniji abbażi tal-istruttura tal-kumpanija tagħhom għall-iskop ta' determinazzjoni tal-profitti taxxabbli tagħhom li s-sistema tat-taxxa Olandiża fuq il-kumpaniji ma tirrikonoxxix meta jiġu ntaxxati l-profitti tal-kumpaniji li jaqgħu fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa tagħha. Tabilħaqq, id-Digriet huwa maħsub preċiżament biex jiżgura li kumpaniji ta' grupp u dawk awtonomi huma trattati b'mod simili skont is-sistema tat-taxxa Olandiża fuq id-dħul tal-kumpaniji u huma ntaxxati fuq profitti li jidderivaw mill-attivitajiet tagħhom, kemm jekk dawk l-attivitajiet jitwettqu f'kuntest intragrupp jew le. |
|
(249) |
Il-Kummissjoni tqis li l-iskop tad-Digriet huwa u ma jistax ikun biex jistabbilixxi regoli speċjali għal kumpaniji relatati, iżda biex jiċċara l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament skont l-Artikolu 8b(1) CIT fid-dawl tal-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP minħabba li l-iskop tad-Digriet huwa, kif rikonoxxut min-Netherlands, “immirat speċifikament għal aspetti li l-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP iħallu miftuħa għall-interpretazzjoni jew fejn hemm nuqqas ta' ċarezza” . Għalhekk, ir-regoli stabbiliti fid-Digriet huma maħsuba biex jallinjaw it-trattament tat-taxxa ta' kumpaniji relatati mat-trattament ta' kumpaniji mhux relatati sal-punt li tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati għandhom jiġu pprezzati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u, għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni ta' partijiet mhux relatati għall-iskopijiet ta' impożizzjoni tat-taxxa fuq il-kumpaniji fuq il-profitti tagħhom. |
|
(250) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tosserva li jekk ir-raġunament tan-Netherlands u Starbucks ġie aċċettat li d-Digriet jistabbilixxi regoli speċjali għal kumpaniji integrati, l-eżistenza ta' dawk ir-regoli tista', fiha nnifisha, twassal għal sejba ta' selettività. F'każijiet fiskali, is-selettività teżisti meta Stat Membru jeżenta (ċertu kategorija ta') impriża(i) minn regola ġenerali li tapplika għall-impriżi kollha f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Din teżisti wkoll meta jiġi stabbilit reġim speċjali li jiddevja minn dik ir-regola ġenerali għall-benefiċċju ta' ċerti impriżi iżda mhux ta' kollha f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Għalhekk, meta jitqies li l-Kummissjoni tikkonkludi li kumpaniji integrati u mhux integrati huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fir-rigward tal-impożizzjoni tat-taxxa Olandiża fuq il-kumpaniji għal profitti, il-ħolqien ta' reġim speċjali li japplika biss għal kumpaniji integrati, li jiddevja mir-regoli ġenerali Olandiżi dwar it-taxxa fuq il-kumpaniji, huwa minnu nnifsu selettiv fin-natura tiegħu, u b'hekk kwalunkwe benefiċċju mogħti abbażi ta' dak ir-reġim huwa selettiv fin-natura tiegħu. |
|
(251) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, f'dan il-każ, is-sistema ta' referenza li abbażi tagħha għandu jiġi eżaminat l-APA ta' SMBV hija s-sistema ġenerali Olandiża tat-taxxa fuq il-kumpaniji, irrispettivament minn jekk it-taxxa fuq il-kumpaniji taħt dik is-sistema hijiex imposta fuq kumpaniji fi grupp jew fuq dawk awtonomi. |
9.2.2. Vantaġġ selettiv minħabba deroga mis-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji
|
(252) |
Wara li jiġi determinat li s-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji tikkostitwixxi s-sistema ta' referenza li abbażi tagħha għandu jiġi evalwat l-APA ta' SMBV, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk l-APA jikkostitwixxix deroga minn dik is-sistema ta' referenza, li twassal għal trattament mhux ugwali bejn il-kumpaniji li huma f'sitwazzjoni simili b'mod fattwali u legali. |
|
(253) |
Fir-rigward tat-tieni pass tal-analiżi tas-selettività, il-fatt ta' jekk miżura tat-taxxa tikkostitwixxix deroga mis-sistema ta' referenza, ġeneralment ser jikkoinċidi mal-identifikazzjoni tal-vantaġġ mogħti lill-benefiċjarju permezz ta' dik il-miżura. Tabilħaqq, meta miżura tat-taxxa tirriżulta fi tnaqqis mhux iġġustifikat tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' benefiċjarju li nkella jkun soġġett għal livell ogħla ta' taxxa skont is-sistema ta' referenza, dak it-tnaqqis jikkostitwixxi kemm il-vantaġġ mogħti mil-miżura tat-taxxa, kif ukoll id-deroga mis-sistema ta' referenza. |
|
(254) |
Skont il-Qorti, fil-każ ta' miżura tal-għajnuna individwali, għall-kuntrarju ta' skema, “l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku hija, fil-prinċipju, biżżejjed biex tappoġġja s-suppożizzjoni li din hija selettiva” (118). F'dan il-każ, il-miżura tal-għajnuna individwali li minnha tibbenefika SMBV hija l-APA ta' SMBV, li japprova metodoloġija għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli tagħha fin-Netherlands għall-funzjonijiet li hija twettaq fi ħdan il-grupp Starbucks, li mbagaħd jiġu ntaxxati skont is-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji. |
9.2.3. Vantaġġ selettiv li jirriżulta minn devjazzjoni mill-prinċipju ta' distakkament
|
(255) |
Fil-prinċipju, il-funzjoni ta' APA hija li jistabbilixxi bil-quddiem l-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa ordinarja għal każ partikolari, filwaqt li jingħata sett ta' fatti u ċirkustanzi speċifiċi għal dak il-każ, għal perjodu speċifiku ta' żmien u diment li ma hemm l-ebda bidla materjali fl-applikazzjoni tal-APA f'dak is-sett speċifiku ta' fatti u ċirkustanzi. Fejn APA jkun ibbażat fuq metodu ta' valutazzjoni li jiddevja minn dak li jirriżulta minn applikazzjoni normali tas-sistema tat-taxxa ordinarja mingħajr ġustifikazzjioni, dak l-APA ser jitqies li jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tiegħu safejn dak it-trattament selettiv jirriżulta fi tnaqqis ta' dik l-obbligazzjoni tat-taxxa tal-benefiċjarju fl-Istat Membru kkonċernat meta mqabbel ma' kumpaniji f'sitwazzjoni legali u fattwali simili. |
|
(256) |
Vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (119). Għalhekk, kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża tittejjeb bħala riżultat ta' intervent mill-Istat, ikun hemm vantaġġ. Tali titjib jintwera billi titqabbel is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża bħala riżultat tal-miżura kkontestata mas-sitwazzjoni finanzjarja ta' dik l-impriża jekk il-miżura ma tkunx ingħatat (120). Vantaġġ jista' jikkostitwixxi kemm mill-għoti ta' vantaġġi ekonomiċi pożittivi, kif ukoll fil-mitigazzjoni tal-ispejjeż li normalment huma inklużi fil-baġit ta' impriża (121). |
|
(257) |
Kif spjegat fil-Premessa 42 et seq., permezz tal-konklużjoni tal-APA ta' SMBV, in-Netherlands aċċetta metodoloġija biex jiddetermina l-profitt taxxabbli ta' SMBV fin-Netherlands, kif propost mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks fir-rapport dwar l-ipprezzar ta' trasferiment, li jippermetti lil SMBV tiddetermina l-obbligazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpaniji fin-Netherlands fuq bażi annwali tul il-perjodu li għalih huwa validu l-APA. B'mod aktar speċifiku, ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment approvat mill-APA ta' SMBV jiddetermina, fin-nuqqas tat-tranżazzjonijiet iddettati mis-suq li jkunu jeżistu għal kumpanija indipendenti mhux integrata, il-profitt li għandu jkun allokat lil dik il-kumpanija tal-grupp ta' Starbucks li tirriżulta mit-tranżazzjonijiet li tikkonkludi mal-kumpaniji fil-grupp oħrajn tal-grupp Starbucks. |
|
(258) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat li t-tnaqqis fil-bażi taxxabbli li jirriżulta minn miżura tat-taxxa li tippermetti lil kontribwent jimpjega prezzijiet ta' trasferiment fi tranżazzjonijiet intragrupp li ma jixbhux prezzijiet li jintalbu f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa bejn impriżi indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, jagħti vantaġġ selettiv fuq il-kontribwent, minħabba l-fatt li l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħha skont is-sistema tat-taxxa ordinarja hija mnaqqsa meta mqabbla ma' kumpaniji indipendenti li jiddependu fuq il-profitti kontabilistiċi tagħhom bħala bażi biex tiġi ddeterminata l-bażi taxxabbli tagħhom (122). |
|
(259) |
Fis-sentenza tagħha dwar ir-reġim tat-taxxa Belġjan għal ċentri ta' koordinazzjoni (123), il-Qorti tal-Ġustizzja evalwat sfida għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li fost l-oħrajn ikkonkludiet li l-metodu għad-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli taħt ir-reġim ikkonferiet vantaġġ selettiv fuq dawk iċ-ċentri (124). Taħt dak ir-reġim, ġew stabbiliti profitti taxxabbli fuq rata fissa li rrappreżentaw perċentwal tal-ammont sħiħ tal-kostijiet u tal-ispejjeż operatorji, li minnhom kienu esklużi l-kostijiet tal-persunal u l-miżati finanzjarji. Skont il-Qorti, “sabiex jiġi eżaminat jekk id-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli, kif prevista fis-sistema taċ-ċentri ta' koordinazzoni, tagħtix vantaġġ lil dawn tal-aħħar, għandu jsir paragun, […], bejn l-imsemmija sistema u dik tal-liġi ordinarja bbażata fuq id-differenza bejn id-dħul u l-ħruġ ta' impriża li teżerċita l-attivitajiet tagħha f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa.” Il-Qorti mbagħad iddeċidiet li “l-esklużjoni [tal-kostijiet tal-persunal u tal-kostijiet finanzjarji] mill-infiq użat sabiex jiġi ddeterminat id-dħul taxxabbli tal-imsemmija ċentri ma tippermettix li jiġu stabbiliti prezzijiet ta' trasferiment li jkunu qrib dawk li jintalbu f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa” , li l-Qorti sabet li “tagħti vantaġġ liċ-ċentri ta' koordinazzjoni” (125). |
|
(260) |
Għalhekk, il-Qorti aċċettat li miżura tat-taxxa li tirriżulta f'kumpanija ta' grupp li tiċċarġja prezzijiet ta' trasferiment li ma jirriflettux dawk li kieku jiġi ċċarġjati f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, jiġifieri prezzijiet innegozjati minn impriżi indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkustanzi komparabbli f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, tagħti vantaġġ fuq dik il-kumpanija fi grupp peress li din tirriżulta fi tnaqqis tal-bażi taxxabbli tagħha u, għalhekk, fl-obbligazzjoni tat-taxxa tagħha skont is-sistema tat-taxxa ordinarja fuq il-kumpaniji. |
|
(261) |
Il-prinċipju li t-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji intragrupp għandhom jiġu rimunerati daqslilkieku kienu miftiehma minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkustanzi komparabbli f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta huwa ġeneralment imsejjaħ “prinċipju ta' distakkament”. Fis-sentenza dwar iċ-ċentri tal-koordinazzjoni tal-Belġju, il-Qorti tal-Ġustizzja approvat il-prinċipju ta' distakkament bħala punt ta' referenza biex jiġi stabbilit jekk kumpanija fi grupp tirċivix vantaġġ għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat bħala riżultat ta' miżura tat-taxxa li tiddetermina l-ipprezzar ta' trasferiment tagħha u, għalhekk, il-bażi taxxabbli tagħha. |
|
(262) |
L-iskop tal-prinċipju ta' distakkament huwa li jiżgura li t-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji fi grupp huma trattati għal skopijiet tat-taxxa b'referenza għall-ammont tal-profitt li kien isir li kieku l-istess tranżazzjonijiet twettqu minn kumpaniji indipendenti. Inkella, il-kumpaniji ta' grupp jibbenefikaw minn trattament favorevoli skont is-sistema tat-taxxa ordinarja fuq il-kumpaniji fir-rigward tad-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli tagħhom li mhuwiex disponibbli għal kumpaniji indipendenti, li jwassal għal trattament inġust bejn kumpaniji li huma fattwalment u legalment f'sitwazzjoni simili fid-dawl tal-objettiv ta' tali sistema, li huwa li jiġu ntaxxati l-profitti tal-kumpaniji kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tat-taxxa tagħha. |
|
(263) |
Għalhekk, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' jekk in-Netherlands tatx vantaġġ selettiv lil SMBV għandha tikkonsisti fil-verifika ta' jekk il-metodoloġija aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża bil-konklużjoni tal-APA għad-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli ta' SMBV fin-Netherlands titbegħedx minn metodoloġija li tirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq u, għalhekk, mill-prinċipju ta' distakkament. Peress li l-metodoloġija li aċċetta n-Netherlands mill-APA ta' SMBV tirriżulta fi tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV skont is-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji meta imqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom taħt dik is-sistema huwa ddeterminat mis-suq, dak l-APA ser jitqies li jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(264) |
Għalhekk, il-prinċipju ta' distakkament bilfors li jrid jagħmel parti mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat tal-miżuri tat-taxxa mogħtija lil kumpaniji fi grupp indipendentement minn jekk Stat Membru inkorporax dan il-prinċipju fis-sistema legali nazzjonali tiegħu. Dan jintuża biex jiġi stabbilit jekk il-profitti taxxabbli ta' kumpanija fi grupp għal skopijiet tat-taxxa fuq il-kumpaniji ġewx iddeterminati abbażi ta' metodoloġija li toqrob lejn il-kundizzjonijiet tas-suq, sabiex b'hekk il-kumpanija ma tkunx ittrattata b'mod favorevoli skont is-sistema tat-taxxa fuq il-kumpaniji ġenerali meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom huwa ddeterminat mis-suq. Għalhekk, sabiex jiġi evitat kull dubju, il-prinċipju ta' distakkament li tapplika l-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tagħha mhuwiex derivat mill-Artikolu 9 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD, li huwa strument mhux vinkolanti, iżda huwa prinċipju ġenerali ta' trattament ugwali fit-tassazzjoni li jaqa' taħt l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, li jorbot lill-Istati Membri u li r-regoli dwar it-taxxa nazzjonali ma jiġux esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu (126). |
|
(265) |
Konsegwentement, b'rispons għall-argument tan-Netherlands li l-Kummissjoni, fit-twettiq ta' tali valutazzjoni, tissostitwixxi l-amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali fl-interpretazzjoni tagħha tal-liġi nazzjonali tiegħu (127), il-Kummissjoni tfakkar li mhijiex qiegħda teżamina jekk l-APA ta' SMBV huwiex konformi mal-prinċipju ta' distakkament kif stabbilit fl-Artikolu 8b(1) tas-CIT jew id-Digriet, iżda jekk l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża tatx vantaġġ selettiv lil SMBV għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat billi kkonkludiet APA li japprova allokazzjoni ta' profitt li jmur lil hinn mill-ammont tal-profitt li kieku kien ikun intaxxat taħt is-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji jekk l-istess tranżazzjonijiet twettqu minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkustanzi komparabbli f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. |
|
(266) |
B'rispons għall-argument invokat min-Netherlands u Starbucks li minħabba li l-ipprezzar ta' trasferiment mhuwiex xjenza preċiża, il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-arranġament tal-ipprezzar ta' trasferiment miftiehem fl-APA ta' SMBV bilfors li jkun limitat (128), il-Kummissjoni tfakkar li l-komponent tal-approssimazzjoni tal-ipprezzar ta' trasferiment għandu jitqies fid-dawl tal-objettiv tiegħu. Filwaqt li l-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jirrikonoxxu tabilħaqq li l-ipprezzar ta' trasferiment mhuwiex xjenza preċiża fil-paragrafu 1.13 tiegħu, dak l-istess paragrafu l-ewwel jispjega li “[h]uwa importanti li l-objettiv ma jintesiex sabiex tinkiseb stima raġonevoli ta' riżultat ta' distakkament ibbażata fuq informazzjoni affidabbli”. L-objettiv tal-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP huwa li jiġu żviluppati, għall-benefiċċju ta' amministrazzjonijiet tat-taxxa u intrapriżi multinazzjonali, l-aktar metodi adegwati għall-istima tal-prezzijiet ta' distakkament ta' tranżazzjonijiet transfruntiera bejn intrapriżi assoċjati għal skopijiet ta' tassazzjoni. Il-kisba ta' dak l-objettiv tkun impossibbli jekk in-natura approssimattiva tal-eżerċizzju tal-ipprezzar ta' trasferiment tista' tintuża biex jiġi injorat il-kunsens dwar metodoloġiji tal-ipprezzar ta' trasferiment adegwati li jirrappreżentaw dawk il-linji gwida. Għalhekk, in-natura approssimattiva tal-prinċipju ta' distakkament jista' ma jiġix invokat biex jiġġustifika analiżi dwar l-ipprezzar ta' trasferiment li jew hija inkonsistenti b'mod metodoloġiku jew hija bbażata fuq l-għażla inadegwata tal-prodotti simili. |
|
(267) |
Bħala konklużjoni, jekk jista' jintwera li l-metodoloġija aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża, billi jiġi konkluż l-APA ta' SMBV, għad-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli ta' SMBV fin-Netherlands titlaq minn metodoloġija li twassal għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq u għalhekk mill-prinċipju ta' distakkament, dak l-APA ser jinstab li jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat peress li jwassal għal tnaqqis fl-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV skont is-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-bażi tat-taxxa tagħhom hija determinata mill-profitti li jiġġeneraw f'kundizzjonijiet tas-suq. |
9.2.3.1.
|
(268) |
L-APA ta' SMBV jaċċetta metodoloġija għad-determinazzjoni ta' allokazzjoni tal-profitt lil SMBV fi ħdan il-grupp Starbucks, li hija bbażata fuq rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment imħejji mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks li jikkalkola rimunerazzjoni għal funzjoni mwettqa minn SMBV (inkaljar/manifattura). |
|
(269) |
Fil-kalkolu tar-rimunerazzjoni dovuta lil SMBV, il-konsulent tat-taxxa jipproċedi għal għażliet metodoloġiċi suċċessivi fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment:
|
|
(270) |
Ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jikkonkludi dwar rimunerazzjoni għall-funzjoni tal-inkaljar li twettaq SMBV li tiġi b'valwazzjoni pożittiva ta' [9-12] % tal-ispiża operatorja tagħha, li hija aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża li tikkostitwixxi rimunerazzjoni ta' distakkament fl-APA ta' SMBV. L-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża taċċetta wkoll fl-APA ta' SMBV li kwalunkwe profitt iġġenerat minn SMBV li jaqbeż dak il-livell ta' rimunerazzjoni se jitħallas bħala royalty lil Alki LP. |
|
(271) |
Fit-taqsimiet li ġejjin, il-Kummissjoni ser tispjega għaliex tqis li ħafna mill-għażliet metodoloġiċi li fuqhom huwa bbażat ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment ma kellhomx jiġu aċċettati mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża fl-APA ta' SMBV, minħabba li l-aċċettazzjoni tagħhom tirriżulta fi profitt taxxabbli għal SMBV li ma jistax jitqies li jikkostitwixxi approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq u tirriżulta fi tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitti taxxabbli tagħhom huma determinati mis-suq. |
|
(272) |
L-ewwel u qabel kollox, ir-rapport dwar l-ipprezzar ta' trasferiment jonqos milli jiddentifika jew janalizza t-tranżazzjonijiet ikkontrollati u dawk mhux ikkontrollati ta' SMBV (131), li huwa l-ewwel pass meħtieġ fil-valutazzjoni tan-natura ta' distakkament ta' kundizzjonijiet kummerċjali applikabbli bejn partijiet relatati għal skopijiet tal-ipprezzar ta' trasferiment. B'mod aktar speċifiku, ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jonqos milli jeżamina jekk il-pagament ta' royalty magħmul minn SMBV lil Alki LP għal-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar, jiġifieri t-tranżazzjoni intragrupp li għaliha ntalab u ngħata b'mod effettiv l-APA ta' SMBV (132), huwiex f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Kif ser turi l-Kummissjoni, analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment tal-valur ta' distakkament ta' dik ir-royalty ibbażata fuq tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati komparabbli twassal għall-konklużjoni li l-ebda royalty ma għandha tkun dovuta għall-IP tal-inkaljar liċenzjata minn Alki LP lil SMBV (133). Ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jonqos ukoll milli jeżamina jekk il-prezz mitlub għal kafeni ħodor minn SCTC lil SMBV huwiex f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Kif ser turi l-Kummissjoni, l-ebda ġustifikazzjoni bbażata fuq is-suq ma teżisti għaż-żieda sostanzjali f'dak il-prezz mill-2011 'il quddiem, li rriżultat fi tnaqqis tal-profitti kontabilistiċi ta' SMBV minn dik is-sena 'il quddiem (134). |
|
(273) |
Barra minn hekk, u mingħajr preġudizzju għal premessa preċedenti, ir-rapport dwar l-ipprezzar ta' trasferiment jonqos milli janalizzi l-kumplessità tal-funzjonijiet tal-kumpaniji ta' grupp kollha involuti fi tranżazzjonijiet ikkontrollati, b'mod partikolari Alki LP, meta jiġi aċċettat li SMBV għandha titqies bħala l-“funzjoni l-inqas kumplessa” u għalhekk, il-“parti ttestjata” għall-iskop tal-applikazzjoni tat-TNMM (135). |
|
(274) |
Finalment, u mingħajr preġudizzju għaż-żewġ premessi preċedenti, ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jidentifika b'mod żbaljat il-funzjonijiet ewlenin ta' SMBV li jridu jiġu rimunerati u jfittex b'mod inadegwat li jagħti stima tar-rimunerazzjoni abbażi tal-ispejjeż operatorji (136). |
9.2.3.2.
|
(275) |
L-APA ta' SMBV fih qbil dwar rimunerazzjoni taxxabbli għal SMBV rigward il-funzjoni tal-inkaljar tagħha. Fih qbil ukoll li kwalunkwe profitt iġġenerat minn SMBV li jaqbeż ta' dak il-livell ta' rimunerazzjoni jitħallas bħala royalty lil Alki LP li mhijiex intaxxata fin-Netherlands. |
|
(276) |
Fi kliem ieħor, bil-konklużjoni tal-APA ta' SMBV, l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża taċċetta espressament li l-metodoloġija tal-konsulent tat-taxxa biex jikkalkola r-rimunerazzjoni taxxabbli dovuta lil SMBV għall-funzjoni tal-inkaljar tagħha tiddetermina b'mod dirett il-livell ta' royalty imħallas minn SMBV lil Alki LP għall-ftehim dwar il-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar bejniethom. Hija taċċetta espressament ukoll li l-livell attwali tal-profitti ġġenerati minn SMBV fin-Netherlands għandu jitnaqqas għal skopijiet tat-taxxa minn dak il-pagament ta' royalty, li jirriżulta fi profitt taxxabbli inqas minn dak li huwa attwalment irreġistrat. Tabilħaqq, jekk il-profitti kontabilistiċi ta' SMBV huma ogħla mil-livell ta' rimunerazzjoni miftiehem fl-APA ta' SMBV, il-pagament ta' royalty lil Alki LP se jiżdied permezz tad-differenza bejn dak il-livell ta' rimunerazzjoni u l-profitti kontabilistiċi ta' SMBV. |
|
(277) |
Għalhekk, ir-royalty hija varjabbli ta' aġġustament iddeterminata billi jiġu kkombinati l-profitti kontabilistiċi ta' SMBV u r-rimunerazzjoni miftiehma fl-APA ta' SMBV. Bħala tali, l-arranġament dwar il-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar bejn Alki LP u SMBV huwa t-tranżazzjoni li għaliha ntalab b'mod effettiv l-APA ta' SMBV u l-metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-livell ta' dik ir-royalty bħala varjabbli tal-aġġustament hija t-tranżazzjoni li effettivament qiegħda tiġi pprezzata mill-APA ta' SMBV. |
|
(278) |
Madankollu, ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment li fuqu hija bbażata l-APA jipproponi biss rimunerazzjoni għal SMBV billi janalizza funzjoni mwettqa minnha (l-inkaljar/il-manifattura) bl-applikazzjoni tat-TNMM; ma jidentifikax il-pagament ta' royalty bħala l-varjabbli ta' aġġustament fil-kostruzzjoni ta' dik ir-rimunerazzjoni proposta. Konsegwentement, dak ir-rapport jonqos milli jidentifika jew janalizza l-ftehim dwar il-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar li għalih dik ir-royalty hija mħallsa bħala t-tranżazzjoni li qiegħda tiġi pprezzata b'mod effettiv u għalhekk jonqos milli jistabbilixxi metodoloġija li tiżgura li l-pagament ta' royalty huwa konformi mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(279) |
Madankollu, l-iskop ta' eżerċizzju tal-ipprezzar ta' trasferiment huwa li jistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet tat-tranżazzjonijiet ikkontrollati humiex konsistenti mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(280) |
Dak il-fokus dwar it-tranżazzjonijiet għall-iskopijiet tal-ipprezzar ta' trasferiment huwa espress b'mod ċar fil-paragrafu 1.6 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP, li jiċċara mill-bidu nett li “minħabba li l-approċċ tal-entità separata jitratta l-membri ta' grupp MNE daqslikieku kienu entitajiet indipendenti, l-attenzjoni hija ffukata fuq in-natura tat-tranżazzjonijiet bejn dawk il-membri u dwar jekk il-kundizzjonijiet tagħhom humiex differenti mill-kundizzjonijiet li jistgħu jinkisbu fi tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati komparabbli. Tali analiżi tat-tranżazzjonijiet ikkontrollati u dawk mhux ikkontrollati, li tissejjaħ “analiżi ta' komparabbiltà” tinsab fil-qalba tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament” (137). |
|
(281) |
Fi kliem ieħor, tranżazzjonijiet kummerċjali bejn partijiet relatati u mhux relatati iridu l-ewwel ikunu identifikati b'mod ċar qabel ma jiġu vvalutati għall-komparabbiltà. Dak il-fokus fuq it-tranżazzjonijiet huwa appoġġjat ukoll mil-liġi Olandiża dwar it-taxxa bir-rekwiżit li ma jippermettix tnaqqis ta' spejjeż li mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' distakkament (138). |
|
(282) |
Ir-rikors lejn paragun tal-funzjonijiet imwettqa huwa ġġustifikat biss jekk huwa impossibbli li jsir paragun bejn tranżazzjoni intragrupp partikolari li għaliha jkun qiegħed jintalab APA (filwaqt li jitqiesu l-funzjonijiet imwettqa) għal tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati simili. F'dan ir-rigward, il-paragrafu 1.41 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jispjega li “qabel it-twessigħ tat-tiftix biex jiġi inkluż numru akbar ta' tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati potenzjalment komparabbli bbażati fuq funzjonijiet simili li qegħdin jitwettqu, għandu jitqies jekk huwiex probabbli li t-tali tranżazzjonijiet joffrux prodotti simili affidabbli għat-tranżazzjoni kkontrollata.” (139) Dan jispjega wkoll il-preferenza għall-metodu ta' CUP fuq il-metodi ta' pprezzar ta' trasferiment kollha msemmija kemm fil-paragrafu 2.14 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP u fil-paragrafu 2.7 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP, li t-tnejn li huma jiddikjaraw: “Fejn huwa possibbli li jiġu lokalizzati tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati komparabbli, il-metodu ta' CUP huwa l-mod l-aktar dirett u affidabbli biex jiġi applikat il-prinċipju ta' distakkament. Konsegwentement, f'tali każijiet, il-metodu ta' CUP huwa dak ippreferut mill-metodi l-oħrajn kollha.” |
|
(283) |
B'mod simili, kemm il-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP kif ukoll dawk tal-2010 jippreferu metodi tranżazzjonali tradizzjonali minn dawk il-metodi tal-profitt transazzjonali bħala mezz biex jiġi stabbilit jekk prezz ta' trasferiment huwiex f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta (140). Il-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP jeskludu wkoll b'mod awtomatiku r-rikors lejn il-metodi tal-profitt transazzjonali bħat-TNMM għal skopijiet ta' pprezzar ta' trasferiment, filwaqt li fil-paragrafu 3.50 tagħhom huwa ddikjarat li: “Madankollu hemm każijiet fejn metodi ta' tranżazzjoni tradizzjonali ma jistgħux jiġu applikati b'mod affidabbli waħedhom jew eċċezzjonalment ma jistgħux jiġu applikati fil-livelli kollha. Dawn jitqiesu każijiet bħala l-aħħar rimedju. (…) Madankollu, anke jekk f'każ bħala l-aħħar rimedju, ma jkunx xieraq li jiġu applikati awtomatikament metodi ta' profitt transazzjonali mingħajr ma l-ewwel titqies l-affidabbiltà ta' dak il-metodu.” |
|
(284) |
L-osservazzjoni tan-Netherlands li l-amministrazzjoni tat-taxxa tagħha mhijiex marbuta b'regola tal-aħjar metodu ma teżentax dik l-amministrazzjoni tal-obbligu milli tikkonferma li l-metodu ta' pprezzar ta' trasferiment li l-kontribwent jagħżel, jirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli tal-prezz ta' distakkament qabel ma tiġi aċċettata talba tal-APA abbażi ta' dak il-metodu. Dak l-obbligu huwa rifless ukoll fid-dispożizzjoni tad-Digriet li għaliha jirreferi n-Netherlands f'dan ir-rigward. Tabilħaqq, il-paragrafu 3.1 tad-Digriet jipprevedi li “[l]-Amministrazzjoni Olandiża tat-Taxxa u d-Dwana dejjem għandha tibda l-investigazzjoni tagħha bl-ipprezzar ta' trasferiment mill-perspettiva tal-metodu użat mill-kontribwent fiż-żmien tat-tranżazzjoni. Dan ifisser li, fil-prinċipju, il-kontribwent huwa ħieles milli jagħżel metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment, diment li l-metodu magħżul jirriżulta f'riżultat ta' distakkament għat-tranżazzjoni speċifika. Il-kontribwent irid juri l-għażla tiegħu”. Fi kliem ieħor, il-metodu propost mill-kontribwent għandu jkun il-punt tat-tluq tal-eżaminazzjoni mill-amministrazzjoni tat-taxxa fir-rigward tat-talba ta' APA. Madankollu, kwalunkwe metodu magħżul irid jiżgura prezz ta' distakkament għat-tranżazzjoni speċifika li tiġi pprezzata, sabiex b'hekk l-amministrazzjoni tat-taxxa tibqa' libera biex tistaqsi l-adegwatezza tal-metodu magħżul mill-kontribwent. Finalment, peress li dik id-dispożizzjoni teħtieġ li tiġi raġunata l-adegwatezza tal-metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment magħżul mill-kontribwent u minħabba l-preferenza espressa mid-Digriet stess għall-metodu ta' CUP fejn ikunu disponibbli tranżazzjonijiet komparabbli (141), in-nuqqas ta' regola tal-aħjar metodu ma teżentax lill-amministrazzjoni tat-taxxa milli tiżgura, qabel ma taqbel għat-talba ta' APA, li l-metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment magħżul mill-kontribwent jista' jipprovdi approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(285) |
Kif se jintwera fit-taqsima li ġejja, peress li r-rapport dwar l-ipprezzar ta' trasferiment naqas milli jipprovdi kwalunkwe informazzjoni dwar tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati simili għall-ftehim dwar il-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar bejn SMBV u Alki LP u, b'hekk, peress li naqas milli jeżamina l-unika tranżazzjoni intragrupp li kienet qiegħda tiġi pprezzata b'mod effettiv mill-analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment, il-metodoloġija tal-ipprezzar ta' trasferiment proposta mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks u aċċettata mill-APA ta' SMBV ma tistax titqies li tirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli tar-riżultat fuq il-bażi tas-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Tabilħaqq, peress li r-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jistabbilixxi analiżi ta' rimunerazzjoni ta' distakkament għal SMBV ibbażata fuq punt tat-tluq żbaljat (il-funzjoni tal-inkaljar tagħha), dan jirriżulta f'rimunerazzjoni li hija stmata b'mod żbaljat abbażi tat-TNMM. Pjuttost, ir-rikors kellu jwassal għal paraguni aktar affidabbli għal informazzjoni disponibbli dwar tranżazzjonijiet simili bejn partijiet mhux relatati għal skopijiet ta' pprezzar ta' trasferiment, li kienet fil-pussess ta' Starbucks fiż-żmien meta saret it-talba ta' APA u kellha tintalab mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża sabiex jiżguraw li l-pagament ta' royalty li qiegħed jiġi pprezzat mill-APA ta' SMBV kien f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. |
9.2.3.3.
|
(286) |
L-IP li għaliha sar il-pagament ta' royality tkopri l-kompetenzi tal-inkaljar u l-kurvi tal-inkaljar illiċenzjati minn Alki LP lil SMBV. Dak il-pagament ta' royalty mhuwiex relatat mal-valur tad-ditta ta' Starbucks, peress li d-dritt tal-użu tad-ditta huwa mħallas mill-Ħwienet lil Starbucks Coffee BV. |
|
(287) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar in-natura ta' distakkament tal-pagament ta' royalty (142). B'mod partikolari, il-Kummissjoni spjegat li l-fatt li l-livell ta' royalties dovuti minn SMBV lil Alki LP jiddependi mid-differenza bejn ir-rimunerazzjoni stabbilita fl-APA ta' SMBV u l-profitt kontabilistiku ta' qabel it-taxxa qabel il-pagament tar-royalty (143) iwassal għal sitwazzjoni li fiha l-pagament ta' royalty huwa kkalkolat bħala profitt li jaqbeż l-APA ta' SMBV u ma jirriflettix il-valur ta' distakkament ta' dik l-IP (144). F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni semmiet il-paragrafu 6.16 tal-Linji Gwida tal-2012 tal-OECD dwar it-TP li, skont dan, “normalment royalty tkun pagament rikorrenti bbażat fuq il-produzzjoni, il-bejgħ u f'xi każijiet rari, il-profitti tal-utent” (145). Fl-APA ta' SMBV, il-pagament ta' royalty lil Alki LP mhuwiex relatat mal-produzzjoni, mal-bejgħ jew mal-profitti ta' SMBV. Fil-Premessa 120 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha l-Kummissjoni kompliet tindika d-dubji tagħha dwar il-livell ta' distakkament tal-pagament ta' royalty, meta jitqies li r-royalty mhijiex konessa permezz ta' metodu tal-ipprezzar mill-valur ekonomiku ta' xi IP sottostanti, il-valur għal SMBV tal-assi intanġibbli tal-inkaljar. |
|
(288) |
Sabiex jitqabbel il-valur tal-pagament ta' royalty mal-livelli ta' royalty osservati fis-suq stabbiliti f'termini ta' perċentwal tal-fatturat, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tar-royalty imħallas minn SMBC lil Alki LP bħala perċentwal tal-bejgħ tal-kafè inkaljat minn SMBV lill-Ħwienet ta' kull sena. Skont dawk il-kalkoli, il-pagament ta' royalty ivarja bejn [1-10] % għal [30-40] % tad-dħul ta' SMBV minn bejgħ tal-kafè tul il-ħajja tal-APA ta' SMBV, filwaqt li jikkonfermaw id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-flutwazzjoni tar-royalty (146). Barra minn hekk, għal tlieta minn dawk is-snin, il-livelli li jirriżultaw kienu ogħla minn [30-40] %, kif ippreżentat f' Tabella 10: Tabella 10 Flutwazzjoni tal-pagament ta' royalty tul il-ħajja tal-APA ta' SMBV
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(289) |
F'dan il-kuntest speċifiku, in-natura varjabbli tal-pagament ta' royalty tagħti l-ewwel indikazzjoni li l-livell ta' dak il-pagament ma għandux x'jaqsam mal-valur tal-IP li qed jitħallas għaliha. |
|
(290) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-Premessi 291 sa 338, il-Kummissjoni tqis li paragun għal tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati komparabbli bl-użu tal-metodu ta' CUP, b'mod partikolari l-ftehimiet tal-illiċenzjar tal-IP f'bosta ftehimiet tal-inkaljar, tal-manifattura u tad-distribuzzjoni li Starbucks ikkonkludiet ma' partijiet terzi, juri li l-valur ta' distakkament tar-royalty imħallas minn SMBV lil Alki LP għall-IP tal-inkaljar għandu jkun żero. Fi kliem ieħor, l-ebda royalty ma għandha tkun dovuta għal dik l-IP f'dik ir-relazzjoni speċifika, peress li SMBV ma tikseb l-ebda benefiċċju mill-użu tal-IP tal-inkaljar illiċenzjata minn Alki LP. |
(a) Tqabbil ma' ftehimiet dwar l-inkaljar konklużi minn Starbucks ma' partijiet terzi u tqabbil għal arranġamenti simili fis-suq
|
(291) |
Matul l-investigazzjoni Starbucks ipprovdiet lill-Kummissjoni ċerti kuntratti dwar l-inkaljar u l-manifattura konklużi minn kumpaniji tal-grupp Starbucks ma' partijiet terzi, elenkati fil-Premessi 148 sa 150. Għar-raġunijiet spjegati fil-Premessi 292 sa 298, il-Kummissjoni tqis li dawk it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu tqabbil dirett għad-determinazzjoni tal-livell tal-pagament tar-royalty dovut minn SMBV lil Alki LP skont l-arranġament dwar il-liċenzjar tal-IP rigward l-inkaljar. |
|
(292) |
Il-paragrafu 1.38 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jipprovdi l-gwida li ġejja dwar l-eżaminazzjoni tal-komparabilità “l-eżaminazzjoni tal-fatturi ta' komparabilità […] hija fin-natura tagħha maqsuma fi tnejn, jiġifieri din tinkludi eżaminazzjoni tal-fatturi li jaffettwaw it-tranżazzjonijiet ikkontrollati tal-kontribwent u eżaminazzjoni tal-fatturi li jaffettwaw tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati. Kemm in-natura tat-tranżazzjoni kkontrollata kif ukoll il-metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment adottat […] għandhom jiġu kkunsidrati meta tiġi evalwata l-importanza relattiva ta' kwalunkwe parti nieqsa ta' informazzjoni dwar prodotti possibilment simili […]” . |
|
(293) |
Il-paragrafu 1.36 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jelenka ħames fatturi ta' komparabilità (147) li “jinkludu l-karatteristiċi tal-proprjetà jew tas-servizzi ttrasferiti, il-funzjonijiet imwettqin mill-partijiet (filwaqt li jitqiesu l-assi użati u r-riskji assunti), it-termini kuntrattwali, iċ-ċirkustanzi ekonomiċi tal-partijiet u l-istrateġiji tan-negozju mwettqa mill-partijiet.” |
|
(294) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li l-karatteristiċi tal-proprjetà ttrasferiti skont l-arranġament dwar l-IP tal-inkaljar bejn Alki LP u SMBV huma identiċi għal dawk tal-proprjetà ttrasferita fit-tranżazzjonijiet bejn Starbucks u l-partijiet terzi fl-arranġament dwar l-inkaljar elenkati fil-Premessi 148 sa 150. Iż-żewġ settijiet ta' tranżazzjoni jikkonsistu f'teknoloġija dwar l-inkaljar, taħlita tal-kafè u kurvi tal-inkaljar. |
|
(295) |
It-tieni, filwaqt li mhux dawk il-partijiet terzi kollha jinkaljaw il-kafè (xi wħud jinvolvu ruħhom fil-produzzjoni ta' xarbiet lesti biex jinxtorbu jew prodotti u ingredjenti oħrajn għat-tħejjija tax-xarbiet), f'dawk it-tranżazzjonijiet fejn il-partijiet terzi jinkaljaw il-kafè, il-funzjoni tal-parti terza hija relatata eżattament mal-istess prodott bħall-funzjoni tal-inkaljar ta' SMBV fir-relazzjoni kuntrattwali tagħha ma' Alki LP. B'mod partikolari, l-arranġamenti kuntrattwali ta' Starbucks mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 3], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 4], u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 10], kollha jappartejnu għall-inkaljar tal-kafè aħdar. |
|
(296) |
It-tielet, ir-rwol ta' Starbucks fl-ebda waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet ma kien aktar limitat mir-rwol ta' Alki LP. F'ċerti tranżazzjonijiet minn dawk, Starbucks assumiet aktar funzjonijiet vis-à-vis il-partijiet terzi minn Alki LP vis-à-vis SMBV. B'mod partikolari, ħafna mill-arranġamenti kuntrattwali kienu assoċjati mal-kisba tal-kafè minn Starbucks (148). Barra minn hekk, f'xi wħud minn dawk l-arranġamenti, Starbucks tixtri wkoll l-kafè inkaljat mingħand il-parti terza. Għalhekk, ir-rimunerazzjoni ta' Starbucks f'dawk l-arranġamenti tippreżenta massimu ta' rimunerazzjoni ta' distakkament għall-arranġament dwar il-liċenzjar, jekk fil-fatt kien hemm xi rimunerazzjoni dovuta lil Alki LP. |
|
(297) |
Ir-raba', ma hemm l-ebda indikazzjoni li ċ-ċirkustanzi ekonomiċi tal-partijiet terzi jaffettwaw l-arranġament tagħhom ma' Starbucks. B'mod partikolari, peress li Starbucks ipprovdiet bosta arranġamenti tal-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar li l-ebda wieħed minnhom ma jista' jiġi identifikat li jinkludi royalty imħallsa lil Starbucks għall-IP tal-inkaljar, dan ma jistax ikun relatat maċ-ċirkustanzi ekonomiċi speċifiċi ta' parti terza individwali. L-arranġamenti jkopru reġjuni ġeografiċi differenti, inklużi l-Unjoni u l-Iżvizzera, li kienu meqjusa bħala deliminazzjoni ġeografika rilevanti għat-tfittxija tal-prodotti simili fir-rapport dwar l-ipprezzar ta' trasferiment. |
|
(298) |
Il-ħames, l-istrateġiji tan-negozju tal-partijiet terzi huma diskussi hawn taħt. L-arranġamenti jvarjaw prinċipalment skont jekk il-parti terza tisfruttax l-IP direttament fis-suq billi tbigħ il-prodott lill-konsumaturi finali jew le. |
|
(299) |
Għaldaqstant, b'dawk it-tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati, il-livell ta' pagament ta' royalty ta' distakkament bejn SMBV u Alki LP jista' jiġi determinat bl-użu tal-metodu ta' CUP, jiġifieri, isir paragun bejn il-pagament dovut fi tranżazzjoni kkontrollata (minn SMBV lil Alki LP) għall-pagament dovut fi tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati komparabbli (minn partijiet terzi lil kumpaniji tal-grupp Starbucks), imwettqa f'ċirkostanzi simili. |
|
(300) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li skont ftehimiet simili konklużi minn Starbucks mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 3], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 4], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 9], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 8], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1], u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 10], il-partijiet terzi ma jħallsux royalty skont l-arranġamenti ta' liċenzjar tagħhom ma' Starbucks jekk ma jisfruttawx l-IP tal-inkaljar direttament fis-suq. |
|
(301) |
Tabilħaqq, il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 3], tħallas biss royalty lil Starbucks meta tbigħ il-produzzjoni tagħha lill-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 3 — l-impriża konġunta ta' Starbucks]. F'dak il-każ, il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 3] tisfrutta direttament l-IP tal-inkaljar fis-suq permezz ta' parti relatata, sabiex b'hekk il-pagament ta' royalty jidher li jkopri d-distribuzzjoni ta' prodotti tad-ditti ta' Starbucks lil partijiet terzi mill-impriża konġunta. Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-fatt li meta l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 3] terġa' tbigħ il-kafè inkaljat lill-grupp Starbucks, minflok lil impriża konġunta, u d-distribuzzjoni u l-isfruttar fis-suq tad-ditta hija żgurata mill-grupp Starbucks, l-ebda royalty ma titħallas mill-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 3] lil Starbucks għall-IP dwar l-inkaljar. |
|
(302) |
Fir-rigward tal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2], filwaqt li Starbucks issostni li l-valwazzjoni pożittiva ogħla fuq il-kafeni ħodor mixtrija għal Starbucks fil-kuntratt mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2] jirrappreżentaw rimunerazzjoni għall-IP dwar l-inkaljar, din il-valwazzjoni pożittiva tidher li ngħaddiet lill-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5]. Tabilħaqq, il-prezz li bih il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5] tixtri l-kafè mill-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2] huwa ddefinit ukoll bħala valwazzjoni pożittiva għall-kost tal-kafeni ħodor akkwistati. Fir-relazzjoni tagħha mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2], li apparentament tkun rimunerata permezz ta' valwazzjoni pożittiva ogħla, Starbucks taġixxi bħala fornitur, li hija funzjoni differenti mill-funzjoni assunta minn Alki LP fir-relazzjoni tagħha ma' SMBV. B'rispons għall-argument ta' Starbucks li minħabba l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2] hija lesta li tħallas pagament supplimentari fuq il-prezz iċċarġjat għall-kafeni minn SCTC u li, għalhekk, il-prezzijiet ta' SCTC ikunu ta' distakkament, il-Kummissjoni tqis li l-prezz tax-xiri għall-kafeni ħodor ma jistax jiġi analizzat b'mod iżolat mill-obbligu tal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2] skont il-kuntratti tagħha ma' Starbucks biex tbigħ il-produzzjoni tagħha lill-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5] u li, għalhekk, l-arranġamenti tal-prezzijiet bejn il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5] u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2] iridu jitqiesu wkoll. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li kwalunkwe valwazzjoni pożittiva għal prezz tax-xiri mhijiex ser tingħadda direttament lill-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5] jew inkella taffettwa l-kundizzjonijiet kummerċjali bejn il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5] u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 2], peress li dan l-arranġament kuntrattwali ma kienx konkluż b'mod indipendenti mill-arranġament kuntrattwali bejn Starbucks u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5]. |
|
(303) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li fir-relazzjoni tagħha mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 5], il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 6] u l-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 7], il-ftehimiet dwar it-trademark u dwar il-liċenzjar tat-teknoloġija biss konklużi minn Starbucks ma' dawk il-partijiet terzi jinkludu pagament ta' royalty. Madankollu, il-pagament ta' royalty huwa komparabbli mar-royalty imħallsa mill-Ħwienet lil Starbucks Coffee BV għall-isfruttar tal-IP tad-ditta ta' Starbucks fis-suq, peress li t-tliet kumpaniji kollha jbigħu prodotti lil konsumaturi finali. Il-ftehimiet prinċipali u dawk tal-manifattura u d-distribuzzjoni bejn it-tliet kumpaniji u Starbucks, li jikkonċernaw il-proċess tal-manifattura, ma jipprovdux royalty għall-IP ta' Starbucks. |
|
(304) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li SMBV testernalizza l-produzzjoni ta' [prodott tal-kafè bi trademark reġistrata] u kafè solubbli lil partijiet terzi, b'mod partikolari, il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1]. Minkejja li l-prodott ta' Starbucks [prodott tal-kafè bi trademark reġistrata] huwa prodott protett mid-ditta, il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1] ma tħallas l-ebda royalty lil SMBV jew kwalunkwe kumpanija ta' Starbucks oħra għat-taħlita jew informazzjoni oħra dwar il-produzzjoni. B'mod simili, minkejja li l-produzzjoni tat-teknoloġija użata fil-produzzjoni tal-prodotti tal-kafè li jinħallu VIA hija reklamata bħala innovattiva minn Starbucks, il-produzzjoni tagħha hija esternalizzata lil parti terza u SMBV ma tirrikonoxxi l-ebda royalty mill-parti terza li tipproduċi VIA. Tabilħaqq, il-kontijiet ta' SMBV juru li l-ebda royalty mhija rikonoxxuta mill-kumpanija għal kwalunkwe produzzjoni esternalizzata tagħha (149). |
|
(305) |
Finalment, għall-iskopijiet tal-istima jekk SMBV tħallasx rimunerazzjoni ta' distakkament lil Alki LP għall-IP dwar l-inkaljar, l-arranġament bejn Alki LP ma' SMBV jista' jitqabbel ukoll ma' arranġamenti bejn il-kompetituri ta' Starbucks mal-partijiet terzi tal-inkaljar. |
|
(306) |
Pereżempju, b'rispons għat-talba ta' MIT rigward il-kundizzjonijiet kummerċjali ta' distakkament bejn partijiet mhux relatati li fihom kumpanija hija inkarigata bil-funzjoni tal-inkaljar tal-kafeni ħodor, Melitta spjegat li meta l-inkaljar tal-kafè jiġi esternalizzat lil parti terza, din ma tirċivix royalties, għalkemm din tagħmel il-kurvi tal-inkaljar tagħha disponibbli għall-parti terza (150). |
|
(307) |
Skont is-sottomissjoni tal-Kumpanija Y, li twettaq attività tal-inkaljar permezz ta' kumpanija ta' grupp maħtura bħala manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar, il-kumpanija tal-inkaljar interna tagħha ma tħallas l-ebda royalty lill-grupp la għall-IP u lanqas għall-kompetenzi użati fil-proċess tal-inkaljar (151). |
|
(308) |
L-istess huwa minnu wkoll għal Dallmayr, li indikat li hija tqis il-pagament ta' royalty minn kumpanija li tipprovdi l-inkaljar bħala mhux tas-soltu, peress li pjuttost hija tistenna lill-klijenti biex iħallsu għall-inkaljar, u mhux bil-kontra (152). |
|
(309) |
Dan isegwi li, peress li fil-ftehimiet dwar il-manifattura li Starbucks ikkonkludiet ma' partijiet terzi, bosta minnhom eżistew fiż-żmien meta it-talba tal-APA ta' SMBV kienet qiegħda titqies mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża, l-ebda royalty ma teħtieġ għall-użu tal-IP tal-inkaljar, il-Kummissjoni tqis li analiżi dwar l-ipprezzar ta' trasferiment tal-valur ta' distakkament tar-royalty imħallsa minn SMBV lil Alki LP għall-IP tal-inkaljar twassal għall-konklużjoni li l-ebda royalty ma għandha tkun dovuta għal dik l-IP f'dik ir-relazzjoni speċifika. Din il-konklużjoni ssegwi wkoll tqabbil ma' arranġamenti bejn il-kompetituri ta' Starbucks mal-partijiet terzi tal-inkaljar. |
(b) SMBV ma tinkorporax il-valur tal-IP tal-inkaljar fir-relazzjoni tagħha ma' Alki LP
|
(310) |
Billi l-kompetenzi u l-kurvi dwar l-inkaljar għandhom valur, fir-relazzjoni speċifika bejn Alki LP u SMBV dak il-valur mhuwiex inkorporat mill-inkaljar. Dan huwa minħabba li l-importanza tal-kompetenzi u l-kurvi tal-inkaljar tinsab, fil-każ tal-istruttura ta' Starbucks, fl-iżgurar ta' togħma konsistenti assoċjata mal-prodotti tad-ditta u dawk individwali. Skont dan, il-valur tal-kompetenzi u l-kurvi tal-inkaljar ta' Starbucks huwa sfruttat biss meta l-prodotti ta' Starbucks jinbiegħu bid-ditta ta' Starbucks mill-Ħwienet. Waħedhom, il-kompetenzi u l-kurvi dwar l-inkaljar ma jiġġeneraw l-ebda valur għall-inkaljar fuq bażi kontinwa jekk ma jistgħux jiġu sfruttati fis-suq. |
|
(311) |
Dik il-konklużjoni hija appoġġjata mis-sottomissjoni ta' Starbucks, skont liema l-arranġamenti dwar il-liċenzjar li fihom il-liċenzja tal-IP isservi biss biex il-partijiet terzi jkunu jistgħu jipproduċu f'konformità mal-ispeċifikazzjoni ta' Starbucks u biex jipproteġu d-drittijiet tal-IP ta' Starbucks, iżda fejn partijiet terzi ma jisfruttawx l-assi intanġibbli fis-suq, mhumiex assoċjati ma' xi pagament ta' royalty minn dawk il-partijiet terzi lil Starbucks (153). |
|
(312) |
Barra minn hekk, fil-każ ta' SMBV, il-kompetenzi u l-kurvi tal-inkaljar jidhru li jikkostitwixxu speċifikazzjoni teknika li għaliha għandu jipproċedi l-inkaljar minħabba preferenza jew għażla tal-kumpanija li tixtri. Il-kurvi tal-inkaljar huma deskritti minn Starbucks fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment bħala dawk iddettati lil SMBV. Dawn jippermettu sabiex SMBV u partijiet terzi, li magħhom ġew konklużi l-arranġamenti tal-inkaljar u l-arranġamenti tal-manifattura u tal-provvista, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' Starbucks. Preferenzi dwar l-inkaljar huma imposti fuq il-manifatturi, pereżempju permezz tar-rekwiżiti dwar l-istandards tal-inkaljar u l-istandards dwar il-garanzija tal-kwalità. Tali speċifikazzjonijiet huma parti minn kull ftehim dwar l-inkaljar jew il-manifattura jew il-forniment. |
|
(313) |
F'dan ir-rigward, il-Ftehim dwar l-Inkaljar jindika li SMBV għandha tadotta proċessi dwar l-inkaljar ipprovduti minn Alki LP u għandha tuża tagħmir, makkinarju u metodi tal-produzzjoni xierqa biex tiżgura li l-prodotti jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott deskritti minn qabel minn Alki LP (154). SMBV ma tidhirx li tikseb xi benefiċċju mill-użu tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'dik ir-relazzjoni. Il-fatt li l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti minn Alki LP rigward il-proċess tal-inkaljar u, b'mod partikolari, il-kurvi tal-inkaljar jippermettu lil SMBV tinkalja l-kafè li qiegħed jinbiegħ bid-ditta ta' Starbucks ma jġibu l-ebda benefiċċju lil SMBV f'termini ta' aktar bejgħ jew prezz tal-bejgħ ogħla, meta jitqies li, fil-prinċipju, SMBV ma tbigħx il-produzzjoni tagħha lil konsumaturi finali li jagħtu valur lid-ditta ta' Starbucks. SMBV tbigħ virtwalment il-produzzjoni kollha tagħha lil Ħwienet ta' frankiġja ta' Starbucks, li lkoll iħallsu royalty lill-grupp talli jisfruttaw l-IP ta' Starbucks fis-suq, filwaqt li jirrappreżentaw valur għan-negozju ta' distribuzzjoni tagħhom. SMBV ma tisfruttax l-IP tal-inkaljar direttament fis-suq; il-Ħwienet huma l-interfaċċja mal-klijenti finali li jagħtu importanza lit-togħma konsistenti assoċjata mad-ditta ta' Starbucks. |
|
(314) |
Finalment, abbażi tal-informazzjoni finanzjarja pprovduta fit-Tabella 2 u fit-Tabella 8, il-Figure 3 tippreżenta l-marġni tal-profitt ta' SMBV mill-attivitajiet tal-inkaljar tal-kafè tagħha, li jinkiseb billi jitnaqqas il-prezz imħallas minn SMBV lil SCTC għal kafeni ħodor mid-dħul tal-kafè inkaljat irreġistrat taħt id-deskrizzjoni “DĦUL MINN KAFÈ PPAKKJAT” għal kull sena (155). Figura 3 Telf iġġenerat mill-attivitajiet tal-inkaljar ta' SMBV sa mill-2010 (Dħul u prezz tax-xiri tal-kafè f'EUR) 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 valur tax-xiri minn entità Żvizzera SCTC dħul mill-kafè inkaljat mibjugħ lill-ħwienet |
|
(315) |
Il-Figure 3 turi li SMBV ilha mill-2010 tagħmel it-telf mill-attivitajiet tal-inkaljar tagħha, meta żdied il-marġni fuq il-kafeni ħodor meħtieġ minn SCTC. Meta jitqies il-fatt li, flimkien mad-dejta fit-Tabella 10 li turi l-perċentwal tar-royalty imħallsa minn SMBV lil Alki LP fuq id-dħul mill-bejgħ tal-kafè, il-kompetenzi u l-kurvi tal-inkaljar ma jidhrux li joħolqu valur pożittiv għal SMBV. Pereżempju, fl-2013, minkejja li SMBV kienet tidher li rreġistrat telf gross (qabel ma tnaqqset l-ispiża operatorja) ta' madwar EUR [1-10] miljun fuq l-attivitajiet tal-inkaljar tagħha, hija ħallset royalty ta' EUR 22,8 miljun lil Alki LP għall-IP tal-inkaljar. |
|
(316) |
Fi kliem ieħor, il-pagament ta' royalty minn SMBV lil Alki LP huwa ffinanzjat minn attivitajiet oħrajn ta' SMBV (156). Filwaqt li huwa konċepibbli li attur ekonomiku jġorr it-telf biex jiffinanzja royalty li fil-futur tista' twassal għal żieda fil-profitti, in-natura li sostniet it-telf tal-attività hija relatata maż-żieda fil-prezz tal-kafeni ħodor minn SCTC u ma jidhirx li toffri xi prospett ta' profitti futuri (157). Tabilħaqq, l-istrateġija tan-negozju ta' SMBV tidher stabbli tul il-ħajja tal-APA u ma hemm l-ebda azzjoni konkreta li SMBV tista' twettaq biex tirritorna għal profittabilità, fin-nuqqas ta' xi influwenza deċiżiva fuq il-bejgħ. Peress li l-ispejjeż operatorji jirrappreżentaw porzjon żgħir tal-kostijiet totali ta' SMBV, it-tnaqqis fl-ispejjeż ma jkunx biżżejjed biex tirritorna għal profittabilità minħabba li dan ma jpattix għall-impatt finanzjarju tal-valwazzjoni pożittiva miżjuda fuq il-kafeni ħodor. Ir-royalty imħallsa minn SMBV lil Alki LP għall-IP tal-inkaljar f'kuntest intragrupp tidher li sservi b'mod strutturat l-uniku skop tat-trasferiment tal-profitti derivati mill-funzjoni tal-bejgħ mill-ġdid ta' SMBV lil Alki LP. |
|
(317) |
Il-fatt li l-attività tal-inkaljar ma tiġġenerax biżżejjed profitt biex ikunu jistgħu jsiru l-pagamenti ta' royalty ikompli jikkonferma, fid-dawl tar-relazzjoni intragrupp speċifika bejn SMBV u Alki LP, li l-metodoloġija biex jiġi determinat il-livell ta' dik ir-royalty bħala varjabbli ta' aġġustament kif aċċettat mill-APA ta' SMBV mhijiex konformi mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(318) |
Skont dan, fid-dawl tal-paragun ma' arranġamenti dwar l-inkaljar ta' Starbucks ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tqis li analiżi dwar l-ipprezzar ta' trasferiment tal-valur ta' distakkament tar-royalty imħallsa minn SMBV lil Alki LP għall-IP tal-inkaljar, twassal għall-konklużjoni li l-ebda royalty ma għandha tkun dovuta għal dik l-IP, peress li SMBV ma tidhirx li tikseb xi benefiċċju mill-użu tal-IP tal-inkaljar f'dik ir-relazzjoni. L-ebda wieħed mill-argumenti mressqin min-Netherlands jew Starbucks matul l-investigazzjoni ma jħassar din il-konklużjoni. |
(c) Il-pagament ta' royalty ma jirriflettix rimunerazzjoni għat-teħid ta' riskji imprenditorjali
|
(319) |
B'rispons għad-dubji tal-Kummissjoni dwar in-natura ta' distakkament tal-pagament ta' royalty, in-Netherlands u Starbucks sostnew li l-pagament mhux biss jirrifletti rimunerazzjoni għall-użu tal-IP tal-inkaljar, iżda wkoll pagament għat-teħid ta' riskju intraprenditorjali minn Alki LP (158). In-Netherlands jinvoka l-fatt li SMBV ma jġarrabx ir-riskju ekonomiku tat-telf tal-inventarju, peress li, minħabba l-mod ta' kif inhu ddeterminat il-pagament ta' royalty skont il-Ftehim tal-Inkaljar, dawk il-kostijiet finalment jiġġarrbu minn Alki LP (159). |
|
(320) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li din id-dikjarazzjoni mhijiex appoġġjata mir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment li jappoġġja t-talba tal-APA ta' SMBV. Minflok, dak ir-rapport jikkontradixxi dik id-dikjarazzjoni biċ-ċar meta jiddikjara li “[SMBV] tilliċenzja subsett ta' IP mingħand Alki LP li hija meħtieġa biex tuża l-proċess tal-manifattura tal-inkaljar tal-kafè u d-dritt li tforni l-kafè lill-[I]żviluppaturi. Ta' dan [SMBV] tħallas royalty lil Alki LP għall-IP lliċenzjata” (160). Fuq kollox, imkien fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment ma ssir rreferenza għall-fatt li l-pagament ta' royalty ikun jikkostitwixxi parzjalment pagament minn SMBV lil Alki LP għat-teħid tar-riskji intraprenditorjali. Fil-fatt, SMBV iżżomm aktar riskji minn dawk ippreżentati fl-ipprezzar ta' trasferiment, b'mod partikolari, riskji tal-inventarju u ċerti riskji relatati mal-provvista tal-kafeni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-manifattura. |
|
(321) |
It-tieni, il-Kummissjoni tosserva li n-Netherlands jidher li jqis li l-mod li bih huwa strutturat l-arranġament kuntrattwali skont il-Ftehim dwar l-Inkaljar (161), jagħti sustanza legali lil allokazzjoni attwali tar-riskju u r-responsabbiltajiet bejn Alki LP u SMBV. Madankollu, skont il-kontijiet ta' SMBV, il-pagament ta' royalty huwa ġġenerat mill-APA ta' SMBV u mhux mill-arranġament kuntrattwali bejn Alki LP u SMBV. |
|
(322) |
It-tielet, u l-aktar importanti, il-Kummissjoni tqis li kieku kellha tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tan-Netherlands, ir-riskju tan-negozju ta' kwalunkwe kumpanija fil-grupp ikun jista' jiġi eliminat permezz ta' allokazzjoni mill-ġdid intragrupp tar-riskji permezz ta' sempliċi kuntratt. Pereżempju, kumpanija li tieħu d-deċiżjonijiet strateġiċi kollha għal grupp, b'mod partikolari, deċiżjonijiet ta' investiment u ta' R&Ż, li fil-prinċipju jistgħu jitqiesu bħala funzjoni kumplessa li tikkonċentra fuq riskju intraprenditorjali, tista' titqies bħala “riskju baxx” u tiġi ntaxxata skont dan, diment li jidħol fis-seħħ kuntratt intragrupp li jiffissa r-rimunerazzjoni tagħha fi kwalunkwe livell kawżali ta' spiża operatorja u jgħaddi l-profitti residwi tagħha lil kwalunkwe kumpanija oħra fil-grupp. L-aċċettazzjoni ta' dik it-talba twassal biex l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament għall-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet intragrupp issir mingħajr tifsira, peress li l-arranġamenti kuntrattwali jitqiesu li jipprevalu fuq ir-realtà ekonomika. |
|
(323) |
Il-Kummissjoni tfakkar (162), f'dan ir-rigward, il-paragrafi minn 9.44 sa 9.46 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP (163) li jiċċaraw fil-kuntest ta' ristrutturar tan-negozju li “hija n-natura tar-riskju baxx (jew għoli) ta' negozju li ser tiddetta l-għażla tal-aktar metodu tal-ipprezzar ta' trasfreriment adegwat u mhux bil-kontra” (164). Għall-kuntrarju tal-opinjonijiet espressi min-Netherlands (165), din l-idea li l-applikazzjoni tar-regoli ta' prezzijiet ta' trasferiment għandha ssegwi riskji u mhux arranġamenti kuntrattwali meta dawk l-arranġamenti ma jirriflettux ir-riskji tan-negozju sottostanti, hija valida wkoll barra mill-kuntest ta' ristrutturar tan-negozju. Filwaqt li huwa minnu li l-qbil dwar metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment (jiġifieri bħal metodu tat-TNMM ibbażat fuq kostijiet operatorji) u l-kostruzzjoni ta' arranġamenti kuntrattwali biex jiġi aġġustat il-profitt ta' qabel it-taxxa ta' kull sena għal dak l-arranġament jirriżultaw fil-limitazzjoni tal-flutwazzjoni tal-obbligazzjoni tat-taxxa tal-kumpanija tul is-snin fiskali, tali struttura mibnija permezz ta' arranġamenti kuntrattwali, madankollu, ma tikkorrispondix neċessarjament għar-realtà ekonomika li fuqha huma bbażati t-tranżazzjonijiet u r-riskji assoċjati mal-attività tal-kumpanija. Il-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP jippreżentaw din il-kunsiderazzjoni fil-paragrafu 1.26 li, skont dawn, “fir-rigward tat-termini kuntrattwali, jista' jitqies jekk allegata allokazzjoni ta' riskju hijiex konsistenti mas-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni. F'dan ir-rigward, l-aġir tal-partijiet ġeneralment għandu jitqies bħala l-aqwa evidenza dwar l-allokazzjoni reali ta' riskju.” |
|
(324) |
Ir-raba', fir-rigward tad-dikjarazzjoni l-oħra tan-Netherlands u Starbucks li hija n-natura baxxa tar-riskju tan-negozju ta' SMBV li fil-fatt tiddetta l-metodu ta' prezzijiet ta' trasferiment aċċettat fl-APA ta' SMBV, il-Kummissjoni tosserva li l-informazzjoni sottomessa matul l-investigazzjoni ma tappoġġjax dik id-dikjarazzjoni. Fil-Premessa 113 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni espremiet dubju dwar il-kapaċità ta' Alki LP li ġġorr u tikkontrolla kwalunkwe riskju tan-negozju. Meta kumpanija tassumi riskju, din għandha tkun tista', minn naħa, tikkontrolla r-riskji (166) u, minn oħra, tassumi tali riskju b'mod finanzjarju (167). Għalhekk, il-kapaċità li wieħed jassumi riskju għandha tiġi analizzata qabel ma l-istruttura proposta titqies konformi mal-kundizzjonijiet kompetittivi normali. Il-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jiċċaraw li l-kontroll għandu jinftiehem, f'dan il-kuntest, bħala l-kapaċità li jsiru d-deċiżijonijiet biex jittieħed ir-riskju u biex dan jiġi mmaniġġjat. Dan jeħtieġ li l-kumpanija jkollha nies li jwettqu dawk il-funzjonijiet ta' kontroll (168). |
|
(325) |
Madankollu, skont l-informazzjoni sottomessa minn Starbucks (169), Alki LP ma għandhiex impjegati tagħha stess u filwaqt li, bħala sħubija, ma jistax jiġi eskluż fil-prinċipju li s-sħab jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta' Alki LP waqt li ma jkunux impjegati, skont l-informazzjoni sottomessa (170), is-sħab ta' Alki LP huma korporazzjonijiet u l-ebda wieħed minnhom ma għandu impjegati. Konsegwentement, il-kapaċità operatorja ta' Alki LP biex tassumi r-riskji tidher limitata. |
|
(326) |
Barra minn hekk, il-kapaċità ta' Alki LP li ġġorr riskju finanzjarju hija limitata għar-riżorsi finanzjarja tagħha u għar-riżorsi finanzjarji tas-sħab tagħha. Skont l-informazzjoni sottomessa minn Starbucks lill-Kummissjoni (171), din tal-aħħar ma tiddikjarax kontijiet separati, iżda huma stess huma kumpaniji b'responsabbiltà limitata. Għalhekk, il-kapaċità finanzjarja ta' Alki LP hija inferjuri u ma tistax tiġi assimilata mal-kapaċità finanzjarja globali tal-grupp. |
|
(327) |
Bħala tweġiba, Starbucks targumenta li l-kapaċità operatorja ta' Alki LP hija pprovduta permezz tal-impjegati ta' Starbucks Inc., ikkuntrattati kultant żmien sabiex jgħinu lil Alki LP fil-kompiti tagħha (172). Il-Kummissjoni ssib li dan l-argument mhuwiex konvinċenti. Ma hemmx raġuni għaliex l-impjieg ta' impjegat li jappoġġja l-maniġment għandu jipproċedi permezz ta' Alki LP: SMBV setgħet taħtar impjegat biex jappoġġja l-maniġment tal-kumpanija b'mod dirett. Peress li r-responsabbiltà tal-maniġment esternalizzat hija aktar dgħajfa mir-responsabbiltà tal-maniġers diretti, il-maniġment esternalizzat jippreżenta żieda fil-kostijiet tal-aġenzija minn perspettiva ta' governanza korporattiva. Minħabba l-attivitajiet ta' SMBV li jinkludu, fost l-oħrajn, l-operat ta' faċilità tal-inkaljar, l-immaniġġjar ta' SMBV jeħtieġ monitoraġġ ta' kuljum u ma jistax jiġi żgurat b'mod effettiv minn impjegat li jaħdem part-time. |
|
(328) |
Għalhekk, Alki LP ma tistax tiżgura l-immaniġġjar tar-riskji tan-negozju ta' SMBV b'mod effettiv daqskemm jistgħu l-impjegati jew il-maniġers diretti ta' SMBV, u għalhekk ir-riskju jista', l-aktar l-aktar, jiġi mitigat parzjalment permezz tat-trasferiment kuntrattwali tiegħu lil Alki LP. |
|
(329) |
Dik il-konklużjoni tappoġġja d-dubju espress fil-Premessa 89 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ dwar ir-razzjonalità ekonomika tal-istruttura, minħabba li Alki LP tidher superfluwa f'din l-istruttura. Il-paragrafi minn 1.64 sa 1.66 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jirreferu (173), f'dan ir-rigward, għal sitwazzjonijiet fejn l-istrutturi mhumiex iddeterminati minn kundizzjonijiet kummerċjali normali u setgħu ġew strutturati mill-kontribwent biex jevitaw jew inaqqsu t-taxxa. F'tali każijiet, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom janalizzaw il-bażi taxxabbli abbażi ta' struttura korretta li kienet tkun iddeterminata f'kundizzjonijiet kummerċjali normali. L-informazzjoni sottomessa minn Starbucks, li skont din Alki LP iddaħħlet fl-istruttura għal raġunijiet tat-taxxa tal-Istati Uniti (174), tikkonferma d-dubji tal-Kummissjoni dwar ir-razzjonalità ekonomika tal-istruttura. |
|
(330) |
Il-ħames, filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta d-dikjarazzjoni tan-Netherlands u ta' Starbucks li riskji tal-bejgħ partikolari ta' SMBV huma mitigati permezz tal-arranġamenti mal-Ħwienet, dan il-fatt ma għandu l-ebda effett fuq ir-relazzjoni ta' SMBV ma' Alki LP. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni limitat ta' SMBV fin-negozjati mal-kontropartijiet tagħha ta' kundizzjonijiet kummerċjali u tal-prezzijiet, il-Kummissjoni taċċetta li s-sistema ta' tbassir mill-Ħwienet tidher li tnaqqas l-inċertezza tan-negozju għal SMBV (175). Skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-Ħwienet u SMBV, il-Ħwienet ma jistgħux jitbiegħdu b'mod sinifikanti mit-tbassir ipprovdut lil SMBV u huma għandhom ukoll l-obbligu li jixtru prodotti mingħand SMBV. Il-bidu tal-produzzjoni ta' SMBV huwa żgurat permezz tar-rekwiżiti għall-Ħwienet biex jixtru l-produzzjoni mingħand SMBV. Madankollu, ir-riskji ewlenin ta' negozju tal-manifattura mhumiex relatati biss mar-riskji tal-inventarju, iżda prinċipalment mal-kapaċità tal-manifattura u la n-Netherlands u lanqas Starbucks ma stabbilixxew li r-riskji sottostanti tal-varjazzjonijiet tad-domandi dwar l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-manifattura ma ġew kompletament annullati permezz ta' dawk l-arranġamenti kuntrattwali. B'mod speċifiku, il-kuntratti ma' manifatturi ta' parti terza, il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1] b'mod partikolari, mhumiex allinjati bis-sħiħ ma' kwalunkwe varjazzjoni tad-domanda possibbli. |
|
(331) |
Is-sitta, l-arranġament kuntrattwali invokat min-Netherlands li permezz tiegħu SCTC tiggarantixxi l-kwalità tal-kafeni ħodor forniti b'mod ugwali, ma għandu l-ebda effett fuq ir-relazzjoni bejn SMBV u Alki LP. Fi kwalunkwe każ, huwa arranġament tan-negozju standard li ma jnaqqasx ir-riskju ta' SMBV meta mqabbel ma' kundizzjonijiet tas-suq normali. |
|
(332) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tirrifjuta d-dikjarazzjonijiet li kwalunkwe trasferiment tar-riskju effettiv iseħħ minn SMBV lil Alki LP permezz ta' arranġamenti kuntrattwali. Għalhekk, kwalunkwe komponent tar-royalty maħsub biex jikkumpensa għal trasferiment tar-riskju intraprenditorjali ma jistax jiġi ġustifikat. |
(d) Il-livell tal-pagament ta' royalty mhuwiex iġġustifikat mill-ammonti li Alki LP tħallas għat-teknoloġija lil Starbucks tal-Istati Uniti skont il-Ftehim dwar il-Qsim tal-Kostijiet.
|
(333) |
Starbucks tidher tinvoka wkoll li r-royalty imħallsa minn SMBV lil Alki LP hija ġġustifikata minħabba li Alki LP tħallas ammonti tal-istess kobor lil Starbucks tal-Istati Uniti għat-teknoloġija tal-inkaljar tal-kafè. |
|
(334) |
Qabel kollox, il-Kummissjoni tosserva li l-APA ta' SMBV mhuwiex ikkonċernat bir-relazzjoni bejn Alki LP u Starbucks tal-Istati Uniti, iżda bir-relazzjoni bejn SMBV u Alki LP. Għaldaqstant, dak kollu li jgħodd għal valutazzjoni dwar jekk l-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment tat-tranżazzjonijiet bejn dawk iż-żewġ entitajiet ġietx iddeterminata skont metoldoloġija li tagħti approssimazzjoni affidabbli tar-riżultat fuq il-bażi tas-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament huwa l-valur ta' dawk it-tranżazzjonijiet kif ġie ddeterminat mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks, u mhux il-valur ta' kwalunkwe pagament barra dik ir-relazzjoni. |
|
(335) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma tikkontestax li Alki LP tħallas somom importanti, imsejħa “royalties permanenti”, lil Starbucks tal-Istati Uniti (176). Madankollu, id-denominazzjoni ta' dan il-pagamet skont is-CSA bħala rimunerazzjoni tat-teknoloġija tal-inkaljar ma tistax tiġi kkonfermata fuq il-bażi tal-mod li bih dawk il-pagameti huma strutturati skont is-CSA. |
|
(336) |
L-ewwel nett, il-pagamenti minn Alki LP lil Starbucks tal-Istati Uniti huma ffinanzjati fil-biċċa l-kbira tagħhom mid-dħul ta' royalty li hija triċievi mir-royalty tad-ditta mħallsa lilha minn Starbucks Coffee BV milli mir-royalty riċevuta mingħand SMBV (177). |
|
(337) |
It-tieni, il-pagamenti minn Alki LP lil Starbuck tal-Istati Uniti taħt is-CSA ma jidhrux li ġew stabbilit f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. B'mod partikolari, fir-rigward tal-akkwist tal-IP relatata mal-format u d-ditta tan-negozju, Alki LP (inkluż il-predeċessur tagħha [CV 1]) ħallset EUR [30-40] miljun b'mod aggregat għall-akkwist ta' din l-IP, mill-2005, filwaqt li dik l-IP inbiegħet minn Alki LP għal EUR [1-1,5] biljun fl-2014. Dik id-differenza fil-valur tidher li tindika li l-arranġament ma kienx jirrifletti rimunerazzjoni ta' distakkament għall-IP; għalhekk, il-pagamenti taħt ir-royalty permanenti jistgħu jidhru bħala kumpens għall-bejgħ tad-ditta fl-istess tranżazzjoni għal valur li kien baxx wisq. |
|
(338) |
Fil-qosor, l-argument ta' Starbucks li l-pagamenti taħt is-CSA jiġġustifikaw il-pagament ta' royalty bejn SMBV u Alki LP bħala dawk li jinsabu f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għandu jiġi miċħud. |
(e) Konklużjoni dwar in-natura ta' distakkament tal-pagament ta' royalty
|
(339) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li paragun ma' tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati komparabbli, b'mod partikolari l-arranġamenti ta' royalty f'bosta ftehimiet dwar l-inkaljar u l-manifattura u d-distribuzzjoni li Starbucks ikkonkludiet ma' partijiet terzi, juri li l-valur ta' distakkament tar-royalty imħallas minn SMBV lil Alki LP għall-IP tal-inkaljar għandu jkun żero u, għalhekk, li l-ebda royalty ma għandha tkun dovuta għal dik l-IP f'dik ir-relazzjoni speċifika, peress li SMBV ma tikseb l-ebda benefiċċju mill-użu tal-IP tal-inkaljar illiċenzjata mingħand Alki LP. |
|
(340) |
Fid-dawl ta' din il-konklużjoni, ma hemmx bżonn ta' stima ta' din ir-royalty. Pjuttost, il-profitti kontabilistiċi ta' SMBV, mingħajr l-ebda tnaqqis tal-pagament ta' royalty minn SMBV lil Alki LP minn dawk il-profitti għal-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar, għandhom ikunu l-punt tat-tluq li fuqu tiġi ddeterminata l-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV fin-Netherlands biex jiġi żgurat li l-profitti taxxabbli ta' SMBV jikkorrispondu għal livell miksub minn kumpaniji mhux integrati li l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħhom tiġi ddeterminata mill-profitti li huma jiġġeneraw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fi kliem ieħor, il-profitti mhux intaxxati mħallsa bħala royalty minn SMBV lil Alki LP għall-IP tal-inkaljar kellhom ikunu kompletament taxxabbli fin-Netherlands. |
|
(341) |
Konsegwentement, il-metodoloġija aċċettata fl-APA ta' SMBV għad-determinazzjoni tal-livell ta' dak il-pagament, li skont din il-profitti kollha ġġenerati minn SMBV ta' aktar minn [9-12] % tal-ispejjeż operatorji huma ttrasferiti lil Alki LP (178), titbiegħed minn metodoloġija li twassal għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Peress li l-applikazzjoni ta' dik il-metodoloġija twassal għal tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV skont is-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitti taxxabbli tagħhom huma determinati mis-suq, l-APA ta' SMBV, billi fih tiġi aċċettata dik il-metodoloġija, għandu jitqies li jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(f) In-natura ta' distakkament tal-prezzijiet li SCTC talbet lil SMBV għall-kafeni ħodor
|
(342) |
Kif spjegat fil-Premessa 272, l-identifikazzjoni u l-analiżi tat-tranżazzjonijiet ikkontrollati u mhux ikkontrollati ta' SMBV huma l-ewwel pass meħtieġ fil-valutazzjoni tan-natura ta' distakkament tal-kundizzjonijiet kummerċjali applikabbli bejn partijiet relatati għal skopijiet tal-ipprezzar ta' trasferiment. |
|
(343) |
Fil-Premessa 116 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni spjegat li jekk il-pagament ta' royalty kien stmat bl-użu ta' metodu dirett tal-ipprezzar ta' trasferiment, bħall-metodu ta' CUP, il-prezzijiet iċċarġjati għall-kafeni ħodor ikunu t-tranżazzjonijiet ikkontrollati relatati pendenti li kellhom jiġu vvalutati għall-iskopijiet tal-ipprezzar ta' trasferiment u l-prezz mitlub għall-kafeni ħodor minn SCTC lil SMBV ikollu jiġi vvalutat biex jiġi stabbilit jekk il-livell ta' dak il-prezz, rifless fil-kont tal-profitt u tat-telf ta' SMBV, ma kienx esaġerat, li jwassal għal tnaqqis fil-profitti taxxabbli ta' SMBV. |
|
(344) |
Ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jelenka l-ftehim dwar ix-xiri tal-kafeni ħodor bejn SMBV u SCTC fost l-aktar tranżazzjonijiet u flussi bejn il-kumpaniji importanti, iżda jonqos milli jeżamina jew janalizza jekk il-prezz mitlub għall-kafeni ħodor minn SCTC lil SMBV kienx f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. |
|
(345) |
L-ipprezzar tal-kafeni ħodor minn SCTC huwa deskritt fil-Premessi 114 sa 119. It-Tabella 6 tippreżenta d-disaggregazzjoni minn Starbucks tal-valwazzjoni pożittiva tal-kafeni ħodor mixtrija minn SCTC mitlubin lil SMBV. Fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja ta' SCTC ipprovduta fit-Tabella 4, it-Tabella 11 tippreżenta l-valwazzjoni pożittiva attwali rreġistrata minn SCTC u l-marġni gross attwali mitlub lill-klijenti tagħha kull sena. Tabella 11 Valwazzjoni pożittiva fuq ix-xiri tal-kafena ħadra rreġistrata u marġni gross applikat minn SCTC
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(346) |
Il-valwazzjoni pożittiva medja fuq il-kostijiet tal-kafeni ħodor forniti minn SCTC għall-perjodu 2005 sal-2010 hija ta' [madwar 3 %], meta mqabbla mal-valwazzjoni pożittiva medja ta' [madwar 18 %] matul il-perjodu mill-2011 sal-2014. Il-marġni gross korrispondenti fuq COGS għall-perjodu 2005 sal-2010 huwa ta' [madwar 6 %], meta mqabbel mal-marġni gross medju fuq COGS ta' [madwar 18 %] matul il-perjodu mill-2011 sal-2014. |
|
(347) |
Skont Starbucks, il-valwazzjoni pożittiva ta' [madwar 3 %] applikabbli fuq medja għall-perjodu mill-2005 sal-2010, tikkorrispondi għal valwazzjoni pożittiva ta' distakkament. Meta titnaqqas mill-valwazzjonijiet pożittivi applikati sa mill-2011, dik il-valwazzjoni pożittiva tidher li tirriżulta f'rimunerazzjoni rreġistrata minn SMBV dwar l-attivitajiet tal-inkaljar f'konformità mal-firxa stmata ppreżentata mill-Kumpanija X ta' 13 sa 17 % fuq COGS għall-attivitajiet tal-inkaljar (179). Il-valwazzjoni pożittiva ta' [madwar 3 %] tinsab ukoll fil-firxa għal rimunerazzjoni tal-funzjoni tal-provvista mressqa minn Starbucks fl-analiżi komparabbli pprovduta fid-29 ta' Ġunju 2015 (180). Għalhekk, il-Kummissjoni tista' taċċetta li valwazzjoni pożittiva ta' [madwar 3 %] fuq il-kostijiet tal-kafeni ħodor matul il-perjodu 2005 sal-2010 kienet f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. |
|
(348) |
Madankollu, peress li Starbucks ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni valida għaż-żieda fil-valwazzjoni pożittiva medja sa [madwar 18 %] mill-2011 'il quddiem, il-Kummissjoni tqis, kif spjegat fil-Premessi 349 sa 357, li minn dak il-perjodu 'l quddiem ma għandu jiġi aċċettat l-ebda tnaqqis korrispondenti mill-profitti kontabilistiċi ta' SMBV bħala riżultat ta' dik iż-żieda. Fil-fatt, li kieku r-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment analizza kif suppost il-prezz mitlub minn SCTC lil SMBV għall-kafeni ħodor bħala tranżazzjoni kkontrollata, dak il-prezz kien ikun fi ħdan l-ambitu tal-APA ta' SMBV, li huwa li jiddetermina l-bażi tat-taxxa ta' SMBV fin-Netherlands (181). Tabilħaqq, peress li l-prezz imħallas għall-kafeni ħodor jitnaqqas mill-profitti kontabilistiċi ta' SMBV, l-APA ta' SMBV missu stipula prezz ta' distakkament fl-2008 li minnu ma kienet possibbli li ssir l-ebda devjazzjoni fl-2011, inkluża żieda fil-valwazzjoni pożittiva, mingħajr sostituzzjoni jew emenda ta' dak l-APA. |
|
(349) |
Starbucks issostni li ż-żieda ta' dik il-valwazzjoni pożittiva fl-2011 kienet minħabba l-importanza dejjem akbar tal-operazzjonijiet ta' SCTC, b'mod partikolari ż-żieda fil-kompetenzi fl-akkwist tal-kafè u, fuq kollox, is-sjieda u l-operazzjoni tagħha tal-Programm tal-Prattiki tal-Prattiki tagħha C.A.F.E. Madankollu, dik il-ġustifikazzjoni tidher li ma tikkorispondix għall-informazzjoni mogħtija matul l-investigazzjoni. B'mod partikolari, il-Programm tal-Prattiki C.A.F.E. ilu stabbilit mill-2004. Barra minn hekk, peress li r-rimunerazzjoni ta' SCTC hija proporzjonali għall-kafeni ħodor mibjugħin, kwalunkwe żieda fil-kapaċità kellha tkun remunerata kif xieraq. Tabilħaqq, diment li r-rimunerazzjoni tikkostitwixxi perċentwal stabbli ta' COGS, iż-żieda fil-fatturat irriżultat f'żieda proporzjonali fil-profitti. |
|
(350) |
Starbucks issostni wkoll li l-valwazzjoni pożittiva “matul il-perjodu” mill-2005 sal-2014 kien ta' distakkament fin-natura tiegħu (182). Fis-sottomissjoni tagħha tad-29 ta' Ġunju 2015, Starbucks iċċarat li d-disaggregazzjoni tat-Tabella 5, mogħtija fis-sottomissjoni tagħha tat-13 ta' April 2015, inħolqot fuq bażi ta' analiżi tal-komparabbli. Il-Kummissjoni ma taċċettax dik id-dikjarazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(351) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-ipprezzar tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E. fl-analiżi tal-komparabbli mogħtija minn Starbucks fid-29 ta' Ġunju 2015 (183), il-Kummissjoni tosserva li l-figuri sottomessi minn Starbucks fihom problemi ta' konsistenza. L-informazzjoni ppreżentata fit-13 ta' April 2015 u riprodotta fit-Tabella 6 tikkontradixxi l-informazzjoni mogħtija fid-29 ta' Ġunju 2015 ippreżentata fit-Tabella 7. B'mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E, dak li inizjalment ġie ppreżentat bħala l-kwartili ta' fuq, aktar tard ġie ppreżentat minn Starbucks bħala l-aktar valur osservat. L-inkonsistenzi jikkonċernaw ukoll l-użu ta' fattur ta' trasformazzjoni sabiex jesprimi royalty miftiehma bħala perċentwal tal-bejgħ, fejn Starbucks twettaq aġġustament mhux komuni sabiex tasal għal royalty espress bħala perċentwal tal-kostijiet (184). |
|
(352) |
Barra minn hekk, il-ftehimiet identifikati (185) huma relatati mal-liċenzjar tat-teknoloġija. Dan jista' jitqabbel ma' sitwazzjoni li fiha, Starbucks, permezz ta' Alki LP, toffri liċenzja tat-teknoloġija lil SMBV, għalkemm il-ftehimiet li bihom tingħata liċenzja tat-teknoloġija tal-kafè ma jidhrux li jeżistu waħidhom minn ftehim ta' liċenzja dwar id-ditti tal-kafè. SCTC ma toffri l-ebda liċenzja tat-teknoloġija lil SMBV li għaliha SMBV għandha tirċievi rimunerazzjoni permezz ta' valwazzjoni pożittiva ogħla fuq il-kafeni ħodor mixtrijin. |
|
(353) |
It-tieni l-Kummissjoni tosserva li l-ispejjeż kemm tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E u ċ-Ċentri ta' Appoġġ għall-Bdiewa kienu fuq medja ta' mhux aktar minn [0,5-1] % tal-valur tal-kafeni ħodor mixtrijin minn SCTC (186). Dawk l-ispejjeż huma ta' daqs komparabbli għall-kost tal-[programm ta' ċertifikazzjoni] deżinjazzjoni ta' [1,5-2] % fi proporzjon mal-prezz tal-kafeni ħodor użat għall-“[prodott tal-kafè e tal-programm ta' ċertifikazzjoni]”, li jkun il-prodott ta' SMBV li l-aktar li jinbiegħ (187). Fil-fatt, il-Programm tal-Prattiki C.A.F.E jidher li jikkonsisti fi programm ta' ċertifikazzjoni aktar komparabbli mad-deżinjazzjoni tal-[programm ta' ċertifikazzjoni] milli għal proprjetà intellettwali jew liċenzja tat-teknoloġija kif ippreżentat minn Starbucks. |
|
(354) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-prodotti tal-kafè mibjugħin minn SMBV lill-Ħwienet huma determinati fuq bażi ta' kost kif spjegat fil-Premessa 96. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ispejjeż diretti u indiretti tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E. huwa, għall-kuntrarju ta' dak li ssostni Starbucks, mod aktar xieraq sabiex jintlaħaq l-ipprezzar ta' distakkament tal-programm dwar il-prezz tal-kafeni ħodor mitluba lil SMBV. |
|
(355) |
Fir-rigward tal-valwazzjoni pożittiva tal-iffinanzjar ippreżentata fit-Tabella 6, il-Kummissjoni tosserva li l-metodu adottat ma jikkalkolax il-kost tal-kapital operatorju peress li l-ammonti pagabbli tal-klijent, li f'negozju normali jikkontribwixxu biex jiffinanzjaw il-kontijiet riċevibbli u l-inventarji, ma jitnaqqsux mill-ammont stmat għall-finanzjament (188). Possibbilment Starbucks tqis li l-kostijiet ta' finanzjament għandhom jiżdiedu peress li l-ftehimiet rigward il-kostijiet stmati tal-provvista huma bbażati fuq l-aġenti tax-xiri, li jista' jkun li ma jsirux is-sidien tal-oġġetti mibjugħin. Madankollu, dan mhuwiex ivvalutat jew ipprovat fl-analiżi mogħtija minn Starbucks. Għalhekk, valwazzjoni pożittiva ta' finanzjament komparabbli għal dik imressqa minn Starbucks ma tidhirx li hija ġġustifikata. |
|
(356) |
It-tielet, il-Figure 4 turi l-impatt fuq il-profitt ta' SCTC fi frank Żvizzeru (CHF) miż-żieda tal-valwazzjoni pożittiva fl-2011. Il-Figure 4 tippreżenta wkoll l-ispiża operattiva ta' SCTC, li ma uriet l-ebda żieda bħal din li kient mistennija minn importanza akbar ta' SCTC kif sostnut minn Starbucks. Għalhekk, l-ispiża operatorja f'perċentwal tal-kostijiet totali baqgħet stabbli u l-kostijiet operatorji kienu jkunu koperti permezz ta' rimunerazzjoni marbuta ma' COGS. Iż-żieda fil-valwazzjoni pożittiva minn [madwar 3 %] għal [madwar 18 %] bħala medja għall-2005 sal-2010 u mill-2011 sal-2014, rispettivament (189), irriżultat f'żieda għal erba' darbiet tal-profitti ta' SCTC, kif muri fil-Figure 4. Figura 4 Profittabilità ta' SCTC profitt gabel it-taxxa f’CHF (l-assi tax-xellug) OpEx (eskl. provvedimenti)/kostijiet totali f’% (l-assi tal-lemin) marġni gross (Bejgħ - COGS) f’CHF (l-assi tax-xellug) OpEx (eskl. provvedimenti) f’CHF (l-assi tax-xellug) f’CHF 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 |
|
(357) |
Għall-fini ta' kompletezza, il-Kummissjoni tosserva li t-telf ta' SMBV dwar l-attivitajiet tal-inkaljar mill-2010 jista' jitpoġġa f'relazzjoni maż-żieda fil-valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet imħallsa lil SCTC għall-kafeni ħodor (190), kif muri fil-Figure 5. Figura 5 Profittabilità tal-attività tal-inkaljar ta' SMBV profitt gross ta’ SMBV fuq l-attività tal-inkaljar (l-assi tax-xellug) telf gross ta’ SMBV fuq l-attività tal-inkaljar (l-assi tax-xellug) royalty imħallsa minn SMBV lil Alki skont is-sentenza tal-2008 ruling (l-assi tax-xellug) marġni rreġistrata minn SCTC fl-Iżvizzera fuq il-kafeni l-ħodor (l-assi tal-lemin) 22,8 million 1 million 1,7 million 2,5 million [16,5 – 19,5] % [16,5 – 19,5] % [19,5 – 22,5] % 5,8 million 12,4 million 24,3 million [16,5 – 19,5] % [4,5 – 7,5] % [4,5 – 7,5] % [4,5 – 7,5] % [4,5 – 7,5] % [4,5 – 7,5] % [4,5 – 7,5] % 20 % 15 % 10 % 5 % 0 % – 5 % – 10 % – 15 % 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 30 000 000 25 000 000 20 000 000 15 000 000 10 000 000 5 000 000 – 5 000 000 – 10 000 000 – 15 000 000 – 20 000 000 |
|
(358) |
Fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li sabiex wieħed jasal sa approssimazzjoni affidabbli ta' valwazzjoni pożittiva ta' distakkament għall-perjodu 2011 'il quddiem, il-valwazzjoni pożittiva ta' [madwar 3 %] għall-perjodu 2005 sal-2010 għandha tiżdied mill-kostijiet tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E. u sal-ammont tal-ispejjeż tad-deżinjazzjoni tal-[programm ta' ċertifikazzjoni]. Il-kost tad-deżinjazzjoni tal-[programm ta' ċertifikazzjoni] irrappreżent [1-1,5] % tal-kostijiet tal-kafeni ħodor mixtrijin minn SCTC lejn tmiem l-2014 u ġew tradotti fi [0,5-1] % tal-prezz mitlub lil SMBV (191). Valwazzjoni pożittiva ta' distakkament irreġistrata minn SCTC għall-perjodu tal-2011 'il quddiem għalhekk ikun sa [madwar 6 %] tal-ispejjeż tal-kafeni ħodor mixtrijin minn SCTC, li jikkorrispondu għall-marġni gross li jasal sa [madwar 9 %] fis-COGS ta' SCTC, mitluba minn SCTC lil SMBV. Għaldaqstant, il-valwazzjoni pożittiva b'medja ta' [madwar 18 %] fuq il-kostijiet tal-kafeni ħodor fornuti minn SCTC lil SMBV applikata effettivament mill-2011 sal-2014 ma tirriflettix approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(359) |
Fil-qosor, peress li r-rapport dwar l-ipprezzar ta' trasferiment jonqos milli jeżamina jew janalizza jekk il-prezz mitlub għall-kafeni ħodor minn SCTC lil SMBV huwiex f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, il-metodoloġija proposta f'dak ir-rapport sabiex jiġu determinati l-profitti taxxabbli ta' SMBV tibda minn metodoloġija li twassal għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Peress li l-applikazzjoni ta' dik il-metodoloġija twassal għal tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV skont is-sistema tat-taxxa ġenerali Olandiża fuq il-kumpaniji meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitti taxxabbli tagħhom huma determinati mis-suq, l-APA ta' SMBV, billi jaċċetta dik l-metodoloġija, għandu jitqies li jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(g) Konklużjoni dwar il-vantaġġ selettiv mogħti mill-APA ta' SMBV
|
(360) |
Kif konkluż fil-Premessi 339 sa 341, il-Kummissjoni tqis li paragun ma' tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati paragunabbli, b'mod partikolari l-arranġamenti tal-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar f'diversi ftehimiet ta' inkaljar, ta' manifattura u ta' distribuzzjoni li Starbucks ikkonkludiet ma' partijiet terzi, juri li l-valur ta' distakkament tar-royalty imħallsa minn SMBV lil Alki LP għall-IP tal-inkaljar għandu jkun żero. Konsegwentement, l-APA ta' SMBV, billi fih hija aċċettata metodoloġija għad-determinazzjoni tal-livell tar-royalty li skont din il-profitti kollha ġġenerati minn SMBV ta' aktar minn [9-12] % tal-ispiża operatorja huma ttrasferiti għal Alki LP (192), jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(361) |
Barra minn hekk, in-nuqqas min-naħa tar-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment milli jeżamina jew janalizza jekk il-prezz mitlub għall-kafeni ħodor minn SCTC lil SMBV huwiex f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta jfisser li l-metodoloġija proposta f'dak ir-rapport, aċċettata mill-APA ta' SMBV, għad-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli ta' SMBV fin-Netherlands, tagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-iskopijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
9.2.3.4.
|
(362) |
Kif hu spjegat fil-Premessa 282, huwa biss jekk ikun impossibbli li titqabbel tranżazzjoni intragrupp partikolari li għaliha jkun qed jintalab l-APA, b'kont meħud tal-funzjonijiet imwettqa, għal tranżazzjonijiet simili mhux ikkontrollati, li jkun iġġustifikat rikors għal paragun tal-funzjonijiet imwettqa. Kif spjegat fit-taqsima 9.2.3.3, il-Kummissjoni tqis li l-arranġamenti tar-royalties f'diversi ftehimiet ta' inkaljar u ta' manifattura u ta' distribuzzjoni li Starbucks ikkonkludiet ma' partijiet terzi jikkostitwixxu tranżazzjonijiet komparabbli mhux ikkontrollati għall-arranġament tar-royalties ta' SMBVs ma' Alki LP kif jirriżulta mill-APA ta' SMBV. |
|
(363) |
Mingħajr ħsara għal din il-konklużjoni li l-ebda paragun funzjonali ma kien iġġustifikat f'dan il-każ, il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-analiżi tar-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment tal-funzjonijiet imwettqa fl-applikazzjoni tat-TNMM ma tirriżultax f'approssimazzjoni affidabbli tar-riżultat fuq il-bażi tas-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(364) |
Biex issir stima xieraqa tar-rimunerazzjoni ta' distakkament tal-funzjonijiet, ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment għandu jkun involut f'paragun tal-funzjonijiet imwettqa minn kull parti għat-tranżazzjonijiet relatati. |
|
(365) |
F'metodi tal-ipprezzar ta' trasferiment unilaterali bħat-TNMM, ir-rimunerazzjoni tal-“parti ttestjata” biss hija analizzata għal skopijiet ta' pprezzar ta' trasferiment, irrispettivament mir-rimunerazzjoni li tirriżulta tal-partijiet l-oħra għat-tranżazzjoni. Bis-suppożizzjoni li SMBV hija l-“inqas funzjoni kumplessa” fir-relazzjoni bejn SMBV u Alki LP, il-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks ħa lil SMBV bħala l-“parti ttestjata” u ma eżaminax jekk il-profitt residwu allokat lil Alki LP huwiex proporzjonat għall-funzjonijiet, ir-riskji u l-assi ta' Alki LP. Starbucks tiġġustifika dik l-għażla fuq il-bażi li SMBV mhijiex sid ta' IP ta' valur u ma tidħolx għal riskji kummerċjali sinifikanti fit-twettiq tal-attivitajiet ta' rutina; Għalhekk, SMBV għandha tkun l-inqas entità kumplessa f'dik ir-relazzjoni (193). |
|
(366) |
Madankollu, ir-raġunament ta' Starbucks juri konfużjoni bejn il-kumplessità tal-funzjonijiet u r-riskji assunti. Il-paragrafu 3.18 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP (194) jispjega li l-għażla tal-“parti ttestjata” fl-applikazzjoni tat-TNMM għandha tkun konsistenti mal-analiżi funzjonali tat-tranżazzjoni (195). Bħala regola ġenerali, il-“parti ttestjata” hija dik li għaliha jista' jiġi applikat metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment fl-aktar manjiera affidabbli u li għaliha jistgħu jinstabu l-aktar prodotti simili affidabbli, jiġifieri ħafna drabi tkun dik li jkollha l-anqas analiżi funzjonali kumplessa. |
|
(367) |
Il-kumplessita u r-riskju huma distinti, għalkemm kunsiderazzjonijiet tar-riskju jidħlu fl-analiżi funzjonali. Il-kumplessità għandha tiġi vvalutata f'termini relattivi, jiġifieri, meta mqabbla mal-partijiet l-oħrajn involuti fit-tranżazzjonijiet. Il-paragrafu 3.18 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jirreferi għall-għażla tal-parti ttestjata f'dan ir-rigward għal funzjoni “anqas” kumplessa, aktar milli f'termini assoluti għal funzjoni li ma tkunx kumplessa (196). Ir-rekwiżit li tiġi vvalutata l-kumplessità tal-funzjonijiet meta mqabbla ma' partijiet oħrajn għat-tranżazzjojijiet jinsab ukoll fil-Paragrafi 1.21, 1.22 u 1.23 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP. Għaldaqstant, fejn jitħaddem it-TNMM għal skopijiet ta' pprezzar tat-trasferiment, il-funzjonijiet tal-parti l-oħra għat-tranżazzjoni, f'dan il-każ Alki LP, għandhom jiġu analizzati wkoll. L-informazzjoni dwar il-funzjonijiet ta' Alki LP kienet ċertament disponibbli għall-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża fil-mument tat-talba tal-APA ta' SMBV. |
|
(368) |
Madankollu, jekk jistgħu jiġu identifikati osservabbli diretti fir-rigward tat-tranżazzjonijiet relatati, dawn l-osservabbli għandhom iservu biex tiġi ddeterminata r-rimunerazzjoni tal-kumpanija involuta fi tranżazzjonijiet komparabbli (197). L-eżistenza ta' prodotti simili diretti biex tiġi ddeterminata r-rimunerazzjoni ta' distakkament hija dak li l-Kummissjoni ssostni b'mod effettiv fit-Taqsima 9.2.3.3. |
|
(369) |
Madankollu, fit-taqsima li ġejja, il-Kummissjoni tanalizza l-kumplessità relattiva tal-entitajiet tal-grupp involuti fit-tranżazzjonijiet ma' SMBV. |
|
(370) |
L-ewwelnett, SMBV twettaq numru ta' funzjonijiet minbarra l-funzjoni tagħha tal-inkaljar. Dan il-fatt, fih innifsu, jippreżenta diffikultà biex jinstabu komparabbli xierqa għal skopijiet tal-ipprezzar ta' trasferiment (198). Barra minn hekk, il-funzjoni tal-inkaljar imwettqa minn SMBV hija kritika għall-produtturi tal-kafè. SMBV twettaq jew tixtri wkoll riċerka dwar is-suq, iżżomm IP u tinvolvi ruħha f'kuntratti ma' manifatturi b'arranġamenti ta' sottokuntrattar. Fl-aħħarnett, ir-responsabbiltajiet tal-istabbiliment tal-prezz mhumiex definiti b'mod ċar u SMBV tidher li għandha grad ta' kontroll fuq il-prezzijiet riċevuti għall-oġġetti mibjugħa. |
|
(371) |
In-natura tar-rutina tal-funzjoni tal-inkaljar imwettqa minn SMBV iddikjarata mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment hija f'kuntradizzjoni mas-sottomissjonijiet tal-kompetituri, peress li tlieta mill-erba' kompetituri li rċevew talba ta' MIT mingħand il-Kummissjoni ma jissottokuntrattawx l-inkaljar. Fil-fatt, tnejn minn dawk il-kompetituri indikaw li huma jqisu l-funzjoni tal-inkaljar bħala kritika u għalhekk, fil-prinċipju, dawn ma jqisux li din tista' tiġi sottokuntrattata (199). Madankollu, il-fatt li l-funzjoni tal-inkaljar hija funzjoni importanti ma jfissirx neċessarjament li din hija wkoll kumplessa ħafna. |
|
(372) |
Madankollu, fil-każ speċifiku ta' SMBV, analiżi tal-ispiża operatorja tagħha turi spiża sinifikanti għar-riċerka tas-suq (200). Barra minn hekk, waħda mill-aktar spejjeż operatorji importanti ta' SMBV hija l-ammortizzazzjoni tal-assi intanġibbli. SMBV twettaq riċerka tas-suq, iżżomm IP sinifikanti, u kisbet IP addizzjonli fl-2012 għall-valur ta' EUR 4 miljun. Manifattur ta' rutina ma jinvolvix ruħu f'attivitajiet bħal dawn. |
|
(373) |
In-Netherlands isostni li dawk l-ispejjeż, li huma relatati ma' pagamenti għal-liċenzja ta' software u tas-sistema tal-IT għal sistemi standard tal-IT, mhumiex fil-fatt evidenza li SMBV tuża IP ta' valur. Pereżepmju, fil-każ tal-Kumpanija Y, kumpanija ddeħinjata bħala manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar tħalllas liċenzji għas-sistema tal-IT (201). Madankollu, fil-każ ta' SMBV, il-pagamenti ta' amortizzazzjoni tal-IP mhumiex relatati mat-tali tariffa ta' software, meta jitqies li t-tariffi tas-software huma rreġistrati taħt entrata għaliha fil-kontijiet ta' SMBV (202). |
|
(374) |
Kunsiderazzjonijiet bħal dawn mhumiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż fuq il-bażi tagħhom biss li SMBV mhijiex il-funzjoni l-anqas kumplessa. Il-kumplessità tal-funzjonijiet żgurati minn Alki LP għandhom jiġu vvalutati għal dan l-iskop ukoll. |
|
(375) |
L-attivitajiet ta' Alki LP huma vvalutati fil-Premessi (324) sa (329). Minn din il-valutazzjoni jirriżulta li l-kapaċità operatorja ta' Alki LP hija limitata ħafna għal waħda ineżistenti, peress li ma għandha l-ebda impjegat u l-ebda sieħeb tagħha ma għandu impjegati. |
|
(376) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks ma kienx iġġustifikat meta għażel lil SMBV bħala l-anqas funzjoni kumplessa meta mqabbla ma' Alki LP għall-analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment. |
|
(377) |
Konsegwentement, peress li l-metodoloġija għad-determinazzjonli tal-bażi tat-taxxa ta' SMBV fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment kienet imsejsa fuq is-suppożizzjoni żbaljata li SMBV għandha tkun il-“parti ttestjata” għall-applikazzjoni tat-TNMM, dik il-metodoloġija ma tirriżultax f'approssimazzjoni affidabbli tar-riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Peress li l-approvazzjoni fl-APA ta' SMBV ta' dik il-metodoloġija twassal għal tnaqqis fl-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV skont is-sistema Olandiża tat-taxxa fuq il-kumpaniji meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabli tagħhom skont dik is-sistema huwa ddeterminat mis-suq, dak l-APA għandu jitqies li jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
9.2.3.5.
|
(378) |
Fit-taqsimiet ta' qabel il-Kummissjoni wriet li r-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jonqos milli jeżamina jekk il-pagament tar-royalties magħmul minn SMBV lil Alki LP għal-liċenzjament tal-IP tal-inkaljar, li hija t-tranżazzjoni intragupp li għaliha ntalab u ngħata b'mod effettiv l-APA ta' SMBV (203), huwiex f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Imbagħad uriet li r-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment janalizza b'mod żbaljat il-kumplessità tal-kumpaniji kollha tal-grupp għall-applikazzjoni tat-TNMM. Huwa mingħajr preġudizzju għal dawn il-konklużjonijiet, li minnhom infushom jippermettu lill-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-APA ta' SMBV jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV fil-forma tat-tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa fin-Netherlands, li l-Kummissjoni tissottometti wkoll, għall-finijiet ta' kompletezza, li l-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks applika t-TNMM b'mod żbaljat fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment. |
(a) Il-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks identifika b'mod żbaljat il-funzjonijiet ewlenin ta' SMBV fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment
|
(379) |
Għall-iskopijiet tal-ipprezzar ta' trasferiment, l-għażla tal-metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment u l-għażla tal-prodotti simili huma determinati fuq il-bażi tal-analiżi funzjonali tal-kumpaniji li għaliha qed jintalab APA. Skont l-analiżi funzjonali ppreparata mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks, il-kontribut funzjonali primarju ta' SMBV għall-grupp Starbucks huwa relatat mal-attivitajiet tal-inkaljar/manifattura (204). Abbażi ta' dik is-suppożizzjoni, il-konsulent tat-taxxa jqis lil SMBV bħala manifattur tal-kafè ta' riskju baxx li twettaq funzjonijiet ta' rutina u għalhekk hija l-“anqas entità kumplessa” għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-TNMM. |
|
(380) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet id-dubju li n-Netherlands aċċetta b'mod żbaljat il-klassifikazzjoni ta' SMBV bħala manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar ta' riskju baxx fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment (205). |
|
(381) |
Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata min-Netherlands u Starbucks waqt l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-konsulent tat-taxxa għażel b'mod żbaljat lil SMBV bħala manifattur ta' riskju baxx. B'mod aktar speċifiku, l-informazzjoni pprovduta fuq id-dħul ta' SMBV turi li l-inkaljar mhuwiex is-sors ewlieni tad-dħul ta' SMBV. Kif muri fit-Tabella 2, id-dħul mill-bejgħ tal-kafè inkaljat kif irreġistrat taħt l-entrata “DĦUL MINN KAFÈ PPAKKJAT” (206) jirrappreżenta biss [15-20] % mid-dħul ta' SMBV fl-2013 u fl-2014. Fl-2007, jiġifieri, fiż-żmien li fih ġie konkluż l-APA ta' SMBV, dak il-proporzjon kien sostanzjalment fl-istess livell ta' [15-20] %. |
|
(382) |
Minflok, SMBV tagħmel ħafna mill-profitti tagħha rreġistrati fin-Netherlands minn attività differenti minn dik tal-inkaljar. Tabilħaqq, il-funzjoni ta' bejgħ mill-ġdid ta' SMBV, imsejħa l-forniment ta' servizzi loġistiċi u amministrattivi min-Netherlands u minn Starbucks (207), tidher aktar importanti mill-attività tagħha tal-inkaljar u kienet responsabbli għal [80-85] % tad-dħul ta' SMBV fl-2013 u fl-2014. Fl-2007, abbażi ta' dejta li kienet disponibbli fiż-żmien li ntalab l-APA ta' SMBV, dan il-proporzjon kien ta' [75-80] %. Barra minn hekk, f'dak iż-żmien, [10-30] minn [40-60] impjegat ta' SMBV kienu attivi f'dik l-attività. SMBV kienet ukoll fi tliet relazzjonijiet kuntrattwali relatati mad-distribuzzjoni u l-loġisitika |
|
(383) |
Bil-maqlub għad-dikjarazzjoni tan-Netherlands li l-kostijiet ta' prodotti mhux tal-kafè huma kostijiet pass-through għal SMBV (208), SMBV fil-fatt tirreġistra marġni fuq il-bejgħ mill-ġdid ta' prodotti mhux tal-kafè. Barra minn hekk, il-funzjoni tal-bejgħ mill-ġdid ta' SMBV mhux biss tirrappreżenta s-sors ewlieni tad-dħul ta' SMBV, iżda tirrappreżenta wkoll l-uniku sors ta' profitt ta' SMBV sa mill-2010, meta wieħed iqis li l-attività tal-inkaljar ta' SMBV ilha tagħmel telf minn dik is-sena (209), mingħajr ħsara għall-kwistjoni ta' jekk dak it-telf fuq l-attivitajiet tal-inkaljar kienx ikkawżat minn ipprezzar żbaljat tal-kafeni ħodor (210). |
|
(384) |
In-Netherlands jargumenta wkoll li ma kellux għalfejn jitlob aktar informazzjoni minn kemm ġiet ipprovduta minn Starbucks lill-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħu fil-mument tat-talba ta' APA, għaliex kien midħla tan-negozju ta' SMBV, peress li l-APA kien it-tiġdid ta' sentenza preċedenti (211). Madankollu, il-fatt li n-Netherlands injora l-fatt li ħafna mid-dħul ta' SMBV ġej mill-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti mhux tal-kafè jikkontradixxi biċ-ċar mad-dikjarazzjoni tiegħu li l-amministrazzjoni tat-taxxa kienet midħla tan-negozju ta; SMBV (212). |
|
(385) |
Għalkemm ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jirrikonoxxi li SMBV terġà tbigħ il-produzzjoni mixtrija minn partijiet terzi lill-Ħwienet, dan jinjora din il-funzjoni meta jagħżel il-prodotti simili u indikatur tal-livell tal-profitt għall-applikazzjoni tat-TNMM. Għaldaqstant, il-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks naqas milli jwettaq valutazzjoni kritika biex jidentifika l-funzjonijiet prinċipali ta' SMBV għall-analiżi tal-ipprezzar ta' trasferiment (213). |
|
(386) |
B'hekk, il-funzjoni prinċipali ta' SMBV kienet identifikata b'mod insuffiċjenti fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks u aċettata b'mod żbaljat mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiza bħala l-bażi għall-kalkolu tar-rimunerazzjoni aċċettata fl-APA ta' SMBV. |
(b) Il-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks uża b'mod żbaljat l-ispejjeż operatorji bħala indikatur tal-livell tal-profitt fl-applikazzjoni tat-TNMM
|
(387) |
Il-paragrafu 2.87 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jindika li normalment u soġġetti għall-fatti tal-każ, l-ispejjeż operatorji tal-bejgħ jew tad-distribuzzjoni jistgħu jkunu bażi xierqa għall-attivitajiet tad-distribuzzjoni meta jintuża t-TNMM (214). |
|
(388) |
Skont in-Netherlands, anki jekk l-attivitajiet ta' SMBV ma kinux iddeterminati b'mod korrett fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, l-ispejjeż operatorji huma indikatur xieraq għall-profittabilità fl-applikazzjoni tat-TNMM. Madankollu, peress li l-profitti ta' SMBV huma ġġenerati u rreġistrati permezz ta' marġni fuq il-prodotti mqassma, il-Kummissjoni tqis il-bejgħ bħala indikatur aktar adegwat tal-funzjoni ta' bejgħ mill-ġdid li tiġġenera l-profitt ta' SMBV. Barra minn hekk, bejn l-2008 u l-2014 (215), il-bejgħ totali ta' SMBV żdied bi kwazi tliet darbiet, filwaqt li l-marġni gross żdied b'aktar mid-doppju matul l-istess perjodu (216). B'kuntrast, l-ispejjeż operatorji ta' SMBV żdiedu b'6 % biss, u għalhekk l-ispejjeż operatorji ma jistgħux jitqiesu bħala indikatur adegwat tal-attività ta' bejgħ mill-ġdid li tiġġenera l-profitt ta' SMBV. |
|
(389) |
Fil-fatt, il-profitti ta' SMBV li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' bejgħ mill-ġdid tagħha huma rreġistrati fin-Netherlands u ma huma attribwiti għall-ebda membru ieħor tal-grupp f'pożizzjoni li jiġġenera dawn il-profitti. Fil-fatt, il-ħlas tar-royalties bħala profitt residwu iċaqlaq b'mod effettiv il-profitti li SMBV tagħmel mill-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti mhux tal-kafè lejn Alki LP. Madankollu, l-ebda wieħed mill-komponenti allegati tal-pagament tar-royalties ma għandu xi relazzjoni mal-profitti mill-funzjoni tal-bejgħ mill-ġdid ta' SMBV, peress li Alki LP mhijiex f'pożizzjoni li tiġġenera profitti attivi mill-bejgħ mill-ġdid ta' prodotti mhux tal-kafè, u ma għandha l-ebda kapaċità operattiva la b'mod dirett u lanqas permezz tas-sħab tagħha (217). Għalhekk, li dawk il-profitti jiġu attibwiti għal Alki LP permezz ta' pagament tar-royalties fuq il-bażi tal-profitti residwi mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(390) |
Barra minn hekk, il-profitti rreġistrati għandhom jiġu attribwiti, għaliex huma realtà ekonomika, li ma tistax tiġi sostitwita bl-użu ta' mudell ekonomiku jew tal-ipprezzar ta' trasferiment li għandu bħala l-għan tiegħu l-approssimazzjoni tar-realtà ekonomika fl-assenza ta' osservabbli (diretti). Fil-każ ta' SMBV, il-profitti mill-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti mhux tal-kafè mhumiex attribwiti permezz ta' rimunerazzjoni fi kwalunkwe forma lil xi entità oħra fil grupp jew lil xi parti terza li tkun f'pożizzjoni li tiġġenera profitti attivi mill-bejgħ mill-ġdid ta' prodotti mhux tal-kafè u, għalhekk, dawn għandhom jiġu attribwiti lil SMBV. |
|
(391) |
Għalhekk, il-konsulent tat-taxxa uża b'mod żbaljat l-ispejjeż operatorji minflok il-bejgħ bħala indikatur tal-livell tal-profitt fl-applikazzjoni tat-TNMM. |
(c) Analiżi funzjonali bbażata fuq il-funzjoni tal-bejgħ mill-ġdid ta' SMBV u rimunerazzjoni bbażata fuq il-marġni tal-bejgħ kienu jwasslu għal livell ta' rimunerazzjoni ogħla
|
(392) |
Biex turi l-impatt tal-identifikazzjoni żbaljata tal-konuslent tat-taxxa ta' Starbucks tal-funzjonijiet ewlenin ta' SMBV u l-għażla inadatta tiegħu tal-ispejjeż operatorji bħala indikatur tal-livell tal-profitt, il-Kummissjoni rreplikat l-analiżi tal-konsulent tat-taxxa bi grupp ta' pari tal-kumpaniji kkoreġut fuq il-bażi tal-funzjoni ta' bejgħ mill-ġdid ta' SMBV u kkalkolat valwazzjoni pożittiva fuq il-bejgħ għal dak il-grupp ta' pari kkoreġut. |
|
(393) |
Minħabba li l-attività tan-negozju ewlenija ta' SMBV ġiet identifikata b'mod żbaljat fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, il-grupp tal-pari tal-prodotti simili użat mill-konsulent tat-taxxa biex tiġi ddeterminata rimunerazzjoni għall-funzjonijiet imwettqa mill-kodiċi SMBV — NACE “L-ipproċessar tat-te u l-kafè” (218) — daqstant ieħor mhux xieraq fl-applikazzjoni tat-TNMM. Biex tikkoreġi għall-grupp tal-pari, il-Kummissjoni wettqet analiżi simili, ibbażata fuq il-bażi tad-dejta ta' Amadeus kif użata fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferimenmt, bl-użu tal-kodiċi NACE “Bejgħ bl-ingrossa ta' kafè, te, kawkaw u ħwawar”. Il-kriterji tal-għażla l-oħrajn użati mill-Kummissjoni biex tagħżel il-grupp tal-pari kienu identiċi għal dawk użati mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment (219). |
|
(394) |
Għall-finijiet ta' tqabbil, il-Kummissjoni mbagħad neħħiet il-kumpaniji mill-grupp tal-pari kkoreġut li prinċipalment iqassmu prodotti għajr il-kafè u t-te (bħal ħwawar, zokkor jew kumpaniji li jbigħu tagħmir biss), filwaqt li l-kumpaniji li nżammu kienu involuti fl-inkaljar, li rriżultaw fi tnax il-kumpanija komparabbli. |
|
(395) |
Peress li nofs minn dawk it-tnax-il kumpanija ma rrapportawx dejta dwar l-ispejjeż operatorji (220), u peress li dik id-dejta hija sensittiva għad-differenzi ta' kontabilità bejn il-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, il-Kummissjoni kkalkolat valwazzjoni pożittiva fuq il-bejgħ għall-kumpaniji fil-grupp tal-pari kkoreġut. Ir-riżultat ta' dawn il-kalkoli huwa muri fit-Tabella 12. Tabella 12 Analiżi tal-komparabbli bbażata fuq id-distribuzzjoni bl-ingrossa
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(396) |
Analiżi tal-grupp tal-pari ta' kumpaniji attivi b'mod prinċipali fid-distribuzzjoni bl-ingrossa tal-kafè tirriżulta f'redditu medjan fuq il-bejgħ ta' 3,1 %, b'firxa interkwartili ta' 1,5 % sa 5,5 %. Għalkemm il-firxa interkwartili hija biss ippreżentata f'punt wieħed tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP fost firxiet oħrajn possibbli biex jiġi indirizzat it-tħassib ta' komparabilità (221), din spiss tintuża mill-konsulenti tat-taxxa. Madankollu, sabiex jiġi evitat milli jingħata vantaġġ lil kumpaniji li jirrikorru għall-ipprezzar ta' trasferiment, il-punt fil-firxa li huwa l-eqreb għall-eżitu l-aktar probabbli għandu jintuża għall-iskopijet ta' pprezzar ta' tranżazzjonijiet ikkontrollati. |
|
(397) |
F'dan il-każ, il-bażi tat-taxxa ta' SMBV kif iddeterminata mill-APA ta' SMBV tiġi barra mill-firxa interkwartili kkalkolata fuq il-bażi tal-grupp tal-pari kkoreġut b'rimunerazzjoni bbażata fuq valwazzjoni pożittiva fuq il-bejgħ. Kif ippreżentat fit-Tabella 13, f'kull sena mill-2008, il-profitt taxxabbli ta' SMBV ikkalkolat fuq il-bażi tal-APA ta' SMBV kien anqas mill-profitt taxxabbli tagħha fil-punt t'isfel ta' dik il-firxa, jiġifieri 1,5 % tal-bejgħ: Tabella 13
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(398) |
Il-firxa interkwartili ta' 1,5 % sa 5,5 % hija bbażata fuq id-dejta finanzjarja mill-perjodu tal-2005 sal-2007, li huwa l-aktar perjodu riċenti qabel l-APA ta' SMBV. Is-sejba li l-bażi tat-taxxa maqbula f'dak l-APA taqa' 'l barra mill-firxa hija valida wkoll għal perjodi differenti ta' osservazzjoni (222). |
|
(399) |
Il-fatt li l-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks kien żbaljat meta kkunsidra lil SMBV bħala kumpanija tal-manifattura b'rimunerazzjoni bbażata fuq l-ispejjeż operatorji għall-finijiet ta' stima ta' rimunerazzjoni ta' distakkament għal SMBV huwa kkonfermat ukoll minn paragun tad-dejta interna ma' SMC. SMC hija l-unika kumpanija oħra tal-grupp Starbucks li twettaq l-attivitajiet tal-inkaljar internament (223). Peress li dik il-kumpanija hija kkonsolidata għal skopijiet tat-taxxa ma' Starbucks tal-Istati Uniti, ma hemm l-ebda inċentiv għal Starbucks biex iċċaqlaq il-profitti ta' dik il-kumpanija permezz ta' royaly imħallsa lil Starbucks Corporation. Għalhekk, għalkemm li l-kontijiet ta' SMC mhumiex awditjati, dawn huma stabbiliti għal skopijiet kummerċjali ġenwini fin-nuqqas tal-kunsiderazzjonijiet tat-taxxa. Abbażi ta' dawn il-kontijiet, SMC hija aktar minn [40-50] darba aktar profitabbli mir-rimunerazzjoni miftiehma għal SMBV fl-APA ta' SMBV meta jitiqies redditu fuq l-ispejjeż operatorji. Kif hu spjegat fil-Premessa 140 u muri fit-Tabella 9, filwaqt li l-APA ta' SMBV jaqbel fuq il-valwazzjoni pożittiva ta' [9-12] % ta' profitti fuq l-ispiża operatorja, dak il-proporzjon kien ta' madwar 500 % għal SMC matul l-aħħar erba' perjodi ta' kontabilità. |
|
(400) |
L-iskop tal-eżerċizzju mwettaq mill-Kummissjoni fil-Premessi 392 sa 398 mhuwiex li jikkalkola r-rimunerazzjoni ta' distakkament għall-funzjonijiet imwettqa minn SMBV fi ħdan il-grupp Starbucks. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-firxa ppreżentata hawn fuq mhijiex appoġġata minn analiżi ta' paragun suffiċjenti u li l-eżerċizzju huwa sempliċiment maħsub li jirreplika u jidduplika l-analiżi tal-konsulenti tat-taxxa jekk il-funzjonijiet kienu ġew identifikati b'mod korrett. Minflok, l-iskop tal-eżerċizzju mwettaq mill-Kummissjoni huwa li juri li anki jekk il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni fit-Taqsimiet 9.2.3.3 u 9.2.3.4 kienu ħżiena, l-identifikazzjoni żbaljata tal-konsulent tat-taxxa tal-funzjonijiet elwenin ta' SMBV u l-għażla mhux xierqa tiegħu tal-ispejjeż operatorji bħala l-indikatur tal-livell tal-profitt fl-applikazzjoni tat-TNMM jikkonfermaw li l-metodoloġija proposta minnu fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment u aċċettata mill-APA ta' SMBV għad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa ta' SMBV fin-Netherlands ma tirriżultax f'approssimazzjoni affidabbli tar-riżultat fuq il-bażi tas-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Peress li dik il-metodoloġija tirriżulta fi tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV skont is-sistema ġenerali Olandiża tat-taxxa fuq il-kumpaniji meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom skont dik is-sistema huwa ddeterminat mis-suq, l-APA ta' SMBV, billi fiha hija aċċettata dik il-metodoloġija, għandu jitqies bħala wieħed li jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-iskopijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(d) L-inadegwatezza tal-aġġustament tal-kapital operatorju
|
(401) |
Fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, il-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks jipproponi “Aġġustament ta' Valwazzjoni Pożittiva ta' Konverżjoni”, li huwa ppreżentat min-Netherlands bħala l-aġġustament tal-kapital operatorju, iżda l-metodoloġija użata ma tqisx il-livell tal-kapital operatorju tal-komparabbli kif ukoll ta' SMBV. Il-kapital operatorju huwa s-somma tal-inventarji u tar-riċevibbli tan-negozju li għandhom jiġu ffinanzjati netti mill-pagabbli tan-negozju. M'hemm l-ebda relazzjoni kostanti bejn is-COGS użat fl-aġġustament u l-ħtiġijiet ta' kapital operatorju. B'mod partikolari, kumpanija b'ammont kbir ta' kost tal-materja prima jista' jkollha ħtiġijiet baxxi ta' kapital operatorju jekk tipproċessal-istokk tagħha b'mod effiċjenti. L-aġġustamenti tal-kapital operatorju huma mmirati sabiex ikopru d-differenzi possibbli fl-ipproċessar tal-istokk u tar-riċevibbli u tal-pagabbli tan-negozju, li mhumiex koperti mill-ammont ta' materja prima użata mill-kumpanija. |
|
(402) |
Għalhekk il-Kummissjoni tqis l-“aġġustament tal-kaptial operatorju” tal-konsulent tat-taxxa inadatt għall-għan iddikjarat u li jaġġusta għad-differenzi fl-użu tal-kapital operatorju. Ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal dak l-aġġustament fis-sett tal-fatti ppreżentat fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment. Għalhekk, l-argument tan-Netherlands li l-metodu ppreżentat fl-Anness għall-Kapitolu III tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD, għalkemm f'dak iż-żmien kien disponibbli, ma kienx parti mill-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD, li kienu applikabbli fil-mument li fih l-APA daħal fis-seħħ (224), huwa irrilevanti |
|
(403) |
Bi tweġiba għad-dubji espressi mill-Kummissjoni dwar l-aġġustament tal-kapital operatorju fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (225), in-Netherlands ipprovda simulazjoni ta' valwazzjoni pożittiva kkalolata bl-użu tal-metodoloġija tal-aġġustament għal perjodi ta' żmien differenti, billi uża rata tal-imgħax differenti u finalment billi uża l-istess rata tal-imgħax bħala referenza, iżda mbagħad naqqas minflok ma żied 50 punt bażi. Madankollu, dawn is-simulazzjonijiet ma jindirizzawx dawk id-dubji. Il-Kummissjoni ma esprimietx dubji dwar il-perjodu ta' żmien użat mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment. Minflok, fil-Premessa 101 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni tinnota li r-rimunerazzjoni tal-materja prima ipotetika kienet stmata b'referenza għall-EURIBOR li magħha żdiedet firxa ta' 50 punt bażi, li l-livell tagħha mhuwiex spjegat. In-Netherlands ma jispjegax dak il-livell billi jippreżenta simulazzjonijiet b'rati tal-imgħax differenti u firxa differenti ta' nieqes 50 punt bażi, li tibqa' mhux spjegata. |
|
(404) |
Rigward is-simulazzjoni pprovduta min-Netherlands, fejn il-profitti ta' qabel it-taxxa ta' SMBV diviżi bil-kostijiet sħaħ, inkluż is-COGS, huma mqabblin mal-proporzjon tal-profitt ta' qabel it-taxxa għall-kostijiet totali tal-kompetituri (226), il-Kummissjoni tinnota li n-Netherlands tieħu firxa li hija bbażata fuq informazzjoni ddatata minn wara l-APA ta' SMBV. Jekk tiġi stabbilita firxa interkwartili tal-profitt ta' qabel it-taxxa fuq il-kostijiet totali fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja tal-pari għall-perjodu tal-2001-2005, kif użata fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, din il-firxa tkun ta' 4,9 % sa 13,1 % u l-profitti ta' SMBV matul dak il-perjodu jkunu barra minn dik il-firxa (227). Pereżempju, fl-2008 il-profitti ta' qabel it-taxxa ta' SMBV fuq il-kostijiet totali kienu ta' 1,2 % u naqsu għal 0,5 % fl-2014. |
|
(405) |
In-Netherlands jirreferi wkoll għal artiklu tal-International Transfer Pricing Journal tal-2012 li jargumenta li kemm għall-manifatturi żviluppati b'mod sħiħ kif ukoll għal dawk b'sottokuntrattar jew b'kuntratt, il-kostijiet totali, inkluż is-COGS, huma l-aktar indikatur tal-livell tal-profitt xieraq. L-artiklu jippreżenta wkoll tqabbil bejn il-marġni fuq il-kostijiet totali tal-manifatturi żviluppati b'mod sħiħ u ta' manifatturi b'arranġamenti ta' sottokuntrattar jew ta' kuntratt. Din l-analiżi turi, fuq il-bażi tal-kampjun magħżul, li l-manifatturi b'arranġamenti ta' sottokuntrattar u ta' kuntratt ikollhom marġnijiet ogħla fuq il-kostijiet totali mill-manifatturi żviluppati b'mod sħiħ. Madankollu, minkejja l-validità ġenerali tal-eżitu tal-istudju empiriku ppreżentat fl-artiklu, is-sejbiet tal-artiklu jikkontradixxu minflok ma jsostnu l-argument tan-Netherlands li l-profitabbiltà ta' manifatturi ta' riskju baxx għandha tiġi aġġustata 'l isfel meta mqabbla ma' manifatturi żviluppati b'mod sħiħ. Dan għaliex in-Netherlands aċċetta tnaqqis tal-marġni fuq il-kostijiet biex jitqies il-fatt li SMBV ma tkunx manifattur żviluppat b'mod sħiħ, filwaqt li s-sejbiet empriċi tal-artiklu jidhru li jindikaw li kien ikun xieraq li jintuża marġni ogħla. |
|
(406) |
Fl-aħħar nett, ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jaċċetta wkoll tnaqqis konsiderevoli fil-bażi tal-kost użat biex tiġi kkalolata l-bażi tat-taxxa fl-2008 meta mqabbla mal-arranġament preċedenti billi jiġu esklużi l-kostijiet tal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1], għalkemm l-attivitajiet ta' SMBV ma nbidlux u r-relazzjoni kummerċjali mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1] ma nbidlitx lanqas. Flimkien mal-klassifikazzjoni ħażina tal-attivitajiet attwali ta' SMBV, dak l-aġġustament ma jidhirx motivat biżżejjed. |
|
(407) |
Fil-qosor, anki jekk l-analiżi ta' dak li hu komparabbli ma kinitx ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-attivitajiet ta' SMBV bħala inkaljar tal-kafè u anki li kieku l-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks ma użax b'mod żbaljat l-ispiża operatorja minflok il-bejgħ bħala indikatur tal-livell tal-profitt fl-applikazzjoni tat-TNMM, l-użu tal-aġġustament tal-kapital operatorju u l-esklużjoni tal-kostijiet tal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1] mill-bażi tat-taxxa ta' SMBV ifissru li l-metodoloġija proposta mir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment u aċċettatta fl-APA ta' SMBV ma tirriżultax f'approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(408) |
Billi fih hija aċċettata dik il-metodoloġija, li twassal għal tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV taħt is-sistema ġenerali Olandiża tat-taxxa fuq il-kumpaniji meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom skont dik is-sistema huwa ddeterminat mis-suq, l-APA ta' SMBV jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-iskopijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
9.2.4. Linja sussidjarja ta' raġunemt: Il-vantaġġ selettiv minħabba deroga mid-Digriet
|
(409) |
In-Netherlands u Starbucks argumentaw li d-Digriet jikkostitwixxi s-sistema ta' referenza xierqa li abbażi tagħha trid tiġi ddeterminata l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv li jirriżulta mill-APA ta' SMBV. |
|
(410) |
Kif osservat fil-Premessi 245 sa 251, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argumenti tan-Netherlands u ta' Starbucks li jikkonċernaw is-sistema ta' referenza applikabbli. Madankollu, f'linja sussidjarja ta' raġunemnt, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-APA ta' SMBV jagħti wkoll lil SMBV vantaġġ selettiv fil-kuntest tas-sistema ta' referenza aktar limitata komposta minn grupp ta' kumpaniji li japplikaw ipprezzar ta' trasferiment li għalih japplikaw l-Arikolu 8b(1) tas-CIT u d-Digriet. |
|
(411) |
L-Artikolu 8b(1) tas-CIT u d-Digriet huma meqjusin li jistabbilixu l-“prinċipju ta' distakkament” skont il-liġi tat-taxxa Olandiża, li skont din it-tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji intragrupp għandhom jiġu remunerati daqslikieku ġew maqbula minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. B'mod partikolari, il-preambolu għad-Digriet jispejga li l-prinċipju ta' distakkament kif stabbilit fil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP ġie traspost f'liġi domestika u li dawk il-linji gwida japplikaw b'mod dirett għan-Netherlands (228). |
|
(412) |
Meta wieħed iqis li l-Kummissjoni diġà wriet fit-Taqsima 9.2.3.1 li l-APA ta' SMBV japprova ċerti għażliet metodoloġiċi li saru mill-konsulent tat-taxxa ta' Starbucks għal skopijiet ta' pprezzar ta' trasferiment li ma jistgħux jitqiesu li jirriżultaw f'approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq li jwassal għal tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV fin-Netherlands, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi b'mod simli li l-APA jagħti wkoll lok għal vantaġġ selettiv skont il-qafas ta' referenza aktar limitat tal-Artikolu 8b(1) tas-CIT u d-Digriet. |
9.2.5. Ġustifikazzjoni
|
(413) |
La n-Netherlands u lanqas Starbucks ma ressqu xi ġustifikazzjoni possibbli għat-trattament selettiv ta' SMBV bħala riżultat tal-APA ta' SMBV. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-piż tal-istabbiliment ta' ġustifikazzjoni bħal din jaqa' f'idejn l-Istat Membru. |
|
(414) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tidentifika xi raġuni possibbli għall-ġusitifikazzjoni tat-trattament preferenzjali li minnu SMBV tibbenefika b'riżultat tal-APA ta' SMBV li jista' jingħad li joħroġ b'mod dirett mill-prinċipji intrinsiċi, bażiċi jew ta' gwida tas-sistema ta' referenza jew li huwa r-riżultat ta' mekkaniżmi inerenti meħtieġa għall-funzjonament u l-effettività tas-sistema (229), kemm jekk dik is-sistema ta' referenza hija s-sistema ġenerali Olandiża tat-taxxa fuq il-kumpaniji, kif stabbilta mill-Kummissjoni, kif ukoll jekk hija d-Digriet, kif irrakkomandat min-Netherlands u Starbucks. |
9.2.6. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv
|
(415) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-APA ta' SMBV, bl-approvazzjoni ta' metodu biex wieħed jasal għal allokazzjoni tal-profitt lil SMBV fi ħdan il-grupp Starbucks li ma jistax jitqies li jirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament u li jirriżulta fi tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV taħt is-sistema ġenerali Olandiża tat-taxxa fuq il-kumpanijii meta mqabbla ma' kumpaniji mhux intergrati li l-profitt taxxabbli tagħhom skont dik is-sistema huwa ddeterminat mis-suq, jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(416) |
B'linja sussidjarja ta' raġunament, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-APA ta' SMBV, billi skont id-Digriet, fuq il-bażi tal-Artikolu 8b(1) tas-CIT, japprova metodu biex tinkiseb allokazzjoni tal-profitt lil SMBV li ma tistax titqies li tirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament u li tirriżulta fi tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV meta mqabbla ma' kumpaniji ta' grupp oħrajn taxxabbli fin-Netherlands, jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
9.3. Il-benefiċjarju tal-miżura kkontestata
|
(417) |
Il-Kummissjoni tqis li l-APA ta' SMBV jagħti vantaġġ selettiv lil SMBV skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, peress li jwassal għal tnaqqis fil-profitt taxxabbli ta' dik l-entità fin-Netherlands meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitti taxxabbli tagħhom huma ddeterminati bi tranżazzjonijiet konklużi bit-termini tas-suq. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li SMBV tagħmel parti minn grupp korporattiv multinazzjonali, jiġifieri l-grupp Starbucks, bir-rimunerazzjoni tar-rwol ta' SMBV fi ħdan dal-grupp li hija s-suġġett tal-APA ta' SMBV. |
|
(418) |
Entitajiet ġuridiċi separati jistgħu jitqiesu li jiffurmaw unità ekonomika waħda għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Imbagħad, dik l-unità ekonomika titqies li hija l-impriża rilevanti li qed tibbenefika mill-miżura ta' għajnuna. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, “[f]il-liġi tal-kompetizzjoni, it-terminu ‘impriża’ irid jinftiehem li jkopri unità ekonomika […] anki jekk fil-liġi dik l-unità ekonomika tikkonsisti f'bosta persuni, fiżiċi jew ġuridiċi.” (230) Biex jiġi ddeterminat jekk diversi entitajiet jifformawx unità ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja tħares lejn l-eżistenza ta' sehem li jagħti kontroll jew rabtiet funzjonali, ekonomiċi jew organiċi (231). F'dan il-każ, SMBV hija kkontrollata bis-sħiħ minn Alki LP, li min-naħa l-oħra din hija kkontrollata minn kumpaniji tal-grupp Starbucks (232). |
|
(419) |
Barra minn hekk, huwa l-grupp Starbucks li ħa d-deċiżjoni li jistabbilixxi SMBV fin-Netherlands u b'hekk il-grupp Starbucks huwa dak li jibbenefika mill-APA ta' SMBV peress li dak l-APA, kif indikat fil-Premessa 45, jistabbilixxi l-profitt li għandu jiġi allokat lil SMBV fi ħdan dak il-grupp korporattiv għall-funzjonijiet li tipprovdi lill-kumpaniji ta' dak il-grupp. L-APA ta' SMBV huwa, wara kollox, deċiżjoni li taċċetta metodoloġija tal-ipprezzar ta' trasferiment għat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp Starbucks, biex b'hekk kull trattament tat-taxxa favorevoli mogħti lil SMBV mill-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża, ikun ta' benefiċċju għall-grupp Starbucks sħiħ billi jipprovdi riżorsi addizzjonali mhux biss lil SMBV, iżda anki lill-grupp kollu. Fi kliem ieħor, kif ġie diskuss fil-Premessa 257, meta l-ipprezzar ta' trasferiment huwa meħtieġ biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet għal prodotti u servizzi fi ħdan diversi entitajiet ġuridiċi tal-istess grupp uniku, l-effetti tal-istabbiliment ta' prezz ta' trasferiment jaffettwaw, minħabba n-natura ta' dan l-istabbiliment stess, aktar minn kumpanija waħda fil-grupp (żieda fil-prezz f'kumpanija waħda tnaqqas il-profitt tal-oħra). |
|
(420) |
Għaldaqstant, minkejja l-fatt li l-grupp huwa organizzat f'personalitajiet ġuridiċi differenti, fil-kuntest ta' arranġament tal-ipprezzar ta' trasferiment dawk il-kumpaniji għandhom jitqiesu bħala grupp wieħed li jibbenefika mill-miżura ta' għajnuna kkontestata (233). |
|
(421) |
Finalment, f'dan il-każ id-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa ta' SMBV fin-Netherlands tinfluwenza l-ħlasijiet kollha tar-royalties lil Alki LP peress li r-royalty tikkorrispondi għal kwalunkwe profitt irreġistrat minn SMBV li huwa ogħla minn [9-12] % tal-ispiża operatorja kif maqbul mill-APA ta' SMBV (234). Għalhekk, it-tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV fin-Netherlands mhux biss jibbenefika lil SMBV iżda anki lil Alki LP u, għalhekk, lill-grupp Starbucks. |
9.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna
|
(422) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-APA ta' SMBV konkluż mill-amministazzjoni tat-taxxa Olandiża jagħti lil SMBV u lill-grupp Starbucks vantaġġ selettiv li huwa imputabbli għan-Netherlands, iffinanzjat permezz ta' riżorsi tal-Istat u li jwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni u x'aktarx li jaffettwa l-kummerċ intra-UE. Għalhekk, l-APA ta' SMBV tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(423) |
Peress li l-APA ta' SMBV jagħti lok għal tnaqqis ta' miżati li normalment għandhom jiġġarrbu minn SMBV matul l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha, l-APA għandu jitqies bħala li jagħti għajnuna operatorja lil SMBV u lill-grupp Starbucks. |
9.5. Evidenza invokata mill-Kummissjoni għal sejba ta' għajnuna
|
(424) |
Wieħed mill-argumenti mressqin min-Netherlands matul il-proċedura amministrattiva huwa li xi informazzjoni invokata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, kif ukoll id-dejta invokata matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali ma kinux disponibbli għall-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża fid-data li fiha daħlet fl-APA ta' SMBV. Għalhekk, in-Netherlands jakkużaw lill-Kummissjoni li din tgawdi mill-benefiċċju li tista' tħares lejn x'ġara fl-imgħoddi meta teżamina l-APA ta' SMBV. |
|
(425) |
Pereżempju, filwaqt li l-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni ta' SMBV bħala manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar tirreferi għall-funzjonijiet imwettqa primarjament minn SMBV fiż-żmien tal-APA, din tirrelata wkoll ma' attivitajiet oħrajn, bħar-riċerka tas-suq jew l-ammortizzazzjoni tal-assi intanġibbli, li seħħew biss wara u, għalhekk, ma setgħux jitqiesu mill-amministazzjoni tat-taxxa Olandiża meta daħlet fl-APA ta' SMBV fl-2008. Bl-istess mod, il-fatt li l-kostijiet għall-kafeni ħodor żdiedu b'mod sinifikanti wara l-2010, li jimplika li l-pagamenti tar-royalties ġew iffinanzjati permezz ta' attivitajiet oħrajn u mhux mill-attività tal-inkaljar bi ksur tal-prinċipju ta' distakkament, sar evidenti biss wara li ġie konkluż l-APA. |
|
(426) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li numru konsiderevoli ta' agrumenti li jappoġġaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-APA ta' SMBV mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' distakkament jiddependu fuq informazzjoni u dejta disponibbli għall-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża fil-mument li fih ġie konkluż l-APA. B'mod partikolari, dan jirrigwarda ħafna mill-ftehimiet tal-inkaljar u tal-manifattura bejn Starbucks u l-partijiet terzi elenkati fil-Premessi 148 sa 150, informazzjoni dwar il-kumplessità tal-funzjonijiet imwettqin minn SMBV u Alki LP, informazzjoni li tpoġġi fid-dubju l-klassifikazzjoni ta' SMBV bħala manifattur b'arranġamenti ta' sottokuntrattar ta' riskju baxx u l-adegwatezza tal-użu tal-ispejjeż operatorji minflok il-bejgħ bħala l-indikatur tal-livell tal-profitt u ż-żieda b'50 punt bażi tal-valwazzjoni pożittiva tal-materja prima (235). |
|
(427) |
Fir-rigward tal-informazzjoni fuq il-kostijiet għal kafeni ħodor, il-Kummissjoni tosserva li r-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment jelenka l-ftehim tax-xiri tal-kafeni ħodor bejn SMBV u SCTC fost l-aktar tranżazzjonijiet importanti u flussi interkorporattivi, iżda jonqos milli jeżamina jew janalizza jekk il-prezz mitlub għall-kafeni ħodor minn SCTC lil SMBV huwiex f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, peress li l-konsulent tat-taxxa, minflok, iddependa fuq it-TNMM biex jikkalkola rimunerazzjoni bbażata fuq il-funzjoni tal-inkaljar ta' SMBV. |
|
(428) |
Kieku r-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment analizza tajjeb dak il-ftehim, kien ikollha tiġi stmata rimunerazzjoni ta' distakkament għall-kafeni ħodor għall-finijiet tat-talba tal-APA ta' SMBV (236). Kieku konsegwentement l-APA ta' SMBV kopra t-tranżazzjoni tal-kafeni ħodor, rimunerazzjoni ta' distakkament maqbula fl-2008 ma kienet tħalli l-ebda lok għal żidiet mhux iġġustifikati fil-prezz tal-kafeni ħodor mill-2011 'il quddiem. |
|
(429) |
Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-Premessa 348 et seq., Starbucks ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni valida għaż-żieda fil-prezz tal-kafeni ħodor wara l-2010, għalhekk dan l-argument huwa irrilevanti. |
|
(430) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni fuq il-valwazzjoni pożittiva applikata għal dik it-tranżazzjoni kienet disponibbli għall-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża fiż-żmien li ntalab dak l-APA ta' SMBV u, kieku dik l-amministrazzjoni talbet dik l-informazzjoni, din kienet tirriżulta f'valwazzjoni pożittiva ta' distakkament ta' [madwar 3 %] tas-COGS għal SCTC (237), li fi kwalunkwe każ hija anqas mill-valwazzjoni pożittiva ta' [madwar 6 %] u l-marġni gross korrispondenti ta' [madwar 9 %] fuq is-COGS li l-Kummissjoni tqisu f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta fil-Premessa 358. Kieku mbagħad dik il-valwazzjoni pożittiva ġiet aċċettata f'APA, SCTC ma kinitx titħalla żżid dik il-valwazzjoni pożittiva għal medja ta' [madwar 18 %] matul il-perjodu mill-2011 'il quddiem, fin-nuqqas ta' talba biex jiġi mmodifikat l-APA. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-APA ta' SMBV jiddikjara lilu nnifsu validu għal għaxar snin diment li s-suppożizzjonijiet kritiċi ppreżentati minn SMBV huma korretti u, f'każ li ma jkunux korretti, l-APA għandu jitqies bħala terminat. |
9.6. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(431) |
Għajnuna mill-Istat għandha titqies kompatibbli mas-suq intern jekk taqa' fi ħdan waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat (238) u tista' titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tinstab mill-Kummissjoni bħala waħda li taqa' taħt xi waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat. Madankollu, huwa l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna li jġarrab l-oneru li jipprova li l-għajnuna mill-Istat mogħtija minnu hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107(2) jew 107(3) tat-Trattat. |
|
(432) |
Billi kkonkluda l-APA ta' SMBV, in-Netherlands ma invokaw l-ebda waħda mir-raġunijiet għal sejba ta' kompatibilità f'xi waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet għall-għajnuna mill-Istat li huwa ta. |
|
(433) |
Barra minn hekk, kif inhu spjegat fil-Premessa 423, l-APA ta' SMBV għandu jitqies bħala li jagħti għajnuna operatorja lil SMBV u lill-grupp Starbucks. Bħala regola ġenerali, għajnuna mill-Istat bħal din normalment ma tistax titiqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat fis-sens li ma tiffaċilitax l-iżvilupp ta' ċerti attivtiajiet jew ta' ċerti oqsma ekonomiċi, u l-inċentivi tat-taxxa inkwistjoni lanqas ma huma limitati fiż-żmien, digressivi jew proporzjonati għal dak li huwa neċessarju sabiex jirrimedjaw żvantaġġ ekonomiku speċifiku taż-żoni kkonċernati. |
|
(434) |
Konsegwentement, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil SMBV u lill-grupp Starbucks min-Netherlands bil-konklużjoni tal-APA ta' SMBV hija inkompatibbli mas-suq intern. |
9.7. Illegalità tal-għajnuna
|
(435) |
Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri huma obbligati jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe pjan li jagħtu l-għajnuna (obbligu ta' notifika) u ma jistgħux idaħħlu fis-seħħ xi miżura ta' għajnuna proposta qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni ta' pożizzjoni finali dwar l-għajnuna inkwistjoni (obbligu ta' sospensjoni). |
|
(436) |
Il-Kummissjoni tinnota li n-Netherlands ma nnotifikawx lill-Kummissjoni b'xi pjan li jagħti l-miżura ta' għajnuna kkontestata, u lanqas ma rrispettaw l-obbligu ta' sospensjoni stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Għalhekk, skont l-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (239), l-APA ta' SMBV jikkostitwixxi għajnuna illegali mdaħħla fis-seħħ bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
10. IRKUPRU
|
(437) |
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2015/1589 jistabbilixxi obbligu fuq il-Kummissjoni biex tordna l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli. Din id-dispożizzjoni tipprovdi wkoll li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna llegali li tinstab li hija inkompatibbli. L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jistabbilixxi li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata, inkluż l-imgħax mid-data li fiha l-għajnuna illegali kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru effettiv tagħha. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (240) jelabora l-metodi li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-imgħax ta' rkupru. Finalment, l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2015/1589 isostni li l- “irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f'konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ssir b'mod immedjat u effettiv”. |
10.1. Aspettattivi leġittimi
|
(438) |
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jipprevedi li l-Kummissjoni ma għandhiex teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra prinċipju ġenerali tal-liġi. |
|
(439) |
NOB hija l-unika parti interessata li tqajjem il-kwistjoni ta' aspettattivi leġittimi. L-ewwel nett, ta' min jgħid li l-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi jista' jiġi invokat biss minn dawk soġġetti li jħallsu lura l-għajnuna (241), jiġifieri Starbucks, u li Starbucks ma ssottomettiet l-ebda argument f'dan is-sens. |
|
(440) |
Fi kwalunkwe każ, biex talba tal-aspettattivi leġittimi tirnexxi, l-aspettattiva għandha tirriżulta mill-azzjoni preċedenti tal-Kummissjoni fil-forma ta' garanziji preċiżi (242). Dan ifisser li l-aspettattiva leġittima għandha tirriżulta minn imġiba preċedenti tal-Kummissjoni li, pereżempju, diġà kienet approvat l-istess skema ta' għajnuna jew waħda simili. NOB ma rreferiet għall-ebda att tal-Kummissjoni bħal dan. |
|
(441) |
Għalhekk, l-argument ta' aspettattivi leġittimi minn NOB huwa mingħajr mertu għall-finijiet tal-irkupru tal-għajnuna mogħtija b'mod illegali min-Netherlands lil Starbucks permezz ta' deċiżjoni tat-taxxa kkontestata favur SMBV. |
10.2. Metodoloġija ta' rkupru
|
(442) |
F'konformità mat-Trattat u mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat għandux jabolixxi jew jimmodifika l-għajnuna meta jinstab li hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-Qorti ddikjarat b'mod konsisteni wkoll li l-obbligu fuq Stat li jabolixxi l-għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompattibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel. F'dak il-kuntest, il-Qorti ddikjarat li l-għan jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz tal-għajnuna illegali, biex b'hekk jitlef il-vantaġġ li kien igawdi fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq u jerġa' lura għas-sitwazzjoni li kien fiha qabel il-ħlas tal-għajnuna. |
|
(443) |
L-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tirrikjedi lill-Kummissjoni, meta tordna l-irkupru ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, biex tikkwantifika l-ammont eżatt tal-għajnuna li trid tiġi rkuprata. Minflok, huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tagħti s-setgħa lid-destinatarju tad-deċiżjoni biex jikkalkola l-ammont huwa stess mingħajr wisq diffikultà (243). |
|
(444) |
Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat illegali fil-forma ta' mżiuri tat-taxxa, l-Avviż dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi jipprovdi fil-punt 35 tiegħu li l-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' tqabbil bejn it-taxxa fil-fatt imħallsa u l-ammont li kellu jitħallas li kieku ġiet applikata r-regola ġeneralment applikabbli. |
|
(445) |
Kif ġie konkluż fil-Premessi 339 sa 341, il-Kummissjoni tikkunsidra li paragun għat-tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati komparabbli bl-użu tal-metodu ta' CUP, b'mod partikolari l-arranġamenti tal-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar f'diversi ftehimiet ta' inkaljar u ta' manifattura u ta' distribuzzjoni li Starbucks ikkonkludiet ma' partijiet terzi, juri li l-valur ta' distakkament tar-royalties imħallsa minn SMBV lil Alki LP għall-IP tal-inkaljar għandu jkun żero. Fi kliem ieħor, l-ebda royalty ma għandha tkun dovuta għal dik l-IP f'dik ir-relazzjoni speċifika, peress li SMBV ma tidhirx li tikseb xi benefiċċju mill-użu tal-IP tal-inkaljar illiċenzjat minn Alki LP. |
|
(446) |
Minħabba dik il-konklużjoni, in-Netherlands għandhom jieħu l-profitti kontabilistiċi ta' SMBV, mingħajr l-ebda tnaqqis tal-pagament tar-royalties minn SMBV lil Alki LP minn dawk il-profitti għal-liċenzjar tal-IP tal-inkaljar, bħala l-punt ta' tluq li minnu l-obbligazzjoni tat-taxxa ta' SMBV fin-Netherlands hija ddeterminata li tiżgura b'mod xieraq li dik l-għajnuna mogħtija mill-APA ta' SMBV tiġi eliminata permezz tal-irkupru. |
|
(447) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-Premessa 358 li valwazzjoni pożittiva medja ta' [madwar 6 %] tal-kostijiet tal-kafeni ħodor mibjugħa minn SCTC lil SMBV għall-perjodu mis-snin fiskali mill-2011 'il quddiem u l-prezzjijiet tal-kafeni ħodor mibjugħa lil SMBV li jikkorrispondu għal marġni gross ta' [madwar 9 %] għal SCTC tikkostitwixxi approssimazzjoni affidabbli tal-prezz ta' distakkament, il-profitti kontabilistiċi ta' SMBV għas-snin fiskali mill-2011 'il quddiem għandhom jiżdiedu bid-differenza fil-marġni gross fuq il-kafeni ħodor applikata b'mod effettiv waqt dak il-perjodu u marġni gross fuq is-COGS ta' SCTC ta' [madwar 9 %]. |
|
(448) |
Hija d-differenza bejn l-ammont korrispondenti ta' profitti kontabilistiċi miksub wara ż-żewġ passi spjegati fil-Premessa 446 u 447 intaxxat bis-sħiħ skont ir-regoli tas-sistema ġenerali Olandiża tat-taxxa fuq il-kumpaniji u t-taxxi fuq il-kumpaniji mħallsa b'mod effettiv minn SMBV lin-Netherlands sa mill-1 ta' Ottubru 2007 li tikkostitwixxi l-ammont ta' għajnuna li trid tiġi rkuprata mingħand SMBV u l-grupp Starbucks biex jiġi eliminat il-vantaġġ li SMBV u l-grupp Starbucks irċevew min-Netherlands b'riżultat tal-APA ta' SMBV. |
10.3. Entità li minnha trid tiġi rkuprata l-għajnuna
|
(449) |
Fid-dawl tal-osservazzjonijiet fil-Premessi 417 sa 421, il-Kummissjoni tqis li, l-ewwel nett, in-Netherlands għandhom jirkupraw l-għajnuna illegali u inkompatibbli mogħtija mill-APA ta' SMBV mingħand SMBV. Jekk SMBV ma tkunx f'pożizzjoni li tħallas lura l-ammont sħiħ tal-għajnuna riċevuta b'riżultat tal-APA ta' SMBV, in-Netherlands għandhom jirkupraw l-ammont ta' dik l-għajnuna li jkun fadal mingħand Starbucks Corporation, peress li hija l-entità li tikkontrolla l-grupp Starbucks, sabiex jiġi żgurat li huwa eliminat il-vantaġġ mogħti u li titreġġa' lura s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel fis-suq permezz tal-irkupru. |
11. KONKLUŻJONI
|
(450) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li n-Netherlands taw għajnuna mill-Istat mhux skont il-liġi lil SMBV u lill-grupp Starbucks billi wettaq l-APA ta' SMBV, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, li n-Netherlands huwa meħtieġ jirkupraw skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/1589 mingħand SMBV u, jekk din tal-aħħar tonqos milli tħallas l-ammont sħiħ tal-għajnuna, mingħand Starbucks Corporation għall-ammont tal-għajnuna pendenti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-arranġament preliminari ta' pprezzar konkluż min-Netherlands fit-28 ta' April 2008 ma' Starbucks Manufacturing EMEA B.V., li jippermetti lil din tal-aħħar tiddetermina l-obbligazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpaniji tagħha fin-Netherlands fuq bażi annwali għal perjodu ta' għaxar snin, jikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattar dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija inkompatibbli mas-suq intern u li ġiet implimentata mhux skont il-liġi min-Netherlands bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
Artikolu 2
(1) In-Netherlands għandhom jirkupraw l-għajnuna inkompatibbli u illegali msemmija fl-Artikolu 1 mingħand Starbucks Manufacturing EMEA B.V.
(2) Kull somma li tibqa' mhux rekuperabbli mingħand Starbucks Manufacturing EMEA B.V., wara l-irkupru deskritt fil-paragrafu preċedenti, għandha tiġi rkuprata mingħand Starbucks Corporation.
(3) Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom iġorru mgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru attwali tagħhom.
(4) L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.
Artikolu 3
(1) L-irkupru tal-għajnuna mogħtija msemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
(2) In-Netherlands għandhom jiżguraw li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data li fiha tiġi notifikata din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
(1) Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-deċiżjoni, in-Netherlands għandhom jissottomettu informazzjoni rigward il-metodoloġija li ntużat sabiex jiġi kkalkulat l-ammont eżatt tal-għajnuna.
(2) In-Netherlands għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħudin għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna mogħtija msemmi fl-Artikolu 1. Għandhom jissottomettu minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li diġà jkunu ħadu u ppjanaw sabiex jirrispettaw din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Netherlands.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 460, 19.12.2014, p. 11.
(2) F'din id-deċiżjoni, it-termini “deċiżjoni tat-taxxa” u “APA” jintużaw bħala sinonimi.
(*1) Partijiet minn dan it-test ġew moħbija sabiex ma tinkixifx informazzjoni kunfidenzjali; dawk il-partijiet huma magħluqa f'parentesi kwadri. Il-marġni ta' profitt u l-valwazzjonijiet pożittivi ta' SCTC li jikkonċernaw il-kafeni ħodor huma aġġustati għall-eqreb multiplu ta' 3 %.
(3) Deċiżjoni tat-taxxa preċedenti konkluża bejn l-amministrazzjoni tat-taxxa Olandiża u Starbucks Coffee BV u SMBV fl-2001 kienet ukoll ippreżentata bħala parti mid-dokumenti ta' sostenn.
(4) Din l-ittra ntbagħtet lin-Netherlands bl-Ingliż fis-7 ta' Marzu 2014, segwita mill-verżjoni bl-Olandiż ta' din l-istess ittra mibgħuta fl-14 ta' Marzu 2014.
(5) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna numru 1.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 huwa rrevokat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9), b'effett mill-14 ta' Ottubru 2015. Il-passi proċedurali kollha meħudin matul dawn il-proċeduri ġew adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 659/1999. Kwalunkwe referenza għar-Regolament (KE) Nru 659/1999 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (UE) 2015/1589 u għandha tinqara f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II tal-aħħar regolament.
(7) C (2015) 862, 12.2.2015.
(8) Starbucks US tirreferi għall-kumpaniji kollha li huma membri tal-grupp Starbucks li huma residenti fl-Istati Uniti tal-Amerika.
(9) Din id-deskrizzjoni hija bbażata fuq ir-Rapport Annwali ta' Starbucks tal-2014, p. 2.
(10) Ara l-Premessa 20 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-grupp Starbucks.
(11) L-APA ta' SMBV jiddikjara li wara s-sitt sena kontabilistika, jiġifieri tmiem l-2013, se jsir kontroll ta' nofs it-terminu biex jinstab jekk il-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha baqgħux l-istess.
(12) Mill-Olandiż oriġinali: “[SMBV] wordt geacht een arm's length vergoeding te ontvangen voor haar activiteiten zoals beschreven [in het transfer pricing report] indien de operationele marge [9-12] % van de relevante kostgrondslag bedraagt. ”
(13) Mill-Olandiż oriġinali: “ De jaarlijks door SMBV aan Alki LP te betalen royalty wordt aan het einde van het jaar vastgesteld op het verschil tussen de gerealiseerde operationele winst met betrekking tot de productie en distributie functie als genoemd [in het transfer pricing report], vóór royalty uitgaven (‘gerealiseerde operationele winst voor royalty uitgaven’) en de hierboven omschreven beloning van [9-12] % cost-plus. Deze royalty betaling is aftrekbaar voor de vennootschapsbelasting en is niet onderworpen aan Nederlandse dividendbelasting. ” Għal spjegazzjoni rigward għaliex il-pagament tar-royalties mhuwiex soġġett għat-taxxa fin-Netherlands jew fir-Renju Unit, ara l-Premessa 28 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(14) Il-Premessi 27 u 28 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ jipprovdu deskrizzjoni sħiħa tal-istruttura legali ta' Starbucks kif ippreżentata mir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment.
(15) Dawn it-trademarks, it-teknoloġija u l-kompetenzi jinkludu primarjament it-tifsila tal-Ħanut ta' Starbucks u l-identità korporattiva ta' Starbucks.
(16) Ara l-Premessa 71 għal deskrizzjoni tal-metodu CUP.
(17) Din id-definizzjoni hija bbażata fuq il-paragrafi 2.13 sa 2.20 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP. Prezz Mhux Ikkontrollat Komparabbli (estern) jiġi applikat jekk partijiet terzi indipendenti taħt l-istess ċirkostanzi jħallsu l-istess prezz għall-istess prodott jew servizz bħala partijiet relatati. F'dan il-każ, il-pagamenti tar-royalties intragrupp jikkonċernaw ħlasijiet magħmula mill-Iżviluppaturi li huma proprjetà ta' Starbucks EMEA lil Starbucks Coffee BV.
(18) It-Taqsima II.G tar-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment.
(19) It-Taqsima II.E tar-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment.
(20) It-Taqsima III.B tar-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment.
(21) SCTC tixtri dawk il-kafeni għall-benefiċċju tal-grupp Starbucks kollu madwar id-dinja u d-detenturi ta' liċenzji indipendenti tagħha.
(22) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 19.
(23) Fl-2011, SMBV kienet tħaddem madwar [70-80] persuna. Skont l-osservazzjonijiet ta' Starbucks għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ [40-50] persuna kienu attivi fl-inkaljar tal-kafè u [30-40] persuna fis-servizzi loġistiċi u amministrattivi.
(24) Skont l-informazzjoni sottomessa minn Starbucks lin-Netherlands fil-mument tat-talba tad-deċiżjonijiet, SMBV u Starbucks Corporation daħlu fi ftehim mal-[kumpanija tal-loġistika mhux affiljata A] fl-2003 li skont dan [il-kumpanija tal-loġistika mhux affiljata A] se tipprovdi servizzi ta' ġestjoni tal-inventarju (b'appoġġ tat-tbassir ipprovdut minn Starbucks), servizzi ta' koordinazzjoni tal-importazzjonijiet u ta' dokumentazzjoni tal-esportazzjonijiet, amministrazzjoni ta' kuntratti tal-bejjiegħ u operazzjonijiet ta' ħażna doganali.
(25) Skont l-informazzjoni sottomessa minn Starbucks lin-Netherlands fil-mument tat-talba tad-deċiżjonijiet, SMBV daħlet fi ftehim ta' katina tal-provvista u ta' servizzi ta' ħażna doganali tal-operazzjonijiet tal-kafè mal-[kumpanija tal-loġistika mhux affiljata B] fl-2004 li skont dan [il-kumpanija tal-loġistika mhux affiljata B] se twettaq is-servizzi ta' ħażna fir-rigward ta' diversi prodotti ta' Starbucks inklużi servizzi amministrattivi u ta' mmaniġġar, ta' tagħbija u ħatt tal-vetturi, ta' spezzjonijiet u ta' ħażna.
(26) Skont ir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, SMBV hija responsabbli għar-relazzjoni kuntrattwali mal-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1]. Il-kuntratti bejn il-[kumpanija tal-manifattura mhux affiljata 1] u SMBV huma madankollu nnegozjati minn Starbucks […] skont Starbucks.
(27) Il-manifattura b'arranġamenti ta' sottokuntrattar normalment tinftiehem li tfisser arranġament li fih kumpanija tipproċessa materja prima jew oġġetti nofshom lesti għal kumpanija oħra.
(28) Din il-graff ma tinstabx fir-rapport, u ġiet prodotta mill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-qari ta' din id-Deċiżjoni.
(29) Ara l-Premessa 72 għal deskrizzjoni tat-TNMM.
(30) Differenzi tranżazzjonali jirreferu għad-differenzi bejn it-tranżazzjonijiet konklużi mill-kumpanija li għalihom il-bażi taxxabbli hija approssimata permezz ta' metodu ta' prezzar ta' trasferiment u t-tranżazzjonijiet konklużi bejn il-kumpaniji indipendenti użati biex jiġi ddeterminat il-prezz ta' distakkament. Fil-metodu ta' TNMM dan jirreferi għat-tranżazzjonijiet konklużi minn kumpaniji komparabbli użati biex jiġi approssimat marġni ta' distakkament. Differenzi funzjonali jirreferu għad-differenzi bejn il-funzjonijiet imwettqa mill-kumpanija li l-bażi taxxabbli tagħha hija approssimata permezz ta' metodu tal-ipprezzar tat-trasferiment u l-funzjonijiet imwettqa minn kumpaniji komparabbli użati biex jiġi approssimat il-marġni ta' distakkament.
(31) F'dan il-kuntest ir-rapport jirreferi għall-paragrafu 3.26 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(32) Il-Bażi tad-Dejta Amadeus hija bażi tad-dejta ta' informazzjoni finanzjarja komparabbli għal kumpaniji pubbliċi u privati madwar l-Ewropa. Hija miżmuma mill-Bureau van Dijk, pubblikatur tal-informazzjoni dwar il-kumpaniji u tal-intelligence kummerċjali.
(33) Tfittxijiet awtomatizzati f'Amadeus irriżultaw f'għażla ta' 240 kumpanija; il-kriterji tal-għażla finanzjarji addizzjonali applikati mill-konsulent tat-taxxa eliminaw 88 kumpanija, sabiex b'hekk naqqsu l-kampjun għal 152 kumpanija potenzjalment komparabbli.
(34) Il-kriterji ewlenin tal-eliminazzjoni kienu li l-kumpaniji kienu involuti f'funzjonijiet li mhumiex relatati (jiġifieri distribuzzjoni, tiswija, eċċ.), li jipproduċu prodotti mhux relatati (jiġifieri ħelu, prodotti oħrajn tal-ikel, eċċ.) jew li l-kumpaniji kienu jappartjenu għal grupp. L-20 kumpanija aċċettati għal skopijiet ta' tqabbil fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment huma ppreżentati fl-appendiċijiet għal dak ir-rapport u huma riprodotti fit-Tabella 5 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(35) Il-konsulent tat-taxxa juża t-terminu valwazzjoni pożittiva għalkemm il-kalkolu tal-valwazzjoni pożittiva huwa bbażat fuq l-introjtu operatorju tal-kumpaniji kumparabbli diviż b'bażi tal-kost u mhux fuq il-profitt gross.
(36) Fil-każ ta' SMBV, il-kostijiet operatorji jirrappreżentaw frazzjoni żgħira tal-kostijiet totali. Għalhekk, għalkemm il-perċentwal tal-valwazzjoni pożittiva applikata huwa ogħla, l-isima li tirriżulta tal-bażi tat-taxxa hija aktar baxxa.
(37) L-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-leġiżlaturi huma konxji ta' din il-problema u l-leġiżlazzjoni tat-taxxa ġeneralment tippermetti lill-amministazzjoni tat-taxxa biex tikkoreġi d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' kumpaniji intergrati li b'mod żbaljat japplikaw prezzijiet ta' trasferiment, billi jissotitwixxu prezzijiet li jikkorrispondu għal approssimazzjoni affidabbli ta' dawk mifthemin minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw taħt ċirkostanzi komparabbli f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta.
(38) Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa, it-13 ta' Lulju 1995.
(39) Rakkomandazzjoni C(95)126/FINALI tat-13 ta' Lulju 1995.
(40) Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa, it-22 ta' Lulju 2010.
(41) Għal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP, ara l-paragrafu 3.43 li fih deskrizzjoni komparabbli.
(42) Il-paragrafi minn 1.45 sa 1.48 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP u l-paragrafi 3.55 sa 3.62 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(43) Il-paragrafu 1.48 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(44) Wieħed jinnota li għall-kompletezza jista' jiġi inkluż porzjon tal-kost lavorattiv f'COGS, meta jkun assoċjat b'mod dirett mal-produzzjoni.
(45) Ara l-Premessa 56 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(46) F'Tabella 1 EBITDA tirrappreżenta l-akronimu konvenzjonali ta' “qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament” u EBT tirrappreżenta l-akronimu konvenzjonali “qligħ qabel it-taxxa”.
(47) Digriet tal-2001 dwar l-Ipprezzar tat-Trasferiment (Besluit verrekenprijzen) tat-30 ta' Marzu 2001, IFZ2001/295M. Id-Digriet ġie sostitwit fl-2013 (flimkien mad-Digriet tal-21 ta' Awwissu 2004, IFZ 2004/680M li d-Digriet issupplimenta d-Digriet tal-2001 u emendah fir-rigward ta' ċerti punti. Madankollu, id-Digriet tal-2004 f'dan il-każ mhuwiex rilevanti) mid-Digriet tal-14 ta' Novembru 2013, IFZ 2013/184M, Liġi tat-Taxxa Internazzjonali. Il-metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament u l-Linji Gwida tal-Ipprezzar ta' Trasferiment għal Intrapriżi Multinazzjonali u Amministrazzjonijiet tat-Taxxa. Peress li d-deċiżjoni tmur lura għall-2007, id-Deċiżjoni se tirreferi għad-Digriet tal-2001 dwar l-Ipprezzar ta' Trasferiment.
(48) Peress li fl-2001 l-artikolu 8b kien għadu ma ġiex kodifikat fis-CIT, l-aġġustamenti tal-ipprezzar ta' trasferiment, kemm għall-persunal kif ukoll għal skopijiet tat-taxxa fuq l-introjtu, saru abbażi tal-Artikolu 3.8 tal-Att tat-Taxxa fuq l-Introju tal-2001 (li permezz tal-artikolu 8 CIT kienu japplikaw ukoll għall-kontribwenti korporattivi).
(49) Pereżempju, fl-aħħar ta' […] din it-tariffa kienet tirrappreżenta [1,5-2] % tal-prezz li SCTC kienet mistennija tħallas għax-xiri tal-kafeni ħodor [0,5-1] % tal-prezz mitlub lil […] minn SMBV. Id-deżinjazzjoni [programm ta' ċertifikazzjoni] ilha tintuża u titħallas minn Starbucks minn […].
(*2) Ipprovduti wkoll, ara t-Tabella 8.
(50) Fid-dettall, il-profitt ta' qabel it-taxxa qabel il-pagament tar-royalties huwa ugwali għall-“Bejgħ” imnaqqas bl-“Ispejjez Diretti tal-Bejgħ” (li jirrappreżentaw l-ispejjeż tal-materja prima kkunsmata mill-proċess tal-produzzjoni), imnaqqas bl-“ispejjeż Ġenerali u Amministrattivi”, imnaqqas bl-“Iskambju tal-munita barranija” flimkien mad-“Dħul bl-imgħax” imnaqqas bl-“Ispiża tal-imgħax f'Figure 2. Pereżempju, għas-sena 2010/2011, il-profitt ta' qabel it-taxxa qabel il-pagament tar-royalies ikun ta' EUR 13 783 458. Sabiex titnaqqas it-taxxa ta' qabel għal-livell miftiehem fl-APA ta' SMBV ta' madwar [9-12] % tal-kostijiet miftehma, titħallas royalty deduċibbli mit-taxxa ta' EUR 12 352 838 lil Alki LP, kif irreġistrat fil-poiżizzjoni “Spejjeż Oħrajn”.
(51) Skont is-sentenza preċedenti, il-bażi tat-taxxa ta' SMBV kienet ikkalkolata bħala 8 % tal-kostijiet meqjusa.
(52) Dawn jinkludu l-marka figurattiva ta' Starbucks u l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Starbucks.
(53) Dawn jinkludu l-għamara u l-luminarji, in-naħa ta' barra u l-perċezzjoni tal-Ħwienet, l-hekk imsejħa sistemi relatati man-naħa ta' barra/il-“faċċata” tal-Ħwienet u l-hekk imsejħa sistemi għall-istabbiliment/“in-naħa ta' wara” tal-Ħwienet.
(54) Dawn jinkludu l-“kurvi tal-marka” u l-formula għat-taħlitiet tal-kafè.
(55) Kummenti tan-Netherlands għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, p. 25.
(56) Kummenti tan-Netherlands għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, p. 27.
(57) Ara l-Premessi 145 u 146.
(58) Kumpanija inkorporata skont il-liġijiet tal-Istat ta' Washington, l-Istati Uniti (Soċju Solidali).
(59) Kumpanija inkorporata skont il-liġijiet tal-Istat ta' Washington, l-Istati Uniti (Soċju Akkomandanti).
(60) Ara l-Premessa 106.
(61) Għall-pejordju tal-2008-2014, Alki LP irċeviet total ta' EUR [400-500] miljun f'tariffi tal-liċenzja mingħand Starbucks Coffee BV u SMBV. Minn dawn il-EUR [400-500] miljun, EUR [300-400] miljun ([80-85] %) ġew riċevuti mingħand Starbucks Coffee BV u EUR [60-70] miljun ([15-20] %) mingħand SMBV.
(62) Skont Starbucks, dan il-ħlas minn Starbucks tal-Istati Uniti lil Alki LP jikkonċerna aġġustament għall-kostijiet globali intiż biex jikkumpensa lil Alki LP għat-tariffi tal-liċenzji aktar baxxi riċevuti minn SMBV b'riżultat tal-politika tal-prezzijiet ta' Starbucks għal kafè inkaljat fuq bażi globali.
(63) Dan ir-“redditu ta' distakkament” huwa kkalkolat skont ir-regoli tal-ipprezzar ta' trasferiment tal-Istati Uniti u huwa determinat għall-attivitajiet kollha ta' Starbucks Coffee BV u SMBV.
(64) Starbucks ma setgħetx tagħti rendikont tal-pagamenti tax-xiri sfurzat għad-ditta jew għall-format tan-negozju għas-snin 2005 u 2006. Hemm ukoll xi diskrepanzi bejn it-tariffa tal-liċenzja u l-pagamenti tax-xiri sfurzat minn [CV 1] kif ipprovdut fil-ħarsa ġenerali minn Starbucks u r-rapporti tal-introjtu ta' [CV 1]. Starbucks ma' setgħetx tistabbilixxi l-kawża eżatta ta' dawn id-diskrepanzi.
(65) Ma sar l-ebda pagament ta' xiri sfurzat qabel l-2005 lil Starbucks Corporation peress li [CV 1] kienet qed tagħmel it-telf sal-2005.
(66) Madankollu, dan l-ammont ikun bħala medja […] anqas jekk id-dħul riċevut minn Starbucks Corporation ma jitqiesx fil-kalkolu tal-pula tal-profitt residwu.
(67) Madankollu, dan l-ammont ikun bħala medja […] anqas jekk id-dħul riċevut minn Starbucks Corporation ma jitqiesx fil-kalkolu tal-pula tal-profitt residwu.
(68) Ara l-Premessa 146.
(*3) inkluż profitt ta' wara t-taxxa straordinarju ta' [1-10 miljun] CHF u telf ta' [800-900 elf] CHF fl-2006 u fl-2007 rispettivament.
(69) Valur fl-2014, ikkalkolat billi jitqabblu l-kostijiet totali stmati tal-Programm tal-Prattiki C.A.F.E. u tal-Programm taċ-Ċentri ta' Appoġġ lill-Bdiewa mas-COGS ta' SCTC, aġġustati bir-rata tal-kambju USD:CHF.
(70) Marġni gross huwa profitt gross (jiġifieri Bejgħ imnaqqas b'COGS) diviż bil-Bejgħ, ara l-Premessa 84.
(71) FOB tirreferi għal Frank Abbord.
(72) Ara l-paragrafu 2.141 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP: “Fejn tranżazzjonijiet komparabbli mhux ikkontrollati ta' affidabilità suffiċjenti huma nieqsa biex jappoġġjaw il-qsim tal-profitti kkombinati, għandha tingħata kunsiderazzjoni lid-dejta intenra, li tista' tipprovdi mezz affidabbli ta' stabbiliment jew ittestjar tan-natura ta' distakkament tal-qsim tal-profitti. It-tipi ta' dejta interna bħal din li huma rilevanti se jiddependu fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet elenkati f'din it-Taqsima u b'mod partikolari fil-punti 2.116-2.117 u 2.132. Dawn spiss se jiġu estratti mill-kontabilità tal-kost jew mill-kontabilità finanzjarja tal-kontribwenti”.
(73) L-ammont irrapportat taħt “Tnaqqis” huwa meħud bħala li jippreżenta spejjeż operatorji, peress li huwa l-aktar magħmul minn spejjeż ta' xogħol u l-kost tad-deprezzament u t-tiswija.
(74) Skont dan il-ftehim, Starbucks Coffee BV għandha d-dritt li tagħti lill-partijiet terzi liċenzja biex jiżviluppaw, jipposedu u joperaw ħwienet ta' Starbucks li joperaw bit-Trademarks u jużaw it-Teknoloġija u l-Kompetenzi.
(75) Skont il-Ftehim ta' Forniment, […].
(76) Starbucks speċifikat li l-Ftehimiet ta' Forniment huma kkuntrattati minn Starbucks […] u li dawn huma ftehimiet standardizzati fejn il-patti u l-kundizzjonijiet sottostanti huma determinati minn Starbucks […], ara l-osservazzjonijiet ta' Starbucks, Premessa 6.14.
(77) […].
(78) […].
(79) Ibid,[…].
(80) […].
(81) […].
(82) […].
(83) Din l-istima hija bbażata fuq is-somma tar-royalites imħallsa lil Alki LP tul il-perjodu 2008-2014, diviża b'EUR [900-1 000] ta' dħul mill-prodotti kollha, li huma rreġistrati fit-Tabella 5 taħt il-kategoriji “DĦUL MIX-XORB LEST BIEX JINXTOROB”, “DĦUL MINN KAFÈ PPAKKJAT”, “DĦUL MINN KAPSULI TAL-KAFÈ LI JSERVU DARBA”, “DĦUL MINN KAPSULI TA' VERISMO LI JSERVU DARBA”, “DĦUL MINN KAFÈ SOLUBBLI”, “DĦUL MINN TE PPAKKJAT”, “DĦUL MINN TAĦLITA TA' XORB IMĦALLAT”, “DĦUL MINN BAŻI TAL-KAFÈ FRAP” u “DĦUL MILL-ESTRATT” Minkejja li Starbucks indikat fis-sottomissjonijiet tagħha li “DĦUL MINN KAPSULI TAL-KAFÈ LI JSERVU DARBA”, “DĦUL MINN KAPSULI TA' VERISMO LI JSERVU DARBA”, “DĦUL MINN KAFÈ SOLUBBLI”, “DĦUL MINN BAŻI TAL-KAFÈ FRAP” u “DĦUL MILL-ESTRATT” għandhom jiġi kklassifikati wkoll bħala dħul amministrattiv u ta' appoġġ loġistiku peress li d-dħul sottostanti ffatturat lill-Iżviluppaturi jirrappreżenta l-valur maħluq minn partijiet terzi minflok minn SMBV, u dan fi kwalunkwe każ, skont Starbucks, jirrappreżenta biss porzjon żgħir mir-riżultat totali tal-inkaljar ta' SMBV. Barra minn hekk, il-kategoriji “DĦUL MINN TE PPAKKJAT”, “DĦUL MINN TAĦLITA TA' XORB IMĦALLAT” ma ġewx indikati li jinkludu kafè minn Starbucks.
(84) Ara l-Premessa 140 għad-dejta finanzjarja tal-kumpanija.
(85) Madankollu, il-paragrafu 4.9 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP (kif ukoll il-paragrafu 4.9 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP) jirreferi għas-sitwazzjoni fejn “minħabba l-kumplessità tal-fatti li jridu jiġu evalwati, anki kontribwent bl-aħjar intenzjonijiet jista' jagħmel żball ġenwin”.
(86) F'dan il-kuntest jirreferu wkoll għal Komunikazzjoni tal-Kummissjoni mhux vinkolanti dwar il-ħidma tal-Forum Konġunt tal-UE dwar l-Ipprezzar ta' Trasferiment (ara COM(2007)71) fejn din tiddikjara li “l-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom jagħmlu kull sforz biex iżommu l-piż tal-evalwazzjoni minimu billi jitolbu biss informazzjoni pertinenti”.
(87) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/809/KE tat-8 ta' Lulju 2009 dwar l-iskema Groepsrentebox li l-Olanda qiegħda tippjana li timplimenta (C 4/07 (ex N 465/06)) (ĠU L 288, 4.11.2009, p. 26).
(88) Ibbażata mill-ġdid fuq id-Deċiżjoni 2009/809/KE.
(89) Skont ir-rapport, marġni dwar COGS jingħata biss f'każijiet fejn il-fornitur tas-servizz huwa responsabbli għall-oqsma bħal żvilupp tal-prodott/R&Ż, l-ippjanar strateġiku tal-katina tal-provvista, l-attivitajiet li jiġġeneraw l-akkwist u d-dħul (jiġifieri il-kummerċjalizzazzjoni, l-ipprezzar u l-ġenerazzjoni tad-domanda) kif ukoll jimplika u jiġġestixxi r-riskji assoċjati. Skont Starbucks, SMBV ma twettaqx dawn il-funzjonijiet. Ir-rapport ikompli jiddikjara li funzjonijiet bħall-ippjanar ta' kuljum, l-akkwist mhux strateġiku, il-konverżjoni, l-ipproċessar tal-ordnijiet, il-ħżin/il-loġistika u l-fatturar mingħajr riskji kummerċjali fir-rigward tal-prodotti involuti, jiġġustifikaw biss marġni fuq il-kostijiet operatorji proprji tal-fornitur tas-servizzi stess.
(90) Fil-każ tal-Kumpanija Y, il-valwazzjoni pożittiva hija applikata biss fuq spejjeż operatorji.
(91) Skont in-Netherlands, għalkemm ħafna mill-partijiet terzi jwettqu attivitajiet speċifiċi oħrajn minbarra l-attività tal-inkaljar, iġorru riskju intraprenditorjali jew IP żviluppata minnhom stess, il-miżati li dawk il-partijiet terzi jħallsu lil Starbucks (jew fil-forma ta' prezz ogħla ta' xiri għal kafeni jew fil-forma ta' royalty fuq id-dħul) huma f'livelli simili bħal dawk ta' SMBV. Madankollu, skont in-Netherlands, miżati jew prezzijiet inqas setgħu jkunu mistennija minħabba l-profil aktar kumpless ta' xi wħud mill-partijiet terzi.
(92) Kawża C-399/08P Il-Kummissjoni vs Deutsche Post ECLI:EU:C:2010:481, paragrafu 38 u l-ġurisprudenza ċitata.
(93) Kawża C-399/08P Il-Kummissjoni vs Deutsche Post ECLI:EU:C:2010:481, paragrafu 39 u l-ġurisprudenza ċitata.
(94) Ara l-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit, ECLI:EU:C:2011:732, il-paragrafu 72 u l-ġurisprudenza ċitata.
(95) Il-Kawża 730/79 Phillip Morris ECLI:EU:C:1980:209, paragrafu 11. Il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97 eċċ. Alzetta ECLI:EU:T:2000:151, paragrafu 80.
(96) C-172/03 Heiser ECLI:EU:C:2005:130, paragrafu 40.
(97) Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos, ECLI:EU:C:2009:417.
(98) Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos, ECLI:EU:C:2009:417, il-paragrafu 65.
(99) Ara wkoll C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos ECLI:EU:C:2009:417, il-paragrafu 50.
(100) L-Artikolu 2 CIT 1969.
(101) Ir-rata standard ta' CIT hija ta' 25 %. Hemm żewġ kategoriji ta' dħul taxxabbli. Rata aktar baxxa ta' 20 % tapplika għall-ewwel kategorija ta' dħul, għal dħul taxxabbli sa EUR 200 000.
(102) L-Artikolu 3 CIT 1969 u l-Kapitolu III tas-CIT 1969, li skonthom il-kumpaniji mhux residenti huma ntaxxati fuq: (1) dħul tan-negozju derivat minn stabbiliment permanenti Olandiż jew rappreżentant permanenti, (2) dħul u qligħ kapitali derivati minn proprjetà immobbli li tinsab fin-Netherlands, (3) dħul u qligħ kapitali minn drittijiet relatati mal-użu għal jew użu tar-riżorsi naturali li jinsabu fin-Netherlands jew il-parti tan-Netherlands tal-blata kontinentali, (4) ir-rimunerazzjoni kollha derivata minn kariga ta' direttur ta' entità residenti, (5) dħul minn drittijiet għall-profitti ta' intrapriża (bonds u ishma esklużi) li l-maniġment tagħha jinsab fin-Netherlands u (6) dħul u qligħ kapitali, minn pretensjonijiet ta' debitu li huma relatati ma' parteċipazzjoni azzjonarja sostanzjali.
(103) L-Artikolu 2, il-paragrafu 4, CIT 1969.
(104) Mill-Olandiż oriġinali: “ De in een kalenderjaar genoten winst wordt bepaald volgens goed koopmansgebruik, met inachtneming van een bestendige gedragslijn die onafhankelijk is van de vermoedelijke uitkomst. De bestendige gedragslijn kan alleen worden gewijzigd indien goed koopmansgebruik dit rechtvaardigt. ”
(105) Il-Kapitolu II u III tas-CIT 1969.
(106) B'mod ġenerali, l-impriżi kollha li għandhom dħul jitqiesu li huma f'sitwazzjoni legali u fattwali simili mill-perspettiva ta' tassazzjoni diretta tal-kumpanija.
(107) Id-Deċiżjoni 2009/809/KE.
(108) Osservazzjonijiet ta' SMBV għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, taqsima 2.20.
(109) C-138/09 Todaro Nunziatina u C. ECLI:EU:C:2010:291, paragrafu 21.
(110) L-iskema pprovidiet li l-bilanċ pożittiv bejn l-imgħax riċevut fuq self tal-grupp u l-imgħax imħallas fil-kuntest ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp ma kienx intaxxat bir-rata standard tat-taxxa fuq il-kumpaniji ta' 25,5 % dak iż-żmien iżda kien intaxxat fi “pakkett ta' mgħax tal-grupp” bir-rata ta' 5 %.
(111) Deċiżjoni Groepsrentebox, Premessa 85.
(112) Deċiżjoni Groepsrentebox, Premessa 101.
(113) Deċiżjoni Groepsrentebox, Premessa 107.
(114) Ara l-Premessi 148 sa 150.
(115) Ara t-tweġiba ta' Melitta fil-Premessi 207 sa 209.
(116) Madankollu, ta' min jgħid li anke li kieku SMBV kienet impenjata fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament, il-Kummissjoni ma kinitx tqis id-deċiżjoni Groepsrentebox bħala applikabbli minħabba l-objettiv differenti mfittex mill-iskema tal-interess tal-grupp fuq naħa waħda u d-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli ta' SMBV min-naħa l-oħra.
(117) L-osservazzjonijiet tan-Netherlands fit-taqsima 3.2 għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(118) Il-Kawża C-15/14 P, Il-Kummissjoni vs MOL, ECLI:EU:C:2015:362, il-paragrafu 60. Ara wkoll il-Kawża T-385/12 Orange vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2015:117.
(119) Il-kawża C-39/94 SFEI u Oħrajn ECLI:EU:C:1996:285, paragrafu 60; Il-kawża C-342/96, Spanja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1999:210, paragrafu 41.
(120) Il-kawża 173/73, L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1974:71, paragrafu 13.
(121) Ara, pereżempju, il-Kawża C-387/92 Banco Exterior de Espana, ECLI:EU:C:1994:100.
(122) Il-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2006:416.
(123) Il-Kawżi Konġunti C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2006:416.
(124) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/757/KE tas-17 ta' Frar 2003 dwar l-iskema tal-għajnuna implimentata mill-Belġju għal ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25).
(125) Il-Kawżi Konġunti C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2006:416., il-paragrafi 96 u 97.
(126) Il-Kawżi Konġunti C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2006:416., il-paragrafu 81.
(127) Ara l-Premessa 186.
(128) Ara l-Premessi 162 u 191.
(129) Imsejjaħ “l-ewwel aġġustament” fil-Premessi 49, 97 u 100 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(130) Imsejjaħ “it-tieni aġġustament” fil-Premessa 52 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Filwaqt li l-ewwel żewġ għażliet huma diskussi fil-Linji Gwida tal-OECD, l-għażla sussegwenti rigward l-applikazzjoni ta' aġġustament tal-kapital operatorju mhijiex koperta mil-Linji Gwida tal-OECD bil-mod applikat mill-konsulent tat-taxxa f'dan il-każ.
(131) Tranżazzjoni kkontrollata hija tranżazzjoni bejn żewġ intrapriżi li huma intrapriżi assoċjati fir-rigward ta' xulxin, filwaqt li tranżazzjoni mhux ikkontrollata hija tranżazzjoni bejn intrapriżi li huma intrapriżi indipendenti fir-rigward ta' xulxin.
(132) Taqsima 9.2.3.2.
(133) Taqsima 9.2.3.3 minn (a) sa (e).
(134) Taqsima 9.2.3.3 (f).
(135) Taqsima 9.2.3.4.
(136) Taqsima 9.2.3.5.
(137) Ara, ukoll, Paragrafu 1.6 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(138) Ara l-Premessa 234.
(139) Il-fokus fuq it-tranżzzjonijiet huwa ddikjarat għal darb' oħra fil-paragrafu 1.33 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP li jiċċara li “l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament huwa ġeneralment ibbażat fuq paragun tal-kundizzjonijiet fi tranżazzjoni kkontrollata mal-kundizzjonijiet fi tranżazzjonijiet bejn intrapriżi indipendenti.”
(140) Ara l-Premessi 68 u 69.
(141) Ara l-Premessa 90.
(142) Ara b'mod partikolari l-Premessi 120 u 122 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(143) Kif spjegat fil-Premessa 102.
(144) Ara l-Premessa 115 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(145) Ara l-paragrafu 6.16 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP li jippreżenta l-istess kunsiderazzjoni.
(146) Bħala eżempju, analiżi bl-użu ta' RoyaltyStat, fit-tieni trimestru tal-2015, turi li mill-168 ftehim disponibbli permezz tal-bażi tad-dejta tul is-settur billi t-tekonoloġija biss ġiet liċenzjata, il-valur medjan tar-royalty kien ta' 5 % tal-bejgħ (abbażi tal-143 minn dawk il-ftehimiet fejn il-miżata tal-liċenzja ġiet iddeterminata bħala perċentwal tal-valur tal-bejgħ milli l-ammont imħallas għal kull unità mibjugħa). Fost il-kuntratti kollha disponibbli permezz tal-bażi tad-dejta RoyaltyStat, ma ġie identifikat l-ebda kuntratt li bih tħallset rimunerazzjoni għat-teknoloġija tal-inkaljar tal-kafè lliċenzjata fis-suq. Tali teknoloġija kienet illiċenzjata biss f'ċerti każijiet flimkien ma' trademarks.
(147) Ara wkoll il-paragrafu 1.17 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(148) Madankollu, dan mhuwiex il-każ għall-[kumpanija tal-manifttura mhux affiljata10].
(149) Ara Tabella 3.
(150) Ara l-Premessa 209.
(151) Ara l-Premessi 211 sa 212.
(152) Ara l-Premessi 203 sa 205.
(153) Ara l-Premessi 148 sa 150 u 300 sa 304.
(154) Ara l-Premessa 142.
(155) Starbucks indikat li d-dħul taħt id-deskrizzjoni “DĦUL MINN KAFÈ PPAKKJAT” huwa relatat mal-funzjoni tal-inkaljar u tal-ippakkjar ta' SMBV u li d-dħul minn oġġetti oħrajn li jistgħu jkopru l-prodotti pproċessati parzjalment abbażi tal-kafè inkaljat minn SMBV jirrappreżenta porzjon żgħir tal-output tal-inkaljar totali ta' SMBV, ara l-Premessa 94.
(156) Fil-fatt, skont il-Premessa 97, SMBV iżżomm marġni fuq prodotti mhux tal-kafè li jkopri l-kostijiet ta' […] kollha ta' […]. Dan il-marġni huwa rreġistrat fuq il-funzjoni tal-bejgħ mill-ġdid.
(157) Ara wkoll paragrafu 3.64 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP, li skonthom: “Intrapriża indipendenti ma tkomplix l-attivitajiet li jiġġeneraw it-telf jekk ma jkollhiex aspettattivi raġonevoli ta' profitti futuri” u paragrafu 1.52 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(158) Ara l-Premessa 105.
(159) Ara l-Premessa 170.
(160) Ara l-Premessa 51.
(161) Fil-Premessa 170, wieħed jista' jara l-arranġament tal-ipprezzar ta' trasferiment għal SMBV li huwa rifless fil-kalkolu tar-royalty li jeħtieġ li titħallas lil Alki LP.
(162) Ara wkoll Premessa 87 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(163) Dawn il-paragrafi huma parti mill-kapitolu 9 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP li jitrattaw ir-ristrutturar tan-negozju iżda xorta waħda huma rilevanti minħabba l-prinċipju sottostanti ddikjarat f'dawn il-paragrafi.
(164) Paragrafu 9.46 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(165) Ara l-Premessa 167.
(166) Il-paragrafi 9.23 u 9.26 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(167) Il-paragrafu 9.29 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(168) Il-paragrafu 9.23 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(169) Ara l-Premessa 106.
(170) Ibid.
(171) Ibid.
(172) Ara l-Premessa 146.
(173) Test simili jinsab fil-Paragrafi minn 1.36 sa 1.41 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(174) Ara l-Premessa 107.
(175) Ara l-Premessa 144.
(176) Ara l-Premessa 112.
(177) Il-pagamenti ta' Starbucks Coffee BV lil Alki LP huma attribwiti lill-istess pula bħall-pagamenti minn SMBV, bl-aħħar wieħed minnhom li jirrappreżenta parti iżgħar tad-dħul ta' Alki LP; Ara l-Premessa 110.
(178) Ara l-Premessa 102.
(179) Ara l-Premessa 201.
(180) Din il-firxa interkwartili stmata bl-użu tal-osservazzjonijiet ta' Starbucks hija ta' 4 % sa 8,5 %, ara l-Premessa 134.
(181) Ara l-paragrafu 3.42 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP, li skont dawn “meta jintużaw marġnijiet tal-profitti ta' impriża indipendenti, il-profitti attribwibbli għat-tranżazzjonijiet tal-impriża indipendenti ma għandhomx ikunu mfixklin minn tranżazzjonijiet ikkontrollati ta' dik l-impriża.”
(182) Peress li l-marġni gross li minnu tirriżulta kien ikun ta' distakkament, ara l-Premessa 128.
(183) Ara l-Premessa 130.
(184) Ara l-Premessa 131.
(185) Ara l-Premessa 131, il-ħdax-il ftehim identifikat huma ftehimiet dwar il-liċenzja tat-teknoloġija fir-rigward tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb.
(186) Ara l-Premessa 121.
(187) Ara l-Premessa 96.
(188) Barra minn hekk, SCTC tidher li għandha ammonti konsiderevoli ta' flus kontanti żejda bbażat fuq il-figuri fit-Tabella 4.
(189) Ara l-Premessa 346.
(190) Ara l-Premessa 315.
(191) Ara l-Premessa 96.
(192) Ara l-Premessa 102.
(193) Ara l-Premessa 190.
(194) L-għażla tal-parti ttestjata hija neċessarja biss meta jintużaw il-“cost plus”, il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid jew it-TNMM ara l-paragrafu 3.18 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(195) Dan ir-rekwiżit jinsab ukoll fil-paragrafu 3.43 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(196) Dan huwa wkoll il-każ tal-paragrafi 2.59 sa 9.79 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(197) Ara l-Paragrafu 2.3 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP u l-paragrafu 3.49 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(198) Skont il-paragrafu 3.42 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP “ma jkunx xieraq li jiġi applikat metodu ta' marġni nett tranżazzjonali fuq il-bażi tal-kumpanija kollha jekk il-kumpanija tkun involuta f'varjetà ta' tranżazzjonijiet ikkontrollati differenti li ma jistgħux jitqabblu b'mod xieraq fuq bażi aggregata ma' dawk ta' intrapriża indipendenti.”
(199) Ara l-Premessi 204 sa 212.
(200) Ara l-Premessa 98.
(201) Ara l-Premessa 212.
(202) Ara l-Premessa 98.
(203) Taqsima 9.2.3.2.
(204) Ara l-Premessa 49.
(205) Ara l-Premessi 79 sa 96 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(206) Starbucks indikat li d-dħul taħt id-deskrizzjoni “DĦUL MINN KAFÈ PPAKKJAT” huwa relatat mal-funzjoni tal-inkaljar u l-ippakjar ta' SMBV. Id-dħul minn entrati oħra li jista' jkopri prodotti pproċessati b'mod parzjali fuq il-bażi tal-kafè inkaljat minn SMBV jippreżenta, skont Starbucks, parti żgħira mill-produzzjoni totali tal-inkaljar ta' SMBV, ara l-Premessa 94.
(207) Ara l-Premessi 166 u 190.
(208) Ara l-Premessa 97.
(209) Ara l-Premessa 315.
(210) Ara l-Premessi 342 et seq.
(211) Ara l-Premessa 179.
(212) Ara wkoll il-paragrafu 1.43 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP u l-paragrafu 1.21 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(213) Ibid.
(214) Dan huwa konformi wkoll mal-eżempju ppreżentat rigward il-funzjoni tad-distribuzzjoni fil-Paragrafu 3.48 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(215) Minn EUR 128 miljun fl-2008 għal EUR 350 million fl-2014.
(216) Minn EUR 20 miljun fl-2008 għal EUR 44 million fl-2014.
(217) Ara l-Premessa 235.
(218) Ara l-Premessa 57.
(219) Inżammu kumpaniji attivi jew kumpaniji bi status mhux magħuf, f'pajjiżi tal-UE-15, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, li ma kinux proprjetà għal 25 % jew aktar ta' kumpanija oħra biex jiġi żgurat il-kriterju ta' indipendenza; dawn l-għażliet huma l-itess bħal dawk tal-konsulent tat-taxxa. Madankollu, intuża perjodu aktar riċenti ta' osservazzjoni, peress li l-konsulent tat-taxxa uża d-dejta għall-2001-2005 u l-APA ġie konkluż fl-2008, tliet snin wara l-aħħar perjodu tad-dejta.
(220) Fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment, l-ispiża operatorja tinkiseb billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn il-kostijiet totali u dawk li l-Bureau van Dijk, li jħaddem lil Amadeus, sejjaħ “kostijiet materjali” li huma maħsubin biex jirriflettu COGS. Id-dejta tal-“kostijiet materjali” ma kinitx disponibbli għal ħafna mill-kumpaniji tat-tqabbil.
(221) Ara l-Paragrafu 3.57 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(222) Jekk, minflok, jintgħażel perjodu ta' ħames snin tal-2003 sal-2007, il-firxa interkwartili li tirriżulta tiġi identika għal 1,5 % sa 5,8 % b'medjan ta' 2,9 %, Jekk jintgħażel l-istess perjodu ta' ħames snin tal-2001 sal-2005, bħal fir-rapport tal-ipprezzar ta' trasferiment ta' Starbucks, il-firxa interkwartili li tirriżulta tiġi 1,8 % sa 5,7 % b'medjan ta' 2,7 %, Finalment, jekk jintgħażel perjodu ta' ħames snin li jispiċċa fl-2006 minflok fl-2007, jiġifieri perjodu tal-2002-2006, il-firxa interkwartili tiġi 1,7 % sa 5,2 % b'medjan ta' 2,6 %.
(223) Ara l-Premessa 139.
(224) Ara l-Premessa 177.
(225) Ara l-Premessi 101 sa 113 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(226) Ara l-Premessa 178.
(227) Din il-firxa tirriżulta mill-figuri fit-Tabella 5 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(228) Ara l-Premessa 87.
(229) Kawżi Konġunti C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u oħrajn ECLI:EU:C:2009:417, paragrafu 69.
(230) Il-Kawża C-170/83 Hydrotherm ECLI:EU:C:1984:271, paragrafu 11. Ara wkoll il-Kawża T-137/02 Pollmeier Malchow vs il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2004:304, paragrafu 50.
(231) Il-Kawża C-480/09 P Acea Electrabel Produzione vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2010:787, paragrafi 47 sa 55: Il-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn ECLI:EU:C:2006:8, paragrafu 112.
(232) L-istruttura korporattiva tal-grupp Starbucks hija spjegata f'aktar dettall fil-Premessa 27 u fil-Figura 1 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(233) Ara, b'analoġija, il-Kawża 323/82 Intermills ECLI:EU:C:1984:345: paragrafu 11 “Huwa ċar li mill-informazzjoni pprovduta mill-applikanti nsfushom li wara r-ristrutturar kemm SA Intermills kif ukoll it-tliet kumpaniji ta' manifattura huma kkontrollati mill-eżekuttiv reġjonali tal-Wallonja u li, wara t-trasferiment tal-impjant lejn it-tliet kumpaniji li għadhom kemm inbnew, SA Intermills għad għandha interess f'dawk il-kumpaniji. Għalhekk, għandu jiġi aċċettat li, minkejja l-fatt li t-tliet kumpaniji ta' manifattura lkoll għandhom personalità ġuridika separata mill-eks SA Intermills, dawk l-impriżi kollha flimkien jiffurmaw grupp wieħed, mill-inqas safejn hija kkonċernata l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani […]”.
(234) Ara l-Premessa 102.
(235) Barra minn hekk, in-nonkonformità tal-APA ta' SMBV mal-prinċipju ta' distakkament kompliet tiġi kkonfermata u aggravata fis-snin ta' wara l-konklużjoni tiegħu. Pereżempju, filwaqt li fl-2007 id-dħul mill-kafeni inkaljati kien jippreżenta biss [15-20] % tad-dħul totali ta' SMBV, dan kompla jonqos fis-snin ta' wara għal […] % fl-2013 u fl-2014. Dan huwa allinjat mal-fatt li SMBV kienet involuta f'attivitajiet oħrajn, bħar-riċerka tas-suq, li jimplikaw spejjeż sinifkanti u attivitajiet oħrajn relatati mal-IP, minħabba l-inklużjoni ta' spejjeż ta' ammortizzazzjoni intanġibbli bħala waħda mill-akbar entrati tal-ispejjeż operatorji fl-2014.
(236) Ara l-paragrafi 3.42 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP, li skonthom “meta jintużaw marġnijiet ta' profitt ta' impriża indipendenti, il-profitti attribwibbli għat-tranżazzjonijiet tal-intrapriża indipendenti ma jistgħux jiġu distorti minn tranżazzjonijiet ikkontrollati ta' dik l-impriża.”
(237) Ara Tabella 11.
(238) L-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat jikkonċernaw għajnuna ta' karattru soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali, għajnuna biex tikkumpensa għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew okkorrezzi eċċezzjonali u għajnuna mogħtija lil ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li l-ebda waħda minnhom ma tapplika għall-każ preżenti.
(239) Issir referenza għar-Regolament (EU) 2015/1589 fir-rigward tal-illegalità tal-għajnuna u tal-obbligu ta' rkupru.
(240) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1989 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu tal-Artikolu 108 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(241) Il-Kawżi Magħquda T-116/01 u T-118/01 P&O European Ferries (Vizcaya) SA u Diputacion Floral de Vizcaya vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2003:217, paragrafu 115.
(242) Il-Kawża T-290/97 Mehibas Dordtselaan vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2000:8, paragrafu 59 u s-sentenza fil-Kawżi C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2006:416, paragrafu 147.
(243) Ara l-Kawża C-441/06 Il-Kummissjoni vs L-Italja EU:C:2007:616, paragrafu 29 u l-ġurisprudenza ċċitata.
|
29.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/116 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/503
tat-8 ta' Novembru 2016
rigward l-iskema ta' għajnuniet SA.39621 2015/C (ex 2015/NN)
(notifikata bid-dokument C(2016) 7086)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'konformità mal-Artikoli msemmija (1) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Bl-ittra tat-13 ta' Novembru 2015 (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”), il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Franċiżi bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' din il-miżura. |
|
(2) |
L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti tagħhom dwar din l-ittra permezz tal-ittra tagħhom tas-17 ta' Diċembru 2015. |
|
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-2 ta' Frar 2016 (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom rigward il-miżura kkonċernata. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati u bagħtithom lill-awtoritajiet Franċiżi filwaqt li tathom il-possibbiltà li jikkummentaw dwarhom. Il-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi ntbagħtu permezz tal-ittra tal-24 ta' Mejju 2016. |
|
(5) |
Fit-2 ta' Mejju 2016 il-Kummissjoni bagħtet lista ta' mistoqsijiet lill-awtoritajiet Franċiżi li min-naħa tagħhom wieġbuhom permezz tal-ittri tal-21 ta' Ġunju u tal-15 ta' Lulju 2016. Fis-27 ta' Lulju l-Kummissjoni bagħtet lista ta' mistoqsijiet oħra lill-awtoritajiet Franċiżi, li wieġbuhom fid-9 ta' Settembru 2016. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
|
(6) |
Il-mekkaniżmu huwa deskritt fid-dettall fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. It-taqsimiet li ġejjin jiġbru fil-qosor din il-kwistjoni. |
2.1. Il-funzjonament ġenerali tal-mekkaniżmu
|
(7) |
Il-liġi Nru 2010-1488 tas-7 ta' Diċembru 2010 dwar l-Organizzazzjoni l-Ġdida tas-Swieq tal-Elettriku (il-liġi “NOME”), introduċiet obbligu fuq il-fornituri tal-elettriku, l-operaturi tan-netwerks għat-telf u l-konsumaturi għall-konsumi barra l-kuntratt ta' provvista (“il-fornituri”) li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fi Franza skont il-konsum ta' enerġija tal-klijenti tagħhom jew tagħhom stess. Sabiex jissodisfaw dan l-obbligu, kull sena kull fornitur irid jiġġustifika ċertu volum ta' garanziji ta' kapaċità marbuta mal-konsum tal-klijenti tiegħu jew mal-konsum tiegħu stess matul il-perjodu ta' domanda massima. |
|
(8) |
Il-garanziji ta' kapaċità jinkisbu mill-fornituri jew direttament b'mezzi proprji (faċilitajiet ta' produzzjoni jew kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda), jew għandhom jinxtraw f'suq deċentralizzat mingħand dawk li jistokkjawhom (jiġifieri l-operaturi tal-kapaċità, fornituri oħra, operaturi tas-suq, konsumaturi li jfornu lilhom infushom, eċċ.). |
|
(9) |
L-operaturi tal-kapaċità ta' produzzjoni jew ta' ġestjoni tad-domanda (“l-operaturi tal-kapaċità” jew “l-operaturi”), min-naħa tagħhom għandhom l-obbligu li jiksbu ċertifikat għall-kapaċità tagħhom mingħand l-operatur tas-sistema pubblika ta' trażmissjoni tal-elettriku (“RTE”). L-operaturi ser jingħataw garanziji ta' kapaċità mingħand RTE skont il-kontribut stmat tal-faċilitajiet tagħhom għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ fil-perjodi ta' domanda massima ta' konsum. |
|
(10) |
Il-garanziji tal-kapaċità jistgħu jiġu skambjati u trasferiti. Ix-xiri ta' garanziji ta' kapaċità minn fornituri tal-elettriku mingħand l-operaturi tal-kapaċità biex jiġu ssodisfati l-obbligi legali tagħhom se jiġi organizzat permezz ta' suq deċentralizzat tal-garanziji ta' kapaċità. Il-Figura 1 turi kif jiffunzjona ġeneralment il-mekkaniżmu. Figura 1 Il-funzjonament ġenerali tal-mekkaniżmu Metodu tal-kalkolu tal-obbligu Offerta ta’ garanzija Impenn min-naħa tal-operaturi tal- kapaċità li jagħmlu l-kapaċitajiet tagħhom disponibbli matul il-perjodu tal-akbar domanda. Bi skambju, huma jirċievu garanziji ta’ kapaċità li jkunu jistgħu jiv valorizzaw. Talba għall-garanziji Obbligu tal-fornituri Il-prezz tal-kapaċità jirrifletti l-kost tas-sigurtà tal-provvista għal kull sena ta’ forniment Obbligu fuq il-fornituri li jakkwistaw garanziji ta’ kapaċità biex ikopru l-konsum tal-klijenti tagħhom fil-mumenti tal-akbar domanda. Kriterju ta’ sigurtà tal-provvista definit mill-Ministru (aspettattiva ta’ qtugħ = 3 h) Verifika tal-ammont ta’ garanziji kontra l-konsum fil-perjodu ta’ akbar domanda Kontroll tad-disponibbiltà Suq tal-kapaċità Kriterju ta’ sigurtà tal-provvista Skambji ta’ garanzija Ċertifikazzjoni Impenn ta’ disponibbiltà Kapaċità Sors: Ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tat-2 ta' Frar 2015 |
2.2. L-obbligi tal-kapaċità
2.2.1. L-obbligi tal-fornituri
|
(11) |
Il-kalkolu tal-enerġija ta' referenza ta' fornitur, jiġifieri l-obbligu ta' kapaċità tiegħu, huwa bbażat fuq il-prinċipji li ġejjin:
|
|
(12) |
L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jiddefinixxi kull sena l-ġranet ta' PD1 li jiddeterminaw l-obbligu tal-kapaċità tal-fornituri tat-territorju metropolitan nazzjonali, billi jibbaża fuq l-istimi tal-konsum nazzjonali ta' dak il-jum għall-għada (f'J-1). In-numru ta' jiem ta' PD1 irid ikun bejn 10 u 15 għal kull sena ta' konsenja u s-sigħat magħżula għall-kalkolu tal-obbligu ta' kapaċità huma l-meded ta' sigħat (07h00- 5h00 u 18h00-20h00) tal-ġranet ta' PD1 magħżula. Għalhekk in-numru ta' sigħat ta' domanda massima tal-PD1 huwa bejn 100 u 150 siegħa fis-sena. Il-ġranet PD1 jiġu nnotifikati lill-fornituri f'J-1 qabel l-għaxra u nofs ta' filgħodu (10h30). |
|
(13) |
L-obbligu mhuwiex iddeterminat b'mod standard minn qabel, iżda abbażi ta' dejta mkejla, biex kull konsumatur jirċievi l-kontribut reali tiegħu għar-riskju ta' qtugħ. Biex il-kontribut ta' konsumatur jiġi tradott għar-riskju ta' qtugħ minħabba t-termosensittività tiegħu, il-konsum tiegħu rreġistrat matul is-sena ta' konsenja jiġi adattat sabiex jissimula mewġa ta' kesħa li l-intensità tagħha tikkorrispondi għar-riskju li tipprova tkopri s-sistema (mewġa ta' kesħa fuq għaxar snin) u b'hekk jissodisfa l-kriterju ta' sigurtà tal-provvista stipulat mill-awtoritajiet Franċiżi. Il-kriterju ta' sigurtà tal-provvista ġie stabbilit bid-Digriet Nru 2006-1170 tal-20 ta' Settembru 2006 u jikkorrispondi għal aspettattiva ta' medja ta' qtugħ ta' tliet (3) sigħat fis-sena. |
|
(14) |
Il-parametri li ser jiddeterminaw il-ħtieġa attwali ta' garanziji ta' kapaċità fis-sena ta' konsenja ser ikunu ppubblikati erba' (4) snin qabel is-sena ta' konsenja u jibqgħu stabbli għal sena finanzjarja sħiħa, biex ikun jista' jsir kummerċ f'qafas regolatorju fiss u biex jiġi żgurat li l-valur tal-prodott ma jinbidilx minħabba intervent estern għas-suq. L-obbligu speċifiku ta' kull fornitur imbagħad jiġi kkalkulat wara s-sena ta' konsenja, billi jiġu applikati dawn il-parametri. |
|
(15) |
Il-ġestjoni tad-domanda tista' tiġi kkunsidrata skont żewġ metodi differenti: jew billi jitnaqqas l-ammont tal-obbligu tal-kapaċità ta' fornitur bi tnaqqis tal-konsum (“ġestjoni tad-domanda impliċita”), jew permezz ta' ċertifikazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda (“ġestjoni tad-domanda espliċita”). L-obbligi għaż-żewġ tipi ta' ġestjoni tad-domanda huma differenti: il-“ġestjoni tad-domanda impliċita” trid effettivament titħaddem waqt il-ħinijiet PD1; filwaqt li l-“ġestjoni tad-domanda espliċita” trid tkun kommessa li tkun disponibbli waqt il-ħinijiet PD2. |
|
(16) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew li ċerti garanziji tal-kapaċità jkunu assoċjati mal-prodott ARENH (3) għall-fornituri alternattivi, li, fil-fehma tagħhom, għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tas-suq tal-garanziji tal-kapaċità. |
2.2.2. L-obbligi tal-operaturi tal-kapaċità u l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni
|
(17) |
L-operatur ta' kwalunkwe faċilità ta' produzzjoni (il-mekkaniżmu huwa teknoloġikament newtrali) konnessa mas-sistema pubblika ta' trażmissjoni jew mas-sistema pubblika ta' distribuzzjoni irid japplika għaċ-ċertifikazzjoni minn RTE. L-operatur ta' kwalunkwe faċilità ta' produzzjoni (il-mekkaniżmu huwa teknoloġikament newtrali) konnessa mas-sistema pubblika ta' trażmissjoni jew mas-sistema pubblika ta' distribuzzjoni irid japplika għaċ-ċertifikazzjoni minn RTE. Kwalunkwe faċilità ta' ġestjoni tad-domanda, tkun xi tkun is-sistema li magħha hija konnessa, tista' tiġi ċċertifikata minn RTE. Għaldaqstant huwa l-operatur tal-kapaċità li l-ewwel jagħmel stima tal-volum ta' kapaċità tiegħu li jista' jkun disponibbli matul il-perjodi ta' domanda massima ta' konsum (imsejħa “PD2”) f'sena ta' konsenja partikolari. |
|
(18) |
In-numru ta' jiem ta' PD2 għal sena ta' konsenja huwa bejn 10 u 25. Barra minn hekk, il-jiem PD1 bilfors iridu jkunu jiem ta' PD2. Il-jiem ta' PD2 li mhumiex jiem ta' PD1 jintgħażlu f'ġurnata għall-għada minn RTE abbażi ta' kriterji ta' voltaġġ imposti fuq is-sistema elettrika. Il-firxiet ta' ħinijiet ikkonċernati huma l-istess bħal dawk tal-jiem ta' PD1. In-numru ta' sigħat ta' domanda massima ta' PD2 huwa għalhekk bejn 100 u 250 siegħa fis-sena. |
|
(19) |
Il-livell iċċertifikat imbagħad jiġi kkalkulat minn RTE abbażi tad-dejta mibgħuta kif ukoll abbażi tal-metodi ta' kalkolu previsti fil-bażi legali tal-mekkaniżmu. Għaldaqstant, isiru korrezzjonijiet pereżempju sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni n-numru possibli ta' ġranet suċċessivi ta' attivazzjoni tal-kapaċitajiet iċċertifikati jew il-kontribuzzjoni effettiva għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ ta' kapaċità li s-sors ta' enerġija primarja tagħha huwa soġġett għal perikli meteoroloġiċi. |
|
(20) |
Imbagħad, l-operatur jista' jibdel il-previżjonijiet tiegħu ta' disponibbiltà tul il-mekkaniżmu kollu, inkluż matul is-sena ta' konsenja, permezz ta' pjan ta' riekwilibriju. Ir-riekwilibriju jikkorrispondi għal “tiġdid taċ-ċertifikazzjoni” tal-kapaċità u jippermetti lill-operatur jaġġusta l-aspettattivi tiegħu kull meta tiġi rilevata informazzjoni ġdida dwar il-kapaċità tiegħu. Ir-riekwilibriju jista' jinvolvi tnaqqis jew żieda. |
|
(21) |
Din is-sistema ta' dikjarazzjoni hija akkumpanjata minn sistema ta' kontroll tal-kapaċità: il-prinċipju huwa li kull kapaċità ċertifikata trid tiġi attivata tal-inqas darba fis-sena. Dan jinvolvi testijiet każwali għal kull kapaċità mingħajr ma l-operatur ikun avżat minn qabel. Kapaċità ma tistax tiġi ttestjata aktar minn tliet darbiet f'perjodu ta' konsenja. |
|
(22) |
Ir-regoli dettaljati taċ-ċertifikazzjoni jvarjaw skont it-tip ta' kapaċità kkonċernata:
|
|
(23) |
Il-persuna responsabbli miż-żona taċ-ċertifikazzjoni (“RPC”) hija l-persuna ġuridika responsabbli finanzjarjament mid-differenzi tal-operaturi tal-kapaċità fiż-żona tiegħu. L-operaturi jistgħu jkunu l-RPC tagħhom stess jew jiffirmaw kuntratt ma' xi RPC. RPC jista' “iżid” il-kapaċitajiet fiż-żona tiegħu. |
|
(24) |
Biex jitħallsu d-differenzi, RTE jikkomunika lil kull RPC id-differenza fiż-żona tiegħu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' konsenja +2. |
2.3. L-iskambji tal-garanziji tal-kapaċità
|
(25) |
Il-garanziji tal-kapaċità huma kollha mdaħħla fir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità, li jinżamm mill-operatur tan-netwerk RTE. Kull fornitur u kull operatur ta' kapaċità huwa obbligat li jiftaħ kont ma' RTE fuq ir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità. Għalhekk l-atturi integrati vertikalment huma obbligati jżommu żewġ kontijiet f'dan ir-reġistru, wieħed għall-attività ta' produzzjoni tagħhom u l-ieħor għall-attività ta' kummerċjalizzazzjoni tagħhom. |
|
(26) |
Is-sjieda ta' garanzija tal-kapaċità tiddependi mir-reġistrazzjoni tagħha minn RTE fil-kont li jkollu d-detentur tagħha fir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità. Kull garanzija tal-kapaċità li tinħareġ tingħata numru biex minn naħa jkun hemm ġestjoni tagħha u min-naħa l-oħra jkunu jistgħu jiġu rintraċċati l-iskambji. Din tkun valida għal sena ta' konsenja. Il-garanzija tal-kapaċità, li l-unità tagħha hija ta' 0,1 MW (4), tkun biss tal-proprjetarju ladarba tinħareġ: attur li jkollu garanzija tal-kapaċità ma jġorr ebda riskju relatat mal-kapaċità sottostanti li toħloqha. |
|
(27) |
It-trasferimenti tal-garanziji tal-kapaċità bejn l-atturi (ħruġ u bejgħ) isiru permezz tat-traferiment ta' dawn il-garanziji fuq ir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità, wara li ssir it-talba miż-żewġ partijiet (il-parti ċedenti u l-parti riċeventi). It-trasferimenti attwali tal-proprjetà isiru permezz tar-reġistrazzjoni ta' garanzija tal-kapaċità fuq il-kont tal-attur riċeventi. |
|
(28) |
L-iskambji tal-garanziji tal-kapaċità jistgħu jseħħu fi swieq mhux irregolati jew fi swieq organizzati. |
|
(29) |
L-iskambji ta' garanziji tal-kapaċità jistgħu jsiru matul il-perjodu kollu miċ-ċertifikazzjoni sal-iskadenza tal-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità. Kif spjegat fil-premessa (23), RTE jinnotifika lil kull fornitur dwar l-ammont tal-obbligu ta' kapaċità tiegħu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' konsenja +2. L-iskadenza tal-bejgħ tkun 15-il jum wara. |
|
(30) |
Il-fornituri li, fl-iskadenza tan-notifika jkollhom garanziji tal-kapaċità żejda meta mqabbla mal-obbligu tagħhom huma meħtieġa jagħmlu offerta pubblika ta' bejgħ qabel l-iskadenza tal-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità. |
|
(31) |
Ħamest ijiem wara l-iskadenza tal-bejgħ tal-garanziji, RTE jikkalkula, għal kull fornitur, l-iżbilanċ bejn l-ammont tal-obbligu ta' kapaċità tal-fornitur u l-ammont ta' garanziji tal-kapaċità li jidhru fil-kont tal-fornitur fir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità kif ukoll is-saldu finanzjarju korrispondenti. |
2.4. Is-saldu finanzjarju tad-differenzi
|
(32) |
Il-mekkaniżmu jipprovdi l-akkontabilità fuq id-differenzi bejn ir-realizzat u l-previżjonijiet. |
|
(33) |
L-istruttura globali tas-saldi finanzjarji tikkorrispondi għal saldi tad-differenzi li jsiru b'mod simili ħafna għal dak fis-seħħ għall-enerġija (riekwilibriju jew balancing) u tassumi li l-fornituri u l-RPCs iħallsu somma f'każ ta' żbilanċ negattiv jew jirċievu somma f'każ ta' żbilanċ pożittiv. F'każ ta' żbilanċ negattiv il-konsumaturi finali jgawdu minn tnaqqis fil-prezz permezz tat-TURPE (Tarif d'Utilisation du Réseau Public d'Electricité — Prezz tal-Użu tan-Netwerk Pubbliku tal-Elettriku) (5). |
|
(34) |
Il-prezz tas-saldu applikat għal sena ta' konsenja partikolari jiddependi minn ċerti kriterji:
|
|
(35) |
Ladarba d-diversi saldi tad-differenzi jiġu kkalkulati, l-RPC u l-fornituri li jkollhom differenzi negattivi jitfgħu l-ammont tas-saldu li għandhom iħallsu fil-fondi rispettivi tagħhom u l-RPC u l-fornituri li jkollhom differenzi pożittivi jirċievu l-ammont tas-saldu dovut lilhom mill-fondi rispettivi tagħhom. Madankollu, is-somma tas-saldi pożittivi ma tkunx akbar mis-somma tal-pagamenti magħmula għas-saldi finanzjarji negattivi għal sena ta' konsenja partikolari. Il-bilanċi li jista' jifdal fil-fondi għas-saldu tad-differenzi jitqassmu kollha mill-ġdid lill-utenti tas-sistema pubblika tat-trażmissjoni tal-elettriku, jiġifieri lill-klijenti finali kollha. |
|
(36) |
Mhemm l-ebda fluss finanzjarju bejn il-fond għas-saldu tad-differenzi tal-RPC u l-fond għas-saldu tad-differenzi tal-fornituri. Għaldaqstant mhemm l-ebda fluss finanzjarju bejn l-operaturi tal-kapaċitajiet u l-fornituri kkonċernati f'dak li jirrigwarda s-saldu tad-differenzi. |
|
(37) |
RTE jipprovdi l-ġestjoni tal-amministrazzjoni, tal-kontijiet u tal-finanzi tal-fondi għas-saldi (“fond għas-saldu tad-differenzi tal-persuni responsabbli għaż-żona ta' ċertifikazzjoni” u “fond għas-saldu tar-riekwilibriju tal-kapaċità tal-fornituri”) skont ir-regoli tal-kontabilità privata. Bħala tali huwa inkarigat mill-kontijiet u l-irkupru tas-somom dovuti mill-RPC u l-fornituri, kif ukoll mill-kontroll tan-nuqqas ta' pagamenti. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni li tirregola l-enerġija (CRE), l-awtorità regolatorja nazzjonali fil-qasam tal-enerġija, min-naħa tagħha hija responsabbli mill-kontroll tas-saldu tad-differenzi tal-fornituri (l-Artikolu 7 tad-Digriet Nru 2012-1405 kodifikat fl-Artikolu R. 335-12 tal-Kodiċi tal-Enerġija) u tista' tagħti penali amministrattiva f'każ ta' ksur tal-obbligu legali tal-ħlas tad-differenzi. Il-penali trid tkun proporzjonata u ma tistax taqbeż EUR 120 000 għal kull MW ta' kapaċità għal sena ta' konsenja (l-Artikolu L. 335-7 tal-Kodiċi tal-Enerġija). |
2.5. Il-bażi legali nazzjonali
|
(39) |
Il-liġijiet u r-regolament li jirregolaw il-mekkaniżmu tal-kapaċità huma:
|
|
(40) |
Fid-dawl tar-rimedji proposti minn Franza wara l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, dawn it-testi ser ikunu wkoll emendati jew kompluti sabiex jirriflettu r-rimedji kollha deskritti fit-Taqsima 3 ta' din id-deċiżjoni. |
2.6. Il-benefiċjarji
|
(41) |
Il-benefiċjarji tal-mekkaniżmu huma d-detenturi tal-kapaċità, li jirċievu l-garanziji tal-kapaċità mill-Istat (permezz ta' RTE) u li għandhom il-possibbiltà li jerġgħu jbiegħuhom. |
2.7. L-għan tal-mekkaniżmu: is-sigurtà tal-provvista
|
(42) |
L-indikatur magħżul minn Franza sabiex tivvaluta r-riskju ta' żbilanċ bejn l-offerta u d-domanda tal-elettriku huwa l-aspettattiva ta' qtugħ minħabba żbilanċ bejn l-offerta u d-domanda (Loss Of Load Expectation (LOLE)). Għal Franza, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu li jikkunsidraw aspettattiva ta' qtugħ medju ta' tliet (3) sigħat fis-sena. |
|
(43) |
L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li għal dawn l-aħħar diversi snin, Franza kien qed ikollha domanda massima ta' konsum tal-elettriku fix-xitwa. Is-sistema elettrika ta' Franza hija kkaratterizzata fil-fatt minn sensittività kbira għat-temperatura fil-konsum tal-elettriku li twassal għal konsum ogħla ta' elettriku matul il-perjodi kesħin ħafna tax-xitwa. Kif spjegat fil-Figura 2, din is-sensittività għat-temperatura kompliet tikber matul dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari minħabba li żdied il-konsum relatat mat-tisħin bl-elettriku, iżda wkoll minħabba użi ġodda tal-elettriku li jikkoinċidu mal-konsum akbar ta' filgħaxija. |
|
(44) |
Iż-żieda fid-domanda massima hija aktar rapida minn dik tal-livell ġenerali tal-konsum ta' elettriku. Barra minn hekk, id-domanda massima ta' konsum fi Franza hija kkaratterizzata mill-volatilità qawwija tagħha u d-differenzi fil-konsum jistgħu jkunu għalhekk partikolarment sinifikanti (sa 20 GW bejn sena u oħra). Il-kontroll tad-domanda massima ta' konsum tal-elettriku huwa għalhekk tħassib ewlieni, b'mod partikolari fil-kuntest tat-trasferimenti tal-użijiet tal-enerġija lejn l-elettriku. Figura 2 Perjodi storiċi tal-ogħla domanda ta' konsum fi Franza Perjodi storiċi ta’ domanda massima ta’ konsum f’dawn l-aħħar għaxar snin Sors: RTE — Rapport Provviżorju tal-bilanċ bejn l-offerta u d-domanda tal-elettriku fi Franza 2014, p. 33 |
|
(45) |
Skont RTE, min-naħa tal-offerta, l-Ewropa hija kkaratterizzata minn domanda staġnata u kapaċità żejda konsiderevoli ta' produzzjoni tal-elettriku kkawżati minn diversi fatturi. Mill-2008 'l hawn, il-kriżi ekonomika naqqset id-domanda għall-elettriku. Fl-istess waqt, l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli ssussidjati “barra mis-suq” u li jgawdu aċċess prijoritarju għan-netwerk tal-elettriku huwa mgħaġġel. Barra minn hekk, l-impjanti tal-faħam Ewropej raw żieda qawwija fl-attività minħabba l-waqgħa fil-prezz tal-fjuwil, dovuta għaż-żieda fil-gass tax-shale fl-Amerika li ġiegħlet lill-Istati Uniti jesportaw f'ammonti kbar il-produzzjoni żejda tal-faħam tagħhom lejn l-Ewropa. Fl-aħħar nett, naqas ħafna d-dħul, u allura naqset ukoll l-attività, tal-impjanti tal-gass — li saru inqas kompetittivi mill-impjanti tal-faħam. |
|
(46) |
F'dan il-kuntest, il-perikli relatati mal-kundizzjonijiet tal-klima joħolqu inċertezza fuq il-qligħ tal-kapaċitajiet intensivi meħtieġa biex ikopru din id-domanda ogħla ta' konsum. Dawn il-perjodi ta' żieda qawwija fid-domanda tal-konsum huma rari, ftit sigħat f'sena u saħansitra xejn f'xi snin oħrajn jekk it-temperaturi jkunu xi ftit għoljin. |
|
(47) |
Il-mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza ġie mfassal bħala waħda mis-soluzzjonijiet għal din il-problema, biex tkun garantita l-konformità mal-kriterju tas-sigurtà tal-provvista definit mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa jipprova jkun kemm mezz biex iġib bidla fl-imġiba tal-konsum fil-perjodi intensivi (l-approċċ tad-domanda) kif ukoll jiġġenera investimenti xierqa fil-faċilitajiet ta' produzzjoni u fil-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda (approċċ tal-offerta). |
2.8. Baġit
|
(48) |
Il-valur tal-garanziji tal-kapaċità ma jiġix stabbilit mill-amministrazzjoni: huwa s-suq li jiddeterminah. L-iskambji jiġu stabbiliti b'mod liberu mill-atturi tal-mekkaniżmu abbażi tal-aspettattivi tagħhom, tal-istrateġiji ta' hedging tagħhom u fuq it-tagħrif disponibbli. |
|
(49) |
Minkejja n-natura deċentralizzata tal-mekkaniżmu li tagħmilha diffiċli li wieħed jistma l-baġit, saret stima tal-baġit fejn ġie preżunt obbligu ta' kapaċità globali għad-domanda Franċiża ta' bejn 80 000 u 95 000 MW u fejn ġie preżunt koeffiċjent ta' sigurtà miżmum fil-valur ta' 0,93. Id-domanda ser tiddependi mill-evoluzzjoni tal-konsum fi Franza metropolitana, inklużi azzjonijiet ta' kontroll tad-domanda li ser jimplimentaw il-fornituri tal-elettriku, li jwasslu biex jonqos l-obbligu individwali li huma ser jiffaċċjaw. Abbażi ta' dan id-dħul gross tal-operaturi fis-suq tal-kapaċità jista' jvarja bejn EUR 0/kW u EUR 30/kW fil-perjodu ta' bejn l-2017 u l-2026, bl-ogħla ammonti jkunu fis-snin fejn ikun meħtieġ il-bini ta' makkinarju ġdid ta' produzzjoni. |
2.9. Tul taż-żmien
|
(50) |
L-ewwel sena ta' konsenja tibda fl-1 ta' Jannar 2017. B'deroga mir-regola ġenerali li tipprovdi li ċ-ċertifikazzjonijiet isiru erba' snin qabel is-sena ta' konsenja, iċ-ċertifikazzjoni għall-ewwel sena ta' konsenja (2017) bdiet fl-1 ta' April 2015. Attwalment, għalkemm l-awtoritajiet Franċiżi mhumiex qegħdin jipprovdu data ta' tmiem tal-mekkaniżmu, ser issir valutazzjoni annwali, definita mil-liġi ta' Franza, minn RTE u mir-regolatur. Jekk ikun il-każ, din tista' twassal għal reviżjoni tal-mekkaniżmu (pereżempju biex jikkonforma mal-aħħar bidliet fil-leġiżlazzjoni Ewropea), jew għal tmiem il-mekkaniżmu jekk dan ma jibqax meħtieġ (6). |
2.10. Kumulazzjoni
|
(51) |
Rigward il-faċilitajiet taħt kuntratt ta' obbligu ta' xiri (sorsi tal-elettriku rinnovabbli) jew eliġibbli għal kumpens addizzjonali, l-Artikoli L. 121-24 u L. 335-5 tal-Kodiċi tal-Enerġija jipprovdu li l-qligħ mill-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità jitnaqqas mill-ispejjeż totali tagħhom ta' servizz pubbliku, inkluża l-għajnuniet l-oħrajn mogħtija mill-Istat u li jiffinanzjaw l-iskema ta' appoġġ bl-obbligu ta' xiri. B'mod simetriku, il-produtturi mhumiex ser ikunu soġġetti għas-saldu tad-differenzi f'każ li l-kapaċità effettiva tkun inqas minn dik ċertifikata għall-perikli relatati mad-disponibbiltà tar-riżorsa primarja (7). |
3. RAĠUNIJIET LI GĦALIHOM NGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA.
3.1. Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE
|
(52) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet, fil-premessa 143, li l-miżura hija għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u dan għar-raġunijiet li ġejjin. |
3.1.1. L-imputabbiltà u l-finanzjament permezz ta' riżorsi tal-Istat
|
(53) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li wieħed seta' jikkonkludi li kien hemm trasferiment ta' riżorsi tal-Istat mhux biss jekk kien hemm trasferiment ta' flus direttament mill-baġit tal-Istat jew ta' entità pubblika, iżda wkoll jekk il-fondi insostenn tal-mekkaniżmu kienu ġejjin mill-ekwità tal-impriżi diment li (i) l-Istat jirrinunzja għall-ġbir tar-riżorsi tal-Istat li għandu jdaħħal u/jew li (ii) il-mezzi finanzjarji implimentati għall-iskema jibqgħu taħt il-kontroll pubbliku, mingħajr ma jappartjenu neċessarjament b'mod permanenti għall-patrimonju pubbliku. |
|
(54) |
Rigward l-ewwel punt, l-Istat Franċiż qed jirrinunzja għal riżorsi pubbliċi peress li jagħti bla ħlas iċ-ċertifikati tal-kapaċità lill-operaturi tal-kapaċità minflok ma jbiegħhom (bħal fil-każijiet Nox (8) u ċertifikati ekoloġiċi Rumeni (9)). |
|
(55) |
Rigward it-tieni punt, il-mezzi finanzjarji in sostenn tal-mekkaniżmu jibqgħu taħt il-kontroll tal-Istat (l-istess bħal fil-Każijiet Vent de Colère (10) u Essent (11)) peress li: (i) il-fondi huma alimentati minn kontributi obbligatorji imposti mill-Istat u għalhekk huma attribwibbli lilu; (ii) l-Istat jistabbilixxi parametri (kriterji ta' sigurtà ta' provvista u metodoloġija għall-iffissar tal-prezz ta' referenza tas-suq li jiddetermina l-prezz tas-saldu tad-differenzi) li jinfluwenzaw il-prezz tal-kapaċità u l-kwantità ta' ċertifikati globali, anki jekk mhumiex iffissati bħala tali mill-Istat; (iii) il-Kummissjoni li tirregola l-enerġija (is-CRE) għandha s-setgħa li timponi sanzjonijiet fuq il-fornituri li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom f'termini ta' saldu tad-differenzi; u (iv) l-operatur tas-sistema ta' trasport — RTE — intgħażel mill-Istat biex jamministra l-fondi tas-saldu tad-differenzi. |
3.1.2. Vantaġġ selettiv
|
(56) |
Skont il-Kummissjoni, is-sentenza Altmark (12) ma tapplikax f'dan il-każ peress li l-obbligu ta' servizz pubbliku mhuwiex definit b'mod ċar. L-obbligi tal-mekkaniżmu huma numerużi u differenti skont id-diversi partijiet ikkonċernati (operaturi tal-impjanti, operaturi tal-ġestjoni tad-domanda, fornituri). Min-naħa tal-obbligu fuq l-operaturi tal-kapaċità, l-obbligu ta' ċertifikazzjoni mhuwiex strettament irregolat peress li: (i) hija fakultattiva għall-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda u (ii) l-operaturi ta' faċilitajiet ta' produzzjoni eżistenti għandhom l-għażla f'dak li jirrigwarda l-livell ta' kapaċità li jiċċertifikaw. |
|
(57) |
Għaldaqstant il-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità huwa vantaġġ u mhux il-korrispettiv ta' obbligu ta' servizz pubbliku. Dan il-vantaġġ huwa selettiv peress li l-mekkaniżmu jipprevedi għajnuna lill-operaturi tal-kapaċità, u mhux għal setturi oħra tal-ekonomija. |
3.1.3. L-effetti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri
|
(58) |
Skont il-Kummissjoni, il-mekkaniżmu tal-kapaċità jista' jaffettwa l-kompetizzjoni mal-operaturi tal-kapaċitajiet li jinsabu barra l-pajjiż (u għalhekk jaffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri) diment li l-kapaċitajiet li jinsabu fi Franza jiksbu vantaġġ li l-operaturi tal-kapaċitajiet li jinsabu f'pajjiżi oħrajn ma jistgħux jiksbu peress li ma jistgħux jiġu ċċertifikati. |
3.2. Għan ta' interess komuni u ħtieġa
|
(59) |
It-tħassib tal-awtoritajiet Franċiżi rigward l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni huwa strettament marbut ma' żieda kbira fid-domanda li sseħħ matul perjodi relattivament qosra ta' kesħa kbira, minħabba li Franza tiddependi b'mod partikolari mit-tisħin bl-elettriku. |
|
(60) |
Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ qajmet dubji rigward il-ħtieġa tal-miżura għar-raġunijiet li ġejjin:
|
3.3. Adegwatezza tal-għajnuna
|
(61) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-mekkaniżmu seta' joħloq diskriminazzjoni bejn id-diversi kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda. B'mod partikolari, żewġ tipi ta' ġestjoni tad-domanda tal-konsum jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu: minn naħa, il-kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda impliċita, li tikkonsisti fi tnaqqis tal-obbligu tal-kapaċità tal-fornituri sal-volum tal-kapaċità miksub permezz tat-tnaqqis tat-tagħbija tal-klijenti waqt is-sigħat tal-ogħla domanda bejn 10t ijiem u 15-il jum fis-sena; u min-naħa l-oħra, il-kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda espliċita, li teħtieġ mill-konsumaturi (il-kbar) jew mill-aggregaturi li jiċċertifikaw il-potenzjal ta' tnaqqis tal-konsum tagħhom u li jagħmlu din il-kapaċità disponibbli (mingħajr ma tkun neċessarjament imnaqqsa) matul il-ħinijiet tal-ogħla domanda bejn 10t ijiem u 25 jum fis-sena. |
|
(62) |
Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkritikat il-fatt li l-mekkaniżmu ma kienx miftuħ għal kull teknoloġija oħra li tista' tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista, b'mod partikolari l-interkonnessjonijiet u/jew il-kapaċitajiet barranin. |
|
(63) |
Il-Kummissjoni kienet ukoll enfasizzat ir-riskju li l-kapaċitajiet il-ġodda ta' produzzjoni ma setgħux jipparteċipaw fil-mekkaniżmu, l-aktar minħabba n-nuqqas ta' sinjali ta' prezzijiet affidabbli għall-garanziji tal-kapaċità. Speċifikament, il-Kummissjoni kienet imħassba:
|
3.4. Proporzjonalità
|
(64) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha l-Kummissjoni kienet identifikat riskju li l-mekkaniżmu jista' jwassal għal kumpens żejjed ta' ċerti operaturi tal-kapaċità, l-aktar minħabba:
|
3.5. L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(65) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni identifikat għadd ta' problemi f'termini ta' distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, kemm fil-livell tal-produzzjoni kif ukoll f'termini ta' provvista tal-elettriku. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar l-eżistenza ta' diskrepanzi sinifikanti fl-informazzjoni. Il-fornituri l-kbar integrati vertikalment, b'mod partikolari dawk li huma diġà preżenti fis-suq Franċiż, jistgħu jgawdu minn vantaġġ minħabba li għandhom aktar esperjenza tas-suq, l-aktar f'dak li jirrigwarda d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet, il-ħtiġijiet ta' provvista u l-prezzijiet. Għaldaqstant huma f'pożizzjoni li jagħmlu tbassir aktar affidabbli u jkunu aktar effiċjenti fil-konformità mal-obbligi imposti mill-mekkaniżmu. |
|
(67) |
Minħabba wkoll id-diskrepanza fl-informazzjoni, aktarx li jkun aktar diffiċli għall-parteċipanti l-ġodda li jagħmlu stima tal-portafoll ta' klijenti futuri tagħhom, meta din l-istima hija essenzjali biex jikkalkulaw kemm jeħtieġu garanziji tal-kapaċità. |
|
(68) |
Il-Kummissjoni qajmet ukoll tħassib rigward il-possibbiltà li operatur diġà stabbilit u dominanti jżomm il-kapaċitajiet. |
|
(69) |
Il-Kummissjoni kienet ukoll semmiet ir-riskju li operatur stabbilit u dominanti jkollu l-possibbiltà li jżomm il-garanziji tal-kapaċità. |
|
(70) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet indikat riskju ta' prattiki ta' esklużjoni mill-prezzijiet (kompressjoni tal-marġni jew kompressjoni tat-tariffi, prezzijiet predatorji) mill-operatur stabbilit u dominanti. |
|
(71) |
Il-Kummissjoni enfasizzat li n-nuqqas ta' sinjali ta' prezzijiet fit-tul f'dak li jirrigwarda l-kapaċità jista' joħloq jew iżid l-ostakli għad-dħul għall-produtturi l-ġodda. L-investimenti fit-tul li jagħmlu l-parteċipanti l-ġodda jistgħu jeħtieġu ċertu grad ta' prevedibbiltà tal-prezzijiet għal ċertu numru ta' snin, li ma tinkisibx mill-garanziji ċertifikati għal sena. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni kienet tenniet ukoll il-pożizzjoni tagħha rigward kompetizzjoni mnaqqsa fil-mekkaniżmu minħabba l-esklużjoni ta' ċerti tipi ta' operaturi tal-kapaċità mill-mekkaniżmu (kapaċitajiet transkonfinali, diskriminazzjoni bejn l-operaturi tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda). |
4. L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-KUMMENTI TA' FRANZA
|
(73) |
Il-Kummissjoni rċeviet 18-il tweġiba mingħand il-partijiet interessati minbarra l-Istat Franċiż, RTE u s-CRE, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Parti minnhom wieġbet biss wara l-perjodu rilevanti. |
|
(74) |
Id-diversi kummenti nġabru skont is-suġġett kif ġej. Dawn ser jiġu indirizzati waqt il-valutazzjoni tal-miżura, mingħajr ma ssir referenza espliċita għalihom. |
4.1. Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE
|
(75) |
Dawk li wieġbu għandhom opinjoni differenti dwar il-kwalifika tal-mekkaniżmu bħala għajnuna. Nofshom jaħsbu li l-miżura hija għajnuna mill-Istat, kemm b'mod espliċitu kif ukoll b'mod impliċitu u ma jirreaġixxux għar-raġunament tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward; in-nofs l-ieħor iqis li l-mekkaniżmu mhuwiex għajnuna mill-Istat għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(76) |
Tnejn minn dawk li wieġbu jagħmlu referenza espliċita għad-Deċiżjoni Nru 369417 tad-9 ta' Ottubru 2015 tal-Kunsill tal-Istat Franċiż (appell mill-Association Nationale des Opérateurs Détaillants en Énergie jew A.N.O.D.E (14).), fejn il-Kunsill tal-Istat ikkunsidra li l-mekkaniżmu tal-kapaċità propost ma kellux il-karatteristiċi ta' għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet Franċiżi wkoll irreferew għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Istat f'din l-istess kawża (15). |
|
(77) |
L-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi rigward il-kwalifika tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat għandhom jinqraw flimien ma' dawk diġà msemmija fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
|
(78) |
L-awtoritajiet Franċiżi għażlu li jidħlu fl-investigazzjoni fil-fond mal-Kummissjoni Ewropea billi ma reġgħux ikkunsidraw dawn l-elementi u ffukaw fuq il-proposta ta' miżuri li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-mekkaniżmu tal-kapaċità mas-suq intern, irrispettivament mill-kwistjoni tal-kwalifika ta' għajnuna mill-Istat. Għall-kompletezza, l-argumenti ta' Franza rigward il-kwalifika ta' għajnuna mill-Istat huma xorta waħda elenkati hawn taħt. |
4.1.1. L-imputabbiltà u l-finanzjament permezz ta' riżorsi tal-Istat
4.1.1.1.
|
(79) |
Żewġ aggregaturi tal-ġestjoni tad-domanda, żewġ kumpaniji tal-elettriku vertikalment integrati u l-Unjoni Franċiża tal-elettriku jikkunsidraw li l-miżura mhijiex iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat. B'mod aktar partikolari, dawn li wieġbu jikkunsidraw li l-fondi inkwistjoni jgħaddu direttament u esklussivament bejn l-operaturi privati; RTE la għandu u lanqas juża l-fond tas-saldu tad-differenzi. |
|
(80) |
Barra minn hekk, skont dan il-grupp, ir-regoli applikabbli għall-ġestjoni ta' dawn ir-riżorsi jistgħu jitqabblu ma' dawk li jiddefinixxu l-ġestjoni tad-“differenzi-aġġustamenti” fil-kuntest tal-miżura ta' responsabbiltà tal-bilanċ fis-suq tal-enerġija. |
|
(81) |
EDF jiddikjara wkoll li r-rwol tal-Istat Franċiż fil-mekkaniżmu huwa limitat għad-definizzjoni ta' qafas regolatorju speċifiku li fih ikunu attivi biss operaturi privati. Skont EDF, bl-introduzzjoni ta' mekkaniżmu tal-kapaċità, l-Istat Franċiż fil-fatt qed juża l-prerogattivi tiegħu ta' setgħa pubblika u jaġixxi bħala regolatur tas-suq. |
|
(82) |
Skont EDF hemm distinzjoni ċara bejn il-mekkaniżmu tal-kapaċità u s-sistema inkwistjoni fil-Kawża Il-Kummissjoni/In-Netherlands (“NOx”) (16), fejn l-Istat tan-Netherlands kien ta “drittijiet ta' ħsara” veri u proprji li kienu jippermettu li wieħed jevita l-ħlas ta' multi u li kellhom valur tas-suq minn meta jingħataw mill-Istat. Għalhekk iċ-ċertifikati ma għandhom ebda valur fir-relazzjoni bejn l-Istat Franċiż u l-operaturi tal-kapaċità. |
4.1.1.2.
|
(83) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-garanziji tal-kapaċità, u għalhekk id-dħul li jistgħu jagħmlu l-operaturi tal-kapaċità mill-bejgħ taċ-ċertifikati tagħhom, mhuwiex stabbilit mill-Istat. L-Istat lanqas ma jintervjeni fuq l-ammont ta' prodotti offruti fis-suq. Iżda f'mekkaniżmu deċentralizzat, huwa s-suq li jiddetermina l-prezz u l-kwantità ta' ċertifikati. Il-flussi finanzjarji relatati mal-mekkaniżmu tal-kapaċità jseħħu għalhekk bejn atturi privati u mingħajr il-kontroll tal-Istat. |
|
(84) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-flussi finanzjarji relatati mal-ħlas tas-saldu tad-differenzi, min-naħa tagħhom, għandhom ikunu marġinali ħafna fl-iskema (minħabba l-inċentivi għar-riekwilibriju fis-suq upstream) u ma jistgħux jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat jew taħt il-kontroll tal-Istat. Is-saldu tad-differenzi previst għall-mekkaniżmu tal-kapaċità jsegwi l-istess mudell bħal dak attwalment fis-seħħ fl-Ewropa għas-saldu tad-differenzi fis-suq tal-enerġija (electricity balancing settlement mechanisms — mekkaniżmi ta' saldu għall-bilanċ tal-elettriku). |
|
(85) |
L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu wkoll li l-mekkaniżmu jixbah aktar dak trattat fil-Kawża PreussenElektra (17) milli dawk diskussi fil-Kawżi Vent de Colère (18) u Essent (19). Bħal fil-każ ta' PreussenElektra u għall-kuntrarju ta' dak li kien previst f'Vent de Colère, il-mekkaniżmu tal-kapaċità ma jipprovdix mekkaniżmu ta' kumpens għall-fornituri. Barra minn hekk, b'differenza minn Essent (i) il-flussi finanzjarji jibqgħu kontinwament il-proprjetà ta' atturi privati (fornituri u operaturi tal-kapaċità); (ii) il-flussi finanzjarji mhumiex ġejjin minn taxxa. Il-preżenza ta' riżorsi tal-Istat hija saħansitra aktar dubjuża meta, għall-kuntrarju tal-ġurisprudenza PreussenElektra, ma ġie stabbilit ebda prezz minimu ta' xiri għall-garanziji tal-kapaċità. |
|
(86) |
Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet, il-bejgħ tal-garanziji ta' kapaċità ma jistax jitqies bħala rinunzja għal riżorsa pubblika. Fil-fatt, l-Istat ma qiegħed jirrinunzja għal ebda riżorsa peress li l-valur tas-suq taċ-ċertifikati ta' garanzija jista' jiġi (i) kemm mill-valur intrinsiku tas-sottostanti li jkopru, (ii) kif ukoll mill-iskarsezza tagħhom meta jinħarġu. Dawn iż-żewġ elementi huma barra mill-poter tal-Istat u jiddistingwu dan il-każ mill-Kawżi NOx u ċertifikati Rumeni ekoloġiċi, li fihom iċ-ċertifikati setgħu rispettivament jinbiegħu bl-irkant jew kellhom valur minimu. |
|
(87) |
Fl-aħħar nett, fil-każ Rumen, il-liġi tobbliga b'mod espliċitu lill-fornituri sabiex jgħaddu l-ispejjeż tax-xiri taċ-ċertifikati ekoloġiċi fuq il-konsumaturi. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ) kienet għamlet raġunament simili fil-kawża Vent de Colère, fejn il-fornituri kienu jservu biss bħala intermedjarji finanzjarji (peress li l-kontribuzzjoni għas-servizz pubbliku tal-elettriku (20) kienet tipprovdi l-kumpens għall-ispejjeż żejda tagħhom). Għall-kuntrarju, fil-każ tal-mekkaniżmu Franċiż, il-fornituri huma kompletament liberi li jagħżlu l-mod kif jgħaddu l-ispejjeż fuq il-konsumaturi tagħhom. Ebda mekkaniżmu ma jipprovdi lill-fornituri l-kumpens għall-ispejjeż żejda relatati max-xiri tal-garanziji tal-kapaċità. |
4.1.2. Vantaġġ selettiv
4.1.2.1.
|
(88) |
Flimkien ma' EDF, kumpanija attiva l-aktar fi Franza fil-bejgħ bl-ingrossa tikkunsidra li l-mekkaniżmu huwa obbligu ta' servizz pubbliku, u din il-kumpanija tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N475/2003 dwar sejħa għall-offerti għal kapaċità ġdida fl-Irlanda (21). |
|
(89) |
Skont EDF, ladarba l-proċess ta' ċertifikazzjoni jfisser impenn ta' disponibbiltà, huwa jirrappreżenta l-korrispettiv għal servizz mogħti mill-operaturi tal-kapaċità u mhux vantaġġ allegat mogħti bla ħlas. |
|
(90) |
Barra minn hekk, EDF u kumpanija oħra tal-elettriku integrata vertikalment jikkunsidraw li l-mekkaniżmu tal-kapaċità ma jagħti ebda vantaġġ selettiv lill-operaturi tal-kapaċità. Fil-fehma tagħhom, id-diversi atturi fil-mekkaniżmu jinsabu fl-istess sitwazzjoni fattwali u ġuridika u jgawdu minn trattament kompletament ugwali: huma kkumpensati bl-istess mod, irrispettivament mit-teknoloġija implimentata. L-ebda operatur ma jista' għalhekk ikun vantaġġjat minħabba l-ispeċifiċità tal-faċilitajiet ta' produzzjoni tiegħu. |
|
(91) |
Skont EDF, huwa żbaljat li wieħed jgħid li dan l-hekk imsejjaħ vantaġġ huwa selettiv għax il-mekkaniżmu tal-kapaċità “jipprevedi għajnuna lill-operaturi tal-kapaċità, u mhux lil setturi oħra tal-ekonomija”. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tinjora l-karatteristiċi tal-mekkaniżmu tal-kapaċità (“market-wide” u “technology neutral”), bħall-ġurisprudenza tal-QtĠ li tivvaluta s-selettività ta' miżura fil-konfront ta' impriżi oħrajn li jkunu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli. |
4.1.2.2.
|
(92) |
L-ewwel nett, skont l-awtoritajiet, l-għoti ta' ċertifikati bħala parti mill-mekkaniżmu tal-kapaċità huwa fil-fatt il-korrispettiv ta' impenn ta' disponibbiltà waqt il-ħinijiet tal-ogħla domanda ta' konsum jew ta' voltaġġ qawwi fuq is-sistema tal-elettriku. |
|
(93) |
It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-obbligu ta' servizz pubbliku huwa definit b'mod ċar. Rigward il-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda, l-opzjonalità taċ-ċertifikazzjoni tagħhom tiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmu tal-kapaċità. Fir-rigward tal-faċilitajiet ta' produzzjoni, il-komponent ta' dikjarazzjoni tal-proċess ta' ċertifikazzjoni ma jaffettwax il-karattru speċifiku tal-obbligu ta' servizz pubbliku: is-CRE tkun tista' tieħu s-sanzjonijiet meħtieġa f'każ ta' tentattiv ta' manipulazzjoni tas-suq, b'mod partikolari jekk attur kellu jivvaluta l-kapaċitajiet tiegħu inqas biex jgħolli l-prezz ta' dawn il-garanziji tal-kapaċità. |
|
(94) |
Peress li l-mekkaniżmu tal-kapaċità huwa teknoloġikament newtrali, l-awtoritajiet iqisu li ma jagħti l-ebda vantaġġ selettiv lil xi teknoloġija ta' produzzjoni jew ta' ġestjoni tad-domanda partikolari. |
|
(95) |
Skont Franza, il-perspettiva tal-Kummissjoni, li tidher li tqis li l-mekkaniżmu tal-kapaċità huwa selettiv għax huwa indirizzat biss lill-operaturi tal-kapaċità (u mhux lil setturi oħrajn tal-ekonomija), tfisser li kwalunkwe miżura settorjali hija ta' natura selettiva. |
4.1.3. L-effetti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri
4.1.3.1.
|
(96) |
Ebda wieħed minn dawk li wieġbu ma kellu reazzjoni dwar dan il-punt. |
4.1.3.2.
|
(97) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-mekkaniżmu tal-kapaċità mhux ser ikollu impatt fuq is-suq tal-elettriku — kemm fil-livell nazzjonali, kif ukoll fl-interazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien — li ser ikompli jaħdem bl-istess mod. B'mod aktar speċifiku, huma jemmnu li s-suq tal-kapaċità mhuwiex ser jibdel il-prezz tal-elettriku fis-swieq spot. |
4.2. Għan ta' interess komuni u ħtieġa
4.2.1. Kummenti mingħand il-partijiet interessati
|
(98) |
Dawk li wieġbu huma ġeneralment tal-opinjoni li l-mekkaniżmu huwa meħtieġ u li għandu jkun parti integrali mill-organizzazzjoni tas-suq. Tlieta biss minn dawk li wieġbu jikkontestaw il-ħtieġa tal-miżura, minħabba li:
|
4.2.2. Il-kummenti ta' Franza
4.2.2.1.
|
(99) |
Skont l-awtoritajiet, fil-fatt ġie stabbilit indikatur ta' sigurtà tal-provvista u ġie identifikat riskju ta' qtugħ fl-aħħar studji ta' RTE: fl-aħħar Rapport provviżorju ta' RTE li sar qabel id-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu (fl-2014) jidher defiċit ta' marġni ta' 2 GW f'dan l-istudju għax-xitwa 2016-2017 fix-xenarju ta' referenza. Dan il-marġni kien imnaqqas għal 200 MW fir-Rapport provviżorju 2015 għax-xitwa 2017-2018, iżda dan seħħ minħabba s-sinjal mogħti mill-ħolqien tal-mekkaniżmu. Dawn l-analiżijiet huma allegatament ikkonfermati mill-analiżijiet tal-Pentalateral Energy Forum. |
|
(100) |
Madankollu, l-istudju tal-adegwatezza li sar minn REGRT-E (ir-rapport Scenario Outlook and Adequacy Forecast) kien ibbażat fuq metodoloġija deterministika: fil-valutazzjoni ma ngħatax mudell tad-domanda massima ta' konsum dovuta għall-kesħa kbira u għas-sensittività għat-temp. Huma d-differenzi fil-metodoloġija li jwasslu għal dawn id-differenzi fir-riżultati. L-applikazzjoni tal-metodoloġija fil-mira li tipprova tistabbilixxi REGRT-E twassal biex jonqsu d-differenzi bejn dawn id-diversi eżerċizzji provviżorji. F'dan ir-rigward, il-Mid-Term Adequacy Forecast ippubblikat fl-2016 minn REGRT-E (22), li huwa l-ewwel (1) verżjoni bbażata fuq metodoloġija probabilistika, huwa konsistenti mar-riżultati tal-istudju tal-PLEF u ta' RTE. |
|
(101) |
Kuntrarjament għal dak li l-Kummissjoni tidher li tissuġġerixxi, il-mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza ma tfassalx biex isolvi l-problema eventwali ta' missing money iżda biex tkun garantita s-sigurtà tal-provvista tas-sistema elettrika Franċiża (l-aktar waqt id-domanda massima), billi jikkumpensa d-disponibbiltà ta' riżorsi li ma jistgħux jiġu kkumpensati b'mod sodisfaċenti biss fis-suq tal-enerġija. |
|
(102) |
Franza timplimenta divesi miżuri li jikkumplimentaw il-mekkaniżmu tal-kapaċità: proġetti ta' interkonnessjoni; reviżjonijiet tat-tariffi rregolati u tat-tariffi għall-użu tas-sistemi pubbliċi tat-trażmissjoni u ta' distribuzzjoni tal-elettriku biex jirriflettu aħjar l-iskarsezzi; l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda (pereżempju permezz tal-iżvilupp tal-qafas regolatorju tas-swieq tal-elettriku biex dawk l-operaturi tal-ġestjoni tad-domanda jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmi kollha, it-tneħħija tal-ostakli tekniċi u kompetittivi għall-aggregazzjoni tal-kapaċitajiet, l-użu ta' arloġġi intelliġenti); it-tnedija tas-sorsi rinnovabbli, eċċ. |
|
(103) |
Sadanittant, RTE ippubblika l-valutazzjoni tiegħu dwar l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni għall-2016. Skont l-awtoritajiet, l-aħħar Rapport provviżorju ta' RTE ma jibdilx l-analiżi tal-awtoritajiet Franċiżi. Għall-kuntrarju, dan isaħħaħha billi jispjega għal darb'oħra li s-sigurtà tal-provvista ta' Franza tiddependi mid-destin ta' ċerti impjanti tas-sħana (b'mod partikolari dawk ikkombinati bil-gass) u mill-ġestjoni tad-domanda ta' konsum, jiġifieri l-aktar setturi sensittivi għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kapaċità. Figura 3 Indikaturi ta' qtugħ f'xenarji ta' “sħana kbira” u ta' “nuqqas ta' sħana”
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(104) |
Skont RTE, fost ix-xenarji ta' sħana ppreżentati fir-Rapport provviżorju 2016 (ara l-Figura 3), huwa x-xenarju ta' “nuqqas ta' sħana” li għandu jintgħażel fl-assenza ta' mekkaniżmu tal-kapaċità. Ix-xenarju ta' “nuqqas ta' sħana” jinkludi l-għeluq ta' ċerti faċilitajiet, speċjalment dawk li l-operaturi attwalment ipposponew l-għeluq tagħhom sakemm jiġi implimentat il-mekkaniżmu tal-kapaċità. Ix-xenarju “sħana kbira”, għall-kuntrarju, ifisser iż-żamma tal-impjanti kollha eżistenti, irrispettivament minn kwalunkwe kunsiderazzjoni ekonomika: skont l-awtoritajiet għalhekk ftit hemm possibbiltà li dan ix-xenarju jseħħ. |
|
(105) |
B'hekk, fix-xenarju ta' “nuqqas ta' sħana” is-sigurtà tal-provvista hija mhedda sa mix-xitwa 2017-2018 jekk wieħed jieħu bħala referenza xitwa medja. Barra minn hekk, dejjem b'kunsiderazzjoni ta' xenarju ta' “nuqqas ta' sħana”, RTE ikkalkula l-aspettattiva ta' qtugħ billi ssimula xitwa estrema, b'kesħa kbira, għall-ħames xtiewi li ġejjin. Ir-riżultati tal-kalkolu huma mogħtija fil-Figura 4. Figura 4 Aspettattiva ta' qtugħ f'xitwa estrema (f'sigħat)
|
||||||||||||||||||
|
(106) |
Il-kalkolu juri li l-aspettattiva ta' qtugħ taqbeż kull darba l-kriterju ta' qtugħ adottat minn Franza, jiġifieri aspettattiva ta' qtugħ ta' medja ta' tliet (3) sigħat fis-sena. Ta' min ifakkar li huwa proprju għal dawn ix-xtiewi estremi li l-mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza qed jipprova jilqa'. |
4.2.2.2.
|
(107) |
Fil-premessa 164 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet fakkret li l-Awtorità tal-Kompetizzjoni kienet issuġġeriet l-implimentazzjoni ta' tariffa għall-użu tas-sistemi pubbliċi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni tal-elettriku (TURPE) skont il-ħin u l-istaġuni, b'mod partikolari b'distinzjoni bejn l-aktar ħinijiet intensivi u s-sigħat inqas intensivi, sabiex tħeġġeġ it-tnaqqis tad-domanda tal-konsumaturi industrijali waqt il-perjodu tad-domanda massima. Franza kkonfermat li t-TURPE hija diġà skont il-ħinijiet u l-istaġuni, bi prezzijiet differenti skont l-istaġuni, il-ġranet tal-ġimgħa u/jew is-sigħat tal-ġurnata. |
|
(108) |
Fl-aħħar nett, fil-premessa 153 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fatturi ta' de-rating (fl-iskema ta' ċertifikazzjoni normattiva fakultattiva) ma kinux ċari biżżejjed. Franza spjegat li, f'din l-iskema ta' ċertifikazzjoni normattiva fakultattiva, il-livell ta' kapaċità ċċertifikata (LKĊ) jikkorrispondi għall-medja tal-qawwa pprovduta mill-impjant fis-sigħat ta' PD2 fuq is-snin storiċi mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tas-settur (jew fattur ta' de-rating). Dawn il-koeffiċjenti ta' kontribuzzjoni (85 % għall-idrawlika fil-ħin reali, 70 % għall-enerġija tar-riħ u 25 % għal tax-xemx) jirriflettu l-fatt li, għall-faċilitajiet tas-setturi inevitabbli, id-disponibbiltà medja fis-sigħat ta' PD2 ma tirriflettix eżatt il-kontribut ta' dawn il-faċilitajiet għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ minħabba: (i) il-korrelazzjoni bejn id-disponibbiltà tal-faċilità u l-waqtiet ta' tħaddim tas-sistema (li mhuwiex il-każ ta' kapaċità kontrollabbli) u (ii) profil ta' disponibbiltà mhux kostanti fis-sigħat ta' PD2 (il-kapaċitajiet kontrollabbli għandhom profil ta' disponibbiltà fiss) li għandu impatt peress li l-funzjoni tal-probabbiltà ta' qtugħ fis-sigħat ta' PD2 mhijiex uniformi. Il-koeffiċjenti ta' kontribuzzjoni għas-snin ta' konsenja 2017, 2018 u 2019 ġew ikkalkulati skont ix-xenarji tar-Rapport Provviżorju ta' RTE, ibbażati fuq ammont kbir ta' statistika. |
4.3. Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna
4.3.1. Diskriminazzjoni bejn il-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda
4.3.1.1.
|
(109) |
Il-parti l-kbira ta' dawk li wieġbu tirreferi għad-diskriminazzjoni bejn il-ġestjoni tad-domanda impliċita u l-ġestjoni tad-domanda espliċita. Ħafna minnhom (5) iqisu li l-mekkaniżmu jiffavorixxi aktar lill-operaturi tad-domanda espliċita, minħabba l-obbligu ta' attivazzjoni impost fuq l-operaturi tad-domanda impliċita, li huwa meqjus pjuttost restrittiv. Tnejn minn dawk li wieġbu nnutaw li skont il-kriterju tas-sigurtà tal-provvista magħżul, kapaċità ta' ġestjoni espliċita għandha tkun attivata biss darba kull għaxar snin (peress li l-mekkaniżmu huwa mfassal għal xitwa qalila kull għaxar snin). Huma jqisu, għalhekk, li l-volum ta' sigħat ta' PD2 (disponibbiltà ta' ġestjoni tad-domanda espliċita) għandu jkun għaxar (10) darbiet ogħla mill-volum ta' sigħat ta' PD1 (tnaqqis effettiv tal-ġestjoni tad-domanda impliċita). Tnejn oħra ta' opinjoni opposta jinnutaw li fil-fehma tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-operaturi tad-domanda impliċita huma aktar vantaġġjużi, peress li l-operaturi tad-domanda espliċita jridu jġorru l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni. Tnejn li wieġbu jikkunsidraw li l-awtoritajiet Franċiżi sabu bilanċ tajjeb bejn l-obbligi taż-żewġ tipi ta' operaturi ta' ġestjoni tad-domanda. |
4.3.1.2.
|
(110) |
Franza ddefendiet lilha nfisha billi enfasizzat id-diversi obbligi taż-żewġ tipi ta' operaturi ta' ġestjoni tad-domanda. Hija ssostni li l-kundizzjonijiet differenti huma meħtieġa proprju biex iż-żewġ tipi ta' kapaċitajiet ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu. B'mod partikolari, peress li l-korrispettiv meħtieġ minn operatur ta' ġestjoni tad-domanda impliċita huwa akbar (attivazzjoni kontra disponibbiltà), huwa loġiku li n-numru ta' ġranet attribwiti lilu (ġranet ta' PD1) ikun inqas min-numru ta' ġranet li fihom operatur ta' ġestjoni tad-domanda espliċita jrid ikun disponibbli. |
|
(111) |
Xi partijiet interessati kienu mħassba li t-tul tal-perjodu PD2, għalkemm iktar minn dak ta' PD1, jista' jkun qasir wisq. Skont Franza, il-kejl tal-perjodi PD1 u PD2 huwa kwistjoni kumplessa, li s-soluzzjoni għaliha bilfors teħtieġ kompromess. RTE għamel studji biex jasal għal kompromess sodisfaċenti, li r-riżultati tagħhom ġew ippreżentati fir-Rapport li jakkumpanja l-proposta tar-regoli tal-mekkaniżmu tal-kapaċità (2014). |
|
(112) |
Fil-qosor, biex jiġu koperti l-ħinijiet tal-ogħla konsum (ara l-Figura 5 hawn taħt) għalkemm setgħu jsibu l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi ġestibbli għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu li jżommu volum ta' bejn 100 u 150 siegħa għall-perjodu PD1. Figura 5 Rabtiet bejn qtugħ u sigħat tal-ogħla konsum Partiiiet ta sigħat bi qtugħ Sigħat bl-akbar konsum Sors: RTE, Rapport li jakkumpanja l-proposta tar-regoli tal-mekkaniżmu tal-kapaċità (2014), p. 139 |
|
(113) |
Skont Franza, il-PD2 għandu ċertament ikun itwal mill-PD1 (peress li l-kunċett ta' attivazzjoni huwa aktar eżiġenti minn dak ta' disponibbiltà), iżda l-PD2 lanqas ma għandu jkun twil wisq biex ma jkunx ta' żvantaġġ għal ċerti setturi, b'mod partikolari dawk tal-ġestjoni tad-domanda. Mill-istess studju ta' RTE irriżulta li 99 % tas-sigħat ta' qtugħ seħħew fit-300 siegħa tal-ogħla konsum u li, għaldaqstant, perjodu ta' PD2 immirat, li jkun fih bejn 100 u 300 siegħa ta' konsum għoli kien għażla konsistenti biex issir stima xierqa tal-kontribuzzjoni għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda espliċita. |
|
(114) |
F'din il-firxa ta' bejn 100 u 300 siegħa, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu ċ-ċifra ta' 250 siegħa. Fil-fatt, din iċ-ċifra tippermetti (i) li jiġu koperti kważi 99 % tas-sigħat ta' qtugħ (ara l-Figura 5) u għalhekk ma twassalx għal tnaqqis fil-kopertura tar-riskju ta' qtugħ meta mqabbla mal-għażla massima ta' 300 siegħa, (ii) li tiżdied id-disponibbiltà tal-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda espliċita meta mqabblin ma' setturi oħrajn (23). B'hekk, biex jiġi żgurat l-istess livell ta' sigurtà ta' provvista, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu li jżommu massimu ta' 250 siegħa għall-perjodu PD2 sabiex jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda espliċita għall-istess livell ta' kopertura tar-riskju ta' qtugħ. |
|
(115) |
Il-fatt li wieħed jipprovdi perjodu PD2 għaxar (10) darbiet itwal mill-perjodu PD1 ikun ifisser li wieħed irid ikejjel id-disponibbiltà tal-mezzi ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda fuq 1 000 sa 1 500 siegħa. Minħabba r-restrizzjonijiet ta' disponibbiltà tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda fuq perjodi twal, l-estensjoni tal-obbligu ta' disponibbiltà tista' twassal biex dawn il-kapaċitajiet ikollhom inaqqsu l-potenzjal tagħhom ta' valorizzazzjoni fuq il-mekkaniżmu tal-kapaċità. Għalhekk, 100 MW ta' ġestjoni tad-domanda industrijali kapaċi li jkunu disponibbli għal madwar mitt siegħa, iżda mhux għal madwar elf siegħa, jingħataw valur ta' 20 MW ta' produzzjoni ta' sħana, meta l-istudji juru li l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ huwa komparabbli għal 90 MW ta' produzzjoni ta' sħana. Għalhekk, u biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda u l-produtturi, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu li ma jagħżlux perjodu PD2 għaxar (10) darbiet itwal mill-perjodu PD1 u li jużaw perjodu PD2 immirat. |
|
(116) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-mekkaniżmu tal-kapaċità jipprovdi monitoraġġ tad-disponibbiltà tal-kapaċitajiet (fin-nuqqas ta' attivazzjoni spontanja), li jgħin biex ikun żgurat li ma jkunx hemm effett ta' deadweight bejn impenn ta' disponibbiltà u impenn ta' attivazzjoni. |
|
(117) |
L-awtoritajiet Franċiżi huma madankollu miftuħa għall-iffissar ta' valuri oħrajn minn dawk magħżulin attwalment fir-regoli iżda jqisu li l-qafas attwalment fis-seħħ huwa bilanċ ġust bejn l-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda indipendenti u l-fornituri. Għaldaqstant huma jemmnu li l-proporzjon bejn PD1 u PD2 għandu jinżamm kif inhu għall-ewwel snin ta' konsenja. Il-valur tiegħu mbagħad ikun jista' jiġi rivedut jekk is-sinjali mibgħuta ma jkunux rilevanti biżżejjed u din il-valutazzjoni tkun tista' tiġi integrata fil-valutazzjoni tal-funzjonament tas-suq tal-kapaċità. |
4.3.2. L-esklużjoni ta' kapaċitajiet transkonfinali
4.3.2.1.
|
(118) |
Il-kummenti li waslu b'reazzjoni għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ juru kunsens wiesa' fost l-atturi tas-suq biex il-mekkaniżmu Franċiż jinfetaħ gradwalment (jiġifieri mingħajr ma jipperikola t-tnedija tal-mekkaniżmu f'Jannar 2017) għall-kapaċitajiet transkonfinali. |
4.3.2.2.
|
(119) |
B'reazzjoni, Franza pproponiet kunsiderazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet barranin fuq mudell ibridu, li tikkumpensa kemm l-interkonnessjonijiet kif ukoll il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda barranin. F'din il-proposta, l-akbar kumpens jingħata kemm lill-interkonnessjonijiet kif ukoll lill-kapaċitajiet barranin skont l-iskarsezza. |
|
(120) |
F'din il-proposta, il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda jkollhom jakkwistaw biljetti ta' interkonnessjoni biex ikunu jistgħu jiġu ċċertifikati mbagħad joffru l-garanziji ta' kapaċità tagħhom fis-suq tal-kapaċità Franċiż. |
|
(121) |
Il-biljetti jingħataw lil kull fruntiera abbażi tal-kontribuzzjoni tal-Istati Membri transkonfinali għas-sigurtà tal-provvista fi Franza. Dawn il-biljetti mbagħad jinbiegħu f'irkant “fruntiera wara fruntiera”. Il-kapaċitajiet kollha ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda tal-pajjiż transkonfinali interkonness ma' Franza permezz ta' interkonnessjoni partikolari jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw fl-irkant tal-biljetti ta' interkonnessjoni korrispondenti għal din l-interkonnessjoni. L-irkanti jsiru fis-sena ta' konsenja -1 (minn hawn 'il quddiem SK-1). L-iskema mhijiex kontra li kapaċitajiet b'kuntratt taħt il-mekkaniżmu Franċiż jipparteċipaw fl-istess waqt f'mekkaniżmi ta' kapaċità oħrajn fl-Unjoni Ewropea. F'dan il-kuntest, ikun jenħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti l-metodi ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni tas-servizz ipprovdut, bi sħab mal-Istati kkonċernati. |
|
(122) |
Ladarba l-kapaċitajiet ta' produzzjoni jew ta' ġestjoni tad-domanda barranin ikunu kisbu biljetti ta' interkonnessjoni, huma jkunu jistgħu jiġu ċċertifikati u jiksbu garanziji ta' kapaċità. Imbagħad ikunu jistgħu jbiegħu dawn il-garanziji tal-kapaċità fis-suq tal-kapaċità Franċiż. |
|
(123) |
L-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jimplimentaw b'mod unilaterali s-soluzzjoni “ibrida pragmatika” msemmija hawn fuq, jiġifieri li jintegraw fil-qafas regolatorju tagħhom il-possibbiltà li l-faċilitajiet li jinsabu fl-Istati Membri ġirien jipparteċipaw b'mod espliċitu fil-mekkaniżmu tal-kapaċità Franċiż diment li jkun hemm kapaċità ta' tranżitu suffiċjenti għall-interkonnessjonijiet. Dan il-qafas regolatorju ser ikun jeħtieġ madankollu l-qbil tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni (24) (TSO) tal-Istati Membri kkonċernati, fil-forma ta' protokoll ta' kooperazzjoni li jistabbilixxi l-proċess ta' ċertifikazzjoni u ta' kontrolli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu. |
|
(124) |
Jekk dan il-protokoll ma jiġix iffirmat minn ċerti TSO tal-Istati Membri kkonċernati, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jimplimentaw proċedura ta' salvagwardja li tippermetti li l-kapaċitajiet barranin ikollhom parteċipazzjoni espliċita fil-mekkaniżmu tal-kapaċità u b'hekk li joħorġu b'mod definittiv mill-mudell ibbażat fuq parteċipazzjoni impliċita. Din il-proċedura ta' salvagwardja se tikkonsisti f'parteċipazzjoni espliċita tal-interkonnessjonijiet (soluzzjoni li tista' tiġi implimentata mingħajr l-appoġġ tal-Istati Membri l-oħrajn u li tgħin biex ikun rifless il-valur miġjub mill-kapaċitajiet tal-interkonnessjonijiet għas-sigurtà tal-provvista ta' Franza). |
|
(125) |
L-implimentazzjoni ta' dawn l-impenji teħtieġ reviżjoni tad-Digriet tal-2012, maħruġ mill-Kunsill tal-Istat wara l-parir tal-Kunsill Superjuri tal-Enerġija, tal-Kunsill Nazzjonali tal-valutazzjoni tal-istandards, tal-Kummissjoni li tirregola l-enerġija u tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni. L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li mhux maħsub li jiġi adottat id-digriet qabel l-aħħar tal-2017 imbagħad reviżjoni tar-regoli adottati għall-applikazzjoni tiegħu. L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li din il-fażi tista' tieħu madwar sitt (6) xhur. Il-kalendarju ppreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi huwa bbażat għalhekk fuq varjazzjoni fil-qafas regolatorju fl-2018 għal implimentazzjoni effettiva għas-sena ta' konsenja 2019. |
4.3.3. In-nuqqas ta' sinjali għall-investimenti l-ġodda
4.3.3.1.
|
(126) |
Il-Kummissjoni rċeviet għadd ta' tweġibiet dwar dan is-suġġett u l-opinjonijiet espressi kienu jvarjaw ħafna. |
|
(127) |
Il-parti l-kbira (7) ta' dawk li wieġbu taqbel li l-mekkaniżmu ma jistax, fil-forma inizjali tiegħu, jinkoraġġixxi investimenti ġodda f'impjanti ta' produzzjoni. Ir-raġunijiet li l-aktar ġew ikkwotati huma fost l-oħrajn in-nuqqas ta' sinjal ta' prezz rappreżentattiv kmieni biżżejjed qabel is-sena ta' konsenja, il-limitu massimu tal-prezz tal-kapaċità stabbilit għal EUR 40 000/MW (li jirriżulta mil-limitu massimu applikabbli għall-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi) u n-nuqqas ta' kuntratti fit-tul. |
|
(128) |
Fil-fatt, fil-parti l-kbira tagħhom, dawk li wieġbu kkonfermaw jew li l-mekkaniżmu kien ikkumplikat ħafna, jew li kien tassew diffiċli għall-fornituri, u b'mod speċjali għall-parteċipanti l-ġodda, li jbassru l-portafolli futuri tagħhom. Wieħed minn dawk li wieġbu qal li mekkaniżmu tal-kapaċità ċentralizzat jista' jevita dan it-tip ta' problemi. |
|
(129) |
Żewġ produtturi (stabbiliti) mhumiex ta' din il-fehma u jaħsbu li l-mekkaniżmu ser jattira investimenti ġodda, l-aktar minħabba l-iskadenza ta' erba' (4) snin qabel is-sena ta' konsenja, il-possibbiltà għas-suq li jiżviluppa prodotti forward u s-sinjal tal-prezz, li huma jqisu affidabbli. Barra minn hekk huma jqisu li l-mekkaniżmu jipprovdi salvagwardji suffiċjenti biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-obbligi tal-kapaċità, b'mod partikolari permezz tal-pubblikazzjoni regolari, minn RTE, tal-previżjonijiet dwar il-livell globali tal-garanziji tal-kapaċità meħtieġa għal kull sena ta' konsenja. |
|
(130) |
Tnejn oħrajn minn dawk li wieġbu (produtturi alternattivi) jinnutaw li l-għan ewlieni tal-mekkaniżmu huwa li jkompli l-operat tal-kapaċitajiet eżistenti minflok li jħeġġeġ investimenti ġodda. |
4.3.3.2.
In-nuqqas ta' kuntratti fit-tul
|
(131) |
Wara r-reazzjonijiet tal-partijiet terzi, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jimplimentaw skema ta' kuntratti pluriennali biex jinkoraġġixxu l-investiment f'kapaċitajiet ġodda. Il-kapaċitajiet il-ġodda kollha (25) ser ikunu eliġibbli għall-iskema jekk mgħandhomx diġà mekkaniżmu ta' appoġġ. |
|
(132) |
Biex ikun permess perjodu ta' implimentazzjoni suffiċjenti għall-proġetti ġodda, l-ewwel irkant ta' garanziji tal-kapaċità ser jiġi organizzat fuq il-pjattaforma EPEX fis-SK-4. Il-kapaċitajiet il-ġodda potenzjali jkollhom jippreżentaw l-offerti tagħhom lil RTE fl-aħħar kwart tas-SK-4. L-offerti jridu joffru primarjament prezz u volum. |
|
(133) |
Il-kompetittività tal-prezz imbagħad titqabbel ma' “prezz ta' referenza inizjali” u l-offerti ogħla minnu ma jiġux aċċettati. Il-prezz ta' referenza inizjali ser ikun prezz ippeżat (26) tal-kapaċità li tirriżulta mhux biss mill-irkant organizzat fis-SK-4 għas-sena ta' konsenja SK, iżda wkoll mill-irkantijiet organizzati matul din l-istess sena għas-snin ta' konsenja SK-2 u SK-1, kif indikat fil-Figura 6. Figura 6 Proposta għall-kompożizzjoni tal-prezz ta' referenza inizjali Rkanti fis-sena ta’ konsenja SK – 1 Rkanti fis-sena ta’ konsenja SK – 2 Rkanti fis-sena ta’ konsenja SK – 3 Perjodu kopert mil-kuntratti pluriennali Rkanti fis-sena ta’ konsenja SK SK + 4 … SK + 3 SK + 2 SK + 1 SK SK – 1 SK – 2 SK – 3 SK – 4 SK – 5 Sors: L-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tad-9 ta' Settembru 2016 |
|
(134) |
Għaldaqstant l-atturi tas-suq mhumiex se jkunu jafu minn qabel il-prezz ta' referenza inizjali u huma r-riżultati tas-suq li se jippermettu li jiġi ddeterminat dan il-prezz ta' referenza inizjali. |
|
(135) |
F'dak li jirrigwarda l-volumi li jridu jiġu kkuntrattati, l-awtoritajiet Franċiżi se japplikaw kurva tad-domanda li tillimita dawn il-volumi għall-offerti li huma tassew kompetittivi fit-tul. Il-kurva tad-domanda se tkun imfassla kull sena minn RTE u approvata mis-CRE, u ser ikollha tirrifletti l-valur tal-kapaċità l-ġdida għall-komunità. Dan sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu tal-kuntratti pluriennali ser ikollu effettivament impatt pożittiv għall-konsumaturi. |
|
(136) |
Il-kapaċitajiet magħżulin ser igawdu minn kuntratt għal differenza għal 7 snin komparabbli, fl-operat tiegħu, għal kumpens addizzjonali (“feed-in premium”), li jfisser li kwalunkwe differenza bejn il-prezz tal-offerta u l-prezz ta' referenza tas-suq jew ser tagħti lok għal rimborż tad-differenza (jekk il-PRS ikun ogħla mill-prezz tal-offerta) jew għal inkass (jekk il-PRS ikun aktar baxx mill-prezz tal-offerta). Madankollu, biex l-operaturi tas-suq jiġu mħeġġa jimmassimizzaw id-dħul tagħhom, kwalunkwe dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-garanziji bi prezz ogħla mill-prezz tal-offerta ma jagħtix lok għal rimborż tad-differenza (prezz tal-bejgħ — prezz tal-offerta) mill-investitur. |
|
(137) |
L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw, barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali li jagħtu preferenza lill-produtturi li b'emissjonijiet ta' karbonju baxxi, fil-forma (i) ta' preċedenza ambjentali, b'karatteristiċi tekniċi u ekonomiċi identiċi, u (ii) limitu massimu fuq l-emissjonijiet li jistgħu jkunu ġġenerati minn assi li jista' jibbenefika mill-qafas speċifiku għall-kapaċitajiet il-ġodda. Il-kriterji ambjentali, bħal-livell ta' emissjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra, se jiġu definiti fir-regoli u l-aħjar offerta f'termini ambjentali tista' tintgħażel jekk ikun meħtieġ. Barra minn hekk, il-faċilitajiet eżistenti se jibqgħu soġġetti għar-regolamenti ambjentali Ewropej u Franċiżi fis-seħħ, li għal dawn il-faċilitajiet jista' jkun ifisser il-ħtieġa ta' investimenti ta' konformità. |
|
(138) |
L-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jimplimentaw l-iskema għall-għażla tal-kapaċitajiet fl-2019 flimkien ma' parteċipazzjoni inizjali effettiva tal-kapaċitajiet magħżula għas-sena ta' konsenja 2023. Barra minn hekk, huma jintrabtu li mill-2019 jibdew jimplimentaw skema tranżitorja ta' kuntratti pluriennali, li jkopru l-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2023. Dan ikun ifisser, pereżempju, li fl-2019, tiġi mnedija skema “perenni” għas-sena ta' konsenja 2023 iżda tiġi mnedija wkoll skema tranżitorja għas-snin ta' konsenja 2020, 2021 u 2022. |
Id-diffikultà tal-fornituri li jbassru minn ħafna qabel l-iżviluppi tal-portafolli tal-klijenti tagħhom
|
(139) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-previżjonijiet regolari ta' RTE għandhom ikunu ta' għajnuna biżżejjed lill-fornituri biex ikunu jistgħu jbassru l-livell finali tal-obbligu ta' kapaċità tagħhom. L-awtoritajiet iżidu li l-fornituri għandhom il-possibbiltà, tal-anqas matul l-ewwel snin tal-mekkaniżmu, li jaġġustaw il-kapaċitajiet tagħhom mingħajr ħlas sal-aħħar tas-sena tal-konsenja. |
|
(140) |
Minkejja dan li ntqal, u minbarra din is-salvagwardja, l-awtoritajiet Franċiżi jipproponu li jdaħħlu dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ lill-fornituri alternattivi fir-regoli tal-mekkaniżmu tal-kapaċità f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-obbligu tal-kapaċità tagħhom. Fil-preżent, ir-regoli jipprovdu li RTE għandu jinnotifika lil kull fornitur livell ta' obbligu provviżorju sena wara s-sena ta' konsenja, imbagħad livell ta' obbligu finali sentejn wara s-sena ta' konsenja. Barra minn hekk, RTE żviluppa għodod ta' akkumpanjament biex jinforma lill-atturi dwar il-livell tal-obbligu tagħhom qabel dawn l-iskadenzi. Franza tipproponi li tifformalizza l-obbligu ta' RTE li jappoġġja lill-fornituri fil-kalkolu tal-obbligu tagħhom, b'mod partikolari billi joffri għodod li jgħinu lill-fornituri alternattivi jantiċipaw aħjar l-obbligu ta' kapaċità tagħhom u bl-inklużjoni ta' punti ta' kuntatt regolari li fihom il-fornituri jużaw dawn l-għodod biex ibassru l-obbligu tagħhom. Il-fornituri se jkollhom ukoll il-possibbiltà li jużaw dawn l-għodod meta jridu minbarra dawn il-punti ta' kuntatt inklużi fir-regoli. |
In-nuqqas potenzjali ta' inċentivi biex l-atturi jkunu bilanċjati qabel is-Sena ta' konsenja
|
(141) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jirrevedu t-termini tar-riekwilibriju, sabiex jinkoraġġixxu lill-operaturi tal-kapaċità jiksbu ċertifikat bl-akbar preċiżjoni possibbli. Speċifikament, l-ispejjeż tar-riekwilibriji mgħoddija fuq l-atturi jiġu kkalkulati skont il-volum ta' riekwilibriju ta' kull attur:
|
|
(142) |
Il-mod kif jiżdiedu l-ispejjeż tar-riekwilibriju, skont il-każ, jidhru fil-Figura 7 li ġejja (sena ta' konsenja: 2020), bi prezz ta' unità dejjem akbar aktar ma toqrob is-sena ta' konsenja. Figura 7 Deskrizzjoni tal-qafas il-ġdid propost għar-riekwilibriji għas-sena 2020 b'k = 0,2 20,0 % 15,0 % 10,0 % 5,0 % 0,0 % Regoli attwali Kreek, taħt il-limitu Kreek, ogħla mil-limitu 01/01/2016 31/12/2016 31/12/2017 31/12/2018 31/12/2019 31/12/2020 Prezz unitarju tar-riekwilibriju (% tal-MRP) Sors: L-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tad-9 ta' Settembru 2016 |
|
(143) |
Issal-operaturi tal-kapaċità jkollhom jirriekwilibraw ruħhom fi żmien qasir u stabbilit fir-regoli f'avvenimenti kbar (jiġifieri li jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà tal-mezzi meta mqabbla mat-tbassir tad-disponibbiltà tagħhom, bħad-diżattivazzjoni temporanja, l-għeluq definittiv, ħsara li twassal għal tnaqqis tad-disponibbiltà għal perjodu twil, eċċ) (27). |
|
(144) |
L-awtoritajiet Franċiżi jipproponu wkoll modifika fil-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi biex jiskoraġġixu aktar lill-atturi tas-suq milli jippreżentaw differenzi negattivi jew pożittivi fi kwalunkwe ħin. B'mod partikolari, il-koeffiċjent ta' inċentiv “k”, applikat għall-iżbilanċi, ser ikun irduppjat (kien iffissat għal 0,1 fid-Digriet tat-22 ta' Jannar 2015 iżda hekk ser jiżdied għal 0,2) u ser jiżdied ukoll aktar għall-iżbilanċi negattivi li jaqbżu limitu massimu ta' 1 GW u saħansitra ser irodd anqas għall-iżbilanċi pożittivi li wkoll jaqbżu limitu massimu ta' 1 GW (il-livell preċiż tal-limiti massimi għadu jrid jiġi stabbilit mill-awtoritajiet abbażi ta' dħul mis-suq iżda xorta mhux ser jaqbeż il-1 GW). Dawn l-emendi huma spjegati fil-Figura 8. Figura 8 Deskrizzjoni tal-proposta tas-saldu tad-differenzi bl-effett tal-limitu ta' 1 GW u b'k = 0,2 Prezz tas-saldu tad-differenzi Tqabbil bejn ir-regoli attwali u l-proposti tal-awtoritajiet Franċiżi Differenza (GW) – 1,5 – 1 – 0,5 0 0,5 1 1,5 Saldu tad-differenzi varjabbli (k = 0,2) Saldu tad-differenzi attwali Saldu tad-differenzi finanzjarji (MEUR) 25 20 15 10 5 0 Sors: L-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tad-9 ta' Settembru 2016 |
Il-limitu fuq il-prezzijiet tas-saldu tad-differenzi ma jirriflettix is-CONE
|
(145) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jżidu gradwalment il-prezz amministrat (li huwa limitu massimu fuq il-prezz tad-differenzi u, għalhekk, indirettament fuq il-prezz tal-garanziji tal-kapaċità), skont l-iskeda li ġejja:
|
|
(146) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu għas-snin ta' konsenja 2021 u dawk sussegwenti, li jaġġornaw kull sena l-prezz amministrat biex iġibuh għal valur korrispondenti għall-CONE, b'mod partikolari għall-ispejjeż ta' impjant li jaħdem bil-gass tat-tip GCC jew b'ċiklu miftuħ, kif ikkalkulat mill-operatur tas-sistema pubblika ta' trażmissjoni tal-elettriku u approvat mir-regolatur. Dan l-aġġornament mhux bilfors isir permezz ta' proċedura ta' reviżjoni sħiħa tar-regoli tal-mekkaniżmu tal-kapaċità. |
|
(147) |
Din l-iskeda tippermetti (i) li żieda eventwali fil-prezz amministrat tikkoinċidi mad-dħul fis-seħħ tal-iskema tal-kuntratti pluriennali għall-kapaċitajiet ġodda u (ii) li l-atturi tas-suq jiġu eżaminati kemm dwar iż-żieda fil-prezz amministrat kif ukoll dwar l-introduzzjoni tal-iskema tal-kuntratti pluriennali għal-kapaċitajiet il-ġodda (28). |
|
(148) |
Minbarra dan li ntqal u dak li kien indikat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet uriet fid-diskussjonijiet mal-awtoritajiet Franċiżi l-biża' tagħha li l-firxa bejn l-ARENH u l-prezz tal-elettriku fis-suq tal-enerġija seta' jkun ukoll limitu impliċitu fuq il-prezzijiet tal-kapaċità, minħabba li l-prodott ARENH jinkludi l-garanziji tal-kapaċitajiet. |
|
(149) |
L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu li:
|
|
(150) |
Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu, bħala parti minn valutazzjoni futura tal-funzjonament tas-suq, li jistudjaw l-opportunità li “jiffinanzjalizzaw” is-sehem tal-kapaċità tal-prodott ARENH, (30) sabiex jevitaw li dan il-prodott ifixkel il-formazzjoni libera tal-prezzijiet fis-suq tal-kapaċità. |
4.3.4. Oġġezzjonijiet oħrajn tal-Kummissjoni
|
(151) |
Fil-premessa (182) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet qalet li Franza kellha tiċċara għala xi proposti ta' titjib tal-mekkaniżmu li għamlet l-Awtorità tal-Kompetizzjoni fl-Opinjoni tagħha Nru 12-A-09 tat-12 ta' April 2012 ma kinux ġew ikkunsidrati. |
|
(152) |
L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li, meta jitqiesu l-emendi proposti (jiġifieri l-obbligu fuq il-produtturi li jiddikjaraw id-disponibbiltà provviżorja tal-faċilitajiet ta' produzzjoni tagħhom abbażi tad-disponibbiltà storika tagħhom u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu għall-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali), kien hemm biss żewġ proposti tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni li ma ntgħażlux:
|
|
(153) |
Rigward l-ewwel proposta li ma ġietx adottata, l-awtoritajiet spjegaw li kienu għażlu ċ-ċertifikazzjoni tal-faċilitajiet taħt obbligu ta' xiri sabiex jirrispettaw il-karattru “market-wide” tal-mekkaniżmu tal-kapaċità. Għall-kuntrarju, biex tkun evitata l-possibbiltà ta' akkumulazzjoni ta' kumpensi għall-faċilitajiet taħt obbligu ta' xiri, ġie deċiż li x-xerrejja obbligati jkunu responsabbli miċ-ċertifikazzjoni ta' dawn il-faċilitajiet, u detenturi ta' garanziji tal-kapaċitajiet relatati, u d-dħul mill-bejgħ tal-kapaċitajiet jitnaqqas mill-kumpens tax-xerrejja obbligati. |
|
(154) |
Rigward it-tieni proposta mhux adottata, l-awtoritajiet spjegaw li ġie deċiż li s-sejħa tranżitorja għall-proġetti ma tiġix implimentata; għalhekk il-fornituri alternattivi ma kellhom ebda spiża xi jħallsu. Madankollu fil-futur se jħallsu spejjeż għal din l-iskema, peress li l-iskema ta' sigurtà attwali se titħassar u se tiġi sostitwita mill-iskema tal-kuntratti pluriennali wara li jinbidel id-digriet. |
4.4. Proporzjonalità
4.4.1. Sopravalutazzjoni tal-konsum
4.4.1.1.
|
(155) |
Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar dan il-punt huma inklużi fit-Taqsima 4.3.3.1 aktar 'il fuq. |
Il-kummenti ta' Franza
|
(156) |
Il-kummenti ta' Franza dwar dan il-punt huma inklużi fil-premessa 139 aktar 'il fuq. |
|
(157) |
Minkejja dawn il-kummenti, l-awtoritajiet qegħdin jipproponu li jobbligaw lil RTE jassisti lill-fornituri alternattivi fil-kalkolu tal-obbligu ta' kapaċità tagħhom, kif spjegat fil-premessa (140). |
4.4.2. Nuqqas ta' trasparenza dwar l-iffissar tal-prezz tal-kapaċità
4.4.2.1.
|
(158) |
Il-maġġoranza ta' dawk li wieġbu (13) jilmentaw min-nuqqas ta' viżibbiltà tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati, u b'mod aktar partikolari tat-tranżazzjonijiet intragrupp, meta ħafna minnhom jemmnu li l-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet għandha ssir f'din il-forma. Wieħed minn dawk li wieġbu reġa' saħaq li mekkaniżmu tal-kapaċità ċentralizzat jista' jevita dan it-tip ta' problemi. |
|
(159) |
Min-naħa tiegħu l-operatur stabbilit iqis li l-mekkaniżmu, fil-forma attwali tiegħu, joffri salvagwardji suffiċjenti biex jiżgura t-trasparenza tal-kummerċ (inkluż intragrupp), fosthom:
|
4.4.2.2.
|
(160) |
L-awtoritajiet Franċiżi jsemmu wkoll is-salvagwardji identifikati mill-operatur stabbilit (imsemmija fil-premessa 160). Huma jiddikjaraw ukoll li, minħabba li l-fornituri jridu jadattaw għat-tibdil fil-klijentela tagħhom, huwa xieraq li tinżamm il-possibbiltà tal-kummerċ mhux irregolat bejn l-atturi tas-suq apparti l-irkantijiet minn żmien għal żmien. Mekkaniżmu ta' kummerċ kontinwu jiżgura din il-flessibbiltà, kif ukoll il-viżibbiltà tat-tranżazzjonijiet u tal-prezzijiet, u jgħin biex tittaffa d-diskrepanza fl-informazzjoni bejn l-atturi tas-suq. Madankollu, il-parteċipazzjoni f'mekkaniżmu bħal dan hija għalja, b'mod partikolari għall-fornituri relattivament żgħar. Għaldaqstant l-awtoritajiet Franċiżi jipproponu li jżommu t-tranżazzjonijiet mhux irregolati flimkien ma' suq organizzat, fejn il-prezz ta' kull tranżazzjoni jkun ippubblikat. |
|
(161) |
Madankollu, huma jipproponu wkoll li jipprovdu salvagwardji addizzjonali biex tikber it-trasparenza u r-rappreżentanza tal-kummerċ tal-kapaċità. |
|
(162) |
Il-mekkaniżmu diġà jipprovdi li l-prezzijiet tal-irkantijiet fuq il-pjattaforma li ser jistabbilixxi EPEX Spot ikunu ppubblikati. Biex jiġi żgurat livell ta' trasparenza bħal dak ta' pjattaforma ta' negozjar għat-tranżazzjonijiet mhux irregolati, l-awtoritajiet Franċiżi qegħdin jipproponu li jagħtu lill-atturi kollha aċċess għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati (anonimizzati), u b'hekk jiżguraw il-viżibbiltà tal-volumi u tal-prezzijiet, waqt li jiggarantixxu l-anonimità tal-operaturi. Il-partijiet interessati mbagħad ikunu jistgħu jieħdu din l-informazzjoni inkunsiderazzjoni fl-istrateġija tax-xiri u tal-bejgħ tagħhom fl-irkantijiet organizzati. |
|
(163) |
Barra minn hekk, l-irkantijiet ser jissaħħu. L-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jżidu l-likwidità tal-irkantijiet organizzati, billi tellgħu n-numru ta' irkantijiet matul l-erba' (4) snin ta' qabel l-ewwel sena ta' konsenja għal 15, jiġifieri rkant wieħed (1) ġdid fis-sena ta' konsenja SK-4, erbgħa fis-SK-3, erbgħa (4) oħra fis-SK-2 u fl-aħħar sitta (6) fis-SK-1 (fl-ewwel verżjoni tal-mekkaniżmu, l-awtoritajiet Franċiżi kienu pprovdew biss għaxar (10) irkantijiet, mifruxa fuq it-tliet (3) snin ta' qabel is-sena ta' konsenja). |
|
(164) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jġiegħlu, fil-qafas regolatorju, lil ċerti operaturi tal-kapaċità joffru ċ-ċertifikati tagħhom fis-suq abbażi tal-iskema li ġejja:
|
|
(165) |
Din ir-restrizzjoni se tapplika għal dawk responsabbli miż-żona ta' ċertifikazzjoni li jkollhom volum ta' kapaċità li jaqbeż limitu ta' 3 GW. |
4.4.3. L-esklużjoni ta' ċerti tipi ta' operaturi tal-kapaċità mill-mekkaniżmu
|
(166) |
Il-kummenti tal-partijiet terzi u l-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi rigward id-diskriminazzjoni potenzjali bejn id-diversi tipi ta' kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda huma diskussi fit-Taqsima 4.3.1. |
|
(167) |
Il-kummenti tal-partijiet interessati u l-proposti tal-awtoritajiet Franċiżi sabiex jirrimedjaw għall-esklużjoni b'mod partikolari tal-kapaċitajiet transkonfinali u tal-investimenti ġodda huma deskritti fit-Taqsima 4.3.3. |
4.4.4. Is-saħħa fis-suq ta' EDF
4.4.4.1.
Kummenti mingħand il-partijiet interessati
|
(168) |
Tliet kwarti tal-partijiet li rreaġixxew għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ jirreferu speċifikament għar-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet fil-mekkaniżmu Franċiż. |
|
(169) |
Assoċjazzjoni ta' konsumaturi industrijali Franċiżi tibża' li EDF għandu interess li jtella' l-prezz ta' referenza tas-suq (MRP) u li jbiegħ il-kapaċità żejda wara s-sena ta' konsenja, peress li:
|
|
(170) |
Fornitur alternattiv innota li minbarra l-fatt li l-irkantijiet organizzati aktarx mhumiex ser jirrappreżentaw il-kummerċ li jsir bħala parti mill-mekkaniżmu (il-fornituri ser ikollhom it-tentazzjoni li jagħżlu tranżazzjonijiet bilaterali sabiex jevitaw il-ħlasijiet bil-quddiem), il-fatt li l-MRP mhux se jieħu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet magħmulin tul jew wara s-sena ta' konsenja jista' jkompli jdgħajjef l-effett dissważiv tal-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi u b'hekk jinkoraġġixxi l-istrateġiji ta' żamma tad-detenturi tal-kapaċitajiet. |
|
(171) |
Biex iħeġġeġ aktar lill-operaturi tal-kapaċità ma jżommux il-kapaċitajiet, dan il-fornitur alternattiv jipproponi tliet miżuri korrettivi:
|
|
(172) |
L-Assoċjazzjoni tal-Fornituri u l-Produtturi Alternattivi AFIEG tikkritika l-għażla ta' riekwilibriju tal-kapaċitajiet mingħajr ħlas qabel is-sena ta' konsenja, għax tippermetti, fil-fehma tagħha, li jittieħdu riskji bid-disponibbiltà tal-flotta nukleari, u b'hekk li jinħolqu nuqqasijiet jew kapaċitajiet żejda artifiċjali. |
Il-kummenti ta' Franza
|
(173) |
Minħabba dawn ir-reazzjonijiet tal-atturi tas-suq għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi wrew ix-xewqa li jtejbu l-iskema sabiex inaqqsu kemm jista' jkun kwalunkwe riskju ta' abbuż tal-qawwa fis-suq. |
|
(174) |
B'mod partikolari, huma jintrabtu li jġiegħlu lill-operaturi tal-kapaċità jiċċertifikaw minn qabel bi preċiżjoni l-kapaċitajiet kollha disponibbli tagħhom u illimitaw il-possibbiltajiet tagħhom ta' ċertifikazzjoni għal proċedura stabbilita fuq valuri ta' referenza storika (ara l-Figura 9). Kwalunkwe differenza minn din il-firxa trid tkun iġġustifikata ma' RTE u mar-regolatur. Figura 9 Illustrazzjoni tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni Valur ta’ referenza Firxa ta’ aċċettabbiltà + X % – X % ŻEWĠ PARAMETRI LI JRIDU JIĠU STABBILITI Sors: L-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tad-9 ta' Settembru 2016 |
|
(175) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jirrevedu t-termini tar-riekwilibriju, sabiex jinkoraġġixxu lill-operaturi tal-kapaċità jiksbu ċertifikat bl-akbar preċiżjoni possibbli. Huma jipproponu li kull riekwilibriju sinifikanti akkumulat (li jaqbeż limitu ta'massimu 1 GW; il-livell preċiż tal-limitu jrid ikun definit mill-awtoritajiet abbażi ta' dħul mis-suq iżda fl-ebda każ mhu ser jaqbeż 1GW) li jseħħ qabel is-sena ta' konsenja, joħloq penali. Il-penali, li tiskoraġġixxi lill-operaturi tal-kapaċità milli jiċċertifikaw inqas jew aktar il-kapaċitajiet tagħhom, tiżdied gradwalment sas-saldu tad-differenzi. L-operaturi tal-kapaċità jridu wkoll jirriekwilibraw malli jkunu jafu b'xi avveniment li jwassal għan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-mezzi (diżattivazzjoni temporanja, għeluq definittiv, ħsara li twassal għal tnaqqis tad-disponibbiltà fit-tul, eċċ.) meta mqabbla mat-tbassir tad-disponibbiltà tagħhom. |
|
(176) |
L-awtoritajiet jipproponu wkoll modifika fil-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi sabiex ikomplu jiskoraġġixxu lill-atturi tas-suq milli jippreżentaw differenzi negattivi jew pożittivi fi kwalunkwe mument. B'mod partikolari, il-koeffiċjent ta' inċentiv “k”, applikat għall-iżbilanċi, ser ikun irduppjat u barra minn hekk ser jiżdied ukoll aktar għall-iżbilanċi negattivi li jaqbżu limitu ta' massimu 1 GW u ser irendi inqas għall-iżbilanċi pożittivi li wkoll jaqbżu limitu massimu ta' 1 GW (il-livell preċiż tal-limiti għad irid jiġi definit mill-awtoritajiet abbażi ta' dħul mis-suq iżda xorta waħda mhux ser jaqbeż 1 GW). |
|
(177) |
Bi tweġiba għall-ilment ta' fornitur alternattiv li l-iskema ta' sigurtà jista' jinkoraġġixxi lill-operaturi jadottaw strateġija ta' żamma, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li din l-iskema ta' sigurtà se titħassar u se tiġi sostitwita mill-iskema ta' kuntratti pluriennali (deskritta fil-premessi 131 sa 138 ta' dan id-dokument). |
|
(178) |
Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessi 146 sa 147 ta' dan id-dokument, l-awtoritajiet Franċiżi jipproponu li jżidu l-ammont massimu ta' kumpens tad-differenzi tal-prezzijiet applikat f'każ ta' theddida serja għas-sigurtà tal-provvista (jiġifieri żbilanċ globali negattiv ta' aktar minn 2 GW). Huwa propost li dan il-limitu (il-prezz amministrat jew Padmin) jissaħħaħ gradwalment minn EUR 20 000/MW fl-2017 għal EUR 40 000/MW fl-2018 u fl-2019, u finalment għal EUR 60 000/MW fl-2020. Mis-sena ta' konsenja 2021 l-awtoritajiet Franċiżi se jaġġornaw il-prezz amministrat kull sena sabiex itellgħuh għal valur li jikkorrispondi għall-ispejjeż ta' parteċipant ġdid (CONE), b'mod partikolari għall-ispejjeż ta' impjant tal-gass tat-tip GCC jew b'ċiklu miftuħ, kif ikkalkulat mill-operatur tas-sistema pubblika ta' trażmissjoni tal-elettriku u approvat mir-regolatur. |
4.4.5. Riskju ta' żamma tal-garanziji
4.4.5.1.
|
(179) |
Erbgħa minn dawk li wieġbu huma partikolarment imħassba dwar ir-riskju li jinżammu l-garanziji tal-kapaċità jew, fi kwalunkwe każ, li tonqos il-likwidità fis-suq tal-garanziji. |
|
(180) |
L-Assoċjazzjoni tal-Fornituri u l-Produtturi Alternattivi AFIEG innutat li l-mekkaniżmu li jobbliga lill-atturi tas-suq li jkollhom garanziji żejda wara s-sena ta' konsenja (iżda qabel is-saldu tad-differenzi) li jbiegħu dan l-eċċess fl-irkantijiet mhux ser ikun biżżejjed biex jipprevjeni ż-żamma tal-garanziji qabel is-sena ta' konsenja (il-perjodu kkunsidrat għad-determinazzjoni tal-MRP). |
|
(181) |
Minbarra s-suġġerimenti maħsuba biex iżidu l-inċentivi biex wieħed jirriekwilibrija ruħu qabel is-sena ta' konsenja (reviżjoni tal-bażi tat-taxxa tal-MRP u tisħiħ tal-effett dissważif tal-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi), dawk li wieġbu pproponew żewġ miżuri biex jittejjeb l-aċċess għall-garanziji tal-kapaċità:
|
4.4.5.2.
|
(182) |
Minħabba dan it-tħassib, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jirrevedu l-mekkaniżmu b'mod li jobbligaw lill-operaturi tal-kapaċità joffru ċerti volumi minimi ta' garanziji waqt kull irkant organizzat qabel is-sena ta' konsenja, kif spjegat fil-premessi 165 u 166. Barra minn hekk, se jiġu organizzati rkanti oħrajn, kif spjegat fil-premessa 164. |
4.4.6. Riskju ta' kompressjoni tat-tariffi mill-operatur dominanti stabbilit
4.4.6.1.
|
(183) |
B'referenza għal avviż maħruġ mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni fl-2012, tnejn minn dawk li wieġbu wrew tħassib dwar sussidji trażversali bejn is-settur tal-produzzjoni u s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tal-operatur stabbilit (jiġifieri l-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità lill-kompetituri bi prezz ogħla mill-prezz tal-bejgħ intern bejn is-settur tal-produzzjoni u s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, bil-konsegwenza li jiġu esklużi kompetituri mis-suq tal-provvista tal-elettriku). Dan is-sussidju trażversali jista', fil-fehma tagħhom, iwassal għal “kompressjoni tat-tariffi” għal fornitur alternattiv mingħajr assi ta' produzzjoni, peress li jkollu jixtri garanziji fis-suq biex jissodisfa l-obbligi ta' kapaċità tiegħu. |
4.4.6.2.
|
(184) |
Rigward il-possibbiltà ta' prattiki ta' esklużjoni mill-prezzijiet (kompressjoni tal-marġnijiet jew kompressjoni tat-tariffi, prezzijiet predatorji), l-awtoritajiet Franċiżi fakkru li prattiki antikompetittivi bħal dawn diġà huma soġġetti għal kontroll u sanzjonijiet mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni. |
|
(185) |
Madankollu, sabiex jiffaċilitaw id-detezzjoni ta' prattiki bħal dawn, l-awtoritajiet sejrin isaħħu r-regoli billi jġiegħlu lill-atturi integrati vertikalment jikkomunikaw lill-Kummissjoni li tirregola l-enerġija l-metodu tagħhom ta' kif jikkunsidraw il-prezz tal-garanziji tal-kapaċità fl-offerti tagħhom. |
|
(186) |
Huma se jispeċifikaw ukoll b'mod aktar ċar fir-regoli li l-atturi integrati vertikalment huma meħtieġa li jiddikjaraw prezz għal kwalunkwe tranżazzjoni interna li tirrigwarda garanziji tal-kapaċità. B'hekk lakuna fil-leġiżlazzjoni li tippermetti t-trasferiment bla ħlas tal-garanziji ser tiġi kkoreġuta. |
|
(187) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jagħtu lill-atturi tas-suq aċċess sħiħ għar-reġistru tal-garanziji tal-kapaċità, li fih se jkunu rreġistrati t-tranżazzjonijiet mhux irregolati, waqt li tiġi ggarantita l-anonimità tal-operaturi ta' kull tranżazzjoni. |
4.5. L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
4.5.1. Ostakoli għad-dħul ta' kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni
|
(188) |
Il-kummenti tal-partijiet terzi u l-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi rigward id-diskriminazzjoni potenzjali bejn id-diversi tipi ta' kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda huma diskussi fit-Taqsima 4.3.3. |
|
(189) |
Fit-tweġiba tagħhom għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tas-17 ta' Diċembru 2015, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-mekkaniżmu propost mhuwiex neċessarjament mistenni li jiġġenera investimenti kbar ġodda li jżidu l-kapaċità totali ta' produzzjoni, iżda pjuttost li jiżgura d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet meħtieġa, pereżempju biex jilqgħu kontra mewġa ta' kesħa xitwija. |
|
(190) |
Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi rrikonoxxew il-ħtieġa li l-mekkaniżmu jippermetti lill-kapaċitajiet ta' produzzjoni ġodda li jikkompetu mal-kapaċità ta' produzzjoni eżistenti kif ukoll il-ħtieġa ta' qafas aktar stabbli għall-parteċipanti l-ġodda li jiffaċilita din il-kompetizzjoni. Żewġ elementi ġodda ġew proposti bħala rimedju għal din il-problema:
|
4.5.2. Diskriminazzjoni bejn ġestjoni tad-domanda impliċita u ġestjoni tad-domanda espliċita
|
(191) |
Il-kummenti tal-partijiet terzi u l-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi dwar dan il-punt ġew diskussi/żviluppati fit-Taqsima 4.3.1. |
4.5.3. Il-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet barranin
|
(192) |
Il-kummenti tal-partijiet terzi u l-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi rigward id-diskriminazzjoni potenzjali bejn id-diversi tipi ta' kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda huma diskussi fit-Taqsima 4.3.2. |
|
(193) |
Kif indikat fil-premessi 119 sa 125, bi tweġiba għat-tħassib tal-Kummissjoni u tal-partijiet terzi, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew mudell ibridu, li jipprovdi l-għoti ta' biljetti ta' interkonnessjoni li b'mod definittiv jippermettu l-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda li jinsabu fl-Istati Membri ġirien ta' Franza. L-opinjoni tagħhom hija li dan l-approċċ huwa konformi mal-prinċipji bażiċi msemmija fl-Anness 2 għad-Dokument ta' Ħidma tas-servizzi anness għall-inkjesta settorjali dwar il-mekkaniżmi tal-kapaċità tal-Kummissjoni Ewropea. |
4.5.4. Diskrepanzi fl-informazzjoni bejn l-operatur stabbilit dominanti u l-kompetituri attwali u potenzjali tiegħu
4.5.4.1.
Kummenti tal-partijiet interessati
|
(194) |
Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar dan il-punt huma inklużi fit-Taqsima 4.3.3.1 aktar 'il fuq. |
Il-kummenti ta' Franza
|
(195) |
Il-kummenti ta' Franza dwar dan il-punt huma inklużi fil-premessa 139 aktar 'il fuq. |
|
(196) |
Kif spjegat fil-premessa 140 aktar 'il fuq, l-aħħar proposta tal-awtoritajiet Franċiżi hija li jgħinu lill-fornituri biex jikkalkulaw aħjar il-portafolli tal-klijenti futuri tagħhom u li jirregolaw dan l-appoġġ b'mod espliċitu fir-regoli. |
4.5.4.2.
Kummenti tal-partijiet interessati
|
(197) |
Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar dan il-punt huma inklużi fil-premessi 159 u 160 aktar 'il fuq. |
Il-kummenti ta' Franza
|
(198) |
Kif spjegat fit-Taqsima 4.4.2 aktar 'il fuq, l-aħħar proposta dwar dan il-punt hija li l-fornituri jkollhom il-flessibbiltà billi jkunu permessi tranżazzjonijiet mhux irregolati, waqt li tiġi żgurata l-likwidità fuq il-pjattaforma tal-kummerċ organizzat kif ukoll it-trasparenza tal-kummerċ mhux irregolat. |
5. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA
5.1. Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE
|
(199) |
Fil-premessa 143 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ il-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet li l-mekkaniżmu jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.1. L-imputabbiltà u l-finanzjament permezz ta' riżorsi tal-Istat
|
(200) |
Rigward l-eżistenza ta' riżorsi tal-Istat fil-mekkaniżmu tal-kapaċità Franċiż, l-awtoritajiet Franċiżi jagħtu l-garanziji tal-kapaċità lill-operaturi tal-kapaċità mingħajr ħlas. Fl-istess ħin, huma joħolqu suq għal dawn il-garanziji, bl-impożizzjoni ta' obbligu ta' kwota minn fornituri tal-elettriku, billi jorbtu dawn il-kwoti mal-perjodi ta' domanda għolja tal-klijenti tagħhom. Għalhekk, huma joħolqu talba għaċ-ċertifikati u valur korrispondenti. Barra minn hekk, minflok ma jbiegħ iċ-ċertifikati lill-operaturi ta' kapaċità jew jagħmilhom irkant, l-Istat jagħtihomlom mingħajr ħlas u, allura, jirrinunzja għal riżorsi pubbliċi. |
|
(201) |
La l-awtoritajiet Franċiżi, u lanqas il-partijiet terzi ma ressqu argumenti li jikkontestaw din l-analiżi. |
|
(202) |
Iżda sadanittant, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni oħra li tikkonferma l-kwalifika ta' għajnuna mill-Istat ta' sistema ta' sussidju permezz ta' ċertifikati ta' faċilitajiet ta' produzzjoni tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli (31). Ta' min jinnota li f'dan il-każ, ma kien garantit ebda prezz minimu għal dawn iċ-ċertifikati ekoloġiċi. |
|
(203) |
Barra minn hekk, mhuwiex korrett li ssir distinzjoni bejn dan il-każ u l-każ taċ-ċertifikati ekoloġiċi Rumeni bl-argument li fil-mekkaniżmu Franċiż il-fornituri għandhom l-għażla li jgħaddu jew ma jgħaddux l-ispejjeż tal-akkwist tal-garanziji tal-kapaċitajiet fuq il-konsumaturi. Fil-fatt, għall-inqas it-tariffi rregolati tal-bejgħ jintegraw b'mod obbligatorju l-prezz għall-garanziji tal-kapaċità, skont l-Artikolu R 337-19 tad-Digriet Nru 2015-1823 tat-30 ta' Diċembru 2015 dwar il-kodifikazzjoni tal-parti regolatorja tal-Kodiċi tal-Enerġija. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li l-prezz tas-suq (l-MRP, użat għas-saldu tad-differenzi) għandu jkun medja tal-prezzijiet li joħorġu mid-diversi rkantijiet organizzati (u għaldaqstant mgħandux jieħu inkunsiderazzjoni l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati), preċiżament biex jiġi żgurat li l-MRP ikun jista' jiġi rreplikat. Dan ifisser li l-MRP ikun jista' jiġi rreplikat fil-kuntratti tal-bejgħ tal-fornituri fil-konfront tal-klijenti tagħhom u, skont l-awtoritajiet Franċiżi, huwa mixtieq ħafna mill-parti l-kbira tal-atturi. Dan jikkonferma li l-parti l-kbira tal-fornituri, jekk mhux kollha, se jgħaddu l-ispejjeż iġġenerati mix-xiri tal-garanziji tal-kapaċità fuq il-klijenti tagħhom. |
|
(204) |
Barra minn hekk, il-mekkaniżmu tal-kapaċità kif imfassal inizjalment mill-awtoritajiet Franċiżi kien jipprovdi “skema loopback”, jiġifieri proċedura ta' sejħa għall-offerti li sservi bħala għażla alternattiva għall-awtoritajiet pubbliċi, li tintuża f'każ li, jekk ikunu meħtieġa kapaċitajiet ġodda, is-suq tal-kapaċità ma jinkoraġġixxix il-bini tagħhom. Din il-possibbiltà ta' intervent dirett fis-suq mill-Istat tikkonferma aktar il-kwalifika tal-mekkaniżmu tal-kapaċità bħala għajnuna mill-Istat. |
|
(205) |
Barra minn hekk, ċerti bidliet li Franza għamlet fil-mekkaniżmu tal-kapaċità wara l-kummenti tal-partijiet interessati dwar id-dubji li esprimiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, għandhom fihom infushom ikunu kwalifikati bħala għajnuna mill-Istat. Dan huwa l-każ tal-kuntratti pluriennali, li permezz tagħhom l-Istat jiggarantixxi dħul ċert mill-kapaċitajiet għall-benefiċjarji tagħhom għal perjodu ta' seba' (7) snin. L-Istat għandu rwol primarju f'dan il-mekkaniżmu: huwa l-Istat li jobbliga lill-RTE jiffirma kuntratti mal-kapaċitajiet il-ġodda sakemm ikunu kompetittivi u huwa permezz ta' dawn il-kuntratti li dawn il-kapaċitajiet il-ġodda jkunu ċerti li ser jirċievu prezz fiss għall-kapaċità tagħhom għal seba' (7) snin. |
5.1.2. Vantaġġ selettiv
|
(206) |
Rigward l-argument li ressaq l-EDF kif ukoll kumpanija attiva prinċipalment fi Franza fis-segment tal-bejgħ bl-ingrossa, li jqis li l-mekkaniżmu huwa obbligu ta' servizz pubbliku peress li l-kumpens tal-kapaċità huwa l-korrispettiv ta' servizz mogħti mill-operaturi tal-kapaċità, il-Kummissjoni tqis li dan l-argument diġà kien ġie ttrattat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Biex infakkru, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-servizz la jista' jkun ipprovdut u lanqas valorizzat mis-suq. Fil-fatt, l-awtoritajiet Franċiżi kellhom joħolqu suq billi imponew obbligi ta' disponibbiltà u ta' żamma tal-garanziji tal-kapaċità fuq id-diversi atturi tas-suq tal-elettriku biex id-disponibbiltà tkun valorizzata. Fil-fatt, permezz tal-introduzzjoni ta' dan is-suq tal-kapaċità, l-operaturi tal-kapaċità se jiksbu fondi li ma kinux se jirċievu b'mod ieħor, u għalhekk se jirċievu vantaġġ li ma kinux jiksbu mingħajr is-suq maħluq mill-awtoritajiet. |
|
(207) |
Barra minn hekk, l-argument imressaq mill-EDF u minn kumpanija oħra tal-elettriku vertikalment integrata li jgħid li l-mekkaniżmu tal-kapaċità ma jagħti ebda vantaġġ selettiv lill-operaturi tal-kapaċità peress li l-atturi kollha fil-mekkaniżmu huma fl-istess sitwazzjoni fattwali u ġuridika u huma ttrattati l-istess, diġà ġie diskuss fl-imsemmija Deċiżjoni tal-Ftuħ. Biex infakkru, il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ huwa selettiv, peress li l-mekkaniżmu jipprovdi għajnuna lill-operaturi ta' kapaċità, u mhux għal setturi oħra tal-ekonomija. |
|
(208) |
Peress li Franza ma qajmet ebda argument ġdid, il-Kummissjoni għadha ssostni l-istess valutazzjoni u konklużjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ (li għaliha tirreferi din id-Deċiżjoni) li l-mekkaniżmu jagħti vantaġġ selettiv lill-operaturi tal-kapaċità. |
5.1.3. L-effetti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri
|
(209) |
L-awtoritajiet Franċiżi tennew l-argument tagħhom li l-mekkaniżmu tal-kapaċità mhux ser ikollu impatt fuq is-suq tal-elettriku, li ġie kkunsidrat mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha. Biex infakkru, il-Kummissjoni kienet ikkonludiet li l-mekkaniżmu seta' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni peress li l-operaturi tal-kapaċità Franċiżi jiksbu vantaġġ li l-kompetituri tagħhom ma jistgħux jiksbu, peress li ma għandhom ebda dritt li jipparteċipaw fil-kapaċità tas-suq Franċiż. |
|
(210) |
Ta' min jinnota li wieħed mir-rimedji proposti minn Franza jikkonsisti proprju fil-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali fil-mekkaniżmu Franċiż. Madankollu din il-parteċipazzjoni hija limitata għall-kapaċità ta' interkonnessjoni utli (jiġifieri wara l-applikazzjoni ta' fatturi ta' de-rating) ta' Franza mal-pajjiżi ġirien tagħha. Barra minn hekk, mhemmx garanzija li dawn il-kapaċitajiet transkonfinali se jirċievu l-istess kumpens tal-kapaċitajiet Franċiżi għas-servizz ipprovdut, minħabba l-ispiża addizzjonali mġarrba biex jipparteċipaw fil-mekkaniżmu Franċiż, relatata mal-kisba u x-xiri tal-biljetti ta' interkonnessjoni. |
|
(211) |
Minn dan isegwi li l-valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (li għalihom tirreferi din id-Deċiżjoni), li jgħidu li l-vantaġġ f'termini ta' kumpens tal-kapaċità, mogħti lill-operaturi tal-kapaċità Franċiżi, jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni, huma kkonfermati. |
5.1.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna
|
(212) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ssostni li l-mekkaniżmu tal-kapaċità Franċiż huwa għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.2. Leġittimità tal-għajnuna
|
(213) |
Billi l-ewwel ċertifikazzjoni ta' fornituri ta' kapaċità bdiet mill-1 ta' April 2015, l-awtoritajiet Franċiżi bdew iċ-ċessjoni ta' assi intanġibbli lill-benefiċjarji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi bdew jimplimentaw il-miżura ta' għajnuna inkwistjoni fis-sens tal-Artikolu 108(3) TFUE. |
|
(214) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma ssospendewx it-tranżazzjonijiet ta' garanziji tal-kapaċità eventwali wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
|
(215) |
Peress li l-Kummissjoni ma kienet ħadet ebda deċiżjoni finali dwar il-miżura qabel id-data li fiha l-awtoritajiet Franċiżi bdew jimplimentaw il-mekkaniżmu, Franza aġixxiet bi ksur tal-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
5.3. Kompatibbiltà mas-Suq Intern
|
(216) |
Sabiex tivvaluta jekk miżura ta' għajnuna tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni ġeneralment tanalizza jekk l-għajnuna hijiex imfassla biex l-impatt pożittiv tagħha lejn objettiv ta' interess komuni jaqbiżx l-effetti negattivi potenzjali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni. |
|
(217) |
L-objettiv prinċipali tal-miżura huwa s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-miżura abbażi tat-Taqsima 3.9 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (“GLSEE”), li tirrigwarda l-għajnuna għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
|
(218) |
L-analiżi tal-Kummissjoni f'din id-Deċiżjoni se tkun strettament limitata għall-punti li fuqhom il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
5.3.1. Għan ta' interess komuni u ħtieġa
5.3.1.1.
|
(219) |
Kif kien spjegat fil-premessa 149 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Franza spjegat li, minn xi snin 'l hawn, il-perjodu tad-domanda massima għall-elettriku fi Franza kompliet tiżdied (minn 79 590 MW fl-2001 għal 102 100 MW fl-2012), filwaqt li d-domanda medja għall-elettriku baqgħet stabbli. Dan huwa ġeneralment dovut għas-sensittività qawwija għas-sħana tas-sistema elettrika Franċiża: użu kbir ta' tisħin bl-elettriku fil-bini residenzjali u kummerċjali. |
|
(220) |
Barra minn hekk, skont Franza, il-faċilitajiet ta' produzzjoni avvanzati (normalment l-impjanti tal-gass), saru inqas kompetittivi f'dawn l-aħħar snin għal numru ta' raġunijiet (ara l-premessa 45). Minkejja dan, dawn il-faċilitajiet, u speċjalment dawk avvanzati, huma meħtieġa biex ikopru l-waqtiet ta' konsum massimu estrem deskritt fit-Taqsima 5.3.1.1. Minkejja dan, l-okkorrenza rari u imprevedibbli ta' dawn il-waqtiet iżomm lill-atturi tas-suq milli jinvestu f'kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni. |
|
(221) |
Għal dawn ir-raġunijiet, u kif juru l-kalkoli tal-RTE murija fil-premessa 105, il-kriterju ta' qtugħ fi Franza ta' medja ta' tliet (3) sigħat fis-sena jista' ma jintlaħaqsx f'każ ta' mewġa ta' kesħa (darba kull għaxar (10) snin fi Franza). |
|
(222) |
B'referenza għall-premessa 154 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Franza wriet li l-istudji tal-adegwatezza tal-RTE kienu aktar reċenti u dettaljati mill-istudji preċedenti deterministiċi ta' REGRT-E. Huma jieħdu inkunsiderazzjoni pereżempju s-sitwazzjoni prekarja ta' ċerti impjanti eżistenti u r-riskju li jgħalqu (xenarju ta' “nuqqas ta' sħana”; ara l-Figura 3). Għal dawn ir-raġunijiet, jista' jkun hemm xi differenzi bejn l-istudji preċedenti dwar l-adegwatezza li għamel RTE u dawk li għamel REGRT-E. |
|
(223) |
F'dan ir-rigward, Franza ħadet ukoll inkunsiderazzjoni l-konklużjonijiet talMid-Term Adequacy Forecast ippubblikat fl-2016 minn REGRT-E, li huwa l-ewwel (1) verżjoni li tibbaża fuq metodoloġija probabilistika (ara l-premessa 100). Fil-każ bażi tas-sena 2020, l-aspettattiva ta' qtugħ fi Franza hija ftit inqas mill-objettiv ta' sigurtà tal-provvista stipulat mill-gvern. Madankollu dan mhuwiex il-każ fl-istudju li sar ma' GRARE, ibbażat fuq l-akbar numru ta' simulazzjonijiet Monte-Carlo (2 100), li jivvaluta l-aspettattiva ta' qtugħ fi Franza bejn ħames (5) sigħat u 20 siegħa (P95). Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-istudji kollha li saru għas-sena 2020 huma bbażati fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin: (i) disponibbiltà sħiħa tal-impjanti diżattivati temporanjament, li hija suppożizzjoni ottimista skont REGRT-E, u (ii) il-mekkaniżmu tal-kapaċità huwa attiv fis-snin 2017 sa 2020. Minn dan jista' jiġi dedott li l-istudji l-aktar reċenti ta' REGRT-E ma jikkontradixxux u saħansitra jikkonfermaw il-konklużjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi rigward il-ħtieġa tal-mekkaniżmu. |
|
(224) |
L-istudji ta' RTE jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll id-dejta l-aktar reċenti dwar id-domanda massima tal-konsum u għalhekk l-impatt tal-miżuri alternattivi li ttieħdu biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda (kif talbet il-Kummissjoni fil-premessa 163 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). Madankollu huma juru b'mod ċar li l-livell massimu ta' qtugħ stabbilit fi Franza jista' jinqabeż fis-snin li ġejjin, mingħajr l-intervent tal-Istat. |
|
(225) |
Il-parti l-kbira tal-partijiet interessati wkoll jaqblu dwar il-ħtieġa (kif ukoll l-urġenza) li jiġi implimentat mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza. Uħud minnhom ippreżentaw il-pjanijiet finanzjarji tagħhom biex juru li teżisti problema ta' “missing money” fi Franza, għall-kuntrarju ta' dak li stmat l-Awtorità tal-Kompetizzjoni fl-Opinjoni tagħha tal-2012 (referenza fil-premessa 158 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
|
(226) |
Huwa minnu li l-analiżi ta' RTE dwar l-adegwatezza tal-kapaċitajiet fir-Rapport Provviżorju tiegħu tal-2015 kienet aktar ottimista minn dik li għamel fl-2014 (is-sena li fiha daħal fis-seħħ il-mekkaniżmu tal-kapaċità), iżda Franza spjegat li dan it-titjib kien dovut għas-sinjal mogħti mill-introduzzjoni tal-mekkaniżmu (permezz tal-mekkaniżmu, ċerti impjanti kienu bidlu l-ħsieb tagħhom li jgħalqu). |
|
(227) |
Barra minn hekk, għalkemm Franza ma tikkontestax li attwalment hemm kapaċità żejda fi Franza, dan ma jeskludix li s-sigurtà tal-provvista tkun mhedda fil-futur, speċifikament f'każ fejn ħafna mill-impjanti ta' produzzjoni jkollhom jgħalqu għax din tonqos. L-istudji ta' RTE jikkonfermaw li teżisti problema ta' “missing money” u jindikaw li dan ir-riskju ta' għeluq tal-impjanti huwa reali, fatt sostnut ukoll fil-premessi 43, 44 u 46. |
5.3.1.2.
|
(228) |
Rigward il-proposta li jiġu applikati prezzijiet differenzjati ta' użu tas-sistemi skont l-istaġuni, il-ġranet tal-ġimgħa u/jew is-sigħat tal-ġurnata, Franza kkonfermat li t-“TURPE” diġà huwa bbażat fuq il-ħinijiet u l-istaġuni. |
|
(229) |
Franza spjegat ukoll b'mod sodisfaċenti l-fatturi ta' de-rating applikati għall-enerġiji rinnovabbli, kif talbet il-Kummissjoni fil-premessa 153 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Huma jidhru pjuttost ottimisti rigward il-kontribut tal-enerġiji rinnovabbli għas-sigurtà tal-provvista u għalhekk ma jqajmux aktar tħassib ta' sottovalutazzjoni tal-kapaċitajiet disponibbli. Fi kwalunkwe każ, l-enerġiji rinnovabbli ser ikollhom il-possibbiltà li jagħżlu skema ġenerika, ibbażata fuq l-awtoċertifikazzjoni kkontrollata. |
5.3.1.3.
|
(230) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu, li jservi l-objettiv ta' interess komuni li jiżgura l-provvista tal-elettriku, huwa tabilħaqq meħtieġ fi Franza. Barra minn hekk dan ma jmurx kontra l-objettiv allokat mil-GLAEE ta' tneħħija gradwali tas-sussidji ta' ħsara għall-ambjent, pereżempju bl-iffaċilitar tal-ġestjoni tad-domanda 232, biż-żieda tal-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni 194, bl-inklużjoni tal-kontribuzzjoni tal-enerġiji rinnovabbli fil-mekkaniżmu 230 u billi tingħata preferenza lill-produtturi b'emissjonijiet ta' karbonju baxxi 137. |
5.3.2. Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna
5.3.2.1.
|
(231) |
Franza ma tikkontestax id-differenza fit-trattament bejn l-operaturi tal-ġestjoni tad-domanda espliċita u l-operaturi tal-ġestjoni tad-domanda impliċita. Għall-kuntrarju, hija tqis li dawn il-kundizzjonijiet differenti huma meħtieġa preċiżament sabiex iż-żewġ tipi ta' operaturi tal-ġestjoni tad-domanda jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu fuq l-istess livell. Franza kellha ssib bilanċ tajjeb bejn l-obbligi ta' attivazzjoni u ta' disponibbiltà taż-żewġ tipi ta' kapaċità, mingħajr madankollu ma tillimita l-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tal-kapaċità. |
|
(232) |
Bi qbil ma' Franza, il-Kummissjoni tqis b'mod partikolari li huwa konsistenti li n-numru ta' ġranet li jaqgħu fl-obbligu ta' operatur ta' ġestjoni tad-domanda impliċita (ġranet PD1) ikun inqas min-numru ta' ġranet li fihom operatur tal-ġestjoni tad-domanda espliċita jrid ikun disponibbli, peress li l-korrispettiv meħtieġ minn operatur ta' ġestjoni tad-domanda impliċita huwa akbar (attivazzjoni minflok disponibbiltà). |
|
(233) |
Il-Kummissjoni taċċetta li n-numru ta' sigħat PD2 għandu jibqa' mmirat, sabiex il-kapaċitajiet espliċiti ma jiġux esklużi mill-mekkaniżmu, jew biex il-parteċipazzjoni tagħhom ma tiġix limitata aktar minn kemm hu meħtieġ. |
|
(234) |
Kif spjegat fil-premessi 111 sa 115, RTE għamel studju dettaljat biex ikejjel in-numru ta' sigħat PD1 u PD2, sabiex jibbaża dan il-kejl fuq l-impatt li jistgħu jkollhom l-operaturi tal-ġestjoni tad-domanda biex jindirizzaw il-qtugħ. Irriżulta li 94 % tas-sigħat ta' qtugħ setgħu jkunu indirizzati fil-100 siegħa annwali tad-domanda massima ta' konsum (għal din ir-raġuni, il-perjodu ta' PD1 jirrappreżenta l-100-150 siegħa tad-domanda massima ta' konsum) u li 99 % tas-sigħat ta' qtugħ huma inklużi fit-300 siegħa tad-domanda massima ta' konsum (huwa għalhekk li PD2 jkopri bejn 100 u 300 siegħa (32) tad-domanda massima). |
|
(235) |
Barra minn hekk, l-argument ta' ċerti partijiet terzi li l-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda espliċita mgħandhomx ikunu attivati ħlief fil-perjodu ta' kesħa kbira (jiġifieri darba kull għaxar snin), fil-fehma tagħna mhuwiex ġustifikat peress li l-kapaċitajiet kollha ser ikunu effettivament attivati tal-inqas darba fis-sena ta' konsenja skont it-test ta' kontroll. |
|
(236) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li Franza sabet bilanċ tajjeb bejn id-diversi obbligi tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda mingħajr ma llimitat il-parteċipazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmu. Il-Kummissjoni tinnota l-proposta ta' Franza li fil-futur tivvaluta l-proporzjon PD1/PD2, u li tirrevedih jekk ikun hemm bżonn. |
|
(237) |
Għaldaqstant il-miżura hija flessibbli biżżejjed u tipprovdi inċentivi adegwati u xierqa lid-diversi kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda kif mitlub fil-punt 226 tal-GLAEE. |
5.3.2.2.
|
(238) |
Biex ineħħu d-dubji tal-Kummissjoni dwar dan il-punt, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew mekkaniżmu li jippermetti l-parteċipazzjoni “espliċita” tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda transkonfinali fil-mekkaniżmu Franċiż. Din il-proposta hija kondizzjonali għal ftehimiet ta' kooperazzjoni mat-TSO tal-pajjiżi ġirien fejn huma stabbiliti l-kapaċitajiet parteċipanti. Biex jevitaw li jmorru lura għal parteċipazzjoni impliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali fin-nuqqas ta' ftehim, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew iċ-ċertifikazzjoni tal-interkonnessjonijiet sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw direttament fil-mekkaniżmu (33). |
|
(239) |
Ir-rimedju li pproponiet Franza, deskritt fil-premessi 119 sa 124 ta' din id-Deċiżjoni, huwa għalhekk konformi mal-punt 226 tal-GLAEE. Il-Kummissjoni tinsisti fuq il-fatt li l-iskeda ta' implimentazzjoni ta' dan ir-rimedju, kif proposta fil-premessa 125, hija meqjusa bħala skeda stretta u li Franza se jkollha tinforma lill-Kummissjoni dwar id-diversi stadji tal-implimentazzjoni tar-rimedju msemmi. |
5.3.2.3.
Nuqqas ta' kuntratti fit-tul
|
(240) |
Wara d-dubji li esprimiet il-Kummissjoni dwar dan il-punt fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Franza pproponiet mekkaniżmu li jippermetti l-parteċipazzjoni effettiva tal-kapaċitajiet il-ġodda fil-mekkaniżmu tal-kapaċità, deskritt fil-premessi 131 sa 138 ta' din id-deċiżjoni. Dan il-mekkaniżmu jikkonsisti f'sistema ta' kuntratti pluriennali mal-kapaċitajiet kompetittivi ġodda. |
|
(241) |
Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li kuntratti itwal jistgħu jkunu ġġustifikati biex jattiraw investimenti ġodda, b'mod partikolari minn parteċipanti ġodda, sabiex l-aċċess tagħhom għall-finanzjament jiġi ffaċilitat (34). |
|
(242) |
Franza spjegat li terminu kuntrattwali ta' seba' (7) snin għall-investimenti l-ġodda huwa mmirat sabiex jiggarantixxi madwar 50 % tal-ispejjeż tal-investiment tal-kapaċitajiet il-ġodda. B'hekk din il-miżura tgħin biex tonqos ir-rata ta' redditu meħtieġ mill-promoturi u l-finanzjaturi ta' dawn il-proġetti ta' investimenti u tiffaċilita l-finanzjament estern tagħhom. Ta' min jinnota wkoll li t-terminu tal-kuntratt huwa iqsar mit-terminu ta' 20 sena magħżul għall-proġett Landivisiau fil-Brittanja u ta' 15-il sena fil-mekkaniżmu tal-kapaċità fil-Gran Brittanja. Għalkemm huwa diffiċli li wieħed jistabbilixxi referenza tajba u ġusta għat-terminu tal-kuntratti tal-kapaċitajiet, ta' min jinnota li termini kuntrattwali iqsar għandhom il-vantaġġ ta' spazju akbar ta' manuvra għas-suq fit-tul u li jevitaw imblokk fl-għażla tat-teknoloġiji (lock-in effect). |
|
(243) |
Il-Kummissjoni tqis li Franza stabbiliet bilanċ tajjeb bejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tad-diversi termini tal-kuntratti possibbli, u li t-terminu magħżul joffri minn naħa sigurtà sodisfaċenti tal-investimenti fit-tul waqt li jevita r-riskju ta' “imblokk” tat-teknoloġiji li jista' jinħoloq minn termini itwali. |
Id-diffikultà tal-fornituri li jbassru minn ħafna qabel l-iżviluppi tal-portafolli tal-klijenti tagħhom
|
(244) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar il-possibbiltà tal-fornituri, u l-aktar tal-parteċipanti l-ġodda, li jbassru eżatt u ferm qabel l-iżvilupp tal-portafolli tal-klijenti tagħhom, u b'hekk, li jagħtu sinjal ta' prezz affidabbli lis-suq tal-ħtiġijiet tal-kapaċità tas-sistema. |
|
(245) |
Dawn id-dubji, ikkonfermati wkoll minn diversi partijiet terzi, tneħħew fuq tliet livelli. L-ewwel nett Franza pproponiet li tobbliga lil RTE jgħin lill-fornituri alternattivi biex ibassru aħjar il-livell definittiv tal-obbligi ta' kapaċità tagħhom. It-tieni, il-mekkaniżmu jipprovdi aktar trasparenza u likwidità tas-suq taċ-ċertifikati. It-tielet, dan il-mekkaniżmu jippermetti aġġustament tal-portafoll taċ-ċertifikati tal-fornituri ż-żgħar biex jirriekwilibraw dawn il-portafolli kemm matul is-sena ta' konsenja, kif ukoll ex post. |
|
(246) |
Dan ir-rimedju ser jgħin lill-fornituri alternattivi biex jistmaw aħjar minn qabel l-obbligi preċiżi tagħhom ta' garanziji tal-kapaċità. Meta jgħin lill-fornituri biex jistmaw aħjar il-ħtiġijiet ta' kapaċitajiet tagħhom, dan ir-rimedju ser jiżgura prezz tal-kapaċità aktar preċiż u, f'każ ta' bżonn, jinkoraġġixxi l-investiment f'kapaċitajiet ġodda. |
In-nuqqas potenzjali ta' inċentivi biex l-atturi jkunu f'ekwilibriju qabel is-sena ta' konsenja (SK)
|
(247) |
Wara r-riżerva magħmula mill-Kummissjoni fuq l-inċentivi potenzjali insuffiċjenti biex l-atturi jkunu f'ekwilibriju qabel is-sena ta' konsenja (SK), l-awtoritajiet Franċiżi pproponew li kwalunkwe riekwilibriju kumulattiv sinifikanti li jseħħ qabel is-sena ta' konsenja, joħloq sanzjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet jipproponu li jirduppjaw il-koeffiċjent tal-inċentiv “k”, applikat għall-iżbilanċi, u li jkomplu jżidu l-penali tas-saldu tad-differenzi (vis-à-vis tranżazzjoni fis-suq) għall-iżbilanċi li jaqbżu limitu massimu ta' 1 GW (ara l-premessi 141 u 143). Ma' dan hemm ir-regola preċedenti li mill-bidu tas-SK kull riekwilibriju jrid jitħallas. |
|
(248) |
Ir-rimedji proposti minn Franza għandhom objettiv komuni: jinċentivaw lill-atturi tal-mekkaniżmu biex ikunu f'ekwilibriju qabel ma tibda s-SK, u fi kwalunkwe każ qabel is-saldu tad-differenzi. Dan ser jinċentiva lill-atturi biex jagħmlu l-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet meħtieġa qabel is-SK u se jżid ukoll ir-rappreżentanza tal-MRP (użat għas-saldu tad-differenzi u għar-rifatturar fuq il-konsumaturi). B'hekk, is-sinjal tal-prezz li jirriżulta mill-kummerċ tal-garanziji tal-kapaċità ser ikun fil-fehma tagħna aktar rappreżentattiv u affidabbli, u l-mekkaniżmu jkun aktar kredibbli biex iħeġġeġ investimenti ġodda f'każ li jkun hemm bżonn. |
Il-limitu fuq il-prezzijiet tas-saldu tad-differenzi ma jirriflettix is-CONE
|
(249) |
B'reazzjoni għall-kritika tal-Kummissjoni li l-limitu fuq il-prezz tas-saldu tad-differenzi ma jirriflettix is-CONE, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jżidu gradwalment il-prezz amministrat (ara l-premessi 146 u 147), biex finalment jittella', mis-SK 2021, għal valur korrispondenti għall-ispejjeż ta' parteċipant ġdid (CONE). |
|
(250) |
Dan ir-rimedju jikkorrispondi għat-talbiet tas-suq u tal-Kummissjoni, li jiġi allinjat il-limitu indirett fuq il-prezz tal-kapaċità, li huwa l-prezz amministrat, fuq l-ispejjeż ta' parteċipant ġdid. B'hekk, f'każ ta' bżonn, jistgħu jsiru investimenti ġodda. |
|
(251) |
Barra minn hekk l-awtoritajiet assiguraw lill-Kummissjoni li l-firxa bejn l-ARENH u l-prezz tal-elettriku tas-suq mhuwiex limitu massimu indirett fuq il-prezzijiet tal-kapaċità (ara l-premessi 149 sa 151). B'mod aktar partikolari, huma spjegaw li l-volum tal-garanziji tal-kapaċità relatat mal-prodott ARENH huwa affidabbli biżżejjed meta mqabbel mas-suq tal-kapaċità kollu u, għaldaqstant, ma jistax jinfluwenza l-prezz tal-garanziji tal-kapaċità l-oħrajn. Barra minn hekk, il-firxa attwali tassigura li l-ARENH mhuwiex prodott kompetittiv attwalment. Il-Kummissjoni tinnota madankollu li l-awtoritajiet Franċiżi se jikkunsidraw, meta jagħmlu valutazzjoni tal-mekkaniżmu, l-opportunità ta' “finanzjalizzazzjoni” tas-sehem tal-kapaċità tal-prodott ARENH, sabiex jevitaw li dan il-prodott ifixkel il-formazzjoni libera tal-prezzijiet fis-suq tal-kapaċità, jekk ikun il-każ. |
Konklużjoni dwar is-sinjali għal investimenti ġodda
|
(252) |
Id-diversi rimedji proposti minn Franza biex tinċentiva aktar investimenti ġodda, huma għalhekk konformi mal-punt 226 tal-GLAEE. B'mod partikolari, Franza se timplimenta miżuri sabiex tassigura l-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet transkonfinali u sabiex tagħti inċentivi lill-investimenti ġodda li jiżguraw il-ftuħ tal-mekkaniżmu għal numru akbar ta' operaturi potenzjali tal-kapaċità. |
5.3.2.4.
|
(253) |
L-awtoritajiet Franċiżi ċċaraw, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, ir-raġunijiet li għalihom kienu għażlu fejn kien meħtieġ id-diversi proposti ta' titjib tal-mekkaniżmu fformulati mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni. |
5.3.2.5.
|
(254) |
Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, li l-miżura hija tabilħaqq adatta biex tilħaq l-objettiv ta' interess komuni identifikat. |
5.3.3. Effett ta' inċentiv
|
(255) |
Il-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet fil-premessa 184 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-mekkaniżmu seta jkollu l-effett ta' inċentiv meħtieġ. Hija għadha ssostni din il-kunsiderazzjoni. |
5.3.4. Proporzjonalità
5.3.4.1.
|
(256) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet identifikat riskju ta' sopravalutazzjoni tal-konsum mill-fornituri, b'mod partikolari, jekk l-obbligi tal-kapaċità individwali tal-fornituri ma jkunux ċari biżżejjed. |
|
(257) |
Mill-kummenti tal-Kummissjoni fil-premessi (245) sa (247) isegwi li l-awtoritajiet Franċiżi implimentaw miżuri sabiex jgħinu lill-fornituri jikkalkulaw aħjar l-obbligi tal-kapaċità tagħhom. |
|
(258) |
Dan ir-rimedju jissodisfa l-oġġezzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
5.3.4.2.
|
(259) |
Fil-verżjoni inizjali tal-mekkaniżmu tal-kapaċità, id-diversi atturi kellhom ftit viżibbiltà tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati, peress li kienu jiddependu mill-pubblikazzjoni f'intervalli regolari mis-CRE tad-dejta dwar il-volum ta' kummerċ ta' garanziji tal-kapaċità u dwar il-prezzijiet medji tat-tranżazzjonijiet. Barra minn hekk, biex jiġi evitat l-abbuż u n-nuqqas ta' trasparenza, l-awtoritajiet kienu obbligaw lill-atturi vertikalment integrati biex iżommu kontijiet separati fir-reġistru tal-garanziji tal-kapaċità (kont għall-operaturi tal-kapaċità u kont għall-fornituri). |
|
(260) |
Wara li l-Kummissjoni wriet tħassib dwar in-nuqqas ta' trasparenza tal-ftehimiet kummerċjali taħt il-mekkaniżmu, Franza pproponiet rimedji sabiex ittejjeb il-viżibbiltà fuq il-kummerċ kollu u fuq l-atturi kollha. L-ewwel nett, huma jipproponu li jagħtu lill-atturi kollha aċċess għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati (miżmuma anonimi), u b'hekk jiżguraw il-viżibbiltà tal-volumi u tal-prezzijiet, waqt li jiggarantixxu l-anonimat tal-operaturi (ara l-premessa 163). It-tieni, huma qegħdin jipproponu li jżidu l-irkantijiet organizzati, billi jżidu n-numru tagħhom matul l-erba' snin ta' qabel l-ewwel sena ta' konsenja għal 15, u billi jġiegħlu lil ċerti operaturi tal-kapaċità (l-RPCs > 3 GW) biex joffru ċ-ċertifikati tagħhom fis-suq skont skema speċifika (ara l-premessi 164 u 165). |
|
(261) |
L-approċċ propost mill-awtoritajiet Franċiżi joffri ċerta flessibbiltà lill-fornituri peress li jippermetti t-tranżazzjonijiet mhux irregolati, u fl-istess waqt jiżgura ċerta trasparenza f'dawn it-tranżazzjonijiet. |
|
(262) |
L-aċċess liberu għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet (anonimizzat) jiżgura t-trasparenza tas-suq mhux irregolat u jiggarantixxi n-nuqqas ta' diskrepanzi fl-informazzjoni bejn l-operatur dominanti — li jkun il-bejjiegħ ewlieni — u l-kompetituri tiegħu. Jippermetti wkoll lill-atturi jqisu l-prezzijiet realizzati fis-suq mhux irregolat fil-formulazzjoni tal-offerti tagħhom fis-suq spot u b'hekk jiżgura konsistenza akbar bejn iż-żewġ swieq. F'dan is-sens, isaħħaħ ukoll il-kontroll tar-regolatur peress li jiżvela minnufih tentattiv ta' manipulazzjoni tal-prezz tas-sehem ta' operatur jekk dan jadotta mġiba radikalment differenti bejn is-suq organizzat u s-suq mhux irregolat. |
|
(263) |
Barra minn hekk, it-tisħiħ tal-irkantijiet organizzati għandu jiggarantixxi likwidità suffiċjenti ta' dawn l-irkantijiet u b'hekk isaħħaħ ir-rappreżentanza tal-prezz ta' referenza tas-suq (il-prezz tal-kapaċità użat mill-parti l-kbira tal-fornituri għall-bejgħ u wkoll bħala valur ta' referenza għall-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi). |
|
(264) |
B'hekk dan ir-rimedju jgħin biex jipprevjeni r-riskju ta' “żamma ekonomika” tal-garanziji tal-kapaċità mill-operaturi tal-kapaċità l-kbar, tiżdied it-trasparenza fis-suq, tiżdied il-likwidità tas-suq organizzat u jiffaċilita s-sorveljanza tas-suq mir-regolatur. |
|
(265) |
L-introduzzjoni ta' “restrizzjoni doppja” għas-snin SK-3, SK-2 u SK-1 tilqa' għar-riskju ta' manipulazzjoni tas-suq mill-atturi integrati. Fil-fatt, dawn jistgħu, b'mod artifiċjali, inaqqsu n-numru ta' ċertifikati mhux mibjugħa tagħhom billi jagħmlu trasferimenti interni. Bl-introduzzjoni ta' restrizzjoni fil-livell tal-kapaċità ċertifikata, l-awtoritajiet Franċiżi jiżguraw li l-atturi integrati jkunu obbligati — anki jekk jagħmlu trasferimenti interni — jiggarantixxu ċerta likwidità fis-suq organizzat spot. |
|
(266) |
L-għażla li r-restrizzjoni fuq il-kapaċità ċċertifikata tiġi stabbilita għal 25 % tiżgura li l-atturi integrati — u l-operaturi dominanti b'mod partikolari — joffru ċ-ċertifikati tagħhom kollha jew uħud minnhom fis-suq organizzat spot u ma jkunux jistgħu jaħarbu minn dan ir-rekwiżit bit-trasferimenti interni tagħhom. Dan ir-rimedju jixbah soluzzjoni tat-tip market-making. |
|
(267) |
L-applikazzjoni ta' limitu (f'GW) għar-restrizzjoni li jiġu offruti ċerti volumi ta' garanziji tal-kapaċità fl-irkantijiet organizzati ser tiżgura li jkunu l-akbar atturi, u b'mod partikolari l-operatur stabbilit, li ser jassumu dan ir-rwol ta' “market maker” fil-mekkaniżmu, u b'hekk jiżguraw f'kull ħin il-likwidità tal-irkantijiet. |
|
(268) |
Bl-iżgurar tal-likwidità tas-suq, l-awtoritajiet Franċiżi solvew l-oġġezzjoni li qajmet il-Kummissjoni fil-premessa 200 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
|
(269) |
B'mod aktar ġenerali, b'dawn ir-rimedji, l-awtoritajiet Franċiżi naqqsu t-tħassib li l-Kummissjoni wriet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ rigward in-nuqqas ta' trasparenza fil-mekkaniżmu tal-iffissar tal-prezz. |
5.3.4.3.
|
(270) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li r-riskju tal-esklużjoni ta' ċerti atturi mill-mekkaniżmu, bħal ċerti kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda (minħabba l-possibbiltà ta' diskriminazzjoni bejniethom), il-kapaċitajiet barranin jew saħansitra kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni, seta' joħloq riskju ta' kumpens żejjed lill-atturi li setgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu, minħabba inqas pressjoni kompetittiva. |
|
(271) |
Kif spjegat fit-Taqsimiet 5.3.2.1, 5.3.2.2 u 5.3.2.3 rispettivament, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva fil-mekkaniżmu tad-diversi atturi msemmija hawn fuq. Dan jiżgura l-kompetizzjoni fi ħdan il-mekkaniżmu u għandu jwassal għal prezz tal-kapaċità li jeskludi l-kumpens żejjed. |
|
(272) |
Biex ikunu konformi mal-GLAEE, il-mekkaniżmi proposti għall-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet transkonfinali u għall-kuntratti pluriennali mal-kapaċitajiet il-ġodda ta' produzzjoni jridu jkunu proporzjonati. |
|
(273) |
Il-mekkaniżmu ta' inklużjoni tal-kapaċitajiet transkonfinali huwa deskritt fil-premessi 119 sa 124 ta' dan id-dokument. Ladarba l-kapaċitajiet barranin ikunu kisbu biljetti ta' interkonnessjoni, huma ser jipparteċipaw direttament fis-suq Franċiż tal-garanziji tal-kapaċità, b'mod li, peress li dan is-suq huwa meqjus li ma joħloqx kumpens żejjed, ser jiġri l-istess għall-bejgħ tal-garanziji mill-kapaċitajiet barranin. Fil-kuntest tal-mekkaniżmu implimentat biex il-kapaċitajiet barranin ikunu jistgħu jipparteċipaw, il-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni jkunu jistgħu wkoll igawdu minn ċertu kumpens permezz tal-bejgħ tal-biljetti ta' interkonnessjoni. Minħabba li wieħed jista' jbassar li l-parteċipazzjoni fl-irkantijiet ser tkun waħda kbira (il-kapaċità kollha ta' ġestjoni tad-domanda tal-Istat Membru ġar interkonness tista' tipparteċipa), b'mod partikolari minħabba l-volum tal-biljetti li huwa mistenni li ser jiġu rkantati, wieħed jista' jassumi li dawn l-irkantijiet mhumiex ser joħolqu kumpens żejjed. Għaldaqstant dan il-mekkaniżmu huwa proporzjonat. |
|
(274) |
Il-mekkaniżmu propost mill-awtoritajiet Franċiżi biex jippermettu lill-kapaċitajiet il-ġodda jipparteċipaw fis-suq tal-kapaċità Franċiż huwa deskritt fil-premessi 131 sa 138 ta' dan id-dokument. F'dak li jirrigwarda l-proporzjonalità ta' dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni temmen li jeskludi kwalunkwe kumpens żejjed lill-kapaċitajiet il-ġodda. B'mod partikolari, l-offerti ta' dawn ser ikollhom ikunu, fi kwalunkwe każ, aktar baxxi mill-prezz ta' referenza inizjali, li huwa nnifsu jikkorrispondi għall-prezz medju li joħroġ mid-diversi proċessi kompetittivi (huwa propost li jiġi kkalkulat bħala l-prezz ponderat tal-kapaċità li jirriżulta mill-irkant organizzat fis-SK-4, u wkoll mill-irkanti tas-SK-2 u tas-SK-1 kurrenti). Il-fatt li l-prezz ta' referenza inizjali preċiż mhux ser ikun magħruf mill-fornituri tal-kapaċitajiet il-ġodda meta jagħmlu l-offerti tagħhom, għandu jiżgura li dawn l-offerti ser ikunu baxxi kemm jista' jkun biex ikunu kompetittivi. Peress li l-parteċipanti mhumiex ser ikunu jafu jekk il-kapaċitajiet il-ġodda għamlux diġà offerti oħrajn meta jagħmlu l-offerta tagħhom, il-limitazzjonijiet tal-volum għall-kapaċitajiet il-ġodda ser iħeġġeġ lill-offerenti jipproponu l-orħos prezz possibbli għall-investimenti tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta' kumpens żejjed għandu jkun żero f'dak li jirrigwarda l-investimenti l-ġodda; għaldaqstant dan il-mekkaniżmu huwa proporzjonat. |
5.3.4.4.
|
(275) |
Kif spjegat fil-premessa 64, punt (4), sottostanti għat-tħassib tal-Kummissjoni li EDF jista' faċilment jimmanipula l-prezzijiet tal-kapaċità favurih, kien hemm tliet riskji aktar speċifiċi tal-mekkaniżmu (li wħud minnhom jistgħu jseħħu fil-każ tal-atturi kollha):
|
Ir-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet
|
(276) |
Franza pproponiet tilet kategoriji ta' modifiki fil-mekkaniżmu sabiex tevita kemm jista' jkun ir-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet:
|
|
(277) |
L-ewwel rimedju jiggarantixxi li l-operaturi tal-kapaċità li jkollhom portafoll kbir ta' kapaċitajiet ma jkunux jistgħu jimmanipulaw is-suq fil-“proċedura” ta' ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, dan ir-rimedju jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji jindividwaw aktar faċilment l-imġiba suspettuża meta mqabbla mal-qafas eżistenti. |
|
(278) |
It-tieni rimedju għandu jsaħħaħ l-inċentivi għall-atturi tas-suq biex jagħtu l-aħjar stima tal-livell ta' disponibbiltà tal-faċilitajiet tagħhom fi ħdan il-“proċedura” ta' ċertifikazzjoni. F'dak li jirrigwarda l-miżura fejn ir-riekwilibriju konsiderevoli qabel is-SK isir bi ħlas, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew li jagħmlu din il-miżura assimetrika u li japplikaw il-ħlas tar-riekwilibriju għall-iżviluppi fil-livelli ta' ċertifikazzjoni biss għall-atturi li ġġeneraw volum sinifikanti ta' riekwilibriji. Ir-raġunament huwa li l-applikazzjoni ta' din il-miżura għall-atturi kollha tista' tkun ta' xkiel għall-kompetizzjoni għax tkun de facto ferm aktar restrittiva għall-atturi li jkollhom volum żgħir ta' kapaċitajiet meta mqabbla mal-operatur dominanti li jista' jakkumula d-differenzi tiegħu. L-introduzzjoni ta' limitu bħal dan (il-livell irid jiġi stabbilit, iżda mhux aktar minn 1 GW) tippermetti għalhekk (i) li tinżamm il-flessibbiltà tal-iskema attwali għall-parti l-kbira tal-atturi, iżda fl-istess ħin (ii) li telimina l-possibbiltà li l-atturi li jkollhom portafoll kbir ta' kapaċitajiet li jimmanipulaw is-suq billi jakkumulaw għadd ta' riekwilibriji “żgħar”. |
|
(279) |
It-tielet rimedju ser isaħħaħ l-inċentivi indirizzati lejn l-atturi kollha tas-suq biex ibiegħu ċ-ċertifikati tagħhom fis-suq tal-kapaċità, jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' prezz ta' referenza tas-suq li jiżvela effettivament il-valur tal-kapaċità, u ma jkunux jistgħu jagħmlu arbitraġġ bejn passaġġ mis-suq u sourcing fil-qafas tas-saldu tad-differenzi. |
|
(280) |
Il-Kummissjoni tqis li dawn ir-rimedji kollha jgħinu biex ir-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet tal-inqas jitnaqqas kemm jista' jkun, għalkemm ma jistax jiġi eskluż għal kollox. Huwa ovvju li l-kontroll tas-suq mill-awtoritajiet regolatorji Franċiżi ser jikkomplementa dawn l-inċentivi integrati fil-mekkaniżmu. |
Ir-riskju taż-żamma tal-garanziji
|
(281) |
Biex jevitaw ir-riskju taż-żamma tal-garanziji, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jżidu n-numru ta' rkantijiet organizzati qabel is-sena ta' konsenja u li jobbligaw lill-operaturi tal-kapaċità li joffru ċerti volumi minimi ta' garanziji waqt kull sessjoni ta' rkant organizzata. |
|
(282) |
Dawn ir-rimedji jingħaqdu ma' dawk diġà stabbiliti, bħall-possibbiltà li l-fornituri jiksbu garanziji tal-kapaċità billi jiksbu l-prodott ARENH. F'dan ir-rigward l-awtoritajiet ipproponew li jistudjaw l-opportunità li “jiffinanzjalizzaw” is-sehem tal-kapaċità tal-prodott ARENH fil-kuntest ta' valutazzjoni futura tal-funzjonament tas-suq sabiex jiġi evitat li dan il-prodott ifixkel il-formazzjoni libera tal-prezzijiet fis-suq tal-kapaċità. Dan ir-rimedju jwieġeb parzjalment għas-suġġerimenti ta' reviżjoni tal-ARENH li għamlu ċerti partijiet interessati, u li jidhru fil-premessa 182 ta' dan id-dokument. |
|
(283) |
Ir-rimedji kollha tal-awtoritajiet Franċiżi għandhom jgħinu biex jonqsu kemm jista' jkun il-possibbiltà u l-interess tal-operaturi tal-kapaċità l-kbar, u b'mod partikolari tal-operatur stabbilit, li jżommu garanziji tal-kapaċità. Barra minn hekk, b'dan tkun żgurata l-likwiditá tas-sessjonijiet tal-irkantijiet tal-garanziji. |
|
(284) |
Il-Kummissjoni tqis, għalhekk, li dawn l-impenji jifformaw sett ta' rimedji proporzjonati għat-tħassib ta' likwidità li l-Kummissjoni qajmet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
Riskju ta' kompressjoni tat-tariffi mill-operatur dominanti stabbilit
|
(285) |
Fil-premessa 194 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet uriet tħassib dwar ir-riskju ta' sussidji trażversali bejn is-settur tal-produzzjoni u s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tal-operatur stabbilit (jiġifieri l-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità lill-kompetituri bi prezz ogħla mill-prezz tal-bejgħ intern bejn is-settur tal-produzzjoni u s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, bil-konsegwenza li jiġu esklużi kompetituri mis-suq tal-provvista tal-elettriku). |
|
(286) |
Biex jiffaċilitaw id-detezzjoni ta' dawn il-prattiki u jirrimedjaw għalihom, l-awtoritajiet sejrin jikkoreġu minn naħa lakuna fir-regolamenti eżistenti li tippermetti t-trasferiment bla ħlas tal-garanziji. Wara din il-modifika fir-regolamenti, il-fornituri mhumiex ser ikollhom aktar il-possibbiltà li jittrasferixxu garanziji tal-kapaċità bla ħlas mill-fergħa tal-produzzjoni tagħhom lill-fergħa kummerċjali tagħhom. Ir-regolamenti se jkollhom jipprovdu li t-trasferimenti interni ta' operatur integrat għandhom isiru bi prezz rappreżentattiv tal-prezzijiet li joħorġu mis-sessjonijiet tas-suq organizzat. Għal dan il-għan, jekk il-prezz li joħroġ mis-sessjoni(jiet) tas-suq organizzat ma jkunx magħruf fid-data tat-trasferiment intern, l-operaturi integrati jkunu jistgħu jiddikjaraw prezz indiċjat fuq il-prezz tas-sessjonijiet tas-suq organizzat. Pereżempju, operatur integrat ikun jista' jiddikjara li trasferiment intern huwa ugwali għall-prezz ta' referenza tas-suq qabel ma l-valur preċiż tiegħu jkun stabbilit uffiċjalment mill-Kummissjoni li tirregola l-enerġija. |
|
(287) |
Min-naħa l-oħra, l-atturi tas-suq ser ikollhom aċċess sħiħ għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet tal-garanziji tal-kapaċità. Is-suq b'hekk ikollu kontroll fuq it-trasferimenti mhux irregolati, ladarba dawn it-trasferimenti (anonimi) ser ikunu pubbliċi. Kif spjegat fil-premessa 263, b'dan il-mod din il-miżura tiżgura t-trasparenza tas-suq mhux irregolat. |
|
(288) |
B'hekk l-awtoritajiet Franċiżi indirizzaw l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni rigward ir-riskji ta' kompressjoni tat-tariffi mill-operatur stabbilit. |
5.3.4.5.
|
(289) |
Minħabba d-diversi rimedji proposti minn Franza, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu rivedut huwa proporzjonat mal-objettiv tiegħu. |
5.3.5. L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
5.3.5.1.
|
(290) |
Biex jirrimedjaw għall-problemi tal-kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu, kif identifikati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jemendaw il-mekkaniżmu kif ġej:
|
|
(291) |
Dawn ir-rimedji huma tali li jneħħu l-ostakli għad-dħul tal-kapaċitajiet il-ġodda. |
5.3.5.2.
|
(292) |
Kif spjegat fil-premessa 237, il-Kummissjoni tqis li Franza sabet bilanċ tajjeb bejn id-diversi obbligi tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda mingħajr ma illimitat il-parteċipazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmu. Għalkemm il-parteċipazzjoni taż-żewġ tipi ta' ġestjoni tad-domanda fil-mekkaniżmu mhijiex l-istess, il-Kummissjoni tqis li din id-differrenzjazzjoni hija meħtieġa biex tippermetti l-aħjar parteċipazzjoni taż-żewġ tipi ta' kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda. |
5.3.5.3.
|
(293) |
Kif indikat fil-premessi 119 sa 125, bi tweġiba għat-tħassib tal-Kummissjoni u tal-partijiet terzi, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew mudell ibridu, li jipprovdi l-għoti ta' biljetti ta' interkonnessjoni li b'mod definittiv jippermettu l-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni barranin. |
|
(294) |
Kif spjegat fil-premessa 239, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew rimedju adegwat li jippermetti l-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali fil-mekkaniżmu. Dan l-ilment tal-Kummissjoni għalhekk ġie riżolt. |
|
(295) |
Is-soluzzjoni għall-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali magħżula minn Franza tippermetti wkoll li jiġu kkumpensati l-interkonnessjonijiet jekk dan l-assi huwa rari. Is-soluzzjoni magħżula twieġeb għalhekk għar-riskju li jiġi kompromess l-akkoppjar tas-swieq identifikati mill-Kummissjoni fil-premessa (206) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ (35). |
5.3.5.4.
|
(296) |
Kif spjegat fil-premessi 245 sa 247 u fit-Taqsima 5.3.4.1, il-Kummissjoni kienet identifikat riskju li l-fornituri alternattivi, u speċjalment il-parteċipanti ġodda, jistgħu jsibu diffikultajiet biex jistmaw l-obbligi tal-kapaċità individwali tagħhom. Mill-kummenti tal-Kummissjoni fl-imsemmija premessi isegwi li l-awtoritajiet Franċiżi implimentaw miżuri adegwati sabiex jgħinu lill-fornituri jikkalkulaw aħjar l-obbligi tal-kapaċità tagħhom. |
|
(297) |
Barra minn hekk, fil-verżjoni inizjali tal-mekkaniżmu tal-kapaċità, id-diversi atturi kellhom ftit viżibbiltà fuq it-tranżazzjonijiet mhux irregolati, u b'hekk ma kellhomx stampa sħiħa fuq il-prezz tal-kapaċità. Franza pproponiet rimedji sabiex ittejjeb il-viżibbiltà fuq il-kummerċ kollu għall-atturi kollha, kif deskritt fit-Taqsima 5.3.4.2. Dawn il-miżuri jinkludu l-għoti tal-aċċess lill-atturi kollha għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati (miżmuma anonimi), u t-tisħiħ tal-irkantijiet organizzati. |
|
(298) |
Dawn ir-rimedji kollha jiżguraw li l-atturi l-oħrajn apparti l-operatur stabbilit ser ikollhom idea aħjar tal-obbligi tagħhom ta' kapaċità, minn naħa, u tal-volumi u tal-prezz tal-kummerċ, min-naħa l-oħra. Dawn il-miżuri jtejbu ħafna t-trasparenza tal-mekkaniżmu u b'hekk jirriekwilibraw id-diskrepanzi fl-informazzjoni favur l-operatur stabbilit, li ser ikun l-akbar attur fil-mekkaniżmu kemm min-naħa tal-operaturi tal-kapaċità kif ukoll min-naħa tal-fornituri. |
5.3.5.5.
|
(299) |
Il-Kummissjoni tinnota li, għall-kapaċitajiet il-ġodda, l-awtoritajiet Franċiżi qiegħdin jippjanaw l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali li jwasslu biex tingħata preferenza lill-produtturi bi ftit emissjonijiet tal-karbonju (ara l-premessa 137). |
|
(300) |
Dawn id-dispożizzjonijiet jirrispettaw il-GLAEE (36), li jinsistu fuq il-ħtieġa li dawn il-miżuri jagħtu preferenza lill-produtturi bi ftit emissjonijiet tal-karbonju, b'parametri tekniċi u ekonomiċi ekwivalenti. |
5.3.5.6.
|
(301) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mekkaniżmu mgħadux f'riskju li jgħawweġ indebitament il-kompetizzjoni u/jew il-kummerċ intra-UE. |
5.3.5.7.
|
(302) |
Peress li l-mekkaniżmu Franċiż huwa l-ewwel mekkaniżmu tal-kapaċità deċentralizzat approvat mill-Kummissjoni taħt l-iskema tal-GLAEE u peress li l-ħtieġa tal-mekkaniżmu tiddependi ħafna mill-iżviluppi fis-suq tal-enerġija, suq li għadu qed jiżviluppa f'kuntest ta' liberalizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tqis li l-approvazzjoni tal-mekkaniżmu għandha tkun għal żmien limitat. Il-Kummissjoni tqis li terminu ta' għaxar (10) snin huwa raġonevoli u konformi mad-deċiżjonijiet preċedenti (37). |
6. KONKLUŻJONI
|
(303) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-Repubblika Franċiża implimentat suq tal-kapaċità fi Franza bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Madankollu, minħabba d-diversi rimedji proposti minn Franza u deskritti hawn fuq, il-miżura hija konformi mal-GLAEE. |
GĦALDAQSTANT IL-KUMMISSJONI ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-suq tal-kapaċità implimentat mir-Repubblika Franċiża huwa għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE
Artikolu 2
Il-Kummissjoni tawtorizza l-iskema ta' għajnuna implimentata permezz tas-suq tal-kapaċità għal perjodu massimu ta' għaxar snin. Jekk din il-miżura tinżamm, din għandha tiġi nnotifikata mill-ġdid wara tali perjodu.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) Għajnuna mill-Istat SA.39621 (2015/C) (ex 2015/NN) — Mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 46, 2.2.2016, p. 35).
(2) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(3) L-Aċċess Regolat għall-Enerġija Nukleari Stabbilita (Accès Régulé à l'Électricité Nucléaire Historique — ARENH) huwa dritt tal-fornituri li jixtru l-elettriku mingħand EDF bi prezz regolat u f'volumi ddeterminati mis-CRE (il-Kummissjoni li tirregola l-enerġija). Aktar tagħrif dwar l-ARENH: https://clients.rte-france.com/lang/fr/clients_producteurs/services_clients/dispositif_arenh.jsp.
(4) Il-livell iċċertifikat tal-kapaċità jiġi arrotondat għall-eqreb 0,1 MW. Il-kapaċitajiet ta' enerġija ta' inqas minn 1 MW jistgħu jingħaqdu biex jidħlu fis-suq.
(5) It-TURPE, stabbilit mil-Liġi Nru 2000-108 tal-10 ta' Frar 2000, jintuża biex jitħallsu l-operaturi tan-netwerk ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni. Il-metodu tal-kalkolu tat-TURPE u l-iżviluppi tiegħu huma stabbiliti mis-CRE.
(6) L-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-mekkaniżmu tal-kapaċità jipprovdi għal rapport annwali mis-CRE fuq il-bażi tal-ħidma ta' RTE fuq il-mekkaniżmu (“Sena wara l-pubblikazzjoni tar-regoli dwar il-mekkaniżmu tal-kapaċità, u mbagħad kull sena, il-Kummissjoni li tirregola l-enerġija għandha tippreżenta rapport lill-Ministru responsabbli għall-enerġija, imħejji abbażi tal-ħidma tal-operatur tas-sistema ta' trasport, dwar l-integrazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kapaċità fis-suq Ewropew. Dan ir-rapport għandu jinkludi tagħrif dwar l-iżvilupp, fil-pajjiżi ġirien, tar-regolamenti dwar il-kontribuzzjoni tal-atturi għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Għandu janalizza l-interazzjoni bejn il-mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza u s-sistemi stabbiliti f'dawn il-pajjiżi. Għandu jipproponi, jekk ikun il-każ, titjib fil-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-kapaċità.” ). Barra minn hekk, l-ordni li tadotta r-regoli dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tipprovdi żewġ (2) artikli dwar ir-rapporti ta' valutazzjoni li jridu jsiru minn RTE (minbarra dak tad-digriet): l-Artikoli 5 u 8 (dwar il-fruntieri u dwar l-impatt dinamiku tal-mekkaniżmu).
(7) Pereżempju, jekk produttur tal-enerġija mir-riħ ikollu problema ta' manutenzjoni/installazzjoni u ma jibbilanċjax mill-ġdid allura jkun soġġett għas-saldu tad-differenzi. Iżda jekk ma jkunx hemm riħ, ma jkunx soġġett għas-saldu tad-differenzi.
(8) Kawża C-279/08 P, Il-Kummissjoni vs in-Netherlands, [2011] ECLI:EU:C:2011:551.
(9) SA.37177, Ir-Rumanija — modifika tal-iskema ta' appoġġ taċ-ċertifikati ekoloġiċi għall-promozzjoni tal-elettriku prodotti mis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
(10) Kawża C-262/12, Association Vent de Colère! Fédération nationale et. vs Ministre de l'écologie, du développement durable, des transports et du logement, Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie [2013] ECLI:EU:C:2013:851.
(11) Kawżi Magħquda C-204/12 sa C-208/12, Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt [2014] ECLI:EU:C:2014:2192.
(12) Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, [2003] ECLI:EU:C:2003:415.
(13) Il-Kummissjoni kienet qed tirreferi għall-edizzjoni tal-2015, disponibbli hawnhekk: https://www.entsoe.eu/Documents/SDC%20documents/SOAF/150630_SOAF_2015_publication_wcover.pdf.
(14) L-A.N.O.D.E. hija l-assoċjazzjoni tal-fornituri tal-enerġija alternattiva fi Franza.
(15) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat, id-disa' (9) u l-għaxar (10) subsezzjoni kombinati, id-9 ta' Ottubru 2015.
(16) Kawża C-279/08; ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 8. Il-Kummissjoni kienet irreferiet għal dan il-każ fil-premessa 108 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(17) Kawża C-379/98, PreussenElektra AG vs Schhleswag AG, fil-preżenza ta' Windpark Reußenköge III GmbH u Land Schleswig-Holstein, [2001] ECLI:EU:C:2001:160.
(18) Kawża C-262/12; ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 10.
(19) Kawżi Magħquda C-204/12 sa C-208/12; ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 11.
(20) Il-kontribuzzjoni għas-servizz pubbliku tal-elettriku (KSPE) hija taxxa fuq il-konsumaturi tal-elettriku fi Franza, maħsuba sabiex tikkumpensa lill-operaturi għall-ispejjeż żejda li jirriżultaw mill-obbligi imposti fuqhom mil-liġi dwar is-servizz pubbliku tal-elettriku.
(21) http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/137628/137628_485545_28_2.pdf.
(22) Disponibbli hawnhekk: https://www.entsoe.eu/outlooks/maf/Pages/default.aspx.
(23) Fir-rapport li jakkumpanja r-regoli, RTE wera li l-parti l-kbira tas-setturi ta' produzzjoni kienu indifferenti għall-għażla ta' tul ta' PD2 ta' 200, 250 jew 300 siegħa iżda li l-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda kienu sensittivi għal din l-għażla u li l-kontribuzzjoni tagħhom għar-riskju ta' qtugħ kienet affettwata minn firxa akbar ta' disponibbiltà.
(24) Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55), l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni (TSO) huwa “ persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-operazzjoni, li tiżgura l-manutenzjoni u, jekk ikun meħtieġ, tiżviluppa s-sistema ta' trażmissjoni f'żona partikolari u, fejn ikun japplika, tal-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema biex tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku ”.
(25) Il-kriterji applikati biex jiddistingwu l-investimenti f'kapaċitajiet ġodda mill-investimenti li jżommu jew jestendu l-ħajja ta' faċilitajiet eżistenti ser ikunu allinjati mad-definizzjonijiet eżistenti fil-leġiżlazzjoni Franċiża, u b'hekk ikun hemm distinzjoni bejn il-“kapaċitajiet ġodda” u l-investimenti li jżommu jew jestendu l-ħajja. B'hekk, l-Artikolu L. 311-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija, fil-verżjoni li ħarġet mil-Liġi Nru 2015-992 dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija għat-tkabbir ekoloġiku, jipprovdi: “Bla ħsara għall-Artikolu L. 311-6, it-tħaddim ta' faċilità ġdida ta' produzzjoni tal-elettriku huwa soġġett għall-kisba ta' awtorizzazzjoni amministrattiva. Il-faċilitajiet li l-kapaċità installata tagħhom tiżdied b'mill-inqas 20 % kif ukoll dawk li s-sors ta' enerġija primarja tagħhom tinbidel, huma meqjusa wkoll bħala faċilitajiet ġodda ta' produzzjoni, fit-tifsira ta' dan l-Artikolu.” .
(26) Il-ponderazzjoni speċifika trid tiġi ddeterminata mill-awtoritajiet Franċiżi wara konsultazzjoni mas-suq.
(27) Qabel l-operaturi tal-kapaċità kellhom biss l-obbligu li jinnotifikaw avveniment li jikkawża differenza ta' aktar minn 100 MW fuq l-istima tad-disponibbiltà tagħhom. Id-differenza ewlenija hija li din id-dikjarazzjoni tal-operaturi mhux bilfors kienet akkumpanjata minn riekwilibriju (l-operatur seta' jistenna qabel ma jirrekwilibrija ruħu jew ma jirrekwilibrija xejn u jibqa' bid-differenzi). L-uniku każ fejn kien hemm obbligu ta' riekwilibriju kien f'każ ta' għeluq definittiv. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni ma kinitx ipprovduta mir-regolamenti iżda mill-kuntratt ta' ċertifikazzjoni; issa din ser tkun inkluża fir-regolamenti (test ta' livell ogħla).
(28) Bħala parti mill-inkjesta dettaljata dwar il-mekkaniżmu tal-kapaċità, is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet Franċiżi għamlu analiżijiet inizjali dwar il-ħtiġijiet ta' finanzjament assoċjati ma' proġetti ġodda ta' investiment fi proġetti tat-tip GCC (ibbażati fuq id-dejta finanzjarja tal-proġett Landivisiau u diversi elementi fil-letteratura ekonomika). Dawn l-analiżijiet juru li dħul tal-kapaċità ta' EUR 60 k/MW/sena huwa konsistenti, bħala kobor, ma' investimenti ġodda f'GCC iżda li, biex tkun żgurata l-profittabbiltà tal-proġetti, tista' tiġi kkunsidrata żieda fil-prezz amministrat. Fil-fatt, fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja eżistenti, il-profittabbiltà tal-proġetti hija żgurata biss għal dħul tal-kapaċità qrib ħafna ta' EUR 60k/MW/sena. Huma dawn l-analiżijiet li jridu jkunu segwiti sabiex jiġi konkluż b'mod aktar ċert dwar l-opportunità li jiżdied il-prezz amministrat u li b'hekk jiġi garantit li l-livell tal-prezz amministrat jista' kemm ikun salvagwardja għall-konsumaturi kif ukoll ma jkunx ostakolu għad-dħul fis-suq tal-elettriku.
(29) Firxa ARENH-prezz tas-suq ta' madwar EUR 7/MWh tirriżulta fi prezz ta' kapaċità ta' madwar EUR 60 000/MW/sena, jiġifieri l-Padmin. Bi prezz ARENH ugwali għal EUR 42/MWh, ikun jeħtieġ li l-prezz tal-enerġija jkun EUR 35/MWh jew ogħla biex il-firxa ARENH-prezz tas-suq tkun tista' tikkostitwixxi limitu massimu impliċitu fuq il-prezz tal-kapaċità. Issa, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-prezzijiet forward għall-2019 mhumiex ta' dan il-kobor.
(30) Il-“finanzjalizzazzjoni” tal-ARENH tal-kapaċità timplika li l-prezz tal-kapaċità jitnaqqas mill-prezz tal-ARENH tal-enerġija.
(31) SA.37345 (2015/NN) — Polish certificates of origin system to support renewables and reduction of burdens arising from the renewables certificate obligation for energy intensive users (Sistema Pollakka ta' Ċertifikati ta' oriġini sistema b'appoġġ lis-sorsi rinnovabbli u tnaqqis tal-piżijiet li jirriżultaw mill-obbligu ta' ċertifikazzjoni tas-sorsi rinnovabbli għall-utenti intensivi tal-enerġija — Traduzzjoni mhux uffiċjali).
(32) Fl-intervall ta' 100 sa 300 siegħa, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu ċ-ċifra ta' 250 siegħa għar-raġunijiet mogħtija fil-premessa 114.
(33) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 24.
(34) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 final tat-23 ta' Lulju 2014, SA.35980 — GB capacity mechanism, premessi 129 u 139.
(35) Dwar l-adattament tal-mekkaniżmu għar-regolamenti Ewropej, ara l-punt 97 tal-GLAEE.
(36) Ara l-punt 233 tal-GLAEE.
(37) Ara, pereżempju, Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 final tat-23 ta' Lulju 2014, SA.35980 — GB capacity mechanism, il-premessa 162.