ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 12

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
17ta' Jannar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/75 tal-21 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2017/76 tal-21 ta' Novembru 2016 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

22

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/77 tas-16 ta' Jannar 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/78 tal-15 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta ta' utenti ta' tali sistemi ( 1 )

26

 

*

Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/79 tat-12 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati u proċeduri ta' ttestjar għall-approvazzjoni KE għat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112, ta' unitajiet u komponenti tekniċi separati tal-eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112 u li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet u l-istandards applikabbli ( 1 )

44

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/80 tas-16 ta' Jannar 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

86

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/81 tas-16 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

88

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/82 tas-16 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

90

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/83 tas-16 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

92

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/84 tas-16 ta' Jannar 2017 dwar il-monitoraġġ ta' idrokarburi taż-żejt minerali fl-ikel u fil-materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel ( 1 )

95

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/75

tal-21 ta' Novembru 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, (“l-FSA”) ġie ffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015 (1).

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013.

(3)

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-2012 dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-FSA għandha tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-FSA mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(4)

Fl-24 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, biex tiftaħ negozjati mal-Bosnija-Ħerzegovina għall-adattament ta' ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ma' pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.

(5)

Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess u l-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie inizjalat fit-18 ta' Lulju 2016.

(6)

Il-Protokoll jinħtieġ li jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(7)

Il-konklużjoni tal-Protokoll hija s-soġġett ta' proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

(8)

Il-Protokoll jinħtieġ li jkun applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istat Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bosnija-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 8(2) tiegħu, mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-firma tiegħu (2), sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. PLAVČAN


(1)  ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2.

(2)  Id-data li minnha għandu jiġi applikat proviżorjament il-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

Partijiet kontraenti tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u

L-UNJONI EWROPEA u L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn 'il quddiem l-“Unjoni Ewropea”,

minn naħa, u

IL-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA,

min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (minn hawn 'il quddiem il-“Kroazja”) mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u kien fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2008 sal-31 ta' Mejju 2015.

(2)

It-Trattat dwar l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem it-“Trattat ta' Adeżjoni”) ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.

(3)

Il-Kroazja aderixxiet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(4)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem “l-FSA”) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015.

(5)

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-FSA għandha tiġi approvata permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-FSA.

(6)

Saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 37(3) tal-FSA sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-interessi reċiproċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Bożnija-Ħerzegovina msemmija f'dak il-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

PARTIJIET KONTRAENTI

Artikolu 1

Il-Kroazja għandha tkun Parti tal-FSA, iffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008, u għandha rispettivament tadotta u tieħu nota, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tat-testi tal-FSA, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti u d-Dikjarazzjonijiet Unilaterali annessi mal-Att Finali ffirmat fl-istess data.

TAQSIMA II

AĠĠUSTAMENTI GĦAT-TEST TAL-FSA INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

PRODOTTI AGRIKOLI

Artikolu 2

Prodotti agrikoli sensu stricto

1.   Fl-Artikolu 27(3) tal-FSA, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jew, fl-eventwalità li dak il-Protokoll japplika b'mod provviżorju, mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, il-kwota tariffarja annwali stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ta' 13 210 tunnellati (piż nett).”.

2.   Fl-Artikolu 27 tal-FSA, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   Minbarra l-paragrafu 4, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea jew, fl-eventwalità li dak il-Protokoll japplika b'mod provviżorju, mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, il-Bożnija-Ħerzegovina għandha tneħħi d-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità, elenkati fl-Anness III(f) fil-limitu tal-kwota tariffarja indikata għall-prodotti kkonċernati.”.

3.   L-Anness I għal dan il-Protokoll jiddaħħal bħala l-Anness III(f) għall-FSA.

Artikolu 3

Ħut u prodotti tas-sajd

1.   Fl-Artikolu 28 tal-FSA, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jew, fl-eventwalità li dak il-Protokoll japplika b'mod provviżorju, mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, l-Unjoni għandha tneħħi d-dazji doganali kollha jew it-tariffi li jkollhom effett ekwivalenti fuq il-ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina, ħlief dawk elenkati fl-Anness IV(a). Il-prodotti elenkati fl-Anness IV(a) għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati fih.”.

2.   Fl-Artikolu 28 tal-FSA, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea jew, fl-eventwalità li dak il-Protokoll japplika b'mod provviżorju, mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, il-Bożnija-Ħerzegovina għandha tiftaħ kwota ħielsa mid-dazju għall-importazzjonijiet ta' karpu ħaj taħt il-kodiċi NM 0301 93 00 fil-limitu ta' kwota tariffarja annwali ta' 75 tunnellata. L-importazzjonijiet barra l-limiti tal-kwota għandhom ikunu soġġetti għad-dazji stipulati fl-Anness V tal-FSA.”.

3.   L-Anness II għal dan il-Protokoll jiddaħħal bħala l-Anness IV(a) għall-FSA.

Artikolu 4

Prodotti agrikoli pproċessati

L-Anness III għal dan il-Protokoll jiddaħħal bħala l-Anness III għall-Protokoll 1 għall-FSA.

Artikolu 5

Ftehim dwar l-inbid

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jew, fl-eventwalità li dak il-Protokoll japplika b'mod provviżorju, mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, l-Anness I għall-Protokoll 7 tal-FSA msemmi fl-Artikolu 27(5) tal-FSA għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness IV għal dan il-Protokoll.

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 6

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom ikunu parti integrali mill-FSA.

Artikolu 7

1.   Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u mill-l-Bożnija-Ħerzegovina skont il-proċeduri tagħhom stess.

2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu 1. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.

2.   Jekk mhux l-istrumenti kollha ta' approvazzjoni ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel l-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-firma, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju. Id-data tal-applikazzjoni provviżorja għandha tkun l-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-firma.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll huwa mħejji f'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża, Bożnijaka u Serba, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на петнадесети декември през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el quince de diciembre de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne patnáctého prosince dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femtende december to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am fünfzehnten Dezember zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta detsembrikuu viieteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα πέντε Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the fifteenth day of December in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le quinze décembre deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu petnaestog prosinca godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì quindici dicembre duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada piecpadsmitajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gruodžio penkioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év december havának tizenötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħmistax-il jum ta’ Diċembru fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, vijftien december tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia piętnastego grudnia roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em quinze de dezembro de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la cincisprezece decembrie două mii șaisprezece.

V Bruseli pätnásteho decembra dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne petnajstega decembra leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä viidentenätoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den femtonde december år tjugohundrasexton.

Sačinjeno u Briselu, dana petnaestog decembra dvije hiljade šesnaeste godine.

Састављено у Бриселу, дана петнаестог децембра двије хиљаде шеснаесте године.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Za Europsku uniju

За Европску унију

Image

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

Za države članice

За државе чланице

Image

За Европейската общност за атомна енергия

Por la Comunidad Europea de la Energía Atómica

Za Evropské společenství pro atomovou energii

For Det Europæiske Atomenergifællesskab

Für die Europäische Atomgemeinschaft

Euroopa Aatomienergiaühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα Ατομικής Ενέργειας

For the European Atomic Energy Community

Pour la Communauté européenne de l'énergie atomique

Za Europsku zajednicu za atomsku energiju

Per la Comunità europea dell'energia atomica

Eiropas Atomenerģijas Kopienas vārdā –

Europos atominės energijos bendrijos vardu

Az Európai Atomenergia-közösség részéről

F'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Voor de Europese Gemeenschap voor Atoomenergie

W imieniu Europejskiej Wspólnoty Energii Atomowej

Pela Comunidade Europeia da Energia Atómica

Pentru Comunitatea Europeană a Energiei Atomice

Za Európske spoločenstvo pre atómovú energiu

Za Evropsko skupnost za atomsko energijo

Euroopan atomienergiajärjestön puolesta

För Europeiska atomenergigemenskapen

Za Evropsku Zajednicu za Atomsku Energiju

За Европску заједницу за атомску енергију

Image

За Босна и Херцеговина

Por Bosnia y Herzegovina

Za Bosnu a Hercegovinu

For Bosnien-Hercegovina

Für Bosnien und Herzegowina

Bosnia ja Hertsegoviina nimel

Για τη Βοσνία-Ερζεγοβίνη

For Bosnia and Herzegovina

Pour la Bosnie et Herzégovine

Za Bosnu i Hercegovinu

Per la Bosnia-Erzegovina

Bosnijos ir Hercegovinos vardu

Bosnijas un Hercegovinas vārdā –

Bosznia és Hercegovina részéről

Għall-Bożnja u Ħerzegovina

Voor Bosnië en Herzegovina

W imieniu Bośni i Hercegowiny

Pela Bósnia e Herzegovina

Pentru Bosnia și Herțegovina

Za Bosnu a Hercegovinu

Za Bosno in Hercegovino

Bosnia ja Hertsegovinan puolesta

För Bosnien och Hercegovina

Za Bosnu i Hercegovinu

За Босну и Херцеговину

Image


ANNESS I

“ANNESS III(f)

Konċessjonijiet tariffarji tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-prodotti agrikoli primarji li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea

(Imsemmija fl-Artikolu 27(4a))

1.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-dazju għandu jiġi abolit għal prodotti ta' hawn taħt fil-kwantitajiet tal-Kwota Tariffarja stabbiliti hawn taħt. Għal importazzjonijiet barra l-kwota għandna tapplika r-rata tad-dazju MFN. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Tariffa tal-kwota (tunnellati)

0102

Annimali tal-ifrat ħajjin:

 

 

Frat:

 

0102 29

– –

Oħrajn:

 

 

– – –

Oħrajn:

 

 

– – – –

Ta' piż aktar minn 300 kg:

 

 

– – – – –

Baqar:

 

0102 29 61

– – – – – –

Għall-qatla

1 935

 

– – – – –

Oħrajn:

 

0102 29 91

– – – – – –

Għall-qatla

190

0103

Majjal ħaj:

 

 

Oħrajn:

 

0103 92

– –

Jiżen 50 kg jew aktar:

 

 

– – –

Speċi domestiċi:

 

0103 92 11

– – – –

Majjali nisa li jkunu ferrgħu għallinqas darba, ta' piż mhux inqas minn 160 kg

575

0103 92 19

– – – –

Oħrajn

1 755

0103 92 90

– – –

Oħrajn

195

0105

Tjur ħajjin, jiġifieri tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u farawni:

 

 

Oħrajn:

 

0105 94 00

– –

Tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

1 455

0207

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tat-titlu 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat:

 

 

Ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus:

 

0207 12

– –

Mhux imqattgħin f'biċċiet, iffriżati:

 

0207 12 90

– – –

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “65 % tiġieġ”, jew preżentati mod ieħor

80

0207 13

– –

Qatgħat u ġewwieni, friski jew imkessħin:

 

 

– – –

Qatgħat:

 

0207 13 10

– – – –

Bla għadam

90

 

– – – –

Bl-għadma:

 

0207 13 30

– – – – –

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

55

0207 13 60

– – – – –

Saqajn u qatgħat tagħhom

320

 

– – –

Ġewwieni:

 

0207 13 99

– – – –

Oħrajn

25

0207 14

– –

Qatgħat u ġewwieni, friżati:

 

 

– – –

Qatgħat:

 

 

– – – –

Bl-għadma:

 

0207 14 20

– – – – –

Nofsijiet jew kwarti

30

0207 14 60

– – – – –

Saqajn u qatgħat tagħhom

130

 

– – –

Ġewwieni:

 

0207 14 99

– – – –

Oħrajn

50

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu:

 

0401 40

B'kontenut ta' xaħam, bil-piż, aktar minn 6 % iżda mhux aktar minn 10 %:

 

0401 40 10

– –

F'pakki diretti ta' kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

80

0401 50

B'kontenut ta' xaħam, bil-piż, aktar minn 10 %:

 

 

– –

Ta' mhux aktar minn 21 %:

 

0401 50 11

– – –

F'pakki diretti ta' kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

30

0402

Ħalib u krema, konċentrati u biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu:

 

 

Fi trab, ħbub u forom solidi oħrajn, b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, aktar minn 1,5 %

 

0402 21

– –

Mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu:

 

 

– – –

B'kontenut ta' xaħam, bil-piż, mhux aktar minn 27 %:

 

0402 21 18

– – – –

Oħrajn

25

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

 

0403 90

Oħrajn:

 

 

– –

Mhux imħawrin u lanqas miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

 

 

– – –

Oħrajn:

 

 

– – – –

Mingħajr żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b'kontenut ta' xaħam, bil-piż:

 

0403 90 51

– – – – –

Ta' mhux aktar minn 3 %:

500

0403 90 53

– – – – –

Aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 6 %

290

0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħra miksuba mill-ħalib Dlik (spreds) ta' prodotti tal-ħalib:

 

0405 10

Butir:

 

 

– –

B'kontenut ta' xaħam, bil-piż, mhux aktar minn 85 %:

 

 

– – –

Butir naturali:

 

0405 10 11

– – – –

F'pakki diretti b'kontenut nett mhux aktar minn 1 kg

160

0405 10 19

– – – –

Oħrajn

200

0406

Ġobon u baqta:

 

0406 10

Ġobon frisk (mhux misjur jew konservat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta

 

 

– –

B'kontenut ta' xaħam, bil-piż, mhux aktar minn 40 %:

 

0406 10 30

– – –

Mozzarella, kemm jekk f'likwidu jew le

355

0406 10 50

– – –

Oħrajn

0406 10 80

– –

Oħrajn

165

0409 00 00

Għasel naturali

165

0701

Patata, friska jew imkessħa:

 

0701 90

Oħrajn:

 

 

– –

Oħrajn:

 

0701 90 50

– – –

Ġdida, mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju

50

0701 90 90

– – –

Oħrajn

1 265

0704

Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin:

 

0704 90

Oħrajn:

 

0704 90 10

– –

Kaboċċi bojod u kaboċċi ħomor

280

0706

Karrotti, turnips (xorta ta' Brassica), pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta' krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin:

 

0706 10 00

Karrotti u ġdur

50

0806

Għeneb, frisk jew imnixxef:

 

0806 10

Frisk:

 

0806 10 10

– –

Għeneb tal-mejda

45

0809

Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż nuċiprisk), għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), friski:

 

 

Ċirasa:

 

0809 21 00

– –

Ċirasa qarsa (Prunus cerasus)

410

0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha:

 

0811 90

Oħrajn:

 

 

– –

Oħrajn:

 

 

– – –

Ċirasa:

 

0811 90 75

– – – –

Ċirasa qarsa (Prunus cerasus)

70

1601

Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti:

 

 

Oħrajn:

 

1601 00 91

– –

Zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej

285

1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati:

 

1602 10 00

Preparazzjonijiet omoġenizzati

75

1602 20

Ta' fwied ta' kull annimal:

 

1602 20 90

– –

Oħrajn

140

 

Ta' tjur ta' intestatura 0105 :

 

1602 31

– –

Tad-dundjani:

 

 

– – –

Li fihom 57 % jew aktar tal-piż laħam jew fdal tal-laħam tat-tjur:

 

1602 31 19

– – – –

Oħrajn

40

1602 32

– –

Ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

 

 

Tal-majjal:

 

 

– – –

Li fihom 57 % jew aktar tal-piż laħam jew fdal tal-laħam tat-tjur:

 

1602 32 11

– – – –

Nej

130

1602 32 19

– – – –

Oħrajn

30

1602 32 30

– – –

Li fihom 25 % jew aktar iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew fdal tal-laħam tat-tjur

170

1602 32 90

– – –

Oħrajn

230

1602 41

– –

Prieżet u qatgħat tagħhom:

 

1602 41 10

– – –

Ta' majjal domestiku

360

1602 49

– –

Oħrajn, inklużi taħlitiet:

 

 

– – –

Ta' majjal domestiku:

 

 

– – – –

Li fihom 80 % jew aktar tal-piż laħam jew fdal tal-laħam, ta' kull tip, inklużi xaħmijiet ta' kull tip u oriġni:

 

1602 49 15

– – – – –

Taħlit ieħor li jinkludi koxox (saqajn), spallejn, ġenbejn jew għenuq, u qatgħat tagħhom

150

1602 49 30

– – – –

Li fihom 40 % jew aktar tal-piż iżda inqas minn 80 % laħam jew fdal tal-laħam, ta' kull tip, inklużi xaħmijiet ta' kull tip u oriġni

445

1602 49 50

– – – –

Li fihom anqas minn 40 % tal-piż laħam jew fdal tal-laħam, ta' kull tip, inklużi xaħmijiet ta' kull tip u oriġni

60

1602 50

Tal-bovini:

 

 

– –

Oħrajn:

 

1602 50 31

– – –

Bulubif (corned beef) f'kontenituri ssiġġillati mill-arja

70

1602 50 95

– – –

Oħrajn

295

1701

Zokkor tal-kannamieli jew pitravi u sakkarożju kimikament pur, f'forma solida:

 

 

Oħrajn:

 

1701 91 00

– –

Li fih miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

55

1701 99

– –

Oħrajn:

 

1701 99 10

– – –

Zokkor abjad

3 470

2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, preparati u preservati bil-ħall jew b'aċtu aċetiku:

 

2001 10 00

Ħjar u ħjar żgħir (gherkins)

265

2001 90

Oħrajn:

 

2001 90 70

– –

Bżar ħelu

70

2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti ta' titlu 2006 :

 

 

Ħxejjex oħrajn u taħlit tal-ħxejjex:

 

2005 99

– –

Oħrajn:

 

2005 99 50

– – –

Taħlit ta' veġetali

245

2005 99 60

– – –

Kaboċċi mqattgħin immarinati (sauerkraut)

40

2.

Importazzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina tal-prodotti li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal konċessjonijiet kif imfassla hawn taħt: Għal importazzjonijiet barra l-kwota għandna tapplika r-rata tad-dazju MFN. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Tariffa tal-kwota (tunnellati)

Sa mill-1.1.2017

Sa mill-1.1.2018

Sa mill-1.1.2019

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu:

 

 

 

0401 20

B'kontenut ta' xaħam, bil-piż, aktar minn 1 % iżda mhux aktar minn 6 %:

 

 

 

 

– –

Ta' mhux aktar minn 3 %:

 

 

 

0401 20 11

– – –

F'pakki diretti ta' kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

5 432

9 506

13 580

 

– –

Aktar minn 3 %:

 

 

 

0401 20 91

– – –

F'pakki diretti ta' kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

720

1 440

1 440

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

 

 

 

0403 10

Jogurt:

 

 

 

 

– –

Mhux imħawrin u lanqas miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

 

 

 

 

– – –

Mingħajr żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b'kontenut ta' xaħam, bil-piż:

 

 

 

0403 10 11

– – – –

Ta' mhux aktar minn 3 %

1 515

3 030

3 030

0403 10 13

– – – –

Aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 6 %

1 520

3 040

3 040

0403 90

Oħrajn:

 

 

 

 

– –

Mhux imħawrin u lanqas miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

 

 

 

 

– – –

Oħrajn:

 

 

 

 

– – – –

Mingħajr żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b'kontenut ta' xaħam, bil-piż:

 

 

 

0403 90 59

– – – – –

Aktar minn 6 %

1 762,5

3 525

3 525

1601

Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti:

 

 

 

 

Oħrajn:

 

 

 

1601 00 99

– –

Oħrajn

1 692,5

3 385

3 385 ”


ANNESS II

“ANNESS IV(a)

Dazji applikabbli għall-prodotti li joroġinaw mill-Bożnija-Ħerzegovina meta jiġu importati fl-Unjoni Ewropea

(Imsemmija fl-Artikolu 28(1a))

1.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, l-importazzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal konċessjonijiet kif imfassla hawn taħt. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Tariffa tal-kwota ta' volum (tunnellati)

Rata ta' dazju ġewwa l-kwota

Rata ta' dazju 'il fuq mill-kwota

0301 91 10

0301 91 90

0302 11 10

0302 11 20

0302 11 80

0303 14 10

0303 14 20

0303 14 90

0304 42 10

0304 42 50

0304 42 90

ex 0304 52 00

0304 82 10

0304 82 50

0304 82 90

ex 0304 99 21

ex 0305 10 00

ex 0305 39 90

0305 43 00

ex 0305 59 85

ex 0305 69 80

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

500

0 %

70 % tad-dazju MFN

0301 93 00

0302 73 00

0303 25 00

ex 0304 39 00

ex 0304 51 00

ex 0304 69 00

ex 0304 93 90

ex 0305 10 00

ex 0305 31 00

ex 0305 44 90

ex 0305 52 00

ex 0305 69 80

Karpjun (Cyprinus spp, Carassiusspp, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

140

0 %

70 % tad-dazju MFN

ex 0301 99 85

0302 85 10

0303 89 50

ex 0304 49 90

ex 0304 59 90

ex 0304 89 90

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 39 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 85

ex 0305 69 80

Pagru (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

30

0 %

30 % tad-dazju MFN

ex 0301 99 85

0302 84 10

0303 84 10

ex 0304 49 90

ex 0304 59 90

ex 0304 89 90

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 39 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 85

ex 0305 69 80

Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

30

0 %

30 % tad-dazju MFN

1604 13 11

1604 13 19

ex 1604 20 50

Sardin ippreparat jew ippreżervat

50

6 %

100 %

1604 16 00

1604 20 40

Inċova ppreparata jew ippreservata

70

12,5 %

100 %

2.

Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prodotti kollha tal-intestatura HS 1604 minbarra sardini u inċova ppreparati jew ippreservati titnaqqas għal 70 % tar-rata tad-dazju MFN.”


ANNESS III

“ANNESS III GĦALL-PROTOKOLL 1

Konċessjonijiet tariffarji tal-Bożnija-Ħerzegovina għal prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea

(Imsemmija fl-Artikolu 25 tal-FSA)

Mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-dazju għandu jiġi abolit fi ħdan il-kwantitajiet tal-Kwota Tariffarja stabbiliti hawn taħt. Għal importazzjonijiet barra l-kwota għandna tapplika r-rata tad-dazju MFN. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Tariffa tal-kwota (tunnellati)

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

 

0403 10

Jogurt:

 

 

– –

Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

 

 

– – –

Oħrajn, b'kontenut ta' xaħam tal-ħalib, bil-piż:

 

0403 10 91

– – – –

Ta' mhux aktar minn 3 %

480

0403 10 93

– – – –

Aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 6 %

130

0403 10 99

– – – –

Aktar minn 6 %

25

0403 90

Oħrajn:

 

 

– –

Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

 

 

– – –

Oħrajn, b'kontenut ta' xaħam tal-ħalib, bil-piż:

 

0403 90 91

– – – –

Ta' mhux aktar minn 3 %

530

0403 90 93

– – – –

Aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 6 %

55

1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta' kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili:

 

 

Biskuttini ħelwin; waffles u wejfers:

 

1905 31

– –

Biskuttini ħelwin:

 

 

– – –

Miksijin kompletament jew parzjalment biċ-ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn li fihom il-kawkaw:

 

1905 31 19

– – – –

Oħrajn

365

 

– – –

Oħrajn:

 

 

– – – –

Oħrajn:

 

1905 31 99

– – – – –

Oħrajn

600

1905 32

– –

Waffles u wejfers:

 

 

– – –

Oħrajn:

 

 

– – – –

Miksijin kompletament jew parzjalment biċ-ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn li fihom il-kawkaw:

 

1905 32 19

– – – – –

Oħrajn

300

1905 90

Oħrajn:

 

 

– –

Oħrajn:

 

1905 90 45

– – –

Gallettini

35

2208

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'qawwa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż:

 

2208 20

Spirti magħmulin bid-distillar ta' inbid tal-għeneb jew ta' karfa ta' għeneb magħsur:

 

 

– –

F'kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas:

 

2208 20 29

– – –

Oħrajn:

 

ex 2208 20 29

– – – –

Brandy tal-għeneb u l-karfa tal-għeneb brandy

85

ex 2208 20 29

– – – –

Oħrajn

2402

Sigarri, cheroots, cigarillos u sigarretti, tat-tabakk jew sostituti tat-tabakk:

 

2402 20

Sigarretti li fihom tabakk:

 

2402 20 90

– –

Oħrajn

3 200 ”


ANNESS IV

“EMENDI GĦALL-ANNESS I TAL-PROTOKOLL 7

1.

It-tabella fil-punt 1 tal-Anness I għall-Protokoll 7, fuq l-importazzjonijiet tal-inbejjed fl-Unjoni Ewropea, hija sostitwita bit-tabella ta' hawn taħt:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (skont l-Artikolu 2(1)(b) tal-Protokoll 7)

Dazju applikabbli

Kwantitajiet

(hl)

Dispożizzjonijiet speċifiċi

ex 2204 10

Inbid frizzanti ta' kwalità

eżenzjoni

25 500

 (1)

ex 2204 21

Inbid tal-għeneb frisk

ex 2204 22

ex 2204 29

Inbid tal-għeneb frisk

eżenzjoni

15 100

 (1)

2.

It-tabella fil-punt 3 tal-Anness I għall-Protokoll 7, fuq l-importazzjonijiet tal-inbejjed fil-Bożnija-Ħerzegovina, hija sostitwita bit-tabella ta' hawn taħt:

Kodiċi tat-tariffi doganali tal-Bożnija-Ħerzegovina

Deskrizzjoni (skont l-Artikolu 2(1)(a) tal-Protokoll 7)

Dazju applikabbli

Kwantitajiet mill-1.1.2017

(hl)

Kwantitajiet mill-1.1.2018

(hl)

Dispożizzjonijiet speċifiċi

ex 2204 10

Inbid frizzanti ta' kwalità

eżenzjoni

13 765

19 530

 (2)

ex 2204 21

Inbid tal-għeneb frisk


(1)  Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet sabiex jiġu adattati l-kwoti billi jiġu trasferiti kwantitajiet mill-kwota li tapplika għall-pożizzjonijiet ex 2204 22 u ex 2204 29 għall-kwota li tapplika għall-pożizzjonijiet ex 2204 10 u ex 2204 21. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

(2)  Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.”


17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2017/76

tal-21 ta' Novembru 2016

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, (“l-FSA”) ġie ffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015 (1).

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013.

(3)

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-2012 dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-FSA għandha tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-FSA bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(4)

Fl-24 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Bożnija-Ħerzegovina sabiex tikkonkludi protokoll għall-FSA.

(5)

Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess u l-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie inizjalat fit-18 ta' Lulju 2016.

(6)

Il-Protokoll ikopri kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(7)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(8)

L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma s-soġġett ta' proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. PLAVČAN


(1)  ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2.

(2)  Ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


REGOLAMENTI

17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/77

tas-16 ta' Jannar 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/83 (2), jenħtieġ li diversi entitajiet jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(3)

B'segwitu għas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-182/13 (3), T-433/13 (4), T-158/13 (5), T-5/13 (6) u T-45/14 (7), Moallem Insurance Company, Petropars Operation & Management Company, Petropars Resources Engineering Ltd, Iran Aluminium Company, Iran Liquefied Natural Gas Co., Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH u Naser Bateni mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012.

(4)

B'segwitu għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-200/13 P (8), Bank Saderat Iran mhux inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012. Konsegwentement, u għaċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna Bank Saderat (London) PLC f'dak l-Anness titħassar.

(5)

Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/83 tas-16 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ara l-paġna 92 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Lulju 2014, Moallem Insurance Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-182/13, ECLI:EU:T:2014:624.

(4)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Mejju 2015, Petropars Iran Co. et, vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-433/13, ECLI:EU:T:2015:255.

(5)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2015, Iranian Aluminium Co. (Iralco) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-158/13, ECLI:EU:T:2015:634.

(6)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 2015, Iran Liquefied Natural Gas Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-5/13, ECLI:EU:T:2015:644.

(7)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 2015,HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH u Naser Bateni vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-45/14, ECLI:EU:T:2015:650.

(8)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' April 2016, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Bank Saderat Iran, C-200/13 P, ECLI:EU:C:2016:284.


ANNESS

L-entrati li jirrigwardaw l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fil-parti I.B tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:

I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   Entitajiet

“7.

(a) Bank Saderat PLC (London)

48.

Neka Novin (magħruf ukoll bħala Niksa Nirou)

65.

West Sun Trade GMBH

159.

Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC)”.


17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/78

tal-15 ta' Lulju 2016

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta ta' utenti ta' tali sistemi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(13) u 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/758 jistabbilixxi obbligu ġenerali għal tipi ġodda ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li jridu jkunu mgħammra b'sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 mill-31 ta' Marzu 2018.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/79 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi u l-proċeduri tal-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, kif ukoll għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-Unitajiet Tekniċi Separati (“STUs”) immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u l-komponenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur u tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha involuti fi stadji differenti tal-proċess ta' approvazzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet amministrattivi speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur mgħammra b'sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, kif ukoll b'STUs u b'komponenti immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

(4)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE u biex tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni għal dik l-approvazzjoni, għandu jiġi stabbilit sett standardizzat ta' dokumenti ta' informazzjoni, mudelli ta' ċertifikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE u mudelli għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

(5)

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 ma jkunux jistgħu jiġu traċċati u ma jkunu soġġetti għall-ebda segwiment kostanti. Għal dak l-għan, għandu jiġi żgurat li s-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 ma jkunux disponibbli għall-komunikazzjoni meta jkunu fl-istatus operattiv normali tagħhom u li d-dejta fil-memorja interna tagħhom ma tkunx disponibbli barra mis-sistemi għal ebda entità qabel ma tiġi skattata l-eCall. Il-manifatturi għandhom jimplimentaw ukoll salvagwardji adegwati sabiex jipproteġu s-sigurtà tad-dejta fil-memorja interna tas-sistema minn aċċess mhux awtorizzat jew użu ħażin.

(6)

Kwalunkwe dejta pproċessata permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 trid tkun adegwata, rilevanti u proporzjonata mal-għanijiet li għalihom dik id-dejta tinġabar u tiġi pproċessata.

(7)

Il-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni komprensiva u affidabbli dwar il-funzjonament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u partikolarment fuq il-mod kif tiġi pproċessata d-dejta permezz ta' dik is-sistema u kif dik id-dejta tiġi protetta. Il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati wkoll dwar il-karatteristiċi u l-fatturi ta' kwalunkwe servizz ta' emerġenza privat jew ta' servizzi oħra ta' valur miżjud, jekk dawn ikunu mmuntati fil-vettura bil-mutur.

(8)

Approċċ konsistenti dwar l-informazzjoni li trid tingħata lill-konsumaturi dwar il-funzjonament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 jirrikjedi li jiġi stabbilit mudell ta' informazzjoni għall-utenti li jkun fih l-informazzjoni minima li trid tingħata flimkien mad-dokumentazzjoni teknika tal-vettura.

(9)

Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112. L-Istati Membri għandhom ukoll jingħataw żmien biżżejjed biex jużaw fit-territorju tagħhom l-infrastruttura għall-Punt ta' Tweġiba tas-Sikurezza Pubblika (“PSAP”) meħtieġa biex l-eCalls jaslu u jiġu ġestiti b'mod xieraq. Għal dik ir-raġuni, id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħad-data tal-applikazzjoni obbligatorja tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/758.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma kkonsultati mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni ta' tipi ġodda ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, kif ukoll ta' Unitajiet Tekniċi Separati (“STUs”) eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u komponenti eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

Jistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/758 fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta tal-utenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

Artikolu 2

Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

1.   Il-manifattur għandu jressaq quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni, kif definit fl-Artikolu 3(29) tad-Direttiva 2007/46/KE, applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tas-sistema eCall tagħha mmuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titħejja abbażi tal-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Meta r-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79 jiġu ssodisfati, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE nnumerat skont is-sistema stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

4.   Iċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jitfassal skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I.

5.   Fil-manwal tal-informazzjoni tal-utent għandu jkun hemm informazzjoni mogħtija mill-manifattur dwar l-ipproċessar tad-dejta mwettaq permezz tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 billi jiġi segwit il-mudell stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-STUs eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 jew komponenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

1.   Il-manifattur għandu jressaq quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni, kif definit fl-Artikolu 3(29) tad-Direttiva 2007/46/KE, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 jew għal tip ta' komponent tas-sistema eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titfassal abbażi tal-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

3.   Meta r-rekwiżiti tekniċi msemmija rispettivament fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2017/79 fir-rigward tal-komponenti u l-Artikolu 7 tiegħu fir-rigward tal-STUs jiġu ssodisfati, l-awtorità ta' approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE u numru tal-approvazzjoni tat-tip, li għandu jsir skont is-sistema ta' numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' STU jew ta' komponent.

4.   Iċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jitfassal skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II.

Artikolu 4

Marka tal-approvazzjoni tat-tip

Kull komponent jew STU li jikkonforma ma' tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tal-KE għal komponent jew għal STU skont dan ir-Regolament għandu jkollu marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE f'konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness II.

Artikolu 5

Privatezza u protezzjoni tad-dejta

1.   Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 jew l-STU eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 ma jkunux jistgħu jiġu traċċati u ma jkunux soġġetti għall-ebda segwiment kostanti meta jkunu fl-istatus operattiv normali tagħhom. Il-manifattur għandu jiżgura wkoll li d-dejta fil-memorja interna ta' dik is-sistema jew STU titneħħa b'mod awtomatiku u kontinwu u ma tkunx disponibbli barra mis-sistema jew mill-STU mmuntati fil-vettura għall-ebda entità qabel ma tiġi skattata l-eCall.

2.   Il-manifattur għandu jinforma lil sid il-vettura bil-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament (UE) 2015/758 billi juża l-mudell stabbilit fil-Parti 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri ta' salvagwardja xierqa (bħal pereżempju l-użu ta' teknoloġiji ta' kriptaġġ) biex jipproteġu s-sigurtà tad-dejta personali fil-memorja interna tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 jew tal-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 u biex ikunu pprevenuti s-sorveljanza u l-użu ħażin. Dawn il-miżuri għandhom jkunu xierqa, strettament proporzjonati u meħtieġa għall-iskop maħsub.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-31 ta' Marzu 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/79 tat-12 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati u proċeduri ta' ttestjar għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom tal-eCall armati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112, ta' unitajiet u komponenti tekniċi separati tal-eCall immuntati fil-vetturi, bbażati fuq is-servizz 112 u jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet u tal-istandards applikabbli (ara paġna 44 tal-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-installazzjoni ta' sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

PARTI 1

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta' informazzjoni Nru … li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'biżżejjed dettall fuq karta ta' daqs A4 jew fuq folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandu jkollhom biżżejjed dettall.

Jekk is-sistema, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati msemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk inhuma disponibbli): …

0.3.   Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip jekk ikun immarkat fuq il-vettura (1): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Il-kategorija tal-vettura (2): …

0.5.   Isem il-kumpanija u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva: …

9.   KAROZZERIJA

9.1.   Tip ta' karrozzerija (4): …

9.10.   Arranġamenti interni

9.10.2.   Arranġament u identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi

9.10.2.1.   Ritratti u/jew disinji tal-arranġament ta' simboli u kontrolli, sinjalaturi u indikaturi, b'mod partikolari li juru s-simbolu u l-pożizzjoni tas-sinjalatur/tal-indikatur (jekk ikun hemm) jew deskrizzjoni ta' mezzi oħra li jintużaw għat-twissija tal-okkupanti tal-vettura f'każ ta' falliment kritiku li jirriżulta f'nuqqas ta' ħila tas-sistema li teżegwixxi eCall ibbażata fuq in-numru 112: …

9.12.2.   In-natura u l-pożizzjoni tas-sistemi ta' trażżin supplimentari (indika iva/le/fakultattiv)

(X = naħa tax-xellug, L = naħa tal-lemin, N = lejn in-nofs)

 

Airbag ta' quddiem

Airbag tal-ġenb

Apparat ta' tensjoni taċ-ċinturin

L-ewwel ringiela tas-sits

X

N

L

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-tieni ringiela tas-sits (*1)

X

N

L

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.12.4.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi (jekk ikun hemm): …

12.   MIXXELLANJI

12.8.   Sistema eCall

12.8.1.   Preżenza: iva/le (3).

12.8.2.   Deskrizzjoni teknika u/jew disinji skematiċi: …

12.8.3.   Numru tal-approvazzjoni tat-tip (jekk ikun disponibbli) tal-STU eCall immuntat fil-vettura: …

12.8.4.   Għal sistema eCall mhux approvata bħala STU:

12.8.4.1.   Deskrizzjoni dettaljata, ritratti u/jew disinni tas-sistema eCall u l-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura: …

12.8.4.2.   Lista tal-elementi kostitwenti ewlenin tas-sistema eCall: …

12.8.4.3.   Skema tal-konnessjonijiet elettriċi kollha: …

12.8.5.   Il-preżenza ta' sistema eCall TPS: iva/le (3).

12.8.6.   Il-preżenza ta' servizzi oħra ta' valur miżjud: iva/le (3).

12.8.7.   Id-dikjarazzjoni ta' konformità mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) 2015/758: iva/le (3).

Data, Firma

Noti ta' spjegazzjoni

(1)

Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, tal-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separati koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(2)

Kif definit fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

(3)

Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.

(4)

Uża l-kodiċijiet kif definit fil-Parti C tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

PARTI 2

Ċertifikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar:

EC type-approval (1)

extension of EC type-approval (1)

refusal of EC type-approval (1)

withdrawal of EC type-approval (1)

of a type of vehicle with regard to the installation of 112-based eCall in-vehicle systems

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 2015/758, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) …/…

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk ikunu disponibbli): …

0.3.   Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip jekk ikun immarkat fuq il-vettura (2): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Il-kategorija tal-vettura (3): …

0.5.   Isem il-kumpanija u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.   Id-data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Kummenti (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Dokumenti mehmużin:

1.

Pakkett ta' informazzjoni.

2.

Rapport tat-test.

Noti ta' spjegazzjoni

(1)

Ħassar fejn ma japplikax.

(2)

Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, tal-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separati koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(3)

Kif definit fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

Addendum

taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.   Deskrizzjoni qasira tas-sistema eCall immuntata fil-vettura: …

1.2.   Fejn tinstab is-sistema eCall: …

1.3.   Mezzi ta' attivazzjoni tas-sistema eCall: …

1.4.   Provvista tal-enerġija tas-sistema eCall: …

1.5.   Is-sistema eCall TPS immuntata fil-vettura: iva/le (1).

1.6.   Servizzi oħra ta' valur miżjud: iva/le (1).

2.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta' STU/komponent eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq in-numru 112 (1) installati fil-vettura (jekk ikun hemm) biex jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2015/758 u mal-atti ta' implimentazzjoni tiegħu: …

3.   Kummenti (jekk ikun hemm): …

PARTI 3

Mudell ta' Informazzjoni għall-Utent

Id-dokumentazzjoni teknika mgħoddija flimkien mal-vettura (il-manwal tas-sid) għandha tinkludi informazzjoni ċara, komprensiva u aċċessibbli faċilment dwar is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u fuq il-mod kif topera, kif ukoll dwar kwalunkwe sistema eCall appoġġata minn servizz ta' partijiet terzi (TPS) jew minn servizzi oħra ta' valur miżjud imwaħħla fuq dik il-vettura u l-funzjonalitajiet addizzjonali tagħhom.

Differenzi eżistenti bejn l-ipproċessar tad-dejta mwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112 u s-sistema TPS jew servizzi oħra ta' valur miżjud, jekk disponibbli, għandhom jiġu mfissra b'mod ċar.

L-informazzjoni dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta għandha tingħata separatament għas-sistemi bbażati fuq in-numru 112 u għas-sistemi TPS qabel l-użu tagħhom biex tkun evitata kull konfużjoni fir-rigward tal-għanijiet mfittxija u l-valur miżjud tal-ipproċessar tad-dejta.

Dan il-mudell jistabbilixxi l-informazzjoni minima meħtieġa li trid tingħata lill-utent u tista' tiġi kkumplimentata b'informazzjoni oħra xierqa filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom id-dejta tinġabar jew tiġi pproċessata.

1.   DESKRIZZJONI TAS-SISTEMA ECALL IMMUNTATA FIL-VETTURA

1.1.   Ħarsa ġenerali lejn is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, l-operat u l-funzjonalitajiet tagħha: …

1.2.   Is-servizz eCall ibbażat fuq in-numru 112 huwa servizz pubbliku ta' interess ġenerali u huwa aċċessibbli mingħajr ħlas.

1.3.   Is-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112 tiġi attivata b'mod awtomatiku. Din tiġi attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri fil-vettura f'każ ta' inċident gravi. Din tiġi attivata awtomatikament ukoll meta l-vettura tkun mgħammra b'sistema TPS li ma tiffunzjonax f'każ ta' inċident gravi.

1.4.   Is-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112 tista' tiskatta wkoll b'mod manwali, jekk meħtieġ. Struzzjonijiet għall-attivazzjoni manwali tas-sistema: …

1.5.   Fl-eventwalità ta' falliment kritiku tas-sistema li tiddiżattiva s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, tingħata din it-twissija lill-okkupanti tal-vettura: …

2.   INFORMAZZJONI DWAR L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA

2.1.   Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu jikkonforma mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali previsti fid-Direttivi 95/46/KE (2) u 2002/58/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b'mod partikolari, għandhom ikunu bbażati fuq in-neċessità li jiġu protetti l-interessi vitali tal-individwi f'konformità mal-Artikolu 7(d) tad-Direttiva 95/46/KE (4).

2.2.   L-ipproċessar ta' tali dejta huwa limitat b'mod strett għall-fini tal-ġestjoni tal-eCall ta' emerġenza lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112.

2.3.   Tipi ta' dejta u r-riċevituri tagħha

2.3.1.   Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tista' tiġbor u tipproċessa din id-dejta biss:

Numru ta' Identifikazzjoni tal-vettura

Tip ta' vettura (vettura għall-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa)

It-tip ta' ħażna ta' propulsjoni tal-vettura (petrol/diżil/LPG/CNG/elettriku/idroġenu)

L-aħħar tliet lokazzjonijiet tal-vettura u d-direzzjoni tal-ivvjaġġar

Log fajl tal-attivazzjoni awtomatika tas-sistema u l-kronogramma tagħha

Kwalunkwe dejta addizzjonali (jekk japplika): …

2.3.2.   Riċevituri tad-dejta pproċessata permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 huma l-punti ta' tweġiba ta' sikurezza pubblika rilevanti magħżula mill-awtoritajiet pubbliċi rispettivi tal-pajjiż li fit-territorju tiegħu jkunu jinstabu, li jkunu l-ewwel li jirċievu u jġestu eCalls għan-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112.

Informazzjoni finanzjarja (jekk disponibbli): …

2.4.   L-arranġamenti għall-ipproċessar tad-dejta

2.4.1.   Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 hija mfassla b'tali mod li tiżgura li d-dejta li tinsab fil-memorja tas-sistema ma tkunx disponibbli barra mis-sistema qabel ma tiġi skattata eCall.

Rimarki addizzjonali (jekk ikun hemm): …

2.4.2.   Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 hija mfassla b'tali mod li tiżgura li din ma tistax tiġi traċċata u mhi soġġetta għall-ebda detezzjoni kostanti meta tkun fl-istatus ta' operat normali tagħha.

Rimarki addizzjonali (jekk ikun hemm): …

2.4.3.   Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 hija mfassla b'tali mod li tiżgura li d-dejta fil-memorja tas-sistema interna titneħħa awtomatikament u kontinwament.

2.4.3.1.   Id-dejta dwar fejn tkun tinstab il-vettura tiġi mħassra u aġġornata fil-memorja interna tas-sistema biex dejjem jinżammu massimu tal-aħħar tliet lokazzjonijiet aġġornati tal-vettura għat-tħaddim normali tas-sistema.

2.4.3.2.   Ir-reġistrazzjoni tad-dejta tal-attività fis-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq in-numru 112 għandha tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġestjoni tal-eCall ta' emerġenza u fi kwalunkwe każ mhux wara 13-il siegħa mill-mument li tinbeda eCall ta' emerġenza.

Rimarki addizzjonali (jekk ikun hemm): …

2.5.   Il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

2.5.1.   Is-suġġett tad-dejta (sid il-vettura) għandu d-dritt li jaċċessa d-dejta u, kif xieraq, li jitlob ir-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar tad-dejta li tikkonċernah, li l-ipproċessar tagħha ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE. Kwalunkwe parti terza li ngħatatilha d-dejta għandha tkun infurmata b'tali rettifika, tħassir jew imblukkar imwettqa f'konformità ma' din id-Direttiva, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat.

2.5.2.   Is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt li jilmenta mal-awtorità kompetenti għall-protezzjoni tad-dejta jekk iqis li d-drittijiet tiegħu ġew miksura b'riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu.

2.5.3.   Is-servizz ta' kuntatt responsabbli mill-ġestjoni tat-talbiet għall-aċċess (jekk ikun hemm): …

3.   INFORMAZZJONI DWAR SERVIZZI TA' PARTIJIET TERZI U SERVIZZI OĦRA TA' VALUR MIŻJUD (JEKK IMMUNTATI)

3.1.   Deskrizzjoni tal-operat u tal-funzjonalitajiet tas-sistema TPS/servizzi ta' valur miżjud: …

3.2.   Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz ta' sistema TPS/servizzi oħra ta' valur miżjud għandu jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali previsti fid-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

3.2.1.   Bażi legali għall-użu ta' sistema TPS u/jew servizzi ta' valur miżjud u għall-ipproċessar tad-dejta permezz tagħhom: …

3.3.   Is-sistema TPS u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud għandhom jipproċessaw id-dejta personali biss fuq il-bażi tal-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-dejta (sid jew sidien il-vettura).

3.4.   Il-modalitajiet tal-ipproċessar tad-dejta permezz ta' sistema TPS u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud, inkluż kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa fir-rigward tat-traċċabbiltà, id-detezzjoni u l-ipproċessar tad-dejta personali: …

3.5.   Sid vettura mgħammra b'sistema eCall TPS u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud oħra flimkien mas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 għandu d-dritt li jagħżel li juża s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 minflok is-sistema eCall TPS u s-servizzi l-oħra ta' valur miżjud.

3.5.1.   Dettalji ta' kuntatt għall-ġestjoni tat-talbiet ta' diżattivazzjoni tas-sistema eCall TPS: …


(*1)  It-tabella tista' tiġi estiża skont ma jkun meħtieġ għal vetturi b'aktar minn żewġ ringieli ta' sits jew jekk ikun hemm aktar minn tliet sits tul il-wisa' tal-vettura.

(1)  Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.

(2)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(4)  Id-Direttiva 95/46/KE titħassar bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


ANNESS II

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 jew komponent tas-sistema eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112

PARTI 1

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta' informazzjoni Nru ... b'rabta mal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 jew komponent tas-sistema eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 (3).

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'biżżejjed dettall fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk l-unità teknika separata jew il-komponent imsemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.3.   Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-Unità Teknika Separata (1): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Fil-każ ta' STU, maħsub għall-kategorija tal-vettura (2): …

0.5.   Isem il-kumpanija u indirizz tal-manifattur: …

0.7.   Fejn jinsab u l-metodu ta' twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni KE: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

12.8.   Sistema eCall

12.8.2.   Deskrizzjoni teknika u/jew tpinġijiet skematiċi: …

12.8.3.1.   Ritratti u/jew tpinġijiet b'biżżejjed dettall u bi skala xierqa biex dan il-komponent jew STU jkunu jistgħu jiġu identifikati. Id-disinni jridu juru l-pożizzjoni maħsuba tal-STU jew tal-komponent fil-vettura u l-ispazju maħsub għall-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-STU jew tal-komponent …

12.8.3.1.1.   Struzzjonijiet għall-installazzjoni fil-vettura, inklużi l-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112: …

12.8.3.1.2.   Il-post fil-vettura u l-metodu tal-immuntar tal-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112: …

12.8.3.2.   Lista ta' partijiet kostitwenti ewlenin tal-STU jew tal-komponent: …

12.8.7.   Id-dikjarazzjoni ta' konformità mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) 2015/758: iva/le (3).

Noti ta' spjegazzjoni

(1)

Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, il-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(2)

Kif definit fit-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

(3)

Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.

PARTI 2

Ċertifikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar:

EC type-approval (1)

extension of EC type-approval (1)

refusal of EC type-approval (1)

withdrawal of EC type-approval (1)

of 112-based eCall in-vehicle STU/ 112-based eCall in-vehicle system component (1)

fir-rigward tar-Regolament (UE) 2015/758.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.3.   Il-mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip jekk ikunu mmarkati fuq il-komponent/l-unità teknika separata (2): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Fil-każ ta' unità teknika separata, maħsuba għal kategorija ta' vettura (3): …

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.7.   Fejn jinsab u l-metodu ta' twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni tal-KE: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.   Id-data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Kummenti (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Dokumenti mehmużin:

1.

Pakkett ta' informazzjoni.

2.

Rapport tat-test.

Addendum

taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.   Deskrizzjoni qasira tal-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112/tal-komponent fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 (3): …

1.1.1.   Struzzjonijiet għall-installazzjoni fil-vettura, inklużi l-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112: …

1.1.2.   Eżempju tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE fuq l-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112/il-komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 (3): …

1.2.   Il-post fil-vettura u l-metodu tal-immuntar tal-unità teknika separata eCall: …

1.3.   Mezzi tal-iskattament: …

1.4.   Il-provvista tal-enerġija: …

2.   Il-komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/79. Barra minn hekk, jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti tekniċi koperti:

2.1.   L-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79: iva/le (3).

2.2.   L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79: iva/le (3).

2.3.   L-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79: iva/le (3).

3.   Kummenti (jekk ikun hemm): …

PARTI 3

Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-STUs u għall-komponenti

1.   Il-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għall-unità teknika separata u għall-komponent għandha tikkonsisti fi:

1.1.   L-ittra żgħira “e” mdawra b'rettangolu, segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-unità teknika separata jew tal-komponent:

1

għall-Ġermanja

12

għall-Awstrija

26

għas-Slovenja

2

għal Franza

13

għal-Lussemburgu

27

għas-Slovakkja

3

għall-Italja

17

għall-Finlandja

29

għall-Estonja

4

għan-Netherlands

18

għad-Danimarka

32

għal-Latvja

5

għall-Iżvezja

19

għar-Rumanija

34

għall-Bulgarija

6

għall-Belġju

20

għall-Polonja

36

għal-Litwanja

7

għall-Ungerija

21

għall-Portugall

49

għal Ċipru

8

għar-Repubblika Ċeka

23

għall-Greċja

50

għal Malta

9

għal Spanja

24

għall-Irlanda

 

 

11

għar-Renju Unit

25

għall-Kroazja

 

 

1.2.   Qrib ir-rettangolu n-“numru ta' approvazzjoni tal-bażi” fit-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip preċedut minn żewġ numri li jindikaw in-numru ta' sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament. In-numru ta' sekwenza bħalissa huwa “00”.

1.3.   F'każ ta' STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112, qrib ir-rettangolu in-numru ta' sekwenza għandu jkun preċedut mis-simbolu “ECALL”.

2.   Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE titwaħħal ma' parti ewlenija tal-STU eCall immuntat fil-vettura bbażat fuq in-numru 112 jew ma' komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 b'tali mod li ma jkunx jista' jitħassar, ikun ċar u li jinqara faċilment.

3.   Eżempju ta' marki tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal STUs eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u għal komponenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 huwa muri rispettivament fl-Istampa 1 u fl-Istampa 2.

Stampa 1

Eżempju ta' marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal STUs eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

Image

Nota ta' spjega

Didaskalija

L-approvazzjoni tat-tip tal-unità teknika separata tal-KE inħarġet mill-Bulgarija bin-numru 0046. L-ewwel żewġ numri “00” jindikaw li l-unità teknika separata kienet approvata skont dan ir-Regolament.

Stampa 2

Eżempju ta' marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal komponenti tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112

Image

Nota ta' spjega

Didaskalija

L-approvazzjoni tat-tip tal-komponent tal-KE inħarġet mill-Ġermanja bin-numru 00026. L-ewwel żewġ numri “00” jindikaw li l-komponent kien approvat skont dan ir-Regolament.


(1)  Delete where not applicable.

(2)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, il-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

(3)  Ħassar fejn ma jkunx applikabbli.


17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/44


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/79

tat-12 ta' Settembru 2016

li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati u proċeduri ta' ttestjar għall-approvazzjoni KE għat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112, ta' unitajiet u komponenti tekniċi separati tal-eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112 u li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet u l-istandards applikabbli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(8) u (9) u l-Artikolu 6(12) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/758 jistabbilixxi obbligu ġenerali għal tipi ġodda ta' vetturi ta' kategoriji M1 u N1 li jkunu mgħammra b'sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112 mill-31 ta' Marzu 2018.

(2)

Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tekniċi dettaljati u l-proċeduri tal-ittestjar għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112. Il-proċeduri tal-ittestjar jippermettu wkoll l-ittestjar u l-approvazzjoni tal-unitajiet tekniċi separati (“UTS”) u l-komponenti tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 maħsuba sabiex jitwaħħlu f'vetturi bil-mutur jew għall-integrazzjoni f'sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112.

(3)

It-testijiet għandhom jitwettqu mis-servizzi tekniċi fil-kapaċità tagħhom kif previst fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li tistabbilixxi l-kwadru ġenerali għall-approvazzjoni KE għat-tip ta' vetturi bil-mutur u tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha involuti fi stadji differenti tal-proċess ta' approvazzjoni.

(4)

It-testijiet u r-rekwiżiti għandhom jiġu ddisinjati b'tali mod li jiġi evitat l-ittestjar doppju. Barra minn hekk, hija meħtieġa xi flessibbiltà rigward vetturi bi skop speċjali li jinbnew f'diversi stadji skont id-Direttiva 2007/46/KE għaliex huma eżentati mir-rekwiżiti tal-ħbit frontali u laterali skont ir-Regolamenti tan-NU/KEE 94 u 95. Għal din ir-raġuni, l-approvazzjoni mogħtija fi stadju preċedenti tal-proċess lill-vettura bażi fir-rigward tas-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandha tibqa' valida, sakemm is-sistema jew is-sensuri tagħha ma jkunux ġew immodifikati wara l-approvazzjoni.

(5)

Hemm każijiet fejn, għal raġunijiet tekniċi, ċerti klassijiet ta' vetturi ma jistgħux jiġu mgħammra b'mekkaniżmu xieraq tal-iskattar tal-eCall u għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2015/758. Wara valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji mwettqa mill-Kummissjoni u billi jitqiesu l-aspetti rilevanti ta' sikurezza u tekniċi, dawk il-klassijiet ta' vetturi huma identifikati u inklużi f'lista stabbilita fl-Anness IX.

(6)

Is-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 jeħtieġ li tibqa' funzjonali wara aċċident gravi. L-eCall awtomatika hija l-aktar ta' benefiċċju f'ħabta gravi fejn ir-riskju li l-okkupanti tal-vettura jisfaw inkapaċitati u ma jkunux jistgħu jċemplu għall-assistenza mingħajr sistema eCall huwa l-ogħla. Is-sistemi tal-eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112, il-komponenti u l-UTS għandhom għalhekk jiġu ttestjati biex tiġi vverifikata l-funzjonalità sostnuta tagħhom wara li jiġu soġġetti għal tagħbijiet inerzjali simili għal dawk li jistgħu jseħħu waqt ħabta gravi ta' vettura.

(7)

Il-funzjonament ta' wara l-ħbit u l-iskattar awtomatiku tas-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandhom jiġu żgurati wkoll fil-livell tal-vettura. Il-proċedura tal-ittestjar ta' impatt fuq skala sħiħa għandha għalhekk tiġi stabbilita biex tivverifika li l-vettura hija mibnija b'tali mod li s-sistema tagħha tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 tiflaħ għal ħabta frontali u mill-ġenb fis-sitwazzjoni tal-immuntar u l-konfigurazzjoni oriġinali tagħha.

(8)

Il-funzjonalità ewlenija ta' sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 mhix biss li tinnotifika liċ-Ċentru li Jirċievi t-Telefonati ta' Emerġenza (“PSAP”) dwar aċċident, iżda wkoll li tistabbilixxi konnessjoni bil-vuċi bejn l-okkupanti tal-vettura u l-operatur tal-PSAP. It-tagħmir tal-awdjo tas-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandu għalhekk jiġi ttestjat wara t-testijiet tal-ħabta fuq skala sħiħa biex jiġi ggarantit li ma jsofrix minn tnaqqis fil-volum jew minn xi distorsjonijiet li jagħmlu l-komunikazzjoni bil-vuċi impossibbli.

(9)

Meta sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 tkun approvata għall-użu flimkien ma' sistema li tipprovdi servizzi lil partijiet terzi (“sistema TPS”), għandu jiġi żgurat li fi kwalunkwe ħin, waħda biss minn dawk is-sistemi tkun attiva u li s-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 tiġi skattata awtomatikament meta s-sistema TPS ma tiffunzjonax. Il-manifattur tal-vetturi mgħammra b'sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u sistema TPS għandu jispjega l-proċedura ta' riżerva inkorporata fis-sistema TPS u għandu jiddeskrivi l-prinċipji tal-mekkaniżmu tal-bidla bejn is-sistema TPS u s-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112.

(10)

Biex jiġi żgurat l-għoti ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjoni, is-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandha tkun kapaċi tuża s-servizzi ta' lokalizzazzjoni pprovduti mis-sistemi Galileo u EGNOS.

(11)

Is-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandha twissi lill-okkupanti ta' vettura fil-każ li s-sistema ma tkunx kapaċi teżegwixxi sejħa ta' emerġenza. Għalhekk għandha tiġi stabbilita proċedura għall-verifika tal-awto-ittestjar tas-sistema u tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti ta' indikazzjoni tal-ħsara.

(12)

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 ma jkunux jistgħu jiġu ntraċċati u li ma jkunux soġġetti għal xi segwiment kostanti. Għal dak il-għan, għandha tiġi stabbilita proċedura tal-ittestjar biex tivverifika li s-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 mhix disponibbli għall-komunikazzjoni mal-PSAP qabel tiskatta l-eCall.

(13)

Kwalunkwe dejta proċessata permezz tas-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandha tkun adegwata, rilevanti u proporzjonata għall-finijiet li għalihom dik id-dejta tkun inġabret u tkun ġiet ipproċessata. Għal dak il-għan, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri xierqa biex jivverifikaw li d-dejta fil-memorja interna tas-sistema titneħħa awtomatikament u kontinwament u ma tinżammx aktar milli meħtieġ għall-finijiet tal-immaniġġjar tas-sejħa ta' emerġenza.

(14)

Il-verżjonijiet tal-istandards applikabbli li fuqhom huma bbażati r-rekwiżiti għall-eCall għandhom jiġu aġġornati.

(15)

Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tas-sistemi tal-eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112. L-Istati Membri għandhom jingħataw ukoll biżżejjed żmien biex jużaw fit-territorju tagħhom l-infrastruttura PSAP meħtieġa għar-riċevuta u l-immaniġġjar xierqa ta' sejħiet ta' emerġenza. Għal dik ir-raġuni, id-dejta tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħad-dejta ta' applikazzjoni obbligatorja tas-sistemi tal-eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112 skont ir-Regolament (UE) 2015/758,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati u proċeduri ta' ttestjar għall-approvazzjoni KE għat-tip tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/758 fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112 u tal-unitajiet tekniċi separati (“STU”) u komponenti tal-eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112.

Artikolu 2

Klassijiet ta' vetturi eżentati mir-rekwiżit li jkunu mgħammra b'sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112

Il-klassijiet ta' vetturi li għal raġunijiet tekniċi ma jistgħux jiġu mgħammra b'mekkaniżmu tal-iskattar eCall xieraq u għal dik ir-raġuni huma eżentati mir-rekwiżit li jkunu mgħammra b'sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 huma elenkati fl-Anness IX.

Artikolu 3

Approvazzjoni b'diversi stadji ta' vetturi bi skop speċjali

Fil-każ tal-approvazzjoni skont it-tip b'diversi stadji tal-vetturi bi skop speċjali ddefiniti fil-punti 5.1 u 5.5 tal-parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, l-approvazzjoni skont it-tip mogħtija fi stadju preċedenti fir-rigward tal-installazzjoni ta' sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 fil-vettura (bażi) għandha tibqa' valida, sakemm is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u s-sensuri rilevanti ma jiġux immodifikati.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tip ta' vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta' sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112” tfisser vetturi bil-mutur li ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali bħall-karatteristiki tal-integrazzjoni fil-vettura kif ukoll il-funzjonalità u l-kapaċità ta' ħardwer essenzjali li juża sejħa ta' emerġenza mmuntata fil-vettura.

(2)

“tip ta' STU tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112” tfisser kombinazzjoni ta' ħardwer speċifiku li ma jvarjax fl-aspetti essenzjali bħall-karatteristiċi, il-funzjonalità u l-kapaċità tal-użu ta' sejħa ta' emerġenza mmuntata fil-vettura meta installata f'vettura bil-mutur.

(3)

“tip ta' komponent tas-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112” tfisser ħardwer speċifiku li ma jvarjax fl-aspetti essenzjali bħall-karatteristiċi, il-funzjonalità u l-kapaċità tal-iffaċilitar tal-użu ta' sejħa ta' emerġenza mmuntata fil-vettura meta integrata f'STU tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 jew f'sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112.

(4)

“arranġament rappreżentattiv tal-partijiet” tfisser il-partijiet kollha meħtieġa mis-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 biex jippopulaw u jittrażmettu b'suċċess f'sejħa ta' emerġenza mmuntata fil-vettura s-sett minimu ta' data msemmi fl-istandard EN 15722:2015 “Sistemi ta' trasport intelliġenti” — eSafety — sett minimu ta' data għall-eCall (“MSD”) inkluż il-modulu tal-kontroll, is-sors tal-enerġija, il-modulu tal-komunikazzjoni tan-netwerk mobbli, ir-riċevitur tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita u l-antenna esterna tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita u l-konnetturi u l-wajers tagħhom;

(5)

“modulu tal-kontroll” tfisser komponent tas-sistema tal-e-Call immuntat fil-vettura ddisinjat biex jiżgura l-funzjonament ikkombinat tal-moduli, il-komponenti u l-karatteristiċi kollha tas-sistema;

(6)

“sors tal-enerġija” tfisser il-komponent li jissupplixxi l-enerġija lis-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112, inkluż sors ta' sostenn jekk ikun mgħammar, li jagħti l-input għas-sistema wara t-test imsemmi fil-punt 2.3 tal-Anness I;

(7)

“log file tal-eCall” tfisser kwalunkwe rekord iġġenerat fil-mument tal-attivazzjoni awtomatika jew manwali tal-eCall li jkun maħżun fil-memorja interna tas-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u jikkonsisti biss fl-MSD;

(8)

“Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita” (“GNSS”) tfisser infrastruttura komposta minn konstellazzjoni ta' satelliti u netwerk ta' stazzjonijiet tal-art, li jipprovdu ħin preċiż u informazzjoni tal-ġeolokazzjoni lill-utenti li għandhom riċevitur xieraq;

(9)

“Sistema ta' Awmentazzjoni Bbażata fuq is-Satellita” (“SBAS”) tfisser sistema reġjonali ta' navigazzjoni bis-satellita għall-monitoraġġ u l-korrezzjoni ta' sinjali li joħorġu minn sistemi globali eżistenti ta' navigazzjoni bis-satellita, biex l-utenti jingħataw prestazzjoni aħjar f'termini ta' preċiżjoni u integrità;

(10)

“modalità cold start” tfisser il-kundizzjoni ta' riċevitur GNSS meta l-pożizzjoni, il-veloċità, il-ħin, l-almanakk u d-dejta efemerika ma jkunux maħżuna fir-riċevitur u għalhekk is-soluzzjoni tan-navigazzjoni għandha tiġi kkalkulata permezz ta' tfittxija sħiħa fis-sema;

(11)

“pożizzjoni aġġornata” tfisser l-aħħar pożizzjoni magħrufa tal-vettura ddeterminata fl-aħħar mument possibbli qabel il-ġenerazzjoni tal-MSD.

Artikolu 5

Rekwiżiti u proċeduri ta' ttestjar għall-approvazzjoni KE għat-tip ta' vetturi motorizzati fir-rigward tal-installazzjoni ta' sistemi tal-eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112

1.   L-approvazzjoni KE għat-tip ta' vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta' sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandha tkun soġġetta għall-fatt li l-vettura u s-sistema tagħha jgħaddu mit-testijiet stabbiliti fl-Annessi I sa VIII u jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dawk l-Annessi.

2.   Meta l-vettura bil-mutur tkun mgħammra b'tip ta' UTS tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 li tkun ġiet approvata skont it-tip skont l-Artikolu 7, il-vettura u s-sistema tagħha jeħtieġ li jgħaddu mit-testijiet stabbiliti fl-Annessi II, III u V u jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f'dawk l-Annessi.

3.   Meta s-sistema tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 tal-vettura bil-mutur tinkludi komponent wieħed jew aktar li jkun ġie approvat skont it-tip skont l-Artikolu 6, il-vettura bil-mutur u s-sistema tagħha jeħtieġ li jgħaddu mit-testijiet stabbiliti fl-Annessi I sa VIII u jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f'dawk l-Annessi. Il-valutazzjoni ta' jekk is-sistema tikkonformax ma' dawk ir-rekwiżiti tista' madankollu tkun parzjalment ibbażata fuq ir-riżultati tat-testijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3).

Artikolu 6

Rekwiżiti u proċeduri ta' ttestjar għall-approvazzjoni KE għat-tip ta' komponenti tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112

1.   L-approvazzjoni KE għat-tip ta' komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandha tkun soġġetta għall-fatt li l-komponent jgħaddi mit-testijiet stabbiliti fl-Anness I u jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti f'dak l-Anness.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandha tapplika biss il-proċedura ta' verifika għall-komponenti stabbiliti fil-punt 2.8 tal-Anness I wara li l-partijiet individwali jiġu soġġetti għat-test imsemmi fil-punt 2.3 ta' dan l-Anness.

3.   Fuq talba tal-manifattur, komponent jista' jiġi ttestjat b'mod addizzjonali mis-servizz tekniku għal konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi IV, VI u VII li huma rilevanti għall-funzjonalitajiet tal-komponent. Il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti għandha tiġi indikata fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni skont it-tip maħruġ skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/78 (3).

Artikolu 7

Rekwiżiti u proċeduri ta' ttestjar għall-approvazzjoni KE għat-tip ta' UTS tal-eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112

1.   L-approvazzjoni KE għat-tip ta' UTS tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandha tkun soġġetta għall-fatt li l-UTS tgħaddi mit-testijiet stabbiliti fl-Annessi I, IV, VII u VIII u tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dawk l-Annessi.

2.   Meta l-UTS tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 tinkludi komponent wieħed jew aktar li jkun ġie approvat skont it-tip skont l-Artikolu 6, l-UTS jeħtieġ tgħaddi mit-testijiet stabbiliti fl-Annessi I, IV, VI, VII u VIII u tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f'dawk l-Annessi. Il-valutazzjoni ta' jekk dik l-UTS tikkonformax ma' dawk ir-rekwiżiti tista' madankollu tkun parzjalment ibbażata fuq ir-riżultati tat-test imsemmi fl-Artikolu 6(3).

Artikolu 8

Obbligi tal-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni KE għat-tip għal tipi ġodda ta' vetturi bil-mutur li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Emendi għar-Regolament (UE) 2015/758

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) 2015/758 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti u t-testijiet tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u fuq l-istandards disponibbli relatati mal-eCall, fejn applikabbli, u li jinkludu:

(a)

EN 16072:2015 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — rekwiżiti tal-operat ta' eCall Pan-Ewropew”;

(b)

EN 16062:2015 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — Rekwiżiti ta' applikazzjoni ta' livell għoli ta' eCall (HLAR)”;

(c)

EN 16454:2015 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — ESafety — Ittestjar għall-konformità minn tarf sa ieħor tal-Ecall”;

(d)

EN 15722:2015 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — sett minimu ta' dejta għall-eCall (MSD)”;

(e)

EN 16102:2011 “Sistemi ta' trasport intelliġenti — eCall — Rekwiżiti tal-operat għas-sostenn minn parti terza”;

(f)

kwalunkwe standard Ewropew addizzjonali relatat mas-sistema tal-eCall adottat f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jew Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (Regolamenti UNECE) relatati mas-sistemi tal-eCall li magħhom aderixxiet l-Unjoni.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-31 ta' Marzu 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.

(2)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/78 tal-15 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112 u kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta ta' utenti ta' tali sistemi (Ara paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


WERREJ

ANNESS I — Rekwiżiti u proċeduri tekniċi għall-ittestjar tar-reżistenza ta' sistemi ta' eCall minn ġol-vettura għal ħabtiet serji (test ta' deċellerazzjoni ta' severità għolja) 51
ANNESS II — Valutazzjoni tat-testijiet tal-impatt fuq skala sħiħa 58
ANNESS III — Reżistenza tat-tagħmir tal-awdjo għall-ħabtiet 60
ANNESS IV — Il-koeżistenza ta' servizzi ta' partijiet terzi (TPS) mas-sistemi ta' eCall minn ġol-vettura bbażati fuq il-112 65
ANNESS V — Mekkaniżmu tal-iskattar awtomatiku 67
ANNESS VI — Rekwiżiti tekniċi għall-kompatibilità tas-sistemi ta' eCall minn ġol-vettura mas-servizzi ta' pożizzjoni pprovduti mis-sistemi Galileo u EGNOS 68
ANNESS VII — Awtottestjar tas-sistemi ġol-vettura 80
ANNESS VIII — Rekwiżiti tekniċi u proċeduri tat-test marbutin mal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta 82
ANNESS IX — Il-klassijiet ta' vetturi msemmijin fl-Artikolu 2 86

ANNESS I

Rekwiżiti u proċeduri tekniċi għall-ittestjar tar-reżistenza ta' sistemi ta' eCall minn ġol-vettura għal ħabtiet serji (test ta' deċellerazzjoni ta' severità għolja)

1.   Rekwiżiti

1.1.   Ir-rekwiżiti marbutin mal-prestazzjoni

1.1.1.   It-test ta' deċellerazzjoni ta' severità għolja tas-sistemi ta' eCall minn ġol-vettura, STUs u komponenti, imwettaq skont il-punt 2, għandu jitqies sodisfaċenti jekk jintwera li ntlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin wara l-event ta' deċellerazzjoni/aċċellerazzjoni.

1.1.2.   Emissjoni u kkowdjar tal-MSD: Is-sistema ta' eCall jew l-arranġament rappreżentattiv għandhom ikunu kapaċi jittrażmettu MSD b'suċċess lil punt tat-test PSAP.

1.1.3.   Determinazzjoni tal-ħin tal-inċident: Is-sistema ta' eCall jew l-arranġament rappreżentattiv għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw kronogramma aġġornata għal inċident ta' eCall.

1.1.4.   Determinazzjonijiet tal-lokazzjoni: Is-sistema ta' eCall jew l-arranġament rappreżentattiv għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw fejn tinsab bl-eżatt il-vettura.

1.1.5.   Konnettività tan-netwerk mobbli: Is-sistema ta' eCall jew l-arranġament rappreżentattiv għandhom ikunu kapaċi jaqbdu man-netwerk mobbli u jibagħtu dejta permezz tan-netwerk mobbli.

2.   Proċedura tat-test

2.1.   L-għan tal-proċedura tat-test ta' deċellerazzjoni ta' severità għolja

L-iskop ta' dan it-test huwa li jivverifika l-funzjonalità sostnuta tas-sistema ta' eCall ibbażata fuq il-112 wara li tkun ġiet soġġetta għal tagħbijiet inerzjali li jistgħu jseħħu matul ħabta serja tal-vetturi.

2.2.   It-testijiet li ġejjin iridu jsiru fuq arranġament rappreżentattiv tal-partijiet (mingħajr body tal-vettura).

2.2.1.   Arranġament rappreżentattiv għandu jkun jinkludi l-partijiet kollha li teħtieġ is-sistema ta' eCall sabiex issawwar u tibgħat b'suċċess l-MSD f'eCall.

2.2.2.   Dan għandu jinkludi l-modulu ta' kontroll u s-sors tal-enerġija u kwalunkwe parti oħra meħtieġa sabiex issir l-eCall tat-test.

2.2.3.   Dan għandu jinkludi l-antenna esterna għall-komunikazzjoni mobbli.

2.2.4.   Il-faxx ta' wajers jista' jkun rappreżentat biss mill-konnetturi rilevanti (konnessi mal-komponenti ttestjati) u tul ta' wajer. It-tul tal-faxx ta' wajers u t-tqabbid eventwali tiegħu jistgħu jiġu deċiżi mill-manifattur bi qbil mas-servizz tekniku msemmi fl-Artikolu 3(31) tad-Direttiva 2007/46/KE sabiex ikunu jirrappreżentaw il-konfigurazzjonijiet differenti tal-installazzjoni tas-sistema ta' eCall.

2.3.   Il-proċedura ta' deċellerazzjoni/aċċellerazzjoni

2.3.1.   Għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

It-test għandu jitwettaq f'temperatura ambjentali ta' 20 ± 10 °C.

(b)

Fil-bidu tat-test, il-provvista tal-enerġija trid tkun iċċarġjata biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jsiru t-testijiet ta' verifika ta' wara.

2.3.2.   Il-partijiet ittestjati għandhom ikunu mqabbdin mal-istallazzjoni tat-test bil-muntaturi intiżi pprovduti sabiex jitqabbdu ma' vettura. Jekk il-muntaturi intiżi tas-sors tal-enerġija huma ddiżinjati apposta sabiex jinkisru u b'hekk jeħilsu s-sors tal-enerġija f'każ ta' impatt, ma għandhomx ikunu inklużi fit-test. Is-servizz tekniku jridu jara li t-tali rilaxx f'okkorrenza ta' ħabta serja ħafna fil-ħajja reali ma jxekkilx il-funzjonalità tas-sistema (eż. ma tinqalax mis-sors tal-enerġija).

2.3.3.   Jekk jintużaw brackets jew installazzjonijiet addizzjonali bħala parti mill-faċilità ta' deċellerazzjoni/aċċellerazzjoni jridu jipprovdu konnessjoni riġida biżżejjed għall-faċilità ta' deċellerazzjoni/aċċellerazzjoni sabiex ma jaffettwawx l-eżitu tat-test.

2.3.4.   Is-sistema ta' eCall trid tiġi deċellerata jew aċċellerata skont il-kuritur tal-polz speċifikat fit-Tabella u l-Figura. L-aċċellerazzjoni/deċellerazzjoni jridu jitkejlu f'parti riġida tal-faċilità ta' deċellerazzjoni/aċċellerazzjoni u jiġu ffiltrati f'CFC-60.

2.3.5.   Il-polz tat-test irid ikun fi ħdan il-valuri minimi u massimi kif speċifikati fit-Tabella. Il-bidla massima fil-veloċità ΔV trid tkun ta' 70 km/h [+ 0/– 2 km/h]. Madankollu, jekk, bil-qbil mal-manifattur, it-test sar f'livell ogħla ta' aċċellerazzjoni jew deċellerazzjoni, ΔV ikbar u/jew durata itwal, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

2.3.6.   Il-partijiet imsemmijin fil-punt 2.2 iridu jiġu ttestjati f'konfigurazzjoni li tirrappreżenta l-agħar xenarju. Il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tagħhom fuq is-slitta għandhom jikkorrispondu għar-rakkomandazzjonijiet dwar l-installazzjoni tal-manifattur u għandhom ikunu indikati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip maħruġ skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/78.

2.3.7.   Deskrizzjoni tal-polz tat-test

Figura

Kurva minima u massima tal-polz tat-test (kuritur tal-polz)

Image

Tabella

Valuri tal-aċċellerazzjoni/deċellerazzjoni tal-kurva minima u massima tal-polz tat-test

Punt

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni/Deċellerazzjoni (g)

A

10

0

B

34

65

C

38

65

D

46

0

E

0

16

F

25

77

G

47

77

H

60

0

2.4.   Proċedura ta' verifika

2.4.1.   Ara li ma nqala' ebda konnettur tal-kejbils matul l-event.

2.4.2.   Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jridu jiġu vverifikati bit-twettiq ta' sejħa tat-test billi jintuża s-sors tal-enerġija soġġett għad-deċellerazzjoni serja ħafna.

2.4.3.   Qabel ma tagħmel is-sejħa tat-test, ara li:

(a)

is-sistema ta' eCall tirċievi sinjali (reali jew simulati) mill-GNSS sa ċertu punt li jirrappreżenta kundizzjonijiet ta' sema miftuħ;

(b)

is-sistema ta' eCall damet mixgħula biżżejjed sabiex tikseb il-pożizzjoni tagħha bil-GNSS;

(c)

waħda mill-proċeduri ta' konnessjoni definiti fil-punt 2.7, kif maqbula bejn is-servizz tekniku u l-manifattur, sejra tiġi applikata għal kwalunkwe sejħa tat-test;

(d)

il-punt tat-test PSAP iddedikat huwa disponibbli sabiex jirċievi eCall ġejja mis-sistema bbażata fuq il-112;

(e)

ma tistax issir eCall falza lejn PSAP ġenwin fuq in-netwerk attiv; u

(f)

jekk applikabbli, is-sistema TPS hija diżattivata jew taqleb b'mod awtomatiku għas-sistema bbażata fuq il-112.

2.4.4.   Agħmel sejħa tat-test (modalità “push”) billi tapplika skattatur skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

2.4.5.   Ivverifika kull waħda minn dawn l-affarijiet li ġejjin:

(a)

Ara li l-punt tat-test PSAP irċieva MSD. Dan għandu jkun verifikat permezz ta' rekord tal-punt tat-test PSAP li juri li MSD mibgħut mis-sistema ta' eCall wara l-iskattatur ġie riċevut u dekowdjat b'suċċess. Jekk id-dekowdjar tal-MSD weħel fil-verżjoni tar-redundancy MSD rv0 iżda għadda f'verżjoni ta' redundancy ogħla jew f'modalità ta' modulatur robust, kif definita f'ETSI/TS 126 267, dan huwa aċċettabbli.

(b)

Ara li l-MSD fih kronogramma aġġornata. Dan għandu jkun verifikat b'rekord tat-test li l-kronogramma li tinsab fl-MSD riċevut mill-punt tat-test PSAP ma tiddevjax mill-ħin irrekordjat eżatt tal-attivazzjoni tal-iskattatur b'iktar minn 60 sekonda. It-trażmissjoni tista' tiġi ripetuta jekk is-sistema ta' eCall ma tkunx kisbet pożizzjoni bil-GNSS qabel it-test.

(c)

Ara li l-MSD fih pożizzjoni preċiża u aġġornata. Dan għandu jkun verifikat skont il-Proċedura tat-Test tal-Pożizzjoni tal-Vettura kif definita fil-punt 2.5 permezz ta' rekord tat-test li juri li d-devjazzjoni bejn il-pożizzjoni tal-IVS u l-pożizzjoni vera, d_IVS, hija ta' inqas minn 150 metru u l-bit tal-kunfidenza mibgħuta lill-punt tat-test PSAP tindika “pożizzjoni tista' tiġi fdata”.

2.4.6.   Ikklerja s-sejħa tat-test billi tuża l-kmand xieraq tal-punt tat-test PSAP (eż. aqta').

2.5.   Proċedura tat-test tal-pożizzjoni

2.5.1.   Il-funzjonalità sostnuta tal-komponenti tal-GNSS għandha tiġi verifikata billi jitqabbel l-input tal-pożizzjoni u l-output tal-pożizzjoni tas-sistema.

2.5.2.   Il-“pożizzjoni tal-IVS” (φIVS, λIVS) għandha tkun: Il-pożizzjoni li tinsab f'MSD mibgħut lil punt tat-test PSAP filwaqt li l-antenna tal-GNSS tkun f'kundizzjonijiet ta' sema miftuħ (reali jew simulati).

2.5.3.   Il-“pożizzjoni vera” (φtrue, λtrue) għandha tkun:

(a)

il-pożizzjoni propja tal-antenna tal-GNSS (pożizzjoni magħrufa jew stabbilita b'mezzi oħrajn li mhumiex is-sistema ta' eCall), meta jintużaw sinjali reali tal-GNSS; jew

(b)

il-pożizzjoni ssimulata, meta jintużaw sinjali ssimulati tal-GNSS.

2.5.4.   Id-devjazzjoni bejn il-pożizzjoni tal-IVS u l-pożizzjoni vera, dIVS għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-ekwazzjonijiet li ġejjin:

 

Δφ = φIVS – φtrue

 

Δλ = λIVS – λtrue

 

Formula

 

Formula

fejn:

Δφ: Id-differenza fil-latitudni (f'radjan)

Δλ: Id-differenza fil-lonġitutni (f'radjan)

Nota:Formula; 1 mas = 4,8481368 · 10– 9 rad

φm : Il-latitudni medja (f'unità xierqa għall-kalkolu tal-cosine)

R: Ir-raġġ tad-dinja (medja) = 6 371 009 metri

2.5.5.   Il-proċedura tat-test tal-pożizzjonament tista' tiġi ripetuta jekk is-sistema ta' eCall ma tkunx kisbet pożizzjoni bil-GNSS qabel it-test.

2.6.   Proċedura tat-test tal-antenna

2.6.1.   Jekk il-proċedura ta' konnessjoni applikata għas-sejħa tat-test ma użatx it-trażmissjoni tad-dejta fl-ajru, il-funzjonalità sostnuta tal-antenna tan-netwerk mobbli trid tiġi verifikata billi jiġi verifikat l-istatus tal-issettjar tal-antenna wara l-event ta' deċellerazzjoni skont il-proċedura li ġejja.

2.6.2.   Kejjel il-proporzjon tal-mewġa wieqfa tal-vultaġġ,, tal-antenna tan-netwerk mobbli estern wara l-event ta' deċellerazzjoni bi frekwenza li taqa' fi ħdan il-banda ta' frekwenzi speċifikata tal-antenna.

2.6.2.1.   Il-kejl irid isir b'apparat li jkejjel l-enerġija, analizzatur tal-antenna jew apparat li jkejjel l-SWR fl-iktar punt qarib possibbli għall-punt tal-alimentazzjoni tal-antenna.

2.6.2.2.   Jekk jintuża apparat li jkejjel l-enerġija, irid jiġi kkalkulat billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn:

Pf : Enerġija mkejla bil-quddiem

Pr : Enerġija mkejla b'lura/b'rifless

2.6.3.   Ara li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati mill-manifattur għal antenni ġodda.

2.7.   Il-proċeduri ta' konnessjoni

2.7.1.   Proċedura tan-Netwerk Mobbli Ssimulat

2.7.1.1.   Irid jiġi żgurat li sejħa TS12 mibgħuta mis-sistema bbażata fuq il-112 sejra ssir fl-ajru permezz ta' netwerk mobbli mhux pubbliku (jiġifieri ssimulat) u tingħadda lejn il-punt tat-test PSAP iddedikat.

2.7.1.2.   Il-punt tat-test PSAP iddedikat matul il-proċeduri tat-test irid ikun simulatur tal-PSAP taħt il-kontroll tas-servizz tekniku, konformi mal-istandards EN applikabbli u ċċertifikat skont EN 16454. Għandu jkun mgħammar b'interfaċċja tal-awdjo sabiex ikunu jistgħu jsiru testijiet tal-komunikazzjoni bil-vuċi.

2.7.1.3.   Jekk applikabbli, irid jiġi żgurat li sejħa TS11 mibgħuta mis-sistema TPS sejra ssir fl-ajru permezz ta' netwerk mobbli mhux pubbliku (jiġifieri ssimulat) u tingħadda lejn il-punt tat-test TPSP.

2.7.1.4.   Il-punt tat-test TPSP irid ikun simulatur ta' punt tat-tweġib TPSP iddedikat taħt il-kontroll tas-servizz tekniku jew punt tat-tweġib TPSP ġenwin (huwa meħtieġ il-permess ta' TPSP).

2.7.1.5.   Għal din il-proċedura hija rakkomandata kopertura tan-netwerk mobbli ta' tal-inqas – 99 dBm jew ekwivalenti.

2.7.2.   Proċedura tan-Netwerk Mobbli Pubbliku

2.7.2.1.   Irid jiġi żgurat li sejħa TS11 lil numru twil issir mis-sistema bbażata fuq il-112 (minflok sejħa TS12) u ssir fl-ajru permezz ta' netwerk mobbli pubbliku u tingħadda lejn il-punt tat-test PSAP iddedikat.

2.7.2.2.   Il-punt tat-test PSAP iddedikat matul il-proċeduri tat-test irid ikun simulatur tal-PSAP taħt il-kontroll tas-servizz tekniku, konformi mal-istandards EN applikabbli u ċċertifikat skont EN 16454. Għandu jkun mgħammar b'interfaċċja tal-awdjo sabiex ikunu jistgħu jsiru testijiet tal-komunikazzjoni bil-vuċi.

2.7.2.3.   Jekk applikabbli, irid jiġi żgurat li sejħa TS11 mibgħuta mis-sistema TPS issir fl-ajru permezz ta' netwerk mobbli pubbliku u tingħadda lejn il-punt tat-test TPSP.

2.7.2.4.   Il-punt tat-test TPSP irid ikun simulatur ta' punt tat-tweġib TPSP iddedikat taħt il-kontroll tas-servizz tekniku jew punt tat-tweġib TPSP ġenwin (huwa meħtieġ il-permess ta' TPSP).

2.7.2.5.   Għal din il-proċedura hija rakkomandata kopertura tan-netwerk mobbli ta' tal-inqas – 99 dBm jew ekwivalenti.

2.7.3.   Proċedura tat-Trażmissjoni bil-Wajer Dirett

2.7.3.1.   Irid jiġi żgurat li sejħa TS12 mibgħuta mis-sistema bbażata fuq il-112 issir biss permezz ta' konnessjoni bil-wajer dirett b'simulatur tan-netwerk iddedikat (li jevita kwalunkwe antenna tan-netwerk mobbli) u tingħadda lejn il-punt tat-test PSAP iddedikat.

2.7.3.2.   Il-punt tat-test PSAP iddedikat matul il-proċeduri tat-test irid ikun simulatur tal-PSAP taħt il-kontroll tas-servizz tekniku, konformi mal-istandards EN applikabbli u ċċertifikat skont EN 16454. Għandu jkun mgħammar b'interfaċċja tal-awdjo sabiex ikunu jistgħu jsiru testijiet tal-komunikazzjoni bil-vuċi.

2.7.3.3.   Jekk dan ikun applikabbli, irid jiġi żgurat li sejħa TS11 mibgħuta mis-sistema TPS issir permezz ta' konnessjoni bil-wajer dirett b'simulatur tan-netwerk iddedikat (li jevita kwalunkwe antenna tan-netwerk mobbli) u tingħadda lejn il-punt tat-test TPSP iddedikat.

2.7.3.4.   Il-punt tat-test TPSP irid ikun simulatur ta' punt tat-tweġib TPSP iddedikat taħt il-kontroll tas-servizz tekniku jew punt tat-tweġib TPSP ġenwin (huwa meħtieġ il-permess ta' TPSP).

2.8.   Proċeduri ta' verifika għall-komponenti

2.8.1.   Dawn il-proċeduri jridu japplikaw għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' komponent tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 skont l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

2.8.1.1.   Dawn il-proċeduri japplikaw wara li l-partijiet individwali jiġu soġġetti għat-test ta' deċellerazzjoni skont il-punt 2.3 ta' dan l-Anness.

2.8.2.   Il-modulu ta' kontroll inklużi l-konnetturi tiegħu u l-faxx ta' wajers kif deskritti fil-punt 2.2.4 ta' dan l-Anness.

2.8.2.1.   Ara li ma nqala' ebda konnettur tal-kejbils matul l-event.

2.8.2.2.   Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jridu jiġu vverifikati bit-twettiq ta' sejħa tat-test.

2.8.2.3.   Qabel ma tagħmel is-sejħa tat-test, ara li:

(a)

is-sistema ta' eCall tirċievi sinjali (reali jew simulati) mill-GNSS sa ċertu punt li jirrappreżenta kundizzjonijiet ta' sema miftuħ;

(b)

is-sistema ta' eCall damet mixgħula biżżejjed sabiex tikseb il-pożizzjoni tagħha bil-GNSS;

(c)

waħda mill-proċeduri ta' konnessjoni definiti fil-punt 2.7, kif maqbula bejn is-servizz tekniku u l-manifattur, sejra tiġi applikata għal kwalunkwe sejħa tat-test;

(d)

il-punt tat-test PSAP iddedikat huwa disponibbli sabiex jirċievi eCall ġejja mis-sistema bbażata fuq il-112;

(e)

ma tistax issir eCall falza lejn PSAP ġenwin fuq in-netwerk attiv; u

(f)

jekk applikabbli, is-sistema TPS hija diżattivata jew taqleb b'mod awtomatiku għas-sistema bbażata fuq il-112.

2.8.2.4.   Agħmel sejħa tat-test (modalità “push”) billi tapplika skattatur skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

2.8.2.5.   Ivverifika kull waħda minn dawn l-affarijiet li ġejjin:

(a)

Ara li l-punt tat-test PSAP irċieva MSD. Dan għandu jkun verifikat permezz ta' rekord tal-punt tat-test PSAP li juri li MSD mibgħut mis-sistema ta' eCall wara l-iskattatur ġie riċevut u dekowdjat b'suċċess. Jekk id-dekowdjar tal-MSD weħel fil-verżjoni tar-redundancy MSD rv0 iżda għadda f'verżjoni ta' redundancy ogħla jew f'modalità ta' modulatur robust, kif definita f'ETSI/TS 126 267, dan huwa aċċettabbli.

(b)

Ara li l-MSD fih kronogramma aġġornata. Dan għandu jkun verifikat b'rekord tat-test li l-kronogramma li tinsab fl-MSD riċevut mill-punt tat-test PSAP ma tiddevjax mill-ħin irrekordjat eżatt tal-attivazzjoni tal-iskattatur b'iktar minn 60 sekonda. It-trażmissjoni tista' tiġi ripetuta jekk is-sistema ta' eCall ma tkunx kisbet pożizzjoni bil-GNSS qabel it-test.

(c)

Ara li l-MSD fih pożizzjoni preċiża u aġġornata. Dan għandu jkun verifikat skont il-Proċedura tat-Test tal-Pożizzjoni tal-Vettura kif definita fil-punt 2.5 permezz ta' rekord tat-test li juri li d-devjazzjoni bejn il-pożizzjoni tal-IVS u l-pożizzjoni vera, dIVS, hija ta' inqas minn 150 metru u l-bit tal-kunfidenza mibgħuta lill-punt tat-test PSAP tindika “pożizzjoni tista' tiġi fdata”.

2.8.2.6.   Ikklerja s-sejħa tat-test billi tuża l-kmand xieraq tal-punt tat-test PSAP (eż. aqta').

2.8.3.   L-antenna tan-netwerk mobbli inklużi l-konnetturi tiegħu u l-faxx ta' wajers kif deskritti fil-punt 2.2.4 ta' dan l-Anness.

2.8.3.1.   Ara li ma nqala' ebda konnettur tal-kejbils matul l-event.

2.8.3.2.   Kejjel il-proporzjon tal-mewġa wieqfa tal-vultaġġ, VSWR, tal-antenna tan-netwerk mobbli estern wara l-event ta' deċellerazzjoni bi frekwenza li taqa' fi ħdan il-banda ta' frekwenzi speċifikata tal-antenna.

2.8.3.3.   Il-kejl irid isir b'apparat li jkejjel l-enerġija, analizzatur tal-antenna jew apparat li jkejjel l-SWR fl-iktar punt qrib possibbli għall-punt tal-alimentazzjoni tal-antenna.

2.8.3.4.   Jekk jintuża apparat li jkejjel l-enerġija, il-VSWR irid jiġi kkalkulat billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn:

Pf : Enerġija mkejla bil-quddiem

Pr : Enerġija mkejla b'lura/b'rifless

2.8.3.5.   Ara li l-VSWR jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati mill-manifattur għal antenni ġodda.

2.8.4.   Il-provvista tal-enerġija (jekk mhijiex parti mill-modulu ta' kontroll) inklużi l-konnetturi tiegħu u l-faxx ta' wajers kif deskritti fil-punt 2.2.4 ta' dan l-Anness

2.8.4.1.   Ara li ma nqala' ebda konnettur tal-kejbils matul l-event.

2.8.4.2.   Kejjel jekk il-vultaġġ jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.


ANNESS II

Valutazzjoni tat-testijiet tal-impatt fuq skala sħiħa

1.   Rekwiżiti

1.1.   Ir-rekwiżiti marbutin mal-prestazzjoni

1.1.1.   Il-valutazzjoni tal-impatt fuq skala sħiħa tal-vetturi b'sistemi ta' eCall minn ġol-vettura installati, imwettqin skont il-punt 2, għandhom jitqiesu li huma sodisfaċenti jekk jintwera li ntlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin wara l-impatt.

1.1.2.   Skattar awtomatiku: Is-sistema ta' eCall għandha tibda eCall b'mod awtomatiku wara impatt skont ir-Regolament tan-NU Nru 94 (Anness 3) kif ukoll ir-Regolament tan-NU Nru 95 (Anness 4), kif applikabbli.

1.1.3.   Indikazzjoni tal-istatus tas-sejħa: Is-sistema ta' eCall trid tgħarraf lill-okkupanti dwar l-istatus attwali tal-eCall (indikatur tal-istatus) billi tuża sinjal viżwali u/jew awdjo.

1.1.4.   Emissjoni u kkowdjar tal-MSD: Is-sistema ta' eCall għandha tkun kapaċi tittrażmetti MSD b'suċċess lil punt tat-test PSAP permezz tan-netwerk mobbli.

1.1.5.   Determinazzjoni tad-dejta speċifika għall-vettura: Is-sistema ta' eCall għandha tkun kapaċi timla bi preċiżjoni l-entrati tad-dejta obbligatorji speċifiċi għall-vettura tal-MSD.

1.1.6.   Determinazzjonijiet tal-lokazzjoni: Is-sistema ta' eCall trid għandha kapaċi tiddetermina fejn tinsab bl-eżatt il-vettura.

2.   Proċedura tat-test

2.1.   L-għan tal-proċedura tat-test tal-impatt fuq skala sħiħa

L-iskop ta' dan it-test huwa li jivverifika l-funzjoni ta' skattar awtomatiku u l-funzjonalità sostnuta tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 f'vetturi li huma soġġetti għal impatt fuq quddiem jew impatt fil-ġenb.

2.2.   It-testijiet li ġejjin iridu jsiru fuq vettura b'sistema ta' eCall minn ġol-vettura installata.

2.3.   Proċedura tat-test tal-impatt

2.3.1.   It-testijiet tal-impatt għandhom isiru skont it-testijiet definiti mill-Anness 3 għar-Regolament tan-NU Nru 94 għal impatt fuq quddiem kif ukoll l-Anness 4 għar-Regolament tan-NU Nru 95 għal impatt fil-ġenb, kif applikabbli.

2.3.2.   Japplikaw il-kundizzjonijiet tat-test definiti fir-Regolament tan-NU Nru 94 jew ir-Regolament tan-NU Nru 95.

2.3.3.   Qabel ma tagħmel it-testijiet tal-impatt, ara li:

(a)

is-sors tal-elettriku ġol-vettura, jekk ikun installat għat-test, huwa ċċarġjat skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur fil-bidu tat-test sabiex ikunu jistgħu jsiru t-testijiet ta' verifika ta' wara;

(b)

l-eCall awtomatika tkun attivata u lesta biex taħdem u li s-swiċċ tal-ignixin jew tal-kontroll prinċipali tal-vettura huwa attivat;

(c)

waħda mill-proċeduri ta' konnessjoni definiti fil-punt 2.7, kif maqbula bejn is-servizz tekniku u l-manifattur, sejra tiġi applikata għal kwalunkwe sejħa tat-test;

(d)

il-punt tat-test PSAP iddedikat huwa disponibbli sabiex jirċievi eCall ġejja mis-sistema bbażata fuq il-112;

(e)

ma tistax issir eCall falza lejn PSAP ġenwin fuq in-netwerk attiv; u

(f)

jekk applikabbli, is-sistema TPS hija diżattivata jew taqleb b'mod awtomatiku għas-sistema bbażata fuq il-112.

2.4.   Proċedura ta' verifika

2.4.1.   Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jridu jiġu vverifikati bit-twettiq ta' sejħa tat-test mill-vettura wara l-impatt bl-użu tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112: eCall skattata b'mod awtomatiku wara t-test tal-impatt.

2.4.2.   Agħmel sejħa tat-test (modalità “push”) billi tapplika skattatur awtomatiku.

2.4.3.   Ivverifika kull waħda minn dawn l-affarijiet li ġejjin f'tal-inqas waħda mis-sejħiet tat-test:

(a)

Ara li eCall skattat b'mod awtomatiku wara l-event tal-impatt fuq skala sħiħa. Dan għandu jkun verifikat permezz ta' rekord tal-punt tat-test PSAP li juri li rċieva sinjal ta' bidu ta' eCall wara l-event tal-impatt u li l-indikatur tal-kontroll tal-MSD ġie ssettjat għal “eCall mibdija b'mod awtomatiku”.

(b)

Ara li l-indikatur tal-istatus tal-eCall indika sekwenza ta' eCall wara l-iskattar awtomatiku jew manwali. Dan għandu jkun verifikat permezz ta' rekord li juri li saret sekwenza ta' indikazzjoni fuq il-kanali sensorji kollha speċifikati fid-dokumentazzjoni tal-manifattur (viżwali u/jew awdjo).

(c)

Ara li l-punt tat-test PSAP irċieva MSD. Dan għandu jkun verifikat permezz ta' rekord tal-punt tat-test PSAP li juri li MSD mibgħut mill-vettura wara l-iskattatur awtomatiku jew manwali ġie riċevut u dekowdjat b'suċċess. Jekk id-dekowdjar tal-MSD weħel fil-verżjoni tar-redundancy MSD rv0 iżda għadda f'verżjoni ta' redundancy ogħla jew f'modalità ta' modulatur robust, kif definita f'ETSI/TS 126 267, dan huwa aċċettabbli.

(d)

Ara li l-MSD kien fih dejta preċiża speċifika għall-vettura. Dan irid ikun verifikat permezz ta' rekord tal-punt tat-test PSAP li juri li l-informazzjoni mibgħuta fl-entrati rigward it-tip ta' vettura, in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u t-tip ta' ħżin tal-propulsjoni tal-vettura mhijiex differenti mill-informazzjoni speċifikata fl-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

(e)

Ara li l-MSD fih pożizzjoni preċiża u aġġornata. Dan għandu jkun verifikat skont il-Proċedura tat-Test tal-Pożizzjoni tal-Vettura kif definita fil-punt 2.5 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament permezz ta' rekord tat-test li juri li d-devjazzjoni bejn il-pożizzjoni tal-IVS u l-pożizzjoni vera, d_IVS, hija ta' inqas minn 150 metru u l-bit tal-kunfidenza mibgħuta lill-punt tat-test PSAP tindika “pożizzjoni tista' tiġi fdata”. Jekk ma jkun hemm ebda sinjal tal-GNSS disponibbli fejn ikun sejjer isir it-test tal-impatt, il-vettura tista' tittieħed f'post xieraq qabel ma ssir is-sejħa tat-test.

2.4.4.   Ikklerja s-sejħa tat-test billi tuża l-kmand xieraq tal-punt tat-test PSAP (eż. aqta').

2.4.5.   Jekk is-sejħa awtomatika tat-test ma tistax issir b'suċċess minħabba fatturi esterni għall-vettura, għandu jkun permessibbli li jiġi verifikat l-iskattatur awtomatiku wara l-impatt permezz tal-funzjoni interna tat-tranżazzjoni tar-rekord tas-sistema ġol-vettura. Dan ir-reġistru għandu jkun kapaċi jaħżen is-sinjali tal-iskattatur riċevuti f'memorja mhux volatili. L-inġinier tat-test irid ikollu aċċess għad-dejta maħżuna fis-sistema ġol-vettura u jrid jara li l-ebda rekord tas-sinjal tal-iskattatur awtomatiku ma jkun maħżun qabel l-event tal-impatt u li rekord ta' sinjal tal-iskattatur awtomatiku jinħażen wara l-event tal-impatt.

2.4.6.   Jekk is-sejħa tat-test saret bil-vettura mqabbda ma' provvista tal-enerġija barra mill-vettura (f'każijiet li fihom it-test tal-impatt ikun twettaq bil-provvista tal-enerġija tal-vettura standard mhux installata), ara li s-sistema elettrika abbord li tforni lis-sistema ta' eCall minn ġol-vettura baqgħet sħiħa. Dan għandu jkun verifikat minn rekord ta' inġinier tat-test li jikkonferma verifika b'suċċess tal-integrità tas-sistema elettrika abbord inkluż is-sors tal-enerġija finta ġol-vettura (spezzjoni viżwali għal ħsara mekkanika fil-brekit tal-immuntar tas-sors tal-enerġija jew l-istruttura tiegħu) u l-konnessjonijiet permezz tat-terminali tiegħu.

2.5.   Proċedura tat-test tal-pożizzjoni

Tapplika l-proċedura tat-test tal-pożizzjoni definita fil-punt 2.5 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.6.   Proċedura tat-test tal-antenna

2.6.1.   Jekk il-proċedura ta' konnessjoni applikata għas-sejħa tat-test ma użatx it-trażmissjoni tad-dejta fl-ajru (punt 2.7.3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament), il-funzjonalità sostnuta tal-antenna tan-netwerk mobbli trid tiġi verifikata billi jiġi verifikat l-istatus tal-issettjar tal-antenna wara t-test tal-impatt fuq skala sħiħa skont il-proċedura definita fil-punt 2.6 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, irid jiġi verifikat li ma jkun seħħ ebda ksur ta' xi wajer jew xort fiċ-ċirkwit tal-linja ta' alimentazzjoni tal-antenna billi tiġi verifikata r-reżistenza elettrika bejn il-punti ta' tmiem tal-wajer u bejn il-wajer u l-art tal-vettura.

2.7.   Il-proċeduri ta' konnessjoni

Japplikaw il-proċeduri tal-konnessjoni definiti fil-punt 2.7 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.


ANNESS III

Reżistenza tat-tagħmir tal-awdjo għall-ħabtiet

1.   Rekwiżiti

1.1.   Ir-rekwiżiti marbutin mal-prestazzjoni

1.1.1.   Il-valutazzjoni tar-reżistenza għall-ħabtiet tat-tagħmir tal-awdjo tal-eCall tal-vetturi li fihom hemm installati sistemi ta' eCall minn ġol-vettura, imwettqin skont il-punt 2, għandhom jitqiesu li huma sodisfaċenti jekk jintwera li ntlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin wara l-impatt fir-rigward tat-test tal-impatt fuq quddiem kif ukoll it-test tal-impatt fil-ġenb, kif applikabbli.

1.1.2.   Tqabbid mill-ġdid tat-tagħmir tal-awdjo: Is-sistema ta' eCall għandha terġa' tqabbad il-loudspeaker(s) u l-mikrofonu/i wara li dawn ikunu nqalgħu matul eCall għat-trażmissjoni ta' MSD.

1.1.3.   Komunikazzjoni bil-vuċi: Is-sistema ta' eCall trid tippermetti li ssir komunikazzjoni bil-vuċi handsfree (direzzjoni tat-trażmissjoni u tar-riċezzjoni) b'biżżejjed intelliġibilità bejn l-okkupanti tal-vettura u operatur.

2.   Proċedura tat-test

2.1.   L-għan tal-proċedura tat-test tar-reżistenza tat-tagħmir tal-awdjo għall-ħabtiet

L-iskop ta' dan it-test huwa li jivverifika li l-loudspeaker(s) u l-mikrofonu/i jerġgħu jitqabbdu b'suċċess wara li jinqalgħu għat-trażmissjoni ta' MSD u li t-tagħmir tal-awdjo baqa' jaħdem wara li l-vettura tkun ġiet soġġetta għat-test tal-impatt fuq quddiem jew tal-impatt fil-ġenb.

2.2.   It-test tal-verifika li ġej għandu jsir fuq vettura bis-sistema ta' eCall installata ġol-vettura li tkun ġiet soġġetta għal impatt fuq skala sħiħa skont l-Anness 3 għar-Regolament Nru 94 għal impatt fuq quddiem jew l-Anness 4 għar-Regolament tan-NU Nru 95 għal impatt fil-ġenb, kif inhu stipulat fil-punt 1.1.1 iktar 'il fuq.

2.3.   Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tat-test

2.3.1.   Il-funzjonalità sostnuta tat-tagħmir tal-awdjo trid tiġi verifikata bit-twettiq ta' sejħa tat-test wara t-test tal-impatt u l-użu tal-kanal ta' komunikazzjoni bil-vuċi bejn il-vettura u l-punt tat-test PSAP.

2.3.2.   Żewġ inġinera tat-test, wieħed fil-vettura (tester tal-punt qrib) u l-ieħor fil-punt tat-test PSAP (tester tal-punt imbiegħed) rispettivament, jibagħtu wieħed wara l-ieħor (qari u smigħ) sentenzi predefiniti bbilanċjati fonetikament f'modalità ta' kelliem wieħed.

2.3.3.   It-testers iridu jivvalutaw jekk kinux kapaċi jifhmu t-tifsira tat-trażmissjoni fid-direzzjonijiet tat-trażmissjoni u r-riċezzjoni.

2.4.   L-arranġament tat-testers

2.4.1.   It-test irid isir f'ambjent kwiet, b'livell ta' storbju ta' sfond ta' mhux iktar minn 50 dB(A), u ħieles minn kwalunkwe sors ta' storbju li jista' jxekkel it-testijiet.

2.4.2.   It-tester tal-punt qrib irid ikun f'pożizzjoni tali li rasu tkun qrib pożizzjoni normali bilqiegħda fuq is-sit tas-sewwieq tal-vettura impattata. It-tester irid juża t-tagħmir tal-awdjo ta' ġol-vetura fl-arranġament oriġinali.

2.4.3.   It-tester tal-punt imbiegħed irid joqgħod lil hinn mill-vettura, 'il bogħod biżżejjed sabiex ma jkunx jista' jifhem lit-tester l-ieħor b'volum normali mingħajr l-għajnuna tat-tester l-ieħor.

2.5.   L-arranġament tat-test

2.5.1.   Qabel ma tagħmel is-sejħa tat-test, ara li:

(a)

waħda mill-proċeduri ta' konnessjoni definiti fil-punt 2.7 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, kif maqbula bejn is-servizz tekniku u l-manifattur, sejra tiġi applikata għal kwalunkwe sejħa tat-test;

(b)

il-punt tat-test PSAP iddedikat huwa disponibbli sabiex jirċievi eCall ġejja mis-sistema bbażata fuq il-112;

(c)

ma tistax issir eCall falza lejn PSAP ġenwin fuq in-netwerk attiv;

(d)

jekk applikabbli, is-sistema TPS hija diżattivata jew sejra taqleb b'mod awtomatiku għas-sistema bbażata fuq il-112; u

(e)

is-swiċċ tal-ignixin jew tal-kontroll prinċipali tal-vettura huwa attivat.

2.5.2.   Meta jkun possibbli li jiġi adattat is-setting tal-volum, għandu jintgħażel l-ogħla setting tal-kontroll tal-volum fid-direzzjoni ta' trażmissjoni u riċezzjoni fil-punt qrib u l-punt imbiegħed. L-issettjar tal-kontroll tal-volum fil-punt imbiegħed jista' jitnaqqas matul it-test, jekk dan ikun meħtieġ għal fehim aħjar.

2.5.3.   Jekk dan ikun possibbli, ma għandhomx jintgħażlu netwerks mobbli li għandhom influwenza fuq il-prestazzjoni tal-handsfree (eż. eku, AGC, tnaqqis tal-istorbju, eċċ.). Għal netwerks simulati, jekk possibbli, id-DTX għandu jintefa', għandu jintuża l-kodek tar-rata sħiħa (għal standard GSM) u għandha tintuża l-ogħla rata ta' bits ta' 12.2 kbit/s (għal kodiċijiet AMR).

2.6.   Sejħa tat-test

2.6.1.   Agħmel sejħa tat-test (modalità “push”) billi tapplika skattatur manwali permezz tal-HMI ġol-vettura u stenna sakemm il-loudspeaker(s) u l-mikrofonu/i jerġgħu jitqabbdu għal komunikazzjoni bil-vuċi wara li titlesta t-trażmissjoni tal-MSD.

2.6.2.   Skambju ta' messaġġi tat-test

2.6.2.1.   Id-direzzjoni tar-riċezzjoni

2.6.2.1.1.   It-tester tal-punt imbiegħed irid jagħżel u jaqra par wieħed ta' sentenzi mil-lista pprovduta fl-Appendiċi. It-tester irid jaqra s-sentenzi f'volum normali li jintuża fit-telefonati.

2.6.2.1.2.   It-tester tal-punt qrib irid jivvaluta jekk it-trażmissjoni bil-vuċi fid-direzzjoni tar-riċezzjoni kinitx tinftiehem: It-test fid-direzzjoni tar-riċezzjoni jgħaddi jekk it-tester tal-punt qrib, mistrieħ fil-pożizzjoni bilqiegħda oriġinali tiegħu, irnexxielu, bi kwalunkwe sforz fattibbli, jifhem it-tifsira sħiħa tat-trażmissjoni.

2.6.2.1.3.   Jekk ikun hemm bżonn hekk għall-valutazzjoni, it-tester tal-punt qrib jista' jitlob lit-tester tal-punt imbiegħed jibgħat pari ta' sentenzi addizzjonali.

2.6.2.2.   Id-direzzjoni tat-trażmissjoni

2.6.2.2.1.   It-tester tal-punt qrib irid jagħżel u, filwaqt li jkun mistrieħ fil-pożizzjoni oriġinali bilqiegħda tiegħu, jaqra par wieħed ta' sentenzi mil-lista pprovduta fl-Appendiċi. It-tester irid jaqra s-sentenzi f'volum normali li jintuża fit-telefonati.

2.6.2.2.2.   It-tester tal-punt imbiegħed irid jivvaluta jekk it-trażmissjoni bil-vuċi fid-direzzjoni tat-trażmissjoni kinitx tinftiehem: It-test fid-direzzjoni tat-trażmissjoni jgħaddi jekk it-tester tal-punt imbiegħed irnexxielu, bi kwalunkwe sforz fattibbli, jifhem it-tifsira sħiħa tat-trażmissjoni.

2.6.2.2.3.   Jekk ikun hemm bżonn hekk għall-valutazzjoni, it-tester tal-punt imbiegħed jista' jitlob lit-tester tal-punt qrib jibgħat pari ta' sentenzi oħrajn.

2.6.3.   Ikklerja s-sejħa tat-test billi tuża l-kmand xieraq tal-punt tat-test PSAP (eż. aqta').

2.6.4.   Jekk ir-rekwiżiti ma jistgħux jiġu ssodisfati minħabba xkiel dovut għall-punt tat-test PSAP jew il-mezz tat-trażmissjoni, is-sejħa tat-test tista' terġa' ssir, jekk ikun hemm bżonn f'ambjent tat-test adattat.

2.7.   Il-proċeduri ta' konnessjoni

2.7.1.   Japplikaw il-proċeduri tal-konnessjoni definiti fil-punt 2.7 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Appendiċi

Sentenzi tat-test

1.   Il-pari ta' sentenzi tat-test li ġejjin, kif definiti f'ITU-T p. 501, Anness B, għandhom jintużaw għall-iskambju tal-messaġġi b'test fid-direzzjonijiet tat-trażmissjoni u r-riċezzjoni.

2.   Mil-lista ta' hawn taħt għandhom jintgħażlu l-pari ta' sentenzi tat-test fil-lingwa mitkellma l-iktar mit-testers. Jekk it-testers mhumiex midħla ta' xi waħda mil-lingwi, għandhom jintużaw sentenzi alternattivi f'lingwa familjari, idealment ibbilanċjati fonetikament.

3.   Pari ta' sentenzi tat-test

3.1.   Olandiż

(a)

Dit product kent nauwelijks concurrentie.

Hij kende zijn grens niet.

(b)

Ik zal iets over mijn carrière vertellen.

Zijn auto was alweer kapot.

(c)

Zij kunnen de besluiten nehmen.

De meeste mensen hadden het wel door.

(d)

Ik zou liever gaan lopen.

Willem gaat telkens naar buiten.

3.2.   Ingliż

(a)

These days a chicken leg is a rare dish.

The hogs were fed with chopped corn and garbage.

(b)

Rice is often served in round bowls.

A large size in stockings is hard to sell.

(c)

The juice of lemons makes fine punch.

Four hours of steady work faced us.

(d)

The birch canoe slid on smooth planks.

Glue the sheet to the dark blue background.

3.3.   Finlandiż

(a)

Ole ääneti tai sano sellaista, joka on parempaa kuin vaikeneminen.

Suuret sydämet ovat kuin valtameret, ne eivät koskaan jäädy.

(b)

Jos olet vasara, lyö kovaa. Jos olet naula, pidä pääsi pystyssä.

Onni tulee eläen, ei ostaen.

(c)

Rakkaus ei omista mitään, eikä kukaan voi sitä omistaa.

Naisen mieli on puhtaampi, hän vaihtaa sitä useammin.

(d)

Sydämellä on syynsä, joita järki ei tunne.

On opittava kärsimään voidakseen elää.

3.4.   Franċiż

(a)

On entend les gazouillis d'un oiseau dans le jardin.

La barque du pêcheur a été emportée par une tempête.

(b)

Le client s'attend à ce que vous fassiez une réduction.

Chaque fois que je me lève ma plaie me tire.

(c)

Vous avez du plaisir à jouer avec ceux qui ont un bon caractère.

Le chevrier a corné pour rassembler ses moutons.

(d)

Ma mère et moi faisons de courtes promenades.

La poupée fait la joie de cette très jeune fille.

3.5.   Ġermaniż

(a)

Zarter Blumenduft erfüllt den Saal.

Wisch den Tisch doch später ab.

(b)

Sekunden entscheiden über Leben.

Flieder lockt nicht nur die Bienen.

(c)

Gegen Dummheit ist kein Kraut gewachsen.

Alles wurde wieder abgesagt.

(d)

Überquere die Strasse vorsichtig.

Die drei Männer sind begeistert.

3.6.   Taljan

(a)

Non bisogna credere che sia vero tutto quello che dice la gente. Tu non conosci ancora gli uomini, non conosci il mondo.

Dopo tanto tempo non ricordo più dove ho messo quella bella foto, ma se aspetti un po' la cerco e te la prendo.

(b)

Questo tormento durerà ancora qualche ora. Forse un giorno poi tutto finirà e tu potrai tornare a casa nella tua terra.

Lucio era certo che sarebbe diventato una persona importante, un uomo politico o magari un ministro. Aveva a cuore il bene della società.

(c)

Non bisogna credere che sia vero tutto quello che dice la gente tu non conosci ancora gli uomini, non conosci il mondo.

Dopo tanto tempo non ricordo più dove ho messo quella bella foto ma se aspetti un po' la cerco e te la prendo.

(d)

Questo tormento durerà ancora qualche ora. Forse un giorno poi tutto finirà e tu potrai tornare a casa nella tua terra.

Lucio era certo che sarebbe diventato una persona importante, un uomo politico o magari un ministro, aveva a cuore il bene della società.

3.7.   Pollakk

(a)

Pielęgniarki były cierpliwe.

Przebiegał szybko przez ulicę.

(b)

Ona była jego sekretarką od lat.

Dzieci często płaczą kiedy są głodne.

(c)

On był czarującą osobą.

Lato wreszcie nadeszło.

(d)

Większość dróg było niezmiernie zatłoczonych.

Mamy bardzo entuzjastyczny zespół.

3.8.   Spanjol

(a)

No arroje basura a la calle.

Ellos quieren dos manzanas rojas.

(b)

No cocinaban tan bien.

Mi afeitadora afeita al ras.

(c)

Ve y siéntate en la cama.

El libro trata sobre trampas.

(d)

El trapeador se puso amarillo.

El fuego consumió el papel.


ANNESS IV

Il-koeżistenza ta' servizzi ta' partijiet terzi (TPS) mas-sistemi ta' eCall minn ġol-vettura bbażati fuq il-112

1.   Rekwiżiti

1.1.   Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għal sistemi ta' eCall minn ġol-vettura bbażati fuq il-112, STUs u (mhux bilfors għal) komponenti li għandhom jintużaw flimkien ma' sistema ta' eCall TPS minn ġol-vettura.

1.2.   Ir-rekwiżiti marbutin mal-prestazzjoni

1.2.1.   Is-sistema bbażata fuq il-112 għandha tiġi diżattivata diment li s-sistema TPS tkun attiva u taħdem.

1.2.2.   Is-sistema bbażata fuq il-112 għandha tiskatta awtomatikament f'każ li s-sistema TPS tiskatta iżda ma taħdimx.

1.3.   Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni

1.3.1.   Il-manifattur irid jipprovdi spjegazzjoni lis-servizz tekniku dwar id-dispożizzjonijiet marbutin mad-disinn inkorporati fis-sistema TPS sabiex jiġi żgurat l-iskattar awtomatiku tas-sistema bbażata fuq il-112 (“proċedura ta' riżerva”) f'każ li s-sistema TPS ma taħdimx. Din id-dokumentazzjoni trid tiddeskrivi l-prinċipji tal-mekkaniżmu ta' bidla.

1.3.2.   Id-dokumentazzjoni trid tkun sostnuta minn analiżi li turi li, f'termini ġenerali, kwalunkwe kundizzjoni li fiha ma jaħdimx ħardwer jew softwer li tirriżulta f'inabilità tas-sistema TPS sabiex tagħmel sejħa b'suċċess u kif is-sistema TPS sejra ġġib ruħha meta jseħħu t-tali kundizzjonijiet.

Din tista' tkun ibbażata fuq Analiżi tal-Modalità ta' Ħsara u l-Effett (FMEA — “Failure Mode and Effect Analysis”), Analiżi tas-Siġra tal-Ħsarat (FTA — “Fault Tree Analysis”) jew kwalunkwe proċess simili xieraq kif miftiehem bejn is-servizz tekniku u l-manifattur.

Il-metodu(i) analitiku(ċi) magħżul(a) għandu(hom) jiġi(u) stabbilit(i) u miżmum(a) mill-manifattur u għandu(hom) jkun(u) disponibbli għal spezzjoni mis-servizz tekniku fi żmien l-approvazzjoni tat-tip.

2.   Proċedura tat-test

2.1.   L-għan tal-proċedura tat-test tal-koeżistenza ma' TPS

L-għan ta' din il-proċedura tat-test huwa li tivverifika għas-sistemi ta' eCall minn ġol-vettura li għandhom jintużaw flimkien ma' sistema ta' TPS ta' eCall minn ġol-vettura, li hemm sistema waħda biss attiva u li s-sistema bbażata fuq il-112 tiskatta b'mod awtomatiku f'każ li ma taħdimx is-sistema TPS.

2.2.   It-testijiet li ġejjin iridu jsiru fuq vettura b'sistema ta' eCall minn ġol-vettura installata jew fuq arranġament rappreżentattiv tal-partijiet.

2.3.   Id-diżattivazzjoni tas-sistema bbażata fuq il-112 filwaqt li tkun attiva s-sistema TPS għandha tkun verifikata bit-twettiq ta' sejħa tat-test skattata b'mod manwali.

2.3.1.   Qabel ma tagħmel is-sejħa tat-test, ara:

(a)

li waħda mill-proċeduri ta' konnessjoni definiti fil-punt 2.7 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, kif maqbula bejn is-servizz tekniku u l-manifattur, sejra tiġi applikata għal kwalunkwe sejħa tat-test;

(b)

li l-punt tat-test PSAP iddedikat huwa disponibbli sabiex jirċievi eCall ġejja mis-sistema bbażata fuq il-112;

(c)

li l-punt tat-test TPSP huwa disponibbli sabiex jirċievi sejħa li ġejja mis-sistema TPS;

(d)

li ma tistax issir eCall falza lejn PSAP ġenwin fuq in-netwerk attiv; u

(e)

li s-swiċċ tal-ignixin jew tal-kontroll prinċipali tal-vettura huwa attivat.

2.3.2.   Agħmel sejħa tat-test billi tapplika skattatur manwali tas-sistema TPS (modalità “push”).

2.3.3.   Ara:

(a)

li ġiet stabbilita sejħa mal-punt tat-test TPSP permezz ta' rekord tal-punt tat-test TPSP li juri li rċieva sinjal ta' tnedija ta' sejħa jew permezz ta' konnessjoni b'suċċess bil-vuċi mal-punt tat-test TPSP; u

(b)

li ma ġiet ippruvata u lanqas ma ġiet stabbilita ebda eCall mal-punt tat-test PSAP permez ta' rekord tal-punt tat-test PSAP li juri li ma rċeviex sinjal ta' bidu ta' eCall.

2.3.4.   Ikklerja s-sejħa tat-test billi tuża l-kmand xieraq tal-punt tat-test PSAP (eż. aqta').

2.3.5.   Jekk it-tentattiv tas-sejħa tas-sistema TPS ma jirnexxix matul it-test, il-proċedura tat-test tista' terġa' ssir.

2.4.   Il-proċedura ta' riżerva għandha tkun verifikata bit-twettiq ta' sejħa tat-test skattata b'mod manwali għal punt tat-test PSAP iddedikat f'kundizzjoni li fiha ma taħdimx is-sistema TPS.

2.4.1.   Immodifika s-sistema TPS sabiex tissimula ħsara, magħżula bid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li għandha tirriżulta fi proċedura ta' riżerva fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur.

2.4.2.   Qabel ma tagħmel is-sejħa tat-test, ara:

(a)

li waħda mill-proċeduri ta' konnessjoni definiti fil-punt 2.7 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, kif maqbula bejn is-servizz tekniku u l-manifattur, sejra tiġi applikata għal kwalunkwe sejħa tat-test;

(b)

li l-punt tat-test PSAP iddedikat huwa disponibbli sabiex jirċievi eCall ġejja mis-sistema bbażata fuq il-112;

(c)

li ma tistax issir eCall falza lejn PSAP ġenwin fuq in-netwerk attiv; u

(d)

li s-swiċċ tal-ignixin jew tal-kontroll prinċipali tal-vettura huwa attivat.

2.4.3.   Agħmel sejħa tat-test billi tapplika skattatur manwali tas-sistema TPS (modalità “push”).

2.4.4.   Ara li ġiet stabbilita eCall mis-sistema bbażata fuq il-112 permezz ta' rekord tal-punt tat-test PSAP li juri li rċieva sinjal ta' tnedija ta' eCall.

2.4.5.   Ikklerja s-sejħa tat-test billi tuża l-kmand xieraq tal-punt tat-test PSAP (eż. aqta').

2.5.   Il-proċeduri ta' konnessjoni

Japplikaw il-proċeduri tal-konnessjoni definiti fil-punt 2.7 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.


ANNESS V

Mekkaniżmu ta' skattar awtomatiku

1.   Rekwiżiti

1.1.   Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għal vetturi mgħammra b'sistemi ta' eCall minn ġol-vettura.

1.2.   Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni

1.2.1.   Il-manifattur irid jipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma l-istrateġija magħżula sabiex tiskatta eCall awtomatika li tiżgura l-iskattar anki f'konfigurazzjonijiet ta' aċċidenti li ma jkunux l-istess u/jew inqas serji mill-ħabtiet simulati fit-testijiet ta' ħabta fuq skala sħiħa applikabbli fir-Regolament tan-NU Nru 94 u r-Regolament tan-NU Nru 95.

1.2.2.   Il-manifattur irid jagħżel it-tipoloġija u s-severità tal-ħabta u sejjer juri li din hija ferm differenti mit-testijiet ta' ħabta fuq skala sħiħa.

1.2.3.   Il-manifattur irid jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bi spjegazzjoni u dokumentazzjoni teknika li turi kif din tinkiseb b'mod ġenerali.

1.2.3.1.   Dokumentazzjoni li turi, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li l-attivazzjoni tas-sistemi ta' trażżin supplimentari u l-livell ta' serjetà, magħżulin bid-diskrezzjoni tal-manifattur, jinduċu eCall ukoll, għandha titqies sodisfaċenti.

1.2.3.2.   Dokumentazzjoni li turi, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-istrateġija għall-prevenzjoni ta' eCalls mhux iġġustifikati fil-każ ta' impatti ta' livell ta' serjetà li ma jitqiesx li huwa aċċident serju. Barra minn hekk, trid tiġi pprovduta analiżi tal-modalità ta' ħsara li turi li kwalunkwe ħsara f'ħardwer jew softwer ma tirriżultax fl-iskattar awtomatiku ta' eCall.

1.2.3.3.   Tpinġijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-unitajiet ta' kontroll tal-airbags, noti tad-dejta tal-ispeċifikazzjoni, tpinġijiet tas-sensittività, dijagrammi taċ-ċirkwiti rilevanti jew dokumenti simili meqjusin ekwivalenti mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ikunu mezzi xierqa sabiex tintwera din il-konnessjoni.

1.2.3.4.   Il-pakkett ta' dokumentazzjoni estiża għandu jibqa' strettament kunfidenzjali. Dan jista' jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni, jew, bid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, mill-manifattur. Fil-każ li l-pakkett ta' dokumentazzjoni jinżamm mill-manifattur, il-pakkett għandu jiġi identifikat u datat mill-awtorità tal-approvazzjoni wara li jiġi rivedut u approvat. Għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni fiż-żmien tal-approvazzjoni jew f'kull żmien li fih l-approvazzjoni tkun valida.


ANNESS VI

Rekwiżiti tekniċi għall-kompatibilità tas-sistemi ta' eCall minn ġol-vettura mas-servizzi ta' pożizzjoni pprovduti mis-sistemi Galileo u EGNOS

1.   Rekwiżiti

1.1.   Rekwiżiti marbutin mal-kompatibilità

1.1.1.   Il-“kompatibilità tas-sistema Galileo” trid tkun: ir-riċezzjoni u l-ipproċessar tas-sinjali mis-Servizz Miftuħ tal-Galileo, billi jintuża fil-kalkolu tal-pożizzjoni finali.

1.1.2.   Il-“kompatibilità tas-sistema EGNOS” trid tkun: ir-riċezzjoni tal-korrezzjonijiet mis-Servizz Miftuħ ta' EGNOS u l-applikazzjoni tiegħu għas-sinjali tal-GNSS, b'mod partikolari l-GPS.

1.1.3.   Il-kompatibbiltà tas-sistemi ta' eCall minn ġol-vettura mas-servizzi ta' pożizzjonament pprovduti mis-sistemi Galileo u EGNOS għandha tkun konformi fir-rigward tal-kapaċitajiet ta' pożizzjonament fit-taqsima 1.2 u murija bit-twettiq tal-metodi ta' ttestjar fit-taqsima 2.

1.1.4.   Il-proċeduri ta' ttestjar fit-taqsima 2.2 jistgħu jsiru jew fuq l-unità eCall inkluħa l-ħila ta' wara l-ipproċessar jew inkella direttament fuq ir-riċevitur tal-GNSS li huwa parti mill-eCall.

1.2.   Ir-rekwiżiti marbutin mal-prestazzjoni

1.2.1.   Ir-riċevitur tal-GNSS għandu jkun kapaċi jipprovdi s-soluzzjoni tan-navigazzjoni f'format tal-protokoll NMEA-0183 (messaġġ RMC, GGA, VTG, GSA u GSV). L-issettjar ta' eCall għall-forniment ta' messaġġi NMEA-0183 irid ikun spjegat fil-manwal operazzjonali.

1.2.2.   Ir-riċevitur tal-GNSS li huwa parti mill-eCall għandu jkun kapaċi jirċievi u jipproċessa sinjali individwali tal-GNSS f'banda L1/E1 minn tal-inqas żewġ sistemi globali ta' navigazzjoni bis-satellita.

1.2.3.   Ir-riċevitur tal-GNSS li huwa parti mill-eCall għandu jkun kapaċi jirċievi u jipproċessa sinjali kombinati tal-GNSS f'banda L1/E1 minn tal-inqas żewġ sistemi globali ta' navigazzjoni bis-satellita. u SBAS.

1.2.4.   Ir-riċevitur tal-GNSS li huwa parti mill-eCall għandu jkun kapaċi jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament f'sistema ta' koordinati tal-WGS-84.

1.2.5.   L-iżball fil-pożizzjoni orizzontali ma għandux ikun iktar minn:

f'kundizzjonijiet ta' sema miftuħ: 15-il metru bi probabilità ta' 0,95 b'Dilwizzjoni tal-Preċiżjoni tal-Pożizzjoni (PDOP — “Position Dilution of Precision”) fil-medda ta' bejn 2,0 sa 2,5;

f'kundizzjonijiet ta' canyoni urbani: 40 metru bi probabilità ta' 0,95 b'Dilwizzjoni tal-Preċiżjoni tal-Pożizzjoni (PDOP — “Position Dilution of Precision”) fil-medda ta' bejn 3,5 sa 4,0;

1.2.6.   Ir-rekwiżiti speċifikati għall-preċiżjoni jridu jkunu pprovduti:

b'medda ta' veloċitajiet ta' bejn 0 u [140] km/siegħa;

medda ta' aċċelerazzjoni lineari ta' bejn 0 u [2] G.

1.2.7.   Il-ħin tal-istartjar kiesaħ sal-ewwel kisba ta' pożizzjoni ma għandux jaqbeż

is-60 sekonda għat-tbaxxija tal-livell tas-sinjal għal nieqes 130 dBm;

it-300 sekonda għat-tbaxxija tal-livell tas-sinjal għal nieqes 140 dBm;

1.2.8.   Il-ħin għar-riakkwiżizzjoni tas-sinjal tal-GNSS wara l-ibblokkjar ta' 60 sekondi b'livell tas-sinjal imnaqqas għal nieqes 130 dBm ma għandux jaqbeż l-20 sekonda wra l-irkupru tal-viżibilità tas-satellita tan-navigazzjoni.

1.2.9.   Is-sensittività fl-input tar-riċevitur għandha tkun:

Id-detezzjoni tas-sinjali tal-GNSS (startjar kiesaħ) ma għandhiex taqbeż it-3 600 sekonda b'livell tas-sinjali fuq l-input tal-antenna tal-eCall ta' nieqes 144 dBm;

Il-kalkolu tas-soluzzjoni tan-navigazzjoni u l-intraċċar tas-sinjali tal-GNSS huwa disponibbli għal tal-inqas 600 sekonda b'livell tas-sinjali fuq l-input tal-antenna tal-eCall ta' nieqes 155 dBm;

Ir-riakkwiżizzjoni tas-sinjali tal-GNSS u l-kalkolu tas-soluzzjoni tan-navigazzjoni huma possibbli u ma jaqbżux is-60 sekonda b'livell tas-sinjali fuq l-input tal-antenna tal-eCall ta' nieqes 150 dBm.

1.2.10.   Ir-riċevitur tal-GNSS għandu jkun kapaċi jikseb pożizzjoni tal-inqas kull sekonda.

2.   Metodi tat-test

2.1.   Kundizzjonijiet tat-test

2.1.1.   L-oġġett tat-test huwa l-eCall, li tinkludi riċevitur tal-GNSS u antenna tal-GNSS, bl-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi u l-funzjonijiet tan-navigazzjoni tas-sistema ttestjata.

2.1.2.   In-numru ta' kampjuni tat-test tal-eCall għandu jkun tal-inqas 3 biċċiet u jista' jiġi ttestjat b'mod parallel.

2.1.3.   L-eCall hija pprovduta għat-test bis-SIM-card installata, manwal operazzjonali u s-softwer (ipprovdut fuq mezz elettroniku).

2.1.4.   Id-dokumenti mehmużin għandu jkun fihom id-dejta li ġejja:

numru tas-serje tal-apparat;

il-verżjoni tal-ħardwer;

il-verżjoni tas-softwer;

in-numru ta' identifikazzjoni tal-fornitur tal-apparat;

id-dokumentazzjoni teknika rilevanti sabiex isiru t-testijiet.

2.1.5.   It-testijiet jitwettqu f'kundizzjonijiet klimatiċi normali skont l-istandard ISO 16750-1:2006:

temperatura tal-arja 23 (± 5) °C;

umdità tal-arja relattiva ta' 25 % sa 75 %.

2.1.6.   It-testijiet tal-eCall fir-rigward tar-riċevitur tal-GNSS tagħha għandhom isiru bit-tagħmir tat-test u awżiljarju speċifikat fit-Tabella 1.

Tabella 1

Lista ta' strumenti tal-kejl, tagħmir tat-test u tagħmir awżiljarju rakkomandati

Isem tat-tagħmir

Il-karatteristiċi tekniċi meħtieġa tat-tagħmir tat-test

Medda tal-iskala

Preċiżjoni tal-iskala

Simulatur tas-sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita tas-sinjali tal-Galileo u tal-GPS

In-numru ta' sinjali ssimulati: mill-inqas 12

Id-devjazzjoni kwadra medja ta' komponent tal-preċiżjoni aleatorju ta' psewdomedda għal satelliti tal-Galileo u tal-GPS ta' mhux iktar minn:

fażi tal-kodiċi stadjometriku: 0,1 metru;

fażi tal-operatur tal-komunikazzjoni: 0,001 metru;

psewdoveloċità: 0,005 metru/sekonda.

Stopwatch diġitali

Volum tal-għadd massimu: 9 sigħat 59 minuta 59,99 sekonda

Varjazzjoni ta' kuljum f'25 (± 5)°С mhux iktar minn 1,0 sekonda

Diskretezza tal-ħin 0,01 sekonda.

Analizzatur tal-vector network

Medda ta' frekwenza: 300 kHz .. 4 000 kHz

Medda dinamika:

(nieqes 85 .. 40) dB

Preċiżjoni F = ± 1 · 10– 6 kHz

Preċiżjoni D = (0,1 .. 0,5) dB

Amplifikatur b'livell baxx ta' storbju

Medda ta' frekwenza: 1 200 .. 1 700 MHz

Koeffiċjent tal-istorbju: mhux iktar minn 2,0 dB

Koeffiċjent ta' gwadann tal-amplifikatur: 24 dB

 

Attenwatur 1

Medda dinamika: (0 .. 11) dB

Preċiżjoni ± 0,5 dB

Attenwatur 2

Medda dinamika: (0 .. 110) dB

Preċiżjoni ± 0,5 dB

Sors tal-enerġija

Medda tal-issettjar tal-vultaġġ tal-kurrent dirett: minn 0,1 sa 30 volt

Preċiżjoni V = ± 3 %

Intensità tal-kurrent tal-vultaġġ tal-output: mill-inqas 3 amperes

Preċiżjoni A = ± 1 %

Nota: jistgħu jiġu applikati tipi simili oħrajn ta' tagħmir li jipprovdi d-determinazzjoni tal-karatteristiki bil-preċiżjoni meħtieġa.

2.1.7.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, is-simulazzjoni tas-sinjali tal-GNSS għandha ssegwi mudell ta' “Sema miftuħ” kif muri fil-Figura 1.

Figura 1

Definizzjoni ta' sema miftuħ

Żona

Medda ta' elevazzjoni (gradi)

Medda tal-azimuth (gradi)

A

0 — 5

0 — 360

Sfond

Erja barra miż-Żona A

Image

2.1.8.   Plott tas-Sema Miftuħ — Attenwazzjoni:

 

0 dB

A

– 100 dB jew jintefa s-sinjal

2.2.   Proċeduri ta' ttestjar

2.2.1.   Test tal-output ta' messaġġi NMEA-0183.

2.2.1.1.   Agħmel konnessjonijiet skont il-Figura 2.

Figura 2

Dijagramma tal-istand tat-test

Image

2.2.1.2.   Ħejji u ixgħel l-eCall. Permezz ta' manwal tat-tħaddim u softwer għall-iżviluppaturi, issettja r-riċevitur tal-GNSS sabiex jirċievi sinjali minn Galileo, GPS u SBAS. Issettja r-riċevitur tal-GNSS sabiex jipprovdi messaġġi NMEA-0183 (messaġġi RMC, GGA, VTG, GSA u GSV).

2.2.1.3.   Issettja s-simulatur skont il-gwida għall-utenti tas-simulatur. Ibda script tas-simulatur bil-parametri mogħtija fit-Tabella 2 għal sinjali tal-Galileo, GPS u SBAS.

Tabella 2

Parametri ewlenin tal-iscript ta' simulazzjoni għal xenarju statiku

Parametru ssimulat

Valur

Durata tat-test, hh:mm:ss

01:00:00

Frekwenza tal-output

1 hertz

post tal-eCall

Kwalunkwe punt speċifikat fuq l-art bejn il-medda tal-latitudni 80°N u 80°S fis-sistema ta' koordinati WGS-84

Troposfera:

Mudell predefinit standard mis-simulatur tal-GNSS

Jonosfera:

Mudell predefinit standard mis-simulatur tal-GNSS

Valur tal-PDOP fl-intervall tat-test

2,0 ≤ PDOP ≤ 2,5

Sinjali ssimulati

Galileo (OS tal-banda tal-frekwenza E1);

GPS (kodiċi C/A tal-banda tal-frekwenza L1);

Galileo/GPS/SBAS kombinati.

Saħħa tas-sinjali:

 

GNSS Galileo;

nieqes 135 dBm;

GNSS GPS.

nieqes 138,5 dBm.

Numru ta' satelliti ssimulati:

mill-inqas 6 satelliti tal-Galileo;

mill-inqas 6 satelliti ta' GPS;

mill-inqas 2 satelliti ta' SBAS

2.2.1.4.   Permezz tal-interfaċċja tas-serje korrispondenti, issettja l-konnessjoni bejn l-eCall u l-PC. Ivverifika l-possibbiltà ta' riċezzjoni ta' informazzjoni dwar in-navigazzjoni permezz tal-protokoll NMEA-0183. Il-valur tal-entrata 6 fil-messaġġi ta' GGA huwa stabbilit għal “2”.

2.2.1.5.   Ir-riżultati tat-test jindikaw suċċess jekk l-informazzjoni dwar in-navigazzjoni permezz tal-protokoll NMEA-0183 tiġi riċevuta fil-kampjuni kollha tal-eCall.

2.2.1.6.   It-test tal-output tal-messaġġi NMEA-0183 u l-valutazzjoni tal-preċiżjoni tal-pożizzjoni f'modalità statika awtonoma jistgħu jiġu kombinati.

2.2.2.   Il-valutazzjoni tal-preċiżjoni tal-pożizzjoni f'modalità statika awtonoma.

2.2.2.1.   Agħmel konnessjonijiet skont il-Figura 2.

2.2.2.2.   Ħejji u ixgħel l-eCall. Permezz ta' softwer għall-iżviluppaturi, ara li r-riċevitur tal-GNSS huwa ssettjat sabiex jirċievi sinjali kombinati tal-Galileo, GPS u SBAS. Issettja r-riċevitur tal-GNSS sabiex jipprovdi messaġġi skont il-protokoll NMEA-0183 (messaġġi GGA, RMC, VTG, GSA u GSV).

2.2.2.3.   Issettja s-simulatur skont il-manwal operazzjonali tiegħu. Ibda s-simulazzjoni tal-iskript tas-sinjali kombinati tal-Galileo, GPS u SBAS bil-parametri stabbiliti mogħtija fit-Tabella 2.

2.2.2.4.   Issettja r-reġistrazzjoni tal-messaġġi NMEA-0183 wara r-riċezzjoni tas-soluzzjoni tan-navigazzjoni. Sal-mument li fih jitlesta l-iscript tas-simulazzjoni, il-messaġġi NMEA-0183 jissarrfu f'fajl mir-riċevitur tal-GNSS.

2.2.2.5.   Malli tiġi riċevuta s-soluzzjoni tan-navigazzjoni, issettja r-reġistrazzjoni tal-messaġġi NMEA-0183 maħruġin mir-riċevitur GNSS f'fajl, sal-mument li fih jitlesta l-iscript tas-simulazzjoni.

2.2.2.6.   Estrazzjoni tal-koordinati: latitudni (B) u lonġitudni (L) li jinsabu f'messaġġi GGA (RMC).

2.2.2.7.   Ikkalkula l-impreċiżjoni sistematika tad-determinazzjoni tal-koordinati f'intervalli stazzjonarji skont il-formuli (1), (2), pereżempju għal koordinat tal-latitudni (B):

(1)

ΔB(j) = B(j) – Btruej ,

(2)

Formula

,

Btruej huwa l-valur attwali tal-koordinat B fil-mument tal-ħin j, f'ark-sekondi.

B(j) huwa l-valur determinat tal-koordinat B fil-mument tal-ħin j mir-riċevitur tal-GNSS, f'ark-sekondi.

N huwa l-ammont ta' messaġġi GGA (RMC) riċevuti matul it-test tar-riċevitur tal-GNSS.

2.2.2.8.   B'mod simili, ikkalkula l-impreċiżjoni sistematika tal-koordinat L (lonġitudni).

2.2.2.9.   Ikkalkula l-valur tad-devjazzjoni standard (SD) skont il-formula (3) għall-koordinat B:

(3)

Formula

,

2.2.2.10.   B'mod simili, ikkalkula l-valur SD għall-koordinat L (lonġitudni).

2.2.2.11.   Ikkonverti l-koordinati kkalkulati u l-valuri tal-SD tad-determinazzjoni tal-latitudni u l-lonġitudni minn ark-sekondi għal metri skont il-formuli (4) — (5).

2.2.2.12.   Għal-latitudni:

(4-1)

Formula

,

(4-2)

Formula

,

2.2.2.13.   Għal-lonġitudni:

(5-1)

Formula

,

(5-2)

Formula

,

—   а— Assi semimaġġuri ta' ellipsojde, metri

—   e— l-ewwel eċċentriċità, [0 — 1]

—   φ— il-valur stabbilit tal-latitudni, radjani.

2.2.2.14.   Ikkalkula l-iżball tal-pożizzjoni orizzontali skont il-formula (6):

(6)

Formula

,

2.2.2.15.   Irrepeti l-proċeduri ta' ttestjar skont 2.2.2.3 — 2.2.2.14 għas-sinjali GNSS Galileo bil-parametri ta' simulazzjoni mogħtijin fit-Tabella 2.

2.2.2.16.   Irrepeti l-proċeduri ta' ttestjar skont 2.2.2.3 — 2.2.2.14 għas-sinjali GPS GNSS biss bil-parametri ta' simulazzjoni mogħtijin fit-Tabella 2.

2.2.2.17.   Irrepeti l-proċeduri skont 2.2.2.3 — 2.2.2.16 b'kampjuni ta' eCall oħrajn ipprovduti għat-test.

2.2.2.18.   Stabbilixxi l-valuri medji skont (6) miksubin għall-kampjuni kollha ttestjati ta' eCall.

2.2.2.19.   Ir-riżultati tat-testijiet jitqiesu sodisfaċenti jekk l-iżbalji tal-pożizzjoni orizzontali kif definiti mill-formula (6) miksuba bil-kampjuni kollha tal-eCall ma jaqbżux 15-il metru f'kundizzjonijiet ta' sema miftuħ b'livell ta' kunfidenza ta' 0.95 probabbiltà għall-iscripts kollha tas-simulazzjoni.

2.2.3.   Il-valutazzjoni tal-preċiżjoni tal-pożizzjoni f'modalità dinamika awtonoma.

2.2.3.1.   Irrepeti l-proċeduri tat-test deskritti fit-taqsima 2.2.2, iżda 2.2.2.15 — 2.2.2.16 bl-iscript tas-simulazzjoni għall-moviment ta' manuvrar mogħti fit-Tabella 3.

Tabella 3

Parametri ewlenin tal-iscript ta' simulazzjoni għal moviment ta' manuvrar

Parametru ssimulat

Valur

Durata tat-test, hh:mm:ss

01:00:00

Frekwenza tal-output

1 hertz

post tal-eCall

Kwalunkwe punt speċifikat fuq l-art bejn il-medda tal-latitudni 80°N u 80°S fis-sistema ta' koordinati WGS-84

Mudell tal-moviment:

Moviment ta' manuvrar

veloċità, km/h;

140

raġġ tad-dawrien, metri;

500

aċċellerazzjoni fid-dawrien, metri/sekonda2.

0,2

Troposfera:

Mudell predefinit standard mis-simulatur tal-GNSS

Jonosfera:

Mudell predefinit standard mis-simulatur tal-GNSS

Valur tal-PDOP fl-intervall tal-ħin tat-test

2,0 ≤ PDOP ≤ 2,5

Sinjali ssimulati

Galileo/GPS/SBAS kombinati

Saħħa tas-sinjali:

 

GNSS Galileo;

nieqes 135 dBm;

GNSS GPS.

nieqes 138,5 dBm.

Numru ta' satelliti ssimulati:

mill-inqas 6 satelliti tal-Galileo;

mill-inqas 6 satelliti ta' GPS;

mill-inqas 2 satelliti ta' SBAS

2.2.3.2.   Stabbilixxi l-valuri medji skont (6) miksubin għall-kampjuni kollha ttestjati ta' eCall.

2.2.3.3.   Ir-riżultati tat-testijiet jitqiesu sodisfaċenti jekk l-iżbalji tal-pożizzjoni orizzontali miksuba bil-kampjuni kollha ta' eCall ma jaqbżux il-15-il metru f'kundizzjonijiet ta' sema miftuħ b'livell ta' kunfidenza ta' 0,95 probabbiltà.

2.2.4.   Il-moviment f'żoni għad-dell, żoni b'riċezzjoni tas-sinjali tan-navigazzjoni li taqta' u canyons urbani.

2.2.4.1.   Irrepeti l-proċeduri tat-test deskritti fit-taqsima 2.2.3 għall-iscript tas-simulazzjoni għall-moviment f'żoni għad-dell u żoni b'riċezzjoni tas-sinjali tan-navigazzjoni li taqta' (mogħti fit-Tabella 4) b'mudell tas-sinjal tal-canyon urban deskritt fil-Figura 3.

Tabella 4

Il-parametri ewlenin tal-moviment f'żoni għad-dell u żoni b'riċezzjoni tas-sinjali tan-navigazzjoni li taqta'

Parametru ssimulat

Valur

Durata tat-test, hh:mm:ss

01:00:00

Frekwenza tal-output

1 hertz

post tal-eCall

Kwalunkwe punt speċifikat fuq l-art bejn il-medda tal-latitudni 80°N u 80°S fis-sistema ta' koordinati WGS-84

Mudell tal-moviment:

Moviment ta' manuvrar

veloċità, km/h;

140

raġġ tad-dawrien, metri;

500

aċċellerazzjoni fid-dawrien, metri/sekonda2.

0,2

Viżibbiltà tas-satellita:

 

intervalli tal-viżibbiltà tas-sinjal, sekondi;

300

intervalli tal-assenza tas-sinjal, sekondi

600

Troposfera:

Mudell predefinit standard mis-simulatur tal-GNSS

Jonosfera:

Mudell predefinit standard mis-simulatur tal-GNSS

Valur tal-PDOP fl-intervall tal-ħin tat-test

3,5 ≤ PDOP ≤ 4,0

Sinjali ssimulati

Galileo/GPS/SBAS kombinati

Saħħa tas-sinjali:

 

GNSS Galileo;

nieqes 135 dBm;

GNSS GPS.

nieqes 138,5 dBm.

Numru ta' satelliti ssimulati:

mill-inqas 6 satelliti tal-Galileo;

mill-inqas 6 satelliti ta' GPS;

mill-inqas 2 satelliti ta' SBAS

Figura 3

Definizzjoni ta' canyon urban

Żona

Medda ta' elevazzjoni (gradi)

Medda tal-azimuth (gradi)

A

0 — 5

0 — 360

B

5 — 30

210 — 330

C

5 — 30

30 — 150

Sfond

Erja barra miż-Żona A, B, Ċ

Image

2.2.4.2.   Plott tal-canyon urban- Attenwazzjoni:

 

0 dB

B

– 40 dB

C

– 40 dB

A

– 100 dB jew jintefa s-sinjal

2.2.4.3.   Ir-riżultati tat-testijiet jitqiesu sodisfaċenti jekk l-iżbalji tal-pożizzjoni orizzontali miksuba bil-kampjuni kollha ta' eCall ma jaqbżux l-40 metru f'kundizzjonijiet ta' canyon urban b'livell ta' kunfidenza ta' 0,95 probabbiltà.

2.2.5.   Ħin tal-istartjar kiesaħ sal-ewwel test tal-ksib ta' pożizzjoni.

2.2.5.1.   Ħejji u ixgħel l-eCall. Permezz ta' softwer għall-iżviluppaturi, ara li l-modulu GNSS huwa ssettjat sabiex jirċievi sinjali tal-Galileo u tal-GPS.

2.2.5.2.   Ħassar id-dejta kollha dwar il-pożizzjoni, il-veloċità, il-ħin, l-almanakk u l-efemeri mir-riċevitur tal-GNSS.

2.2.5.3.   Issettja s-simulatur skont il-gwida għall-utenti tas-simulatur. Ibda script tas-simulatur bil-parametri mogħtijin fit-Tabella 2 għal sinjali tal-Galileo u tal-GPS b'livell tas-sinjal ta' nieqes 130 dBm.

2.2.5.4.   Permezz ta' kronometru, kejjel l-intervall tal-ħin bejn il-bidu tas-simulazzjoni tas-sinjal u l-ewwel riżultat tas-soluzzjoni tan-navigazzjoni.

2.2.5.5.   Agħmel il-proċeduri tat-test skont 2.2.5.2 — 2.2.5.4 mill-inqas 10 darbiet.

2.2.5.6.   Ikkalkula l-ħin medju sal-ewwel ksib ta' pożizzjoni fil-modalità ta' startjar kiesaħ fuq il-bażi tal-kejliet għall-kampjuni kollha ta' eCell, ipprovduti għat-test.

2.2.5.7.   Ir-riżultat tat-test jitqies li huwa pożittiv, jekk il-valuri medji tal-ħin sal-ewwel ksib ta' pożizzjoni ikkalkulat kif spjegat f'2.2.5.6, ma jaqbżux is-60 sekonda għat-tbaxxija tal-livell tas-sinjal għal nieqes 130 dBm għas-sinjali ssimulati kollha.

2.2.5.8.   Irrepeti l-proċedura tat-test skont 2.2.5.1 — 2.2.5.5 b'livell tas-sinjal ta' nieqes 140 dBm.

2.2.5.9.   Ir-riżultat tat-test skont 2.2.5.8 jitqies li huwa pożittiv, jekk il-valuri medji tal-ħin sal-ewwel ksib ta' pożizzjoni ikkalkulat kif spjegat f'2.2.5.6, ma jaqbżux is-300 sekonda għat-tbaxxija tal-livell tas-sinjal għal nieqes 140 dBm għas-sinjali ssimulati kollha.

2.2.6.   It-test tal-ħin tal-ksib mill-ġdid tas-sinjali ta' intraċċar wara l-ibblokkjar għal 60 sekonda.

2.2.6.1.   Ħejji u ixgħel l-eCall skont il-manwal operazzjonali. Permezz tas-softwer għall-iżviluppaturi, ara li r-riċevitur GNSS huwa ssettjat sabiex jirċievi sinjali tal-Galileo u tal-GPS.

2.2.6.2.   Issettja s-simulatur skont il-gwida għall-utenti tas-simulatur. Ibda script tas-simulatur bil-parametri mogħtijin fit-Tabella 2 għal sinjali tal-Galileo u tal-GPS b'livell tas-sinjal ta' nieqes 130 dBm.

2.2.6.3.   Stenna 15-il minuta u ara li r-riċevitur tal-GNSS ikkalkula l-pożizzjoni tal-eCall.

2.2.6.4.   Aqla' l-kejbil tal-antenna tal-GNSS mill-eCall u erġa' qabbdu wara intervall ta' ħin ta' 60 sekonda. Permezz ta' kronometru, stabbilixxi l-intervall ta' ħin bejn il-mument tal-konnessjoni tal-kejbil u r-restawr tal-intraċċar satellitari u l-kalkulu tas-soluzzjoni tan-navigazzjoni.

2.2.6.5.   Irrepeti l-proċedura tat-test skont 2.2.6.4 mill-inqas 10 darbiet.

2.2.6.6.   Ikkalkula l-valur medju tal-ħin tar-riakkwiżizzjoni tas-sinjali ta' intraċċar satellitari mill-eCall għall-kejliet kollha li saru u l-kampjuni kollha tal-eCall ipprovduti għat-test.

2.2.6.7.   Ir-riżultat tat-test jitqies li huwa pożittiv, jekk il-valuri medji tal-ħin tar-riakkwiżizzjoni wara l-ibblokkjar ta' 60 sekonda mkejjel kif spjegat fi 2.2.6.6, ma jaqbżux l-20 sekonda.

2.2.7.   Test tas-sensittività tar-riċevitur tal-GNSS f'modalità ta' startjar kiesaħ, modalità ta' intraċċar, u xenarju ta' akkwiżizzjoni mill-ġdid

2.2.7.1.   Ixgħel l-analizzatur tal-vector network Ikkalibra l-analizzatur tal-vector network skont il-manwal operazzjonali tiegħu.

2.2.7.2.   Issettja d-dijagramma skont il-Figura 4.

Figura 4

Dijagramma tal-kalibrazzjoni tal-passaġġ

Image

2.2.7.3.   Issettja l-attenwazzjoni tal-passaġġ tas-sinjal żero fuq l-attenwaturi. Kejjel ir-rispons tal-frekwenza għal passaġġ tas-sinjal partikolari fil-banda E1/L1 tal-Galileo/GPS, rispettivament. Irreġistra l-fattur ta' trażmissjoni tal-passaġġ medju f'[db] f'din il-banda ta' frekwenzi.

2.2.7.4.   Arma ċ-ċirkwit muri fil-Figura 5.

Figura 5

Arranġament għall-evalwazzjoni tas-sensittività tal-modulu GNSS

Image

2.2.7.5.   Ħejji u ixgħel l-eCall skont il-manwal operazzjonali. Permezz ta' softwer għall-iżviluppaturi, ara li r-riċevitur GNSS huwa ssettjat sabiex jirċievi sinjali tal-Galileo u tal-GPS. Ikklirja r-RAM tar-riċevitur GNSS b'tali mod li tinkiseb il-modalità ta' startjar “kiesaħ” tar-riċevitur GNSS tal-eCall. Ara li l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni, il-veloċità u l-ħin tiġi risettjata.

2.2.7.6.   Ħejji s-simulatur tas-sinjali GNSS skont il-manwal operazzjonali tiegħu. Ixgħel l-iscript tas-simulazzjoni tas-sinjali tal-Galileo u tal-GPS, bil-parametri mogħtijin fit-Tabella 2. Issettja l-livell tal-enerġija tal-output tas-simulatur għal nieqes 144 dBm.

2.2.7.7.   Permezz ta' kronometru, kejjel l-intervall tal-ħin bejn il-bidu tas-simulazzjoni tas-sinjal u l-ewwel riżultat tas-soluzzjoni tan-navigazzjoni.

2.2.7.8.   Issettja l-attenwazzjoni tal-passaġġ tas-sinjali fuq l-attenwanti b'tali mod li s-sinjal fuq l-input tal-antenna tal-eCall ikun ta' nieqes 155 dBm.

2.2.7.9.   Permezz ta' kronometru, ara li l-eCall għadha tipprovdi s-soluzzjoni tan-navigazzjoni għal tal-inqas 600 sekonda.

2.2.7.10.   Issettja l-attenwazzjoni tal-passaġġ tas-sinjali fuq l-attenwanti b'tali mod li s-sinjal fuq l-input tal-antenna tal-eCall ikun ta' nieqes 150 dBm.

2.2.7.11.   Aqla' l-kejbil tal-antenna tal-GNSS mill-eCall u erġa' qabbdu wara intervall ta' ħin ta' 20 sekonda.

2.2.7.12.   Permezz ta' kronometru, stabbilixxi l-intervall ta' ħin bejn il-mument tal-konnessjoni tal-kejbil u r-restawr tal-intraċċar satellitari u l-kalkulu tas-soluzzjoni tan-navigazzjoni.

2.2.7.13.   Ir-riżultat tat-test jitqies li huwa pożittiv f'każ li:

il-valur tal-ħin sal-ewwel ksib ta' pożizzjoni f'modalità ta' startjar “kiesaħ”, kif imkejjel f'2.2.7.7, ma jaqbiżx it-3 600 sekonda b'livell tas-sinjali fuq l-input tal-antenna tal-eCall ta' nieqes 144 dBm fil-kampjuni kollha tal-eCall;

is-soluzzjoni tan-navigazzjoni hija disponibbli għal tal-inqas 600 sekonda b'livell tas-sinjali fuq l-input tal-antenna tal-eCall ta' nieqes 155 dBm kif imkejjel f'2.2.7.9 fil-kampjuni kollha tal-eCall;

u r-riakkwiżizzjoni tas-sinjali tal-GNSS u l-kalkulu tas-soluzzjoni tan-navigazzjoni f'livell tas-sinjali fuq l-input tal-antenna tal-eCall ta' nieqes 150 dBm hija possibbli u l-intervall tal-ħin imkejjel f'2.2.7.12 ma jaqbiżx is-60 sekonda fil-kampjuni kollha tal-eCall.


ANNESS VII

Awtottestjar tas-sistemi ġol-vettura

1.   Rekwiżiti

1.1.   Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għal vetturi b'sistema ta' eCall minn ġol-vettura installata, STUs u (mhux bilfors għal) komponenti.

1.2.   Ir-rekwiżiti marbutin mal-prestazzjoni

1.2.1.   Is-sistema ta' eCall trid twettaq test fuqha nfisha kull darba li tixgħel is-sistema.

1.2.2.   Il-funzjoni ta' awtottestjar għandha tissorvelja tal-inqas l-oġġetti tekniċi elenkati fit-Tabella.

1.2.3.   Twissija fil-forma ta' indikazzjoni viżwali jew inkella messaġġ ta' twissija fi spazju komuni jrid jiġi pprovdut f'każ ta' li tiġi individwata ħsara mill-funzjoni ta' awtottestjar.

1.2.3.1.   Għandha tibqa' attivata sakemm ikun hemm il-ħsara.

1.2.3.2.   Tista' tiġi kkanċellata b'mod temporanju, iżda għandha tiġi ripetuta kull meta jiġi attivat l-iswiċċ tal-ignixin jew tal-kontroll prinċipali tal-vettura.

1.3.   Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni

1.3.1.   Il-manifattur irid jipprovdi lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip bid-dokumentazzjoni skont it-Tabella, li għal kull oġġett għandu jkun fiha l-prinċipju tekniku applikat sabiex jiġi ssorveljat l-oġġett.

Tabella

Il-mudell tal-informazzjoni għall-funzjoni ta' awtottestjar

Oġġett

Il-prinċipju tekniku applikat għall-monitoraġġ

L-ECU tal-eCall qiegħed jaħdem (eż. ma hemm ebda ħsara fil-ħardwer intern, il-proċessur/memorja huma lesti, il-funzjoni loġika qiegħda fi stat predefinit mistenni)

 

L-antenna tan-netwerk mobbli estern hija konnessa

 

L-apparat tal-komunikazzjoni tan-netwerk mobbli qiegħed jaħdem (ebda ħsara fil-ħardwer intern, risponsiv)

 

L-antenna esterna tal-GNSS hija konnessa

 

Ir-riċevitur tal-GNSS qiegħed jaħdem (ebda ħsara fil-ħardwer intern, output fi ħdan il-medda mistennija)

 

L-unità ta' kontroll tal-ħabtiet hija konnessa

 

Ebda malfunzjoni fil-komunikazzjoni (malfunzjonijiet tal-konnessjoni tal-bus) tal-komponenti rilevanti f'din it-tabella

 

Is-SIM hija preżenti (dan l-oġġett japplika biss jekk tintuża SIM li tinqala')

 

Is-sors tal-enerġija huwa konness

 

Is-sors tal-enerġija huwa ċċarġjat biżżejjed (limitu bid-diskrezzjoni tal-manifattur)

 

2.   Proċedura tat-test

2.1.   Test ta' verifika tal-funzjoni ta' awtottestjar

2.1.1.   It-test li ġej għandu jsir fuq il-vettura b'sistema ta' eCall minn ġol-vettura installata skont l-Artikolu 4, fuq l-STU skont l-Artikolu 6 jew (mhux bilfors għal) il-komponent, li huwa parti minn sistema kompluta għall-fini tat-test, skont l-Artikolu 5.

2.1.2.   Issimula malfunzjoni tas-sistema ta' eCall billi tintroduċi ħsara kritika f'oġġett wieħed jew iktar minn dawk issorveljati mill-funzjoni ta' awtottestjar skont id-dokumentazzjoni teknika pprovduta mill-manifattur. L-oġġett(i) għandhom jintgħażlu bid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

2.1.3.   Ixgħel is-sistema ta' eCall (eż. billi tixgħel l-ignixin jew tattiva l-iswiċċ ta' kontroll prinċipali tal-vettura, kif ikun applikabbli) u ara li l-indikatur tal-malfunzjoni jixgħel ftit wara.

2.1.4.   Itfi s-sistema ta' eCall (eż. billi titfi l-ignixin jew tiddiżattiva l-iswiċċ ta' kontroll prinċipali tal-vettura, kif ikun applikabbli) u rrestawraha għall-operazzjoni normali.

2.1.5.   Ixgħel is-sistema ta' eCall u ara li l-indikatur tal-malfunzjoni ma jixgħelx jew jintefa ftit wara li jixgħel għall-ewwel darba.

3.   Modifika tat-tip ta' sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 jew STU

3.1.   Meta l-manifattur jippreżenta applikazzjoni għal reviżjoni jew estensjoni ta' approvazzjoni tat-tip eżistenti għall-fini ta' inklużjoni ta' antenna alternattiva tal-GNSS, l-unità ta' kontroll elettroniku, l-antenna tan-netwerk mobbli u/jew il-komponenti tas-sors tal-enerġija, ma għandu jkun meħtieġ ebda test ġdid tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan l-Anness, diment li dawk il-komponenti tal-approvazzjoni tat-tip ikollhom tal-inqas l-istess karatteristiċi funzjonali u li tabilħaqq ikunu koperti minn dan l-Anness skont l-Artikolu 5(3).


ANNESS VIII

Rekwiżiti tekniċi u proċeduri tattest marbutin mal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta

PARTI I

Il-proċedura għall-verifika tan-nuqqas ta' traċċabilità ta' sistema ta' eCall minn ġol-vettura jew STU

1.   Għan

1.1.   Din il-proċedura tat-test issir sabiex tiżgura li sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 jew STU mhijiex traċċabbli u mhijiex soġġetta għal xi intraċċar kostanti fl-istatus operazzjonali normali tagħha.

2.   Rekwiżiti

2.1.   Is-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 jew l-STU mhijiex disponibbli għall-komunikazzjoni mal-PSAP jekk il-punt tat-test PSAP jibda l-komunikazzjoni.

2.2.   Nuqqas ta' stabbiliment tal-konnessjoni jista' jiġi attribwit għan-nuqqas ta' reġistrazzjoni tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 fuq in-netwerk.

3.   Proċedura tat-test

3.1.   It-testijiet li ġejjin iridu jsiru fuq arranġament rappreżentattiv tal-partijiet (mingħajr body tal-vettura).

3.2.   Dan it-test irid isir wara l-konnessjoni b'suċċess tal-IVS ta' eCall man-netwerk u r-reġistrazzjoni tal-apparat sabiex tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni tal-MSD.

3.2.1.   Is-sejħa ta' emerġenza inizjali trid tkun ġiet “cleared down” u dereġistrata min-netwerk qabel dan it-test (eż. taqta'), inkella l-punt tat-test PSAP sejjer ikun jista' jaqbad.

3.2.2.   Qabel ma tagħmel it-test, ara li:

(e)

waħda mill-proċeduri ta' konnessjoni definiti fil-punt 2.7 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, kif maqbula bejn is-servizz tekniku u l-manifattur, sejra tiġi applikata għal kwalunkwe sejħa tat-test;

(f)

il-punt tat-test PSAP iddedikat huwa disponibbli sabiex jirċievi eCall ġejja mis-sistema bbażata fuq il-112;

(g)

is-swiċċ tal-ignixin jew tal-kontroll prinċipali tal-vettura huwa attivat;

(h)

kwalunkwe TPS jew sistema tas-servizz b'valur miżjud hija diżattivata.

3.2.3.   Ħalli l-IVS ta' eCall ibbażata fuq il-112 mixgħula.

3.2.4.   Permezz tal-punt tat-test PSAP, ipprova aqbad mal-IVS eCall ibbażata fuq il-112.

4.   Valutazzjoni

4.1.   Ir-rekwiżit jitqies bħala ssodisfat jekk is-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 jew l-STU mhijiex disponibbli għall-komunikazzjoni mal-PSAP meta l-punt tat-test PSAP jipprova jaqbad.

4.2.   L-istabbiliment ta' konnessjoni mal-IVS eCall ibbażata fuq il-112 meta l-punt tat-test PSAP jibda l-komunikazzjoni jikkostitwixxi falliment.

PARTI II

Il-proċedura għall-verifika ta' kemm idum maħżun log file tal-eCall mis-sistema ta' eCall minn ġol-vettura jew STU

1.   Għan

1.1.   Din il-proċedura tat-test għandha l-għan li tiżgura li d-dejta personali pproċessata skont ir-Regolament (UE) 2015/758 ma tinżammx mis-sistema ta' eCall minn ġol-vettura għal iktar milli hemm bżonn għall-fini ta' indirizzar tas-sitwazzjoni ta' emerġenza u li titħassar għalkollox malli ma tibqax neċessarja għal dan l-għan.

1.2.   Dan sabiex jintwera t-tħassir awtomatiku billi jintwera li l-fajls log tal-eCall ma jinżammux għal iktar minn 13-il siegħa mill-punt ta' bidu ta' eCall.

2.   Rekwiżiti

2.1.   Meta interrogata, is-sistema ta' eCall minn ġol-vettura jew l-STU ma għandhiex iżżomm rekord ta' eCall fil-memorja tagħha wara 13-il siegħa mill-punt li fih tinbeda eCall.

3.   Kundizzjonijiet tat-test

3.1.   Is-Servizz Tekniku għandu jingħata aċċess għall-parti tas-sistema fejn jinħażnu l-fajls log tal-eCall fl-IVS.

3.2.   It-test li ġej irid isir fuq arranġament rappreżentattiv tal-partijiet.

4.   Metodu tat-Test

4.1.   Għandhom isiru t-testijiet kif deskritti fil-punt 2.7 tal-Anness I. Jeħtieġu li ssir sejħa tat-test sabiex tkun tista' tiġi kkontrollata l-funzjonalità.

4.2.   13-il siegħa wara li tkun saret sejħa tat-test, it-tester tas-Servizz Tekniku għandu jingħata aċċess għal fejn jinħażnu l-fajls log tal-eCall fl-IVS. Dan sejjer jinvoka l-potenzjal li jniżżel mill-IVS kwalunkwe log file sabiex ikun jista' jinqara mit-tester.

5.   Valutazzjoni

5.1.   Ir-rekwiżit jitqies li huwa ssodisfat jekk ma jkun hemm ebda fajl log preżenti fil-memorja tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura.

5.2.   Il-preżenza ta' log file li jappartjeni għal eCall li seħħet iktar minn 13-il siegħa ilu tikkostitwixxi falliment.

PARTI III

Il-proċedura għall-verifika tat-tneħħija awtomatika u kontinwa ta' dejta fil-memorja interna ta' sistema ta' eCall minn ġol-vettura jew STU

1.   Għan

1.1.   Din il-proċedura tat-test għandha l-għan li tiżgura li d-dejta personali tintuża biss għall-fini ta' indirizzar tas-sitwazzjoni ta' emerġenza u li titħassar b'mod awtomatiku u kontinwu mill-memorja interna tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura jew l-STU.

1.2.   Iridu jiġu pprovduti provi ta' dan billi jintwera li fil-memorja interna tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 jew l-STU, jinżamm massimu ta' tliet postijiet riċenti tal-vettura.

2.   Rekwiżiti

2.1.   Meta interrogata, is-sistema ta' eCall minn ġol-vettura jew l-STU ma għandhiex iżżomm iktar minn tliet postijiet riċenti tal-vettura.

3.   Kundizzjonijiet tat-test

3.1.   Is-Servizz Tekniku għandu jingħata aċċess għall-parti tas-sistema fejn tinħażen id-dejta dwar il-postijiet riċenti tal-vettura fil-memorja interna tal-IVS.

3.2.   It-test li ġej irid isir fuq arranġament rappreżentattiv tal-partijiet.

4.   Metodu tat-Test

4.1.   It-tester tas-Servizz Tekniku għandu jingħata aċċess għal fejn tinħażen id-dejta dwar il-postijiet riċenti tal-vettura fil-memorja interna tal-IVS. Dan sejjer jinvoka l-potenzjal li jniżżel mill-IVS kwalunkwe post riċenti maħżun sabiex ikun jista' jinqara mit-tester.

5.   Valutazzjoni

5.1.   Ir-rekwiżit jitqies li huwa ssodisfat jekk ikun hemm massimu ta' tliet postijiet riċenti preżenti fil-memorja tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura.

5.2.   Il-preżenza ta' iktar minn tliet postijiet tikkostitwixxi falliment.

PARTI IV

Il-proċedura għall-verifika tan-nuqqas ta' skambju ta' dejta personali bejn sistema ta' eCall minn ġol-vettura jew STU u sistemi tas-servizzi ta' partijiet terzi

1.   Għan

1.1.   Din il-proċedura ta' ttestjar għandha l-għan li tiżgura li s-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 jew l-STU u kwalunkwe funzjonalità addizzjonali tas-sistema li tipprovdi eCall ta' TPS jew servizz b'valur miżjud jitfasslu b'tali mod li ma jkun possibbli li jseħħ ebda skambju ta' dejta personali bejniethom f'xi ħin.

2.   Rekwiżiti

2.1.   Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għal sistemi ta' eCall minn ġol-vettura jew STUs li għandhom jintużaw flimkien ma' funzjonalità ta' sistema ta' eCall TPS minn ġol-vettura.

2.2.   Ir-rekwiżiti marbutin mal-prestazzjoni

2.2.1.   Ma hemm ebda skambju ta' dejta personali bejn is-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 jew l-STU u kwalunkwe funzjonalità addizzjonali tas-sistema li tipprovdi eCall ta' TPS jew servizz b'valur miżjud.

2.2.2.   Wara eCall li ssir permezz tas-sistema ta' eCall minn ġol-vettura bbażata fuq il-112 jew STU, ma għandu jiġi rreġistrat ebda log ta' din l-eCall fil-memorja tal-eCall jew fis-sistema ta' servizz b'valur miżjud ta' TPS.

3.   Proċedura tat-test

3.1.   It-testijiet li ġejjin iridu jsiru fuq vettura b'sistema ta' eCall minn ġol-vettura installata jew fuq arranġament rappreżentattiv tal-partijiet.

3.2.   Is-sistema ta' TPS trid tiġi diżattivata waqt li ssir is-sejħa tat-test.

3.2.1.   Qabel ma tagħmel is-sejħa tat-test, ara li:

(a)

waħda mill-proċeduri ta' konnessjoni definiti fil-punt 2.7 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, kif maqbula bejn is-servizz tekniku u l-manifattur, sejra tiġi applikata għal kwalunkwe sejħa tat-test;

(b)

il-punt tat-test PSAP iddedikat huwa disponibbli sabiex jirċievi eCall ġejja mis-sistema bbażata fuq il-112;

(c)

ma tistax issir eCall falza lejn PSAP ġenwin fuq in-netwerk attiv; u

(d)

is-swiċċ tal-ignixin jew tal-kontroll prinċipali tal-vettura huwa attivat.

3.2.2.   Agħmel sejħa tat-test billi tapplika skattatur manwali tas-sistema (modalità “push”) bit-TPS diżattivata.

3.2.3.   Ara li ġiet stabbilita sejħa mal-punt tat-test PSAP permezz ta' rekord tal-punt tat-test PSAP li juri li rċieva sinjal ta' tnedija ta' sejħa jew permezz ta' konnessjoni b'suċċess bil-vuċi mal-punt tat-test PSAP.

3.2.4.   Ikklerja s-sejħa tat-test billi tuża l-kmand xieraq tal-punt tat-test PSAP (eż. aqta').

3.2.5.   Jekk it-tentattiv tas-sejħa tas-sistema bbażata fuq il-112 ma jirnexxix matul it-test, il-proċedura tat-test tista' terġa' ssir.

3.3.   In-nuqqas ta' log file fis-sistema ta' TPS irid jiġi verifikat billi jsir aċċess għall-parti tas-sistema fejn jinħażnu l-fajls log tal-eCall fl-IVS.

3.3.1.   It-tester tas-Servizz Tekniku għandu jingħata aċċess għal fejn jinħażnu l-fajls log tal-eCall fl-IVS. Dan sejjer jinvoka l-potenzjal li jniżżel mill-IVS kwalunkwe log file sabiex ikun jista' jinqara mit-tester.

3.3.2.   Ir-rekwiżit jitqies li huwa ssodisfat jekk ma jkun hemm ebda log file preżenti fil-memorja tas-sistema ta' TPS ġol-vettura.

3.3.3.   Il-preżenza ta' log file fis-sistema ta' TPS li jappartjeni għal eCall li saret bis-sistema bbażata fuq il-112 tikkostitwixxi falliment.

3.4.   Il-proċeduri ta' konnessjoni

Japplikaw il-proċeduri tal-konnessjoni definiti fil-punt 2.7 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.


ANNESS IX

Il-klassijiet ta' vetturi msemmijin fl-Artikolu 2

Vetturi blindati tal-kategoriji M1 u N1, kif definiti fil-punt 5.2 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, mgħammra bi ħġieġ tas-sigurtà blindat tal-klassi BR 7 skont il-klassifikazzjoni fl-istandard Ewropew EN 1063:2000 (Test and Classification for Ballistic Security Glazing) u b'partijiet tal-body li jirrispettaw l-istandard Ewropew EN 1522:1999 (Bullet Resistance in Windows, Doors, Shutters and Blinds), fejn dawk il-vetturi, minħabba l-iskop speċjali tagħhom, ma jkunux jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2015/758 u ta' dan ir-Regolament.


17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/86


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/80

tas-16 ta' Jannar 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006) iddeċieda li ħames bastimenti speċifikati fl-Anness III tar-riżoluzzjoni 2270 (2016) skont il-paragrafu 23 tal-istess riżoluzzjoni, mhumiex riżorsi ekonomiċi kkontrollati jew operati minn Ocean Maritime Management u għalhekk mhumiex soġġetti għall-iffriżar tal-assi impost fil-paragrafu 8(d) tar-riżoluzzjoni 1718 (2006).

(3)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 din l-entrata taħt l-intestatura “Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi”: “Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) (aka OMM). Indirizz: (a) Donghung Dong, Central District, PO Box 120, Pyongyang, DPRK; (b) Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: Numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI): 1790183; (b) Ocean Maritime Management Company, Limited kellha rwol importanti fl-organizzazzjoni tal-ispedizzjoni ta' konsenja moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba għar-RDPK f'Lulju 2013. B'hekk Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet biex jiġu evitati l-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet. (c) Ocean Maritime Management Company, Limited hija l-operatur/il-maniġer tal-bastimenti li ġejjin bin-numru tal-OMI: (a) Chol Ryong (Ryong Gun Bong) 8606173, (b) Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle) 8909575, (c) Chong Rim 2 8916293, (d) Dawnlight 9110236, (e) Ever Bright 88 (J Star) 8914934, (f) Gold Star 3 (benevolence 2) 8405402, (g) Hoe Ryong 9041552, (h) Hu Chang (O Un Chong Nyon) 8330815, (i) Hui Chon (Hwang Gum San 2) 8405270, (j) Ji Hye San (Hyok Sin 2) 8018900, (k) Kang Gye (Pi Ryu Gang) 8829593, (l) Mi Rim 8713471, (m) Mi Rim 2 9361407, (n) Rang (Po Thong Gang) 8829555, (o) Orion Star (Richocean) 9333589, (p) Ra Nam 2 8625545, (q) Ra Nam 3 9314650, (r) Ryo Myong 8987333, (s) Ryong Rim (Jon Jin 2) 8018912, (t) Se Pho (Rak Won 2) 8819017, (u) Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho) 8133530, (v) South Hill 2 8412467, (w) South Hill 5 9138680, (x) Tan Chon (Ryon Gang 2) 7640378, (y) Thae Pyong San (Petrel 1) 9009085, (z) Tong Hung San (Chong Chon Gang) 7937317, (aa) Tong Hung 8661575. Id-data tad-deżinjazzjoni: 28.7.2014” tinbidel b'dan li ġej:

“Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) (aka OMM). Indirizz: (a) Donghung Dong, Central District, PO Box 120, Pyongyang, DPRK; (b) Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang, DPRK. Informazzjoni oħra: Numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI): 1790183; (b) Ocean Maritime Management Company, Limited kellha rwol importanti fl-organizzazzjoni tal-ispedizzjoni ta' konsenja moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba għar-RDPK f'Lulju 2013. B'hekk Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet biex jiġu evitati l-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet. (c) Ocean Maritime Management Company, Limited hija l-operatur/il-maniġer tal-bastimenti li ġejjin bin-numru tal-OMI: (a) Chol Ryong (Ryong Gun Bong) 8606173, (b) Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle) 8909575, (c) Chong Rim 2 8916293, (d) Hoe Ryong 9041552, (e) Hu Chang (O Un Chong Nyon) 8330815, (f) Hui Chon (Hwang Gum San 2) 8405270, (g) Ji Hye San (Hyok Sin 2) 8018900, (h) Kang Gye (Pi Ryu Gang) 8829593, (i) Mi Rim 8713471, (j) Mi Rim 2 9361407, (k) Rang (Po Thong Gang) 8829555, (l) Ra Nam 2 8625545, (m) Ra Nam 3 9314650, (n) Ryo Myong 8987333, (o) Ryong Rim (Jon Jin 2) 8018912, (p) Se Pho (Rak Won 2) 8819017, (q) Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho) 8133530, (r) South Hill 2 8412467, (s) Tan Chon (Ryon Gang 2) 7640378, (t) Thae Pyong San (Petrel 1) 9009085, (u) Tong Hung San (Chong Chon Gang) 7937317, (v) Tong Hung 8661575. Data tad-deżinjazzjoni: 28.7.2014”.


17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/88


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/81

tas-16 ta' Jannar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

162,4

MA

132,4

SN

190,2

TR

122,3

ZZ

151,8

0707 00 05

MA

79,2

TR

186,2

ZZ

132,7

0709 93 10

MA

280,6

TR

257,1

ZZ

268,9

0805 10 20

EG

47,7

IL

126,4

MA

57,3

TR

76,5

ZZ

77,0

0805 20 10

IL

155,4

MA

72,5

ZZ

114,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

97,9

IL

112,5

JM

99,3

MA

93,5

TR

75,6

ZZ

95,8

0805 50 10

TR

73,1

ZZ

73,1

0808 10 80

CN

119,1

US

137,0

ZZ

128,1

0808 30 90

CL

307,7

CN

79,6

TR

133,1

ZZ

173,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/90


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/82

tas-16 ta' Jannar 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2016 l-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1718 (2006) ħassar l-ismijiet ta' ħames bastimenti mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

Il-bastimenti bin-numri IMO elenkati hawn taħt huma mħassra mil-lista li tinsab fl-entrata 20 tal-parti B (Entitajiet) tal-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849:

(d)

Dawnlight 9110236

(e)

Ever Bright 88 (J Star) 8914934

(f)

Gold Star 3 (benevolence) 8405402

(o)

Orion Star (Richocean) 9333589

(w)

South Hill 5 9138680


17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/92


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/83

tas-16 ta' Jannar 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irreveda l-lista ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Jenħtieġ li diversi entitajiet jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(4)

B'segwitu għas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-182/13 (2), T-433/13 (3), T-158/13 (4), T-5/13 (5), T-45/14 (6) u T-539/14 (7) u fil-Kawżi Magħquda T-423/13 u T-64/14 (8), Moallem Insurance Company, Petropars Operation & Management Company, Petropars Resources Engineering Ltd, Iran Aluminium Company, Iran Liquefied Natural Gas Co., Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH, Naser Bateni, North Drilling Company u Good Luck Shipping Company LLC mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(5)

B'segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-176/13 (9) u C-200/13 P (10), Bank Mellat u Bank Saderat Iran mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. Konsegwentement, u għaċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna Bank Saderat PLC (London) f'dak l-Anness titħassar.

(6)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Lulju 2014, Moallem Insurance Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-182/13, ECLI:EU:T:2014:624.

(3)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Mejju 2015, Petropars Iran Co. et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-433/13, ECLI:EU:T:2015:255.

(4)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2015, Iranian Aluminium Co. (Iralco) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-158/13, ECLI:EU:T:2015:634.

(5)  Is-sentenza tat-18 ta' Settembru 2015, Iran Liquefied Natural Gas Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-5/13, ECLI:EU:T:2015:644.

(6)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 2015, HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH u Naser Bateni vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-45/14, ECLI:EU:T:2015:650.

(7)  Is-sentenza tad-19 ta' Novembru 2015, North Drilling Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-539/14, ECLI:EU:T:2015:871.

(8)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2016, Good Luck Shipping LLC vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-423/13 u T-64/14, ECLI:EU:T:2016:308.

(9)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Frar 2016, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Bank Mellat, C-176/13 P, ECLI:EU:C:2016:96.

(10)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' April 2016, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Bank Saderat Iran, C-200/13 P, ECLI:EU:C:2016:284.


ANNESS

L-entrati li jirrigwardaw l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fil-parti I.B tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:

I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   Entitajiet

“7.

(a) Bank Saderat PLC (London)

48.

Neka Novin (magħruf ukoll bħala Niksa Nirou)

65.

West Sun Trade GMBH

159.

Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC)”.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/95


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/84

tas-16 ta' Jannar 2017

dwar il-monitoraġġ ta' idrokarburi taż-żejt minerali fl-ikel u fil-materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-idrokarburi taż-żejt minerali (MOH) huma komposti kimiċi li ġejjin prinċipalment miż-żejt mhux raffinat, iżda jiġu prodotti wkoll sintetikament mill-faħam, mill-gass naturali u mill-bijomassa. L-MOH jistgħu jkunu preżenti fl-ikel permezz ta' kontaminazzjoni ambjentali, fil-lubrikanti għal makkinarju użat fil-ħsad u fil-produzzjoni tal-ikel, fl-għajnuniet għall-iproċessar, fl-addittivi tal-ikel u f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel. Prodotti MOH tajbin għall-ikel jiġu trattati b'mod li l-kontenut ta' idrokarburi aromatiċi taż-żjut minerali (MOAH) jiġi minimizzat.

(2)

Fl-2012, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (il-Kumitat CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonkluda (1) li l-impatt potenzjali fuq saħħet il-bniedem ta' gruppi ta' sustanzi fost l-MOH ivarja ħafna. L-MOAH jistgħu jaġixxu bħala karċinoġeni ġenotossiċi, filwaqt li ċerti idrokarburi saturati taż-żjut minerali (MOSH) jistgħu jinġemgħu fit-tessut tal-bniedem u jistgħu jwasslu għal effetti ħżiena fuq il-fwied. Peress li ċerti MOAH huma meqjusa bħala mutaġeniċi u karċinoġeniċi, huwa importanti li jkun organizzat monitoraġġ tal-MOH biex tkun mifhuma aħjar il-preżenza relattiva ta' MOSH u ta' MOAH f'oġġetti tal-ikel li huma kontributuri ewlenin għall-esponiment dijetiku.

(3)

Minħabba li l-migrazzjoni mill-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, bħall-karti u l-kartun, hija suspettata li tikkontribwixxi b'mod qawwi għall-esponiment totali, il-monitoraġġ għandu jinkludi ikel ippakkjat minn qabel, il-materjal użat fl-ippakkjar u l-preżenza ta' ostakli funzjonali, u t-tagħmir użat għall-ħażna u għall-ipproċessar. Ċerti parametri jistgħu jżidu l-migrazzjoni tal-MOH mill-ippakkjar għall-ikel, bħaż-żmien u l-kundizzjonijiet tal-ħażna. Peress li huwa aktar faċli li l-MOH jinstabu fi kwantitajiet kbar, l-istrateġija tal-kampjunar għandha tqis tali parametri meta l-migrazzjoni tagħhom tkun l-ogħla.

(4)

Biex tkun żgurata l-affidabbiltà tad-dejta analitika miksuba, qabel ma jiġġeneraw ir-riżultati analitiċi, l-Istati Membri jridu jiżguraw id-disponibbiltà ta' tagħmir analitiku xieraq u jiksbu biżżejjed esperjenza fl-analiżi tal-MOH kemm fl-ikel kif ukoll f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel.

(5)

Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din ir-rakkomandazzjoni, il-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea (EU-RL) għall-Materjali f'Kuntatt mal-Ikel għandu jagħti aktar gwida lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u partijiet interessati oħra, inkluż gwida dwar l-informazzjoni li tista' tinġabar waqt l-investigazzjonijiet kif ukoll dwar il-metodi ta' kampjunar u ta' analiżi.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

L-Istati Membri għandhom, bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozji tal-ikel kif ukoll tal-manifatturi, il-proċessuri u d-distributuri ta' materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel u partijiet interessati oħra, jimmonitorjaw il-preżenza tal-MOH fl-ikel tul l-2017 u l-2018. Il-monitoraġġ għandu jkopri x-xaħam tal-annimali, il-ħobż u l-bziezen, il-prodotti moħmijin fini, iċ-ċereali li jittieklu għall-kolazzjon, il-ħelu (inkluża ċ-ċikkulata) u l-kawkaw, laħam il-ħut, il-prodotti tal-ħut (ħut tal-landa), il-qmuħ ikkunsmati mill-bniedem, il-graniti u d-deżerti, iż-żrieragħ taż-żejt, l-għaġin, il-prodotti li ġejjin miċ-ċereali, il-ħemes, iz-zalzett, il-ġewż tas-siġar, iż-żjut tal-ħaxix, kif ukoll materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel użati għal dawn il-prodotti.

2.

Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din ir-rakkomandazzjoni u biex jiġu ġenerati riżultati affidabbli u komparabbli tal-monitoraġġ, għandha tkun segwita gwida speċifika żviluppata mill-EU-RL fil-kuntest ta' din ir-Rakkomandazzjoni (“il-gwida”). Peress li s'issa għad ma hemmx gwida bħal din, l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mal-EU-RL biex flimkien jiżviluppaw dik il-gwida f'konformità mal-ħtiġijiet tagħhom biex jiżviluppaw ħiliet analitiċi.

3.

L-Istati Membri għandhom iwettqu kampjunar tal-ikel f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (2). Il-kampjunar għandu jinkludi għadd proporzjonat ta' ikel ippakkjat minn qabel. Il-kampjunar ta' materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel għandu jitwettaq f'konformità mal-aħjar prattiki xierqa għal materjali jew oġġetti speċifiċi, kif rifless fil-gwida. Sorsi oħra possibbli ta' MOH relatati mal-użu ta' materjali oħra li jiġu f'kuntatt mal-ikel fil-katina tal-provvista, bħal waqt il-ħażna jew l-ipproċessar, għandhom ikunu investigati fejn hemm indikazzjoni ċara li dawn qed jikkontribwixxu għall-preżenza ta' MOH. Il-kampjunar ta' ikel ippakkjat minn qabel għandu jiffoka fuq oġġetti li huma eqreb tad-data minima ta' durabbiltà, u fejn il-ħażna jew l-ipproċessar iseħħu f'kundizzjonijiet relattivament sħan

4.

Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati skont kif jiġu kummerċjalizzati. Għall-ikel ippakkjat minn qabel, il-livell ta' idrokarburi taż-żejt mineali għandhom jiġu determinati kemm fl-ikel kif ukoll fil-materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel jekk dak ikun is-sors suspett tal-MOH misjub. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-differenzi bejn il-MOSH u l-MOAH u għall-interpretazzjoni tar-riżultati analitiċi sabiex ikun żgurat li d-dejta ġenerata tkun affidabbli u komparabbli. L-Istati Membri li beħsiebhom janalizzaw il-preżenza tal-MOSH u tal-MOAH fl-ikel u f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel jistgħu jitolbu l-għajnuna teknika tal-EU-RL għall-Materjali li jiġu f'Kuntatt mal-Ikel

5.

Fejn jinstab MOH fl-ikel, l-Istati Membri għandhom iwettqu aktar investigazzjonijiet fl-istabbilimenti tan-negozju tal-ikel sabiex jiġi ddeterminat is-sors jew is-sorsi possibbli. L-investigazzjonijiet għandhom, kull fejn huwa possibbli, ikopru s-sistemi mħaddma mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jistgħu jaffettwaw jew jikkontrollaw il-kontaminazzjoni (pereżempju il-metodi ta' produzzjoni u proċessar, l-Analiżi tal-Perikli u Punti Kritiċi ta' Kontroll (HACCP) jew sistemi simili jew miżuri implimentati biex tkun evitata tali preżenza).

6.

Fejn MOH jew jinstab fl-ikel inkella joriġina minn materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta dwar il-materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel (pereżempju it-tip u l-kompożizzjoni tal-materjal tal-ippakkjar, il-preżenza ta' ostaklu funzjonali, iż-żmien tal-ħażna tal-ikel ippakkjat) u jwettqu aktar investigazzjonijiet fl-istabbilimenti tal-manifatturi, il-proċessuri u d-distributuri tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel biex jiġu stabbiliti s-sistemi mħaddma min-negozji inkwistjoni (pereżempju l-metodi ta' produzzjoni u proċessar tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, u d-dokumentazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 (3) dwar prassi tajba ta' manifattura) kif indikat fil-gwida.

7.

L-Istati Membri, l-operaturi tan-negozji tal-ikel, il-manifatturi, il-proċessuri u d-distributuri ta' materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel u partijiet interessati oħra għandhom jagħtu lill-EFSA d-dejta ta' monitoraġġ espressa fuq bażi ta' massa sħiħa bl-informazzjoni u fil-format ta' rappurtar elettroniku kif stabbilit mill-EFSA għall-ġbir f'bażi tad-dejta unika. Preferibbilment, għandhom jagħtu d-dejta ta' monitoraġġ sal-1 ta' Ottubru 2017 u mbagħad sal-1 ta' Ottubru 2018. L-aħħar riżultati għandhom jingħataw sat-28 ta' Frar 2019. Dejta ta' okkorrenza potenzjalment disponibbli mill-2016 li għadha ma ngħatatx għandha tiġi trażmessa f'konformità mal-istess modalitajiet mal-ewwel opportunità.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Scientific Opinion on Mineral Oil Hydrocarbons in Food. EFSA Journal 2012;10(6):2704. p. 185 pp., doi:10.2903/j.efsa.2012.2704.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar prassi tajba ta' manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel (OJ L 384, 29.12.2006, p. 75).