ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 81

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
28 ta' Marzu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/594 tal-21 ta' Marzu 2017 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti

1

 

 

Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/595 tas-27 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/596 tal-15 ta' Marzu 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (West Wales Coracle Caught Sewin (IĠP))

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/597 tal-15 ta' Marzu 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Estepa (DOP))

15

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/598 tas-27 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/599 tat-22 ta' Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguinis (notifikata bid-dokument C(2017) 2001)

18

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, fir-rigward ta' ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq ( ĠU L 103, 5.4.2014 )

20

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/594

tal-21 ta' Marzu 2017

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Ġunju 2010 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f'negozjati mar-Repubblika tal-Uzbekistan biex jiġi emendat il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra (2) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), sabiex jiġi żgurat li l-prinċipji li japplikaw għall-kummerċ f'oġġetti oħra jiġu estiżi formalment ukoll għall-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti. Dawn in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll li jemenda l-Ftehim billi tħassar l-Artikolu 16, u r-referenzi kollha għalih, ġie iniżjalat fl-1 ta' Lulju 2010.

(2)

Fil-qafas tan-negozjati sar qbil bejn iż-żewġ partijiet biex isir eżerċizju ta' tindif u titħassar dispożizzjoni teknika li m'għadx għandha użu li skadiet fl-1998 u l-Anness korrispondenti li jirreferi għaliha.

(3)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/250/UE (3) il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti, b'konsiderazzjoni għall-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”), ġie ffirmat fis-7 ta' April 2011, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti, b'dan huwa approvat f'isem l-Unjoni (4).

It-trst tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCICLUNA


(1)  Il-kunsens ingħata fl-14.12.2016.

(2)  ĠU L 229, 31.8.1999, p. 3.

(3)  ĠU L 106, 27.4.2011, p. 1.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Partijiet” għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

(2)

Saru negozjati biex jiżguraw li l-prinċipji fl-FSK li japplikaw għall-kummerċ f'oġġetti oħra huma estiżi wkoll formalment għall-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti.

(3)

L-emendi meħtieġa għall-FSK għandhom jiġu adottati,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, b'dan huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8(3) huwa mħassar.

(2)

Fl-Artikolu 11 ir-referenzi għall-Artikolu 16 huma mħassra.

(3)

L-Artikolu 16 huwa mħassar.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-aħħar notifika mill-Unjoni Ewropea jew mill-Uzbekistan tat-tlestija tal-proċeduri interni neċessarji għall-approvazzjoni ta' dan il-Protocol.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ kopji f'kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet, jiġifieri fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griga, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovena, Slovakka, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Uzbeka, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Ташкент на седми април две хиляди и единадесета година.

Hecho en Tashkent a los siete días del mes de abril del año dos mil once.

V Taškentu dne sedmého dubna dva tisíce jedenáct.

Udfærdiget i Tashkent, den syvende april to tusind og elleve.

Geschehen zu Taschkent am siebten April zweitausendelf.

Kahe tuhande üheteistkümnenda aasta aprillikuu seitsmendal päeval Taškentis.

Έγινε στην Τασκένδη, στις εφτά Απριλίου δύο χιλιάδες έντεκα.

Done at Tashkent on the seventh day of April in the year two thousand and eleven.

Fait à Tachkent, le sept avril deux mille onze.

Fatto a Tashkent, addì sette aprile duemilaundici.

Taškentā, divi tūkstoši vienpadsmitā gada septītajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai vienuoliktų metų balandžio septintą dieną Taškente.

Kelt Taskentben, a kettőezer-tizenegyedik év április havának hetedik napján.

Magħmul f'Taxkent fis-seba' jum ta' April fis-sena elfejn u ħdax.

Gedaan te Tasjkent, de zevende april tweeduizend elf.

Sporządzono w Taszkencie dnia siódmego kwietnia roku dwa tysiące jedenastego.

Feito em Tachkent, aos sete dias do mês de Abril do ano de dois mil e onze.

Întocmit la Tașkent la șapte aprilie două mii unsprezece.

V Taškente dňa siedmeho apríla dvetisícjedenásť.

V Taškentu, sedmega aprila dva tisoč enajst.

Tehty Tashkentissa seitsemäntenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattayksitoista.

Som skedde i Tasjkent den sjunde april år tjugohundraelva.

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

За Република Узбекистан

Por la República de Uzbekistán

Za Uzbeckou republiku

For Republikken Usbekistan

Für die Republik Usbekistan

Usbekistani Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Ουζμπεκιστάν

For the Republic of Uzbekistan

Pour la République d'Ouzbékistan

Per la Repubblica dell'Uzbekistan

Uzbekistānas Republikas vārdā –

Uzbekistano Respublikos vardu

Üzbegisztán részéről

Għar-Repubblika ta' l-Uzbekistan

Voor de Republiek Oezbekistan

W imieniu Republiki Uzbekistanu

Pela República do Usbequistão

Pentru Republica Uzbekistan

Za Uzbeckú republiku

Za Republiko Uzbekistan

Uzbekistanin tasavallan puolesta

På republiken uzbekistans vägnar

Image

Image


REGOLAMENTI

28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/595

tas-27 ta' Marzu 2017

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (1) jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC) fil-91 Laqgħa Annwali (Straordinarja) tagħha, li saret bejn is-7 u l-10 ta' Frar 2017, adottat miżuri għat-tonna safra, għat-tonn ta' għajnu kbira u għall-palamit fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IATTC. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(3)

Fir-Regolamenti tal-Kunsill li jirrigwardaw l-opportunitajiet tas-sajd għas-snin preċedenti, il-qabda totali permissibbli (TAC) ta' mazzola griża ġiet stabbilita fil-livell ta' żero fl-Oċean Atlantiku, fiż-żona tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Għalhekk, il-projbizzjoni tas-sajd għall-mazzola griża jenħtieġ li tkun limitata għal dik iż-żona, filwaqt li tinżamm l-eżenzjoni attwali għal programmi għall-evitar.

(4)

Fil-Laqgħa Annwali tagħha tal-2016, il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan adottat xi limiti tal-qbid għat-tonna safra (Thunnus albacares). Peress li dawk il-limiti tal-qbid għandhom effett dirett fuq il-flotta tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(5)

L-ICES irreveda l-parir tiegħu għall-istokk ta' merluzz tal-linja sewda fiż-żona tal-ICES VIIa għall-2017. Dak l-istokk huwa soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art, u, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fl-opportunitajiet tas-sajd hemm inkluża ż-żieda fil-kwota għal dak li qabel kien qbid skartat. Għalhekk, huwa xieraq li t-TAC għall-merluzz tal-linja sewda fil-Baħar Irlandiż tiġi riveduta biex jittieħed kont tal-parir xjentifiku l-aktar reċenti.

(6)

Fir-Regolament (UE) 2017/127 it-TAC għaċ-ċiċċirell kienet stabbilita għal żero. Iċ-ċiċċirell huma speċijiet b'ħajja qasira. Il-parir xjentifiku għaċ-ċiċċirell isir disponibbli fit-tieni nofs ta' Frar, iżda s-sajd jibda diġà f'April. Il-limiti tal-qbid għal dawk l-ispeċijiet issa jenħtieġ li jiġu emendati f'konformità mal-aħħar parir xjentifiku mill-ICES maħruġ fit-23 ta' Frar 2017.

(7)

Il-parir xjentifiku tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) joffri appoġġ għal kwota kummerċjali addizzjonali żgħira sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-bastimenti tas-sajd fi programm xjentifiku dwar il-merluzz fid-diviżjoni VIIa tal-ICES. Dak il-programm xjentifiku jista' jitwettaq taħt kondizzjonijiet speċifiċi, bil-kondizzjoni li jkun hemm qbil komuni fost l-Istati Membri li jkollhom kwota għall-merluzz f'dik iż-żona. Dik il-kwota addizzjonali jenħtieġ li tingħata biss għat-tul tal-programm xjentifiku u tkun mingħajr preġudizzju għall-istabbiltà relattiva stabbilita għal dak l-istokk.

(8)

L-ICES ikkonferma li t-TAC għal-limanda u l-barbun fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona IV u d-diviżjoni IIa tal-ICES ma kellhiex effett ta' konservazzjoni fuq dawk l-istokkijiet. It-TAC fissa ma ntużatx bis-sħiħ u jista' jkun li miżuri oħra jkollhom impatt akbar fuq l-istatus bijoloġiku tal-istokk. Għalhekk, huwa xieraq li titneħħa t-TAC għal-limanda u l-barbun fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona IV u d-diviżjoni IIA tal-ICES u li dawk l-istokkijiet jiġu ġestiti billi jintużaw miżuri oħra ta' konservazzjoni.

(9)

Skont il-proċedura prevista fil-ftehim u fil-protokoll dwar ir-relazzjonijiet tas-sajd ma' Greenland (3), il-Kumitat Konġunt stabbilixxa l-livell tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta' Greenland għall-2017. Għalhekk, jeħtieġ li dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiddaħħlu f'dan ir-Regolament.

(10)

Fil-ħames Laqgħa Annwali tagħha li saret bejn it-18 u t-22 ta' Jannar 2017, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) stabbiliet it-TAC għas-sawrell. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(11)

Jenħtieġ li ċerti kodiċijiet ta' rappurtar jiġu modifikati sabiex jiġi permess ir-rappurtar preċiż tal-qabdiet u jenħtieġ li ċerti referenzi jiġu korretti.

(12)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2017/127 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti ta' qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/127 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/127

Ir-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12(1), il-punt (v) jinbidel b'dan li ġej:

“(v)

il-mazzola griża (Squalus acanthias) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-ICES, bl-eċċezzjoni ta' programmi għall-evitar kif jinsab fl-Anness IA;”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 22a

Limiti tal-qbid

Qabdiet ta' tonna safra minn bastimenti tal-Unjoni li jistadu bit-tartaruni tal-borża ma għandhomx jaqbżu l-limiti tal-qbid stipulati fl-Anness IK.”;

(3)

fl-Artikolu 27, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-Istati Membri għandhom jagħlqu s-sajd tal-bastimenti bit-tartaruni tal-borża bl-FADs u li jtajru l-bandiera tagħhom meta jintlaħaq il-limitu tal-qbid allokat għal dak is-sajd.”;

(4)

fl-Artikolu 41(1), il-punt (p) jinbidel b'dan li ġej:

“(p)

il-mazzola griża (Squalus acanthias) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-ICES;”;

(5)

l-annessi IA, IB, ID, IE, IJ u IID huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ABELA


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)  Il-Ftehim ta' Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland, min-naħa l-oħra (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4) u Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 3).


ANNESS

1.

L-Anness IA għar-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-test kollu tal-Anness IA, il-kliem “Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament” jinbidel bil-kliem:

“Japplika l-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament”;

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi:

Ċiċċirell u qabdiet aċċessorji assoċjati

Ammodytes spp.

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV (1)

Id-Danimarka

458 552  (2)

 

 

Ir-Renju Unit

10 024  (2)

 

 

Il-Ġermanja

701 (2)

 

 

L-Iżvezja

16 838  (2)

 

 

L-Unjoni

486 115

 

 

TAC

486 115

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

(c)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona VIIa tinbidel b'din li ġejja:

“Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

VIIa

(COD/07 A.)

Il-Belġju

2 (3)  (4)

 

 

Franza

5 (3)  (4)

 

 

L-Irlanda

97 (3)  (4)

 

 

In-Netherlands

0 (3)  (4)

 

 

Ir-Renju Unit

42 (3)  (4)

 

 

L-Unjoni

146 (3)  (4)

 

 

TAC

146 (3)  (4)

 

TAC analitika

(d)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-limanda u l-barbun fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV tħassret;

(e)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fiż-żona VIIa tinbidel b'din li ġejja:

“Speċi:

Merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

Żona:

VIIa

(HAD/07 A.)

Il-Belġju

42

 

 

Franza

189

 

 

L-Irlanda

1 132

 

 

Ir-Renju Unit

1 252

 

 

L-Unjoni

2 615

 

 

TAC

2 615

 

TAC ta' prekawzjoni

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament”;

(f)

fin-nota ta' qiegħ il-paġna numru (2) tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pollakkju fiż-żoni IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, jiżdied il-kodiċi ta' rappurtar “(POL/93411P)”;

(g)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pollakkju iswed f'IIIa, IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, il-kodiċi tar-rappurtar “(POK/2A3A4.)” jinbidel bi “(POK/2C3A4)”;

(h)

fin-nota ta' qiegħ il-paġna numru (3) tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-VIIc u VIIe-VIIk, il-kodiċi tar-rappurtar “(RJE/7FG)” jinbidel bi “(RJE/7FG.)”;

(i)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId, in-noti ta'qiegħ il-paġna numri (1) u (2) jinbidlu b'dan li ġej:

“(1)

Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/07D.), ir-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/07D.), ir-raja batra (Raja brachyura) (RJH/07D.), ir-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/07D.) u r-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/07D.) għandhom jiġu rrapurtati separatament.

(2)

Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k (SRX/*67AKD). Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*67AKD), ir-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJN/*67AKD), ir-raja batra (Raja brachyura) (RJN/*67AKD), u r-raja makkjettata (Raja montagui) (RJN/*67AKD) għandhom jiġu rrapurtati separatament. Din il-kondizzjoni speċjali ma għandhiex tapplika għar-raja għewejna (Raja microocellata) u għar-raja ondjata (Raja undulata).”;

(j)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kavalli f'IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIb, IIIc u s-Suddiviżjonijiet 22-32, in-nota f'qiegħ il-paġna numru (3) tinbidel b'dan li ġej:

“(3)

Kondizzjoni speċjali: inkluż it-tunnellaġġ li ġej li jrid jinqabad fl-ilmijiet Norveġiżi ta' IIa u IVa (MAC/*2A4AN):328

Meta jsir sajd skont din il-kondizzjoni speċjali, il-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju, tal-merlangu u tal-pollakkju iswed iridu jingħaddu mal-kwoti ta' dawn l-ispeċijiet.”.

2.

Fl-Anness IB għar-Regolament (UE) 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta' Greenland ta' V u XIV tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi:

Kapelin

Mallotus villosus

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland ta' V u XIV

(CAP/514GRN)

Id-Danimarka

0

 

 

Il-Ġermanja

0

 

 

L-Iżvezja

0

 

 

Ir-Renju Unit

0

 

 

L-Istati Membri kollha

0 (5)

 

 

L-Unjoni

0 (6)

 

 

In-Norveġja

4 389  (6)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

3.

L-Anness ID għar-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxivela fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, il-perjodu tar-rappurtar “(SAIL/AE45 W)” jinbidel b' “(SAI/AE45 W)”;

(b)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxivela fl-Oċean Atlantiku, fil-Punent ta' 45° W, il-perjodu tar-rappurtar “(SAIL/AW45 W)” jinbidel b' “(SAI/AW45 W)”;

(c)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxispad fil-Mediterran, il-kodiċi tar-rappurtar “(SWO/M)” jinbidel b' “(SWO/MED)”.

4.

Fl-Anness IE għar-Regolament (UE) 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-grenadieri f'FAO 48.3 fl-Antartiku, il-kodiċi tar-rappurtar “(SRX/F483.)” jinbidel b' “(GRV/F483.)”.

5.

Fl-Anness IJ għar-Regolament (UE) 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi:

Sawrell

Trachurus murphyi

Żona:

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(CJM/SPRFMO)

Il-Ġermanja

7 573,92

 

 

In-Netherlands

8 209,35

 

 

Il-Litwanja

5 270,13

 

 

Il-Polonja

9 061,6

 

 

L-Unjoni

30 115

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika”.

6.

L-Anness IID għar-Regolament (UE) 2017/127 u l-Appendiċi 1 għal dak l-Anness jinbidlu b'dan li ġej:

ANNESS IID

IŻ-ŻONI TA' ĠESTJONI GĦAĊ-ĊIĊĊIRELL FID-DIVIŻJONIJIET IIa, IIIa TAL-ICES U FIS-SUBŻONA IV TAL-ICES

Għall-finijiet tal-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet IIa u IIIa tal-ICES u fis-subżona IV tal-ICES li huma stabbiliti fl-Anness IA, iż-żoni ta' ġestjoni li fih japplikaw il-limiti tal-qbid huma ddefiniti kif jidher hawn taħt u fl-Appendiċi għal dan l-Anness:

Żona ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

Rettangoli statistiċi tal-ICES

1r

31–33 E9–F4; 33 F5; 34–37 E9–F6; 38–40 F0–F5; 41 F4–F5

2r

35 F7–F8; 36 F7–F9; 37 F7–F8; 38-41 F6–F8; 42 F6–F9; 43 F7–F9; 44 F9–G0; 45 G0–G1; 46 G1

3r

41-46 F1–F3; 42-46 F4–F5; 43-46 F6; 44-46 F7–F8; 45-46 F9; 46-47 G0; 47 G1 u 48 G0

4

38–40 E7–E9 u 41–46 E6–F0

5r

47–52 F1–F5

6

41–43 G0–G3; 44 G1

7r

47–52 E6–F0

Appendiċi 1 għall-Anness IID

ŻONI TA' ĠESTJONI GĦAĊ-ĊIĊĊIRELL

Image

(1)  Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet aċċessorji tal-barbun komuni, il-merlangu u l-kavalli jistgħu jikkonsistu f'mhux aktar minn 2 % tal-kwota (OT1/* 2A3A4). Fejn Stat Membru juża din id-dispożizzjoni għal speċi ta' qabda aċċessorja f'dan is-sajd, ma tista' tintuża l-ebda dispożizzjoni ta' flessibbiltà bejn l-ispeċijiet minn dak l-Istat Membru fir-rigward tal-qabdiet aċċessorji ta' dik l-ispeċi.

Kondizzjoni speċjali:

fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif iddefinit fl-Anness IID:

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

 

1r

2r

3r

4

5r

6

7r

 

(SAN/234_1R)

(SAN/234_2R)

(SAN/234_3R)

(SAN/234_4)

(SAN/234_5R)

(SAN/234_6)

(SAN/234_7R)

Id-Danimarka

241 443

165 965

0

50 979

0

165

0

Ir-Renju Unit

5 278

3 628

0

1 114

0

4

0

Il-Ġermanja

369

254

0

78

0

0

0

L-Iżvezja

8 866

6 094

0

1 872

0

6

0

L-Unjoni

255 956

175 941

0

54 043

0

175

0

Totali

255 956

175 941

0

54 043

0

175

0”;

(3)  Esklużivament għall-qabdiet aċċessorji. Mhu permess l-ebda sajd dirett taħt din il-kwota.

(4)  Minbarra din it-TAC, l-Istati Membri li għandhom kwota għall-bakkaljaw fiż-żona VIIa jistgħu jiddeċiedu bi qbil komuni li jallokaw total globali ta' 10 tunnellati lil bastiment wieħed jew aktar li jwettqu sajd xjentifiku dirett ivvalutat mill-STECF sabiex tittejjeb l-informazzjoni xjentifika dwar dan l-istokk (COD/*07 A.). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw l-isem jew l-ismijiet tal-bastimenti lill-Kummissjoni qabel ma jippermettu l-ħatt l-art.”;

(5)  Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jista' jkollhom aċċess għall-kwota ta' ‘L-Istati Membri Kollha’ biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri b'iżjed minn 10 % tal-kwota tal-Unjoni ma għandhom bl-ebda mod ikollhom aċċess għall-kwota ta' ‘L-Istati Membri kollha’.

(6)  Għal perjodu ta' sajd mill-20 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' April 2017.”.


28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/596

tal-15 ta' Marzu 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (West Wales Coracle Caught Sewin (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tar-Renju Unit biex id-denominazzjoni “West Wales Coracle Caught Sewin” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “West Wales Coracle Caught Sewin” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “West Wales Coracle Caught Salmon” (IĠP) ġiet irreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.7 Ħut, molluski u krustaċji friski u prodotti magħmulin minnhom — tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 455, 6.12.2016, p. 11.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/597

tal-15 ta' Marzu 2017

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Estepa (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Estepa”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2010 (2).

(2)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri fit-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Estepa” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2010 tat-8 ta' Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Estepa (DOP)] (ĠU L 266, 9.10.2010, p. 52).

(3)  ĠU C 453, 3.12.2016, p. 14.


28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/598

tas-27 ta' Marzu 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

145,6

IL

288,6

MA

108,8

SN

213,0

TR

106,9

ZA

81,7

ZZ

157,4

0707 00 05

TR

180,4

ZZ

180,4

0709 93 10

MA

45,5

TR

149,9

ZZ

97,7

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

47,8

IL

83,4

MA

49,7

TN

48,4

TR

72,5

ZA

99,3

ZZ

66,9

0805 50 10

AR

45,3

EG

72,0

TR

71,4

ZZ

62,9

0808 10 80

CL

108,0

CN

142,3

US

128,4

ZA

114,1

ZZ

123,2

0808 30 90

AR

117,1

CL

135,0

CN

88,1

MA

115,2

TR

148,9

ZA

116,3

ZZ

120,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/599

tat-22 ta' Marzu 2017

dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguinis”

(notifikata bid-dokument C(2017) 2001)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Maqgħudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguinis” jirreferi għal dan li ġej: “In-natura u l-iskop taċ-Ċittadinanza tal-Unjoni, b'mod partikolari b'rabta man-nazzjonalità. L-irtirar ta' Stat Membru mill-Unjoni u l-effetti tagħha. Id-Drittijiet taċ-Ċittadini ggarantiti mil-Liġi tal-UE”.

(2)

Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwixxihiex. Iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru hija prerekwiżit għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni ta' persuna hija għalhekk kondizzjonali fuq sħubija fl-Unjoni ta' mill-inqas wieħed mill-Istati li tiegħu dik il-persuna hija ċittadina.

(3)

Din ir-rabta bejn in-nazzjonalità ta' Stat Membru tal-Unjoni u ċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija stabbilita fit-Trattati. Ma hemmx bażi legali fit-Trattati li tagħti s-setgħa lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jadottaw att legali tal-Unjoni biex jiġu implimentati t-Trattati sabiex tingħata ċ-ċittadinanza tal-Unjoni lil persuni li ma jkollhomx in-nazzjonalità ta' Stat Membru tal-Unjoni.

(4)

Madankollu, jista' jiġi adottat att legali tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati t-Trattati fil-qasam tad-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiż terz residenti legalment fi Stat Membru, inklużi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-libertà ta' moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra tal-UE. Dan l-att legali jista' għalhekk jikkonferixxi ċerti drittijiet simili għal dawk marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni dwar ċittadini ta' Stat li rtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 TUE.

(5)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa (TUE) jsaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jkompli jtejjeb il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jistipula, inter alia, li kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini.

(6)

Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jinħtieġ li jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli.

(7)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, sa fejn l-għan huwa li jkun hemm proposta għal att legali tal-Unjoni biex jimplimenta t-Trattati fil-qasam tad-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fi Stat Membru, inklużi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-libertà tal-moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra tal-UE u li b'mod partikolari jikkonferixxu ċerti drittijiet simili għal dawk marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni liċ-ċittadini ta' stat li jkun irtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 TUE, ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(8)

L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguini” jinħtieġ għalhekk li tiġi reġistrata. Jinħtieġ li jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, sa fejn l-għan huwa li jkun hemm proposta għal att legali tal-Unjoni biex jimplimenta t-Trattati fil-qasam tad-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fi Stat Membru, inklużi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-libertà tal-moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra tal-UE u li b'mod partikolari jikkonferixxu ċerti drittijiet simili għal dawk marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni liċ-ċittadini ta' stat li jkun irtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 TUE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguini” hija b'dan reġistrata.

2.   Jistgħu jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, sa fejn l-għan huwa li jkun hemm proposta għal att legali tal-Unjoni li jiżgura li, wara l-irtirar ta' Stat Membru skont l-Artikolu 50 TUE, iċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż jkunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw minn drittijiet simili għal dawk li kienu jgawdu minnhom meta pajjiżhom kienu għadu Stat Membru

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Marzu 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata l-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguinis” irrappreżentati minn [Data personali mħassra wara l-konsultazzjoni mal-organizzaturi] li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


Rettifika

28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/20


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, fir-rigward ta' ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 103 tal-5 ta' April 2014 )

1.

Fil-paġna 22, premessa 4, l-ewwel żewġ sentenzi,

minflok:

“(4)

[…] biex prodott bijoċidali li jissodisfa l-kriterji għal din il-klassifikazzjoni jkun disponibbli fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali. Il-punt (c) tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi l-awtorizzazzjoni biex prodotti bijoċidali li jissodisfaw il-kriterji li jagħmluhom persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (‘PBT’), jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna (‘vPvB’) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jkunu disponibbli fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali.”,

aqra:

“(4)

[…] biex prodott bijoċidali li jissodisfa l-kriterji għal din il-klassifikazzjoni jitqiegħed fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali. Il-punt (c) tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali ta' prodotti bijoċidali li jissodisfaw il-kriterji li jagħmluhom persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (‘PBT’), jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna (‘vPvB’) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) .”;

2.

Fil-paġna 24, premessa 21, l-ewwel sentenza,

minflok:

“(21)

L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ifittex li jippermetti t-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati bi prodotti bijoċidali […]”,

aqra:

“(21)

L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ifittex li jippermetti l-introduzzjoni fis-suq ta' oġġetti ttrattati bi prodotti bijoċidali […]”;

3.

Fil-paġna 24, premessa 22, l-ewwel sentenza,

minflok:

“(22)

Billi l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 japplika biss għal oġġetti ttrattati li diġà qegħdin fis-suq, iddaħħlet projbizzjoni mhux maħsuba […]”,

aqra:

“(22)

Billi l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 japplika biss għal oġġetti ttrattati li diġà ġew introdotti fis-suq, iddaħħlet projbizzjoni mhux maħsuba […]”;

4.

Fil-paġna 25, premessa 27, l-ewwel u l-aħħar sentenza,

minflok:

“(27)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali li […].[…].[…]. Barra minn hekk, […], għandu jkun hemm il-possibbiltà li persuna oħra tkun tista' tqiegħed fis-suq prodotti bijoċidali li fihom dik is-sustanza, […].”,

aqra:

“(27)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti bijoċidali […].[…].[…]. Barra minn hekk, […], għandu jkun hemm il-possibbiltà li persuna oħra tkun tista' tintroduċi fis-suq prodotti bijoċidali li fihom dik is-sustanza, […].”;

5.

Fil-paġna 29, l-Artikolu 1, il-punt 21 [Artikolu 89, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012],

minflok:

“2.   L-Istat Membru kkonċernat jista', skont ir-regoli nazzjonali tiegħu, jawtorizza biss id-disponibbiltà fis-suq jew l-użu fit-territorju tiegħu ta' prodott bijoċidali li jkun fih biss:”,

aqra:

“2.   L-Istat Membru kkonċernat jista', skont ir-regoli nazzjonali tiegħu, jawtorizza biss it-tqegħid fis-suq jew l-użu fit-territorju tiegħu ta' prodott bijoċidali li jkun fih biss:”;

6.

Fil-paġna 30, l-Artikolu 1, il-punt 23 [Artikolu 93, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012],

minflok:

“(23)

B'deroga mill-Artikolu 17(1), Stat Membru jista' jkompli japplika s-sistema jew il-prattika attwali tiegħu li jagħmel disponibbli fis-suq u juża […]”,

aqra:

“(23)

B'deroga mill-Artikolu 17(1), Stat Membru jista' jkompli japplika s-sistema jew il-prattika attwali tiegħu li jqiegħed fis-suq u juża […]”;

7.

Fil-paġna 31, l-Artikolu 1, il-punt 24 [Artikolu 94, il-paragrafu 1, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012],

minflok:

“1.   […], jew inklużi fl-Anness I, jista' jitqiegħed fis-suq sa waħda mid-dati li ġejjin:”,

aqra:

“1.   […], jew inklużi fl-Anness I, jista' jiġi introdott fis-suq sa waħda mid-dati li ġejjin:”;

8.

Fil-paġna 31, l-Artikolu 1, il-punt 24 [Artikolu 94, il-paragrafu 2, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012],

minflok:

“2.   […] għat-tip tal-prodott u l-użu rilevanti, jew inklużi fl-Anness I, jista' jitqiegħed fis-suq sal-1 ta' Marzu 2017.”,

aqra:

“2.   […] għat-tip tal-prodott u l-użu rilevanti, jew inklużi fl-Anness I, jista' jiġi introdott fis-suq sal-1 ta' Marzu 2017.”.