ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/1 |
Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fis-Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Iżvezja
Fis-16 ta' Frar 2015, ir-Renju tan-Norveġja nnotifika lill-Unjoni Ewropea li kien ikkompleta l-proċeduri tiegħu meħtieġa għad-dħul fis-seħħ.
Bl-istess mod, fid-19 ta' Diċembru 2016, l-Unjoni Ewropea nnotifikat lir-Renju tan-Norveġja li l-Kunsill kien ikkompleta, f'isem l-Unjoni Ewropea, il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim imsemmi hawn fuq, iffirmat fi Brussell fil-15 ta' Jannar 2015.
Għaldaqstant il-Ftehim daħal fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2016 skont l-Artikolu 7 tiegħu.
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/1 |
Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra
L-Unjoni Ewropea u New Zealand taw notifika dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (1), fit-13 ta' Diċembru 2016. Għaldaqstant, il-Ftehim japplika proviżorjament skont l-Artikolu 58(2) ta' dan il-Ftehim mit-12 ta' Jannar 2017 'l quddiem.
Bis-saħħa ta' Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2079 (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati proviżorjament bejn l-Unjoni u New Zealand, iżda biss sa fejn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, inklużi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni li tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni:
— |
Artikolu 3 (Djalogu), |
— |
Artikolu 4 (Kooperazzjoni f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali), |
— |
Artikolu 5 (Djalogu politiku), |
— |
Artikolu 53 (Kumitat Konġunt), bl-eċċezzjoni tal-punti (g) u (h) tal-paragrafu 3 tiegħu, u |
— |
Titolu X (Dispożizzjonijiet finali), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 57 u l-Artikolu 58(1) u (3), sa fejn hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni proviżorja tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmi f'dan l-Artikolu. |
(1) ĠU L 321, 29.11.2016, p. 3.
(2) ĠU L 321, 29.11.2016, p. 1
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/47
tat-8 ta' Novembru 2016
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2) u 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedi li jenħtieġ li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu u li jiġu konklużi arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom u r-regoli supplementari neċessarji għal tali parteċipazzjoni, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħat ta' awditu tal-Qorti tal-Awdituri. |
(2) |
Fl-14 ta' Lulju 2014, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għal Ftehim dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Fond għas-Sigurtà Interna — Fruntieri u Viża għall-perjodu 2014 sa 2020. In-negozjati mal-Prinċipat tal-Liechtenstein ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-30 ta' Marzu 2016. |
(3) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (2); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjonijiet tiegħu f'data aktar tard. |
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 19(4) tal-Ftehim, il-Ftehim bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5 tiegħu, jenħtieġ li jiġi applikat b'mod provviżorju mill-jum wara dak tal-firma tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Ftehim bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5 għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja skont l-Artikolu 19(4) tiegħu mill-jum wara dak tal-firma tiegħu (4), sa meta jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KAŽIMÍR
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(4) Id-data minn meta l-Ftehim ser jiġi applikat provviżorjament ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/4 |
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”
u
IL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Liechtenstein”,
Minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet”
WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (1) (“il-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein”),
billi:
(1) |
L-Unjoni stabbilixxiet l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna permezz tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein. |
(3) |
Billi r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu impatt dirett fuq l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, u b'hekk jaffettwa l-qafas legali ta' dan tal-aħħar, u billi l-proċeduri stipulati fil-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein ġew applikati għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, li ġiet innotifikata lil-Liechtenstein, il-Partijiet jirrikonoxxu li r-Regolament (UE) Nru 514/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein sa fejn ikun neċessarju għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. |
(4) |
L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jipprevedi li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, fosthom il-Liechtenstein, jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu, u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti li jispeċifikaw kontribuzzjonjiet finanzjarji speċifiċi minn dawk il-pajjiżi u r-regoli supplementari neċessarji għal tali parteċipazzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tas-setgħa ta' awditu tal-Qorti tal-Awdituri. |
(5) |
L-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti tal-Fond għas-Sigurtà Interna tiegħu (“l-ISF-Fruntieri u Viża”) jikkostitwixxi strument speċifiku fil-kuntest tal-acquis ta' Schengen imfassal biex jipprevedi l-qsim tal-piżijiet u l-appoġġ finanzjarju fil-qasam tal-fruntieri esterni u tal-politika dwar il-viża fl-Istati Membri u fl-Istati assoċjati. |
(6) |
L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprevedi regoli dwar il-ġestjoni indiretta li huma applikabbli meta pajjiżi terzi, inklużi Stati assoċjati, huma fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit. |
(7) |
L-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jipprevedi għall-eliġibbiltà tan-nefqa li saret fl-2014 minn Awtorità Responsabbli li għadha ma ġietx nominata formalment, biex b'hekk isseħħ tranżizzjoni mingħajr xkiel bejn il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond għas-Sigurtà Interna. Bl-istess mod, huwa importanti li l-istess objettiv jiġi rifless f'dan il-Ftehim. Peress li dan il-Ftehim ma daħalx fis-seħħ qabel tmiem l-2014, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-eliġibbiltà tan-nefqa li tkun saret qabel u sakemm tiġi nnominata formalment l-Awtorità Responsabbli, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll applikati qabel ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli. |
(8) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kalkolu u l-użu tal-kontribuzzjonijiet annwali dovuti mil-Liechtenstein lil-ISF-Fruntieri u Viża, il-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-perjodu 2014–2020 se jitħallsu f'ħames rati annwali mill-2016 sal-2020. Mill-2016 sal-2018, il-kontribuzzjonijiet annwali huma stabbiliti f'ammonti fissi filwaqt li l-kontribuzzjonijiet dovuti għas-snin 2019 u 2020 se jiġu determinati fl-2019 abbażi tal-prodott gross domestiku tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF-Fruntieri u Viża filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-pagamenti li effettivament ikunu saru, |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Ftehim jistabblixxi r-regoli supplementari neċessarji għall-parteċipazzjoni tal-Liechtenstein fl-ISF-Fruntieri u Viża skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014.
Artikolu 2
Ġestjoni finanzjarja u kontroll
1. Il-Liechtenstein għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll li huma stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u fid-dritt tal-Unjoni li l-bażi legali tiegħu ġej mit-TFUE.
Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE u tal-leġislazzjoni sekondarja msemmija fl-ewwel subparagrafu huma dawn li ġejjin:
(a) |
l-Artikolu 287(1), (2) u (3) TFEU; |
(b) |
l-Artikoli 30, 32 u 57, il-punt (i) tal-Artikolu 58(1)(c), l-Artikolu 60 l-Artikoli 79(2) u 108(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012; |
(c) |
L-Artikoli 32, 38, 42, 84, 88, 142 u 144 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (5); |
(d) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (6); |
(e) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jemendaw din il-lista bi qbil komuni.
2. Il-Liechtenstein għandu japplika d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju tiegħu f'konformità ma' dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Rispett għall-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba
Il-Fondi allokati għal-Liechtenstein taħt l-ISF-Fruntieri u Viża għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba.
Artikolu 4
Rispett għall-prinċipju dwar il-kunflitt ta' interess
L-atturi finanzjarji kollha u kull persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji relativi, l-awditjar jew il-kontroll li jaġixxu fit-territorju tal-Liechtenstein għandhom jiġu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-Unjoni.
Artikolu 5
Eżekuzzjoni
Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni apparti mill-istati, għandhom ikunu eżegwibbli fit-territorju tal-Liechtenstein.
L-eżekuzzjoni għandha tkun regolata bir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fil-Liechtenstein. L-ordni għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni għandha tiġi mehmuża ma' dik id-deċiżjoni, mingħajr ebda formalità oħra għajr il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità nazzjonali li l-gvern tal-Liechtenstein għandu jinnomina għal dak il-għan u li għandha tiġi komunikata lill-Kummissjoni.
Meta jitlestew dawk il-formalitajiet fuq applikazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tkun tista' tipproċedi bl-eżekuzzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti.
L-eżekuzzjoni tista' tiġi sospiża biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-qrati tal-Liechtenstein għandu jkollhom ġuriżdizzjoni rigward ilmenti li l-eżekuzzjoni qed isir b'mod irregolari.
Artikolu 6
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi
1. Il-Liechtenstein għandu:
(a) |
jiġġieled il-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' miżuri li għandhom jaġixxu ta' deterrent u li jkunu tali li jippermettu protezzjoni effettiva fil-Liechtenstein; |
(b) |
jieħu l-istess miżuri biex jiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħal ma jieħu biex jiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tiegħu stess; u |
(c) |
jikkoordina l-azzjoni tiegħu li għandha l-għan li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni. |
2. Il-Liechtenstein għandu jadotta miżuri ekwivalenti għal dawk adottati mill-Unjoni skont l-Artikolu 325(4) tat-TFUE li jkunu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim.
Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu bi qbil komuni li jadottaw miżuri ekwivalenti għal kwalunkwe miżura sussegwenti adottata mill-Unjoni skont dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Verifiki u spezzjonijiet fuq il-post mill-Kummissjoni (OLAF)
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, il-Kummissjoni (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, OLAF) għandha tkun awtorizzata li twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tal-Liechtenstein fir-rigward tal-ISF-Fruntieri u Viża f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96.
L-awtoritajiet tal-Liechtenstein għandhom jiffaċilitaw il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post li jistgħu, jekk dawk l-awtoritajiet jixtiequ dan, jitwettqu b'mod konġunt magħhom.
Artikolu 8
Qorti tal-Awdituri
F'konformità mal-Artikolu 287(3) tat-TFUE u mal-Ewwel Parti, it-Titolu X, il-Kapitolu 1 tar-Regolament (EU, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq awditi fil-bini ta' kwalunkwe korp li jamministra dħul jew nefqa f'isem il-Unjoni fit-territorju tal-Liechtenstein fir-rigward tal-ISF-Fruntieri u Viża inkluż fil-bini ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun irċeviet pagamenti mill-baġit.
Fil-Liechtenstein, l-awditi mill-Qorti tal-Awdituri għandhom jitwettqu f'kollaborazzjoni mal-entitajiet nazzjonali tal-awditu jew, jekk huma ma jkollhomx is-setgħat neċessarji, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-korpi nazzjonali tal-awditu tal-Liechtenstein għandhom jikkoperaw fi spirtu ta' fiduċja filwaqt li jippreservaw l-indipendenza tagħhom. Dawk il-korpi jew id-dipartimenti għandhom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri jekk ikollhomx l-intenzjoni li jieħdu sehem fl-awditu.
Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha mill-anqas l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5(7) tar-Regulation (UE) Nru 514/2014 u l-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 9
Akkwist pubbliku
Il-Liechtenstein għandu japplika d-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu dwar l-akkwist pubbliku f'konformità mal-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (8).
Artikolu 10
Kontribuzzjonijiet finanzjarji
1. Għas-snin mill-2016 sal-2018, il-Liechtenstein għandu jagħmel pagamenti annwali għall-baġit tal-ISF-Fruntieri u Viża skont it-tabella li ġejja:
(L-ammonti kollha f'EUR) |
|||
|
2016 |
2017 |
2018 |
il-Liechtenstein |
218 815 |
218 815 |
218 815 |
2. Il-kontribuzzjonijiet tal-Liechtenstein għas-snin 2019 u 2020 għandhom jiġu kkalkulati skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) rispettiv tiegħu bħala perċentwal tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF-Fruntieri u Viża f'konformità mal-formula deskritta fl-Anness.
3. Il-Liechtenstein għandu jagħmel il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin f'dan l-Artikolu irrispettivament mid-data ta' adozzjoni tal-programm nazzjonali tiegħu msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
Artikolu 11
L-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji
1. It-total tal-pagamenti annwali għall-2016 u l-2017 għandu jiġi assenjat kif ġej:
(a) |
75 % għar-rieżami ta' nofs it-terminu msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014; |
(b) |
15 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni sat-30 ta' Ġunju 2017; |
(c) |
10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. |
Meta l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, bis-saħħa tal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.
Jekk dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ jew ma jiġix applikat fuq bażi provviżorja sal-1 ta' Ġunju 2017, il-kontribuzzjoni sħiħa tal-Liechtenstein għandha tintuża skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2. It-total tal-pagamenti annwali għall-2018, tal-2019 u tal-2020 għandu jiġi assenjat kif ġej:
(a) |
40 % għal azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014; |
(b) |
50 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni sal-31 ta' Diċembru 2018; |
(c) |
10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. |
Meta l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, bis-saħa atl-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.
3. L-ammonti addizzjonali assenjati għar-rieżami ta' nofs it-terminu, għall-azzjonijiet tal-Unjoni, għall-azzjonijiet speċifiċi jew għall-programm dwar l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT għandhom jintużaw f'konformità mal-proċedura rilevanti stipulata f'waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 514/2014; |
(b) |
l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 515/2014; |
(c) |
l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 515/2014; |
(d) |
it-tieni paragrafu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. |
4. Kull sena, il-Kummissjoni tista' tuża sa EUR 1 581 mill-pagamenti li jsiru mill-Liechtenstein għall-finanzjament tan-nefqa amministrattiva relatata mal-persunal jew mal-persunal estern neċessarju għall-appoġġ tal-implimentazzjoni mill-Liechtenstein tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 12
Kunfidenzjalità
L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba f'kullforma bis-saħħa ta' dan il-Ftethim għandha tkun koperta mis-sigriet professjonali u protetta bl-istess mod bħalma tkun protetta informazzjoni simili mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mil-liġijiet tal-Liechtenstein. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief lil dawk fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri jew fil-Liechtenstein li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħra ħlief dawk li jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.
Artikolu 13
Nomina ta' Awtorità Responsabbli
1. Il-Liechtenstein għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bin-nomina formali fil-livell ministerjali tal-Awtorità Responsabbli responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa taħt l-ISF-Fruntieri u Viża, malajr kemm jista' jkun wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali.
2. In-nomina msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-korp li jikkonforma mal-kriterji ta' nomina dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta' kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ stabbiliti fir-Regolament (EU) Nru 514/2014 jew abbażi tiegħu.
3. In-nomina ta' Awtorità Responsabbli għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta' korp tal-awditu, li jista' jkun l-Awtorità tal-Awditu, li tivvaluta l-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji tan-nomina. Dak il-korp jista' jkun l-istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli mill-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-amministrazzjoni. Il-korp tal-awditu għandu jiffunzjona indipendentement mill-Awtorità Responsabbli u għandu jwettaq il-ħidma tiegħu f'konformità mal-istandards tal-awditu aċċettati internazzjonalment. Il-Liechtenstein jista' jibbaża d-deċiżjoni tiegħu dwar in-nomina fuq jekk is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ għall-perjodu preċedenti u jekk iffunzjonawx b'mod effikaċi. Jekk ir-riżultati tal-awditu u tal-kontroll eżistenti juru li l-korp nominat ma jikkonformax mal-kriterji tan-nomina, il-Liechtenstein għandu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li jinstab rimedju għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta' dak il-korp, inkluż billi tintemm in-nomina.
Artikolu 14
Definizzjoni tas-sena finanzjarja
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, is-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandha tkopri n-nefqa mħallsa u d-dħul riċevut u kontabbilizzati fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fil-perjodu li jibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena “N – 1” u li jintemm fil-15 ta' Ottubru tas-sena “N”.
Artikolu 15
Eliġibbiltà tan-nefqa
B'deroga mill-Artikolu 17(3)(b) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, in-nefqa għandha tkun eliġibbli meta din tkun tħallset mill-Awtorità Responsabbli qabel in-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli f'konformità mal-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll applikati qabel in-nomina formali jkunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli.
Artikolu 16
Talba għall-pagament tal-bilanċ annwali
1. Sal-15 ta' Frar tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja, il-Liechtenstein għandu jippreżenta lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni mitluba fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
B'deroga mill-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Liechtenstein għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sal-15 ta' Marzu tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja.
Id-dokumenti ppreżentati msemmijin f'dan il-paragrafu għandhom iservu ta' talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali.
2. Id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu skont il-mudelli adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
Artikolu 17
Rapport ta' implimentazzjoni
B'deroga mill-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Liechtenstein għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali fis-sena finanzjarja ta' qabel sal-15 ta' Frar ta' kull sena sal-2022, inkluża dik is-sena, u jista', fil-livell xieraq, jippubblika din l-informazzjoni.
L-ewwel rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għandu jiġi ppreżentat fil-15 ta' Frar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew il-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu.
L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin finanzjarji mill-2014 'il quddiem, sas-sena finanzjarja ta' qabel ma għandu jiddaħħal l-ewwel rapport annwali f'konformità mat-tieni paragrafu. Il-Liechtenstein għandu jippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2023.
Artikolu 18
Sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta
F'konformità mal-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, kull skambju tal-informazzjoni uffiċjali bejn il-Liechtenstein u l-Kummissjoni għandu jitwettaq permezz ta' sistema ta' skambju elettroniku tad-dejta stabbilita mill-Kummissjoni għal dak l-għan.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
1. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jaġixxi bħala d-depożitarju ta' dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet għandhom japprovaw dan il-Ftehim skont il-proċeduri tagħhom stess. Huma għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawn il-proċeduri.
3. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 2.
4. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, il-Partijiet għandhom japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-jum wara dak tal-firma tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti kostituzzjonali.
Artikolu 20
Validità u terminazzjoni
1. Kemm l-Unjoni kif ukoll il-Liechtenstein jistgħu jtemmu dan il-Ftehim billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Ftehim għandu jieqaf milli japplika tliet xhur wara d-data ta' tali notifika. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-mument tat-terminazzjoni għandhom jissoktaw skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jirriżolvu bi qbil komuni kull konsegwenza oħra tat-terminazzjoni.
2. Dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat meta l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein jiġi tterminat skont l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 11(1) jew l-Artikolu 11(3) tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein.
Artikolu 21
Lingwi
Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'oriġinal uniku bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediż, b'kull test ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на пети декември през две хиляди и шестнадесета година.
Hecho en Bruselas, el cinco de diciembre de dos mil dieciséis.
V Bruselu dne pátého prosince dva tisíce šestnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den femte december to tusind og seksten.
Geschehen zu Brüssel am fünften Dezember zweitausendsechzehn.
Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta detsembrikuu viiendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις πέντε Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.
Done at Brussels on the fifth day of December in the year two thousand and sixteen.
Fait à Bruxelles, le cinq décembre deux mille seize.
Sastavljeno u Bruxellesu petog prosinca godine dvije tisuće šesnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì cinque dicembre duemilasedici.
Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada piektajā decembrī.
Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gruodžio penktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év december havának ötödik napján.
Magħmul fi Brussell, fil-ħames jum ta' Diċembru fis-sena elfejn u sittax.
Gedaan te Brussel, vijf december tweeduizend zestien.
Sporządzono w Brukseli dnia piątego grudnia roku dwa tysiące szesnastego.
Feito em Bruxelas, em cinco de dezembro de dois mil e dezasseis.
Întocmit la Bruxelles la cinci decembrie două mii șaisprezece.
V Bruseli piateho decembra dvetisícšestnásť.
V Bruslju, dne petega decembra leta dva tisoč šestnajst.
Tehty Brysselissä viidentenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.
Som skedde i Bryssel den femte december år tjugohundrasexton.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Княжество Лихтенщайн
Por el Principado de Liechtenstein
Za Lichtenštejnské knížectví
For Fyrstendømmet Liechtenstein
Für das Fürstentum Liechtenstein
Liechtensteini Vürstiriigi nimel
Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν
For the Principality of Liechtenstein
Pour la Principauté de Liechtenstein
Za Kneževinu Lihtenštajn
Per il Principato del Liechtenstein
Lihtenšteinas Firstistes vārdā –
Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu
A Liechtensteini Hercegség részéről
Għall-Prinċipat tal-Liechtenstein
Voor het Vorstendom Liechtenstein
W imieniu Księstwa Lichtensteinu
Pelo Principado do Listenstaine
Pentru Principatul Liechtenstein
Za Lichtenštajnské kniežatstvo
Za Kneževino Lihtenštajn
Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta
För Furstendömet Liechtenstein
(1) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 547/2014 tal-15 ta' Mejju 2014 (ĠU L 163, 29.5.2014, p. 18).
(5) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(7) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
ANNESS
FORMULA BIEX JIĠU KKALKULATI L-KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI GĦAS-SNIN 2019 U 2020 U D-DETTALJI TAL-ĦLAS
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Liechtenstein għall-ISF-Fruntieri u Viża msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament 515/2014 tiġi kkalkulata kif ġej għas-snin 2019 u 2020:
Għal kull sena mill-2013 sal-2017 iċ-ċifri finali tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Liechtenstein disponibbli fil-31 ta' Marzu tal-2019 għandhom jiġu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF-Fruntieri u Viża għas-sena rispettiva. Il-medja tal-ħames perċentwali miksuba għas-snin mill-2013 sal-2017 għandha tiġi applikata għas-somma tal-approprjazzjonijiet annwali effettivi għall-ISF-Fruntieri u Viża għas-snin mill-2014 sal-2019 u tal-approprjazzjoni ta' impenn annwali għall-ISF-Fruntieri u Viża għas-sena 2020 kif inkluż fl-abbozz tal-baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 adottat mill-Kummissjoni sabiex jinkiseb l-ammont totali li għandu jitħallas mil-Liechtenstein matul il-perjodu kollu ta' implimentazzjoni tal-ISF-Fruntieri u Viża. Minn dan l-ammont, il-ħlasijiet annwali effettivament magħmula mil-Liechtenstein skont l-Artikolu 10(1) ta' dan il-Ftehim għandhom jitnaqqsu sabiex jinkiseb l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tiegħu għas-snin 2019 u 2020. Nofs dan l-ammont għandu jitħallas fl-2019 u n-nofs l-ieħor fl-2020.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'Euro.
Il-Liechtenstein għandu jħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja rispettiva tiegħu sa mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi n-nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jagħti lok għal ħlas ta' mgħax ta' inadempjenza fuq l-ammont mhux imħallas mid-data ta' skadenza. Ir-rata tal-imgħax tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat id-data tal-iskadenza, b'żieda ta' 3,5 punti perċentwali.
REGOLAMENTI
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/48
tal-11 ta' Jannar 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
269,9 |
MA |
115,2 |
|
SN |
204,0 |
|
TR |
108,2 |
|
ZZ |
174,3 |
|
0707 00 05 |
MA |
86,1 |
TR |
220,1 |
|
ZZ |
153,1 |
|
0709 91 00 |
EG |
144,1 |
ZZ |
144,1 |
|
0709 93 10 |
MA |
236,8 |
TR |
226,9 |
|
ZZ |
231,9 |
|
0805 10 20 |
EG |
46,2 |
IL |
126,4 |
|
MA |
54,3 |
|
TR |
71,9 |
|
ZZ |
74,7 |
|
0805 20 10 |
IL |
166,4 |
MA |
73,6 |
|
ZZ |
120,0 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
EG |
97,9 |
IL |
151,6 |
|
JM |
125,6 |
|
TR |
96,5 |
|
ZZ |
117,9 |
|
0805 50 10 |
TR |
70,9 |
ZZ |
70,9 |
|
0808 10 80 |
CN |
144,5 |
US |
72,4 |
|
ZZ |
108,5 |
|
0808 30 90 |
CL |
307,7 |
CN |
99,5 |
|
TR |
133,1 |
|
ZZ |
180,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/49
tal-11 ta' Jannar 2017
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet li għalihom japplikaw il-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mill-1 ta' Jannar 2017 sas-6 ta' Jannar 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 (2) fetaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina. |
(2) |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 stabbilixxa, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-ammont tal-kwota bin-numru tal-ordni 09.4308 għal 450 000 tunnellata. |
(3) |
L-ammonti li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni introdotti mill-1 ta' Jannar 2017 sas-6 ta' Jannar 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4308, huma iktar mill-ammonti disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-ammonti mitluba skont il-kwota kkonċernata, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4308, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 għall-perjodu tal-kwota attwali. |
(5) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-ammonti li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4308 u msemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, ippreżentat mill-1 ta' Jannar 2017 sas-6 ta' Jannar 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell, ġew assenjati koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 8,332851 % għall-applikazzjonijiet ippreżentati fil-qafas tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4308.
2. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzji, fil-qafas tal-kwota bin-numru tal-ordni 09.4308, imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, hija sospiża mis-6 ta' Jannar 2017, mis-13.00, ħin ta' Brussell, għall-perjodu tal-kwota attwali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 302, tad-19.11.2015, p. 81).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
DEĊIŻJONIJIET
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/50
tal-11 ta' Jannar 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali). Il-missjoni ngħatat mandat u ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Jannar 2017. |
(2) |
Wara r-Reviżjoni Strateġika tal-missjoni, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-EUCAP Sahel Mali jiġi adattat u estiż għal perijodu ta' sentejn. Jenħtieġ li jkun previst ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-15 ta' Jannar 2017 sal-14 ta' Jannar 2018. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/219/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Objettiv u Kompiti 1. L-objettiv tal-EUCAP Sahel Mali għandu jkun li l-awtoritajiet Maljani jkunu jistgħu jerġgħu jistabbilixxu u jżommu l-ordni kostituzzjonali u demokratiku u l-kondizzjonijiet għal paċi dejjiema fil-Mali, u li jerġgħu jistabbilixxu u jżommu l-awtorità u l-leġittimità tal-Istat fuq it-territorju kollu tal-Mali permezz tal-instawrazzjoni mill-ġdid effikaċi tal-amministrazzjoni tiegħu. 2. Sabiex tiġi appoġġata d-dinamika Maljana fl-istabbiliment mill-ġdid tal-awtorità tal-Istat, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-Patt għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali ffirmat fil-15 ta' Mejju u fl-20 ta' Ġunju 2015 u f'koordinament mill-qrib ma' atturi internazzjonali oħra, b'mod partikolari l-MINUSMA, il-EUCAP Sahel Mali għandha tassisti u tforni konsulenza lill-forzi tas-sigurtà interni fl-implimentazzjoni tar-riforma ta' sigurtà stabbilita mill-Gvern il-ġdid, bil-ħsieb li:
3. Il-EUCAP Sahel Mali għandha tikkontribwixxi, fl-ambitu tal-attivitajiet tagħha, għat-titjib tal-interoperabbiltà u l-koordinament bejn il-forzi tas-sigurtà interna tal-pajjiżi tas-Sahel G5 u l-FSI. 4. Biex tilħaq l-objettiv tagħha, il-EUCAP Sahel Mali għandha topera skont il-linji strateġiċi ta' operazzjoni definiti fil-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi approvati mill-Kunsill fis-17 ta' Marzu 2014 u ppreżentati fid-dokumenti ta' ppjanar operazzjonali approvati mill-Kunsill.”. |
(2) |
L-Artikolu 14(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' April 2014 sal-14 ta' Jannar 2015 għandu jkun ta' EUR 5 500 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2015 sal-14 ta' Jannar 2016 għandu jkun ta' EUR 11 400 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta' Jannar 2016 u l-14 ta' Jannar 2017 għandu jkun ta' EUR 19 775 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta' Jannar 2017 u l-14 ta' Jannar 2018 għandu jkun ta' EUR 29 800 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”. |
(3) |
Il-Artikolu 17 hu emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 18, l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej: “Din għandha tapplika sal-14 ta' Jannar 2019.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/20 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA
tas-16 ta' Novembru 2016
dwar l-emenda tal-Anness 10 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli [2017/51]
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
(2) |
L-Anness 10 tal-Ftehim jikkonċerna r-rikonoxximent tal-kontrolli ta' konformità għall-frott u l-ħxejjex friski mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. |
(3) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Anness 10 tal-Ftehim, il-grupp ta' ħidma għall-frott u l-ħxejjex jikkunsidra kull kwistjoni li hija marbuta mal-anness u l-implimentazzjoni tagħha u minn żmien għal żmien jeżamina l-liġijiet u r-regolamenti interni tal-Partijiet fl-oqsma koperti f'dak l-anness. B'mod partikolari, il-grupp ta' ħidma jressaq proposti lill-Kumitat bl-għan li jiġu adattati u aġġornati l-appendiċijiet tal-istess anness. Għaldaqstant, il-grupp ta' ħidma ppropona lill-Kumitat li dan l-anness jiġi emendat, sabiex fil-kamp ta' applikazzjoni jiddaħħal il-frott taċ-ċitru, wara r-rikonoxximent tar-regoli fitosanitarji għal dan it-tip ta' prodott. Barra minn hekk, it-test tal-Anness 10 għandu jirrifletti l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
(4) |
Għalhekk, l-Anness 10 għandu jiġi emendat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tal-Anness 10 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli għandu jinbidel bit-test li ġej:
“Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan l-Anness għandu japplika għall-frott u l-ħxejjex li jittieklu friski jew imnixxfin, li dwarhom ġew stabbiliti jew rikonoxxuti standards ta' kummerċjalizzazzjoni mill-Unjoni Ewropea bħala alternattivi għall-istandard ġenerali skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2017.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2016.
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Susana MARAZUELA-AZPIROZ
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Krisztina BENDE
Is-Segretarju tal-Kumitat
Ioannis VIRVILIS
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/22 |
DEĊIŻJONI Nru 5/2016 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tat-22 ta' Diċembru 2016
li tagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġits taċ-Ċentru għas-snin finanzjarji 2011 u 2012 [2017/52]
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-KE,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 27(5), it-tieni subparagrafu tar-Regolament Finanzjarju taċ-ĊŻI, (1)
Billi:
(1) |
Id-dħul taċ-Ċentru għas-snin finanzjarji 2011 u 2012 kien jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jammontaw għal EUR 17 850 484,11 għall-2011 u EUR 15 856 427,31 għall-2012; |
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali tal-baġit taċ-Ċentru mid-Direttur matul is-snin finanzjarji 2011 u 2012 kienet tali li, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti tal-awditi statutorji taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi għall-2011 u l-2012, huwa għandu jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dawk il-baġits, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, fuq il-bażi tar-rapporti tal-awdituri għas-snin 2011 u 2012, il-karti tal-bilanċ u l-kontijiet ta' dħul u nfiq għas-snin finanzjarji korrispondenti, b'dan jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġits taċ-Ċentru għas-snin finanzjarji 2011 u 2012.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
P. JAVORČÍK