|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/428
tal-10 ta' Marzu 2017
li japprova s-sustanza bażika karbonju tafli skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2015, b'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand Ets Christian Callegari għall-approvazzjoni tal-karbonju tafli bħala sustanza bażika. Ma' dik l-applikazzjoni ngħatat l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għal għajnuna xjentifika. Fis-6 ta' Lulju 2016 (2), l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' rieżami (3) kif ukoll abbozz ta' dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fis-7 ta' Ottubru 2016 u ffinalizzathom għal-laqgħa ta' dak il-Kumitat fl-24 ta' Jannar 2017. |
|
(3) |
Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li l-karbonju tafli ma għandux kapaċità inerenti li jikkawża effetti ta' tfixkil tas-sistema endokrinali, jew effetti newrotossiċi jew immunotossiċi, u lanqas ma huwa sustanza ta' tħassib. Barra minn hekk, is-sustanza ma titqiegħedx fis-suq bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, u lanqas ma tintuża b'mod predominanti għal skopijiet ta' protezzjoni tal-pjanti, iżda madankollu hija utli għall-protezzjoni tal-pjanti fi prodott li jikkonsisti mis-sustanza u mill-ilma. Konsegwentement, għandha titqies bħala sustanza bażika. Il-karbonju tafli huwa taħlita ta' karbonju, kif iddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (4), u bentonit, kif speċifikat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2013 (5), f'forma ta' bċejjeċ żgħar. |
|
(4) |
Minn bosta eżaminazzjonijiet li saru deher li l-karbonju tafli jista' jkun mistenni li jissodisfa, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' rieżami tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li l-karbonju tafli jiġi approvat bħala sustanza bażika. |
|
(5) |
B'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, madankollu jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, li huma spjegati fid-dettall fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta' sustanza bażika
Is-sustanza karbonju tafli kif speċifikat fl-Anness I hija approvata bħala sustanza bażika soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2016. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for clayed charcoal for use in plant protection as a protectant in grapevines. (Ir-rapport tekniku dwar l-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni tas-sustanza bażika għall-karbonju tafli għall-użu fil-protezzjoni tal-pjanti bħala protezzjoni għad-dwieli.) Pubblikazzjoni ta' appoġġ tal-EFSA 2016:13(7):EN-1061. 28 pp.
(3) http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=MT
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanza bentonit bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 33).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
Karbonju tafli Nru CAS 7440-44-0 231-153-3 (EINECS) (karbonju attivat) Nru CAS 1333-86-4 215-609-9 (EINECS) (iswed tal-karbonju) Nru CAS 1302-78-9 215-108-5 (EINECS) (bentonit) |
Mhux disponibbli. |
Karbonju: Il-purità meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 Bentonit: Il-purità meħtieġa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1060/2013 |
Il-31 ta' Marzu 2017 |
Il-karbonju tafli għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-karbonju tafli (SANTE/11267/2016) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza bażika jinsabu fir-rapport ta' rieżami.
ANNESS II
Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
“13 |
Karbonju tafli Nru CAS 7440-44-0 231-153-3 (EINECS) (karbonju attivat) Nru CAS 1333-86-4 215-609-9 (EINECS) (iswed tal-karbonju) Nru CAS 1302-78-9 215-108-5 (EINECS) (bentonit) |
Mhux disponibbli. |
Karbonju: Il-purità meħtieġa skont ir-Regolament tal-(UE) Nru 231/2012 (*1) Bentonit: Il-purità meħtieġa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1060/2013 (*2) |
Il-31 ta' Marzu 2017 |
Il-karbonju tafli għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-karbonju tafli (SANTE/11267/2016) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu. |
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(*2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanza bentonit bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 33).”
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/429
tal-10 ta' Marzu 2017
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus aculeatinus (qabel ikklassifikat bħala Aspergillus aculeatus) (CBS 589.94), tal-endo-1,4-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (qabel ikklassifikat bħala Trichoderma longibrachiatum) (CBS 592.94), tal-alfa-amilażi prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) u tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP4842) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' tjur u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 358/2005 u (KE) Nru 1284/2006 u li jħassar r-Regolament (UE) Nru 516/2010 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa NV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-preparat tal- endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus aculeatinus (qabel ikklassifikat bħala Aspergillus aculeatus) (CBS 589.94), tal-endo-1,4-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (qabel ikklassifikat bħala Trichoderma longibrachiatum) CBS 592.94), tal-alfa-amilażi prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) u tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP4842) kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (3), għad-dundjani tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2006 (4) u għat-tiġieġ tal-bajd bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 516/2010 (5). Sussegwentement, dak il-preparat iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-preparat tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus aculeatinus (qabel ikklassifikat bħala Aspergillus aculeatus) (CBS 589.94), tal-endo-1,4-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (qabel ikklassifikat bħala Trichoderma longibrachiatum) CBS 592.94), tal-alfa-amilażi prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) u tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP4842) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għad-dundjani tas-simna u għat-tiġieġ tal-bajd u, skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, għal awtorizzazzjoni ġdida bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha l-oħra ta' tjur. L-applikant talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta' Settembru 2015 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-addittiv ma jkollux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu ta' dak il-preparat għandu l-potenzjal li jkun effikaċi sabiex itejjeb il-parametri żootekniċi fit-tiġieġ tas-simna, fid-dundjani tas-simna u fit-tiġieġ tal-bajd. Ġie meqjus li dawn il-konklużjonijiet jistgħu jiġu estiżi għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir. L-Awtorità qieset ukoll li l-modalità ta' azzjoni tal-enżimi preżenti fl-addittiv tista' titqies li hija simili fl-ispeċijiet kollha ta' pollam, u għalhekk, il-konklużjonijiet dwar l-effikaċja fl-ispeċijiet maġġuri ta' pollam jistgħu jiġu estrapolati għall-ispeċijiet minuri ta' pollam u għall-għasafar ornamentali. Hija mhijiex tal-fehma li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi biex isir monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparat tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mill-Aspergillus aculeatinus (qabel ikklassifikat bħala Aspergillus aculeatus) (CBS 589.94), tal-endo-1,4-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (qabel ikklassifikat bħala Trichoderma longibrachiatum) CBS 592.94), tal-alfa-amilażi prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) u tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP4842) turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dan il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 358/2005 u (KE) Nru 1284/2006 jiġu emendati skont dan. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 516/2010 jitħassar. |
|
(7) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li ġġib magħha l-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 358/2005
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 358/2005, titħassar l-entrata E1621 dwar l-endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6, l-endo-1,4-beta-glukanażi EC 3.2.1.4, l-alfa-amilażi EC 3.2.1.1 u l-endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8.
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1284/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 1284/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jitħassar. |
|
(2) |
L-Anness II jitħassar |
Artikolu 4
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 516/2010 jitħassar.
Artikolu 5
Miżuri tranżizzjonali
Il-preparat speċifikat fl-Anness, u l-għalf li jkun fih dak il-preparat, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-30 ta' Settembru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel il-31 ta' Marzu 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 tat-2 ta' Marzu 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta' żmien ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta' użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2006 tad-29 ta' Awwissu 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 235, 30.8.2006, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 516/2010 tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv fl-għalf (ĠU L 150, 16.6.2010, p. 46).
(6) EFSA Journal 2015; 13(9):4235.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4a1621i |
Kemin Europa NV |
Endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-glukanażi EC 3.2.1.4 Alfa-amilażi EC 3.2.1.1 Endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta':
Għamla likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Metodu analitiku (5) Għad-determinazzjoni tal-addittiv fl-għalf ta':
Għad-determinazzjoni tat-taħlitiet minn qabel u tal-għalf ta':
|
L-ispeċi kollha ta' tjur |
— |
Endo-1,3(4)-beta-glukanażi 500 U Endo-1,4-beta-glukanażi 15 500 U Alfa-amilażi 20 U Endo-1,4-beta-ksilanażi 10 500 U |
— |
|
Il-31 ta' Marzu 2027 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jilliberaw 0,0056 mikromoli ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-glukożju) mix-xgħir beta-glukan għal kull minuta b'pH 7,5 u fi 30 °C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jilliberaw 0,0056 mikromoli ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-glukożju) mill-karbossimetilċelluloża għal kull minuta b'pH 4,8 u f'50 °C.
(3) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jilliberaw mikromolu (1) ta' glukożju minn polimeru tal-lamtu retikolat għal kull minuta b'pH 7,5 u f'37 °C.
(4) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jilliberaw 0,0067 mikromoli ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-ksilożju) minn ksilan tal-injam tal-betula għal kull minuta b'pH 5,3 u f'50 °C.
(5) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/430
tal-10 ta' Marzu 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1713 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2016/2017 u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1810
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 139(2) u l-punt (g) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 144 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor, (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iz-zokkor jew l-isoglukożju prodott matul sena tas-suq li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament jista' jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv li jrid jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 jistabbilixxi r-regoli dettaljati tal-implimentazzjoni għall-esportazzjonijiet barra mill-kwota, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni. |
|
(3) |
Għas-sena tas-suq 2016/2017, inizjalment ġie stmat li jekk il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota jiġi ffissat għal 650 000 tunnellata, f'ekwivalent ta' zokkor abjad, dan ikun jikkorrispondi għad-domanda tas-suq. Dan il-limitu kien iffissat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1713 (3). Madankollu, skont l-aħħar stimi, il-produzzjoni taz-zokkor barra mill-kwota hija mistennija tilħaq l-4 100 000 tunnellata. Għaldaqstant, għandhom jiġu żgurati swieq disponibbli addizzjonali għaz-zokkor barra mill-kwota. |
|
(4) |
B'kunsiderazzjoni li l-livell massimu tad-WTO għall-esportazzjonijiet għas-sena tas-suq 2016/2017 ma ntużax kollu, huwa xieraq li jiżdied il-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota b'700 000 tunnellata, sabiex jiġu pprovduti opportunitajiet kummerċjali addizzjonali għall-produtturi taz-zokkor tal-Unjoni. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1713 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Biex ikunu jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni li jikkonċernaw il-kwantità addizzjonali taz-zokkor barra mill-kwota, għandha titneħħa s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjonijiet stipulata fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1810 (4). |
|
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1810 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1713, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
“1. Għas-sena tas-suq 2016/2017, il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun ta' 1 350 000 tunnellata għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta' zokkor abjad barra mill-kwota kklassifikat fil-kodici NM 1701 99.”
Artikolu 2
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1810, jitħassar il-paragrafu 3.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2017
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1713 tal-20 ta' Settembru 2016 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2016/2017 (ĠU L 258, 24.9.2016, p. 8).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1810 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota (ĠU L 276, 13.10.2016, p. 9).
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/431
tal-10 ta' Marzu 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
EG |
235,2 |
|
MA |
88,9 |
|
|
SN |
205,2 |
|
|
TN |
194,0 |
|
|
TR |
102,0 |
|
|
ZZ |
165,1 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
80,2 |
|
TR |
183,5 |
|
|
ZZ |
131,9 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
97,7 |
|
ZZ |
97,7 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
52,6 |
|
TR |
150,2 |
|
|
ZZ |
101,4 |
|
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
47,7 |
|
IL |
70,7 |
|
|
MA |
48,1 |
|
|
TN |
55,3 |
|
|
TR |
68,8 |
|
|
ZZ |
58,1 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
68,9 |
|
TR |
70,0 |
|
|
ZZ |
69,5 |
|
|
0808 10 80 |
CL |
90,0 |
|
CN |
154,7 |
|
|
US |
120,0 |
|
|
ZA |
86,6 |
|
|
ZZ |
112,8 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
124,1 |
|
CL |
152,6 |
|
|
CN |
102,2 |
|
|
ZA |
113,0 |
|
|
ZZ |
123,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/15 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/432
tas-7 ta' Marzu 2017
dwar ir-ritorni aktar effettivi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistabbilixxi standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. |
|
(2) |
Il-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen (2) u l-informazzjoni miġbura permezz tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (3) ppermettew valutazzjoni komprensiva ta' kif l-Istati Membri jimplimentaw il-politika tal-Unjoni dwar ir-ritorn. |
|
(3) |
L-evalwazzjonijiet jindikaw li l-marġini ta' diskrezzjoni f'idejn l-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/115/KE wassal għal traspożizzjoni inkonsistenti fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, b'impatt negattiv fuq l-effettività tal-politika ta' ritorn tal-Unjoni. |
|
(4) |
Mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/115/KE, u fid-dawl tal-pressjoni migratorja li dejjem tiżdied fuq l-Istati Membri, l-isfidi li l-politika ta' ritorn tal-Unjoni jeħtieġ li twieġeb għalihom żdiedu u taw priorità lil dan l-aspett tal-politika Ewropea tal-migrazzjoni komprensiva. Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-20-21 ta' Ottubru 2016 (4), il-Kunsill Ewropew sejjaħ għal tisħiħ tal-proċessi amministrattivi nazzjonali għar-ritorni. |
|
(5) |
Id-Dikjarazzjoni ta' Malta tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern (5) tat-3 ta' Frar 2017 enfasizzat il-ħtieġa għal rieżami tal-politika ta' ritorn tal-UE abbażi ta' analiżi oġġettiva tal-mod li bih l-għodod legali, operattivi, finanzjarji u prattiċi disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jiġu applikati. Din laqgħet l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta malajr Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar ir-Ritorn aġġornat u tipprovdi gwida għal ritorni aktar operazzjonali mill-UE u l-Istati Membri u r-riammissjoni effettiva abbażi tal-acquis eżistenti. |
|
(6) |
Fid-dawl taż-żieda attwali fin-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu u joqogħdu illegalment fl-Istati Membri, u sabiex tiġi żgurata l-kapaċità xierqa li jiġu protetti dawk fil-bżonn, huwa meħtieġ li tintuża b'mod sħiħ il-flessibbiltà prevista fid-Direttiva 2008/115/KE. Implimentazzjoni aktar effettiva ta' dik id-Direttiva għandha tnaqqas il-possibbiltajiet ta' użu ħażin tal-proċeduri u tneħħi l-ineffiċjenzi, filwaqt li jiġi żgurat il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi gwida dwar kif id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115/KE għandhom jintużaw biex jinkisbu proċeduri aktar effettivi ta' ritorn, u ssejjaħ lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jitneħħew l-ostakli legali u prattiċi għar-ritorn. |
|
(8) |
Politika effettiva ta' ritorn tal-Unjoni tirrikjedi miżuri effiċjenti u proporzjonati għall-arrest u l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment, l-ipproċessar mgħaġġel tal-każijiet tagħhom, u l-kapaċità adegwata biex tiġi żgurata l-preżenza tagħhom fid-dawl tar-ritorn. |
|
(9) |
L-organizzazzjoni ta' ritorn teħtieġ organizzazzjoni effiċjenti u integrata sew tal-kompetenzi multidixxiplinari fuq livell nazzjonali. Barra minn hekk, din titlob proċeduri u strumenti li jippermettu li l-informazzjoni ssir disponibbli minnufih lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-atturi kollha li huma involuti fil-proċeduri differenti. |
|
(10) |
Persunal multi-dixxiplinarju mħarreġ u kompetenti li jiġbor il-kompetenzi rilevanti kollha huwa meħtieġ biex ikun żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jirrispondu għall-bżonnijiet, b'mod partikolari f'ċirkustanzi fejn l-Istati Membri huma kkonfrontati b'piż sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ritorn ta' ċittadini minn pajjiżi terzi residenti illegalment. Fl-organizzazzjoni ta' dan l-approċċ integrat u kkoordinat, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti finanzjarji, il-programmi u l-proġetti tal-Unjoni disponibbli fil-qasam tar-ritorn, b'mod partikolari l-Fond tal-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll il-pressjoni migratorja li l-awtoritajiet kompetenti qed jittrattaw. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115/KE, l-Istati Membri għandhom joħorġu b'mod sistematiku deċiżjoni ta' ritorn għal ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali fit-territorju tagħhom. Il-leġiżlazzjoni u l-prattika fl-Istati Membri ma jagħtux effett sħiħ lil dan l-obbligu fiċ-ċirkustanzi kollha, u b'hekk jimminaw l-effettività tas-sistema ta' ritorn tal-Unjoni. Pereżempju, ċerti Stati Membri ma joħorġux deċiżjonijiet ta' ritorn wara deċiżjoni negattiva dwar talba għall-ażil jew permess ta' residenza, jew ma joħroġux deċiżjonijiet bħal dawn lil ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment li ma jkollhomx dokument ta' identità jew dokument tal-ivvjaġġar validu. |
|
(12) |
Skont l-istruttura istituzzjonali tal-Istati Membri, b'mod partikolari meta l-awtoritajiet differenti jittrattaw il-proċess, deċiżjoni ta' ritorn ma tkunx neċessarjament jew immedjatament segwita minn talba lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi sabiex jivverifikaw l-identità taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment u biex jikkunsinnaw dokument validu tal-ivvjaġġar. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 13 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen (6), persuna li tkun qasmet fruntiera illegalment u li ma jkollhiex dritt li tibqa' fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għandha tkun arrestata u soġġetta għall-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. |
|
(14) |
Id-Direttiva 2008/115/KE tistabbilixxi li l-istat tas-saħħa taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kkonċernati għandu jiġi kkunsidrat fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u li l-kura tas-saħħa ta' emerġenza u t-trattament essenzjali ta' mard għandhom jiġu pprovduti sar-ritorn. Madankollu huwa essenzjali li jiġi żgurat li t-tneħħija ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment tiġi infurzata u jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni ta' mġiba mmirata lejn it-tfixkil jew il-prevenzjoni tar-ritorn, bħal dikjarazzjonijiet mediċi ġodda foloz. Barra minn hekk, huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri li jindirizzaw b'mod b'aktar effiċjenti l-applikazzjonijiet għall-ażil magħmula biss sabiex jittardjaw jew ifixklu l-infurzar ta' deċiżjonijiet ta' ritorn. |
|
(15) |
Id-Direttiva 2008/115/KE, filwaqt li tobbliga liċ-ċittadin ta' pajjiż terz residenti illegalment li jitlaq mill-Unjoni, teħtieġ li deċizjonijiet ta' ritorn jiġu infurzati biss mill-Istati Membri li joħorġu d-deċiżjoni ta' ritorn. Proċess ta' ritorn jista' jiġi mniedi f'kull Stat Membru li jaqbad l-istess ċittadin ta' pajjiż terz residenti illegalment. Ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjoni ta' ritorn, kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE (7) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE (8), se jaċċellera l-proċess ta' ritorn u jiskoraġġixxi movimenti sekondarji mhux awtorizzati fl-Unjoni. |
|
(16) |
Id-detenzjoni tista' tkun element essenzjali għat-tisħiħ tal-effettività tas-sistema ta' ritorn tal-Unjoni, li għandha tintuża biss jekk l-ebda miżuri suffiċjenti iżda inqas koersivi oħra ma jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/115/KE. B'mod partikolari, fejn meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment ma jaħarbux, id-detenzjoni tista' tippermetti għal tħejjija u organizzazzjoni b'suċċess tal-operazzjonijiet ta' ritorn. |
|
(17) |
Il-perjodu massimu ta' detenzjoni li qed jintuża bħalissa minn diversi Stati Membri huwa sinifikament iqsar minn dak permess mid-Direttiva 2008/115/KE u li huwa meħtieġ biex titlesta l-proċedura ta' ritorn b'suċċess. Dawn il-perjodi qosra ta' detenzjoni qed jipprekludu t-tneħħija effettiva. |
|
(18) |
L-iskadenzi stipulati biex isiru appelli kontra d-deċiżjonijiet relatati mar-ritorn ivarjaw b'mod sinifikanti fost l-Istati Membri, b'differenza ta' minn ftit jiem sa xahar jew aktar. F'konformità mad-drittijiet fundamentali, l-iskadenza għandha tipprovdi żmien biżżejjed biex tiżgura aċċess għal rimedju effettiv, filwaqt li tqis li skadenzi twal jista' jkollhom effett detrimentali fuq il-proċeduri ta' ritorn. |
|
(19) |
Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti irregolarment għandhom ikunu mogħtija d-dritt li jinstemgħu mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma tittieħed kull miżura individwali li tolqothom. |
|
(20) |
Skont id-Direttiva 2008/115/KE, effett sospensiv awtomatiku tal-appelli kontra d-deċiżjonijiet ta' ritorn għandu jingħata meta hemm riskju li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikun espost għal riskju reali ta' trattament ħażin fil-każ ta' ritorn, bi ksur tal-Artikoli 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (9). |
|
(21) |
Numru kbir ta' Stati Membri jwettqu valutazzjonijiet ripetittivi tar-riskju ta' refoulement tul il-fażijiet kollha differenti tal-proċeduri ta' ażil u ritorn, li jistgħu jikkawżaw id-dewmien bla bżonn fir-ritorn ta' ċittadini minn pajjiżi terzi residenti illegalment. |
|
(22) |
Ir-ritorn ta' minuri mhux akkumpanjat lejn il-pajjiż terz ta' oriġini u r-riunifikazzjoni mal-familja jistgħu jkunu fl-aħjar interess tal-minuri. Il-projbizzjoni li joħorġu deċiżjonijiet ta' ritorn lil minuri mhux akkumpanjati, li teżisti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' diversi Stati Membri, ma tagħtix effett sħiħ lill-obbligu tal-Istati Membri li jieħdu kont dovut tal-aħjar interessi tal-minuri, u biex jagħtu kas iċ-ċirkustanzi ta' kull każ individwali. Dawn il-projbizzjonijiet jistgħu joħolqu konsegwenzi mhux intenzjonati għall-immigrazzjoni illegali, u jinċitaw minuri mhux akkumpanjati biex jimbarkaw fuq vjaġġi perikoluż sabiex jilħqu l-Unjoni. |
|
(23) |
Id-deċiżjonijiet dwar l-istatus legali u dwar ir-ritorn ta' minuri mhux akkumpanjati għandhom dejjem ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet individwali, multi-dixxiplinarji u robusti tal-aħjar interessi tagħhom, inklużi ir-rintraċċar tal-familja u l-valutazzjoni tad-dar. Tali valutazzjoni għandha tkun iddokumentata kif xieraq. |
|
(24) |
F'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/115/KE li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jużaw id-detenzjoni fir-rigward tal-minuri mhux akkumpanjati u tal-familji b'minuri bħala l-aħħar miżura u għall-iqsar perjodu ta' żmien xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' alternattivi għad-detenzjoni tat-tfal. Meta madankollu, ma jeżistu l-ebda alternattivi bħal dawn, projbizzjoni assoluta tad-detenzjoni f'każi bħal dawn, tista' ma tagħtix effett sħiħ lill-obbligu li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw ir-ritorn, li jwassal għall-annullament tal-operazzjonijiet ta' ritorn minħabba ħarba. |
|
(25) |
Sakemm issir l-adozzjoni tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini minn pajjiżi terzi residenti illegalment (10), l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltà li jdaħħlu twissija dwar il-projbizzjoni ta' dħul skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
|
(26) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha marbuta bid-Direttiva 2008/115/KE. |
|
(27) |
L-Istati Membri għandhom jagħtu struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom kompetenti li jwettqu kompiti relatati mar-ritorn biex japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni meta jwettqu dmirijiethom. |
|
(28) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonforma mad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din ir-Rakkomandazzjoni tiżgura r-rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 14, 18, 19, 24 u 47 tal-Karta u għandha tiġi implimentata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
KAPAĊITAJIET RINFURZAT U AĦJAR TA' RITORN
|
(1) |
Biex jindirizzaw l-ostakli proċedurali, tekniċi, u operattivi eżistenti għal ritorni aktar effettivi, l-Istati Membri għandhom mill-1 ta' Ġunju 2017 jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jwettqu r-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment billi jiżguraw approċċ integrat u kkoordinat. |
|
(2) |
L-għanijiet ta' approċċ integrat u koordinat bħal dan fil-qasam tar-ritorn għandhom ikunu:
|
|
(3) |
L-approċċ integrat u kkoordinat fil-qasam tar-ritorn għandu jissodisfa, b'mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:
|
|
(4) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unitajiet jew il-korpi inkarigati biex jiżguraw l-approċċ integrat u kkoordinat ikunu allokati r-riżorsi umani, finanzjarji u materjali kollha meħtieġa. |
ĦRUĠ SISTEMATIKU TA' DEĊIŻJONIJIET TA' RITORN
|
(5) |
Għall-iskop li jkun żgurat li deċiżjonijiet ta' ritorn jinħarġu b'mod sistematiku lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jew ma jkollhomx jew m'għadx għandhom id-dritt li jibqgħu fl-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom:
|
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet ta' ritorn ikollhom perjodu mhux limitat, sabiex ikunu jistgħu jiġu infurzati f'kull mument mingħajr il-ħtieġa għal tnedija mill-ġdid ta' proċeduri ta' ritorn wara ċertu perjodu ta' żmien. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jittieħed kont ta' kull bidla fis-sitwazzjoni individwali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż ir-riskju ta' refoulement. |
|
(7) |
L-Istati Membri għandhom jintroduċu b'mod sistematiku fid-deċiżjonijiet ta' ritorn l-informazzjoni li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jridu jħallu t-territorju tal-Istat Membru biex jilħqu pajjiż terz, biex jiskoraġġixxu u jevitaw movimenti sekondarji mhux awtorizzati. |
|
(8) |
L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/115/KE meta dan jista' jipprovdi għal proċeduri aktar effettivi, b'mod partikolari fl-iffaċċjar ta' pressjoni migratorja sinifikanti. |
L-INFURZAR EFFETTIV TAD-DEĊIŻJONIJIET TA' RITORN
|
(9) |
Għall-iskop li jiġi żgurat ritorn rapidu taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment, l-Istati Membri għandhom:
|
|
(10) |
Għall-iskop li tkun żgurata effettivament it-tneħħija taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment, l-Istati Membri għandhom:
|
|
(11) |
Fir-rigward taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment li intenzjonalment jostakolaw il-proċessi ta' ritorn, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta' sanzjonijiet skont il-liġi nazzjonali. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u m'għandhomx ifixklu l-kisba tal-għan tad-Direttiva 2008/115/KE. |
SALVAGWARDJI PROĊEDURALI U RIMEDJI
|
(12) |
L-Istati Membri għandhom:
|
FAMILJA U TFAL
|
(13) |
Biex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tat-tfal, u jitqiesu b'mod sħiħ l-aħjar interessi tat-tfal u l-ħajja tal-familja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE, l-Istati Membri għandhom:
|
|
(14) |
Fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u tal-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2008/115/KE, l-Istati Membri ma għandhomx jipprekludu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom il-possibbiltà li jqiegħdu l-minuri f'detenzjoni, fejn dan hu strettament meħtieġ biex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni finali ta' ritorn safejn l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiżguraw li miżuri inqas koersivi mid-detenzjoni jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv sabiex ikun żgurat ritorn effettiv. |
IR-RISKJU TA' ĦARBA
|
(15) |
Kull waħda miċ-ċirkustanzi oġġettivi li ġejjin għandhom jikkostitwixxu preżunzjoni konfutabbli li hemm riskju ta' ħarba:
|
|
(16) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kriterji li ġejjin jitqiesu kif xieraq bħala indikazzjoni li ċittadin ta' pajjiż terz residenti illegament jippreżenta riskju ta' ħarba:
|
TLUQ VOLONTARJU
|
(17) |
L-Istati Membri għandhom jagħtu biss it-tluq volontarju wara talba miċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat, filwaqt li jiżguraw li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun infurmat tajjeb dwar il-possibbiltà li jippreżenta tali applikazzjoni. |
|
(18) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu fid-deċiżjoni ta' ritorn l-iqsar perjodu possibbli għat-tluq volontarju meħtieġ biex ikun organizzat u jitmexxa r-ritorn, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi individwali tal-każ. |
|
(19) |
Fid-determinazzjoni tat-tul tal-perjodu għat-tluq volontarju, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw iċ-ċirkostanzi individwali tal-każ, b'mod partikolari l-prospetti tar-ritorn u r-rieda taċ-ċittadin ta' pajjiż terz residenti illegalment li jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb ta' ritorn. |
|
(20) |
Perjodu itwal minn sebat ijiem għandu jingħata biss meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz residenti illegalment jikkopera b'mod attiv fid-dawl tar-ritorn. |
|
(21) |
L-ebda perijodu għat-tluq volontarju m'għandu jingħata fil-każijiet previsti fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115/KE, b'mod partikolari meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz residenti illegalment jippreżenta riskju ta' ħarba kif previst fil-punti 15 u 16 ta' din ir-Rakkomandazzjoni u f'każijiet ta' kundanni preċedenti għal reati kriminali serji fi Stati Membri oħra. |
PROGRAMMI TA' RITORN VOLONTARJU ASSISTIT
|
(22) |
L-Istati Membri għandu jkollhom programmi ta' ritorn volontarju assistit operattivi sal-1 ta' Ġunju 2017, li għandhom ikunu konformi mal-istandards komuni dwar il-Programmi ta' Ritorn u Reintegrazzjoni Volontarji Assistiti żviluppati mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u approvati mill-Kunsill (14). |
|
(23) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex itejbu l-proċess tagħhom ta' tixrid ta' informazzjoni dwar ir-ritorn volontarju u l-programmi ta' ritorn volontarju assistit lil ċittadini minn pajjiżi terzi residenti illegalment, b'kooperazzjoni mas-servizzi nazzjonali tal-edukazzjoni, is-servizzi soċjali u dawk tas-saħħa. |
PROJBIZZJONIJIET TA' DĦUL
|
(24) |
Għall-iskop li jsir użu sħiħ tal-projbizzjonijiet ta' dħul, l-Istati Membri għandhom:
|
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Dimitris AVRAMOPOULOS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta' Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7).
(4) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20-21 ta' Ottubru 2016, EUCO 31/16.
(5) L-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill Ewropew 43/17 tat-3 ta' Frar 2017.
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu, 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE tat-28 ta' Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 34).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE tat-23 ta' Frar 2004 li tistabbilixxi l-kriterji u l-arranġamenti prattiċi għall-kumpens tal-iżbilanċi finanzjarji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/40/KE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (ĠU L 60, 27.2.2004, p. 55).
(9) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, każ C-562/13 tat-18 ta' Diċembru 2014.
(10) COM(2016) 881 final.
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).
(12) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 2013.6.29, p. 60).
(13) Ir-Regolament (UE) 2016/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u li jħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 (ĠU L 311, 2016.11.17, p. 13).
(14) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9-10 ta' Ġunju 2016.