ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 16

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
20ta' Jannar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/93 tal-10 ta' Jannar 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel Villuercas-Ibores (DOP)]

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/94 tad-19 ta' Jannar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

3

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/95 tad-19 ta' Jannar 2017 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għal dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

24

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/96 tad-19 ta' Jannar 2017 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/97 tal-4 ta' Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.40168 — 2015/C (ex SA.33584 — 2013/C (ex 2011/NN)) implimentata min-Netherlands favur il-klabb tal-futbol professjonali Willem II f'Tilburg (notifikata bid-dokument C(2016) 4061)  ( 1 )

28

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/98 tat-18 ta' Jannar 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/519/UE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' klieb, qtates u inmsa (notifikata bid-dokument C(2017) 123)  ( 1 )

37

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/99 tat-18 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u l-Istati Uniti tal-Amerka, u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-annotazzjonijiet għaċ-Ċina u l-Messiku fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2017) 128)  ( 1 )

44

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/100 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2017/1)

51

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/101 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/2)

53

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/102 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/5 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2017/3)

55

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/103 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2017/4)

57

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/93

tal-10 ta' Jannar 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel Villuercas-Ibores (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Miel Villuercas-Ibores”, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Miel Villuercas-Ibores” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Miel Villuercas-Ibores” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott fil-Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.), kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343,14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 331, 9.9.2016, p. 7.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/94

tad-19 ta' Jannar 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni tal-antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 965/2010 (2), impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju b'numru tal-Unjoni Doganali u l-Istatistika (CUS) 0023277-9 u numru tar-reġistru tas-Servizz tal-Astratti Kimiċi (CAS, Chemical Abstracts Service) 527-07-1, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2918 16 00 (il-kodiċi TARIC 2918160010) (“glukonat tas-sodju”) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-miżuri oriġinali ħadu l-forma ta' dazju ad valurem stabbilit f'perċentwal ta' 53,2 %, bl-eċċezzjoni ta' Shandong Kaison Biochemical Co., Ltd (5,6 %) u Qingdao Kehai Biochemistry Co., Ltd (27,1 %).

1.2.   Talba għal rieżami tal-iskadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (3) tal-miżuri eżistenti, fl-1 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (4).

(4)

It-talba tressqet miż-żewġ produtturi tal-Unjoni, Jungbunzlauer SA u Roquette Italia SpA (“l-applikanti”).

(5)

It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta' dumping u għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu

(6)

Fis-27 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni ta' antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' glukonat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009. Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta' Bidu”).

1.4.   Il-pajjiż analogu

(7)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet qiegħda tipprevedi l-użu tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala pajjiż terz bl-ekonomija tas-suq (“suq analogu”), bħal fl-investigazzjoni oriġinali, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet sabiex jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta' din l-għażla. Ebda waħda mill-partijiet ma pprovdiet kummenti.

(8)

Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni dwar il-produtturi tal-glukonat tas-sodju f'pajjiżi analogi potenzjali oħrajn u kkuntattjat lill-Kanada, lill-Indja, lill-Ġappun, lill-Pakistan, lis-Serbja, lill-Afrika ta' Isfel, lill-Korea ta' Isfel, lill-Isvizzera u lill-Istati Uniti tal-Amerka, filwaqt li stiednet lill-produtturi magħrufa kollha tal-glukonat tas-sodju f'dawn il-pajjiżi sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa. Kumpanija Kanadiża wieġbet billi qalet li hija ma kinitx produttur tal-glukonat tas-sodju, iżda kummerċjant. Kien hemm produttur Amerikan wieħed biss li ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju u li aċċetta li ssirlu żjara ta' verifika.

1.5.   Il-partijiet interessati

(9)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-produtturi tal-Unjoni magħrufa, lill-prodotturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom sabiex jipparteċipaw.

(10)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet kollha interessati, li għamlu talba u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari li għalihom kellhom jinstemgħu, ingħataw il-possibbiltà ta' seduta ta' smigħ. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali.

(a)    It-teħid ta' kampjuni

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni qalet li tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

It-teħid ta' kampjuni ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ

(12)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(13)

Kien hemm produttur esportatur wieħed biss fil-pajjiż ikkonċernat li pprovda l-informazzjoni mitluba u li qabel li jkun inkluż fil-kampjun. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li jittieħdu kampjuni.

It-teħid ta' kampjuni tal-importaturi

(14)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil erba' importaturi mhux relatati magħrufa sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(15)

Żewġ importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid ta' kampjuni ma kienx meħtieġ.

(b)    Tweġibiet għall-kwestjonarju

(16)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil żewġ produtturi tal-Unjoni, żewġ importaturi mhux relatati, tmien utenti magħrufa, għaxar bejjiegħa bl-ingrossa, lill-produttur esportatur Ċiniż li ppreżenta ruħu waqt l-eżerċizzju tat-teħid ta' kampjuni u produttur wieħed fl-Istati Uniti tal-Amerka li tqies bħala s-suq analogu.

(17)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand żewġ produtturi tal-Unjoni, żewġ importaturi mhux relatati, utent wieħed, ħames bejjiegħa bl-ingrossa, il-produttur esportatur Ċiniż u l-produttur fis-suq analogu.

(c)    Żjarat ta' verifika

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

il-produtturi tal-Unjoni

Jungbunzlauer SA, Marckolsheim, Franza u kumpanija relatata waħda

Roquette Italy SpA, Cassano Spinola, l-Italja

 

Importaturi

Ceda Chemicals Limited, Knutsford, ir-Renju Unit

Norkem Limited, Knutsford, ir-Renju Unit

 

Produttur esportatur fir-RPĊ

Shandong Kaison Biochemical Co., Ltd (“SKB”), Rizhao City, Shandong Province, ir-RPĊ

 

Produttur fil-pajjiż analogu

PMP Fermentation Products, Inc, Peoria, l-Istati Uniti tal-Amerka.

1.6.   Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(19)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(20)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-glukonat tas-sodju niexef, b'numru tal-Unjoni Doganali u tal-Istatistika (CUS) 0023277-9 u numru tar-reġistru tas-Servizz tal-Astratti Kimiċi (CAS, Chemical Abstracts Service) 527-07-1 u li joriġina mir-RPĊ (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat” jew “glukonat tas-sodju”), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2918 16 00 (il-kodiċi TARIC 2918160010).

(21)

Il-glukonat tas-sodju niexef jintuża l-iktar fl-industrija tal-bini bħala ritardatur tat-tgħaqqid u plastifikant tal-konkos u f'industriji oħra bħala trattament tal-wiċċ għall-metalli (tneħħija ta' sadid, ossidi u xaħam) u għat-tindif ta' fliexken u apparat industrijali. Il-prodott jista' jintuża wkoll fl-industriji tal-ikel u tal-farmaċewtiċi.

(22)

Il-prodott ikkonċernat jinkludi diversi tipi, li huma definiti fil-kwestjonarju bħala numri ta' kontroll tal-prodotti (“PCN” — product control numbers). Kull PCN jieħu f'kunsiderazzjoni l-purità, id-daqs tal-partikuli u l-imballaġġ, kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

2.2.   Il-prodott simili

(23)

L-investigazzjoni wriet li l-glukonat tas-sodju niexef prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, il-glukonat tas-sodju niexef prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Istati Uniti tal-Amerka, li ntgħażel bħala pajjiż analogu kif ġie spjegat fil-premessi minn 60 sa 62, il-glukonat tas-sodju niexef prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fiċ-Ċina u l-glukonat tas-sodju niexef prodott fiċ-Ċina u mibjugħ lill-Unjoni essenzjalment għandhom l-istess użi u karatteristiċi fiċiżi u tekniċi bażiċi.

(24)

Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma simili skolnt it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(25)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti x'aktarx li twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping.

(26)

Kif issemma aktar 'il fuq fil-premessa 13, kien hemm produttur esportatur Ċiniż wieħed biss li kkoopera fl-investigazzjoni attwali. Din il-kumpanija kopriet it-totalità tal-esportazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju mir-RPĊ fl-Unjoni matul il-PIR. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li hija għandha biżżejjed informazzjoni għall-valutazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-marġni tad-dumping matul il-PIR (it-Taqsima 3.2.).

(27)

Madankollu, dan il-produttur esportatur kien jirrappreżenta bejn 2 % u 7 % biss tal-kapaċità tal-produzzjoni totali u bejn 5 % u 10 % biss tal-produzzjoni totali tal-glukonat tas-sodju fir-RPĊ. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet tiegħu lejn pajjiżi terzi kienu f'firxa ta' bejn 23 % u 28 % biss tal-esportazzjonijiet totali mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi matul il-PIR (il-piż eżatt tal-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera fil-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali, fil-produzzjoni totali u fl-esportazzjonijiet totali ma jistax jiġi żvelat minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Għalhekk, meta jitqies li ħadd mill-produtturi Ċiniżi l-oħrajn tal-glukonat tas-sodju fir-RPĊ ma kkoopera, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li hija ma kellhiex biżżejjed informazzjoni għall-eżami tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u kellu jsir użu mill-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jitħassru l-miżuri (it-Taqsima 3.3).

(28)

L-awtoritajiet Ċiniżi ġew informati kif xieraq li minħabba l-kooperazzjoni baxxa tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment.

(29)

B'hekk, is-sejbiet fit-Taqsima 3.3 kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. Għal dan l-għan, intużaw l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, is-sottomissjoni magħmula mill-applikanti, l-istatistika tal-Eurostat, id-dejta miġbura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (il-“bażi ta' dejta skont l-Artikolu 14(6)”) u l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet (6). Fir-rigward tal-Bażi ta' Dejta tal-Istatistika dwar l-Esportazzjoni miċ-Ċina, l-istruttura ta' kodifikazzjoni għall-glukonat tas-sodju kopriet prodotti oħrajn mhux soġġetti għall-investigazzjoni attwali u, għalhekk, il-volum tal-glukonat tas-sodju f'iżolament ma setax jiġi identifikat fil-bażi ta' dejta. Għalhekk, dan is-sors ta' informazzjoni ma setax jintuża.

3.2.   Dumping fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

3.2.1.   Il-valur normali

(30)

Fl-investigazzjoni oriġinali, ingħata trattament għall-ekonomija tas-suq (“MET”) lill-uniku produttur esportatur Ċiniż li qed jikkoopera fl-investigazzjoni attwali (Shandong Kaison Biochemicals jew “SKB”). Għalhekk, id-determinazzjoni tal-valur normali għal dan il-produttur esportatur kienet ibbażata fuq il-produzzjoni tiegħu stess u fuq id-dejta tal-bejgħ.

(31)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produtturi esportaturi li kkooperaw kienx rappreżentattiv, f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku tal-produttur esportatur jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-PIR. Għalhekk, il-volum totali tal-bejgħ tal-produttur esportatur tal-prodott simili fis-suq domestiku li kkoopera kien rappreżentattiv.

(32)

Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħa fuq livell domestiku li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta' prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(33)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta' prodott imsemmi fil-premessa 22, li huwa identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott ikun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil klijenti indipendenti matul il-PIR ikun jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li għal tip ta' prodott wieħed ma kienx hemm bejgħ domestiku minħabba differenza fl-imballaġġ, filwaqt li għat-tipi ta' prodotti l-oħrajn, il-bejgħ domestiku kien rappreżentattiv.

(34)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-PIR sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(35)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew aktar mill-kost ikkalkulat tal-produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta' dan it-tip ta' prodott; kif ukoll

(b)

il-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip ta' prodott huwa daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(36)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-PIR.

(37)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta' prodotti biss matul il-PIR, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip; jew

(b)

il-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip ta' prodott huwa inqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(38)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li bejn 18 % u 23 % tal-bejgħ domestiku kollu ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss.

(39)

Għat-tip ta' prodott wieħed mingħajr bejgħ domestiku fl-andament ordinarju tal-kummerċ, il-Kummissjoni ħolqot il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(40)

Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-ispiża medja tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-PIR:

(a)

il-kostijiet tal-bejgħ medji ponderati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”- selling, general and administrative expenses) imġarrbin mill-produttur esportatur li kkoopera fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-PIR; kif ukoll

(b)

il-profitt medju ponderat li jsir mill-prodottur esportatur li kkoopera mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-PIR.

3.2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(41)

L-uniku produttur esportatur li kkoopera esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz attwalment imħallas jew li jista' jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Paragun

(42)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika.

(43)

Meta kienet iġġustifikata bil-ħtieġa ta' tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezz, b'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż anċillari, tat-tagħbija u tal-immaniġġjar fil-pajjiż ikkonċernat, għall-ispejjeż tat-trasport (domestiku u tal-merkanzija bil-baħar), għall-ispejjeż tal-assigurazzjoni, għall-ispejjeż tal-imballaġġ, għall-ispejjeż tal-kreditu u għall-VAT mhux rifondibbli.

3.2.4.   Il-marġni tad-dumping

(44)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(45)

Abbażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat stabbilit espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta' 2,6 % matul il-PIR. Jenħtieġ li l-livell ta' dan il-marġni tad-dumping jitqabbel b'korrelazzjoni mal-fatt li matul il-PIR, l-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni saru biss mill-uniku produttur esportatur Ċiniż li rċieva MET fl-investigazzjoni oriġinali, kif ġie spjegat fil-premessi 26 u 30.

3.3.   Żviluppi tal-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu revokati

(46)

Minbarra s-sejba ta' dumping matul il-PIR, il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, l-iżvilupp tad-domanda fir-RPĊ, l-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi oħrajn, il-marġni tad-dumping ta' esportazzjonijiet miċ-Ċina f'pajjiżi terzi oħrajn u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(47)

Kif issemma fil-premessi minn 27 sa 29, kien hemm produttur esportatur wieħed biss fir-RPĊ li kkoopera. Għalhekk, is-sejbiet fit-taqsimiet ta' hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, is-sottomissjoni magħmula mill-applikanti, l-istatistika tal-Eurostat, id-dejta miġbura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (il-“bażi ta' dejta skont l-Artikolu 14(6)”) u l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet kif spjegat fil-premessa 29.

(48)

Qed jiġi mfakkar li, matul il-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni oriġinali, il-volumi tal-importazzjoni żdiedu b'77 % li f'termini assoluti kkorrispondew għal żieda ta' 1 774 tunnellata (minn 2 291 tunnellata fl-2005 għal 4 095 tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali). Is-sehem mis-suq Ċiniż korrispondenti żdied minn 12,8 % għal livell ta' 24,9 % fi tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali qabel ġew imposti l-miżuri.

3.3.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-kapaċità żejda u l-iżvilupp tad-domanda fir-RPĊ

(49)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-uniku esportatur Ċiniż li kkoopera kienet tliet darbiet aktar mill-konsum tal-Unjoni matul il-PIR. Ir-rata tal-użu tal-kapaċità tiegħu nstabet li tvarja bejn 75 % u 80 %. Jirriżulta li l-kapaċità żejda ta' din il-kumpanija weħidha hija aktar minn nofs il-konsum tal-Unjoni.

(50)

Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni sottomessa fit-talba u kontrovverifikata mal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku msemmija fil-premessa 29, il-glukonat tas-sodju huwa manifatturat minn 40 produttur fir-RPĊ b'kapaċità tal-produzzjoni totali li tvarja bejn 1 000 000 u 1 200 000 tunnellata fl-2014, li rrappreżentat żieda ta' madwar 50 % meta mqabbla mal-2010. Fl-2014, il-produtturi Ċiniżi użaw biss madwar nofs il-kapaċità tagħhom minħabba li pproduċew biss madwar 550 000 tunnellata.

(51)

Skont it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, id-domanda Ċiniża fis-suq domestiku kienet stmata li tvarja bejn 400 000 tunnellata u 500 000 tunnellata fl-2014, li tħalli kapaċità ta' madwar 600 000 sa 700 000 tunnellata disponibbli għall-esportazzjonijiet. Il-konsum fl-Unjoni kien ta' bejn 16 000 u 22 000 tunnellata matul il-PIR, li jfisser li l-kapaċità żejda fir-RPĊ hija madwar 30 darba aktar mill-konsum tal-glukonat tas-sodju fl-Unjoni.

(52)

Id-domanda fir-RPĊ għall-glukonat tas-sodju hija ddeterminata ħafna mill-industrija tal-kostruzzjoni. L-industrija tal-kostruzzjoni tużah bħala addittiv għall-konkrit prodott mill-glukonat tas-sodju. Mhuwiex eskluż li l-konsum tal-glukonat tas-sodju fis-suq domestiku Ċiniż jista' jiżdied taħt il-perspettiva ta' industrija tal-kostruzzjoni li qed tikber fir-RPĊ. Madankollu, il-kapaċità żejda fir-RPĊ taqbeż b'mod sinifikanti l-konsum tal-Unjoni u, għalhekk, anki taħt il-perspettiva ta' konsum domestiku li qed jikber fir-RPĊ, x'aktarx li l-kapaċità żejda xorta tibqa' sinifikanti b'potenzjal kbir għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni.

3.3.2.   Il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn

(53)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 29, il-bażi ta' dejta Ċiniża ma setgħetx tintuża sabiex jiġu analizzati l-esportazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn.

(54)

Abbażi tal-informazzjoni sottomessa fit-talba, aġġustata fejn meħtieġ u kontrovverifikata mal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku kif deskritt fil-premessa 29, kien stabbilit li, b'mod kumplessiv, il-volum tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn żdied b'madwar 45 % bejn l-2012 u l-2014, tant li laħaq madwar 116 000 tunnellata fl-2014.

(55)

Ma kien hemm ebda informazzjoni pubblika disponibbli dwar il-prezzijiet medji tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn. Il-prezzijiet lejn pajjiżi terzi oħrajn tal-uniku produttur Ċiniż li kkoopera wrew xejra ta' tnaqqis bejn l-2012 u l-2014 minn bejn 600 sa 660 EUR/tunnellata fl-2012 għal bejn 500 sa 550 EUR/tunnellata fl-2014. Fil-PIR, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-uniku produttur Ċiniż li kkoopera żdiedu meta mqabbla mal-2014, fejn qabżu bi ftit is-600 EUR/tunnellata. Dawn il-prezzijiet kienu konformi mal-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn sottomessi mill-applikanti, bl-eċċezzjoni tal-PIR, li għalih l-applikanti sostnew li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn komplew jonqsu għal livell ta' bejn EUR 539 u EUR 583/tunnellata.

3.3.3.   Dumping lejn pajjiżi terzi oħrajn

(56)

Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa 27, il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ntużaw fir-rigward tal-analiżi tal-kontinwazzjoni probabbli tad-dumping f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(57)

Filwaqt li ma kien hemm ebda informazzjoni pubblika disponibbli dwar il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn, l-applikanti pprovdew informazzjoni li wriet li l-prezzijiet medji tal-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn kollha lejn pajjiżi terzi oħrajn kienu konformi mal-prezz medju tal-esportazzjonijiet tal-uniku produttur esportatur Ċiniż lejn pajjiżi terzi oħrajn li kkoopera, kif deskritt fil-premessa 55.

(58)

Sabiex tivvaluta l-prattiki tad-dumping tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħrajn, il-Kummissjoni wettqet żewġ kalkoli tal-marġni tad-dumping, wieħed bl-użu tal-prezz medju tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħrajn sottomess mill-applikanti u ieħor bl-użu tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni dettaljati sottomessi minn SKB (l-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera) fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju dwar l-antidumping għall-akbar ħames swieq tal-esportazzjoni tiegħu bħala punt ta' riferiment għall-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn.

(59)

F'dan ir-rigward, qed jitfakkar li matul l-investigazzjoni oriġinali, il-produttur esportatur li koopera kien l-uniku kumpanija li ngħata MET. Isegwi li għall-prodotturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn, il-valur normali għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”). Għal dan l-għan, kellu jintgħażel pajjiż analogu.

(60)

Kif issemma fil-premessa 8, kien biss il-produttur fl-Istati Uniti tal-Amerka li kkoopera fl-investigazzjoni billi ssottometta rispons sħiħ għall-kwestjonarju u aċċetta li ssirlu żjara ta' verifika.

(61)

Il-Kummissjoni sabet li l-Istati Uniti tal-Amerka ssodisfaw il-kriterji bħala pajjiż analogu xieraq billi l-kwantitajiet mibjugħa f'dan is-suq kienu kbar biżżejjed u kien hemm kompetizzjoni sinifikanti fis-suq bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, jiġifieri r-RPĊ, l-Italja u Franza. Barra minn hekk, l-Istati Uniti tal-Amerka ma kellhom ebda dazju antidumping fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(62)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-Istati Uniti tal-Amerka jikkostitwixxu pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u l-informazzjoni li waslet mingħand l-uniku produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu ntużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET fl-investigazzjoni oriġinali.

(63)

Fir-rigward tal-ewwel kalkolu tad-dumping imsemmi fil-premessa 58, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tal-uniku produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu mal-prezz tal-esportazzjoni medju tal-produtturi esportaturi Ċiniżi sottomess mill-applikanti fuq livell tal-prezz mill-fabbrika skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. Meta kienet iġġustifikata bil-ħtieġa ta' tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezz, b'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, għall-ispejjeż anċillari u tal-immaniġġjar, għall-ispejjeż tal-imballaġġ u għall-VAT mhux rifondibbli, stmati abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ.

(64)

Abbażi ta' dan, instab li l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn kienu l-oġġett ta' dumping f'livell ogħla minn 70 %.

(65)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-kalkolu tad-dumping l-ieħor imsemmi fil-premessa 58 li, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 57, juża t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni dettaljati sottomessi minn SKB fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju dwar l-antidumping għall-akbar ħames swieq tal-esportazzjoni tiegħu bħala punt ta' riferiment għall-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn, il-valur normali kien ikkalkolat kif spjegat fil-premessi minn 59 sa 63.

(66)

Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jista' jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-akbar ħames pajjiżi terzi, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(67)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat lejn l-akbar ħames pajjiżi terzi l-oħrajn tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat fuq livell tal-prezz mill-fabbrika skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. Meta kienet iġġustifikata bil-ħtieġa ta' tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezz, b'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(68)

Saru aġġustamenti għall-ispejjeż anċillari, tat-tagħbija u tal-immaniġġjar fil-pajjiż ikkonċernat, għall-ispejjeż tat-trasport (domestiku u tal-merkanzija bil-baħar), għall-ispejjeż tal-assigurazzjoni, għall-ispejjeż tal-imballaġġ, għall-ispejjeż tal-kreditu u għall-VAT mhux rifondibbli.

(69)

Abbażi ta' dan, instab li l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn kienu l-oġġett ta' dumping f'livell ta' madwar 50 %.

(70)

Barra minn hekk, għall-fini ta' kompletezza u paragun, kien ikkalkolat ukoll marġni tad-dumping għall-esportazzjonijiet ta' SKB lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn bl-użu tad-dejta tiegħu stess. B'hekk, ġie stabbilit marġni tad-dumping li jammonta għal madwar 8,3 %.

(71)

Id-differenza bejn il-marġni tad-dumping mill-premessi 64 u 69 u dawk mill-premessi 45) u (70) hija spjegata mill-fatt li tal-ewwel huma bbażati fuq id-dejta tal-valur normali mis-suq analogu, kif spjegat fil-premessa 59, filwaqt li tal-aħħar, stabbiliti għall-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera, kienu bbażati fuq il-valur normali ddeterminat fuq id-dejta tal-bejgħ u tal-produzzjoni tiegħu stess, hekk kif huwa ngħata MET fl-investigazzjoni oriġinali, kif spjegat fil-premessi minn 30 sa 40. Barra minn hekk, il-marġni tad-dumping ikkalkolat għall-uniku produttur esportatur Ċiniż matul il-PIR fil-premessa 45 jirrigwarda l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni fejn ipprevalew prezzijiet ogħla, filwaqt li l-marġni tad-dumping l-oħrajn kollha kkalkolati jirrigwardaw l-esportazzjonijiet lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn.

(72)

Il-prattiki tad-dumping Ċiniżi stabbiliti f'pajjiżi terzi oħrajn huma indikazzjoni qawwija tal-imġiba tal-prezzijiet probabbli tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-Unjoni f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

3.3.4.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(73)

Sabiex tkun ivvalutata l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-probabbiltà li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, ġew analizzati l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn f'termini ta' volumi u prezzijiet, kif ukoll il-prezzijiet fis-suq domestiku Ċiniż imqabbla mal-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni.

(74)

B'mod kumplessiv, il-volum tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn żdied b'madwar 45 % bejn l-2012 u l-2014, tant li laħaq madwar 116 000 tunnellata fl-2014.

(75)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet domestiċi, kif ġie spjegat fil-premessi minn 27 sa 29 aktar 'il fuq, fin-nuqqas ta' kull informazzjoni oħra, il-prezzijiet domestiċi tal-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera ntużaw bħala punt ta' riferiment. Il-paragun juri li l-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni kienu bejn 43 % u 55 % ogħla mill-prezzijiet domestiċi medji fir-RPĊ fl-2014 u bejn 27 % u 35 % ogħla mill-prezzijiet domestiċi medji fir-RPĊ matul il-PIR.

(76)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn, abbażi tad-dejta sottomessa mill-applikanti, dawn instabu li kienu konformi mal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn tal-uniku produttur esportatur Ċiniż, kif spjegat fil-premessa 55. Il-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni nstabu li kienu, bħala medja, bejn 25 % u 45 % ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn fl-2014 u bejn 20 % u 40 % ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn matul il-PIR. F'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli tal-prezzijiet tal-uniku esportatur Ċiniż li kkoopera lejn pajjiżi terzi oħrajn matul il-PIR, dawn kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'bejn 20 % u 30 %.

(77)

Dawn il-livelli tal-prezzijiet ferm ogħla jagħmlu s-suq tal-Unjoni attraenti għall-esportaturi Ċiniżi f'każ li jitħassru l-miżuri antidumping.

(78)

L-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni huwa kkonfermat ukoll mill-preżenza kostanti ta' SKB fis-suq tal-Unjoni. Minkejja l-miżuri li hemm fis-seħħ, din il-kumpanija kważi rdoppjat il-volumi tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni u żiedet is-sehem mis-suq tagħha b'madwar 50 % bejn il-perjodu tal-investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali u l-PIR attwali.

3.3.5.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping

(79)

Fid-dawl tal-kapaċità żejda sinifikanti stmata fir-RPĊ, li tista' tintuża għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet jkunu l-oġġett ta' dumping, wara li tqieset l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-imġiba tal-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi fis-swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà qawwija li t-tħassir tal-miżuri antidumping jirriżulta f'żieda fil-volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping tal-glukonat tas-sodju mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

4.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' ĦSARA

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(80)

Il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw Jungbunzlauer SA u Roquette Italia SpA ammontaw għal 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni.

(81)

Għalhekk, huma jitqiesu li jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(82)

Billi l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn żewġ produtturi biss, iċ-ċifri kollha relatati ma' dejta sensittiva speċifika għall-kumpaniji kellhom jiġu indiċizzati jew mogħtija fi klassifika għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(83)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volum tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni miksub wara verifika tat-tweġibiet tal-kwestjonarji taż-żewġ produtturi tal-Unjoni, abbażi tal-volum tal-importazzjoni totali kif disponibbli fl-Eurostat u mid-dejta vverifikata tal-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera.

(84)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2012

2013

2014

PIR

Konsum totali tal-Unjoni (tunnellati)

13 000 –19 000

14 000 –20 000

16 000 –22 000

16 000 –22 000

Indiċi (2012 = 100)

100

109

119

122

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarji u l-Eurostat.

(85)

Il-konsum tal-Unjoni żdied kontinwament u, b'mod kumplessiv, żdied bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(86)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat u tat-tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju tal-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera, li kien jammonta għal 100 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali matul il-PIR.

(87)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

 

2012

2013

2014

PIR

Importazzjonijiet Ċiniżi (tunnellati)

500–2 500

500–2 500

500–2 500

500–2 500

Indiċi (2012 = 100)

100

110

122

109

Sehem mis-suq Ċiniż (%)

4–16

4–16

4–16

3–15

Indiċi (2012 = 100)

100

100

103

89

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarji u l-Eurostat.

(88)

Matul il-perjodu kkunsidrat, b'mod kumplessiv, il-volum tal-importazzjoni Ċiniża żdied b'9 %. Huwa l-ewwel żdied bi 22 % bejn l-2012 u l-2014 u mbagħad naqas bi 13 % matul il-PIR. Madankollu, billi l-importazzjonijiet Ċiniżi segwew biss parzjalment iż-żieda fil-konsum tal-Unjoni, l-iżvilupp tas-sehem mis-suq Ċiniż segwa xejra differenti. B'hekk, huwa baqa' stabbli bejn l-2012 u l-2013, żdied bi ftit fl-2014 (jiġifieri bi 3 %) u naqas b'14 % mill-2014 sal-PIR. B'mod kumplessiv, is-sehem mis-suq Ċiniż naqas bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, kif ġie indikat fil-premessa 78, l-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera rnexxielu jirdoppja l-volum tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni u jżid is-sehem mis-suq tiegħu b'50 % meta mqabbel mal-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali u fil-livelli tal-prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(89)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet ix-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi abbażi tal-Eurostat.

(90)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2012

2013

2014

PIR

Prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniża (EUR/tunnellata)

680 – 750

600 – 670

600 – 670

670 – 740

Indiċi (2012 = 100)

100

89

89

98

Sors: Eurostat.

(91)

B'mod kumplessiv, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu bi 11 % bejn l-2012 u l-2013, imbagħad baqgħu fl-istess livell fl-2014 u żdiedu b'9 % matul il-PIR.

(92)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-PIR billi qabblet:

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni debitati lill-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal-livell tal-prezz mill-fabbrika; kif ukoll

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta' kost, assigurazzjoni u nol (“CIF”), b'aġġustamenti xierqa għad-dazji antidumping u doganali u għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.

(93)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif dovut meta meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-roħs u l-iskontijiet. Ir-riżultat tal-paragun kien espress bħala perċentwal tal-prezz medju ponderat tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Dan wera li għall-produttur esportatur li kkoopera ma kien hemm ebda twaqqigħ tal-prezz matul il-PIR, anki meta d-dazji antidumping ma ġewx ikkunsidrati. Madankollu, il-produttur esportatur li kkoopera, minkejja li kopra 100 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PIR, irrappreżenta biss bejn 2 % u 7 % tal-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali.

4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(94)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Is-sehem mis-suq f'pajjiżi terzi oħrajn

 

2012

2013

2014

PIR

Importazzjonijiet (tunnellati)

0–300

0–500

0–400

0–300

Indiċi (2012 = 100)

100

582

256

132

Is-sehem mis-suq (%)

0–1

1–2

0–1

0–1

Indiċi (2012 = 100)

100

543

217

109

Sors: Eurostat.

(95)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kien jirrappreżenta mhux aktar minn 2 % matul il-perjodu kkunsidrat u inqas minn 1 % matul il-PIR.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(96)

B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni evalwat dawn l-indikaturi abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni.

4.5.2.   L-indikaturi tad-dannu

4.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(97)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2012

2013

2014

PIR

Produzzjoni (tunnellati)

38 000 –58 000

33 000 –53 000

34 000 –54 000

35 000 –55 000

Indiċi (2012 = 100)

100

90

92

94

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

50 000 –70 000

50 000 –70 000

50 000 –70 000

50 000 –70 000

Indiċi (2012 = 100)

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità (%)

70–90

65–85

65–85

65–85

Indiċi (2012 = 100)

100

90

92

94

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(98)

Il-volum tal-produzzjoni naqas b'10 % bejn l-2012 u l-2013, imbagħad żdied bi ftit mill-2014 sal-PIR. B'mod kumplessiv, il-volum tal-produzzjoni naqas b'6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis fil-produzzjoni huwa spjegat bi tnaqqis ta' bejn 30 % u 40 % fil-volumi tal-esportazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat, li kien ikkumpensat parzjalment biss biż-żieda fil-bejgħ domestiku rrapportat fit-tabella 6.

(99)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

4.5.2.2.   Il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-użu ristrett

(100)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2012

2013

2014

PIR

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

11 500 –17 500

12 500 –18 500

14 000 –20 000

15 000 –21 000

Indiċi (2012 = 100)

100

107

118

123

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni (%)

84–96

84–96

84–96

85–97

Indiċi (2012 = 100)

100

100

100

101

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarji u l-Eurostat.

(101)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha ssegwi ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-volum tal-bejgħ tagħha kontinwament u, b'mod kumplessiv, bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(102)

Billi l-volum tal-bejgħ segwa mill-qrib ix-xejra osservata fil-konsum tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' l-istess mill-2012 sal-2014 u żdied biss bi ftit, jiġifieri b'1 %, matul il-PIR.

(103)

L-użu ristrett, li prattikament kien kostanti matul il-perjodu kollu kkunsidrat, kif muri fit-tabella ta' hawn taħt, ma affettwax ix-xejra osservata fir-rigward tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità.

Tabella 7

Użu ristrett

 

2012

2013

2014

PIR

Użu ristrett (tunnellati)

9 000 –19 000

9 000 –19 000

9 000 –19 000

9 000 –19 000

Indiċi (2012 = 100)

100

100

100

101

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju.

4.5.2.3.   It-tkabbir

(104)

Il-volum tal-bejgħ domestiku tal-industrija tal-Unjoni segwa mill-qrib l-evoluzzjoni tal-konsum domestiku u żdied bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'konsegwenza ta' dan, l-industrija tal-Unjoni żammet livell stabbli ta' sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(105)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività

 

2012

2013

2014

PIR

Numru ta' impjegati

0–100

0–100

0–100

0–100

Indiċi (2012 = 100)

100

99

101

103

Produttività (tunnellati/impjegati)

500–1 500

500–1 500

500–1 500

500–1 500

Indiċi (2012 = 100)

100

91

91

91

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(106)

L-għadd ta' impjegati fl-industrija tal-Unjoni baqa' kważi l-istess matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Bħala riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni u l-impjieg stabbli, il-produttività naqset matul il-perjodu kkunsidrat.

(107)

L-investigazzjoni wriet li minħabba l-livell għoli ta' awtomazzjoni, mhux se jkun possibbli għall-industrija tal-Unjoni li tnaqqas l-għadd ta' impjegati b'mod proporzjonali mat-tnaqqis fil-produzzjoni.

4.5.2.5.   Il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru mid-dumping fl-imgħoddi

(108)

L-investigazzjoni stabbilixxiet fil-premessa 45 li l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju mir-RPĊ komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(109)

L-industrija tal-Unjoni setgħet tibbenifika mill-miżuri antidumping fis-seħħ u bdiet tirkupra mid-dumping tal-imgħoddi. Hija tabilħaqq żiedet il-volum tal-bejgħ tagħha bi 23 % u s-sehem mis-suq tagħha b'1 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-irkupru mid-dumping tal-imgħoddi ma jistax jitqies bħala kkonsolidat, b'mod partikolari fid-dawl tal-iżvilupp tal-profittabbiltà kif deskritt fil-premessa 123, li baqgħet negattiva fl-2012 u fl-2013 u qalbet għall-pożittiv biss matul il-PIR.

4.5.2.6.   Prezzijiet u fatturi li għandhom impatt fuq il-prezzijiet

(110)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ unitarju tal-produtturi tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost unitarju tal-produzzjoni

 

2012

2013

2014

PIR

Il-prezz medju tal-bejgħ unitarju fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

740–810

730–800

700–770

700–770

Indiċi (2012 = 100)

100

99

94

95

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(111)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet naqsu kontinwament bejn l-2012 u l-2014 u żdiedu biss bi ftit matul il-PIR.

(112)

L-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kost unitarju tal-produzzjoni

 

2012

2013

2014

PIR

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

 

 

 

 

Indiċi (2012 = 100)

100

98

86

80

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(113)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kost unitarju tal-produzzjoni naqas b'20 %. Dan kien parzjalment dovut għat-tnaqqis fil-prezz tal-materja prima, kif deskritt f'aktar dettall fil-premessa 114 hawn taħt, kif ukoll parzjalment dovut għall-iffrankar tal-ispejjeż li rriżulta fi tnaqqis ta' diversi komponenti tal-ispiża totali tal-produzzjoni, b'mod partikolari l-ispejjeż tal-manutenzjoni, li tnaqqsu drastikament matul il-perjodu kkunsidrat.

(114)

Skont il-livell ta' integrazzjoni tal-proċess tal-manifattura tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni użaw qamħirrum jew ġulepp tal-glukożju bbażat fuq il-qamħirrum bħala l-materja prima prinċipali tagħhom. Minħabba li din il-materja prima tirrappreżenta komponent importanti tal-ispiża tal-produzzjoni, it-tnaqqis fil-prezz tagħha kien jammonta għal bejn 25 % u 35 % tat-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, kull żieda fil-prezz tal-qamħirrum jew tal-ġulepp tal-glukożju bbażat fuq il-qamħirrum tista' istantanjament treġġa' lura s-sitwazzjoni mtejba tal-industrija tal-Unjoni li tirriżulta mit-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni.

(115)

It-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni wassal biss għal tnaqqis żgħir fil-prezzijiet medji tal-bejgħ unitarju ta' 5 % matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba l-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha qed tirkupra mit-telf li ġarrbet fil-perjodi preċedenti bħala riżultat tal-prattiki ta' dumping tal-imgħoddi.

4.5.2.7.   Il-kostjiet lavorattivi

(116)

Il-kostijiet medji lavorattivi tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 11

Kostijiet lavorattivi għal kull impjegat

 

2012

2013

2014

PIR

Indiċi (2012 = 100)

100

93

104

107

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(117)

L-ispejjeż medji tax-xogħol żdiedu b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat. F'kull każ, billi x-xogħol jirrappreżenta biss porzjon żgħir tal-ispiża tal-produzzjoni, dan ma għandux jitqies bħala indikatur sinifikanti fl-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

4.5.2.8.   Inventarji

(118)

Il-livelli tal-istokk tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

L-inventarji

 

2012

2013

2014

PIR

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

4 000 –8 000

3 000 –7 000

1 000 –5 000

1 000 –5 000

Indiċi (2012 = 100)

100

89

47

43

Stokks tal-għeluq bħala persentaġġ tal-produzzjoni (%)

8–16

8–16

2–11

2–10

Indiċi (2012 = 100)

100

99

51

46

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(119)

Il-livell tal-inventarji naqas b'54 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(120)

Instab li, matul il-PIR, l-inventarji kienu f'livell normali.

4.5.2.9.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

(121)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2012

2013

2014

PIR

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni għal klijenti mhux relatati (% tal-fatturat)

– 20–0

– 15–+ 5

– 10–+ 10

– 5–+ 15

Indiċi (2012 = 100)

100

101

111

118

Fluss tal-flus (EUR)

– 3 400 000 – – 1 400 000

–1 600 000 – + 400 000

700 000 – 2 700 000

1 200 000 – – 3 200 000

Indiċi (2012 = 100)

100

182

284

309

Investimenti (EUR)

300 000 –1 000 000

100 000 –800 000

100 000 –700 000

0–600 000

Indiċi (2012 = 100)

100

66

56

35

Redditu fuq l-investimenti (%)

– 20–0

– 20–0

– 10–+ 10

0–20

Indiċi (2012 = 100)

100

99

111

122

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(122)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dan il-bejgħ.

(123)

L-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel it-telf matul l-ewwel sentejn tal-perjodu kkunsidrat u kien biss fl-2014 li waslet qrib il-punt ta' ekwilibriju. Huwa biss matul il-PIR li l-profittabbiltà eventwalment laħqet livell qrib, iżda xorta waħda taħt il-profitt fil-mira użat fl-investigazzjoni oriġinali. Irid jiġi enfasizzat li dan it-titjib tardiv irriżulta minn tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni, li kien parzjalment dovut għall-evoluzzjoni favorevoli tal-prezzijiet tal-qamħirrum u tal-ġulepp tal-glukożju bbażat fuq il-qamħirrum, kif spjegat fil-premessa 114. Għalhekk, kull żieda fil-prezz ta' din il-materja prima, li hija soġġetta għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet fil-funzjoni tal-klima u l-għelejjel, tista' istantanjament treġġa' lura l-profittabbiltà miksuba reċentement.

(124)

Il-fluss tal-flus, li hija l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess, kienet negattiva matul l-ewwel sentejn u saret pożittiva biss matul it-tieni nofs tal-perjodu kkunsidrat.

(125)

Madankollu, it-titjib tal-fluss tal-flus sar parzjalment għas-spejjeż tal-investimenti, li naqsu b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat u li kienu kważi negliġibbli meta mqabbla mal-valur gross tal-assi kapitali li ntużaw għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat. It-titjib tal-fluss tal-flus kien ukoll riżultat tat-titjib tal-profittabbiltà li, kif ġie spjegat fil-premessa 123, fil-biċċa l-kbira tiegħu kien dovut għall-evoluzzjoni favorevoli tal-prezz tal-qamħirrum u tal-ġulepp tal-glukożju bbażat fuq il-qamħirrum. Għalhekk, kull żieda fil-prezz ta' din il-materja prima, li hija soġġetta għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet fil-funzjoni tal-klima u l-għelejjel, tista' istantanjament treġġa' lura t-titjib tas-sitwazzjoni tal-fluss tal-flus.

(126)

Għandu jiġi nnotat ukoll li l-livelli baxxi tal-ispejjeż ta' investiment u manutenzjoni (ara l-premessa 113), filwaqt li jtejbu temporanjament il-fluss tal-flus u l-profittabbiltà, mhumiex sostenibbli fit-tul, minħabba li eventwalment jirriżultaw f'degradazzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, dan jista' jkollu impatt fuq l-ispiża tal-produzzjoni u l-effiċjenza tal-proċess tal-produzzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-ispejjeż tal-investimenti u l-manutenzjoni meħtieġa jistgħu jiġu posposti biss għal perjodu aktar tard b'impatt negattiv differit fuq il-fluss tal-flus u l-profittabbiltà.

(127)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan kien negattiv matul l-ewwel sentejn tal-perjodu kkunsidrat u sar pożittiv biss matul il-PIR. Billi r-redditu fuq l-investiment u l-profittabbiltà huma indikaturi ta' ħsara korrelati ħafna, it-titjib tar-redditu fuq l-investiment kien riżultat dirett tat-titjib tal-profittabbiltà. Għalhekk, it-titjib tar-redditu fuq l-investiment kien dovut l-aktar għall-evoluzzjoni favorevoli tal-prezz tal-qamħirrum u tal-prezz tal-ġulepp tal-glukożju bbażat fuq il-qamħirrum, kif deskritt fil-premessa 123. Għalhekk, kull żieda fil-prezz ta' din il-materja prima, li hija soġġetta għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet fil-funzjoni tal-klima u l-għelejjel, tista' istantanjament treġġa' lura t-titjib riċenti tar-redditu fuq l-investiment.

(128)

L-industrija tal-Unjoni żammet l-injezzjoni tagħha ta' kapital ġdid fl-attività tal-glukonat tas-sodju għal minimu strett, billi baxxiet il-livell ta' investiment tagħha għal ammonti kważi negliġibbli, kif ġie spjegat fil-premessi 125 u 126. Għalhekk, l-abbiltà tal-ġbir tal-kapital ma setgħetx tiġi analizzata.

4.5.3.   Konklużjoni dwar id-dannu

(129)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq urew żvilupp pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat, hekk kif l-industrija tal-Unjoni rnexxielha ssegwi ż-żieda fil-konsum. Madankollu, dan ma waqqafx il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità milli jonqsu matul il-perjodu kkunsidrat.

(130)

L-indikaturi ta' ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni (il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment) kienu negattivi jew l-aktar l-aktar qrib iż-żero matul l-ewwel tliet snin tal-perjodu kkunsidrat u wrew livelli pożittivi biss matul il-PIR, bl-eċċezzjoni tal-fluss tal-flus, li fl-2014 kienet diġà saret pożittiva.

(131)

Madankollu, l-iżvilupp pożittiv tal-profittabbiltà, tal-fluss tal-flus u tar-redditu fuq l-investiment ma jistax jitqies li huwa stabbli, minħabba li mmaterjalizza biss lejn l-aħħar tal-perjodu kkunsidrat (il-fluss tal-flus) u matul il-PIR (il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment). Barra minn hekk, il-livell pożittiv tat-tliet indikaturi kollha fil-PIR kien fil-biċċa l-kbira tiegħu dovut għat-tnaqqis fl-ispiża tal-materja prima prinċipali (il-qamħirrum u l-ġulepp tal-glukożju bbażat fuq il-qamħirrum), li hija soġġetta għal varjazzjonijiet, kif spjegat fil-premessi 123, 125 u 127, kif ukoll għall-iffrankar fl-ispejjeż ta' manutenzjoni u investiment kapitali li mhumiex sostenibbli fit-tul (ara l-premessa 126). Barra minn hekk, il-livell ta' profittabbiltà milħuq fil-PIR baqa' aktar baxx mill-profitt fil-mira identifikat fl-investigazzjoni oriġinali.

(132)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra mid-dumping tal-imgħoddi fil-PIR u li hija ma sofrietx ħsara materjali matul il-PIR skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Madankollu, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx biżżejjed sabiex tkun garantita l-vijabbiltà fit-tul.

4.6.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ћsara

(133)

Sabiex tiġi vvalutata l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara, ġew ikkunsidrati diversi fatturi, jiġifieri l-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn u l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali.

(134)

Matul il-PIR, il-kapaċità żejda Ċiniża kienet bejn 600 000 u 700 000 tunnellata, kif stabbilit fil-premessa 51, li tirrappreżenta madwar 30 darba aktar mill-konsum fl-Unjoni, li kien bejn 16 000 u 22 000 tunnellata. Kif indikat fil-premessa 52, anki jekk parti minn din il-kapaċità żejda kellha tintuża għal domanda potenzjalment akbar fir-RPĊ jew f'pajjiżi terzi oħrajn, xorta waħda jifdal kapaċità żejda kbira ħafna disponibbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(135)

Kif deskritt fil-premessa 54, kien hemm żieda sinifikanti fil-volumi tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn. L-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħrajn żdiedu b'45 % bejn l-2012 u l-2014 u laħqu madwar 116 000 tunnellata fl-2014. Dan l-ammont waħdu jirrappreżenta aktar minn sitt darbiet aktar mill-konsum tal-Unjoni fl-istess perjodu.

(136)

Matul il-PIR, il-prezz medju tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn instab li kien bejn 20 % u 40 % aktar baxx mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa 76. Skont il-metodoloġija użata, kif stabbilit fil-premessi 64 u 69, il-marġni tad-dumping lejn pajjiżi terzi oħrajn tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu ta' aktar minn 70 % jew mill-inqas madwar 50 %. Meta titqies id-dejta tal-uniku produttur esportatur li kkoopera, il-marġni tad-dumping kif spjegat fil-premessa 70 kien ta' 8,3 %.

(137)

Kif stabbilit fil-premessi 75 u 76, il-prezz medju tas-suq tal-Unjoni nstab li kien bejn 27 % u 35 % ogħla mill-prezz domestiku medju fir-RPĊ u bejn 20 % u 40 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn matul il-PIR. F'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli tal-prezzijiet tal-uniku esportatur Ċiniż li kkoopera lejn pajjiżi terzi oħrajn matul il-PIR, dawn kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'bejn 20 % u 30 %.

(138)

Abbażi ta' dan, jista' jiġi konkluż li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti ħafna f'termini ta' prezzijiet, meta mqabbel kemm mas-suq domestiku Ċiniż, kif ukoll mas-swieq ta' pajjiżi terzi. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni hija kkonfermata mill-preżenza dejjem akbar ta' SKB, li rdoppja l-volum tal-esportazzjoni tiegħu u żied is-sehem mis-suq tiegħu b'50 % kif stabbilit fil-premessa 78.

(139)

Għalhekk, jekk il-miżuri jitħassru, x'aktarx li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jkomplu jew jibdew jesportaw lejn l-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti, bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping, li x'aktarx li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti (bejn 20 % u 40 % abbażi tal-imġiba tal-prezzijiet osservata għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'pajjiżi terzi oħrajn). Tabilħaqq, x'aktarx li l-imġiba tal-prezzijiet tkun l-istess jew simili għal dik osservata f'pajjiżi terzi oħrajn, minħabba li din tippermetti lill-produtturi esportaturi Ċiniżi jiksbu (lura) s-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-glukonat tas-sodju huwa prodott bażiku li għalih il-prezz huwa ċertament l-aktar fattur deċiżiv u importanti.

(140)

Sabiex jiġi vvalutat l-impatt probabbli fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ta' volumi akbar fis-suq tal-Unjoni ta' importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina f'każ li jitħassru l-miżuri, kien analizzat ukoll l-iżvilupp matul il-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni oriġinali. Kien osservat li matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'bejn 13 % u 29 %. Il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'77 % matul il-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni oriġinali, li f'termini assoluti kkorrisponda għal żieda ta' 1 774 tunnellata (minn 2 291 tunnellata fl-2005 għal 4 095 tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali). Din iż-żieda tqieset bħala waħda sostanzjali u wasslet, b'mod partikolari, għal tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni bi 80 %, kif ukoll għal tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tagħha b'20 %. Abbażi ta' dan, l-investigazzjoni oriġinali kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali.

(141)

Fix-xenarju probabbli li jkun hemm volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping f'każ li titħassar il-miżura, huwa probabbli li r-reazzjoni tal-Unjoni tkun simili għal dik osservata fl-investigazzjoni oriġinali u li, għalhekk, l-impatt tal-volumi akbar ta' importazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jkollu effetti simili milli fl-investigazzjoni oriġinali. B'mod partikolari, minħabba s-suq sensittiv ħafna għall-prezz ta' dan il-prodott u l-livelli konsiderevolment aktar baxxi tal-prezzijiet fis-swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn, x'aktarx li l-Unjoni tkun sfurzata tnaqqas il-volumi tal-bejgħ u tal-produzzjoni tagħha u tbaxxi l-prezzijiet tagħha, b'impatt negattiv fuq il-profittabbiltà. Fil-fatt, is-sensittività għall-prezz ta' dan il-prodott tiggrava l-impatt ta' kull pressjoni tal-prezz eżerċitata fuq is-suq tal-Unjoni. Bħala konsegwenza, it-titjib tal-industrija tal-Unjoni li mmaterjalizza biss matul il-PIR jispiċċa jitħassar u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li tiddeterjora serjament.

(142)

Indikazzjoni oħra tal-impatt potenzjali ta' żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi fuq l-industrija tal-Unjoni f'każ li jitħassru l-miżuri, tidher mis-sitwazzjoni li qiegħda tiffaċċja l-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-esportazzjonijiet tagħha lejn pajjiżi terzi oħrajn. F'dawn il-pajjiżi, fejn ma hemmx miżuri antidumping fis-seħħ u fejn l-importazzjonijiet Ċiniżi nstabu li kienu l-oġġett ta' dumping, il-volumi tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'bejn 30 % u 40 %.

(143)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza ta' ħsara f'każ li jitħassru l-miżuri.

5.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(144)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ wara s-sejbiet tar-rieżami tal-iskadenza preżenti tkunx fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u tal-bejjiegħa bl-ingrossa. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

5.1.   L-interessi tal-industrija tal-Unjoni

(145)

Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tjiebet wara l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fl-2010.

(146)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għadha vulnerabbli, kif ġie spjegat fil-premessi 131 u 132.

(147)

Bħala konsegwenza, f'każ li l-miżuri jitħassru, il-ħsara x'aktarx li tirrikorri minħabba li l-industrija tal-Unjoni tispiċċa titlef il-klijenti u tesperjenza pressjoni tal-prezzijiet 'l isfel għall-benefiċċju tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, li mistennija jżidu l-volumi tal-importazzjoni bi prezzijiet baxxi li jkunu l-oġġett ta' dumping. Sitwazzjoni simili kienet osservata f'pajjiżi terzi oħrajn, kif deskritta fil-premessa 142.

(148)

Madankollu, iż-żamma tal-miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkompli bl-irkupru tagħha mid-dumping tal-imgħoddi u tikkonsolida s-sitwazzjoni tagħha.

5.2.   L-interess tal-importaturi mhux relatati

(149)

Fil-bidu ġew ikkuntattjati erba' importaturi mhux relatati magħrufa. Kien hemm tnejn li wieġbu għall-kwestjonarju. Huma kienu jirrappreżentaw bejn 30 % u 50 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PIR u ma kinux favur il-miżuri.

(150)

Instab li s-sehem tal-glukonat tas-sodju fil-fatturat tagħhom kien jirrappreżenta inqas minn 5 %. Barra minn hekk, iż-żewġ importaturi kienu ġeneralment qegħdin jagħmlu profitt ukoll fl-attività tagħhom li tikkonċerna l-glukonat tas-sodju.

(151)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-impatt tal-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi, jekk ikun hemm, se jkun limitat.

5.3.   L-interessi tal-utenti

(152)

Intbagħtu kwestjonarji lil tmien utenti magħrufa. Kien hemm utent wieħed biss li ma kienx favur il-miżuri li wieġeb għall-kwestjonarju.

(153)

Matul il-PIR, l-utent li kkoopera ma importax mir-RPĊ, minħabba li huwa ġab il-glukonat tas-sodju esklussivament mingħand wieħed mill-produtturi tal-Unjoni. Għal dan l-utent, il-glukonat tas-sodju jirrappreżenta inqas minn 5 % tal-ispiża tal-manifattura tal-prodotti lesti li jinkorporaw il-glukonat tas-sodju. Barra minn hekk, l-attività tiegħu li tinkorpora l-glukonat tas-sodju kienet tirrappreżenta inqas minn 20 % tal-fatturat totali matul il-PIR. Instab ukoll li, b'mod ġenerali, dan l-utent kien qed jagħmel profitt. Abbażi tal-impatt limitat li kull varjazzjoni fil-prezz tal-glukonat tas-sodju jista' jkollha fuq l-ispiża tal-produzzjoni tiegħu, huwa mistenni li l-impatt tal-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq dan l-utent, jekk ikun hemm, ikun ukoll wieħed limitat.

(154)

Fid-dawl tal-konklużjoni li tirrigwarda lill-utent li kkoopera u lil-livell baxx ta' kooperazzjoni min-naħa tal-utenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt tal-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, jekk ikun hemm, ikun wieħed limitat.

5.4.   L-interess tal-bejjiegħa bl-ingrossa

(155)

Ħames bejjiegħa bl-ingrossa ippreżentaw ruħhom billi pprovdew it-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarji. Tlieta minnhom kienu favur il-miżuri, filwaqt li t-tnejn l-oħra ma esprimew ebda pożizzjoni f'dan ir-rigward. Il-ħames bejjiegħa bl-imnut kollha xtraw il-glukonat tas-sodju mingħand produttur tal-Unjoni u ma importawx il-prodott ikkonċernat miċ-Ċina. L-attività li tinvolvi l-glukonat tas-sodju kienet tirrappreżenta parti negliġibbli mill-fatturat totali għall-kumpaniji kollha matul il-perjodu kkunsidrat.

(156)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt tal-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq il-bejjiegħa bl-ingrossa, jekk ikun hemm, x'aktarx ikun negliġibbli.

5.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(157)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet persważivi biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-RPĊ.

6.   MIŻURI ANTIDUMPING

6.1.   Miżuri

(158)

Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien intenzjonat li tinżamm il-miżura antidumping definittiva eżistenti. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jressqu kummenti wara din id-divulgazzjoni. L-ebda parti ma ppreżentat kummenti wara d-divulgazzjoni.

(159)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju fir-RPĊ, imposti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 377/2010 (7), għandhom jinżammu.

6.2.   Monitoraġġ speċjali

(160)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li f'dan il-każ huma meħtieġa miżuri speċjali biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji antidumping.

(161)

Kumpaniji b'dazji individwali antidumping iridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura se jkunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(162)

Jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati individwali aktar baxxi ta' dazju jiżdiedu b'mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista' titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell ta' kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta' miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkustanzi u diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista' tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista', fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti ta' dazju għall-pajjiż kollu.

(163)

Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju b'numru tal-Unjoni Doganali u l-Istatistika (CUS) 0023277-9 u numru tar-reġistru tal-Chemical Abstracts Service (CAS) 527-07-1, li attwalment huma klassifikati fil-kodiċi NM ex 2918 16 00 (kodiċi TARIC 2918160010), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Il-kumpanija

Dazju antidumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Shandong Kaison Biochemical Co., Ltd

5,6

A972

Qingdao Kehai Biochemistry Co. Ltd

27,1

A973

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

53,2

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' glukonat tas-sodju mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert b'din il-fattura, ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ebda fattura bħal din ma tiġi ppreżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli fuq “il-kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 965/2010 tal-25 ta' Ottubru 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 282, 28.10.2010, p. 24).

(3)   ĠU C 47, 10.2.2015, p. 3.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat mir-Regolament bażiku.

(5)  Notifika ta' bidu ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' Glukonat tas-Sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 355, 27.10.2015, p. 18).

(6)  https://www.prlog.org/12459353-sodium-gluconate-producers-in-china-see-sharp-increase-in-exports-in-2014.html

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 377/2010 tat-3 ta' Mejju 2010 li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq importazzjonijiet ta' sodium gluconate li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 111, 4.5.2010, p. 5).


20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/95

tad-19 ta' Jannar 2017

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għal dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat 30 ta' Ġunju 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koefiċċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkolat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess Regolament.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

PARTI A

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017

(%)

1

09.4211

0,273598

2

09.4212

39,659846

4A

09.4214

29,761716

09.4251

0,475143

09.4252

6A

09.4216

0,281611

09.4260

0,313976

7

09.4217

8

09.4218

PARTI B

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017

(%)

5A

09.4215

0,506436

09.4254

0,571640

09.4255

09.4256


20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/96

tad-19 ta' Jannar 2017

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għat-tielet stedina għall-offerti parzjali, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fis-17 ta' Jannar 2017, ma għandu jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/97

tal-4 ta' Lulju 2016

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.40168 — 2015/C (ex SA.33584 — 2013/C (ex 2011/NN)) implimentata min-Netherlands favur il-klabb tal-futbol professjonali Willem II f'Tilburg

(notifikata bid-dokument C(2016) 4061)

(Il-verżjoni Netherlandiża biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fl-2010, il-Kummissjoni ġiet infurmata minn ċittadin li n-Netherlands implimentat miżura ta' għajnuna favur il-klabb tal-futbol professjonali Willem II f'Tilburg. Dan l-ilment ġie rreġistrat taħt in-numru SA.31122. Fl-2010 u l-2011, il-Kummissjoni rċeviet ukoll ilmenti dwar miżuri favur klabbs tal-futbol professjonali oħra fin-Netherlands, b'mod partikolari MVV f'Maastricht, FC Den Bosch ġo 's-Hertogenbosch, PSV f'Eindhoven u NEC f'Nijmegen. B'ittra tat-2 ta' Settembru 2011 in-Netherlands ipprovdiet lill-Kummissjoni aktar informazzjoni dwar il-miżura rigward Willem II.

(2)

B'ittra tas-6 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni infurmat lin-Netherlands li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-miżuri favur Willem II, NEC, MVV, PSV u FC Den Bosch.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (minn hawn 'il quddiem: “Id-deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni.

(4)

In-Netherlands issottomettiet osservazzjonijiet fil-qafas tal-proċedura rigward il-miżura favur Willem II b'ittri tal-31 ta' Mejju 2013 u t-12 ta' Novembru 2013. In-Netherlands wieġbet ukoll għat-talba għal informazzjoni addizzjonali b'ittra tal-11 ta' Frar 2014.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mill-muniċipalità ta' Tilburg (minn hawn 'il quddiem: “il-muniċipalità”) bħala parti interessata rigward il-miżura għal Willem II. Hija għaddiethom lin-Netherlands, li ngħatat l-opportunità li twieġeb lura. Il-kummenti tagħha waslu b'ittra tat-12 ta' Novembru 2013 u ġew ippreżentati f'laqgħa li saret fl-20 ta' Marzu 2014.

(6)

Wara d-deċiżjoni tal-ftuħ, u fi qbil man-Netherlands, l-investigazzjonijiet għall-klabbs differenti twettqu b'mod separat. L-investigazzjoni rigward il-klabb Willem II ġiet irreġistrata taħt in-numru tal-każ SA.40168.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

2.1.   Il-miżura u l-benefiċjarju tagħha

(7)

Il-federazzjoni tal-futbol nazzjonali Koninklijke Nederlandse Voetbal Bond (minn hawn 'il quddiem: il-“KNVB”) hija l-organizzazzjoni umbrella għall-kompetizzjoni tal-futbol professjonali u amatorjali. Il-futbol professjonali fin-Netherlands huwa organizzat f'sistema ta' żewġ saffi. Fl-istaġun 2014/2015, din is-sistema kienet tinvolvi 38 klabb, li minnhom 18 kienu fl-ogħla lig (eredivisie) u 20 fil-lig inferjuri (eerste divisie).

(8)

Willem II twaqqaf fl-1898 u ilu klabb tal-futbol professjonali mill-introduzzjoni tal-futbol professjonali fin-Netherlands fl-1954. Willem II jilgħab il-partiti tiegħu fil- Koning Willem II Stadion (minn hawn 'il quddiem: “l-istejdjum”) f'Tilburg. Fl-2010/2011, Willem II ġie relegat mill-ogħla lig għal-lig inferjuri. Il-klabb ġie promoss għal darb'oħra fl-2012 u relegat għal darb'oħra fl-2013. Imbagħad fl-2014 reġa' ġie promoss għall-ogħla lig. L-istaġun 2005/2006 kien l-aktar staġun riċenti li fih Willem II lagħab f'turnew Ewropew (it-Tazza UEFA).

(9)

Il-forma legali attwali ta' Willem II hija Willem II Tilburg B.V. L-entità Willem II Tilburg B.V. (minn hawn 'il quddiem: “Willem II”) hija l-benefiċjarju tal-miżura. Hija proprjetà tal-fondazzjoni Stichting Beheer Betaald Voetbalorganisatie Willem II Tilburg. Hemm assoċjazzjoni separata (Vereniging) Willem II. Willem II hija intrapriża ta' daqs medju bi 53 impjegat fl-2012. Kellha fatturat annwali ta' EUR 11,4 miljun fis-sena kontabilistika 2008/2009 u fatturat ta' EUR 9,9 miljun fis-sena kontabilistika 2009/2010.

(10)

Fl-2004 il-muniċipalità u Willem II ikkonkludew kuntratt, li bih il-muniċipalità saret is-sid sħiħ (3) tal-istejdjum u li bih Willem II kiseb lokazzjoni għall-użu tal-istedjum. Il-kuntratt ta' lokazzjoni speċifika li l-muniċipalità kriet l-istejdjum lil Willem II, u li għal dan il-klabb kellu jħallas il-kera annwali ta' EUR 1 001 731, flimkien mal-VAT u spiża varjabbli. Il-kera kienet ibbażata fuq l-ispiża tal-investiment, perjodu ta' deprezzament ta' 30 sena u r-rata ta' interess ta' 5,5 % użata mill-muniċipalità fiż-żmien li fih il-kuntratt ġie konkluż. Il-kundizzjonijiet fil-lokazzjoni ta' 30 sena ġew imfassla biex jiżguraw użu tal-istejdjum li jkollu newtralità baġitarja għall-muniċipalità. Fil-punt 51 tad-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni ddikjarat li l-parametri li dak iż-żmien kien intlaħaq qbil dwarhom kienu jiggarantixxu li Willem II iħallas kera li tkopri l-ispejjeż kollha, u b'hekk tiġi evitata kwalunkwe għajnuna operatorja lill-klabb tal-futbol. Il-kiri kien fil-limitu tal-kera mħallsa minn oħrajn, għalkemm 'il fuq mill-medja. Fis-snin bejn l-2004 u l-2008 Willem II kien kapaċi jħallas il-kera.

(11)

Fl-istaġun tal-futbol 2009/2010, Willem II ħabbat wiċċu ma' diffikultajiet finanzjarji, u f'Mejju 2010 ħabbar li kien f'xifer il-falliment. Il-muniċipalità, li aktar kmieni kienet issospendiet il-pagament tal-kera għall-2009, fil-31 ta' Mejju 2010 iddeċidiet li tnaqqas il-kera u spejjeż oħra b'effett retroattiv sal-2004. L-effett ta' din id-deċiżjoni kien tnaqqis b'EUR 0,4 miljun tal-ammont annwali dovut mill-klabb tal-futbol matul perjodu ta' sitt snin, li wassal għal pagament — f'żewġ segmenti — ta' EUR 2,4 miljun lil Willem II, somma li minnha tnaqqset il-kera pendenti għall-2009. Lokazzjoni ġdida, li ħadet post dik tal-2004, ġiet konkluża fil-31 ta' Ottubru 2011.

(12)

Id-deċiżjoni tal-muniċipalità tal-31 ta' Mejju 2010 kienet ibbażata fuq il-kundizzjoni li Willem II jissodisfa l-obbligi inklużi fil-pjan ta' ristrutturar li kellu l-għan li jirkupra l-vijabbiltà fuq terminu twil ta' Willem II. Il-kundizzjonijiet ta' dan il-pjan kienu jinkludu obbligi ta' rappurtar finanzjarju trimestrali, baġit ibbilanċjat għall-istaġun tal-futbol li jmiss, it-tisjib ta' mod kif titnaddaf il-karta tal-bilanċ tiegħu, il-ħtieġa li jiġu rispettati l-istandards tal-assoċjazzjoni tal-futbol nazzjonali għas-salarji tal-plejers, u l-introduzzjoni ta' struttura ta' maniġment u ta' sorveljanza ġodda. Il-miżuri li ttieħdu minn Willem II biex jissodisfa dawk il-kundizzjonijiet sussegwentement tqiesu bħala sodisfaċenti mill-muniċipalità li b'hekk illiberat it-tieni segment tal-EUR 2,4 miljun.

(13)

In-Netherlands ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-pjan tagħha skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, li tagħti EUR 2,4 miljun lil Willem II. Il-Kummissjoni lanqas ma ġiet informata bid-deċiżjoni li ttieħdet fl-2009 dwar is-sospensjoni tal-pagament tal-kera annwali għall-istaġun 2009/2010.

2.2.   Effett possibli tal-għajnuna

(14)

In-Netherlands iddubitat mill-impatt tal-għajnuna possibbli fuq is-suq intern għall-klabbs li ma jilagħbux futbol fil-livell Ewropew. Madanakollu, il-klabbs tal-futbol professjonali jitqiesu bħala impriżi u huma soġġetti għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Il-futbol jieħu l-forma ta' impjieg bi qligħ u jipprovdi servizzi għar-remunerazzjoni; huwa żviluppa livell għoli ta' professjonaliżmu u b'hekk żied l-impatt ekonomiku tiegħu (4).

(15)

Minbarra li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet tal-futbol, li għandhom dimensjoni internazzjonali, il-klabbs tal-futbol professjonali jieħdu sehem f'attivitajiet ekonomiċi f'diversi swieq, bħas-suq tat-trasferimenti għall-plejers professjonali, ir-reklamar, l-isponserizzjazzjoni, il-merchandising jew dak li tkopri l-midja. L-għajnuna lil klabb tal-futbol professjonali sssaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f'kull wieħed minn dawk is-swieq, li l-biċċa l-kbira tagħhom ikopru diversi Stati Membri. Għaldaqstat, jekk ir-riżorsi tal-Istat jintużaw biex jipprovdu vantaġġ selettiv lil klabb tal-futbol professjonali, irrispettivament mil-lig li jilgħab fih, tali għajnuna aktarx ikollha l-potenzjal li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (5).

2.3.   Raġunijiet biex jingħata bidu għall-proċedura

(16)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-muniċipalità ipprovdiet vantaġġ selettiv lil Willem II bl-użu ta' riżorsi tal-Istat u b'hekk ipprovdiet għajnuna lill-klabb tal-futbol. Il-Kummissjoni adottat ukoll il-pożizzjoni li l-miżuri ta' għajnuna lill-klabbs tal-futbol professjonali aktarx ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(17)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni nnutat li fiż-żmien li fih Willem II ngħata l-għajnuna kien qed jesperjenza diffikultajiet finanzjarji. Sabiex tivvaluta l-kompatibilità tal-għajnuna mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultà (6) (minn hawn 'il quddiem: “il-Linji Gwida”), il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti kollha stipulati fil-Linji Gwida.

(18)

Il-Kummissjoni b'mod partikolari ma kinitx kapaċi tivverifika jekk il-kundizzjonijiet fil-punti 34 sa 37 tal-Linji Gwida dwar in-natura u l-implimentazzjoni ta' pjan ristrutturali ġewx irrispettati. Il-Kummissjoni ma kinitx kapaċi tivverifika wkoll jekk kinux ittieħdu miżuri ta' kumpens adegwati fis-sens tal-punti 38 sa 42. Barra minn hekk kien hemm bżonn jintwera li l-għajnuna kienet limitata għall-minimu neċessarju, li l-benefiċjarju nnifsu jkun ħallas kontribut proprju adegwat għar-ristrutturar tiegħu u li l-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba” jiġi rispettat.

3.   KUMMENTI MIN-NETHERLANDS

(19)

In-Netherlands ma qablitx li l-miżura għar-ristrutturar tal-ftehim tal-lokazzjoni tal-istejdjum kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fil-fehma tan-Netherlands, il-muniċipalità bħala s-sid tal-istejdjum applikat il-kundizzjonijiet tas-suq u aġixxiet f'konformità mal-prinċipji tal-investitur u l-kreditur f'ekonomija tas-suq billi ssospendiet il-kera għall-utent ewlieni tal-istejdjum fl-2009 u billi baxxiet l-kera u kundizzjonijiet kuntrattwali oħra b'effett retroattiv fl-2010. F'każ ta' falliment ta' Willem II, il-klabb kien jitlef il-liċenzja tiegħu li jilgħab futbol professjonali. Il-muniċipalità kienet tibqa' bi stejdjum tal-futbol li jista' jsir utli biss għal attivitajiet oħra bi spiża ta' investiment sostanzjali. In-Netherlands qalet li l-kera aktar baxxa kienet konformi mal-kera mħallsa mkejjen oħra għal stejdjums oħra u li għalhekk kienet konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq.

(20)

Min-naħa l-oħra, in-Netherlands argumentat li anke kieku l-miżura kellha tikkostitwixxi għajnuna, din kienet tkun kompatibbli mas-suq intern. Dawn l-argumenti kienu primarjament ibbażati fuq ittra li l-Kummissjoni bagħtet lin-Netherlands fil-11 ta' Lulju 2002 dwar l-infrastruttura tal-isport. F'din l-ittra l-Kummissjoni ddeskriviet ċerti kundizzjonijiet skont liema kienet tqis li l-finanzjament tal-infrastruttura tal-isport ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. It-tieni nett, l-argumenti huma bbażati fuq il-Linji Gwida u l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

(21)

Fir-rigward tar-ristrutturar ta' Willem II, in-Netherlands iddeskriviet is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb. Fis-sena kontabilistika 2008/2009 (7) Willem II għamel telf ta' EUR 3,9 miljun fuq fatturat ta' EUR 11,4 miljun u l-ewkità tiegħu [eigen vermogen] naqset minn EUR 4,1 miljun għal EUR 0,2 miljun. Fl-2009/2010 (8) Willem II għamel telf ta' EUR 4,4 miljun fuq fatturat ta' EUR 9,9 miljun. Minkejja l-għoti ta' EUR 2,4 miljun mill-muniċipalità, l-ekwità tiegħu naqset aktar minn EUR 0,2 miljun għal nieqes EUR 2,1 miljun.

(22)

Kull klabb tal-futbol professjonali Netherlandiż jeħtieġ liċenzja mill-KNVB, li jirċievi biss jekk jikkonforma ma' diversi obbligi. Wieħed mill-obbligi taħt is-sistema jikkonċerna s-saħħa finanzjarja tal-klabb. Kull staġun, klabb huwa obbligat jissottometti rapporti finanzjarji sal-1 ta' Novembru, l-1 ta' Marzu u l-15 ta' Ġunju, li fost l-oħrajn jagħtu stampa tas-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħu, kif ukoll il-baġit għall-istaġun li jmiss. Abbażi ta' dawn ir-rapporti, il-klabbs jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji (1: insuffiċjenti, 2: suffiċjenti, 3: tajjeb). Il-klabbs tal-Kategorija 1 huma obbligati jippreżentaw pjan għat-titjib biex jilħqu l-Kategoriji 2 jew 3. Jekk il-klabb ma jirnexxilux jikkonforma mal-pjan, il-KNVB tista' timponi sanzjonijiet, inkluż twissija uffiċjali, tnaqqis fil-punti ta' kompetizzjoni u — bħala sanzjoni finali — it-tneħħija tal-liċenzja. Klabb tal-futbol professjonali fin-Netherlands li jiddikjara li huwa fallut jitlef il-liċenzja tiegħu. Jekk klabb suċċessur jiġi mwaqqaf, ma jitħalliex jidħol direttament fil-ligs tal-futbol professjonali, iżda jkollu jibda mit-tieni l-ogħla lig amatorjali. Bid-diffikultajiet tiegħu, Willem II irriskja li jitlef il-liċenzja tiegħu biex jipparteċipa f'kompetizzjonijiet professjonali. Huwa ġie kklassifikat fil-Kategorija 1 fl-2010.

(23)

In-Netherlands issuġġeriet li fid-dawl ta' dawn id-diffikultajiet id-deċiżjoni tal-muniċipalità li tagħti EUR 2,4 miljun lil Willem II kienet subordinata għal għadd ta' kundizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' ristrutturar imfassal minn Willem II (9). Il-pjan tfassal biex iwassal għal pożizzjoni finanzjarja b'saħħitha fuq perjodu ta' 3 snin. L-għan tal-pjan kienu ukoll dak li jissodisfa r-rekwiżiti tal-KNVB biex jikseb status ta' Kategorija 2 (suffiċjenti) sal-aħħar tas-sena finanzjarja 2012/2013. F'Diċembru 2011 il-KNVB kienet diġà tatu l-istatus ta' Kategorija 2.

(24)

Il-pjan ta' ristrutturar kien jinvolvi maniġment ġdid, tnaqqis fil-persunal u fil-grupp ta' plejers. Huwa ppreveda li n-numru ta' plejers b'kuntratt jitnaqqas. Jiġu trasferiti diversi plejers, il-kuntratti eżistenti jiġu mtawlin għal paga aktar baxxa, il-kuntratti l-ġodda jiġu konklużi mingħajr pagamenti għal trasferimenti jew jinkrew plejers minn klabbs oħra. L-għan tal-pjan kien li titnaqqas l-ispiża tal-persunal u tal-plejers minn 77 % għal taħt il-55 %.

(25)

Fl-2009, meta tfaċċaw id-diffikultajiet finanzjarji ta' Willem II, kien hemm disa' entitajiet privati li qablu li flimkien isellfu EUR 2,25 miljun lill-klabb. Fl-2010, dawn setgħu jiġu konvinti biex jestendu t-tul tas-self, biex ma jsegwux il-pretensjonijiet tagħhom sal-irkupru tal-likwidità suffiċjenti ta' Willem II, u li jaċċettaw li jbaxxu l-imgħax fuq dawn il-pretensjonijiet; sitta minnhom marru lil hinn minn dan u naqqsu 10 % tal-pretensjonijiet tagħhom. L-għan tal-pjan ta' ristrutturar kien li jippermetti lil Willem II jikseb introjtu operatorju moderat fi żmien tliet snin. Il-pjan irriżulta li kien wieħed realistiku. Willem II kellu introjtu ta' madwar EUR 0,3 miljun fl-2010/2011 u fl-2011/2012 u ammonti iżgħar fl-2012/2013; huwa tejjeb il-pożizzjoni ta' ekwità tiegħu għal nieqes EUR 1,4 miljun fit-30 ta' Ġunju 2012, nieqes EUR 1,3 miljun fit-30 ta' Ġunju 2013, u dawwarha f'pożittiv fis-sena kontabilistika 2013/2014.

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(26)

Il-muniċipalità ssottomettiet l-osservazzjonijiet skont il-proċedura li fil-biċċa l-kbira kienu identiċi għall-osservazzjonijiet sottomessi min-Netherlands. Barra minn hekk, il-muniċipalità pprovdiet ukoll informazzjoni speċifika dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Willem II fl-2009 u ssottomettiet studju, li sar f'Novembru 2013 minn Deloitte Financial Advisory Services, rigward l-ispiża tad-diversi opzjonijiet miftuħa għall-muniċipalità fl-2010, sabiex issostni l-fehma tagħha li l-miżuri deċiżi fl-2009 u fl-2010 kienu raġonevoli.

5.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

5.1.   Preżenza tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat

(27)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, għajnuna mill-Istat hija għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tagħti vantaġġ ekonomiku lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi u b'hekk, biex miżura tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet kollha jridu jiġu ssodisfati.

(28)

Abbażi tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tivvaluta fir-rigward tal-preżenza tal-għajnuna d-deċiżjoni tal-muniċipalità fl-2009 biex tissospendi l-pagament tal-kera għall-użu tal-istejdjum minn Willem II u d-deċiżjoni li l-muniċipalità ħadet f'Mejju 2010 biex, b'effett retroattiv, tbaxxi l-kiri u spejjeż oħra għall-użu tal-istejdjum. Il-Kummissjoni tinnota li ż-żewġ azzjonijiet huma marbuta mill-qrib fir-rigward tal-kronoloġija u tal-għan tagħhom u mas-sitwazzjoni ta' Willem II f'dak iż-żmien u b'hekk għandhom jiġu eżaminati flimkien.

5.1.1.   Finanzjament permezz tar-riżorsi tal-Istat

(29)

Iż-żewġ miżuri ġew deċiżi mill-muniċipalità u għandhom konsegwenzi finanzjarji diretti fuq il-baġit tagħha; b'hekk huma jinvolvu l-użu tar-riżorsi tal-Istat. It-trasferiment tar-riżorsi tal-Istat jista' jieħu ħafna forom, bħal għotjiet diretti, self, garanziji, investiment dirett fil-kapital tal-intrapriżi u benefiċji in natura. Ir-rinunzja ta' dħul li minflok kien jitħallas mill-Istat tikkostitwixxi wkoll trasferiment ta' riżorsi tal-Istat.

5.1.2.   Vantaġġ ekonomiku

(30)

Jeħtieġ li l-miżuri jipprovdu vantaġġ ekonomiku lil Willem II li kieku ma kienx ikollu b'kundizzjonijiet tas-suq normali. In-Netherlands u l-muniċipalità jgħidu li l-muniċipalità ġabet ruħha f'konformita mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq u l-prinċipju tal-kreditur f'ekonomija tas-suq u, b'hekk ma taw l-ebda vantaġġ lil Willem II. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din l-opinjoni għar-raġunijiet li ġejjin.

(31)

Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża tittejjeb b'riżultat tal-intervent tal-Istat, jista' jiġi preżunt li jkun hemm vantaġġ. Sabiex dan jiġi vvalutat, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-intrapriża li ssegwi l-miżura għandha tiġi mqabbla mas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha f'każ li l-miżura ma tkunx ġiet introdotta. Mingħajr l-intervent, il-klabb kien jibqa' f'diffikultà finanzjarja, bil-periklu li jfalli u jiġi relegat għal lig inferjuri. Mhuwiex ikkuntestat li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Willem II tjiebet sew permezz tal-miżuri li qed jiġu investigati.

(32)

Dan ma jikkostitwixxix vantaġġ indebitu jekk il-muniċipalità tista' turi li aġixxiet f'konformità mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq u l-prinċipju tal-kreditur f'ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni tinnota li fl-2004 il-muniċipalità kisbet is-sjieda sħiħa tal-istejdjum. Għal dan l-akkwist hija ħallset il-valur ekonomiku tal-istejdjum, li kien ġie stabbilit abbażi ta' għarfien espert estern. Il-lokazzjoni tal-2004 ma' Willem II ġiet konkluża mill-muniċipalità bl-għarfien sħiħ li l-istejdjum ma kienx arena multifunzjonali, iżda stejdjum tal-futbol bil-Willem II bħala utent ristrett b'possibilitajiet limitati biss għall-użu għall-attivitajiet lil hinn mill-futbol. Għaldaqstant il-muniċipalità kienet taf li l-użu tal-istejdjum kien jiddependi fuq il-fatt li Willem II ikun jista' jkompli jħallas il-kera u l-ispejjeż l-oħra speċifikati fil-kuntratt. Investitur tal-ekonomija tas-suq jew ma kienx jieħu dan ir-riskju fuqu għalkollox, jew kien jieħdu biss għal marġni tal-profitt u assigurazzjoni korrispondenti kontra kull possibbiltà ta' insolvenza mill-utent ristrett.

(33)

Meta l-muniċipalità fl-2010 infurmat lill-kunsill muniċipali li Willem II kien f'xifer il-falliment, sabet ukoll li l-użu tal-istejdjum mill-2004 kien biss newtrali għall-baġit tagħha. Jekk madanakollu l-lokazzjoni tal-2004 ma ġġeneratx qligħ raġonevoli, fl-2010 l-emenda b'effett retroattiv tal-kundizzjonijiet ta' lokazzjoni saret bl-għarfien li tagħmel l-użu mill-2004 wieħed li jwassal għat-telf. Dan jeskludi li d-deċiżjoni tal-2010 li titnaqqas il-kera tissodisfa l-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. L-ebda attur kummerċjali ma jaqbel mal-modifika retroattiva ta' kera li ma għandha l-ebda perspettiva biex tiżgura r-redditu fuq l-investiment.

(34)

In-Netherlands u l-muniċipalità, madanakollu, jgħidu wkoll li d-deċiżjoni tal-muniċipalità li taffiet il-piż tad-dejn fuq il-klabb, kienet konformi mal-prinċipju tal-kreditur f'ekonomija tas-suq. F'dan il-kuntest, huma jirreferu għall-fatt li diversi kredituri kbar irrinunzjaw parti mill-pretensjonijiet tagħhom fir-rigward ta' Willem II. Huma jirreferu wkoll għall-parti fid-deċiżjoni tal-ftuħ li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri tal-muniċipalità ta' Arnhem favur il-klabb tal-futbol ta' Vitesse ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(35)

F'dan ir-rigward il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li d-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-2009 li jiġi sospiż il-ħlas tal-kera u fl-2010 li titnaqqas, b'effett retroattiv, il-kera u obbligazzjonijiet ta' ħlas oħrajn għall-użu tal-istejdjum ma kinux ittieħdu fl-istess ħin li ttieħdu miżuri korrispondenti minn kredituri oħrajn. Barra minn hekk, fl-2010 il-muniċipalità kkonċediet ammont ta' EUR 2,4 miljun lil Willem II, aktar mid-doppju tal-pretensjoni tagħha għal kera ta' sena lil Willem II. Il-muniċipalità ħtieġet lil Willem II jinnegozja ma' kredituri oħrajn biex inaddaf il-karta tal-bilanċ tiegħu, iżda mingħajr ma stabbiliet kundizzjonijiet għal dawk in-negozjati li kienu jaqblu mal-kundizzjonijiet tal-intervent tagħha. L-argument li klabb tal-futbol professjonali fallut jitlef il-liċenzja tiegħu u li l-muniċipalità tibqa' bi stejdjum tal-futbol li jsir utli biss għal attivitajiet oħra bi spiża ta' investiment sostanzjali lanqas mhu konvinċenti. F'każ ta' falliment, seta' twaqqaf klabb suċċessur bħala utent tal-istejdjum. Ċertament, ma jiġix ammess fil-ligs tal-futbol profesjonali direttament, iżda jkollu jibda mit-tieni l-ogħla lig amatorjali. Madanakollu dan ikollu l-perspettiva li juża l-istejdjum u li fil-futur previst jirritorna għal-lig professjonali, u b'hekk jikkontribwixxi għal dħul tal-lokazzjoni tal-istejdjum.

(36)

In-Netherlands irreferiet ukoll għall-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2002 li fiha ddeskriviet ċerti kundizzjonijiet skont liema tqis li l-finanzjament tal-infrastruttura tal-isport ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu l-karattru multifunzjonali tal-arena, l-aċċess mhux diskriminatorju għaliha u l-adegwatezza tat-tariffi tal-utent.

(37)

Madanakollu, f'dan il-każ l-osservazzjonijiet ma jistgħux iwasslu għall-konklużjoni li Willem II ma kisibx vantaġġ mhux dovut. Diġà jista' jiġi kkontestat jekk l-argumenti mniżżlin fl-ittra tal-11 ta' Lulju 2002 għadhomx rilevanti, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li qieset l-investiment pubbliku fl-infrastruttura li jsir disponibbli għall-użu pubbliku bħala għajnuna mill-Istat (10). F'dan il-każ, huwa madanakollu deċisiv li l-muniċipalità u Willem II fl-2004 ikkonkludew kuntratt li fih qablu dwar kera annwali ta' EUR 1 001 731. Jekk il-pagament ta' din il-kera li ntlaħaq qbil dwarha l-ewwel jiġi sospiż fil-ftehim mal-muniċipalità u l-ammont tal-kera minn hawn 'il quddiem jitbaxxa b'mod retroattiv, il-muniċipalità tagħti vantaġġ finanzjarju lil Willem II li normalment ma jkollux u li fi kwalunkwe każ operatur privat normalment ma kienx jagħti.

(38)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni mhijiex konvinta li l-muniċipalità ġabet ruħha ta' operatur tal-ekonomija tas-suq, kemm jekk bħala investitur u kemm bħala kreditur jew it-tnejn li huma. B'hekk tikkonkludi li pprovdiet appoġġ finanzjarju biex tevita l-falliment ta' Willem II, li attur tas-suq privat ma kienx jipprovdi u li b'hekk jikkostitwixxi vantaġġ.

5.1.3.   Effett fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni

(39)

In-Netherlands iddubitat mill-impatt tal-għajnuna possibbli fuq is-suq intern għall-klabbs li ma jilagħbux futbol fil-livell Ewropew. F'dan ir-rigward, kif indikat fil-premessa 14, il-Kummissjoni tfakkar li l-klabbs tal-futbol professjonali huma meqjusa bħala intrapriżi u huma soġġetti għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Il-futbol jieħu l-forma ta' impjieg bi qligħ u jipprovdi servizzi għar-remunerazzjoni; huwa żviluppa livell għoli ta' professjonaliżmu u b'hekk żied l-impatt ekonomiku tiegħu.

(40)

Barra minn hekk, Willem II huwa parteċipant potenzjali fit-tornej tal-futbol Ewropej u fil-passat fil-fatt ipparteċipa f'turnew Ewropew. Bħala klabb tal-futbol professjonali huwa jieħu sehem f'attivitajiet ekonomiċi f'diversi swieq barra milli jipparteċipa f'kompetizzjonijiet tal-futbol li għandhom dimensjoni internazzjonali, bħas-suq tat-trasferimenti għall-plejers professjonali, ir-reklamar, l-isponserizzazzjoni, il-merchandising, u l-midja. L-għajnuna lil klabb tal-futbol professjonali issaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f'kull wieħed minn dawk is-swieq, li l-biċċa l-kbira tagħhom ikopru diversi Stati Membri. Għaldaqstat, kif stipulat fil-premessa 15, jekk ir-riżorsi tal-Istat jintużaw biex jipprovdu vantaġġ selettiv lil klabb tal-futbol professjonali, irrispettivament mil-lig li jilgħab fih, tali għajnuna aktarx ikollha l-potenzjal li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

5.2.   Valutazzjoni skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat

(41)

Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-miżura ta' għajnuna favur Willem II tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. L-ebda waħda mid-derogi msemmija fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat ma tapplika għall-miżura ta' għajnuna inkwistjoni. Fir-rigward tad-derogi previsti fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tinnota li l-ebda wieħed mir-reġjuni tan-Netherlands ma jaqa' taħt id-deroga fl-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat. Il-miżura ta' għajnuna inkwisjoni la tippromwovi proġett importanti ta' interess Ewropew komuni, u lanqas ma sservi ta' rimedju għal disturb serju fl-ekonomija tan-Netherlands fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. Barra minn hekk, ma jistax jingħad li l-miżura ta' għajnuna tippromwovi l-konservazzjoni tal-kultura jew il-patrimonju fis-sens tal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat.

5.2.1.   Linji Gwida applikabbli

(42)

Fir-rigward tad-deroga fl-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat favur l-għajnuna biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi, tali għajnuna tista' tkun kompatibbli fejn ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

(43)

Għall-valutazzjoni tagħha ta' miżuri ta' għajnuna skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, il-Kummissjoni ħarġet għadd ta' Regolamenti, Oqfsa, Linji Gwida u Komunikazzjonijiet dwar il-forom ta' għajnuna u għanijiet orizzonali jew settorjali li għalihom tingħata l-għajnuna. Minħabba li Willem II fiż-żmien li ttieħdu l-miżuri kien qed iħabbat wiċċu ma' diffikultajiet finanzjarji u li l-għajnuna ngħatat mill-muniċipalità biex tindirizza dawk id-diffikultajiet, huwa xieraq li jiġi vvalutat jekk il-kriterji stipulati fil-Linji Gwida (11) japplikawx u humiex issodisfati.

(44)

F'Lulju 2014, il-Kummissjoni ppubblikat Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' intrapriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (12). Madanakollu, dawn mhumiex applikabbli għal din l-għajnuna mhux notifikata mogħtija fl-2009 u l-2010. Skont il-punt 137 tal-linji l-gwida l-ġodda, dan ikun biss il-każ għal kull għajnuna ta' salvataġġ jew ristrutturar mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel jekk parti mill-għajnuna jew l-għajnuna kollha tingħata wara l-pubblikazzjoni ta' dawk il-linji gwida f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-punt 138 tal-linji l-gwida l-ġodda, fil-każijiet kollha l-oħra l-Kummissjoni se twettaq l-eżami abbażi tal-linji gwida li kienu japplikaw dak iż-żmien li ngħatat l-għajnuna, u b'hekk, f'dan il-każ, dawk applikabbli qabel l-2014.

5.2.2.   Willem II bħala kumpanija f'diffikultà

(45)

Skont il-punt 10(a) tal-Linji Gwida, kumpanija b'responsabbiltà limitata trid titqies f'diffikultà jekk aktar minn nofs il-kapital irreġistrat tagħha jkun għeb u aktar minn kwart ta' dak il-kapital ikun intilef fit-12-il xahar preċedenti. Fis-sena kontabilistika 2008/2009 (13) Willem II għamel telf ta' EUR 3,9 miljun fuq fatturat ta' EUR 11,4 miljun u l-ewkità proprja tiegħu [eigen vermogen] naqset minn EUR 4,1 miljun għal EUR 0,2 miljun. Fl-2009/2010 (14) Willem II għamel telf ta' EUR 4,4 miljun fuq fatturat ta' EUR 9,9 miljun. Minkejja l-għoti ta' EUR 2,4 miljun mill-muniċipalità, l-ekwità tiegħu naqset aktar minn EUR 0,2 miljun għal nieqes EUR 2,1 miljun. B'hekk Willem II kien ċertament kumpanija f'diffikultà. Dan il-fatt mhuwiex ikkontestat min-Netherlands. Għaldaqstant, il-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat lil Willem II se tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida.

5.2.3.   Irkupru tal-vijabbiltà fuq terminu twil

(46)

Fit-Taqsima 3.2, il-Linji Gwida jitolbu li l-għotja tal-għajnuna trid tkun kondizzjonali rigward l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar (ara l-punti 34 sa 37 tal-Linji Gwida), li jridu jirkupraw il-vijabbiltà fuq terminu twil tad-ditta f'perjodu ta' żmien raġonevoli. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjoni tal-muniċipalità li tagħti EUR 2,4 miljun lil Willem II ġiet subordinata għal għadd ta' kundizzjonijiet, kif imsemmi fil-premessa 12. Dawn il-kundizzjonijiet kienu l-qofol tal-pjan ta' ristrutturar imfassal minn Willem II (15).

(47)

Il-pjan ġie mfassal biex iwassal għal pożizzjoni finanzjarja sana fuq perjodu ta' tliet (3) snin, kif ukoll jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-KNVB biex tkompli tilliċenzja lil Willem II għall-kompetizzjonijiet professjonali u biex dan jikseb status ta' Kategorija 2 sa tmiem is-sena finanzjarja tiegħu 2012/2013.

(48)

Il-pjan ta' ristrutturar kien jinvolvi maniġment ġdid, tnaqqis sostanzjali fil-persunal u fil-grupp tal-plejers. Diversi plejers ġew trasferiti, il-kuntratti eżistenti ġew prolungati għal paga aktar baxxa, il-kuntratti l-ġodda ġew konklużi mingħajr pagamenti għal trasferimenti. Dan kien jinvolvi tnaqqis fl-ispiża tal-persunal u tal-plejers ta' 30 % matul is-sentejn wara l-adozzjoni tal-pjan. Barra mill-EUR 2,4 miljun mill-muniċipalità, Willem II seta' jiżgura l-kontribuzzjoni kontinwa ta' EUR 2,25 miljun mis-settur privat.

(49)

Il-Kummissjoni sabet li l-pjan ta' ristrutturar jittratta l-kawżi tad-diffikultajiet finanzjarji ta' Willem II, speċjalment l-ispiża tal-plejers fil-forma ta' pagi u pagamenti għal trasferimenti. Willem II jipprevedi li jiffranka fl-attività ewlenija tiegħu. Il-pjan ta' ristrutturar ma jiddependix fuq fatturi esterni li Willem II jista' jsegwi iżda ma jkollox kompletament taħt il-kontroll tiegħu, bħat-tisjib ta' sponsors ġodda u ż-żieda fin-numru ta' spettaturi. Għalkemm il-pożizzjoni finanzjarja u speċjalment l-ekwità proprja negattiva ta' Willem II jibqgħu raġuni għat-tħassib, it-tkomplija tat-titjib fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb hija wkoll prevista, flimkien mal-operazzjoni kontinwa tiegħu bħala klabb tal-futbol professjonali. L-iżvilupp juri li l-pjan kien fil-fatt wieħed realistiku. Il-KNVB kienet diġà tat l-istatus ta' Kategorija 2 f'Diċembru 2011. Willem II kien kapaċi jikseb introjtu operatorju ta' EUR 0,3 miljun fl-2010/2011 u għal darb'oħra fl-2011/2012, u b'hekk tejjeb il-pożizzjoni ta' ekwità tiegħu għal nieqes EUR 1,4 miljun fit-30 ta' Ġunju 2012.

5.2.4.   Miżuri ta' kumpens

(50)

Il-Punti 38 sa -42 tal-Linji Gwida jeħtieġu li jittieħdu miżuri ta' kumpens mill-benefiċjarju sabiex iċekknu l-effett tat-tfixkil tal-għajnuna u l-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali. Fil-punt 80 tad-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni nnutat in-natura partikolari tal-futbol professjonali f'dan ir-rigward u ssuġġeriet għadd ta' miżuri li għall-futbol professjonali jistgħu jiġu interpretati bħala miżuri ta' kumpens fis-sens tal-Linji Gwida, bħal-limitazzjoni tal-plejers irreġistrati fil-limiti permessi mill-azzjoċjazzjoni nazzjonali, l-aċċettazzjoni ta' limitu fuq il-pagi aktar baxx mill-istandards tas-soltu fis-settur, projbizzjoni fuq il-pagament tal-ispejjeż tat-trasferimenti għal plejers ġodda għal ċertu perjodu, jew iż-żieda fl-attivitajiet għall-benefiċċju tas-soċjetà. Billi jaċċetta l-limitu fuq l-għadd ta' plejers jew il-pagi tagħhom klabb jaċċetta wkoll żvantaġġ kompetittiv meta mqabbel ma' klabbs oħra mingħajr dawn il-limiti. Projbizzjoni fuq il-ħlas għat-trasferimenti tillimita l-għażla għal plejers kompetittivi ġodda.

(51)

Il-Kummissjoni tinnota li Willem II, skont il-pjan, fil-fatt, naqqas l-għadd ta' impjegati u plejers. L-għadd ta' impjegati niżel minn 79 fl-istaġun 2009/2010, għal 61 fl-istaġun 2010/2011 u għal 53 fl-istaġun 2011/2012. In-numru ta' plejers irreġistrati naqas minn 31 għal 27. L-ispiża tal-pagi (16) inġiebet għal-livell ta' 48 % tal-fatturat, li huwa ħafna aktar baxx mil-livell tal-istandard tal-UEFA ta' 70 % għall-plejers biss. Matul il-perjodu ta' ristrutturar ma jsiru l-ebda pagamenti għal trasferimenti għal plejers ġodda. Dawk il-miżuri dgħajfu lit-tim tal-klabb u, b'hekk ikkontribwew għar-relegazzjoni ta' Willem II għat-tieni lig fi tmiem l-istaġun 2010/2011 u għal darb'oħra fl-2012/2013. Il-Kummissjoni tinnota wkoll aktar infiq tal-klabb għall-benefiċċju tal-pubbliku fit-taħriġ ta' plejers amatorjali. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta' kumpens meħtieġa mill-Linji Gwida kienu ttieħdu, u dawn kellhom l-effett li jdgħajfu l-pożizzjoni kompetittiva ta' Willem II fil-futbol professjonali.

5.2.5.   Għajnuna limitata għall-inqas livell

(52)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-pjan ta' ristrutturar sa ċertu punt huwa ffinanzjat minn entitajiet privati esterni barra mit-tfaddil intern li jkun sar. Fl-2009, meta tfaċċaw id-diffikultajiet finanzjarji ta' Willem II, kien hemm disa' entitajiet privati li qablu li flimkien isellfu EUR 2,25 miljun lill-klabb. Fl-2010, ġew konvinti jkomplu jħallu dawn l-ammonti mal-klabb u jaqblu li ma jkomplux dawn il-pretensjonijiet sa ma Willem II ikunx jista' jħallashom lura. Huma aċċettaw ukoll rata ta' interess aktar baxxa ta' 3 %. Sitta minnhom ġew konvinti biex iwaqqgħu 10 % tal-pretensjonijiet tagħhom għalkollox. Dan jissodisfa r-rekwiżit tal-punt 44 tal-Linji Gwida li għal intrapriża ta' daqs medju bħal Willem II tal-anqas 40 % tal-ispiża tar-ristrutturar għandha titħallas mill-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, inkluż il-finanzjament estern li juri twemmin fil-vijabbiltà tal-benefiċjarju.

(53)

L-ammont tal-għajnuna kien meħtieġ. Skont il-pjan ta' ristrutturar dan kellu jwassal għal riżultat pożittiv moderat fl-istaġuni 2010/2011 u 2011/2012 u jtejjeb l-ekwità bil-mod. Dan ma kienx jippermetti lil Willem II jixtri plejers ġodda jew jattirahom b'salarji ogħla.

5.2.6.   Monitoraġġ u rapport annwali

(54)

Il-Punt 49 tal-Linji Gwida jitlob lill-Istat Membru jikkomunika dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-pjan ta' ristrutturar permezz ta' rapporti dettaljati regolari. Il-Punt 51 jistabbilixxi kundizzjonijiet anqas stretti għal intrapriżi ta' daqs żgħir u medju fejn it-trażmissjoni ta' kopji annwali tal-iskeda tal-bilanċ u r-rapport tal-introjtu normalment jitqiesu suffiċjenti. In-Netherlands impenjat ruħha li tissottometti dawn ir-rapporti.

5.2.7.   Tal-ewwel u tal-aħħar darba

(55)

Konformi mal-punti 72 sa 77 tal-Linji Gwida, in-Netherlands speċifikat li Willem II ma rċeviex għajnuna ta' salvataġġ jew ta' ristrutturar fl-għaxar snin qabel l-għotja ta' din l-għajnuna. Barra minn hekk, impenjat ruħha li ma tagħtix għajnuna ta' salvataġġ jew ristrutturar lil Willem II matul perjodu ta' għaxar snin.

6.   KONKLUŻJONI

(56)

Il-Kummissjoni sabet li n-Netherlands implimentat illegalment l-għajnuna lil Willem II bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madanakollu, l-għajnuna mill-Istat ta' EUR 2,4 miljun, li ngħatat lil Willem II fl-2009 u l-2010, tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-għajnuna ta' ristrutturar fil-Linji Gwida u tista' titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li n-Netherlands implimentat favur il-klabb tal-futbol Willem II f'Tilburg, u li tammonta għal EUR 2,4 miljun, hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.33584 (2013/C) (ex 2011/NN) — l-għajnuna tan-Netherlands lil ċerti klabbs professjonali tal-futbol Olandiżi bejn 2008-11 — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 116, 23.4.2013, p. 19).

(2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(3)  Qabel ma l-kuntratt ġie konkluż, il-muniċipalità kienet is-sid legali tal-istejdjum u l-art li hu mibni fuqha, filwaqt li Willem II kellu s-sjieda ekonomika tal-istejdjum, li fih kien investa bi flusu stess.

(4)  Il-Kawża C-325/08 Olympique Lyonnais ECLI:EU:C:2010:143, il-punti 27 u 28; il-Kawża C-519/04 P Meca-Medina u Majcen vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2006:492, il-punt 22; il-Kawża C-415/93 Bosman ECLI:EU:C:1995:463, il-punt 73.

(5)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-Ġermanja tal-20 ta' Marzu 2013 dwar il- Multifunktionsarena der Stadt Erfurt (Il-Kawża SA.35135 (2012/N)), il-punt 12, u Multifunktionsarena der Stadt Jena (Il-Kawża SA.35440 (2012/N)), avviżi fil-qosor f'ĠU C 140, 18.5.2013, p. 1, u tat-2 ta' Ottubru 2013 dwar il- Fußballstadion Chemnitz (Il-Kawża SA.36105 (2013/N)), avviż fil-qosor f'ĠU C 50, 21.2.2014, p. 1, il-punti 12-14; id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward Spanja tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-għajnuna possibbli mill-Istat lil erba' klabbs tal-futbol professjonali Spanjoli (Il-Kawża SA.29769 (2013/C)), il-punt 28, Real Madrid CF (Il-Kawża SA.33754 (2013/C)), il-punt 20, u għajnuna allegata favur tliet klabbs tal-futbol ta' Valencia (Il-Kawża SA.36387 (2013/C)), il-punt 16, ippubblikat f'ĠU C 69, 7.3.2014, p. 99.

(6)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2). L-applikazzjoni ta' dawk il-linji gwida ġiet prolungata mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà tal-1 ta' Ottubru 2004 (ĠU C 296, 2.10.2012, p. 3).

(7)   30.6.2008 — 1.7.2009.

(8)   30.6.2009 — 1.7.2010.

(9)  Plan van aanpak Willem II tat-23 ta' Lulju 2010.

(10)  Pereżempju s-Sentenza tad-19 ta' Diċembru 2012 fil-Kawża C-288/11 Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2012:821.

(11)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 6.

(12)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(13)   30.6.2008 — 1.7.2009.

(14)   30.6.2009 — 1.7.2010.

(15)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 9.

(16)  Il-kontijiet ta' Willem II ma jiddistingwux bejn il-pagi tal-plejers u ta' impjegati oħra.


20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/37


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/98

tat-18 ta' Jannar 2017

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/519/UE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' klieb, qtates u inmsa

(notifikata bid-dokument C(2017) 123)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 lli tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta' Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula li l-klieb, il-qtates u l-inmsa jridu jiġu impurtati fl-Unjoni minn territorji awtorizzati jew pajjiżi terzi biss u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkorrespondi għall-mudell imħejji skont il-proċedura msemmija f'din id-Direttiva. Il-Parti 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2013/519/UE (2) tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

(2)

Fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali hemm referenza għat-test tar-rispons tal-immunità għal tilqim kontra l-marda tar-rabja li għandha issir fuq kampjuni tad-demm meħuda minn klieb, qtates u inmsa li ġejjin minn territorju jew pajjiż terz elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (3) jew fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) m jew li jkunu skedati li jagħmlu tranżitu minnu.

(3)

Wara l-ħafna falsifikazzjonijiet ta' rapporti tal-laboratorju fuq ir-riżultati tat-test tat-titrazzjoni ta' antikorpi tar-rabja, jixraq li wieħed jitlob lill-uffiċjali li jagħtu ċ-ċertifikati fit-territorji jew fil-pajjiżi terzi li r-riżultati tajbin ta' dak it-test ma għandhomx jiġu ċċertifikati sakemm ma tkunx ġiet ivverifikata l-awtentiċità tar-rapport tal-laboratorju. Għandu jkun hemm nota ta' gwida speċifika li tgħid dan fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

(4)

Barra minn hekk, l-entrata dwar id-data tal-applikazzjoni jew il-qari tat-tattwaġġ jew it-transponder tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa fil-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ġiet interpretata ħażin minn xi uffiċjali li jiċċertifikaw fil-pajjiżi terzi, u b'hekk kien hemm il-problemi waqt il-kontrolli veterinarji fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntieri. Biex jiġi evitat kull ftehim ħażin, dik in-nota għandha titħassar mill-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fejn jiġu deskritti l-annimali, u għandha tiddaħħal fil-Parti II taċ-ċertifikat, li tikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tal-annimali. Fil-Parti II għandha tiddaħħal ukoll nota speċifika ta' gwida dwar il-verifikazzjoni tal-marka.

(5)

Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/519/UE għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' kunsinni ta' klieb, qtates u inmsa, l-użu taċ-ċertifikati maħruġa skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli qabel id-data ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/519/UE huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2017, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' klieb, ta' qtates u ta' inmsa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2017 skont il-mudell stipulat fil-Parti 1 tal-Anness tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2013/519/UE fil-verżjoni tagħha ta' qabel l-emendi introdotti b'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/519/UE tal-21 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi l-lista ta' territorji u pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta' klieb, qtates u inmsa u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal tali importazzjonijiet (ĠU L 281, 23.10.2013, p. 20).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat- 12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness, il-Parti 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

“PARTI 1

Mudell ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' klieb, ta' qtates u ta' inmsa

Image 1
Test ta 'immaġni
Image 2
Test ta 'immaġni
Image 3
Test ta 'immaġni
Image 4
Test ta 'immaġni
Image 5
Test ta 'immaġni

20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/99

tat-18 ta' Jannar 2017

li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u l-Istati Uniti tal-Amerka, u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-annotazzjonijiet għaċ-Ċina u l-Messiku fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument C(2017) 128)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni tal-ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Din tipprevedi li l-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni jiġu awtorizzati biss minn pajjiżi terzi li jissodisfaw ċertu rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (3) tipprevedi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja biex jieħdu sehem fi tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali. Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni jipprevedi, fost l-oħrajn, li żiemel irreġistrat li jkun ġie esportat temporanjament għal perjodu li mhux itwal minn 30 jum, mindu ħareġ mill-Unjoni, irid ikun sar biss fil-pajjiż terz minn fejn ġie ċċertifikat għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni jew f'pajjiż terz assenjat għall-istess grupp sanitarju kif indikat fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-avvenimenti ekwestri tal-LG Global Champions Tour se jsiru taħt l-awspiċi tal-Fédération Equestre Internationale f'Miami, fl-Istati Uniti, u fiż-żona metropolitana tal-Belt tal-Messiku, il-Messiku, mit-30 ta' Marzu sat-30 ta' April 2017.

(4)

Billi l-avvenimenti ekwestri tal-LG Global Champions Tour fl-Istati Uniti tal-Amerika u fiż-żona metropolitana tal-Belt tal-Messiku se jkunu soġġetti għal livell għoli ta' superviżjoni veterinarja uffiċjali, huwa possibbli li jiġu stipulati kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni veterinarja u ta' saħħa tal-annimali speċifiċi għad-dħul mill-ġdid ta' dawk iż-żwiemel li jkunu ġew esportati temporanjament għal perjodu ta' mhux aktar minn 30 jum bl-iskop li jieħdu sehem f'dawk l-avvenimenti ekwestri.

(5)

Sabiex ikun awtorizzat id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni bejn it-30 ta' Marzu u t-30 ta' April 2017 taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja bl-iskop li jieħdu sehem fl-LG Global Champions Tour f'Miami u fil-Belt tal-Messiku, u sabiex jiġi previst mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa li jkopri dawn iż-żwiemel irreġistrati, jeħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 93/195/KEE.

(6)

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (4) li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi u ta' semen, ova u embrijuni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet. Din il-lista jistipulaha l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(8)

Sabiex jorganizzaw f'pajjiżhom l-avveniment ekwestri tal-Global Champions Tour tul perjodu ta' 30 jum fl-2014, l-2015, u l-2016, imtella' taħt l-awspiċi tal-Fédération Equestre Internationale (FEI), l-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi talbu li parti miż-żona metropolitana ta' Shanghai tiġi rikonoxxuta bħala żona ħielsa mill-mard tal-ekwini.

(9)

Fid-dawl tal-garanziji u tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ċiniżi u sabiex jiġi previst id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' żwiemel irreġistrati wara l-esportazzjoni temporanja lejn parti speċifika mit-territorju taċ-Ċina għal skeda ta' żmien limitat, skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni 93/195/KEE, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/127/UE (5), (UE) 2015/557 (6) u (UE) 2016/361 (7) li permezz tagħhom ir-reġjun CN-2 ġie approvat b'mod temporanju.

(10)

L-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi talbu li r-reġjun CN-2 jiġi rikonoxxut bħala żona ħielsa mill-mard tal-ekwini għall-finijiet tal-LG Global Champions Tour 2017, li se jittellgħu taħt l-awspiċi tal-Fédération Equestre Internationale (FEI). Billi dan l-avveniment se jittella' taħt l-istess kundizzjonijet ta' kwarantina u ta' saħħa tal-annimali kif kienu applikabbli fl-2014, fl-2015 u fl-2016, huwa xieraq li tiġi adattata d-data fil-kolonna 15 tat-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tar-reġjun CN-2 sabiex tiġi prevista approvazzjoni temporanja ta' dik iż-żona biss.

(11)

Billi ż-żona metropolitana tal-Belt tal-Messiku hija reġjun ta' altitudni għolja b'riskju iktar baxx tat-trażmissjoni permezz ta' vettur tal-istomatite vexxikulari jew ċerti sottotipi ta' enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela, u billi hija reġjun li fih l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela ma ġietx irrappurtata għal aktar minn sentejn, id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta' inqas minn 30 jum lejn iż-żona metropolitana tal-Belt tal-Messiku għandu jiġi awtorizzat mit-30 ta' Marzu 2017 sat-30 ta' April 2017. Jeħtieġ li ssir emenda fl-annotazzjoni għall-Messiku fil-lista tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(12)

Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, l-aħħar inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

ħadu parti fl-avvenimenti ekwestri tal-LG Global Champions Tour f'Miami, l-Istati Uniti, u fl-Belt tal-Messiku, il-Messiku, u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness X ta' din id-Deċiżjoni.”

(2)

L-Anness X jinbidel bit-test li hemm fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)   ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/127/UE tas-7 ta' Marzu 2014 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-annotazzjoni taċ-Ċina fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet fit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 28).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/557 tal-31 ta' Marzu 2015 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fejn tidħol l-entrata taċ-Ċina fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet fit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (ĠU L 92, 8.4.2015, p. 107).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/361 tal-10 ta' Marzu 2016 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fejn tidħol l-entrata taċ-Ċina fil-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet fit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (ĠU L 67, 12.3.2016, p. 57).


ANNESS I

“ANNESS X

Image 6
Test ta 'immaġni
Image 7
Test ta 'immaġni
Image 8
Test ta 'immaġni

ANNESS II

It-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-kolonna 15 tal-linja li tikkorrispondi mar-reġjun CN-2 taċ-Ċina, il-kliem “Validu mill-15 ta' April sal-15 ta' Mejju 2016” jinbidel bil-kliem: “Validu mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju 2017”.

(2)

Fil-kolonna 15 tal-linja li tikkorrispondi mar-reġjun MX-1 tal-Messiku il-kliem “Validu mit-30 ta' Marzu sat-30 ta' April 2016” jinbidel bil-kliem: “Validu mit-30 ta' Marzu sat-30 ta' April 2017”.


20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/51


DEĊIŻJONI (UE) 2017/100 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta' Jannar 2017

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2017/1)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (1) stabbilixxiet programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji (iktar 'il quddiem il-“PSPP”), li espanda l-programmi ta' xiri ta' assi eżistenti biex jinkludi titoli tas-settur pubbliku. Flimkien mat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti, il-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi u l-programm ta' xiri mis-settur korporattiv, il-PSPP huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li huma taħt iżda qrib għal 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

(2)

Ix-xiri ta' assi taħt l-APP hija miżura proporzjonata għal mitigazzjoni tar-riskji għall-prospetti għall-iżviluppi fil-prezzijiet, billi tkompli ttaffi iżjed il-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji, inklużi dawk rilevanti għall-kundizzjonijiet ta' self tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-unitajiet domestiċi, biex b'hekk jiġu appoġġati l-konsum aggregat u l-infiq fl-investiment fiż-żona tal-euro biex fl-aħħar mill-aħħar jingħata kontribut għar-ritorn lejn rati ta' inflazzjoni inqas minn imma qrib it-2 % matul perijodu ta' żmien medju. L-APP jikkonforma bi sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema skont it-Trattati, inkluża l-projbizzjoni ta' finanzjament monetarju, u ma jfixkilx l-operat tal-Eurosistema skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq miftuħ b'kompetizzjoni libera.

(3)

Fit-8 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, b'mod konformi mal-mandat tiegħu li jiżgura l-istabbiltà tal-prezzijiet, li ċerti parametri tal-APP għandhom jiġu aġġustati sabiex jinkisbu l-objettivi tal-APP. L-aġġustamenti huma konformi mal-mandat tal-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv, jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt it-Trattati u jirriflettu debitament kunsiderazzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju.

(4)

B'mod aktar speċifiku, l-orizzont maħsub ta' xirjiet taħt l-APP għandu jiġi estiż sat-tmiem ta' Diċembru 2017, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni li jkun konsistenti mal-għan tiegħu li jikseb rati ta' inflazzjoni li jkunu taħt, iżda qrib, it-2 % fuq medda ta' żmien medju.

(5)

Il-likwidità provduta lis-suq permezz tax-xirjiet ikkombinati fix-xahar taħt l-APP għandha tkompli tammonta għal EUR 80 biljun sa tmiem Marzu 2017. Minn April 2017, ix-xirjiet fix-xahar ikkombinati taħt l-APP għandhom jipproċedu b'ritmu ta' EUR 60 biljun sat-tmiem ta' Diċembru 2017, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni li tkun konsistenti mal-mira tiegħu ta' inflazzjoni. Jekk, sadanittant, il-prospettiva ssir anqas favorevoli, jew jekk il-kundizzjonijiet finanzjarji jsiru inkonsistenti ma' progress ulterjuri lejn aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni, il-Kunsill Governattiv beħsiebu jżid il-programm f'termini ta' daqs u/jew durazzjoni.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa mingħajr skossi tax-xirjiet taħt l-APP matul l-orizzont maħsub, il-medda ta' maturità tal-PSPP għandha titwessa' billi titnaqqas il-maturità minima li jifdal għal titoli eliġibbli minn sentejn sa sena. Barra minn hekk, ix-xirjiet ta' titoli taħt l-APP b'rendIment għall-maturità li tkun taħt ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu tal-BĊE għandhom jiġu permessi sal-grad meħtieġ.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10) hija emendata skont kif ġej:

1.

fl-Artiklu 3, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej:

“3.   Sabiex ikunu eliġibbli għal xiri taħt il-PSPP, it-titoli ta' dejn, fit-tifsira tal-paragrafi 1 sa 2, għandu jkollhom maturità rimanenti minima ta' sena u maturità rimanenti massima ta' 30 sena meta jinxtraw mill-bank ċentrali tal-Eurosistema rilevanti. Sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel, strumenti ta' dejn negozjabbli b'maturità rimanenti ta' 30 sena u 364 jum għandhom ikunu eliġibbli taħt il-PSPP. Il-Banek ċentrali nazzjonali għandhom iwettqu wkoll xirjiet sostituti ta' titoli ta' dejn negozjabbli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp jekk l-ammonti previsti li għandhom jinxtraw f'titoli ta' dejn negozjabbli maħruġin minn gvern ċentrali u aġenziji rikonoxxuti ma jkunux jistgħu jintlaħqu.”

2.

fl-Artiklu 3, il-paragrafu 5 huwa mibdul b'li ġej:

“5.   Huma permessi xirjiet ta' strumenti ta' dejn negozjabbli nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) 'il fuq mir-rata tal-faċilità ta' depożitu. Huma permessi sal-grad meħtieġ xirjiet ta' strumenti ta' dejn negozjabbli nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) taħt ir-rata tal-faċilità ta' depożitu.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10) (ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).


20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/53


DEĊIŻJONI (UE) 2017/101 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta' Jannar 2017

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/2)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (1) stabiblixxiet it-tielet programm ta' xiri ta' bonds garantiti (iktar 'il quddiem is-“CBPP3”). Flimkien mal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi, il-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji u l-programm ta' xiri mis-settur korporattiv, is-CBPP3 huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li huma taħt iżda qrib għal 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

(2)

Ix-xiri ta' assi taħt l-APP hija miżura proporzjonata għal mitigazzjoni tar-riskji għall-prospetti għall-iżviluppi fil-prezzijiet, billi tkompli ttaffi iżjed il-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji, inklużi dawk rilevanti għall-kundizzjonijiet ta' self tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-unitajiet domestiċi, biex b'hekk jiġu appoġġati l-konsum aggregat u l-infiq fl-investiment fiż-żona tal-euro biex fl-aħħar mill-aħħar jingħata kontribut għar-ritorn lejn rati ta' inflazzjoni inqas minn imma qrib it-2 % matul perijodu ta' żmien medju. L-APP jikkonforma bi sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema skont it-Trattati, inkluża l-projbizzjoni ta' finanzjament monetarju, u ma jfixkilx l-operat tal-Eurosistema skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq miftuħ b'kompetizzjoni libera.

(3)

Fit-8 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, b'mod konformi mal-mandat tiegħu li jiżgura l-istabbiltà tal-prezzijiet, li ċerti parametri tal-APP għandhom jiġu aġġustati sabiex jinkisbu l-objettivi tal-APP. L-aġġustamenti huma konformi mal-mandat tal-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv, jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt it-Trattati u jirriflettu debitament kunsiderazzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju.

(4)

B'mod aktar speċifiku, l-orizzont maħsub ta' xirjiet taħt l-APP għandu jiġi estiż sat-tmiem ta' Diċembru 2017, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni li jkun konsistenti mal-għan tiegħu li jikseb rati ta' inflazzjoni li jkunu taħt, iżda qrib, it-2 % fuq medda ta' żmien medju.

(5)

Il-likwidità provduta lis-suq permezz tax-xirjiet ikkombinati fix-xahar taħt l-APP għandha tkompli tammonta għal EUR 80 biljun sa tmiem Marzu 2017. Minn April 2017, ix-xirjiet fix-xahar ikkombinati taħt l-APP għandhom jipproċedu b'ritmu ta' EUR 60 biljun sat-tmiem ta' Diċembru 2017, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni li tkun konsistenti mal-mira tiegħu ta' inflazzjoni. Jekk, sadanittant, il-prospettiva ssir anqas favorevoli, jew jekk il-kundizzjonijiet finanzjarji jsiru inkonsistenti ma' progress ulterjuri lejn aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni, il-Kunsill Governattiv beħsiebu jżid il-programm f'termini ta' daqs u/jew durazzjoni.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni mingħajr skossi ta' xirjiet taħt l-APP matul l-orizzont maħsub, ix-xirjiet ta' titoli taħt l-APP b'rendIment għall-maturità li tkun taħt ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu tal-BĊE għandhom jiġu permessi sal-grad meħtieġ.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2014/40, għandu jiżdied il-punt 7 li ġej:

“7.

Huma permessi xirjiet ta' bonds nominali ggarantiti b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) 'il fuq mir-rata tal-faċilità ta' depożitu. Huma permessi sal-grad meħtieġ xirjiet ta' bonds nominali ggarantiti b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) taħt ir-rata tal-faċilità ta' depożitu.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).


20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/55


DEĊIŻJONI (UE) 2017/102 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta' Jannar 2017

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/5 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2017/3)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/45) (1), stabbilixxiet programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi (ABSPP). Flimkien mat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti, il-programm ta'xiri ta'assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji u l-programm ta' xiri mis-settur korporattiv, l-ABsPP huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li huma taħt iżda qrib għal 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

(2)

Ix-xiri ta' assi taħt l-APP hija miżura proporzjonata għal mitigazzjoni tar-riskji għall-prospetti għall-iżviluppi fil-prezzijiet, billi tkompli ttaffi iżjed il-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji, inklużi dawk rilevanti għall-kundizzjonijiet ta' self tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-unitajiet domestiċi, biex b'hekk jiġu appoġġati l-konsum aggregat u l-infiq fl-investiment fiż-żona tal-euro biex fl-aħħar mill-aħħar jingħata kontribut għar-ritorn lejn rati ta' inflazzjoni inqas minn imma qrib it-2 % matul perijodu ta' żmien medju. L-APP jikkonforma bi sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema skont it-Trattati, inkluża l-projbizzjoni ta' finanzjament monetarju, u ma jfixkilx l-operat tal-Eurosistema skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq miftuħ b'kompetizzjoni libera.

(3)

Fit-8 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, b'mod konformi mal-mandat tiegħu li jiżgura l-istabbiltà tal-prezzijiet, li ċerti parametri tal-APP għandhom jiġu aġġustati sabiex jinkisbu l-objettivi tal-APP. L-aġġustamenti huma konformi mal-mandat tal-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv, jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt it-Trattati u jirriflettu debitament kunsiderazzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju.

(4)

B'mod aktar speċifiku, l-orizzont maħsub ta' xirjiet taħt l-APP għandu jiġi estiż sat-tmiem ta' Diċembru 2017, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni li jkun konsistenti mal-għan tiegħu li jikseb rati ta' inflazzjoni li jkunu taħt, iżda qrib, it-2 % fuq medda ta' żmien medju.

(5)

Il-likwidità provduta lis-suq permezz tax-xirjiet ikkombinati fix-xahar taħt l-APP għandha tkompli tammonta għal EUR 80 biljun sa tmiem Marzu 2017. Minn April 2017, ix-xirjiet fix-xahar ikkombinati taħt l-APP għandhom jipproċedu b'ritmu ta' EUR 60 biljun sat-tmiem ta' Diċembru 2017, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni li tkun konsistenti mal-mira tiegħu ta' inflazzjoni. Jekk, sadanittant, il-prospettiva ssir anqas favorevoli, jew jekk il-kundizzjonijiet finanzjarji jsiru inkonsistenti ma' progress ulterjuri lejn aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni, il-Kunsill Governattiv beħsiebu jżid il-programm f'termini ta' daqs u/jew durazzjoni.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni mingħajr skossi ta' xirjiet taħt l-APP matul l-orizzont maħsub, ix-xirjiet ta' titoli taħt l-APP b'rendIment għall-maturità li tkun taħt ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu tal-BĊE għandhom jiġu permessi sal-grad meħtieġ.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/5 (BĊE/2014/45) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/5 (BĊE/2014/45), għandu jiżdied il-punt (10) li ġej:

“(10)

Huma permessi xirjiet ta' ABSs nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) ugwali għal jew 'il fuq mir-rata tal-faċilità ta' depożitu. Huma permessi sal-grad meħtieġ xirjiet ta' ABSs b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) taħt ir-rata tal-faċilità ta' depożitu.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).


20.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/57


DEĊIŻJONI (UE) 2017/103 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta' Jannar 2017

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2017/4)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/16) (1), stabbilixxiet programm ta' xiri mis-settur korporattiv (CSPP). Flimkien mat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti, il-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi u l-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji, is-CSPP huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li huma taħt iżda qrib għal 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

(2)

Ix-xiri ta' assi taħt l-APP hija miżura proporzjonata għal mitigazzjoni tar-riskji għall-prospetti għall-iżviluppi fil-prezzijiet, billi tkompli ttaffi iżjed il-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji, inklużi dawk rilevanti għall-kundizzjonijiet ta' self tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-unitajiet domestiċi, biex b'hekk jiġu appoġġati l-konsum aggregat u l-infiq fl-investiment fiż-żona tal-euro biex fl-aħħar mill-aħħar jingħata kontribut għar-ritorn lejn rati ta' inflazzjoni inqas minn imma qrib it-2 % matul perijodu ta' żmien medju. L-APP jikkonforma bi sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema skont it-Trattati, inkluża l-projbizzjoni ta' finanzjament monetarju, u ma jfixkilx l-operat tal-Eurosistema skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq miftuħ b'kompetizzjoni libera.

(3)

Fit-8 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, b'mod konformi mal-mandat tiegħu li jiżgura l-istabbiltà tal-prezzijiet, li ċerti parametri tal-APP għandhom jiġu aġġustati sabiex jinkisbu l-objettivi tal-APP. L-aġġustamenti huma konformi mal-mandat tal-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv, jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt it-Trattati u jirriflettu debitament kunsiderazzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju.

(4)

B'mod aktar speċifiku, l-orizzont maħsub ta' xirjiet taħt l-APP għandu jiġi estiż sat-tmiem ta' Diċembru 2017, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni li jkun konsistenti mal-għan tiegħu li jikseb rati ta' inflazzjoni li jkunu taħt, iżda qrib, it-2 % fuq medda ta' żmien medju.

(5)

Il-likwidità provduta lis-suq permezz tax-xirjiet ikkombinati fix-xahar taħt l-APP għandha tkompli tammonta għal EUR 80 biljun sa tmiem Marzu 2017. Minn April 2017, ix-xirjiet fix-xahar ikkombinati taħt l-APP għandhom jipproċedu b'ritmu ta' EUR 60 biljun sat-tmiem ta' Diċembru 2017, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni li tkun konsistenti mal-mira tiegħu ta' inflazzjoni. Jekk, sadanittant, il-prospettiva ssir anqas favorevoli, jew jekk il-kundizzjonijiet finanzjarji jsiru inkonsistenti ma' progress ulterjuri lejn aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni, il-Kunsill Governattiv beħsiebu jżid il-programm f'termini ta' daqs u/jew durazzjoni.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni mingħajr skossi ta' xirjiet taħt l-APP matul l-orizzont maħsub, ix-xirjiet ta' titoli taħt l-APP b'rendIment għall-maturità li tkun taħt ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu tal-BĊE għandhom jiġu permessi sal-grad meħtieġ.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16), il-punt 5 huwa mibdul b'dan li gej:

“5.   Huma permessi xirjiet ta' bonds korporattivi nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) ugwali għal jew 'il fuq mir-rata tal-faċilità ta' depożitu. Huma permessi sal-grad meħtieġ xirjiet ta' bonds korporattivi nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) taħt ir-rata tal-faċilità ta' depożitu.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazjoni tal-programm ta' xiri mis-suq korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28).