ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 64

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
10 ta' Marzu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/418 tat-28 ta' Frar 2017 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/419 tad-9 ta' Marzu 2017 li japprova s-sustanza bażika Urtica spp. skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/420 tad-9 ta' Marzu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' żejt tas-sagħtar, żejt tal-ħlewwa stellata sintetiku u trab mill-qoxra tas-siġra tal-quillaja bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ tas-simna, tiġieġ imrobbi għall-bajd, speċijiet minuri tat-tjur tas-simna u mrobbi għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Delacon Biotechnik GmbH) ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/421 tad-9 ta' Marzu 2017 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/422 tad-9 ta' Marzu 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

46

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/423 tad-9 ta' Marzu 2017 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Maqgħuda C-659/13 u C-34/14

72

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/424 tad-9 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

105

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/425 tad-9 ta' Marzu 2017 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għas-sitt sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

107

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/426 tas-7 ta' Marzu 2017 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

108

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/427 tat-8 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE dwar il-miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) (notifikata bid-dokument C(2017) 1482)

109

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE ( ĠU L 173, 12.6.2014 )

116

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/418

tat-28 ta' Frar 2017

dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni u l-Gvern tal-Gżejjer Cook innegozjaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (“il-Ftehim”) għal perijodu ta' ħames snin, li jiġġedded b'mod taċitu, kif ukoll Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (“il-Protokoll”), biex il-bastimenti tal-Unjoni jingħataw opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li tagħhom il-Gżejjer Cook għandhom id-drittijiet ta' sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fejn jidħol is-sajd.

(2)

Il-Ftehim u l-Protokoll ġew iffirmati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/776 (2) u japplikaw b'mod provviżorju mill-14 ta' Ottubru 2016.

(3)

Il-Ftehim stabbilixxa Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tat-twettiq, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Sabiex jiffaċilita l-approvazzjoni ta' tali modifiki, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, soġġetta għal kondizzjonijiet speċifiċi, li tapprovahom skont proċedura simplifikata.

(4)

Il-Ftehim u l-Protokoll għandhom jiġu approvati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu b'dan huma approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifiki previsti fl-Artikolu 17 tal-Ftehim u fl-Artikolu 13 tal-Protokoll (3).

Artikolu 3

Suġġett għad-dispożizzjonijiet u għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tapprova, f'isem l-Unjoni, il-modifiki għall-Protokoll fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

J. HERRERA


(1)  Il-kunsens tal-14 ta' Frar 2017 (għadu ma ġiex ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/776 tad-29 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 131, 20.5.2016, p. 1).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ANNESS

Il-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat mogħtija u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt

(1)

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mal-Gvern tal-Gżejjer Cook u, meta jkun xieraq u sakemm tkun konformi mal-punt 3 ta' dan l-Anness, tapprova l-modifiki għall-Protokoll fejn jidħlu l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-reviżjoni tal-livell ta' opportunitajiet tas-sajd u, konsegwentement, tal-kontribuzzjoni finanzjarja, f'konformità mal-Artikolu 5 u l-punt (a) tal-Artikolu 6(3) tal-Ftehim u l-Artikoli 5 u 6 tal-Protokoll;

(b)

id-deċiżjonijiet dwar il-modalitajiet tal-appoġġ settorjali skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(3) tal-Ftehim u l-Artikolu 3 tal-Protokoll;

(c)

il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tekniċi skont liema l-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 6(3) tal-Ftehim u l-Artikoli 4 u 6 tal-Protokoll.

(2)

Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim, l-Unjoni għandha:

(a)

taġixxi skont l-għanijiet li ssegwi l-Unjoni fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(b)

tikkonforma mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2012 dwar Komunikazzjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(c)

tippromwovi pożizzjonijiet li huma konsistenti mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali.

(3)

Meta waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt ikun maħsub li tiġi adottata deċiżjoni dwar l-emendi fil-Protokoll imsemmija fil-punt 1, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-pożizzjoni li tittieħed f'isem l-Unjoni tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u informazzjoni rilevanti oħra trażmessa lill-Kummissjoni.

Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, dokument li jispjega fid-dettall il-pożizzjoni proposta tal-Unjoni għandha tiġi trażmessa mis-servizzi tal-Kummissjoni, f'ħin suffiċjentement qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-analiżi u għall-approvazzjoni.

Fejn jidħlu l-kwistjonijiet imsemmija fil-punt 1(a), l-approvazzjoni tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni għandha teħtieġ maġġoranza kkwalifikata tal-voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta' tħejjija għandha titqies li tkun ġiet approvata, ħlief meta għadd ta' Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka joġġezzjonaw għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta' tħejjija, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. F'każ li jkun hemm tali oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Kunsill.

Jekk, waqt il-bqija tal-laqgħat, fosthom laqgħat fuq il-post, ma jkunx jista' jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.

(4)

Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fi żmien dovut, kwalunkwe pass meħtieġ sabiex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, billi tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u billi tressaq kwalnukwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.


REGOLAMENTI

10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/419

tad-9 ta' Marzu 2017

li japprova s-sustanza bażika Urtica spp. skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-18 ta' Awwissu 2015 il-Kummissjoni waslitilha applikazzjoni mill-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) għall-approvazzjoni ta' Urtica spp. bħala sustanza bażika. Ma' dik l-applikazzjoni ngħatat l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3). Barra minn hekk, fil-5 ta' Jannar 2016 il-Kummissjoni waslitilha applikazzjoni mingħand Myosotis għall-approvazzjoni tal-Ħurrieq bħala sustanza bażika. Filwaqt li jitqies li l-applikazzjoni tikkonċerna wkoll Urtica spp., iżda b'użu propost differenti, il-Kummissjoni amalgamat l-evalwazzjoni taż-żewġ applikazzjonijiet.

(2)

Il-Kummissjoni talbet l-għajnuna xjentifika mingħand l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). Fit-28 ta' Lulju 2016 (2), l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar is-sustanza inkwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' rieżami (3) kif ukoll abbozz ta' dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fis-7 ta' Diċembru 2016 u ffinalizzathom għal-laqgħa ta' dak il-Kumitat fl-24 ta' Jannar 2017.

(3)

Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li Urtica spp. tissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, is-sustanza ma tintużax b'mod predominanti għal skopijiet ta' protezzjoni tal-pjanti, iżda madankollu hija utli għall-protezzjoni tal-pjanti fi prodott li jikkonsisti mis-sustanza u mill-ilma. Konsegwentement, għandha titqies bħala sustanza bażika.

(4)

Minn bosta eżaminazzjonijiet li saru deher li Urtica spp. tista' tkun mistennija li tissodisfa, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' rieżami tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li Urtica spp. tiġi approvata bħala sustanza bażika.

(5)

B'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ madankollu li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, li huma spjegati fid-dettall fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)

B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza bażika

Is-sustanza Urtica spp. kif speċifikat fl-Anness I hija approvata bħala sustanza bażika soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2016. Outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance applications for Urtica spp. for use in plant protection as insecticide, acaricide and fungicide. (L-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni tas-sustanza bażika għal Urtica spp. biex tintuża għall-protezzjoni tal-pjanti bħala insettiċida, akariċida u funguċida.) Pubblikazzjoni ta' appoġġ tal-EFSA 2016:EN-1075. 72 pp.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=MT.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Urtica spp.

Nru CAS 84012-40-8 (estratt ta' Urtica dioica)

Nru CAS 90131-83-2 (estratt ta' Urtica urens)

Urtica spp.

European Pharmacopeia

It-30 ta' Marzu 2017

Urtica spp. għandha tintuża b'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar Urtica spp. (SANTE/11809/2016) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza bażika jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“14

Urtica spp.

Nru CAS 84012-40-8 (estratt ta' Urtica dioica)

Nru CAS 90131-83-2 (estratt ta' Urtica urens)

Urtica spp.

European Pharmacopeia

It-30 ta' Marzu 2017

Urtica spp. għandha tintuża b'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar Urtica spp. (SANTE/11809/2016) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.”


(*1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza bażika jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/420

tad-9 ta' Marzu 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' żejt tas-sagħtar, żejt tal-ħlewwa stellata sintetiku u trab mill-qoxra tas-siġra tal-quillaja bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ tas-simna, tiġieġ imrobbi għall-bajd, speċijiet minuri tat-tjur tas-simna u mrobbi għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Delacon Biotechnik GmbH)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u għall-proċeduri tal-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' żejt tas-sagħtar, żejt tal-ħlewwa stellata sintetiku u trab mill-qoxra tas-siġra tal-quillaja bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ tas-simna, tiġieġ imrobbi għall-bajd, speċijiet minuri tat-tjur tas-simna u mrobbi għall-bajd. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' żejt tas-sagħtar, żejt tal-ħlewwa stellata sintetiku u trab mill-qoxra tas-siġra tal-quillaja bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ tas-simna, tiġieġ imrobbi għall-bajd, speċijiet minuri tat-tjur tas-simna u mrobbi għall-bajd, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-4 ta' Diċembru 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' żejt tas-sagħtar, żejt tal-ħlewwa stellata sintetiku u trab mill-qoxra tas-siġra tal-quillaja ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni għandha l-potenzjal li ttejjeb il-prestazzjoni tat-tiġieġ tas-simna. Skont l-Awtorità, din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u tista' tiġi estrapolata għall-ispeċijiet minuri kollha ta' pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' żejt tas-sagħtar, żejt tal-ħlewwa stellata sintetiku u trab mill-qoxra tas-siġra tal-quillaja turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew issodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2016;14(7):4351.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni)

4d15

Delacon Biotechnik GMBH

Żejt tas-sagħtar, żejt tal-ħlewwa stellata sintetiku u trab mill-qoxra tas-siġra tal-quillaja

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta' żjut essenzjali mikroinkapsulati tas-sagħtar (Thymus vulgaris L.) (1) u tal-ħlewwa stellata sintetiku (2): ≥ 74 mg/g,

trab mill-qoxra tas-siġra tal-quillaja (Quillaja saponaria) ≥ 200 mg/g

Saponini ≤ 23 mg/g

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi:

Żejt tas-sagħtar Timol 2-4 mg/g

Żejt tal-ħlewwa stellata (prodott permezz ta' sinteżi kimika): (trans u ċis)-anetol 40-50 mg/g

trab mill-qoxra tas-siġra tal-quillaja (Quillaja saponaria) ≥ 200 mg/g

Metodi analitiċi  (3)

Kwantifikazzjoni tat-timol fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS)

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ imrobbi għall-bajd

Speċijiet minuri tat-tjur tas-simna u mrobbi għall-bajd

150

150

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, iż-żmien tal-ħżin u l-istabbiltà f'gerbub.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

It-30 ta' Marzu 2027


(1)  Kif definit mill-Farmakopea Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa (PhEur, 2005)

(2)  Taħlita ta' komposti puri li jikkupjaw il-profil ta' żejt essenzjali naturali bi ħlewwa stellata (mingħajr estragole).

(3)  id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-laboratorju ta' referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/421

tad-9 ta' Marzu 2017

li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni antisussidji (“l-investigazzjoni oriġinali”), skont ir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 (2), il-Kunsill impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010).

(2)

Wara investigazzjoni antidumping, skont ir-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (3), il-Kunsill impona wkoll dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja.

(3)

Wara rieżami interim parzjali ex officio tal-miżuri kompensatorji, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1354/2008 (4) il-Kunsill emenda r-Regolamenti (KE) Nru 1628/2004 u (KE) Nru 1629/2004.

(4)

Wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kompensatorji skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1185/2010 (5) il-Kunsill estenda l-miżuri kompensatorji. Wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri tal-antidumping, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1186/2010 (6) il-Kunsill estenda l-miżuri tal-antidumping.

(5)

Il-miżuri kompensatorji ħadu l-forma ta' rata tad-dazju ad valorem ta' 6,3 % u 7,0 % għal importazzjonijiet minn esportaturi speċifikati b'mod individwali, b'rata ta' dazju residwa ta' 7,2 %.

2.   Talba għal rieżami tal-iskadenza

(6)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż tal-iskadenza imminenti (7) tal-miżuri kompensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja, il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (8).

(7)

It-talba saret minn SGL Carbon GmbH, minn TOKAI Erftcarbon GmbH u minn GrafTech Switzerland SA (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit.

(8)

It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġunament li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar u għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Il-bidu

(9)

Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza, fil-15 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' notifika ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (9) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009.

4.   Investigazzjoni parallela

(10)

Permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Diċembru 2015 (10), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (11) tal-miżuri tal-antidumping definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja.

5.   Il-partijiet interessati

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lill-produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati, u lill-awtoritajiet Indjani dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jipparteċipaw.

(12)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ.

5.1.   Teħid ta' kampjuni

(13)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjuni mill-partijiet interessati, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(a)   Teħid ta' kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(14)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuqi l-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, meta wieħed iqis ukoll iż-żona ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'erba' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrapreżentaw aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, abbażi tal-informazzjoni li waslet matul l-eżami tar-rappreżentattività. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkumentaw dwar dan il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun kien ikkonfermat. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(b)   Teħid ta' kampjuni tal-importaturi

(15)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi kollha mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(16)

L-ebda importatur ma ppreżenta lilu nnifsu biex jagħti l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta' Bidu.

5.2.   Il-kwestjonarji u ż-żjarat ta' kontroll

(17)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-Gvern tal-Indja (“GTI”), lill-produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun, liż-żewġ produtturi/esportaturi Indjani magħrufin u lil 53 utent li daħlu f'kuntatt wara l-bidu.

(18)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-GTI, l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, produttur esportatur Indjan wieħed u tmien utenti.

(19)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tas-sussidjar u tad-dannu li jirriżulta u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' kontroll skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-GTI f'Delhi u f'Bhopal, u tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi tal-Unjoni:

Graftech France SNC, Calais, Franza

Graftech Iberica S.L., Navarra, Spanja

SGL Carbon SA, Wiesbaden, il-Ġermanja

Tokai Erftcarbon GmbH, Grevenbroich, il-Ġermanja

(b)

Produttur esportatur fl-Indja

HEG Limited, Bhopal (“HEG”)

6.   Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu taħt kunsidrazzjoni

(20)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami” jew “PIR”). L-eżaminar tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(21)

Il-prodott ikkonċernat huwa elettrodi tal-grafit tat-tip użat għal fran tal-elettriku, b'densità apparenti ta' 1,65 g/cm3 jew aktar u b'reżistenza elettrika ta' 6,0 μ.Ω.m jew inqas, u bżieżel użati għal dawn l-elettrodi, kemm jekk impurtati flimkien kif ukoll jekk b'mod separat li joriġinaw mill-Indja (“GES” jew “il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa jaqa' fil-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u ex 8545 90 90 (il-kodiċi TARIC 8545909010).

2.   Prodott simili

(22)

L-investigazzjoni uriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott li qed jiġi rieżaminat

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(23)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont l-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAS-SUSSIDJAR

1.   Introduzzjoni

(24)

Skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar.

(25)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-iskemi li ġejjin, li allegatament kienu jinvolvu l-għoti ta' sussidji:

 

Skemi Nazzjonali

(a)

L-iskema ta' rifużjoni tad-dazji (Duty Drawback Scheme, “DDS”);

(b)

L-iskema ta' awtorizzazzjoni avvanzata (Advance Authorisation Scheme, “AAS”);

(c)

L-iskema ta' fowkus fuq is-suq (Focus Market Scheme, “FMS”)

(d)

L-iskema ta' esportazzjoni tal-merkanzija mill-Indja (Merchandise Export from India Scheme, “MEIS”);

(e)

L-iskema ta' promozzjoni tal-esportazzjoni ta' oġġetti kapitali (Export Promotion Capital Goods Scheme, “EPCGS”);

(f)

L-iskema ta' kreditu tal-esportazzjoni (Export Credit Scheme, “ECS”);

 

Skema reġjonali

(g)

L-iskema ta' eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku (Electricity Duty Exemption Scheme, “EDES”).

(26)

L-iskemi speċifikati fil-punti (a) sa (e) hawn fuq huma bbażati fuq il-Foreign Trade (Development and Regulation) Act 1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (“Foreign Trade Act”). Il-Foreign Trade Act jawtorizza lill-Gvern tal-Indja (“GTI”) biex joħroġ notifikazzjonijiet dwar il-politika tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti msejħa “Foreign Trade Policy”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames (5) snin u jiġu aġġornati regolarment. Żewġ dokumenti tal-Foreign Trade Policy huma rilevanti għall-PIR ta' din l-investigazzjoni: Foreign Trade Policy 2009-2014 (“FTP 09-14”) u Foreign Trade Policy 2015-2020 (“FTP 15-20”). Dan tal-aħħar daħal fis-seħħ f'April 2015. Il-GTI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 09-14 u l-FTP 15-20 fil-“Handbook of Procedures, Volume I, 2009-2014” (“HOP I 04-09”) u l-“Handbook of Procedures, Volume I, 2015-2020” (“HOP I 15-20”) rispettivament. Dawn il-manwali ta' proċeduri (“Handbooks of Procedures”) huma aġġornati fuq bażi regolari.

(27)

L-iskema ECS speċifikata fil-punt (f) aktar 'il fuq hija bbażata fuq it-Taqsimiet 21 u 35 A tal-Banking Regulation Act 1949, li jippermetti lir-Reserve Bank of India (“RBI”) jidderieġi l-banek kummerċjali fil-qasam tal-kreditu għall-esportazzjoni.

(28)

L-iskema speċifikata fil-punt (g) hawn fuq hija mmaniġġata mill-awtoritajiet tal-Istat ta' Madhya Pradesh.

(29)

Id-DDS, taħt il-forma tal-iskema predeċessur tagħha d-Duty Entitlement Passbook Scheme (“DEPB”) (12), u l-EPCGS kienu diġà kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali filwaqt li l-AAS, l-FMS, l-MEIS, l-ECS ul-EDES ma kinux investigati.

(30)

Kif imsemmi aktar 'il fuq fil-premessa (18), wieħed biss mill-produtturi esportaturi Indjani kkoopera. Dan il-produttur esportatur kien jirrappreżenta aktar minn 95 % tal-importazzjonijiet Indjani kollha tal-GES fl-Unjoni u 50 % mill-kapaċità tal-produzzjoni totali stmata fl-Indja. Il-kapaċità tal-produzzjoni fl-Indja ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-kwestjonarju vverifikat tal-produttur esportatur li kkoopera u r-rapporti finanzjarji disponibbli pubblikament tal-produttur esportatur li ma kkooperax. Għalhekk, il-kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Indjani tqieset bħala baxxa. L-awtoritajiet Indjani ġew informati kif xieraq li minħabba l-kooperazzjoni baxxa tal-produtturi esportaturi Indjani, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment.

(31)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTI ddikjara li l-kooperazzjoni ma setgħetx tiġi kkunsidrata li kienet ftit billi l-produttur li kkoopera kien jirrappreżenta aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet Indjani tal-GES lejn l-Unjoni matul il-PIR u 50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni totali stmata fl-Indja. F'dan ir-rigward huwa ċċarat li l-Kummissjoni stabbilixxiet il-livell tal-kooperazzjoni fuq il-bażi tal-kapaċità totali tal-produzzjoni fl-Indja li kienet ikkunsidrata aktar rilevanti mill-volumi ta' esportazzjoni Indjana ta' GES lejn l-Unjoni matul il-PIR fil-kuntest ta' rieżami ta' skadenza. Billi fl-Indja hemm żewġ produtturi kbar tal-istess dimensjoni u wieħed minnhom biss ikkoopera, huwa ġġustifikat li l-kooperazzjoni tiġi kkwalifikata bħala mhux għolja billi l-kumpanija li ma kkooperatx għandha potenzjalment piż kbir fuq il-valutazzjoni li kemm x'aktarx is-sussidjar ikompli u jkun hemm rikorrenza tad-dannu. Tabilħaqq, kif spjegat fil-premessa (155), il-produttur li ma kkooperax kważi waqaf jesporta lejn l-Unjoni minħabba l-livelli tad-dazji u probabbli kien jerġa' jibda jesporta fi kwantitajiet aktar sinifikanti f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Bħala konsegwenza ta' dan, minħabba kull wieħed miż-żewġ produtturi jirrappreżenta 50 % tal-kapaċita tal-produzzjoni totali tal-Indja, ma jistax jiġi eskluż li s-sehem rispettiv tagħhom mit-total tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni jsiru aktar bilanċjati u għaldaqstant kompletament differenti mill-proporzjon ta' madwar 95/5 osservat matul il-PIR. Għalhekk din it-talba ġiet miċħuda. F'kull każ, il-Kummissjoni tinnota li din it-talba hija barra minn postha fil-kuntest ta' rieżami ta' skadenza, fejn l-għan hu li jiġi deċiż jekk hemmx kontinwazzjoni tas-sussidju. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-uniku produttur esportatur, il-Kummissjoni tista' diġà tikkonkludi li hemm kontinwazzjoni tas-sussidju. Għalhekk, jekk il-grad ta' kooperazzjoni kienx għoli jew baxx huwa kompletament irrelevanti.

2.   Skema ta' rifużjoni tad-dazji (Duty Drawback Scheme, DDS)

2.1.   Il-Bażi Ġuridika

(32)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DDS tinsab fil-Custom & Central Excise Duties Drawback Rules 1995 kif emendati b'notifiki suċċessivi.

2.2.   Eliġibbiltà

(33)

Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

2.3.   Implimentazzjoni prattika

(34)

Esportatur eliġibbli jista' japplika għal ammont ta' rifużjoni li jiġi kkalkolat bħala perċentwal tal-valur frank abbord (free-on-board, “FOB”) tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Ir-rati ta' restituzzjoni ġew stabbiliti mill-GTI għal għadd ta' prodotti, inkluż il-prodott li qed jiġi rieżaminat. Huma jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kwantità medja jew il-valur medju tal-materjali użati bħala fatturi produttivi fil-manifattura ta' prodott u l-ammont medju tad-dazji mħallsa fuq il-fatturi produttivi. Dawn huma applikabbli irrispettivament minn jekk ikunux tħallsu d-dazji tal-importazzjoni jew le. Matul il-PIR, ir-rata tad-DDS kienet ta' 3 % b'limitu massimu ta' 3,2 INR/kg sat-22 ta' Novembru 2014 u 2,4 % b'limitu massimu ta' 8 INR/kg wara din id-data.

(35)

Biex tibbenefika minn din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-server Doganali (ICEGATE), huwa indikat li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS huwa ffissat irrevokabbilment. Wara li l-kumpanija tal-konsenja tkun ippreżentat il-Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni (Export General Manifest, EGM) u l-Uffiċċju doganali jkun qabbel b'mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-data fil-polza tat-tagħbija, ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha sabiex jiġi awtorizzat il-ħlas tal-ammont ta' rifużjoni jew permezz ta' ħlas dirett fil-kont bankarju tal-esportatur jew permezz ta' mandat.

(36)

L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta' realizzazzjoni tar-rikavat mill-esportazzjoni permezz ta' dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni (Bank Realisation Certificate, BRC). Dan id-dokument jista' jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta' rifużjoni iżda l-GTI se jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jippreżenta l-BRC fi żmien raġonevoli.

(37)

L-ammont ta' rifużjoni jista' jintuża għal kwalunkwe għan.

(38)

Skont l-istandards Indjani tal-kontabbiltà, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jista' jiddaħħal fil-kotba fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, malli jitwettaq l-obbligu ta' esportazzjoni.

(39)

Instab li l-produttur esportatur li kkoopera kompla jibbenefika mid-DDS matul il-PIR.

2.4.   Konklużjoni dwar id-DDS

(40)

Kif ġie nnutat fl-investigazzjoni oriġinali d-DDS tipprovdi sussidji fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont ta' rifużjoni tad-dazju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI minħabba li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu ta' dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(41)

Ir-rata ta' rifużjoni tad-dazju għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GTI fuq bażi ta' prodott bi prodott. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ rifużjoni tad-dazju, l-iskema ma għandhiex il-karatteristiċi ta' sistema ta' rifużjoni ta' dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex marbut ma' ħlasijiet attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu fuq id-dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni ta' materja prima fil-passat jew fil-futur.

(42)

Matul iż-żjara ta' kontroll, il-GTI u l-produttur esportatur li kkoopera ddikjaraw li kien hemm rabta adegwata bejn ir-rati tar-rifużjoni kif ukoll id-dazji mħallsa fuq il-materja prima. Dan minħabba li l-GTI jqis il-kwantità jew il-valur medji tal-materjali li jintużaw bħala fatturi produttivi fil-manifattura tal-prodott kif ukoll l-ammont medju ta' dazji mħallsa fuq il-fatturi produttivi fid-determinazzjoni tar-rati ta' rifużjoni fuq id-dazji.

(43)

Madankollu, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li r-rabta allegata bejn ir-rati ta' rifużjoni u d-dazji mħallsa fuq il-materja prima hija biżżejjed sabiex l-iskema tkun tikkonforma mar-regoli stipulati fl-Anness I, l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, l-ammont tal-kreditu mhuwiex ikkalkulat fil-konfront tal-fatturi produttivi użati. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema fatturi produttivi (inklużi l-ammonti u l-oriġini tagħhom) jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-entrata (I) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-fatturi produttivi u t-tranżazzjonijiet li effettivament intużaw jew saru sabiex jiddetermina jekk kienx hemm ħlas eċċessiv. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(44)

Konsegwentement, il-ħlas li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI sussegwenti għal esportazzjonijiet li jsiru mill-esportaturi għandu jitqies bħala għotja diretta tal-GTI li tiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk huwa kkunsidrat bħala speċifiku u kompensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

2.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(45)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidji kompensatorji ġie kkalkulat f'termini tal-benefiċċju mogħti lil min jirċievi, li nstab li jeżisti matul il-PIR. F'dan ir-rigward, ġie kkunsidrat li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta' rifużjoni, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-tagħbija tal-esportazzjoni li turi, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont ta' rifużjoni li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, u billi ma hemm l-ebda evidenza kredibbli li turi mod ieħor, huwa meqjus xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti ta' rifużjoni miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru taħt din l-iskema matul il-PIR.

(46)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dawn l-ammonti ta' sussidju ġew allokati fuq il-fatturat totali tal-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat matul il-PIR bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(47)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 2,02 %.

3.   L-iskema ta' awtorizzazzjoni avvanzata (Advance Authorisation Scheme, “AAS”)

3.1.   Il-bażi ġuridika

(48)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi minn 4.1.1 sa 4.1.14 tal-FTP 09-14 u l-kapitoli minn 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 09-14 kif ukoll il-paragrafi minn 4.03 sa 4.24 tal-FTP 15-20 u l-kapitoli minn 4.04 sa 4.52 tal-HOP I 15-20.

3.2.   Eliġibbiltà

(49)

L-AAS tikkonsisti f'sitt sottoskemi, kif deskritt f'iktar dettall fil-premessa (50) aktar 'l isfel. Dawk is-sottoskemi huma differenti inter alia fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma' manifatturi ta' sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi AAS u għall-AAS għal sottoskemi ta' rekwiżit annwali. Il-manifatturi–esportaturi li jfornu l-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji ta' “esportazzjoni preżunta” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-FTP 09-14, bħal fornituri ta' unità orjentata lejn l-esportazzjoni (export oriented unit, “EOU”), huma eliġibbli għas-sottoskema tal-esportazzjoni preżunta tal-AAS. Eventwalment, il-fornituri intermedji tal-manifatturi-esportaturi huma eliġibbi għall-benefiċċji ta' “esportazzjoni preżunti” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (Advance Release Order, “ARO”) u l-ħruġ ta' ittra ta' kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta' qabel.

3.3.   Implimentazzjoni prattika

(50)

L-AAS tista' tinħareġ għal:

(i)

Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hi s-sottoskema ewlenija. Din tippermetti l-importazzjoni bla dazju ta' fatturi produttivi meħtieġa għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott ta' esportazzjoni speċifiku. “Fiżiku” f'dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Permess għall-importazzjoni u obbligu għall-esportazzjoni inkluż it-tip ta' prodott għall-esportazzjoni jkunu speċifikati fil-liċenzja.

(ii)

Rekwiżit annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhijiex konnessa ma' prodott ta' esportazzjoni speċifiku, iżda ma' grupp ta' prodotti aktar wiesa' (pereżempju, prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta' liċenzja jista'– sa ċertu limitu fil-valur iffissat skont kif tkun marret l-esportazzjoni fil-passat — jimporta bla ħlas ta' dazju kull fattur produttiv li jkun se jintuża fil-manifattura ta' kull oġġett li jaqa' f'dan il-grupp ta' prodotti. Jista' jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta u li huwa fil-grupp ta' prodotti li juża dan il-materjal eżentat mid-dazju;

(iii)

Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkunu beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta' produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista' jimporta fatturi produttivi mingħajr dazju u jista' jikseb għal dan l-għan AAS għal provvisti intermedji. L-esportatur aħħari jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest;

(iv)

Esportazzjonijiet preżunti: Din is-sottoskema tippermetti li kuntrattur ewlieni jimporta bla ħlas ta' dazju l-fatturi produttivi meħtieġa għall-manifattura ta' prodotti li jkunu se jinbiegħu bħala “esportazzjonijiet preżunti” lill-kategoriji ta' klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2 minn (b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-FTP 09-14. Skont il-GTI, esportazzonijiet preżunti jirreferu għal dawk it-tranżazzjonijiet li fihom il-merkanzija fornutama tħallix il-pajjiż. Għadd ta' kategoriji ta' forniment huma kkunsidrati bħala esportazzjonijiet preżunti sakemm il-prodotti jkunu manifatturati fl-Indja, pereż. il-forniment ta' prodotti lil unità orjentata għall-esportazzjoni (export-oriented unit, “EOU”) jew lejn kumpanija lokalizzata f'żona ekonomika speċjali (special economic zone, “SEZ”);

(v)

Ordni ta' Rilaxx bil-Quddiem (Advance Release Order, “ARO”): Id-detentur tal-AAS li għandu l-intenzjoni li jġib il-fatturi produttivi minn sorsi indiġeni, minflok ma jimporta direttament, għandu l-għażla li jġibhom permezz tal-AROs. F'dawn il-każijiet l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem huma vvalidati bħala AROs u huma pagabbli lill-fornitur indiġenu wara li sseħħ il-kunsinna tal-oġġetti speċifikati fiha. Il-ġira tal-kambjala tal-ARO tintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif stipulat fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 09-14 (jiġifieri AAS għal provvisti intermedji/esportazzjoni preżunta, rifużjoni fuq l-esportazzjoni preżunta u rimborż fuq id-dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrimborża t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta' rifużjoni/rimborż tad-dazji. Ir-rimborż ta' taxxi/dazji huwa disponibbli kemm għall-fatturi produttivi lokali kif ukoll għall-fatturi produttivi importati;

(vi)

Ittra ta' kreditu interna ta' garanzija: Din is-sottoskema tkopri għal darb'oħra provvisti indiġeni lil detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista' jkellem lil xi bank biex jiftaħ ittra ta' kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni tiġi vvalidata mill-bank għal importazzjoni diretta, b'konnessjoni biss mal-valur u l-volum ta' oġġetti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu jkun intitolat għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif stipulat fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 09-14 (jiġifieri AAS għall-provvisti intermedji/esportazzjoni preżunta, rifużjoni fuq l-esportazzjoni preżunta u rimborż fuq id-dazju tas-sisa finali).

(51)

Matul il-PIR irriżulta li l-produttur esportatur li kkoopera kiseb konċessjonijiet taħt l-ewwel sottoskema, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta' kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jifdal.

(52)

Għal skopijiet ta'kontroll mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “kont veru u proprju tal-konsum u l-utilizzazzjoni ta' prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f'format speċifikat (il-Kapitoli 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 09-14), jiġifieri reġistru ta' konsum attwali. Dan ir-reġistru jrid jiġi vverifikat minn kontabilist awtorizzat estern/konstabilist estern tal-ispejjeż u x-xogħlijiet li jiċċertifika li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni fornuta skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f'kull aspett.

(53)

Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-PIR mill-kumpanija kkonċernata, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi, il-konċessjoni ta' importazzjoni u l-obbligu ta' esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u jiġu ddokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-ħin tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti għandhom ikunu dokumentati minn uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonjiet permessi skont l-AAS huwa ddeterminat mill-GTI fuq il-bażi ta' Regoli Standard ta' Input-Output (Standard Input Output Norms, “SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott li qed jiġi rieżaminat.

(54)

Il-materjali importati biex jintużaw bħala fatturi produttivi mhumiex trasferibbli u jridu jintużaw biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta' esportazzjoni jrid ikun issodisfat fil-limitu ta' żmien stipulat wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' 6 xhur kull waħda).

(55)

Kif spjegat fil-premessa (26), f'April 2015 daħal fis-seħħ dokument tal-FTP ġdid. F'dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni prattika stipulata fil-premessi (50) sa (54), l-unika bidla li ġabet magħha l-FTP kienet tnaqqis tal-perjodu ta' obbligu ta' esportazzjoni minn 24 xahar għal 18-il xahar. Ta' min jgħid li l-liċenzji kollha użati mill-produttur esportatur li kkoopera matul il-PIR kienu għadhom soġġetti għall-FTP 09-14 billi kienu nħarġu qabel April 2015.

(56)

L-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kinux għadhom onorati jew ittestjati fil-prattika.

(57)

Il-produttur esportatur li kkoopera żamm ċertu reġistru ta' produzzjoni u ta' konsum. Madankollu, ma kienx possibbli li jiġu vverifikati liema fatturi produttivi (inkluż l-oriġini tagħhom) ġew ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti. B'mod partikolari, bis-sistema implimentata ma kienx possibbli li jiġi identifikat u mkejjel bi preċiżjoni jekk kienx hemm remissjoni eċċessiva.

(58)

Rigward ir-rekwiżiti ta' verifika msemmijin fil-premessa (52), instab li l-ebda waħda mil-liċenzji tal-AAS użati mill-kumpanija ma kienet f'punt fiċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li fih kienet dovuta s-sottomissjoni tal-Appendiċi 23 lill-awtoritajiet. Madankollu, instab ukoll li ebda rekord miżmum mill-kumpanija ma kien se jippermetti l-kalkolu tar-remissjoni eċċessiva kif mitlub fl-Appendiċi 23, u għalhekk kull ċertifikazzjoni futura minn kontabilist ikkwalifikat estern/kontabilist estern tal-ispejjeż u tax-xogħlijiet kienet impossibbli.

(59)

Barra minn hekk, kien stabbilit li bejn 75 % u 85 % biss tal-materja prima ewlenija (kokk petroliferu kalċinat jew “CPC”) importata mingħajr dazju skont l-AAS kienet fiżikament inkorporata fil-GES filwaqt li bejn 15 % u 25 % kienet inkorporata f'żewġ prodotti sekondarji, jiġifieri mases jew trab fin. Instab ukoll li tal-anqas parti miż-żewġ prodotti sekondarji kienet tinbiegħ fis-suq domestiku u li ma kien hemm ebda sistema fis-seħħ sabiex jitkejlu l-ammonti proprji tas-CPC importat mingħajr dazju inkorporat fil-prodotti sekondarji esportati jew mibjugħin domestikament).

(60)

Fil-qosor, huwa kkunsidrat li l-esportatur li kkoopera ma kienx kapaċi juri li ġew issodisfati d-dispożizzjonijiet relevanti tal-FTP.

3.4.   Konklużjoni dwar l-AAS

(61)

L-eżenzjoni mid-dazji ta' importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri tikkostitwixxi kontribut finanzjarju tal-Gvern tal-Indja billi tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut u għax tagħti benefiċċju lill-esportatur investigat billi ttejjeb il-likwidità tiegħu.

(62)

Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS jiddependu b'mod ċar fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk preżunti bħala speċifiċi u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi.

(63)

Is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni ta' dazju jew sistema ta' sostituzzjoni ta' rifużjoni ta' dazju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, entrata (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax sistema jew proċedura ta' verifika b'mod effettiv biex jikkonferma jekk il-fatturi produttivi għall-produzzjoni ġewx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti (l-Anness II(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta' skemi ta' rifużjoni b'sostituzzjoni, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Huwa kkunsidrat ukoll li l-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u li fihom infushom ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta' verifika ta' konsum attwali billi t-tfassil ta' dawk in-normi standard ma jippermettix li l-GTI jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti x'ammonti ta' fatturi produttivi ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-GTI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq il-fatturi produttivi attwali involuti, għalkemm ikollu jsir fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv (l-Anness II(5) u l-Anness III(II)(3) għar-Regolament bażiku).

(64)

Is-sottoskema hija għalhekk kumpensabbli.

3.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(65)

Fin-nuqqas ta' sistemi permessi ta' rifużjoni tad-dazju jew sistemi ta' rifużjoni b'sostituzzjoni, il-benefiċċju kumpensabbli huwa r-remissjoni tad-dazji tal-importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-fatturi produttivi.

(66)

Billi ma kienx hemm evidenza affidabbli li turi mod ieħor, l-ammont ta' sussidju għall-produttur esportatur li kkoopera kien ikkalkolat abbażi ta' dazji ta' importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat skont is-sottoskema matul il-PIR (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, fejn saru talbiet ġustifikati, tnaqqsu mill-ammonti tas-sussidju dawk l-ispejjeż li kienu meћtieġa jsiru biex jinkiseb is-sussidju. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju kien allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma kienx mogħti b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(67)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li qed jikkoopera matul l-PIR tammonta għal 0,30 %.

4.   L-iskema ta' suq iffokat (Focus Markets Scheme, FMS)

4.1.   Il-bażi ġuridika

(68)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-FMS tinsab fil-paragrafu 3.14 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafu 3.8 tal-HOP I 09-14.

4.2.   Eliġibbiltà

(69)

Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

4.3.   Implimentazzjoni prattika

(70)

Skont din l-iskema l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha li jinkludu esportazzjonijiet ta' GES lejn pajjiżi notifikati skont it-Tabelli 1 u 2 tal-Appendiċi 37(C) ta' HOP I 09-14 huma intitolati għal kreditu ta' dazju ekwivalwenti għal 3 % tal-valur FOB. Mill-1 ta' April 2011, l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn il-pajjiżi nnotifikati skont it-Tabella 3 tal-Appendiċi 37(C) (“Special Focus Markets”) huma intitolati għal kreditu ta' dazju ekwivalenti għal 4 % tal-valur FOB. Ċertu tip ta' attivitajiet ta' esportazzjoni huma esklużi mill-iskema, pereż. esportazzjonijiet ta' prodotti importati jew prodotti ttrasbordati, esportazzjonijiet preżunti, esportazzjonijiet ta' servizzi u l-qligħ mill-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw skont żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni.

(71)

Il-krediti fuq id-dazju skont l-FMS huma liberament trasferibbli u validi għal perjodu ta' 24 xahar mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' intitolament għall-kreditu rilevanti. Huma jistgħu jintużaw għall-ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet sussegwenti ta' kwalunkwe fattur produttiv jew prodotti, inklużi prodotti kapitali.

(72)

Iċ-ċertifikat ta' intitolament għall-kreditu jinħareġ mill-port minn fejn ikunu saru l-esportazzjonijiet u wara r-realizzazzjoni tal-esportazzjonijiet jew wara li jintbagħtu l-prodotti. Sakemm l-ilmentatur jipprovdi l-kopji tad-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni rilevanti kollha (pereżempju, ordni ta' esportazzjoni, fatturi, poloz tat-tagħbija, dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni), lill-awtoritajiet, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju.

(73)

Instab li l-produttur esportatur li kkoopera rċieva benefiċċji skont l-FMS matul il-PIR.

4.4.   Konklużjoni dwar il-FMS

(74)

L-FMS tipprovdi sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-FMS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b'hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu tal-FMS fuq id-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu.

(75)

Barra minn dan, l-FMS tiddependi fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(76)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma għandu l-ebda obbligu li jikkonsma l-prodotti importati mingħajr dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta' kreditu ma jiġix ikkalkulat b'rabta mal-fatturi produttivi li jintużaw. Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema fatturi produttivi (inklużi l-ammonti u l-oriġini tagħhom) jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat u għaldaqstant jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tal-FMS irrispettivament minn jekk jimportax xi fatturi produttivi jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma jkollu juri li kien importat xi materjal tal-fattur produttiv. Għalhekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw il-fatturi produttivi tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodott li jista' jintuża bħala fattur produttiv, għadhom intitolati li jibbenefikaw mill-FMS. Barra minn hekk, esportatur jista' juża l-krediti ta' dazju tal-FMS biex jimporta prodotti kapitali għalkemm il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu tas-sistemi permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji, kif stabbilit fl-Anness I punt (i) tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-fatturi produttivi u t-tranżazzjonijiet li effettivament intużaw jew saru sabiex jiddetermina jekk kienx hemm ħlas eċċessiv.

4.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(77)

Billi ma kienx hemm evidenza affidabbli li turi mod ieħor, l-ammont ta' sussidji li jistgħu jiġu kkumpensati ġie kkalkulat abbażi tal-benefiċċju li jinstab li jeżisti matul il-PIR li jingħata lir-riċevitur, kif prenotat mill-applikanti fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju ta' transazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat fuq id-dħul mill-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(78)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 0,13 %.

L-irtirar u s-sostituzzjoni ta' FMS

(79)

Wara d-dħul fis-seħħ tal-FTP 15-20 fl-1 ta' April 2015, l-FMS, flimkien ma' erba' skemi oħrajn, ġiet fuża fl-Iskema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (Merchandise Export Incentive Scheme, MEIS) deskritta fil-premessi (83) sa (100). Kif spjegat fid-dokument intitolat “Highlights of the Foreign Trade Policy 2015-2020” (13) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani tal-GTI: “Qabel kien hemm ħames (5) skemi differenti (Focus Product Scheme, Market Linked Focus Product Scheme, Focus Market Scheme, Agri. Infrastructure Incentive Scrip, VKGUY) għall-ippremjar tal-esportazzjonijiet ta' merkanzija b'tipi differenti ta' scrips tad-dazju b'kundizzjonijiet li jvarjaw (speċifiċi għas-setturi jew l-utenti attwali biss) marbutin mal-użu tagħhom. Issa dawn l-iskemi kollha ġew fużi fi skema waħda, jiġifieri l-Merchandise Export from India Scheme […].”

(80)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produttur esportatur li kkoopera qaleb mill-FMS għall-MEIS malli ġiet irtirata l-FMS.

(81)

Fid-dawl tal-premessi (79) u (80), il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sussidjar mogħti mill-FMS ma waqafx iżda ġie sempliċiment fuż u ngħata isem ġdid u li l-benefiċċji mogħtijin mill-FMS baqgħu jingħataw taħt l-iskema l-ġdida. Fuq din il-bażi, huwa meqjus li l-FMS hija hija kumpensabbli.

5.   L-Iskema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (MEIS)

5.1.   Il-bażi ġuridika

(82)

Id-deskrizzjoni dettaljata ta' MEIS tinsab fil-kapitolu 3 tal-FTP 15-20 u fil-kapitolu 3 tal-HOP I 15-20.

(83)

L-MEIS daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2015, jiġifieri f'nofs il-PIR. Huwa mfakkar li, kif spjegat fil-premessi (79) sa (81), l-MEIS hija l-iskema suċċessur tal-FMS u 4 skemi oħra (il-Focus Product Scheme, il-Market Linked Focus Product Scheme, l-Agricultural Infrastructure Incentive Scrip u l-VKGUY).

5.2.   Eliġibbiltà

(84)

Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

5.3.   Implimentazzjoni prattika

(85)

Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mill-MEIS billi jesportaw prodotti speċifiċi lejn pajjiżi speċifiċi li huma kkategorizzati fil-Grupp A (“Swieq Tradizzjonali” inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE), fil-Grupp B (“Swieq Emerġenti u Fowkus”) u l-Grupp Ċ (“Swieq oħrajn”). Il-pajjiżi li jaqgħu taħt kull grupp u l-lista ta' prodotti b'rati ta' ppremjar korrispondenti huma speċifikati fit-Tabella 1 u fit-Tabella 2 rispettivament tal-Appendiċi 3B tal-FTP 15-20.

(86)

Il-benefiċċju jieħu l-forma ta' kreditu ta' dazju ekwivalenti għal perċentwal tal-valur FOB tal-esportazzjoni. Fil-każ tal-GES, instab li dan il-perċentwal huwa 2 % għal esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-Grupp B u 0 % għal esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-Grupp A u Ċ matul il-PIR. Ċerti tipi ta' esportazzjonijiet huma esklużi mill-iskema, pereż. l-esportazzjonijiet ta' prodotti importati jew prodotti trasbordati, esportazzjonijiet preżunti, esportazzjonijiet ta' servizzi u l-fatturat tal-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni.

(87)

Il-krediti tad-dazju taħt l-MEIS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta' 18-il xahar mid-data tal-ħruġ. Jistgħu jintużaw għal: (i) ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta' fatturi produttivi jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali, (ii) ħlas ta' dazji tas-sisa fuq l-akkwist domestiku ta' fatturi produttivi jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali u ħlas, (iii) ħlas tat-taxxa tas-servizzi fuq l-akkwist ta' servizzi.

(88)

Fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani trid timtela applikazzjoni online għat-talba għall-benefiċċji taħt l-MEIS. Dokumentazzjoni rilevanti (poloz tat-tagħbija, dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni u ċertifikat tal-iżbark) trid tkun mehmuża mal-applikazzjoni online. L-Awtorità Reġjonali (“RA”) rilevanti tal-GTI toħroġ il-kreditu ta' dazju wara li tagħmel skrutinju tad-dokumenti. Diment li l-esportatur jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti, l-RA ma għandha ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju.

(89)

Matul il-PIR irriżulta li l-produttur esportatur li kkoopera rċieva benefiċċji skont l-MEIS.

5.4.   Konklużjoni dwar l-MEIS

(90)

L-MEIS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-MEIS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b'hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta' dazju tal-MEIS jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(91)

Barra dan, l-MEIS tiddependi fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(92)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma għandu l-ebda obbligu li jikkonsma l-prodotti importati mingħajr dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta' kreditu ma jiġix ikkalkulat b'rabta mal-fatturi produttivi li jintużaw. Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema fatturi produttivi jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fit-tifsira tal-punt (I) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tal-MEIS irrispettivament minn jekk jimportax xi fatturi produttivi jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma jkollu juri li kien importat xi materjal tal-fattur produttiv. Għalhekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw il-fatturi produttivi tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodott li jista' jintuża bħala fattur produttiv, huma intitolati li jibbenefikaw mill-MEIS. Barra minn hekk, esportatur jista' juża l-krediti ta' dazju tal-MEIS biex jimporta prodotti kapitali għalkemm il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tas-sistemi permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji, kif stabbilit fl-Anness I punt (i) tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Barra minn hekk, ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-fatturi produttivi u t-tranżazzjonijiet li effettivament intużaw jew saru sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ħlas eċċessiv.

(93)

L-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ma kinux direttament eliġibbli għall-MEIS matul il-PIR, bili l-Istati Membri tal-UE huma parti mill-Grupp tal-pajjiżi A li ma kienx eliġibbli għall-benefiċċji tal-MEIS tul dak il-perjodu. Fuq dik il-bażi, il-GTI ddikjara li jinħtieġ li l-MEIS ma jitqisx kompensabbli. Madankollu, il-krediti ta' dazju tal-MEIS miksuba mill-esportaturi tal-GES għal pajjiżi terzi huma liberament trasferibbli u jistgħu jintużaw sabiex ipaċu d-dazji tal-importazzjoni fuq fatturi produttivi inkorporati fil-prodott li qed jiġi rieżaminat anki meta jkun esportat lejn l-Unjoni. Għalhekk tqies li l-MEIS tat benefiċċji lill-esportaturi tal-GES inġenerali, inklużi esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, u għalhekk id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(94)

Wara d-divulgazzjoni il-GTI tenna l-asserzjoni tiegħu li billi esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux tal-UE biss kienu direttament eliġibbli għall benefiċċji mill-MEIS matul il-PIR l-iskema ma setgħetx tiġi kkunsidrata kumpensabbli. Il-GTI madankollu ma ppreżentax argumenti ġodda li jikkontestaw il-konklużjonijiet tal-premessa (93) u b'mod partikolari l-fatt li l-krediti tad-dazju miksuba mill-esportazzjonijiet tal-GES lil pajjiżi terzi huma liberament trasferibbli u jistgħu jintużaw biex ipaċu d-dazji fuq l-importazzjoni tal-fatturi produttivi inkorporati fil-prodott li qed jiġi rieżaminat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

5.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(95)

L-ammont ta' sussidji li jistgħu jiġu kkumpensati ġie kkalkulat abbażi tal-benefiċċju li jinstab li jeżisti matul il-PIR li jingħata lir-riċevitur, kif prenotat mill-applikanti fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju ta' transazzjoni tal-esportazzjoni.

(96)

Instab li filwaqt li l-MEIS u l-iskema predeċessur tagħha, l-FMS, it-tnejn kienu fis-seħħ matul is-sitt xhur (l-ewwel nofs tal-PIR għall-FMS u t-tieni nofs għall-MEIS), l-ammont ta' sussidji kumpensatorji mogħtija mill-MEIS kienu jammontaw għal madwar tliet darbiet dawk mogħtija mill-FMS.

(97)

Fid-divulgazzjoni l-Kummissjoni, b'konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku allokat dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) fuq id-dħul mill-esportazzjoni tal-prodott li kien qed jiġi rieżaminat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(98)

Il-GTI qal li l-metodu tal-kalkolu tal-Kummissjoni deskritt fil-premessa (97) irriżulta li l-benefiċċji tal-MEIS jingħaddu darbtejn, darba għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi direttament eliġibbli għall-MEIS u darba għall-esportazzjonijiet globali (inklużi esportazzjonijiet lejn l-Unjoni). Madankollu billi l-metodu tal-kalkolu deskritt fil-premessa (97) jikkonsisti billi l-benefiċċju mogħti lill-esportazzjonijiet kollha jiġi diviż biss bil-fatturat tal-esportazzjoni (inklużi l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni) l-benefiċċji ma kinux qed jingħaddu darbtejn. Għalhekk it-talba ġiet miċħuda.

(99)

F'kull każ, fil-kuntest ta' dan ir-rieżami ta' skadenza mhuwiex meħtieġ li tiġi stabbilita eżatt ir-rata tas-sussidju tal-MEIS billi hemm biżżejjed evidenza ta' kontinwazzjoni ta' sussidjar fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tal-iskemi l-oħra investigati. Għaldaqstant huwa biss meħtieġ li jiġi stabbilit li l-benefiċċji mogħtija mill-FMS komplew jingħataw mill-MEIS, billi l-MEIS hija l-iskema ta' kontinwazzjoni tal-FMS kif stabbilit fil-premessi (79) sa (81). Għal dan il-għan il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid ir-rata tas-sussidju bl-aktar metodu konservattiv possibbli billi użat l-akbar denominatur disponibbli, jiġifieri l-fatturat totali tal-GES. Fuq din il-bażi r-rata tas-sussidju kkalkulata fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera kieent tammonta għal 0,31 % Din ir-rata tikkostitwixxi livell inferjuri tar-rata tas-sussidju matul il-PIR.

(100)

Irid jiġi nnutat li r-rata ta' sussidju ta' din l-iskema hija mistennija li togħla b'mod sinifikanti wara l-PIR minħabba li, permezz tal-avviż pubbliku Nru 44/2015-2020 bid-data tad-29 ta' Ottubru 2015, il-GTI estenda l-benefiċċju tar-rata ta' 2 % għall-Gruppi A u C u b'hekk estenda l-kopertura tas-suq tal-MEIS għall-pajjiżi kollha u b'mod partikolari għall-Istati Membri tal-UE. Dan l-iżvilupp se jżid il-livell ta' sussidjar meta mqabbel ma' dak osservat matul il-PIR. Tabilħaqq, billi l-benefiċċji tal-MEIS fil-prinċipju jistgħu jintalbu għal kwalunkwe esportazzjoni, ir-rata tas-sussidju għal din l-iskema hija mistennija tiżdied b'mod sinifikanti u tilħaq il-livell ta' 2 %.

6.   L-Iskema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (Export Promotion Capital Goods Schem, EPCGS)

6.1.   Il-bażi ġuridika

(101)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinsab fil-Kapitolu 5 tal-FTP 09-14 u tal-FTP 15-20 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 09-14 u tal-HOP I 15-20.

6.2.   Eliġibbiltà

(102)

Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma'” manifatturi ta' appoġġ u fornituri ta' servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

6.3.   Implimentazzjoni prattika

(103)

Bil-kundizzjoni ta' obbligu tal-esportazzjoni, kumpanija hija permessa li timporta oġġetti kapitali b'rata ta' dazju mnaqqsa. Obbligu ta' esportazzjoni huwa obbligu li jiġi esportat valur minimu ta' oġġetti li, skont is-sottoskema magħżula, jikkorrispondi għal sitt jew tmien darbiet l-ammont tad-dazju ffrankat. Gћal dan il-gћan il-GTI joћroġ liċenzja EPCGS wara li jsiru applikazzjoni u pagament ta' dritt. L-iskema tipprovdi għal rata ta' dazju mnaqqsa ta' 3 % fuq l-importazzjoni, applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt din l-iskema. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta' prodotti għall-esportazzjoni matul perjodu partikolari. L-oġġetti kapitali jistgħu jiġu importati wkoll b'rata ta' dazju ta' 0 % taħt l-EPCGS iżda f'dan il-każ il-perjodu taż-żmien għat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni jkun iqsar.

(104)

Id-detentur ta' liċenzja tal-EPCGS jista' jakkwista wkoll l-oġġetti kapitali lokalment. F'dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta' oġġetti kapitali jista' japprofitta mill-benefiċċju ta' importazzjoni ħielsa mid-dazju ta' komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' dawn l-oġġetti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista' jiddikjara l-benefiċċju ta' esportazzjoni preżunta rigward il-forniment ta' oġġetti kapitali għal detentur ta' liċenzja tal-EPCGS.

(105)

Bħal ma ġara fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-produttur esportatur li kkoopera kompla jibbenefika mill-EPCGS matul il-PIR.

6.4.   Konklużjoni dwar l-EPCGS

(106)

L-EPCGS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li d-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

(107)

Barra minn hekk, l-EPCGS hija soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, għaliex liċenzji bħal dawn ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta' esportazzjoni. Għalhekk hija meqjusa speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(108)

L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema ta' rifużjoni tad-dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta' dawn is-sistemi permissibbli, kif stipulat fl-Anness I punt (i), tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

6.5.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(109)

L-ammont ta' sussidji kompensatorji ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxin fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu normali ta' deprezzament ta' dawn l-oġġetti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li huwa attribwibbli għall-PIR, ġie aġġustat biż-żieda tal-imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur globali tal-flus. Ir-rata ta' interessi kummerċjali matul il-PIR fl-Indja kien ikkunsidrat xieraq għal dan l-iskop.

(110)

Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq il-fatturat xieraq tal-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq minħabba li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(111)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 0,27 %.

(112)

Wara d-divulgazzjoni il-produttur esportatur li kkoopera qal li għall-kalkolu tar-rata tas-sussidju ta' din l-iskema, l-ammont tas-sussidju kellu jiġi allokat fuq il-fatturat globali tal-kumpanija inklużi kemm l-esportazzjonijiet kif ukoll il-bejgħ domestiku minflok il-fatturat tal-esportazzjonijiet biss. Huwa ġġustifika dan bil-fatt li l-magni li jibbenefikaw mis-sussidju tal-EPCGS jistgħu jintużaw ukoll għall-manifattura ta' prodotti li jinbiegħu domestikament u msemmija fl-Artikolu F(b)(2) tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont ta' sussidju fl-investigazzjonijiet dwr il-kumpens tad-dazju (14) (“il-Linji Gwida”) li jinkludi l-istruzzjoni dwar il-kalkolu tar-rati ta' sussidju għal sussidji mhux fuq l-esportazzjoni. Madankollu, il-possibbilta li jiġu manifatturati GES mibjugħa domestikament b'magni importati skont l-EPCGS ma tikkontestax il-kwalifika tal-EPCGS bħala sussidju fuq l-esportazzjoni billi kif spjegat fil-premessi (103) u (107) dan is-sussidju jiddependi fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Għalhekk l-Artikolu F(b)(2) tal-Linji Gwida li jikkonċerna s-sussidji mhux fuq l-esportazzjonijiet ma japplikax għall-kalkolu tal-EPCGS u t-talba ġiet miċħuda. Barra minn hekk, wieħed ifakkar li l-metodu tal-kalkolu użat għall-EPCGS fil-proċedura kurrenti huwa l-istess bħal dak użat fi proċeduri oħra li jirrigwardaw il-GES li joriġinaw mill-Indja jiġifieri l-investigazzjoni inizjali (ara l-premessa 57 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1008/2004 (15)), ir-rieżmi interim parzjali (ara l-premessa 54 tar-Regolament (KE) Nru 1354/2008) u l-ewwel rieżami ta' skadenza (ara l-premessa 47 fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1185/2010).

7.   Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme, ECS)

(113)

Ġie allegat mill-applikanti li, skont l-ECS, ir-Reserve Bank of India (“RBI”) kien qed jimponi rati tal-imgħax f'limitu massimu fuq is-self ta' kreditu għall-esportazzjoni mogħti mill-banek. Dan il-limitu massimu kien allegatament stabbilit bir-rata ta' self prima normattiva tal-bank niqes 2,5 %.

(114)

Madankollu, instab li r-rati tal-imgħax f'limitu massimu imposti lill-banek fuq self ta' kreditu għall-esportazzjoni fl-INR ġew irtirati b'effett mill-1 ta' Lulju 2010 mill-Ċirkulari Prinċipali tal-RBI DBOD Nru DIR(Exp.) BC 06/04.02.002/2010-11 u li r-rati tal-imgħax f'limitu massimu imposti lill-banek fuq is-self ta' kreditu għall-esportazzjoni f'munita barranija kienu ġew irtirati b'effett mill-5 ta' Mejju 2012 mill-Master Circular DBOD Nru DIR(Exp.) BC 04/04.02.002/2011-2012 bl-eċċezzjoni ta'għadd limitat speċifiku ta' setturi tal-industrija. Il-GES ma kienx inkluż fil-lista ta' eċċezzjonijiet u, għalhekk, skont il-bażi ġuridika fis-seħħ, l-iskema ECS ma kinitx disponibbli għall-produtturi tal-GES matul il-PIR.

(115)

L-investigazzjoni kkonfermat li r-rati attwalment miksubin mill-produttur esportatur li kkoopera għas-self tiegħu kienu daqs jew ftit biss differenti mir-rati bażi tal-banek rispettivi li taw is-self. Billi ma kien hemm xejn li jindika li l-RBI kien qed jiddeċiedi r-rata bażi tal-banek, ġie konkluż lir-rati tas-self ta' kreditu għall-esportazzjoni kienu stabbiliti liberament mill-banek.

(116)

Ta' min jgħid li ftit wara l-PIR, l-RBI ħabbar “Interest Equalisation Scheme on Pre and Post Shipment Rupee Export Credit” ġdida fil-Master Circular DBR.Dir.BC.Nru.62/04.02.001/2015-16 bid-data tal-4 ta' Diċembru 2015. L-iskema hija disponibbli għal esportazzjonijiet ta' firxa wiesgħa ta' prodotti, inkluż il-GES, irrispettivament mid-daqs tal-produttur esportatur u għal kwalunkwe esportazzjoni għal intrapriżi żgħar u medji. Fuq din il-bażi, ma jistax ikun eskluż li l-produttur esportatur li kkoopera beda jħaddem jew se jħaddem huwa stess din l-iskema fil-futur. Madankollu, il-benefiċċji miksuba, jekk jinkisbu, jiġu wara l-PIR.

(117)

Fid-dawl ta' dak ta' hawn fuq, fil-kuntest ta' dan ir-rieżami ta' skadenza l-Kummissjoni ma tqisx li huwa neċessarju li tifformula konklużjonijiet dwar din l-iskema.

8.   Skema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (Electricity Duty Exemption Scheme, “EDES”).

(118)

Skont il-Politika għall-Promozzjoni tal-Industrija tal-2004, l-Istat ta' Madhya Pradesh (“MP”) joffri eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku lill-kumpaniji industrijali li jinvestu fil-produzzjoni tal-elettriku għall-konsum tagħhom stess.

8.1.   Il-bażi ġuridika

(119)

Id-deskrizzjoni tal-iskema ta' eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku applikata mill-Gvern tal-MP tinsab fit-Taqsima 3-B tal-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku tal-1949.

8.2.   Eliġibbiltà

(120)

Kull manifattur li jinvesti ċertu ammont ta' kapital fit-twaqqif ta' impjant tal-enerġija fl-Istat ta' Madhya Pradesh huwa eliġibbli għal din l-iskema.

8.3.   Implimentazzjoni prattika

(121)

Skont in-notifika Nru 5691-XIII-2004 tal-Gvern tal-MP bid-data tad-29 ta' Settembru 2004, kumpaniji jew persuni li jinvestu f'impjanti ġodda ta' elettriku għall-awtokonsum ta' kapaċità ta' aktar minn 10 kilowatt jistgħu jiksbu mill-ispettorat għall-elettriku tal-MP ċertifikat ta' eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku. L-eżenzjoni tingħata biss għal elettriku prodott għall-awtokonsum, u jekk biss l-impjant ġdid ta' elettriku għall-awtokonsum ma jkunx biex jieħu post impjant qadim. L-eżenzjoni tingħata għal perjodu ta' ħames snin.

(122)

Permezz tan-notifika Nru 3023/F-4/3/13/03 bid-data tal-5 ta' April 2005 il-Gvern tal-MP eżenta l-ewwel impjant tal-enerġija mibni mill-produttur esportatur li kkoopera (l-“impjant ta' 30 MW”) għal perjodu ta' 10 snin b'effett mis-6 ta' April 2005. Ta' min jgħid li din in-notifika kienet tapplika biss għall-produttur esportatur li kkoopera u, għalhekk, kienet tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-perjodu ta' eżenzjoni ġenerali ta' ħames (5) snin iddefinit fin-notifika Nru 5691-XIII-2004. Dan jissuġġerixxi li din l-inċentiva ma tingħatax b'mod sistematiku skont il-kriterji stabbiliti ċari mil-liġi jew mir-regolament.

(123)

Permezz tan-notifika Nru 4328-XIII-2006 datata l-21 ta' Lulju 2006 l-Gvern tal-MP introduċa perjodi ta' eżenzjoni distinti ta' ħames (5), seba' (7) u 10 snin applikabbli f'funzjoni tal-valur tal-investiment tal-impjant tal-enerġija ssussidjat.

(124)

Skont ittra tal-Gvern tal-MP bid-data tal-4 ta' Frar 2015, ingħatat eżenzjoni ta' seba' (7) snin lit-tieni impjant tal-enerġija tal-produttur esportatur li kkoopera (l-“impjant ta' 33 MW”) mill-10 ta' Ġunju 2009 sad-9 ta' Ġunju 2016.

8.4.   Konklużjoni dwar l-EDES

(125)

L-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju fuq il-bejgħ mhux imħallas fuq l-elettriku mixtri fl-PIR (in-numeratur) u d-dħul totali mill-bejgħ tal-kumpanija (id-denominatur) billi l-EDES la tiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u lanqas mal-użu tal-elettriku kien limitat biss għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.

(126)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera tammonta għal madwar 2 %.

(127)

Madankollu, l-impjant ta' 30 MW imħaddem mill-produttur esportatur li kkoopera ma baqax eliġibbli għall-EDES f'April tal-2015 (jiġifieri matul il-PIR) skont in-notifika Nru 3023/F-4/3/13/03 msemmija fil-premessa (122). L-investigazzjoni kkonfermat li l-produttur esportatur li kkoopera ma bbenefikax mill-eżenzjoni mid-dazju għal dan l-impjant tal-enerġija wara din id-data.

(128)

Rigward l-impjant ta' 33 MW, l-eliġibbiltà kienet tiskadi f'Ġunju 2016 kif spjegat fil-premessa (124). Billi ż-żjara ta' verifika wkoll saret f'Ġunju 2016, ma kienx possibbli li jiġi vverifikat fl-post li l-benefiċċji tabilħaqq waqfu milli jingħataw wara din id-data. Madankollu, billi l-iskadenza tal-benefiċċji setgħet tiġi vverifikata għall-impjant ta' 30 MW, ma hemm l-ebda raġuni tanġibbli għaliex għandu jiġi kkontestat li l-benefiċċji skadew fil-ħin għall-impjant ta' 33 MW ukoll.

(129)

Fid-dawl tal-iskadenza tal-benefiċċji ta' din l-iskema, il-Kummissjoni kkonstatat li l-produttur esportatur waqaf jibbenefika minn din l-iskema. F'kullkaż, fil-kuntest ta' dan ir-rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhuwiex meħtieġ li tifformula konklużjonijiet dwar din l-iskema, billi, kif instab qabel, hemm biżżejjed evidenza biex wieħed jikkonkludi li kien hemm kontinwazzjoni ta' sussidjar fuq il-bażi tal-iskemi li fuqhom il-Kummissjoni fformulat il-konklużjonijiet tagħha.

9.   L-ammont ta' sussidji kompensabbli

(130)

L-ammonti ta' sussidji kompensabbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, għall-produttur esportatur li kkoopera kienu kif ġej:

Tabella 1

SKEMI

DDS

AAS

FMS

MEIS

DDS

Totali

HEG Limited (%)

2,02

0,30

0,13

0,31

0,27

3,03

(131)

L-ammont totali ta' sussidjar jaqbeż il-limitu de minimis imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(132)

Il-GTI qal li l-produttur esportatur li ma kkooperax Graphite India Limited (“GIL”) ma ħaddem l-ebda waħda mill-ħames skemi kumpensabbli li nstabu li jagħtu benefiċċji lil HEG fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Ma nħareġ ebda kreditu ta' dazju tad-DDS fir-rigward ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PIR;

(b)

L-FMS ġiet itterminata matul il-PIR u mhijiex se tagħti benefiċċji lil produtturi esportaturi fil-futur;

(c)

L-MEIS ma kinitx disponibbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PIR, f'dak li jirrigwarda l-GES;

(d)

Ma ngħatat ebda liċenzja tal-AAS jew tal-EPCGS lil GIL matul il-PIR.

(133)

Madankollu dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jiġu miċħuda għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Anki jekk GIL ma rċivietx krediti ta' dazju tad-DDS għall-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Unjoni, dan xorta ma jippermettix il-konklużjoni li l-iskema ma tatx benefiċċji lil GIL. Tabilħaqq, ir-rata ta' sussidju tad-DDS hija kkalkolata fuq il-bażi tal-esportazzjonijiet kollha tal-kumpanija li jinkludu wkoll esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħrajn.

(b)

Filwaqt li l-investigazzjoni kkonfermat li l-iskema FMS ġiet itterminata matul il-PIR, stabbilixxiet ukoll, kif spjegat fil-premessi (79) sa (81), li l-benefiċċji mogħtija mill-FMS qabel it-terminazzjoni tagħha baqgħu jingħataw mill-iskema l-ġdida tal-MEIS li daħlet fis-seħħ eżatt wara li ġiet itterminata l-FMS.

(c)

Kif spjegat fil-premessa (93), is-sempliċi fatt li l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mhumiex direttament eliġibbli għall-krediti ta' dazju tal-MEIS ma jippermettix il-konklużjoni li produttur esportatur ma jibbenefikax mill-MEIS fir-rigward tal-attivitajiet ta' esportazzjoni jew ta' produzzjoni inġenerali tiegħu. Tabilħaqq, il-krediti ta' dazju tal-MEIS miksuba mill-esportaturi tal-GES għal pajjiżi terzi huma liberament trasferibbli u jistgħu jintużaw sabiex ipaċu d-dazji tal-importazzjoni fuq fatturi produttivi inkorporati fil-prodott taħt eżami anki jekk ikun esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant huwa meqjus li dawn il-krediti ta' dazju jagħtu benefiċċji lill-esportazzjonijiettal-GES kif ukoll lill-produzzjoni tal-GIL inġenerali, inklużi l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(d)

Anki jekk GIL ma ngħatatx liċenzji ġodda tal-AAS jew tal-EPCGS matul il-PIR, dan xorta waħda ma jippermettix il-konklużjoni li dawn l-iskemi ma tawx benefiċċji lil GIL. GIL setgħet ħaddmet l-iskemi rispettivi billi użat il-liċenzji mogħtija qabel il-PIR. F'dan ir-rigward, ta' min jgħid li filwaqt li l-produttur esportatur li kkoopera ma ngħatax xi liċenzja tal-AAS jew tal-EPCGS ġdida matul il-PIR, xorta waħda nstab li rċieva benefiċċji miż-żewġ skemi billi uża l-liċenzji mogħtija qabel il-PIR.

(134)

Skont it-talba għal rieżami, GIL ibbenefikat mill-istess skemi kumpensabbli bħall-produttur esportatur li kkoopera. Ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tista' tindika li dan ma kienx il-każ. Tabilħaqq, din l-investigazzjoni wriet li żewġ skemi li minnhom ibbenefikat GIL u kienu kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali (id-DDS u l-EPCGS) għadhom fis-seħħ u minnhom qed jibbenefika l-esportatur li kkoopera. Fuq il-bażi ta' dawn il-fatti disponibbli u skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ġie konkluż li s-sussidjar fil-livell tal-pajjiżi kompla matul il-PIR.

10.   Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tas-sussidjar

(135)

Ġie stabbilit li l-produttur esportatur li qed jikkoopera kompla jibbenefika mis-sussidjar kompensatorju mill-awtoritajiet Indjani matul il-PIR. Fil-premessa (134) ġie stabbilit li s-sussidjar kompla fil-livell tal-pajjiż ukoll.

(136)

L-iskemi ta' sussidji kompensabbli jagħtu benefiċċji rikorrenti u ma hemm ebda indikazzjoni (ħlief għall-FMS, li ġiet sostitwita immedjatament mill-MEIS) li dawn l-iskemi se jiġu eliminati b'mod gradwali fil-futur prevedibbli jew li l-produttur esportatur li kkoopera kien se jieqaf jikseb benefiċċji minn dawn l-iskemi. Għall-kuntrarju, dawn l-iskemi ġġeddu matul il-PIR bħala parti mill-Foreign Trade Policy 2015-2020 li se tibqa' fis-seħħ sa Marzu 2020. Barra minn hekk, huwa mfakkar li wara l-PIR (i) ir-rata tas-sussidju tal-MEIS żdiedet kif stabbilit fil-premessi (96) u (100) u (ii) is-sussidjar tal-iskema ta' krediti għall-esportazzjoni ġie riattivat kif stabbilit fil-premessa (116). Barra minn hekk, kull esportatur huwa eliġibbli għal diversi skemi ta' sussidju.

(137)

Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jsirux f'volumi sinifikanti jekk jitneħħew il-miżuri. Għal dak l-għan ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-produzzjoni tal-kapaċità u l-kapaċità żejda fl-Indja, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(138)

Kif intqal fil-premessa (30), produttur esportatur wieħed biss fl-Indja kkoopera li kien jirrappreżenta biss nofs il-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-Indja. Għalhekk, il-konklużjonijiet fit-taqsimiet ta' hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, il-bażi tad-data tan-Nazzjonijiet Uniti, l-istatistika pprovduta mid-Directorate General of Commercial Intelligence and Statistics (“DGCIS”) tal-Gvern tal-Indja u informazzjoni disponibbli pubblikament.

10.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda

(139)

Fuq il-bażi ta' informazzjoni finanzjarja pubblika u data vverifikata tal-produttur esportatur li kkoopera HEG (16)  (17) iż-żewġ produtturi Indjani żiedu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom b'27 % wara r-rieżami ta' skadenza preċedenti msemmi fil-premessa (4). Fi tmiem il-PIR, il-kapaċità tal-produzzjoni totali fl-Indja kienet tammonta għal 160 000 tunnellata fis-sena, maqsuma ndaqs bejn iż-żewġ produtturi (18). Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi esportturi Indjani x'aktarx li jkomplu jkabbru l-kapaċità tagħhom fil-każ li tiżdied id-domanda (19).

(140)

Matul il-PIR il-volum ta' produzzjoni taż-żewġ produtturi Indjani varja bejn 110 000 u 120 000 tunnellata. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-kapaċità ta' riżerva totali tal-Indja ġiet stmata għal bejn 40 000 u 50 000 tunnellata, li kienu jirrappreżentaw bejn 29 % u 36 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR.

(141)

Iż-żieda fil-kapaċità seħħet b'mod parallel għal tnaqqis fil-konsum ta' GES fl-Indja u madwar id-dinja. Il-GES jintuża l-aktar fl-industrija tal-azzar elettriku, b'mod aktar speċifiku jintuża f'impjanti tal-azzar għat-tidwib tal-fdalijiet tal-azzar. Għalhekk, l-iżvilupp tal-konsum tal-GES huwa korrelatat mal-iżvilupp tal-produzzjoni tal-azzar elettriku u jsegwi xejriet simili. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produzzjoni tal-azzar elettriku fl-Indja u madwar id-dinja naqset bejn l-2012 u l-PIR (20) filwaqt li l-kapaċità ta' produzzjoni tal-GES fl-Indja żdiedet.

(142)

Fl-aħħar ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet Indjani imponew miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES miċ-Ċina (21). Kien mistenni li l-produtturi Indjani se jżidu s-sehem tagħhom mis-suq fis-suq domestiku.

10.2.   Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi

(143)

Fuq il-bażi ta' rapporti finanzjarji pubbliċi, instab li ż-żewġ produtturi esportaturi Indjani kienu orjentati lejn l-esportazzjoni (22)  (23) u esportaw madwar 60 % tal-produzzjoni totali tagħhom matul il-PIR.

(144)

L-Unjoni baqgħet destinazzjoni importanti għall-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera HEG minkejja l-miżuri fis-seħħ. L-esportazzjonijiet ta' HEG kienu jammontaw għal bejn 10 % u 17 % mill-bejgħ totali tiegħu f'termini ta' valur u bejn 10 % u 20 % f'termini ta' volum fil-PIR. Il-kumpanija Indjana li ma kkooperatx GIL esportat volumi baxxi ħafna lejn l-Unjoni matul il-PIR. Madankollu, dan irid jiġi kkunsidrat f'korrelazzjoni mad-dazji tal-antidumping u kompensatorji applikabbli għal GIL (15,7 % b'kollox) meta mqabbla ma' HEG (7 % b'kollox).

(145)

Fin-nuqqas ta' kull sors ieħor aktar affidabbli sabiex jiġu stabbiliti l-volumi ta' esportazzjoni mill-Indja lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra, intużat l-bażi tad-data tan-Nazzjonijiet Uniti. Skont din il-bażi tad-data, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi żdiedu bejn l-2012 u l-2013 b'43 % u mbagħad naqsu fl-2014 u fl-2015 bi 38 % meta mqabba mal-2013. Il-volum kumplessiv ta' esportazzjonijiet naqas bejn l-2012 u l-PIR (b'10 %). Id-destinazzjonijiet prinċipali tal-esportazzjonijiet Indjani fl-2015 kienu, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Arabja Sawdija, l-Iran, it-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda, ir-Repubblika tal-Korea, l-Eġittu. Bejn l-2012 u l-2015 l-esportazzjonijiet Indjani lejn uħud minn dawn id-destinazzjonijiet żdiedu (bħall-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti tal-Amerika) filwaqt li oħrajn (l-Iran, it-Turkija, ir-Repubblika tal-Korea, l-Eġittu) naqsu, bi tnaqqis kumplessiv ta' 9 %.

(146)

Filwaqt li fl-2012 ir-Russja kienet it-tielet l-akbar suq ta' esportazzjoni għall-produtturi Indjani f'termini ta' volum, wara li r-Russja imponiet dazju ad valorem fuq l-importazzjonijiet tal-GES mill-Indja li kienu jvarjaw minn 16,04 % sa 32,83 % f'Diċembru 2012 (24) l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn ir-Russja naqsu minn 4 415 tunnellata għal 638 tunnellata fl-2015, tnaqqis ta' 86 %.

(147)

L-informazzjoni dwar il-volumi ta' esportazzjoni fil-bażi tad-data tan-Nazzjonijiet Uniti setgħet tiġi kontroverifikata mal-istatistika tad-DGCIS, li wriet xejriet simili għal dik osservata fil-bażi tad-data tan-Nazzjonijiet Uniti.

(148)

Barra minn hekk, il-volumi ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn ta' HEG, il-produttur esportatur li kkoopera, segwew xejriet simili wkoll, jiġifieri żieda fil-volumi ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn mill-2012 sal-2013 u tnaqqis mill-2014 sal-PIR b'xejra ta' tnaqqis kumplessiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ta' min jgħid li minkejja dan it-tnaqqis fil-volumi ta' esportazzjoni, il-livell kumplessiv fil-PIR baqa' sinifikanti, bejn 20 000 tunnellata u 30 000 tunnellata.

(149)

Rigward il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni, ibbażat fuq il-Bażi tad-Data tan-Nazzjonijiet Uniti l-investigazzjoni żvelat li l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indja lil ċerti pajjiżi bħall-Istati Uniti tal-Amerika u r-Repubblika tal-Korea li fuq livell medju kienu aktar baxxi mill-prezzijiet fl-Unjoni bejn l-2012 u l-2014, żdiedu fl-2015 għal madwar l-istess livell bħall-prezzijiet tal-UE. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta' esportazzjoni mill-Indja lejn pajjiżi oħra bħall-Arabja Sawdija ngħidu aħna, li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet fl-UE bejn l-2012 u l-2014, żdiedu għal livell ogħla mill-prezzijiet tal-UE fl-2015. Aktar minn hekk, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn ċerti pajjiżi oħra, bħat-Turkija pereżempju, komplew ikunu irħas mill-prezzijiet tal-UE matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Wieħed għandu jinnota madankollu li l-prezzijiet f'dan il-bażi tad-data ma jiddistingwixxux bejn it-tipi differenti ta' prodott u għalhekk il-krebbiltà ta' tali tqabbil ta' prezzijiet fuq din il-bażi hija limitata.

(150)

L-analiżi tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi li provda l-produttur esportatur li koopera turi li matul l-2012 u l-2014, il-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni kienu ogħla mill-prezzijiet medji ta' HEG fi swieq terzi oħrajn (aġġustati fuq bażi ta' sena kalendarja billi d-data kienet ipprovduta fuq bażi tas-sena finanzjarja) filwaqt li matul il-PIR il-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni kienu anqas mill-prezzijiet medji ta' HEG fi swieq terzi oħrajn.

(151)

Ma kien hemm ebda data oħra disponibbli sabiex jiġu stabbiliti livelli preċiżi tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Indjani lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn.

10.3.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(152)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni ntweriet mill-fatt li minkejja d-dazji tal-antidumping u kompensatorji fis-seħħ, il-GES mill-Indja baqa' jidħol fis-suq tal-Unjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-Indja baqgħet it-tieni l-akbar pajjiż esportatur għall-Unjoni wara r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). Minkejja tnaqqis bejn l-2012 u l-PIR, l-Indja żammet l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni f'volumi u f'ishma mis-suq sinifikanti kif spjegat fil-premessa (179) hawn taħt.

(153)

L-iżvilupp possibbli tal-bejgħ ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu għandu jitqies fid-dawl tal-isfond tat-tnaqqis kumplessiv fil-konsum ta' GES fl-Indja u madwar id-dinja flimkien mal-kapaċità żejda fl-Indja. Huwa ferm probabbli li dan se jżid il-pressjoni fuq il-produtturi esportaturi Indjani sabiex ikomplu jesploraw is-swieq tal-esportazzjoni, speċjalment fid-dawl tal-mudell kummerċjali tagħhom li huwa orjentat lejn l-esportazzjoni. Għaldaqstant, jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħassru u l-aċċess għas-suq tal-Unjoni jkun ħieles minn dazji tal-antidumping jew kompensatorji, tabilħaqq x'aktarx li sehem kbir mill-kapaċità ta' riżerva disponibbli se jintuża għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni. B'mod partikolari minħabba li l-investigazzjoni wriet li filwaqt li f'xi swieq ta' esportazzjoni (bħall-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti tal-Amerika) l-esportazzjonijiet mill-Indja żdiedu matul l-2015, kumplessivament l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra segwew xejra 'l isfel. Dan jindika li f'ċerti pajjiżi terzi jidher li hemm kapaċità limitata għall-assorbiment ta' kwantitajiet addizzjonali ta' esportazzjonijiet.

(154)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (146), ir-Russja imponiet dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES mill-Indja. B'hekk, il-produtturi esportaturi Indjani għandhom aċċess limitat għal dan is-suq u ma jistgħux iżidu jew jidderieġu mill-ġdid il-volumi tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn ir-Russja, kif juri t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet lejn din id-destinazzjoni mill-2012 'il hawn.

(155)

Fuq din il-bażi, aktarx li l-produtturi esportaturi Indjani se jkomplu jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u saħansitra jżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom meta titqies il-kapaċità żejda sinifkanti li għandhom. Tabilħaqq, huwa probabbli li l-produttur esportatur li kkoopera se jkollu inċentiv li jkompli jżid il-preżenza diġà sinifikanti tiegħu fis-suq tal-Unjoni, u saħansitra l-inċentiv se jkun akbar għall-produttur esportatur li ma kkooperax, li għandu livelli ta' dazju ogħla meta mqabbel mal-produttur esportatur li kkoopera u li kważi waqaf jesporta lejn is-suq tal-Unjoni.

10.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tas-sussidjar

(156)

L-analiżi ta' hawn fuq turi li (i) l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja baqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti matul il-PIR; (ii) l-iskemi ta' sussidji se jibqgħu disponibbli fil-futur prevedibbli; (iii) iż-żewġ produtturi Indjani huma orjentati lejn l-esportazzjoni u għandhom kapaċità ta' riżerva li jistgħu jużaw sabiex iżidu l-volumi ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni; (iv) il-konsum madwar id-dinja qed jonqos, biex b'hekk jonqsu l-possibbiltajiet ta' esportazzjoni lejn ċerti swieq terzi; (iv) l-eżistenza ta' miżuri tal-antidumping fir-Russja kontra l-GES mill-Indja tkompli tillimita l-possibiltajiet ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani. Għalhekk huwa probabbli li l-GES mill-Indja jkompli jidħol fis-suq tal-Unjoni f'volumi sinifikanti u bi prezzijiet issussidjati jekk jitneħħew il-miżuri.

(157)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, b'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' sussidjar jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

(158)

Wara d-divulgazzjoni, l-uniku produttur esportatur Indjan li kkoopera, HEG, asserixxa li fil-valutazzjoni tagħha tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' sussidjar il-Kummissjoni ma kinitx ikkunsidrat il-fatti li jikkonċernaw il-perjodu wara l-PIR. F'dan ir-rigward, il-produttur esportatur Indjan li kkoopera asserixxa li meta applikat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku l-Kummissjoni ma qisitx li GIL, il-produttur Indjan l-ieħor tal-GES, għamlet investiment f'faċilità tal-manifattura fl-Unjoni, jiġifieri Graphite Cova GmbH (“GIL Cova”). HEG kompla jargumenta li GIL għandu kuntratt strateġiku fuq terminu twil biex ibiegħ “baked green electrodes” (li huma prodott nofsu lest) lill-faċilità tiegħu tal-grafitizzazzjoni GIL Cova. HEG qal ukoll li minħabba l-investiment strateġiku ta' GIL, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni se jiżdiedu mhix korretta u li l-konklużjoni li ż-żewġ produtturi Indjani għandhom kapaċità żejda hija bbażata biss fuq assunzjonijiet. HEG argumenta wkoll li l-iskadenza tal-miżuri mhux se żżid il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni abbażi ta' xejra ta' tnaqqis fl-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni (inkluż l-esportazzjoni ta' HEG lejn l-Unjoni) wara l-PIR.

(159)

Barra minn hekk, HEG qal li l-pjanijiet ta' HEG li jżid il-kapaċità tal-produzzjoni kienu biss il-viżjoni tal-President tal-kumpanija fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli fl-2010. Għalhekk, fir-rapport annwali ta' HEG għas-sena li spiċċat fil-31 ta' Marzu 2016 ma hemmx proposti ġodda li qed jiġu diskussi mill-bord tad-diretturi biex il-kapaċitajiet tal-produzzjoni jespandu iżjed.

(160)

Għal dak li jirrigwarda t-tqabbil tal-prezzijiet li wettqet il-Kummissjoni fil-premessi (149) u (150) rigward l-esportazzjonijiet lejn swieq ta' pajjiżi terzi, HEG ippreżenta analiżi tal- prezzijiet medji CIF/CFR li erba' pajjiżi terzi oħrajn imqabblin mal-prezzijiet medji CIF tiegħu lejn l-Unjoni u kkonkluda li, b'mod ġenerali, il-prezzijiet medji tiegħu lill-erba' pajjiżi terzi l-oħrajn kienu ogħla mill-prezzijiet tiegħu lejn l-Unjoni. Għalhekk, HEG iddikjara li f'konfront, is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet medji aktar baxxi jkun inqas attraenti.

(161)

Fir-rigward dak li qal HEG dwar l-investiment ta' GIL f'GIL Cova matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni GIL esporta volum żgħir ħafna lejn is-suq tal-Unjoni. Huwa kkunsidrat madankollu li dan mhuwiex biss minħabba l-investiment ta' GIL f'GIL Cova, iżda l-aktar minħabba d-dazji ta' antidumping u kumpensatorji għoljin li japplikaw għal esportazzjonijiet ta' GIL India lejn l-Unjoni (total ta' 15,7 %). F'xenarju fejn il-miżuri tal-antidumping u/jew kumpensatorji jitħassru, x'aktarx li GIL jerġa' jibda jesporta lejn l-Unjoni, minkejja l-investiment tiegħu f'GIL Cova, anki meta wieħed iqis il-kapaċità żejda disponibbli li għandu u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kif deskritt fil-premessi (152) sa (155) hawn fuq.

(162)

Rigward l-asserzjoni ta' HEG rigward ix-xejra tal-esportazzjonijiet wara l-PIR, huwa enfasizzat li dawn l-esportazzjonijiet saru waqt li l-miżuri tal-antidumping u kompensatorji kienu fis-seħħ. Għalhekk, anki jekk il-volum tal-esportazzjonijiet ta' HEG wara l-PIR kien juri tendenza ta' tnaqqis, x'aktarx li l-esportazzjonijiet ta' HEG lejn l-Unjoni se jiżdiedu jekk il-miżuri tal-antidumping u kumpensatorji jitħassru meta jitqies li minkejja l-miżuri fis-seħħ, HEG kompla jesporta lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ta' dumping u sussidjati b'mod sinifikanti, il-mudell ta' negozju ta' esportazzjoni u l-kapaċità żejda tiegħu li wieħed ma jeskludi li tiżdied fil-futur jekk id-domanda għall-prodotti tikber, kif deskritt fil-premessi (139) sa (155) hawn fuq.

(163)

Barra minn hekk, rigward l-intenzjoni ta' HEG li jżid il-kapaċità, huwa enfasizzat li matul iż-żjara ta' verifika fil-post fl-2016, HEG wera lit-tim tal-każ film qasir li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-grupp ta' HEG. Wieħed mill-elementi ppreżentati f'dan il-film kienu l-pjanijiet futuri tal-kumpanija biex iżżid il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-kumpanija spjegaw matul il-verifika fil-post li tali pjanijiet kienu fil-mument sospiżi b'kont meħud li l-kumpanija ma kinitx qed tuża' l-kapaċità kollha u tat-tnaqqis fid-domanda globali. Għalhekk, fil-każ li l-miżuri tal-antidumping u kumpensatorji jitħassru, mhuwiex probabbli li d-domanda għall-GES Indjani fis-suq tal-Unjoni tikber u li HEG għalhekk ikollu inċentiva li jżid il-kapaċità biex jissodisfa d-domanda.

(164)

Rigward l-asserzjoni ta' HEG li tirreferi għad-differnzi fil-prezz bejn is-suq tal-Unjoni u swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn, huwa enfasizzat li t-tqabbil li għamlet il-Kummissjoni fil-premessi (149) u (150) huwa bejn il-prezzijiet medji tal-produtturi esportaturi Indjani fi swieq terzi oħrajn u l-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u mhux il-prezzijiet medji tal-produtturi Indjani fis-suq tal-Unjoni. Wieħed ifakkar li l-prezz medju ta' HEG fis-suq tal-Unjoni hwar f'livell sinifikanti ta' dumping li jwaqqa' l-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni u għalhekk mhuwiex adattat għat-tqabbil fil-kwistjoni.

(165)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-argumenti ta' HEG huma miċħuda.

(166)

Il-konklużjoni tal-Kummissjoni li x'aktarx ikun hemm kontinwazzjoni tas-sussidjar jekk il-miżuri jitħassru hija għaldaqstant ikkonfermata.

D.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' DANNU

1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(167)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prodott simili kien immanifatturat minn tmien produtturi (żewġ kumpaniji individwali u żewġ gruppi). Huma jikkostitwixxu “l-industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

2.   Kummenti preliminari

(168)

Kif intqal fil-premessa (141), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-GES hija marbuta mill-qrib ħafna ma' dik tal-industrija tal-azzar elettriku fejn il-GES jintuża fil-fran tal-azzar elettriku għat-tidwib tal-fdalijiet tal-azzar. F'dan il-kuntest, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kienu prevalenti kundizzjonijiet tas-suq negattivi fl-industrija tal-azzar elettriku, bi tnaqqis fil-konsum li huwa rifless ukoll fil-konsum ta' GES.

(169)

Minħabba li hemm biss żewġ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fl-Indja, id-data relatata mal-importazzjonijiet ta' GES mill-Indja u minn pajjiżi terzi oħrajn fl-Unjoni Ewropea mhijiex ippreżentata f'ċifri preċiżi sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku.

3.   Konsum tal-Unjoni

(170)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi għaddet flimkien:

(i)

il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, miksub wara l-kontroll tat-tweġibiet għall-kwestjonarju,

(ii)

il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni mhux fil-kampjun, miksub mit-talba ta' rieżami,

(iii)

il-bejgħ ta' produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u li mhuwiex fil-kampjun, miksub mir-rapporti annwali tiegħu,

(iv)

l-importazzjonijiet mill-Indja, abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) (minn hawn 'il quddiem “il-bażi tad-data 14(6)” ) u

(v)

l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn, abbażi tal-Eurostat (livell TARIC).

(171)

Abbażi ta' dan, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

151 508

140 244

146 637

139 974

Indiċi (2012 = 100)

100

93

97

92

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax, talba ta' rieżami, Eurostat (livell TARIC), il-bażi tad- data 14(6).

(172)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B'mod aktar speċifiku, il-konsum tal-Unjoni naqas b'7 % fl-2013, irkupra b'4 % bejn l-2013 u l-2014 u mbagħad reġa' naqas b'5 % mill-2014 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(173)

Kif imsemmi fil-premessi (141) u (168), it-tnaqqis kumplessiv fid-domanda kien riżultat tal-kundizzjonijiet negattivi tas-suq prevalenti fis-settur tal-azzar elettriku, billi l-volumi ta' bejgħ tal-elettrodi tal-grafit isegwu l-iżvilupp tal-volum tal-produzzjoni tal-azzar fi fran elettriċi.

(174)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal li l-analiżi tas-sehem mis-suq u tal-konsum jinħtieġ li tikkunsidra l-importazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni permezz tal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Messiku, il-Ġappun u l-Malasja li żdiedu b'mod sinifikanti matul l-aħħar tliet snin.

(175)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha kienu debitament ikkunsidrati fil-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (170) u huma għalhekk riflessi kif xieraq fit-total tal-konsum. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

L-Indja

Volum ta' Importazzjoni (tunnellati)

9 000 — 10 000

5 000 — 6 000

7 000 — 8 000

6 500 — 7 500

 

Volum ta' importazzjoni indiċjat (2012 = 100)

100

57

80

74

Sehem mis-suq (%)

6 — 7

3 — 4

5 — 6

4 — 5

Sehem mis-suq indiċjat

100

62

83

80

Sors: Bażi tad-data 14(6).

(176)

Il-volumi ta' importazzjoni kienu qed jonqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Naqsu b'mod sinifikanti fl-2013 (bi 43 %), reġgħu telgħu fl-2014 u reġgħu naqsu fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, kien hemm tnaqqis ta' 26 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(177)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (170) hawn fuq.

(178)

Is-sehem mis-suq wera xejriet simili bħall-volumi ta' importazzjoni, jiġifieri naqas bejn l-2012 u l-2013, żdied bejn l-2013 u l-2014 u mbagħad reġa' naqas bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali is-sehem mis-suq naqas b'1,2 punt perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel mal-2012.

(179)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien fil-medda ta' 6 % sa 7 %. Naqas għall-medda ta' 4 % sa 5 % sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

4.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(180)

Il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja abbażi tad-data rreġistrata fil-bażi tad-data 14(6). Ġeneralment dawn kienu konformi mal-prezzijiet irrapportati mill-produttur esportatur li kkoopera.

(181)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezz tal-importazzjoni  (*1)

Pajjiż

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

L-Indja

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

2 500 — 3 500

3 000 — 4 000

2 500 — 3 500

2 200 — 3 200

 

Indiċi (2012 = 100)

100

105

89

86

(182)

B'mod kumplessiv, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu b'5 % bejn l-2012 u l-2013, naqsu b'16 % fl-2014 u komplew jonqsu bi 3 % fil-PIR.

4.3.   It-twaqqigħ tal-prezz

(183)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami billi qabblet (i) il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; u (ii) il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' importazzjoni mill-produttur Indjan li kkoopera lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta' spiża, assigurazzjoni, merkanzija (cost, insurance, freight, CIF), b'aġġustamenti xierqa għad-dazju tal-antidumping/kompensatorju u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.

(184)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif xieraq meta meħtieġ, u wara tnaqqis tar-roħs u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(185)

It-tqabbil wera għal produttur esportatur li kkoopera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta' 3 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, meta jitnaqqsu d-dazji tal-antidumping u kompensatorji mill-kalkoli, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz jammonta għal 9 %. Rigward il-produttur esportatur li ma kkooperax, volumi żgħar biss ġew importati matul il-PIR. Madankollu il-Kummissjoni wettqet stima tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-Kummissjoni sabet marġni ta' twaqqigħ ta' 12 %, meta naqqset mill-kalkoli d-dazji fis-seħħ tal-antidumping u ta' kumpens. Din l-istima madankollu hija bbażata fuq volum żgħir ħafan ta' importazzjonijiet u, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, ma tikkunsidrax it-tipi ta' prodott. Għaldaqstant, l-krebbiltà hija limitata.

4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

Tabella 5

Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Total ta' pajjiżi terzi oħra

Importazzjonijiet (tunnellati)

33 000 — 35 000

30 000 — 32 000

34 000 — 36 000

30 000 — 32 000

Indiċi

100

90

103

90

Sehem mis-suq (%)

22 — 23

22 — 23

24 — 25

22 — 23

Prezz (EUR/tunnellata)

2 500 — 3 500

2 400 — 3 400

2 400 — 3 400

2 300 — 3 300

Indiċi

100

98

89

92

Iċ-Ċina

Importazzjonijiet (tunnellati)

14 000 — 15 000

11 000 — 12 000

16 000 — 17 000

14 000 — 15 000

 

Indiċi

100

80

117

103

Sehem mis-suq (%)

9 — 10

8 — 9

11 — 12

10 — 11

Prezz (EUR/tunnellata)

2 000 — 3 000

1 500 — 2 500

1 400 — 2 400

1 600 — 2 600

Indiċi

100

94

90

99

L-Istati Uniti tal-Amerika

Importazzjonijiet (tunnellati)

3 000 — 4 000

4 000 — 5 000

4 200 — 5 200

4 200 — 5 200

 

Indiċi

100

118

129

128

Sehem mis-suq (%)

2 — 3

3 — 4

3 — 4

3 — 4

Prezz (EUR/tunnellata)

3 300 — 4 300

3 200 — 4 200

3 000 — 4 000

2 800 — 3 800

Indiċi

100

96

84

81

Il-Messiku

Importazzjonijiet (tunnellati)

3 000 — 4 000

4 000 — 5 000

5 500 — 6 500

4 000 — 5 000

 

Indiċi

100

127

165

119

Sehem mis-suq (%)

2 — 3

3 — 4

4 — 5

3 — 4

Prezz (EUR/tunnellata)

3 800 — 4 800

3 900 — 4 900

3 900 — 4 900

4 000 — 5 000

Indiċi

100

103

103

115

Ir-Russja

Importazzjonijiet (tunnellati)

3 000 — 4 000

2 500 — 3 500

3 500 — 4 500

3 700 — 4 700

 

Indiċi

100

70

101

103

Sehem mis-suq (%)

2 — 3

1 — 2

2 — 3

2 — 3

Prezz (EUR/tunnellata)

3 000 — 4 000

2 800 — 3 800

2 500 — 3 500

2 100 — 3 100

Indiċi

100

91

79

75

Il-Ġappun

Importazzjonijiet (tunnellati)

4 500 — 5 500

3 000 — 4 000

3 000 — 4 000

2 000 — 3 000

 

Indiċi

100

74

62

50

Sehem mis-suq (%)

3 — 4

2 — 3

2 — 3

1 — 2

Prezz (EUR/tunnellata)

3 400 — 4 400

3 300 — 4 300

2 800 — 3 800

2 900 — 3 900

Indiċi

100

99

82

83

Pajjiżi terzi oħra

Importazzjonijiet (tunnellati)

4 000 — 5 000

4 000 — 5 000

1 000 — 2 000

700 — 1 700

 

Indiċi

100

104

25

19

Sehem mis-suq (%)

2 — 3

3 — 4

0,5 — 1,5

0,5 — 1,5

Prezz (EUR/tunnellata)

2 600 — 3 600

2 000 — 3 000

1 900 — 2 900

1 600 — 2 600

Indiċi

100

83

78

72

Sors: Eurostat (livell TARIC).

(186)

Bħalma l-konsum kien qed jonqos, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn naqas b'10 % bejn l-2012 u l-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn kien fil-medda ta' 22 % — 23 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-importazzjonijiet ewlenin kienu miċ-Ċina, mill-Istati Uniti, mill-Messiku, mir-Russja u mill-Ġappun, li kienu l-uniċi pajjiżi b'ishma mis-suq individwali ogħla minn 1 % matul il-PIR.

(187)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti, mill-Ġappun u mill-Messiku kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u mill-Messiku żdied, b'anqas minn punt perċentwali 1 matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun naqas b'1,5 punt perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(188)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina u mir-Russja kienu inqas mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni (ħlief fl-2012 mir-Russja). Skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal rieżami, sehem mill-importazzjonijiet miċ-Ċina huwa relatat mal-GES b'dijametru żgħir (dijametru ta' anqas minn 400 millimetru) filwaqt li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet mill-Indja u tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f'GES b'dijametri kbar (25) (dijametri ta' aktar minn 400 millimetru), li jiswew aktar.

(189)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'punt perċentwali 1 tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kien fil-medda ta' 10 % — 11 % matul il-PIR, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja kien biss fil-medda ta' 2 % — 3 % matul il-PIR. Żdied b'0,3 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, dawn iż-żidiet ma kinux ta' detriment għas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li, kif spjegat fil-premess li jmiss (202), żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(190)

Bħala konklużjoni, billi d-data disponibbli mill-istatistika dwar l-importazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn tipi ta' prodotti differenti u li għalhekk ma setax isir tqabbil sinifikanti tal-prezzijiet skont it-tip ta' prodott, hekk kif kien possibbli għall-Indja fuq il-bażi tal-informazzjoni ddettaljata pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, ma setax jiġi stabbilit b'mod ċar l-impatt tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mir-Russja.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Rimarki ġenerali

(191)

B'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(192)

Kif imsemmi fil-premessa (14), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(193)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta' data li tinsab fit-talba għal rieżami, fir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda lill-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Irriżulta li ż-żewġ settijiet ta' data jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(194)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni ta' sussidju u l-irkupru minn sussidju preċedenti.

(195)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost ta' unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital.

(196)

Instab li ż-żewġ settijiet ta' data huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

(a)   Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

(197)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

235 915

235 502

241 623

221 971

Indiċi (2012 = 100)

100

100

102

94

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

297 620

297 245

299 120

290 245

Indiċi (2012 = 100)

100

100

101

98

Użu tal-kapaċità (%)

79

79

81

76

Sors: it-talba għal rieżami, rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(198)

Tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum ta' produzzjoni naqas b'6 %. B'mod aktar speċifiku, l-ewwel żdied bi 2 % sal-2014 u mbagħad naqas bi 8 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel mal-2014.

(199)

Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset bi 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(200)

Bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas bi 3 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(b)   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(201)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-bejgħ fl-Unjoni (tunnellati)

107 655

103 779

103 704

102 123

Indiċi (2012 = 100)

100

96

96

95

Sehem mis-suq (%)

71,1

74,0

70,7

73,0

Sors: it-talba għal rieżami, rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(202)

Il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b'madwar 5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Żdied bi 2,9 punti perċentwali fl-2013. Imbagħad naqas bi 3,3 punti perċentwali fl-2014 u reġa' żdied bi 2,3 punti perċentwali fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. B'mod kumplessiv, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b'1,9 punt perċentwali matul il-perijodu taħt kunsiderazzjoni.

(203)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal li l-importazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni permezz tal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Messiku, il-Ġappun u l-Malasja jinħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jkun qed jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-bejgħ tal-produzzjoni tagħha stess fis-suq tal-Unjoni. L-importazzjonijiet li tagħmel l-industrija tal-Unjoni mhumiex ikkunsidrati billi dan joħloq effett distorsiv fuq l-istampa ġenerali, minħabba li l-importazzjonijiet jingħaddu darbtejn; minn naħa waħda bħala importazzjoni u min-naħa l-oħra bħala bejgħ mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

(c)   Tkabbir

(204)

Bejn l-2012 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 %. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'5 % li, madankollu, issarraf fi gwadann fis-sehem mis-suq ta' 1,9 punti perċentwali.

(d)   Impjiegi u produttività

(205)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Għadd ta' impjegati

1 526

1 539

1 475

1 523

Indiċi (2012 = 100)

100

101

97

100

Produttività (tunnellati/impjegati)

155

153

164

146

Indiċi (2012 = 100)

100

99

106

94

Sors: it-talba għal rieżami, rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(206)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni baqgħu f'madwar l-istess livell matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni (tnaqqis ta' 6 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni), il-produttività wkoll naqset b'6 % tul l-istess perjodu.

(e)   Id-daqs tal-marġni tas-sussidju u tal-irkupru mis-sussidjar fl-imgħoddi

(207)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet tal-GES mill-Indja komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet sussidjati. Il-marġni tas-sussidju stabbilit għall-Indja matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kien ferm ogħla mil-livell de minimis kif deskritt fil-premessa (130). Dan ikkoinċida ma' tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjoni meta mqabbla mal-2012. Minkejja dan, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika mill-miżuri kompensatorji fis-seħħ billi żammet u żiedet ftit is-sehem mis-suq tagħha.

5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(f)   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(208)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni u l-kost għal kull unità

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

3 784

3 468

2 997

2 825

Indiċi (2012 = 100)

100

92

79

75

Kost tal-produzzjoni ta' unità (EUR/tunnellata)

3 357

3 116

2 776

2 745

Indiċi (2012 = 100)

100

93

83

82

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(209)

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'mod kostanti b'25 % u laħaq l-2 825 EUR/tunnellata fil-PIR. L-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha sabiex jirriflettu t-tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-GES, minħabba t-tiċkin tad-domanda fis-settur tal-azzar elettriku.

(210)

L-ispiża medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas saħansitra aktar, bi 18 %, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-fattur qawwi li influwenza t-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni ta' unità kien it-tnaqqis fil-prezz tal-prodott bażiku.

(211)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal li l-prezz tal-materja prima madwar id-dinja naqas aktar mill-kost tal-materji prima imġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għaldaqstant l-industrija tal-Unjoni kienet ineffiċjenti fl-akkwist tal-materja prima u l-vjabbiltà tagħha għalhekk hija dubbjuża.

(212)

L-investigazzjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni akkwistat il-materja prima madwar id-dinja mill-partijiet relatati u mhux relatati tagħha b'livell ta' prezz simili u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' ineffiċjenzi fl-akkwist tal-materja prima. Minħabba li t-talba ma kinitx sostanzjata aktar, ġiet miċħuda.

(g)   Kostijiet lavorattivi

(213)

Il-kostijiet lavorattivi żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Kostijiet lavorattivi medji kull impjegat (EUR/impjegat)

66 111

66 842

67 113

67 253

Indiċi (2012 = 100)

100

101

102

102

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(214)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b'żieda marġinali ta' 2 %.

(h)   Inventarji

(215)

Il-livelli tal-istokk żviluppaw hekk matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

L-inventarji

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Stokkijiet tal-għeluq

8 952

8 821

13 770

18 465

Indiċi (2012 = 100)

100

99

154

206

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

6

5

7

11

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(216)

Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied b'aktar mid-doppju f'termini assoluti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-PIR, il-livell ta' stokkijiet kien jirrappreżenta madwar 11 % mill-produzzjoni tagħhom.

(i)   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(217)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2012

2013

2014

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

11,3

10,2

7,4

2,8

Fluss tal-flus (EUR)

47 981 432

46 443 978

30 426 147

31 283 121

Indiċi (2012 = 100)

100

97

63

65

Ivestimenti (EUR)

25 293 559

23 133 505

21 672 869

12 313 975

Indiċi (2012 = 100)

100

91

86

49

Redditu fuq l-investimenti (%)

16,5

13,9

10,1

3,9

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(218)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod gradwali minn 11,3 % fl-2012 għal 2,8 % fil-PIR, jiġifieri tnaqqis ta' 8,5 punti perċentwali.

(219)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal lit-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni kien ikkawżat mill-ispejjeż ġenerali għoljin amminsitrattivi u tal-bejgħ.

(220)

L-investigazzjoni sabet li l-kost unitarju tal-produzzjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kif indikat hawn fuq fil-premessa (210). Dan in-nuqqas fil-kost unitarju tal-produzzjoni kien jirrigwarda l-ispejjeż amminsitrattivi u tal-bejgħ anki jekk il-parti kbira mill-kost kien attribwit għall-materja prima. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

(221)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li jiffinanzja waħdu l-attivitajiet tiegħu. Il-fluss tal-flus nett naqas b'35 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-tnaqqis sostanzjali fil-fluss tal-flus huwa prinċipalment spjegat minn tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (218).

(222)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-fluss annwali ta' investimenti fil-prodott ikkonċernat li għamlet l-industrija tal-Unjoni naqas b'aktar min-nofs, minn EUR 25 miljun fl-2012 għal EUR 12-il miljun fil-PIR.

(223)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera ddikjara li t-tnaqqis fl-investimenti huwa purament attribwibbli għat-tnaqqis fid-domanda u għall-kapaċitajiet żejda tal-manifattura tal-GES globalment.

(224)

Tabilħaqq, l-investigazzjoni kkonfermat li, kif spjegat fil-premessa (172) hawn fuq, kien hemm tnaqqis fil-konsum tal-GES matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-investimenti fil-prodott ikkonċernat li għamlet l-industrija tal-Unjoni matul il-PIR tal-aħħar rieżami ta' skadenza, meta kienet anki qed tiffaċċa tnaqqis fil-konsum, kien tliet darbiet il-livell tal-investiment miksub matul il-PIR ta' dan ir-rieżami

(225)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u mill-bejgħ tal-prodott simili naqas b'mod gradwali minn 16,5 % fl-2012 għal 3,9 % fil-PIR.

5.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(226)

L-investigazzjoni wriet li minkejja l-miżuri fis-seħħ, ħafna mill-indikaturi tad-dannu żviluppaw b'mod negattiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minkejja dan, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u żżid ftit is-sehem mis-suq tagħha, li kien possibbli biss billi kisbet livelli ta' profitt inferjuri.

(227)

Filwaqt li dawn l-iżviluppi negattivi jista' jispjagahom it-tnaqqis fil-konsum, li naqas fi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet Indjani kienu għahom preżenza kostanti fis-suq tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet inbiegħu 3 % orħos mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Barra minn hekk, instab li l-marġni ta' twaqqigħ kien ta' 9 %. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u sussidjati xorta waħda poġġew pressjoni fuq il-prezzijiet. Tabilħaqq, il-pressjoni fuq il-prezzijiet matul il-PIR attwali żdiedet meta mqabbla mar-rieżami tal-iskadenza preċedenti meta t-twaqqigħ tal-prezz kien ta' inqas minn 2 %.

(228)

Fuq dan l-isfond ta' inqas konsum u ta' pressjoni fuq il-prezz minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping u sussidjati, l-industrija tal-Unjoni ġiet sfurzata biex traħħas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. B'riżultat ta' dan, il-profitt tagħha, minkejja li baqa' pożittiv (2,8 %) fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, kien taħt il-profitt fil-mira ta' 8 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(229)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera qal li billi s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 2 % il-produtturi tal-Unjoni bbenefikaw b'mod sostanzjali mit-tnaqqis fl-importazzjonijiet Indjani. Kien iddikjarat li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien anki ogħla kienu ttieħed kont ukoll tal-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni minn pajjiżi terzi oħrajn. Fl-istess waqt, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tiffaċċa kompetizzjoni iebsa fil-prezzijiet minn sorsi oħrajn (partikolarment prezzijiet baxxi ta' importazzjoni miċ-Ċina u mir-Russja). Għalhekk, kien iddikjarat li l-ebda dannu ma jista' jkun attribwibbli għall-importazzjonijiet mill-Indja bħala riżultat tal-allegat sehem inqas mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni.

(230)

Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet tnaqqis ta' volumi ta' importazzjoni u ta' ishma mis-suq fuq importazzjonijiet mill-Indja, madankollu, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (227), l-importazzjonijiet Indjani oġġett ta' dumping u sussidjati xorta waħda poġġew pressjoni fuq il-prezz, li kompliet tiżdied matul dan il-PIR meta mqabbel mar-rieżami ta' skadenza preċedenti. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

(231)

L-istess parti interessata ddikjarat ukoll li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatt li importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina u mir-Russja huwa waħda mill-kawżi ewlenin ta' pressjoni fuq il-prezz fis-suq tal-Unjoni u ħeġġew li ssir analiżi kompleta tal-importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina u mir-Russja tal-prodott taħt kunsiderazzjoni qabel tittieħed deċiżjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu lill-industrija tal-Unjoni. Din il-parti allegat ukoll li xi manifatturi Ċiniżi żiedu l-importazzjonijiet ta' GES b'dijametru kbir lejn is-suq tal-Unjoni.

(232)

Rigward il-prezzijiet ta' importazzjoni tal-GES miċ-Ċina u mir-Russja, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (188) u (190) jinħtieġ li jitfakkar li: (I) ma setax isir tqabbil sinifkanti bejn il-prezzijiet skont it-tip ta' prodott għall-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi, kif kien possibbli għall-Indja fuq il-bażi tal-informazzjoni dettaljata li pprovda l-produttur esportatur li kkoopera; (Ii) il-istatistika disponibbli għall-Kummissjoni rigward l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ma tippermettix li ssir distinzjoni bejn tipi ta' prodotti differenti u (iii) skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fit-talba ta' rieżami, u kkonfermata mill-utenti, il-maġġoranza tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi jirrigwardaw GES b'dijametru żgħir li huma orħos. Barra minn hekk, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera ma ssostanzjax id-dikjarazzjoni tiegħu rigward iż-żieda fl-importazzjonijiet ta' GES b'dijametru ikbar miċ-Ċina u mir-Russja.

(233)

Rigward il-volum tal-importazzjonijiet ta' GES miċ-Ċina u mir-Russja u l-ishma tagħhom mis-suq, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (189), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b'punt perċentwali wieħed (1), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja żdied b'0,3 ta' punt perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, dawn iż-żidiet ma kinux ta' detriment għas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li, kif spjegat fil-premess li jmiss (189), żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

(234)

L-istess parti interessata ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni kienet ineffiċjenti biex tipproduċi GES ta' dijametru iżgħar għaliex il-bejgħ ta' tali prodotti jirrappreżentaw parti biss mill-volum totali tal-bejgħ tagħhom.

(235)

Il-kundizzjonijiet tas-suq normalment jiżguraw li l-forniment, jiġifieri t-tip ta' prodott mibjugħ, ikun misjuq mid-domanda Billi d-dikjarazzjoni rigward l-ineffiċjenza tal-industrija tal-Unjoni biex tipproduċi GES b'dijamentru iżgħar ma kinitx sostanzjata aktar, l-arġument ġie miċħud.

(236)

L-istess parti interessata semmiet in-nuqqas ta' analiżi tal-impatt taż-żieda fil-kwantitajiet tal-importazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta' dumping minn pajjiżi oħra inklużi importazzjonijiet minn kumpaniji affiljati fl-Istati Uniti tal-Amerika, fil-Messiku, fil-Malasja u fil-Ġappun.

(237)

Kif indikat hawn fuq fil-premessa (187), il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Ġappun u mill-Messiku kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdied b'0,1 ta' punt perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kien inqas minn 10 % bi tmiem il-PIR. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda evidenza li l-prezzijiet minn dawn il-pajjiżi kienu prezzijiet oġġett ta' dumping. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

(238)

L-istess parti interessata qalet li meta kkalkulat il-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni tal-bejgħ skont it-tip, il-Kummissjoni użat in-numru ta' kontroll tal-prodott (product control number, “PCN”) li ma kien jikkunsidra l-materja prima użata, li għandha, madankollu impatt sinifikanti fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet. It-tqabbil ta' tipi ta' prodotti li jsiru bl-istess materja prima jkollu l-effett ta' tnaqqis fuq il-marġni tas-sottokwotazzjoni minn 9 % għal 8 %.

(239)

Tabilħaqq, id-differenza tal-materja prima ma kinitx riflessa fl-istruttura tal-PCN u għaldaqstant il-kalkolu tal-maġni ta' twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni tal-bejgħ ma kkunsidrax din id-differenza. Minkejja dan, meta t-tipi ta' prodotti nfirdu skont il-materja prima użata għall-finijiet tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni tal-bejgħ, kif issuġġerixxiet il-parti interessata wara d-divulgazzjoni, il-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz iddikjata fil-premessa(227) naqas b'1 punt perċentwali biss għal 8 %. Għaldaqstant, dan it-tnaqqis ma kellu l-ebda impatt materjali fuq il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami fir-rigward tal-marġni tas-sottokwotazzjoni tal-bejgħ.

(240)

L-istess parti interessata esprimiet dibju dwar il-livell ta' 8 % rigward il-mira tal-profitt stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u qalet li l-manifatturi tal-GES kienu qed jiffaċċaw telf minħabba t-tnaqqis fid-domanda internazzjonali għall-azzar u għalhekk il-mira ta' profitt ta' 8 % ma kinitx aktar ġustifikata.

(241)

Hija fakkret li l-livell tal-mira tal-profitt fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni jinħtieġ li jkun dak li jista' raġonevolment miksub f'ċirkostanzi normali tal-kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping/sussidjati. F'dan ir-rigward, kif innutat fil-premessa (34) tar-Regolament (KE) Nru 1628/2004, sar eżami kif suppost tal-livelli tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati kien fl-aktar punt baxx tagħhom (jiġifieri fl-1999). Għalhekk ġie definittivament konkluż li l-marġni tal-profitt li jista' raġonevolment ikun preżunt li jirrappreżenta l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta' sussidjar dannuż mill-Indja jinħtieġ li jiġi stabbilit fi 8 % għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni tad-dannu. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

(242)

Fuq il-bażi ta' dak ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet f'qagħda estremament fraġili matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, li hija fil-biċċa l-kbira attribwibbli għall-kundizzjonijiet negattivi tas-suq u t-tnaqqis fil-konsum bħala konsegwenza. Għal din ir-raġuni, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ffukat fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu mill-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja.

6.   Il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dannu

(243)

Sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu li kieku jitħassru l-miżuri kontra l-Indja, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-produzzjoni tal-kapaċità u l-kapaċità żejda fl-Indja, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(244)

Fil-premessa (155) ġie konkluż li aktarx li l-produtturi esportaturi Indjani se jkomplu jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u saħansitra jżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom u li dawn l-esportazzjonijiet aktarx li se jsiru bi prezzijiet sussidjati.

(245)

Kif stabbilit fil-premessi (139) u (140), il-kapaċità tal-Indja hija stmata għal madwar 160 000 tunnellata fil-PIR, filwaqt li l-kapaċità ta' riżerva hija stmata għal bejn 40 000 u 50 000 tunnellata, li rrappreżentaw bejn 29 % u 36 % tal-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (139), il-produtturi esportturi Indjani x'aktarx li jkomplu jkabbru l-kapaċità tagħhom fil-każ li tiżdied id-domanda. Kif imsemmi fil-premessa (142), fl-aħħar ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet Indjani imponew miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES miċ-Ċina. Konsegwentement kien mistenni li l-produtturi Indjani se jżidu s-sehem tagħhom mis-suq fis-suq domestiku.

(246)

Bħala konsegwenza tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni deskritta fil-premessi (152) sa (155), li jekk il-miżuri jitħassru, mill-inqas parti mill-kapaċità żejda aktarx tiġi diretta mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (143), il-produtturi Indjani huma ferm orjentati lejn l-esportazzjoni. Rigward il-prezzijiet tal-GES, kif deskritt fil-premessa (149), instabu livelli ta' prezzijiet ogħla minn dawk fl-Unjoni għal xi destinazzjonijiet tal-esportazzjonijiet Indjani. Madankollu minħabba t-taħlita differenti tal-prodott, din l-informazzjoni ma tnaqqasx mill-valutazzjoni ġenerali li kapaċità ġdida se tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni billi l-kredibbiltà ta' dan it-tqabbil tal-prezz hija limitata.

(247)

Kif indikat fil-premessa (146), il-miżuri tal-antidumping kontra l-importazzjonijiet ta' GES mill-Indja kienu ġew imposti mir-Russja u l-importazzjonijiet mill-Indja lejn ir-Russja naqsu b'mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan jimplika li l-aċċess għat-tielet suq ta' esportazzjoni prinċipali għall-produtturi esportaturi Indjani huwa ristrett u bil-kapaċità attwali jew kif x'aktarx tiżdied kif imsemmi fil-premessa (245), hemm probabbilta kbira li l-produtturi esportaturi Indjani se jżidu b'mod sinifikanti l-importazzjonijiet tagħhom tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(248)

Kif stabbilit fil-premessa (185), il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani mingħajr id-dazji tal-antidumping u kompensatorji kieku jwaqqgħu l-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni b'9 %. Għall-produttur esportatur li ma kkooperax, il-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz mingħajr id-dazji tal-antidumping u kompensatorji inklużi ġie kkalkulat li jammonta għal 12 %. Din hija indikazzjoni ta' x'aktarx li jkun il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja li kieku jitħassru l-miżuri. Fuq il-bażi ta' dan, aktarx li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni se tiżdied b'mod sinifikanti jekk jitħassru l-miżuri, u b'hekk tkompli titgħarraq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(249)

F'termini tal-volumi, huwa ferm probabbli li t-tħassir tal-miżuri se jippermetti li l-produtturi esportaturi Indjani jiggwadanjaw l-ishma mis-suq fis-suq tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-produttur esportatur li ma kkooperax, li bħalissa għandu r-rata ta' dazju ogħla ta' 15,7 % jkollu inċentiv qawwi sabiex ikompli bl-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Jekk isseħħ din is-sitwazzjoni, l-industrija tal-Unjoni taffaċċa tnaqqis immedjat fil-volumi ta' bejgħ u fl-ishma mis-suq tagħha.

(250)

Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Indjani aktarx li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, f'termini tal-volumi ta' importazzjoni u tal-ishma mis-suq bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping u ssussidjati li jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan se joħloq pressjoni akbar fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni b'impatt negattiv fuq il-profittabbiltà u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Dan ukoll se jkompli jgħarraq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(251)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza tad-dannu f'każ li l-miżuri jiġu mħassra.

E.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(252)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri kompensatorji eżistenti kontra l-Indja tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. L-interess tal-Unjoni ġie kkalkulat abbażi tal-apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

(253)

Huwa mfakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, kien meqjus li l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx tmur kontra l-interessi tal-Unjoni.

(254)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament bażiku.

(255)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' ssussidjar u ta'rikorrenza tad-dannu, eżistewx raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

1.   L-interessi tal-industrija tal-Unjoni

(256)

Kif spjegat fil-premessa (226), il-miżuri ppermettew li l-industrija tal-Unjoni żżomm l-ishma mis-suq tagħha. Fl-istess waqt, ġie konkluż ukoll fil-premessa (250), li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha fil-każ li l-miżuri kompensatorji fir-rigward tal-Indja jitħallew jiskadu. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li t-tkomplija tal-miżuri kontra l-Indja tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni.

2.   L-interess tal-importaturi/operaturi tas-suq

(257)

Kif imsemmi fil-premessa (16), l-ebda importatur ma kkoopera jew ippreżenta ruħu fl-investigazzjoni kurrenti. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi li jisboq l-impatt pożittiv tal-miżuri.

3.   L-interessi tal-utenti

(258)

Kif intqal fil-premessa (18), minn 53 utent ikkuntattjati, tmienja ssottomettew tweġiba għall-kwestjonarju. Erbgħa minnhom użaw il-GES importat mill-Indja. L-importazzjonijiet tagħhom irrappreżentaw madwar 20 % tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mill-Indja.

(259)

Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma kienx ikun sinifikanti għall-utenti. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri għal għaxar snin, l-utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom, fost l-oħrajn, mill-Indja. L-utenti ma ppreżentaw ebda informazzjoni li turi li kien hemm diffikultajiet biex jinstabu sorsi oħrajn u lanqas l-investigazzjoni ma sabet xi informazzjoni bħal din.

(260)

Barra dan, rigward l-effett tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, huwa mfakkar li kien konkluż fl-investigazzjoni oriġinali li, minħabba l-inċidenza negliġibbli fuq il-prezz tal-GES fuq l-industriji li jużawh, kull żjieda fil-prezz x'aktarx li ma kienx se jkollha effett sinifikanti fuq l-industrija li tużah. Dawn il-konklużjonijiet ġew ikkonfermati fir-rieżami kurrenti billi ma nstabet ebda indikazzjoni li turi bil-kontra wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-erba' utenti ma ppreżentaxi argument kontra ż-żamma tal-miżuri.

(261)

Federazzjoni minnhom tal-produtturi tal-azzar, il-federazzjoni tal-industrija tal-azzar tal-Ġermanja (Wirtschaftsvereinigung Stahl) opponiet il-kontinwazzjoni tal-miżuri u ddikjarat li l-miżuri rriżultaw fi żvantaġġi kompetittivi għall-produtturi tal-azzar fl-Unjoni meta mqabblin mal-produtturi tal-azzar f'reġjuni oħrajn li ma għandhom ebda miżura imposta fuq il-GES. Il-federazzjoni allegat li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tippermetti li l-industrija tal-Unjoni żżomm pożizzjoni dominanti. Madankollu, jidher ċar mill-iżvilupp tal-importazzjonijiet mill-Indja wara l-impożizzjoni tal-miżuri li l-importazzjonijiet mill-Indja komplew matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-GES qed jidħlu dejjem aktar fis-suq tal-Unjoni minn għadd ta' pajjiżi terzi oħra.

(262)

Abbażi ta' dan u b'konformità mal-konklużjonijiet stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali, huwa mistenni li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni b'saħħitha biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu estiżi l-miżuri eżistenti.

4.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni

(263)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti ta' interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri kompensatorji kurrenti kontra l-Indja.

F.   MIŻURI KOMPENSATORJI

(264)

Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri kompensatorji li huma fis-seħħ. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti wara din id-divulgazzjoni. Il-preżentazzjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta.

(265)

Minn dan isegwi mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, li l-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja imposti bir-Regolament (UE) Nru 1185/2010, jinħtieġ li jinżammu.

(266)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur Indjan li kkoopera, talab llil-Kummissjoni biex tikkunsidra l-kontinwazzjoni tal-miżuri għal perjodu ta' sentejn. Madankollu, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali li tkun tiġġustifika li l-kontinwazzjon tal-miżuri tiġi limitata għal sentejn.

(267)

Ir-rati tad-dazju kompensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat magħmul minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(268)

Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju kompensatorju individwali (pereż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (26) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat assoċjat, pereżempju, ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament wara għandu jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(269)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi impost dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' elettrodi tal-grafit tat-tip użat għall-fran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1,65 g/cm3 jew iżjed u b'reżistenza elettrika ta' 6,0 μ.Ω.m jew anqas, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u bżieżel użati għat-tali elettrodi, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010) kemm jekk huma importati flimkien jew joriġinaw separatament mill-Indja.

2.   Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija:

Rata tad-dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta — 700016, West Bengal

6,3

A530

HEG Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector-1, Noida — 201301, Uttar Pradesh

7,0

A531

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

7,2

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li jimponi taxxa kompensatorja definittiva u li jiġbor definittivament it-taxxa provviżorja imposta fuq l-importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1628/2004 li jimponi dazju definittiv ta' kumpens fuq importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1629/2004 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1185/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1186/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 17).

(7)  ĠU C 82, 10.3.2015, p. 4.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat mir-Regolament bażiku.

(9)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri kompensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 415, 15.12.2015, p. 25).

(10)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 415, 15.12.2015, p. 33).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(12)  It-tranżizzjoni minn DEPB għal DDS hija spjegata fost l-oħrajn fil-premessi minn (47) sa (54) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 tal-21 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalatli (PET) li joriġina mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 137, 23.5.2013, p. 1).

(13)  http://dgft.gov.in/exim/2000/highlight2015.pdf

(14)  ĠU C 394, 17.12.1998, p. 6.

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1008/2004 tad-19 ta' Mejju 2004 li jimponi dazju kontra s-sussidju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi tal-elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 183, 20.5.2004, p. 35).

(16)  http://www.google.be/url?sa=t&rct=j&q=&esrc=s&source=web&cd=1&cad=rja&uact=8&ved=0ahUKEwiqt6H2u9_QAhWEzRoKHYUwBVEQFggfMAA&url=http%3A%2F%2Fhegltd.com%2Fwebmaster%2FDownloadFile.aspx%3Fd%3D..%2Fuploads%2FFinance%2F70Results_Release.pdf&usg=AFQjCNGMpUymLm4BNOjIMmolLDgwSGgcDw

(17)  http://content.icicidirect.com/mailimages/IDirect_GraphiteIndia_Q1FY16.pdf

(18)  http://hegltd.com/ u http://www.graphiteindia.com/

(19)  http://hegltd.com/WEBMASTER/DownloadFile.aspx?D=../Uploads/Newsletter/News9.pdf

(20)  https://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html

(21)  http://www.dgtr.gov.in/sites/default/files/adfin_Graphite_Electrodes_diameters_ChinaPR.pdf

(22)  http://hegltd.com/pdf/HEGLtd_Q1_FY_16_Investors_Presentation.pdf

(23)  http://www.graphiteindia.com/View/investor_relation.aspx (ara GIL Q3 FY2015 Earnings Presentation.pdf, paġna 14).

(24)  http://www.eurasiancommission.org/_layouts/Lanit.EEC.Desicions/Download.aspx?IsDlg=0&ID=3805&print=1

(*1)  Il-prezz medju ma jinkludix dazji tal-antidumping/kompensatorji fis-seħħ.

Sors: Il-bażi tad-data 14(6).

(25)  Kemm id-dijametri żgħar kif ukoll dawk kbar tal-elettrodi tal-grafit huma inklużi fl-istess kodiċijiet TARIC.

(26)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Brussels, Belgium.

(27)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).


10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/46


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/422

tad-9 ta' Marzu 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni antidumping, skont ir-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010).

(2)

Wara investigazzjoni antidumping, skont ir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 (3), il-Kunsill impona wkoll dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja.

(3)

Wara rieżami interim parzjali ex officio tal-miżuri kumpensatorji, il-Kunsill, skont ir-Regolament (KE) Nru 1354/2008 (4) emenda r-Regolamenti (KE) Nru 1628/2004 u (KE) Nru 1629/2004.

(4)

Wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1186/2010 (5) il-Kunsill estenda l-miżuri antidumping. Wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1185/2010 (6) il-Kunsill estenda l-miżuri kumpensatorji.

(5)

Il-miżuri antidumping ħadu l-forma ta' rata tad-dazju ad valorem ta' 9,4 % u 0 % għal importazzjonijiet minn esportaturi msemmija b'mod individwali, b'rata ta' dazju residwa ta' 8,5 %.

2.   Talba għal rieżami tal-iskadenza

(6)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (7) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja, il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (8).

(7)

It-talba saret minn SGL Carbon GmbH, minn TOKAI Erftcarbon GmbH u minn GrafTech Switzerland SA (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit.

(8)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni tad-dumping u għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu

(9)

Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza, fil-15 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (9) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

4.   Investigazzjoni parallela

(10)

Permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Diċembru 2015 (10), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (11) tal-miżuri kumpensatorji definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja.

5.   Il-partijiet interessati

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lil produtturi esportaturi, importaturi u utenti fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati, u lill-awtoritajiet Indjani dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza u stednithom biex jipparteċipaw.

(12)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità biex jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami u biex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

5.1.   Teħid ta' kampjuni

(13)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni minn partijiet interessati, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(a)   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(14)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. B'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, b'kont meħud ukoll tal-pożizzjoni ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn erba' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, abbażi ta' tal-informazzjoni riċevuta waqt l-eżerċizzju tas-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sad-data tal-għeluq u għaldaqstant il-kampjun kien ikkonfermat. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(b)   Teħid ta' kampjuni tal-importaturi

(15)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati kollha sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(16)

L-ebda importatur ma ppreżenta ruħu biex jagħti l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta' Bidu.

5.2.   Kwestjonarji u żjarat ta' verifika

(17)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun, lil żewġ produtturi esportaturi Indjani u lil 53 utent li ppreżentaw ruħhom wara l-bidu.

(18)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji mingħand l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, produttur esportatur Indjan wieħed u tmien utenti tal-prodott taħt rieżami. It-tieni produttur esportatur li kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri Graphite India Limited (“GIL”), ma ppreżentax tweġiba għall-kwestjonarju fir-rieżami preżenti.

(19)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u d-danni li jirriżultaw u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

Graftech France S.N.C. Calais, Franza

Graftech Iberica S.L., Navarra, Spanja

SGL Carbon S.A., Wiesbaden, il-Ġermanja

Tokai Erftcarbon GmbH, Grevenbroich, il-Ġermanja

(b)

Produttur esportatur fl-Indja:

HEG Limited, Bhopal (“HEG”).

6.   Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(20)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(21)

Il-prodott ikkonċernat huwa elettrodi tal-grafit tat-tip użat għal fran tal-elettriku, b'densità apparenti ta' 1,65 g/cm3 jew aktar u b'reżistenza elettrika ta' 6,0 μ.Ω.m jew inqas, u nipples użati għal dawn l-elettrodi, kemm jekk impurtati flimkien kif ukoll jekk b'mod separat li joriġinaw mill-Indja (“GES” jew “il-prodott taħt rieżami”), li fil-preżent jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010).

2.   Il-prodott simili

(22)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott taħt rieżami;

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(23)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

1.   Kummenti preliminari

(24)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping.

(25)

Kif issemma aktar 'il fuq fil-premessa (18) produttur esportatur Indjan wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni preżenti. Din il-kumpanija kienet tkopri aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet ta' GES mill-Indja lejn l-Unjoni matul il-PIR. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kellha biżżejjed informazzjoni għall-valutazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-marġni tad-dumping matul il-PIR.

(26)

Madankollu, dan il-produttur esportatur kien jirrappreżenta biss 50 % tal-kapaċità ta' produzzjoni totali u bejn 40 % u 50 % biss tal-produzzjoni totali ta' GES fl-Indja matul il-PIR. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet tiegħu lejn pajjiżi terzi oħra kienu f'firxa ta' bejn 43 % u 52 % biss tal-esportazzjonijiet totali mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħra matul il-PIR (il-piż eżatt tal-uniku produttur esportatur Indjan li kkoopera fil-produzzjoni Indjana totali u fl-esportazzjonijiet totali ma jistax jiġi żvelat minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Għalhekk, u minħabba li l-produttur Indjan l-ieħor ta' GES ma kkooperax, il-Kummissjoni qieset li ma kellhiex biżżejjed informazzjoni għall-eżami tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u kellhom jintużaw il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex jiġi valutat l-iżvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jitħassru l-miżuri.

(27)

L-awtoritajiet Indjani ġew debitament informati li minħabba l-kooperazzjoni baxxa tal-produtturi esportaturi Indjani, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment f'dan ir-rigward.

(28)

Għalhekk, is-sejbiet fit-Taqsima 3 kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. Għal dan il-għan, intużaw l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, l-istatistika tal-Eurostat, id-data miġbura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (il-“bażi tad-data skont l-Artikolu 14(6)”) u l-informazzjoni pubblikament disponibbli.

2.   Dumping fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

2.1.   Valur normali

(29)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku għall-uniku produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt rieżami, lejn l-Unjoni, matul il-PIR. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali tal-uniku produttur esportatur li kkoopera, tal-prodott simili fis-suq domestiku, kien rappreżentattiv.

(30)

Suċċessivament, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta' prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b'bejgħ domestiku rappreżentattiv. L-elementi kkunsidrati fid-definizzjoni tat-tipi ta' prodotti tal-GES kienu (i) jekk dawn kinux jinbiegħu b'nipple jew le, (ii) id-dijametru tagħhom u (iii) it-tul tagħhom.

(31)

Il-produttur esportatur li kkoopera sostna li l-fatt li l-GES jiġu manifatturati minn gradi differenti ta' kokk aċikulari (materja prima bażika) jinħtieġ li jiġi kkunsidrat meta jiġu stabbiliti tipi identiċi jew direttament paragunabbli ta' GES. L-investigazzjoni kkonfermat li fil-proċess tal-produzzjoni, il-kumpanija użat żewġ tipi differenti ta' kokk aċikulari, jiġifieri kokk aċikulari importat li huwa ta' kwalità superjuri u kokk aċikulari regolari miksub mis-suq Indjan. Kien ikkonfermat ukoll li t-tip ta' kokk li jintuża jiddetermina l-kost tal-produzzjoni u l-prezz tal-prodott finali.

(32)

Għalhekk, sabiex tassigura tqabbil ġust, il-Kummissjoni qasmet kull wieħed mit-tipi ta' prodott fi prodotti ta' grad baxx u fi prodotti ta' grad għoli sabiex jiġi kkalkulat id-dumping.

(33)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta' prodott li huwa identiku jew paragunabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott ikun rappreżentattiv jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-PIR jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott identiku jew paragunabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li dawn it-tipi ta' prodotti kienu rappreżentattivi.

(34)

Il-Kummissjoni mbagħad iddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-PIR biex tiddeċiedi jekk tużax il-prezz tal-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(35)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ hux profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ domestiku tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost ikkalkolat tal-produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta' dan it-tip ta' prodott; u

(b)

il-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip ta' prodott huwa daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(36)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-PIR.

(37)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt biss tat-tipi ta' prodotti matul il-PIR, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt, tat-tip ta' prodott, jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip: jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta' dan it-tip ta' prodott ikun inqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(38)

Fejn ma kienx hemm biżżejjed bejgħ jew ma kienx hemm bejgħ ta' ċertu tip ta' prodott tal-prodott simili fl-andament normali tan-negozju, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(39)

Għal dawn it-tipi ta' prodotti, il-valur normali nħadem billi mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-uniku produttur esportatur li kkoopera matul il-PIR ġew miżjuda:

(a)

l-ispejjeż medji ponderati tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative, “SG&A”) mmġarrba mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-PIR; u

(b)

il-profitt medju ponderat magħmul mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-PIR.

(40)

Għat-tipi ta' prodotti li ma nbiegħu xejn fis-suq domestiku, kienu miżjuda l-ispejjeż SG&A u l-profitt medji ponderati tat-tranżazzjonijiet kollha li saru fl-andament normali tal-kummerċ fis-suq domestiku.

2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(41)

L-uniku produttur esportatur li kkoopera esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz realment imħallas jew li jista' jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(42)

Waqt il-verifika fuq il-post, instabu numru ta' żbalji fil-prezzijiet tal-esportazzjoni rrappurtati mill-esportatur li kkoopera. Dawn l-iżbalji ġew irranġati u l-produttur esportatur ġie infurmat b'mod xieraq.

2.3.   Tqabbil

(43)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kif stabbiliti hawn fuq, abbażi tal-prezz mill-fabbrika.

(44)

Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi assigurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fejn kien applikabbli u ġustifikat, saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, il-ġarr, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-ispejjeż tal-ippakkjar, l-ispejjeż ta' kreditu, l-imposti tal-banek u d-dazji kumpensatorji mħallsa mill-produttur esportatur li kkoopera.

(45)

L-uniku produttur esportatur li kkoopera talab aġġustament għall-imposti tal-importazzjoni mħallsa skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku fuq il-materja prima, abbażi tal-imposti tal-importazzjoni nġarru mill-GES manifatturati għall-konsum fl-Indja iżda tħallsu lura permezz tal-iskema ta' rifużjoni tad-dazju (“DDS”) meta l-prodott inbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni madankollu wriet li ma kien hemm l-ebda rabta diretta bejn l-ammonti ta' DDS riċevuti fuq l-esportazzjonijiet ta' GES u d-dazji attwalment imħallsa fuq il-materja prima importata inkorporata. Għalhekk huwa meqjus li l-produttur esportatur naqas milli jagħti prova li t-taxxa mħallsa lura fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni ġiet inkluża fil-prezz domestiku. Dan kien ikkonfermat ukoll fil-premessi minn (38) sa (42) tal-investigazzjoni parallela antisussidji fejn ġie stabbilit li d-DDS tikkostitwixxi sussidju fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Indja u ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazju jew sistema ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni. Għalhekk l-aġġustament ma jistax jingħata.

(46)

Barra minn hekk, il-produttur esportatur Indjan li kkoopera talab aġġustament ibbażat fuq l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku abbażi tal-imposti tal-importazzjoni allegatament kienu jinġarru mill-prodott simili meta kien maħsub għall-konsum fl-Indja iżda ma kinux jinġabru minħabba l-Iskema ta' Awtorizzazzjoni Avvanzata meta l-prodott kien jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni madankollu wriet li ma kien hemm fis-seħħ l-ebda sistema sabiex taċċerta li l-materja prima importata mingħajr dazju taħt l-AAS kienet inkorporata esklussivament fil-GES esportati. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-produttur esportatur naqas milli jagħti prova li t-taxxa mhux imħallsa fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni kienet inkluża fil-prezz domestiku. Dan kien ikkonfermat ukoll fil-premessi minn (59) sa (62) tal-investigazzjoni parallela antisussidji fejn ġie stabbilit li l-AAS tikkostitwixxi sussidju fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Indja u ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazju jew sistema ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni. Għalhekk dan l-aġġustament ma jistax jingħata.

2.4.   Marġni tad-dumping

(47)

Kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat skont it-tip ġie mqabbel mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami. Abbażi ta' din il-metodoloġija, il-marġni tad-dumping stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera jammonta għal 29,8 % matul il-PIR.

(48)

Waqt il-verifika fil-post fil-bini tal-uniku produttur esportatur li kkoopera fl-Indja, il-kumpaniji sostniet li l-varjazzjoni allegatament sinifikanti fil-prezz tal-materja prima prinċipali (kokk aċikulari) matul il-PIR għandha tiġi kkunsidrata u talbet li l-Kummissjoni tikkalkula marġni tad-dumping trimestrali għal dan l-għan. Dan juri li ma kienx hemm dumping matul il-PIR. F'dan ir-rigward, il-kumpanija ppreżentat il-kost tal-produzzjoni (“COP”) trimestrali fit-tmiem tal-verifika fuq il-post.

(49)

Minħabba li din it-tajba la ġiet sottomessa fi stadju aktar bikri tal-proċediment u lanqas fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tivverifika sew din l-allegazzjoni u għaldaqstant ma setgħetx tistabbilixxi jekk id-data pprovduta kinitx kompluta u eżatta.

(50)

F'kull każ, abbażi tad-data pprovduta, matul il-verifika fil-post, ġie stabbilit li s-COP ta' unità għal kull tip ta' prodott wera xejra ta' tnaqqis matul il-PIR minn trimestru għal ieħor għal xi tipi ta' prodotti, iżda mhux kollha. Għal diversi PCNs is-COP tal-unità żdiedet fl-aħħar tliet xhur. Il-prezz tal-esportazzjoni ta' unità kellu xejra simili ta' tnaqqis ħlief għall-aħħar trimestru, billi matulu żdiedu l-prezzijiet tal-esportazzjoni ħlief għal żewġ tipi ta' prodotti. Il-kumpanija esportat volumi sinifikanti f'kull trimestru tal-PIR li kienu distribwiti fuq it-trimestri differenti kif muri fit-tabella ta' hawn taħt (id-data preċiża dwar il-volumi ma tistax tiġi żvelata minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Barra minn hekk, mhux it-tipi ta' prodotti kollha ġew mibjugħa fit-trimestri kollha, minn 23 tip ta' prodott mibjugħa minn produttur esportatur li kkoopera lejn is-suq tal-Unjoni, kienu biss sitta minnhom li ġew mibjugħa f'kull trimestru.

(51)

Il-marġni tad-dumping ikkalkulati għal kull trimestru skont il-metodoloġija spjegata fil-premessi (29) sa (47) urew dumping sinifikanti f'kull trimestru tal-PIR.

Tabella 1

PIR

Marġni tad-dumping (%)

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

Ottubru 2014 — Diċembru 2014

23,1

[1 500 — 1 700 ]

Jannar 2015 — Marzu 2015

32,3

[1 900 — 2 100 ]

April 2015 — Ġunju 2015

15,4

[1 500 — 1 700 ]

Lulju 2015 — Settembru 2015

6,4

[1 100 — 1 400 ]

(52)

L-affermazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera, li kalkolu tal-marġni tad-dumping tiegħu fuq bażi trimestrali jirriżulta f'ebda dumping, għalhekk kienet skorretta. Il-marġnijiet ta' dumping kienu sinifikanti f'kull trimestru u bl-istess mod il-medja ta' marġini ta' dumping matul il-PIR ikkalkulati abbażi ta' dawn il-marġini trimestrali baqgħu f'livell sinifikanti, jiġifieri 19,3 %.

(53)

Filwaqt li l-marġnijiet tad-dumping fit-trimestri differenti kkalkulati abbażi tat-tip ta' prodott juru xejra fluttwanti (tiżdied bejn Ottubru 2014 — Diċembru 2014 sa Jannar 2015 — Marzu 2015 u mbagħad tonqos bejn Jannar 2015 — Marzu 2015 sa tmiem il-PIR), it-tnaqqis gradwali tas-COP matul il-PIR ma kellux l-impatt iddikjarat. Ta' min jinnota li t-tnaqqis fil-marġni ta' dumping parzjalment kien ukoll minħabba żieda fil-prezz tal-esportazzjoni. Ta' min jiftakar li t-talba tal-produttur esportatur li kkoopera għal marġni tad-dumping trimestrali kienet ibbażata biss fuq il-varjazzjonijiet fil-prezz tal-materja prima. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni pprovduta ma poġġietx fid-dubju s-sejbiet ta' dumping matul il-PIR u konsegwentement is-sejbiet ta' kontinwazzjoni ta' dumping fil-premessi (57) sa (87).

(54)

Wara l-iżvelar, l-uniku produttur esportatur Indjan li kkoopera argumenta li għall-kalkolu ta' profittabbiltà wżat biex jiġi ddeterminat il-valur normali, jinħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn prodotti mmanifatturati minn kokk domestiku, fuq naħa waħda, u l-prodotti manufatturati minn kokk aċikulari importat, fuq in-naħa l-oħra. Dan kien minħabba differenza fl-użu ta' dawn il-prodotti. Huwa sostna wkoll li fis-suq tal-Unjoni jinbiegħu biss il-prodotti manifatturati minn kokk aċikulari, li huma wżati fil-forn bl-ark elettriku ta' qawwa għolja, u jinħtieġ li l-profittabbiltà wżata biex jiġi ddeterminat il-valur normali għaldaqstant tkun ikkalkulata biss abbażi ta' dawn it-tipi ta' prodotti. Matul seduta li saret mal-Kummissjoni wara l-iżvelar, HEG elaborat li, abbażi ta' dawn it-talbiet, sabiex tiddetermina l-valur normali jinħtieġ li l-Kummissjoni ma tużax medja ppiżata tar-rata tal-profittabbiltà ikkalkulat fuq il-bejgħ domestiku kollu. HEG argumentat li l-Kummissjoni jinħtieġ li tikkalkula żewġ rati ta' profittabbiltà separati u tqis l-oriġini tal-kokk, u tapplikah kif jixraq fid-determinazzjoni tal-valur normali.

(55)

Fit-tweġiba għall-kwestjonarju, HEG irrappurtat l-oriġini tal-materja prima u l-prestazzjoni tal-GES għal kull tip ta' prodott. Madankollu, meta jitqiesu biss dawn iż-żewġ elementi, il-paragun bejn it-tipi ta' prodott mibjugħa fis-suq tal-Unjoni u l-uħud mibjugħa fis-suq Indjan urew li HEG biegħet l-istess tipi ta' prodott fiż-żewġt iswieq matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-talba hija fattwalment żbaljata.

(56)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (39) u (40), għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni wżat il-profitt medju peżat ta' kull bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, tul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Minkejja dan, jekk jintużaw ir-rati ta' profitt individwali għal kull tip ta' prodott kif ippreżentata mill-kumpanija matul is-seduta msemmija fil-premessa (54), il-marġni ta' dumping iddikjarat fil-premessa (47) jonqos biss bi 3,2 punti perċentwali għal 26,7 %. Għaldaqstant, dan it-tnaqqis ma jkollux impatt materjali fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u konsegwentement is-sejbiet ta' kontinwazzjoni ta' dumping fil-premessi (57) sa (87).

3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jitħassru l-miżuri

(57)

Wara s-sejba ta' dumping sinifikanti matul il-PIR, il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Kienu analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fl-Indja, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħra u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

(58)

Kif intqal fil-premessa (25), produttur esportatur wieħed biss fl-Indja kkoopera li kien jirrappreżenta biss nofs il-kapaċità ta' produzzjoni totali tal-Indja. Għalhekk, is-sejbiet fit-taqsimiet ta' hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni wżat l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, il-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti, l-informazzjoni pprovduta mill-Gvern tal-Indja (GTI) fl-investigazzjoni parallela antisussidji msemmija fil-premessa (10) u l-informazzjoni pubblikament disponibbli.

3.1.   Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda

(59)

Abbażi ta' informazzjoni finanzjarja pubblika u data verifikata tal-produttur esportatur li kkoopera (12)  (13), iż-żewġ produtturi Indjani żiedu b'27 % il-kapaċità ta' produzzjoni tagħhom wara r-rieżami tal-iskadenza preċedenti msemmi fil-premessa (4). Fi tmiem il-PIR, il-kapaċità ta' produzzjoni totali fl-Indja kienet tammonta għal 160 000 tunnellata fis-sena, maqsuma ndaqs bejn iż-żewġ produtturi (14). Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi esportaturi Indjani x'aktarx se jkomplu jżidu l-kapaċità tagħhom f'każ ta' żieda fid-domanda (15).

(60)

Il-volum ta' produzzjoni taż-żewġ produtturi Indjani varja bejn 110 000 u 120 000 tunnellata matul il-PIR. Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-kapaċità żejda totali Indjana ġiet stmata għal bejn 40 000 u 50 000 tunnellata, li kienet tirrappreżenta bejn 29 % u 36 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR.

(61)

Iż-żieda fil-kapaċità seħħet b'mod parallel għal tnaqqis fil-konsum tal-GES fl-Indja u madwar id-dinja. Il-GES jintużaw prinċipalment fl-industrija tal-azzar elettriku, b'mod aktar speċifiku jintużaw f'impjanti tal-azzar għat-tidwib ta' skart tal-azzar. Għalhekk, l-iżvilupp fil-konsum tal-GES huwa korrelatat mal-iżvilupp fil-produzzjoni tal-azzar elettriku u jsegwi xejriet simili. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produzzjoni tal-azzar elettriku fl-Indja u madwar id-dinja naqset bejn l-2012 u l-PIR (16) filwaqt li l-kapaċità ta' produzzjoni tal-GES fl-Indja żdiedet.

(62)

Fit-tmiem ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet Indjani imponew miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES miċ-Ċina (17). Huwa mistenni li l-produtturi Indjani se jżidu s-sehem tagħhom tas-suq fis-suq domestiku.

3.2.   Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi

(63)

Abbażi ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji pubbliċi, iż-żewġ produtturi esportaturi Indjani nstab li kienu orjentati lejn l-esportazzjoni (18)  (19) fejn esportaw madwar 60 % tal-produzzjoni totali tagħhom matul il-PIR.

(64)

L-Unjoni baqgħet destinazzjoni importanti għall-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera HEG minkejja l-miżuri fis-seħħ. L-esportazzjonijiet ta' HEG kienu jammontaw għal bejn 10 % u 17 % tal-bejgħ totali tiegħu f'termini ta' valur u bejn 10 % u 20 % f'termini ta' volum fil-PIR. GIL, il-kumpanija Indjana li ma kkooperatx, esportat volumi baxxi ħafna lejn l-Unjoni matul il-PIR. Madankollu, dan irid jitqies f'korrelazzjoni mad-dazji antidumping u kumpensatorji applikabbli għal GIL (15,7 % b'kollox) meta mqabbla ma' HEG (7 % b'kollox).

(65)

Fin-nuqqas ta' xi sors ieħor aktar kredibbli sabiex jiġu stabbiliti l-volumi tal-esportazzjonijiet mill-Indja lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi oħra, intużat il-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti. Skont din il-bażi ta' data, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra żdiedu bejn l-2012 u l-2013, bi 43 %, u mbagħad naqsu fl-2014 u fl-2015, bi 38 % kif ikkumparati mal-2013. Il-volum tal-esportazzjonijiet b'mod ġenerali naqas bejn l-2012 u l-PIR (b'10 %). Id-destinazzjonijiet ewlenin tal-esportazzjonijiet Indjani fl-2015 kienu l-Istati Uniti, l-Arabja Sawdija, l-Iran, it-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda, ir-Repubblika tal-Korea, l-Eġittu. Bejn l-2012 u l-2015 l-esportazzjonijiet Indjani lejn xi wħud minn dawn id-destinazzjonijiet żdiedu (bħal eżempju lejn l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti) filwaqt li xi oħrajn (lejn l-Iran, it-Turkija, ir-Repubblika tal-Korea, l-Eġittu) naqsu, bi tnaqqis globali ta' 9 %.

(66)

Filwaqt li fl-2012 ir-Russja kienet it-tielet suq ta' esportazzjoni għall-produtturi Indjani f'termini ta' volum, wara li r-Russja imponiet dazju ad valorem fuq importazzjonijiet tal-GES mill-Indja li varja minn 16,04 % għal 32,83 % f'Diċembru 2012 (20) l-esportazzjonijiet mill-Indja għar-Russja naqsu minn 4 415 tunnellata għal 638 tunnellata fil-2015, tnaqqis ta' 86 %.

(67)

L-informazzjoni dwar il-volumi tal-esportazzjonijiet fil-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti tista' tiġi kontroverifikata mal-informazzjoni pprovduta mill-GTI fl-investigazzjoni parallela antisussidji, jiġifieri l-istatistika tal-esportazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence u l-Istatistika Kummerċjali (“DGCIS”), li wriet xejriet simili għal dawk osservati fil-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti.

(68)

Barra minn hekk, il-volumi tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra, tal-produttur esportatur li kkoopera HEG, segwew ukoll xejriet simili, jiġifieri żieda fil-volumi tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra mill-2012 sal-2013 u tnaqqis mill-2014 sal-PIR b'xejra ġenerali ta' tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat Ta' min jinnota li minkejja dan it-tnaqqis fil-volumi tal-esportazzjonijiet, il-livell kumplessiv fil-PIR baqa' sinifikanti, bejn 20 000 tunnellata u 30 000 tunnellata.

(69)

Fir-rigward tal-prezzijiet ta' esportazzjoni, abbażi tal-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti l-investigazzjoni żvelat li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Indjani lejn ċerti pajjiżi bħall-Istati Uniti u r-Repubblika tal-Korea li bħala medja kienu jkunu inqas mill-prezzijiet tal-UE bejn l-2012 u l-2014 żdiedu fl-2015 għal madwar l-istess livell bħall-prezzijiet fl-UE. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn pajjiżi oħra bħalma huma l-Arabja Sawdija pereżempju li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-UE bejn l-2012 u l-2014, żdiedu f'livell għola mill-prezzijiet tal-UE fl-2015. Minbarra dan, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn ċerti pajjiżi oħra, bħat-Turkija pereżempju, komplew ikunu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-UE matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Madankollu, ta' min jinnota li l-prezzijiet f'din il-bażi ta' data ma jagħmlux distinzjoni bejn tipi ta' prodotti differenti u għaldaqstant il-kredibbiltà ta' dan il-paragun ta' prezzijiet abbażi tagħha hija limitata.

(70)

L-analiżi tal-informazzjoni dwar prezzijiet ta' esportazzjoni li swieq ta' pajjiżi terzi oħra tal-produttur esportatur li kkoopera wriet li matul l-2012 u l-2014, il-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni kienu ogħla mill-prezzijiet medji ta' HEG fi swieq terzi oħra (aġġustati fuq bażi ta' sena kalendarja billi d-data kienet ipprovduta fuq bażi ta' sena finanzjarja) filwaqt li matul il-PIR, il-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni kienu aktar baxxi mill-prezzijiet medji ta' HEG fi swieq terzi oħra.

(71)

Ma kien hemm ebda data oħra disponibbli sabiex jiġu stabbiliti livelli preċiżi tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Indjani lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra.

3.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(72)

L-attrattività tas-suq tal-Unjoni ntweriet mill-fatt li minkejja d-dazji antidumping u kumpensatorji fis-seħħ, il-GES mill-Indja baqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-Indja baqgħet it-tieni l-akbar pajjiż esportatur lejn l-Unjoni wara r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). Minkejja tnaqqis bejn l-2012 u l-PIR, l-Indja żammet l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni f'volumi u f'ishma mis-suq sinifikanti kif spjegat fil-premessa (100) aktar 'l isfel.

(73)

L-iżvilupp possibbli tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu għandu jitqies fl-isfond tat-tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-GES fl-Indja u madwar id-dinja flimkien mal-kapaċità żejda fl-Indja. Huwa ferm probabbli li dan se jżid il-pressjoni fuq il-produtturi esportaturi Indjani sabiex ikomplu jesploraw is-swieq tal-esportazzjoni, speċjalment fid-dawl tal-mudell kummerċjali tagħhom li huwa orjentat lejn l-esportazzjoni. Għaldaqstant, jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħassru u l-aċċess għas-suq tal-Unjoni jkun ħieles mid-dazji antidumping u kumpensatorji, ikun tabilħaqq probabbli li parti kbira mill-kapaċità żejda disponibbli tintuża għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni. B'mod partikolari billi l-investigazzjoni wriet li filwaqt li f'xi swieq esportaturi (bħalma huma l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti tal-Amerika) l-esportazzjonijiet Indjani żdiedu fl-2015, l-esportazzjonijiet kollha mill-Indja lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra segwew tendenza ta' tnaqqis. Dan jindika li għal ċerti pajjiżi terzi jidher li teżisti kapaċità limitata biex jiġu assorbiti kwantitajiet addizzjonali ta' esportazzjonijiet.

(74)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (66), ir-Russja imponiet dazji antidumping fuq importazzjonijiet tal-GES mill-Indja. Għalhekk il-produtturi esportaturi Indjani għandhom aċċess limitat għal dan is-suq u ma jistgħux iżidu jew jidderieġu mill-ġdid il-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn ir-Russja, kif intwera mit-tnaqqis tal-esportazzjonijiet għal din id-destinazzjoni mill-2012.

(75)

Abbażi ta' dan, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Indjani se jkomplu jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u saħansitra jżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom filwaqt li titqies il-kapaċità żejda sinifikanti tagħhom. Huwa probabbli li l-produttur esportatur li kkoopera se jkollu inċentiv biex ikompli jżid il-preżenza diġà sinifikanti tiegħu fis-suq tal-Unjoni, u saħansitra l-inċentiv se jkun akbar għall-produttur esportatur li ma kkooperax, li għandu livelli ta' dazju ogħla meta mqabbel mal-produttur esportatur li kkoopera u li kważi waqaf jesporta lejn is-suq tal-Unjoni.

3.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping

(76)

L-analiżi ta' hawn fuq turi li (i) l-importazzjonijiet mill-Indja baqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta' dumping sinifikanti u fi kwantitajiet sinifikanti; (ii) iż-żewġ produtturi Indjani huma orjentati lejn l-esportazzjoni u għandhom kapaċità żejda li jistgħu jużaw sabiex iżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping; (iii) il-konsum dinji qed isegwi xejra ta' tnaqqis, li tnaqqas il-possibilitajiet ta' esportazzjoni għal ċerti swieq terzi oħra; (iv) l-eżistenza ta' miżuri antidumping fir-Russja kontra GES Indjani tkompli tillimita l-possibilitajiet ta' esportazzjoni lill-produtturi esportaturi Indjani.

(77)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, wieħed jikkonkludi li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dannu jekk jitħassru l-miżuri.

(78)

Wara l-iżvelar, l-uniku produttur esportatur Indjan li kkoopera, HEG, sostna li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatti relatati mal-perjodu ta' wara l-PIR fl-evalwazzjoni tagħha tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping. Rigward dan, il-produttur esportatur Indjan li qed jikkoopera sostna li meta applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ma qisitx li GIL, il-produttur Indjan l-ieħor ta' GES, għamel investiment f'faċilità ta' manifattura fl-Unjoni, jiġifieri Graphite Cova GmbH (“GIL Cova”). HEG argumentat ukoll li GIL għandha kuntratt strateġiku fit-tul sabiex tbiegħ elettrodi ħodor moħmi (li huma prodott nofsu lest) għal faċilità ta' grafitizzazzjoni tagħha GIL Cova. HEG iddikjarat ukoll li minħabba l-investiment strateġiku ta' GIL, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni se jiżdiedu hija żbaljata u li s-sejba li ż-żewġ produtturi Indjani għandhom kapaċità żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet hija bbażata fuq sempliċi suppożizzjonijiet. HEG argumentat ukoll li l-iskadenza tal-miżuri mhix se żżid il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni bbażata fuq ix-xejra ta' tnaqqis ta' esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni (inkluż l-esportazzjoni ta' HEG lejn l-Unjoni) wara l-PIR.

(79)

Barra minn hekk, HEG sostniet li l-pjanijiet ta' HEG li żżid il-kapaċità ta' produzzjoni kienu biss il-viżjoni tal-President tagħha meta qies ix-xenarju ekonomiku favorevoli tal-2010. B'hekk, fir-rapport annwali ta' HEG għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Marzu 2016, ma hemm ebda proposta ġdida li qed tiġi diskussa mill-bord ta' diretturi għall-espansjoni ta' kapaċitajiet.

(80)

Fir-rigward tal-paragun tal-prezzijiet imwettaq mill-Kummissjoni fil-premessi (69) u (70) fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra, HEG ippreżentat analiżi tal-prezzijiet CIF/CFR medji tagħha għal erba' pajjiżi terzi oħra kif ikkumparat mal-prezzijiet CIF medji tagħha lejn l-Unjoni u kkonkludiet li, b'mod ġenerali, il-prezzijiet medji tagħha għall-erba' pajjiżi terzi oħra kienu ogħla milli l-prezzijiet għall-Unjoni. Għaldaqstant, HEG ddikjarat li s-suq tal-Unjoni b'livelli aktar baxxi ta' prezzijiet ikun b'paragun inqas attraenti.

(81)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' HEG dwar l-investiment ta' GIL f'GIL Cova matul il-perjodu kkunsidrat, GIL esportat volum żgħir immens lejn is-suq tal-Unjoni. Madankollu ta' min iqis li dan mhuwiex biss minħabba l-investiment ta' GIL f'GIL Cova, iżda l-aktar minħabba d-dazji antidumping u kumpensatorji għoljin li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' GIL mill-Indja lejn l-Unjoni (b'kollox 15,7 %). B'hekk, fix-xenarju li l-miżuri antidumping u/jew kompensatorji jiġu revokati, huwa probabbli li GIL tkompli l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni, minkejja l-investiment tagħha f'GIL Cova, anki filwaqt li titqies il-kapaċità żejda disponibbli tagħha u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni kif deskritt fil-premessi (72) sa (75) hawn fuq.

(82)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' HEG dwar ix-xejra ta' esportazzjonijiet wara l-PIR, tajjeb wieħed jenfasizza li dawn l-esportazzjonijiet saru filwaqt li l-miżuri antidumping u kumpensatorji kienu fis-seħħ. Għaldaqstant, anki jekk il-volum ta' esportazzjonijiet ta' HEG wara l-PIR ħa xejra 'l isfel, huwa probabbli li l-esportazzjonijiet ta' HEG lejn l-Unjoni jiżdiedu jekk miżuri antidumping u/jew kompensatorji jkunu revokati filwaqt li jitqies li minkejja l-miżuri fis-seħħ, HEG komplet tesporta lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet soġġetti għal dumping sinifikanti, il-mudell kummerċjali tagħha orjentat lejn l-esportazzjoni u l-kapaċità żejda tagħha li mhix eskluża l-probabbiltà li tiżdied fil-ġejjieni jekk id-domanda għall-prodotti tagħha tiżdied, kif deskritt fil-premessi (59) sa (75) hawn fuq.

(83)

Barra minn hekk, rigward l-intenzjoni ta' HEG li żżid il-kapaċità, ta' min jenfasizza li matul iż-żjara ta' verifika fil-post fl-2016, HEG uriet filmat qasir li t-tim inkarigat mill-każ li ta ħarsa ġenerali lejn il-grupp ta' HEG. Wieħed mill-elementi ppreżentati f'dan il-filmat kien il-pjani futuri tal-kumpanija li żżid il-kapaċità ta' produzzjoni tagħha. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-kumpanija spjegaw matul il-verifika fil-post li pjanijiet bħal dawn kienu attwalment sospiżi meta jitqies li l-kumpanija ma kinitx qed tuża l-kapaċità tagħha b'mod sħiħ u t-tnaqqis fid-domanda dinjija. Għaldaqstant, fil-każ li l-miżuri antidumping u/jew kumpensatorji jiġu revokati, x'aktarx li d-domanda għal GES Indjani fis-suq tal-Unjoni x'aktarx li tiżdied u li, għaldaqstant, HEG ikollha l-inċentiv biex iżżid il-kapaċità tagħha sabiex tissodisfa d-domanda.

(84)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' HEG dwar id-differenzi fil-prezzijiet bejn is-suq tal-Unjoni u swieq oħra ta' pajjiżi terzi, ta' min jenfasizza li l-paragun li sar mill-Kummissjoni fil-premessi (69) u (70) sar bejn il-prezzijiet medji tal-produtturi esportaturi Indjani fi swieq terzi oħra u l-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u mhux fuq il-prezzijiet medji tal-produtturi Indjani fis-suq tal-Unjoni. Ta' min jiftakar li l-prezz medju ta' HEG fis-suq tal-Unjoni huwa f'livell ta' dumping sinifikanti li jwaqqa' l-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni u għaldaqstant mhuwiex xieraq għall-paragun inkwistjoni.

(85)

Fid-dawl ta' dan hawn fuq, it-talbiet ta' HEG huma miċħuda.

(86)

Parti interessata oħra sostniet li minħabba l-konsum b'enerġija iktar baxxa, bħala fattur ewlieni tal-kost, u kostijiet ta' xogħol iktar baxxi, il-produtturi Indjani għandhom vantaġġi komparattivi ċari f'termini ta' kosteffiċjenza. Madankollu, ta' min jinnota li l-investigazzjoni żvelat li l-fattur ewlieni tal-kostijiet fil-proċess ta' manifattura ta' GES fl-Indja huwa filfatt il-kokk u mhux l-enerġija jew ix-xogħol. F'kull każ, anki jekk ikun hemm vantaġġ komparattiv għall-produtturi Indjani, dan jinħtieġ li jkollu effett simili fuq il-prezz ta' esportazzjoni u fuq il-valur normali u għalhekk l-ebda impatt fuq il-marġni ta' dumping. Din it-talba hija għaldaqstant fattwalment żbaljata u għalhekk miċħuda.

(87)

Il-konklużjoni tal-Kummissjoni li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jiġu rrevokati hija għalhekk ikkonfermata.

D.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DANNU

1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(88)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prodott simili kien immanifatturat minn tmien produtturi (żewġ kumpaniji individwali u żewġ gruppi). Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

2.   Kummenti preliminari

(89)

Kif intqal fil-premessa (61), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-GES hija marbuta mill-qrib ma' dik tal-industrija tal-azzar elettriku fejn il-GES jintużaw fil-fran tal-azzar elettriku għat-tidwib tal-iskart tal-azzar. F'dan il-kuntest, matul il-perjodu kkunsidrat, kienu prevalenti kundizzjonijiet tas-suq negattivi fl-industrija tal-azzar elettriku, bi tnaqqis fil-konsum li huwa rifless ukoll fil-konsum tal-GES.

(90)

Minħabba li hemm biss żewġ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fl-Indja, id-data relatata mal-importazzjonijiet ta' GES mill-Indja u minn pajjiżi terzi oħra fl-Unjoni Ewropea mhijiex ippreżentata f'ċifri preċiżi sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

3.   Konsum tal-Unjoni

(91)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi għaddet flimkien:

(i)

il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, miksub wara verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju,

(ii)

il-bejgħ ta' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, mhux inklużi fil-kampjun, miksub mit-talba għal rieżami,

(iii)

il-bejgħ ta' produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u li mhuwiex fil-kampjun, miksub mir-rapporti annwali tiegħu,

(iv)

l-importazzjonijiet mill-Indja, ibbażati abbażi ta' data skont l-Artikolu 14(6) u

(v)

l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha, ibbażati fuq il-Eurostat (livell TARIC).

(92)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

151 508

140 244

146 637

139 974

Indiċi (2012 = 100)

100

93

97

92

Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax, it-talba għal rieżami, l-Eurostat (livell TARIC), il-bażi ta' data skont l-Artikolu 14(6).

(93)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod aktar speċifiku, il-konsum tal-Unjoni naqas b'7 % fl-2013, irkupra b'4 % bejn l-2013 u l-2014 u mbagħad reġa' naqas b'5 % mill-2014 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(94)

Kif issemma fil-premessi (61) u (89), it-tnaqqis ġenerali fid-domanda kien riżultat tal-kundizzjonijiet negattivi tas-suq li kien hemm fis-settur tal-azzar elettriku, billi l-volumi tal-bejgħ tal-elettrodi tal-grafit isegwu l-iżvilupp fil-volum tal-produzzjoni tal-azzar fil-fran elettriċi.

(95)

Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera ddikjara li l-analiżi tas-sehem mis-suq u l-konsum għandha tqis l-importazzjonijiet magħmula mill-produtturi tal-Unjoni mill-kumpaniji relatati tagħhom fl-Istati Uniti, il-Messiku, il-Ġappun u l-Malasja li kieku kienu jiżdiedu b'mod sinifikanti matul l-aħħar tliet snin.

(96)

Importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha ġew ikkunsidrati meta kienet qed jiġi kkalkulat il-konsum tal-Unjoni, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (91) u għalhekk huma riflessi fil-konsum totali. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat.

4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

L-Indja

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

9 000 — 10 000

5 000 — 6 000

7 000 — 8 000

6 500 — 7 500

Volum indiċjat tal-importazzjonijiet (2012 = 100)

100

57

80

74

Sehem mis-suq (%)

6 — 7

3 — 4

5 — 6

4 — 5

Sehem mis-suq indiċjat

100

62

83

80

Sors: il-bażi ta' data skont l-Artikolu 14(6).

(97)

Il-volumi tal-importazzjonijiet kienu qed jonqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Huma naqsu b'mod sinifikanti fl-2013 (bi 43 %), reġgħu telgħu fl-2014 u reġgħu naqsu fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali kien hemm tnaqqis ta' 26 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(98)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet abbażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (91) hawn fuq.

(99)

Is-sehem mis-suq wera xejriet simili bħall-volumi tal-importazzjoni, jiġifieri naqas bejn l-2012 u l-2013, żdied bejn l-2013 u l-2014 u mbagħad reġa' naqas bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali s-sehem mis-suq naqas b'1,2 punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel mal-2012.

(100)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat kien fil-medda ta' 6 % sa 7 %. Huwa naqas għall-medda ta' 4 % sa 5 % sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

4.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(101)

Il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indjani abbażi tad-data rreġistrata fil-bażi ta' data skont l-Artikolu 14(6). B'mod ġenerali dawn kienu jaqblu mal-prezzijiet irrapportati mill-produttur esportatur li kkoopera.

(102)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni  (21)

Pajjiż

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

L-Indja

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

2 500 — 3 500

3 000 — 4 000

2 500 — 3 500

2 200 — 3 200

Indiċi (2012 = 100)

100

105

89

86

(103)

B'mod ġenerali, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu b'5 % bejn l-2012 u l-2013, naqsu b'16 % fl-2014 u komplew jonqsu bi 3 % fil-PIR.

4.3.   Twaqqigħ tal-prezz

(104)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami billi qabblet (i) il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; u (ii) il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produttur esportatur Indjan li kkoopera, lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi tal-kost, assigurazzjoni u nol (cost, insurance, freight, CIF), b'aġġustamenti xierqa għad-dazju antidumping/kompensatorju u għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.

(105)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskonti. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(106)

Għal produttur esportatur li kkoopera, it-tqabbil wera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta' 3 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, meta jitnaqqsu d-dazji antidumping u kumpensatorji mill-kalkoli, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz jammonta għal 9 %. Rigward il-produttur esportatur li ma kkooperax, kien importat volum żgħir ħafna matul il-PIR. Minkejja dan, il-Kummissjoni wettqet stima ta' twaqqigħ tal-prezz. Il-Kummissjoni sabet marġini ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 12 %, meta d-dazji antidumping u kumpensatorji fis-seħħ tnaqqsu mill-kalkoli. Din l-istima madankollu hija bbażata fuq volum żgħir ħafna u, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, ma tikkunsidrax tipi ta' prodotti. Għaldaqstant, l-kredibbiltà tagħha hija limitata.

4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Tabella 5

Volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Total ta' pajjiżi terzi oħra

Importazzjonijiet (tunnellati)

33 000 — 35 000

30 000 — 32 000

34 000 — 36 000

30 000 — 32 000

Indiċi

100

90

103

90

Sehem mis-suq (%)

22 — 23

22 — 23

24 — 25

22 — 23

Prezz (EUR/tunnellata)

2 500 — 3 500

2 400 — 3 400

2 400 — 3 400

2 300 — 3 300

Indiċi

100

98

89

92

Iċ-Ċina

Importazzjonijiet (tunnellati)

14 000 — 15 000

11 000 — 12 000

16 000 — 17 000

14 000 — 15 000

Indiċi

100

80

117

103

Sehem mis-suq (%)

9 — 10

8 — 9

11 — 12

10 — 11

Prezz (EUR/tunnellata)

2 000 — 3 000

1 500 — 2 500

1 400 — 2 400

1 600 — 2 600

Indiċi

100

94

90

99

L-Istati Uniti tal-Amerika

Importazzjonijiet (tunnellati)

3 000 — 4 000

4 000 — 5 000

4 200 — 5 200

4 200 — 5 200

Indiċi

100

118

129

128

Sehem mis-suq (%)

2 — 3

3 — 4

3 — 4

3 — 4

Prezz (EUR/tunnellata)

3 300 — 4 300

3 200 — 4 200

3 000 — 4 000

2 800 — 3 800

Indiċi

100

96

84

81

Il-Messiku

Importazzjonijiet (tunnellati)

3 000 — 4 000

4 000 — 5 000

5 500 — 6 500

4 000 — 5 000

Indiċi

100

127

165

119

Sehem mis-suq (%)

2 — 3

3 — 4

4 — 5

3 — 4

Prezz (EUR/tunnellata)

3 800 — 4 800

3 900 — 4 900

3 900 — 4 900

4 000 — 5 000

Indiċi

100

103

103

115

Ir-Russja

Importazzjonijiet (tunnellati)

3 000 — 4 000

2 500 — 3 500

3 500 — 4 500

3 700 — 4 700

Indiċi

100

70

101

103

Sehem mis-suq (%)

2 — 3

1 — 2

2 — 3

2 — 3

Prezz (EUR/tunnellata)

3 000 — 4 000

2 800 — 3 800

2 500 — 3 500

2 100 — 3 100

Indiċi

100

91

79

75

Il-Ġappun

Importazzjonijiet (tunnellati)

4 500 — 5 500

3 000 — 4 000

3 000 — 4 000

2 000 — 3 000

Indiċi

100

74

62

50

Sehem mis-suq (%)

3 — 4

2 — 3

2 — 3

1 — 2

Prezz (EUR/tunnellata)

3 400 — 4 400

3 300 — 4 300

2 800 — 3 800

2 900 — 3 900

Indiċi

100

99

82

83

Pajjiżi terzi oħra

Importazzjonijiet (tunnellati)

4 000 — 5 000

4 000 — 5 000

1 000 — 2 000

700 — 1 700

Indiċi

100

104

25

19

Sehem mis-suq (%)

2 — 3

3 — 4

0,5 — 1,5

0,5 — 1,5

Prezz (EUR/tunnellata)

2 600 — 3 600

2 000 — 3 000

1 900 — 2 900

1 600 — 2 600

Indiċi

100

83

78

72

Sors: Eurostat (livell TARIC).

(107)

Bi qbil mat-tnaqqis fil-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha naqas b'10 % bejn l-2012 u l-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha kien fil-medda ta' 22 % — 23 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet ewlenin kienu miċ-Ċina, mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Messiku, mir-Russja u mill-Ġappun, li kienu l-uniċi pajjiżi b'ishma mis-suq individwali ogħla minn 1 % matul il-PIR.

(108)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Ġappun u mill-Messiku kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Messiku żdied, b'anqas minn 1 punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun naqas b'1,5 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

(109)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina u mir-Russja kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni (ħlief fl-2012 għar-Russja). Skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal rieżami, parti mill-importazzjonijiet miċ-Ċina tirrigwarda GES b'dijametru żgħir (dijametru ta' anqas minn 400 millimetru) filwaqt li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet mill-Indja u l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f'GES b'dijametri kbar (22) (dijametri ta' aktar minn 400 millimetru), li jiswew aktar flus.

(110)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'1 punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat u kien fil-medda ta' 10 % — 11 % matul il-PIR, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja kien biss fil-medda ta' 2 % — 3 % matul il-PIR, u żdied b'0,3 ta' punt perċentwali matul il-perjodu taħt konsiderazzjoni. Madankollu, dawn iż-żidiet ma kinux għad-detriment tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li kif spjegat fil-premessa segwenti (123), żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Rimarki ġenerali

(112)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(113)

Kif issemma fil-premessa (14), intuża l-kampjunar sabiex tiġi determinat id-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(114)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi tad-dannu. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data kontenuta fit-talba għal rieżami, fir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda lill-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(115)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni ta' dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(116)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġbir tal-kapital.

(117)

Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

(a)   Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità

(118)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

235 915

235 502

241 623

221 971

Indiċi (2012 = 100)

100

100

102

94

Kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati)

297 620

297 245

299 120

290 245

Indiċi (2012 = 100)

100

100

101

98

Użu tal-kapaċità (%)

79

79

81

76

Sors: it-talba għal rieżami, ir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(119)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni naqas b'6 %. B'mod aktar speċifiku, l-ewwel żdied bi 2 % sal-2014 u mbagħad naqas bi 8 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel mal-2014.

(120)

Il-kapaċità ta' produzzjoni naqset bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(121)

Bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas bi 3 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

(b)   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(122)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-bejgħ fl-Unjoni (tunnellati)

107 655

103 779

103 704

102 123

Indiċi (2012 = 100)

100

96

96

95

Sehem mis-suq (%)

71,1

74,0

70,7

73,0

Sors: it-talba għal rieżami, ir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(123)

Il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b'madwar 5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa żdied bi 2,9 punti perċentwali fl-2013. Imbagħad naqas bi 3,3 punti perċentwali fl-2014 u reġa' żdied bi 2,3 punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

(124)

Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera afferma li l-importazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni mill-kumpaniji relatati tagħhom fl-Istati Uniti, fil-Messiku, fil-Ġappun u l-Malasja għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni huwa kkalkulat abbażi tal-bejgħ tal-produzzjoni tagħha stess fis-suq tal-Unjoni. Importazzjonijiet magħmula mill-industrija tal-Unjoni mhumiex meqjusa minħabba li dan ikollu effett distorsiv fuq l-istampa ġenerali, billi l-importazzjoni jingħaddu darbtejn; bħala importazzjoni fuq naħa waħda u bħala bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fuq in-naħa l-oħra. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(c)   Tkabbir

(125)

Bejn l-2012 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 %. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'5 % li, madankollu, issarraf fi gwadann fis-sehem mis-suq ta' 1,9 punti perċentwali.

(d)   Impjiegi u produttività

(126)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Numru ta' impjegati

1 526

1 539

1 475

1 523

Indiċi (2012 = 100)

100

101

97

100

Produttività (tunnellati/impjegat)

155

153

164

146

Indiċi (2012 = 100)

100

99

106

94

Sors: it-talba għal rieżami, ir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(127)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni baqgħu bejn wieħed u ieħor fl-istess livell matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni (tnaqqis ta' 6 % tul il-perjodu kkunsidrat), il-produttività wkoll naqset b'6 % matul l-istess perjodu.

(e)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(128)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet ta' GES mill-Indja komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Il-marġni tad-dumping stabbilit għall-Indja matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kien ogħla sewwa mil-livell de minimis kif deskritt fil-premessa (47). Dan ikkoinċida ma' tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjoni meta mqabbla mal-2012. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika mill-miżuri antidumping fis-seħħ billi żammet u żiedet daqsxejn is-sehem tagħha mis-suq.

5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(a)   Il-prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(129)

Il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni u l-kost għal kull unità

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Prezz tal-bejgħ medju ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

3 784

3 468

2 997

2 825

Indiċi (2012 = 100)

100

92

79

75

Kost tal-produzzjoni ta' unità (EUR/tunnellata)

3 357

3 116

2 776

2 745

Indiċi (2012 = 100)

100

93

83

82

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(130)

Il-prezz tal-bejgħ medju ta' unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'mod kostanti b'25 % u laħaq l-2 825 EUR/tunnellata fil-PIR. L-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha sabiex tirrifletti t-tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-GES, minħabba t-tnaqqis fid-domanda fis-settur tal-azzar elettriku.

(131)

Il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas saħansitra inqas, bi 18 %, matul il-perjodu kkunsidrat. Il-fattur ewlieni li influwenza t-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni ta' unità kien it-tnaqqis fil-prezz tal-materja prima.

(132)

Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja sostna li l-prezz dinji tal-materja prima naqas iktar mill-kost tal-materja prima mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant l-industrija tal-Unjoni kienet ineffiċjenti f'termini tas-sorsjar tal-materja prima u għaldaqstant il-vijabilità tagħha kienet dubjuża.

(133)

L-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni ġabet il-materja prima tagħha madwar id-dinja minn partijiet relatati u mhux relatati f'livell simili ta' prezz u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' ineffiċjenzi f'termini tal-issorsjar tal-materja prima. Billi d-dikjarazzjoni ma ġietx sostanzjata iktar, ġiet miċħuda.

(b)   Kostijiet lavorattivi

(134)

Il-kostijiet lavorattivi medji żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

66 111

66 842

67 113

67 253

Indiċi (2012 = 100)

100

101

102

102

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(135)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat b'żieda marġinali ta' 2 %.

(c)   Inventarji

(136)

Il-livelli tal-istokkijiet żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Inventarji

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Stokkijiet tal-għeluq

8 952

8 821

13 770

18 465

Indiċi (2012 = 100)

100

99

154

206

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

6

5

7

11

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(137)

Il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied b'aktar mid-doppju f'termini assoluti matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-PIR, il-livell tal-istokkijiet kien jirrappreżenta madwar 11 % tal-produzzjoni tagħha.

(d)   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

(138)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2012

2013

2014

Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

11,3

10,2

7,4

2,8

Fluss tal-flus (EUR)

47 981 432

46 443 978

30 426 147

31 283 121

Indiċi (2012 = 100)

100

97

63

65

Investimenti (EUR)

25 293 559

23 133 505

21 672 869

12 313 975

Indiċi (2012 = 100)

100

91

86

49

Redditu fuq l-investimenti (%)

16,5

13,9

10,1

3,9

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(139)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod gradwali minn 11,3 % fl-2012 għal 2,8 % fil-PIR, jiġifieri tnaqqis ta' 8,5 punti perċentwali.

(140)

Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja indika li t-tnaqqis fil-profittabbiltà mill-produtturi tal-Unjoni kien ikkaġunat minn spejjeż ġenerali amministrattivi u tal-bejgħ għoljin.

(141)

L-investigazzjoni sabet li l-kost unitarju tal-produzzjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, kif indikat hawn fuq fil-premessa (131). Dan it-tnaqqis fil-kost unitarju tal-produzzjoni huwa attribwit għall-ispejjeż amministrattivi u tal-bejgħ anki jekk il-parti l-kbira tal-kost kienet attribwita għall-materja prima. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

(142)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li jiffinanzja waħdu l-attivitajiet tiegħu. Il-fluss tal-flus nett naqas b'35 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis sostanzjali fil-fluss tal-flus huwa spjegat prinċipalment mit-tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà, kif deskritt hawn fuq fil-premessa (139).

(143)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss annwali ta' investimenti fil-prodott ikkonċernat li għamlet l-industrija tal-Unjoni naqas b'aktar min-nofs, minn EUR 25 miljun fl-2012 għal EUR 12-il miljun fil-PIR.

(144)

Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja afferma li t-tnaqqis fl-investimenti hija purament minħabba t-tiċkin tad-domanda u l-kapaċitajiet żejda tal-manifattura ta' GES globalment.

(145)

Tabilħaqq, l-investigazzjoni kkonfermat li, kif spjegat fil-premessa (93) hawn fuq, kien hemm tnaqqis fil-konsum ta' GES matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ta' min jinnota li l-investimenti fil-prodott konċernat magħmul mill-industrija tal-Unjoni matul il-PIR tal-aħħar rieżami ta' skadenza, meta jaffaċċaw ukoll it-tnaqqis fil-konsum, kienu tliet darbiet iktar mil-livell ta' investiment miksub matul il-PIR tar-reviżjoni attwali.

(146)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili naqas b'mod gradwali minn 16,5 % fl-2012 għal 3,9 % fil-PIR.

5.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(147)

L-investigazzjoni wriet li minkejja l-miżuri fis-seħħ, ħafna mill-indikaturi tad-dannu żviluppaw b'mod negattiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. Minkejja dan, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u żżid daqsxejn is-sehem mis-suq tagħha, li kien possibbli biss għad-detriment tal-livelli ta' profitt inferjuri li kisbet.

(148)

Filwaqt li dawn l-iżviluppi negattivi jistgħu jiġu spjegati mit-tnaqqis fil-konsum, li naqas bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, importazzjonijiet Indjani kienu għadhom preżenza kontinwa fis-suq tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet kienu mibjugħa bi prezzijiet inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija bi 3 % fil-PIR. Barra minn hekk, il-marġni tal-orħos prezz tal-bejgħ instab li kien 9 %. Għaldaqstant, importazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati għadhom qed jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet. Tabilħaqq, il-pressjoni fuq il-prezzijiet matul il-PIR attwali żdiedet meta mqabbla mar-rieżami tal-iskadenza preċedenti meta t-twaqqigħ tal-prezz kien ta' anqas minn 2 %.

(149)

Fl-isfond ta' konsum imnaqqas u l-pressjoni tal-prezzijiet minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati, l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. B'konsegwenza ta' dan, il-profitt tagħha, minkejja li xorta pożittiv (2,8 %) fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, kien taħt il-profitt fil-mira ta' 8 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(150)

Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja sostna li billi s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 2 % il-produtturi tal-Unjoni bbenefikaw sostanzjalment mit-tnaqqis fl-importazzjonijiet Indjani. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien iddikjarat li jkun saħansitra ogħla kieku l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra kienu kkunsidrati wkoll. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni ilha tħabbat wiċċha ma' kompetizzjoni iebsa fil-prezzijiet minn sorsi oħra (prezzijiet ta' importazzjonijiet baxxi miċ-Ċina u r-Russja, b'mod partikolari). Għaldaqstant, intqal li l-ebda ħsara ma tista' tiġi attribwita għall-importazzjonijiet Indjani bħala riżultat ta' sehem mis-suq allegatament iktar baxx mill-produtturi tal-Unjoni.

(151)

Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet tnaqqis fil-volumi ta' importazzjoni u l-ishma mis-suq ta' importazzjonijiet mill-Indja, però, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (148), importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati għadhom qed jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet, li saħansitra żdiedet matul il-PIR attwali meta mqabbla mal-perjodu preċedenti ta' rieżami ta' skadenza. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

(152)

L-istess parti interessata qalet ukoll li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatt li importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina u mir-Russja huma waħda mill-kawżi prinċipali ta' pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u ħeġġeġ li ssir analiżi sħiħa tal-importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina u mir-Russja tal-prodott taħt konsiderazzjoni qabel ma tiġi determinata l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. Din il-parti allegat ukoll li ċerti manifatturi Ċiniżi żiedu l-importazzjonijiet ta' GES b'dijametru kbir lejn is-suq tal-Unjoni.

(153)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni ta' GES miċ-Ċina u r-Russja, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (109) u (111) jinħtieġ li wieħed jiftakar li: (i) ma setax isir tqabbil sinifikanti tal-prezzijiet skont it-tip ta' prodott għal importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi, kif kien possibbli għall-Indja abbażi tal-informazzjoni dettaljata pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera; (ii) l-istatistiċi tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ma tippermettix li ssir distinzjoni bejn tipi ta' prodotti differenti u (iii) skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal reviżjoni, u b'konferma mill-utenti, il-maġġoranza tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi huma ta' GES b'dijametru iżgħar li huma irħas. Barra minn hekk, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja ma ssostanzjax id-dikjarazzjoni tiegħu dwar l-importazzjonijiet miżjuda ta' GES b'dijametru ikbar miċ-Ċina lejn l-Unjoni.

(154)

Dwar il-volumi ta' importazzjoni ta' GES u l-ishma tas-suq tagħhom miċ-Ċina u r-Russja, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (110), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'1 punt perċentwali, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja żdied b'0,3 ta' punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn iż-żidiet ma kinux għad-detriment tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li kif spjegat fil-premessa (110), żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

(155)

L-istess parti interessata allegat li l-industrija tal-Unjoni kienet ineffiċjenti fil-produzzjoni ta' GES b'dijametru iżgħar billi l-bejgħ ta' dawk il-prodotti rrappreżenta biss parti mill-volum tal-bejgħ totali tagħhom.

(156)

Il-kundizzjonijiet tas-suq normalment jiżguraw li l-provvista, speċifikament it-tip ta' prodott mibjugħ, tkun xprunata mid-domanda. Billi d-dikjarazzjoni rigward l-ineffiċjenza fil-produzzjoni ta' GES b'dijametru iżgħar mill-industrija tal-Unjoni ma kinitx sostanzjata iktar, l-argument ġie miċħud.

(157)

L-istess parti interessata ddikjarat li n-nuqqas ta' analiżi tal-impatt tal-kwantitajiet akbar ta' importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi oħra inklużi l-importazzjonijiet mingħand kumpaniji affiljati fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Messiku, il-Malasja u l-Ġappun.

(158)

Kif indikat hawn fuq fil-premessa (108), il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Ġappun u mill-Messiku kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdied b'0,1 ta' punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat u kien inqas minn 10 % sa tmiem il-PIR. Bl-istess mod il-Kummissjoni ma kellha ebda evidenza li l-prezzijiet minn dawn il-pajjiżi kienu l-oġġett ta' dumping. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

(159)

L-istess parti interessata qalet li meta kkalkulat il-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ abbażi tat-tip, il-Kummissjoni wżat in-numru ta' kontroll tal-prodott (“PCN”) li ma kienx jikkunsidra l-materja prima wżata, li madankollu għandha impatt sinifikanti fuq il-kostijiet u l-prezzijiet. It-tqabbil ta' tipi ta' prodotti magħmula mill-istess materja prima kien ikollu l-effett li jnaqqas il-marġni ta' twaqqigħ tal-bejgħ minn 9 % għal 8 %.

(160)

Tabilħaqq, id-differenza tal-materja prima ma kinitx riflessa fl-istruttura tal-PCN u għaldaqstant il-kalkolu u għaldaqstant il-kalkolu tal-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ ma qisitx din id-differenza. Madankollu, meta t-tipi ta' prodotti kienu maqsuma b'kont meħud tal-materja prima wżata għall-għan tal-kalkolu ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ, kif ippreżentat mill-parti interessata wara l-iżvelar, il-marġni ta' twaqqigħ tal-bejgħ iddikjarat fil-premessa (148) naqas biss b'1 punt perċentwali għal 8 %. Għaldaqstant, dan in-nuqqas ma kellu l-ebda impatt materjali fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni ta' marġni ta' twaqqigħ tal-bejgħ tul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(161)

L-istess parti interessata qajmet dubju dwar il-livell ta' profitt immirat ta' 8 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali billi sostniet li l-manifatturi ta' GES kienu qed jaffaċċaw telf minħabba tnaqqis fid-domanda tal-azzar internazzjonali u għaldaqstant il-mira ta' 8 % profitt ma kinitx għadha ġġustifikata.

(162)

Ta' min jiftakar li l-livell ta' qligħ fil-mira fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni jinħtieġ li jkun dak li jista' raġonevolment jinkiseb b'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip f'dan is-settur, jiġifieri fl-assenza ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping jew issussidjati. F'dan ir-rigward, kif osservat fil-premessa (26) tar-Regolament (KE) Nru 1629/2004, sar eżami xierqa tal-livelli ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni meta s-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping kien fl-inqas livell tiegħu (jiġifieri fl-1999). Għaldaqstant kien konkluż b'mod definittiv li jenħtieġ li l-marġni tal-profitt li seta' raġonevolment jitqies li jirrapreżenta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta' dumping ta' dannu mill-Indja jkun stabbilit għal 8 % għall-fini tal-kalkolu tal-marġni ta' dannu. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

(163)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni fraġli ħafna matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, li fil-parti l-kbira huwa attribwibbli għall-kundizzjonijiet negattivi tas-suq u l-waqgħa konsegwenti fil-konsum. Għal din ir-raġuni, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ffukat fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu minn importazzjoni oġġett ta' dumping mill-Indja.

6.   Probabbiltà tar-rikorrenza tad-dannu

(164)

Sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu li kieku jitħassru l-miżuri kontra l-Indja, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fl-Indja, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħra u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

(165)

Fil-premessa (75) ġie konkluż li huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Indjani se jkomplu jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u saħansitra jżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom u li dawn l-esportazzjonijiet aktarx li jsiru bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping.

(166)

Kif stabbilit fil-premessa (60), il-kapaċità Indjana hija stmata għal madwar 160 000 tunnellata fil-PIR, filwaqt li l-kapaċità żejda hija stmata għal bejn 40 000 u 50 000 tunnellata, li kienet tirrappreżenta bejn 29 % u 36 % tal-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (59), il-produtturi esportaturi Indjani x'aktarx se jkomplu jżidu l-kapaċità tagħhom f'każ ta' żieda fid-domanda. Kif imsemmi fil-premessa (62), fit-tmiem ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet Indjani imponew miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES miċ-Ċina. B'konsegwenza, huwa mistenni li l-produtturi Indjani se jżidu s-sehem tagħhom tas-suq fis-suq domestiku.

(167)

B'konsegwenza tal-attrattività tas-suq tal-Unjoni deskritta fil-premessi (72) sa (75) jekk il-miżuri jitħassru, mill-inqas parti mill-kapaċità żejda aktarx tiġi diretta mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (63), il-produtturi Indjani huma ferm orjentati lejn l-esportazzjoni. Fir-rigward tal-prezzijiet ta' GES, kif deskritt fil-premessa (69), għal xi destinazzjonijiet tal-importazzjoni Indjani nstabu livelli ogħla tal-prezzijiet milli fl-Unjoni. Madankollu minħabba t-taħlita differenti tal-prodott, din l-informazzjoni ma tippreġudikax il-valutazzjoni globali li l-kapaċità l-ġdida se tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni billi l-kredibbiltà ta' dan il-paragun tal-prezz hija limitata.

(168)

Kif indikat fil-premessa (66), miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet Indjani ta' GES kienu ġew imposti fir-Russja u l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn ir-Russja naqsu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jimplika li l-aċċess għat-tielet l-ikbar suq ta' esportazzjoni għall-produtturi esportaturi Indjani huwa ristrett u bil-kapaċità żejda attwali, li saħansitra jaf tiżdied, imsemmija hawn fuq fil-premessa (166), teżisti probabbiltà qawwija li l-produtturi esportaturi Indjani jżidu b'mod sinifikanti l-importazzjonijiet tagħhom tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(169)

Kif stabbilit fil-premessa (106), il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani mingħajr id-dazji antidumping u kumpensatorji jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni b'9 %. Għall-produttur esportatur li ma kkooperax, stima tal-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz mingħajr id-dazji antidumping u kumpensatorji inklużi kienet ikkalkulata għal 12 %. Din hija indikazzjoni ta' x'aktarx li jista' jkun il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja li kieku jitħassru l-miżuri. Abbażi ta' dan, huwa probabbli li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni tiżdied b'mod sinifikanti jekk jitħassru l-miżuri, u b'hekk tkompli teħżien is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(170)

F'termini ta' volumi, huwa ferm probabbli li t-tħassir tal-miżuri se jippermetti lill-produtturi esportaturi Indjani jiggwadanjaw ishma mis-suq fis-suq tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-produttur esportatur li ma kkooperax, li bħalissa għandu r-rata ta' dazju ogħla ta' 15,7 %, se jkollu inċentiv b'saħħtu sabiex ikompli bl-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Jekk isseħħ din is-sitwazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tiffaċċa tnaqqis immedjat fil-volumi tal-bejgħ u fl-ishma mis-suq tagħha.

(171)

Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Indjani aktarx li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, f'termini ta' volumi tal-importazzjoni u tal-ishma mis-suq bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping u ssussidjati li jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan joħloq pressjoni akbar fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni b'impatt negattiv fuq il-profittabbiltà u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Dan se jkompli jgħarraq ukoll is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(172)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza ta' dannu kkawżat minn importazzjonijiet oġġetti ta' dumping mill-Indja f'każ li l-miżuri jiġu revokati.

E.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(173)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra l-Indja tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

(174)

Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, kien meqjus li l-adozzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

(175)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(176)

Abbażi ta' dan il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping u tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(177)

Kif spjegat fil-premessa (147), il-miżuri ppermettew lill-industrija tal-Unjoni li żżomm l-ishma mis-suq tagħha. Fl-istess waqt, ġie konkluż ukoll fil-premessa (172), li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha f'każ li l-miżuri antidumping kontra l-Indja jitħallew jiskadu. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri kontra l-Indja tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni.

2.   L-interess tal-importaturi/kummerċjanti

(178)

Kif issemma fil-premessa (16), l-ebda importatur ma kkoopera jew ippreżenta ruħu fl-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri.

3.   L-interess tal-utenti

(179)

Kif intqal fil-premessa (18), minn 53 utent ikkuntattjati, tmienja ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. Erbgħa minnhom użaw GES importati mill-Indja. L-importazzjonijiet tagħhom kienu jirrappreżentaw madwar 20 % tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mill-Indja.

(180)

Ta' min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma jkunx sinifikanti għall-utenti. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri għal għaxar snin, l-utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom, fost l-oħrajn, mill-Indja. L-utenti ma ppreżentaw l-ebda informazzjoni li turi li kien hemm diffikultajiet fis-sejbien ta' sorsi oħra u lanqas l-investigazzjoni ma sabet xi informazzjoni bħal din.

(181)

Barra minn hekk, dwar l-effett tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, ta' min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali ġie konkluż li, minħabba l-inċidenza negliġibbli tal-kost tal-GES fuq l-industriji li jużawh, kwalunkwe żieda fil-kost ma kinitx probabbli li se jkollha effett sinifikanti fuq l-industrija li tużah. Dawn is-sejbiet kienu kkonfermati fir-rieżami preżenti billi ma nstabet l-ebda indikazzjoni li turi bil-kontra wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-erba' utenti ma ppreżenta xi argument kontra ż-żamma tal-miżuri.

(182)

Federazzjoni minnhom tal-produtturi tal-azzar, il-federazzjoni tal-industrija tal-azzar Ġermaniża (Wirtschaftsvereinigung Stahl) kienet opposta għall-kontinwazzjoni tal-miżuri u sostniet li l-miżuri rriżultaw fi żvantaġġi kompetittivi għall-produtturi tal-azzar fl-Unjoni meta mqabbla ma' produtturi tal-azzar f'reġjuni oħra li ma għandhom ebda miżura imposta fuq il-GES. Il-federazzjoni allegat li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm pożizzjoni dominanti. Madankollu, jidher ċar mill-iżvilupp tal-importazzjonijiet mill-Indja wara l-impożizzjoni tal-miżuri li l-importazzjonijiet mill-Indja komplew matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-GES qed jidħlu dejjem aktar fis-suq tal-Unjoni minn numru ta' pajjiżi terzi oħra.

(183)

Abbażi ta' dan u b'konformità mal-konklużjonijiet stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali, huwa mistenni li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni konvinċenti biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu estiżi l-miżuri eżistenti.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(184)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra l-estensjoni tal-miżuri antidumping preżenti fuq l-importazzjonijiet mill-Indja.

F.   MIŻURI ANTIDUMPING

(185)

Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri antidumping fis-seħħ. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti wara dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta.

(186)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' GES li joriġinaw mill-Indja, imposti mir-Regolament (UE) Nru 1225/2009, jinħtieġ li jinżammu.

(187)

Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja talab lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-kontinwazzjoni tal-miżuri għal perjodu ta' sentejn. Madankollu, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali li tiġġustifika li tiġi limitata d-durata tal-miżuri għal sentejn.

(188)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(189)

Kull rikjesta li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping tal-kumpaniji individwali (pereż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) jinħtieġ li tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (23) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni, assoċjat pereżempju ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament imbagħad jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali.

(190)

Il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma ppreżentax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' elettrodi tal-grafit tat-tip użat għall-fran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1,65 g/cm3 jew iżjed u reżistenza elettrika ta' 6,0 μ.Ω.m jew anqas, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u nipples użati għal dawn l elettrodi, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010) kemm jekk jiġu importati flimkien jew separatament u li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata tad-dazju

Kodiċi TARIC addizzjonali

Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta — 700016, West Bengal

9,4 %

A530

HEG Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector-1, Noida — 201301, Uttar Pradesh

0 %

A531

Il-kumpaniji l-oħra kollha

8,5 %

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li jimponi taxxa kompensatorja definittiva u li jiġbor definittivament it-taxxa provviżorja imposta fuq l-importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1628/2004 li jimponi dazju definittiv ta' kumpens fuq importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1629/2004 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24.).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1186/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 17).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1185/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 1).

(7)  ĠU C 82, 10.3.2015, p. 5.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat mir-Regolament bażiku.

(9)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 415, 15.12.2015, p. 33).

(10)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 415, 15.12.2015, p. 25).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat mir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).

(12)  http://www.google.be/url?sa=t&rct=j&q=&esrc=s&source=web&cd=1&cad=rja&uact=8&ved=0ahUKEwiqt6H2u9_QAhWEzRoKHYUwBVEQFggfMAA&url=http%3A%2F%2Fhegltd.com%2Fwebmaster%2FDownloadFile.aspx%3Fd%3D..%2Fuploads%2FFinance%2F70Results_Release.pdf&usg=AFQjCNGMpUymLm4BNOjIMmolLDgwSGgcDw

(13)  http://content.icicidirect.com/mailimages/IDirect_GraphiteIndia_Q1FY16.pdf

(14)  http://hegltd.com/ u http://www.graphiteindia.com/

(15)  http://hegltd.com/WEBMASTER/DownloadFile.aspx?D=../Uploads/Newsletter/News9.pdf

(16)  https://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html

(17)  http://www.dgtr.gov.in/sites/default/files/adfin_Graphite_Electrodes_diameters_ChinaPR.pdf

(18)  http://hegltd.com/pdf/HEGLtd_Q1_FY_16_Investors_Presentation.pdf

(19)  http://www.graphiteindia.com/View/investor_relation.aspx (ara GIL Q3 FY2015 Earnings Presentation.pdf, paġna 14).

(20)  http://www.eurasiancommission.org/_layouts/Lanit.EEC.Desicions/Download.aspx?IsDlg=0&ID=3805&print=1

(21)  Il-prezz medju ma jinkludix id-dazji antidumping/kumpensatorji fis-seħħ

Sors: il-bażi ta' data skont l-Artikolu 14(6).

(22)  Kemm id-dijametri żgħar kif ukoll dawk kbar tal-elettrodi tal-grafit huma inklużi fl-istess kodiċijiet TARIC.

(23)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels, Belgium.


10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/72


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/423

tad-9 ta' Marzu 2017

li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Maqgħuda C-659/13 u C-34/14

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u b'mod partikolari l-Artikolu 266 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) u 14(1) u (3) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 (2) li jistabbilixxi miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda (“żraben”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew “iċ-Ċina”) u mill-Vjetnam (ir-“Regolament provviżorju” — traduzzjoni mhux uffiċjali).

(2)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 (3), il-Kunsill impona dazji antidumping definittivi għal sentejn u li jvarjaw bejn 9,7 % u 16,5 % fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda, li joriġinaw mill-Vjetnam u mir-RPĊ (“ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006” jew “ir-Regolament ikkontestat”).

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 388/2008 (4) il-Kunsill estenda l-miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Reġjun Amministrattiv Speċjali (“RAS”) tal-Macao, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-RAS tal-Macao kemm jekk le.

(4)

Wara eżami tal-iskadenza mibdi fit-3 ta' Ottubru 2008 (5), il-Kunsill estenda aktar il-miżuri antidumping għal 15-il xahar permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 (6), jiġifieri sal-31 ta' Marzu 2011, meta l-miżuri skadew (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009”).

(5)

Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co Ltd, kif ukoll Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (“l-applikanti”) ikkontestaw ir-Regolament ikkontestat fil-Qorti tal-Prim Istanza (issa: il-Qorti Ġenerali). B'sentenzi tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-401/06 Brosmann Footwear (HK) u Oħrajn v il-Kunsill u tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawżi Magħquda T-407/06 u T-408/06 Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes v il-Kunsill il-Qorti Ġenerali rrifjutat dawk il-kontestazzjonijiet.

(6)

L-applikanti appellaw dawn is-sentenzi. Fis-sentenzi tagħha tat-2 ta' Frar 2012 fil-Kawża C-249/10 P Brosmann Footwear (HK) u oħrajn v il-Kunsill u tal-15 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-247/10P Zhejiang Aokang Shoes v il-Kunsill (“is-sentenzi Brosmann u Aokang”), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat dawn is-sentenzi. Hija sostniet li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-liġi meta hija ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa li teżamina talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”) skont l-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażiku minn negozjanti mhux inklużi fil-kampjun (il-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 29 u 32 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P).

(7)

Il-Qorti mbagħad tat sentenza hi stess fuq din il-kwistjoni. Hija ddeċidiet li “il-Kummissjoni kellha teżamina t-talbiet dokumentati li l-appellanti ppreżentawlha fuq il-bażi tal-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażiku sabiex jibbenefikaw minn TES fil-kuntest tal-proċedura antidumping [li hija] prevista mir-Regolament kontenzjuż. Barra minn hekk għandu jiġi kkonstatat li ma huwiex eskluż li eżami bħal dan kien iwassal għall-impożizzjoni, fir-rigward tagħhom, ta' dazju antidumping definittiv differenti mid-dazju ta' 16,5 % li huwa applikabbli fir-rigward tagħhom bis-saħħa tal-Artikolu 1(3) tar-regolament ikkontestat. Fil-fatt, minn din l-istess dispożizzjoni jirriżulta li dazju antidumping definittiv ta' 9,7 % ġie impost fir-rigward tal-operatur uniku taċ-Ċina li jidher fil-kampjun li kiseb it-TES. Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 38 tas-sentenza preżenti, kieku l-Kummissjoni kienet ikkonstatat li l-kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kienu jipprevalu wkoll għall-appellanti, dawn tal-aħħar, meta l-kalkolu ta' marġni tad-dumping individwali ma kienx possibbli, kellhom jibbenefikaw ukoll minn din l-aħħar imsemmija rata” (il-paragrafu 42 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P).

(8)

B'konsegwenza ta' dan, hija ħassret ir-Regolament ikkontestat safejn dan jirrigwarda lill-applikanti kkonċernati.

(9)

F'Ottubru 2013, il-Kummissjoni, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (7), ħabbret li hija kienet iddeċidiet li terġa' tibda l-proċediment antidumping fil-punt eżatt li fih saret l-illegalità, u li kienet sejra teżamina jekk il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq ipprevalewx għall-applikanti għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005. L-avviż stieden lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw ruħhom u jagħmlu lilhom infushom magħrufa

(10)

F'Marzu 2014, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE (8), irrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi adottat Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċerti żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd u temm il-proċedimenti fir-rigward ta' dawk il-produtturi. Il-Kunsill kien tal-fehma li l-importaturi, peress li jkunu xtraw żraben minn dawk il-produtturi esportaturi, li għalihom id-dazji doganali rilevanti kienu ġew rimborsati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq il-bażi tal-Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992 (9) (il-“Kodiċi Doganali tal-Komunità”), kisbu aspettattivi leġittimi fuq il-bażi tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ikkontestat, li kien għamel id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, u b'mod partikolari l-Artikolu 221 tiegħu, applikabbli għall-ġbir tad-dazji.

(11)

Tliet importaturi tal-prodott ikkonċernat, C&J Clark International Ltd (“Clark”), Puma SE (“Puma”) u Timberland Europe B.V. (“Timberland”) (“l-importaturi kkonċernati”) ikkontestaw il-miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċertu żraben miċ-Ċina u mill-Vjetnam u invokaw il-ġurisprudenza msemmija fil-premessi minn (5) sa (7) quddiem il-Qrati nazzjonali tagħhom, li rreferew il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari.

(12)

Fl-4 ta' Frara 2016, fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C&J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE (10), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 bħala invalidi sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma eżaminatx it-TES u t-talbiet għal trattament individwali (“TI”) ippreżentati mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam mhux inklużi fil-kampjun (“is-sentenzi”), kuntrarjament għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2(7)(b) u 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (11).

(13)

Rigward il-Kawża C-571/14, Timberland Europe, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-11 ta' April 2016 li tħassar il-kawża mir-reġistru fuq talba tal-qorti nazzjonali tar-rinviju.

(14)

L-Artikolu 266 tat-TFUE jistipula li l-istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qorti. Fil-każ ta' annullament ta' att adottat mill-istituzzjonijiet fil-kuntest ta' proċedura amministrattiva, bħall-antidumping, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti tikkonsisti fil-bdil tal-att annullat b'att ġdid, li fih l-illegalità identifikata mill-Qorti tiġi eliminata (12).

(15)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, il-proċedura għas-sostituzzjoni tal-att annullat tista' titkompla fil-punt li fih saret l-illegalità (13). Dan jimplika b'mod partikolari li, f'sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-ftuħ tal-proċedura antidumping. F'sitwazzjoni fejn regolament li jimponi miżuri definittivi ta' antidumping jiġi annullat, dan ifisser li wara l-annullament, il-proċedura kontra d-dumping tkun għadha miftuħa, għaliex l-att li jikkonkludi l-proċediment antidumping jgħib mill-ordni legali tal-Unjoni (14), ħlief jekk l-illegalità tkun saret fl-istadju tal-ftuħ.

(16)

Minbarra l-fatt li l-istituzzjonijiet ma eżaminawx it-talbiet għal TES u TI li ġew ippreżentati minn produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam li ma ġewx kampjunati, is-sejbiet l-oħrajn kollha magħmula fir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 jibqgħu validi.

(17)

F'dan il-każ, l-illegalità saret wara l-ftuħ. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa' tibda dan il-proċediment antidumping li kien għadu miftuħ wara s-sentenzi fil-punt li fih saret l-illegalità u li teżamina jekk kinux jipprevalu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq għall-produtturi esportaturi kkonċernati għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005, li kien il-perjodu ta' investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali”). Il-Kummissjoni eżaminat ukoll, fejn xieraq, jekk il-produtturi esportaturi kkonċernati jikkwalifikawx għal TI skont 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (15) (ir-“Regolament bażiku qabel ma ġie emendat”) (16).

(18)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 (17), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Clark u Puma ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-RPĊ u prodotti minn tlettax-il produttur esportatur Ċiniż li ppreżentaw talbiet għal TES u għal TI, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun.

(19)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 (18), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Clark, Puma u Timberland ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mill-Vjetnam u prodotti minn ċerti produtturi esportaturi Vjetnamiżi li ppreżentaw talbiet għal TES u għal TI, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun.

(20)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 (19) il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Puma u Timberland ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn General Footwear Ltd. u ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mill-Vjetnam u prodotti minn Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd ('Ty Hung Co Ltd.') li ppreżentaw talbiet għal TES u IT, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun.

(21)

Il-validità tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731 ġiet ikkontestata minn Puma u Timberland quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-781/16 Puma u Oħrajn v il-Kummissjoni u T-782/16 Timberland Europe v il-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 ġiet ikkontestata wkoll fil-Qorti Ġenerali minn Clark fil-Kawżi T-790/16 C & J Clark International v il-Kummissjoni T-861/16 C & J Clark International v il-Kummissjoni.

(22)

Fid-dawl tal-implimentazzjoni tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C & J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE msemmija hawn fuq fil-Premessa (12), il-Kummissjoni adottat Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta' ċerti talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li saru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (20). Fl-Artikolu 1 ta' dak ir-regolament, il-Kummissjoni tat istruzzjoni lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex iressqu t-talbiet kollha għar-rimborż tad-dazji antidumping definittivi mħallsa fuq l-importazzjonijiet ta' żraben li joriġinaw fiċ-Ċina u fil-Vjetnam magħmula minn importaturi abbażi tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u abbażi tal-fatt li produttur esportatur mhux fil-kampjun kien talab għal TES jew TI fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri definittivi mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 ('l-investigazzjoni oriġinali'). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pretensjoni rilevanti għal TES jew TI u timponi mill-ġdid ir-rata ta' dazju xierqa. Abbażi ta' dan, l-awtoritajiet dogonali nazzjonali għandhom sussegwentement jiddeċiedu fuq it-talba għal ħlas lura u remissjoni tad-dazji antidumping.

(23)

Il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 hija soġġetta għal talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Finanzgericht Düsseldorf fid-9 ta' Mejju 2016 (il-Kawża C-256/16 Diechmann). It-talba t'hawn fuq għal deċiżjoni preliminari saret fil-kuntest ta' tilwima bejn Deichmann, importatur Ġermaniż taż-żraben u l-awtorità doganali nazzjonali rilevanti, Hauptzollamt Duisburg. It-tilwima hija dwar ir-rimborż ta' dazji antidumping imħallsa minn Deichmann fuq importazzjonijiet ta' żraben minn, fost l-oħrajn, il-fornitur Ċiniż tiegħu Chengdu Sunshine Shoes Co. li ppreżenta talba għal TES u għal TI u li ma ġiex inkluża fil-kampjun. Ġiet ippreżentata t-tieni talba għal deċiżjoni preliminari fuq il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 mit-Tribunal tal-Ewwel livell (Tax Chamber) tar-Renju Unit fit-28 ta' Novembru 2016, (il-Kawża C-612/16 C&J Clark International).

(24)

Barra minn hekk, wara notifika mill-awtorità doganali Franċiżi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, il-Kummissjoni analizzat talbiet għal TES/TI minn tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, Chengdu Sunshine Shoes Co. Ltd, Foshan Nanhai Shyang Yuu Footwear Ltd, u Fujian Sunshine Footwear Co. Ltd.

(25)

B'riżultat ta' dan ta' hawn fuq, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2257 (21), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn tliet produtturi esportaturi li ppreżentaw talbiet għal TES u TI iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun.

(26)

Fit-12 ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni bit-talbiet għal rimborż tal-importaturi fl-Unjoni u pprovdew dokumenti ta' sostenn.

(27)

Fit-13 ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, l-awtoritajiet doganali tal-Belġju nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talbiet għal rimborż tal-importaturi fl-Unjoni u pprovdew dokumenti ta' sostenn.

(28)

Fis-26 ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, l-awtoritajiet doganali tal-Isvezja nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talbiet għal rimborż tal-importaturi fl-Unjoni u pprovdew dokumenti ta' sostenn.

(29)

Dawn in-notifiki, li huma s-suġġett ta' dan ir-regolament, elenkaw total ta' mitejn u sitta u erbgħin kumpaniji bħala fornituri ta' żraben miċ-Ċina u mill-Vjetnam.

(30)

Għal għadd kbir minn dawn il-kumpaniji, mija u tmienja u sittin (elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament), il-Kummissjoni ma għandhiex rekord li dawn il-kumpaniji ppreżentaw xi formola ta' talba għal TES jew TI fl-investigazzjoni oriġinali. Fost dawn il-kumpaniji kien hemm ukoll kumpaniji li mhumiex ikkonċernati mill-investigazzjoni peress li dawn pereżempju ma kinux jinsabu fiċ-Ċina jew fil-Vjetnam jew kienu kumpaniji kummerċjali jew sempliċiment ta' pproċessar u fi kwalunkwe każ mhux intitolati għal xi marġini tad-dumping individwali. Il-kumpaniji elenkati fl-Anness III lanqas ma kienu kapaċi juru li huma kienu relatati ma' xi produttur esportatur Ċiniż u Vjetnamiż li kien għamel talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa(79) hawn taħt, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jista' jkun li mhux l-importaturi kollha li xtraw żraben mingħand dawk in-negozjanti kienu jafu bil-ħtieġa li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet tal-produtturi esportaturi li l-imsemmija negozjanti xtraw iż-żraben tagħhom mingħandhom. Il-premessa(79) tispjega wkoll f'aktar dettall ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni, fuq dik il-bażi, iddeċidiet li tissospendi temporanjament l-eżaminazzjoni tal-kumpaniji elenkati fl-Anness III.

(31)

Mill-kumpaniji li jifdal, għoxrin kienu vvalutati qabel b'mod individwali jew bħala parti minn grupp ta' kumpaniji magħżul fil-kampjun ta' produtturi esportaturi Ċiniżi jew Vjetnamiżi fil-kuntest tal-investigazzjoni oriġinali (elenkati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament). Peress li l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma rċeviet rata ta' dazju individwali, ġie applikat id-dazju għaċ-Ċina ta' 16,5 %, jew ta' 10 % għall-Vjetnam, għall-importazzjonijiet ta' żraben minn dawn il-kumpaniji rispettivament. Dawn ir-rati ma ġewx affettwati mis-sentenza msemmija fil-premessa (12).

(32)

Mill-kumpaniji li jifdal, wieħed u tletin (elenkati fl-Anness V ta' dan ir-Regolament) kienu diġà ġew ivvalutati jew b'mod individwali jew bħala parti minn grupp ta' kumpanija fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-sentenza msemmija fil-premessa (12); jiġifieri fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE jew fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257 rispettivament. Dawn il-valutazzjonijiet kienu jinkludu wkoll tmien kumpaniji li ġew innotifikati lill-Kummissjoni u li ġew identifikati wara d-divulgazzjoni permezz ta' kummenti li waslu mingħand il-Federation of the European Sporting Goods Industry ('FESI') u Footwear Coalition bħala li huma relatati ma' waħda mill-kumpaniji jew mill-gruppi ta' kumpaniji li kienu diġà ġew ivvalutati f'wieħed mir-regolamenti msemmija qabel.

(33)

Il-kumpaniji jew il-gruppi ta' kumpaniji ivvalutati mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE ma kienu ġew soġġetti għall-ebda impożizzjoni mill-ġdid ta' dazju antidumping, kif imsemmi fil-premessa(10), fuq il-bażi li kien diġà sar ir-rimborż tad-dazji lil dawn il-kumpaniji u b'hekk kien hemm aspettattivi leġittimi min-naħa tagħhom li mhux se jerġgħu jiġu imposti mill-ġdid. Min-naħa l-oħra, it-talbiet għar-rimborż tal-importaturi fl-Unjoni relatati ma' kumpaniji jew ma' gruppi ta' kumpaniji vvalutati bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257 rispettivament, ma għandhomx jingħataw. Dan għaliex dawn l-importaturi jinsabu f'sitwazzjoni legali differenti minn dawk ivvalutati mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2014/149/UE, speċjalment għax ma miksubu l-ebda aspettattiva leġittima.

(34)

Wara d-divulgazzjoni, permezz ta' kummenti pprovduti minn FESI u minn Footwear Coalition, produttur esportatur Ċiniż wieħed li kien innotifikat lill-Kummissjoni, kien identifikat bħala kumpanija li ssottomettiet formula tat-talba għat-TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali iżda li la kien intgħażel fil-kampjun u lanqas ma kien ivvalutat fl-eżerċizzji ta' implimentazzjoni preċedenti msemmija fil-premessi (18) sa (20) u (25). L-istess partijiet identifikaw ukoll erba' kumpaniji oħra nnotifikaw lill-Kummissjoni li kienu relatati ma' produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li kienu ssottomettew formola tat-talba għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali, iżda li la kienu fil-kampjun u lanqas ma kienu ġew ivvalutati fl-eżerċizzji ta' implimentazzjoni preċedenti msemmija fil-premessi (18) sa (20) u (25). B'kollox għalhekk hemm ħames kumpaniji (elenkati fl-Anness VI) li t-talba tagħhom għal TES/TI, jew dik tal-kumpaniji relatati tagħhom, għandha tiġi vvalutata. Dawn il-valutazzjonijiet ma jistgħux jitlestew fil-qafas taż-żmien fl-eżerċizzju ta' implimentazzjoni attwali u għalhekk se jkunu soġġetti għal eżerċizzju ta' implimentazzjoni ieħor. Tat-talbiet għar-rimborż tal-importaturi fl-Unjoni ta' dawn il-kumpaniji (elenkati fl-Anness VI) għandhom għalhekk jiġu temporanjament sospiżi sakemm titlesta l-valutazzjoni tat-talbiet għal TES/TI tal-fornituri rilevanti fiċ-Ċina u/jew fil-Vjetnam.

(35)

Fl-aħħar nett, wara d-divulgazzjoni, l-istess partijiet affermaw li sitt kumpaniji elenkati fl-Anness III kienu relatati ma' kumpanija jew grupp ta' kumpaniji diġà vvalutati f'eżerċizzji preċedenti ta' implimentazzjoni u għandhom jiġu identifikati bħala tali. Madankollu, l-evidenza fil-fajl ma kkonfermatx din l-affermazzjoni, li fi kwalunkwe każ ma kienet sostnuta mill-ebda evidenza oħra. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni hija miċħuda.

(36)

Id-dsatax-il kumpanija li kien għad fadal kienu produtturi esportaturi Ċiniżi jew Vjetnamiżi li ma ġewx inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali u li ppreżentaw formola ta' talba għal TES/TI. Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat it-talbiet għal TES u TI li għamlu dawn il-kumpaniji. Din il-valutazzjoni inkludiet ukoll żewġ kumpaniji li kienu nnotifikati lill-Kummissjoni u li kienu identifikati wara d-divulgazzjoni permezz ta' kummenti li waslu mingħand FESI u Footwear Coalition bħala li huwa relatati ma' produttur esportatur Ċiniż suġġett għall-valutazzjoni attwali.

(37)

Fil-qosor, f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni vvalutat il-formoli ta' talba għal TES/TI ta': Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co Ltd., Samyang Vietnam Co Ltd., Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd u Dongguan Texas Shoes Limited Co.

B.   IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA FIL-KAWŻI MAGĦQUDA C-659/13 U C-34/14 GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET MIĊ-ĊINA

(38)

Il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma tbiddilx il-partijiet tal-valutazzjoni li ma kinux affettwati mis-sentenza (22).

(39)

Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li nstab li huma inkonsistenti mar-Regolament bażiku, u li għalhekk wasslu għad-dikjarazzjoni ta' invalidità f'dak li jirrigwarda l-produtturi esportaturi msemmija fil-premessa (37).

(40)

Il-konklużjonijiet kollha l-oħra magħmula fir-Regolament ikkontestat u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009, li ma ġewx iddikjarati invalidi mill-Qorti tal-Ġustizzja, jibqgħu validi u huma hawnhekk inkorporati f'dan ir-Regolament.

(41)

Għaldaqstant, il-premessi li ġejjin huma limitati għall-valutazzjoni l-ġdida meħtieġa għall-konformità mas-sentenzi tal-Qorti.

(42)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk it-TES jew it-TI kinux prevalenti għall-produtturi esportaturi msemmija fil-premessa (37) (“produtturi esportaturi kkonċernati” li ppreżentaw talbiet għal TES jew TI għall-perjodu ta' investigazzjoni. L-iskop ta' din id-determinazzjoni huwa li jiġi aċċertat il-grad li bih l-importaturi kkonċernati huma intitolati li jirċievu pagament lura ta' dazju antidumping imħallas fir-rigward ta' dazji antidumping imħallsa fuq esportazzjonijiet ta' dawn il-fornituri.

(43)

Jekk l-analiżi tiżvela li t-TES kellu jingħata lill-produtturi esportaturi kkonċernati li l-esportazzjonijiet tagħhom kienu soġġetti għad-dazju antidumping imħallas mill-importaturi kkonċernati, rata ta' dazju individwali trid tiġi attribwita lil dak il-produttur esportatur u l-ħlas lura tad-dazju jkun limitat għal ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazju mħallas u r-rata ta' dazju individwali, jiġifieri, fil-każ ta' importazzjoni miċ-Ċina, id-differenza bejn 16,5 %, u d-dazju impost fuq l-unika kumpanija esportatriċi fil-kampjun li kisbet TES, jiġifieri 9,7 %; u fil-każ ta' importazzjonijiet mill-Vjetnam, id-differenza bejn 10 % u r-rata ta' dazju individwali kkalkulat għall-produttur esportatur ikkonċernat, jekk ikun hemm.

(44)

Jekk l-analiżi tiżvela li t-TI kellu jingħata lil produttur esportatur li għalih it-TES ġie rrifjutat, rata ta' dazju individwali trid tiġi attribwita għall-produttur esportatur ikkonċernat u l-ħlas lura tad-dazju jkun limitat għal ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazju mħallas, jiġifieri, fil-każ ta' importazzjonijiet miċ-Ċina 16,5 % u fil-każ ta' importazzjonijiet mill-Vjetnam 10 %, u d-dazju individwali kkalkulat għall-produttur esportatur ikkonċernat, jekk ikun hemm.

(45)

Min-naħa l-oħra, f'każ li l-analiżi ta' tali talbiet tat-TES u tat-TI tiżvela li kemm it-TES kif ukoll it-TI għandhom jiġu miċħuda, ma jista' jingħata l-ebda ħlas lura ta' dazji antidumping.

(46)

Kif spjegat fil-premessa (12), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament ikkontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta' ċertu żraben minn ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi, għaliex il-Kummissjoni ma eżaminatx it-talbiet għal TES u għal TI ppreżentati minn dawn il-produtturi esportaturi.

(47)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għal TES u għal TI tal-produtturi esportaturi kkonċernati biex tistabbilixxi r-rata tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tagħhom. Dik il-valutazzjoni wriet li l-informazzjoni pprovduta ma wrietx li l-produtturi esportaturi kkonċernati jaħdmu f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq jew li jikkwalifikaw għal trattament individwali (għal spjegazzjoni dettaljata ara l-premessa (48) u dawk sussegwenti hawn taħt).

1.   Valutazzjoni tat-talbiet għal TES

(48)

Huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jibbenefika mit-TES bis-saħħa tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jagħtu prova li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għar-rikonoxximent ta' dan l-istatus. Għall-kuntrarju, huma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jivvalutaw jekk il-provi fornuti mill-produttur ikkonċernat humiex biżżejjed sabiex juru li l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati biex jingħata TES, u hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tivverifika jekk din il-valutazzjoni hijiex ivvizzjata minn żball manifest (il-paragrafu 32 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 24 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P).

(49)

F'konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-ħames kriterji kollha elenkati f'dan l-artikolu għandhom jiġu ssodisfati biex produttur esportatur ikun jista' jingħata TES. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk jonqos li jiġi ssodisfat kriterju wieħed biss, dan ikun biżżejjed biex tiġi miċħuda t-talba għal TES.

(50)

L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati ma seta' juri li jissodisfa l-kriterju 1 (Deċiżjonijiet tan-negozju). B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni sabet li ħafna mill-produtturi esportanti kkonċernati (Kumpaniji 7, 11, 12, 13, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25) (23) ma setgħux jiddeterminaw b'mod ħieles il-kwantitajiet tal-bejgħ tagħhom għal swieq domestiċi u esportaturi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbilixxiet li kien hemm limitazzjonijiet fl-output u/jew limitazzjoni għal kwantitajiet tal-bejgħ fi swieq speċifiċi (domestiċi jew esportaturi). Barra minn hekk, xi wħud mill-produtturi esportaturi kkonċernati (il-Kumpaniji 8, 9, 10, 15) naqsu milli jipprovdu informazzjoni essenzjali u sħiħa (pereż. provi dwar l-istruttura u l-kapital tal-kumpanija, provi jew spjegazzjonijiet li jikkonċernaw it-teħid ta' deċiżjoni tal-kumpanija) li juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħhom kienu ttieħdu skont is-sinjali tas-suq mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat.

(51)

Fir-rigward tal-kriterju 2 (Kontabbiltà), il-Kumpaniji 8, 10, 13, 14, 15, 16, 17, 19, 20, 21, 24 u 25 barra minn hekk naqsu milli juru li kellhom sett ta' rekords kontabilistiċi bażiċi awditjati b'mod indipendenti f'konformità ma' standards kontabilistiċi internazzjonali. B'mod partikolari, il-valutazzjonijiet tat-TES żvelaw li dawn il-kumpaniji jew naqsu milli jipprovdu lill-Kummissjoni b'opinjoni/rapport ta' awditur indipendenti, jew il-kontijiet tagħhom ma ġewx awditjati, jew kienu nieqsa minn noti spjegattivi dwar diversi entrati tal-karta tal-bilanċ jew tar-rapport tal-introjtu.

(52)

Rigward il-kriterju 3 (Assi u “riport”), il-Kumpaniji 7, 8, 9, 10, 11, 13, 15, 16, 17, 18, 19, 22, 23 u 25 naqsu milli juru li ma ġiet riportata l-ebda distorsjoni mis-sistema ta' ekonomija mhux tas-suq. B'mod partikolari, dawn il-kumpaniji naqsu milli jipprovdu informazzjoni essenzjali u kompluta, fost l-oħrajn, dwar l-assi li huma proprjetà tal-kumpaniji, u t-termini u l-valur tad-drittijiet tal-użu tal-art.

(53)

Finalment, u meta jitqiesu r-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (49), il-Kummissjoni ma vvalutatx il-kriterji 4 (Il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà) u 5 (Ir-rata tal-kambju) għall-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati. Il-Kummissjoni informat lill-produtturi esportaturi kkonċernati bis-sejbiet tat-TES u stednithom jipprovdu kummenti. Ma wasal l-ebda kumment.

2.   Valutazzjoni tat-talbiet għal TI

(54)

Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a) tal-istess Regolament, għandu madankollu jiġi speċifikat dazju individwali għall-esportaturi li jistgħu juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu.

(55)

Kif imsemmi fil-premessa (48) huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jkun jixtieq jitlob għal TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu. Għal dan l-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) jipprovdi li t-talba ppreżentata trid tiġi sostanzjata kif xieraq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħtu prova li l-esportatur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti biex wieħed jibbenefika mill-imsemmi status. Għall-kuntrarju, l-istituzzjonijiet tal-UE jivvalutaw jekk il-provi fornuti mill-esportatur humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu humiex issodisfati biex jingħata t-TI.

(56)

Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, qabel l-emendar tiegħu, l-esportaturi għandhom juru, fuq il-bażi ta' talba sostanzjata kif xieraq, li l-ħames kriterji kollha elenkati f'dan l-Artikolu huma ssodisfati sabiex ikun jistgħu jingħataw it-TI. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqas li jiġi ssodisfat mill-inqas kriterju wieħed kien biżżejjed sabiex tiġi miċħuda t-talba għal TI.

(57)

Il-ħames kriterji huma dawn li ġejjin:

(1)

fil-każ ta' ditti jew impriżi konġunti li s-sidien tagħhom b'mod sħiħ jew parzjali huma barranin, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

(2)

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu ddeterminati b'mod liberu;

(3)

il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu għal persuni privati; uffiċjali statali li jidhru fuq il-bord tad-diretturi jew li jokkupaw pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu f'minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed minn interferenza mill-Istat;

(4)

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru bir-rata tas-suq; u

(5)

l-interferenza mill-Istat mhijiex tali li tippermetti ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta' dazju.

(58)

Id-dsatax-il produttur esportaturi kkonċernati li talbu għal TES, talbu wkoll għal TI fil-każ li ma jingħatawx TES. Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat it-talbiet għal TI ta' kull produttur esportatur ikkonċernat.

(59)

Rigward il-kriterju 1 (Ripatrijazzjoni tal-kapital u l-profitti), il-Kumpaniji 9 u 20 naqsu milli jipprovdu evidenza li turi li kienu liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti u għalhekk ma urewx li dan il-kriterju ġie ssodisfat.

(60)

Fir-rigward tal-kriterju 2 (Bejgħ bl-esportazzjoni u l-prezzijiet stabbiliti b'mod liberu), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Kumpaniji 7, 8, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 20, 21, 22, 23 u 24, naqsu milli jagħtu prova li deċiżjonijiet tan-negozju bħall-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ kienu ddeterminati b'mod liberu bħala reazzjoni għal sinjali tas-suq, peress li l-evidenza analizzata, bħall-artikoli tal-assoċjazzjoni jew il-liċenzji kummerċjali, uriet limitazzjoni fl-output u/jew fuq il-kwantitajiet tal-bejgħ taż-żraben fi swieq speċifiċi.

(61)

Fir-rigward tal-kriterju 3 (Il-kumpanija — il-persunal maniġerjali ewlieni u l-ishma — hija indipendenti biżżejjed mill-interferenza mill-Istat), il-Kumpaniji 7, 8, 9, 10, 13, 15, 16, 17, 18, 19, 22, 23 u 25 naqsu milli jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex juru li kienu indipendenti biżżejjed mill-interferenza mill-Istat. Fost l-oħrajn, ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni dwar kif id-dritt tal-użu tal-art ġie ttrasferit lil dawn il-kumpaniji u b'liema termini u kundizzjonijiet.

(62)

Barra minn hekk, il-kumpaniji 8, 10, 17, 18 u 25 naqsu wkoll milli jagħtu prova li ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterju 5 (Ċirkomvenzjoni) fuq il-bażi li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni fuq kif ittieħdu d-deċiżjonijiet fil-kumpanija.

(63)

Finalment, wara li tqiesu d-dispożizzjonijiet imsemmija fi premessa (56) il-Kummissjoni ma vvalutat il-kriterju 4 (il-konversjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru bir-rata tas-suq) għall-ebda produttur esportatur konċernat.

(64)

L-ebda wieħed mid-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat ma ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu u għalhekk it-TI ġie miċħud lilhom kollha. Il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi kkonċernati dwar dan u stednithom jipprovdu l-kummenti tagħhom. Ma wasal l-ebda kumment.

(65)

Id-dazju residwu antidumping applikabbli għaċ-Ċina u l-Vjetnam, ta' 16,5 % u 10 % rispettivament, għandu għalhekk jiġi impost għall-esportazzjonijiet magħmula mid-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat għall-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament kien inizjalment mis-7 ta' Ottubru 2006 sas-7 ta' Ottubru 2008. Wara li inbeda rieżami ta' skadenza fit-30 ta' Diċembru 2009 dan ġie estiż sal-31 ta' Marzu 2011. L-illegalità identifikata fis-sentenzi hija li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma stabbilixxewx jekk il-prodotti manifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati għandhomx ikunu soġġetti għal dazju residwu jew għal dazju individwali. Fuq il-bażi tal-illegalità identifikata mill-Qorti, ma hemmx raġuni legali għal eżenzjoni sħiħa fuq il-prodotti mmanifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati milli jħallsu xi dazju antidumping. Att ġdid li jirrimedja l-illegalità identifikata mill-Qorti għalhekk jeħtieġ biss li jagħmel valutazzjoni mill-ġdid tar-rata tad-dazju antidumping applikabbli, u mhux tal-miżuri stess.

(66)

Billi ġie konkluż li d-dazju residwu applikabbli għaċ-Ċina u l-Vjetnam, għandu jkun impost mill-ġdid fir-rigward tal-produtturi esportaturi kkonċernati bl-istess rata li kienet ġiet oriġinarjament imposta bir-Regolament kontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009, ma hija meħtieġa l-ebda bidla fir-Regolament (KE) Nru 388/2008. Dan ir-Regolament jibqa' validu.

C.   KONKLUŻJONIJIET

(67)

Wara li tqiesu l-kummenti magħmula u l-analiżi tagħhom, ġie konkluż li d-dazju residwu antidumping applikabbli għaċ-Ċina u l-Vjetnam, jiġifieri 16,5 % u 10 % rispettivament, għandu jiġi impost mill-ġdid għall-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament.

D.   DIVULGAZZJONI

(68)

Il-produtturi esportaturi kkonċernati u l-partijiet kollha li ppreżentaw ruħhom kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv fuq l-esportazzjonijiet tad-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat. Dawn ingħataw perjodu ta' żmien li fih kellhom jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet sussegwenti għad-divulgazzjoni.

E.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI WARA D-DIVULGAZZJJONI

(69)

Wara d-divulgazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti f'isem (i) FESI u l-Footwear Coalition (24) li jirrrepreżentaw l-importaturi taż-żraben fl-Unjoni; u (ii) Cortina NV (“Cortina”), importatur taż-żraben fl-Unjoni.

(70)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni, FESI u Footwear Coalition, l-ewwel osservaw li l-implimentazzjoni attwali hija bbażata fuq l-istess raġunijiet legali u raġunijiet bħal dawk ir-Regolamenti adottati qabel mill-Kummissjoni relatati mal-istess proċedura ta' implimentazzjoni, jiġifieri, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257. Għalhekk, fit-tweġiba tagħhom għad-divulgazzjoni, huma semmew u inkorporaw b'referenza, il-kummenti tagħhom ippreżentati fir-rigward tar-Regolamenti msemmija hawn fuq fis-16 ta' Diċembru 2015, fis-6 ta' Ġunju 2016, fis-16 ta' Ġunju 2016 u fl-11 ta' Awwissu 2016 rispettivament, mingħajr, madankollu, ma ppreżentaw dawn il-kummenti u dawn it-talbiet.

(71)

Bi tweġiba għal dawn il-kummenti l-Kummissjoni tirreferi għar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257 li indirizzaw bis-sħiħ il-kummenti li għamlu FESI u Footwear Coalition fl-implimentazzjoni attwali. Billi FESI u Footwear Coalition ma elaboratx aktar fuq l-argumenti tagħhom, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn twieġbu bis-sħiħ ir-regolamenti msemmija hawn fuq u l-konklużjonijiet li saru f'dan ir-rigward f'dawn ir-regolamenti huma b'dan ikkonfermati.

(72)

Barra minn hekk, FESI u Footwear Coalition ipprovdew kummenti li huma indirizzati fid-dettall hawn taħt.

L-istatus tal-kumpaniji elenkati fl-Anness III

(73)

FESI u Footwear Coalition sostnew li l-approċċ segwit mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpaniji elenkati fl-Anness III kien illegali. Għalhekk, meta l-Kummissjoni elenkat fl-Anness III kumpaniji li kienu relatati ma' kumpaniji li diġà kienu ġew ivvalutati fil-kuntest tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 jew (UE) 2016/2257, il-Kummissjoni kienet kisret il-kunċett ta' “entità ekonomika waħda” li kien madankollu applikat fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, approċċ bħal dan iwassal għal inkonsistenzi legali għax permezz tar-Regolamenti msemmija qabel il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazji antidumping fuq dawn il-kumpaniji, filwaqt li fl-Anness III l-istess kumpanniji huma elenkati bħala kumpaniji li jidhru li ma ppreżentawx talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali.

(74)

Fir-rigward ta' negozjanti mhux relatati, minħabba li ma kellhom ebda rekwiżit legali sabiex iressqu t-talbiet għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali, f'kull każ mhux se jkun meħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness III.

(75)

Fl-aħħar nett, għal kumpaniji relatati mal-fornituri Ċiniżi jew Vjetnamiżi li kienu ppreżentaw talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali, iżda li għadhom ma ġewx ivvalutati f'xi regolament imsemmi fil-premessa(63), fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-sentenzi msemmija fil-premessa(12), FESI u Footwear Coalition argumentaw li dawn ukoll ma għandhomx jiġu elenkati fl-Anness III. B'mod partikolari, intqal li dan l-approċċ iwaqqaf lill-Kummissjoni milli fil-futur, tivvaluta kwalunkwe talba għal TES/TI tal-fornituri relatati tagħhom fiċ-Ċina jew fil-Vjetnam. L-istess partijiet sostnew ukoll li huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tidentifika mil-lista ta' kumpaniji notifikata mill-awtoritajiet doganali nazzjonali dawk il-kumpaniji/negozjanti li jappartjenu għall-istess grupp ta' kumpaniji u jekk jifformawx parti minn xi produttur esportatur Ċiniż u Vjetnamiż li ppreżenta talba għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali iżda li ma kienx fil-kampjun matul l-investigazzjoni oriġinali. Inkella, il-Kummissjoni toħloq l-oneru ta' prova impossibli fuq il-partijiet interessati.

(76)

Kif intqal fil-premessa (34), wara d-divulgazzjoni, FESI u Footwear Coalition, filfatt identifikaw kumpaniji li kienu relatati ma' produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li kienu ssottomettew formola tat-talba għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali, iżda li la kienu fil-kampjun u lanqas ma kienu ġew ivvalutati fl-eżerċizzji ta' implimentazzjoni preċedenti msemmija fil-premessi (18) sa (20) u (25). L-informazzjoni fil-fajl ikkonfermat l-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet interessati u għalhekk it-talbiet għal TES/TI ta' dawn il-kumpaniji se jiġu vvalutati. L-eżitu ta' din il-valutazzjoni se jkun soġġett għal att legali separat. It-talba fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji għalhekk intlaqgħat u dawn il-kumpaniji mhumiex elenkati fl-Anness III.

(77)

Fir-rigward ta' negozjanti li talbu rimbors tad-dazji mħallsa (relatati jew mhux ma' fornituri Ċiniżi jew Vjetnamiżi), il-Kummissjoni tqis li l-oneru tal-prova jaqa' fuq dawn in-negozjanti.

(78)

Madankollu, l-ebda negozjant elenkat fl-Anness III ma pprovda informazzjoni jew evidenza tal-fornituri tagħhom fiċ-Ċina jew fil-Vjetnam (bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fil-premessa(76)).

(79)

Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li mhux l-importaturi kollha li xtraw żraben mingħand dawk in-negozjanti kienu jafu bil-ħtieġa li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet tal-produtturi esportaturi li l-imsemmija negozjanti xtraw iż-żraben tagħhom mingħandhom. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet ta' difiża tagħhom, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tikkuntattja speċifikament lill-importaturi inkwistjoni u tinfurmahom dwar is-sitwazzjoni u dwar l-oneru tal-prova li jaqa' fuqhom. Sabiex jingħata ż-żmien neċessarju biex timplimenta din id-deċiżjoni, l-eżaminazzjoni tal-kumpaniji elenkati fl-Anness III hija temporanjament sospiża sakemm il-Kummissjoni tikkuntattja lill-importaturi rilevanti u tagħtihom żmien biex jirreaġixxu. L-iskadenza ta' tmien xhur biex tivvaluta t-talbiet għal TES/TI se tibda tgħodd mill-jum li l-importatur jinforma lill-Kummissjoni bl-ismijiet u bl-indirizzi tal-produtturi esportaturi kkonċernati, jew jekk ma tasal l-ebda tweġiba fil-perjodu ta' żmien iddeterminat mill-Kummissjoni, mid-data tal-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' żmien.

Is-sospensjoni tal-eżerċizzju ta' implimentazzjoni attwali

(80)

FESI u Footwear Coalition argumentaw ukoll li fl-interess taċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta u tippubblika aktar atti legali fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar id-deċiżjoni preliminari dwar il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 imsemmi fil-premessa (23) u dwar il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 imsemmi fil-premessa(19) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731 imsemmi fi(20). F'dan ir-rigward, kien argumentat li l-Artikolu 278 TFUE, billi rikors ġudizzjarju kontra atti legali adottati mill-istituzzjonijiet ma għandux effett sospensiv, mhuwiex applikabbli f'dan il-każ minħabba li t-talba li saret f'dan ir-rigward mhijiex li jiġi ssospendit ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, iżda biex ma jiġux adottati aktar Regolamenti li jerġgħu jimponu dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' żraben li ġejjin miċ-Ċina u mill-Vjetnam. Għall-istess raġunijiet, ġie argumentat ukoll li s-sentenzi f'Zuckerfabrik Süderdithmarschen/Altana ma kinux referenzi legalment rilevanti.

(81)

Rigward l-Artikolu 278 TFUE u s-sentenzi Zuckerfabrik Süderdithmarschen/Altana l-Kummissjoni taqbel mal-FESI u ma' Footwear Coalition li din il-ġurisprudenza mhijiex applikabbli biex jiġi vvalutat jekk għandhiex jew le tiġi sospiża l-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li hija obbligata timplimenta dik is-sentenza fi żmien raġonevoli, u li l-proċedimenti li għaddejjin dwar l-atti ta' qabel li jimplimentaw din is-sentenza ma jikkostitwixxux raġuni valida biex ma tiffinalizzax l-implimentazzjoni tas-sentenza. B'mod partikolari, hija tikkunsidra li jekk tagħmel hekk tkun qed iċċaħħad lill-partijiet interessati l-oħra minbarra l-FESI u Footwear Coalition milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-proċedura amministrattiva u possibbilment fi proċedura fil-qorti.

(82)

Rigward il-validità tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731, FESI u Footwear Coalition sostnew li minħabba li dan tal-aħħar u kwalunkwe Regolament ġdid li jerġa' jimponi dazji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' żraben li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam għandhom l-istess bażi legali, l-approċċ u r-raġunament tal-Kummissjoni u l-annullament tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731 ikun ifisser ukoll li kwalunkwe Regolament simili ieħor jkun daqstant ieħor invalidu. L-approċċ tal-Kummissjoni għalhekk ma jkunx jirrifletti sforz b'bona fede fl-implimentazzjoni tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C u J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE, imsemmija fil-premessa (12).

(83)

Fl-aħħar nett, FESI u Footwear Coalition argumentaw li l-implimentazzjoni tas-sentenza msemmija hawn fuq ma tkun soġġetta għall-ebda skadenza imposta mill-Qorti tal-Ġustizzja, u dan ikollu impatt negattiv fuq l-importaturi fl-Unjoni, filwaqt li min-naħa l-oħra ma jkollu l-ebda vantaġġ fiskali għall-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni għandha tastjeni milli timplimenta s-sentenza, sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-każijiet tal-Qorti msemmija fil-premessa (80).

(84)

Il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunijiet spjegati hawn fuq fil-premessa (81).

Rekwiżiti proċedurali meta jiġu vvalutati l-formoli tat-talba għal TES u TI

(85)

FESI u Footwear Coalition sostnew li l-oneru tal-prova meta jiġu vvalutati t-talbiet għal TES/TI huwa tal-Kummissjoni, peress li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kienu ssodisfaw l-oneru billi ressqu talbiet għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali. FESI u Footwear Coalition seħqu wkoll li l-produtturi esportaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali kellhom jingħataw l-istess drittijiet proċedurali bħal dawk mogħtija lill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul l-investigazzjoni oriġinali. FESI u Footwear Coalition sostnew b'mod partikolari li twettqet biss analiżi tad-dokumenti u li ma saritx żjara ta' verifika fuq il-post u li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi ma ngħatawx l-opportunità jikkomplementaw il-formuli tat-talbiet għal TES/TI tagħhom permezz ta' ittri ta' defiċjenza.

(86)

FESI u Footwear Coalition argumentaw ukoll li l-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni ma ngħatawlhomx l-istess garanziji proċedurali bħal dawk li jingħataw fl-investigazzjonijiet antidumping standard iżda ġew applikati standards aktar stretti. FESI u Footwear Coalition sostnew li l-Kummissjoni ma qisitx iż-żmien li għadda bejn il-preżentazzjoni tat-talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali u l-valutazzjoni ta' dawn it-talbiet. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi matul l-investigazzjoni oriġinali ngħataw biss 15-il jum biex jimlew it-talbiet għal TES/TI, minflok il-perjodu normali ta' 21 jum.

(87)

Fuq din il-bażi, FESI u Footwear Coalition sostnew li l-prinċipju legali fundamentali li l-partijiet interessati tingħatalhom l-opportunità sħiħa jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' difiża stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma ġiex irrispettat. Fuq din il-bażi, ġie argumentat li meta l-produtturi esportaturi ma ngħatatilhomx l-opportunità li jikkompletaw l-informazzjoni nieqsa, il-Kummissjoni użat ħażin is-setgħa tagħha u effettivament invertiet l-oneru tal-prova fl-istadju tal-implimentazzjoni.

(88)

Fl-aħħar nett, FESI u Footwear Coalition qalu wkoll li dan l-approċċ ikun diskriminatorju mhux biss fil-konfront tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li kienu inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali, imma wkoll fil-konfront ta' produtturi esportaturi f'pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq li kienu suġġetti għal investigazzjoni antidumping u li ppreżentaw talbiet għal TES/TI f'dik l-investigazzjoni. Għalhekk, il-kumpaniji Ċiniżi u Vjetnamiżi konċernati mill-implimentazzjoni attwali m'għandhomx jkunu suġġetti għall-istess limitu ta' għoti ta' informazzjoni kif applikat f'investigazzjoni normali ta' 15-il xahar u ma għandhomx ikunu soġġetti għal standards proċedurali aktar stretti.

(89)

FESI u Footwear Coalition qalu wkoll li l-Kummissjoni applikat l-fatti de facto disponibbli, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-istess Kummissjoni ma osservatx ir-regoli proċedurali stipulati fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku.

(90)

Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-ġurisprudenza l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jkun jixtieq jitlob TES/TI skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, l-istess kif qalet il-Qorti fis-sentenzi Brosmann u Aokangma, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet li jagħtu prova li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għar-rikonoxximent ta' dan l-istatus. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-provi fornuti mill-produttur konċernat humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku humiex issodisfati sabiex jingħata TES/TI (ara l-premess (48)). F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar li ma hemm l-ebda obbligu li l-Kummissjoni titlob lill-produttur esportatur jikkumplimenta t-talba għal TES/TI. Il-Kummissjoni tista' tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur esportatur.

(91)

Fir-rigward tal-argument li saret biss analiżi dokumentarja, il-Kummissjoni tinnota li analiżi dokumentarja hija proċedura fejn it-talbiet għal TES/TI jiġu analizzati abbażi tad-dokumenti sottomessi mill-produttur esportatur. L-applikazzjonijiet kollha għal TES/TI jiġu suġġetti għal analiżi dokumentarja mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li twettaq spezzjonijiet fuq il-post ukoll. L-ispezzjonijiet fuq il-post, madankollu mhuwiex meħtieġa u lanqas ma jitwettqu għal kull applikazzjoni għal TES/TI. L-ispezzjonijiet fuq il-post, meta jitwettqu, ġeneralment ikollhom bħala għan li jikkonfermaw xi valutazzjoni preliminari magħmula mill-istituzzjonijiet u/jew li tiġi kkontrollata l-veraċità tal-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur ikkonċernat. Fi kliem ieħor, jekk l-elementi ta' prova sottomessi mill-produttur esportatur juru b'mod ċar li TES/TI mhuwiex iġġustifikat, normalment ma ssirx spezzjoni fuq il-post, li hija ħaġa addizzjonali u fakultattiva. Hija l-Kummissjoni li tivvaluta jekk żjara ta' verifika tkunx opportuna (25). Il-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni tiddeċiedi dwar il-mezzi biex tivverifika l-informazzjoni f'formula ta' talba għal TES/TI. B'hekk, meta, bħal f'dan il-każ, il-Kummissjoni tiddeċiedi, abbażi ta' analiżi dokumentarja, li għandha biżżejjed provi biex tiddeċiedi dwar talba għal TES/T, la tkun meħtieġa żjara ta' verifika u lanqas ma tkun tista' tintalab.

(92)

Rigward l-affermazzjoni li d-drittijiet tad-difiża ma ġewx rispettati sew mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tibgħatx ittri ta' defiċjenza, fl-ewwel lok wieħed ifakkar li d-drittijiet tad-difiża huma drittijiet suġġettivi, u li FESI u Footwear Coalition ma jistgħux jinvokaw il-ksur ta' dritt suġġettiv ta' kumpaniji oħra. It-tieni nett, il-Kummissjoni tikkontesta l-affermazzjoni li hemm prattika mill-Kummissjoni li jkunu hemm ammont sinifikanti ta' skambju ta' informazzjoni u proċess dettaljat ta' tlestija tad-defiċjenzi meta ssir biss analiżi dokumentarja minflok analiżi dokumentarja flimkien ma' verifika fuq il-post. Fil-fatt, FESI u Footwear Coalition ma kinux kapaċi jipprovdu evidenza li turi l-kuntrarju.

(93)

Il-kummenti ta' FESI u ta' Footwear Coalition dwar id-diskriminazzjoni jkollhom jiġu miċħuda wkoll bħala infondati. Wieħed ifakkar li l-prinċipju ta' trattament ugwali jinkiser meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jittrattaw każijiet simili b'mod differenti, u b'hekk ipoġġu lil xi negozjanti fi żvantaġġ meta mqabbla ma' oħrajn, mingħajr ma din id-differenzazzjoni tkun iġġustifikata mill-eżistenza ta' differenzi oġġettivament sostanzjali (26). Madankollu, dan huwa eżattament dak li l-Kummissjoni mhux qed tagħmel: billi tirrikjedi lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun jissottometu talbiet għal rivalutazzjoni tat-TES/TI, hija għandha l-intenzjoni li ġġib lil dawn il-produtturi esportaturi li qabel ma kinux fil-kampjun fuq l-istess livell bħal dawk li kienu inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni inizjali. Barra minn hekk, billi r-Regolament bażiku ma jistabbilixxix perjodu minimu f'dan ir-rigward, dment li l-qafas taż-żmien għal dan l-għan ikun raġonevoli u jipprovdi lill-partijiet b'opportunità suffiċjenti biex jiġbru (jew jiġbru mill-ġdid) l-informazzjoni meħtieġa filwaqt li fl-istess ħin jitħarsu d-drittijiet tad-difiża tagħhom, ma tkunx saret diskriminazzjoni.

(94)

Rigward l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, fil-każ attwali l-Kummissjoni aċċettat l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi kkonċernati u ma ċaħditx din l-informazzjoni anzi bbażat il-valutazzjoni tagħha fuqha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma applikatx l-Artikolu 18. Minn dan isegwi li ma kienx hemm bżonn li tiġi segwita l-proċedura tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament Bażiku. Il-proċedura tal-Artikolu 18(4) hija segwita fil-każijiet meta l-Kummissjoni jkun beħsiebha tirrifjuta ċerta informazzjoni pprovduta mill-parti interessata u minflok tuża l-fatti disponibbli.

Il-bażi legali tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni

(95)

FESI u Footwear Coalition argumentaw li l-Kummissjoni tkun qed tikser l-Artikolu 266 tat-TFUE, peress li dan l-artikolu ma jipprovdix bażi ġuridika għall-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni fir-rigward ta' miżura li skadiet. FESI u Footwear Coalition tennew ukoll li l-Artikolu 266 TFUE ma jippermettix l-impożizzjoni ta' dazji antidumping retroattivament u dan jista' jiġi kkonfermat ukoll bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-458/98P IPS v il-Kunsill.

(96)

F'dan ir-rigward, FESI u Footwear Coalition argumentew li l-proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' żraben miċ-Ċina u mill-Vjetnam kien ġie konkluż fl-31 ta' Marzu 2011 mal-iskadenza tal-miżuri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kienet ħarġet avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar l-iskadenza tad-dazji fis-16 ta' Marzu 2011 (27) ('avviż ta' skadenza'), l-industrija tal-Unjoni ma kienet qalet xejn dwar kontinwazzjoni ta' dumping u anki s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma invalidatx l-avviż ta' skadenza.

(97)

Barra minn hekk, l-istess partijiet argumentaw li lanqas fir-Regolament bażiku ma hemm bażi li tippermetti lill-Kummissjoni terġa' tiftaħ l-investigazzjoni antidumping.

(98)

F'dan il-kuntest, FESI u Footwear Coalition argumentaw li barra minn hekk, il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni u tal-valutazzjoni tat-talbiet għal TES/TI ppreżentati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kkonċernati fl-investigazzjoni oriġinali qed jiksru l-prinċipju universali tal-preskrizzjoni jew tal-limitazzjoni. Dan il-prinċipju huwa stabbilit fil-Ftehim tad-WTO u fir-Regolament bażiku li jistabbilixxu limitu ta' żmien ta' ħames snin għall-miżuri u fl-Artikoli 236(1) u 221(3) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju li jiffissa perjodu ta' tliet snin għall-importaturi biex jitolbu l-ħlas lura ta' dazji antidumping fuq naħa u għall-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jiġbru d-dazji tal-importazzjoni u d-dazji antidumping fuq in-naħa l-oħra (28). L-Artikolu 266 tat-TFUE ma jippermettix devjazzjoni minn dan il-prinċipju.

(99)

Finalment, intqal li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni jew ġurisprudenza preċedenti li tappoġġa l-użu tal-Artikolu 266 tat-TFUE bħala bażi legali għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura.

(100)

Rigward in-nuqqas ta' bażi ġuridika biex terġa' tinfetaħ l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar dwar il-ġurisprudenza kkwotata hawn fuq fil-premessa (15), skont liema l-Kummissjoni tista' tkompli l-investigazzjoni mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità. Skont il-ġurisprudenza, il-legalità ta' Regolament antidumping trid tiġi vvalutata fid-dawl tan-normi oġġettivi tad-dritt tal-Unjoni, u mhux minn prattika deċiżjonali, anki f'każijiet fejn it-tali prattika teżisti (li mhuwiex il-każ hawnhekk). Għalhekk, il-prassi tal-imgħoddi tal-Kummissjoni, quod non, ma jistax joħloq aspettattivi leġittimi: skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, l-aspettattivi leġittimi jistgħu jinħolqu biss meta l-istituzzjonijiet ikunu taw assigurazzjonijiet speċifiċi li jippermettu lil parti interessata leġittimament tiddeduċi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kienu se jaġixxu b'ċertu mod (29). La FESI u lanqas Footwear Coalition ma ppruvaw juru li dawn l-assigurazzjonijiet ingħataw f'dan il-każ. Dan huwa iktar u iktar il-każ minħabba li l-prattika preċedenti msemmija ma tikkorrispondix għas-sitwazzjoni fattwali u ġuridika ta' dan il-każ u d-differenzi jistgħu jiġu spjegati b'differenzi fattwali u legali fil-każ preżenti.

(101)

Dawn id-differenzi huma: L-illegalità identifikata mill-Qorti ma tikkonċernax is-sejbiet dwar id-dumping, id-dannu u l-interess tal-Unjoni, u għalhekk il-prinċipju tal-impożizzjoni tad-dazju, iżda tikkonċerna biss ir-rata preċiża tad-dazju. L-annullamenti preċedenti invokati mill-partijiet interessati, għall-kuntrarju, kienu jikkonċernaw is-sejbiet dwar dumping, dannu u l-interess tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu għalhekk jikkalkulaw mill-ġdid ir-rata tad-dazju preċiża għall-produtturi esportaturi kkonċernati.

(102)

B'mod partikolari, f'dan il-każ, ma kien hemm ebda ħtieġa li tintalab aktar informazzjoni mingħand il-partijiet interessati. Minflok, il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-informazzjoni li kienet ġiet ippreżentata lilha, iżda li ma kinitx ġiet ivvalutata qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. Fi kwalunkwe każ, kif innotat fil-premessa (100), il-prassi preċedenti f'każijiet oħra ma tistax tikkostitwixxi assigurazzjoni preċiża u inkundizzjonata għal dan il-każ.

(103)

Fl-aħħar nett, il-partijiet kollha li kontrihom huwa dirett il-proċediment, jiġifieri l-produtturi esportaturi kkonċernati, kif ukoll il-partijiet fil-kawżi quddiem il-Qorti u l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta waħda minn dawn il-partijiet, ġew infurmati bid-divulgazzjoni tal-fatti rilevanti li abbażi tagħhom il-Kummissjoni beħsiebha tadotta din il-valutazzjoni għal TES/TI. Għalhekk, id-drittijiet tad-difiża tagħhom huma mħarsa. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat b'mod partikolari li importaturi mhux relatati, fi proċediment antidumping, ma jgawdux drittijiet ta' difiża, peress li dawn il-proċedimenti mhumiex diretti kontrihom.

(104)

Fir-rigward tal-argument li l-miżuri inkwistjoni skadew fl-31 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ma tarax raġuni għala l-iskadenza tal-miżura tkun ta' relevanza għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta att ġdid li jissostitwixxi l-att annullat wara sentenza li tannulla l-att inizjali. Skont il-ġurisprudenza msemmija fil-premessa(15) ta' hawn fuq, il-proċedura amministrattiva għandha terġa' tinbeda mill-punt fejn saret l-illegalità.

(105)

Għaldaqstant il-proċedimenti antidumping, b'riżultat tal-annullament tal-att li jikkonkludi l-proċedimenti, għadhom miftuħa. Il-Kummissjoni hija taħt obbligu li tagħlaq dawk il-proċedimenti; L-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku jistipula li investigazzjoni għandha tingħalaq b'att tal-Kummissjoni.

L-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju

(106)

FESI u Footwear Coalition sostnew ukoll li l-proċedura adottata biex terġa' tiftaħ l-investigazzjoni u jiġi imponut dazju b'mod retroattiv jammonta għal abbuż ta' setgħa min-naħa tal-Kummissjoni u tikser it-TUE. FESI u Footwear Coalition isostnu f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni ma għandhiex l-awtorità tinterferixxi fl-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità billi tipprevjeni l-ħlas lura tad-dazji antidumping. Huma argumentaw li kien f'idejn l-awtoritajiet doganali nazzjonali li jisiltu l-konsegwenzi ta' invalidazzjoni ta' att li jimponi d-dazji antidumping u li l-awtoritajiet doganali nazzjonali jkunu wkoll obbligati jirrimborżaw dawk id-dazji li kienu ġew iddikjarati invalidi mill-Qorti.

(107)

F'dan ir-rigward, FESI u Footwear Coalition sostnew li l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku ma jippermettix lill-Kummissjoni tidderoga mill-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, peress li dawn iż-żewġ leġiżlazzjonijiet huma tal-istess ordni ġuridiku u r-Regolament bażiku ma jistax jitqies bħala lex specialis tal-Kodiċi Doganali Komunitarju.

(108)

Barra minn hekk, l-istess partijiet komplew jgħidu li l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku ma jirreferix għall-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u jgħid biss li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali mill-Kummissjoni, iżda mhux deroga mill-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

(109)

Bi tweġiba għal dan, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku ma jirrendix awtomatikament applikabbli r-regoli li jirregolaw il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping individwali (30). Għall-kuntrarju, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku jagħti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni d-dritt li jittrasponu u japplikaw, meta jkun neċessarju u utli, ir-regoli li jirregolaw tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni (31).

(110)

Din it-traspożizzjoni ma teħtieġx applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet kollha tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. L-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku b'mod espliċitu jipprevedi dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tad-definizzjoni komuni tal-kunċett tal-oriġini, eżempju tajjeb ta' fejn isseħħ devjazzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. Huwa fuq din il-bażi li l-Kummissjoni għamlet użu mis-setgħat li jirriżultaw mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku u ħtieġet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex temporanjament ma jħallsux rimborżi. Dan ma jikkontestax il-kompetenza esklużiva tal-awtoritajiet doganali nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' tilwim dwar dejn doganali: l-awtorità biex jittieħdu deċiżjonijiet tibqa' tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għadhom jiddeċiedu, fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li tasal għalihom il-Kummissjoni fir-rigward ta' talbiet għal TES u għal TI, jekk għandux jingħata rimborż jew le.

(111)

B'hekk, għalkemm huwa minnu li xejn fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jippermetti li jinħolqu ostakoli għar-rimbors ta' dazji doganali mħallsa bi żball, l-ebda tali dikjarazzjoni ma tista' ssir f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas lura ta' dazji antidumping. Għaldaqstant, u minħabba l-ħtieġa ġenerali li jiġu protetti r-riżorsi proprji tal-Unjoni minn talbiet mhux iġġustifikati għal ħlas lura u d-diffikultà relatata li din kienet tikkawża biex wara jinġabru lura ripagamenti mhux ġustifikati, il-Kummissjoni kellha tiddevjaw temporanjament mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni billi tagħmel użu mis-setgħat tagħha skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku.

Nuqqas ta' dikjarazzjoni tal-bażi ġuridika

(112)

FESI u Footwear Coalition argumentaw ukoll li bi ksur tal-Artikolu 296 tat-TFUE, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet u indikazzjoni tal-bażi ġuridika li fuqha d-dazji ġew imposti mill-ġdid retroattivament u għaldaqstant iċ-ċaħda tar-rimborż tad-dazji lill-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali. Għaldaqstant, FESI u Footwear Coalition affermaw li l-Kummissjoni kienet kisret id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-partijiet interessati.

(113)

Il-Kummissjoni tqieset li r-raġunament legali estensiv mogħti fid-dokument ta' divulgazzjoni ġenerali u f'dan ir-Regolament jimmotiva kif dovut dan tal-aħħar.

Aspettattivi leġittimi

(114)

FESI u Footwear Coalition qalu wkoll li aktar korrezzjoni retroattiva ta' miżuri skaduti tikser il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. FESI argumentat li, l-ewwel nett, il-partijiet inklużi l-importaturi ħassewhom assigurati li l-miżuri skadew fl-31 ta' Marzu 2011 u li minħabba ż-żmien li għadda minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali l-partijiet kienu intitolati jkollhom aspettattivi ġġustifikati li l-investigazzjoni oriġinali mhux se tkompli jew terġa' tinfetaħ. Bl-istess mod il-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kienu intitolati jkollhom aspettattivi leġittimi ġġustifikati li t-talbiet tagħhom għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali ma kinux se jiġu rieżaminati aktar mill-Kummissjoni, abbażi tal-fatt waħdu li dawn it-talbiet mhumiex qed jiġu vvalutati fil-perjodu ta' tliet xhur applikabbli matul l-investigazzjoni oriġinali.

(115)

Rigward l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati li l-miżuri antidumping skadew u li l-investigazzjoni mhux se terġa' tinfetaħ qatt, qed issir referenza għall-premessi (104) u (105) fejn dawn l-affermazzjonijiet ġew indirizzati fid-dettall.

(116)

F'dak li jirrigwarda l-aspettattivi leġittimi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li t-talbiet tagħhom għal TES/TI ma jerġgħux jiġu rieżaminati, qed issir referenza għall-premessa (100) t'hawn fuq, fejn din ġiet indirizzata daqstant ieħor fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti dwar din il-kwistjoni.

Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni

(117)

FESI u Footwear Coalition issottomettew li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping b'effett retroattiv jikkostitwixxi diskriminazzjoni ta' (i) l-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali vis-à-vis l-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni tas-sentenzi Brosmann u Aokang imsemmija fil-premessa (6) li ġew rimborżati dazji mħallsa fuq importazzjonijiet ta' żraben mill-ħames produtturi esportaturi kkonċernati b'dawn is-sentenzi, kif ukoll (ii) diskriminazzjoni tal-produtturi esportaturi kkonċernati bl-implimentazzjoni attwali vis-à-vis il-ħames produtturi esportaturi kkonċernati mis-sentenzi Brosmann u Aokang li ma kienu suġġetti għall-ebda dazju wara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE.

(118)

Rigward l-affermazzjoni dwar id-diskriminazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar l-ewwel nett dwar ir-rekwiżiti għal diskriminazzjoni, kif stipulat fil-premessa (93) ta' hawn fuq.

(119)

Imbagħad, tinnota li d-differenza bejn l-importaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni u dawk li huma kkonċernati mill-implimentazzjoni tas-sentenzi Brosmann u Aokang hija li dawn tal-aħħar ikkontestaw ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 quddiem il-Qorti Ġenerali, filwaqt li oħrajn ma għamlux hekk.

(120)

Deċiżjoni adottata minn istituzzjoni tal-Unjoni, li ma ġietx ikkontestata mid-destinatarju tagħha fit-terminu previst mis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ssir definittiva fil-konfront tiegħu. Din ir-regola hija bbażata b'mod partikolari fuq il-kunsiderazzjoni li t-termini li fihom proċedimenti legali jridu jinbdew huma intiżi sabiex iħarsu ċ-ċertezza legali billi jevitaw li miżuri tal-Unjoni li jipproduċu effetti legali jiġu tiddubidati b'mod indefinittiv (32).

(121)

Dan il-prinċipju proċedurali tad-dritt tal-Unjoni neċessarjament joħloq żewġ gruppi: dawk li kkontestaw miżura tal-Unjoni u li setgħu kisbu pożizzjoni favorevoli b'riżultat (bħal Brosmann u l-erba' produtturi esportaturi l-oħra), u dawk li ma għamlux hekk. Madankollu, dan ma jfissirx li l-Kummissjoni ttrattat iż-żewġ partijiet b'mod ugwali bi ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament. Għarfien li parti taqa' taħt il-kategorija tal-aħħar minħabba deċiżjoni konxja li ma tikkontestax miżura tal-Unjoni ma jiddiskriminax kontra dak il-grupp.

(122)

Għalhekk, il-partijiet interessati kollha kienu qed jibbenefikaw mill-protezzjoni ġudizzjarja fil-qrati tal-Unjoni l-ħin kollu.

(123)

F'dak li jikkonċerna l-allegat diskriminazzjoni tal-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni li ma kienu suġġetti għall-ebda dazju wara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE, għandu jiġi nnutat li d-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jimponix mill-ġdid dazji ttieħdet b'mod ċar ħadet fir-rigward taċ-ċirkustanzi partikolari tas-sitwazzjoni speċifika kif kienet fiż-żmien meta l-Kummissjoni għamlet il-proposta tagħha għall-impożizzjoni mill-ġdid ta' dawk id-dazji u b'mod partikolari minħabba li dawn il-miżuri antidumping kienu diġà ġew rimborsati, u sal-punt li l-komunikazzjoni oriġinali tad-dejn lid-debitur inkwistjoni kienet ġiet irtirata wara s-sentenzi Brosmann u Aokang. Skont il-Kunsill, dan ir-rimborż kien ħoloq aspettattivi leġittimi min-naħa tal-importaturi kkonċernati. Peress li ma sar l-ebda rimborż komparabbli lil importaturi oħra, dawn ma humiex f'sitwazzjoni paragunabbli ma' dik tal-importaturi kkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kunsill.

(124)

F'kull każ, il-fatt li l-Kunsill għażel li jaġixxi b'ċertu mod, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ quddiemu, ma jistax jorbot lill-Kummissjoni timplimenta sentenza oħra eżattament fl-istess mod.

Il-kompetenza tal-Kummissjoni li timponi miżuri antidumping definittivi

(125)

Barra minn hekk, FESI u Footwear Coalition sostnew li l-Kummissjoni ma għandhiex il-kompetenza tadotta r-Regolament li jimponi dazju antidumping b'mod retroattiv fl-eżerċizzju ta' implimentazzjoni attwali, u li din il-kompetenza fi kwalunkwe każ tkun tal-Kunsill. Din l-affermazzjoni kienet ibbażata fuq l-argument li jekk l-investigazzjoni titkompla mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità, għandhom ikunu applikabbli wkoll l-istess regoli li kien hemm fiż-żmien tal-investigazzjoni oriġinali, meta l-miżuri definittivi kienu jiġu adottati mill-Kunsill. Dawn il-partijiet argumentaw li skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) (imsejħa wkoll “ir-Regolament Omnibus I”), il-proċedura l-ġdida tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni ma għandhiex tapplika f'dan il-kuntest minħabba li qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Omnibus I, il-Kummissjoni (i) kienet diġà adottat att (ir-Regolament proviżorju), (ii) il-konsultazzjonijiet li kienu meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 kienu miftuħa u konklużi, u (iii) il-Kummissjoni kienet diġà adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill li jadotta miżuri definittivi. Fuq din il-bażi, dawn il-partijiet ikkonkludew li għandhom japplikaw il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' Regolament Omnibus I.

(126)

Din l-affermazzjoni madankollu, tiffoka fuq id-data tal-ftuħ tal-investigazzjoni (li hi relevanti ħafna f'dak li jirrigwarda l-emendi sostanzjali l-oħra li saru fir-Regolament bażiku) iżda naqset milli tinnota li r-Regolament (UE) Nru 37/2014 juża kriterju differenti (jiġifieri, il-bidu tal-proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri). Il-pożizzjoni ta' FESI u ta' Footwear Coalition hija għalhekk ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tar-regola tranżizzjonali fir-Regolament (UE) Nru 37/2014.

(127)

Fil-fatt, meta wieħed iqis ir-referenza fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 għal “proċeduri mibdija għall-adozzjoni ta' miżuri”, li tistabbilixxi regoli tranżizzjonali għall-bidliet fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-adozzjoni ta' miżuri antidumping, u fid-dawl tat-tifsira ta' “proċedura” fir-Regolament bażiku, għal investigazzjoni li nbdiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 37/2014, iżda fejn il-Kummissjoni ma kinitx nediet il-konsultazzjoni mal-kumitat rilevanti bil-ħsieb li jiġu adottati miżuri qabel dan id-dħul fis-seħħ, japplikaw ir-regoli l-ġodda għall-proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri antidumping imsemmija. L-istess jgħodd għal proċedimenti fejn kienu ġew imposti miżuri fuq il-bażi tar-regoli qodma u qed jiġu rieżaminati, jew għal miżuri fejn kienu ġew imposti dazji proviżjonali fuq il-bażi ta' regoli qodma, iżda l-proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi ma kinitx ġiet imnedija meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 37/2014. Fi kliem ieħor, ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 japplika għal “proċedura għall-adozzjoni” speċifika u mhux għal perjodu kollu ta' investigazzjoni partikolari jew saħansitra proċediment.

(128)

Għaldaqstant, il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet introdotta mir-Regolament Omnibus I kienet dik li kellha tiġi applikata.

(129)

Fir-rigward ta' Cortina, din l-ewwel qalet li l-Kummissjoni ma għandhiex bażi legali biex tinvestiga t-talbiet għal TES/TI ppreżentati mill-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni oriġinali. Cortina argumentat li l-proċediment, li ngħalaq bl-iskadenza tal-miżuri fl-31 ta' Marzu 2011, ma ġiex invalidat mis-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u li għalhekk ma setgħax jinfetaħ mill-ġdid.

(130)

B'risposta għal dan il-kumment, il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni mogħtija fil-premessi (104) u (105) hawn fuq.

(131)

It-tieni, Cortina qalet li l-proċediment attwali huwa bi ksur tal-prinċipji tan-nonretroattività u taċ-ċertezza legali stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.

(132)

Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar ir-retroattività abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Bażiku u tal-Artikolu 10 tal-Ftehim Antidumping tad-WTO (“WTO ADA”), l-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku, li jsegwi t-test tal-Artikolu 10(1) tad-WTO ADA, jistipula li miżuri provviżorji u dazji antidumping definittivi għandhom jiġu applikati biss għal prodotti li jidħlu f'ċirkolazzjoni ħielsa wara ż-żmien meta d-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 7(1) jew 9(4) tar-Regolament bażiku, skont il-każ, tidħol fis-seħħ. F'dan il-każ, id-dazji antidumping inkwistjoni huma applikati biss għal prodotti li daħlu f'ċirkolazzjoni libera wara li r-Regolament (definittiv) provviżorju u kkontestat li sar bis-saħħa ta' 7(1) u 9(4) tar-Regolament bażiku rispettivament kien daħal fis-seħħ. Ir-retroattività fis-sens tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku, madankollu, tirreferi biss għal sitwazzjoni fejn l-oġġetti ġew introdotti f'ċirkolazzjoni libera qabel ma ġew introdotti l-miżuri, kif jirriżulta mill-istess test ta' din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(133)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li la hemm ksur tal-prinċipju tar-retroattività u lanqas ksur taċ-ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi fil-każ preżenti.

(134)

Rigward ir-retroattività, il-ġurisprudenza tal-Qorti tiddistingwi, meta tivvaluta jekk miżura hijiex retroattiva, bejn l-applikazzjoni ta' regola ġdida għal sitwazzjoni li saret definittiva (li ssir referenza għaliha wkoll bħala sitwazzjoni legali eżistenti jew definittivament stabbilita) (34), u sitwazzjoni li bdiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-regola l-ġdida, iżda li għadha mhix definittiva (li ssir referenza għaliha wkoll bħala sitwazzjoni temporanja) (35).

(135)

F'dan il-każ, is-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li seħħew matul il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 għadha ma saritx definittiva, minħabba li, bħala riżultat tal-annullament tar-Regolament ikkontestat, id-dazju antidumping applikabbli għalihom għadu ma ġiex stabbilit b'mod definittiv. Fl-istess ħin, l-importaturi taż-żraben ġew avżati li dan id-dazju jista' jiġi impost bil-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Inizjazzjoni (36) u tar-Regolament provviżorju. Fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni li l-operaturi ma jistgħux jakkwistaw aspettattivi leġittimi sakemm l-istituzzjonijiet ma jkunux adottaw att li jagħlaq il-proċedura amministrattiva u li tkun saret definittiva (37).

(136)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi applikazzjoni immedjata għall-effetti futuri ta' sitwazzjoni li għadha għaddejja: Id-dazji fuq iż-żraben ġew imposti mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Bħala riżultat tat-talbiet għal rimborż, li ma ġewx deċiżi b'mod definittiv, dawn jikkostitwixxu sitwazzjoni li għadha sejra. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rata tad-dazju applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet, u b'hekk jirregola l-effetti futuri ta' sitwazzjoni li għadha sejra.

(137)

Fi kwalunkwe każ, anki jekk kien hemm retroattività fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, quod non, din ir-retroattività hija ġġustifikata għar-raġuni li ġejja:

(138)

Ir-regoli sostantivi tad-dritt tal-Unjoni jistgħu japplikaw għas-sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom sa fejn jirriżulta b'mod ċar mit-termini, l-objettivi jew l-iskema ġenerali tagħhom li jrid ikollhom dan l-effett (38). B'mod partikolari, fil-Kawża C-337/88 Società agricola fattoria alimantare (SAFA) ġie deċiż li: “[Għ]alkemm b'mod ġenerali l-prinċipju taċ-ċertezza legali jipprekludi li miżura tal-Komunità tieħu effett f'punt fiż-żmien qabel il-pubblikazzjoni tagħha, dan jista' jkun eċċezzjonalment il-każ fejn l-iskop li jrid jintlaħaq ikun jitlob hekk u fejn l-aspettattivi leġittimi ta' dawk ikkonċernati jkun irrispettati kif xieraq (39).

(139)

F'dan il-każ, l-għan huwa li jiġi rrispettat l-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 266 tat-TFUE. Ladarba, fis-sentenzi msemmija fil-premessa (12) hawn fuq, il-Qorti sabet illegalità biss fir-rigward tad-determinazzjoni tar-rata ta' dazju applikabbli, u mhux fir-rigward tal-impożizzjoni tal-miżuri nfushom (jiġifieri, fir-rigward tas-sejba ta' dumping, dannu, kawżalità u interess tal-Unjoni), il-produtturi esportaturi kkonċernati ma setgħux leġittimament jistennew li ma jiġux imposti miżuri antidumping definittivi. Konsegwentement, dik l-impożizzjoni, anki jekk kienet retroattiva, quod non, ma tistax titqies li kisret l-aspettattivi leġittimi.

(140)

It-tielet nett, Cortina qalet li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni, fil-premessa (46) li l-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament ikkontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta' ċertu żraben minn ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi hija żbaljata, għax is-sentenza fil-kawżi C-659/13 u C-34/14 ma annullatx ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 f'dak li jirrigwarda d-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat, iżda annullat dawn ir-regolamenti b'effett erga omnes. Skont Cortina, li kieku l-Kummissjoni kellha timponi mill-ġdid dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet minn dawn id-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat biss, u mhux fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi l-oħra affettwati bl-istess mod mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 C & J Clark International Limited u Puma SE, dan ikun jikkostitwixxi diskriminazzjoni mhux ġustifikata fil-konfront tal-importazzjonijiet ta' dawn il-produtturi esportaturi l-oħra u dan ikun ukoll jikser l-Artikolu 266 TFUE.

(141)

Fir-rigward tal-affermazzjoni ta' trattament diskriminatorju vis-à-vis l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi l-oħra affettwati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 C & J Clark International Limited u Puma SE, il-Kummissjoni tosserva li l-produtturi esportaturi u ċerti importaturi kkonċernati minn dan ir-Regolament jibbenefikaw minn protezzjoni ġudizzjarja fil-qrati tal-Unjoni kontra dan. Importaturi oħra jgawdu tali protezzjoni permezz tal-qrati u t-tribunali nazzjonali, li jaġixxu bħala mħallfin tad-dritt ordinarju tal-Unjoni.

(142)

Kif imsemmi fil-premessa (21), fid-dawl tal-implimentazzjoni tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 C & J Clark International Limited u Puma SE, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223. Fl-Artikolu 1 ta' dak ir-regolament, il-Kummissjoni tat struzzjoni lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex iressqu t-talbiet kollha għar-rimborż tad-dazji antidumping definittivi mħallsa fuq l-importazzjonijiet ta' żraben li joriġinaw fiċ-Ċina u fil-Vjetnam magħmula minn importaturi abbażi tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u abbażi tal-fatt li produttur esportatur mhux fil-kampjun kien talab għal TES jew TI fl-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni se tivvaluta t-talba rilevanti għal TES jew TI u timponi mill-ġdid ir-rata ta' dazju xierqa. Abbażi ta' dan, l-awtoritajiet dogonali nazzjonali se sussegwentement jiddeċiedu fuq it-talba għal ħlas lura u remissjoni tad-dazji antidumping.

(143)

Għalhekk, għall-importazzjonijiet kollha taż-żraben fejn il-kriterji ta' hawn fuq ikunu ssodisfati, il-Kummissjoni se teżamina t-talbiet għal TES u TI u dazji antidumping se jkunu imposti mill-ġdid fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi stabbiliti fl-Artikoli 2(7) (b) u 9(5) tar-Regolament bażiku qabel ma ġie emendat. Għalhekk, il-produtturi esportaturi mhux fil-kampjun l-oħra kollha mir-RPĊ u mill-Vjetnam u l-importaturi tagħhom se jiġu ttrattati bl-istess mod fi stadju aktar tard skont il-proċedura stipulata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223. Huwa biss fejn ma hemmx proċeduri nazzjonali pendenti li ma mhux ser issir valutazzjoni tat-talbiet għal TES u għal TI, għax dan ma jkollu l-ebda skop prattiku.

(144)

Ir-raba' nett, Cortina affermat li jkun diskriminatorju li jerġa' jiġi impost dazju antidumping fuq id-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat, minħabba li l-ebda dazju antidumping ma reġa' ġie impost wara s-sentenzi Brosmann u Aokang.

(145)

Din l-affermazzjoni mhijiex fondata. Importaturi li kienu importaw mingħand Brosman u erba' produtturi esportaturi oħra kkonċernati mis-sentenzi fil-kawżi C-247/10 P u C-249/10 P, huma f'sitwazzjoni fattwali u legali differenti, minħabba li l-produtturi esportaturi tagħhom iddeċidew li jikkontestaw ir-Regolament ikkontestat kif ukoll minħabba li kienu ġew rimborżati d-dazji tagħhom, u għalhekk huma protetti mill-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Ma saru l-ebda kontestazzjoni u l-ebda rimborż għall-oħrajn. F'dan ir-rigward, ara wkoll il-premessi (118) sa (122) aktar 'il fuq.

(146)

Il-ħames, Cortina allegat li kien hemm diversi irregolaritajiet proċedurali li jirriżultaw minn din l-investigazzjoni. Fl-ewwel lok, huma argumentaw li l-produtturi esportaturi kkonċernati jistgħu ma jkunux iktar f'pożizzjoni li jipprovdu kummenti siewja jew provi supplimentari biex jappoġġaw it-talbiet tagħhom għal TES/TI li huma għamlu bosta snin ilu. Pereżempju, jista' jkun li l-kumpaniji ma għadhomx jeżistu jew li d-dokumenti rilevanti ma għandhomx disponibbli.

(147)

Barra minn hekk, Cortina argumentat li b'differenza mill-investigazzjoni oriġinali, il-miżuri tal-Kummissjoni de facto u de jure jaffettwaw biss lill-importaturi, filwaqt li dawn m'għandhomx il-mezzi biex jipprovdu input sinifikanti u ma jistgħux jeħtieġu lill-fornituri tagħhom biex jikkooperaw mal-Kummissjoni.

(148)

Il-Kummissjoni tosserva li ma hemm xejn fir-Regolament bażiku li jirrikjedi lill-Kummissjoni tagħti lill-kumpaniji esportaturi li jitolbu TES/TI il-possibilità li jikkompletaw informazzjoni fattwali nieqsa. Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-ġurisprudenza l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jkun jixtieq jitlob TES/TI skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, l-istess kif qalet il-Qorti fis-sentenzi Brosmann u Aokangma, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet li jagħtu prova li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għar-rikonoxximent ta' dan l-istatus. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-provi fornuti mill-produttur konċernat humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku humiex issodisfati sabiex jingħata TES/TI (ara l-premess (44)). Id-dritt għal smigħ jikkonċerna l-valutazzjoni ta' dawn il-fatti, iżda ma jinkludix id-dritt li tiġi rimedjata informazzjoni defiċjenti. Inkella, il-produttur esportatur jista' jtawwal b'mod indefinit il-valutazzjoni, billi jipprovdi l-informazzjoni biċċa biċċa.

(149)

F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar li ma hemm l-ebda obbligu li l-Kummissjoni titlob lill-produttur esportatur jikkumplimenta t-talba għal TES/TI. Kif imsemmi fil-premessa ta' qabel, il-Kummissjoni tista' tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur esportatur. Fi kwalunkwe każ, il-produtturi esportaturi kkonċernati ma kkontestawx il-valutazzjoni tat-talbiet tagħhom għal TES/TI mill-Kummissjoni u ma identifikawx liema dokumenti jew persuni ma għadhomx għad-dispożizzjoni tagħhom. L-allegazzjoni hija għalhekk tant astratta li l-istituzzjonijiet ma jistgħux iqisu dawk id-diffikultajiet meta jwettqu l-valutazzjoni ta' talbiet għal TES/TI. Billi dak l-argument huwa bbażat fuq spekulazzjoni u mhux appoġġjat minn indikazzjonijiet preċiżi dwar liema dokumenti u persuni ma għadhomx aktar disponibbli u dwar ir-rilevanza ta' dawn id-dokumenti u persuni għall-valutazzjoni tat-talba għal TES/TI, dak l-argument huwa miċħud.

(150)

Għal dak li jirrigwarda l-affermazzjoni li importatur ma għandux il-mezz jipprovdu input sinifikanti, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej: l-ewwel nett, l-importaturi ma jgawdux drittijiet ta' difiża, peress li l-miżura antidumping mhijiex fil-konfront tagħhom iżda fil-konfront tal-produtturi esportaturi. It-tieni nett, l-importaturi diġà kellhom l-opportunità jikkummentaw fuq dan il-punt matul il-proċedura amministrattiva qabel l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat. It-tielet nett, jekk l-importaturi ħasbu li kien hemm irregolarità f'dan ir-rigward, huma kellhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tagħhom biex jiżguraw li jiddisponu mid-dokumentazzjoni neċessarja. Għalhekk, l-affermazzjoni jkollha tiġi miċħuda.

(151)

Is-sitt nett, Cortina argumentat li l-Kummissjoni naqset milli teżamina jekk l-impożizzjoni tad-dazji antidumping ikunux fl-interess tal-Unjoni u argumentat li l-miżuri jkunu kontra l-interess tal-Unjoni minħabba li (i) il-miżuri diġà kellhom l-effett mixtieq tagħhom meta ġew imposti l-ewwel darba; (ii) il-miżuri ma jwasslux għal benefiċċju addizzjonali għall-industrija tal-Unjoni; (iii) il-miżuri ma jkollhomx effett fuq il-produtturi esportaturi u (iv) il-miżuri jimponu kost importanti fuq l-importaturi fl-Unjoni.

(152)

Dan il-każ jikkonċerna biss t-talbiet għal TES/TI, għax dan huwa l-uniku punt li fih ġie identifikat żball legali mill-Qrati tal-Unjoni. Fejn jidħol l-interess tal-Unjoni, il-valutazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 tibqa' valida għal kollox. Barra minn hekk, din il-miżura hija ġġustifikata bl-għan li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(153)

Is-seba', Cortina affermat li d-dazju antidumping, jekk jiġi impost mill-ġdid, ma jkunx jista' jinġabar minħabba li l-istatut tal-limitazzjonijiet tal-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (issal-Artikolu 103(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni) skada. Skont Cortina, din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi abbuż ta' poter mill-Kummissjoni.

(154)

Il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju/103(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, l-istatut tal-limitazzjonijiet ma japplikax meta jkun sar appell skont l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju/l-Artikolu 44(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, bħal ma huwa l-każ f'dawn il-każijiet kollha, li jikkonċernaw appelli fuq il-bażi tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju/l-Artikolu 119 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Appell fis-sens tal-Artikolu 103(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, bis-saħħa tal-kjarifika fl-Artikolu 44(2) tal-istess regolament, jestendi mill-kontestazzjoni inizjali tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet doganali nazzjonali li jimponi d-dazji sal-fażi finali tas-sentenza mogħtija mill-qorti nazzjonali, inkluż, fejn meħtieġ, referenza għal deċiżjoni preliminari. Konsegwentement il-perjodu ta' tliet snin jiġi sospiż mid-data li tiġi ddepożitata l-kontestazzjoni.

(155)

Fl-aħħar nett, Cortina affermat li, wara l-iskadenza tal-paragrafu 15(a)(ii) tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO fl-11 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ma tistax tibqa' tiddependi fuq il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-valur normali għall-esportaturi Ċiniżi fl-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri l-metodoloġija tal-pajjiż analogu skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku).

(156)

Ir-Regolament ikkontestat ġie adottat fl-2006. Il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli għal din il-proċedura hija r-Regolament (UE) 2016/1036. Għalhekk, din l-affermazzjoni hija rrifjutata.

(157)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qed jiġi impost dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda jew kompożizzjoni tal-ġilda, esklużi żraben sportivi, żraben li jinvolvu teknoloġija speċjali, papoċċi u żraben oħra ta' ġewwa u żraben b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba', li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u prodotti mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament u li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM: 6403 20 00, ex 6403 30 00 (40), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00 (41) li saru matul il-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009. Il-kodiċijiet TARIC huma mniżżla fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“żraben sportivi” għandha tfisser ilbies tar-riġlejn skont it-tifsira tan-nota 1 tas-sottotitolu tal-Kapitolu 64 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (42);

“żraben li jinvolvu teknoloġija speċjali” għandha tfisser żraben li għandhom prezz CIF għal kull par ta' mhux inqas minn EUR 7,5, għall-użu f'attivitajiet sportivi, b'suletta iffurmata b'saff wieħed jew diversi, mhux injettata, manifatturat minn materjali sintetiċi ddisinjati b'mod li jassorbi l-impatt ta' movimenti vertikali jew laterali u b'karatteristiċi tekniċi bħal boroż ermetiċi li fihom gass jew fluwidu, komponenti mekkaniċi li jassorbu jew jinnewtralizzaw l-impatt, jew materjali bħal polimeri ta' densità baxxa u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98;

“żraben b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba” għandha tfisser żraben li jinkorporaw kappa ta' protezzjoni għas-swaba b'reżistenza għall-impatti ta' mill-anqas 100 joules (43) u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM: ex 6403 30 00 (44), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00;

“papoċċi u żraben oħra ta' ġewwa” għandha tfisser dawk iż-żraben li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 6405 10 00.

3.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandha tkun ta' 16,5 % għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati u ta' 10 % għall-produtturi esportaturi Vjetnamiżi kkonċernati.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti ggarantiti li jaqbżu r-rata definittiva tad-dazji antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-kumpanniji elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament hija sospiża temporanjament sakemm l-importatur li jitlob rimborż mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali jkun infurma lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi esportaturi li mingħandhom l-operaturi rilevanti jkunu xtraw żraben, jew, jekk ma tasal l-ebda tweġiba f'dak il-perjodu, tmiem l-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni biex tiġi pprovduta dik l-informazzjoni. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita f'ittra mill-Kummissjoni lill-importatur rilevanti, u fi kwalunkwe każ ma għandhiex tkun iqsar minn xahar.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tkun waslet fi żmien tmien xhur mid-data tal-wasla. L-awtoritajiet doganali nazzjonali huma b'dan ordnati biex ma jirrimborżawx id-dazji miġbura qabel ma l-Kummissjoni tkun iffinalizzat il-valutazzjoni tagħha ta' dawn it-talbiet.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 98, 6.4.2006, p. 3.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 275, 6.10.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2008 tad-29 ta' April 2008 li jestendi l-miżuri antidumping definittivi imposti mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-istess prodott konsenjati mill-Makaw SAR, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Makaw SAR u kemm jekk le (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 1).

(5)  ĠU C 251, 3.10.2008, p. 21.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1294/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ċertu tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352, 30.12.2009, p. 1).

(7)  ĠU C 295, 11.10.2013, p. 6

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE tat-18 ta' Marzu 2014 li tirrifjuta l-proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd, (ĠU L 82, 20.3.2014, p. 27).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(10)  ĠU C 106, 21.3.2016, p. 2

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1).

(12)  Il-Kawżi Magħquda 97, 193, 99 u 215/86 Asteris AE u oħrajn u r-Repubblika Ellenika vs il-Kummissjoni [1988] Ġabra 2181, paragrafi 27 u 28.

(13)  Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, paragrafu 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs Il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85; Il-Kawża T-301/01 Alitalia vs il-Kummissjoni [2008] II-1753, paragrafi 99 u 142; Il-Kawżi maqgħuda T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas de Calais vs il-Kummissjoni [2011] II-1999, paragrafu 83.

(14)  Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, paragrafu 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85.

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 ġie emendat sussegwentement bir-Regolament (UE) Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 237, 3.9.2012, p. 1). Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 765/2012, l-emendi introdotti b'dak ir-Regolament emendatorju japplikaw biss għal investigazzjonijiet mibdija wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-investigazzjoni preżenti nbdiet fis-7 ta' Lulju 2005 (ĠU C 166, 7.7.2005, p. 14).

(17)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 52).

(18)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 tat-13 ta' Settembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 245, 14.9.2016, p. 16).

(19)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 tat-28 ta' Settembru 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 262, 29.9.2016, p. 4)

(20)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 tas-17 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta' ċerti talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li saru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 3).

(21)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2257 tal-14 ta' Diċembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u manifatturati minn Chengdu Sunshine Shoes Co. Ltd., Foshan Nanhai Shyang Yuu Footwear Ltd. u Fujian Sunshine Footwear Co. Ltd. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 340 I, 15.12.2016, p. 1)

(22)  Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques v il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85.

(23)  Sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità, l-ismijiet tal-kumpaniji ġew sostitwiti b'numri. Il-Kumpaniji 1 sa 3 kienu ġew soġġetti għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731 imsemmi fi premessa (20), filwaqt li l-Kumpaniji 4 sa 6 kienu ġew soġġetti għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2257 imsemmi fil-premessa (24). Il-kumpaniji kkonċernati mir-Regolament attwali ġew attribwiti n-numri konsekuttivi 7 sa 25.

(24)  Wolverine Europe BV, Wolverine Europe Limited u Damco Netherlands BV, fir-risposta tagħhom għad-Dokument ta' Informazzjoni Ġenerali rreferew għall-kummenti sottomessi minn FESI u mill-Footwear Coalition.

(25)  Il-Kawża T-192/08, Transational Company Kazchrome u ENRC Marketing v il-Kunsill, [2011] Ġabra II-07449, il-paragrafu 298. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata fl-appell, ara l-Kawża C-10/12 P Transnational Company Kazchrome u ENRC Marketing v il-Kunsill, ECLI:EU:C:2013:865.

(26)  Il-Kawża T-255/01 Changzhou Hailong Electronics & Light Fixtures u Zhejiang Sunlight Group v il-Kunsill, [2003] il-Ġabra II-04741, fil-paragrafu 60.

(27)  Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping ĠU C 82, 16.3.2011, p. 4

(28)  Dak il-limitu taż-żmien issa jinsab fl-Artikoli 103(1) u 121(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(29)  Il-Kawża C-373/07 P Mebrom v il-Kummissjoni, [2009] ġabra I-00054, fil-paragrafi 91-94.

(30)  Ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, il-Konformità mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Frar 2012 fil-Kawża C-249/10 P Brosmann u tal-15 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-247/10P Zhejiang Aokang, li jakkumpanja l-Proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd,/* SWD/2014/046 finali, fil-premessi 45–48.

(31)  Il-Kawża C-382/09 Stils Met, [2010] Ġabra I-09315, paragrafi 42-43. It-TARIC, pereżempju, li jintuża wkoll bħala mezz biex tkun żgurata l-konformità mal-miżuri ta' difiża kummerċjali, joriġina fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(32)  Il-Kawża C-239/99 Nachi Europe, [2001] ġabra I-01197, fil-paragrafu 29.

(33)  Ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1).

(34)  Il-kawża 270/84, Licata vs CES, [1986], Ġabra 2305, il-paragrafu 31 il-Kawża C-60/98 Butterfly Music vs. CEDEM [1999] Ġabra 1–3939, il-paragrafu 24; Il-kawża 68/69 Bundesknappschaft v Brock [1970] Ġabra 171, paragrafu 6; Il-kawża 1/73 Westzucker GmbH v Einfuhr und Vorratsstelle für Zucker [1973] 723, paragrafu 5; Il-kawża 143/73 SOPAD v FORMA a.o. [1973] Ġabra 1433, paragrafu 8; Il-kawża 96/77 Bauche [1978] Ġabra 383, paragrafu 48; Il-kawża 125/77 KoninklijkeScholten-Honig NV v Floofdproduktschaap voor Akkerbouwprodukten [1978] Ġabra 1991, paragrafu 37; Il-kawża 40/79 Ρ v il-Kummissjoni [1981] Ġabra 361, paragrafu 12; Il-kawża T-404/05 Greece v il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-272, paragrafu 77; C-334/07 Ρ il-Kummissjoni v Freistaat Sachsen [2008] Ġabra 1–9465, paragrafu 53.

(35)  Il-kawża T-176/01 Ferrière Nord ν il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-3931, paragrafu 139; C-334/07 Ρ.

(36)  ĠU C 166, 7.7.2005, p. 14.

(37)  Il-kawża C-169/95 Spain v il-Kummissjoni [1997] Ġabra I-135, paragrafi 51 sa 54; Il-Kawżi Magħquda T-116/01 u T-118/01 P&O European Ferries (Vizcaya) SA v il-Kummissjoni [2003] Ġabra II-2957, paragrafu 205.

(38)  Il-kawża C-34/92 GruSa Fleisch v Hauptzollamt Hamburg-Jonas [1993] Ġabra I-4147, paragrafu 22. L-istess formulazzjoni jew waħda simili jistgħu jinstabu pereżempju fil-Kawżi Magħquda 212 sa 217/80 Meridionale Industria Salumi α.δ. [1981] Ġabra 2735, paragrafi 9 u 10; Il-kawża 21/81 Bout [1982] Ġabra 381, paragrafu 13; Il-kawża T-42/96 Eyckeler & Malt v il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-401, paragrafi 53 u 55 sa 56; Il-kawża T-180/01 Euroagri v il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-369, paragrafi 36 sa 37.

(39)  Il-kawża C-337/88 Società agricola fattoria alimentare (SAFA) [1990] Ġabra I-1, paragrafi 13.

(40)  Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 ta' 17 Ottubru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1) dan il-kodiċi NM huwa sostitwit fl-1 ta' Jannar 2007 mill-kodiċijiet NM ex 6403 51 05, ex 6403 59 05, ex 6403 91 05, u ex 6403 99 05.

(41)  Kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.

(42)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna ta' qabel.

(43)  Ir-reżistenza għall-impatt għandha titkejjel skont in-Normi Ewropej EN345 jew EN346.

(44)  Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1549/2006 dan il-kodiċi NM huwa sostitwit fl-1 ta' Jannar 2007 mill-kodiċijiet NM ex 6403 51 05, ex 6403 59 05, ex 6403 91 05 u ex 6403 99 05.


ANNESS I

Kodiċi TARIC għal żraben bil-partijiet ta' fuq tal-ġilda jew ġilda komposta kif definit fl-Artikolu 1

(a)

Mis-7 ta' Ottubru 2006:

6403300039, 6403300089, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080

(b)

Mill-1 ta' Jannar 2007:

6403510519, 6403510599, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403590519, 6403590599, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403910519, 6403910599, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403990519, 6403990599, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080

(c)

Mis-7 ta' Settembru 2007:

6403510515, 6403510518, 6403510595, 6403510598, 6403511191, 6403511199, 6403511591, 6403511599, 6403511991, 6403511999, 6403519191, 6403519199, 6403519591, 6403519599, 6403519991, 6403519999, 6403590515, 6403590518, 6403590595, 6403590598, 6403591191, 6403591199, 6403593191, 6403593199, 6403593591, 6403593599, 6403593991, 6403593999, 6403599191, 6403599199, 6403599591, 6403599599, 6403599991, 6403599999, 6403910515, 6403910518, 6403910595, 6403910598, 6403911195, 6403911198, 6403911395, 6403911398, 6403911695, 6403911698, 6403911895, 6403911898, 6403919195, 6403919198, 6403919395, 6403919398, 6403919695, 6403919698, 6403919895, 6403919898, 6403990515, 6403990518, 6403990595, 6403990598, 6403991191, 6403991199, 6403993191, 6403993199, 6403993391, 6403993399, 6403993691, 6403993699, 6403993891, 6403993899, 6403999195, 6403999198, 6403999325, 6403999328, 6403999395, 6403999398, 6403999625, 6403999628, 6403999695, 6403999698, 6403999825, 6403999828, 6403999895, 6403999898, 6405100081 u 6405100089


ANNESS II

Lista ta' produtturi esportaturi li ġie impost dazju antidamping definittiv fuq l-importazzjonijiet tagħhom

Isem il-produttur esportatur

Kodiċi addizzjonali TARIC

An Loc Joint Stock Company (il-Vjetnam)

A999

Chang Shin Vietnam Co. Ltd (Dong Nai — il-Vjetnam) u l-kumpanija relatata tagħha Changshin Inc. (Busan — il-Korea t'Isfel)

A999

Chau Giang Company Limited (Haiphong City, il-Vjetnam)

A999

Dongguan Texas Shoes Limited Co.

A999

Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co.Ltd (Foshan City — iċ-Ċina)

A999

Fujian Viscap Shoes Co. Ltd (Quanzhou — iċ-Ċina)

A999

Lien Phat Company Ltd (il-Vjetnam)

A999

Maystar Footwear Co. Ltd (Zhuhai — iċ-Ċina) (relatata ma' Kingmaker)

A999

Min Yuan (Guangzhou — iċ-Ċina) u l-kumpaniji relatati E-Light u Golden Chang

A999

Panyu Hsieh Da Rubber CO. LTD (iċ-Ċina)

A999

PanYu Leader Footwear Corporation (Guangzhou — iċ-Ċina)

A999

Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd (Guangzhou — iċ-Ċina)

A999

Qingdao Changshin Shoes Company Limited (Qingdao — iċ-Ċina) u l-kumpanija relatata tagħha Changshin Inc. (Busan — il-Korea t'Isfel)

A999

Qingdao Samho Shoes Co. Ltd (iċ-Ċina) u l-kumpanija relatata Samho shoes Co. Ltd (il-Korea t'Isfel)

A999

Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd (Qingdao — iċ-Ċina)

A999

Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd (iċ-Ċina) u l-kumpanija relatata Tae Kwang Industrial Co. (il-Korea) (relatata ma' Taekwang Vina fil-kampjun)

A999

Samyang Vietnam Co. Ltd (Ho Chi Minh City — il-Vjetnam)

A999

Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd (il-Vjetnam)

A999

Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd (Ho Chi Minh — il-Vjetnam)

A999


ANNESS III

Il-lista ta' kumpaniji li l-eżaminazzjoni tagħhom hija sospiża skont l-Artikolu 3

 

ALAMODE

 

ALL PASS

 

ALLIED JET LIMITED

 

ALLIED JET LIMITED C/O SHENG RONG F

 

AMERICAN ZABIN INTL

 

AN THINH FOOTWEAR CO. LTD

 

AQUARIUS CORPORATION

 

ASIA FOOTWEAR

 

BCNY INTERNATIONAL INC.

 

BESCO ENTERPRISE

 

BEST CAPITAL

 

BRANCH OF EMPEREOR CO. LTD

 

BRENTWOOD FUJIAN INDUSTRY CO. LTD

 

BRENTWOOD TRADING COMPANY

 

BROWN PACIFIC TRADING LTD,

 

BUFENG

 

BULLBOXER

 

C AND C ACCORD LTD

 

CALSON INVESTMENT LIMITED

 

CALZ.SAB SHOES S.R.L.

 

CARLSON GROUP

 

CD STAR

 

CHAOZHOU ZHONG TIAN CHENG

 

CHINA EVER

 

CORAL REEF ASIA PACIFIC LTD

 

CULT DESIGN

 

DHAI HOAN FOOTWEAR PRODUCTION JOINT STOCK COMPANY

 

DIAMOND GROUP INTERNATIONAL LTD/YONG ZHOU XIANG WAY SPORTS GOODS LTD

 

DONG GUAN CHANG AN XIAO BIAN SEVILLA

 

DONG GUAN HUA XIN SHOES LTD

 

DONGGUAN QIAOSHENG FOOTWEAR CO

 

DONGGUAN TA YUE SHOES CO. LTD

 

DONGGUAN YONGXIN SHOES CO. LTD

 

EASTERN SHOES COLLECTION CO. LTD

 

EASY DENSE LIMITED

 

ENIGMA/MORE SHOES INC.

 

EVAIS CO. LTD

 

EVER CREDIT PACIFIC LTD

 

EVERGIANT

 

EVERGO ENTERPRISES LTD C/O THUNDER

 

FH SPORTS AGENCIES LTD

 

FIJIAN GUANZHOU FOREIGN TRADE CORP

 

FOSTER INVESTMENTS INC.

 

FREEMANSHOES CO. LTD

 

FU XIANG FOOTWEAR

 

FUJIAN JINMAIWANG SHOES & GARMENTS PRODUCTS CO. LTD

 

GERLI

 

GET SUCCESS LIMITED GLOBE DISTRIBUTING CO. LTD

 

GOLDEN STEPS FOOTWEAR LTD

 

GOODMILES

 

HA CHEN TRADE CORPORATION

 

HAI VINH TRADING COMP

 

HAIPHONG SHOLEGA

 

HANLIN (BVI) INT'L COMPNAY LTD C/O

 

HAPPY THOSE INTERNATIONAL LTD

 

HAWSHIN

 

HESHAN SHI HENGYU FOOTWEAR LTD

 

HIEP TRI CO. LTD

 

HISON VINA CO. LTD

 

HOLLY PACIFIC LTD

 

HUEY CHUEN SHOES GROUP/FUH CHUEN CO. LTD

 

HUI DONG FUL SHING SHOES CO. LTD

 

HUNEX

 

HUNG TIN CO. LTD

 

IFR

 

INTER — PACIFIC CORP.

 

IPC HONG KONG BRANCH LTD

 

J.C. TRADING LIMITED

 

JASON FOOTWEAR

 

JIA HSIN CO. LTD

 

JIA HUAN

 

JINJIANG YIREN SHOES CO. LTD

 

JOU DA

 

JUBILANT TEAM INTERNATIONAL LTD

 

JWS INTERNATIONAL CORP

 

KAI YANG VIETNAM CO. LTD

 

KAIYANG VIETNAM CO. LTD

 

KIM DUCK TRADING PRODUCTION

 

LEGEND FOOTWEAR LTD ALSO SPELLED AT LEGENT FOOTWEAR LTD

 

LEIF J. OSTBERG, INC.

 

LU XIN JIA

 

MAI HUONG CO. LTD

 

MARIO MICHELI

 

MASTERBRANDS

 

MAYFLOWER

 

MING WELL INT'L CORP.

 

MIRI FOOTWEAR INTERNATIONAL, INC.

 

MIX MODE

 

MORGAN INT'L CO. LTD C/O HWASHUN

 

NEW ALLIED

 

NEW FU XIANG

 

NORTHSTAR SOURCING GROUP HK LTD

 

O.T. ENTERPRISE CO.

 

O'LEAR IND VIETNAM CO. LTD ALSO SPELLED AS O'LEER IND. VIETNAM CO. LTD

 

O'LEER IND. VIETNAM CO. LTD

 

ONTARIO DC

 

OSCO INDUSTRIES LTD

 

OSCO VIETNAM COMPANY LTD

 

PACIFIC BEST CO. LTD

 

PERFECT GLOBAL ENTERPRISES LTD

 

PETER TRUONG STYLE, INC.

 

PETRONA TRADING CORP

 

PHUOC BINH COMPANY LTD

 

PHY LAM INDUSTRY TRADING INVESTMENT CORP

 

POP EUROPE

 

POU CHEN P/A POU SUNG VIETNAM CO. LTD

 

POU CHEN CORP P/A IDEA

 

POU CHEN CORP P/A YUE YUEN INDUSTRIAL ESTATE

 

PRO DRAGON INC.

 

PUIBRIGHT INVESTMENTS LIMITED T/A

 

PUTIAN LIFENG FOOTWEAR CO. LTD

 

PUTIAN NEWPOWER INTERNATIONAL T

 

PUTIAN XIESHENG FOOTWEAR CO

 

QUAN TAK

 

RED INDIAN

 

RICK ASIA (HONG KONG) LTD

 

RIGHT SOURCE INVESTMENT LIMITED/VINH LONG FOOTWEAR CO. LTD

 

RIGHT SOURCE INVESTMENTS LTD

 

ROBINSON TRADING LTD.

 

RUBBER INDUSTRY CORP. RUBIMEX

 

SENG HONG SHOES (DONG GUAN) CO. LTD

 

SEVILLE FOOTWEAR

 

SHANGHAI XINPINGSHUN TRADE CO. LTD

 

SHENG RONG

 

SHENZHEN GUANGYUFA INDUSTRIAL CO. LTD

 

SHENZHEN HENGGTENGFA ELECTRONI

 

SHINING YWANG CORP

 

SHISHI

 

SHISHI LONGZHENG IMPORT AND EXPORT TRADE CO. LTD

 

SHOE PREMIER

 

SIMONATO

 

SINCERE TRADING CO. LTD

 

SINOWEST

 

SLIPPER HUT & CO

 

SUN POWER INTERNATIONAL CO. LTD

 

SUNKUAN TAICHUNG OFFICE/JIA HSIN CO. LTD

 

SUNNY

 

SUNNY FAITH CO. LTD

 

SUNNY STATE ENTERPRISES LTD

 

TBS

 

TENDENZA ENTERPRISE LTD

 

TEXAS SHOE FOOTWEAR CORP

 

THAI BINH HOLDING & SHOES MANUFAC

 

THANH LE GENERAL IMPORT-EXPORT TRADING COMPANY

 

THUONG TANG SHOES CO. LTD

 

TIAN LIH

 

TONG SHING SHOES COMPANY

 

TOP ADVANCED ENTERPRISE LIMITED

 

TRANS ASIA SHOES CO. LTD

 

TRIPLE WIN

 

TRULLION INC.

 

TRUONG SON TRADE AND SERVICE CO. LTD

 

TUNLIT INTERNATIONAL LTD- SIMPLE FOOTWEAR

 

UYANG

 

VIETNAM XIN CHANG SHOES CO.

 

VINH LONG FOOTWEAR CO. LTD

 

WINCAP INDUSTRIAL LTD

 

WUZHOU PARTNER LEATHER CO. LTD

 

XIAMEN DUNCAN — AMOS SPORTSWEAR CO. LTD

 

XIAMEN LUXINJIA IMPORT & EXPORT CO.

 

XIAMEN OCEAN IMP&EXP

 

XIAMEN UNIBEST IMPORT AND EXPORT CO. LTD

 

YANGZHOU BAOYI SHOES

 

YDRA SHOES

 

YONGMING FOOTWEAR FACTORY

 

ZHONG SHAN POU SHEN FOOTWEAR COMPANY LTD

 

ZIGI NEW YORK GROUP


ANNESS IV

Lista ta' produtturi esportaturi nnotifikati lill-Kummissjoni li diġà ġew ivvalutati individwalment jew bħala parti minn grupp ta' kumpaniji magħżula fil-kampjun ta' produtturi esportaturi fl-investigazzjoni oriġinali

 

APACHE FOOTWEAR AND APACHE II FOOTWEAR

 

FOSHAN CITY NANHAI GOLDEN STEP INDUSTRIAL CO. LTD

 

GROWTH-LINK TRADING COMPANY LIMITED

 

JOINT STOCK COMPANY 32

 

KAI NAN JOINT VENTURE CO. LTD

 

NIKE (SUZHOU) SPORTS CO. LTD

 

POU CHEN/POU CHEN VIETNAM ENTERPRISE, LTD

 

POU CHEN CORP P/A POU CHEN VIETNAM ENTERPRISE, LTD

 

POU CHEN CORPORATION/DONGGUAN YUE YUEN MFR. CO.

 

POU CHEN CORPORATION/POU YUEN VIETNAM ENTERPRISES LTD

 

POU CHEN CORPORATION/POUYUEN VIETNAM COMPANY LIMITED

 

POU CHEN CORPORATION/PT. POU CHEN INDONESIA

 

POU YUEN/POU YUEN VIETNAM COMPANY LTD/POU YUEN VIETNAM ENTERPRISE LTD

 

SHOES MAJESTY TRADING COMPANY LTD (VIETNAM)

 

SKY HIGH TRADING LTD

 

SUN KUAN (BVI) ENTERPRISES/SUN KUAN J V CO.

 

SUN SANG KONG YUEN SHOES FACTORY (HUY YANG) CO. LTD

 

SUNKUAN TAICHUNG OFFICE/SUN KUAN J.V. CO.

 

TAE KWANG INDUSTRIAL CO. LTD P/A TAE KWANG VINA INDUSTRIAL CO

 

YUE GROUP/YUE YUEN


ANNESS V

Lista ta' produtturi esportaturi nnotifikati lill-Kummissjoni li diġà ġew ivvalutati jew individwalment jew bħala parti minn grupp ta' kumpaniji fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE jew fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257 rispettivament

Isem il-produttur esportatur

Ir-Regolament fejn ġie vvalutat

BROOKDALE INVESTMENTS LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

WEI HUA SHOE COMPANY LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

DIAMOND GROUP INTERNATIONAL LTD/TAI-WAY SPORTS LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

DONGGUAN STELLA FOOTWEAR CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

HK WEI HUA KIMO

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

HO HSING

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

HOPEWAY GROUP LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

FOSHAN CITY NANHAI QUNRUI FOOTWEAR CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

QUN RUI FOOTWEAR

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

STELLA INTERNATIONAL LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395

FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A DONA PACIFIC (VIETNAM) CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647

FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A LIFENG FOOTWEAR CORPORATION

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647

FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A VIETNAM DONA STANDARD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647

FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A DONA VICTOR FOOTWEAR CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647

FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A VIETNAM DONA ORIENT CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647

FULGENT SUNSHINE FOOTWEAR CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647

GRAND SMARTLY GROUP LTD P/A FREETREND INDUSTRIAL CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647

KINGFIELD INTERNATIONAL LTD

Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731

VIETNAM SHOE MAJESTER CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647

GENFORT SHOES LTD

Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731

FOOTGEARMEX FOOTWEAR CO., LTD.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731

DIAMOND GROUP INTERNATIONAL LTD/DIAMOND VIETNAM CO., LTD. — P.T. HORN MING INDONESIA

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731

DIAMOND VIETNAM CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731

FOOTGEARMEX FOOTWEAR CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731

CAPITAL CONCORD ENTERPRISES LTD P/A FUJIAN SUNSHINE FOOTWEAR CO. LTD SUNNY FOOTWEAR CO. LTD

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2257

BROSMANN FOOTWEAR (HK) LTD

Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE

LUNG PAO FOOTWEAR (GUANGZHOU) LTD

Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE

NOVI FOOTWEAR

Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE

RISEN FOOTWEAR (HK) CO. LTD

Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE

SEASONABLE FOOTWEAR (ZHONGSHAN)LTD

Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE

WENZHOU TAIMA SHOES CO LTD

Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE

ZHEJIANG AOKANG SHOES CO. LTD

Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE


ANNESS VI

Lista ta' kumpaniji nnotifikati lill-Kummissjoni li se jiġu vvalutati fl-eżerċizzju ta' implimentazzjoni li ser isir, individwalment jew bħala parti minn grupp ta' kumpaniji

 

DAH LIH PUH

 

EVERVAN GROUP P/A EVA OVERSEAS INTERNATIONAL, LTD

 

EVERVAN GROUP P/A JIANGXI GUANGYOU FOOTWEAR CO

 

LONG SON JOINT STOCK COMPANY

 

SHING TAK IND. CO. LTD


10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/105


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/424

tad-9 ta' Marzu 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

235,2

IL

243,7

MA

93,7

SN

205,2

TR

104,7

ZZ

176,5

0707 00 05

MA

80,2

TR

182,6

ZZ

131,4

0709 91 00

EG

97,7

ZZ

97,7

0709 93 10

MA

51,9

TR

149,9

ZZ

100,9

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

49,9

IL

71,1

MA

48,0

TN

57,4

TR

73,0

ZZ

59,9

0805 50 10

EG

68,9

TR

70,0

ZZ

69,5

0808 10 80

CL

90,0

CN

135,3

ZA

86,6

ZZ

104,0

0808 30 90

AR

124,1

CL

131,5

CN

74,5

ZA

129,2

ZZ

114,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/107


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/425

tad-9 ta' Marzu 2017

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għas-sitt sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għas-sitt stedina għall-offerti parzjali, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sitt sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fis-7 ta' Marzu 2017, ma għandu jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/108


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/426

tas-7 ta' Marzu 2017

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fil-5 ta' April 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/552 (4), is-Sur Thomas KASTRUP-LARSEN ġie sostitwit mis-Sur Erik NIELSEN bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Erik NIELSEN, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sinjura Kirstine BILLE bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Is-Sinjura Kirstine BILLE, Deputy Mayor of Syddjurs Municipality,

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sinjura Kirsten JENSEN, Deputy Mayor of Hillerød Municipality.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/552 tal-5 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 12).


10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/109


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/427

tat-8 ta' Marzu 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE dwar il-miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu)

(notifikata bid-dokument C(2017) 1482)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni kritika tan-nematodu tal-injam tal-arżnu (pine wood nematode — PWN) fil-Portugall u xi sejbiet fi Spanja, f'Settembru 2014 ġiet stabbilita Task Force magħmula minn għadd ta' esperti tal-Istati Membri bil-ħsieb li jingħata appoġġ lill-Portugall fil-konteniment u lill-Spanja fl-eradikazzjoni tal-PWN fit-territorji rispettivi tagħhom, filwaqt li jiġi evitat it-tixrid tiegħu fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni.

(2)

Fit-22 ta' Ġunju 2016, it-Task Force dwar il-PWN ippubblikat rapport li fih għadd ta' rakkomandazzjonijiet. Barra minn hekk, ġie akkwistat għarfien xjentifiku ulterjuri bħala parti mill-proġett REPHRAME (2).

(3)

Huwa neċessarju li tiddaħħal definizzjoni ta' “pjanta affettwata minn nirien jew tempesti” biex jiġu identifikati pjanti suxxettibbli li għalihom għandhom jiġu applikati l-miżuri rispettivi.

(4)

L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Protezzjoni tal-Pjanti żviluppat standards internazzjonali dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma' dawk l-Istandards Internazzjonali (3) u biex tittejjeb iċ-ċarezza u l-effikaċja tal-pjanijiet ta' kontinġenza, ir-regoli dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza għandhom jistabbilixxu f'aktar dettall il-kompiti tal-korpi uffiċjali responsabbli, il-laboratorji u l-operaturi.

(5)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, u b'kont meħud tat-titjib tas-sitwazzjoni kif indikat mir-riżultat tal-verifiki li saru mill-Portugall u minn Spanja sa issa, ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 11(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/535/UE (4) għandhom ikunu ppreżentati fuq bażi annwali u mhux aktar fuq bażi ta' kull xahar. Ir-riżultati tal-miżuri meħuda skont l-Artikoli 6 u 7 ta' dik id-Deċiżjoni, meta applikabbli, għandhom jiġi kkomunikati sat-30 ta' April ta' kull sena biex tiġi żgurata l-preżentazzjoni f'waqtha ta' informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-perjodu ta' qabel il-bidu tal-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur.

(6)

L-esperjenza fil-Portugall u fi Spanja, kif ukoll studji tekniċi u xjentifiċi, jindikaw li d-detezzjoni tal-PWN fuq l-arżnu li jkun jidher b'saħħtu hija estremament improbabbli, filwaqt li t-teħid ta' kampjuni ta' zkuk maqtugħin, il-fdalijiet tat-tqattigħ u l-fdalijiet li jseħħu b'mod naturali li juru sinjali ta' attività ta' insetti vetturi jista' jkun importanti ħafna biex tinstab il-preżenza tal-PWN f'żoni fejn is-sintomi ta' dbiel tal-arżnu ma jkunux mistennija li jseħħu. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

Evidenza rrappurtata mit-Task Force kkonfermat li nirien fil-foresti li jokkorru waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur jattiraw b'mod immedjat vetturi minn distanzi twal, u wkoll għal xi żmien wara li jkun sar il-ħruq. It-tneħħija u r-rimi immedjat ta' pjanti f'żoni li jkunu ġew affettwati min-nar ma jnaqqsux l-attrazzjoni u, fil-fatt, jistgħu jwasslu għal riskju ta' aktar tixrid ta' vetturi. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jipproċedu bil-qtugħ u t-tneħħija tal-pjanti suxxettibbli li jinsabu f'dawk iż-żoni affettwati bin-nar qabel il-bidu tal-perjodu li jmiss waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur.

(8)

L-esperjenza wriet li sabiex ikun żgurat l-aqwa użu tar-riżorsi disponibbli, l-istħarriġiet fiż-żoni infestati msemmija fil-punt 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE għandhom ikunu ffokati fuq il-partijiet taż-żona infestata li jkunu maġenb żoni ta' lqugħ, b'mod li jistgħu jittieħdu miżuri xierqa biex irażżnu l-PWN għal dawk il-partijiet ta' żoni infestati fejn huwa magħruf li jeżisti u biex jiġi evitat it-tixrid fiż-żoni ta' lqugħ.

(9)

L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu r-raġġ tat-tqaċċit totali tas-siġar minn 500 m sa 100 m jekk, abbażi ta' attivitajiet ta' stħarriġ imwettqa skont l-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 4 (5), u b'kont meħud tal-kapaċità ta' tixrid tal-vetturi, ma jkun hemm l-ebda evidenza ta' preżenza ta' vetturi f'dik il-parti tat-territorju.

(10)

L-esperjenza kkonfermat li t-trattament tal-injam identifikat fiż-żona demarkata waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur, kif meħtieġ skont il-punt 8 tal-Anness I u l-punt 3(c) tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE jista' ma jkunx dejjem addattat biex jipprevjeni aktar tixrid ta' PWN f'każ ta' zkuk li jkunu kkolonizzati minn vetturi matul is-sena ta' qabel l-attivitajiet tal-istħarriġ. L-Istat Membru jista' jiddeċiedi, għalhekk, biex b'mod immedjat jeqred it-tali injam fuq il-post.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE tiġi emendata skont dan,

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

“il-pjanta affettwata minn nirien jew tempesti” tfisser kull pjanta suxxettibbli li tkun saritilha l-ħsara minn nirien jew tempesti b'tali mod li tippermetti ovipożizzjoni mill-vettur.”

(2)

L-Artikolu 4(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-pjan ta' kontinġenza għandu jistabbilixxi dan li ġej:

(a)

taqsima speċifika li tipprovdi informazzjoni fil-qosor dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta' PWN għall-Istat Membru kkonċernat, inkluż informazzjoni ta' sfond dwar il-bijoloġija tal-PWN, is-sintomi mistennija u l-ospitanti affettwati, kif ukoll metodi ta' detezzjoni, il-mogħdijiet ewlenin għad-dħul u għat-tixrid ulterjuri, inkluż rakkomandazzjonijiet ta' kif jista' jitnaqqas ir-riskju tad-dħul, tal-istabbiliment u tat-tixrid tiegħu;

(b)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-eżekuzzjoni tal-pjan, f'każ ta' preżenza kkonfermata jew issuspettata uffiċjalment tal-PWN, kif ukoll il-katina ta' kmand u l-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu minn korpi uffiċjali responsabbli, awtoritajiet pubbliċi oħra, entitajiet delegati jew persuni fiżiċi involuti, laboratorji u operaturi;

(c)

il-kundizzjonijiet ta' aċċess tal-korpi uffiċjali responsabbli għall-post tal-operaturi u persuni oħra;

(d)

il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-korpi uffiċjali responsabbli, fejn meħtieġ, għal-laboratorji, it-tagħmir, il-persunal, l-għarfien espert estern u r-riżorsi meħtieġa għall-qerda rapida u effettiva jew, meta xieraq, it-trażżin tal-PWN;

(e)

il-miżuri li għandhom jittieħdu dwar il-forniment ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra, l-operaturi kkonċernati u l-pubbliku fir-rigward tal-preżenza tal-PWN u l-miżuri meħuda kontra l-PWN f'każ li l-preżenza tagħha tkun ikkonfermata jew issuspettata uffiċjalment;

(f)

l-arranġamenti għar-reġistrazzjoni tas-sejbiet tal-preżenza tal-PWN;

(g)

il-protokolli li jiddeskrivu l-metodi ta' eżamijiet viżivi, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju;

(h)

il-proċeduri, u l-persuni responsabbli, għall-qafas ta' koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u, meta jkun applikabbli, mal-pajjiżi terzi ġirien.

Il-kontenut tal-pjan ta' kontinġenza għandu jqis ir-riskju li l-organiżmu speċifikat jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.”

(3)

L-Artikolu 9(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn sat-30 ta' April ta' kull sena, rapport bir-riżultati tal-miżuri meħudin skont l-Artikoli 6 u 7 bejn l-1 ta' April tas-sena ta' qabel u l-31 ta' Marzu tas-sena ta' komunikazzjoni.

Dan ir-rapport għandu jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

l-għadd ta' sejbiet u l-postijiet fejn instabet il-preżenza tal-PWN, inklużi mapep, identifikati rispettivament għaż-żona infestata u kull żona ta' lqugħ;

(b)

l-għadd ta' pjanti mejtin, ta' pjanti morda jew ta' pjanti affettwati minn nirien jew tempesti li ġew identifikati, bi speċifikazzjoni tal-għadd ta' pjanti li jkunu jinqerdu kompletament permezz ta' nirien tal-foresti jew permezz ta' maltempata;

(c)

l-għadd ta' pjanti mejtin, ta' pjanti morda jew ta' pjanti affettwati minn nirien jew tempesti li jkunu ttieħdu bħala kampjun;

(d)

l-għadd ta' kampjuni meħuda minn pjanti mejtin, pjanti morda jew pjanti affettwati minn nirien jew tempesti u ttestjati għall-preżenza tal-PWN;

(e)

l-għadd ta' kampjuni li jkunu rriżultaw pożittivi fit-test għal PWN;

(f)

l-għadd ta' pjanti mejtin u ta' pjanti morda jew ta' pjanti li ġew affettwati minn nirien jew tempesti li ġew eliminati, bi speċifikazzjoni tal-għadd ta' pjanti li kienu identifikati qabel il-bidu tal-perjodu rilevanti;

(g)

l-għadd u l-post ta' nases u l-perjodu ta' monitoraġġ, kif ukoll l-għadd ta' vetturi maqbuda, l-ispeċi kkonċernati, l-għadd ta' vetturi analizzati għall-preżenza tal-PWN, l-għadd ta' kampjuni analizzati għall-preżenza tal-PWN fiż-żoni ta' lqugħ u fiż-żoni infestati rispettivament, inkluż l-għadd ta' kampjuni li jkunu ttestjaw pożittivi għall-PWN, jekk ikun hemm.

L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (f) waqt il-perjodi li ġejjin: Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru u mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu tas-sena tal-komunikazzjoni.

Meta ssir il-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu referenza għall-perjodu tal-ġbir ikkonċernat.”

(4)

Fl-Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom, sat-30 ta' April ta' kull sena, jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni l-ħin u r-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 mwettqa matul is-sena preċedenti.”

(5)

L-Annessi I u II huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Development of improved methods for detection, control and eradication of pine wood nematode in support of EU Plant Health Policy (REPHRAME) — Proġett ta' Riċerka tal-UE Nru 265483.

(3)  2009 OEPP/EPPO, Bulletin OEPP/EPPO Bulletin 39, 471–474 “Generic elements for contingency plans”.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/535/UE tas-26 ta' Settembru 2012 dwar il-miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) (ĠU L 266, 2.10.2012, p. 42).

(5)  Secretariat of the International Plant Protection Convention (1995), International Standard for Phytosanitary Measures 4: Requirements for the establishment of pest free areas.


ANNESS

L-Annessi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (2), it-tielet subparagrafu, jinbidel b'dan li ġej:

“Il-pjanti mejtin jew il-pjanti morda kollha u għadd ta' pjanti li jkunu jidhru b'saħħithom magħżula skont ir-riskju tat-tixrid tal-PWN fil-każ partikolari għandu jittiħdilhom kampjun wara t-tqaċċit totali tal-pjanti. It-teħid tal-kampjuni għandu jsir f'diversi partijiet ta' kull pjanta inkluża l-quċċata, u b'mod partikolari f'dawk il-partijiet fejn is-sinjali ta' attività tal-insetti vetturi huma viżibbli. Il-kampjuni għandhom jittieħdu wkoll minn zkuk maqtugħin, minn fdalijiet tat-tqattigħ u minn fdalijiet li jseħħu b'mod naturali, li juru sinjali ta' attività ta' insetti vetturi, u li jinsabu f'partijiet taż-żoni demarkati fejn sintomi ta' dbiel tal-pjanti suxxettibbli ma jkunux mistennija li jseħħu jew ikunu mistennija li jseħħu fi stadju aktar tard. Dawk il-kampjuni għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tal-PWN.”

(b)

il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Meta japplika l-punt 3, kull pjanta suxxettibbli eżentata mit-tqaċċit totali u li tinsab bejn 100 m u 500 m mill-pjanti suxxettibbli li fihom ikun instab il-PWN, għandha tkun spezzjonata qabel, matul u wara l-istaġun migratorju tal-vetturi, għal sinjali jew sintomi tal-preżenza tal-PWN.

F'każ li dawn is-sinjali jew is-sintomi huma preżenti, il-pjanta għandha tittieħed għall-kampjun u ssirilha test għall-preżenza tal-PWN. It-teħid ta' kampjun ta' dawk il-pjanti suxxettibbli għandu jsir f'diversi partijiet ta' kull pjanta inkluża fil-quċċata. L-Istat Membru kkonċernat għandu, fi ħdan l-istaġun migratorju, iwettaq stħarriġ intensiv ta' vetturi permezz tat-teħid ta' kampjuni u tal-ittestjar ta' dawk il-vetturi għall-preżenza tal-PWN.

Dawk il-miżuri għandhom japplikaw sat-tlestija ta' eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 6(1) jew sakemm il-miżuri ta' trażżin kif previsti fl-Artikolu 7(1) ikunu ġew approvati.”

(c)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.

Meta Stat Membru jkollu evidenza li l-vettur ma kienx preżenti fiż-żona kkonċernata għal dawn l-aħħar tliet snin, abbażi ta' stħarriġ għall-preżenza tal-vettur skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 4 (*1) u b'kont meħud tal-kapaċità ta' tixrid tal-vetturi, ir-raġġ minimu ta' żona demarkata b'mod ċar għandu jkun 100 m madwar kull pjanta suxxettibbli fejn tkun instabet il-preżenza tal-PWN.

L-evidenza għandha tiġi inkluża fil-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 9(1).

(*1)  Secretariat of the International Plant Protection Convention (1995), International Standard for Phytosanitary Measures 4: Requirements for the establishment of pest free areas.”"

(d)

il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.

L-Istati Membri għandhom iwettqu, waqt u barra l-istaġun migratorju tal-vettur, stħarriġ tal-pjanti suxxettibbli fiż-żoni demarkati billi jispezzjonaw, jieħdu kampjuni u jwettqu testijiet fuq dawk il-pjanti u l-vettur għall-preżenza tal-PWN. Huma għandhom iwettqu wkoll stħarriġ tal-vettur tal-PWN matul l-istaġun migratorju. Dak l-istħarriġ għandu jkun partikolarment iffukat fuq il-pjanti suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew li jkunu f'żoni milqutin minn nirien jew tempesti. It-teħid ta' kampjuni ta' dawk il-pjanti suxxettibbli għandu jsir f'diversi partijiet ta' kull pjanta inkluża fil-quċċata. Dan l-istħarriġ għandu jsir ukoll fuq zkuk maqtugħin, fuq residwi tal-qtugħ, fuq residwi li jseħħu b'mod naturali li juru sinjali ta' attività ta' insetti vetturi u li jinsabu f'partijiet taż-żoni demarkati fejn sintomi ta' dbiel tal-pjanti suxxettibbli ma jkunux mistennija li jseħħu jew ikunu mistennija li se jseħħu aktar tard. L-intensità tal-istħarriġ fi ħdan 3 000 m madwar kull pjanta suxxettibbli li fiha jkun instab il-PWN, għandha tkun tal-anqas erba' darbiet ogħla milli minn 3 000 m sal-periferija ta' barra taż-żona ta' lqugħ.”

(e)

Fil-punt 7, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“7.

L-Istati Membri għandhom, fiż-żona demarkata kollha, jidentifikaw u jqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli kollha fejn ikun instab il-PWN, u dawk li jkunu mejtin, morda jew jinsabu f'żoni milqutin minn nirien jew tempesti. Huma għandhom ineħħu u jarmu l-pjanti li jkunu tqaċċtu għalkollox u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex iwaqqfu t-tixrid tal-PWN u l-vettur sa ma jintemm it-tqaċċit totali tal-pjanti. Huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin.”

(f)

fil-punt 8, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Meta Stat Membru jikkonkludi li t-tqaxxir tal-qoxra tas-siġar, it-trattament b'insettiċida li tkun magħrufa li hija effettiva kontra l-vettur u l-kopertura b'xibka tal-insetti għasra ġo tali insettiċida mhumiex adattati, l-injam, li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra, għandu jinqered minnufih fuq il-post.

L-iskart prodott mill-injam fil-waqt li jitqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli u li jitħalla fil-post u injam mhux imqaxxar mill-qoxra taz-zokk li jinqered fil-post għandu jitqatta' f'laqx li jkun inqas minn 3 cm oħxon u inqas minn 3 cm wiesa'.”

(g)

jiddaħħal il-punt 8a li ġej:

“8a.

B'deroga mill-punt 7(b), meta Stat Membru jikkonkludi li t-tqaċċit totali u t-tneħħija ta' pjanti suxxettibbli milquta minn nirien jew tempesti, waqt l-istaġun migratorju tal-vettur, ma jkunx adattat, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jipproċedi bit-tqaċċit totali u t-tneħħija ta' dawn il-pjanti qabel il-bidu tal-istaġun migratorju li jmiss.

Mingħajr preġudizzju għall-punt 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fi żmien l-istaġun migratorju, iwettaq stħarriġ intensiv fiż-żona milquta minn nirien jew tempesti bit-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar ta' dawk il-vetturi għall-preżenza ta' PWN u, jekk jiġi kkonfermat, iwettaq stħarriġ tal-pjanti suxxettibbli li jinsabu fiż-żona tal-inħawi, billi jispezzjona, jieħu kampjuni u jwettaq testijiet ta' dawk il-pjanti li juru sinjali jew sintomi tal-preżenza tal-PWN jew tal-vetturi tiegħu.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibbli u l-vettur fiż-żoni infestati billi jispezzjonaw, jieħdu kampjuni u jwettqu testijiet fuq dawk il-pjanti u l-vettur għall-preżenza tal-PWN. Dak l-istħarriġ għandu jkun partikolarment iffukat fuq il-pjanti suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew li jkunu f'żoni milqutin minn nirien jew tempesti. Dawn għandhom ikunu ffukati fuq partijiet taż-żona infestata li jkunu maġenb iż-żoni ta' lqugħ, bl-għan li jippreservaw dawn iż-żoni. L-Istati Membri għandhom iqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli kollha fejn ikun instab il-PWN u jneħħu u jarmu dawk il-pjanti u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex il-PWN u l-vettur tiegħu ma jixterdux.”

(b)

il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin fiż-żoni ta' lqugħ:

(a)

L-Istati Membri għandhom iwettqu barra u waqt l-istaġun migratorju tal-vettur, stħarriġ dwar il-pjanti suxxettibbli fiż-żoni ta' lqugħ billi jispezzjonaw, jieħdu kampjuni u jwettqu testijiet fuq dawk il-pjanti u l-vettur għall-preżenza tal-PWN. Huma għandhom iwettqu wkoll stħarriġ tal-vettur tal-PWN matul l-istaġun migratorju. Dak l-istħarriġ għandu jkun partikolarment iffukat fuq il-pjanti suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew milquta minn nirien jew tempesti, u fuq vetturi li jinsabu f'żoni fejn huwa probabbli li l-PWN ikun preżenti jew fejn huwa mistenni li s-sintomi jimmanifestaw irwieħhom iktar tard. It-teħid ta' kampjuni ta' pjanti suxxettibbli għandu jsir f'diversi partijiet ta' kull pjanta inkluża fil-quċċata. Dan l-istħarriġ għandu jsir ukoll fuq zkuk maqtugħin, fuq ir-residwi tal-qtugħ, fuq ir-residwi li jseħħu b'mod naturali li juru sinjali ta' attività ta' insetti vetturi u li jinsabu f'partijiet taż-żoni demarkati fejn mhumiex mistennija li jseħħu s-sintomi ta' dbiel fil-pjanti suxxettibbli.

(b)

L-Istati Membri għandhom, fiż-żoni ta' lqugħ ikkonċernati kollha, jidentifikaw u jqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew li jkunu f'żoni milqutin minn nirien jew tempesti. Huma għandhom ineħħu u jarmu l-pjanti li jkunu tqaċċtu għalkollox u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex iwaqqfu t-tixrid tal-PWN u l-vettur tiegħu, sa ma jintemm it-tqaċċit totali u waqtu u bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

Il-pjanti suxxettibbli identifikati barra mill-istaġun migratorju tal-vettur għandhom, qabel l-istaġun ta' migrazzjoni li jkun imiss, jitqaċċtu għalkollox u jinqerdu fuq il-post, jinġarru taħt kontroll uffiċjali lejn iż-żona infestata jew jitneħħew. Fl-aħħar każ, l-injam u l-qoxra ta' dawk il-pjanti għandhom jiġu trattati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III jew ipproċessati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III.

(ii)

Il-pjanti suxxettibbli identifikati waqt l-istaġun migratorju tal-vettur għandhom minnufih jitqaċċtu għakollox u jinqerdu fuq il-post, jinġarru taħt kontroll uffiċjali lejn iż-żona infestata jew jitneħħew. Fl-aħħar każ, l-injam u l-qoxra ta' dawk il-pjanti għandhom jiġu trattati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III jew ipproċessati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III.

Il-pjanti suxxettibbli li jitqaċċtu għalkollox, barra l-pjanti li jinqerdu kompletament bin-nirien tal-foresti, għandu jitteħdilhom kampjun u jsirulhom testijiet għall-preżenza tal-PWN, skont skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tikkonferma b'affidabbiltà ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-PWN f'dawk il-pjanti suxxettibbli huwa aktar baxx minn 0,02 %.

B'deroga mill-punt (ii), meta l-Istat Membru jikkonkludi li t-tqaċċit totali u t-tneħħija ta' pjanti suxxettibbli identifikati waqt l-istaġun migratorju u li ġew milquta minn nirien jew tempesti mhumiex adattati, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jipproċedi bit-tqaċċit totali u t-tneħħija ta' dawn il-pjanti qabel il-bidu tal-istaġun migratorju li jmiss. Waqt li jsir dan it-tqaċċit totali u jitneħħew il-pjanti mill-post, il-pjanti suxxettibbli kkonċernati għandhom jinqerdu fuq il-post jew inkella jitneħħew u l-injam u l-qoxra tagħhom jiġu trattati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, jew ipproċessati, skont il-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III. Meta tapplika din id-deroga, u mingħajr preġudizzju għall-punt (a), l-Istat Membru kkonċernat għandu, fl-istaġun migratorju, iwettaq stħarriġ intensiv fiż-żona milquta minn nirien jew minn tempesti permezz tat-teħid ta' kampjuni u tal-ittestjar ta' dawk il-vetturi għall-preżenza ta' PWN u, jekk jiġi kkonfermat, iwettaq stħarriġ tal-pjanti suxxettibbli li jinsabu fiż-żona tal-inħawi, billi jispezzjona, jieħu kampjuni u jwettaq testijiet ta' dawk il-pjanti li juru sinjali jew sintomi tal-preżenza tal-PWN.

(c)

Fir-rigward tal-injam suxxettibbli identifikat fiż-żona ta' lqugħ waqt l-istaġun migratorju tal-vettur, kif inhu msemmi fil-punt (b), l-Istati Membri għandhom ineħħu l-qoxra taz-zkuk tal-pjanti suxxettibbli li jkunu tqaċċtu għalkollox, jew jittrattaw dawk iz-zkuk b'insettiċida li tkun magħrufa li hija effettiva kontra l-vettur jew jgħattu dawk iz-zkuk b'xibka tal-insetti mgħaddsa ġo tali insettiċida eżatt wara t-tqaċċit totali tal-pjanti.

Wara t-tqaxxir, it-trattament jew il-kopertura, l-injam suxxettibbli għandu, b'superviżjoni uffiċjali, jittieħed minnufih f'post ta' ħażna jew f'faċilità awtorizzata għat-trattament. L-injam, li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra għandu, fil-post tal-ħażna tiegħu jew fil-faċilità awtorizzata għat-trattament, jiġi trattat minnufih għal darba oħra b'insettiċida li jkun magħruf li hija effettiva kontra l-vettur jew jitgħatta b'xibka tal-insetti mgħaddsa ġo tali insettiċida.

L-iskart prodott mill-injam meta jitqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli u li jitħalla fil-post għandu jitqatta' f'laqx ta' ħxuna u wisa' ta' anqas minn 3 cm.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-Istat Membru jikkonkludi li t-tqaxxir tal-qoxra, it-trattament b'insettiċida li tkun magħrufa li hija effettiva kontra l-vettur u l-kopertura b'xibka tal-insetti għasra ġo tali insettiċida mhumiex adattati, l-injam, li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra, għandu jinqered minnufih fuq il-post. Meta tapplika din id-deroga, l-iskart prodott mill-injam meta jitqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli li jitħalla fil-post u l-injam li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra tiegħu li jkun inqered fil-post, għandu jitqatta' f'laqx li jkun inqas minn 3 cm oħxon u inqas minn 3 cm wiesa'.”



Rettifika

10.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/116


Rettifika tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tat-12 ta' Ġunju 2014 )

1.

Fil-paġna 421, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(9):

minflok:

“L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tat-tagħrif skont il-paragrafi 3, 4, 5 u 7.”;

aqra:

“L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tat-tagħrif skont il-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 7.”.

2.

Fil-paġna 423, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(12):

minflok:

“L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tat-tagħrif skont il-paragrafi 3, 4, 7 u 10.”;

aqra:

“L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tat-tagħrif skont il-paragrafi 2, 3, 4, 7 u 10.”.