ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
10.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/225
tas-7 ta' Frar 2017
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, ftehim ma' Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”). |
(2) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1342 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u jkun applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Lulju 2016. |
(3) |
Il-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. F'dak il-Kumitat Konġunt, l-Unjoni tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti mwaqqaf bis-saħħa tal-Artikolu 6 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) Kunsens mogħti fl-1 ta' Diċembru 2016.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1342 tal-24 ta' Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 213, 6.8.2016, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
REGOLAMENTI
10.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/226
tas-7 ta' Frar 2017
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
Ġugarelli, ippreżentati fl-istess pakkett għal bejgħ bl-imnut, li jikkonsistu minn:
Ara l-istampa (*1) |
9503 00 70 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 9503 00 u 9503 00 70 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 9503 00 30 bħala “ferrovija elettrika, inkluż il-binarji, sinjali u aċċessorji oħrajn għalihom” hija eskluża minħabba li s-“sett” fih ukoll ġugarelli oħrajn tal-injam u tal-plastik, bħal sinjali tat-traffiku, karozzi, figuri umani, annimali, siġar, eċċ., li min-naħa tagħhom huma ġugarelli. Dawk il-ġugarelli mhumiex direttament konnessi mal-ferrovija elettrika u l-binarji bħal stazzjon tal-ferrovija, il-qsim tal-binarji jew il-pont tal-ferrovija konsegwentement ma jkunux u mhumiex meqjusa bħala aċċessorji ta' ferrovija elettrika (Ara wkoll in-Nota ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 9503 , (D) (iv)). Is-“sett” tal-ġugarelli jikkonsisti minn tipi differenti ta' oġġetti, iddisinjati għall-mogħdija taż-żmien tat-tfal jew l-adulti, impoġġija fl-istess pakkett għal bejgħ bl-imnut (ara wkoll l-HSEN għal Kapitolu 95, Informazzjoni Ġenerali u Noti ta' Spjegazzjoni għal kodiċi NM 9503 00 70 ). Għaldaqstant l-oġġett għandu jkun ikklassifikat taħt il-kodiċi NM 9503 00 70 bħala “ġugarelli oħrajn, ippreżentati f'settijiet”. |
(*1) L-istampa qiegħda hemm biss għal raġunijiet ta' informazzjoni
10.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/227
tad-9 ta' Frar 2017
li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-eteru tal-bis(pentabromofenil)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-eteru tal-bis(pentabromofenil) (“decaBDE”) jintuża ħafna bħala addittiv ritardant tal-fjammi b'applikazzjonijiet f'ħafna setturi differenti, b'mod partikolari fl-oġġetti tal-plastik u tat-tessuti iżda wkoll fl-adeżivi, fis-siġillanti, fil-kisi u fil-linka. |
(2) |
Fid-29 ta' Novembru 2012, il-Kumitat tal-Istati Membri, imsemmi fl-Artikolu 76(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, identifika d-decaBDE bħala sustanza persistenti, bijoakkumulattiva u tossika (“PBT”) u bħala sustanza persistenti ħafna u bijoakkumulattiva ħafna (“vPvB”) skont il-punti (d) u (e) rispettivament tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Fid-19 ta' Diċembru 2012, is-sustanza kienet inkluża fil-Lista tal-Kandidati ta' Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (“SVHC”) għall-inklużjoni possibbli fl-Anness XIV tar-REACH. |
(3) |
Fit-2 ta' Mejju 2013, in-Norveġja pproponiet li d-decaBDE tiġi elenkata fl-Anness A (Eliminazzjoni) tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (POPs). |
(4) |
Wara l-proposta tan-Norveġja, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-aħjar miżura regolatorja ma għadhiex li d-decaBDE tkun soġġetta għar-rekwiżit tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) biex tħejji dossier li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“dossier tal-Anness XV”), bil-għan li jinbeda proċess ta' restrizzjoni skont l-Artikoli 69 sa 73 ta' dak ir-Regolament. |
(5) |
Fl-4 ta' Awwissu 2014, l-Aġenzija, flimkien man-Norveġja, ressqet dossier tal-Anness XV (2) lill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (“RAC”) u lill-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (“SEAC”) tagħha. Id-dossier juri li tinħtieġ azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġi indirizzat ir-riskju lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent minħabba l-manifattura, l-introduzzjoni fis-suq jew l-użu tad-decaBDE, weħidha, bħala kostitwent ta' sustanzi oħra, jew f'taħlitiet u f'oġġetti. |
(6) |
Fit-2 ta' Ġunju 2015, ir-RAC adotta l-opinjoni tiegħu, li kkonfermat li l-proprjetajiet persistenti u bijoakkumulattivi tad-decaBDE jagħtu lok għal tħassib speċifiku dwar id-distribuzzjoni mifruxa tiegħu u dwar il-potenzjal tiegħu li jikkawża ħsara irriversibbli lill-ambjent fit-tul, anke wara li jkunu waqfu l-emissjonijiet. Barra minn hekk, l-espożizzjoni għad-decaBDE tista' twassal għan-newrotossiċità fil-mammiferi, inkluż fil-bniedem. |
(7) |
Ir-RAC qabel mal-konklużjoni tad-dossier tal-Anness XV li r-restrizzjoni ġenerali fuq kull użu ta' tad-decaBDE, b'xi eċċezzjonijiet speċifiċi, kieku tnaqqas l-emissjonijiet tad-decaBDE kemm jista' jkun fit-terminu l-medju u t-twil. |
(8) |
Fl-10 ta' Settembru 2015, is-SEAC adotta l-opinjoni tiegħu fejn indika li r-restrizzjoni proposta, kif modifikata mis-SEAC, hija l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-decaBDE, f'termini tal-benefiċċji soċjoekonomiċi u tal-ispejjeż soċjoekonomiċi tagħha. Is-SEAC ibbaża l-opinjonijiet tiegħu fuq il-kosteffettività tar-restrizzjoni proposta, kif modifikata, u fuq għadd ta' argumenti kwalitattivi addizzjonali. |
(9) |
Is-SEAC qabel mad-differiment ta' tmintax-il xahar tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni proposta fid-dossier tal-Anness XV biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji għall-konformità. |
(10) |
Ir-RAC u s-SEAC qablu fuq l-eżenzjoni mir-restrizzjoni proposta fid-dossier tal-Anness XV għas-settur tal-avjazzjoni ċivili. Wara l-kummenti li waslu fil-konsultazzjoni pubblika, is-SEAC ssuġġerixxa wkoll li din għandha tkopri l-inġenji tal-ajru militari. |
(11) |
Ir-restrizzjoni proposta ma għandhiex tapplika għat-tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), billi l-introduzzjoni fis-suq ta' dan it-tagħmir li jkun fih l-eteri tad-difenil polibrominati (“PBDE”) f'konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % tal-piż diġà huwa rregolat minn dik id-Direttiva. |
(12) |
Ir-RAC u s-SEAC qablu wkoll li jeżentaw mir-restrizzjoni proposta dawk l-oġġetti li kienu diġà introdotti fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni ta' din ir-restrizzjoni. |
(13) |
Abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-konsultazzjoni pubblika, is-SEAC issuġġerixxa eżenzjonijiet għall-ispare parts tal-vetturi motorizzati koperti mid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), tal-vetturi agrikoli u forestali koperti mir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u tal-makkinarju kopert mid-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fejn dawn il-vetturi u dan il-makkinarju jkunu prodotti qabel l-1 ta' Lulju 2018. Is-SEAC ġġustifika dawk l-eżenzjonijiet fuq il-bażi tal-piż sproporzjonat li r-restrizzjoni proposta kieku timponi f'rabta mal-ispare parts ta' dan it-tip, minħabba l-volumi baxxi involuti, it-tnaqqis progressiv fil-kwantità tad-decaBDE meħtieġa (billi l-vetturi u l-makkinarju laħqu l-istadju ta' tmiem il-ħajja) u l-ispejjeż tal-ittestjar tal-materjali alternattivi għall-produzzjoni ta' spare parts ta' dan it-tip. Is-SEAC ma rax li kien hemm xi raġuni biex l-ispare parts ta' dawk il-vetturi u l-makinarju jiġu ttrattati b'mod differenti, għalkemm iċ-ċikli ta' ħajjithom ivarjaw. |
(14) |
Il-Forum tal-Aġenzija għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar, imsemmi fl-Artikolu 76(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ġie kkonsultat waqt il-proċess tar-restrizzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġew ikkunsidrati. |
(15) |
Fit-28 ta' Settembru 2015, l-Aġenzija ppreżentat l-opinjonijiet tar-RAC u tas-SEAC lill-Kummissjoni (7). |
(16) |
Abbażi ta' dawk l-opinjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jirriżulta mill-manifattura, mill-użu jew mill-introduzzjoni fis-suq tad-decaBDE, weħidha, bħala kostitwent ta' sustanzi oħra, jew f'taħlitiet u f'oġġetti. Il-Kummissjoni tqis li dawn ir-riskji għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. |
(17) |
Fid-dawl tal-inċertezzi li għad fadal fir-rigward tal-kapaċità tas-settur tar-riċiklaġġ li jiżgura l-ġestjoni tal-iskart li fih id-decaBDE, il-Kummissjoni tqis li jinħtieġ perjodu ta' differiment itwal minn 18-il xahar. |
(18) |
Il-possibbiltà li d-decaBDE tibqa' tkun disponibbli għall-produzzjoni tal-inġenji tal-ajru, ċivili jew militari, għandha tkun limitata għal għaxar snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, peress li dan għandu jagħti lill-industrija biżżejjed żmien biex tadatta. Għandhom jingħataw ukoll eżenzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ispare parts għall-inġenji tal-ajru kollha, ċivili jew militari, prodotti qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu. |
(19) |
Għandu jkun hemm eżenzjoni għall-produzzjoni u l-introduzzjoni fis-suq ta' spare parts għall-vetturi u l-makkinarju, imsemmija fil-premessa (13), li jiġu prodotti qabel it-2 ta' Marzu 2019. |
(20) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
(21) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) http://echa.europa.eu/documents/10162/a3f810b8-511d-4fd0-8d78-8a8a7ea363bc
(3) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(4) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).
(7) http://echa.europa.eu/documents/10162/b5ac0c91-e110-4afb-a68d-08a923b53275
ANNESS
Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(*2) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).
(*3) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).”
10.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/228
tad-9 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-ismijiet u tal-oqsma ta' kompetenza tal-bordijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 iwaqqaf għaxar bordijiet xjentifiċi responsabbli biex jipprovdu opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), kull wieħed bl-isferi tiegħu ta' kompetenza. Dawk il-bordijiet jinkludu fost l-oħrajn: il-Bord fuq l-addittivi tal-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda mal-ikel (“il-Bord ANS”), il-Bord dwar prodotti dijetetiċi, nutriment u allerġiji (“il-Bord NDA”), u l-Bord dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi, l-aromatizzanti u l-aġenti tal-ipproċessar (“il-Bord CEF”). |
(2) |
Fit-3 ta' Frar 2016, l-Awtorità ressqet talba lill-Kummissjoni biex tibdel l-ismijiet tal-Bordijiet ANS, NDA, u CEF sabiex iqisu l-bidliet mistennija fl-iżvilupp tekniku u xjentifiku. |
(3) |
Il-bidliet tekniċi u xjentifiċi jħallu impatt l-aktar fuq il-piż tax-xogħol tal-bordijiet. B'mod partikolari, x'aktarx ix-xogħol tal-Bord CEF se jiżdied fis-snin li ġejjin minħabba l-ħtieġa li jiġu evalwati l-applikazzjonijiet pendenti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni tal-enżimi tal-ikel, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant, l-evalwazzjoni tal-aromatizzanti li bħalissa qed titwettaq mill-Bord CEF għandha tiġi assenjata lill-Bord ANS. |
(4) |
Madankollu biex il-Bord ANS attwali ma jkunx mgħobbi żżejjed, l-evalwazzjoni tas-sorsi tan-nutrijenti u ta' sustanzi oħa b'effett fiżjoloġiku miżjuda mal-ikel għandhom jiġu assenjati lill-Bord NDA, għax x'aktarx ix-xogħol tiegħu se jonqos minħabba l-finalizzazzjoni tal-valuri referenzjarji dijetetiċi u t-tnaqqis fl-applikazzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din ir-riallokazzjoni hija wkoll f'konformità mal-għarfien tal-Bord NDA, billi xi sustanzi użati bħala sorsi ta' nutrijent jaqgħu fil-kategorija ta' ikel ġdid, li bħalissa qed jiġi vvalutat mill-Bord NDA. |
(5) |
Għalhekk, l-ismijiet tal-tliet bordijiet ikkonċernati qed jinbidlu b'dan ir-Regolament kif ġej: il-Bord ANS qed jingħata l-isem il-ġdid ta' “Bord dwar l-addittivi tal-ikel u l-aromatizzanti”, il-Bord NDA qed jingħata l-isem il-ġdid ta' “Bord dwar in-nutrizzjoni, l-ikel ġdid u l-allerġeni tal-ikel” u l-Bord CEF qed jingħata l-isem il-ġdid ta' “Bord dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi u l-għajnuniet għall-ipproċessar”. |
(6) |
Il-mandat attwali tal-membri tal-Bordijiet ANS u CEF se jispiċċa fit-30 ta' Ġunju 2017 u l-mandat attwali tal-membri tat-tmien bordijiet xjentifiċi l-oħra tal-Awtorità, inkluż il-Bord NDA, se jispiċċa fit-30 ta' Ġunju 2018. Sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għall-organizzazzjoni effiċjenti tal-bordijiet mill-Awtorità skont l-Artikolu 28(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Lulju 2018. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
il-punt (j) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).
10.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/229
tad-9 ta' Frar 2017
għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-Reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti (Traditionally Reared Pedigree Welsh Pork (STG))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-talba mressqa mir-Renju Unit biex id-denominazzjoni “Traditionally Reared Pedigree Welsh Pork” tiġi rreġistrata ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Traditionally Reared Pedigree Welsh Pork” ġiet irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Traditionally Reared Pedigree Welsh Pork” (STG) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.1. Laħam (u l-ġewwieni) frisk imniżżel fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 382, 15.10.2016, p. 19
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
10.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/230
tad-9 ta' Frar 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
114,2 |
SN |
359,5 |
|
TN |
311,6 |
|
TR |
147,7 |
|
ZZ |
233,3 |
|
0707 00 05 |
MA |
79,2 |
TR |
181,3 |
|
ZZ |
130,3 |
|
0709 91 00 |
EG |
181,2 |
ZZ |
181,2 |
|
0709 93 10 |
MA |
78,6 |
TR |
217,5 |
|
ZZ |
148,1 |
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
44,8 |
IL |
78,4 |
|
MA |
47,1 |
|
TN |
52,2 |
|
TR |
76,4 |
|
ZZ |
59,8 |
|
0805 21 10 , 0805 21 90 , 0805 29 00 |
EG |
59,8 |
IL |
129,2 |
|
MA |
89,9 |
|
TR |
86,5 |
|
ZZ |
91,4 |
|
0805 22 00 |
IL |
113,3 |
MA |
103,6 |
|
TR |
60,4 |
|
ZZ |
92,4 |
|
0805 50 10 |
EG |
61,7 |
TR |
83,4 |
|
ZZ |
72,6 |
|
0808 10 80 |
CN |
139,4 |
ZZ |
139,4 |
|
0808 30 90 |
CL |
181,7 |
CN |
80,7 |
|
ZA |
127,2 |
|
ZZ |
129,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
10.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/231
tad-9 ta' Frar 2017
dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għar-raba' sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti. |
(2) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għar-raba' stedina għall-offerti parzjali, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ. |
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għar-raba' sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fis-7 ta' Frar 2017, ma għandu jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).