ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
13ta' Jannar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/67 tal-4 ta' Novembru 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, billi tiġi ssupplimentata l-lista tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi f'dak l-Anness

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/68 tad-9 ta' Jannar 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 li jistabbilixxi l-metodu ta' analiżi għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-lamtu fil-preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf tal-annimali (kodiċi NM 2309)

4

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/69 tat-12 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/70 tal-25 ta' Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37185 (2015/C) (ex 2013/N) li Spanja tat u parzjalment implimentat għall-finanzjament taċ-Centro de ensayos de alta tecnología ferroviaria de Antequera (CEATF) (notifikata bid-dokument C(2016) 4573)  ( 1 )

8

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament Nru 138 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' Vetturi tat-Trasport bit-Triq Ħiemda fir-rigward tal-livell tal-ħoss imnaqqas tagħhom [2017/71]

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (1) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2016, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 63.1 tal-Ftehim Qafas ġiet konkluża fid-29 ta' Settembru 2016.


(1)  ĠU L 329, 3.12.2016, p. 8.


REGOLAMENTI

13.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/67

tal-4 ta' Novembru 2016

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, billi tiġi ssupplimentata l-lista tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi f'dak l-Anness

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jitqiesu kif imsemmi fl-Artikolu 10(2)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 huma sodisfatti għall-pesta tan-nagħaġ u tal-mogħoż, elenkati mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bħala pesta tar-ruminanti ż-żgħar, il-ġidri tan-nagħaġ, il-ġidri tal-mogħoż u l-marda tal-infafet fil-ġilda li huma elenkati biss fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, li jinkludi mardiet li jikkwalifikaw għal finanzjament skont l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament rigward miżuri ta' emerġenza.

(2)

Il-pesta tan-nagħaġ u tal-mogħoż hija marda virali tan-nagħaġ u tal-mogħoż li tittieħed ħafna, endemika fl-Afrika tal-Lvant, il-Peniżola Għarbija, il-pajjiżi fil-Lvant Nofsani u l-Indja. Hija komuni ħafna fl-Afrika u l-Asja u ġiet rappurtata fit-Turkija u fil-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq sa mill-2014.

(3)

Il-pesta tan-nagħaġ u tal-mogħoż hija trażmessa permezz ta' kuntatt dirett, u l-marda normalment tiġi trasferita għal żoni ħielsa mill-infezzjoni permezz tat-trasport ta' annimali infettati. Filwaqt li l-mogħoż huma meqjusa li huma aktar suxxettibbli minn nagħaġ, l-infezzjoni f'dawn tal-aħħar tista' tgħaddi minn ġo fihom mingħajr ma jinduna ħadd.

(4)

Il-ġidri tan-nagħaġ u tal-mogħoż huwa mard serju u mard li jittieħed malajr ħafna tan-nagħaġ u l-mogħoż ikkawżat minn viruses tal-ġidri tal-kaprini b'impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tan-nagħaġ u tal-mogħoż, li toħloq xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni stess u għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(5)

Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huma endemiċi fil-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u Asjatiċi, b'inkursjonijiet rikorrenti fil-Greċja u fil-Bulgarija minn pajjiż terz ġar.

(6)

Il-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda virali infettiva ħafna tal-baqar li tista' tiġi trażmessa permezz tal-insetti u li jista' jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali u tikkawża xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni u għall-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi. Hija endemika f'ħafna pajjiżi Afrikani, u fis-snin 2012 u 2013, hija nfirxet lejn il-Lvant Nofsani u t-Turkija. Bosta tifqigħat seħħew fil-Greċja sa minn Awwissu 2015 u l-marda xterdet fil-Bulgarija f'Marzu 2016, u sussegwentement għal għadd ta' pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

(7)

Is-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda tal-ġidri tan-ngħaġ, tal-ġidri tal-mogħoż u tal-marda tal-infafet fil-ġilda qed tevolvi b'mod rapidu wkoll fit-territorju tal-Unjoni b'impatt negattiv sinifikanti fuq il-produzzjoni u l-kummerċ tal-bhejjem.

(8)

Barra minn hekk, kif mitlub mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat opinjoni xjentifika fir-rigward ta' miżuri ta' sorveljanza li għandhom jiġu implimentati mill-Unjoni għall-identifikazzjoni bikrija tal-pesta tal-annimali żgħar li jixtarru (2), il-ġidri tan-nagħaġ, il-ġidri tal-mogħoż (3) u l-marda tal-infafet fil-ġilda (4) biex jirreaġixxu kif xieraq sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-mard u sabiex dan il-mard jinqered f'perjodu ta' żmien qasir.

(9)

Għalhekk, sabiex jiġu implimentati programmi ta' sorveljanza annwali jew pluriennali għall-identifikazzjoni bikrija tal-mard imsemmi hawn fuq, jinħtieġ li jiżdiedu l-pesta tan-ngħaġ u tal-mogħoż, il-ġidri tan-ngħaġ, il-ġidri tal-mogħoż u l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-lista tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 652/2014. L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta l-lista ta' mard tal-annimali u taż-żoonożi stabbilita fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' tissupplimenta l-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 biss billi jiġi emendat dak l-Anness.

(10)

Għalhekk l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, jiżdied dan il-mard tal-annimali li ġej: “il-pesta tan-ngħaġ u tal-mogħoż, il-ġidri tan-ngħaġ, il-ġidri tal-mogħoż u l-marda tal-infafet fil-ġilda”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

(2)  EFSA AHAW Panel (EFSA Panel on Animal Health and Welfare), 2015. Scientific Opinion on peste des petits ruminants EFSA Journal 2015;13 (1):3985.

(3)  EFSA AHAW Panel (EFSA Panel on Animal Health and Welfare), 2014. Scientific Opinion on sheep and goat pox. EFSA Journal 2014;12(11):3885.

(4)  EFSA AHAW Panel (EFSA Panel on Animal Health and Welfare), 2016. Urgent advice on lumpy skin disease. EFSA Journal 2016;14(8):4573.


13.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/68

tad-9 ta' Jannar 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 li jistabbilixxi l-metodu ta' analiżi għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-lamtu fil-preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf tal-annimali (kodiċi NM 2309)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-klassifikazzjoni ta' preparazzjonijiet tat-tip użat fl-għalf tal-annimali taħt is-subtitoli tat-titolu 2309 tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) hija ddeterminata abbażi tal-kontenut ta' lamtu li jkollu l-prodott.

(2)

Għall-finijiet ta' din il-klassifikazzjoni, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 (3) jipprevedi l-użu ta' metodu analitiku enżimatiku għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-lamtu f'ċerti preparazzjonijiet.

(3)

Fejn hemm preżenti f'dawn il-preparazzjonijiet prodotti tas-sojja, il-kontenut ta' lamtu jista' jiġi ddeterminat permezz tal-metodu polarimetriku jew tal-metodu analitiku enżimatiku. Jinkisbu riżultati sostanzjalment differenti, skont il-metodu użat, u nstab li l-metodu polarimetriku ma kienx xieraq biex jiġi stabbilit il-kontenut ta' lamtu fil-preparazzjonijiet li fihom prodotti tas-sojja peress li dan jagħti riżultati impreċiżi.

(4)

Għalhekk, il-prodotti tas-sojja għandhom jinżiedu mal-lista tal-materjali tal-għalf stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 121/2008 li għalihom il-kontenut tal-lamtu fil-preparazzjoni għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta' metodu analitiku enżimatiku, biex jiġi ċċarat liema metodu jridu jużaw l-awtoritajiet doganali u b'hekk tkun żgurata klassifikazzjoni uniformi fl-Istati Membri.

(5)

Għalhekk, l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 121/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

I-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 121/2008 għandu jiddaħħal il-punt (k) li ġej:

“(k)

prodotti tas-sojja.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana. (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 tal-11 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi l-metodu ta' analiżi għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-lamtu fil-preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf tal-annimali (kodiċi NM 2309) (ĠU L 37, 12.2.2008, p. 3).


13.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/69

tat-12 ta' Jannar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

269,9

MA

121,7

SN

204,0

TR

106,0

ZZ

175,4

0707 00 05

MA

86,1

TR

166,7

ZZ

126,4

0709 91 00

EG

144,1

ZZ

144,1

0709 93 10

MA

240,8

TR

229,3

ZZ

235,1

0805 10 20

EG

47,5

IL

126,4

MA

56,5

TR

75,0

ZZ

76,4

0805 20 10

IL

160,9

MA

70,1

ZZ

115,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

97,9

IL

111,8

JM

125,6

MA

93,5

TR

99,1

ZZ

105,6

0805 50 10

TR

78,9

ZZ

78,9

0808 10 80

CN

144,5

US

72,4

ZZ

108,5

0808 30 90

CL

307,7

CN

72,4

TR

133,1

ZZ

171,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/70

tal-25 ta' Lulju 2016

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37185 (2015/C) (ex 2013/N) li Spanja tat u parzjalment implimentat għall-finanzjament taċ-Centro de ensayos de alta tecnología ferroviaria de Antequera (CEATF)

(notifikata bid-dokument C(2016) 4573)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li avżat lill-partijiet ikkonċernati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra bid-data tal-5 ta' Awwissu 2013, Spanja bagħtet prenotifika lill-Kummissjoni dwar għajnuna għall-finanzjament ta' ċentru ta' ttestjar ferrovjarju ta' teknoloġija avvanzata f'Antequera (“Centro de Ensayos de Alta Tecnología Ferroviaria de Antequera”, is-“CEATF”). In-notifikazzjoni ġiet irreġistrata fit-30 ta' Settembru 2013. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari permezz tal-ittri bid-dati tat-28 ta' Novembru 2013, it-28 ta' Marzu, il-25 ta' Lulju u l-5 ta' Diċembru 2014, li għalihom l-awtoritajiet Spanjoli wieġbu bl-ittri bid-dati tas-6 ta' Frar, l-20 ta' Mejju, il-15 ta' Ottubru 2014 u t-23 ta' Jannar 2015.

(2)

Permezz tal-ittra bid-data tat-23 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni nnotifikat lil Spanja bid-deċiżjoni tagħha li jingħata bidu għall-proċeduri stipulati fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-miżura msemmija iktar 'il fuq.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jingħata bidu għall-proċeduri (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna.

(4)

Fuq talba tal-Kummissjoni, saret laqgħa mal-awtoritajiet Spanjoli fit-28 ta' Mejju 2015. Spanja bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ fit-2 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri bid-dati tat-8 ta' Settembru, il-15 ta' Ottubru 2015 u l-15 ta' Jannar 2016, li għalihom l-awtoritajiet Spanjoli wieġbu bl-ittri bid-dati tat-28 ta' Settembru, it-13 ta' Novembru 2015 u l-21 ta' Jannar 2016.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand kumpaniji li joperaw fis-settur tal-ferroviji fis-7, id-9, l-10, is-16, is-17 u t-23 ta' Lulju 2015. Dawn l-għaxar kumpaniji huma operaturi ferrovjarji, manifatturi tal-vetturi ferrovjarji u kumpaniji li jipprovdu faċilitajiet tal-ittestjar virtwali jew materjali tal-ittestjar.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lil Spanja b'ittra bid-data tal-24 ta' Settembru 2015, li għaliha Spanja wieġbet b'ittra bid-data tal-14 ta' Ottubru 2015.

(7)

Finalment, fis-26 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet Spanjoli ssottomettew il-proġett, fil-forma sussegwentement innotifikat lid-DĠ Kompetizzjoni fit-30 ta' Settembru 2013, lid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni bħala “Proġett Maġġuri” biex jiġi ffinanzjat taħt Programm Operattiv Multireġjonali li kien fis-seħħ fi Spanja dak iż-żmien (3). Huma rtiraw il-proġett bl-ittra tal-14 ta' April 2015.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

2.1.   Objettiv u deskrizzjoni tal-proġett tas-CEATF

(8)

Il-miżura nnotifikata tikkonċerna l-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura ta' riċerka maħsuba biex topera bħala ċentru għall-ittestjar ta' vetturi ferrovjarji ta' veloċità għolja u tagħmir relatat. L-objettiv tal-proġett tas-CEATF huwa li jipprovdi infrastruttura unika fl-Ewropa li tippermetti li jsiru l-proċessi meħtieġa ta' ttestjar, validazzjoni u approvazzjoni ta' vetturi ferrovjarji ta' veloċità għolja.

(9)

Il-proġett tas-CEATF jikkonsisti f'ċirkwit ferrovjarju fejn il-ferroviji jkunu jistgħu joperaw b'veloċitajiet għoljin ħafna (sa 520 km/siegħa), u installazzjonijiet awżiljarji li jippermettu r-riċerka, l-approvazzjoni u l-ikkalibrar ta' tagħmir ferrovjarju mobbli, u elementi ta' infrastruttura u sovrastruttura. B'mod iktar speċifiku, il-faċilitajiet taċ-ċentru jippermettu r-riċerka fuq id-dinamika ferrovjarja, fuq il-ġenerazzjoni ġdida ta' trazzjoni u bbrejkjar tal-ferroviji, u fuq is-sistemi ta' sinjalar tal-infrastruttura ferrovjarja.

(10)

Iċ-ċirkwit ferrovjarju għandu forma ċirkolari twila 58 km b'sezzjoni dritta twila 9 km u jippermetti li jintlaħqu veloċitajiet sa massimu ta' 520 km/siegħa. Huwa jinkludi kurvaturi b'raġġ kbir, li kkombinati ma' sopraelevazzjoni speċifika, jippermetti ċertu veloċità u aċċelerazzjoni laterali.

(11)

Spanja indikat li ċ-ċirkwit ferrovjarju huwa maħsub li jintuża għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji li jivvjaġġaw b'veloċità massima ta' 520 km/siegħa, u dan jikkorrispondi mal-approvazzjoni tat-tip ta' kurvaturi b'raġġ kbir u kbir ħafna (4).

(12)

Iċ-ċirkwit huwa mgħammar ukoll b'żewġ sezzjonijiet b'żewġ binarji u pjattaformi li jistgħu jintużaw għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji li jivvjaġġaw b'veloċità ta' 250 km/siegħa (5) jew inqas, kif ukoll għal testijiet ta' infrastruttura u sovrastruttura.

(13)

Iċ-ċirkwit huwa mgħammar b'fergħat ta' konnessjoni li jistgħu jintużaw għall-approvazzjoni tat-tip fuq kurvaturi żgħar u żgħar ħafna.

(14)

L-installazzjonijiet awżiljarji jinkludu ċ-Ċentru Integrat għas-Servizzi Ferrovjarji (“Centro Integral de Servicios Ferroviarios”, “is-CISF”) li jospita laboratorji, uffiċini u kmamar għat-taħriġ. Il-laboratorji jikkonsistu f'workshop multifunzjonali u żona ta' preparazzjoni għat-testijiet li jiffaċilitaw l-immuntar u l-iżżarmar ta' tagħmir ferrovjarju, kompiti ta' żvilupp tad-diversi sistemi ta' abbord, u attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni (RŻI). Parti minn din iż-żona hija ddedikata għat-testijiet tal-imġiba ottimali tal-vetturi ferrovjarji għall-validazzjoni u l-approvazzjoni futuri ta' vetturi ferrovjarji.

(15)

L-installazzjoni awżiljarja tinkludi wkoll binarji għal ittestjar speċifiku, substazzjon ta' multitensjoni biex jipprovdi enerġija liċ-ċirkwiti, u ċentru tal-kontroll tat-traffiku.

(16)

Il-kostruzzjoni u l-operat taċ-ċirkwit ferrovjarju jiġu fdati lil Sħubija Pubblika Privata, li tiġbor flimkien lill-ADIF (Administrador de Infraestructura ferroviaria, ara l-premessa 24 hawn taħt) u konsorzju ta' impriżi. Il-konsorzju ta' impriżi jenħtieġ li jkollu l-forma legali ta' Veikolu bi Skop Speċjali (SPV- Special Purpose Vehicle, “Sociedad de Propósito Específico” — “SPE”) (6), li jkun responsabbli għall-kostruzzjoni taċ-ċentru ta' ttestjar u mbagħad għall-operat tiegħu għal 25 sena. L-ADIF inħatret bħala s-sid tas-CEATF.

(17)

Qabel is-sejħa għall-offerti li ġiet ippubblikata fil-ġurnal uffiċjali Spanjol fit-2 ta' Lulju 2013 (7), l-awtoritajiet Spanjoli indikaw li saru laqgħat ma' kumpaniji potenzjalment interessati u sar ukoll stħarriġ koordinat. Skont huma, it-tweġibiet ikkonfermaw livell għoli ta' interess fis-settur privat fl-implimentazzjoni tal-proġett (8). Il-kumpaniji li l-iktar urew interess fil-proġett huma kumpaniji mis-settur tal-bini (40,43 % tal-kwestjonarji riċevuti) u manifatturi ta' vetturi ferrovjarji (12,76 % tal-kwestjonarji riċevuti). Huma wrew l-interess tagħhom li jipparteċipaw fil-proġett u jieħdu riskji bil-kundizzjoni ta' xi garanziji fuq l-investiment tagħhom, peress li meta sar l-istudju ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli fuq il-profittabilità biex jikkommettu ruħhom fermament (9).

(18)

Madankollu, l-ewwel sejħa għall-offerti biex jingħażel l-SPV ġiet iddikjarata nulla f'Ottubru 2013, peress li l-ebda offerent ma wera interess fil-proġett. Il-proċess tal-għażla ta' offerent imbagħad ġie sospiż sakemm il-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni finali dwar il-proġett.

(19)

L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li fis-CEATF kellhom jitwettqu biss attivitajiet ekonomiċi. Kieku l-ADIF jew is-sussidjarja tagħha ADIF Alta Velocidad kellhom jużaw iċ-ċentru għat-testijiet tagħhom stess, huma kienu jagħmlu dan bl-istess kundizzjonijiet bħal utenti oħra, matul il-25 sena tal-perjodu tal-kuntratt.

(20)

L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li attwalment hemm tliet ċentri ta' ttestjar ferrovjarju li qed jitħaddmu fl-Ewropa (Cerhenice (Velim) fir-Repubblika Ċeka, Wildenrath fil-Ġermanja u Valenciennes fi Franza). Skont huma, dawk il-faċilitajiet jippermettu biss ittestjar b'veloċitajiet iktar baxxi (ara t-Tabella 1 hawn taħt).

Tabella 1

Paragun bejn ċentri tal-ittestjar ferrovjarju operattivi oħra fl-Ewropa, wieħed fl-Istati Uniti u s-CEATF

 

Velim

(ir-Repubblika Ċeka)

Wegberg-Wildenrath (il-Ġermanja)

Valenciennes (10)

(Franza)

TTCI — Puebla

(l-Istati Uniti tal-Amerka)

CEATF

Spanja

Sena tal-kostruzzjoni

1963

1997

1999

1998

Għandu jinbena

Għadd ta' ċirkwiti

2

5

4

4

1

Tul (km)

3,9 u 13,3

Minn 0,4 sa 6,1

Minn 1,6 sa 2,7

Minn 5,6 sa 21,7

9 dritti

58 ċirkolari

Veloċità massima (km/siegħa)

210

160 (ċirkwit kbir)

110

265 (ċirkwit kbir)

520

Sid

Railway Research Institute (Istitut tar-Riċerka Ferrovjarja), fergħa tal-operatur ferrovjarju nazzjonali

Siemens

CEF SA (61 % proprjetà ta' Alstom)

Association of American railroads (Assoċjazzjoni tal-Ferroviji Amerikani)

Operatur ferrovjarju nazzjonali — ADIF

Sors: l-awtoritajiet Spanjoli.

(21)

L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li l-manifatturi Spanjoli tal-vetturi ferrovjarji ħafna drabi jużaw il-faċilitajiet offruti minn Velim and Wildenrath għall-ittestjar fuq il-binarji, iżda anke ċ-ċentru ta' ttestjar TTCI ta' Puebla fl-Istati Uniti.

(22)

L-ittestjar ta' vetturi ferrovjarji ta' veloċità għolja isir ukoll fuq binarji li jintużaw kummerċjalment li huma ddisinjati għal veloċità massima ta' 350 km/siegħa fejn it-testijiet isiru b'sa veloċità massima ta' 385 km/siegħa kif rikjest fl-istandard (10 % iktar mill-veloċità nominali tal-ferrovija). It-testijiet isiru billejl meta ma jkunx hemm servizzi ta' ferroviji kummerċjali tal-passiġġieri.

2.2.   Il-benefiċjarju

(23)

L-ADIF, bħala s-sid intiż taċ-Ċentru, talbet finanzjament pubbliku għall-bini tas-CEATF.

(24)

L-ADIF hija kumpanija 100 % proprjetà tal-gvern, maħluqa fl-2005, li topera taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u t-Trasport (“Ministerio de Fomento”). L-ADIF hija s-sid tal-infrastruttura ferrovjarja Spanjola u hija responsabbli mill-immaniġġjar tagħha (bini, manutenzjoni, tiswija u amministrazzjoni).

(25)

Kumpaniji ġdida proprjetà tal-gvern bl-isem ta' ADIF-Alta Velocidad inħolqot permezz tad-Digriet Amministrattiv Irjali 15 tat-13 ta' Diċembru 2013 fuq ir-rikostruzzjoni tal-ADIF (11). B'riżultat ta' dan, il-fergħa responsabbli mill-bini u l-immaniġġjar tan-netwerk ferrovjarju nazzjonali konvenzjonali (ADIF) issa hija separata mill-fergħa responsabbli mill-immaniġġjar tal-linji ferrovjarji ta' veloċità għolja (ADIF-Alta Velocidad).

(26)

Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-attivitajiet tal-ADIF jinkludu l-bini u l-amministrazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja li tinkludi l-binarji, l-istazzjonijiet u t-terminals tal-merkanzija, l-immaniġġjar tat-traffiku ferrovjarju, id-distribuzzjoni tal-kapaċità tal-operaturi ferrovjarji, il-ġbir tat-tariffi għall-infrastruttura, l-użu tal-istazzjon u t-terminal tal-merkanzija u l-operat tal-assi tagħha stess (bħall-portafoll tal-proprjetà industrijali u intellettwali). Dawn l-attivitajiet jikkostitwixxu attivitajiet ekonomiċi. Attivitajiet ekonomiċi oħra jinkludu l-kiri tal-ispazju għal ħwienet, fieri kummerċjali, wirjiet, stands, promozzjonijiet jew spettakli fl-istazzjonijiet tal-ADIF (12). Dawn l-attivitajiet jirrappreżentaw 99,97 % tad-dħul tal-ADIF. L-awtoritajiet Spanjoli madankollu indikaw li l-ADIF tista' twettaq ukoll attivitajiet oħra li fil-fehma tagħhom huma ta' natura mhux ekonomika, pereżempju riċerka u żvilupp (R&D).

2.3.   Deskrizzjoni tal-miżura ta' għajnuna

2.3.1.   Disinn tal-proġett, bażi legali u finanzjament

(27)

Fi Frar 2009, il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u t-Trasport inkariga lill-ADIF bil-kompitu li tidentifika l-possibilitajiet fattibbli għal faċilità ta' ttestjar ferrovjarju li tippermetti RŻI għal soluzzjonijiet avvanzati fis-settur tal-ferroviji ta' veloċità għolja.

(28)

Fil-15 ta' Diċembru 2009, l-ADIF u l-Kunsill ta' Andalucía (“Junta de Andalucía”, permezz tal-Kunsill ta' Innovazzjoni, Xjenza u Intrapriżi tiegħu) ifformalizzaw Memorandum ta' Qbil, li fih stabbilixxew l-impenn taż-żewġ istituzzjonijiet biex joħolqu ċ-Ċentru tat-Teknoloġija Ferrovjarja (“Centro de Tecnologías Ferroviarias”, “is-CTF” (13)) fil-Park tat-Teknoloġija ta' Andalucía u faċilità ta' ttestjar ferrovjarju, jiġifieri s-CEATF, fil-provinċja ta' Malaga.

(29)

L-ewwel verżjoni tal-proġett li ġiet ippreżentata lill-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u t-Trasport fl-1 ta' Ġunju 2010 kienet tinvolvi l-bini ta' ċirkwit ewlieni twil 57 km għal ferroviji ta' veloċità għolja (b'veloċità massima tal-ittestjar ta' 450 km/siegħa) u żewġ ċirkwiti sekondarji (b'tul ta' 20 km u 5 km) għall-ittestjar ta' metros u trammijiet (b'veloċità massima ta' 220 km/siegħa). Ġew eżaminati diversi postijiet għaċ-ċirkwit ewlieni u diversi possibiltajiet ta' disinn. Id-dokument inizjali kien jippreżenta erba' alternattivi għaċ-ċirkwit ewlieni u tnejn għal dawk sekondarji u ġie elaborat bl-għan li titnieda l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-proġett.

(30)

B'mod parallel mal-istudji tal-ADIF maħsuba biex tiġi identifikata l-aħjar opzjoni għaċ-ċentru ta' ttestjar ferrovjarju ta' veloċità għolja, Spanja inkludiet proposti għal tali proġett fil-Programm Operattiv tagħha (taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (14)), sabiex tikseb fondi tal-ERDF (15).

(31)

Fl-1 ta' Diċembru 2010, l-ADIF approvat b'mod proviżorju l-“Informative study for Testing and experimentation facilities associated with the ADIF railway technology centre in Malaga”. Id-dokument kien jippreżenta analiżi, ibbażata fuq diversi kriterji, ta' żewġ alternattivi għaċ-ċirkwit ewlieni (1 A u 1B) u żewġ alternattivi għaċ-ċirkwit sekondarju (1B1 u 1B2). Id-dokument ikkonkluda li l-alternattivi 1B u 1B1 kienu l-iktar xierqa.

(32)

Ġie ffirmat ftehim (“convenio de collaboración”) għall-finanzjament tal-bini u t-tagħmir ta' ċentru tat-teknoloġija ferrovjarja ta' veloċità għolja bejn il-Ministeru tax-Xjenza u l-Innovazzjoni u l-ADIF fis-27 ta' Diċembru 2010. B'mod partikolari, l-Istat qabel li jipprovdi finanzjament lill-ADIF fil-forma ta' self u għotja. L-għotja ġiet ikkwalifikata bħala “għotja antiċipata” mill-fondi tal-ERDF (16).

(33)

L-ADIF beda jirċievi t-trasferimenti mingħand l-Istat f'Jannar 2011. Skont l-awtoritajiet Spanjoli (17), parti minn dawn l-għotjiet antiċipati ntużaw għall-istudji tal-fattibilità u parti minnhom għall-bini tal-laboratorji (is-CISF) fil-post fejn il-proġett tas-CEATF kien intiż li jiġi stabbilit fir-reġjun ta' Antequera.

(34)

Wara proċess amministrattiv u konsultattiv twil, u wara xi kummenti matul l-ewwel konsultazzjonijiet pubbliċi, l-ADIF iddeċidiet li tikkonsidra mill-ġdid l-ambitu tal-proġett. Alternattiva ġdida (1C) li kienet tikkonsisti f'ċirkwit fejn il-ferroviji jistgħu jilħqu veloċità ta' 520 km/siegħa fis-sezzjoni d-dritta, u fit-tneħħija taċ-ċirkwiti sekondarji (li jiġu sostitwiti b'żewġ partijiet ta' binarji konnessi maċ-ċirkwiti ewlenin) ġiet introdotta fid-dokumenti u analizzata iktar bir-reqqa.

(35)

L-ADIF imbagħad għamlet investigazzjoni addizzjonali u ħejjiet il-“Pjan Bażiku għall-faċilitajiet ta' ttestjar u riċerka taċ-Ċentru tat-Teknoloġija Ferrovjarja tal-ADIF f'Malaga. Ċirkwit u konnessjonijiet ewlenin u sekondarji”. Dan id-dokument, ibbażat fuq l-alternattiva 1C, kien jippreżenta l-proġett kif deskritt fis-sezzjoni 2.1 iktar 'il fuq. Dan il-pjan intbagħat lid-Direttorat Ġenerali għall-Ferroviji tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u t-Trasport, li ddeċieda li jniedi konsultazzjoni pubblika fit-8 ta' April 2013 (18).

(36)

Wara l-konsultazzjoni pubblika, il-proġett ġie approvat fil-livell ministerjali fis-27 ta' Ġunju 2013 (mid-Direttorat Ġenerali għall-Ferroviji tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u t-Trasport), soġġett għall-approvazzjoni finali tal-Kunsill tal-Ministri.

(37)

Fit-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill tal-Ministri approva formalment il-proġett (19) u l-finanzjament tiegħu, u awtorizza lill-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u t-Trasport biex iniedi l-offerta, permezz tal-ADIF, għall-bini u l-użu tas-CEATF (20).

(38)

Konsegwentement, il-finanzjament tal-proġett innotifikat l-ewwel kien ibbażat fuq il-ftehim tas-27 ta' Diċembru 2010 u mbagħad fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tat-28 ta' Ġunju 2013.

2.3.2.   L-istrument ta' għajnuna

(39)

Skont id-Deċiżjoni tat-28 ta' Ġunju 2013, l-ispejjeż totali tal-proġett kienu jammontaw għal EUR 358,6 miljun (21). Il-finanzjament pubbliku jkopri l-ispejjeż kollha tal-proġett u għandu jingħata mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kompetittività b'dan il-mod:

(a)

EUR 99,6 miljun fil-forma ta' self (EUR 91,3 miljun mill-Convenio INNVENTA 2010, EUR 1,7 miljun mill-Programa INNPLANTA 2010 u EUR 6,6 miljun mill-Programa INNPLANTA 2011) (22).

(b)

EUR 259 miljun fil-forma ta' għotja, imħallsa mill-baġit ġenerali tal-Istat u kkwalifikati bħala “għotjiet antiċipati” mill-fondi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) (EUR 253,2 miljun mill-Convenio INNVENTA 2010, EUR 3,9 miljun permezz ta' sejħiet mill-Programa INNPLANTA 2010 u EUR 1,9 miljun mill-Programa INNPLANTA 2011).

(40)

Fir-rigward tas-self li għandu jingħata lill-ADIF għall-proġett u deskritt fil-premessa 39(a) iktar 'il fuq, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew id-dettalji li ġejjin:

Tabella 2

Struttura u ħlas lura tas-self tal-proġett tas-CEATF

PROGRAMM

RATA TAL-IMGĦAX

(%)

PERJODU TA' ĦLAS LURA

AMMONT MASSIMU

(EUR miljun)

INNVENTA 2010

1,17

2016-2024

91,3

INNPLANTA 2010

1,17

2015-2025

1,7

INNPLANTA 2011

0,00

3,06

2014-2018

2015-2025

0,8

5,8

 

 

 

99,6

Sors: l-awtoritajiet Spanjoli.

(41)

Is-self huwa rimunerat b'rati differenti, skont il-porzjonijiet tas-self u l-programmi li taħthom jingħata s-self.

(42)

Biex ikun jista' jsir paragun tar-rati tal-imgħax tas-self imsemmi hawn fuq mar-rati attwali tas-suq, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew lista tas-self kummerċjali mogħti lill-ADIF/ADIF Alta velocidad tul l-aħħar ħames snin, flimkien mal-kundizzjonijiet tagħhom (23) (minbarra l-BEI):

(a)

Fl-2010, l-ADIF ingħatat seba' selfiet: tlieta b'rata tal-imgħax fissa ta' 4,036 % sa 4,580 %, l-erbgħa l-oħra ngħataw b'rati tal-imgħax varjabbli kkalkolati bir-rata tal-Euribor kull 3 sa 12-il xahar, li fuqhom ġie applikat marġni ta' bejn 100 u 170 punt ta' bażi skont id-durata tas-self;

(b)

Fl-2011, l-ADIF ingħatat 11-il selfa b'rata tal-imgħax varjabbli kkalkolata bir-rata tal-Euribor kull bejn tlieta (3) u sitt (6) xhur, li fuqha ġie applikat marġni ta' bejn 210 u 250 punt ta' bażi skont id-durata tas-self. Pereżempju fit-8 ta' April 2011, l-ADIF ingħatat self ta' EUR 75 miljun għal durata ta' seba' snin b'rata tal-imgħax varjabbli kkalkolata bir-rata tal-Euribor kull sitt xhur, li fuqha ġie applikat marġni ta' 230 punt ta' bażi (b'perjodu ta' konċessjoni ta' tliet snin u rimborż semestrali);

(c)

Il-Kummissjoni tinnota li l-marġni tal-punti ta' bażi applikat fuq is-self mogħti lill-ADIF żdied fl-2013 u l-2014, sa 450 punt ta' bażi (24).

2.3.3.   Il-fondi diġà żborżati lill-ADIF

(43)

Spanja indikat ukoll li sa Novembru 2015, l-ADIF kienet irċeviet ammont totali nett ta' EUR 139,9 miljun li kien jinkludi “għotjiet antiċipati” u self. It-Tabelli 3, 4 u 5 hawn taħt jiddeskrivu fid-dettall il-finanzjament riċevut mill-ADIF minn Jannar 2011 'il quddiem:

Tabella 3

Figuri aġġornati tal-ammonti riċevuti mill-ADIF — Novembru 2015

(EUR miljun)

 

INNVENTA

INNPLANTA 2010

INNPLANTA 2011

TOTAL (nett)

Għotjiet antiċipati

130,0

3,9

1,25

135,2

Self

1,7

3,0

4,7

TOTAL

130,0

5,6

4,2

139,9

Sors: l-awtoritajiet Spanjoli.


Tabella 4

Dettalji tal-porzjonijiet tas-self

 

GĦOTJIET ANTIĊIPATI

 

Data

Attività

 

Ammonti (f'EUR)

 

Convenio Innventa

(1)

17.1.2011

 

 

30 000 000

(2)

17.1.2012

 

 

100 000 000

 

 

 

Total Innventa

(1 + 2)

130 000 000

 

Programa Innplanta 2010

(3)

17.1.2011

Att 2

 

3 023 790

(4)

11.1.2012

Att 2

 

966 210

(5)

28.2.2013

Att 2

rimborż

– 25 084

 

 

 

Total Innplanta 2010

(3 + 4 + 5)

3 964 916

 

Programma Innplanta 2011

(6)

2.5.2012

Att 16

 

161 000

(7)

13.2.2013

Att 16

 

857 500

(8)

10.1.2014

Att 16

 

857 500

(9)

16.7.2014

Att 16

rimborż

– 627 591

 

 

Total Innplanta 2011

(6 + 7 + 8 + 9)

1 248 409

(10)

Total tal-programmi kollha żborżati

(1 + 2 + 3 + 4 + 6 + 7 + 8)

135 866 000

(11)

Total tal-programmi kollha rimborżati

(5 + 9)

– 652 675

 

Total tal-programmi kollha li jibqa' (nett) (10 + 11)

135 213 325,00

Sors: l-awtoritajiet Spanjoli.


Tabella 5

Dettalji tal-porzjonijiet tas-self bir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata

 

SELF

 

Data

Attività

Rata tal-imgħax

(%)

 

Ammonti (f'EUR)

 

Convenio Innventa

 

 

 

Total

00

 

Programa Innplanta 2010

(1)

17.1.2011

Att 2

1,17

 

1 295 910

(2)

11.1.2012

Att 2

1,17

 

414 090

(3)

28.2.2013

Att 2

1,17

rimborż

– 10 750

 

 

 

Total Innplanta 2010

(1 + 2 + 3)

1 699 250

 

Programma Innplanta 2011

(4)

2.5.2012

Att 13

3,06

 

236 000

(5)

13.2.2013

Att 13

3,06

 

5 087 000

(6)

27.11.2013

Att 13

3,06

rimborż

– 2 839 388

(7)

2.5.2012

Att 16

3,06

 

69 000

(8)

13.2.2013

Att 16

3,06

 

367 500

(9)

10.1.2014

Att 16

3,06

 

367 500

(10)

16.7.2014

Att 16

3,06

rimborż

- 268 467

 

 

Total Innplanta 2011

(4 + 5 + 6 + 7 + 8 + 9 + 10)

3 019 145

(11)

Total tal-programmi kollha żborżati

(1 + 2 + 4 + 5 + 7 + 8 + 9)

7 837 000

(12)

Total tal-programmi kollha rimborżati

(3 + 6 + 10)

– 3 118 605

 

Total tal-programmi kollha li jibqa' (nett)

(11 + 12)

4 718 395

Sors: l-awtoritajiet Spanjoli.

(44)

L-ammont totali (25) żborżat mill-Istat Spanjol lill-ADIF huwa EUR 143 703 000, li jikkonsisti f'għotjiet ta' EUR 135 866 000 u self ta' EUR 7 837 000. Il-Kummissjoni tinnota li fil-perjodu 2011–2014, skont informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli, l-ADIF diġà ħallset lura EUR 652 675 mill-għotjiet u EUR 3 118 605 mis-self. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, EUR 139 931 720 (nett) għadhom pendenti, inklużi EUR 135 213 325 f'għotjiet u EUR 4 718 395 f'self. L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li minn dik is-somma, l-ADIF diġà nefqet EUR 20,46 miljun (26).

(45)

Fil-kuntest tal-investigazzjonijiet formali, l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-EUR 20,46 miljun li kienu diġà ntefqu kienu joriġinaw mill-programmi msemmija hawn fuq (INNVENTA 2010, INNPLANTA 2010 u 2011) u li l-ebda nefqa ma ġiet koperta mir-riżorsi tal-ADIF li joriġinaw mill-attivitajiet ekonomiċi tagħha. Barra minn hekk, huma pprovdew lista tal-kuntratti ffirmati u tax-xogħlijiet imwettqa (ara l-premessa 33 iktar 'il fuq li tirreferi għax-xogħlijiet imwettqa). Kull kuntratt kien ikkategorizzat skont is-suġġett tiegħu u skont il-komponent tal-proġett globali li b'rabta miegħu ġie konkluż il-kuntratt. L-ADIF nefqet EUR 6,54 miljun fuq studji u xogħlijiet preliminari għaċ-ċirkwiti tat-testijiet u EUR 13,92 miljun fuq il-kostruzzjoni u t-tagħmir tas-CISF.

3.   ID-DEĊIŻJONI LI TINBEDA PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(46)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji fir-rigward ta':

(a)

L-allegat nuqqas ta' għajnuna:

fil-livell tal-ADIF. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-ADIF hija impriża pubblika li twettaq attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi, u tirċievi finanzjament pubbliku żborżat mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kompetittività (riżorsi tal-Istat). Peress li l-għajnuna tingħata lill-ADIF bl-iskop li twettaq attivitajiet ekonomiċi (kiri tal-faċilitajiet lil partijiet terzi, ara l-premessa 19 iktar 'il fuq) u peress li l-ADIF hija maħtura bħala s-sid tal-infrastruttura lil hinn minn kwalunkwe proċess ta' offerta, il-miżura kienet tidher li tammonta għal għajnuna mill-Istat, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, favur l-ADIF;

fil-livell tal-SPV. Filwaqt li n-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat jista' jiġi preżunt kieku l-proċedura ta' offerta kellha tippermetti li l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża tikkorrispondi għall-valur tal-konċessjoni, l-offerta mnedija f'Lulju 2013 ġiet iddikjarata nulla f'Ottubru 2013 u ma ġie mniedi ebda proċess ta' għażla kompetittiv ulterjuri. Għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-ftuħ qajmet dubji rigward il-preżenza ta' għajnuna f'dan il-livell (27);

fil-livell tal-utenti taċ-ċentru tas-CEATF. Għalkemm l-infrastruttura hija miftuħa għall-utenti potenzjali kollha, in-nuqqas ta' pjan tan-negozju vijabbli wassal lill-Kummissjoni biex tqajjem dubji dwar jekk il-prezzijiet ta' aċċess maħsuba effettivament jirriflettux il-livelli tas-suq.

(b)

Il-legalità tal-għajnuna:

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni nnotat li kienu ntefqu EUR 19,8 miljun qabel in-notifika tal-miżura lill-Kummissjoni, u saqsiet dwar in-natura privata jew pubblika tar-riżorsi użati għax-xogħol imwettaq qabel in-notifika tal-miżura inkwistjoni;

(c)

Il-kompatibilità ta' tali finanzjament mal-Qafas tal-Kummissjoni għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (il-Qafas tar-RŻI) (28):

il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar il-kontribut tal-proġett lejn objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar, il-bżonn u l-adegwatezza tiegħu, l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna u l-proporzjonalità tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li ma jistgħux jiġu esklużi effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

4.   KUMMENTI TA' PARTIJIET INTERESSATI

(47)

Kif imsemmi fil-premessa 5 iktar 'il fuq, għaxar kumpaniji li joperaw fis-settur ferrovjarju bagħtu l-kummenti tagħhom matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali.

(48)

L-ewwel, il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu esprimew dubji dwar l-eżistenza ta' domanda għal faċilità ta' ttestjar li topera b'veloċità tant għolja (jiġifieri iktar minn 385 km/siegħa), u indikaw li attwalment is-settur ferrovjarju ta' veloċità għolja fl-Ewropa huwa limitat għal 320/350 km/siegħa (29). Skont operatur ferrovjarju, veloċità ta' 300 km/siegħa tirrappreżenta bilanċ ottimali bejn il-konsum tal-enerġija u l-ħin ta' vvjaġġar f'termini ta' effikaċja tas-suq.

(49)

Minn perspettiva teknika, żewġ kumpaniji indikaw li l-linji ta' veloċità għolja issa saru binarji bil-ballast li jippermettu li vetturi ferrovjarji jiċċirkolaw b'veloċità sa 350 km/siegħa. Żieda sinifikanti fil-veloċità kummerċjali tirrikjedi li tiġi mmodifikata l-infrastruttura u li l-binarji eżistenti jiġu sostitwiti b'ċangaturi tal-konkrit, u dan jinvolvi spejjeż ta' investiment u operat eżorbitanti. Peress li l-ispejjeż tal-użu u l-manutenzjoni tal-binarji ferrovjarji kummerċjali jiżdiedu maż-żieda fil-veloċità, il-prezz konsegwenti tal-biljetti tal-vjaġġaturi jrendi l-operazzjonijiet mhux kompetittivi meta mqabbla mat-trasport bl-ajru.

(50)

It-tieni, fir-rigward tal-ittestjar innifsu, manifattur tal-vetturi ferrovjarji enfasizza li anke meta tali faċilitajiet jippermettu ttestjar, validazzjoni u approvazzjoni avvanzati ta' tagħmir ferrovjarju ta' veloċità għolja, u ta' elementi ta' infrastruttura u sovrastruttura, xi testijiet speċifiċi jistgħu jitwettqu aħjar jekk isiru direttament fuq ferroviji kummerċjali, jiġifieri fuq l-infrastruttura reali. Barra minn hekk, manifattur ieħor tal-vetturi ferrovjarji indika li l-ferroviji prodotti jiġu ttestjati wkoll fuq in-netwerk regolari fil-pajjiż ta' destinazzjoni. Iż-żewġ kummenti juru n-nuqqas ta' domanda.

(51)

Barra minn hekk, kumpanija li tipprovdi ambjent ta' ttestjar tinnota li l-ittestjar virtwali permezz ta' pjattaformi avvanzati tal-ICT diġà jista' jitwettaq u jista' jkun soluzzjoni kosteffikaċi għall-ittestjar futur tal-veloċità għolja, peress li l-ispejjeż tal-operat u l-manutenzjoni tal-faċilitajiet fiżiċi tal-ittestjar jiġu evitati u b'hekk jitnaqqsu sew il-baġits tar-R&Ż tal-kumpaniji ferrovjarji.

(52)

It-tielet, kumpanija waħda biss li tipprovdi wkoll ittestjar ta' materjali qalet li s-CEATF tkun opportunità għal proġetti ta' żvilupp ġodda. Żewġ kumpaniji oħra indikaw li jekk tinbena l-faċilità ta' ttestjar, huma jużawha.

(53)

Waħda minn dawn iż-żewġ kumpaniji qalet li jekk ikun hemm ċentru ta' ttestjar lokali dan ikun vantaġġ kompetittiv għall-manifatturi Spanjoli tal-vetturi ferrovjarji stabbiliti fit-territorju nazzjonali.

(54)

Ir-raba', fir-rigward tal-bini u l-operat taċ-ċentru ta' ttestjar, xi partijiet interessati enfasizzaw li hemm bżonn pjan kummerċjali ċar u robust li jappoġġja l-investiment biex dan il-proġett ikun jista' jsir. Ħafna mis-sottomissjonijiet enfasizzaw ukoll il-bżonn li ċ-ċentru ta' ttestjar, jekk jinbena u jsir operattiv, jipprovdi aċċess wiesa' u mhux diskriminatorju fit-termini tas-suq.

(55)

Finalment, diversi partijiet terzi kkummentaw fuq il-pożizzjoni ġeografika tal-faċilità tas-CEATF. Huma jenfasizzaw il-fatt li n-Nofsinhar ta' Spanja huwa 'l bogħod mill-maġġoranza l-kbira tal-impriżi ferrovjarji u l-manifatturi tal-vetturi ferrovjarji Ewropej. Tali pożizzjoni ġġorr magħha riskji u spejjeż sinifikanti peress li t-trasport tal-prototipi ta' ferroviji jiswa ħafna flus u dan inevitabbilment jipprovdi vantaġġ lill-manifatturi Spanjoli tal-vetturi ferrovjarji.

5.   IL-KUMMENTI TA' SPANJA

5.1.   L-eżistenza ta' għajnuna

(56)

L-awtoritajiet Spanjoli rrevedew il-pożizzjoni tagħhom parzjalment fir-rigward tal-eżistenza ta' għajnuna, b'attenzjoni partikolari għad-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-għajnuna. Huma indikaw li ġew identifikati tliet meded ta' ttestjar tal-veloċità li fihom il-proġett tas-CEATF jista' jew ma jistax jikkompeti ma' faċilitajiet oħra fl-Unjoni Ewropea:

(a)

Testijiet b'veloċitajiet ta' inqas minn 210 km/siegħa: l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li tali testijiet imwettqa fuq is-CEATF jistgħu jikkompetu ma' testijiet imwettqa f'faċilitajiet oħra fl-Ewropa. Madankollu, huma qalu li ċ-ċentru tas-CEATF ma jkollu ebda vantaġġ fir-rigward ta' tali testijiet, peress li l-ispejjeż fissi għall-użu u l-manutenzjoni f'Antequera jkunu wisq għoljin meta mqabbla ma' ċentri oħra maħsuba li joperaw b'dawk il-veloċitajiet;

(b)

Testijiet b'veloċitajiet ta' bejn 210 u 385 km/siegħa: l-awtoritajiet Spanjoli rrikonoxxew li f'dan is-segment jista' jkun hemm kompetizzjoni bejn it-testijiet imwettqa fuq is-CEATF u t-testijiet imwettqa fuq binarji ferrovjarji kummerċjali eżistenti. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli indikaw li dawk it-testijiet jirrappreżentaw biss parti żgħira mit-testijiet kollha relatati mal-elementi ta' infrastruttura u superstruttura tal-binarji, mal-vetturi ferrovjarji u l-interazzjonijiet bejniethom. Għalhekk tali testijiet ikunu limitati għal ċerti tipi ta' vetturi ferrovjarji ttestjati f'kundizzjonijiet ta' użu “klassiċi”. Barra minn hekk, kif diġà ntqal iktar 'il fuq, l-awtoritajiet Spanjoli indikaw li l-ispejjeż ta' dawn it-testijiet huma wisq għoljin biex ikunu kompetittivi fil-faċilità tas-CEATF;

(c)

Testijiet b'veloċitajiet ta' aktar minn 385 km/siegħa: l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li peress li ma jeżisti ebda suq għall-ittestjar b'tali veloċitajiet, il-parti tal-finanzjament li tikkorrispondi għall-kostruzzjoni tal-faċilità ta' ttestjar għal testijiet ta' iktar minn 385 km/siegħa m'għandhiex titqies bħala għajnuna.

(57)

L-awtoritajiet Spanjoli nsistew fuq il-fatt li d-distinzjoni bejn testijiet b'veloċitajiet differenti għandha titqies bħala waħda teoretika, peress li fil-prattika l-possibilità li jsiru testijiet b'veloċità ta' inqas minn 210 km/siegħa jew bejn 210 u 385 km/siegħa fis-CEATF hija limitata minħabba spejjeż ta' manutenzjoni u operat għoljin.

(58)

Bħala konklużjoni, bir-rikunsiderazzjoni parzjali tal-pożizzjoni inizjali tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta' għajnuna, Spanja tqis li huwa biss il-finanzjament tal-bini tal-elementi tas-CEATF li jippermettu ttestjar ta' inqas minn 385 km/siegħa li għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat u għandu jiġi vvalutat f'konformità mal-Qafas tar-RŻI. Fis-sottomissjoni tagħhom tat-2 ta' Lulju 2015, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew evalwazzjoni u indikaw li dawk l-ispejjeż jirrappreżentaw 25,1 % tal-ispejjeż tal-proġett, u jammontaw għal EUR 90,2 miljun, eskluża l-VAT. Għalhekk huma qiesu li t-taqsima tal-faċilitajiet tas-CEATF iddedikata għal ittestjar b'veloċitajiet ta' iktar minn 385 km/siegħa, li tammonta għal EUR 240,6 miljun, m'għandhiex titqies bħala għajnuna (30).

5.2.   Kompatibilità

(59)

Fl-osservazzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet Spanjoli itennu wkoll il-pożizzjoni tagħhom fuq il-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat:

(a)

Il-faċilità tas-CEATF jikkontribwixxu għal objettiv ta' interess komuni peress li biż-żieda ta' investimenti ta' RŻI, hija tiffittja fil-Programm Operattiv ta' Tkabbir Intelliġenti għal Spanja, adottat fi Frar 2015 (31), li wieħed mill-objettivi tiegħu huwa li jiġu aġġornati l-infrastrutturi tar-RŻI bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità ta' innovazzjoni ta' Spanja. Skont Spanja, il-pajjiż għandu l-iktar netwerk ta' veloċità għolja estiża fl-Ewropa u tali faċilità ta' ttestjar tista' evidentement twassal għal żviluppi ta' teknoloġiċi ġodda;

(b)

L-awtoritajiet Spanjoli jiġġustifikaw il-bżonn ta' għajnuna mill-Istat għal dan il-proġett fuq il-bażi tan-natura multidixxiplinarja tat-testijiet tekniċi li se jitwettqu. Fl-opinjoni tagħhom, minħabba d-diversi oqsma ta' attivitajiet tal-kumpaniji involuti f'dawn it-testijiet (pereżempju kumpaniji ta' inġinerija ċivili, komunikazzjoni, sinjalar, trazzjoni, vetturi ferrovjarji) ebda kumpanija ma tilħaq il-massa kritika jew ikollha l-kapaċità finanzjarja li tagħmel investiment komparabbli ma' dak meħtieġ għas-CEATF u li jista' jattira u jiffedera kumpaniji oħra. Fir-rigward tal-finanzjament tal-proġett u l-eżistenza ta' falliment tas-suq fil-forma ta' informazzjoni imperfetta u asimetrika, l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li ebda sors ta' finanzjament għajr finanzjament pubbliku mhuwa disponibbli għall-konstruzzjoni tas-CEATF “meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-istudji tal-profittabilità magħmula mill-ADIF”;

(c)

Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, Spanja kkonfermat li l-miżura ta' għajnuna hija xierqa, peress li m'hemm ebda strument ta' għajnuna ieħor xieraq għajr il-finanzjament pubbliku minħabba l-fatt li l-flussi ta' flus tal-proġett ikopru biss 8,13 % tal-investiment (id-defiċit finanzjarju jkun 91,87 %). Is-sitwazzjoni tal-flussi ta' flus tispjega wkoll il-falliment tal-ewwel offerta biex jingħażel l-SPV peress li l-kumpaniji qiesu li l-flussi ta' flus ma kinux biżżejjed biex ikopru l-investiment inizjali;

(d)

Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-għajnuna għandha effett ta' inċentiv. Spanja insistiet fuq il-fatt li għalkemm l-analiżi ekonomika tal-proġett tindika Valur Preżenti Nett (“VPN”) negattiv ta' EUR – 362,5 miljun, huwa jkollu, minn perspettiva soċjoekonomika, VPN pożittiv ta' EUR 17,3 miljun (meta jitqiesu l-impjiegi maħluqa u attivitajiet oħra ġġenerati mill-istabbiliment tas-CEATF fir-reġjun);

(e)

L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li biex jiġi kkalkolat l-ammont tal-għajnuna mill-Istat u l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli għall-proġett, hija biss il-parti tal-investiment li tikkorrispondi għall-parti tal-proġett li tista' effettivament tikkompeti ma' faċilitajiet oħra li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (jiġifieri EUR 90,2 miljun fil-fehma tagħhom). Kif imsemmi fil-premessa 58 iktar 'il fuq, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li din il-parti tirrappreżenta 25,1 % tal-investiment totali. Fil-fehma tagħhom, peress li l-intensità ta' għajnuna permessa għal infrastruttura ta' riċerka li twettaq attività ekonomika hija 60 %, kif stabbilit fil-punt 89 tal-Qafas tar-RŻI, l-ADIF tkun trid tipprovdi biss 10 % tal-investiment (0,4 × 25,1 % = 10 %). Minkejja dan, huma jindikaw li l-ADIF, billi tipprovdi direttament EUR 39,2 miljun, tiżgura finanzjament ikbar, ekwivalenti għal 20 % tal-parti mhux koperta bid-dħul iġġenerat mill-proġett, permezz ta' self mogħti b'rata tal-imgħax ta' 1,17 %. Barra minn hekk, skont Spanja, il-proċeduri tal-offerta u l-kuntratt jiżguraw li l-għajnuna tkun limitata għall-ammont minimu. Għalhekk huma jqisu li l-għajnuna hija proporzjonata u limitata għall-minimu neċessarju;

(f)

Skont Spanja, effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ jiġu evitati, minħabba l-iżvantaġġi kompetittivi relattivi tas-CEATF ikkawżati mill-ispejjeż kbar tal-operat u l-manutenzjoni għall-ittestjar b'veloċitajiet ta' inqas minn 210 km/siegħa. Peress li l-ispejjeż tal-użu u l-manutenzjoni ta' linja ta' veloċità għolja huma mmultiplikati bi tlieta (3) meta mqabbla ma' linja normali użata, de facto, is-CEATF tkun eskluża mis-suq għal tali ttestjar;

(g)

Spanja tassigura li l-għajnuna tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tat-trasparenza kif rikjest fir-regolamenti applikabbli tal-Unjoni.

(60)

Kif indikat fil-premessa 6 iktar 'il fuq, il-kummenti riċevuti minn partijiet terzi ntbagħtu lill-awtoritajiet Spanjoli fl-24 ta' Settembru 2015. Fit-tweġiba tagħhom tal-14 ta' Ottubru 2015, l-awtoritajiet Spanjoli osservaw li dawk il-kummenti kienu ġenerali ħafna fin-natura tagħhom, fir-rigward tal-prospettiva li jintuża ċ-ċentru tas-CEATF, u kienu bbażati fuq il-kunċezzjoni ta' kull kumpanija dwar l-evoluzzjoni tas-suq tal-ittestjar ferrovjarju.

6.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

6.1.   L-eżistenza ta' għajnuna

(61)

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jistipola li “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(62)

Il-Kummissjoni se tqis jekk il-fondi mogħtija lill-ADIF fuq il-bażi tal-ftehim tas-27 ta' Diċembru 2010 kif ukoll il-finanzjament totali mogħti għall-proġett fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tat-28 ta' Ġunju 2013 jikkwalifikawx bħala għajnuna.

6.1.1.   Attività ekonomika

(63)

Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddefiniet l-impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, indipendentement mill-istatus legali tagħhom u l-mod kif jiġu ffinanzjati (32). Il-klassifikazzjoni ta' entità partikolari bħala impriża għalhekk tiddependi kompletament fuq in-natura tal-attivitajiet tagħha.

(64)

Il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet, fl-1999, li “l-provvista ta' infrastrutturi minn entitajiet responsabbli għall-immaniġġjar tagħhom” tista' tikkostitwixxi attività ekonomika (33). Għaldaqstant, huwa ċar li l-kostruzzjoni ta' infrastruttura li se tiġi użata kummerċjalment tikkostitwixxi attività ekonomika (34).

(65)

Fil-każ preżenti, il-bini tas-CEATF huwa direttament marbut mal-użu tiegħu u l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-attivitajiet ta' ttestjar li se jitwettqu fis-CEATF huma ta' natura ekonomika. Dawk l-attivitajiet fil-fatt jinvolvu servizzi li se jiġu offruti fis-suq.

(66)

Il-Kummissjoni tqis li l-bini u l-użu tas-CEATF huma għalhekk attivitajiet ekonomiċi.

6.1.2.   Riżorsi tal-Istat

(67)

Il-proġett huwa ffinanzjat permezz ta' għotjiet antiċipati u self mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Kompetittività. Dawk huma riżorsi tal-Istat.

6.1.3.   Vantaġġ ekonomiku selettiv

6.1.3.1.   Favur l-ADIF

(68)

Il-miżura qed tingħata lil impriża waħda biss, l-ADIF (35), u għalhekk hija selettiva.

(69)

Billi tikkontribwixxi għall-finanzjament tas-CEATF permezz ta' għotjiet antiċipati u self, il-miżura tagħti vantaġġ lill-ADIF.

(70)

L-ewwel, l-għotjiet antiċipati jikkostitwixxu trasferiment dirett ta' riżorsi tal-Istat lill-ADIF li jikkostitwixxi b'mod ċar vantaġġ ekonomiku.

(71)

It-tieni, fir-rigward tas-self mogħti lill-ADIF, huwa neċessarju li jiġi stabbilit jekk ir-rata tal-imgħax tikkorrispondix mar-rata tas-suq.

(72)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (36) (“il-Komunikazzjoni tal-2008”) tipprovdi indikatur tar-rati tas-suq applikabbli għas-self. Fis-sottomissjoni tagħhom ta' Novembru 2015, l-awtoritajiet Spanjoli indikaw li kienu segwew din il-metodoloġija u applikaw marġni ta' 100 punt fuq ir-rata applikabbli għal Spanja. Imbagħad għamlu stima tal-imgħax imfaddal b'riżultat tad-differenza bejn ir-rata tas-suq u r-rata tal-imgħax tal-programm, filwaqt li ttieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet speċifiċi ta' kull self (perjodu ta' amortizzament, durata u konċessjoni). Huma waslu għall-konklużjoni li r-rati tas-suq applikabbli, għall-porzjonijiet żborżati taħt il-Programm Innplanta 2010, huma ogħla mir-rata tal-imgħax applikata taħt il-Programm iżda huma inqas mir-rati tas-suq applikabbli għall-porzjonijiet żborżati taħt il-Programm Innplanta 2011 (3,06 %) (37).

(73)

Il-marġni applikati fuq ir-rati kkalkolati taħt il-Komunikazzjoni tal-2008 jiddependu mill-klassifikazzjoni tal-kumpanija u mil-livell ta' kollateral offrut. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-klassifikazzjoni tal-ADIF hija intrinsikament marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istat Spanjol (38). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdewx informazzjoni speċifika fir-rigward tal-kollateral offrut għas-self miksub taħt id-diversi programmi. Huwa ċar mit-Tabella 6 hawn taħt li f'xi mument fl-ewwel nofs tal-2012, l-ADIF twaqqgħet minn klassifikazzjoni A għal klassifikazzjoni B. L-awtoritajiet Spanjoli applikaw marġni ta' 100 punt ta' bażi fuq is-self kollu mogħti lill-ADIF. Għandu jiġi osservat li għal kumpanija bi klassifikazzjoni “A”, tali marġni jimplika livell ta' kollateral baxx. Min-naħa l-oħra, għal kumpanija bi klassifikazzjoni B, marġni ta' 100 punt ta' bażi jimplika livell ta' kollateral normali (u mhux ta' livell baxx).

(74)

Matul il-proċeduri formali, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli biex jipprovdu informazzjoni dwar is-self li l-ADIF kisbet mis-suq bejn l-20 ta' Lulju 2010 u l-20 ta' Lulju 2015 (eskluż il-BEI). L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew lista tas-self kummerċjali mogħti lill-ADIF/ADIF Alta velocidad tul l-aħħar ħames snin, flimkien mal-kundizzjonijiet assoċjati (39) (eskluż il-BEI) (40).

(75)

Dan is-self, miksub mis-suq, jipprovdi informazzjoni suffiċjenti biex tiġi stabbilita, għal kull waħda mis-snin mill-2011 sal-2014, rata tal-imgħax tas-suq xierqa.

Tabella 6

Dettalji tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-suq li għandha tiġi applikata fuq is-self żborżat lill-ADIF

Data tal-iżborż

Rati tal-imgħax tas-self żborżat lill-ADIF

(%)

Klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ADIF

Komunikazzjoni tal-2008

Suġġeriment tal-awtoritajiet Spanjoli għall-kalkolu tar-rati tal-imgħax tas-suq

(%)

Self kummerċjali miksub mill-ADIF

Kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-suq ibbażata fuq it-termini tas-self kummerċjali

(%)

Rata ta' bażi

(%)

Punti ta' bażi li għandhom jiżdiedu għal kollateralizzazzjoni normali għal baxxa

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

17.1.2011

1,17

Aa1

1,49

75-100

2,49

Għall-2011: Euribor 6M

(3.1.2011) + 227 bp (medja)

1,224 + 2,27 = 3,494

11.1.2012

1,17

Aa2

2,07

75-100

3,07

Għall-2012: Euribor 6M

(2.1.2012) + 352 bp (medja)

1,606 + 3,52 = 5,126

2.5.2012

3,06

Baa1

1,67

100-220

2,67

-”-

(2.5.2012)

0,992 + 3,52 = 4,512

13.2.2013

1,17 /3,06

Ba1

0,66

100-220

1,66

Għall-2013: Euribor 6M

(1.2.2013) + 425 bp (medja)

0,38 + 4,25 = 4,63

10.1.2014

3,06

Ba1

0,53

100-220

1,53

Għall-2014: Euribor 6M

(2.1.2014) + 215 bp (medja)

0,387 + 2,15 = 2,537

(76)

Fit-Tabella 6 jista' jiġi osservat li r-rati tal-imgħax tas-suq ibbażati fuq is-self kummerċjali miksub mill-ADIF (kolonna tal-lemin) huma konsistentement ogħla mir-rati ssuġġeriti minn Spanja. Peress li l-Komunikazzjoni tal-2008 tipprovdi biss indikatur tar-rati tas-suq, peress li ma ngħatat ebda evidenza minn Spanja li tappoġġja konklużjoni dwar il-livell ta' kollateral disponibbli u peress li evidenza konsistenti fil-fajl turi li r-rati li l-ADIF fil-fatt ħallset fis-suq kienu sinifikantement ogħla, il-Kummissjoni tqis li dawn tal-aħħar jipprovdu punt ta' riferiment xieraq biex jiġi stabbilit jekk is-self relatat mal-proġett jagħtix vantaġġ lill-ADIF.

(77)

Mit-Tabella 6 jista' jiġi konkluż li r-rati tal-imgħax tas-self mogħti lill-ADIF b'rabta mal-proġett huma iktar baxxi mir-rati tal-imgħax tas-suq rilevanti kkalkolati fuq il-bażi tat-termini tas-self kummerċjali miksub mill-ADIF, minbarra s-self mogħti fl-2014. Għaldaqstant, it-termini għad-divesi selfiet mogħtija lill-ADIF fil-perjodu 2011-2013 u li jammontaw għal EUR 7 469 500 jagħtu vantaġġ lill-ADIF skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.1.3.2.   Favur l-SPV u utenti futuri tas-CEATF

(78)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (41), il-Kummissjoni spjegat li n-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat jista' jiġi preżunt biss jekk il-proċedura tal-offerta tipprovdi li l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament tikkorrispondi għall-valur tas-suq tal-konċessjoni u jekk l-Istat Membru kkonċernat jiċċekkja li t-tariffi ta' konċessjoni li jirriżultaw ikunu konformi mal-prezzijiet tas-suq billi jwettaq analiżi tal-fluss tal-flus skontat u jagħmel paragun mat-tariffi mħallsa għal servizzi simili bnadi oħra (42). Il-Kummissjoni indikat li għalkemm ċertu komponenti bażiċi tal-istruttura tat-tariffa ġew stabbiliti minn Spanja ex ante, dan minnu nnifsu mhuwiex biżżejjed biex ma tiġix iddubitata n-natura miftuħa u mhux diskriminatorja tal-proċess.

(79)

Il-Kummissjoni qieset ukoll il-possibilità li jista' jkun hemm vantaġġ indirett fil-livell tal-utenti tal-infrastruttura.

(80)

Peress li ma kienx ingħażel l-SPV minħabba li kienet falliet l-ewwel offerta u ma hemmx indikazzjoni li se titnieda t-tieni offerta, mhux possibbli li jsiru konklużjonijiet definittivi dwar l-eżistenza ta' vantaġġ fil-livell tal-SPV. Bl-istess mod, ma jistgħux isiru konklużjonijiet ċerti dwar l-eżistenza ta' għajnuna fil-livell tal-utenti.

6.1.4.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(81)

Meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża mqabbla ma' impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intern tal-Unjoni, dan tal-aħħar għandu jitqies li jiġi affettwat minn dik l-għajnuna (43).

(82)

Huwa ċar li l-vantaġġi mogħtija lill-ADIF isaħħu l-pożizzjoni ta' dik l-impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intern tal-Unjoni.

(83)

Kif indikat fis-sezzjoni 5.1 iktar 'il fuq, l-awtoritajiet Spanjoli jirrikonoxxu li s-CEATF tista' tikkompeti ma' faċilitajiet Ewropej oħra għal testijiet ta' inqas minn 210 km/siegħa u ma' linji eżistenti miftuħa għat-traffiku għal testijiet ta' bejn 210 u 385 km/siegħa. B'riżultat ta' dan, huma issa jqisu li huwa biss il-finanzjament tal-bini tal-partijiet tas-CEATF li jippermettu ttestjar ta' inqas minn 385 km/siegħa li għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat u għandu jiġi vvalutat f'konformità mal-Qafas tar-RŻI. F'dan ir-rigward, huma jsostnu wkoll li l-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet imsemmija l-aħħar ikun limitat għal EUR 90,2 miljun.

(84)

Is-CEATF tkun tikkompeti ma' faċilitajiet oħra fl-Unjoni Ewropea li joffru servizzi ta' ttestjar tal-ferroviji ta' veloċità għolja, peress li hija totalment kapaċi li toffri testijiet b'veloċitajiet ta' inqas minn 385 km/siegħa. Peress li l-evidenza tissuġġerixxi li hemm domanda żgħira ħafna jew ineżistenti għal testijiet b'veloċitajiet iktar għoljin (ara iktar dettalji fil-premessi 48 sa 51 iktar 'il fuq), l-ittestjar b'veloċitajiet ta' inqas minn 385 km/siegħa x'aktarx isir l-attività ewlenija tas-CEATF.

(85)

B'riżultat ta' dan, ir-riżorsi tal-Istat mogħtija lill-ADIF għall-bini tas-CEATF jintużaw biex jiġi ssussidjat id-dħul fis-suq ta' kompetitur ġdid.

(86)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-premessi 82 sa 85 iktar 'il fuq, l-għajnuna mogħtija lill-ADIF x'aktarx twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.5.   Konklużjoni fuq l-eżistenza ta' għajnuna

(87)

Il-Kummissjoni tqis li r-riżorsi pubbliċi mogħtija lill-ADIF għall-bini tas-CEATF fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 u l-ftehim tas-27 ta' Diċembru 2010 jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.2.   Il-legalità tal-għajnuna

(88)

L-awtoritajiet Spanjoli nnotifikaw il-miżura abbażi tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat fl-20 ta' Settembru 2013. Huma indikaw ukoll li ċ-ċirkwit ferrovjarju mhux se jinbena qabel l-approvazzjoni tal-Kummissjoni (44).

(89)

Spanja tat l-għajnuna fuq il-bażi tal-ftehim tas-27 ta' Diċembru 2010 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tat-28 ta' Ġunju 2013. Parti minn dik l-għajnuna diġà tħallset, kif deskritt fil-premessa 44 iktar 'il fuq.

(90)

Peress li l-għajnuna ngħatat qabel l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, din għandha titqies bħala għajnuna kontra l-liġi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (45).

6.3.   Kompatibilità

(91)

Wara li stabbiliet li l-miżura tinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni issa trid tivvaluta jekk tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

(92)

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li “meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali, huwa l-obbligu tal-Istat Membru u tal-benefiċjarju potenzjali ta' għajnuna ġdida li jipprovdu lill-Kummissjoni bl-elementi intiżi sabiex juru li din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni” (46). Kif deskritt iktar 'l isfel, l-awtoritajiet Spanjoli u l-benefiċjarju ADIF ma pprovdewx evidenza konvinċenti għal dan l-għan la fin-notifika jew fis-sottomissjonijiet segwenti, u lanqas fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ jew fis-sottomissjonijiet ipprovduti matul il-fażi ta' investigazzjoni formali.

(93)

L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li l-finanzjament pubbliku tas-CEATF, sa fejn tali finanzjament jikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, għandu jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq intern fid-dawl tal-objettiv ġenerali tiegħu ta' RŻI u fid-dawl tar-regoli tal-Qafas tar-RŻI applikabbli għall-infrastrutturi ta' RŻI (47).

(94)

Mill-konklużjoni tas-sezzjoni 6.2 iktar 'il fuq jirriżulta li l-għajnuna hija kontra l-liġi. Il-punt 126 tal-Qafas tar-RŻI jistipola li “għajnuna kontra l-liġi ta' RŻI tiġi vvalutata f'konformità mar-regoli applikabbli fid-data li fiha tingħata l-għajnuna”.

(95)

Meta ngħatat l-għajnuna, il-Qafas tar-RŻI tal-2006 kien fis-seħħ (48).

(96)

Il-Qafas tar-RŻI tal-2006 ma fihx dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna għal infrastrutturi ta' riċerka. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-miżura ta' għajnuna għandha tkun ibbażata direttament fuq l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Dik id-dispożizzjoni tipprovdi li “għajnuna li tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċertu oqsma ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffettwax negattivament il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni” tista' titqies kompatibbli mas-suq intern.

(97)

Sabiex tistabbilixxi l-kompatibilità ta' miżura taħt l-Artikolu 107(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni twettaq test ta' bbilanċjar billi tiżen l-effetti pożittivi f'termini ta' kontribut biex jintlaħqu l-objettivi ta' interess komuni definiti b'mod ċar u l-effetti negattivi fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni fis-suq komuni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tqis il-prinċipji li ġejjin (49):

(a)

kontribut lejn objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar: miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha timmira li tilħaq objettiv ta' interess komuni f'konformità mal-Artikolu 107(3) tat-Trattat;

(b)

il-bżonn ta' intervent mill-Istat: miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha tkun indirizzata lejn sitwazzjoni fejn l-għajnuna tista' twassal għal titjib materjali li s-suq ma jistax iwettaq hu, pereżempju billi jiġi rrimedjat falliment tas-suq jew jiġi indirizzat tħassib ta' ekwità jew ta' koeżjoni;

(c)

l-adegwatezza tal-miżura ta' għajnuna: il-miżura ta' għajnuna proposta trid tkun strument ta' politika xieraq biex jiġi indirizzat l-objettiv ta' interess komuni;

(d)

effett ta' inċentiv: l-għajnuna trid tibdel l-imġiba tal-impriża/i kkonċernata/i b'tali b'mod li titwettaq attività addizzjonali li mingħajr l-għajnuna ma titwettaqx jew titwettaq b'mod jew f'post ristrett jew differenti;

(e)

proporzjonalità tal-għajnuna: l-ammont u l-intensità tal-għajnuna jridu jkunu limitati għall-minimu meħtieġ biex jinbdew l-investiment jew l-attività addizzjonali mill-impriża/i kkonċernata/i;

(f)

evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri: l-effetti negattivi tal-għajnuna jridu jkunu suffiċjentement limitati, biex il-bilanċ globali tal-miżura jkun pożittiv;

(g)

trasparenza tal-għajnuna: l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku għandu jkollhom aċċess faċli għall-atti kollha rilevanti u għal informazzjoni pertinenti dwar l-għajnuna mogħtija taħt dawn l-atti.

6.3.1.   Kontribut lejn objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar

(98)

L-awtoritajiet Spanjoli enfasizzaw fin-notifika tagħhom u fir-risposta għad-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessa 59 tad-deċiżjoni tal-ftuħ u s-sezzjoni 5.2 iktar 'il fuq) li l-proġett jikkontribwixxi għal żieda fl-investimenti ta' RŻI fi Spanja, li huwa wieħed mill-objettivi ta' interess komuni tal-Istrateġija UE 2020, u jiffittja fil-Programm Operattiv ta' Tkabbir Intelliġenti għal Spanja, adottat fi Frar 2015. Huma jsostnu li s-CEATF hija infrastruttura xjentifika u teknika li tippermetti li jiġu ttestjati aspetti tekniċi multidixxiplinari fis-settur ferrovjarju. L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu wkoll li l-investiment fis-CEATF isaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjun, Andalucía, li qed jiffaċċja rata ta' qgħad għolja.

(99)

L-ewwel, tali stqarrijiet għandhom jiġu vvalutati fid-dawl ta' domanda għal tali faċilità ta' riċerka u fid-dawl tal-attivitajiet ta' RŻI li jistgħu jitwettqu hemmhekk.

(100)

Kif spjegat fid-dettall fil-premessi 60 sa 62 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ddubitat l-eżistenza tad-domanda mill-manifatturi ta' vetturi ferrovjarji u ta' linji ferrovjarji għal din l-infrastruttura ta' riċerka speċifika. B'mod partikolari, il-Kummissjoni rreferiet għall-falliment tal-ewwel offerta għall-bini u l-operat tas-CEATF, kif ukoll għall-ispejjeż għoljin għall-bini u l-operat tan-netwerks ferrovjarji, maħsuba biex jipprovdu servizzi ta' trasport kummerċjali b'veloċitajiet ta' iktar minn 350 km/siegħa, li ma jkunux ekonomikament vijabbli fil-kundizzjonijiet tas-suq preżenti u fil-futur qarib (50).

(101)

Il-kummenti li waslu mingħand partijiet terzi b'risposta għad-deċiżjoni tal-ftuħ jikkonfermaw il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li infrastruttura ta' riċerka ddedikata għal testijiet ferrovjarji ta' veloċità għolja ħafna (testijiet imwettqa b'veloċità ta' iktar minn 385 km/siegħa għal servizzi ta' trasport kummerċjali pprovduti b'veloċità ta' iktar minn 350 km/siegħa) mhijiex meħtieġa fis-suq.

(102)

Ebda produttur tal-vetturi ferrovjarji ma għandu l-ħsieb li jiżviluppa prodotti li jkollhom din il-veloċità għolja ħafna minħabba n-nuqqas ta' domanda fis-suq għall-operat kummerċjali ta' tali ferroviji. Xi operaturi ferrovjarji jiġbdu l-attenzjoni għall-argumenti dwar l-effikaċja tas-suq (il-bilanċ bejn il-konsum tal-enerġija u l-ħin ta' vvjaġġar) li jikkumplimentaw l-użu kummerċjali tal-ferroviji ta' veloċità għolja fl-Ewropa b'veloċitajiet ħafna iktar baxxi (il-medja fl-Ewropa — 280-300 km/siegħa, massimu — 320-350 km/siegħa), kif ukoll iż-żieda esponenzjali tal-ispejjeż tal-investiment, l-użu u l-manutenzjoni tal-infrastruttura għal veloċitajiet ta' iktar minn 300 km/siegħa, li jrendi l-prezzijiet tal-biljetti tal-ferrovija mhux kompetittivi meta mqabbla mal-biljetti tal-ajru. Ma hemmx evidenza li tissuġġerixxi li hemm domanda fis-suq għall-bini ta' linji ferrovjarji kummerċjali ġodda u/jew għall-aġġornament tal-binarji eżistenti bl-iskop li jingħataw servizzi ta' trasport b'veloċitajiet li jaqbżu 320-350 km/siegħa — u għalhekk lanqas għal faċilità ta' ttestjar ferrovjarju speċifikament iddedikata għal veloċitajiet li jaqbżu tali limiti (51).

(103)

Argumenti speċifiċi oħra dwar in-nuqqas ta' domanda għal infrastruttura tas-CEATF huma bbażati fuq il-pożizzjoni ġeografika tagħha li, skont uħud minn dawk li wieġbu, twassal għal spejjeż sinifikanti f'termini ta' ħin u trasport.

(104)

Finalment, anke l-argumenti relatati mad-disponibilità ta' soluzzjonijiet iktar avvanzati u kosteffikaċi għal faċilità ta' ttestjar ta' veloċità għolja potenzjali futura, bħal ittestjar virtwali permezz ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ICT imorru kontra l-bżonn ta' faċilità fiżika ddedikata għall-ittestjar.

(105)

Għaldaqstant, l-asserzjoni li l-għajnuna nnotifikata kienet twassal għal attivitajiet addizzjonali ta' RŻI fis-settur ferrovjarju permezz tal-bini ta' infrastruttura għal faċilità ta' ttestjar ta' veloċità għolja hija kontradetta bl-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni.

(106)

It-tieni, objettivi oħra relatati mal-politika, invokati mill-awtoritajiet Spanjoli, b'mod partikolari l-benefiċċji soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-ħolqien ta' impjiegi ġodda fir-reġjun ta' Antequera (52), mhumiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-għajnuna nnotifikata għal objettiv ta' interess komuni fil-qasam tar-RŻI. Għalkemm l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li, minn perspettiva soċjoekonomika, il-proġett tas-CEATF jikseb VPN pożittiv ta' EUR 17,3 miljun, huma ma pprovdew ebda evidenza konvinċenti ta' benefiċċji li jkunu ta' tali skala li jpaċu l-ispejjeż tal-kostruzzjoni u t-telf mill-operat iġġenerati mill-infrastruttura ppjanata matul il-perjodu tal-operat kollu tagħha. Il-benefiċċji asseriti jidhru li huma limitati għall-ħolqien ta' impjiegi fis-settur tal-kostruzzjoni matul il-fażi tal-bini tal-infrastruttura. Dan ifisser li mhux talli l-proġett ma jikkontribwix għal objettiv fit-tul li jippromwovi żvilupp sostenibbli fir-reġjun ta' Andalucía, talli huwa jkollu biss effetti ta' terminu qasir u tranżitorji fuq l-ekonomija lokali (53).

(107)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi 98 sa 106 iktar 'il fuq, il-Kummissjoni tqis li Spanja ma pprovdietx biżżejjed evidenza bħala prova li l-proġett jikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar.

6.3.2.   Bżonn ta' intervent mill-Istat

(108)

L-awtoritajiet Spanjoli jiġġustifikaw il-bżonn ta' għajnuna mill-Istat għal dan il-proġett abbażi tan-natura multidixxiplinarja tat-testijiet tekniċi li se jitwettqu. Skont huma, minħabba d-diversi oqsma ta' attivitajiet tal-kumpaniji potenzjalment involuti f'dawn it-testijiet (pereżempju kumpaniji ta' inġinerija ċivili, komunikazzjoni, sinjalar, trazzjoni u vetturi ferrovjarji) ebda kumpanija, fuq bażi individwali, ma tilħaq il-massa kritika jew ikollha l-kapaċità finanzjarja li tagħmel investiment kbir daqs dak meħtieġ għas-CEATF jew li jista' jattira u jiffedera kumpaniji oħra f'tali investiment. Fir-rigward tal-finanzjament tal-proġett, l-awtoritajiet Spanjoli qalu li ebda sors ta' finanzjament għajr il-finanzjament pubbliku mhu disponibbli għall-bini tas-CEATF “meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-istudji tal-profittabilità magħmula mill-ADIF”.

(109)

L-argument imressaq mill-awtoritajiet Spanjoli jindika allegat falliment tas-suq fil-forma ta' problema ta' koordinazzjoni għall-finanzjament tal-bini tal-faċilità maħsuba. Dan l-argument jidher li jassumi li peress li ebda kumpanija individwali ma għandha inċentiv biex tidħol għall-finanzjament tal-proġett minħabba l-iżbilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija (fil-livell tal-impriżi individwali), l-uniku mod possibbli li jiġi appoġġjat l-investiment ikun bil-ħolqien ta' konsorzju li jiġbor flimkien diversi kumpaniji li joperaw f'oqsma tekniċi differenti u li jistgħu jiżguraw li jiġi sfruttat kompletament il-potenzjal tal-faċilità permezz ta' użu konġunt.

(110)

Madankollu, ma hemm xejn fil-fajl li jissuġġerixxi li l-kumpaniji potenzjalment interessati li jidħlu f'tali kollaborazzjoni ma setgħux jagħmlu dan minħabba diffikultajiet oġġettivi li jostakolaw kollaborazzjoni effettiva bejniethom. Anzi, għall-kuntrarju, il-fatt li l-gvern Spanjol intervjena biex jiffaċilita l-ħolqien ta' Veikolu bi Skop Speċjali (SPV) permezz tal-organizzazzjoni tal-ftuħ tal-offerti u li tali proċess falla jissuġġerixxi li l-problema reali tal-finanzjament tal-proġett innotifikat kienet oħra, jiġiferi n-nuqqas ta' vijabilità finanzjarja tiegħu. Id-dgħufija tal-argument imressaq mill-awtortajiet Spanjoli hija kkonfermata mill-fatt li, anke meta l-gvern Spanjol iddeċieda li jipproċedi bl-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-ADIF biex jinbdew ix-xogħlijiet, ebda investitur privat indipendenti ma wera interess li jipparteċipa fil-finanzjament.

(111)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li Spanja ma pprovdietx biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta' falliment tas-suq fil-forma ta' falliment tal-koordinazzjoni fil-livell tal-finanzjament tas-CEATF.

(112)

Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni fil-qasam tar-RŻI tirreferi għal tliet tipi ta' fallimenti tas-suq speċifiċi: informazzjoni imperfetta u asimetrika, fallimenti tal-koordinazzjoni u tan-netwerk għal attivitajiet ta' RŻI, u effetti konsegwenzjali fuq l-għarfien. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli ma wrewx li seħħ xi wieħed minn dawn il-fallimenti tas-suq speċifiċi fil-każ preżenti.

(113)

Fir-rigward tad-diffikultajiet li jaffettwaw il-finanzjament tal-proġett tas-CEATF, ma ngħatat ebda evidenza li s-settur privat ikun skoraġġut milli jiffinanzja l-proġett minħabba l-possibilità ta' insuffiċjenza jew asimetrija ta' informazzjoni speċifikament marbuta ma' attivitajiet identifikabbli u riskjużi ta' RŻI. Fir-rigward tal-fallimenti ta' koordinazzjoni u tan-netwek fir-RŻI, huwa ċar mill-istqarrijiet tal-awtoritajiet Spanjoli li ma ġiet ippjanata ebda koordinazzjoni bejn l-ADIF u l-industrija fiċ-ċentru tal-ittestjar. Jidher li l-għajnuna għandha l-għan li tattira kumpaniji biex jipparteċipaw fid-disinn jew fl-użu tal-infrastruttura tas-CEATF, iżda ma tiskattax kooperazzjoni speċifika bejniethom biex jitwettqu attivitajiet kollaborattivi ta' RŻI fiċ-ċentru. Finalment, Spanja ma pprovdiet ebda elementi li jagħtu prova tal-eżistenża ta' effetti konsegwenzjali fuq l-għarfien ta' benefiċċju għal partijiet terzi li jistgħu jitnisslu mill-proġett tas-CEATF.

(114)

Spanja ma pprovdiet ebda argument ieħor biex tappoġġja l-konklużjoni li l-għajnuna tista' twassal għal titjib materjali li s-suq ma jistax iwettaq hu stess.

(115)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-premessi 108 sa 113 iktar 'il fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bżonn ta' intervent mill-Istat ma ntweriex.

6.3.3.   L-adegwatezza tal-miżura ta' għajnuna

(116)

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu għażliet differenti fir-rigward tal-istrumenti ta' politika u l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat ma jimponix mod wieħed kif isir intervent fl-ekonomija. Madankollu, l-għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) tat-Trattat tista' tiġi ġġustifikata biss bl-adegwatezza ta' strument partikolari li jilħaq l-objettiv tal-politika pubblika u jikkontribwixxi għal wieħed jew iktar mill-objettivi ta' interess komuni (54).

(117)

Il-Kummissjoni normalment tqis li miżura tkun strument xieraq meta l-Istat Membru jkun ikkunsidra jekk jeżistux possibilitajiet ta' politika alternattivi li huma xierqa ndqas biex jintlaħaq l-objettiv ta' interess komuni iżda fl-istess ħin jikkawżaw inqas distorsjoni tal-kompetizzjoni mill-għajnuna selettiva mill-Istat u meta tkun tista' tintwera l-adegwatezza tal-miżura biex jintlaħqu l-objettivi ta' effiċjenza u/jew ekwità.

(118)

L-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdew ebda informazzjoni fir-rigward ta' strumenti ta' politka alternattivi possibbli jew strumenti ta' għajnuna oħra biex jiġi ffinanzjat il-proġett. B'risposta għat-tħassib muri fid-deċiżjoni tal-ftuħ, huma llimitaw ruħhom li jsostnu li, fid-dawl tal-allegat defiċit ta' finanzjament ta' 91,87 % tal-proġett, ebda strument għajr il-finanzjament pubbliku ma jkun xieraq f'dan il-każ.

(119)

Il-Kummissjoni tosserva li l-fatt li l-proġett innotifikat jibqa' jagħmel telf sostanzjali anke meta mogħti l-għajnuna mhuwiex biżżejjed biex juri li l-għajnuna mill-Istat hija strument xieraq.

(120)

Barra minn hekk, billi ma ntweriex li l-proġett jikkontribwixxi għall-objettiv ta' interess komuni li jiżdiedu l-attivitajiet ta' RŻI, l-adegwatezza tal-istrument ta' investiment magħżul mill-gvern Spanjol ma ntwerietx lanqas. Miżuri oħra li effettivament joħolqu iktar attivitajiet ta' RŻI jkunu strumenti iktar xierqa biex jintlaħaq dak l-objettiv ta' interess komuni.

(121)

Konsiderazzjonijiet simili japplikaw b'rabta mal-objettivi l-oħra ta' interess komuni invokati minn Spanja. Kif indikat fil-premessa 106 iktar 'il fuq, impjiegi ġodda jkunu prinċipalment limitati għas-settur tal-kostruzzjoni u jkunu temporanji fin-natura tagħhom. L-għajnuna mill-Istat għall-bini ta' infrastruttura li x'aktarx ma tintużax mhijiex strument ta' politika xieraq biex jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi.

6.3.4.   Effett ta' inċentiv

(122)

L-għajnuna mill-Istat għandu jkollha effett ta' inċentiv. Ikun hemm l-effett ta' inċentiv meħtieġ meta l-għajnuna tibdel l-imġiba tal-benefiċjarju b'rabta mal-ilħiq tal-objettiv ta' interess komuni u l-indirizzar tal-falliment tas-suq identifikat.

(123)

L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li mingħajr l-għajnuna, is-CEATF ma tinbeniex: huma jsostnu li l-għajnuna għandha effett ta' inċentiv peress li l-proġett ma jistax jitwettaq mingħajr l-għajnuna.

(124)

Madankollu, f'dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna tipperemtti l-bini ta' faċilità ta' ttestjar ferrovjarju li qed titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-ADIF, bħala s-sid futur, iżda ma jidhirx li qed tiskatta bidla fl-imġiba tal-ADIF jew ta' oħrajn f'termini ta' attivitajiet addizzjonali ta' RŻI li għandhom jitwettqu fil-faċilita tal-ittestjar.

(125)

Matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdew ebda informazzjoni jew argumenti ġodda dwar il-bdil fl-imġiba tal-ADIF dovut għall-għajnuna. Filwaqt li d-data disponibbli tindika li l-proġett innotifikat se jibqa' jagħmel it-telf anke bl-għajnuna, l-awtoritajiet Spanjoli naqsu milli juru li l-proġett madankollu jiġġenera benefiċċji importanti għas-soċjetà relatati mar-RŻI. Għall-kuntrarju, il-kummenti li waslu mingħand utenti potenzjali tal-infrastruttura matul l-investigazzjoni formali jissuġġerixxu li, kif inhu ddisinjat bħalissa, il-proġett ma jweġibx għall-ħtiġijiet mhux issodisfati min-naħa tad-domanda mingħand kumpaniji involuti f'attivitajiet ta' RŻI fi ħdan is-settur ferrovjarju.

(126)

Ma tressqu ebda raġunijiet li jiġġustifikaw li l-Kummissjoni tibdel il-valutazzjoni inizjali tagħha, kif espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Essenzjalment, lil hinn mill-ħolqien ta' effett ta' inċentiv, l-għajnuna hija immirata lejn il-bini ta' infrastruttura li l-valur miżjud tagħha meta mqabbel ma' alternattivi oħra (jiġifieri testijiet fuq in-netwerks ferrovjarji regolari) ma ntweriex.

6.3.5.   Il-proporzjonalità tal-għajnuna

(127)

Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna tkun proporzjonata jekk l-istess riżultat ma jkunx jista' jinkiseb b'inqas għajnuna.

(128)

L-awtoritajiet Spanjoli nnotifikaw il-proġett bħala konformi mal-Qafas tar-RŻI, li jindika li l-intensità massima tal-għajnuna permessa biex jiġu koperti investimenti f'infrastrutturi ta' riċerka użati għal skopijiet ekonomiċi hija limitata għall-ispejjeż netti ekstra sa limitu massimu ta' 60 % tal-ispejjeż eleġibbli (punt 89 tal-Qafas tar-RŻI). Fil-każ preżenti, l-appoġġ pubbliku se jkopri 100 % tal-ispejjeż.

(129)

Minħabba l-assenza jew l-insuffiċjenza ta' investimenti privati fl-infrastruttura tas-CEATF, l-għajnuna inkwistjoni ma tidhirx li hija proporzjonata.

6.3.6.   Evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

(130)

L-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat jistipola li l-iżviluppi pożittivi ġġenerati b'riżultat ta' miżura għandhom ikunu bbilanċjati mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni.

(131)

Il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Spanjoli ma tawx prova tal-eżistenza ta' effetti pożittivi ġġenerati b'din il-miżura. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bini tas-CEATF jonqos milli jilħaq l-objettiv tiegħu li jiżdiedu r-R&Ż fil-qasam speċifiku tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju ta' veloċità għolja ħafna peress li d-domanda fis-suq għal tali infrastruttura u servizzi relatati ta' R&Ż hija żgħira jew saħansitra ineżistenti. Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li m'hemmx prova ta' falliment tas-suq jew li l-miżura tikkontribwixxi għal bdil sinifikanti fl-imġiba tal-benefiċjarju.

(132)

Fir-rigward tal-effetti pożittivi l-oħra tal-miżura li fuqhom tibbaża ruħha Spanja, il-Kummissjoni tqis li l-ħolqien temporanju ta' impjiegi, prinċipalment fis-settur tal-kostruzzjoni, iġib miegħu spejjeż għoljin ħafna u valur pożittiv limitat.

(133)

Barra minn hekk, peress li l-miżura tippermetti li jidħol kompetitur ġdid fis-suq permezz tal-użu ta' finanzjament pubbliku massiv, il-Kummissjoni tqis li dan ikollu effett negattiv fuq il-kompetizzjoni. L-għajnuna timmina investimenti preċedenti magħmula minn kompetituri fil-faċilitajiet ta' ttestjar tagħhom kif ukoll tnaqqas investimenti futuri fil-manutenzjoni u t-titjib ta' tali infrastrutturi.

(134)

Is-suq li jiġi affettwat mill-għajnuna huwa s-suq tas-servizzi ta' ttestjar tat-tagħmir ferrovjarju fl-Unjoni Ewropea. F'dan is-suq, kif diġà ġie nnotat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, attwalment qed jitħaddmu tliet ċentri ta' ttestjar ferrovjarju fl-Unjoni Ewropea: Cerhenice (Velim) fir-Repubblika Ċeka, Wildenrath fil-Ġermanja u Valenciennes fi Franza, fejn isir ittestjar b'veloċitajiet sa 210 km/siegħa. L-ittestjar ta' vetturi ferrovjarji ta' veloċità għolja jitwettaq fuq linji li jintużaw kummerċjalment (55) li għandhom veloċità ta' disinn massima ta' 350 km/siegħa, u t-testijiet isiru b'veloċità massima sa 385 km/siegħa kif rikjest fl-istandard (10 % iktar mill-veloċità nominali tal-ferrovija).

(135)

Minn dan jirriżulta li ma hemmx sostitwibilità perfetta bejn is-servizzi ta' ttestjar tas-CEATF fuq naħa u l-faċilitajiet ta' ttestjar oħra u testijiet fuq netwerks kummerċjali fuq in-naħa l-oħra, minħabba l-veloċitjiet massimi differenti tal-ittestjar. Madankollu, il-possibilità diġà eżistenti ta' ttestjar b'veloċitajiet sa 385 km/siegħa f'netwerks kummerċjali twieġeb għad-domanda attwali u potenzjali għal servizzi ta' ttestjar sa din il-veloċità kummerċjalment vijabbli. Fir-rigward tad-domanda futura potenzjali għal ittestjar b'veloċitajiet sa 520 km/siegħa, l-informazzjoni disponibbli u l-kummenti li waslu mingħand il-parteċipanti tas-suq jissuġġerrixxu li din mhux se tkun possibilità kummerċjalment vijabbli, għall-inqas fil-futur qarib. Għaldaqstant, il-faċilità ta' ttestjar tas-CEATF se tkun kompetitur dirett ta' dawk iż-żewġ faċilitajiet eżistenti u anke tan-netwerks ferrovjarji pubbliċi. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-miżura hija maħsuba biex tissussidja d-dħul fis-suq ta' kompetitur kompletament ġdid bir-riżorsi tal-Istat, u x'aktarx twassal għal distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni f'dak is-suq b'riżultat ta' dan.

(136)

Il-kompetizzjoni fis-swieq downstream ta' prodotti ferrovjarji li se jiġu ttestjati (inklużi vetturi u tagħmir) tista' wkoll tiġi affettwata b'mod negattiv b'din il-miżura ta' għajnuna. Kif osservat fil-kummenti li waslu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-pożizzjoni ġeografika tal-faċilità tista' de facto toħloq vantaġġi ta' kompetizzjoni favur il-produtturi nazzjonali tal-vetturi ferrovjarji li x'aktarx jużaw is-CEATF għall-ittestjar, mingħajr ma jidħlu fi spejjeż ta' trasport sinifikanti.

(137)

Wara li ġie kkunsidrat li l-effetti pożittivi tal-għajnuna nnotifikata mhumiex suffiċjentement ippruvati, kif osservat mill-Kummissjoni fis-sezzjonijiet 6.3.1 sa 6.3.5, l-effetti negattivi tal-miżura f'termini tad-distorsjoni attwali u potenzjali tal-kompetizzjoni huma meqjusa akbar mill-effiċjenzi asseriti.

6.3.7.   It-trasparenza tal-għajnuna

(138)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, m'hemmx bżonn jiġi kkunsidrat sa fejn l-għajnuna hija trasparenti.

6.3.8.   Konklużjonijiet dwar il-kompatibilità tal-għajnuna

(139)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fis-sezzjonijiet 6.3.1 sa 6.3.7 iktar 'il fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta' għajnuna nnotifikata ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

6.4.   Irkupru tal-għajnuna inkompatibbli

(140)

F'konformità ma' ġurisprudenza stabbilita sew, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jgħid li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (…)”.

(141)

Il-Qrati tal-Unjoni konsistentement sostnew ukoll li l-obbligu ta' Stat Membru li jabolixxi għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa maħsub biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni eżistenti qabel (56). F'dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilixxew li dan l-objettiv ikun intlaħaq meta r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna kontra l-liġi (inkluż l-imgħax), u b'hekk jintilef il-vantaġġ li jkun gawda fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u tiġi restawrata s-sitwazzjoni ta' qabel l-għoti tal-għajnuna (57).

(142)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna mogħtija minn Spanja lill-ADIF hija kontra l-liġi u inkompatibbli mas-suq intern. B'riżultat ta' dan, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata biex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ingħatat. L-irkupru għandu jkopri ż-żmien minn meta ngħata l-vantaġġ lill-benefiċjarji, jiġifieri meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji, u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom ikunu bl-imgħax sal-irkupru effettiv.

(143)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Spanja u deskritta fil-qosor fil-premessi 43 u 44, u fit-Tabelli 3, 4 u 5 iktar 'il fuq, it-total tal-fondi żborżati lill-ADIF fil-perjodu 2011–2014 jammonta għal EUR 143 703 000 (inkluż EUR 135 866 000 f'għotjiet u EUR 7 837 000 f'self).

(144)

Il-Kummissjoni kkalkolat ir-rata tal-imgħax li kienet tkun disponibbli fis-suq abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Spanja fir-rigward tas-self kummerċjali effettivament ikkuntrattat mill-ADIF fil-perjodu rilevanti. Madankollu, il-Kummissoni tapprezza li r-riżultat tal-kalkolu tagħha jista' jkun affettwat bl-eżistenza ta' self ieħor li hija ma ġietx mgħarrfa dwaru. Għaldaqstant, għall-finijiet tal-kalkolu tad-differenza bejn ir-rati tal-imgħax effettivament stabbiliti fis-self mogħti lill-ADIF u r-rata tal-imgħax tas-suq, u għalhekk l-element ta' għajnuna li għandu jiġi rkuprat, Spanja għandha perjodu ta' xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni li fih hija tista' tipprovdi lill-Kummissjoni evidenza ta' kwalunkwe self kummerċjali ieħor ikkuntrattat mill-ADIF fil-perjodu rilevanti.

(145)

Għalhekk, Spanja għandha tirkupra mingħand l-ADIF kemm l-għotjiet antiċipati effettivament żborżati u li għadhom ma ġewx rimborżati mill-ADIF u l-element ta' għajnuna inkluż fis-self mogħti fl-2011, l-2012 u l-2013, li mingħajr preġudizzju għall-possibilità msemmija fil-paragrafu preċedenti, huwa d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax tas-self u r-rata tal-imgħax tas-suq kif indikat fit-Tabella 6 iktar 'il fuq (ara l-premessa 75 iktar 'il fuq). L-ammont totali li għandu jiġi rkuprat għandu jinkludi mgħax ta' rkupru sa mill-mument meta ġiet żborżata kull għotja jew self sal-mument tar-rimborż.

(146)

Filwaqt li għall-għotjiet, l-imgħax ta' rkupru għandu jkun ikkalkolat abbażi tas-somma kapitali tal-għotja, l-interess ta' rkupru fuq is-self għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-element tal-għajnuna inkluż fis-self.

(147)

Ma għandu jsir ebda ħlas ġdid min-naħa ta' Spanja b'rabta mal-proġett inkwistjoni.

(148)

Kif indikat fil-premessa 88 iktar 'il fuq, l-awtoritajiet Spanjoli qalu li ċ-ċirkwit ferrovjarju tas-CEATF mhux se jinbena mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li ma għandu jkun hemm ebda raġuni li l-ADIF iżżomm is-self mogħti billi dan ingħata biss għal dan il-proġett speċifiku. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni titlob it-terminazzjoni u l-ħlas lura immedjati tas-self mogħti lill-ADIF.

7.   KONKLUŻJONI

(149)

L-għotjiet antiċipati u s-self ipprovdut lill-ADIF minn Spanja jikkostitwixxu għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-għajnuna ngħatat minn Spanja bi ksur tal-obbligi ta' notifika u ta' moratorju fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(150)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern.

(151)

Għalhekk, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarju, l-ADIF, flimkien mal-imgħax ta' rkupru.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-finanzjament pubbliku mogħti minn Spanja lill-Administrador de Infraestructura ferroviaria (ADIF) abbażi tal-ftehim tas-27 ta' Diċembru 2010 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tat-28 ta' Ġunju 2013 għall-bini tas-CEATF, fil-forma ta' self b'rati iktar baxxi mir-rati tal-imgħax tas-suq u għotjiet, li jammonta għal EUR 358 552 309, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Artikolu 2

L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 hija kontra l-liġi peress li ngħatat bi ksur tal-obbligi ta' notifika u ta' moratorju li joħorġu mill-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

Artikolu 3

L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 4

1.   Inkwantu l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ġiet żborżata lill-ADIF, Spanja għandha tirkupraha immedjatament.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom ikunu bl-imgħax mid-data ta' meta tpoġġew għad-dispożizzjni tal-ADIF sal-irkupru effettiv tagħhom.

3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (58). L-ammonti li għandhom jitħallsu lura għandhom ikunu bl-imgħax mid-data ta' meta ġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji, jiġifieri mid-data tal-pagamenti parzjali tal-għotja u s-self, sal-irkupru effettiv.

4.   Spanja għandha tikkanċella l-ħlasijiet pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

5.   Spanja għandha titlob it-terminazzjoni u l-ħlas lura tas-self mogħti lill-ADIF.

Artikolu 5

Spanja għandha tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

1.   Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, Spanja għandha tibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (is-somma kapitali u l-imgħax ta' rkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand l-ADIF;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati biex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li l-ADIF ġiet ordnata tħallas lura l-għajnuna.

2.   Spanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jiġi kkompletat l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Hija għandha immedjatament tibgħat informazzjoni, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, dwar il-miżuri diġà meħuda u ppjanati għall-finijiet tal-konformità ma' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u interess ta' rkupru diġà rkuprati mingħand l-ADIF.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 188, 5.6.2015, p. 10.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  Il-Programm Operattiv Multireġjonali “Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni (RŻI) għall-Intrapriżi u minnhom — Fond għat-Teknoloġija” adottat mill-Kummissjoni fis-7 ta' Diċembru 2007 (id-Deċiżjoni C/2007/6316). Dan il-Programm jagħmel użu mill-appoġġ Komunitarju fir-reġjuni Spanjoli kollha fil-qafas tal-Objettivi ta' Konverġenza u Kompetittività Reġjonali u Impjiegi.

(4)  It-tieni sottomissjoni tal-awtoritajiet Spanjoli, li waslet u ġiet irreġistrata fl-20 ta' Mejju 2014, p. 12, ikkonfermat is-sottomissjoni tagħhom tat-22 ta' Jannar 2015.

(5)  Kif deskritt fis-sezzjoni 2.3.1 hawn taħt, il-proġett ġie soġġett għal bidliet fid-disinn tekniku waqt il-fażi tal-istudju preliminari tal-fattabilità sakemm laħaq il-forma finali tiegħu f'April 2013, meta l-ADIF bagħtet il-proġett lill-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u t-Trasport.

(6)  Ara s-sezzjoni 2.4 tad-deċiżjoni tal-ftuħ għal deskrizzjoni iktar dettaljata.

(7)  Ġurnal uffiċjali Spanjol (BOE) Nru 157, 2 ta' Lulju 2013.

(8)  Deloitte, “Final conclusions on the questionnaires received on the project for the development, construction, maintenance and operation of ADIF's railway ring in Antequera under public-private partnership” (Konklużjonijiet finali dwar il-kwestjonarji riċevuti fuq il-proġett għall-iżvilupp, il-bini, il-manutenzjoni u l-operat taċ-ċirkwit ferrovjarju tal-ADIF f'Antequera taħt sħubija pubblika-privata), 8 ta' Ottubru 2012.

(9)  Sommarju eżekuttiv tar-rapport tad-Deloitte, riprodott fis-sottomissjoni tal-awtoritajiet Spanjoli fit-22 ta' Jannar 2015.

(10)  http://www.c-e-f.fr/

(11)  Ley 39/2003 del Sector Ferroviario, Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali Spanjol (BOE) Nru 299, tal-14 ta' Diċembru 2013.

(12)  Kummerċjalment immaniġġjati mid-Dipartiment tal-Istazzjonijiet tal-Passiġġieri tal-ADIF (Source: www.adif.es).

(13)  Ir-raggruppament tat-teknoloġija ferrovjarja li jopera fl-istess reġjun, ara l-premessa 12 tad-deċiżjoni tal-ftuħ

(14)  Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(15)  Minuti tal-laqgħa tal-“Comité de seguimiento del programa operativo de I+D+I por y para el beneficio de las empresas — Fondo tecnologico 2007-2013” — 11 ta' Ġunju 2010. Il-Kumitat huwa presedut mid-Direttur Ġenerali għall-ERDF fi ħdan il-Ministeru tal-Ekonomija Spanjol, u għalih jattendu r-rappreżentanti tal-parteċipanti fil-Programm Operattiv (kemm amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll kumpaniji) u l-Kummissjoni.

(16)  L-awtoritajiet Spanjoli bagħtu t-test tal-ftehim permezz tal-ittra elettronika tat-2 ta' Lulju 2015.

(17)  L-ittri elettroniċi tal-awtoritajiet Spanjoli bid-dati tal-1 u t-8 ta' Ġunju 2015 ġew ikkonfermati fis-sottomissjoni tat-13 ta' Novembru 2015, paġna 5 u l-annessi tagħha.

(18)  Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali Spanjol (BOE), 17 ta' April 2013.

(19)  F'konformità mal-karatteristiċi tekniċi stabliliti bħala definiti (il-veloċità massima, in-numru u l-forma taċ-ċirkwit, il-post u t-tip ta' vetturi ferrovjarji li fuqhom għandhom isiru t-testijiet).

(20)  Riżoluzzjoni tad-Dipartiment tal-Istat għall-Infrastruttura, it-Trasport u d-Djar li tapprova l-proġett u tippreżenta l-objettivi tiegħu u l-proċess li jmiss. Ara l-premessa 10 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(21)  L-ammont eżatt huwa EUR 358 552 309,00 arrotonditi għal EUR 358,6 miljun; ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tat-28 ta' Ġunju 2013. http://prensa.adif.es/ade/u08/GAP/Prensa.nsf/0/80A8FA05AE117307C1257B9B00284BC1/$file/130628%20Anillo%20Ferroviario%20Antequera%20Consejo%20Ministros.pdf?OpenElement

(22)  Sors: p. 85 tal-memorandum ta' notifika (Settembru 2013) ikkumplimentata bl-ittra elettronika tat-2 ta' Lulju 2015 u s-sottomissjoni tat-13 ta' Novembru 2015. L-istruttura tal-finanzjament fil-forma ta' għotja (ikkwalifikata bħala “għotja antiċipata”) u self toriġina mill-ftehim iffirmat fl-2010 iżda l-baġit ġie aġġornat wara li ttieħdet id-deċiżjoni fit-28 ta' Ġunju 2013.

(23)  Huma elenkaw is-self kollu miksub mill-ADIF U ADIF-Alta Velocidad iżda b'effett mill-1 ta' Jannar 2013, id-data ta' meta l-ADIF inqasmet f'ADIF u ADIF-Alta Velocidad. L-assi relatati maċ-ċirkwit ferrovjarju baqgħu għand l-ADIF.

(24)  Fl-2012, ir-rata tal-imgħax fissa kienet 4,884 % u dik varjabbli kienet ikkalkolata fuq ir-rata tal-Euribor bejn kull tlieta (3) u sitt (6) xhur li fuqha ġie applikat marġni ta' bejn 275 u 400 punt ta' bażi skont id-durata tas-self. Fl-2013, ir-rata tal-imgħax fissa kienet 6,28 % u dik varjabbli kienet ikkalkolata fuq ir-rata tal-Euribor kull sitt (6) xhur li fuqha ġie applikat marġni ta' bejn 400 u 450 punt ta' bażi skont l-ammont tas-self.

(25)  Il-figura ta' 139 931 720 diġà hija nett mir-rimborżi parzjali tas-self u l-għotjiet.

(26)  EUR 19,8 miljun imsemmija fis-sottomissjoni tal-20 ta' Mejju 2014, l-Anness II “konsegwenzi negattivi tan-nuqqas ta' twettiq tal-proġett”, p. 10. Aġġornata għal EUR 20,46 miljun fis-sottomissjoni tal-awtoritajiet Spanjoli tat-28 ta' Settembru 2015.

(27)  Ara l-premessa 43 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(28)  ĠU C 198, 27.6.2014, p. 1.

(29)  Veloċità kummerċjali sa 350 km/siegħa tirrikjedi li jsiru testijiet b'veloċità massima ta' 385 km/siegħa.

(30)  Peress li l-awtoritajiet Spanjoli jammettu li hemm spejjeż addizzjonali li huma komuni għaż-żewġ sezzjonijiet tal-faċilità tas-CEATF u ma jistgħux jiġu separati u allokati għal kull waħda miż-żewġ sezzjonijiet b'mod preċiż, dawk il-valuri m'għandhomx jitqiesu bħala allokazzjoni preċiża tal-ispejjeż.

(31)  https://ec.europa.eu/commission/2014-2019/cretu/announcements/new-eu-regional-funds-programme-will-transform-spain-smarter-and-more-competitive-economy_en

(32)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov et al, Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, ECLI:EU:C:2000:428, paragrafu 74; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et al, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, paragrafu 107.

(33)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, kif ikkonfermata fl-appell bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2002 f'Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, C-82/01 P, ECLI:EU:C:2002:617, paragrafi 75 sa 80.

(34)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2012 f'Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs Il-Kummissjoni, C-288/11 P,, ECLI:EU:C:2012:821, punti 43 u 44, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015 f'Eventech, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, paragrafu 42.

(35)  ADIF, bħala s-sid tal-infrastruttura maħsuba biex tintuża għal attivitajiet ekonomiċi, hija meqjusa bħala “impriża” għall-iskopijiet tal-għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet Spanjoli ma kkontestawx dan matul l-investigazzjoni formali.

(36)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(37)  Ir-rata ta' bażi, li magħha żdiedu 100 punt ta' bażi bħala marġni minima skont il-Komunikazzjoni tal-2008, kienet 2,49 % għal Jannar 2011, 3,07 % għal Jannar 2012, 2,67 % għal Mejju 2012, 1,66 % għal Frar 2013 u 1,53 % għal Jannar 2014.

(38)  https://www.moodys.com/credit-ratings/Administrador-de-Infraestruct-Ferroviarias-credit-rating-3010 Il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ADIF ġiet stabbilita b'rabta mal-klassifikazzjoni tal-gvern Spanjol.

(39)  Huma elenkaw is-self kollu miksub mill-ADIF u ADIF-Alta Velocidad, iżda b'effett mill-1 ta' Jannar 2013, id-data li fiha l-ADIF inqasmet f'ADIF u ADIF-Alta Velocidad, l-assi relatati maċ-ċirkwit ferrovjarju baqgħu għand l-ADIF. Huma pprovdew informazzjoni dwar id-data tal-użu, id-data tal-iskadenza, il-bank, il-proġett li se jiġi ffinanzjat, l-ammont, ir-rata tal-imgħax għall-ħlas lura u l-perjodu ta' grazzja.

(40)  Ara l-premessa 42 iktar 'il fuq

(41)  Ara l-premessi 43 u 44 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(42)  Kawża SA.38302 Għajnuna ta' investiment fil-port ta' Salerno, deċiżjoni tas-27 ta' Marzu 2014, premessa 46.

(43)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, paragrafu 66, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Libert et al, C-197/11 u C-203/11, ECLI:EU:C:2013:288, paragrafu 77.

(44)  Ara s-sottomissjoni tal-awtoritajiet Spanjoli tas-6 ta' Frar 2014, tweġiba għall-mistoqsija 7, ipprovduta mill-Ministeru Spanjol għall-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika, paġna 13.

(45)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(46)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 2010, AceaElectrabel Produzione vs Il-Kummissjoni, C-480/09 P, ECLI:EU:C:2010:787, paragrafu 99 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha.

(47)  Skont il-punt 15(ff) tal-Qafas tar-RŻI “infrastruttura ta' riċerka” tfisser faċilitajiet, riżorsi u servizzi relatati li jintużaw mill-komunità xjentifika biex twettaq riċerka fl-oqsma rispettivi tagħha, u tkopri tagħmir xjentifiku jew sett ta' strumenti, riżorsi bbażati fuq l-għarfien bħalma huma kollezzjonijiet, arkivji jew informazzjoni xjentifika strutturata, li jippermettu infrastrutturi ta' informazzjoni u komunikazzjoni bbażati fuq it-teknoloġija bħal netwerk, informatika, softwer u komunikazzjoni, jew kwalunkwe entità oħra ta' natura unika essenzjali biex titwettaq ir-riċerka. Tali infrastruttura tista' tkun “f'sit wieħed” jew “imqassma” (netwerk ta' riżorsi organizzat).

(48)  Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1).

(49)  Pereżempju, SA 32835 (2011/N) — Fond ta' Investiment Urban għall-Majjistral (JESSICA) (ĠU C 281, 24.9.2011, p. 2, http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/240234/240234_1247477_97_2.pdf u SA 38769 (2015/N) — Ftehim Ekoloġiku għal Infrastruttura għall-Iċċarġjar tal-Vetturi Elettriċi, li għandu jiġi ppubblikat, http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/258489/258489_1710979_137_2.pdf

(50)  Fir-rigward tal-argument tal-awtoritajiet Spanjoli li fakkru li ntbagħat kwestjonarju lil iktar minn 80 kumpanija, li minnhom 47 wieġbu u 26 indikaw li huma lesti li jassumu parti mir-riskji tal-proġett, għandu jiġi osservat li dawn tal-aħħar kienu fil-biċċa l-kbira kumpaniji mis-settur tal-kostruzzjoni li l-interess kummerċjali tagħhom huwa marbut mal-fażi tal-kostruzzjoni tal-proġett, u mhux mal-attivitajiet ta' RŻI li jiwettqu fih. Barra minn hekk, ħadd minnhom ma kkonferma l-interess reali tiegħu billi fl-aħħar mill-aħħar issottometta offerta meta ġiet organizzata s-sejħa għall-offerti fl-2013, li ġiet iddikjarata nulla minħabba n-nuqqas ta' parteċipanti.

(51)  Mhijiex sorpriża li l-unika kumpanija li esprimiet opinjoni favorevoli għall-proġett hija kumpanija Spanjola li, kif ikkonfermat mill-kummenti ta' partijiet oħra li wieġbu, jista' de facto jkollha aċċess preferenzjali għall-faċilità minħabba l-viċinanza tagħha għaċ-ċentru. Għalhekk jidher li l-kumment tagħha huwa ispirat mill-possibilità li takkwista vantaġġ kompetittiv iktar milli minn evalwazzjoni oġġettiva dwar il-bżonn tal-faċilità.

(52)  Ara wkoll in-nota ta' qiegħ il-paġna 17 fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

(53)  Pereżempju, il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1), li jaħsbu speċifikament għall-ħolqien tal-impjiegi, ipoġġu dak l-objettiv fil-kuntest iktar wiesa' li jinkiseb tkabbir inklużiv u sostenibbli (enfażi miżjuda). Fil-fatt, anke meta l-Kummissjoni kellha linji gwida speċifiċi dwar l-għajnuna għall-ħolqien tal-impjiegi (Linji Gwidi dwar l-għajnuna għall-impjiegi, ĠU C 334, 12.12.1995, p. 4), ġie rikonoxxut li għajnuna għall-ħolqien tal-impjiegi li tkun limitata għal settur jew setturi sensittiv/i li jesperjenzaw kapaċità żejda jew li jkunu fi kriżi hija wkoll ġeneralment meqjusa b'mod inqas favorevoli, bir-riżultat li l-effetti ħżiena tagħha fuq l-impjiegi f'setturi ta' kompetizzjoni fi Stati Membri oħra ġeneralment huma ikbar mill-interess komuni involut f'miżuri attivi biex jitnaqqas il-qgħad (ara l-punt 23).

(54)  Għal diskussjoni dwar l-adegwatezza ara l-Kawżi C 25/2004 — DVB-T Berlin-Brandenburg (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 14) jew N 854/06 — Soutien de l'agence de l'innovation industrielle en faveur du programme mobilisateur pour l'innovation industrielle TVMSL (ĠU C 182, 4.8.2007, p. 5).

(55)  Pereżempju — Rete Feroviaria Italiana fl-Italja, SNCF fi Franza, DB Bahn fil-Ġermanja.

(56)  Ara inter alia s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Settembru 1994, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-278/92, C-279/92 u C-280/92, ECLI:EU:C:1994:325, paragrafu 75.

(57)  Ara inter alia s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, Kawża C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, paragrafi 64 u 65.

(58)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/33


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 138 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' Vetturi tat-Trasport bit-Triq Ħiemda fir-rigward tal-livell tal-ħoss imnaqqas tagħhom [2017/71]

Data tad-dħul fis-seħħ: 5 ta' Ottubru 2016

WERREJ

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet

7.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

12.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1

Komunikazzjoni

Addendum tal-Formola ta' Komunikazzjoni (Dokument ta' Informazzjoni Teknika)

2

Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

3

Il-metodi u l-istrumenti biex jitkejjel il-ħoss mill-vetturi motorizzati

Appendiċi:

Figuri u Flowcharts

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi elettriċi tal-kategoriji M u N li jistgħu jivvjaġġaw fil-modalità normali, bir-reverse jew mill-inqas b'gear ta' sewqan 'il quddiem wieħed, b'ebda magna b'kombustjoni interna taħdem (1) fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħhom.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' dan ir-Regolament,

2.1.

“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-ħoss;

2.2.

“Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura” (AVAS) tfisser komponent jew grupp ta' komponenti installati f'vetturi bl-għan prinċipali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

2.3.

“Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi bil-mutur li ma tkunx tvarja essenzjalment fir-rigward ta' elementi bħalma huma:

2.3.1.

Il-forma u l-materjali tal-karozzerija tal-vettura li jaffettwaw il-livell tal-ħoss emess.

2.3.2.

Il-prinċipju tas-sistema tal-propulsjoni (mill-batteriji sar-roti). Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-punt 2.3.2., il-vetturi li jvarjaw fir-rigward tal-proporzjonijiet tal-gerijiet globali, it-tip tal-batterija jew it-twaħħil tar-range extender jistgħu jitqiesu vetturi tal-istess tip;

2.3.3.

Jekk applikabbli, in-numru u tip(i) ta' apparati li jemettu l-ħoss (ħardwer) ta' AVAS imwaħħla fuq il-vettura;

2.3.4.

Jekk applikabbli, il-pożizzjoni tal-AVAS fuq il-vettura.

2.4.

“Xift tal-Frekwenza” tfisser il-varjazzjoni tal-kontenut tal-frekwenza tal-ħoss tal-AVAS bħala funzjoni tal-veloċità tal-vettura.

2.5.

“Vettura bl-elettriku” tfisser vettura b'sistema tal-propulsjoni li jkollha tal-inqas mutur elettriku wieħed jew motoġeneratur elettriku wieħed.

2.5.1.   “Vettura Purament Elettrika” (PEV) tfisser vettura bil-mutur b'mutur elettriku bħala l-uniku mezz ta' propulsjoni.

2.5.2.   “Vettura Ibrida Elettrika” (HEV) tfisser vettura b'sistema tal-propulsjoni li jkollha tal-inqas mutur elettriku wieħed jew motoġeneratur elettriku u tal-inqas magna b'kombustjoni interna waħda bħala konvertituri tal-enerġija tal-propulsjoni.

2.5.3.   “Vettura b'Ċellola tal-Fjuwil” (FCV) tfisser vettura b'ċellola tal-fjuwil u b'magna elettrika bħala konvertituri tal-enerġija tal-propulsjoni.

2.5.4.   “Vettura Ibrida b'Ċellola tal-Fjuwil” (FCHV) tfisser vettura b'minn tal-inqas sistema tal-ħażna ta' fjuwil waħda u tal-inqas sistema ta' ħażna ta' enerġija elettrika rikarikabbli (REESS) waħda bħala sistema ta' ħażna ta' enerġija tal-propulsjoni.

2.6.

“Massa fi stat ta' tħaddim” tfisser il-massa tal-vettura, bit-tank(ijiet) tal-fjuwil tagħha mimli(jin) sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tiegħu/tagħhom, inkluża l-massa tas-sewwieq (75 kg), tal-fjuwil u l-likwidi, mgħammrin bit-tagħmir standard skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, meta jkunu mwaħħla, il-massa tal-karozzerija, tal-kabina, tal-agganċ u tal-istepni(s) kif ukoll tal-għodda.

2.7.

“Funzjoni Pause” tfisser mekkaniżmu li jwaqqaf temporanjament it-tħaddim ta' AVAS.

2.8.

“Pjan ta' quddiem tal-vettura” tfisser pjan vertikali tanġenzjali max-xifer ta' quddiem tal-vettura.

2.9.

“Pjan ta' wara tal-vettura” tfisser pjan vertikali tanġenzjali max-xifer ta' wara tal-vettura.

2.10.

Simboli u abbrevjazzjonijiet, u l-paragrafu li fih huma użati għall-ewwel darba.

Tabella 1

Simboli u Abbrevjazzjonijiet

Simbolu

Unità

Paragrafu

Spjega

ICE

6.2

Magna b'Kombustjoni Interna

AA′

Anness 3 para.3

Il-linja perpendikolari mad-direzzjoni tas-sewqan tal-vettura li tindika l-bidu taż-żona għar-reġistrazzjoni tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss (SPL = sound pressure level) waqt it-test

BB′

Anness 3 para.3

Il-linja perpendikolari mad-direzzjoni tas-sewqan tal-vettura li tindika t-tmiem taż-żona għar-reġistrazzjoni tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss waqt it-test

PP′

Anness 3 para 3

Il-linja perpendikolari mad-direzzjoni tas-sewqan tal-vettura li tindika l-post tal-mikrofoni

CC′

Anness 3 para.3

Il-linja ċentrali tad-direzzjoni tas-sewqan tal-vettura

v test

km/h

Anness 3 para.3

Il-veloċità tat-test preskritta tal-vettura

j

Anness 3 para.3

L-indiċi għal prova tat-test unika f'kundizzjonijiet ta' waqfien jew ta' veloċità tat-test kostanti

Lreverse

dB(A)

Anness 3 para.3

Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-vettura għat-test tal-irriversjar

L crs,10

dB(A)

Anness 3 para.3

Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-vettura għat-test ta' veloċità kostanti ta' 10 km/h.

L crs,20

dB(A)

Anness 3 para.3

Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-vettura għat-test ta' veloċità kostanti ta' 20 km/h.

L corr

dB(A)

Anness 3 para.2.3.2

Il-korrezzjoni tal-ħoss fl-isfond

L test,j

dB(A)

Anness 3 para.2.3.2

Ir-riżultat tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-prova tat-test numru j (j th test run)

L testcorr,j

dB(A)

Anness 3 para.2.3.2

Ir-riżultat tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-prova tat-test numru j ikkoreġut għall-ħoss fl-isfond

L bgn

dB(A)

Anness 3 para.2.3.1

Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A fl-isfond.

ΔL bgn, p-p

dB(A)

Anness 3 para.2.3.2

Il-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell rappreżentattiv tal-pressjoni tal-ħoss fl-isfond ponderat-A matul perjodu ta' żmien definit.

ΔL

dB(A)

Anness 3 para.2.3.2

Ir-riżultat tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tat-test numru j nieqes il-livell tal-ħoss ponderat-A fl-isfond (ΔL = L test,jL bgn)

v ref

km/h

Anness 3 para.4

Il-veloċità tal-vettura ta' referenza użata għall-kalkolu tal-perċentwali ta' xift tal-frekwenza.

fj, speed

Hz

Anness 3 para.4

Komponent ta' frekwenza unika f'veloċità tal-vettura partikolari għal kull segment ta' kampjuni, eż. f1, 5

fref

Hz

Anness 3 para.4

Komponent ta' frekwenza unika f'veloċità tal-vettura ta' referenza

fspeed

Hz

Anness 3 para.4

Komponent ta' frekwenza unika f'veloċità tal-vettura partikolari, eż. f5

lveh

m

Anness 3, Appendiċi

It-tul tal-vettura

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-livell tal-ħoss imnaqqas għandha titressaq mill-manifattur tagħha jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq.

3.2.   Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt u mid-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq;

3.2.2.

Deskrizzjoni tal-magna/i kif imsemmi fl-Anness 1, Addendum;

3.2.3.

Jekk applikabbli, lista tal-komponenti li jikkostitwixxu l-AVAS;

3.2.4.

Jekk applikabbli, disinn tal-AVAS immuntata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħha fil-vettura.

3.3.   Fil-każ tal-paragrafu 2.3, il-vettura unika, rappreżentattiva tat-tip ikkonċernat, tingħażel mis-Servizz teniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni, bi qbil mal-manifattur tal-vettura.

3.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontrolli effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

4.   IMMARKAR

4.1.   Il-komponenti tal-AVAS (jekk applikabbli) għandu jkollhom:

4.1.1.

L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-manifattur(i) tal-komponenti tal-AVAS;

4.1.2.

Numru/i ta' identifikazzjoni.

4.2.   Dawn il-marki għandhom ikunu leġġibbli b'mod ċar u ma jitħassrux.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.   L-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata biss jekk it-tip tal-vettura jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta' hawn taħt.

5.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00, li jikkorrispondu għas-serje ta' emendi 00) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi importanti l-aktar reċenti li saru fir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta' vettura ieħor.

5.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

5.4.   Għandha titwaħħal marka ta' approvazzjoni internazzjonali, fejn tidher u f'post li jkun faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formula tal-approvazzjoni, ma' kull vettura li tikkonforma mat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, li tkun magħmula minn:

5.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni;

5.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1.

5.5.   Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi ma' dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; F'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1.

5.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun leġibbli b'mod ċar u ma titħassarx.

5.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

5.8.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

6.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

6.2.   Karatteristiċi akustiċi

Il-ħoss emess mit-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni għandu jitkejjel permezz tal-metodi deskritti fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.

Il-medda tal-veloċitajiet għal dan il-kejl hija dik ta' bejn aktar minn 0 km/h sa 20 km/h inklużiv.

Jekk il-vettura li ma tkunx mgħammra b'AVAS tissodisfa l-livelli globali kif speċifikati fit-Tabella 2 ta' hawn taħt b'marġni ta' + 3 dB(A), l-ispeċifikazzjoni ta' baned ta' terz ta' ottava u x-xift tal-frekwenza ma japplikawx.

6.2.1.   Testijiet b'veloċità kostanti

6.2.1.1.   Il-veloċitajiet tat-test għall-approvazzjoni huma 10 km/h u 20 km/h.

6.2.1.2.   Meta tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet tal-Anness 3, paragrafu 3.3.2, il-vettura għandha temetti ħoss

(a)

Li jkollu livell tal-pressjoni tal-ħoss globali minimu għall-veloċità tat-test applikabbli skont it-Tabella 2 tal-paragrafu 6.2.8;

(b)

Li jkollu tal-inqas tnejn mill-baned ta' terz ta' ottava skont it-Tabella 2 tal-paragrafu 6.2.8. Mill-inqas waħda minn dawn il-baned għandha tkun inqas minn jew fil-banda ta' terz ta' ottava ta' 1 600 Hz;

(c)

Bil-livelli ta' pressjoni tal-ħoss minimi fil-baned magħżula għall-veloċità tat-test applikabbli skont it-Tabella 2 tal-paragrafu 6.2.8, il-kolonna 3 jew il-kolonna 4.

6.2.1.3.   Jekk wara li vettura tiġi ttestjata skont l-Anness 3, paragrafu 3.3.2, għal għaxar darbiet wara xulxin f'sensiela ta' kejl mingħajr ma jiġi rreġistrat kejl wieħed validu minħabba li l-magna b'kombustjoni interna tal-vettura tibqa' attiva jew terġa' tistartja u tinterferixxi l-kejl, il-vettura tiġi eżentata minn dan it-test partikolari.

6.2.2.   Test tal-irriversjar

6.2.2.1.   Meta tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet tal-Anness 3, paragrafu 3.3.3, il-vettura għandha temetti ħoss li jkollu livell tal-pressjoni tal-ħoss globali minimu skont it-Tabella 2 tal-paragrafu 6.2.8., il-kolonna 5.

6.2.2.2.   Jekk wara li vettura tiġi ttestjata skont l-Anness 3, il-paragrafu 3.3.3, għal għaxar darbiet wara xulxin f'sensiela ta' kejl mingħajr ma jiġi rreġistrat kejl wieħed validu minħabba li l-magna b'kombustjoni interna tal-vettura tibqa' attiva jew terġa' tistartja u tinterferixxi l-kejl, il-vettura tiġi eżentata minn dan it-test partikolari.

6.2.3.   Xift tal-frekwenza li jindika aċċellerazzjoni u deċellerazzjoni

6.2.3.1.   L-intenzjoni tax-xift tal-frekwenza hija li jinforma akustikament lill-utenti tat-triq dwar il-bidla fil-veloċità tal-vettura.

6.2.3.2.   Meta tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet tal-Anness 3, il-paragrafu 4, mill-inqas ton wieħed fil-medda ta' frekwenzi kif speċifikat fil-paragrafu 6.2.8. emess mill-vettura għandu jvarja b'mod proporzjonali mal-veloċità f'kull proporzjon tal-gerijiet individwali b'medja ta' mill-inqas 0,8 % għal kull 1 km/h fil-firxa ta' veloċitajiet ta' bejn 5 km/h sa 20 km/h inkluziv meta l-vettura tinsaq 'l quddiem. F'każ li jkun hemm aktar minn xift tal-frekwenza wieħed, xift tal-frekwenza wieħed biss jeħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti.

6.2.4.   Ħoss meta l-vettura tkun wieqfa

Il-vettura tista' temetti ħoss meta tkun wieqfa.

6.2.5.   Ħsejjes li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq

Il-manifattur tal-vettura jista' jiddefinixxi ħsejjes alternattivi li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq; kull wieħed minn dawn il-ħsejjes għandu jkun konformi u jiġi approvat skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 6.2.1 sa 6.2.3.

6.2.6.   Il-funzjoni Pause

Il-manifattur jista' jinstalla funzjoni għad-diżattivazzjoni temporanja tal-AVAS. Kwalunkwe funzjoni oħra ta' diżattivazzjoni, li ma tissodisfax l-ispeċifikazzjoni ta' hawn taħt, hija pprojbita.

6.2.6.1.   Il-funzjoni għandha tkun f'pożizzjoni tali li tkun tista' titħaddem mis-sewwieq f'pożizzjoni bilqiegħda normali.

6.2.6.2.   Meta l-funzjoni Pause tiġi attivata, is-sospensjoni tal-AVAS għandha tiġi indikata b'mod ċar lis-sewwieq.

6.2.6.3.   L-AVAS għandha terġa' tiġi attivata kull darba li l-vettura tiġi startjata wara li tkun intfiet.

6.2.6.4.   Informazzjoni dwar il-manwal tas-sid

Jekk tiġi installata funzjoni Pause, il-manifattur għandu jipprovdi lis-sid b'informazzjoni (eż. fil-manwal tas-sid) dwar l-effett tagħha:

“Il-funzjoni Pause tas-Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura (AVAS) ma għandhiex tintuża ħlief meta jkun ċar li ma għandux ikun hemm emissjoni ta' ħsejjes ta' twissija fiż-żona tal-madwar u li jkun ċert li ma hemmx persuni mexjin fil-qrib.”

6.2.7.   Speċifikazzjonijiet dwar il-livell tal-ħoss massimu għall-AVAS

Meta tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet tal-Anness 3, il-paragrafu 3.3.2, vettura li tkun mgħammra b'AVAS, ma għandhiex temetti livell ta' ħoss globali ta' aktar minn 75 dB (A), meta l-vettura tinsaq 'l quddiem (2).

6.2.8.   Il-livelli tal-ħoss minimi

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament u matematikament miġjub sal-eqreb valur ta' numru sħiħ, mill-inqas għandu jkollu dawn il-valuri li ġejjin:

Tabella 2

Rekwiżiti tal-Livell tal-Ħoss Minimu f'dB(A)

Frekwenza f'Hz

Test b'Veloċità Kostanti, il-paragrafu 3.3.2.

(10 km/h)

Test b'Veloċità Kostanti il-paragrafu 3.3.2.

(20 km/h)

Test tal-Irriversjar, il-paragrafu 3.3.3.

Kolonna 1

Kolonna 2

Kolonna 3

Kolonna 4

Kolonna 5

Globali

50

56

47

Baned ta' 1/3 ta' Ottava

160

45

50

 

200

44

49

250

43

48

315

44

49

400

45

50

500

45

50

630

46

51

800

46

51

1 000

46

51

1 250

46

51

1 600

44

49

2 000

42

47

2 500

39

44

3 150

36

41

4 000

34

39

5 000

31

36

7.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA

7.1.   Kull modifika għat-tip ta' vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista' jew:

7.1.1.

tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura xorta hija konformi mar-rekwiżiti, jew

7.1.2.

tirrikjedi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

7.2.   Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Il-vetturi approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.2 ta' hawn fuq.

8.2.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura tat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Sat-30 ta' Ġunju 2019, l-ISO 10844:1994 jista' jiġi applikat bħala alternattiva għall-ISO 10844:2014 għall-verifika tal-konformità tal-korsa tat-test kif deskritt fl-Anness 3, paragrafu 2.1.2 ta' dan ir-Regolament.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  F'dan l-istadju, għandhom jiġu żviluppati miżuri akustiċi biss sabiex jingħeleb it-tħassib ta' sinjali akustiċi mnaqqsa minn vetturi elettriċi. Wara l-finalizzazzjoni ta' dan l-istadju, grupp ta' ħidma (GR) kompetenti għandu jiġi assenjat biex itejjeb ir-Regolament sabiex jiġu żviluppati miżuri mhux akustiċi alternattivi, fejn jitqiesu sistemi attivi ta' sikurezza bħal, iżda mhux limitati għal, sistemi ta' individwazzjoni ta' persuni għaddejjin bil-mixi. Sabiex jipprovdi għall-protezzjoni ambjentali, dan ir-Regolament jispeċifika limiti massimi wkoll.

(2)  Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss globali massimu ta' 75 dB (A), imkejjel f'distanza ta' 2 m huwa ekwivalenti għall-livell tal-pressjoni tal-ħoss globali ta' 66 dB (A), imkejjel f'distanza ta' 7,5 m. Il-valur limitu ta' 66 dB (A) f'distanza ta' 7,5 m huwa l-valur massimu l-aktar baxx permess fir-Regolamenti stabbiliti skont il-Ftehim tal-1958.


ANNESS 1

Image Image Image Image

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq, imwaħħla ma' vettura, turi li t-tip ta' vettura konċernat, fir-rigward tal-livell tal-ħoss tiegħu, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 138 bin-Nru tal-approvazzjoni 002439.

L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 138 diġà kien jinkludi s-serje ta' emendi 00 meta ngħatat l-approvazzjoni.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 5.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq, imwaħħla ma' vettura, turi li t-tip ta' vettura konċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolamenti Nri. 138 u 33 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 138 kien jinkludi s-serje ta' emendi 00 filwaqt li r-Regolament Nru 33 kien jinkludi s-serje ta' emendi 01.


(1)  Dan l-aħħar numru qed jingħata biss bħala eżempju.


ANNESS 3

IL-METODI U L-ISTRUMENTI BIEX JITKEJJEL IL-ĦOSS MILL-VETTURI MOTORIZZATI

1.   STRUMENTAZZJONI

1.1.   Strumenti għall-kejl akustiku

1.1.1.   Ġenerali

L-apparat użat biex jitkejjel il-livell ta' pressjoni tal-ħoss għandu jkun miter tal-livell tal-ħoss jew sistema ta' kejl ekwivalenti li jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-Klassi 1 (inkluż il-windskrin rakkomandat, jekk jintuża). Dawn ir-rekwiżiti ġew deskritti fl-IEC 61672-1-2013.

Is-sistema tal-kejl kollha għandha tiġi vverifikata permezz ta' kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-Klassi 1 skont l-IEC 60942-2003.

Il-kejl għandu jsir bl-użu tal-ponderazzjoni “F” tal-ħin tal-istrument tal-kejl akustiku u tal-ponderazzjoni “A” tal-frekwenza wkoll deskritta fl-IEC 61672-1-2013. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A, għandu jittieħed qari f'intervalli ta' ħin ta' mhux aktar minn 30 ms.

Meta l-kejl isir għal baned ta' terz ta' ottava, l-istrumentazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-IEC 61260-1-2014, Klassi 1. Meta l-kejl isir għal xift tal-frekwenza, is-sistema tar-reġistrazzjoni diġitali tal-ħoss għandu jkollha kwantizzazzjoni ta' mill-anqas 16 bits. Ir-rata ta' kampjunar u l-firxa dinamika għandhom ikunu adatti għas-sinjal ta' interess.

L-istrumenti għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba u jiġu kkalibrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.

1.1.2.   Kalibrazzjoni

Fil-bidu u fi tmiem kull sessjoni ta' kejl, is-sistema ta' kejl akustiku kollha għandha tiġi vverifikata permezz ta' kalibratur tal-ħoss kif deskritt fil-paragrafu 1.1.1. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenza bejn il-qari għandha tkun inqas minn jew ta' 0,5 dB(A). Jekk dan il-valur ikun ogħla, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-verifika sodisfaċenti preċedenti għandhom jiġu injorati.

1.1.3.   Konformità mar-rekwiżiti

Il-konformità tal-kalibratur tal-ħoss mar-rekwiżiti tal-IEC 60942-2003 għandha tiġi vverifikata darba fis-sena. Il-konformità tas-sistema tal-istrumentazzjoni mar-rekwiżiti tal-IEC 61672-3-2013 għandha tiġi vverifikata darba kull sentejn. L-ittestjar għall-konformità kollu għandu jsir minn laboratorju li jkun awtorizzat iwettaq kalibrazzjonijiet skont l-istandards xierqa.

1.2.   Strumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità

Il-veloċità tal-vettura fit-triq għandha titkejjel bi strumenti bi preċiżjoni minima ta' ± 0,5 km/h meta jintużaw apparati għall-kejl kontinwu.

Jekk l-ittestjar juża kejl indipendenti tal-veloċità, din l-istrumentazzjoni għandu jkollha preċiżjoni minima ta' ± 0,2 km/h.

1.3.   Strumentazzjoni meteoroloġika

L-istrumentazzjoni meteoroloġika użata sabiex jiġu mmonitorjati l-kundizzjonijiet ambjentali waqt it-test għandha tissodisfa dawn l-ispeċifikazzjonijiet:

(a)

± 1 °C jew inqas għal apparat li jkejjel it-temperatura;

(b)

± 1,0 m/s għal apparat li jkejjel il-veloċità tar-riħ;

(c)

± 5 hPa għal apparat li jkejjel il-pressjoni barometrika;

(d)

± 5 % għal apparat li jkejjel l-umdità relattiva.

2.   AMBJENT AKUSTIKU, KUNDIZZJONIJIET METEOROLOĠIĊI U ĦOSS FL-ISFOND

2.1.   Is-sit tat-test

2.1.1.   Ġenerali

L-ispeċifikazzjonijiet għas-sit tat-test jipprevedu l-ambjent akustiku meħtieġ biex jitwettqu t-testijiet fuq il-vettura li jidhru f'dan ir-regolament. L-ambjenti tal-ittestjar fuq ġewwa u fuq barra li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta' dan ir-regolament jipprovdu ambjenti akustiċi ekwivalenti u jipproduċu riżultati li huma validi bl-istess mod.

2.1.2.   Testjar fuq barra

Is-sit tat-test għandu jkun sostanzjalment invell. Il-kostruzzjoni tal-korsa tat-test u s-superfiċe għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ISO 10844:2014.

Fi ħdan raġġ ta' 50 m miċ-ċentru tal-korsa, l-ispazju għandu jkun ħieles minn oġġetti kbar li jistgħu jirriflettu bħal xtiebi, ġebel, pontijiet jew bini. Il-korsa tat-test u s-superfiċe tas-sit huma niexfa u ħielsa minn materjali assorbenti bħal silġ f'forma ta' trab, jew fdalijiet mhux kompatti.

Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jinfluwenza l-kamp akustiku qrib il-mikrofoni u l-ebda persuna ma għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter għandu joqgħod f'pożizzjoni fejn ma jinfluwenzax il-qari tal-miter. Il-mikrofoni għandhom ikunu f'pożizzjoni kif speċifikat fil-Figura 1.

2.1.3.   L-ittestjar ħemianekojku u anekojku fuq ġewwa

Dan il-paragrafu jispeċifika l-kundizzjonijiet applikabbli meta tiġi ttestjata vettura, jew kif taħdem fit-triq bis-sistemi kollha jaħdmu, jew kif taħdem f'modalità fejn l-AVAS biss tkun qed taħdem.

Il-faċilità tat-test għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-ISO 26101:2012 b'dawn il-kriterji ta' kwalifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-kejl adatti għal dan il-metodu ta' ttestjar.

Għandu jiġi definit spazju ħemianekojku kif indikat fil-Figura 3.

Għall-kwalifikazzjoni tal-ispazju ħemianekojku, għandha titwettaq din l-evalwazzjoni:

(a)

Sors tal-ħoss għandu jkun pożizzjonat fuq l-art f'nofs l-ispazju meqjus bħala anekojku;

(b)

Is-sors tal-ħoss għandu jipprovdi broadband input għall-kejl;

(c)

L-evalwazzjoni għandha titwettaq f'baned ta' terz ta' ottava;

(d)

Il-postijiet tal-mikrofoni għall-evalwazzjoni għandhom ikunu fuq linja mill-post tas-sors għal kull post tal-mikrofoni li jintużaw għall-kejl f'dan ir-Regolament kif indikat fil-Figura 3. Ġeneralment, din tissejjaħ il-linja trasversali tal-mikrofonu;

(e)

Għall-evalwazzjoni għandhom jintużaw mill-inqas 10 punti fuq il-linja trasversali tal-mikrofonu;

(f)

Il-baned ta' terz ta' ottava użati biex tiġi stabbilita l-kwalifikazzjoni ħemianekojka għandhom jiġu definiti b'mod li jkopru l-medda spettrali ta' interess.

Il-faċilita tat-test għandu jkollha frekwenza cut-off, kif definit fl-ISO 26101:2012, li tkun aktar baxxa mill-frekwenza ta' interess l-aktar baxxa. Il-frekwenza ta' interess l-aktar baxxa hija l-frekwenza li taħtha ma jkun hemm l-ebda sinjal ta' kontenut rilevanti għall-kejl tal-emissjoni tal-ħoss tal-vettura li qed tiġi ttestjata.

Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jinfluwenza l-kamp akustiku qrib il-mikrofoni u l-ebda persuna ma għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter għandu joqgħod f'pożizzjoni fejn ma jinfluwenzax il-qari tal-miter. Il-mikrofoni għandhom ikunu f'pożizzjoni kif speċifikat fil-Figura 2.

2.2.   Kundizzjonijiet meteoroloġiċi

Il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi huma speċifikati biex jipprovdu firxa ta' temperaturi operattivi normali u biex jipprevjenu qari anormali minħabba kundizzjonijiet ambjentali estremi.

Waqt l-intervall tal-kejl għandu jkun irreġistrat valur rappreżentattiv tat-temperatura, tal-umdità relattiva u tal-pressjoni barometrika.

L-istrumentazzjoni meteoroloġika għandha tagħti dejta rappreżentattiva tas-sit tat-test, u għandha tiġi ppożizzjonata biswit iż-żona tat-test f'għoli li jirrappreżenta l-għoli tal-mikrofonu li jintuża għall-kejl.

Il-kejl għandu jitwettaq meta t-temperatura ambjentali tkun bejn 5 °C u 40 °C.

Jekk ikun meħtieġ, it-temperatura ambjentali tista' tiġi ristretta għal firxa idjaq ta' temperaturi b'tali mod li l-funzjonalitajiet ewlenin kollha tal-vettura li jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura (pereżempju startjar/waqfien, propulsjoni ibrida, propulsjoni bil-batterija, tħaddim b-ċellula tal-fjuwil) jiġu attivati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.

It-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu tkun aktar minn 5 m/s, waqt l-intervall tal-kejl.

2.3.   Ħoss fl-isfond

2.3.1.   Kriterji tal-kejl għal livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A

Il-ħoss fl-isfond, jew il-ħoss ambjentali, għandhom jitkejlu għal durata ta' mill-inqas 10 sekondi. Il-kampjun ta' 10 sekondi meħud minn dawn il-kejlijiet għandu jintuża għall-kalkolu tal-ħoss fl-isfond rapportat, filwaqt li jiġi żgurat li l-kampjun ta' 10 sekondi magħżul ikun rappreżentattiv tal-ħoss fl-isfond bla ebda disturb transitorju. Il-kejl għandu jitwettaq bl-istess mikrofoni li ntużaw waqt it-test u fil-postijiet fejn tqiegħed il-mikrofonu waqt it-test.

Meta t-test isir f'faċilità fuq ġewwa, il-ħoss emess mill-bank tar-rombli (roller-bench), mix-xażi dinamometriku jew minn xi tagħmir tal-faċilità tat-test ieħor, mingħajr ma l-vettura tkun installata jew preżenti, inkluż il-ħoss ikkawżat mit-trattament tal-arja tal-faċilità u mit-tkessiħ tal-vettura, għandhom jiġu rapportati bħala l-ħoss tal-isfond.

Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu reġistrat miż-żewġ mikrofoni matul it-tieni kampjun ta' 10 sekondi għandu jiġi rapportat bħala l-ħoss fl-isfond, L bgn, għall-mikrofoni, sew tax-xellug kif ukoll tal-lemin.

Għal kull tieni kampjun ta' 10 sekondi fuq kull mikrofonu, il-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-ħoss fl-isfond, ΔL bgn, p-p, għandha tiġi rapportata.

L-ispettru ta' frekwenzi ta' terz ta' ottava, li jikkorrispondi għal-livell massimu rapportat ta' ħoss fl-isfond fil-mikrofonu bl-ogħla livell ta' ħoss fl-isfond, għandu jiġi rapportat.

Bħala għajnuna għall-kejl u r-rapportar tal-ħoss fl-isfond ara l-flowchart fil-Figura 4 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

2.3.2.   Kriterji għall-korrezzjoni tal-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-vettura

Skont ma jkunu l-livell u l-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss fl-isfond ponderat-A rappreżentattiv fuq perjodu ta' żmien definit, ir-riżultat tat-test numru j imkejjel fil-limiti ta' kundizzjoni tat-test, L test, j , għandu jiġi kkoreġut skont it-tabella ta' hawn taħt biex jinkiseb il-livell ikkoreġut tal-ħoss fl-isfond L testcorr, j . Għajr meta jkun indikat b'mod partikolari, L testcorr, j = L test, j L corr.

Il-korrezzjonijiet tal-ħoss fl-isfond għal kejlijiet huma validi biss meta l-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-ħoss fl-isfond rappreżentattiv tkun 2 dB(A) jew inqas.

Fil-każijiet kollha fejn il-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-ħoss fl-isfond tkun aktar minn 2 dB(A), il-livell massimu tal-ħoss fl-isfond għandu jkun 10 dB(A) jew aktar taħt il-livell tal-kejl. Meta l-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-ħoss fl-isfond tkun aktar minn 2 dB(A) u l-livell tal-ħoss fl-isfond ikun inqas minn 10 dB(A) taħt il-livell tal-kejl, l-ebda kejl validu ma jkun possibbli.

Tabella 3

Korrezzjoni għal-livell tal-ħoss fl-isfond waqt il-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-vettura

Korrezzjoni għall-ħoss fl-isfond

Il-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss fl-isfond ponderat-A rappreżentattiv fuq perjodu ta' żmien definit

ΔLbgn, p-p f'dB(A)

Ir-riżultat tat-test numru j tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss nieqes il-livell tal-ħoss fl-isfond

ΔL = Ltest,j – Lbgn f'dB(A)

Il-korrezzjoni f'dB(A)

Lcorr

ΔL ≥ 10

ebda korrezzjoni meħtieġa

≤ 2

8 ≤ ΔL < 10

0,5

6 ≤ ΔL < 8

1,0

4,5 ≤ ΔL < 6

1,5

3 ≤ ΔL < 4,5

2,5

ΔL < 3

ebda kejl validu ma jista' jiġi rapportat

Jekk jiġi osservat livell massimu ta' ħoss li jkun differenti ħafna mil-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, dak il-kejl għandu jitwarrab.

Bħala għajnuna għall-kriterji tal-korrezzjoni tal-kejl ara l-flowchart fil-Figura 4 tal-appendiċi ta' dan l-anness.

2.3.3.   Rekwiżiti tal-ħoss fl-isfond meta l-analiżi ssir f'baned ta' terz ta' ottava

Meta jiġu analizzati baned ta' terz ta' ottava skont dan ir-Regolament, il-livell tal-ħoss fl-isfond f'kull terz ta' ottava ta' interess, analizzat skont il-paragrafu 2.3.1, għandu jkun mill-inqas 6 dB(A) taħt il-kejl tal-vettura jew tal-AVAS ittestjata f'kull banda ta' terz ta' ottava ta' interess. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-ħoss fl-isfond għandu jkun mill-inqas 10 dB(A) taħt il-kejl tal-vettura jew tal-AVAS ittestjata.

Il-kumpens tal-isfond mhuwiex permess għall-kejlijiet tal-banda ta' terz ta' ottava.

Bħala għajnuna għar-rekwiżiti tal-ħoss fl-isfond meta l-analiżi ssir f'baned ta' terz ta' ottava ara l-flowchart fil-Figura 6 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

3.   PROĊEDURI TAT-TEST GĦAL-LIVELL TAL-ĦOSS TAL-VETTURA

3.1.   Pożizzjonijiet tal-mikrofoni

Id-distanza mill-pożizzjonijiet tal-mikrofoni fuq il-linja tal-mikrofoni PP′ sal-linja perpendikolari ta' referenza CC′ kif speċifikat fil-Figuri 1 u 2 fuq il-korsa tat-test jew f'faċilità tat-test fuq ġewwa għandha tkun 2,0 m ± 0,05 m.

Il-mikrofoni għandhom ikunu 1,2 m ± 0,02 m 'il fuq mill-art. Id-direzzjoni ta' referenza għal kundizzjonijiet ta' użu normali fit-triq kif speċifikati fl-IEC 61672-1:2013 għandha tkun orizzontali u orjentata b'mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja CC′ tal-vettura.

3.2.   Kundizzjonijiet tal-vettura

3.2.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

Il-vettura għandha tkun rappreżentattiva tal-vetturi li jkunu se jitqiegħdu fis-suq kif speċifikat mill-manifattur bi qbil mas-servizz tekniku biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Il-kejl għandu jsir mingħajr trejler, ħlief fil-każ ta' vetturi li ma jistgħux jiġu sseparati.

Fil-każ ta' HEVs/FCHVs, it-test għandu jsir fl-aktar modalità effiċjenti mil-lat tal-enerġija sabiex jiġi evitat l-istartjar mill-ġdid tal-magna b'kombustjoni interna, pereżempju, is-sistemi awdjo, ta' divertiment, ta' komunikazzjoni u ta' navigazzjoni għandhom ikunu mitfija.

Qabel ma jibda l-kejl, il-vettura għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet ta' tħaddim normali tagħha.

3.2.2.   Stat taċ-ċarġ tal-batterija

Jekk il-vettura tkun mgħammra bihom, il-batteriji tal-propulsjoni għandu jkollhom ċarġ għoli biżżejjed li jippermetti l-funzjonalitajiet ewlenin kollha skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Il-batteriji tal-propulsjoni għandu jkollhom temperatura fil-medda permessa mill-komponenti tagħhom li tippermetti l-funzjonalitajiet ewlenin kollha li jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss tal-vetturi. Kwalunkwe tip ieħor ta' sistema ta' ħażna ta' enerġija rikarikabbli għandu jkun lest biex jitħaddem waqt it-test.

3.2.3.   Tħaddim multimodali

Jekk il-vettura tkun mgħammra b'diversi modalitajiet ta' tħaddim li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq, għandha tiġi magħżula l-modalità li temetti l-inqas ħoss fil-kundizzjonijiet tat-test tal-paragrafu 3.3.

Meta l-vettura jkollha diversi modalitajiet ta' tħaddim li jintgħażlu awtomatikament mill-vettura stess, hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jiddetermina l-mod korrett ta' ttestjar sabiex jintlaħqu l-emissjonijiet ta' ħoss minimi.

F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi determinata l-modalità tat-tħaddim tal-vettura li temetti l-inqas ħoss, il-modalitajiet kollha għandhom jiġu ttestjati u l-modalità li tagħti l-aktar riżultat tat-test baxx għandha tintuża biex tiġi rapportata l-emissjoni tal-ħoss tal-vettura skont dan ir-regolament.

3.2.4.   Massa tat-test tal-vettura

Il-kejl għandu jsir fuq vetturi b'massa fi stat ta' tħaddim b'tolleranza permissibbli ta' 15 %.

3.2.5.   Għażla u kundizzjoni tat-tajers

It-tajers imwaħħla fuq il-vettura waqt l-ittestjar jintgħażlu mill-manifattur tal-vettura, u għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers u tat-tipi maħsuba għall-vettura mill-manifattur tal-vettura.

It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura.

3.3.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim

3.3.1.   Ġenerali

Għal kull kundizzjoni ta' tħaddim, il-vettura tista' tiġi ttestjata jew ġewwa jew barra.

Għal testijiet tal-veloċità kostanti u tal-irriversjar, il-vettura tista' tiġi ttestjata jew miexja jew f'kundizzjoni ta' tħaddim simulat. Għat-tħaddim simulat tal-vettura, għandhom jiġu applikati sinjali lill-vettura biex jiġi simulat tħaddim f'kundizzjonijiet ta' użu attwali.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b'magna b'kombustjoni interna, din għandha tkun mitfija.

3.3.2.   Testijiet b'veloċità kostanti

Dawn it-testijiet isiru bil-vettura miexja 'l quddiem jew bil-veloċità tal-vettura simulata permezz ta' sinjal estern lill-AVAS bil-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien.

3.3.2.1.   Testijiet b'veloċità kostanti bil-vettura miexja 'l quddiem

Għal vettura ttestjata f'faċilità fuq barra, il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC′ mill-aktar qrib possibbli b'veloċità kostanti vtest tul it-test kollu. Fil-bidu tat-test il-pjan ta' quddiem tal-vettura għandu jgħaddi mil-linja AA′, u fi tmiem it-test il-pjan ta' wara tal-vettura għandu jgħaddi mil-linja BB′, kif indikat fil-Figura 1a. Kwalunkwe trejler, li ma jistax jiġi sseparat malajr mill-vettura tal-irmonk, għandu jiġi injorat meta jitqies meta qed tinqasam il-linja BB′.

Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa, għandha tkun bil-pjan ta' quddiem tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2a. Il-vettura għandha żżomm veloċità tat-test kostanti, vtest, għal mill-inqas 5 sekondi.

Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 10 km/h, il-veloċità tat-test vtest għandha tkun 10 km/h ± 2 km/h.

Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 20 km/h, il-veloċità tat-test vtest għandha tkun 20 km/h ± 1 km/h.

Għal vetturi bi trażmissjoni awtomatika, is-selettur tal-gerijiet għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni kif speċifikata mill-manifattur għal sewqan normali.

Għal vetturi bi trażmissjoni manwali, is-selettur tal-gerijiet għandu jkun fl-ogħla gear li jista' jilħaq il-veloċità preskritta tal-vettura b'veloċità kostanti tal-magna.

3.3.2.2.   Testijiet b'veloċità kostanti simulata permezz ta' sinjal estern lill-AVAS bil-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien

Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa jew f'faċilità fuq barra, għandha tkun bil-pjan ta' quddiem tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2b. Il-vettura għandha żżomm veloċità tat-test simulata kostanti, vtest, għal mill-inqas 5 sekondi.

Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 10 km/h, il-veloċità tat-test simulata vtest għandha tkun 10 km/h ± 0,5 km/h.

Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 20 km/h, il-veloċità tat-test simulata vtest għandha tkun 20 km/h ± 0,5 km/h.

3.3.3.   Testijiet tal-irriversjar

Dawn it-testijiet jistgħu jsiru bil-vettura miexja lura jew bil-veloċità tal-vettura simulata permezz ta' sinjal estern lill-AVAS bil-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien.

3.3.3.1.   Test tal-irriversjar bil-vettura miexja

Għal vettura ttestjata f'faċilità fuq barra, il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC′ mill-aktar qrib possibbli b'veloċità kostanti vtest tul it-test kollu. Fil-bidu tat-test il-pjan ta' wara tal-vettura għandu jgħaddi mil-linja AA′, u fi tmiem it-test il-pjan ta' quddiem tal-vettura għandu jgħaddi mil-linja BB′, kif indikat fil-Figura 1b. Kwalunkwe trejler, li ma jistax jiġi sseparat malajr mill-vettura tal-irmonk, għandu jiġi injorat meta jitqies meta qed tinqasam il-linja BB′.

Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa, għandha tkun bil-pjan ta' wara tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2b. Il-vettura għandha żżomm veloċità tat-test kostanti, vtest, għal mill-inqas 5 sekondi.

Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 6 km/h, il-veloċità tat-test vtest għandha tkun 6 km/h ± 2 km/h.

Għal vetturi bi trażmissjoni awtomatika, is-selettur tal-gerijiet għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni kif speċifikata mill-manifattur għal sewqan bir-reverse normali.

Għal vetturi bi trażmissjoni manwali, is-selettur tal-gerijiet għandu jkun fl-ogħla reverse gear li jista' jilħaq il-veloċità preskritta tal-vettura b'veloċità kostanti tal-magna.

3.3.3.2.   Testijiet tal-irriversjar simulati permezz ta' sinjal estern lill-AVAS bil-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien.

Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa jew f'faċilità fuq barra, għandha tkun bil-pjan ta' wara tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2b. Il-vettura għandha żżomm veloċità tat-test simulata kostanti, vtest, għal mill-inqas 5 sekondi.

Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 6 km/h, il-veloċità tat-test simulata vtest għandha tkun 6 km/h ± 0,5 km/h.

3.3.3.3.   Test tal-irriversjar f'kundizzjoni ta' waqfien

Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa jew f'faċilità fuq barra, għandha tkun bil-pjan ta' wara tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2b.

Għat-test, il-kontroll tas-selettur tal-gerijiet tal-vettura għandu jkun fil-pożizzjoni tar-reverse u l-brejk rilaxxat.

3.4.   Qari tal-kejl u valuri rapportati

Għandhom jittieħdu mill-inqas erba' kejlijiet għal kull kundizzjoni tat-test fuq iż-żewġ naħat tal-vettura.

Għall-kalkolu tar-riżultat intermedju jew tar-riżultat finali, għandhom jintużaw l-ewwel erba' riżultati validi konsekuttivi tal-kejl għal kull kundizzjoni tat-test, fil-limiti ta' 2,0 dB(A) fuq kull naħa, fejn ma jitqisux riżultati mhux validi.

Jekk jiġi osservat livell massimu ta' ħoss li jkun differenti ħafna mil-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, dak il-kejl għandu jitwarrab. Għall-kejl ta' vettura miexja ('il quddiem u bir-reverse) fuq barra, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu indikat waqt kull passaġġ tal-vettura bejn AA′ u PP′ (Ltest, j) għandu jiġi rreġistrat għal kull pożizzjoni tal-mikrofonu, sal-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali (pereżempju, XX,X). Għall-kejl ta' vettura miexja fuq ġewwa u f'kundizzjoni ta' waqfien ('il quddiem u bir-reverse), il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu indikat waqt kull perjodu ta' 5 sekondi għal kull pożizzjoni tal-mikrofonu, Ltest, j, għandu jiġi rreġistrat, sal-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali (pereżempju, XX,X).

Ltest,j għandu jiġi kkoreġut skont il-paragrafu 2.3.2 sabiex jinkiseb il-valur ta' Ltestcorr,j.

Għal kull livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu, għandu jiġi rapportat l-ispettru ta' frekwenzi ta' terz ta' ottava korrispondenti, għal kull pożizzjoni tal-mikrofonu. Ma għandha tiġi applikata ebda korrezzjoni għall-ħoss fl-isfond għar-riżultati mkejla fil-banda ta' terz ta' ottava.

3.5.   Ġbir tad-dejta u riżultati rapportati

Għal kull kundizzjoni tat-test deskritta fil-paragrafu 3.3., ir-riżultati kkoreġuti għall-ħoss fl-isfond, Ltestcorr,j, u l-ispettri korrispondenti ta' frekwenzi ta' terz ta' ottava taż-żewġ naħat tal-vettura individwalment għandha tiġi kkalkulata l-medja aritmetika tagħhom u din tiġi mqarrba għall-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.

Ir-riżultati finali tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A Lcrs 10, Lcrs 20 u Lreverse li għandhom jiġu rapportati huma huma l-valuri aktar baxxi miż-żewġ medji taż-żewġ naħat, miġjuba sal-eqreb numru sħiħ. L-aħħar spettri ta' terz ta' ottava li għandhom jiġu rapportati huma l-ispettri li jikkorrispondu għall-istess naħa bħal dik tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A.

4.   PROĊEDURI TAT-TEST GĦAL XIFT TAL-FREKWENZA

4.1.   Ġenerali

Id-dispożizzjonijiet dwar ix-xift tal-frekwenza deskritti fil-punt 6.2.3 tal-parti prinċipali għandhom jiġu vverifikati bl-użu ta' wieħed mill-metodi tat-test li ġejjin, li għandu jiġi magħżul mill-manifattur:

Metodu (A)

Test tal-vettura kompluta miexja fuq korsa tat-test fuq barra

Metodu (B)

Test fuq vettura kompluta f'kundizzjoni ta' waqfien fuq korsa tat-test fuq barra b'simulazzjoni tad-direzzjoni tal-moviment tal-vettura lill-AVAS permezz ta' ġeneratur ta' sinjal estern

Metodu (C)

Test tal-vettura kompluta miexja f'faċilità fuq ġewwa fuq xażi dinamometriku

Metodu (D)

Test fuq vettura kompluta f'kundizzjoni ta' waqfien f'faċilità tat-test fuq ġewwa b'simulazzjoni tad-direzzjoni tal-moviment tal-vettura lill-AVAS permezz ta' ġeneratur ta' sinjal estern

Metodu (E)

Test tal-AVAS mingħajr vettura f'faċilità tat-test fuq ġewwa b'simulazzjoni tad-direzzjoni tal-moviment tal-vettura lill-AVAS permezz ta' ġeneratur ta' sinjal estern

Ir-rekwiżiti tal-faċilità kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u tal-arranġament tat-test huma l-istess bħal dawk mogħtija fil-paragrafi 1, 2, 3.1 u 3.2 ta' dan l-anness skont il-metodu tat-test magħżul, sakemm il-paragrafi ta' hawn taħt ma jipprevedux speċifikazzjonijiet differenti jew addizzjonali.

Ma għandha tiġi applikata ebda korrezzjoni għall-ħoss fl-isfond, għal kwalunkwe kejl. Attenzjoni speċjali għandha tingħata għall-kejl fuq barra. Kwalunkwe interferenza tal-ħoss fl-isfond għandha tiġi evitata. Jekk jiġi osservat livell massimu ta' ħoss li jkun differenti ħafna mis-sinjal ġenerali, dak il-kejl għandu jitwarrab.

4.2.   Strumentazzjoni u proċessar tas-sinjali

Il-konfigurazzjonijiet tal-analizzatur għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-manifattur u s-servizz tekniku, biex jipprovdu dejta skont dawn ir-rekwiżiti.

Is-sistema ta' analiżi tal-ħoss għandha tkun kapaċi twettaq analiżi spettrali b'rata ta' kampjunar u fuq medda ta' frekwenzi li jkollha l-frekwenzi ta' interess kollha. Ir-riżoluzzjoni tal-frekwenza għandha tkun preċiża biżżejjed sabiex tiddifferenzja bejn il-frekwenzi tad-diversi kundizzjonijiet tat-test.

4.3.   Metodi tat-test

4.3.1.   Metodu (A) — Faċilità fuq barra u vettura miexja

Il-vettura għandha titħaddem fl-istess faċilità tat-test fuq barra u bl-istess kundizzjonijiet ta' tħaddim ġenerali bħal dawk għall-ittestjar tal-vettura b'veloċità kostanti (paragrafu 3.3.2).

L-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura għandhom jitkejlu f'veloċitajiet preskritti ta' bejn 5 km/h u 20 km/h fi stadji ta' 5 km/h b'tolleranza ta' +/– 2 km/h għal veloċità ta' 10 km/h jew anqas u ta' +/– 1 km/h għal veloċitajiet oħra. Il-veloċità ta' 5 km/h hija l-aktar veloċità preskritta baxxa. Jekk il-vettura ma tistax titħaddem f'din il-veloċità bil-preċiżjoni speċifikata, minflok għandha tintuża l-aktar veloċità baxxa possibbli taħt l-10 km/h.

4.3.2.   Metodu (B) u Metodu (D) — Faċilità fuq barra/fuq ġewwa u l-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien

Il-vettura għandha titħaddem f'faċilità tat-test fejn l-AVAS tal-vettura tkun tista' taċċetta sinjal estern tal-veloċità tal-vettura li jissimula t-tħaddim tal-vettura. Il-postijiet tal-mikrofonu għandhom ikunu bħal dawk tal-kundizzjonijiet tat-test tal-vettura kompluta kif speċifikati fil-Figura 2a. Il-pjan ta' quddiem tal-vettura għandu jitqiegħed fuq il-linja PP′.

L-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura għandhom jitkejlu f'veloċitajiet simulati ta' bejn 5 km/h u 20 km/h fi stadji ta' 5 km/h b'tolleranza ta' +/– 0,5 km/h għal veloċità tat-test.

4.3.3.   Metodu (C) — Faċilità fuq ġewwa u vettura miexja

Il-vettura għandha tiġi installata f'faċilità tat-test fuq ġewwa, fejn il-vettura tkun tista' taħdem fuq xażi dinamometriku bl-istess mod bħal fuq barra. Il-postijiet tal-mikrofoni kollha għandhom ikunu bħal dawk tal-kundizzjonijiet tat-test tal-vettura kif speċifikati fil-Figura 2a. Il-pjan ta' quddiem tal-vettura għandu jitqiegħed fuq il-linja PP′.

L-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura għandhom jitkejlu f'veloċitajiet preskritti ta' bejn 5 km/h u 20 km/h fi stadji ta' 5 km/h b'tolleranza ta' +/– 2 km/h għal veloċità ta' 10 km/h jew anqas u ta' +/– 1 km/h għal veloċitajiet oħra. Il-veloċità ta' 5 km/h hija l-aktar veloċità preskritta baxxa. Jekk il-vettura ma tistax titħaddem f'din il-veloċità bil-preċiżjoni speċifikata, minflok għandha tintuża l-aktar veloċità baxxa possibbli taħt l-10 km/h.

4.3.4.   Metodu (E)

L-AVAS għandha tiġi mmuntata b'mod riġidu f'faċilità fuq ġewwa, permezz tat-tagħmir indikat mill-manifattur. Il-mikrofonu tal-istrument tal-kejl għandu jitqiegħed f'distanza ta' 1 m mill-AVAS fid-direzzjoni fejn ikun hemm l-ogħla livell suġġettiv tal-ħoss u jitqiegħed f'għoli ta' bejn wieħed u ieħor l-istess livell bħar-radjazzjoni tal-ħoss tal-AVAS.

L-emissjonijiet tal-ħoss għandhom jitkejlu f'veloċitajiet simulati ta' bejn 5 km/h u 20 km/h fi stadji ta' 5 km/h b'tolleranza ta' +/– 0,5 km/h għal veloċità tat-test.

4.4.   Qari tal-Kejl

4.4.1.   Metodi tat-Test (A)

Għandhom jittieħdu mill-inqas erba' kejlijiet għal kull veloċità speċifikata fil-paragrafu 4.3.1. Il-ħoss emess għandu jiġi reġistrat kull darba li l-vettura tgħaddi bejn AA′ u BB′ għal kull pożizzjoni tal-mikrofonu. Minn kull kampjun ta' kejl, segment wieħed meħud minn AA′ sa 1 metru qabel PP′ għandu jinqata' għal analiżi ulterjuri.

4.4.2.   Metodi tat-Test (B), (C), (D) u (E)

Il-ħoss emess għandu jitkejjel f'kull veloċità speċifikata fil-paragrafi korrispondenti ta' hawn fuq għal mill-inqas 5 sekondi.

4.5.   Proċessar tas-Sinjali

Għal kull kampjun reġistrat għandu jiġi determinat l-auto power spectrum, bl-użu ta' Hanning window u medji ta' soprapożizzjoni (overlap averages) ta' mill-inqas 66,6 %. Ir-riżoluzzjoni tal-frekwenza għandha tintgħażel b'tali mod li tkun dejqa biżżejjed li tippermettu separazzjoni tax-xift tal-frekwenza għal kull kundizzjoni preskritta. Il-veloċità rapportata għal kull segment ta' kampjuni hija l-veloċità medja tal-vettura tul iż-żmien tas-segment ta' kampjuni mqarrba għall-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.

Fil-każ tal-metodu tat-test (A), il-frekwenza li hija maħsuba li tvarja mal-veloċità għandha tiġi determinata għal kull segment ta' kampjuni. Il-frekwenza rapportata għal kull kundizzjoni preskritta fspeed għandha tkun il-medja matematika tal-frekwenzi determinata għal kull kampjun ta' kejl u miġjuba sal-eqreb numru sħiħ. Il-veloċità rapportata għal kull kundizzjoni preskritta għandha tkun il-medja matematika tal-erba' segmenti ta' kampjuni.

Tabella 4

Analiżi tal-frekwenza xxiftjata għal kull kundizzjoni preskritta fuq kull naħa

Veloċità preskritta

Prova tat-test għal kull kundizzjoni preskritta

Veloċità rapportata (medja għal kull segment ta' kampjuni)

Frekwenza ta' interess iddeterminata

(fj, speed)

Veloċità Rapportata għal kull kundizzjoni preskritta (medja tal-veloċitajiet rapportati)

Frekwenza ta' interess rapportata għal kull kundizzjoni preskritta

(fspeed)

km/h

Nru

km/h

Hz

km/h

Hz

5

1

 

 

 

 

2

 

 

3

 

 

4

 

 

10

1

 

 

 

 

2

 

 

3

 

 

4

 

 

15

1

 

 

 

 

2

 

 

3

 

 

4

 

 

20

1

 

 

 

 

2

 

 

3

 

 

4

 

 

Għall-metodi tat-test l-oħra kollha, l-ispettru ta' frekwenzi derivati għandu jintuża direttament għall-kalkoli ulterjuri.

4.5.1.   Ġbir tad-dejta u riżultati rapportati

Il-frekwenza maħsuba li tiġi xxiftjata għandha tintuża għall-kalkoli ulterjuri. Il-frekwenza tal-aktar veloċità tat-test baxxa rapportata, miġjuba sal-eqreb numru sħiħ titqies bħala l-frekwenza ta' referenza fref.

Għall-veloċitajiet l-oħra tal-vettura, il-frekwenzi xxiftjati korrispondenti fspeed miġjuba sal-eqreb numru sħiħ għandhom jittieħdu mill-analiżi spettrali. Ikkalkula del f, ix-xift tal-frekwenza tas-sinjal skont l-ekwazzjoni (1):

Formula

ekwazzjoni (1)

fejn

f speed

hija l-frekwenza f'valur partikolari tal-veloċità;

f ref

hija l-frekwenza fil-veloċità ta' referenza ta' 5 km/h jew fil-veloċità l-aktar baxxa rapportata;

vtest

hija l-veloċità tal-vettura, attwali jew simulata, li tikkorrispondi għall-frekwenza fspeed;

vref

hija l-veloċità tal-vettura, attwali jew simulata, li tikkorrispondi għall-frekwenza fref;

Ir-riżultati għandhom jiġu rapportati skont it-tabella li ġejja:

Tabella 5

Tabella tar-rapport, li għandha timtela għal kull frekwenza analizzata

 

Riżultati tat-Testijiet f'Veloċitajiet Preskritti

5 km/h

(Referenza)

10 km/h

15 km/h

20 km/h

Veloċità Rapportata

km/h

 

 

 

 

Frekwenza, fspeed, in-Naħa tax-Xellug

Hz

 

 

 

 

Frekwenza, fspeed, in-Naħa tal-Lemin

Hz

 

 

 

 

Xift tal-Frekwenza, in-Naħa tax-Xellug

%

mhux applikabbli

 

 

 

Xift tal-Frekwenza, in-Naħa tal-Lemin

%

mhux applikabbli

 

 

 

APPENDIĊI

FIGURI U FLOWCHARTS

Figuri 1a u 1b

Pożizzjonijiet tal-kejl għall-vetturi mixjin fuq barra

Image

Test ta 'immaġni

Figuri 2 a u 2b

Pożizzjonijiet tal-kejl għall-vetturi mixjin fuq ġewwa u f'kundizzjoni ta' waqfien

Image

Test ta 'immaġni

Figura 3

Spazju minimu li għandu jiġi kkwalifikat bħala kompartiment semianekojku

Image

Figura 4

Determinazzjoni tal-firxa tal-ħoss fl-isfond

Image

Figura 5

Kriterji għall-korrezzjoni tal-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-vettura

Image

Figura 6

Rekwiżiti tal-ħoss fl-isfond għall-analiżi f'baned ta' terz ta' ottava

Image

Figura 7 a

Proċeduri tat-test għall-kejl tax-xift tal-frekwenza

Image

Figura 7b

Proċeduri tat-test għall-kejl tax-xift tal-frekwenza, Metodu A

Image

Figura 7c

Proċeduri tat-test għall-kejl tax-xift tal-frekwenza, Metodi B, C, D u E

Image