ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 1 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
4.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 1/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1
tat-3 ta' Jannar 2017
dwar il-proċeduri ta' identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma skont id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(1)(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tas-sistema ta' kodifikazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma skont id-Direttiva 2013/53/UE, tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiżdied it-trasparenza, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi dwar il-proċedura tal-assenjar u l-amministrazzjoni tal-kodiċi uniku tal-manifattur. |
(2) |
Huwa xieraq li jiġi stabbilit li kull Stat Membru jkun responsabbli mill-ħatra ta' awtorità nazzjonali jew korp nazzjonali għall-assenjar tal-kodiċi uniku tal-manifattur li ser ikun il-punt ta' kuntatt ewlieni għall-assenjar u l-amministrazzjoni tal-kodiċijiet tal-manifattur. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dgħajjes li jintużaw għar-Rikreazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2013/53/UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula regoli għall-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma, b'mod partikolari regoli dwar l-assenjar u l-amministrazzjoni tal-kodiċijiet tal-manifattur.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
(a) |
“korp nazzjonali” tfisser korp maħtur mill-awtorità nazzjonali ta' kull Stat Membru biex jassenja kodiċi uniku tal-manifattur; |
(b) |
“pajjiż fejn il-fabbrikant huwa stabbilit” tfisser il-pajjiż fejn il-manifattur ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fil-każ ta' persuna ġuridika, jew l-indirizz permanenti fil-każ ta' persuna fiżika; |
(c) |
“reġistru nazzjonali” tfisser ir-reġistru ta' kull Stat Membru fejn il-kodiċi uniku tal-manifattur għall-manifatturi stabbiliti fit-territorju tagħhom jiġi rreġistrat; |
(d) |
“reġistru ta' pajjiż terz” tfisser ir-reġistru tal-pjattaforma kollaborattiva tal-Kummissjoni fejn il-kodiċi uniku tal-manifattur għall-manifatturi stabbiliti f'pajjiżi terzi jiġi rreġistrat; |
(e) |
“reġistru ta' Stat Membru” tfisser id-damma ta' reġistri nazzjonali fil-pjattaforma kollaborattiva tal-Kummissjoni; |
(f) |
“reġistru ta' korpi notifikati” tfisser ir-reġistru tal-pjattaforma kollaborattiva tal-Kummissjoni fejn il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-valutazzjoni ta' wara l-bini jiġi rreġistrat. |
KAPITOLU 2
KOMPOŻIZZJONI TAN-NUMRU TA' IDENTIFIKAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-ILMA
Artikolu 3
Numru ta' identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma
1. In-numru ta' identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma (WIN) jikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, fl-ordni li ġejja:
(a) |
il-kodiċi tal-pajjiż tal-manifattur li jindika fejn l-manifattur ġie stabbilit; |
(b) |
il-kodiċi uniku tal-manifattur assenjat mill-awtorità nazzjonali ta' Stat Membru, madankollu l-istess kumbinazzjoni ta' karattri f'forma ta' kodiċi uniku għal manifattur, iġġenerat minn awtorità nazzjonali jew korp nazzjonali ta' Stat Membru, jista' jiġi ġġenerat ukoll minn awtorità nazzjonali jew korp nazzjonali ta' Stat Membru ieħor bil-kodiċi tal-pajjiż tal-manifattur bħala element distintiv; |
(c) |
in-numru tas-serje uniku assenjat mill-manifattur għall-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma u jkun użat darba biss minn dak il-manifattur; madankollu l-istess kumbinazzjoni ta' karattri tista' tintuża wkoll minn manifattur ieħor fejn l-element distintiv ikun il-kumbinazzjoni tal-kodiċi uniku tal-manifattur u l-kodiċi tal-pajjiż tal-manifattur; |
(d) |
ix-xahar u sena tal-produzzjoni, |
(e) |
is-sena tal-mudell li tikkorrispondi mas-sena meta inġenju tal-ilma speċifiku jkun intenzjonat li jitqiegħed fis-suq. |
2. il-kompożizzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma (WIN) għandha tkun konformi mat-tieni paragrafu tal-Punt 2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2013/53/UE.
KAPITOLU 3
ASSENJAR U AMMINISTRAZZJONI TAL-KODIĊI UNIKU TAL-MANIFATTUR
Artikolu 4
Assenjar tal-kodiċi uniku tal-manifattur
1. Il-kodiċi uniku tal-manifattur jiġi assenjat mill-awtorità nazzjonali jew korp nazzjonali tal-Istat Membru wara talba minn manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 7.
2. Il-kodiċi uniku għal manifattur jiġi ġġenerat u assenjat darba biss mill-awtorità nazzjonali jew korp nazzjonali ta' Stat Membru. Kull manifattur ikollu kodiċi uniku wieħed biss għall-użu fis-suq tal-Unjoni.
Artikolu 5
Awtorità nazzjonali li tassenja kodiċi uniku tal-manifattur
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew il-korp nazzjonali responsabbli mill-assenjar tal-kodiċi uniku tal-manifattur.
2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-awtorità jew il-korp nazzjonali responsabbli mill-assenjar tal-kodiċi uniku tal-manifattur.
Artikolu 6
Il-proċedura biex jiġi assenjat kodiċi uniku tal-manifattur lil manifattur stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni
1. Il-manifattur, qabel ma jqiegħed inġenju tal-ilma fis-suq tal-Unjoni, jissottometti applikazzjoni għall-assenjar tal-kodiċi uniku tal-manifattur lill-awtorità nazzjonali jew korp nazzjonali fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-awtorità fejn jintroduċi l-applikazzjoni skont kif determinat mill-awtorità.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun akkumpanjata minn kopja ta' dokument li jipprova li l-manifattur ikun stabbilit fl-Istat Membru tiegħu, b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-awtorità fejn l-applikazzjoni tiġi introdotta kif determinat mill-awtorità.
3. L-awtorità nazzjonali jew korp nazzjonali, wara li jivverifika/tivverifika l-applikazzjoni, jassenja/tassenja kodiċi uniku tal-manifattur skont l-Artikolu 4.
4. Kull Stat Membru jiżgura li l-kodiċi uniku tal-manifattur ikun irreġistrat fir-reġistru nazzjonali tiegħu. Din id-dejta se tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha fir-reġistru tal-Istati Membri.
Artikolu 7
Proċedura biex jiġi assenjat kodiċi uniku tal-manifattur lil manifattur stabbilit f'pajjiż terz
1. Manifattur stabbilit f'pajjiż terz, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, qabel ma jqiegħed inġenju tal-ilma fis-suq tal-Unjoni, għandu jissottometti applikazzjoni għall-assenjar tal-kodiċi uniku tal-manifattur lill-awtorità jew korp nazzjonali tal-Istat Membru, b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-awtorità fejn jintroduċi l-applikazzjoni skont kif determinat mill-awtorità, fit-territorju fejn il-manifattur għandu l-intenzjoni li jpoġġi l-inġenju tal-ilma tiegħu fis-suq. Dik is-sottomissjoni għandha ssir biss fi Stat Membru wieħed.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1għandha tkun akkumpanjata minn kopja ta' dokument li jipprova li l-manifattur ikun stabbilit f'dak il-pajjiż, b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-awtorità fejn l-applikazzjoni tiġi introdotta kif determinat mill-awtorità.
3. Malli tirċievi applikazzjoni minn manifattur, l-awtorità jew il-korp nazzjonali tal-istat Membru għandu jivverifika/għandha tivverifika d-disponibbiltà tal-kodiċijiet ikkombinati fir-reġistru tal-pajjiż terz sabiex jiġi żgurat li din hija l-ewwel darba li l-manifattur ikun bagħat applikazzjoni lil xi Stat Membru.
4. Wara l-verifika msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità jew il-korp nazzjonali tal-Istat Membru għandu jdaħħal/għandha ddaħħal l-isem u l-indirizz tal-manifattur fir-reġistru ta' pajjiż terz sabiex jiġi indikat li l-Istat Membru qed jibda l-assenjar tal-kodiċi uniku tal-manifattur.
5. Wara li l-awtorità jew il-korp nazzjonali, jivverifika/tivverifika l-applikazzjoni, jassenja/tassenja kodiċi uniku tal-manifattur skont l-Artikolu 4. Manifattur stabbilit f'pajjiż terz jiġi assenjat kodiċi uniku ta' manifattur wieħed biss mill-awtorità nazzjonali ta' Stat Membru wieħed biss.
6. Meta l-awtorità jew il-korp nazzjonali tassenja/jassenja l-kodiċi uniku tal-manifattur f'pajjiż terz, dan se jiġi rreġistrat ukoll fir-reġistru tal-pajjiż terz.
Artikolu 8
Proċedura fil-każ ta' valutazzjoni ta' wara l-bini
1. Fil-każ ta' valutazzjoni ta' wara l-bini, imsemmija fl-Artikoli 19 u 23 tad-Direttiva 2013/53/UE, fejn il-korp notifikat irid iwaħħal in-numru ta' identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma, li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-kodiċi uniku tal-manifattur jiġi indikat permezz tal-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-valutazzjoni ta' wara l-bini u jiġi assenjat mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-korp innotifikat huwa stabbilit.
2. Meta jiġi assenjat il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-valutazzjoni ta' wara l-bini, il-korpi notifikati għandhom jirreġistrawh fir-reġistru tal-korpi notifikati.
Artikolu 9
Tariffi
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar it-tariffi li japplikaw għall-assenjar tal-kodiċi uniku tal-manifattur.
KAPITOLU 4
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90.
4.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 1/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2
tat-3 ta' Jannar 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
97,0 |
TR |
118,4 |
|
ZZ |
107,7 |
|
0707 00 05 |
TR |
164,3 |
ZZ |
164,3 |
|
0709 91 00 |
EG |
134,8 |
ZZ |
134,8 |
|
0709 93 10 |
MA |
123,3 |
TR |
180,7 |
|
ZZ |
152,0 |
|
0805 10 20 |
TR |
73,6 |
ZZ |
73,6 |
|
0805 20 10 |
MA |
68,9 |
ZZ |
68,9 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
160,4 |
TR |
69,9 |
|
ZZ |
115,2 |
|
0805 50 10 |
TR |
78,9 |
ZZ |
78,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.