ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/395
tas-7 ta' Marzu 2017
li jimplimenta l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' April 2010 l-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010. |
(2) |
Fit-12 ta' Jannar 2017 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni dwar 12-il persuna u entità waħda soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.
ANNESS
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entità elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
I. Persuni
1. Yasin Ali Baynah (magħruf ukoll bħala a) Ali, Yasin Baynah, b) Ali, Yassin Mohamed, c) Baynah, Yasin, d) Baynah, Yassin, e) Baynax, Yasiin Cali, f) Beenah, Yasin, g) Beenah, Yassin, h) Beenax, Yasin, i) Beenax, Yassin, j) Benah, Yasin, k) Benah, Yassin, l) Benax, Yassin, m) Beynah, Yasin, n) Binah, Yassin, o) Cali, Yasiin Baynax)
Data tat-twelid: 24 ta' Diċembru 1965. Nazzjonalità: Somalja. Nazzjonalità alternattiva: Żvezja. Post: Rinkeby, Stokkolma, Żvezja; Mogadishu, Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774673
Yasin Ali Baynah inċita l-attakki kontra l-Gvern Federali Transitorju (TFG) u l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM). Barra minn hekk, huwa mmobilizza appoġġ u ġabar fondi f'isem l-Alleanza għar-Riabilitazzjoni tas-Somalja u l-Hisbul Islam, li t-tnejn li huma kienu involuti b'mod attiv f'atti li jheddu l-paċi u s-sigurtà fis-Somalja, inkluż iċ-ċaħda tal-Ftehim ta' Djibouti, u attakki fuq il-forzi tat-TFG u l-AMISOM f'Mogadishu.
2. Hassan Dahir Aweys (magħruf ukoll bħala a) Ali, Sheikh Hassan Dahir Aweys, b) Awes, Hassan Dahir, c) Awes, Shaykh Hassan Dahir, d) Aweyes, Hassen Dahir, e) Aweys, Ahmed Dahir, f) Aweys, Sheikh, g) Aweys, Sheikh Hassan Dahir, h) Dahir, Aweys Hassan, i) Ibrahim, Mohammed Hassan, j) OAIS, Hassan Tahir, k) Uways, Hassan Tahir, l) “Hassan, Sheikh”)
Data tat-twelid: 1935. Ċittadinanza: Somalja. Nazzjonalità: Somalja. Post: Somalja.

Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774682
Hassan Dahir Aweys aġixxa u jkompli jaġixxi bħala mexxej politiku u ideoloġiku għoli għal diversi gruppi ta' oppożizzjoni armati responsabbli għal ksur ripetut tal-embargo fuq l-armi ġenerali u komplet u/jew atti li jheddu l-ftehim ta' paċi ta' Djibouti, u l-forzi tal-Gvern Federali Transitorju (TFG) u tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM). Bejn Ġunju 2006 u Settembru 2007, AWEYSs serva bħala president tal-kumitat ċentrali tal-Unjoni tal-Qrati Iżlamiċi; f'Lulju 2008 huwa ddikjara lilu nnifsu president tal-Alleanza għar-Riliberalizzazzjoni tas-Somalja — il-fergħa ta' Asmara; u f'Mejju 2009 huwa kien innominat president tal-Hisbul Islam, alleanza ta' gruppi li jopponu t-TFG. F'kull waħda minn dawn il-pożizzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet ta' AWEYS urew intenzjoni inekwivokabbli u sostnuta li jżarma t-TFG u li jkeċċi l-AMISOM mis-Somalja bl-użu tal-forza.
3. Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (magħruf ukoll bħala a) Al-Turki, Hassan, b) Turki, Hassan, c) Turki, Hassan Abdillahi Hersi, d) Turki, Sheikh Hassan, e) Xirsi, Xasan Cabdilaahi, f) Xirsi, Xasan Cabdulle)
Data tat twelid: circa 1944. Post tat-twelid: Reġjun Ogaden, Etjopja. Nazzjonalità: Somalja. Post: Somalja.

Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774683
Hassan Abdullah Hersi Al-Turki kien mexxej għoli ta' grupp ta' milizzja armat minn nofs is-snin 1990 u kien involut f'bosta ksur tal-embargo fuq l-armi. Fl-2006, al-Turki kkontribwixxa forzi għat-teħid ta' Mogadishu mill-Unjoni tal-Qrati Iżlamiċi u ħareġ bħala mexxej militari fil-grupp, allinjat ma' al-Shabaab. Mill-2006, al-Turki għamel it-territorju taħt il-kontroll tiegħu disponibbli għat-taħriġ ta' diversi gruppi ta' oppożizzjoni armati inkluża al-Shabaab. F'Settembru 2007, al-Turki deher f'filmat tal-aħbarijiet ta' al-Jazeera li wera t-taħriġ ta' milizzja taħt it-tmexxija tiegħu.
4. Ahmed Abdi aw-Mohamed (magħruf ukoll bħala a) Abu Zubeyr, Muktar Abdirahman, b) Abuzubair, Muktar Abdulrahim, c) Aw Mohammed, Ahmed Abdi, d) Aw-Mohamud, Ahmed Abdi, e) “Godane”, f) “Godani”, g) “Mukhtar, Shaykh”, h) “Zubeyr, Abu”)
Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1977. Post tat-twelid: Hargeysa, Somalja. Nazzjonalità: Somalja.

Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774684
Ahmed Abdi Aw-Mohamed huwa mexxej għoli ta' al-Shabaab u kien pubblikament innominat emir tal-organizzazzjoni f'Diċembru 2007. Huwa jeżerċita r-responsabbiltà ta' kmand għall-operazzjonijiet ta' al-Shabaab fis-Somalja kollha. Aw-Mohamed iddenunzja l-proċess tal-paċi ta' Djibouti bħala kospirazzjoni barranija, u f'reġistrazzjoni awdjo mogħtija f'Mejju 2009 lill-media Somala, huwa rrikonoxxa li l-forzi tiegħu kienu involuti fi ġlied reċenti f'Mogadishu.
6. Bashir Mohamed Mahamoud (magħruf ukoll bħala a) Bashir Mohamed Mahmoud, b) Bashir Mahmud Mohammed, c) Bashir Mohamed Mohamud, d) Bashir Mohamed Mohamoud, e) Bashir Yare, f) Bashir Qorgab, g) Gure Gap, h) “Abu Muscab”, i) “Qorgab”)
Data tat-twelid: a) 1979 b) 1980 c) 1981 d) 1982 Nazzjonalità: Somalja. Post: Mogadishu, Somalja.

Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774965
Bashir Mohamed Mahamoud huwa kmandant militari ta' al-Shabaab. Mahamoud kienu ukoll wieħed minn xi għaxar membri fil-kunsill ta' tmexxija ta' al-Shabaab minn tard fl-2008. Mahamoud u assoċjat tiegħu kienu responsabbli mill-attakk bil-murtali kontra l-Gvern Federali Transitorju Somalu f'Mogadishu fl-10 ta' Ġunju 2009.
8. Fares Mohammed Mana'a (magħruf ukoll bħala: a) Faris Mana'a, b) Fares Mohammed Manaa)
Data tat-twelid: 8 ta' Frar 1965. Post tat-twelid: Sadah, il-Jemen. Nru tal-Passaport: 00514146; Post tal-ħruġ: Sanaa, il-Jemen. Nru tal-Karta tal-Identità: 1417576; post tal-ħruġ: Al-Amana, il-Jemen; data tal-ħruġ: 7 ta' Jannar 1996.

Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774972
Fares Mohammed Mana'a forna, biegħ jew ittrasferixxa direttament u indirettament lejn is-Somalja armi jew materjal relatat bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mana'a huwa traffikant tal-armi magħruf. F'Ottubru 2009, il-gvern Jemenit ħareġ lista ta' nies suspettużi tat-traffikanti tal-armi li fiha Mana'a jinsab “fuq nett”, bħala parti minn sforz biex jitwaqqaf il-fluss ta' armi fil-pajjiż, fejn huwa rappurtat li hemm aktar armi minn persuni. “Faris Manaa huwa traffikant ewlieni tal-armi, u dan huwa magħruf sew”, skont rapport ta' Ġunju 2009 minn ġurnalist tal-Istati Uniti li huwa kummentatur dwar l-affarijiet Jemeniti, awtur ta' rapport ta' kull sitt xhur dwar il-pajjiż, u kkontribwixxa għall-Grupp tal-Intelligence ta' Jane. F'artiklu tal-Jemen Times ta' Diċembru 2007, issir referenza għalih bħala “Sheikh Fares Mohammed Mana'a, traffikant tal-armi”. F'artiklu tal-Jemen Times ta' Jannar 2008, issir referenza għalih bħala “Sheikh Faris Mana'a, negozjant tal-armi”.
Minn nofs l-2008, il-Jemen kompla jservi bħala ċentru għat-trasport ta' armi illegali lejn il-Qarn tal-Afrika, b'mod partikolari t-trasport ta' armi bid-dgħajjes lejn is-Somalja. Hemm rapporti mhux konfermati li Faris Mana'a pparteċipa f'konsenji lejn is-Somalja f'għadd ta' okkażjonijiet. Fl-2004, Mana kien involut f'kuntratti ta' armi mill-Ewropa tal-Lvant għal armi li allegatament inbiegħu lill-ġellieda Somali. Minkejja l-embargo fuq l-armi tas-Somalja tan-NU mill-1992, l-interess ta' Mana'a fit-traffikar ta' armi fis-Somalja jista' jiġi traċċat tal-inqas mill-2003. Mana'a offra li jixtri eluf ta' armi fl-2003 mill-Ewropa tal-Lvant, u indika li ppjana li jbiegħ xi wħud mill-armi fis-Somalja.
9. Hassan Mahat Omar (magħruf ukoll bħala: a) Hassaan Hussein Adam, b) Hassane Mahad Omar, c) Xassaan Xuseen Adan, d) Asan Mahad Cumar, e) Abu Salman, f) Abu Salmaan, g) Sheikh Hassaan Hussein).
Data tat-twelid: 10 ta' April 1979. Post tat-twelid: Garissa, il-Kenja. Nazzjonalità: Possibbilment Etjopjana. Nru tal-Passaport: A 1180173 Kenja, skadenza fl-20 ta' Awwissu 2017. Nru tal-Karta tal-Identità: 23446085. Post: Nairobi, Kenja. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Lulju 2011.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774975
Hassan Mahat Omar huwa involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa Imam u wieħed mill-mexxejja ta' Masjid-ul-Axmar, ċentru informali affiljat ma' Al-Shabaab f'Nairobi. Huwa involut ukoll fir-reklutaġġ ta' membri ġodda u fil-ġbir ta' fondi għal Al-Shabaab, inkluż online fis-sit web affiljat ma' Al-Shabaab alqimmah.net.
Barra minn hekk, huwa ħareġ fatwi għal attakki kontra t-TFG fuq chat room ta' sit web ta' Al-Shabaab.
10. Omar Hammami (magħruf ukoll bħala: a) Abu Maansuur Al-Amriki, b) Abu Mansour Al-Amriki, c) Abu Mansuur Al-Amriki, d) Umar Hammami, e) Abu Mansur Al-Amriki)
Data tat-twelid: 6 ta' Mejju 1984. Post tat-twelid: Alabama, Stati Uniti. Nazzjonalità: Stati Uniti. Maħsub ukoll li għandu nazzjonalità Sirjana. Nru tal-Passaport: 403062567 (US). Nru tas-Sigurtà Soċjali: 423-31-3021 (US). Post: Somalja.
Informazzjoni oħra: Miżżewweġ mara Somala. Għex l-Eġittu fl-2005 u mar is-Somalja fl-2009. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774980
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Lulju 2011.
Omar Hammami huwa involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa membru għoli ta' Al-Shabaab. Huwa involut fir-reklutaġġ, il-finanzjament u l-paga tal-ġellieda barranin fis-Somalja. Huwa deskritt bħala espert fl-isplussivi u l-gwerra inġenerali. Minn Ottubru 2007 huwa deher f'rapporti tat-televixin u f'filmati ta' propaganda ta' Al-Shabaab. Huwa deher f'filmat iħarreġ ġellieda ta' Al-Shabaab. Huwa deher ukoll f'filmati u fuq siti web li jappellaw biex aktar ġellieda jingħaqdu ma' Al-Shabaab.
12. Aboud Rogo Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Aboud Mohammad Rogo, b) Aboud Seif Rogo, c) Aboud Mohammed Rogo, d) Sheikh Aboud Rogo, e) Aboud Rogo Muhammad, f) Aboud Rogo Mohamed)
Data tat-twelid: 11 ta' Novembru 1960. Dati tat-twelid alternattivi: a) 11 ta' Novembru 1967, b) 11 ta' Novembru 1969, c) 1 ta' Jannar 1969. Post tat-twelid: il-gżira ta' Lamu, il-Kenja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 25 ta' Lulju 2012.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5775562
L-estremist ibbażat fil-Kenja Aboud Rogo Mohammed hedded il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tas-Somalja, billi pprovda appoġġ finanzjarju, materjali, loġistiku, jew tekniku lil Al-Shabaab, entità elenkata mill-Kumitat KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja u r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) dwar l-Eritrea għall-parteċipazzjoni tagħha f'atti li jheddu b'mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja.
Aboud Rogo Mohammed huwa kleriku Iżlamiku estremist ibbażat fil-Kenja. Huwa għadu jeżerċita influwenza fuq gruppi estremisti fil-Lvant tal-Afrika bħala parti mill-kampanja għall-promozzjoni tal-vjolenza fil-Lvant tal-Afrika. L-attivitajiet ta' Aboud Rogo jinkludu ġbir ta' fondi għal Al-Shabaab.
Bħala l-mexxej ideoloġiku ewlieni ta' Al Hijra, li qabel kien magħruf bħala ċ-Ċentru Musulman taż-Żgħażagħ, Aboud Rogo Mohammed uża l-grupp estremist bħala passaġġ għar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ta' Afrikani li prinċipalment jitkellmu bis-Swahili biex iwettqu attività militanti fis-Somalja. F'serje ta' lectures ta' ispirazzjoni bejn Frar 2009 u Frar 2012, Aboud appella ripetutament għaċ-ċaħda vjolenti tal-proċess ta' paċi Somalu. Matul dawn il-lectures, Rogo appella ripetutament għall-użu tal-vjolenza kemm kontra l-forzi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-forzi tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) fis-Somalja, u ħeġġeġ lill-udjenzi tiegħu biex jivvjaġġaw lejn is-Somalja biex jissieħbu ma' Al-Shabaab fil-ġlieda tiegħu kontra l-Gvern Kenjan.
Aboud Rogo Mohammed joffri wkoll gwida dwar kif ir-rekluti Kenjani li jissieħbu ma' Al-Shabaab jistgħu jevitaw li jiġu identifikati mill-awtoritajiet Kenjani, u liema rotot għandhom isegwu meta jivvjaġġaw minn Mombasa u/jew Lamu għal fortizzi ta' Al-Shabaab fis-Somalja, l-aktar Kismayo. Huwa ffaċilita l-ivvjaġġar lejn is-Somalja ta' għadd kbir ta' rekluti Kenjani għal Al-Shabaab.
F'Settembru 2011, Rogo kien qed jirrekluta individwi f'Mombasa fil-Kenja biex jivvjaġġaw lejn is-Somalja x'aktarx biex iwettqu operazzjonijiet terroristiċi. F'Settembru 2008, Rogo għamel laqgħa ta' ġbir ta' fondi f'Mombasa biex jgħin fil-finanzjament tal-attivitajiet ta' Al-Shabaab fis-Somalja.
13. Abubaker Shariff Ahmed (magħruf ukoll bħala a) Makaburi, b) Sheikh Abubakar Ahmed, c) Abubaker Shariff Ahmed, d) Abu Makaburi Shariff, e) Abubaker Shariff, f) Abubakar Ahmed
Data tat-twelid: 1962. Data tat-twelid alternattiva: 1967. Post tat-twelid: Kenja. Post: iż-żona ta' Majengo, Mombasa, il-Kenja. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Awwissu 2012.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5775564
Abubaker Shariff Ahmed għandu rwol ewlieni bħala faċilitatur u persuna li tirrekluta Musulmani Kenjani żgħażagħ għal attività militanti vjolenti fis-Somalja, u soċju qrib ta' Aboud Rogo. Huwa jipprovdi appoġġ materjali lil gruppi estremisti fil-Kenja (u x'imkien ieħor fil-Lvant tal-Afrika). Permezz taż-żjarat frekwenti tiegħu lil fortizza ta' Al-Shabaab fis-Somalja, inkluża Kismayo, huwa seta' jżomm rabtiet b'saħħithom ma' membri għoljin ta' Al-Shabaab.
Abubaker Shariff Ahmed huwa wkoll involut fil-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-finanzjament għal Al-Shabaab, entità elenkata mill-Kumitat KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja u r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) dwar l-Eritrea tal-involviment tiegħu f'atti li jheddu b'mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tas-Somalja.
Abubaker Shariff Ahmed ippriedka fil-moskei f'Mombasa li l-ġuvintur għandhom jivvjaġġaw lejn is-Somalja, iwettqu atti estremisti, jiġġieldu għal Al-Qaida, u joqtlu liċ-ċittadini Amerikani.
Abubaker Shariff Ahmed kien arrestat fi tmiem Diċembru 2010 mill-awtoritajiet Kenjani fuq suspett ta' involviment fil-bumbardament ta' venda f'Nairobi. Abubaker Shariff Ahmed huwa wkoll mexxej ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ ibbażata fil-Kenja f'Mombasa li għandha rabtiet ma' Al-Shabaab.
Mill-2010, Abubaker Shariff Ahmed aġixxa ta' persuna li tirrekluta u faċilitatur għal Al-Shabaab fiż-żona Majengo ta' Mombasa, fil-Kenja.
14. Maalim Salman (magħruf ukoll bħala (a) Mu'alim Salman, (b) Mualem Suleiman, (c) Ameer Salman, (d) Ma'alim Suleiman, (e) Maalim Salman Ali, (f) Maalim Selman Ali, (g) Ma'alim Selman, (h) Ma'alin Sulayman)
Data tat-twelid: circa 1979. Post tat-twelid: Nairobi, Kenja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Settembru 2014.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5818613
Maalim Salman intgħażel mill-mexxej ta' al-Shabaab Ahmed Abdi aw-Mohamed magħruf ukoll bħala Godane sabiex ikun il-kap tal-ġellieda barranin Afrikani għal al-Shabaab. Hu ħarreġ ċittadini barranin li kienu qed jippruvaw jissieħbu ma' al-Shabaab bħala ġellieda barranin Afrikani, u kien involut f'operazzjonijiet immirati lejn turisti, stabbilimenti ta' divertiment, u knejjes fl-Afrika.
Minkejja li hu ffukat prinċipalment fuq operazzjonijiet barra s-Somalja, Salman hu magħruf li jirrisjedi fis-Somalja u jħarreġ ġellieda barranin fis-Somalja qabel jassenjahom f'post ieħor. Xi ġellieda barranin ta' al-Shabaab għandhom preżenza fis-Somalja wkoll. Pereżempju, Salman ta l-ordni sabiex ġellieda barranin ta' al-Shabaab imorru fin-nofsinhar tas-Somalja bħala rispons għal offensiva tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM).
Fost attakki terroristiċi oħra, al-Shabaab kienu responsabbli mill-attakk fiċ-ċentru kummerċjali ta' Westgate f'Nairobi, il-Kenja f'Settembru 2013, li wassal għall-mewt ta' mill-anqas 67 persuna. Aktar reċenti, al-Shabaab ħadu r-responsabbiltà tal-attakk tal-31 ta' Awwissu 2014 fuq il-ħabs tal-Aġenzija Nazzjonali ta' Intelligence u Sigurtà f'Mogadishu, bil-qtil ta' tliet gwardji tas-sigurtà u żewġ persuni ċivili, u l-feriment ta' 15 oħra.
15. Ahmed Diriye (magħruf ukoll bħala (a) Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah, (b) Sheikh Omar Abu Ubaidaha, (c) Sheikh Ahmed Umar, (d) Sheikh Mahad Omar Abdikarim, (e) Abu Ubaidah, (f) Abu Diriye)
Data tat twelid: circa 1972. Post tat-twelid: Somalja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 24 ta' Settembru 2014.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5818614
Ahmed Diriye ġie maħtur bħala l-emir il-ġdid ta' Al-Shabaab wara l-mewt tal-mexxej preċedenti Ahmed Abdi aw-Mohamed, individwu elenkat mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009). Dan tħabbar pubblikament f'dikjarazzjoni mill-kelliem għal Al-Shabaab, Sheikh Ali Dheere, li ħarġet fis-6 ta' Settembru 2014. Diriye kien membru anzjan ta' Al-Shabaab u bħala l-emir għandu r-responsabbiltà ta' kmand għall-operazzjonijiet ta' Al-Shabaab. Hu ser ikun direttament responsabbli għall-attivitajiet ta' Al-Shabaab li jkomplu jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tas-Somalja. Minn dakinhar Diriye adotta l-isem Għarbi ta' Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah.
II. Entitajiet
AL-SHABAAB (magħrufa wkoll bħala a) Al-Shabab, b) Shabaab, c) The Youth, d) Mujahidin Al-Shabaab Movement, e) Mujahideen Youth Movement, f) Mujahidin Youth Movement, g) MYM, h) Harakat Shabab Al-Mujahidin, i) Hizbul Shabaab, j) Hisb'ul Shabaab, k) Al-Shabaab Al-Islamiya, l) Youth Wing, m) Al-Shabaab Al-Islaam, n) Al-Shabaab Al-Jihaad, o) The Unity Of Islamic Youth, p) Harakat Al-Shabaab Al-Mujaahidiin, q) Harakatul Shabaab Al Mujaahidiin, r) Mujaahidiin Youth Movement)
Post: Somalja. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5775567
Al-Shabaab kienet involuta f'atti li jheddu direttament jew indirettament il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà fis-Somalja, inkluż iżda mhux limitat għal: atti li jheddu l-Ftehim ta' Djibouti tat-18 ta' Awwissu 2008, jew il-proċess politiku; u, atti li jheddu l-Istituzzjonijiet Federali Transitorji (TFIs), il-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), jew operazzjonijiet internazzjonali għaż-żamma ta' paċi relatati mas-Somalja.
Al-Shabaab ostakolat ukoll l-għoti ta' għajnuna umanitarja lis-Somalja, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta', għajnuna umanitarja fis-Somalja.
Skont id-dikjarazzjoni mill-President tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja lill-Kumitat tas-Sigurtà mogħtija fid-29 ta' Lulju 2009, kemm Al-Shabaab u Hisb'ul Islam pubblikament u b'mod ripetittiv ħadu r-responsabbiltà għall-attakki permezz ta' forzi fuq il-Gvern Federali Transitorju (TFG) u l-AMISOM. Al-Shabaab ħadet ukoll ir-responsabbiltà għall-qtil ta' uffiċjali tat-TFG, u fid-19 ta' Lulju 2009 attakkat u għalqet l-uffiċċji fuq il-post tal-UNOPS, l-UNDSS u l-UNDP fir-reġjuni ta' Bay u Bakool, bi ksur tal-paragrafu (c) tar-Riżoluzzjoni 1844 (2008). Al-Shabaab ostakolat b'mod ripetittiv l-aċċess għall-għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha, fis-Somalja.
Ir-Rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta' Lulju 2009 dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, kien fih il-paragrafi li ġejjin li jinvolvu l-attivitajiet ta' al-Shabaab fis-Somalja:
Huwa allegat li gruppi ribelli, bħal al-Shabaab, qegħdin jiksbu flus b'theddid jew vjolenza minn kumpanniji privati u jirreklutaw żgħażagħ sabiex jingħaqdu fil-ġlieda kontra l-Gvern f'Mogadishu, inklużi suldati tfal. Al-Shabaab ikkonfermat il-preżenza ta' ġellieda barranin fi ħdanha u ddikjarat bil-miftuħ li qiegħda taħdem ma' al-Qaida f'Mogadishu sabiex tneħħi l-Gvern tas-Somalja. Huwa rappurtat li ħafna mill-ġellieda barranin joriġinaw mill-Pakistan u l-Afganistan, u jidhru mħarrġa sew u lesti għall-battalja. Ġew osservati jilbsu l-barnużi u jmexxu operazzjonijiet offensivi kontra l-forzi tal-Gvern f'Mogadishu u r-reġjuni ġirien.
Al-Shabaab intensifikat l-istrateġija tagħha li tisforza u tintimida lill-popolazzjoni Somala, kif rifless fil-qtil u l-arresti, magħżulin bir-reqqa u ta' benefiċċju kbir, ta' anzjani tal-klan, li diversi minnhom inqatlu. Fid-19 ta' Ġunju 2009, Omar Hashi Aden, il-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali, inqatel permezz ta' bomba suwiċida fuq skala kbira f'karozza f'Beletwyne. Aktar minn 30 persuna oħra nqatlu fl-attakk, li ġie kkundannat bis-saħħa mill-komunità internazzjonali u minn parti kbira tas-soċjetà Somala.
Skont ir-rapport ta' Diċembru 2008 mill-Grupp ta' Monitoraġġ tas-Somalja tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2008/769), al-Shabaab hija responsabbli għal diversi attakki fis-Somalja matul dawn l-aħħar snin, inkluż:
— |
Il-qtil u l-qtugħ ir-ras rappurtati ta' xufier Somalu li kien jaħdem għall-Programm Dinji tal-Ikel f'Settembru 2008, |
— |
L-ibbumbardjar ta' suq f'Puntland li qatel 20 persuna u darab aktar minn 100 fis-6 ta' Frar 2008, |
— |
Kampanja ta' bombi u qtil immirat f'Somaliland bil-ħsieb li jiġu ostakolati l-elezzjonijiet parlamentari tal-2006, |
— |
Il-qtil ta' diversi ħaddiema li jipprovdu l-għajnuna barranija fl-2003 u l-2004. |
Skont rapport, al-Shabaab attakkat komposti tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Somalja fl-20 ta' Lulju 2009, u ħarġet digriet li jipprojbixxi tliet aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti miż-żoni kkontrollati minn al-Shabaab fis-Somalja. Barra minn hekk, il-forzi tal-Gvern Federali Transitorju Somalu ġġieldu kontra ribelli ta' al-Shabaab u Hizbul Islam mill-11 sat-12 ta' Lulju 2009 li rriżulta fil-mewt ta' aktar minn 60 persuna. Fil-ġlieda tal-11 ta' Lulju 2009, al-Shabaab tefgħet erba' murtali ġewwa Villa Somalia li rriżultat fil-mewt ta' tliet suldati tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) u t-tidrib ta' tmienja oħrajn.
Skont artiklu ppubblikat mill-British Broadcasting Corporation fit-22 ta' Frar 2009, al-Shabaab ħadet ir-responsabbiltà għal attakk suwiċida permezz ta' bomba f'karozza fuq bażi militari tal-Unjoni Afrikana f'Mogadishu. Skont l-artiklu, l-Unjoni Afrikana kkonfermat li nqatlu 11-il gwardjan tal-paċi tal-Unjoni Afrikana u li weġġgħu 15 oħra.
Skont artiklu ppubblikat minn Reuters fl-14 ta' Lulju 2009, militanti ta' al-Shabaab għamlu qligħ fl-2009 minn attakki fuq stil guerilla fuq forzi Somali u tal-Unjoni Afrikana.
Skont artiklu ppubblikat minn Voice of America fl-10 ta' Lulju 2009, al-Shabaab kienet involuta f'attakk fuq forzi tal-gvern Somalu f'Mejju 2009.
Skont artiklu li ttella' fuq sit web tal-Kunsill dwar ir-Relazzjonijiet Barranin li nkiteb fis-27 ta' Frar 2009, al-Shabaab ħallset għal ribelljoni kontra l-gvern transitorju tas-Somalja u s-sostenituri Etjopjani tiegħu mill-2006. Al-Shabaab qatlet ħdax-il suldat Burundjan fl-aktar attakk qattiel fuq gwardjani tal-paċi tal-UA mindu ġew stazzjonati u jiddikjara li al-Shabaab kienet involuta fi ġlied serju li qatel mill-inqas ħmistax-il persuna f'Mogadishu.
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/396
tas-7 ta' Marzu 2017
li jimplimenta l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu kontra l-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
(2) |
Fit-12 ta' Jannar 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni ta' identifikazzjoni relatata ma' 30 persuna u 9 entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.
ANNESS
L-entrati li jikkonċernaw lill-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
a) Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 2a
1. Eric BADEGE
Data tat-Twelid: 1971.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Indirizz: Rwanda (fil-bidu tal-2016).
Informazzjoni oħra: Huwa ħarab lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013 u kien għadu qed jgħix hemm fil-bidu tal-2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272441
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Eric Badege kien Logutenent Kurunell u l-punt fokali għall-M23 f'Masisi u mexxa ċerti operazzjonijiet li ddestabbilizzaw partijiet mit-territorju ta' Masisi fil-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. Bħala kmandant militari tal-M23, Badege kien responsabbli għal ksur serju maħsub biex jolqot tfal jew nisa f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat. Wara Mejju 2012, ir-Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta' persuni ċivili f'serje ta' attakki koordinati. F'Awwissu 2012, Badege wettaq attakki konġunti li inkludew il-qtil ta' persuni ċivili bla diskriminazzjoni. Dawn l-attakki ġew orkestrati b'mod konġunt minn Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques. Eks kumbattenti tal-M23 affermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23.
Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala raġuni għalfejn it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[meta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad inqatlu immedjatament.”
Badege ħarab lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013 u kien qed jgħix hemm fil-bidu tal-2016.
2. Frank Kakolele BWAMBALE
(psewdonimu: a) FRANK KAKORERE, b) FRANK KAKORERE BWAMBALE, c) AIGLE BLANC)
Deżinjazzjoni: Ġeneral tal-FARDC.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Indirizz: Kinshasa, Repubblika Demokratika tal-Kongo (f'Ġunju 2016)
Informazzjoni oħra: Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Mill-2010 'il hawn, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, fosthom billi pparteċipa f'missjoni tas-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011. L-awtoritajiet tar-RDK arrestawh f'Diċembru 2013 f'Beni, Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, talli allegatament imblokka l-proċess tad-DDR. Huwa telaq mir-RDK u għex fil-Kenja għal xi żmien, qabel ma ssejjaħ lura mill-Gvern tar-RDK biex jgħinhom fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Territorju ta' Beni. Huwa ġie arrestat f'Ottubru 2015 fiż-żona ta' Mambasa talli allegatament appoġġa lil grupp Mai Mai, iżda ma tressqet l-ebda akkuża kontrih u kien qed jgħix f'Kinshasa minn Ġunju 2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776078
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Frank Kakolele Bwambale kien il-mexxej tal-RCD-ML, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, fosthom billi pparteċipa f'missjoni tas-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011.
Huwa telaq mir-RDK u għex għal xi żmien fil-Kenja qabel ma ssejjaħ lura mill-Gvern tar-RDK biex jgħinhom fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Territorju ta' Beni. Huwa ġie arrestat f'Ottubru 2015 ħdejn Mambasa talli allegatament appoġġa lil grupp Mai Mai, iżda ma tressqet l-ebda akkuża kontrih. Minn Ġunju 2016, Kakolele kien qed jgħix f'Kinshasa.
3. Gaston IYAMUREMYE
(psewdonimu: a) Byiringiro Victor Rumuli, b) Victor Rumuri, c) Michel Byiringiro, d) Rumuli)
Deżinjazzjoni: a) President Interim tal-FDLR, b) l-Ewwel Viċi President tal-FDLR-FOCA; c) Ġeneral Maġġur tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo (f'Ġunju 2016)
Data tat-Twelid: 1948.
Post tat-Twelid a) Distrett ta' Musanze, Provinċja tat-Tramuntana, ir-Rwanda, b) Ruhengeri, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272456
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Gaston Iyamuremye huwa l-Ewwel Viċi President tal-FDLR, kif ukoll il-president interim. Huwa għandu wkoll il-grad ta' Ġeneral Maġġur fil-fergħa armata tal-FDLR, imsejħa FOCA. Minn Ġunju 2016, Iyamuremye qiegħed fil-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
4. Innocent KAINA
(psewdonimu a): Colonel Innocent KAINA, b): India Queen)
Deżinjazzjoni: Eks Viċi Kmandant tal-M23.
Indirizz: Uganda (fil-bidu tal-2016).
Data tat-twelid: Novembru 1973.
Post tat-Twelid: Bunagana, Territorju ta' Rutshuru, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.
Informazzjoni oħra: Sar Viċi Kmandant tal-M23 wara l-ħarba tal-fazzjoni ta' Bosco Ntaganda lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013. Ħarab lejn l-Uganda f'Novembru 2013. Kien fl-Uganda fil-bidu tal-2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776081
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Innocent Kaina kien Kmandant Settorjali u mbagħad Viċi Kmandant fil-Mouvement du 23 Mars (M23). Huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem u wettaq tali ksur. F'Lulju 2007 it-Tribunal Militari tal-Gwarniġjon ta' Kinshasa sab lil Kaina responsabbli għal delitti kontra l-umanità li twettqu fid-Distrett ta' Ituri bejn Mejju 2003 u Diċembru 2005. Huwa nħeles fl-2009 bħala parti mill-ftehim ta' paċi bejn il-gvern Kongoliż u s-CNDP. Fi ħdan il-FARDC fl-2009, huwa kien ħati li wettaq eżekuzzjonijiet, ħtif u mankamenti fit-territorju ta' Masisi. Bħala kmandant taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Taganda, huwa ta bidu għar-ribelljoni tal-eks CNDP fit-territorju ta' Rutshuru f'April 2012. Huwa ggarantixxa s-sigurtà ta' dawk li rribellaw barra minn Masisi. Bejn Mejju u Awwissu 2012, huwa mexxa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aktar minn 150 tifel u tifla għar-ribelljoni tal-M23, u spara lis-subien li ppruvaw jaħarbu. F'Lulju 2012, huwa vjaġġa lejn Berunda u Degho għal attivitajiet ta' mobilizzazzjoni u reklutaġġ għall-M23. Kaina ħarab lejn l-Uganda f'Novembru 2013 u kien għadu hemm fil-bidu tal-2016.
5. Jérôme KAKWAVU BUKANDE
(psewdonimu: a) Jérôme Kakwavu, b) Commandant Jérôme)
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Ingħata l-grad ta' Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra. F'Novembru 2014, instab ħati minn qorti militari tar-RDK u ngħata sentenza ta' għaxar snin ħabs għal stupru, qtil, u tortura. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776083

Eks President tal-UCD/FAPC. Kontroll mill-FAPC ta' punti ta' qsim illegali tal-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK — rotta ta' transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa eżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentement, fil-ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (SRSG) għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali għolja tal-FARDC li ġew akkużati b'reati serji li kienu jinvolvu vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. Ingħata l-grad ta' Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra.
6. Germain KATANGA

Data tat-twelid: 28 ta' April 1978.
Post tat-twelid: Mambasa, Provinċja ta' Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo (fil-ħabs).
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Inħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Inizjalment instab ħati mill-QKI fit-23 ta' Mejju 2014 u ngħata sentenza ta' 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, iżda l-Awla tal-Appell tal-QKI naqqsitlu s-sentenza u ddeċidiet li s-sentenza ta' Katanga tintemm fit-18 ta' Jannar 2016. Minkejja li kien detenut fin-Netherlands matul il-proċess tiegħu, Katanga ġie ttrasferit lejn ħabs tar-RDK f'Diċembru 2015 u ġie akkużat għal reati oħra li kien wettaq preċedentement f'Ituri. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776116
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Germain Katanga kien il-Kmandant tal-FRPI. Huwa kien involut fi trasferimenti ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Huwa ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Inizjalment instab ħati mill-QKI fit-23 ta' Mejju 2014 u ngħata sentenza ta' 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, iżda l-Awla tal-Appell tal-QKI naqqsitlu s-sentenza u ddeċidiet li s-sentenza tiegħu tintemm fit-18 ta' Jannar 2016. Minkejja li kien detenut fin-Netherlands matul il-proċess tiegħu, Katanga ġie ttrasferit lejn ħabs tar-RDK f'Diċembru 2015 u ġie akkużat għal reati kriminali oħra li kien wettaq preċedentement f'Ituri.
7. Thomas LUBANGA
Post tat-Twelid: Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo (fil-ħabs).
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn il-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza ta' Lubanga. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità tal-ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776117
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Thomas Lubanga kien il-President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ġie ttrasferit lejn il-QKI mill-awtoritajiet tar-RDK fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità tal-ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu.
8. Sultani MAKENGA
(psewdonimu: a) Makenga, Colonel Sultani, b) Makenga, Emmanuel Sultani)
Data tat-Twelid: 25 ta' Diċembru 1973.
Post tat-Twelid: Rutshuru, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Novembru 2012.
Informazzjoni oħra: Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Fl-Uganda tard fl-2014. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272833

Sultani Makenga huwa mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Bħala mexxej ta' M23 (magħruf ukoll bħala Congolese Revolutionary Army), Sultani Makenga wettaq u huwa responsabbli għal ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitti armati, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Huwa kien ukoll responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali relatat mal-azzjonijiet ta' M23 fir-reklutaġġ tat-tfal jew fl-użu tagħhom f'konflitti armati fir-RDK. Taħt il-kmand ta' Sultani Makenga, l-M23 wettaq atroċitajiet estensivi kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK. Skont xhieda u rapporti, il-militanti li operaw taħt il-kmand ta' Sultani Makenga wettqu stupri fit-territorju kollu ta' Rutshuru kontra nisa u tfal, li wħud minnhom kien għad kellhom biss 8 snin, bħala parti minn politika biex jikkonsolidaw il-kontroll fit-territorju ta' Rutshuru. Taħt il-kmand ta' Makenga, M23 għamel kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fir-RDK u fir-reġjun, kif ukoll qatel, immanka, u darab għexieren ta' tfal. Ħafna mir-rekluti furzati tfal kienu taħt l-età ta' 15-il sena. Makenga ġie rrapportat ukoll li rċieva armi u materjal relatat bi ksur ta' miżuri meħuda mir-RDK biex timplimenta l-embargo fuq l-armi, inkluż ordinanzi domestiċi fuq l-importazzjoni u l-pussess ta' armi u materjal relatat. L-azzjonijiet ta' Makenga bħala l-mexxej ta' M23 inkludew ksur serju tad-dritt internazzjonali u atroċitajiet kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, u ggravaw il-kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà, spostament, u konflitt fir-reġjun. Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
9. Khawa Panga MANDRO
(psewdonimu: a) Kawa Panga, b) Kawa Panga Mandro, c) Kawa Mandro, d) Yves Andoul Karim, e) Mandro Panga Kahwa, f) Yves Khawa Panga Mandro, g) “Chief Kahwa”, h) “Kawa”)
Data tat-Twelid: 20 ta' Awwissu 1973.
Post tat-Twelid: Bunia, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Uganda (minn Mejju 2016).
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Intbagħat il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, inħeles mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, u sussegwentement ġie ttrasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakk aggravat u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, tagħtu sentenza ta' disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu. Huwa skonta s-sentenza tiegħu u kien residenti fl-Uganda minn Mejju 2016 'il hawn. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272933
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Khawa Panga Mandro kien il-President ta' PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003) u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal mill-2001 sal-2002. Hu ntbagħat il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, inħeles mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, u sussegwentement ġie ttrasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, tagħtu sentenza ta' disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu. Huwa skonta s-sentenza tiegħu u kien residenti fl-Uganda minn Mejju 2016.
10. Callixte MBARUSHIMANA
Deżinjazzjoni: Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR.
Data tat-Twelid: 24 ta' Lulju 1963.
Post tat-Twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009. Ġie ttrasferit lejn l-Aja fil-25 ta' Jannar 2011 u nħeles mill-QKI lejn l-aħħar tal-2011. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie elett Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5224649

Callixte Mbarushimana kien Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Bħala mexxej politiku/militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, skont ir-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Huwa ġie arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009. Huwa ġie ttrasferit lejn l-Aja fil-25 ta' Jannar 2011 iżda nħeles fl-aħħar tal-2011. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie rielett Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin.
11. Iruta Douglas MPAMO
(psewdonimu: a) Doulas Iruta Mpamo, b) Mpano)
Indirizz: Gisenyi, Rwanda (minn Ġunju 2011).
Data tat-Twelid: a) 28 ta' Diċembru 1965, b) 29 ta' Diċembru 1965.
Post tat-Twelid: a) Bashali, Masisi, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo, c) Uvira, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: L-okkupazzjoni tiegħu minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC) mhijiex magħrufa. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272813

Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lil gruppi armati u milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi frodulenti ta' informazzjoni dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. L-okkupazzjoni tiegħu minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC) mhijiex magħrufa.
13. Leodomir MUGARAGU
(psewdonimu: a) Manzi Leon, b) Leo Manzi)
Indirizz: Kwartieri Ġenerali tal-FDLR fil-foresta ta' Rutshuru, Bogoyi, Walikale, Kivu tat-Tramuntanta, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2011).
Data tat-Twelid: a) 1954 b) 1953.
Post tat-Twelid: a) Kigali, Rwanda b) Rushashi, Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270747

Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap Kmandant tal-Forces Combattantes Abucunguzi/il-Forza Kumbattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rapportar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f'livell għoli għal operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.
14. Leopold MUJYAMBERE
(psewdonimu: a) Musenyeri, b) Achille, c) Frere Petrus Ibrahim)
Deżinjazzjoni: a) Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, b) Viċi Kmandant Interim tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Kinshasa, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: a) 17 ta' Marzu 1962, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1966.
Post tat-Twelid: Kigali, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Laħaq aġent Viċi Kmandant tal-FDLR-FOCA fl-2014. Inqabad f'Goma, ir-RDK mis-servizzi tas-sigurtà Kongoliżi fil-bidu ta' Mejju 2016 u ġie ttrasferit lejn Kinshasa. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5224709
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Leopold Mujyambere kien Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà.
F'Ġunju 2011, huwa kien il-Kmandant tal-FOCA tas-settur operazzjonali ta' Kivu tan-Nofsinhar, u dak iż-żmien kien jissejjaħ “Amazon”. Iktar tard huwa ġie promoss għal Kap Kmandant tal-FOCA, u mbagħad għal aġent Viċi Kmandant fl-2014. Huwa nqabad f'Goma, ir-RDK mis-servizzi tas-sigurtà Kongoliżi fil-bidu ta' Mejju 2016 u ġie ttrasferit lejn Kinshasa.
15. Jamil MUKULU
(psewdonimu: a) Steven Alirabaki, b) David Kyagulanyi, c) Musezi Talengelanimiro, d) Mzee Tutu, e) Abdullah Junjuaka, f) Alilabaki Kyagulanyi, ) Hussein Muhammad, h) Nicolas Luumu, i) Julius Elius Mashauri, j) David Amos Mazengo, k) Professor Musharaf, l) Talengelanimiro)
Deżinjazzjoni: a) Kap tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), b) Kmandant, Forzi Demokratiċi Alleati.
Indirizz: kien irrapportat li qiegħed f'ħabs fl-Uganda (minn Settembru 2016).
Data tat-Twelid: a) 1965, b) 1 ta' Jannar 1964.
Post tat-Twelid: Villaġġ ta' Ntoke, Sotto Kontea ta' Ntenjeru, Distrett ta' Kayunga, Uganda.
Nazzjonalità: Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Ottubru 2011.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'April 2015 fit-Tanzanija u ġie estradit lejn l-Uganda f'Lulju 2015. F'Settembru 2016 kien irrapportat li Mukulu qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu għal delitti tal-gwerra u ksur gravi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra taħt il-Liġi tal-Uganda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270670
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont sorsi pubbliċi u rapporti uffiċjali, inkluż rapporti mill-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU, Jamil Mukulu huwa l-Kap militari tal-ADF, grupp armat barrani li jopera fir-RDK u jostakola d-diżarm, ir-ripatrijazzjoni volontarja u r-risistemazzjoni tal-ġellieda tal-ADF kif previst mill-paragrafu 4. b) tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008). Il-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU rrapporta li Jamil Mukulu pprovda appoġġ materjali u uman lill-ADF bħala grupp armat li jopera fit-territorju tar-RDK. Skont diversi sorsi, inkluż rapporti mill-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU, Jamil Mukulu ggarantixxa l-finanzjament, eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika tal-ADF u assuma responsabbiltajiet diretti fil-kmand u l-kontroll tal-forzi tal-ADF, b'mod partikolari fis-superviżjoni ta' rabtiet stabbiliti ma' netwerks terroristiċi internazzjonali.
16. Ignace MURWANASHYAKA
(psewdonimu: Dr. Ignace)
Titolu: Dr.
Deżinjazzjoni: President tal-FDLR.
Indirizz: Ġermanja (fil-ħabs).
Data tat-Twelid: 14 ta' Mejju 1963.
Post tat-Twelid: a) Butera, Rwanda, b) Ngoma, Butare, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009 u fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u għall-għoti ta' għajnuna f'delitti tal-gwerra. Ingħata sentenza ta' 13-il sena u minn Ġunju 2016 qiegħed f'ħabs fil-Ġermanja. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272382

Ignace Murwanashyaka huwa l-President tal-FDLR, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), huwa involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa kien f'komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f'Busurungi f'Mejju 2009); huwa ta ordnijiet militari lill-kmand għoli; kien involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta' armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta' struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; u amministra somom kbar ta' flus li rriżultaw mill-bejgħ illeċitu ta' riżorsi naturali f'żoni taħt il-kontroll tal-FDLR. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu r-responsabbiltà tal-kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Lvant tal-Kongo. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009 u fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u għall-għoti ta' għajnuna f'delitti tal-gwerra. Huwa rċieva sentenza ta' 13-il sena u minn Ġunju 2016 kien il-ħabs fil-Ġermanja. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin.
17. Straton MUSONI
(psewdonimu: IO Musoni)
Deżinjazzjoni: Eks Viċi President tal-FDLR.
Data tat-Twelid: a) 6 ta' April 1961 b) 4 ta' Ġunju 1961.
Post tat-Twelid: Mugambazi, Kigali, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009, u fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u ngħata sentenza ta' tmien snin. Musoni nħeles mill-ħabs immedjatament wara l-proċess, wara li kien skonta aktar minn ħames snin mis-sentenza tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272354
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Straton Musoni kien Viċi President tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK. Huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti ta' dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009, fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u rċieva sentenza ta' tmien snin. Inħeles mill-ħabs immedjatament wara l-proċess, wara li kien skonta aktar minn ħames snin tas-sentenza tiegħu.
18. Jules MUTEBUTSI
(psewdonimu: a) Jules Mutebusi, b) Jules Mutebuzi, c) Colonel Mutebutsi)
Data tat-Twelid: 1964.
Post tat-Twelid: Minembwe, Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Eks Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-Għaxar Reġjun Militari f'April 2004, tkeċċa minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Ġie rrapportat li miet f'Kigali fid-9 ta' Mejju 2014. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272093

Jules Mutebutsi ngħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Huwa kien implikat li rċieva armi barra l-istrutturi tal-FARDC u li forna provvisti lill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Kien il-Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-Għaxar Reġjun Militari sa April 2004 meta tkeċċa minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Ġie rrapportat li miet f'Kigali fid-9 ta' Mejju 2014.
19. Baudoin NGARUYE WA MYAMURO
(alias: Colonel Baudoin Ngaruye)
Titolu: Mexxej militari tal-Mouvement du 23 Mars (M23).
Deżinjazzjoni: Brigadier Ġenerali.
Indirizz: Rubavu/Mudende, Rwanda.
Data tat-Twelid: a) 1 ta' April 1978 b) 1978.
Post tat-Twelid: a) Bibwe, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Lusamambo, territorju ta' Lubero, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: FARDC ID 1-78-09-44621-80.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.
Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tmiem l-2014, jgħix fil-kamp ta' Ngoma, Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5268954
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
F'April 2012, Ngaruye mexxa r-ribelljoni tal-eks CNDP, magħruf bħala l-Mouvement du 23 Mars (M23), taħt l-ordnijiet tal-Ġeneral Ntaganda. Bħalissa huwa għandu t-tielet l-ogħla kariga fost il-kmandanti militari fl-M23. Il-Grupp ta' esperti dwar ir-RDK preċedentement kien irrakkomanda li jiġi ddeżinjat fl-2008 u l-2009. Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali. Huwa rrekluta u ħarreġ mijiet ta' tfal għall-M23 bejn l-2008 u l-2009 u mbagħad lejn tmiem l-2010. Huwa wettaq qtil, mankamenti u ħtif, ħafna drabi kontra n-nisa. Huwa responsabbli għal eżekuzzjonijiet u tortura tad-diżerturi fl-M23. Fl-2009 fil-FARDC, huwa ta l-ordnijiet biex jinqatlu l-irġiel kollha fil-villaġġ ta' Shalio, f'Walikale. Huwa pprovda wkoll armi, munizzjon u salarji f'Masisi u Walikale taħt l-ordnijiet diretti ta' Ntaganda. Fl-2010 orkestra l-ispostament furzat u l-esproprjazzjoni tal-popolazzjonijiet fiż-żona ta' Lukopfu. Huwa kien ukoll involut b'mod estensiv fin-netwerks kriminali fi ħdan il-FARDC li jagħmlu qligħ mill-kummerċ minerali li wassal għal tensjonijiet u vjolenza mal-Kurunell Innocent Zimurinda fl-2011. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16.3.2013 f'Gasizi/Rubavu.
20. Mathieu, Chui NGUDJOLO
(psewdonimu a) Cui Ngudjolo)

Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tat-twelid: 8 ta' Ottubru 1970.
Post tat-twelid: Bunia, Provinċja ta' Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Huwa ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. F'Diċembru 2012 inħeles mill-QKI minn kull akkuża miġjuba kontrih, u l-verdett ġie kkonfermat mill-Awla tal-Appell fis-27 ta' Frar 2015. Ngudjolo ressaq talba għall-asil fin-Netherlands iżda ġiet miċħuda. Huwa ġie ddeportat lejn ir-RDK fil-11 ta' Mejju 2015. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776118

Mathieu Chui Ngudjolo kien il-Kap Kmandant tal-FRPI, u eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena f'Ituri fl-2006. Huwa ġie arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Il-Gvern tar-RDK sussegwentement ittrasferih lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. F'Diċembru 2012 inħeles mill-QKI minn kull akkuża miġjuba kontrih, u l-verdett ġie kkonfermat mill-Awla tal-Appell fis-27 ta' Frar 2015. Ngudjolo ressaq talba għall-asil fin-Netherlands iżda ġiet miċħuda. Huwa ġie ddeportat lejn ir-RDK fil-11 ta' Mejju 2015.
21. Floribert Ngabu NJABU
(psewdonimu a) Floribert Njabu Ngabu, b) Floribert Ndjabu, c) Floribert Ngabu Ndjabu)
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo, nru tal-passaport OB 0243318.
Data tat-twelid: 23 ta' Mejju 1971.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Kien jinsab taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn l-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Huwa applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil. F'Lulju 2014, ġie ddeportat min-Netherlands lejn ir-RDK, fejn tqiegħed taħt arrest. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776373
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
President ta' FNI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit lejn l-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil; il-każ bħalissa jinsab taħt appell.
22. Laurent NKUNDA
(psewdonimu: a) Nkunda Mihigo Laurent, b) Laurent Nkunda Bwatare, c) Laurent Nkundabatware, d) Laurent Nkunda Mahoro Batware, e) Laurent Nkunda Batware, f) Chairman, g) General Nkunda, h) Papa Six)
Data tat-Twelid: a) 6 ta' Frar 1967 b) 2 ta' Frar 1967.
Post tat-Twelid: Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Eks Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998 — 2006; Uffiċjal, Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għar-reati li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwistjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda appellaw quddiem il-Qorti Militari tar-Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270703
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Irċieva armi barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu f'Kivu tat-Tramuntana mill-2002 sal-2007. Eks Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998 — 2006; Uffiċjal, Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għar-reati li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwistjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP.
23. Felicien NSANZUBUKIRE
(pswdonimu: Fred Irakeza)
Deżinjazzjoni: a) Kmandant tas-Sottotaqsima tal-FDLR-FOCA, b) Kurunell tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: 1967.
Post tat-Twelid: a) Murama, Kigali, Rwanda, b) Rubungo, Kigali, Rwanda, c) Kinyinya, Kigali, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5269078
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta' munizzjon u armi mill-inqas bejn Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi ta' Kivu tan-Nofsinhar. Minn Jannar 2016, Nsanzubukire kien Kmandant ta' Sottotaqsima tal-FDLR FOCA fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar u kien jokkupa l-kariga ta' Kurunell.
24. Pacifique NTAWUNGUKA
(psewdonimu: a) Pacifique Ntawungula, b) Colonel Omega, c) Nzeri, d) Israel)
Deżinjazzjoni: a) Kmandant tat-Taqsima “SONOKI” tal-FDLR-FOCA, b) Brigadier Ġeneral tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Territorju ta' Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1964, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1964.
Post tat-Twelid: Gaseke, Provinċja ta' Gisenyi, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5269021
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Pacifique Ntawunguka kien il-kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu.
F'nofs l-2016, Ntawunguka kien il-Kmandant tat-Taqsima “SONOKI” tal-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana.
25. James NYAKUNI
Nazzjonalità: Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776374

Sħab fil-kummerċ ma' Jérôme Kakwavu, b'mod partikolari f'kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta' armi u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom joperaw b'mod militari.
26. Stanislas NZEYIMANA
(pswdonimu: a) Deogratias Bigaruka Izabayo, b) Izabayo Deo, c) Jules Mateso Mlamba, d) Bigaruka, e) Bigurura)
Deżinjazzjoni: Eks-Deputat Kmandant tal-FDLR-FOCA.
Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1966 b) 28 ta' Awwissu 1966 c) Bejn wieħed u ieħor fl-1967.
Post tat-Twelid: Mugusa, Butare, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Għeb waqt li kien fit-Tanzanija fil-bidu tal-2013. Minn Ġunju 2016 il hawn ma kienx magħruf fejn jinsab. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275373
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Stanislas Nzeyimana kien Deputat Kmandant tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Nzeyimana għeb fit-Tanzanija fil-bidu tal-2013, u minn Ġunju 2016 ma kienx magħruf fejn jinsab.
27. Dieudonné OZIA MAZIO
(psewdonimu: a) Ozia Mazio, b) Omari, c) Mr Omari)
Data tat-Twelid: 6 ta' Ġunju 1949.
Post tat-Twelid: Ariwara, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275495.

Skemi finanzjarji ma' Jerome Kakwavu u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għal Kakwavu u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.
28. Jean-Marie Lugerero RUNIGA
(psewdonimu: Jean-Marie Rugerero)
Deżinjazzjoni: M23, President.
Indirizz: Rubavu/Mudende, Rwanda.
Data tat-Twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1960, b) 9 ta' Settembru 1966.
Post tat-Twelid: Bukavu, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Mill-2016, residenti fir-Rwanda. Ipparteċipa fil-ħolqien ta' partit politiku Kongoliż ġdid f'Ġunju 2016, l-Alliance pour le Salut du Peuple (ASP). Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5274633

Dokument tad-9 ta' Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-taqsima politika tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta' Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23. Runiga ssemma wkoll bħala l-President tal-M23 f'entrati fis-sit web tal-grupp. Ir-rwol tiegħu ta' tmexxija kien ikkorroborat mir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-mexxej tal-M23.
Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, l-Uganda fid-29 ta' Lulju 2012 u ffinalizza l-aġenda ta' 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati antiċipati fil-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar. Skont artikolu tal-BBC tat-23 ta' Novembru 2012, l-M23 ġie ffurmat meta eks membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra l-kundizzjonijiet u l-pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC. L-M23 kien involut f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu l-kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi eks kumbattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala raġuni għalfejn it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad inqatlu immedjatament.”
Runiga daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu. Minn nofs l-2016, Runiga kien jirrisjedi fir-Rwanda. F'Ġunju 2016, huwa ħa sehem fil-ħolqien ta' partit politiku ġdid Kongoliż, l-Alliance pour le Salut du Peuple (ASP).
29. Ntabo Ntaberi SHEKA
Deżinjazzjoni: Kap Kmandant, Nduma Defence of Congo, grupp Mayi Mayi Sheka.
Data tat-Twelid: 4 ta' April 1976.
Post tat-Twelid: Territorju ta' Walikalele, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Novembru 2011.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275453
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ntabo Ntaberi Sheka, Kap Kmandant tal-fergħa politika tal-Mayi Mayi Sheka, huwa l-mexxej politiku tal-grupp armat Kongoliż li jimpedixxi d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, jew l-integrazzjoni mill-ġdid tal-kumbattenti. Il-Mayi Mayi Sheka huwa grupp ta' milizzja bbażat fil-Kongo li jopera minn bażijiet fit-territorju ta' Walikale fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Il-grupp Mayi Mayi Sheka wettaq attakki fuq minjieri fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż it-teħid tal-kontroll tal-minjieri ta' Bisiye u l-estorsjoni min-nies tal-lokal. Ntabo Ntaberi Sheka wettaq ukoll ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot t-tfal. Ntabo Ntaberi Sheka ppjana u ordna sensiela ta' attakki fit-territorju ta' Walikale mit-30 ta' Lulju sat-2 ta' Awwissu 2010, biex jikkastiga l-popolazzjonijiet lokali akkużati li kkollaboraw mal-forzi tal-Gvern Kongoliż. Matul l-attakki, tfal ġew stuprati u maħtufin, soġġetti għal xogħol furzat u soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-grupp ta' milizzja Mayi Mayi Sheka wkoll jirrekluta bil-forza lis-subien u jżomm tfal fl-iskjeramenti tiegħu mill-attivitajiet ta' reklutaġġ.
30. Bosco TAGANDA
(psewdonimu: a) Bosco Ntaganda, b) Bosco Ntagenda, c) General Taganda, d) Lydia (Meta kien parti mill-APR, e) Terminator, f) Tango Romeo (Sinjal ta' sejħa), g) Romeo (Sinjal ta' sejħa), h) Major)
Indirizz: Aja, Netherlands (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: Bejn l-1973 u l-1974.
Post tat-Twelid: Bigogwe, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, f'Kivu tat-Tramuntana. Inħatar bħala Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn wara l-arrest ta' Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” f'Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, in-Netherlands. Fid-9 ta' Ġunju 2014, il-QKI ikkonfermat 13-il akkuża ta' delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta' delitti kontra l-umanità kontrih; il-proċess beda f'Settembru 2015. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5274913
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Bosco Taganda kien il-kmandant militari tal-UPC/L, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji politiċi u kellu l-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa' barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta' kmand f'155 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal f'Kivu tat-Tramuntana mill-2002 sal-2009. Bħala Kap Kmandant tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta' kmand għall-massakru f'Kiwanja f'Novembru 2008.
Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba fit-territorju ta' Masisi tal-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. F'Ġunju 2011, kien jirrisjedi f'Goma u kien is-sid ta' azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta' Ngungu, tat-territorju ta' Masisi fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u mbagħad sar il-kmandant militari tas-CNDP wara li ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, kien Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” f'Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu u sussegwentement ġie ttrasferit lill-QKI fl-Aja, in-Netherlands. Fid-9 ta' Ġunju 2014, il-QKI kkonfermat 13-il akkuża ta' delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta' delitti kontra l-umanità kontrih. Il-proċess beda f'Settembru 2015.
31. Innocent ZIMURINDA
(psewdonimu: Zimulinda)
Deżinjazzjoni: a) M23, Bde Comd, Grad: Kurunell, b) Kurunell fil-FARDC.
Indirizz: Rubavu, Mudende.
Data ta' Twelid: a) 1 ta' Settembru 1972, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1975, c) 16 ta' Marzu 1972.
Post tat-Twelid: a) Ngungu, Territorju ta' Masisi, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Masisi, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Ġie integrat fil-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru l-uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda, de facto, żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-grad u jilbes l-uniformi ġdida tal-FARDC. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275315
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont diversi sorsi, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-23 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 rifuġjat Rwandiż, l-aktar nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona ta' Shalio f'April 2009. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b'għajnejhom stess lil-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f'Kahlehe, fid-29 ta' Awwissu 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, f'Novembru 2008 pparteċipa f'operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta' 89 persuna ċivili, inkluż nisa u tfal, fir-reġjun ta' Kiwanja.
F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK allegaw li Zimurinda kien responsabbli għal diversi abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-qtil ta' għadd kbir ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda ġie akkużat li kien responsabbli għall-istupru ta' għadd kbir ta' nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta' Mejju 2010 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, il-Logutenent Kurunell Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta' kmand għar-reklutaġġ ta' tfal u għaż-żamma ta' tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. Ġie integrat fil-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru l-uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda, de facto, żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-grad u jilbes l-uniformi ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' leali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.
b) Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 2a.
1. ADF (FORZI DEMOKRATIĊI ALLEATI)
(Psewdonimu: a) Forces Démocratiques Alliées-Armée Nationale de Libération de l'Ouganda; b) ADF/NALU; c) NALU)
Indirizz: Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Ġunju 2014.
Informazzjoni Oħra: Il-fundatur u mexxej tal-ADF, Jamil Mukulu, ġie arrestat f'Dar es Salaam, it-Tanzanija f'April 2015. Sussegwentement ġie estradit lejn Kampala, l-Uganda f'Lulju 2015. Minn Ġunju 2016, ġie rrappurtat li Mukulu kien qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5864623
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-Forzi Demokratiċi Alleati (“ADF”) inħolqu fl-1995 u jinsabu fiż-żona muntanjuża tal-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda. Skont ir-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“GoE”), li jikkwota uffiċjali tal-Uganda u sorsi tan-NU, fl-2013 l-ADF kellhom saħħa stmata ta' bejn 1 200 u 1 500 ġellied armat li jinsabu fil-Grigal tat-Territorju ta' Beni tal-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, qrib il-fruntiera mal-Uganda. Skont stimi tal-istess sorsi, is-sħubija totali tal-ADF — inkluż in-nisa u t-tfal — hija ta' bejn 1 600 u 2 500. Minħabba l-operazzjonijiet militari offensivi mill-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u l-Missjoni tal-Organizzazzjoni għall-Istabbilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO) li saru fl-2013 u fl-2014, l-ADF ferrex il-ġellieda tiegħu f'bosta bażijiet iżgħar, u ċaqlaq lin-nisa u t-tfal għal żoni fil-Punent ta' Beni, u mal-fruntiera bejn Ituri u Kivu tat-Tramuntana. Il-kmandant militari tal-ADF huwa Hood Lukwago u l-kap suprem tiegħu huwa l-individwu li ġie milqut mis-sanzjonijiet Jamil Mukulu.
L-ADF wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali u l-UNSCR 2078 (2012), inkluż kif imniżżel fid-dettall hawn taħt.
L-ADF irrekluta u uża suldati tfal bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli (il-paragrafu 4(d) tal-UNSCR).
Ir-rapport finali tal-2013 tal-GoE ddikjara li l-GoE għamel intervista lil tliet eks ġellieda tal-ADF li kienu ħarbu matul l-2013 u li ddeskrivew kif dawk li jirreklutaw mill-ADF fl-Uganda jattiraw lin-nies lejn ir-RDK b'wegħdiet foloz ta' impjieg (għall-adulti) u edukazzjoni b'xejn (għat-tfal) u mbagħad iġiegħluhom jingħaqdu mal-ADF. Ukoll skont ir-rapport tal-GoE, eks ġellieda tal-ADF qalu lill-GoE li l-gruppi ta' taħriġ tal-ADF tipikament jinkludu rġiel adulti u subien u żewġ subien li ħarbu mill-ADF fl-2013 qalu lill-GoE li huma kienu rċevew taħriġ militari mill-ADF. Ir-rapport tal-GoE jinkludi wkoll rakkont tat-taħriġ tal-ADF minn “eks suldat tifel tal-ADF”.
Skont ir-rapport finali tal-2012 tal-GoE, ir-rekluti tal-ADF jinkludu tfal, kif intwera mill-każ tal-persuna li tirrekluta tal-ADF li nqabad mill-awtoritajiet tal-Uganda f'Kasese ma' sitt subien fi triqtu lejn ir-RDK f'Lulju 2012.
Eżempju speċifiku tar-reklutaġġ tal-ADF u l-użu tat-tfal jidher f'ittra tas-6 ta' Jannar 2009 mill-Eks-Direttur tal-Afrika tal-Human Rights Watch, Georgette Gagnon, lill-Eks-Ministru għall-Ġustizzja tal-Uganda, Kiddhu Makubuyu, li tgħid li tifel bl-isem ta' Bushobozi Irumba ġie maħtuf fl-età ta' disa' snin mill-ADF fl-2000. Huwa kellu jipprovdi trasport u servizzi oħra lil ġellieda tal-ADF.
Barra minn hekk, “The Africa Report” ikkwota allegazzjonijiet li l-ADF allegatament qed jirrekluta tfal mill-età żgħira ta' għaxar snin bħala suldati tfal u kelliem tal-Uganda People's Defence Force (UPDF) ġie kkwotat li ddikjara li l-UPDF salva 30 tifel minn kamp ta' taħriġ fuq il-Gżira ta' Buvuma fil-Lag Victoria.
L-ADF wettaq ukoll għadd kbir ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra nisa u tfal, inkluż qtil, mankamenti u vjolenza sesswali (il-paragrafu 4(e) tal-UNSCR).
Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-GoE, fl-2013 l-ADF attakka għadd kbir ta' rħula, li wassal biex aktar minn 66 000 persuna ħarbu lejn l-Uganda. Dawn l-attakki naqqsu l-popolazzjoni ta' żona kbira, li minn dak iż-żmien l-ADF qed jikkontrolla billi jaħtaf jew joqtol persuni li jirritornaw fl-irħula tagħhom. Bejn Lulju u Settembru 2013, l-ADF qata' ras mill-inqas ħames persuni fiż-żona ta' Kamango, spara lil bosta oħrajn, u ssekwestra għexieren oħra. Dawn l-azzjonijiet itterrorizzaw lill-popolazzjoni lokali u żamm lin-nies lura milli jirritornaw lejn darhom.
Il-Global Horizontal Note, mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar ta' ksur serju kontra t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat irrapporta lill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati (CAAC) li matul il-perijodu ta' rappurtar minn Ottubru sa Diċembru 2013, l-ADF kien responsabbli għal 14 mit-18-il persuna minorenni maqtula ddokumentati, inkluż f'inċident fil-11 ta' Diċembru 2013, fit-territorju Beni, Kivu tat-Tramuntana, meta l-ADF attakka l-villaġġ ta' Musuku, fejn qatel 23 persuna, inkluż 11-il tifel u tifla (tlett ibniet u tmien subien), ta' età bejn xahrejn u 17-il sena. Il-vittmi kollha kienu ġew mutilati b'mod sever bil-machetes, inkluż żewġt itfal li ssalvaw mill-attakk.
Ir-Rapport ta' Marzu 2014 tas-Segretarju Ġenerali dwar Vjolenza Sesswali Relatata ma' Konflitt jidentifika lill-“Allied Democratic Forces — National Army for the Liberation of Uganda” fuq il-lista tiegħu ta' “Partijiet issuspettati b'mod kredibbli li wettqu jew li kienu responsabbli għal stupru jew forom oħra ta' vjolenza sesswali f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat.”
L-ADF ipparteċipa wkoll f'attakki kontra forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO (il-paragrafu 4(i) tal-UNSCR).
Fl-aħħar nett, il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) irrappurtat li l-ADF wettaq mill-inqas żewġ attakki fuq il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO. L-ewwel wieħed, fl-14 ta' Lulju 2013, kien attakk fuq pattulja tal-MONUSCO fit-triq bejn Mbau u Kamango. Dettalji dwar dan l-attakk jinsabu fir-rapport finali tal-2013 tal-GoE. It-tieni attakk seħħ fit-3 ta' Marzu 2014. Vettura tal-MONUSCO ġiet attakkata bil-granati għaxar kilometri mill-ajruport Mavivi f'Beni, li wassal biex ħames membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi ndarbu.
Il-fundatur u mexxej tal-ADF, Jamil Mukulu (CDi.015), ġie arrestat f'Dar es Salaam, it-Tanzanija f'April 2015. Sussegwentement ġie estradit lejn Kampala, l-Uganda f'Lulju 2015. Minn Ġunju 2016, qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu.
2. BUTEMBO AIRLINES (BAL)
Indirizz: Butembo, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278478

Kisoni Kambale (miet fil-5 ta' Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongbwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.
3. COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL); GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC)
Indirizz: a) Avenue Président Mobutu, Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Gisenyi, Rwanda, c) PO BOX 315, Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008, GLBC ma kellhiex aktar inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278381

CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta' Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta' armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). F'Diċembru 2008, GLBC ma kellhiex aktar inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.
4. CONGOMET TRADING HOUSE
Indirizz: Butembo, Kivu tat-Tramuntana.

Informazzjoni oħra: Ma għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, Kivu tat-Tramuntana. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278420

Congomet Trading House (li preċedentement kienet imniżżla fil-lista bħala Congocom) kienet proprjetà ta' Kisoni Kambale (li miet fil-5 ta' Lulju 2007 u li sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta' Mongbwalu, li kienet ikkontrollata mill-FNI. L-FNI kiseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Ma għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, Kivu tat-Tramuntana.
5. FORCES DEMOCRATIQUES DE LIBERATION DU RWANDA (FDLR)
(psewdonimu: a) FDLR, b) Force Combattante Abacunguzi, c) Combatant Force for the Liberation of Rwanda, d) FOCA)
Indirizz: a) Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Informazzjoni oħra: Indirizz elettroniku: Fdlr@fmx.de; fldrrse@yahoo.fr; fdlr@gmx.net; fdlrsrt@gmail.com; humura2020@gmail.com. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278442
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
L-FDLR huwa wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-RDK. Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'konflitt armat, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali u spostament furzat. Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta' sitta u disgħin persuna ċivili f'Busurguni, fit-territorju ta' Walikale. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f'darhom. Skont l-istess sors, f'Ġunju 2010, ċentru mediku ta' NGO irrapporta madwar sittin każ fix-xahar ta' tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta' Lubero, f'Kivu tat-Tramuntanaminn gruppi armati inkluż l-FDLR. Skont rapport tal-20 ta' Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li attivamenti l-FDLR kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta' 18-il sena, uħud saħansitra ta' 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR. F'Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kumbattenti tal-FDLR attakkaw għadd kbir ta' rħula fit-territorju ta' Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna.
Skont rapport ta' Ġunju 2012 mill-HRW, f'Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f'Kamananga u Lumenje, fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar, kif ukoll f'Chambucha, territorju ta' Walikale, u rħula fiż-żona ta' Ufumandu tat-territorju ta' Masisi, provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. F'dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b'machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta' persuni ċivili, inkluż ħafna tfal. Skont ir-Rapport ta' Ġunju 2012 tal-Grupp ta' Esperti, l-FDLR attakka diversi rħula f'Kivu tan-Nofsinhar mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-4 ta' Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inkluż disat itfal u sitt nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom matul l-attakk. Barra minn hekk, ġew stuprati mara u tifla. Ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakra tal-inqas 14-il persuna ċivili, inkluż ħames nisa u ħamest itfal f'Kivu tan-Nofsinhar f'Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012, in-NU ddokumentat tal-inqas 106 inċident ta' vjolenza sesswali mwettaq mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, l-FDLR stupra seba' nisa fil-lejl tal-10 ta' Marzu 2012, inkluż minorenni, f'Kalinganya, fit-territorju ta' Kabare. L-FDLR reġa' attakka r-raħal fl-10 ta' April 2012 u stupra tlieta min-nisa għat-tieni darba. Ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta' 11-il persuna mill-FDLR f'Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta' April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta' 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inkluż ħames minorenni u sitt nisa, f'Mejju. Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari.
Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha tmien snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-konflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.
6. M23
(pswedonimu: Mouvement du 23 mars).
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Informazzjoni Oħra: Indirizz elettroniku: mouvementdu23mars1@gmail.com. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5277973
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha tmien snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-konflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.
7. MACHANGA LTD
Indirizz: Plot 55 A, Upper Kololo Terrace, Kampala, Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarji ta' Machanga baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278291

Machanga xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK b'rabtiet mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta' Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.
8. TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPEMENT (NGO)
(psewdonimu: TPD)
Indirizz: Goma, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Goma, b'kumitati provinċjali f'Kivu tan-Nofsinhar, f'Kasai Occidental, Kasai Oriental u Maniema. Uffiċjalment issospendiet l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President hija Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali ta' Kivu tat-Tramuntana Robert Seninga u Bertin Kirivita. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278464

Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi billi provdiet għajnuna lill-RCD-G, b'mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni lil partijiet tal-popolazzjoni f'Masisi u Rutshuru, f'Kivu tat-Tramuntana, fil-bidu tal-2005. Goma, b'kumitati provinċjali f'Kivu tan-Nofsinhar, f'Kasai Occidental, Kasai Oriental u Maniema. Issospendiet l-attivitajiet kollha uffiċjalment fl-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President hija Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali ta' Kivu tat-Tramuntana Robert Seninga u Bertin Kirivita.
9. UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD
Indirizz: a) Plot 22, Kanjokya Street, Kamwokya, Kampala, Uganda (Tel.: + 256 41 533 578/9), b) Box 22709, Kampala, Uganda.

Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb. (Diretturi s-Sur Jamnadas V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni”- u t-tfal tiegħu s-Sur Kunal J. LODHIA u Jitendra J. LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Id-diretturi ta' UCI baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278486

UCI xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK b'rabtiet mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb. (Eks diretturi s-Sur J.V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni”- u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta' UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/397
tas-7 ta' Marzu 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
EG |
235,2 |
IL |
243,7 |
|
MA |
97,0 |
|
TR |
94,6 |
|
ZZ |
167,6 |
|
0707 00 05 |
MA |
80,2 |
TR |
184,6 |
|
ZZ |
132,4 |
|
0709 91 00 |
EG |
97,7 |
ZZ |
97,7 |
|
0709 93 10 |
MA |
48,3 |
TR |
153,2 |
|
ZZ |
100,8 |
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
50,6 |
IL |
80,7 |
|
MA |
44,2 |
|
TN |
56,9 |
|
TR |
72,8 |
|
ZZ |
61,0 |
|
0805 50 10 |
EG |
74,7 |
TR |
71,3 |
|
ZZ |
73,0 |
|
0808 10 80 |
CN |
135,3 |
US |
128,5 |
|
ZZ |
131,9 |
|
0808 30 90 |
CL |
93,5 |
CN |
77,6 |
|
ZA |
113,7 |
|
ZZ |
94,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/34 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/398
tas-7 ta' Marzu 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' April 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK. |
(2) |
Fit-12 ta' Jannar 2017 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni dwar 12-il persuna u entità waħda soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.
ANNESS
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entità elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
I. Persuni
1. Yasin Ali Baynah (magħruf ukoll bħala a) Ali, Yasin Baynah, b) Ali, Yassin Mohamed, c) Baynah, Yasin, d) Baynah, Yassin, e) Baynax, Yasiin Cali, f) Beenah, Yasin, g) Beenah, Yassin, h) Beenax, Yasin, i) Beenax, Yassin, j) Benah, Yasin, k) Benah, Yassin, l) Benax, Yassin, m) Beynah, Yasin, n) Binah, Yassin, o) Cali, Yasiin Baynax)
Data tat-twelid: 24 ta' Diċembru 1965. Nazzjonalità: Somalja. Nazzjonalità alternattiva: Żvezja. Post: Rinkeby, Stokkolma, Żvezja; Mogadishu, Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774673
Yasin Ali Baynah inċita l-attakki kontra l-Gvern Federali Transitorju (TFG) u l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM). Barra minn hekk, huwa mmobilizza appoġġ u ġabar fondi f'isem l-Alleanza għar-Riabilitazzjoni tas-Somalja u l-Hisbul Islam, li t-tnejn li huma kienu involuti b'mod attiv f'atti li jheddu l-paċi u s-sigurtà fis-Somalja, inkluż iċ-ċaħda tal-Ftehim ta' Djibouti, u attakki fuq il-forzi tat-TFG u l-AMISOM f'Mogadishu.
2. Hassan Dahir Aweys (magħruf ukoll bħala a) Ali, Sheikh Hassan Dahir Aweys, b) Awes, Hassan Dahir, c) Awes, Shaykh Hassan Dahir, d) Aweyes, Hassen Dahir, e) Aweys, Ahmed Dahir, f) Aweys, Sheikh, g) Aweys, Sheikh Hassan Dahir, h) Dahir, Aweys Hassan, i) Ibrahim, Mohammed Hassan, j) OAIS, Hassan Tahir, k) Uways, Hassan Tahir, l) “Hassan, Sheikh”)
Data tat-twelid: 1935. Ċittadinanza: Somalja. Nazzjonalità: Somalja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774682
Hassan Dahir Aweys aġixxa u jkompli jaġixxi bħala mexxej politiku u ideoloġiku għoli għal diversi gruppi ta' oppożizzjoni armati responsabbli għal ksur ripetut tal-embargo fuq l-armi ġenerali u komplet u/jew atti li jheddu l-ftehim ta' paċi ta' Djibouti, u l-forzi tal-Gvern Federali Transitorju (TFG) u tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM). Bejn Ġunju 2006 u Settembru 2007, AWEYSs serva bħala president tal-kumitat ċentrali tal-Unjoni tal-Qrati Iżlamiċi; f'Lulju 2008 huwa ddikjara lilu nnifsu president tal-Alleanza għar-Riliberalizzazzjoni tas-Somalja — il-fergħa ta' Asmara; u f'Mejju 2009 huwa kien innominat president tal-Hisbul Islam, alleanza ta' gruppi li jopponu t-TFG. F'kull waħda minn dawn il-pożizzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet ta' AWEYS urew intenzjoni inekwivokabbli u sostnuta li jżarma t-TFG u li jkeċċi l-AMISOM mis-Somalja bl-użu tal-forza.
3. Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (magħruf ukoll bħala a) Al-Turki, Hassan, b) Turki, Hassan, c) Turki, Hassan Abdillahi Hersi, d) Turki, Sheikh Hassan, e) Xirsi, Xasan Cabdilaahi, f) Xirsi, Xasan Cabdulle)
Data tat twelid: circa 1944. Post tat-twelid: Reġjun Ogaden, Etjopja. Nazzjonalità: Somalja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774683
Hassan Abdullah Hersi Al-Turki kien mexxej għoli ta' grupp ta' milizzja armat minn nofs is-snin 1990 u kien involut f'bosta ksur tal-embargo fuq l-armi. Fl-2006, al-Turki kkontribwixxa forzi għat-teħid ta' Mogadishu mill-Unjoni tal-Qrati Iżlamiċi u ħareġ bħala mexxej militari fil-grupp, allinjat ma' al-Shabaab. Mill-2006, al-Turki għamel it-territorju taħt il-kontroll tiegħu disponibbli għat-taħriġ ta' diversi gruppi ta' oppożizzjoni armati inkluża al-Shabaab. F'Settembru 2007, al-Turki deher f'filmat tal-aħbarijiet ta' al-Jazeera li wera t-taħriġ ta' milizzja taħt it-tmexxija tiegħu.
4. Ahmed Abdi aw-Mohamed (magħruf ukoll bħala a) Abu Zubeyr, Muktar Abdirahman, b) Abuzubair, Muktar Abdulrahim, c) Aw Mohammed, Ahmed Abdi, d) Aw-Mohamud, Ahmed Abdi, e) “Godane”, f) “Godani”, g) “Mukhtar, Shaykh”, h) “Zubeyr, Abu”)
Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1977. Post tat-twelid: Hargeysa, Somalja. Nazzjonalità: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774684
Ahmed Abdi Aw-Mohamed huwa mexxej għoli ta' al-Shabaab u kien pubblikament innominat emir tal-organizzazzjoni f'Diċembru 2007. Huwa jeżerċita r-responsabbiltà ta' kmand għall-operazzjonijiet ta' al-Shabaab fis-Somalja kollha. Aw-Mohamed iddenunzja l-proċess tal-paċi ta' Djibouti bħala kospirazzjoni barranija, u f'reġistrazzjoni awdjo mogħtija f'Mejju 2009 lill-media Somala, huwa rrikonoxxa li l-forzi tiegħu kienu involuti fi ġlied reċenti f'Mogadishu.
6. Bashir Mohamed Mahamoud (magħruf ukoll bħala a) Bashir Mohamed Mahmoud, b) Bashir Mahmud Mohammed, c) Bashir Mohamed Mohamud, d) Bashir Mohamed Mohamoud, e) Bashir Yare, f) Bashir Qorgab, g) Gure Gap, h) “Abu Muscab”, i) “Qorgab”)
Data tat-twelid: a) 1979 b) 1980 c) 1981 d) 1982 Nazzjonalità: Somalja. Post: Mogadishu, Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774965
Bashir Mohamed Mahamoud huwa kmandant militari ta' al-Shabaab. Mahamoud kienu ukoll wieħed minn xi għaxar membri fil-kunsill ta' tmexxija ta' al-Shabaab minn tard fl-2008. Mahamoud u assoċjat tiegħu kienu responsabbli mill-attakk bil-murtali kontra l-Gvern Federali Transitorju Somalu f'Mogadishu fl-10 ta' Ġunju 2009.
8. Fares Mohammed Mana'a (magħruf ukoll bħala: a) Faris Mana'a, b) Fares Mohammed Manaa)
Data tat-twelid: 8 ta' Frar 1965. Post tat-twelid: Sadah, il-Jemen. Nru tal-Passaport: 00514146; Post tal-ħruġ: Sanaa, il-Jemen. Nru tal-Karta tal-Identità: 1417576; post tal-ħruġ: Al-Amana, il-Jemen; data tal-ħruġ: 7 ta' Jannar 1996.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774972
Fares Mohammed Mana'a forna, biegħ jew ittrasferixxa direttament u indirettament lejn is-Somalja armi jew materjal relatat bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mana'a huwa traffikant tal-armi magħruf. F'Ottubru 2009, il-gvern Jemenit ħareġ lista ta' nies suspettużi tat-traffikanti tal-armi li fiha Mana'a jinsab “fuq nett”, bħala parti minn sforz biex jitwaqqaf il-fluss ta' armi fil-pajjiż, fejn huwa rappurtat li hemm aktar armi minn persuni. “Faris Manaa huwa traffikant ewlieni tal-armi, u dan huwa magħruf sew”, skont rapport ta' Ġunju 2009 minn ġurnalist tal-Istati Uniti li huwa kummentatur dwar l-affarijiet Jemeniti, awtur ta' rapport ta' kull sitt xhur dwar il-pajjiż, u kkontribwixxa għall-Grupp tal-Intelligence ta' Jane. F'artiklu tal-Jemen Times ta' Diċembru 2007, issir referenza għalih bħala “Sheikh Fares Mohammed Mana'a, traffikant tal-armi”. F'artiklu tal-Jemen Times ta' Jannar 2008, issir referenza għalih bħala “Sheikh Faris Mana'a, negozjant tal-armi”.
Minn nofs l-2008, il-Jemen kompla jservi bħala ċentru għat-trasport ta' armi illegali lejn il-Qarn tal-Afrika, b'mod partikolari t-trasport ta' armi bid-dgħajjes lejn is-Somalja. Hemm rapporti mhux konfermati li Faris Mana'a pparteċipa f'konsenji lejn is-Somalja f'għadd ta' okkażjonijiet. Fl-2004, Mana kien involut f'kuntratti ta' armi mill-Ewropa tal-Lvant għal armi li allegatament inbiegħu lill-ġellieda Somali. Minkejja l-embargo fuq l-armi tas-Somalja tan-NU mill-1992, l-interess ta' Mana'a fit-traffikar ta' armi fis-Somalja jista' jiġi traċċat tal-inqas mill-2003. Mana'a offra li jixtri eluf ta' armi fl-2003 mill-Ewropa tal-Lvant, u indika li ppjana li jbiegħ xi wħud mill-armi fis-Somalja.
9. Hassan Mahat Omar (magħruf ukoll bħala: a) Hassaan Hussein Adam, b) Hassane Mahad Omar, c) Xassaan Xuseen Adan, d) Asan Mahad Cumar, e) Abu Salman, f) Abu Salmaan, g) Sheikh Hassaan Hussein).
Data tat-twelid: 10 ta' April 1979. Post tat-twelid: Garissa, il-Kenja. Nazzjonalità: Possibbilment Etjopjana. Nru tal-Passaport: A 1180173 Kenja, skadenza fl-20 ta' Awwissu 2017. Nru tal-Karta tal-Identità: 23446085. Post: Nairobi, Kenja. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Lulju 2011.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774975
Hassan Mahat Omar huwa involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa Imam u wieħed mill-mexxejja ta' Masjid-ul-Axmar, ċentru informali affiljat ma' Al-Shabaab f'Nairobi. Huwa involut ukoll fir-reklutaġġ ta' membri ġodda u fil-ġbir ta' fondi għal Al-Shabaab, inkluż online fis-sit web affiljat ma' Al-Shabaab alqimmah.net.
Barra minn hekk, huwa ħareġ fatwi għal attakki kontra t-TFG fuq chat room ta' sit web ta' Al-Shabaab.
10. Omar Hammami (magħruf ukoll bħala: a) Abu Maansuur Al-Amriki, b) Abu Mansour Al-Amriki, c) Abu Mansuur Al-Amriki, d) Umar Hammami, e) Abu Mansur Al-Amriki)
Data tat-twelid: 6 ta' Mejju 1984. Post tat-twelid: Alabama, Stati Uniti. Nazzjonalità: Stati Uniti. Maħsub ukoll li għandu nazzjonalità Sirjana. Nru tal-Passaport: 403062567 (US). Nru tas-Sigurtà Soċjali: 423-31-3021 (US). Post: Somalja.
Informazzjoni oħra: Miżżewweġ mara Somala. Għex l-Eġittu fl-2005 u mar is-Somalja fl-2009. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5774980
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Lulju 2011.
Omar Hammami huwa involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa membru għoli ta' Al-Shabaab. Huwa involut fir-reklutaġġ, il-finanzjament u l-paga tal-ġellieda barranin fis-Somalja. Huwa deskritt bħala espert fl-isplussivi u l-gwerra inġenerali. Minn Ottubru 2007 huwa deher f'rapporti tat-televixin u f'filmati ta' propaganda ta' Al-Shabaab. Huwa deher f'filmat iħarreġ ġellieda ta' Al-Shabaab. Huwa deher ukoll f'filmati u fuq siti web li jappellaw biex aktar ġellieda jingħaqdu ma' Al-Shabaab.
12. Aboud Rogo Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Aboud Mohammad Rogo, b) Aboud Seif Rogo, c) Aboud Mohammed Rogo, d) Sheikh Aboud Rogo, e) Aboud Rogo Muhammad, f) Aboud Rogo Mohamed)
Data tat-twelid: 11 ta' Novembru 1960. Dati tat-twelid alternattivi: a) 11 ta' Novembru 1967, b) 11 ta' Novembru 1969, c) 1 ta' Jannar 1969. Post tat-twelid: il-gżira ta' Lamu, il-Kenja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 25 ta' Lulju 2012.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5775562
L-estremist ibbażat fil-Kenja Aboud Rogo Mohammed hedded il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tas-Somalja, billi pprovda appoġġ finanzjarju, materjali, loġistiku, jew tekniku lil Al-Shabaab, entità elenkata mill-Kumitat KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja u r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) dwar l-Eritrea għall-parteċipazzjoni tagħha f'atti li jheddu b'mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja.
Aboud Rogo Mohammed huwa kleriku Iżlamiku estremist ibbażat fil-Kenja. Huwa għadu jeżerċita influwenza fuq gruppi estremisti fil-Lvant tal-Afrika bħala parti mill-kampanja għall-promozzjoni tal-vjolenza fil-Lvant tal-Afrika. L-attivitajiet ta' Aboud Rogo jinkludu ġbir ta' fondi għal Al-Shabaab.
Bħala l-mexxej ideoloġiku ewlieni ta' Al Hijra, li qabel kien magħruf bħala ċ-Ċentru Musulman taż-Żgħażagħ, Aboud Rogo Mohammed uża l-grupp estremist bħala passaġġ għar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ta' Afrikani li prinċipalment jitkellmu bis-Swahili biex iwettqu attività militanti fis-Somalja. F'serje ta' lectures ta' ispirazzjoni bejn Frar 2009 u Frar 2012, Aboud appella ripetutament għaċ-ċaħda vjolenti tal-proċess ta' paċi Somalu. Matul dawn il-lectures, Rogo appella ripetutament għall-użu tal-vjolenza kemm kontra l-forzi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-forzi tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) fis-Somalja, u ħeġġeġ lill-udjenzi tiegħu biex jivvjaġġaw lejn is-Somalja biex jissieħbu ma' Al-Shabaab fil-ġlieda tiegħu kontra l-Gvern Kenjan.
Aboud Rogo Mohammed joffri wkoll gwida dwar kif ir-rekluti Kenjani li jissieħbu ma' Al-Shabaab jistgħu jevitaw li jiġu identifikati mill-awtoritajiet Kenjani, u liema rotot għandhom isegwu meta jivvjaġġaw minn Mombasa u/jew Lamu għal fortizzi ta' Al-Shabaab fis-Somalja, l-aktar Kismayo. Huwa ffaċilita l-ivvjaġġar lejn is-Somalja ta' għadd kbir ta' rekluti Kenjani għal Al-Shabaab.
F'Settembru 2011, Rogo kien qed jirrekluta individwi f'Mombasa fil-Kenja biex jivvjaġġaw lejn is-Somalja x'aktarx biex iwettqu operazzjonijiet terroristiċi. F'Settembru 2008, Rogo għamel laqgħa ta' ġbir ta' fondi f'Mombasa biex jgħin fil-finanzjament tal-attivitajiet ta' Al-Shabaab fis-Somalja.
13. Abubaker Shariff Ahmed (magħruf ukoll bħala a) Makaburi, b) Sheikh Abubakar Ahmed, c) Abubaker Shariff Ahmed, d) Abu Makaburi Shariff, e) Abubaker Shariff, f) Abubakar Ahmed
Data tat-twelid: 1962. Data tat-twelid alternattiva: 1967. Post tat-twelid: Kenja. Post: iż-żona ta' Majengo, Mombasa, il-Kenja. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Awwissu 2012.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5775564
Abubaker Shariff Ahmed għandu rwol ewlieni bħala faċilitatur u persuna li tirrekluta Musulmani Kenjani żgħażagħ għal attività militanti vjolenti fis-Somalja, u soċju qrib ta' Aboud Rogo. Huwa jipprovdi appoġġ materjali lil gruppi estremisti fil-Kenja (u x'imkien ieħor fil-Lvant tal-Afrika). Permezz taż-żjarat frekwenti tiegħu lil fortizza ta' Al-Shabaab fis-Somalja, inkluża Kismayo, huwa seta' jżomm rabtiet b'saħħithom ma' membri għoljin ta' Al-Shabaab.
Abubaker Shariff Ahmed huwa wkoll involut fil-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-finanzjament għal Al-Shabaab, entità elenkata mill-Kumitat KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja u r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) dwar l-Eritrea tal-involviment tiegħu f'atti li jheddu b'mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tas-Somalja.
Abubaker Shariff Ahmed ippriedka fil-moskei f'Mombasa li l-ġuvintur għandhom jivvjaġġaw lejn is-Somalja, iwettqu atti estremisti, jiġġieldu għal Al-Qaida, u joqtlu liċ-ċittadini Amerikani.
Abubaker Shariff Ahmed kien arrestat fi tmiem Diċembru 2010 mill-awtoritajiet Kenjani fuq suspett ta' involviment fil-bumbardament ta' venda f'Nairobi. Abubaker Shariff Ahmed huwa wkoll mexxej ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ ibbażata fil-Kenja f'Mombasa li għandha rabtiet ma' Al-Shabaab.
Mill-2010, Abubaker Shariff Ahmed aġixxa ta' persuna li tirrekluta u faċilitatur għal Al-Shabaab fiż-żona Majengo ta' Mombasa, fil-Kenja.
14. Maalim Salman (magħruf ukoll bħala (a) Mu'alim Salman, (b) Mualem Suleiman, (c) Ameer Salman, (d) Ma'alim Suleiman, (e) Maalim Salman Ali, (f) Maalim Selman Ali, (g) Ma'alim Selman, (h) Ma'alin Sulayman)
Data tat-twelid: circa 1979. Post tat-twelid: Nairobi, Kenja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23 ta' Settembru 2014.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5818613
Maalim Salman intgħażel mill-mexxej ta' al-Shabaab Ahmed Abdi aw-Mohamed magħruf ukoll bħala Godane sabiex ikun il-kap tal-ġellieda barranin Afrikani għal al-Shabaab. Hu ħarreġ ċittadini barranin li kienu qed jippruvaw jissieħbu ma' al-Shabaab bħala ġellieda barranin Afrikani, u kien involut f'operazzjonijiet immirati lejn turisti, stabbilimenti ta' divertiment, u knejjes fl-Afrika.
Minkejja li hu ffukat prinċipalment fuq operazzjonijiet barra s-Somalja, Salman hu magħruf li jirrisjedi fis-Somalja u jħarreġ ġellieda barranin fis-Somalja qabel jassenjahom f'post ieħor. Xi ġellieda barranin ta' al-Shabaab għandhom preżenza fis-Somalja wkoll. Pereżempju, Salman ta l-ordni sabiex ġellieda barranin ta' al-Shabaab imorru fin-nofsinhar tas-Somalja bħala rispons għal offensiva tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM).
Fost attakki terroristiċi oħra, al-Shabaab kienu responsabbli mill-attakk fiċ-ċentru kummerċjali ta' Westgate f'Nairobi, il-Kenja f'Settembru 2013, li wassal għall-mewt ta' mill-anqas 67 persuna. Aktar reċenti, al-Shabaab ħadu r-responsabbiltà tal-attakk tal-31 ta' Awwissu 2014 fuq il-ħabs tal-Aġenzija Nazzjonali ta' Intelligence u Sigurtà f'Mogadishu, bil-qtil ta' tliet gwardji tas-sigurtà u żewġ persuni ċivili, u l-feriment ta' 15 oħra.
15. Ahmed Diriye (magħruf ukoll bħala (a) Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah, (b) Sheikh Omar Abu Ubaidaha, (c) Sheikh Ahmed Umar, (d) Sheikh Mahad Omar Abdikarim, (e) Abu Ubaidah, (f) Abu Diriye)
Data tat twelid: circa 1972. Post tat-twelid: Somalja. Post: Somalja.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 24 ta' Settembru 2014.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5818614
Ahmed Diriye ġie maħtur bħala l-emir il-ġdid ta' Al-Shabaab wara l-mewt tal-mexxej preċedenti Ahmed Abdi aw-Mohamed, individwu elenkat mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009). Dan tħabbar pubblikament f'dikjarazzjoni mill-kelliem għal Al-Shabaab, Sheikh Ali Dheere, li ħarġet fis-6 ta' Settembru 2014. Diriye kien membru anzjan ta' Al-Shabaab u bħala l-emir għandu r-responsabbiltà ta' kmand għall-operazzjonijiet ta' Al-Shabaab. Hu ser ikun direttament responsabbli għall-attivitajiet ta' Al-Shabaab li jkomplu jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tas-Somalja. Minn dakinhar Diriye adotta l-isem Għarbi ta' Sheikh Ahmed Umar Abu Ubaidah.
II. Entitajiet
AL-SHABAAB (magħrufa wkoll bħala a) Al-Shabab, b) Shabaab, c) The Youth, d) Mujahidin Al-Shabaab Movement, e) Mujahideen Youth Movement, f) Mujahidin Youth Movement, g) MYM, h) Harakat Shabab Al-Mujahidin, i) Hizbul Shabaab, j) Hisb'ul Shabaab, k) Al-Shabaab Al-Islamiya, l) Youth Wing, m) Al-Shabaab Al-Islaam, n) Al-Shabaab Al-Jihaad, o) The Unity Of Islamic Youth, p) Harakat Al-Shabaab Al-Mujaahidiin, q) Harakatul Shabaab Al Mujaahidiin, r) Mujaahidiin Youth Movement)
Post: Somalja. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' April 2010.
Informazzjoni oħra: Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5775567
Al-Shabaab kienet involuta f'atti li jheddu direttament jew indirettament il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà fis-Somalja, inkluż iżda mhux limitat għal: atti li jheddu l-Ftehim ta' Djibouti tat-18 ta' Awwissu 2008, jew il-proċess politiku; u, atti li jheddu l-Istituzzjonijiet Federali Transitorji (TFIs), il-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), jew operazzjonijiet internazzjonali għaż-żamma ta' paċi relatati mas-Somalja.
Al-Shabaab ostakolat ukoll l-għoti ta' għajnuna umanitarja lis-Somalja, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta', għajnuna umanitarja fis-Somalja.
Skont id-dikjarazzjoni mill-President tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja lill-Kumitat tas-Sigurtà mogħtija fid-29 ta' Lulju 2009, kemm Al-Shabaab u Hisb'ul Islam pubblikament u b'mod ripetittiv ħadu r-responsabbiltà għall-attakki permezz ta' forzi fuq il-Gvern Federali Transitorju (TFG) u l-AMISOM. Al-Shabaab ħadet ukoll ir-responsabbiltà għall-qtil ta' uffiċjali tat-TFG, u fid-19 ta' Lulju 2009 attakkat u għalqet l-uffiċċji fuq il-post tal-UNOPS, l-UNDSS u l-UNDP fir-reġjuni ta' Bay u Bakool, bi ksur tal-paragrafu (c) tar-Riżoluzzjoni 1844 (2008). Al-Shabaab ostakolat b'mod ripetittiv l-aċċess għall-għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha, fis-Somalja.
Ir-Rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta' Lulju 2009 dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, kien fih il-paragrafi li ġejjin li jinvolvu l-attivitajiet ta' al-Shabaab fis-Somalja:
Huwa allegat li gruppi ribelli, bħal al-Shabaab, qegħdin jiksbu flus b'theddid jew vjolenza minn kumpanniji privati u jirreklutaw żgħażagħ sabiex jingħaqdu fil-ġlieda kontra l-Gvern f'Mogadishu, inklużi suldati tfal. Al-Shabaab ikkonfermat il-preżenza ta' ġellieda barranin fi ħdanha u ddikjarat bil-miftuħ li qiegħda taħdem ma' al-Qaida f'Mogadishu sabiex tneħħi l-Gvern tas-Somalja. Huwa rappurtat li ħafna mill-ġellieda barranin joriġinaw mill-Pakistan u l-Afganistan, u jidhru mħarrġa sew u lesti għall-battalja. Ġew osservati jilbsu l-barnużi u jmexxu operazzjonijiet offensivi kontra l-forzi tal-Gvern f'Mogadishu u r-reġjuni ġirien.
Al-Shabaab intensifikat l-istrateġija tagħha li tisforza u tintimida lill-popolazzjoni Somala, kif rifless fil-qtil u l-arresti, magħżulin bir-reqqa u ta' benefiċċju kbir, ta' anzjani tal-klan, li diversi minnhom inqatlu. Fid-19 ta' Ġunju 2009, Omar Hashi Aden, il-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali, inqatel permezz ta' bomba suwiċida fuq skala kbira f'karozza f'Beletwyne. Aktar minn 30 persuna oħra nqatlu fl-attakk, li ġie kkundannat bis-saħħa mill-komunità internazzjonali u minn parti kbira tas-soċjetà Somala.
Skont ir-rapport ta' Diċembru 2008 mill-Grupp ta' Monitoraġġ tas-Somalja tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2008/769), al-Shabaab hija responsabbli għal diversi attakki fis-Somalja matul dawn l-aħħar snin, inkluż:
— |
Il-qtil u l-qtugħ ir-ras rappurtati ta' xufier Somalu li kien jaħdem għall-Programm Dinji tal-Ikel f'Settembru 2008, |
— |
L-ibbumbardjar ta' suq f'Puntland li qatel 20 persuna u darab aktar minn 100 fis-6 ta' Frar 2008, |
— |
Kampanja ta' bombi u qtil immirat f'Somaliland bil-ħsieb li jiġu ostakolati l-elezzjonijiet parlamentari tal-2006, |
— |
Il-qtil ta' diversi ħaddiema li jipprovdu l-għajnuna barranija fl-2003 u l-2004. |
Skont rapport, al-Shabaab attakkat komposti tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Somalja fl-20 ta' Lulju 2009, u ħarġet digriet li jipprojbixxi tliet aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti miż-żoni kkontrollati minn al-Shabaab fis-Somalja. Barra minn hekk, il-forzi tal-Gvern Federali Transitorju Somalu ġġieldu kontra ribelli ta' al-Shabaab u Hizbul Islam mill-11 sat-12 ta' Lulju 2009 li rriżulta fil-mewt ta' aktar minn 60 persuna. Fil-ġlieda tal-11 ta' Lulju 2009, al-Shabaab tefgħet erba' murtali ġewwa Villa Somalia li rriżultat fil-mewt ta' tliet suldati tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) u t-tidrib ta' tmienja oħrajn.
Skont artiklu ppubblikat mill-British Broadcasting Corporation fit-22 ta' Frar 2009, al-Shabaab ħadet ir-responsabbiltà għal attakk suwiċida permezz ta' bomba f'karozza fuq bażi militari tal-Unjoni Afrikana f'Mogadishu. Skont l-artiklu, l-Unjoni Afrikana kkonfermat li nqatlu 11-il gwardjan tal-paċi tal-Unjoni Afrikana u li weġġgħu 15 oħra.
Skont artiklu ppubblikat minn Reuters fl-14 ta' Lulju 2009, militanti ta' al-Shabaab għamlu qligħ fl-2009 minn attakki fuq stil guerilla fuq forzi Somali u tal-Unjoni Afrikana.
Skont artiklu ppubblikat minn Voice of America fl-10 ta' Lulju 2009, al-Shabaab kienet involuta f'attakk fuq forzi tal-gvern Somalu f'Mejju 2009.
Skont artiklu li ttella' fuq sit web tal-Kunsill dwar ir-Relazzjonijiet Barranin li nkiteb fis-27 ta' Frar 2009, al-Shabaab ħallset għal ribelljoni kontra l-gvern transitorju tas-Somalja u s-sostenituri Etjopjani tiegħu mill-2006. Al-Shabaab qatlet ħdax-il suldat Burundjan fl-aktar attakk qattiel fuq gwardjani tal-paċi tal-UA mindu ġew stazzjonati u jiddikjara li al-Shabaab kienet involuta fi ġlied serju li qatel mill-inqas ħmistax-il persuna f'Mogadishu.
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/41 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/399
tas-7 ta' Marzu 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
(2) |
Fit-12 ta' Jannar 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni ta' identifikazzjoni relatata ma' 30 persuna u 9 entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
ANNESS
L-entrati li jikkonċernaw lill-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
a) Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1)
1. Eric BADEGE
Data tat-Twelid: 1971.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Indirizz: Rwanda (mill-bidu tal-2016 'il hawn)
Informazzjoni oħra: Huwa ħarab lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013 u kien għadu qed jgħix hemm fil-bidu tal-2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272441
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Eric Badege kien Logutenent Kurunell u l-punt fokali għall-M23 f'Masisi u mexxa ċerti operazzjonijiet li ddestabbilizzaw partijiet mit-territorju ta' Masisi fil-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. Bħala kmandant militari tal-M23, Badege kien responsabbli għal ksur serju maħsub biex jolqot tfal jew nisa f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat. Wara Mejju 2012, ir-Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta' persuni ċivili f'serje ta' attakki koordinati. F'Awwissu 2012, Badege wettaq attakki konġunti li inkludew il-qtil ta' persuni ċivili bla diskriminazzjoni. Dawn l-attakki ġew orkestrati b'mod konġunt minn Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques. Eks kumbattenti tal-M23 affermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23.
Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala raġuni għalfejn it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad inqatlu immedjatament.”
Badege ħarab lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013 u kien qed jgħix hemm fil-bidu tal-2016.
2. Frank Kakolele BWAMBALE
(psewdonimu: a) FRANK KAKORERE, b) FRANK KAKORERE BWAMBALE, c) AIGLE BLANC
Deżinjazzjoni: Ġeneral tal-FARDC.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Indirizz: Kinshasa, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016)
Informazzjoni oħra: Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Mill-2010 'il hawn, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, fosthom billi pparteċipa f'missjoni tas-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011. L-awtoritajiet tar-RDK arrestawh f'Diċembru 2013 f'Beni, Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, talli allegatament imblokka l-proċess tad-DDR. Huwa telaq mir-RDK u għex fil-Kenja għal xi żmien, qabel ma ssejjaħ lura mill-Gvern tar-RDK biex jgħinhom fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Territorju ta' Beni. Huwa ġie arrestat f'Ottubru 2015 fiż-żona ta' Mambasa talli allegatament appoġġa lil grupp Mai Mai, iżda ma tressqet l-ebda akkuża kontrih u kien qed jgħix f'Kinshasa minn Ġunju 2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776078
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Frank Kakolele Bwambale kien il-mexxej tal-RCD-ML, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, fosthom billi pparteċipa f'missjoni tas-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011.
Huwa telaq mir-RDK u għex għal xi żmien fil-Kenja qabel ma ssejjaħ lura mill-Gvern tar-RDK biex jgħinhom fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Territorju ta' Beni. Huwa ġie arrestat f'Ottubru 2015 ħdejn Mambasa talli allegatament appoġġa lil grupp Mai Mai, iżda ma tressqet l-ebda akkuża kontrih. Minn Ġunju 2016, Kakolele kien qed jgħix f'Kinshasa.
3. Gaston IYAMUREMYE
(psewdonimu: a) Byiringiro Victor Rumuli, b) Victor Rumuri, c) Michel Byiringiro, d) Rumuli
Deżinjazzjoni: a) President Interim tal-FDLR, b) l-Ewwel Viċi President tal-FDLR-FOCA;
Indirizz: Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016)
Data tat-Twelid: 1948.
Post tat-Twelid a) Distrett ta' Musanze, Provinċja tat-Tramuntana, ir-Rwanda, b) Ruhengeri, ir-Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272456
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Gaston Iyamuremye huwa l-Ewwel Viċi President tal-FDLR, kif ukoll il-president interim. Huwa għandu wkoll il-grad ta' Ġeneral Maġġur fil-fergħa armata tal-FDLR, imsejħa FOCA. Minn Ġunju 2016, Iyamuremye qiegħed fil-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
4. Innocent KAINA
(psewdonimu a): Colonel Innocent KAINA, b): India Queen
Deżinjazzjoni: Eks-Deputat Kmandant tal-M23
Indirizz: L-Uganda (mill-bidu tal-2016 'il hawn)
Data tat-twelid: Novembru 1973
Post tat-Twelid: Bunagana, Territorju ta' Rutshuru, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.
Informazzjoni oħra: Sar Viċi Kmandant tal-M23 wara l-ħarba tal-fazzjoni ta' Bosco Ntaganda lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013. Ħarab lejn l-Uganda f'Novembru 2013. Kien fl-Uganda fil-bidu tal-2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776081
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Innocent Kaina kien Kmandant Settorjali u mbagħad Viċi Kmandant fil-Mouvement du 23 Mars (M23). Huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem u wettaq tali ksur. F'Lulju 2007 it-Tribunal Militari tal-Gwarniġjon ta' Kinshasa sab lil Kaina responsabbli għal delitti kontra l-umanità li twettqu fid-Distrett ta' Ituri bejn Mejju 2003 u Diċembru 2005. Huwa nħeles fl-2009 bħala parti mill-ftehim ta' paċi bejn il-gvern Kongoliż u s-CNDP. Fi ħdan il-FARDC fl-2009, huwa kien ħati li wettaq eżekuzzjonijiet, ħtif u mankamenti fit-territorju ta' Masisi. Bħala kmandant taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Taganda, huwa ta bidu għar-ribelljoni tal-eks CNDP fit-territorju ta' Rutshuru f'April 2012. Huwa ggarantixxa s-sigurtà ta' dawk li rribellaw barra minn Masisi. Bejn Mejju u Awwissu 2012, huwa mexxa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aktar minn 150 tifel u tifla għar-ribelljoni tal-M23, u spara lis-subien li ppruvaw jaħarbu. F'Lulju 2012, huwa vjaġġa lejn Berunda u Degho għal attivitajiet ta' mobilizzazzjoni u reklutaġġ għall-M23. Kaina ħarab lejn l-Uganda f'Novembru 2013 u kien għadu hemm fil-bidu tal-2016.
5. Jérôme KAKWAVU BUKANDE
(psewdonimu: a) Jérôme Kakwavu, b) Commandant Jérôme)
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Ingħata l-grad ta' Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra. F'Novembru 2014, instab ħati minn qorti militari tar-RDK u ngħata sentenza ta' għaxar snin ħabs għal stupru, qtil, u tortura. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776083
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Eks President tal-UCD/FAPC. Kontroll mill-FAPC ta' punti ta' qsim illegali tal-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK — rotta ta' transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa eżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentement, fil-ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (SRSG) għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali għolja tal-FARDC li ġew akkużati b'reati serji li kienu jinvolvu vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. Ingħata l-grad ta' Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra.
6. Germain KATANGA
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo
Data tat-twelid: 28 ta' April 1978
Post tat-twelid: Mambasa, Provinċja ta' Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo
Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo (fil-ħabs)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Inħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Inizjalment instab ħati mill-QKI fit-23 ta' Mejju 2014 u ngħata sentenza ta' 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, iżda l-Awla tal-Appell tal-QKI naqqsitlu s-sentenza u ddeċidiet li s-sentenza ta' Katanga tintemm fit-18 ta' Jannar 2016. Minkejja li kien detenut fin-Netherlands matul il-proċess tiegħu, Katanga ġie ttrasferit lejn ħabs tar-RDK f'Diċembru 2015 u ġie akkużat għal reati oħra li kien wettaq preċedentement f'Ituri. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776116
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Germain Katanga kien il-Kmandant tal-FRPI. Huwa kien involut fi trasferimenti ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Huwa ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Inizjalment instab ħati mill-QKI fit-23 ta' Mejju 2014 u ngħata sentenza ta' 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, iżda l-Awla tal-Appell tal-QKI naqqsitlu s-sentenza u ddeċidiet li s-sentenza tiegħu tintemm fit-18 ta' Jannar 2016. Minkejja li kien detenut fin-Netherlands matul il-proċess tiegħu, Katanga ġie ttrasferit lejn ħabs tar-RDK f'Diċembru 2015 u ġie akkużat għal reati kriminali oħra li kien wettaq preċedentement f'Ituri.
7. Thomas LUBANGA
Post tat-Twelid: Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo
Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo (fil-ħabs)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn il-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza ta' Lubanga. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità tal-ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776117
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Thomas Lubanga kien il-President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ġie ttrasferit lejn il-QKI mill-awtoritajiet tar-RDK fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità tal-ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu.
8. Sultani MAKENGA
(psewdonimu: a) Makenga, Colonel Sultani, b) Makenga, Emmanuel Sultani)
Data tat-Twelid: 25 ta' Diċembru 1973.
Post tat-Twelid: Rutshuru, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Novembru 2012.
Informazzjoni oħra: Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Fl-Uganda tard fl-2014. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272833
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Sultani Makenga huwa mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Bħala mexxej ta' M23 (magħruf ukoll bħala Congolese Revolutionary Army), Sultani Makenga wettaq u huwa responsabbli għal ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitti armati, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Huwa kien ukoll responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali relatat mal-azzjonijiet ta' M23 fir-reklutaġġ tat-tfal jew fl-użu tagħhom f'konflitti armati fir-RDK. Taħt il-kmand ta' Sultani Makenga, l-M23 wettaq atroċitajiet estensivi kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK. Skont xhieda u rapporti, il-militanti li operaw taħt il-kmand ta' Sultani Makenga wettqu stupri fit-territorju kollu ta' Rutshuru kontra nisa u tfal, li wħud minnhom kien għad kellhom biss 8 snin, bħala parti minn politika biex jikkonsolidaw il-kontroll fit-territorju ta' Rutshuru. Taħt il-kmand ta' Makenga, M23 għamel kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fir-RDK u fir-reġjun, kif ukoll qatel, immanka, u darab għexieren ta' tfal. Ħafna mir-rekluti furzati tfal kienu taħt l-età ta' 15-il sena. Makenga ġie rrapportat ukoll li rċieva armi u materjal relatat bi ksur ta' miżuri meħuda mir-RDK biex timplimenta l-embargo fuq l-armi, inkluż ordinanzi domestiċi fuq l-importazzjoni u l-pussess ta' armi u materjal relatat. L-azzjonijiet ta' Makenga bħala l-mexxej ta' M23 inkludew ksur serju tad-dritt internazzjonali u atroċitajiet kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, u ggravaw il-kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà, spostament, u konflitt fir-reġjun. Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
9. Khawa Panga MANDRO
(psewdonimu: a) Kawa Panga, b) Kawa Panga Mandro, c) Kawa Mandro, d) Yves Andoul Karim, e) Mandro Panga Kahwa, f) Yves Khawa Panga Mandro, g) “Chief Kahwa”, h) “Kawa”
Data tat-Twelid: 20 ta' Awwissu 1973.
Post tat-Twelid: Bunia, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Uganda (minn Mejju 2016)
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Intbagħat il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, inħeles mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, u sussegwentement ġie ttrasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakk aggravat u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, tagħtu sentenza ta' disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu. Huwa skonta s-sentenza tiegħu u ilu residenti fl-Uganda minn Mejju 2016 'il hawn. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272933
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Khawa Panga Mandro kien il-President ta' PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003) u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal mill-2001 sal-2002. Hu ntbagħat il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, inħeles mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, u sussegwentement ġie ttrasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, tagħtu sentenza ta' disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu. Huwa skonta s-sentenza tiegħu u kien residenti fl-Uganda minn Mejju 2016.
10. Callixte MBARUSHIMANA
Deżinjazzjoni: Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR.
Data tat-Twelid: 24 ta' Lulju 1963.
Post tat-Twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009. Ġie ttrasferit lejn l-Aja fil-25 ta' Jannar 2011 u nħeles mill-QKI lejn l-aħħar tal-2011. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie elett Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5224649
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Callixte Mbarushimana kien Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Bħala mexxej politiku/militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, skont ir-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Huwa ġie arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009. Huwa ġie ttrasferit lejn l-Aja fil-25 ta' Jannar 2011 iżda nħeles fl-aħħar tal-2011. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie rielett Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin.
11. Iruta Douglas MPAMO
(psewdonimu: a) Doulas Iruta Mpamo, b) Mpano)
Indirizz: Gisenyi, Rwanda (minn Ġunju 2011).
Data tat-Twelid: a) 28 ta' Diċembru 1965, b) 29 ta' Diċembru 1965.
Post tat-Twelid: a) Bashali, Masisi, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo, c) Uvira, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: L-okkupazzjoni tiegħu minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC) mhijiex magħrufa. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272813
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lil gruppi armati u milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi frodulenti ta' informazzjoni dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. L-okkupazzjoni tiegħu minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC) mhijiex magħrufa.
13. Leodomir MUGARAGU
(psewdonimu: a) Manzi Leon, b) Leo Manzi)
Indirizz: Kwartieri Ġenerali tal-FDLR fil-foresta ta' Rutshuru, Bogoyi, Walikale, Kivu tat-Tramuntanta, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2011).
Data tat-Twelid: a) 1954 b) 1953.
Post tat-Twelid: a) Kigali, Rwanda b) Rushashi, Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270747
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap Kmandant tal-Forces Combattantes Abucunguzi/il-Forza Kumbattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rapportar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f'livell għoli għal operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.
14. Leopold MUJYAMBERE
(psewdonimu: a) Musenyeri, b) Achille, c) Frere Petrus Ibrahim)
Deżinjazzjoni: a) Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, b) Viċi Kmandant Interim tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Kinshasa, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: a) 17 ta' Marzu 1962, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1966.
Post tat-Twelid: Kigali, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Laħaq aġent Viċi Kmandant tal-FDLR-FOCA fl-2014. Inqabad f'Goma, ir-RDK mis-servizzi tas-sigurtà Kongoliżi fil-bidu ta' Mejju 2016 u ġie ttrasferit lejn Kinshasa. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5224709
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Leopold Mujyambere kien Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà.
F'Ġunju 2011, huwa kien il-Kmandant tal-FOCA tas-settur operazzjonali ta' Kivu tan-Nofsinhar, u dak iż-żmien kien jissejjaħ “Amazon”. Iktar tard huwa ġie promoss għal Kap Kmandant tal-FOCA, u mbagħad għal aġent Viċi Kmandant fl-2014. Huwa nqabad f'Goma, ir-RDK mis-servizzi tas-sigurtà Kongoliżi fil-bidu ta' Mejju 2016 u ġie ttrasferit lejn Kinshasa.
15. Jamil MUKULU
(psewdonimu: a) Steven Alirabaki, b) David Kyagulanyi, c) Musezi Talengelanimiro, d) Mzee Tutu, e) Abdullah Junjuaka, f) Alilabaki Kyagulanyi, ) Hussein Muhammad, h) Nicolas Luumu, i) Julius Elius Mashauri, j) David Amos Mazengo, k) Professor Musharaf, l) Talengelanimiro)
Deżinjazzjoni: a) Kap tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), b) Kmandant, Forzi Demokratiċi Alleati.
Indirizz: kien irrapportat li qiegħed f'ħabs fl-Uganda (minn Settembru 2016)
Data tat-Twelid: a) 1965, b) 1 ta' Jannar 1964.
Post tat-Twelid: Villaġġ ta' Ntoke, Sotto Kontea ta' Ntenjeru, Distrett ta' Kayunga, Uganda.
Nazzjonalità: Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Ottubru 2011.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'April 2015 fit-Tanzanija u ġie estradit lejn l-Uganda f'Lulju 2015. F'Settembru 2016 kien irrapportat li Mukulu qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu għal delitti tal-gwerra u ksur gravi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra taħt il-Liġi tal-Uganda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270670
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont sorsi pubbliċi u rapporti uffiċjali, inkluż rapporti mill-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU, Jamil Mukulu huwa l-Kap militari tal-ADF, grupp armat barrani li jopera fir-RDK u jostakola d-diżarm, ir-ripatrijazzjoni volontarja u r-risistemazzjoni tal-ġellieda tal-ADF kif previst mill-paragrafu 4. b) tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008). Il-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU rrapporta li Jamil Mukulu pprovda appoġġ materjali u uman lill-ADF bħala grupp armat li jopera fit-territorju tar-RDK. Skont diversi sorsi, inkluż rapporti mill-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU, Jamil Mukulu ggarantixxa l-finanzjament, eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika tal-ADF u assuma responsabbiltajiet diretti fil-kmand u l-kontroll tal-forzi tal-ADF, b'mod partikolari fis-superviżjoni ta' rabtiet stabbiliti ma' netwerks terroristiċi internazzjonali.
16. Ignace MURWANASHYAKA
(psewdonimu: Dr. Ignace)
Titolu: Dr.
Deżinjazzjoni: President tal-FDLR.
Indirizz: Ġermanja (fil-ħabs).
Data tat-Twelid: 14 ta' Mejju 1963.
Post tat-Twelid: a) Butera, Rwanda, b) Ngoma, Butare, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009 u fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u għall-għoti ta' għajnuna f'delitti tal-gwerra. Ingħata sentenza ta' 13-il sena u minn Ġunju 2016 qiegħed f'ħabs fil-Ġermanja. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272382
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ignace Murwanashyaka huwa l-President tal-FDLR, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), huwa involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa għamel komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f'Busurungi f'Mejju 2009); ta ordinijiet militari lill-kmandanti għoljin; kien involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta' armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u fit-twassil ta' struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; amministra somom kbar ta' flus li rriżultaw mill-bejgħ illeċitu ta' riżorsi naturali f'żoni taħt il-kontroll tal-FDLR. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu r-responsabbiltà tal-kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Lvant tal-Kongo. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009 u fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u għall-għoti ta' għajnuna f'delitti tal-gwerra. Huwa rċieva sentenza ta' 13-il sena u minn Ġunju 2016 kien il-ħabs fil-Ġermanja. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin.
17. Straton MUSONI
(psewdonimu: IO Musoni)
Deżinjazzjoni: Eks Viċi President tal-FDLR.
Data tat-Twelid: a) 6 ta' April 1961 b) 4 ta' Ġunju 1961.
Post tat-Twelid: Mugambazi, Kigali, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009, u fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u ngħata sentenza ta' tmien snin. Musoni nħeles mill-ħabs immedjatament wara l-proċess, wara li kien skonta aktar minn ħames snin mis-sentenza tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272354
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Straton Musoni kien Viċi President tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK. Huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti ta' dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009, fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u rċieva sentenza ta' tmien snin. Inħeles mill-ħabs immedjatament wara l-proċess, wara li kien skonta aktar minn ħames snin tas-sentenza tiegħu.
18. Jules MUTEBUTSI
(psewdonimu: a) Jules Mutebusi, b) Jules Mutebuzi, c) Colonel Mutebutsi)
Data tat-Twelid: 1964.
Post tat-Twelid: Minembwe, Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Eks Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-Għaxar Reġjun Militari f'April 2004, tkeċċa minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Ġie rrapportat li miet f'Kigali fid-9 ta' Mejju 2014. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272093
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Jules Mutebutsi ngħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Huwa kien implikat li rċieva armi barra l-istrutturi tal-FARDC u li forna provvisti lill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Kien il-Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-Għaxar Reġjun Militari sa April 2004 meta tkeċċa minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Ġie rrapportat li miet f'Kigali fid-9 ta' Mejju 2014.
19. Baudoin NGARUYE WA MYAMURO
(psewdonimu: Colonel Baudoin Ngaruye)
Titolu: Mexxej militari tal-Mouvement du 23 Mars (M23).
Deżinjazzjoni: Brigadier Ġenerali.
Indirizz: Rubavu/Mudende, Rwanda.
Data tat-Twelid: a) 1 ta' April 1978 b) 1978.
Post tat-Twelid: a) Bibwe, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Lusamambo, territorju ta' Lubero, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: FARDC ID 1-78-09-44621-80.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.
Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tmiem l-2014, jgħix fil-kamp ta' Ngoma, Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5268954
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
F'April 2012, Ngaruye mexxa r-ribelljoni tal-eks CNDP, magħruf bħala l-Mouvement du 23 Mars (M23), taħt l-ordnijiet tal-Ġeneral Ntaganda. Bħalissa huwa għandu t-tielet l-ogħla kariga fost il-kmandanti militari fl-M23. Il-Grupp ta' esperti dwar ir-RDK preċedentement kien irrakkomanda li jiġi ddeżinjat fl-2008 u l-2009. Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali. Huwa rrekluta u ħarreġ mijiet ta' tfal għall-M23 bejn l-2008 u l-2009 u mbagħad lejn tmiem l-2010. Huwa wettaq qtil, mankamenti u ħtif, ħafna drabi kontra n-nisa. Huwa responsabbli għal eżekuzzjonijiet u tortura tad-diżerturi fl-M23. Fl-2009 fil-FARDC, huwa ta l-ordnijiet biex jinqatlu l-irġiel kollha fil-villaġġ ta' Shalio, f'Walikale. Huwa pprovda wkoll armi, munizzjon u salarji f'Masisi u Walikale taħt l-ordnijiet diretti ta' Ntaganda. Fl-2010 orkestra l-ispostament furzat u l-esproprjazzjoni tal-popolazzjonijiet fiż-żona ta' Lukopfu. Huwa kien ukoll involut b'mod estensiv fin-netwerks kriminali fi ħdan il-FARDC li jagħmlu qligħ mill-kummerċ minerali li wassal għal tensjonijiet u vjolenza mal-Kurunell Innocent Zimurinda fl-2011. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16.3.2013 f'Gasizi/Rubavu.
20. Mathieu, Chui NGUDJOLO
(psewdonimu a) Cui Ngudjolo)
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tat-twelid: 8 ta' Ottubru 1970.
Post tat-twelid: Bunia, Provinċja ta' Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Huwa ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. F'Diċembru 2012 inħeles mill-QKI minn kull akkuża miġjuba kontrih, u l-verdett ġie kkonfermat mill-Awla tal-Appell fis-27 ta' Frar 2015. Ngudjolo ressaq talba għall-asil fin-Netherlands iżda ġiet miċħuda. Huwa ġie ddeportat lejn ir-RDK fil-11 ta' Mejju 2015. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776118
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Mathieu Chui Ngudjolo kien il-Kap Kmandant tal-FRPI, u eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena f'Ituri fl-2006. Huwa ġie arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Il-Gvern tar-RDK sussegwentement ittrasferih lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. F'Diċembru 2012 inħeles mill-QKI minn kull akkuża miġjuba kontrih, u l-verdett ġie kkonfermat mill-Awla tal-Appell fis-27 ta' Frar 2015. Ngudjolo ressaq talba għall-asil fin-Netherlands iżda ġiet miċħuda. Huwa ġie ddeportat lejn ir-RDK fl-11 ta' Mejju 2015.
21. Floribert Ngabu NJABU
(psewdonimu: a) Floribert Njabu Ngabu, b) Floribert Ndjabu, c) Floribert Ngabu Ndjabu)
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo, nru tal-passaport OB 0243318.
Data tat-twelid: 23 ta' Mejju 1971.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Kien jinsab taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn l-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Huwa applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil. F'Lulju 2014, ġie ddeportat min-Netherlands lejn ir-RDK, fejn tqiegħed taħt arrest. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776373
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
President ta' FNI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit lejn l-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil; bħalissa l-każ jinsab taħt appell.
22. Laurent NKUNDA
(psewdonimu: a) Nkunda Mihigo Laurent, b) Laurent Nkunda Bwatare, c) Laurent Nkundabatware, d) Laurent Nkunda Mahoro Batware, e) Laurent Nkunda Batware, f) Chairman, g) General Nkunda, h) Papa Six)
Data tat-Twelid: a) 6 ta' Frar 1967 b) 2 ta' Frar 1967.
Post tat-Twelid: Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Eks Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese DemocracyGoma (RCDG), 1998-2006; Uffiċjal ta' Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għar-reati li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwistjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda appellaw quddiem il-Qorti Militari tar-Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270703
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Irċieva armi barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu f'Kivu tat-Tramuntana mill-2002 sal-2007. Eks Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese DemocracyGoma (RCDG), 1998-2006; Uffiċjal ta' Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għar-reati li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwistjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP.
23. Felicien NSANZUBUKIRE
(psewdonimu: Fred Irakeza)
Deżinjazzjoni: a) Kmandant tas-Sottotaqsima tal-FDLR-FOCA, b) Kurunell tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: 1967.
Post tat-Twelid: a) Murama, Kigali, Rwanda, b) Rubungo, Kigali, Rwanda, c) Kinyinya, Kigali, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5269078
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta' munizzjon u armi mill-inqas bejn Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi ta' Kivu tan-Nofsinhar. Minn Jannar 2016, Nsanzubukire kien Kmandant ta' Sottotaqsima tal-FDLR FOCA fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar u kien jokkupa l-kariga ta' Kurunell.
24. Pacifique NTAWUNGUKA
(psewdonimu: a) Pacifique Ntawungula, b) Colonel Omega, c) Nzeri, d) Israel)
Deżinjazzjoni: a) Kmandant tat-Taqsima “SONOKI” tal-FDLR-FOCA, b) Brigadier Ġeneral tal-FDLR-FOCA.
Indirizz: Territorju ta' Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo (f'Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1964, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1964.
Post tat-Twelid: Gaseke, Provinċja ta' Gisenyi, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5269021
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Pacifique Ntawunguka kien il-kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu.
F'nofs l-2016, Ntawunguka kien il-Kmandant tat-Taqsima “SONOKI” tal-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana.
25. James NYAKUNI
Nazzjonalità: Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776374
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Sħab fil-kummerċ ma' Jérôme Kakwavu, b'mod partikolari f'kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta' armi u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom joperaw b'mod militari.
26. Stanislas NZEYIMANA
(psewdonimu: a) Deogratias Bigaruka Izabayo, b) Izabayo Deo, c) Jules Mateso Mlamba, d) Bigaruka, e) Bigurura)
Deżinjazzjoni: Eks-Deputat Kmandant tal-FDLR-FOCA.
Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1966 b) 28 ta' Awwissu 1966 c) Bejn wieħed u ieħor fl-1967.
Post tat-Twelid: Mugusa, Butare, Rwanda.
Nazzjonalità: Rwanda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.
Informazzjoni oħra: Għeb waqt li kien fit-Tanzanija fil-bidu tal-2013. Minn Ġunju 2016 'il hawn ma kienx magħruf fejn jinsab. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275373
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Stanislas Nzeyimana kien Deputat Kmandant tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Nzeyimana għeb fit-Tanzanija fil-bidu tal-2013, u minn Ġunju 2016 ma kienx magħruf fejn jinsab.
27. Dieudonné OZIA MAZIO
(psewdonimu: a) Ozia Mazio, b) Omari, c) Mr Omari)
Data tat-Twelid: 6 ta' Ġunju 1949.
Post tat-Twelid: Ariwara, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275495.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skemi finanzjarji ma' Jerome Kakwavu u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għal Kakwavu u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.
28. Jean-Marie Lugerero RUNIGA
(psewdonimu: Jean-Marie Rugerero)
Deżinjazzjoni: M23, President.
Indirizz: Rubavu/Mudende, Rwanda.
Data tat-Twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1960, b) 9 ta' Settembru 1966.
Post tat-Twelid: Bukavu, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Mill-2016, residenti fir-Rwanda. Ipparteċipa fil-ħolqien ta' partit politiku Kongoliż ġdid f'Ġunju 2016, l-Alliance pour le Salut du Peuple (ASP). Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5274633
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Dokument tad-9 ta' Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-taqsima politika tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta' Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23. Runiga ssemma wkoll bħala l-President tal-M23 f'entrati fis-sit web tal-grupp. Ir-rwol tiegħu ta' tmexxija kien ikkorroborat mir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-mexxej tal-M23.
Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, l-Uganda fid-29 ta' Lulju 2012 u ffinalizza l-aġenda ta' 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati antiċipati fil-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar. Skont artikolu tal-BBC tat-23 ta' Novembru 2012, l-M23 ġie ffurmat meta eks membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra l-kundizzjonijiet u l-pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC. L-M23 kien involut f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu l-kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi eks kumbattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala raġuni għalfejn it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad inqatlu immedjatament.”
Runiga daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu. Min-nofs l-2016, Runiga kien jirrisjedi fir-Rwanda. F'Ġunju 2016, huwa ħa sehem fil-ħolqien ta' partit politiku ġdid Kongoliż, l-Alliance pour le Salut du Peuple (ASP).
29. Ntabo Ntaberi SHEKA
Deżinjazzjoni: Kap Kmandant, Nduma Defence of Congo, grupp Mayi Mayi Sheka.
Data tat-Twelid: 4 ta' April 1976.
Post tat-Twelid: Territorju ta' Walikalele, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Novembru 2011.
Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275453
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ntabo Ntaberi Sheka, Kap Kmandant tal-fergħa politika tal-Mayi Mayi Sheka, huwa l-mexxej politiku tal-grupp armat Kongoliż li jimpedixxi d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, jew l-integrazzjoni mill-ġdid tal-kumbattenti. Il-Mayi Mayi Sheka huwa grupp ta' milizzja bbażat fil-Kongo li jopera minn bażijiet fit-territorju ta' Walikale fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Il-grupp Mayi Mayi Sheka wettaq attakki fuq minjieri fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż it-teħid tal-kontroll tal-minjieri ta' Bisiye u l-estorsjoni min-nies tal-lokal. Ntabo Ntaberi Sheka wettaq ukoll ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot t-tfal. Ntabo Ntaberi Sheka ppjana u ordna sensiela ta' attakki fit-territorju ta' Walikale mit-30 ta' Lulju sat-2 ta' Awwissu 2010, biex jikkastiga l-popolazzjonijiet lokali akkużati li kkollaboraw mal-forzi tal-Gvern Kongoliż. Matul l-attakki, tfal ġew stuprati u maħtufin, soġġetti għal xogħol furzat u soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-grupp ta' milizzja Mayi Mayi Sheka wkoll jirrekluta bil-forza lis-subien u jżomm tfal fl-iskjeramenti tiegħu mill-attivitajiet ta' reklutaġġ.
30. Bosco TAGANDA
(psewdonimu: a) Bosco Ntaganda, b) Bosco Ntagenda, c) General Taganda, d) Lydia (Meta kien parti mill-APR, e) Terminator, f) Tango Romeo (Sinjal ta' sejħa), g) Romeo (Sinjal ta' sejħa), h) Major)
Indirizz: Aja, Netherlands (minn Ġunju 2016).
Data tat-Twelid: Bejn l-1973 u l-1974.
Post tat-Twelid: Bigogwe, Rwanda.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, f'Kivu tat-Tramuntana. Inħatar bħala Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn wara l-arrest ta' Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” f'Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, in-Netherlands. Fid-9 ta' Ġunju 2014, il-QKI kkonfermat 13-il akkuża ta' delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta' delitti kontra l-umanità kontrih. Link web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5274913
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Bosco Taganda kien il-kmandant militari tal-UPC/L, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji politiċi u kellu l-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa' barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta' kmand f'155 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal f'Kivu tat-Tramuntana mill-2002 sal-2009. Bħala Kap Kmandant tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta' kmand għall-massakru f'Kiwanja f'Novembru 2008.
Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba fit-territorju ta' Masisi tal-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. F'Ġunju 2011, kien jirrisjedi f'Goma u kien is-sid ta' azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta' Ngungu, tat-territorju ta' Masisi fil-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u mbagħad sar il-kmandant militari tas-CNDP wara li ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, kien Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” f'Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu u sussegwentement ġie ttrasferit lill-QKI fl-Aja, in-Netherlands. Fid-9 ta' Ġunju 2014, il-QKI kkonfermat 13-il akkuża ta' delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta' delitti kontra l-umanità kontrih. Il-proċess beda f'Settembru 2015.
31. Innocent ZIMURINDA
(psewdonimu: Zimulinda)
Deżinjazzjoni: a) M23, Bde Comd, Grad: Kurunell, b) Kurunell fil-FARDC.
Indirizz: Rubavu, Mudende.
Data ta' Twelid: a) 1 ta' Settembru 1972, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1975, c) 16 ta' Marzu 1972.
Post tat-Twelid: Territorju ta' Ngungu Masisi, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Masisi, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.
Informazzjoni oħra: Ġie integrat fil-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru l-uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda, de facto, żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-grad u jilbes l-uniformi ġdida tal-FARDC. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275315
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont diversi sorsi, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-231 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 rifuġjat Rwandiż, l-aktar nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona ta' Shalio f'April 2009. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b'għajnejhom stess lil-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f'Kahlehe, fid-29 ta' Awwissu 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, f'Novembru 2008 pparteċipa f'operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta' 89 persuna ċivili, inkluż nisa u tfal, fir-reġjun ta' Kiwanja.
F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK allegaw li Zimurinda kien responsabbli għal diversi abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-qtil ta' għadd kbir ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda ġie akkużat li kien responsabbli għall-istupru ta' għadd kbir ta' nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta' Mejju 2010 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, il-Logutenent Kurunell Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta' kmand għar-reklutaġġ ta' tfal u għaż-żamma ta' tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. Ġie integrat fil-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru l-uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda, de facto, żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-grad u jilbes l-uniformi ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' leali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.
b) Lista ta' entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)
1. ADF (FORZI DEMOKRATIĊI ALLEATI)
(Psewdonimu: a) Forces Démocratiques Alliées-Armée Nationale de Libération de l'Ouganda; b) ADF/NALU; c) NALU)
Indirizz: Provinċja ta' Kivutat-Tramuntana, -Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Ġunju 2014.
Informazzjoni Oħra: Il-fundatur u mexxej tal-ADF, Jamil Mukulu, ġie arrestat f'Dar es Salaam, it-Tanzanija f'April 2015. Sussegwentement ġie estradit lejn Kampala, l-Uganda f'Lulju 2015. Minn Ġunju 2016, ġie rrappurtat li Mukulu kien qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5864623
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-Forzi Demokratiċi Alleati (“ADF”) inħolqu fl-1995 u jinsabu fiż-żona muntanjuża tal-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda. Skont ir-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“GoE”), li jikkwota uffiċjali tal-Uganda u sorsi tan-NU, fl-2013 l-ADF kellhom saħħa stmata ta' bejn 1 200 u 1 500 ġellied armat li jinsabu fil-Grigal tat-Territorju ta' Beni tal-provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, qrib il-fruntiera mal-Uganda. Skont stimi tal-istess sorsi, is-sħubija totali tal-ADF — inkluż in-nisa u t-tfal — hija ta' bejn 1 600 u 2 500. Minħabba l-operazzjonijiet militari offensivi mill-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u l-Missjoni tal-Organizzazzjoni għall-Istabbilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO) li saru fl-2013 u fl-2014, l-ADF ferrex il-ġellieda tiegħu f'bosta bażijiet iżgħar, u ċaqlaq lin-nisa u t-tfal għal żoni fil-Punent ta' Beni, u mal-fruntiera bejn Ituri u Kivu tat-Tramuntana. Il-kmandant militari tal-ADF huwa Hood Lukwago u l-kap suprem tiegħu huwa l-individwu li ġie milqut mis-sanzjonijiet Jamil Mukulu.
L-ADF wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali u l-UNSCR 2078 (2012), inkluż kif imniżżel fid-dettall hawn taħt.
L-ADF irrekluta u uża suldati tfal bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli (il-paragrafu 4(d) tal-UNSCR).
Ir-rapport finali tal-2013 tal-GoE ddikjara li l-GoE għamel intervista lil tliet eks ġellieda tal-ADF li kienu ħarbu matul l-2013 u li ddeskrivew kif dawk li jirreklutaw mill-ADF fl-Uganda jattiraw lin-nies lejn ir-RDK b'wegħdiet foloz ta' impjieg (għall-adulti) u edukazzjoni b'xejn (għat-tfal) u mbagħad iġiegħluhom jingħaqdu mal-ADF. Ukoll skont ir-rapport tal-GoE, eks ġellieda tal-ADF qalu lill-GoE li l-gruppi ta' taħriġ tal-ADF tipikament jinkludu rġiel adulti u subien u żewġ subien li ħarbu mill-ADF fl-2013 qalu lill-GoE li huma kienu rċevew taħriġ militari mill-ADF. Ir-rapport tal-GoE jinkludi wkoll rakkont tat-taħriġ tal-ADF minn “eks suldat tifel tal-ADF”.
Skont ir-rapport finali tal-2012 tal-GoE, ir-rekluti tal-ADF jinkludu tfal, kif intwera mill-każ tal-persuna li tirrekluta tal-ADF li nqabad mill-awtoritajiet tal-Uganda f'Kasese ma' sitt subien fi triqtu lejn ir-RDK f'Lulju 2012.
Eżempju speċifiku tar-reklutaġġ tal-ADF u l-użu tat-tfal jidher f'ittra tas-6 ta' Jannar 2009 mill-Eks-Direttur tal-Afrika tal-Human Rights Watch, Georgette Gagnon, lill-Eks-Ministru għall-Ġustizzja tal-Uganda, Kiddhu Makubuyu, li tgħid li tifel bl-isem ta' Bushobozi Irumba ġie maħtuf fl-età ta' disa' snin mill-ADF fl-2000. Huwa kellu jipprovdi trasport u servizzi oħra lil ġellieda tal-ADF.
Barra minn hekk, “The Africa Report” ikkwota allegazzjonijiet li l-ADF allegatament qed jirrekluta tfal mill-età żgħira ta' għaxar snin bħala suldati tfal u kelliem tal-Uganda People's Defence Force (UPDF) ġie kkwotat li ddikjara li l-UPDF salva 30 tifel minn kamp ta' taħriġ fuq il-Gżira ta' Buvuma fil-Lag Victoria.
L-ADF wettaq ukoll għadd kbir ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra nisa u tfal, inkluż qtil, mankamenti u vjolenza sesswali (il-paragrafu 4(e) tal-UNSCR).
Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-GoE, fl-2013 l-ADF attakka għadd kbir ta' rħula, li wassal biex aktar minn 66 000 persuna ħarbu lejn l-Uganda. Dawn l-attakki naqqsu l-popolazzjoni ta' żona kbira, li minn dak iż-żmien l-ADF qed jikkontrolla billi jaħtaf jew joqtol persuni li jirritornaw fl-irħula tagħhom. Bejn Lulju u Settembru 2013, l-ADF qata' ras mill-inqas ħames persuni fiż-żona ta' Kamango, spara lil bosta oħrajn, u ssekwestra għexieren oħra. Dawn l-azzjonijiet itterrorizzaw lill-popolazzjoni lokali u żamm lin-nies lura milli jirritornaw lejn darhom.
Il-Global Horizontal Note, mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar ta' ksur serju kontra t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat irrapporta lill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati (CAAC) li matul il-perijodu ta' rappurtar minn Ottubru sa Diċembru 2013, l-ADF kien responsabbli għal 14 mit-18-il persuna minorenni maqtula ddokumentati, inkluż f'inċident fil-11 ta' Diċembru 2013, fit-territorju Beni, Kivu tat-Tramuntana, meta l-ADF attakka l-villaġġ ta' Musuku, fejn qatel 23 persuna, inkluż 11-il tifel u tifla (tlett ibniet u tmien subien), ta' età bejn xahrejn u 17-il sena. Il-vittmi kollha kienu ġew mutilati b'mod sever bil-machetes, inkluż żewġt itfal li ssalvaw mill-attakk.
Ir-Rapport ta' Marzu 2014 tas-Segretarju Ġenerali dwar Vjolenza Sesswali Relatata ma' Konflitt jidentifika lill-“Allied Democratic Forces — National Army for the Liberation of Uganda” fuq il-lista tiegħu ta' “Partijiet issuspettati b'mod kredibbli li wettqu jew li kienu responsabbli għal stupru jew forom oħra ta' vjolenza sesswali f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat.”
L-ADF ipparteċipa wkoll f'attakki kontra forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO (il-paragrafu 4(i) tal-UNSCR).
Fl-aħħar nett, il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) irrappurtat li l-ADF wettaq mill-inqas żewġ attakki fuq il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO. L-ewwel wieħed, fl-14 ta' Lulju 2013, kien attakk fuq pattulja tal-MONUSCO fit-triq bejn Mbau u Kamango. Dettalji dwar dan l-attakk jinsabu fir-rapport finali tal-2013 tal-GoE. It-tieni attakk seħħ fit-3 ta' Marzu 2014. Vettura tal-MONUSCO ġiet attakkata bil-granati għaxar kilometri mill-ajruport Mavivi f'Beni, li wassal biex ħames membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi ndarbu.
Il-fundatur u mexxej tal-ADF, Jamil Mukulu (CDi.015), ġie arrestat f'Dar es Salaam, it-Tanzanija f'April 2015. Sussegwentement ġie estradit lejn Kampala, l-Uganda f'Lulju 2015. Minn Ġunju 2016, qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu.
2. BUTEMBO AIRLINES (BAL)
Indirizz: Butembo, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278478
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Kisoni Kambale (miet fil-5 ta' Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongbwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.
3. COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL); GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC)
Indirizz: a) Avenue Président Mobutu, Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Gisenyi, Rwanda, c) PO BOX 315, Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008, GLBC ma kellhiex aktar inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278381
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta' Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta' armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). F'Diċembru 2008, GLBC ma kellhiex aktar inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.
4. CONGOMET TRADING HOUSE
Indirizz: Butembo, Kivu tat-Tramuntana.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Ma għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, Kivu tat-Tramuntana. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278420
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Congomet Trading House (li preċedentement kienet imniżżla fil-lista bħala Congocom) kienet proprjetà ta' Kisoni Kambale (li miet fil-5 ta' Lulju 2007 u li sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta' Mongbwalu, li kienet ikkontrollata mill-FNI. L-FNI kiseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Ma għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, Kivu tat-Tramuntana.
5. FORCES DEMOCRATIQUES DE LIBERATION DU RWANDA (FDLR)
(pswedonimu: a) FDLR, b) Force Combattante Abacunguzi, c) Combatant Force for the Liberation of Rwanda, d) FOCA)
Indirizz: a) Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Informazzjoni oħra: Indirizz elettroniku: Fdlr@fmx.de; fldrrse@yahoo.fr; fdlr@gmx.net; fdlrsrt@gmail.com; humura2020@gmail.com. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278442
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
L-FDLR huwa wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-RDK. Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'konflitt armat, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali u spostament furzat. Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta' sitta u disgħin persuna ċivili f'Busurguni, fit-territorju ta' Walikale. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f'darhom. Skont l-istess sors, f'Ġunju 2010, ċentru mediku ta' NGO irrapporta madwar sittin każ fix-xahar ta' tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta' Lubero, f'Kivu tat-Tramuntanaminn gruppi armati inkluż l-FDLR. Skont rapport tal-20 ta' Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li attivamenti l-FDLR kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta' 18-il sena, uħud saħansitra ta' 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR. F'Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kumbattenti tal-FDLR attakkaw għadd kbir ta' rħula fit-territorju ta' Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna.
Skont rapport ta' Ġunju 2012 mill-HRW, f'Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f'Kamananga u Lumenje, fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar, kif ukoll f'Chambucha, territorju ta' Walikale, u rħula fiż-żona ta' Ufumandu tat-territorju ta' Masisi, provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. F'dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b'machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta' persuni ċivili, inkluż ħafna tfal. Skont ir-Rapport ta' Ġunju 2012 tal-Grupp ta' Esperti, l-FDLR attakka diversi rħula f'Kivu tan-Nofsinhar mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-4 ta' Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inkluż disat itfal u sitt nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom matul l-attakk. Barra minn hekk, ġew stuprati mara u tifla. Ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakra tal-inqas 14-il persuna ċivili, inkluż ħames nisa u ħamest itfal f'Kivu tan-Nofsinhar f'Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012, in-NU ddokumentat tal-inqas 106 inċident ta' vjolenza sesswali mwettaq mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, l-FDLR stupra seba' nisa fil-lejl tal-10 ta' Marzu 2012, inkluż minorenni, f'Kalinganya, fit-territorju ta' Kabare. L-FDLR reġa' attakka r-raħal fl-10 ta' April 2012 u stupra tlieta min-nisa għat-tieni darba. Ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta' 11-il persuna mill-FDLR f'Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta' April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta' 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inkluż ħames minorenni u sitt nisa, f'Mejju. Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari.
Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha tmien snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-konflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.
6. M23
(psewdonimu: Mouvement du 23 mars).
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.
Informazzjoni Oħra: Indirizz elettroniku: mouvementdu23mars1@gmail.com. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5277973
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha tmien snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-konflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.
7. MACHANGA LTD
Indirizz: Plot 55 A, Upper Kololo Terrace, Kampala, Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarji ta' Machanga baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278291
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Machanga xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK b'rabtiet mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta' Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.
8. TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPEMENT (NGO)
(psewdonimu: TPD)
Indirizz: Goma, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.
Informazzjoni oħra: Goma, b'kumitati provinċjali f'Kivu tan-Nofsinhar, f'Kasai Occidental, Kasai Oriental u Maniema. Uffiċjalment issospendiet l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President hija Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali ta' Kivu tat-Tramuntana Robert Seninga u Bertin Kirivita. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278464
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi billi provdiet għajnuna lill-RCD-G, b'mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni lil partijiet tal-popolazzjoni f'Masisi u Rutshuru, f'Kivu tat-Tramuntana, fil-bidu tal-2005. Goma, b'kumitati provinċjali f'Kivu tan-Nofsinhar, f'Kasai Occidental, Kasai Oriental u Maniema. Issospendiet l-attivitajiet kollha uffiċjalment fl-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President hija Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali ta' Kivu tat-Tramuntana Robert Seninga u Bertin Kirivita.
9. UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD
Indirizz: a) Plot 22, Kanjokya Street, Kamwokya, Kampala, Uganda (Tel.: + 256 41 533 578/9), b) Box 22709, Kampala, Uganda.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.
Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb. (Diretturi s-Sur Jamnadas V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni”- u t-tfal tiegħu s-Sur Kunal J. LODHIA u Jitendra J. LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Id-diretturi ta' UCI baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278486
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
UCI xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK b'rabtiet mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb. (Eks diretturi s-Sur J.V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni”- u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta' UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.
Rettifika
8.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/64 |
Rettifika għar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/62 tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 11 tas-17 ta' Jannar 2015 )
F'paġna 37, fit-Titolu tal-leġiżlazzjoni:
minflok:
“Regolament ta' Delega”,
aqra:
“Regolament Delegat”.
F'paġna 38, fil-Premessa numru 10:
minflok:
“protezzjoni bil-miktub ta' kreditu maħruġ”,
aqra:
“protezzjoni ta' kreditu maħruġa u mibjugħa”.
F'paġna 39, fl-Artikolu 1(1), fl-emenda għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fil-paragrafu 12 tal-Artikolu 429 il-ġdid:
minflok:
“skopertura derivattiva”,
aqra:
“skopertura ta' derivattivi”.
F'paġna 40, fl-Artikolu 1(2), fl-emenda għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fit-Titolu tal-Artikolu 429a l-ġdid:
minflok:
“skopertura tad-derivattivi”,
aqra:
“skopertura ta' derivattivi”.
F'paġna 40, fl-Artikolu 1(2), fl-emenda għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fil-paragrafu 3, fil-punt (d) tal-Artikolu 429a l-ġdid:
minflok:
“derivattiva”,
aqra:
“derivattivi”.
F'paġna 41, fl-Artikolu 1(2), fl-emenda għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fil-paragrafi 5 sa 7, tal-Artikolu 429a l-ġdid:
minflok:
“5. Barra mit-trattament stabbilit fil-paragrafu 1, għad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub l-istituzzjonijiet jinkludu, fil-valur tal-iskopertura, l-ammonti nozzjonali effettivi rreferenzjati mid-derivattivi ta' kreditu bil-miktub imnaqqsa bi kwalunkwe bidla negattiva ta' valur ġust li ġiet inkorporata fil-kapital tal-Grad 1 fir-rigward tad-derivattivi tal-kreditu bil-miktub. Il-valur tal-iskopertura li tirriżulta tista' titnaqqas iżjed bl-ammont nozzjonali effettiv ta' derivattivi tal-kreditu mixtrija fuq l-istess isem ta' referenza sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
għal derivattivi tal-kreditu b'isem wieħed, id-derivattivi ta' kreditu mixtrija jridu jkunu fuq isem ta' referenza pari passu mal-obbligu referenzjarju sottostanti tad-derivattiva ta' kreditu bil-miktub, jew subordinarju għalih, u avveniment ta' kreditu fuq l-assi referenzjarju superjuri jirriżulta f'avveniment ta' kreditu fuq l-assi subordinat; |
(b) |
meta l-istituzzjoni tixtri protezzjoni fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza, il-protezzjoni mixtrija tista' tpaċi l-protezzjoni mibjugħa fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza biss jekk l-entitajiet referenzjarji u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet jkunu identiċi; |
(c) |
il-maturità li jifdal tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija hija ugwali jew akbar mill-maturità li jifdal tad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub; |
(d) |
fid-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura addizzjonali għad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija jitnaqqas bi kwalunkwe bidla fil-valur ġust pożittiv li ġie inkorporat fil-kapital tal-Grad 1 fir-rigward tad-derivattivi tal-kreditu mixtrija; |
(e) |
għal prodotti f'segmenti, id-derivattivi ta' kreditu mixtrija bħala protezzjoni huma dwar obbligu referenzjarju li jikklassifika daqs l-obbligu referenzjarju sottostanti tad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub. |
Meta l-ammont nozzjonali ta' derivattivi ta' kreditu bil-miktub ma jitnaqqasx b'ammont nozzjonali ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-iskopertura futura potenzjali individwali ta' dik id-derivattiva ta' kreditu bil-miktub mill-iskopertura futura potenzjali totali ddeterminata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, flimkien mal-Artikolu 274(2) jew l-Artikolu 299(2)(a) kif applikabbli. F'każ li l-iskopertura ta' kreditu futura potenzjali tiġi ddeterminata flimkien mal-Artikolu 298(1)(c)(ii), il-PCEgross jista' jitnaqqas mill-iskopertura futura potenzjali individwali ta' derivattivi ta' kreditu bil-miktub bl-ebda aġġustament tal-NGR.
6. L-istituzzjonijiet ma jnaqqsux l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub meta dawn jixtru protezzjoni ta' kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u jirreġistraw il-pagamenti netti riċevuti bħala introjtu nett, iżda ma jirreġistraw l-ebda deterjorazzjoni ta' tpaċija fil-valur tad-derivattiva ta' kreditu bil-miktub riflessa f'kapital tal-Grad 1.
7. F'każ ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq grupp ta' entitajiet referenzjarji, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu tnaqqis skont il-paragrafu 5 fuq derivattivi ta' kreditu bil-miktub fuq ismijiet ta' referenza individwali biss jekk il-protezzjoni mixtrija tkun ekwivalenti ekonomikament għax-xiri tal-protezzjoni separatament fuq kull isem individwali fil-grupp. Jekk istituzzjoni tixtri derivattiva ta' kreditu fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza, hija tista' tirrikonoxxi biss tnaqqis fuq grupp ta' derivattivi ta' kreditu bil-miktub meta l-grupp ta' entitajiet referenzjarji u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet jkunu identiċi.”.
aqra:
“5. Barra mit-trattament stabbilit fil-paragrafu 1, għad-derivattivi ta' kreditu mibjugħin l-istituzzjonijiet jinkludu, fil-valur tal-iskopertura, l-ammonti nozzjonali effettivi rreferenzjati mid-derivattivi ta' kreditu mibjugħin imnaqqsa bi kwalunkwe bidla negattiva ta' valur ġust li ġiet inkorporata fil-kapital tal-Grad 1 fir-rigward tad-derivattivi tal-kreditu mibjugħin. Il-valur tal-iskopertura li tirriżulta tista' titnaqqas iżjed bl-ammont nozzjonali effettiv ta' derivattivi tal-kreditu mixtrija fuq l-istess isem ta' referenza sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
għal derivattivi tal-kreditu b'isem wieħed, id-derivattivi ta' kreditu mixtrija jridu jkunu fuq isem ta' referenza pari passu mal-obbligu referenzjarju sottostanti tad-derivattiv ta' kreditu mibjugħ, jew subordinarju għalih, u avveniment ta' kreditu fuq l-assi referenzjarju superjuri jirriżulta f'avveniment ta' kreditu fuq l-assi subordinat; |
(b) |
meta l-istituzzjoni tixtri protezzjoni fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza, il-protezzjoni mixtrija tista' tpaċi l-protezzjoni mibjugħa fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza biss jekk l-entitajiet referenzjarji u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet jkunu identiċi; |
(c) |
il-maturità li jifdal tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija hija ugwali jew akbar mill-maturità li jifdal tad-derivattivi ta' kreditu mibjugħin; |
(d) |
fid-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura addizzjonali għad-derivattivi ta' kreditu mibjugħin, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija jitnaqqas bi kwalunkwe bidla fil-valur ġust pożittiv li ġie inkorporat fil-kapital tal-Grad 1 fir-rigward tad-derivattivi tal-kreditu mixtrija; |
(e) |
għal prodotti f'segmenti, id-derivattivi ta' kreditu mixtrija bħala protezzjoni huma dwar obbligu referenzjarju li jikklassifika daqs l-obbligu referenzjarju sottostanti tad-derivattiv ta' kreditu mibjugħ. |
Meta l-ammont nozzjonali ta' derivattivi ta' kreditu mibjugħin ma jitnaqqasx b'ammont nozzjonali ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-iskopertura futura potenzjali individwali ta' dak id-derivattiv ta' kreditu mibjugħ mill-iskopertura futura potenzjali totali ddeterminata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, flimkien mal-Artikolu 274(2) jew l-Artikolu 299(2)(a) kif applikabbli. F'każ li l-iskopertura ta' kreditu futura potenzjali tiġi ddeterminata flimkien mal-Artikolu 298(1)(c)(ii), il-PCEgross jista' jitnaqqas mill-iskopertura futura potenzjali individwali ta' derivattivi ta' kreditu mibjugħin bl-ebda aġġustament tal-NGR.
6. L-istituzzjonijiet ma jnaqqsux l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu mibjugħ meta dawn jixtru protezzjoni ta' kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u jirreġistraw il-pagamenti netti riċevuti bħala introjtu nett, iżda ma jirreġistraw l-ebda deterjorazzjoni ta' tpaċija fil-valur tad-derivattiv ta' kreditu mibjugħ riflessa f'kapital tal-Grad 1.
7. F'każ ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq grupp ta' entitajiet referenzjarji, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu tnaqqis skont il-paragrafu 5 fuq derivattivi ta' kreditu mibjugħin fuq ismijiet ta' referenza individwali biss jekk il-protezzjoni mixtrija tkun ekwivalenti ekonomikament għax-xiri tal-protezzjoni separatament fuq kull isem individwali fil-grupp. Jekk istituzzjoni tixtri derivattiv ta' kreditu fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza, hija tista' tirrikonoxxi biss tnaqqis fuq grupp ta' derivattivi ta' kreditu mibjugħin meta l-grupp ta' entitajiet referenzjarji u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet jkunu identiċi.”.