ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 54

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
1 ta' Marzu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/356 tal-15 ta' Frar 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Rheinisches Zuckerrübenkraut/Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Rübenkraut (IĠP))

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/357 tat-28 ta' Frar 2017 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva ċiklaniliprol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/358 tat-28 ta' Frar 2017 li jikkonferma l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva akrinatrina, kif stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/359 tat-28 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ossiflworfen ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/360 tat-28 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva buprofeżin ( 1 )

11

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/361 tat-28 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Iżvizzera tat-8 ta' Frar 2017 li temenda t-Tabelli II, III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati [2017/362]

16

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (1) daħal fis-seħħ fit-22 ta' Frar 2017.


(1)  ĠU L 284, 30.10.2015, p. 3.


REGOLAMENTI

1.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/356

tal-15 ta' Frar 2017

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Rheinisches Zuckerrübenkraut/Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Rübenkraut (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut”, irreġistrata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2012 (2).

(2)

Minħabba li l-emenda konċernata mhijiex minuri fit-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Rheinisches Zuckerrübenkraut”/“Rheinischer Zuckerrübensirup”/“Rheinisches Rübenkraut” (IĠP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2012 tas-6 ta' Lulju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Rheinisches Zuckerrübenkraut/Rheinischer Zuckerrübensirup/Rheinisches Rübenkraut (IĠP)] (ĠU L 182 du 13.7.2012, p. 10).

(3)  ĠU C 403, 1.11.2016, p. 9.


1.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/357

tat-28 ta' Frar 2017

dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva ċiklaniliprol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Diċembru 2013, l-Awstrija rċeviet applikazzjoni mingħand il-kumpanija ISK Biosciences Europe N.V. għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċiklaniliprol skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Fis-17 ta' Jannar 2014, skont l-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, l-Istat Membru relatur, innotifika lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) u (3) ta' dak ir-Regolament, għall-użu propost mill-applikant. L-Istat Membri relatur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni fl-1 ta' April 2015.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Awtorità. Fis-6 ta' April 2016, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta' pestiċidi tas-sustanza attiva ċiklaniliprol (2).

(5)

Bl-ittra tat-28 ta' Settembru 2016, ISK Biosciences Europe N.V. irtirat l-applikazzjoni tagħha għall-approvazzjoni taċ-ċiklaniliprol. Minħabba l-irtirar tal-applikazzjoni, is-sustanza ċiklaniliprol jenħtieġ li ma tiġix approvata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(6)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax it-tressiq ta' applikazzjoni oħra għaċ-ċiklaniliprol skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nonapprovazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva ċiklaniliprol mhijiex approvata.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2016;14(4):4452. Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu.


1.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/358

tat-28 ta' Frar 2017

li jikkonferma l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva akrinatrina, kif stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva akrinatrina kienet approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2011 (2) u hija elenkata fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). Skont ir-ringiela 19 tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, “l-użi bħala insettiċida u akariċida biss jistgħu jiġu awtorizzati f'rati li ma jaqbżux t-22,5 g/ha għal kull applikazzjoni”.

(2)

Fit-8 ta' Mejju 2012, Cheminova A/S, li permezz tat-talba tagħha kienet ġiet approvata l-akrinatrina, ressqet applikazzjoni għall-emenda tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva akrinatrina biex jiġi awtorizzat l-użu bħala insettiċida u akaraċida mingħajr restrizzjoni fuq ir-rata. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn tagħrif relatat mat-talba tal-estensjoni tal-użu. L-applikazzjoni tressqet lil Franza, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (4).

(3)

Franza vvalutat it-tagħrif imressaq mill-applikant u ppreparat addendum mal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni. Hija ressqet dak l-addendum quddiem il-Kummissjoni, u kopja quddiem l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) fil-5 ta' Novembru 2012.

(4)

L-Awtorità bagħtet l-addendum lill-applikant u lill-Istati Membri, u għamlitu disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li tat perjodu ta' 60 jum għas-sottomissjoni ta' kummenti bil-miktub.

(5)

Fid-dawl tal-addendum mal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha dwar l-akrinatrina fil-21 ta' Novembru 2013 (5), fir-rigward tal-użu mhux ristrett bħala insettiċida u akariċida.

(6)

L-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. Fid-dawl tal-addendum mal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tal-Istat Membru relatur u l-konklużjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni ppreżentat rapport ta' analiżi u abbozz ta' Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(7)

L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta' analiżi għall-akrinatrina inkluż l-addendum. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib imsemmi fil-premessa 8 ma setax jiġi eliminat.

(8)

Fuq il-bażi tar-rapport ta' analizi u fatturi oħra li huma leġittimi għall-kwistjoni li qed tingħata konsiderazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat li t-tagħrif addizzjonali mressaq mill-applikant ma jippermettix li jiġu eliminati l-punti speċifiċi ta' tħassib li wasslu għar-restrizzjoni tal-użu tal-akrinatrina f'rati li ma jaqbżux t-22,5 g/ha għal kull applikazzjoni. B'mod partikolari, l-akrinatrina hija sustanza tossika ħafna għall-ħut u l-invertebrati akkwatiċi u l-aċċettabilità tagħha fuq il-bażi tar-rati kurrenti diġà tirrikjedi mitigazzjoni estensiva tar-riskju. Id-dejta l-ġdida pprovduta mill-applikant naqset milli turi li ż-żieda sinifikanti ta' rati, u konsegwentement, ta' espożizzjoni, xorta waħda jirriżultaw f'riskju aċċettabbli għall-organiżmi akkwatiċi kkonċernati. Fl-aħħar nett, fuq il-bażi ta' tagħrif konfermatorju mressaq min-notifikant, l-EFSA tikkonkludi li rati ogħla jistgħu jwasslu għal riskju għoli għall-artropodi mhux fil-mira li jkompli jikkonferma li dawn ir-rati ma jistgħux jiżdiedu.

(9)

Għaldaqstant, ma ġiex ippruvat li wieħed jista' jistenna li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-akrinatrina jissodisfaw b'mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 meta jintużaw bħala insettiċida jew akariċida mingħajr restrizzjonijiet fuq ir-rata.

(10)

Il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva akrinatrina kif stabbiliti fir-ringiela 19 tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, għandhhom għalhekk jiġu kkonfermati.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Konferma tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni

Il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva akrinatrina, kif stipulat fir-ringiela 19 tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, huma kkonfermati.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2011 tad-29 ta' Settembru 2011 li japprova s-sustanza attiva akrinatrina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 255, 1.10.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 tal-14 ta' Awwissu 2002 li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23).

(5)  “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance acrinathrin.”EFSA Journal 2013;11(12):3469. Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm


1.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/359

tat-28 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ossiflworfen

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 798/2011 (2) approva l-ossiflworfen bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-applikant, li fuq talba tiegħu l-ossiflworfen ġie approvat, jipprovdi aktar tagħrif ta' konferma dwar ħames aspetti speċifiċi, li wieħed minnhom kien jikkonċerna r-riskju potenzjali għall-organiżmi akkwatiċi minħabba s-sustanza attiva u għall-metaboliti RH-45469, MW 306, MW 347, MW 274 u l-metabolit mhux identifikat Deg 27.

(2)

Fid-29 ta' Ġunju u fil-15 ta' Diċembru 2012 l-applikant ressaq informazzjoni addizzjonali li tindirizza r-rekwiżiti dwar id-dejta ta' konferma lill-Istat Membru relatur, Spanja, qabel ma skada l-perjodu ta' żmien previst għat-tressiq.

(3)

Spanja vvalutat l-informazzjoni addizzjonali mressqa mill-applikant. Fl-14 ta' Lulju 2014 hija ppreżentat il-valutazzjoni tagħha, fil-forma ta' addendum tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”.

(4)

L-Istati Membri, l-applikant u l-Awtorità ġew ikkonsultati u mitluba jipprovdu l-kummenti tagħhom fuq il-valutazzjoni tal-Istat Membru relatur. Fis-6 ta' Novembru 2014 l-Awtorità ppubblikat Rapport Tekniku li jiġbor ir-riżultat ta' din il-konsultazzjoni għall-ossiflworfen (3).

(5)

Il-Kummissjoni kkonsultat l-Awtorità b'rabta ma' ċerti oqsma tal-valutazzjoni. Fit-28 ta' Lulju 2015 l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-ossiflworfen (4). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, l-addendum u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u ġew iffinalizzati fl-24 ta' Jannar 2017 fil-format ta' rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni għall-ossiflworfen.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' analiżi għall-ossiflworfen.

(7)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li mill-informazzjoni addizzjonali pprovduta kien jidher li s-sustanza omm u l-metaboliti MW 347 u Deg 27 jirrappreżentaw riskju għoli għall-organiżmi akkwatiċi.

(8)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni ulterjuri ta' konferma meħtieġa ma ġietx ipprovduta kompletament u li ma setax jiġi eskluż ir-riskju għoli għall-organiżmi akkwatiċi mill-espożizzjoni għall-ossiflworfen u l-metaboliti MW 347 u Deg 27 ħlief billi jiġu imposti aktar restrizzjonijiet.

(9)

Għaldaqstant, sabiex titnaqqas l-espożizzjoni tal-organiżmi akkwatiċi huwa xieraq li jkun hemm aktar restrizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-użu ta' din is-sustanza attiva u li jiġu stipulati miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskju għall-protezzjoni ta' dawk l-ispeċijiet.

(10)

Għaldaqstant l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ossiflworfen.

(12)

Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ossiflworfen, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2018.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ossiflworfen bħala sustanza attiva sa mhux aktar mill-21 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 3

Perjodu ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja li jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 798/2011 tad-9 ta' Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva ossiflworfen, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 205, 10.8.2011, p. 9).

(3)  EFSA (L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2014. Technical report on the outcome of the consultation with Member States, the applicant and EFSA on the pesticide risk assessment of confirmatory data for oxyfluorfen. EFSA supporting publication 2014:EN-686. 40 pp.

(4)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment for the active substance oxyfluorfen in light of confirmatory data. EFSA Journal 2015; 13(8): 4205, 45 pp. doi: 10.2903/j.efsa.2015/4205.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal- 25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 11, ossiflworfen, tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI A

L-użi bħala erbiċida għal applikazzjonijiet identifikati qrib il-ħamrija mill-ħarifa sal-bidu tar-rebbiegħa biss jistgħu jiġu awtorizzati, b'rata li ma taqbiżx il-150 g ta' sustanza attiva għal kull ettaru, kull sena.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-ossiflworfen, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

F'din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jimponu l-applikazzjoni tat-tagħmir ta' protezzjoni personali adgwat fejn xieraq;

lir-riskji għall-organiżmi akkwatiċi, għall-mammiferi li jieklu d-dud tal-art, għall-makroorganiżmi li jgħixu fil-ħamrija, għall-artropodi mhux fil-mira u għall-pjanti mhux fil-mira.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju bħal żoni ta' protezzjoni ħielsa mill-bexx u bżieżel li jnaqqsu t-tixrid u għandhom jipprovdu għall-ittikkettar rispettiv ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Fejn xieraq, dawk il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu aktar miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.”


1.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/360

tat-28 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva buprofeżin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u partikolarment it-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/6/UE (2) inkludiet il-buprofeżin bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3), bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li n-notifikatur, li fuq talba tiegħu l-buprofeżin ġie inkluż f'dak l-Anness, jipprovdi aktar informazzjoni ta' konferma fir-rigward tal-fatturi ta' ipproċessar u ta' konverżjoni għall-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur.

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Fit-30 ta' Jannar 2013, l-applikant ressaq informazzjoni addizzjonali dwar l-fatturi ta' ipproċessar u ta' konverżjoni lill-Istat Membru relatur, ir-Rejnu Unit, qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' żmien previst.

(4)

Ir-Renju Unit wettaq valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mressqa mill-applikant. Fid-9 ta' Settembru 2014, ressaq il-valutazzjoni tiegħu, fil-forma ta' addendum tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala “l-Awtorità”.

(5)

Fit-28 ta' Lulju 2015 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità li ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-buprofeżin (5). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, l-addendum u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u ġew iffinalizzati fl-24 ta' Jannar 2017 fil-format tar-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni għall-buprofeżin.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport tar-reviżjoni għall-bupofeżin.

(7)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-informazzjoni addizzjonali pprovduta wriet li taħt kundizzjonijiet ta' pproċessar b'temperatura għolja l-buprofeżin jiġi ddegradat f'diversi metaboliti, inkluż l-anilina. L-anilina hija karċinoġenu li għalih ma jistax jiġi eskluż mekkaniżmu ġenotossiku u għalhekk ma jista' jiġi preżunt l-ebda limitu ta' espożizzjoni aċċettabbli.

(8)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni ta' konferma ulterjuri meħtieġa ma ġietx ipprovduta kompletament u li l-espożizzjoni tal-konsumaturi għall-anilina permezz tal-konsum ta' għelejjel ipproċessati ma tistax tiġi eskluża ħlief billi jiġu imposti aktar restrizzjonijiet. B'mod partikolari, l-użu tal-buprofeżin għandu jkun limitat għal għelejjel li ma jittiklux biss.

(9)

Ġie kkonfermat li s-sustanza attiva buprofeżin għandha titqies bħala approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Sabiex tiġi minimizzata l-espożizzjoni tal-konsumaturi għall-anilina huwa madankollu xieraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet ta' użu ta' din is-sustanza attiva.

(10)

Għaldaqstant l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-buprofeżin.

(12)

Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-buprofeżin, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dak il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2018.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Fejn hu meħtieġ, l-Istati Membri għandhom, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-buprofeżin bħala sustanza attiva sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 3

Perjodu ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja li jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/6/UE tal-20 ta' Jannar 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-buprofeżin bħala sustanza attiva (ĠU L 18, 21.1.2011, p. 38).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment for the active substance buprofezin in light of confirmatory data. EFSA Journal 2015; 13(8): 4207, 24 pp. doi: 10.2903/j.efsa.2015/4207


ANNESS

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 320, buprofeżin, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI A

Użi bħala insettiċida u akariċida fuq għelejjel mhux għall-ikel biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-buprofeżin, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

F'din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jimponu l-applikazzjoni ta' tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali fejn xieraq;

lill-applikazzjoni ta' perjodu ta' stennija xieraq għan-newbiet tal-għelejjel fis-serer;

lir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u jiżguraw li, fejn hu xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu jimponu miżuri adegwati għat-taffija tar-riskju.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.”


1.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/361

tat-28 ta' Frar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

232,7

IL

243,7

MA

100,2

TR

94,5

ZZ

167,8

0707 00 05

MA

64,9

TR

204,0

ZZ

134,5

0709 91 00

EG

113,1

ZZ

113,1

0709 93 10

MA

54,1

TR

161,7

ZZ

107,9

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

54,7

IL

77,6

MA

45,7

TN

49,3

TR

74,6

ZZ

60,4

0805 50 10

EG

82,4

TR

71,7

ZZ

77,1

0808 30 90

CL

102,0

CN

100,4

ZA

114,9

ZZ

105,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/16


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-IŻVIZZERA

tat-8 ta' Frar 2017

li temenda t-Tabelli II, III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati [2017/362]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera ffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972 (1), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (2) ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta' Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 ta' dak il-Protokoll,

Filwaqt li jfakkar li l-Protokoll Nru 2 revedut ġie konkluż bil-għan li jitjieb l-aċċess reċiproku għas-swieq tal-prodotti agrikoli pproċessati,

Filwaqt li jirreferi għat-tħassib li tqajjem mill-UE fil-61 laqgħa tal-Kumitat Konġunt fit-3 ta' Diċembru 2015,

Filwaqt li jqis li jkun utli li jsir aġġustament tekniku għall-iffissar tal-ammonti bażiċi elenkati fit-Tabella IV(b) tal-Protokoll Nru 2 b'żieda minn 15 għal 18,5 fil-mija tat-tnaqqis applikat għad-differenzi fil-prezzijiet ta' referenza biex jiġu ffissati l-ammonti bażiċi,

Filwaqt li jqis li dan l-aġġustament tekniku jipprovdi soluzzjoni għat-tħassib tal-UE dwar il-preservazzjoni tal-marġini preferenzjali relattivi tal-Partijiet Kontraenti kif stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tal-Protokoll Nru 2 u li jkun konformi mal-għan ġenerali tal-Ftehim li huwa l-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti,

Filwaqt li jinnota li l-Partijiet Kontraenti biħsiebhom ikomplu josservaw l-obbligi rispettivi tagħhom skont il-Protokoll Nru 2, partikolarment biex jimplimentaw il-klawżola tar-rieżami stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 5 mill-inqas darba kull sena, b'konformità mal-objettivi ta' dan il-Protokoll.

Billi:

(1)

It-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim jelenkaw il-prodotti li għalihom japplika dan il-Protokoll. Il-prodotti kollha tal-intestatura SA 2202 jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Protokoll Nru 2, ħlief il-meraq tal-frott jew il-meraq tal-ħaxix imħalltin bl-ilma jew miżjudin bil-gass. Interpretazzjonijiet diverġenti dwar id-definizzjoni tal-meraq tal-frott jew tal-meraq tal-ħaxix imħalltin bl-ilma jew miżjudin bil-gass irriżultaw fi prattiki ta' klassifikazzjoni inkonsistenti.

(2)

Għalhekk jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-prodotti tal-intestatura SA 2202 esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Protokoll tiġi ċċarata fit-Tabella II.

(3)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, ġew stabbiliti prezzijiet ta' referenza domestiċi għall-Partijiet Kontraenti.

(4)

Il-prezzijiet reali fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li għaliha huma applikati miżuri ta' kumpens tal-prezzijiet, inbidlu.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-prezzijiet ta' referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV, fil-punt (b) tal-Protokoll Nru 2 jiġu aġġornati kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella II hija emendata kif stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

It-Tabella III hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni;

(c)

Fit-Tabella IV, il-punt (b) huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2017 u għandha tapplika minn dik id-data.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Marzu 2017.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2017.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Petros SOURMELIS


(1)  ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.


ANNESS I

Fit-Tabella II, l-entrata għall-intestatura SA Nru 2202 hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt:

“HS

Nru tal-Intestatura

Deskrizzjoni tal-prodotti

2202

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet miżjudin bil-gass, li fihom iz-zokkor miżjud jew xi sustanzi oħra tat-taħlil jew li jagħtu t-togħma, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, għajr il-meraq tal-frott jew il-meraq tal-ħaxix imsemmija fl-intestatura Nru 2009 :

.10

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet miżjudin bil-gass, li fihom iz-zokkor miżjud jew xi sustanzi oħra tat-taħlil jew li jagħtu t-togħma

.91

Birra mhux alkoħolika

.99

Oħrajn:

ex ex.99

— —

Għajr il-meraq tal-frott jew tal-ħaxix imsemmija fl-intestaturi Nru 2002 u Nru 2009 u t-taħlitiet tagħhom, miżjudin bil-gass jew imħalltin bl-ilma jew bl-estratti milwiema tat-te, tal-ħxejjex aromatiċi, tal-kafè jew tal-maté, għajr dawk li fihom il-komponenti tal-ħalib tal-intestaturi Nru 0401 u Nru 0402 ”


ANNESS II

“Tabella III

Prezzijiet domestiċi ta' referenza tal-UE u tal-Iżvizzera

Materja prima agrikola

Prezz domestiku ta' referenza tal-Iżvizzera

CHF għal kull 100 kg netti

Prezz domestiku ta' referenza tal-UE

CHF għal kull 100 kg netti

L-Artikolu 4(1)

Applikat fl-Iżvizzera Differenza fil-prezz ta' referenza tal-Iżvizzera/tal-UE

CHF għal kull 100 kg netti

L-Artikolu 3(3)

Applikat fl-UE Differenza fil-prezz ta' referenza tal-Iżvizzera/tal-UE

EUR għal kull 100 kg netti

Qamħ komuni

52,10

18,37

33,75

0,00

Qamħ durum

1,20

0,00

Segala

42,75

16,35

26,40

0,00

Xgħir

Qamħirrum

Dqiq tal-qamħ komuni

90,40

40,20

50,20

0,00

Trab tal-ħalib sħiħ

585,00

261,37

323,65

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

396,20

195,08

201,10

0,00

Butir

1 010,90

368,10

642,80

0,00

Zokkor abjad

Bajd

38,00

0,00

Patata friska

43,25

17,66

25,60

0,00

Xaħam veġetali

170,00

0,00”


ANNESS III

Tabella IV

“(b)

L-ammonti bażiċi għall-materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima agrikola

Ammont bażiku applikat fl-Iżvizzera

L-Artikolu 3(2)

Ammont bażiku applikat fl-UE

L-Artikolu 4(2)

CHF għal kull 100 kg netti

EUR għal kull 100 kg netti

Qamħ komuni

27,20

0,00

Qamħ durum

1,00

0,00

Segala

20,95

0,00

Xgħir

Qamħirrum

Dqiq tal-qamħ komuni

40,90

0,00

Trab tal-ħalib sħiħ

262,65

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

163,90

0,00

Butir

523,90

0,00

Zokkor abjad

Bajd

30,95

0,00

Patata friska

19,90

0,00

Xaħam veġetali

138,55

0,00”