ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 47

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
24 ta' Frar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/316 tat-22 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/317 tat-23 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

4

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/318 tat-23 ta' Frar 2017 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-ħames sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/319 tal-21 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/677/UE li tawtorizza lil-Lussemburgu biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

7

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/320 tal-21 ta' Frar 2017 li tawtorizza lil Franza tikkonkludi ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Ajruport Basel-Mulhouse li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/321 tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 (ATALANTA/1/2017)

11

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/322 tat-22 ta' Frar 2017 dwar eżenzjonijiet mid-dazju antidumping estiż fuq ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata bid-dokument C(2017) 1129)

13

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/316

tat-22 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-dejta li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom jinbidlu biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

115,2

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

138,9

0

AR

128,1

0

BR

0207 14 10

Qatgħat tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, mingħajr għadam, iffriżati

228,7

21

AR

191,8

34

BR

284,6

5

CL

222,6

23

TH

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

407,9

0

BR

302,9

0

CL

0408 91 80

Bajd, imnixxef, mingħajr qoxra

429,2

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ

194,6

28

BR


(1)  In-Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” ifisser “oriġinijiet oħrajn”.”


24.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/317

tat-23 ta' Frar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

75,4

MA

110,1

TR

100,5

ZZ

95,3

0707 00 05

MA

86,6

TR

190,3

ZZ

138,5

0709 91 00

EG

113,1

ZZ

113,1

0709 93 10

MA

55,4

TR

172,3

ZZ

113,9

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

43,6

IL

75,0

MA

50,0

TN

50,3

TR

73,1

ZA

196,8

ZZ

81,5

0805 21 10 , 0805 21 90 , 0805 29 00

EG

73,3

IL

129,0

JM

120,8

MA

102,0

TR

62,1

ZZ

97,4

0805 22 00

IL

120,6

MA

101,2

ZZ

110,9

0805 50 10

EG

82,4

TR

72,2

ZZ

77,3

0808 10 80

US

115,7

ZZ

115,7

0808 30 90

CL

175,7

CN

84,8

ZA

110,9

ZZ

123,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


24.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/318

tat-23 ta' Frar 2017

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-ħames sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għall-ħames stedina għall-offerti parzjali, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-ħames sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fil-21 ta' Frar 2017, ma għandu jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

24.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/7


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/319

tal-21 ta' Frar 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/677/UE li tawtorizza lil-Lussemburgu biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li ma użawx l-għażla taħt l-Artikolu 14 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE (2) jistgħu jeżentaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 5 000 jew l-ammont ekwivalenti fil-munita nazzjonali. Huma jistgħu wkoll jagħtu ħelsien gradwat mit-taxxa lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom jaqbeż il-limitu massimu stabbilit minnhom għall-applikazzjoni tiegħu.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/677/UE (3), il-Lussemburgu kien awtorizzat, bħala miżura li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE (“il-miżura ta' deroga”), biex jeżenta, sal-31 ta' Diċembru 2016, mill-VAT lil persuni taxxabbli li għandhom fatturat annwali ta' mhux aktar minn EUR 25 000.

(3)

B'ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-26 ta' Settembru 2016, il-Lussemburgu talab awtorizzazzjoni biex jestendi l-miżura ta' deroga mill-1 ta' Jannar 2017 u, fl-istess ħin, biex iżid il-livell limitu minn EUR 25 000 għal EUR 30 000.

(4)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tal-Lussemburgu, permezz ta' ittri datati l-4 ta' Ottubru 2016. B'ittra datata l-5 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Lussemburgu li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra t-talba.

(5)

Skont l-informazzjoni li pprovda l-Lussemburgu, 970 persuna taxxabbli addizzjonali jistgħu potenzjalment jagħmlu użu mill-miżura ta' deroga biex inaqqsu l-obbligi tal-VAT tagħhom imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE. Għaldaqstant jonqos ukoll il-piż fuq l-amministrazzjoni tat-taxxa fir-rigward tal-ġbir tat-taxxa u tal-awditjar ta' negozji żgħar.

(6)

Peress li l-miżura ta' deroga se tirriżulta f'obbligi tal-VAT imnaqqsa għal negozji żgħar, li xorta jistgħu jagħżlu l-arranġamenti regolari tal-VAT skont l-Artikolu 290 tad-Direttiva 2006/112/KE, jeħtieġ li l-Lussemburgu jiġi awtorizzat biex japplika ż-żieda fil-livell limitu sal-31 ta' Diċembru 2019.

(7)

Normalment id-derogi jingħataw għal żmien limitat biex tkun tista' ssir valutazzjoni jekk il-miżura speċjali tkunx xierqa u effettiva. Barra minn hekk, billi l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar skema speċjali għall-intrapriżi żgħar huma soġġetti għal rieżami, huwa possibbli li tidħol fis-seħħ Direttiva, qabel il-31 ta' Diċembru 2019, li temenda dawk id-dispożizzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżura ta' deroga tkun limitata fiż-żmien u jkollha klawżola ta' estinzjoni.

(8)

Biex jiġi żgurat li jinkisbu l-għanijiet tal-miżura ta' deroga, partikolarment li jiġu evitati effetti ta' tfixkil u li jkunu żgurati kondizzjonijiet ekwi, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2017. Bil-provvediment tal-applikazzjoni retroattiva tal-miżura ta' deroga jkunu rispettati l-aspettativi leġittimi tal-persuni kkonċernati, billi l-miżura ta' deroga ma tinċidix fuq id-drittijiet u l-obbligi ta' operaturi ekonomiċi jew individwi.

(9)

Skont informazzjoni mogħtija mil-Lussemburgu, iż-żieda fil-livell limitu se jkollha impatt negliġibbli fuq l-ammont globali tad-dħul mill-VAT miġbur fl-istadju tal-konsum finali.

(10)

Il-miżura ta' deroga hija skont l-għanijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa”.

(11)

Il-miżura ta' deroga ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li ġejjin mill-VAT peress li l-Lussemburgu se jwettaq kalkolu ta' kumpens skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 (4).

(12)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/677/UE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/677/UE huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Lussemburgu huwa awtorizzat li jeżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx EUR 30 000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2019, jew sad-dħul fis-seħħ ta' Direttiva li temenda l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar skema speċjali għall-intrapriżi żgħar, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCICLUNA


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat minn negozju — L-istruttura u l-proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303/67).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/677/UE tal-15 ta' Novembru 2013 li tawtorizza lil-Lussemburgu jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 316, 27.11.2013, p. 33).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).


24.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/9


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/320

tal-21 ta' Frar 2017

li tawtorizza lil Franza tikkonkludi ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Ajruport Basel-Mulhouse li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 396(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE rigward il-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' dik id-Direttiva, is-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) hija, bħala regola, applikabbli fit-territorju ta' Stat Membru.

(2)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-24 ta' Settembru 2015, Franza talbet awtorizzazzjoni sabiex tikkonkludi ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera (“l-Iżvizzera”) dwar l-Ajruport Basel-Mulhouse (“l-Ajruport”) li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mid-Direttiva 2006/112/KE.

(3)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 396(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn permezz ta' ittra datata l-24 ta' Ottubru 2016 bit-talba magħmula minn Franza. Permezz ta' ittra datata l-25 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni nnotifikat lil Franza li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tqis it-talba.

(4)

L-Ajruport jinstab kollu kemm hu fit-territorju tal-Unjoni. Madankollu, il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Iżvizzera tal-4 tal-Lulju 1949 rigward il-bini u t-tħaddim tal-ajruport ta' Basel-Mulhouse, fi Blotzheim (“il-Konvenzjoni”) tipprovdi settur speċjali tad-dwana Żvizzeru f'żona delimitata tal-ajruport fejn l-awtoritajiet Żvizzeri jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq l-oġġetti u l-passiġġieri ħerġin minn jew deħlin fl-Iżvizzera. Fil-konvenzjoni kien previst ukoll li ftehim separat bejn il-pajjiżi rispettati jiġi konkluż, inter alia, dwar ir-regoli fiskali li jirregolaw dak is-settur.

(5)

Inqalgħu problemi rigward is-settur tad-dwana Żvizzeru, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll fuq l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT minn negozji stabbiliti fi ħdan dak is-settur.

(6)

Fl-2015 Franza u l-Iżvizzera qablu li jikkonkludu ftehim internazzjonali li skontu s-settur tad-dwana Żvizzeru jkun meqjus bħala territorju Żvizzeru għal skopijiet ta' VAT. Billi dak il-fatt jidderoga mid-Direttiva 2006/112/KE, jeħtieġ li jkun hemm awtorizzazzjoni fl-Artikolu 396 ta' dik id-Direttiva.

(7)

Franza ser tiżgura li d-deroga ma jkollha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li ġejjin mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza hija b'dan awtorizzata tikkonkludi ftehim mal-Iżvizzera dwar l-Ajruport BaselMulhouse li jipprovdi, b'deroga mid-Direttiva 2006/112/KE, li s-settur tad-dwana Żvizzeru fl-Ajruport, stabbilit skont l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni bejn Franza u l-Iżvizzera tal-4 ta' Lulju 1949 rigward il-bini u t-tħaddim tal-ajruport tal-Ajruport Basel-Mulhouse, fi Blotzheim, m'għandux ikun meqjus li jifforma parti mit-territorju ta' Stat Membru fit-tifsira tal-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCICLUNA


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


24.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/321

tal-21 ta' Frar 2017

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 (ATALANTA/1/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fid-9 ta' Ġunju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 (2) li taħtar lill-Komodor René LUYCKX bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tar-Rear Admiral Rafael FERNÁNDEZ-PINTADO MUÑOZ-ROJAS bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex jissuċċiedi lill-Komodor René LUYCKX mill-24 ta' Frar 2017.

(4)

Fid-19 ta' Jannar 2017, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Rear Admiral Rafael FERNÁNDEZ-PINTADO MUÑOZ-ROJAS huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mill-24 ta' Frar 2017.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' Frar 2017.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Frar 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/940 tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/395 (ATALANTA/3/2016) (ĠU L 155, 14.6.2016, p. 27).


24.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/13


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/322

tat-22 ta' Frar 2017

dwar eżenzjonijiet mid-dazju antidumping estiż fuq ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97

(notifikata bid-dokument C(2017) 1129)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta' Jannar 1997 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta' Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' wħud mill-partijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Dazju antidumping bħalissa japplika fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' partijiet essenzjali ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 (“ir-Regolament ta' estensjoni”) tad-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”).

(2)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-estensjoni, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tingħata s-setgħa biex tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta' partijiet essenzjali tar-rota li ma humiex ċirkomvenzjoni tad-dazju antidumping.

(3)

Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta' eżenzjoni”) li jistabbilixxi s-sistema ta' eżenzjoni speċifika.

(4)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżentat għadd ta' persuni li jarmaw ir-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”).

(5)

Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta' eżenzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi suċċessivi tal-partijiet eżentati (4).

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni l-aktar reċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament ta' eżenzjoni kienet adottata fil-15 ta' Diċembru 2015 (5).

1.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-tabelli 1 sa 3 hawn taħt it-talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina li dawn kienu ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni.

(8)

Dawn il-partijiet ingħataw possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom.

(9)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet minn dawn il-partijiet, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta' kull importazzjoni ta' partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet ġie sospiż mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet tagħhom.

2.   AWTORIZZAZZJONI TAL-EŻENZJONIJIET

(10)

L-eżaminazzjoni tal-mertu tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-tabella 1 ġiet konkluża.

Tabella 1

Kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

B963

PANEX DINAMIC d.o.o.

Dr. Tome Bratkovića 1, HR-40000 Čakovec, Croatia

C001

CICLI EUROPA s.r.l.

34 Via portella Bifuto, IT-93017 San Cataldo (CL), Italy

C002

OLYMPIQUE SARL

ZA Les Epalits, FR-42610 Saint-Romain-le-Puy, France

C021

Kuisle & Kuisle GmbH

Füssener Straße 22 a, DE-87675 Stötten, Germany

B960

In Cycles — Montagem e Comércio de Bicicletas Lda.

Zona Industrial De Barrô Norte/Sul, N.o 976, Fracçao A/B e D, AP. 52, PT-3750-353 Barrô Águeda, Portugal

C053

Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna “Trans-Rower” Roman Tylec

Dąbie 47, PL-39-311 Zdziarzec, Poland

(11)

Matul l-eżaminazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fiċ-Ċina jikkostitwixxu inqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti assemblati minn dawn il-partijiet.

(12)

Konsegwentement, l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħhom jaqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(13)

Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-tabella 1 jenħtieġ li jiġu eżentati mid-dazju estiż.

(14)

Skont l-Artikolu 7(2), l-eżenzjonijiet tagħhom jenħtieġ li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tat-talbiet tagħhom u, barra minn hekk, id-dejn doganali tagħhom fir-rigward tad-dazju estiż jenħtieġ li jitqies null mill-istess data.

(15)

Dawn il-partijiet ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-merti tat-talbiet tagħhom u ngħataw opportunità biex jikkummentaw fuqhom.

(16)

Billi l-eżenzjonijiet se japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-tabella 1 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, jenħtieġ li l-partijiet eżentati jinnotifikaw lill-Kummissjoni (6) minnufih, dwar kwalunkwe bidliet għal dawn (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda ta' assemblaġġ).

(17)

F'każ bħal dan, il-parti jenħtieġ li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

3.   AĠĠORNAMENT TA' REFERENZI GĦAL PARTIJIET EŻENTATI

(18)

Il-partijiet eżentati elenkati fit-tabella 2 innotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-bidliet fir-referenzi tagħhom (l-ismijiet, il-foromoli legali jew l-indirizzi). Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni mressqa, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni stabbiliti fir-Regolament ta' eżenzjoni.

(19)

Filwaqt li l-eżenzjoni ta' dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' eżenzjoni tibqa' mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati.

Tabella 2

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-referenza ta' qabel

Il-bidla

A662

Credat Industries a.s.,

V. Palkovicha 19

SK-946 03 Kolárovo, is-Slovakkja

L-indirizz tal-kumpanija nbidel għal:

“Priemyselný areál 3415

SK-946 03 Kolárovo, Slovakia”

A247

AT Zweirad GmbH,

Boschstrasse 18, DE-48341 Altenberge, Germany

L-indirizz tal-kumpanija nbidel għal:

“Zur Steinkuhle 2, DE-48341 Altenberge, Germany”

A995

Planet X Ltd,

Unit 6, Ignite Business Park, Magna Way, Rotherham GB-S60 1FD, United Kingdom

L-indirizz tal-kumpanija nbidel għal:

“Unit 38-41, Aldwarke Wharfe Business Park, Waddington Way, Rotherham, South Yorkshire GB-S65 3SH, United Kingdom”

A542

Biuro Ekonomiczno-Handlowe Jan Zasada,

ul. Fabryczna 6, PL-98-300 Wieluń, Poland

L-isem u l-forma ġuridika tal-kumpanija nbidlu għal:

“Biuro Ekonomiczno-Handlowe Jan Zasada Sp. z o.o.”

8983

Mara Cicli SRL,

Via della Pergola 5, IT-21052 Busto Arsizio (VA), Italy

L-isem, il-forma ġuridika u l-indirizz tal-kumpanija nbidlu għal:

“Mandelli SPA

Via Tommaso Grossi 5, IT-20841 Carate Brianza (MB), Italy”

A605

Bohemia Bike a.s.,

Okružní 697, CZ-370 01 České Budějovice, Czech Republic

L-indirizz tal-kumpanija nbidel għal

“Na Pankráci 1724/129 Nusle

CZ-140 00 Praha 4,

Czech Republic”

4.   SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦAL PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI

(20)

L-eżaminazzjoni tal-mertu tat-talba mill-partijiet elenkati fit-tabella 3 tinsab għaddejja. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mingħand dawn il-partijiet il-pagament tad-dazju estiż huwa sospiż.

(21)

Billi l-eżenzjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-tabella 3 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, jenħtieġ li li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) minnufih, dwar kwalunkwe bidla għal dawn (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda ta' assemblaġġ).

(22)

F'każ bħal dan, il-parti jenħtieġ li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

Tabella 3

Kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

C003

Interbike Spółka z o.o.

ul. Śląska 6/5, PL-42-200 Częstochowa, Poland

C049

Cycles Sport North Ltd

363 Leach Place, Walton Summit Center, Preston, GB-PR5 8AS, United Kingdom

C170

Hermann Hartje KG

Deichstrasse 120-122, DE-27318 Hoya, Germany

C102

Uno Bike B.V.

Bovendijk 213, NL-3045 PD Rotterdam, The Netherlands

C128

VELOSPRINT S

Trnavská 40, SK-949 01 Nitra, Slovakia

C169

Pelago MFG oy

Tyynenmerenkatu 6 L3, FI-00220 Helsinki, Finland

C202

VANMOOF B.V.

Mauritskade 55, NL-1092 AD Amsterdam, The Netherlands

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Artikolu 2

Il-partijiet elenkatati fit-tabella 1 hawn taħt huma b'dan eżentati mill-estensjoni bir-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (8) fuq importazzjonijiet ta' ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjonijiet tagħhom għandhom jidħlu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet ta' dawn il-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

L-eżenzjonijiet għandhom japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-tabella 1 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom.

Il-partijiet eżentati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih, b'kull bidla f'dawn, waqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni.

Tabella 1

Partijiet Eżentati

Kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

Data tad-dħul fis-seħħ

B960

In Cycles — Montagem e Comércio de Bicicletas Lda.

Zona Industrial De Barrô Norte/Sul, N.o 976, Fracçao A/B e D, AP. 52, PT-3750-353 Barrô Águeda, Portugal

2.5.2014

B963

PANEX DINAMIC d.o.o.

Dr. Tome Bratkovića 1, HR-40000 Čakovec, Croatia

13.8.2014

C002

OLYMPIQUE SARL

ZA Les Epalits, FR-42610 Saint-Romain-le-Puy, France

28.10.2014

C001

CICLI EUROPA s.r.l.

34 Via portella Bifuto, IT-93017 San Cataldo (CL), Italy

10.11.2014

C021

Kuisle & Kuisle GmbH

Füssener Straße 22 a, DE-87675 Stötten, Germany

17.2.2015

C053

Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna “Trans-Rower” Roman Tylec

Dąbie 47, PL-39-311 Zdziarzec, Poland

1.7.2015

Artikolu 3

Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 2 hawn taħt huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawn il-partijiet eżentati kif stipulat fil-kolonna intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.

Tabella 2

Partijiet eżentati li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza

Kodiċi TARIC addizzjonali

Referenza ta' qabel

Referenza ġdida

Data tad-dħul fis-seħħ

A662

Credat Industries a.s.,

V. Palkovicha 19,

SK-946 03 Kolárovo, Slovakia

Credat Industries a.s.,

Priemyselný areál 3415,

SK-946 03 Kolárovo, Slovakia

21.3.2016

A247

AT Zweirad GmbH,

Boschstrasse 18,

DE-48341 Altenberge, Germany

AT Zweirad GmbH,

Zur Steinkuhle 2,

DE-48341 Altenberge, Germany

17.2.2016

A995

Planet X Ltd,

Unit 6, Ignite Business Park, Magna Way,

Rotherham GB-S60 1FD, United Kingdom

Planet X Ltd,

Unit 38-41, Aldwarke Wharfe Business Park, Waddington Way, Rotherham, South Yorkshire GB-S65 3SH, United Kingdom

17.11.2016

8983

Mara Cicli SRL,

Via della Pergola 5,

IT-21052 Busto Arsizio (VA), Italy

Mandelli SPA,

Via Tommaso Grossi 5,

IT-20841 Carate Brianza (MB), Italy

1.1.2017

A605

Bohemia Bike a.s.,

Okružní 697,

CZ-370 01 České Budějovice, Czech Republic

Bohemia Bike a.s.,

Na Pankráci 1724/129 Nusle

CZ-140 00 Praha 4, Czech Republic

25.1.2017

A542

Biuro Ekonomiczno-Handlowe Jan Zasada

ul. Fabryczna 6, PL-98-300 Wieluń, Poland

Biuro Ekonomiczno-Handlowe Jan Zasada Sp. z o.o.

ul. Fabryczna 6, PL-98-300 Wieluń, Poland

2.1.2017

Artikolu 4

Il-partijiet elenkati fit-tabella 3 hawn taħt qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom jidħlu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet ta' dawn il-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Dawn is-sospensjonijiet għandhom japplikaw biss għall-partijiet eżaminati speċifikament imsemmija fit-tabella 3 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom.

Il-partijiet li qed jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih, b'kull bidla f'dawn, waqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' sospensjoni.

Tabella 3

Partijiet li qed jiġu eżaminati

Kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

Data tad-dħul fis-seħħ

C003

Interbike Spółka z o.o.

ul. Śląska 6/5, PL-42-200 Częstochowa, Poland

18.12.2014

C049

Cycles Sport North Ltd

363 Leach Place, Walton Summit Center, Preston, GB-PR5 8AS, United Kingdom

27.4.2015

C102

Uno Bike B.V.

Bovendijk 213, NL-3045 PD Rotterdam, The Netherlands

24.11.2015

C170

Hermann Hartje KG

Deichstrasse 120-122, DE-27318 Hoya, Germany

29.9.2016

C128

VELOSPRINT S

Trnavská 40, SK-949 01 Nitra, Slovakia

14.4.2016

C169

Pelago MFG oy

Tyynenmerenkatu 6 L3, FI-00220 Helsinki, Finland

23.9.2016

C202

VANMOOF B.V.

Mauritskade 55, NL-1092 AD Amsterdam, The Netherlands

19.12.2016

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 2, 3 u 4. Hija wkoll ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(4)  ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, OJ C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16 and ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86, ĠU L 119, 23.4.2014, p. 67, ĠU L 132, 29.5.2015, p. 32, ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30.

(5)  ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30.

(6)  Il-partijiet huma mogħtija l-parir li jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu

(7)  Il-partijiet huma mogħtija l-pariri li jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta' Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).