ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 71

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
16 ta' Marzu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/452 tat-13 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd temporanja għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/453 tat-13 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja għar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/454 tal-15 ta' Marzu 2017 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal erba' produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/455 tal-15 ta' Marzu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Lactobacillus fermentum (NCIMB 41636), Lactobacillus plantarum (NCIMB 41638) u Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 41640) bħala addittiv fl-għalf għall-klieb ( 1 )

15

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/456 tal-15 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 36/17/COL tal-10 ta' Frar 2017 rigward in-nuqqas ta' konformità effettiva mal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendat) u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' ċertifikati maħruġa mill-Hellenic Aviation Training Academy (HATA) u liċenzji ta' Parti-66 maħruġa abbażi tiegħu [2017/457]

20

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/452

tat-13 ta' Marzu 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd temporanja għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

03/TQ127

Stat Membru

Franza

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Il-petriċa (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

Data tal-Għeluq

16.2.2017


16.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/453

tat-13 ta' Marzu 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja għar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies li ġiet eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jiffissa għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

02/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

RJU/07-D

Speċi

Raja ondjata (Raja undulata)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

Data tal-Għeluq

27.1.2017


16.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/454

tal-15 ta' Marzu 2017

li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal erba' produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin (“moduli”) u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (“CCCME” — China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlu. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju.

(4)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE jelenka b'mod partikolari l-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn il-kumpaniji li ġejjin:

(a)

GCL System Integration Technology Co. Ltd, flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fir-RPĊ, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B850 (“GCL Technology”)

(b)

Hareon Solar Technology Co. Ltd, flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fir-RPĊ u fl-Unjoni, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B842 (“Hareon Solar”)

(c)

Jetion Solar (China) Co. Ltd, flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fir-RPĊ u fl-Unjoni, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B830 (“Jetion Solar”)

(d)

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B922 (“Talesun Solar”)

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa, minn hemm il-quddiem, “miżuri”.

(7)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi.

(8)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(9)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (12) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi.

(10)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(11)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kompensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(12)

Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u l-miżuri kompensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (15) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(13)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (16) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(14)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (17), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(15)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 (18), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew ikkunsinjati minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(16)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (19) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(17)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (20) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

(18)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402 (21) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi oħra.

(19)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1998 (22) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

(20)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 (23) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi oħra.

B.   TERMINI TAL-IMPENN

(21)

Skont il-kundizzjonijiet tal-impenn, kull produttur esportatur jista' jirtira volontarjament l-impenn tiegħu fi kwalunkwe ħin matul l-applikazzjoni tiegħu.

C.   IRTIRAR VOLONTARJU

(22)

Jinko Solar, Hareon Solar u GCL Technology innotifikaw lill-Kummissjoni f'Ottubru 2016 li xtaqu jirtiraw mill-impenn tagħhom.

(23)

Talesun Solar innotifika lill-Kummissjoni f'Jannar 2017 li jixtieq jirtira mill-impenn tiegħu.

D.   IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI

(24)

Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, kif wkoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Jetion Solar, Hareon Solar, GCL Technology u Talesun Solar għandha tiġi rtirata.

(25)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-RPĊ u li huma magħmula minn Jetion Solar, Talesun Solar, Hareon Solar u GCL Technology mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(26)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'fattura tal-impriża ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz li fil-fatt tħallas, jenħtieġ li huma jinvestigaw jekk kienx hemm ksur tar-rekwiżit li jiġi inkluż kwalunkwe tnaqqis fl-irċevuti tal-impenn jew jekk il-prezz minimu tal-importazzjoni (MIP) ma jkunx ġie rispettat. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jikkonkludu li kien hemm ksur bħal dan jew jekk l-MIP ma ġiex rispettat, jenħtieġ li jiġbru d-dazji bħala konsegwenza ta' dan. Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jenħtieġ li f'sitwazzjonijiet bħal dawn il-Kummissjoni taqsam it-test kunfidenzjali u informazzjoni oħra dwar l-impenn għall-iskop uniku ta' proċedimenti nazzjonali.

(27)

Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mhijiex affettwata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tal-kumpaniji li ġejjin hija b'dan irtirata:

Isem tal-kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

GCL System Integration Technology Co. Ltd, Konca Solar Cell Co. Ltd, Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd, Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd, Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd, GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited, GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd, GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED, GCL Solar System (Shuzhou) Limited,

B850

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd, Hareon Solar Technology Co. Ltd, Taicang Hareon Solar Co. Ltd, Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd, Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd, Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħhom fl-Unjoni

B842

Jetion Solar (China) Co. Ltd, Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd, Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd, together with their related company in the Union

B830

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni

B922

Artikolu 2

1.   Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat fuq fattura tal-impenn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, maħruġa minn waħda mill-kumpaniji li l-impenn ġie inizjalment aċċettat minnha permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz imħallas u li għalhekk il-kumpaniji setgħu kisru l-impenn, l-awtoritajiet doganali jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta' proċedimenti nazzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tiżvelalhom kopja tal-impenn u informazzjoni oħra sabiex jivverifikaw il-prezz ta' importazzjoni minimu (“MIP”) applikabbli fil-jum meta nħarġet il-fattura tal-impenn.

2.   Meta verifika bħal din tiżvela li l-prezz imħallas huwa anqas mill-MIP, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (UE) 2016/1037, għandhom jinġabru.

Meta din il-verifika tiżvela li skonti u tnaqqis ma ġewx inklużi fil-fattura kummerċjali, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 għandhom jinġabru.

3.   L-informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 tista' tintuża biss għall-fini ta' infurzar ta' dazji dovuti skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu lid-debitur ta' dawn id-dazji b'din l-informazzjoni għall-iskop uniku tas-salvagwardja tad-drittijiet ta' difiża tagħhom. Informazzjoni bħal din ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tiġi żvelata lil partijiet terzi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)   ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(4)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(5)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

(6)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(7)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(8)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(9)   ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(10)   ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.

(11)   ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.

(12)   ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.

(13)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.

(14)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.

(15)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.

(16)   ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.

(17)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.

(18)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.

(19)   ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.

(20)   ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.

(21)   ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16.

(22)   ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8.

(23)   ĠU L 333, 8.12.2016, p. 4.


ANNESS

Lista ta' kumpaniji:

Isem tal-kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Anhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

B804

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

B812

CSG PVtech Co. Ltd

B814

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

B809

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Zheijiang Era Solar Co. Ltd

B818

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd

B821

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

B824

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

B835

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

B793

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

B851

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B872

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST Solar Co. Ltd

Jiangsu ST Solar Co. Ltd

B876

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Leshan Topray Cell Co. Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

China Machinery Engineering Wuxi Co.Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

B797

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

B900

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920


16.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/455

tal-15 ta' Marzu 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Lactobacillus fermentum (NCIMB 41636), Lactobacillus plantarum (NCIMB 41638) u Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 41640) bħala addittiv fl-għalf għall-klieb

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Lactobacillus fermentum (NCIMB 41636), Lactobacillus plantarum (NCIMB 41638) u Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 41640). Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus fermentum (NCIMB 41636), Lactobacillus plantarum (NCIMB 41638) u Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 41640) bħala addittiv fl-għalf għall-klieb, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-1 ta' Diċembru 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu tagħha, il-preparazzjoni tal-Lactobacillus fermentum (NCIMB 41636), Lactobacillus plantarum (NCIMB 41638) u Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 41640) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bnedmin jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ż-żieda tal-addittiv mal-ħalib pasturizzat jew ma' prodott ibbażat fuq il-ħafur tirriżulta f'aċidifikazzjoni li tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-għalf maħsub għall-klieb. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactobacillus fermentum (NCIMB 41636), Lactobacillus plantarum (NCIMB 41638) u Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 41640) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif inhu speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “preservattivi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet imniżżlin f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2016;14(1):4340.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta' materjal tal-għalf

Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: preservattivi

1a001

Lactobacillus fermentum (NCIMB 41636), Lactobacillus plantarum (NCIMB 41638) u Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 41640)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus fermentum (NCIMB 41636), Lactobacillus plantarum (NCIMB 41638) u Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 41640) fiha minimu ta' total ta' Lactobacilli ta' 1,0 × 108 CFU/g ta' addittiv (li fih minimu ta' kull Lactobacillus ta' 1,0 × 107 CFU/g ta' addittiv)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Iċ-ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus fermentum (NCIMB 41636), Lactobacillus plantarum (NCIMB 41638) u Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 41640)

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq MSR agar (EN 15787).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Klieb

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Dan l-addittiv għandu jintuża biss fi prodotti derivati mill-ħafur u fil-ħalib pasturizzat.

3.

Kwantitajiet rakkomandati ta' użu tal-addittiv:

6 × 108 CFU/kg ta' prodotti derivati mill-ħafur (b'kontenut ta' ndewwa ta' 90 %);

2,7 × 1010 CFU/kg ta' ħalib ippasturizzat.

4.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jkunux jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabli b'dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluża l-protezzjoni tal-ġilda.

Il-5 ta' April 2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-laboratorju ta' referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


16.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/456

tal-15 ta' Marzu 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

184,2

MA

96,4

SN

196,7

TN

182,1

TR

84,7

ZZ

148,8

0707 00 05

TR

181,1

ZZ

181,1

0709 93 10

MA

45,7

TR

149,7

ZZ

97,7

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

44,2

IL

80,2

MA

51,7

TN

49,0

TR

72,8

ZZ

59,6

0805 50 10

EG

68,9

TR

70,0

ZZ

69,5

0808 10 80

CL

122,2

CN

154,7

US

105,5

ZZ

127,5

0808 30 90

AR

126,5

CL

126,5

CN

84,3

TR

148,9

ZA

118,6

ZZ

121,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

16.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/20


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 36/17/COL

tal-10 ta' Frar 2017

rigward in-nuqqas ta' konformità effettiva mal-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendat) u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' ċertifikati maħruġa mill-Hellenic Aviation Training Academy (HATA) u liċenzji ta' Parti-66 maħruġa abbażi tiegħu [2017/457]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 66n tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE  (1), kif emendat (“l-Att”), kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tal-Att,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 3/2012/SC tas-26 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi proċeduri għall-kumitati li jassistu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat tal-EFTA għar-Trasport,

Billi:

(1)

Fi Frar tal-2014, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) wettqet spezzjoni ta' Standardizzazzjoni tal-Ajrunavigabbiltà (bir-referenza AIR.EL.02.2014) fuq l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ellenika (l-HCAA). Matul dik l-ispezzjoni, ġie identifikat nuqqas ta' konformità li jqajjem tħassib dwar is-sikurezza jekk ma jiġix korrett malajr (sejba tal-kategorija D), skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 (2).

(2)

In-nuqqas ta' konformità kellu x'jaqsam ma' allegat frodi waqt eżamijiet li saru fil-bini tal-organizzazzjoni tat-taħriġ ta' manutenzjoni tal-Parti-147 imsejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (l-Akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni, fil-qosor l-HATA), li kellha n-numru tal-approvazzjoni EL.147.0007. Tqajjem tħassib dwar is-sikurezza minħabba li l-persunal li jiċċertifika l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru seta' kiseb liċenzja tal-Parti-66 abbażi ta' Ċertifikati ta' Rikonoxximent maħruġin mill-HATA skont l-Anness III (il-Parti-66) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (3), abbażi ta' attivitajiet allegatament frodulenti, u minħabba li dan jista' jkun li qed jeżerċita l-privileġġi u jirrilaxxa l-inġenji tal-ajru wara l-manutenzjoni mingħajr ma għandu l-għarfien bażiku meħtieġ dwarhom.

(3)

Fis-26 ta' Frar 2014, l-HCAA kkanċellat l-approvazzjoni tal-HATA u avżat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li jista' jkun li l-HATA ħarġet Ċertifikati foloz ta' Rikonoxximent.

(4)

Fit-3 ta' Lulju 2014, l-Aġenzija u l-HCAA qablu dwar pjan ta' azzjoni korrettiva li kien jinkludi, fost l-oħrajn, investigazzjonijiet dwar iċ-Ċertifikati ta' Rikonoxximent li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri użaw biex joħorġu liċenzji tal-Parti-66 u dwar Ċertifikati ta' Rikonoxximent li kien għadhom ma ntużawx biex jinkisbu liċenzji tal-Parti-66.

(5)

Fid-9 ta' Diċembru 2014, l-Aġenzija ħarġet Bullettin tal-Informazzjoni dwar is-Sikurezza (SIB Nru: 2014-32, li fih avżat dwar it-tħassib potenzjali dwar is-sikurezza marbut mal-allegat frodi waqt l-eżamijiet li saru fil-bini tal-HATA u rrakkomandat miżuri konkreti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.

(6)

F'April tal-2016, l-Aġenzija wettqet spezzjoni oħra ta' Standardizzazzjoni fuq l-HCAA. Matul din l-ispezzjoni, l-Aġenzija rrevediet il-pjan ta' azzjoni korrettiva miftiehem u kkonkludiet li l-HCCA ma kenitx kapaċi timplimenta l-azzjonijiet miftiehma b'mod adegwat qabel id-dati tal-għeluq miftiehma. Għalhekk, f'Mejju tal-2016, l-Aġenzija ħarġet rapport supplimentari lill-HCCA skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013.

(7)

Minħabba li l-HCCA ma kinitx wettqet biżżejjed investigazzjonijiet dwar l-HATA biex tinduna bl-allegat frodi li wettqet din l-organizzazzjoni, u ma investigatx bis-sħiħ il-liċenzji tal-Parti-66 li nħarġu abbażi taċ-Ċertifikati ta' Rikonoxximent li ħarġet l-HATA, għad hemm tħassib potenzjali dwar is-sikurezza. Hemm tħassib marbut maċ-Ċertifikati ta' Rikonoxximent li l-HATA ħarġet għall-eżamijiet tal-għarfien bażiku dwar il-moduli tekniċi (il-moduli 7, 11, 12, 13, 14, 15, 16 u 17).

(8)

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, l-Aġenzija rrakkomandat li l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ma għandux jibqa' japplika għaċ-Ċertifikati ta' Rikonoxximent għall-eżamijiet tal-għarfien bażiku dwar il-moduli tekniċi maħruġin mill-HATA u għal-liċenzji tal-Parti-66 maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri abbażi ta' dawn iċ-Ċertifikati ta' Rikonoxximent. Barra minn hekk, dawk l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jintalbu jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u l-miżuri ta' salvagwardja x-xierqa sabiex jindirizzaw ir-riskji għas-sikurezza.

(9)

Fid-19 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li ċ-Ċertifikati ta' Rikonoxximent għall-eżamijiet tal-għarfien bażiku dwar il-moduli tekniċi maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) skont il-punt 147.A.145(a)(4) u l-Appendiċi III tal-Anness IV (il-Parti-147) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, li applikant jibgħat bħala dokumentazzjoni ta' appoġġ biex l-awtoritajiet kompetenti joħorġulu liċenzja tal-Parti-66 skont il-punt 66.B.100 tal-Anness III (il-Parti-66) ta' dan ir-Regolament ma jikkonformawx b'mod effettiv mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 (4).

(10)

Bħala konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet ukoll li l-liċenzji tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-Parti-66 maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE skont l-Anness III (il-Parti-66) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 abbażi taċ-Ċertifikati ta' Rikonoxximent għall-eżamijiet tal-għarfien bażiku dwar il-moduli tekniċi maħruġin mill-HATA skont il-punt 147.A.145(a)(4) u l-Appendiċi III tal-Anness IV (il-Parti-147) ta' dak ir-Regolament ma jikkonformawx b'mod effettiv mar-Regolament (KE) Nru 2016/2008.

(11)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tadotta deċiżjoni korrispondenti rigward il-liċenzji tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru ta' Parti-66 maħruġa mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati tal-EFTA u l-Istati tal-EFTA li jieħdu azzjoni korrettiva jiżguraw il-livell mitlub ta' sikurezza skont iċ-ċirkustanzi.

(12)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, deċiżjoni mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati konċernati u dwar l-azzjoni korrettiva u l-miżuri ta' salvagwardja li jridu jittieħdu mill-Awtoritajiet Kompetenti jeħtieġ li jiġu notifikati lill-Istati kollha tal-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dawn li ġejjin ma jikkonformawx b'mod effettiv mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu:

 

Il-liċenzji tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-Parti-66 maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Anness III (il-Parti-66) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 abbażi taċ-Ċertifikati ta' Rikonoxximent għall-eżamijiet tal-għarfien bażiku dwar il-moduli tekniċi maħruġin mill-Hellenic Aviation Training Academy skont il-punt 147.A.145(a)(4) u l-Appendiċi III tal-Anness IV (il-Parti-147) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Azzjonijiet korrettivi

1.   Fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati tal-EFTA li ħarġu l-liċenzji tal-Parti-66 abbażi ta' Ċertifikati ta' Rikonoxximent għall-eżamijiet tal-għarfien bażiku dwar il-moduli tekniċi maħruġin mill-HATA għandhom jivvalutaw mill-ġdid kull liċenzja tal-Parti-66 ikkonċernata, filwaqt li, mingħajr preġudizzju għal din id-Deċiżjoni, iqisu r-rakkomandazzjonijiet mogħtija fil-Bullettin tal-Informazzjoni dwar is-Sikurezza (SIB) tal-EASA bin-numru 2014-32, li din l-Aġenżija ħarġet fid-9 ta' Diċembru 2014 wara l-aħħar reviżjoni tagħha.

2.   Wara li jlestu din il-valutazzjoni mill-ġdid, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati tal-EFTA għandhom:

(a)

fejn ġustifikat fid-dawl tal-Artikolu 1, jillimitaw, jissospendu jew jikkanċellaw il-liċenzja tal-Parti-66 skont il-punt 66.B.500 tal-Anness III (il-Parti-66), kif xieraq; kif ukoll

(b)

fi kwalunkwe każ jibagħtu r-riżultati tal-valutazzjoni mill-ġdid lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u lill-Aġenzija.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati tal-EFTA u għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2017.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ

Carsten ZATSCHLER

Direttur


(1)   ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  L-Att imesmmi fil-punt 66qa tal-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE (Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46)).

(3)  L-att imsemmi fil-punt 66q tal-Anness XII għall-Ftehim taż-ŻEE (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(4)  Ara, Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2357 tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta' konformità effettiva mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċertifikati maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) u ma' liċenzji tal-Parti-66 maħruġin abbażi ta' dawn iċ-ċertifikati (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 72).