ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 351

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
22 ta' Diċembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2326 tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38375 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Fiat (notifikata bid-dokument numru C(2015) 7152)  ( 1 )

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2327 tal-5 ta' Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 19864 — 2014/C (ex 2009/NN54) implimentata mill-Belġju — Finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi IRIS fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell (notifikata bid-dokument C(2016) 4051)  ( 1 )

68

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

22.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 351/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2326

tal-21 ta' Ottubru 2015

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38375 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Fiat

(notifikata bid-dokument numru C(2015) 7152)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-artikoli msemmija hawn fuq (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tad-19 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni bagħtet lil-Lussemburgu talba għal informazzjoni dwar l-informazzjoni dettaljata dwar il-prattiki nazzjonali fir-rigward tad-deċiżjoni tat-taxxa (3).

(2)

Permezz tal-ittra tas-17 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet Lussemburgiżi rrispondew b'mod ġenerali u pprovdew parti mill-informazzjoni mitluba. B'mod partikolari, ir-risposta tagħhom inkludiet deskrizzjoni tal-prinċipji legali u tar-regoli nazzjonali li jgħaqqdu l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu (Amministrazzjoni tal-Kontributi Diretti) waqt l-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva (“deċiżjoni tat-taxxa” jew “deċiżjoni” (4)), speċifikat il-proċedura li tippermetti li tinkiseb tali deċiżjoni u l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-kontribwent u indikat jekk id-deċiżjonijiet adottati mill-amministrazzjoni tat-taxxa ġewx ippubblikati jew le. L-awtoritajiet Lussemburgiżi ma rrispondewx it-talba tal-Kummissjoni li jipprovdulha l-lista tad-deċiżjonijiet tat-taxxa adottati fl-2010, fl-2011 u fl-2012 mill-amministrazzjoni tat-taxxa tagħhom, kif ukoll informazzjoni utli oħra bħall-isem tal-kumpaniji, l-attività tagħhom, id-data tad-deċiżjonijiet, il-perjodu ta' validità tad-deċiżjonijiet u t-tip ta' tranżazzjonijiet koperti minn dawn id-deċiżjonijiet.

(3)

Permezz tal-ittra tat-30 ta' Awwissu 2013, il-Kummissjoni bagħtet nota ta' tfakkir lill-awtoritajiet Lussemburgiżi billi talbithom jipprovdu lista tad-deċiżjonijiet tat-taxxa adottati fl-2010, l-2011 u l-2012 (5).

(4)

Permezz tal-ittri tal-20 u t-23 ta' Settembru 2013, l-awtoritajiet Lussemburgiżi esprimew id-dispjaċir tagħhom dwar il-fatt li ċerta informazzjoni dwar it-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata fl-istampa. Barra minn hekk, huma kkontestaw il-bażi legali tat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Permezz tal-ittra tat-2 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni rrispondiet lill-awtoritajiet Lussemburgiżi, billi indikatilhom il-bażi legali li tippermettilha tiftaħ l-inkjesta fuq inizjattiva tagħha stess dwar il-prattika tal-Lussemburgu fir-rigward tad-deċiżjoni tat-taxxa u billi tathom perjodu supplimentari sabiex jippreżentaw il-lista ta' deċiżjonijiet tat-taxxa mitluba.

(6)

Fil-11 ta' Ottubru 2013 saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Lussemburgiżi u l-Kummissjoni. Fl-14 ta' Ottubru ta' wara, l-awtoritajiet Lussemburgiżi indikaw, bil-posta, dubju li l-bażi legali msemmija mill-Kummissjoni tista' tiġġustifika l-karattru estiż u ġenerali tat-talba għal informazzjoni. Il-Kummissjoni rrispondew din l-ittra permezz ta' ittra tal-15 ta' Ottubru 2013.

(7)

Sar skambju ta' ittri ġdid bejn l-awtoritajiet Lussemburgiżi (l-ittri tal-11 ta' Novembru u tat-2 ta' Diċembru 2013) u l-Kummissjoni (l-ittri tal-14 ta' Novembru u tat-12 ta' Diċembru 2013), li fih l-awtoritajiet Lussemburgiżi spjegaw li minħabba l-formazzjoni ta' gvern ġdid, huma ma setgħux jirrispondu t-talba għal informazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni tathom estensjoni tal-perjodu ta' risposta sal-15 ta' Jannar 2014, filwaqt li speċifikat fiż-żewġ ittri tagħha li jistgħu jiġu obbligati jadottaw deċiżjoni ta' inġunzjoni ta' informazzjoni jekk it-talba għal informazzjoni tagħha tibqa' mingħajr risposta.

(8)

Permezz tal-ittra tal-15 ta' Jannar 2014, l-awtoritajiet Lussemburgiżi pprovdew 22 deċiżjoni tat-taxxa fir-rigward tal-perjodu 2010-2013, iżda l-ismijiet tal-kontribwenti kienu ġew imneħħija minn dawn id-dokumenti. Skont l-awtoritajiet Lussemburgiżi, dawk it-22 deċiżjoni — li waħda minnhom kienet relatata ma' arranġament preliminari ta' prezzijiet (“APP”) indirizzat lil kumpanija referuta bħala “FFT” (l-“APP ta' FFT” jew “id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata” — kienu rappreżentattivi tal-prattika Lussemburgiża fir-rigward tad-deċiżjonijiet tat-taxxa.

(9)

L-APP ta' FFT kien fih id-dokumenti li ġejjin (6):

(a)

ittra [tal-konsulent tat-taxxa] (*1) f'isem il-klijent tiegħu FFT, tal-14 ta' Marzu 2012, li fiha talba għal approvazzjoni mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża ta' arranġament ta' prezzijiet ta' trasferiment;

(b)

rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment li fihom analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment, imfassal mill-konsulent tat-taxxa b'appoġġ għat-talba ta' APP ta' FFT (“ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment”);

(c)

ittra tal-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża tat-3 ta' Settembru 2012, li biha din tal-aħħar aċċettat l-arranġament ta' prezzijiet ta' trasferiment propost mill-konsulent tat-taxxa.

(10)

Permezz tal-ittra tas-7 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Lussemburgiżi jikkonfermaw li “Fiat Finance and Trade Ltd” kienet il-kontribwent imsemmi FFT fl-APP ta' FFT. Hija indikat ukoll li fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa, hija ma setgħetx teskludi li l-APP ta' FFT jirrappreżenta għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern favur FFT. Il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Lussemburgiżi jipprovdu aktar informazzjoni utli għall-valutazzjoni tal-APP ta' FFT. Billi l-awtoritajiet Lussemburgiżi ma rrispondewx din l-ittra, il-Kummissjoni bagħtet nota ta' tfakkir fis-7 ta' April 2014 (7).

(11)

Fl-24 ta' April 2014, l-awtoritajiet Lussemburgiżi rrispondew l-ittra tas-7 ta' Marzu 2014 u kkonfermaw li ma kellhomx aktar informazzjoni utli neċessarja għall-valutazzjoni tal-APP ta' FFT. Fir-rigward tal-kwistjoni jekk “FFT” kinitx tikkorrispondi għal Fiat Finance and Trade Ltd, l-awtoritajiet Lussemburgiżi invokaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità tal-leġiżlazzjoni Lussemburgiża u infurzaw dawn id-dispożizzjonijiet li jipprojbixxuhom milli jikkonfermaw l-identità tal-kontribwent inkwistjoni.

(12)

Fl-24 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta' inġunzjoni ta' informazzjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (8), li talbet lill-awtoritajiet Lussemburgiżi l-lista tad-deċiżjonijiet tat-taxxa mmirati fil-premessa (2).

(13)

Permezz tad-deċiżjoni tal-11 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) (9), fir-rigward tal-APP ta' FFT. Id-deċiżjoni tal-ftuħ kienet akkumpanjata minn deċiżjoni ta' inġunzjoni ta' informazzjoni (id-“deċiżjoni ta' inġunzjoni”), li talbet lil-Lussemburgu jipprovdi, f'perjodu ta' xahar min-notifika ta' din id-deċiżjoni, id-dokumenti, l-informazzjoni u d-dejta kollha neċessarji li jippermettu li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-eżistenza tal-għajnuna allegata u, skont il-każ, dwar il-kompatibilità ta' din l-għajnuna mas-suq intern. B'mod partikolari, il-Kummissjoni talbet lil-Lussemburgu jikkonferma l-identità tal-benefiċjarju tal-miżura.

(14)

Permezz tal-ittra tal-14 ta' Lulju 2014, il-Lussemburgu bagħat il-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. Huwa indika wkoll li, billi l-Kummissjoni ma setgħetx tiddikjara l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat, ma kellux jirrispondi l-mistoqsijiet magħmula fid-deċiżjoni tal-ftuħ u lanqas fid-deċiżjoni ta' inġunzjoni.

(15)

Permezz tal-ittra tal-14 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni talbet lil-Lussemburgu jipprovdilha l-informazzjoni nieqsa mmirata fid-deċiżjoni tal-ftuħ u fid-deċiżjoni ta' inġunzjoni. Hija talbet ukoll lil-Lussemburgu l-awtorizzazzjoni li tindirizza direttament lil FFT sabiex tagħmlilha d-domandi li baqgħu mingħajr risposta, skont l-Artikolu 6a tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(16)

Fit-3 ta' Settembru 2014, il-Lussemburgu rrisponda parzjalment għad-domandi li kienu għadhom mingħajr risposta u indika li parti mill-informazzjoni mitluba kienet tikkostitwixxi sigriet kummerċjali ta' FFT li ma kienx fil-pussess tagħha. Barra minn hekk huwa kkonferma li FFT kienet il-kumpanija Fiat Finance and Trade Ltd. u awtorizza lill-Kummissjoni li tibgħat il-mistoqsijiet tagħha direttament lil FFT.

(17)

Fis-17 ta' Ottubru 2014, id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet terzi interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura ta' għajnuna inkwistjoni. Permezz tal-ittra tat-30 ta' Ottubru 2014, hija rċeviet il-kummenti ta' FFT.

(18)

Fit-22 ta' Diċembru 2014, il-Lussemburgu pprovda lista tal-benefiċjarji tad-deċiżjonijiet tat-taxxa sabiex jikkonforma mat-talba għal informazzjoni espressa fl-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2013. Din il-lista telenka d-deċiżjonijiet adottati mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża fl-2010, l-2011 u l-2012.

(19)

Permezz tal-ittra tal-5 ta' Jannar 2015, il-Lussemburgu bagħat il-kummenti tiegħu dwar il-kummenti li rċieva b'risposta għad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(20)

Fit-12 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li infurmat lil-Lussemburgu li, skont l-Artikolu 6a tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, hija ddikjarat li l-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata s'issa tibqa' ineffettiva. Fuq din il-bażi u bl-awtorizzazzjoni tal-Lussemburgu (11), il-Kummissjoni setgħet tibgħat id-domandi tagħha direttament lil FFT.

(21)

Permezz tal-ittri tal-20 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lil-Lussemburgu u lil FFT. It-talba għal informazzjoni mibgħuta lil FFT kienet ibbażata fuq l-Artikolu 6a(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(22)

Permezz tal-ittra tal-24 ta' Frar 2015, il-Lussemburgu rrisponda għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2015, u esprima s-sorpriża tiegħu fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-proċedura f'dan il-każ u d-dubji tiegħu fir-rigward tal-validità li l-proċedura tiġi ddikjarata ineffettiva, fid-dawl tal-volum importanti ta' informazzjoni li l-Lussemburgu pprovda lill-Kummissjoni waqt l-inkjesta.

(23)

Permezz tal-e-mails tas-26 ta' Frar u tat-3 ta' Marzu 2015, FFT talbet kjarifiki dwar it-talba għal informazzjoni u estensjoni tal-perjodu ta' risposta, mogħti mill-Kummissjoni b'email tal-5 ta' Marzu 2015.

(24)

B'ittra tas-5 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni rrispondiet għall-ittra tal-Lussemburgu tal-24 ta' Frar 2015.

(25)

Fit-23 ta' Marzu 2015 (12), il-Kummissjoni talbet lil-Lussemburgu, b'risposta għal-lista tad-deċiżjonijiet tat-taxxa li kien bagħat fit-22 ta' Diċembru 2014, jipprovdi aktar informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet imsemmija għas-snin 2010, 2011 u 2012. B'mod partikolari, hija talbet lil-Lussemburgu tispeċifika liema deċiżjonijiet ikkonċernaw funzjoni ta' teżor u liema kkonċernaw kumpaniji mhux integrati jew indipendenti. Il-Kummissjoni talbet ukoll lil-Lussemburgu jikkomunikalha ċertu numru ta' deċiżjonijiet dwar ċerti gruppi ta' kumpaniji preċiżi.

(26)

Permezz tal-ittra tal-24 ta' Marzu 2015, il-Lussemburgu rrisponda għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 (13).

(27)

Permezz tal-ittra tal-31 ta' Marzu 2015, FFT irrispondiet għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015. Ir-risposta tagħha kien fiha, fost oħrajn, il-linji gwida tal-grupp Fiat fir-rigward tal-prezzijiet ta' trasferiment.

(28)

Fit-23 ta' April 2015, il-Lussemburgu pprovda aktar informazzjoni dwar l-1 900 deċiżjoni fost dawk li jinsabu fir-risposta tiegħu tat-22 ta' Diċembru 2014. Huwa indikat li tlieta mid-deċiżjonijiet elenkati kkonċernaw funzjoni ta' teżor: tnejn kienu ġew adottati fl-2010 u waħda fl-2011. Fit-23 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni talbet li jintwerew tnejn minn dawn id-deċiżjonijiet, għax kienu jikkonċernaw kumpaniji msemmija fit-talba tagħha tat-23 ta' Marzu 2015.

(29)

Fis-27 ta' April 2015, saret laqgħa bejn FFT, l-awtoritajiet Lussemburgiżi u l-Kummissjoni.

(30)

Fl-4 ta' Ġunju 2015, il-Lussemburgu pprovda aktar informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni fit-23 ta' Marzu 2015 dwar 5 327 deċiżjoni fost dawk elenkati fir-risposta tiegħu tat-22 ta' Diċembru 2014. B'mod partikolari, huwa indika li għaxar deċiżjonijiet oħra kkonċernaw funzjonijiet ta' teżor […]. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar il-kumpanija G intbagħtet lill-Kummissjoni fil-25 ta' Ġunju 2015.

(31)

Fit-18 ta' Ġunju 2015, il-Lussemburgu bagħat deċiżjoni dwar il-kumpanija E (deċiżjoni tal-2011).

(32)

Permezz tal-ittra tal-10 ta' Lulju 2015, il-Lussemburgu ressaq argument li jgħid, f'każ ta' deċiżjoni finali negattiva, il-Kummissjoni ma kelliex tkun tista' tirkupra għajnuna possibbli lill-benefiċjarju b'mod retroattiv, jiġifieri jmur lura mid-data tad-deċiżjoni tat-taxxa.

(33)

Fil-15 ta' Lulju 2015, saret laqgħa bejn id-direttur finanzjarju ta' Fiat Chrysler Automobiles N.V., il-kumpanija li ssuċċediet lil Fiat S.p.A., l-awtoritajiet Lussemburgiżi u l-Kummissjoni.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

2.1.   Deskrizzjoni tal-benefiċjarju

(34)

FFT hija parti mill-grupp Fiat. Fi żmien id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, il-grupp Fiat kienet magħmula minn Fiat S.p.A., kumpanija Taljana b'uffiċċju reġistrat f'Turin, u l-kumpaniji kollha kkontrollati minn Fiat S.p.A. (kollettivament imsemmija f'din id-deċiżjoni bħala “Fiat” jew “il-grupp Fiat”). Wara l-fużjoni ta' Fiat S.p.A. ma' Fiat Investments N.V. fit-12 ta' Ottubru 2014, Fiat Chrysler Automobiles N.V. issuċċediet lil Fiat S.p.A. (14).

(35)

Fiat twettaq attivitajiet industrijali u servizzi finanzjarji fl-industrija tal-karozzi. Il-Kummissjoni tirreferi għall-premessi 20 u 21 tad-deċiżjoni tal-ftuħ għal deskrizzjoni aktar preċiża tal-attivitajiet ta' Fiat.

(36)

FFT tipprovdi servizzi ta' teżor u finanzjamenti lill-kumpaniji tal-grupp Fiat ibbażati (prinċipalment) fl-Ewropa (minbarra l-Italja); hija timmaniġġja wkoll aktar strutturi ta' ġestjoni ċentrali ta' teżor għall-kumpaniji tal-grupp Fiat stabbiliti fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fil-Belġju, fin-Netherlands, fl-Iżvizzera, fl-Awstrija, fil-Ġermanja u fi Spanja. FFT topera mil-Lussemburgu, fejn huwa stabbilit l-uffiċċju reġistrat tiegħu, u permezz ta' żewġ fergħat, fejn waħda minnhom hija bbażata f'Londra (ir-Renju Unit) u l-oħra f'Madrid (Spanja).

(37)

Ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment ipprovdut lill-Kummissjoni mil-Lussemburgu fil-15 ta' Jannar 2014 fih l-informazzjoni, fir-rigward ta' FFT, imsemmija fil-premessi 38 sa 51 (15).

(38)

Fiat iddeċidiet li tiċċentralizza l-funzjonijiet finanzjarji u ta' teżor, li għalihom l-attivitajiet kollha fir-rigward tal-finanzjament, is-servizzi finanzjarji lill-kumpaniji, ir-relazzjonijiet bankarji, il-ġestjoni tar-riskji tal-kambju u taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, il-ġestjoni ċentrali ta' teżor, l-operazzjonijiet fis-suq monetarju, il-ġestjoni tat-teżor, il-bidu tal-ġbir u tal-ħlas isiru mill-“kumpaniji ta' teżor”.

(39)

Il-kumpaniji ta' teżor huma organizzati kif ġej:

Fiat Finance S.p.A. (“FF”) hija l-kumpanija ta' teżor stabbilita fl-Italja, responsabbli għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament għall-kumpaniji tal-grupp Fiat stabbiliti fl-Italja;

FFT twettaq funzjonijiet ta' teżor għall-kumpaniji tal-grupp Fiat stabbiliti fl-Ewropa (minbarra l-Italja);

Fiat Finance North America, Inc. (“FFNA”) twettaq funzjonijiet ta'teżor għall-kumpaniji tal-grupp Fiat stabbiliti fl-Istati Uniti;

Fiat Finance Canada Ltd. (“FFC”) twettaq funzjonijiet ta'teżor għall-kumpaniji tal-grupp Fiat stabbiliti fil-Kanada;

Fiat Finanças Brasil Ltda (“FFB”) twettaq funzjonijiet ta'teżor għall-kumpaniji tal-grupp Fiat stabbiliti fil-Brażil.

(40)

It-tranżazzjonijiet transfruntiera bejn kumpaniji fi ħdan il-grupp li FFT tipparteċipa għalihom jistgħu jinġabru f'żewġ kategoriji prinċipali:

Tranżazzjonijiet bejn kumpaniji ta' teżor (intrasettorjali)

T1 — self bejn il-kumpaniji minn FFT għal FF: is-sorsi ta' finanzjament ta' FFT jiddependu fuq bonds, linji ta' kreditu bankarju u depożiti bejn il-kumpaniji;

T2 — self bejn il-kumpaniji minn FFNA għal FFT: is-sorsi ta' finanzjament ta' FFNA jiddependu essenzjalment fuq bonds maħruġa b'garanzija.

Tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji ta' teżor u l-kumpaniji tal-grupp Fiat (fi ħdan il-grupp)

T3 — tranżazzjonijiet (self/depożitu) bejn FFT u l-kumpaniji tal-grupp li jinsabu f'pajjiżi oħra (essenzjalment Ewropej);

T4 — garanziji pprovduti minn Fiat S.p.A (16). fuq il-bonds maħruġa minn FFT u FFNA, linji ta' kreditu bilaterali u programmi ta' finanzjament ad hoc (jiġifieri, karti kummerċjali fi Franza għal FFT).

(41)

Il-figura 1 ta' hawn taħt tiddeskrivi l-operazzjonijiet ta' finanzjament (minn T1 sa T3).

Tranżazzjonijiet transfruntiera prinċipali fi ħdan il-grupp

Image 1

Self LT

FF

Self ST

Depożiti

FF&T

Suq

FFNA

(42)

Fir-rigward tal-funzjonijiet imwettqa, FFT hija attiva fil-finanzjament mis-suq u l-investimenti ta' likwidità, ir-relazzjonijiet mal-operaturi fis-suq finanzjarju, is-servizzi ta' koordinazzjoni u pariri finanzjarji lill-kumpaniji tal-grupp, is-servizzi ta' ġestjoni tat-teżor għall-kumpaniji tal-grupp, il-finanzjament bejn il-kumpaniji għal żmien qasir (“C/T”) u għal żmien medju (“M/T”) u l-koordinazzjoni mal-kumpaniji ta' finanzjament oħra.

(43)

Fir-rigward tal-finanzjament mis-suq u l-investimenti f'likwidità, FFT timmobilizza l-fondi bl-għan li tużahom biex tappoġġja l-operazzjonijiet u t-tkabbir tal-kumpaniji tal-grupp u b'konsegwenza tinvestihom. Fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskji finanzjarji, FFT issegwi l-linji gwida stabbiliti mill-politiki interni tal-grupp rilevanti (riskju tal-kambju u riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax). Il-finanzjament ta' FFT jiġi minn strumenti bħall-ħruġ ta' bonds (permezz ta' “Global Medium Term Note” jew il-programm “GMTN” li fih FFT, flimkien ma' FFNA u FFC, hija emittent), self bankarju fuq terminu, linji ta' kreditu affettwati u mhux affettwati, eċċ. Għall-ġestjoni tal-likwidità, FFT tinvesti t-teżor żejjed ma' istituzzjonijiet bankarji tal-ogħla livell jew fondi ta' likwidità elenkati sew.

(44)

Fir-rigward tal-espożizzjoni għar-riskju tal-kambju, FFT timmaniġġja din l-espożizzjoni essenzjalment bl-użu ta' forwards tal-kambju u swaps tal-valuti. L-espożizzjoni għar-riskju tal-kambju hija fil-biċċa l-kbira marbuta mal-perjodu differenti tal-attiv u tal-passiv kif ukoll il-ġestjoni. FFT tuża prinċipalment swaps tar-rati tal-imgħax (“IRS”) u ftehimiet tar-rata forward (“FRA”).

(45)

Fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-operaturi tas-suq finanzjarju, FFT, b'koordinazzjoni ma' FF, tinnegozja mas-swieq u istituzzjonijiet finanzjarji sabiex tipprovdilhom informazzjoni u dejta relatati mal-grupp b'appoġġ għas-solvenza u l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu.

(46)

Fil-qafas tas-servizzi ta' koordinazzjoni u pariri finanzjarji lill-kumpaniji tal-grupp, FFT hija responsabbli li tipprovdilhom assistenza finanzjarja, teżamina l-bżonnijiet finanzjarji tagħhom, tidentifika l-aħjar soluzzjonijiet finanzjarji, tistabbilixxi l-kuntratti finanzjarji u tikkontrolla t-tariffi fuq il-prestazzjoni tal-prodotti finanzjarji fir-rigward tal-bżonnijiet tal-kumpaniji tal-grupp.

(47)

Il-flussi tat-teżor, il-bżonnijiet ta' finanzjament u l-likwidità tal-kumpaniji tal-grupp huma sorveljati minn FFT, sabiex tiġi ottimizzata l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ġestjoni tar-riżorsi fil-fondi proprji tal-grupp. FFT timmaniġġja l-istrutturi ta' ġestjoni ċentrali ta' teżor fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fil-Belġju, fin-Netherlands, fl-Iżvizzera, fl-Awstrija, fil-Ġermanja u fi Spanja. Il-bilanċ għal kull pajjiż huwa ċentralizzat kuljum fuq kont ċentrali ta' FFT, sabiex tiġi maniġġjata l-pożizzjoni finanzjarja kollha. B'mod aktar speċifiku, matul il-ġurnata, il-kontijiet tal-kumpaniji tal-grupp (li jinżammu f'bankijiet) jirċievu u jwettqu pagamenti fil-qafas tal-attivitajiet normali tagħhom. Fl-aħħar tal-ġurnata, il-bilanċ tal-kontijiet tal-kumpaniji tal-grupp jippreżenta pożizzjoni pożittiva jew negattiva. Fiż-żewġ każijiet, dawn huma awtomatikament koperti mill-kont ċentrali ta' FFT, miftuħ f'kull pajjiż. Wara, permezz ta' trasferimenti manwali, l-ammonti tal-kontijiet ċentrali nazzjonali differenti huma ridiretti (dħul u ħruġ) lejn kont ċentrali uniku. B'konsegwenza, kuljum, il-kontijiet kurrenti tal-kumpaniji tal-grupp jerġgħu jinżlu għal żero. Skont il-pożizzjoni ta' kuljum tal-kontijiet kurrenti, il-parteċipanti tal-kumpaniji tal-grupp għas-sistemi ta' ċentralizzazzjoni tat-teżor se jiġu kkreditati jew debitati għall-interessi kkalkulati skont tabella ta' pprezzar bejn il-kumpaniji.

(48)

Ir-rata ta' interess fuq is-self fi ħdan il-grupp hija stabbilita bħala s-somma tal-kost medju ponderat tal-kapital tal-grupp, li magħha tiżdied marġini. Ir-rata ta' interess fuq id-depożiti hija stabbilita għar-rata mingħajr riskju miżjud ta' marġini fuq id-depożiti għal żmien qasir għand banek, kif definit mill-politika ta' likwidità tal-grupp.

(49)

Fir-rigward tal-finanzjament bejn il-kumpaniji C/T u M/T u l-koordinazzjoni mal-kumpaniji ta' finanzjament l-oħra, FFT tipproċedi kif ġej: għall-finanzjament, FFT tipprovdi lill-kumpaniji tal-grupp b'fondi li ġew iffinanzjati fi kwantitajiet kbar għal kundizzjonijiet bl-ingrossa fis-swieq regolati (suq obbligatorju) jew billi tinnegozja mal-istituzzjonijiet finanzjarji; għall-koordinazzjoni, it-trasferimenti ta' fondi huma rikorrenti bejn il-kumpaniji ta' finanzjament, sabiex jissodisfaw id-domandi finanzjarji tal-kumpaniji tal-grupp mingħajr rikors għas-suq meta l-pożizzjoni finanzjarja globali tal-grupp tkun pożittiva.

(50)

Ir-riskji prinċipali li ġeneralment jiffaċċjaw il-kumpaniji ta' teżor, enfasizzati fir-rapport fir-rigward tal-prezzijiet ta' trasferiment, huma li ġejjin:

Riskju tas-suq: FFT tevalwa regolarment l-espożizzjoni tagħha għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-kambju (sabiex tkun totalment koperta) u tipproteġi lilha nnifisha kontra dawn ir-riskji bl-użu tal-istrumenti finanzjarji derivati skont il-politiki ta' ġestjoni tar-riskji tal-grupp. L-istrumenti użati għal dawn il-koperturi huma prinċipalment swaps tal-valuri ordinarji, forwards tal-kambju għal terminu u swaps fuq rati tal-imgħax.

Riskju ta' kreditu, relatat mad-depożiti bankarji jew ma' investimenti simili oħra għal żmien qasir: ir-rapport dwar prezzijiet ta' trasferiment jikkonferma li dan ir-riskju huwa mitigat billi FFT tinnegozja biss ma' istituzzjonijiet finanzjarji kbar u tiddiversifika l-allokazzjoni ta' teżor. L-assi tal-grupp mhumiex esposti għal dan ir-riskju, minħabba li l-grupp għandu interess li jappoġġja finanzjarjament il-kumpaniji kollha tal-grupp (17); maż-żmien, l-ebda każ ta' insolvenza ma deher fi ħdan il-grupp; il-kumpaniji tal-grupp ma jirreġistrawx marġini inizjali għal pretensjonijiet dubjużi għad-dejn tal-grupp.

Riskju ta' kontroparti, relatat mal-assi derivati miżmuma meta mqabbla ma' terzi (banek): dan ir-riskju huwa mitigat minħabba li FFT tinnegozja biss ma' istituzzjonijiet finanzjarji kbar u li l-operazzjonijiet fuq derivati huma maqsuma bejn bosta istituzzjonijiet. L-assi tal-grupp mhumiex esposti għal dan ir-riskju għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq.

Riskju operazzjonali: FFT twettaq l-operazzjonijiet finanzjarji tagħha skont il-linji gwida u l-proċeduri stabbiliti minn Fiat S.p.A. L-attivitajiet finanzjari huma dejjem sorveljati u soġġetti għal proċeduri ta' kontroll tal-ġestjoni tar-riskji sabiex jiġi evitat kull falliment fil-proċess ta' kuljum.

(51)

FFT timmaniġġja volum sinifikanti ta' assi finanzjarji, li huma prinċipalment marbuta mas-self bejn kumpaniji tal-grupp, mal-pretensjonijiet tal-kumpaniji tal-grupp u, fuq skala iżgħar, mad-depożiti bankarji. FFT tuża sistemi informatiċi, li huma neċessarji sabiex jitwettqu l-operazzjonijiet ta' kuljum u jiġu sorveljati r-riżultati tas-swieq finanzjarji.

2.2.   Id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata

(52)

Din id-deċiżjoni tikkonċerna l-APP ta' FFT, deċiżjoni tat-taxxa fir-rigward tal-prezzijiet ta' trasferiment adottata mil-Lussemburgu favur FFT, permezz tal-ittra tat-3 ta' Settembru 2012. Id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tappoġġja metodu ta' allokazzjoni tal-qligħ lil FFT fi ħdan il-grupp Fiat propost mill-konsulent tat-taxxa ta' din tal-aħħar u tippermetti lil FFT tiddetermina annwalment l-ammont tat-taxxa tagħha fuq il-kumpaniji li għandhom jitħallsu lil-Lussemburgu.

2.2.1.   L-APP ta' FFT

(53)

Id-dokumenti pprovduti lill-Kummissjoni mil-Lussemburgu bħala l-elementi essenzjali kollha għall-appoġġ tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata huma magħmula minn żewġ ittri u mir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment previst fil-premessa 9.

(54)

Permezz tal-ittra tat-3 ta' Settembru 2012, l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża kkonfermat li “l-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment imsemmija hawn isfel twettqet f'konformità maċ-Ċirkolari 164/2 tat-28 ta' Jannar 2011 u tissodisfa l-prinċipju ta' distakkament”. F'termini oħra, l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża ammettiet li l-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment imwettqa mill-konsulent tat-taxxa u li tinsab fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment wasslet għal rimunerazzjoni ta' distakkament għall-funzjonijiet imwettqa u r-riskju sostnut minn FFT. Ir-“rimunerazzjoni ta' distakkament” ta' FFT, kif stabbilita fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment u aċċettata mid-deċiżjoni ta' taxxa kkontestata, hija li ġejja: “L-istudju tal-prezzijiet ta' trasferiment jiddetermina rimunerazzjoni adegwata tal-fondi proprji esposti għar-riskju u tal-fondi proprji għar-rimunerazzjoni tal-funzjonijiet imwettqa mill-kumpanija ta' EUR 2 542 miljun li fuqhom hija prevista devjazzjoni ta' +/– 10 %”. Ir-rata tat-taxxa normali tal-kumpaniji għal-Lussemburgu ta' 28.8 % tapplika għall-qligħ nett magħmul minn FFT fuq il-bażi ta' din ir-rimunerazzjoni. L-ittra tindika wkoll li d-deċiżjoni meħuda mill-amministrazzjoni tat-taxxa hija vinkolanti għal 5 snin (jiġifieri, mis-sena finanzjarja 2012 sas-sena finanzjarja 2016) (18).

2.2.2.   Ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment

(55)

Skont ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, il-metodu kkunsidrat bħala l-aktar adegwat biex jiġi ddeterminat il-qligħ taxxabbli ta' FFT fi ħdan il-grupp Fiat huwa l-metodu tat-tranżazzjoni tal-marġni pożittiv (l-“MTMN”). Għall-konsulent tat-taxxa, l-MTMN huwa partikolarment adegwat meta, fit-tranżazzjoni, parti ma tipprovdix kontributi uniċi u ta' valur; billi, skont il-konsulent tat-taxxa, FFT tipprovdi biss servizzi finanzjarji, dan il-metodu huwa kkunsidrat bħala l-aktar adegwat sabiex jiġu ddeterminati l-prezzijiet ta' distakkament li jikkonformaw mal-prinċipji tal-OECD applikabbli fir-rigward tal-prezzijiet ta' trasferiment. Barra minn hekk, billi FFT tissodisfa l-funzjonijiet tagħha biss għall-kumpaniji tal-grupp Fiat, li ma jirċievu l-ebda tip ta' servizzi simili ta' terzi, l-ebda tqabbil intern mhu possibbli. B'konsegwenza ta' dan, il-konsulent tat-taxxa jqis li huwa aktar adegwat li jsir tqabbil estern billi jiġu ddeterminati l-marġni pożittivi mħallsa waqt it-tranżazzjonijiet komparabbli mwettqa minn kumpaniji independenti (19).

(56)

Fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, il-konsulent tat-taxxa jistabbilixxi r-rimunerazzjoni dovut lil FFT, li jikkostitwixxi l-qligħ taxxabbli, fir-rigward tal-kapitali li huma neċessarji għaliha sabiex teżerċita l-funzjonijiet tagħha u jsostnu r-riskji li ġġarrab, jekk jiġu kkunsidrati l-assi użati (20).

(57)

Din ir-rimunerazzjoni hija stabbilita kif ġej: i) stima tal-“fondi proprji esposti għar-riskju” ta' FFT; ii) identifikazzjoni tal-fondi proprji ta' FFT użati biex jiġu eżerċitati l-funzjonijiet u jiġu sostnuti l-investimenti finanzjarji; iii) stima tar-rimunerazzjoni mistennija tal-“fondi proprji esposti għar-riskju” ta' FFT billi jintuża l-mudell ta' evalwazzjoni tal-assi finanzjarji (il-“MEDAF”) (21) u identifikazzjoni tar-redditu għar-rikumpens tal-fondi proprji użati sabiex jiġu eżerċitati l-funzjonijiet; u iv) kalkolu tal-vijabilità globali li għandha titħalla lil FFT sabiex jiġu rimunerati r-riskji sostnuti u l-funzjonijiet eżerċitati billi jiġu kombinati r-riżultati tal-passi i) sa iii).

(58)

Fir-rigward tal-pass i), fuq il-bażi tal-analiżi funzjonali li tinsab fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, il-konsulent tat-taxxa jqis li FFT iġġarrab ir-riskji li ġejjin: riskji operazzjonali, tal-kreditu u tal-kontroparti, filwaqt li l-konsulent tat-taxxa iqis li r-riskju tal-kambju sostnut minn FFT ikun żero. Billi jiġi applikat il-Qafas ta' Basel II (22) b'analoġija (23), il-konsulent tat-taxxa stima r-rekwiżiti minimi għal fondi proprji ta' FFT sabiex jiġu koperti r-riskji li ġejjin: riskji operazzjonali, tal-kontroparti, tal-kambju u tal-kreditu, kif ġej:

riskju operazzjonali: 15 %*(imgħax dovut fuq depożiti bankarji — imgħax riċevibbli fuq self bankarju);

riskju tal-kontroparti: 20 %*6 %*(espożizzjoni futura + valur ġust pożittiv tal-istrumenti derivati);

riskju tal-kreditu: 20 %*6 %*pretensjonijiet fuq terzi (medja annwali).

(59)

Dawn il-kalkoli jwasslu għal dak li l-konsulent tat-taxxa jirreferi għalih bħala l-“fondi proprji esposti għar-riskju” ta' FFT, li jikkorrispondu għall-fondi proprji regolamentari ipotetiċi ta' FFT skont il-Qafas ta' Basel II applikat mill-konsulent tat-taxxa ta' FFT, spjegati fit-Tabella 1.

Tabella 1

Rekwiżiti minimi għal fondi proprji ta’ FFT

(f’eluf ta’ euro)

Rekwiżiti minimi għal fondi proprji

2011

Riskju operazzjonali

938

Riskju tal-kontroparti

2 603

Riskju tal-kambju

0

Riskju tal-kreditu

24 982

Rekwiżiti minimi għal fondi proprji li jirriżultaw mill-Qafas ta’ Basel II

28 523

(60)

Fir-rigward tal-pass ii), dak li r-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment jirreferi għalih bħala l-“fondi proprji użati biex jiġu eżerċitati l-funzjonijiet” (24) huwa stmat billi mit-total tal-fondi proprji ta' FFT titnaqqas il-parti tar-rekwiżiti minimi għal fondi proprji ta' FFT li jirriżultaw mill-Qafas ta' Basel II, kif stmati mill-konsulent tat-taxxa, u dik tal-fondi proprji ta' FFT użati sabiex jiġu appoġġjati l-investimenti finanzjarji fi ħdan FFNA u FFC.

(61)

Skont il-konsulent tat-taxxa ta' FFT, fl-aħħar tal-2011, il-kapital proprju ta' FFT żdied għal EUR 287.5 miljun, li minnhom:

EUR 28,5 miljun jikkostitwixxu r-rekwiżiti minimi għal fondi proprji tal-Qafas ta' Basel II sabiex jiġu koperti r-riskji sostnuti minn FFT (“il-fondi proprji minimi esposti għar-riskju”  (25));

EUR 165,2 miljun jintużaw biex jiġu kkumpensati l-parteċipazzjonijiet ta' FFT fi ħdan FFNA u FFC (26) (il-“fondi proprji li jkopru l-investimenti finanzjarji fi ħdan FFNA u FFC”)' u

EUR 93,7 miljun jikkostitwixxu l-fondi proprji użati biex jiġu eżerċitati l-funzjonijiet (il-“fondi proprji li jkopru l-funzjonijiet eżerċitati”  (27)).

(62)

It-Tabella 2 tindika d-distribuzzjoni tal-kapital proprju ta' FFT, kif ippreżentata mill-konsulent tat-taxxa fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment.

Tabella 2

Distribuzzjoni tal-kapital proprju ta’ FFT

(f’eluf ta’ euro)

Distribuzzjoni tal-kapital proprju ta’ FFT mill-konsulent tat-taxxa

Kapital proprju 2011

Fondi proprji minimi esposti għar-riskju

28 523

Fondi proprji li jkopru l-investimenti finanzjarji f’FFNA u FFC

165 244

Fondi proprji li jkopru l-funzjonijiet eżerċitati

93 710

Total tal-kapital proprju

287 477

(63)

Fil-pass iii), il-konsulent tat-taxxa jipproponi l-ewwel nett li tiġi rimunerata l-parti tal-kapital proprju ta' FFT li jirreferi għaliha bħala l-“fondi proprji minimi esposti għar-riskju”, li jikkorrispondu għall-fondi proprji regolamentari ipotetiċi ta' FFT kif iddeterminati mill-konsulent tat-taxxa fil-pass i), filwaqt li jiġi stmat ir-redditu tal-kapital proprju li l-investituri se jistennew li jirċievu (ir-“redditu mistenni qabel it-taxxi”) permezz tal-MEDAF, jiġifieri:

Redditu mistenni qabel it-taxxi = (Rata ta' mgħax mingħajr riskju + β × Premium ta' riskju fuq fondi proprji)/(1 — Rata ta' imgħax)

(64)

Fl-applikazzjoni tal-MEDAF, il-konsulent tat-taxxa ta' FFT uża l-varjabbli li ġejjin:

rati ta' mgħax mingħajr riskju ta' 2,85 % (self federali Ġermaniż fuq għaxar snin “Bund”, medja annwali 2011);

beta (β) ta' 0,29 stmat (28) fuq il-bażi ta' serje ta' 66 kumpaniji komparabbli li jwettqu servizzi finanzjarji, ipprovduti mis-sit Damoradan (29);

primjum tar-riskju fuq il-kapital proprju ta' 5 % għal-Lussemburgu indikat mis-sit Damoradan (aġġornament ta' Lulju 2011);

rata ta' mgħax Lussemburgiża ta' 28,80 %.

(65)

Billi jiġu applikati dawn il-varjabbli fil-formola li tinsab fil-premessa 63, il-konsulent tat-taxxa ta' FFT wasal għal “redditu tal-kapital proprju li l-investituri se jistennew li jirċievu għar-riskji assunti” ta' 6,05 %.

(66)

It-tabella 3 tipprovdi l-lista tal-kumpaniji magħżula mill-konsulent tat-taxxa ta' FFT bħala kumpaniji komparabbli li jaġixxu b'mod indipendenti mis-settur finanzjarju, kif ukoll il-lista tal-betas tagħhom, użati fil-kalkolu tal-beta li għandha tintuża fil-MEDAF.

Tabella 3

Lista tal-kumpaniji komparabbli li jipprovdu servizzi finanzjarji

Isem tal-kumpanija

Beta

ING Groep NV (EXTAM:INGA)

3,00

UBS AG (SWX:UBSN)

1,80

Wüstenrot & Württembergische AG (XTRA:WUW)

0,41

Deutsche Börse AG (XTRA:DB1)

1,28

Oslo Bors VPS Holding ASA (OTCNO:OSLO)

0,13

London Stock Exchange Group (LSE:LSE)

1,24

Fimalac SA (ENXTPA:FIM)

0,68

International Personal FinancePlc (LSE:IPF)

1,92

GrenkeLeasing AG (XTRA:GLJ)

0,55

Mittel S.p.A (CM:MIT)

0,93

GlobeOp Financial Services SA (LSE:GO)

0,56

KBC Ancora (ENXTBR:KBCA)

3,61

Aktiv Kapital ASA (OB:AIK)

0,25

IG Group Holdings Plc (LSE:IGG)

0,75

IFG Group plc (LSE: IFP)

1,11

Conafi Prestito S.p.A. (CM:CNP)

0,74

NEOVIA Financial Plc (AIM:NEC)

0,60

H&T Group Plc (AIM:HAT)

-0,11

Hesse Newman Capital AG (XTRA:RTM)

0,29

Acta Holding ASA (OB:ACTA)

1,70

Manx Financial Group PLC (AIM:MFX)

0,30

PLUS Markets Group plc (AIM:PMK)

-0,05

Law Debenture Corp. Plc (LSE:LVVDB)

0,95

Hypoport AG (DB:HYQ)

0,70

Perrot Duval Holding SA (SWX:PEDP)

0,16

Albemarie & Bond Holdings plc (AIM:ABM)

0,21

MCB Finance Group plc (AIM:MCRB)

NA

Brightside Group plc (AIM:BRT)

0,11

DF Deutsche Forfait AG (DB:DE6)

0,83

Autobank AG (DB:AW2)

NA

Ambrian capital plc (AIM:AMBR)

0,83

Gruppo MutuiOnline S.p.A (CM:MOL)

0,77

Park Group plc (AIM:PKG)

0,09

OVB Holding AG (XTRA:O4B)

-0,19

Albis Leasing AG (DB:ALG)

0,57

Hellenic Exchanges SA (ATSE:EXAE)

1,42

FORIS AG (XTRA:FRS)

0,20

Creon Corporation Plc (AIM:CRO)

2,03

Investeringsselskabet Luxor A/S (CPSE:LUXOR B)

0,50

Univerma AG

NA

OFL AnlagenLeasing AG (DB:OFL)

0,86

Ideal GroupSA (ATSE:INTEK)

NA

Nøtterø SpareBank (OB:NTSG)

0,20

Apulia Prontoprestitio S.p.A. (CM:APP)

1,07

Ultimate Finance Group plc (AIM:UFG)

0,54

Dresdner Factoring AG (XTRA:D2F)

0,42

Heidelberger Beteiligungsholding AG (DB:IPO)

0,14

ABC Arbitrage SA (ENXTPA:ABCA)

0,48

Baydonhill plc (AIM:BHL)

0,04

London Capital Group Holdings plc (AIM:LCG)

0,72

Imarex ASA (OB:IMAREX)

0,48

Toscana Finanza S.p.A. (CM:TF)

0,49

Banca Finnat Euramerica S.p.A. (CM:BFE)

0,79

S&U plc (LSE:SUS)

0,27

Bolsas y Mercados Españoles SA(CATS:BME)

0,97

Banca IFIS S.p.A. (CM:IF)

0,69

Paris Orleans SA (ENXTPA:PAOR)

0,60

SNS Reaal NV (ENXTAM:SR)

2,37

Close Brothers Group plc (LSE:CBG)

0,94

Provident Fiancial plc (LSE:PFG)

0,35

Pohola Bank plc (HLSE:POH1S)

1,43

Investec plc (LSE:INVP)

1,73

Banque Nationale de Belgique SA (ENXTBR:BNB)

0,49

Credit Suisse Group (SWX:CSGN)

1,43

Deutsche Bank AG (DB:DBK)

1,98

Schweizerische Nationalbank (SWX:SNBN)

0,22

Sors: Damodaran

(67)

It-tabella 4 turi l-“intervall ta' distakkament” tal-betas tal-kumpaniji komparabbli magħżula li jasal għalih il-konsulent tat-taxxa ta' FFT.

Tabella 4

Intervall ta' distakkament tal-betas tal-kumpaniji komparabbli

Intervall ta' distakkament

Betas

Numru ta' kumpaniji

66

Massimu

3,61

Perċentil 90

1,79

Perċentil 75

1,04

Medjan

0,64

Perċentil 25

0,29

Perċentil 10

0,13

Minimu

0,19

(68)

Wara, il-konsulent tat-taxxa ta' FFT jipproponi li tiġi remunerata l-parti tal-kapital proprju ta' FFT li jirreferi għaliha bħala “fondi proprji li jkopru l-funzjonijiet eżerċitati” fit-Tabella 2, li tikkorrispondi għall-“fondi proprji użati biex jiġu eżerċitati l-funzjonijiet” identifikati fil-pass ii), billi tintuża r-rata ta' mgħax applikata fid-depożitu għal żmien qasir (30), li, skont il-konsulent tat-taxxa ta' FFT, se jkun ugwali għal 0,87 %.

(69)

Il-konsulent tat-taxxa ta' FFT wara jipproponi li ma tiġix remunerata l-parti tal-kapital proprju ta' FFT li jqis li tkopri l-investimenti finanzjarji ta' FFT fi ħdan FFNA u FFC, imsemmija “fondi proprji li jkopru l-investimenti finanzjarji fi ħdan FFNA u FFB” fit-Tabella 2, jiġifieri li ma kellhiex rimunerazzjoni għal finijiet ta' tassazzjoni.

(70)

Fl-aħħar nett, fil-pass iv), il-konsulent tat-taxxa jikkalkula r-rimunerazzjoni globali dovuta lil FFT għall-attivitajiet ta' finanzjament u ta' teżor tagħha u għar-riskji li ssostni. Din ir-rimunerazzjoni hija magħmula mill-elementi li ġejjin, li joħorġu mill-passi i) sa iii) ta' hawn fuq:

“rimunerazzjoni tar-riskju”, li hija kkalkulata billi jiġi mmultiplikati l-fondi proprji regolamentarji ipotetiċi ta' FFT, stmati għal EUR 28 500 000 mill-konsulent tat-taxxa billi jiġi applikat il-Qafas ta' Basel II b'analoġija għall-pass ii), bir-redditu mnaqqas qabel it-taxxi, stmat għal 6,05 % mill-konsulent tat-taxxa għall-għajnuna tal-MEDAF fil-pass iii); u

“rimunerazzjoni tal-funzjonijiet”, li hija kkalkulata billi jiġu mmultiplikati dawk li l-konsulent tat-taxxa jirreferi għalihom bħala l-fondi proprji ta' FFT użati sabiex jiġu eżerċitati l-funzjonijiet, stmati għal EUR 93 710 000 fil-pass ii), għar-rata ta' mgħax tas-suq applikat għad-depożitu għal żmien qasir, li l-konsulent tat-taxxa ta' FFT iqis, fil-pass iii), ugwali għal 0,87 %.

(71)

It-tabella 5 turi l-istima mill-konsulent tat-taxxa tal-vijabilità globali li għandha titħalla lil FFT għall-finijiet tat-tassazzjoni fil-Lussemburgu.

Tabella 5

Stima tal-bażi tat-taxxa ta' FFT

(f'eluf ta' euro)

Qligħ tal-2011 qabel it-taxxa

EBT 2011

Rimunerazzjoni tar-riskju

1 726

Rimunerazzjoni tal-funzjonijiet

816

Rimunerazzjoni tal-fondi proprji li jkopru l-investimenti finanzjarji f'FFNA u FFC (31)

0

Total tal-qligħ qabel it-taxxi

2 542

(72)

L-ammont totali ta' EUR 2,542 miljun jikkorrispondi għall-ammont fid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata li l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża tqis bħala li jikkostitwixxi rimunerazzjoni ta' distakkament (32).

(73)

It-tabella 6 tispjega l-konklużjonijiet li għalihom wasal il-konsulent tat-taxxa ta' FFT fl-aħħar tal-passi i) sa iv) ta' hawn fuq, fil-premessi (58) sa (72).

Tabella 6

Kalkolu mqassar tar-rekwiżiti minimi għal fondi proprji u tal-impatt fuq ir-riżultat qabel it-taxxi ta' FFT

Rekwiżiti minimi għal fondi proprji

FFT

 

 

2011

 

(f'eluf ta' euro)

 

Riskju operazzjonali

938

a

Riskju tal-kontroparti

2 603

b

Riskju tal-kambju

0

c

Riskju tal-kreditu

24 982

d

Rekwiżiti minimi għal fondi proprji

28 523

e = a + b + c + d

Fondi proprji kkumpensati mill-imgħax ta' parteċipazzjoni

165 244

x

Fondi proprji eċċessivi

93 710

f = g – e – x

Kapital proprju

287 477

g

Indikatur tal-qligħ nett

 

 

Redditu mnaqqas fuq il-kapital proprju

6,05 %

h

Rata tal-imgħax fuq żmien qasir

0,87 %

i

Rimunerazzjoni tal-kapital proprju

 

 

Rimunerazzjoni tar-riskju

1 726

k = h * e

Rimunerazzjoni tal-funzjonijiet

816

j = i * f

Total tal-qligħ qabel it-taxxi

2 542

l = k + j

a

=

15 % * (introjtu minn kapital fuq depożitu bankarju — spejjeż finanzjarji tas-self bankarju)

b

=

20 % * 6 % * (espożizzjoni futura + valur ġust pożittiv tal-istrumenti derivati li jinżammu minn terzi)

c

=

100 % koperti minn derivattivi

d

=

20 % * 6 % * pretensjonijiet fuq terzi (medja annwali)

h

=

stima permezz tal-mudell MEDAF

i

=

medja annwali 2011 tal-indiċi EONIA

Jekk jogħġbok innota: l-ipoteżi prinċipali hija n-nuqqas ta' riskju tal-kreditu/tal-kontroparti fuq l-operazzjonijiet mal-kumpaniji tal-grupp.

2.3.   Deskrizzjoni tar-regoli Lussemburgiżi relatati mal-prezzijiet ta' trasferiment

(74)

Id-deċiżjoni tat-taxxa favur FFT ġiet adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 164(3) tal-kodiċi Lussemburgiż tat-taxxa fuq l-introjtu [liġi emendata tal-4 ta' Diċembru 1967 dwar it-taxxa fuq l-introjtu, (l-“L.I.R.”)] u ċ-Ċirkolari L.I.R. Nru 164/2 tat-28 ta' Jannar 2010 (iċ-“Ċirkolari”) (33).

2.3.1.   Artikolu 164 tal-kodiċi Lussemburgiż tat-taxxa fuq l-introjtu

(75)

L-Artikolu 164(3) tal-L.I.R. jiddikjara li “d-distribuzzjonijiet moħbija tal-qligħ għandhom jiġu inklużi fil-qligħ taxxabbli. Ikun hemm distribuzzjoni moħbija partikolarment jekk sieħeb, membru jew parti interessata jirċievu direttament jew indirettament vantaġġi ta' kumpanija jew assoċjazzjoni li normalment ma jkunux ibbenefikaw minnhom jekk ma kellhom din il-pożizzjoni”. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-prinċipju ta' distakkament fid-dritt tat-taxxa Lussemburgiż, li jgħid li t-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji ta' grupp wieħed għandhom jiġu rimunerati bħallikieku kienu ġew aċċettaw minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli f'kundizzjonijiet ta' distakkament.

2.3.2.   Ċirkolari L.I.R. Nru 164/2

(76)

L-Artikolu 164(3) tal-L.I.R. hija kjarifikata miċ-Ċirkolari, li huwa ppreżentat kif ġej: it-Taqsima 1 tiddefinixxi t-termini “kumpanija ta' finanzjament tal-grupp” (34), “tranżazzjoni ta' finanzjament fi ħdan il-grupp” (35) u “intrapriżi assoċjati” (36).

(77)

It-Taqsima 2, intitolata “Ġeneralitajiet” tibda billi tiddeskrivi kif ġej is-servizzi fi ħdan il-grupp li għalihom tapplika ċ-Ċirkolari: “Servizz fi ħdan il-grupp (inkluża tranżazzjoni ta' finanzjament fi ħdan il-grupp) kien ġie provdut jekk, f'ċirkostanzi komparabbli, intrapriża indipendenti kienet lesta tħallas lil intrapriża indipendenti oħra sabiex tiġi eżegwita din l-attività, jew jekk kienet eżegwita minnha stess.” It-Taqsima 2 taċ-Ċirkolari fiha wkoll deskrizzjoni tal-prinċipju ta' distakkament kif definit fil-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti u trasposti fid-dritt nazzjonali. F'dan ir-rigward, hija tindika li “għalkemm ikun ġie provdut servizz fi ħdan il-grupp, dan ma jiddeterminax, l-istess bħall-aħħar tipi ta' trasferimenti fi ħdan il-grupp, jekk ir-rimunerazzjoni maqbula tikkonformax mal-prinċipju ta' distakkament, jiġifieri tikkorrispondix mal-prezzijiet li ġew użati jew aċċettati minn intrapriżi indipendenti f'ċirkostanzi komparabbli” (37).

(78)

Fir-rigward tar-referenza għal “ċirkostanzi komparabbli”, iċ-Ċirkolari tispeċifika li l-analiżi ta' komparabbiltà għandha tinkludi elementi bħall-“karatteristiċi tal-oġġetti jew tas-servizzi trasferiti, il-funzjonijiet assunti mill-partijiet, il-klawżoli kuntrattwali, iċ-ċirkostanzi ekonomiċi tal-partijiet u l-istrateġiji industrijali jew kummerċjali li jwettqu” (38).

(79)

It-Taqsima 3 taċ-Ċirkolari tispjega kif tiġi ddeterminata rimunerazzjoni ta' distakkament partikolarment fir-rigward tal-kumpaniji ta' finanzjament tal-grupp. Il-funzjonijiet assunti minn dawn il-kumpaniji, li jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni ta' kull waħda minnhom, għandhom, skont iċ-Ċirkolari, ikunu komparabbli għall-funzjonijiet assunti mill-istituzzjonijiet finanzjarji indipendenti soġġetti għas-sorveljanza tal-Kumitat ta' Sorveljanza tas-Settur Finanzjarju. B'dan il-mod, ir-rimunerazzjoni ta' distakkament għall-funzjonijiet assunti (b'kunsiderazzjoni tal-assi implimentati u r-riskji assunti) “għandha tkun ibbażata fuq ir-rimunerazzjoni mitluba minn dawn l-istituzzjonijiet għal operazzjonijiet ta' kreditu komparabbli” (39).

(80)

Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji, qabel ma jagħtu kreditu jew avvanz tal-fondi, jipproċedu għal analiżi ta' riskji, billi jiġi evalwat partikolarment ir-riskju finanzjarju marbut mat-tranżazzjoni, ir-riskju inerenti għall-mutwatarju, ir-riskju tal-intrapriża mutwatarja u r-riskju strutturali. Fir-rigward tal-ispejjeż marbuta mal-għoti tas-self, il-kosti addizzjonali għandhom barra minn hekk iqisu, fost oħrajn, “spejjeż addizzjonali ġġenerati sabiex jiġu rrispettati r-rekwiżiti dwar is-solvenza, spejjeż addizzjonali marbuta mar-riskju ta' kreditu, spejjeż ta' trattament jew spejjeż addizzjonali dovuti għar-riskju tal-kambju” (40). Ir-riskju tal-kreditu huwa ddeterminat fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratt ta' kreditu u r-riżultati tal-analiżi tar-riskji.

(81)

Fl-aħħar nett, skont iċ-Ċirkolari, il-fornituri ta' servizzi finanzjarji indipendenti jqiegħdu ġeneralment l-ammont tar-rimunerazzjoni b'konnessjoni kemm mal-ammont ta' flus misluf, kif ukoll mal-valur reali tal-assi maniġġjati. Bl-istess mod, bħall-fornituri ta' servizzi indipendenti, “il-kumpaniji ta' finanzjament tal-grupp li jwettqu operazzjonijiet tal-kreditu fi ħdan il-grupp għandhom ukoll b'dan il-mod jipproċedu għal analiżi tar-riskji qabel ma jagħtu kreditu lil intrapriża assoċjata u jikkunsidraw kull fattur ieħor suxxettibbli li jkollhom influwenza fuq id-determinazzjoni tal-prezzijiet ta' trasferiment tagħhom” (41).

(82)

It-Taqsima 4 taċ-Ċirkolari tispeċifika li l-awtoritajiet tat-taxxa ma jipprovdux informazzjoni li għandha l-effett li tgħaqqadhom ħlief jekk il-kumpanija kkonċernata jkollha preżenza reali fil-Lussemburgu. Hija wara telenka l-kundizzjonijiet differenti li għandha tissodisfa kumpanija ta' finanzjament tal-grupp sabiex ikollha preżenza reali fil-pajjiż. Il-kapital proprju tal-kumpanija, partikolarment, għandu jkun adegwat fir-rigward tal-funzjonijiet eżerċitati (jekk jitqiesu l-assi implimentati u r-riskji assunti), u l-ammont tal-kapital proprju għandu jikkorrispondi mill-inqas għal 1 % tal-valur nominali tal-kreditu/i mogħti(ja) jew għal EUR 2 miljun, mingħajr indikazzjoni oħra.

(83)

Iċ-Ċirkolari tindika wkoll l-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti sabiex tinkiseb informazzjoni li tgħaqqad l-amministrazzjoni tat-taxxa. Bħala tali, talba għal informazzjoni vinkolanti għandu jkun fiha, fost oħrajn, “studju tal-prezzijiet ta' trasferiment li jirrispetta l-prinċipji msemmija mill-OECD f'dan il-qasam u li jinkludi partikolarment deskrizzjoni kompluta tal-metodoloġija proposta u informazzjoni u analiżi dettaljati li jappoġġjaw din il-metodoloġija, pereżempju l-identifikazzjoni ta' komparabbli u l-firxa tar-riżultati li huma mistennija li jinkisbu” (42). Fl-aħħar nett, iċ-Ċirkolari tispeċifika li deċiżjoni tat-taxxa jkollha ġeneralment perjodu ta' validità ta' ħames snin, sakemm il-fatti u ċ-ċirkostanzi ma jinbidlux, li r-rekwiżiti legali li fuqhom id-deċiżjoni tat-taxxa ġiet stabbilita ġew modifikati jew li waħda mill-karatteristiċi essenzjali tat-tranżazzjoni ġiet emendata (43).

2.4.   Deskrizzjoni tal-gwidi tal-OECD dwar il-prezzijiet ta' trasferiment

(84)

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”) tipprovdi lill-pajjiżi membri tagħha bi gwidi dwar it-tassazzjoni, spjegati fil-“linji gwida dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti” tagħha (il-“linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti”), li jikkostitwixxu strument legali mhux vinkolanti li jipprovdi gwidi dwar il-prezzijiet ta' trasferiment (44).

(85)

Il-prezzijiet ta' trasferiment juru l-prezzijiet fatturati għal tranżazzjonijiet kummerċjali bejn partijiet differenti tal-istess grupp ta' kumpaniji. Il-kumpaniji multinazzjonali għandhom inċentiv finanzjarju li jattribwixxu mill-inqas benefiċċji possibbli lit-territorji li jimponuhom b'mod aktar qawwi, li huwa suxxettibbli li jwassal għal prezzijiet ta' trasferiment eċċessivi, li ma jkunx xieraq li jiġu aċċettati bħala bażi għall-finijiet tal-kalkolu tal-introjtu taxxabbli. Sabiex tiġi evitata din il-problema, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom jaċċettaw il-prezzijiet ta' trasferiment bejn kumpaniji tal-istess grupp biss meta t-tranżazzjonijiet huma rimunerati bħallikieku kienu ġew aċċettati minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli f'kundizzjonijiet ta' distakkament (45). Dan jissejjaħ “il-prinċipju ta' distakkament”.

(86)

Id-dikjarazzjoni ta' prinċipju relatata mal-prinċipju ta' distakkament tinsab fl-Artikolu 9(1) tal-mudell ta' konvenzjoni tat-taxxa tal-OECD, li jikkostitwixxi l-bażi tal-konvenzjonijiet tat-taxxa bilaterali li għalihom jagħmlu parti l-pajjiżi membri tal-OECD u numru li qed jikber ta' pajjiżi mhux membri. L-Artikolu 9 jiddikjara li “meta ż-żewġ impriżi [assoċjati], fir-relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom, huma marbutin b'kundizzjonijiet miftiehma jew imposti, differenti minn dawk li kienu jkunu miftiehma bejn impriżi indipendenti, il-profitti li kien ikun hemm fin-nuqqas ta' dawk il-kundizzjonijiet minn waħda mill-impriżi, imma li ma sarux minħabba dawn il-kundizzjonijiet, jistgħu jiġu inklużi fil-profitti ta' din l-impriża u intaxxati kif jixraq”.

(87)

Fis-27 ta' Ġunju 1995, il-Kumitat tal-Affarijiet tat-Taxxa tal-OECD adotta l-prinċipji applikabbli fir-rigward ta' prezzijiet ta' trasferiment fil-verżjoni oriġinali tagħhom (46); din ġiet aġġornata sostanzjalment f'Lulju 2010 (47). Minħabba n-natura mhux vinkolanti ta' dawn il-prinċipji, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-pajjiżi membri tal-OECD huma sempliċiment imħeġġa li jsegwuhom. Ġeneralment, madankollu, dawn iservu bħala referenza u għandhom impatt ċar fuq il-prattiki tat-taxxa tal-pajjiżi membri (kif ukoll mhux membri) tal-OECD. Barra minn hekk, f'bosta pajjiżi membri tal-OECD, dawn il-prinċipji dehru li jorbtu legalment jew iservu bħala referenza għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa nazzjonali. Jekk il-Kummissjoni tiċċita l-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti f'din id-deċiżjoni, dan huwa għaliex il-linji gwida msemmija jikkostitwixxu manwal eżistenti f'dan il-qasam li huwa r-riżultat ta' diskussjonijiet bejn esperti fil-qafas tal-OECD u tipprovdi speċifikazzjonijiet dwar tekniki li jimmiraw li jindikaw l-isfidi komuni li ġejjin mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament f'sitwazzjonijiet konkreti. Għalhekk il-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti jipprovdu lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u lill-intrapriżi multinazzjonali tal-gwidi utli dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament. Huma jenfasizzaw ukoll il-kunsens internazzjonali dwar il-prezzijiet ta' trasferiment.

(88)

Il-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti jelenkaw ħames metodi sabiex tiġi stabbilita approssimazzjoni tal-prezzijiet ta' distakkament għat-tranżazzjonijiet u d-distribuzzjoni tal-qligħ bejn il-kumpaniji tal-istess grupp: i) il-metodu tal-prezz komparabbli fis-suq ħieles (“il-metodu CUP”); ii) il-metodu tal-kost miżjud; iii) il-metodu tal-prezz ta' rivendita; iv) l-MTMN u v) il-metodu ta' tranżazzjoni tal-qligħ. Dawn jistabbilixxu distinzjoni bejn il-metodi tradizzjonali stabbiliti fuq it-tranżazzjonijiet (jiġifieri l-ewwel tlieta) u l-metodu ta' tranżazzjoni tal-qligħ (jiġifieri l-aħħar tnejn). L-intrapriżi multinazzjonali jibqgħu liberi li japplikaw metodi mhux deskritti f'dawn il-prinċipji sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta' trasferiment, sakemm dawn il-prezzijiet jissodisfaw il-prinċipju ta' distakkament.

(89)

Il-metodu CUP u l-MTMN huma rilevanti għal din id-deċiżjoni u għalhekk huma ppreżentati f'aktar dettall fil-premessi 90 sa 92.

(90)

Il-metodu CUP iqabbel il-prezz fatturat għat-trasferiment ta' oġġetti jew servizzi fil-qafas ta' tranżazzjoni kkontrollata (tranżazzjoni bejn żewġ intrapriżi li huma assoċjati ma' xulxin) mal-prezzijiet fatturati għat-trasferiment ta' oġġetti jew servizzi fil-qafas ta' tranżazzjoni komparabbli mwettqa fis-suq ħieles (tranżazzjoni bejn żewġ intrapriżi li huma indipendenti minn xulxin) f'ċirkostanzi komparabbli.

(91)

L-MTMN huwa wieħed mill-“metodi indiretti” użati sabiex tiġi stabbilita approssimazzjoni tal-prezzijiet ta' distakkament għat-tranżazzjonijiet u d-distribuzzjoni tal-qligħ bejn il-kumpaniji tal-istess grupp. Dan jikkonsisti milli jistima l-ammont potenzjali tal-qligħ fid-dawl tal-prinċipju ta' distakkament għal attività meqjusa fit-total tagħha, aktar milli għal tranżazzjonijiet speċifiċi. Dan m'għandux l-għan li jiddetermina l-prezz tal-oġġetti mibjugħa, iżda jistima l-qligħ li kumpaniji indipendenti jistgħu jistennew li jwettqu fuq attività partikolari, bħall-attività ta' bejgħ tal-oġġetti. Biex isir dan, huwa jagħżel bażi adegwata (“indikatur tal-livell tal-qligħ”), bħall-ispejjeż, il-fatturat jew investimenti fissi, u japplikalu rata ta' qligħ li tirrifletti dik osservata fi tranżazzjonijiet komparabbli mwettqa fis-suq ħieles.

(92)

Billi l-MTMN ma jistabbilixxix prezzijiet għal tranżazzjonijiet individwali, l-introjtu taxxabbli ta' entità li japplika għaliha jista' ma jkollux impatt dirett fuq l-introjtu taxxabbli ta' entità oħra tal-istess grupp ta' kumpaniji. Il-metodu għalhekk ivarja mill-applikazzjoni tal-metodu CUP, li jistabbilixxi l-prezz ta' trasferiment bħala l-prezz ta' oġġett jew servizz speċifiku li wara huwa rreġistrat fl-introjtu taxxabbli, daqs l-istess ammont, mill-kumpanija tal-grupp li tbigħ u minn dik li tixtri l-oġġett jew is-servizz ikkonċernat.

2.5.   Informazzjoni addizzjonali komunikata wara l-bidu tal-proċedura ta' investigazzjoni formali

2.5.1.   Ittra tal-Lussemburgu tat-3 ta' Settembru 2014

(93)

B'risposta għad-domandi formulati fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Lussemburgu informa lill-Kummissjoni li l-krediti mogħtija fi ħdan il-grupp Fiat ma kinux limitati.

(94)

Il-Lussemburgu pprovda wkoll speċifikazzjonijiet dwar il-prezzijiet medji ta' għoti u teħid b'self fi ħdan il-grupp ta' FFT matul is-snin 2011 sa 2013. Ir-rata ta' mgħax applikabbli għas-self fi ħdan il-grupp mogħtija minn FFT hija […]. Fl-aħħar tal-2011, dan kien jikkorrispondi għar-rata Euribor miżjuda ta' marġni ta' [6-9 %]. Ir-rata ta' mgħax medja mħallsa fuq il-bilanċi tal-kontijiet kurrenti tal-kumpaniji tal-grupp kienet, fl-2012 u fl-2013 rispettivament, ta' [6-9 %] u [6-9 %]. Fl-2011, l-2012 u l-2013, ir-rata medja mħallsa minn FFT fuq id-depożiti fi ħdan il-grupp żdiedet rispettivament għal [0-3 %], għal [0-3 %] u għal [0-3 %] (rati fissi medji).

(95)

Il-Lussemburgu esprima ruħu wkoll dwar ir-rimunerazzjoni tal-kapital awtorizzat mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata. Dan indika b'mod partikolari li l-kapital investit f'parteċipazzjonijiet ġie rimunerat mid-distribuzzjoni ta' dividendi u li dawn tal-aħħar, min-natura tagħhom, mhumiex soġġetti għal analiżi fir-rigward tal-prezzijiet ta' trasferiment, peress li dawn jitħallsu minn kumpanija esklussivament bħala azzjonist. Id-dividendi għalhekk ma jiġux ikkunsidrati għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-importanza tal-funzjonijiet eżerċitati u r-riskji assunti.

(96)

Il-Lussemburgu spjega wkoll li l-akkwist tal-parteċipazzjonijiet ta' FFT ġie ffinanzjat kollu fuq fondi proprji u li dan il-mod ta' finanzjament ifisser awtomatikament li dawn il-fondi m'għadhomx disponibbli sabiex jiġu koperti riskji oħra sostnuti minn FFT.

(97)

Il-Lussemburgu rrefera wkoll għall-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48), li fid-dawl tiegħu l-fondi proprji mhux konsolidati tal-istituzzjonijiet tal-kreditu ma jinkludux il-parteċipazzjonijiet f'istituzzjonijiet oħra tal-kreditu superjuri għal 10 % tal-kapital ta' dawn tal-aħħar.

(98)

Il-Lussemburgu rrefera wkoll għall-approċċ elementari definit mill-Qafas ta' Basel II, li jistabbilixxi għal 15 % ir-rata li għandha tiġi applikata fil-medja ta' tliet perjodi ta' introjti grossi annwali pożittivi.

2.5.2.   Ittra tal-Lussemburgu tal-24 ta' Marzu 2015

(99)

B'risposta għat-talba tal-Kummissjoni, li talbitu jikkomunika eżempji ta' deċiżjonijiet rigward destinatarji tal-kontribwenti li jinsabu f'sitwazzjoni simili għal dik ta' FFT, il-Lussemburgu indika fl-ittra tiegħu tal-24 ta' Marzu 2015 li s-sitwazzjoni ta' FFT kienet partikolari ħafna. Skont il-Lussemburgu, dan huwa għaliex FFT hija istituzzjoni finanzjarja li ttella' fondi fis-suq, għall-kuntrarju tal-maġġoranza tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Lussemburgu, li jsellfu, b'marġni, fondi magħmula disponibbli għalihom minn kumpaniji oħra tal-grupp li jappartjenu għalih.

(100)

Barra minn hekk, skont l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża, is-sitwazzjoni ta' kull kontribwent huwa speċifiku biżżejjed sabiex jagħmel impossibbli kull tqabbil ma' dik ta' kontribwenti oħra. Huwa għalhekk li d-dritt nazzjonali Lussemburgiż fih biss dispożizzjoni ġenerali bħala qafas għall-prezzijiet ta' trasferiment (jiġifieri, l-Artikolu 164 tal-L.I.R.), li tippermettilu li jifhem b'mod kemm jista' jkun preċiż ir-realtà ekonomika ta' kull każ, kemm jekk ikun soġġett għal deċiżjoni tat-taxxa jew le.

(101)

Il-Lussemburgu kkomunika wkoll il-bażi tat-taxxa ta' FFT għall-perjodu bejn l-2009 u l-2013 fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-kumpanija (49), imniżżel fit-tabella 7.

Tabella 7

Bażi tat-taxxa ta' FFT għall-perjodu bejn l-2009 u l-2013

(f'EUR)

2009

2 643 424

2010

2 424 869

2011

2 600 416

2012

1 684 103

2013

2 095 969

(102)

Il-Lussemburgu indika li rriżulta mid-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' FFT tal-2013 li l-biżgħat espressi fil-premessa 64 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, skont liema l-bażi tat-taxxa hija stabbilita fuq firxa ta' bejn EUR 2 288 000 u EUR 2 796 000, mingħajr ebda fondazzjoni. Huwa ċar li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tawtorizza biss il-metodu kkunsidrat u li l-parametri tas-suq huma varjabbli.

(103)

Fl-aħħar nett, fuq talba tal-Kummissjoni, il-Lussemburgu kkomunika wkoll id-deċiżjonijiet tat-taxxa preċedenti kollha adottati mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża fir-rigward tal-grupp Fiat.

(104)

L-ewwel nett, talba għal deċiżjoni tad-9 ta' Diċembru 2009 u aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża kienet relatata mal-awtorizzazzjoni tal-bażi tat-taxxa ta' FFT […].

(105)

It-tieni, l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża kkomunikat żewġ ittri tat-3 ta' Settembru 2012. L-ewwel waħda hija d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, li hija bbażata fuq talba għal deċiżjoni tal-14 ta' Marzu 2012, kif indikat fil-premessa 9. Din it-talba għal deċiżjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni għal darba oħra b'mod integrali fl-ittra tal-Lussemburgu tal-24 ta' Marzu 2015, li inkludiet informazzjoni li l-Lussemburgu kienet ħbiet qabel fil-komunikazzjoni inizjali tagħha ta' din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni.

(106)

Ittra sekondarja, kważi identika, intbagħtet bħala risposta għal talba għal deċiżjoni parallela introdotta […] lill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża fit-18 ta' April 2012 għal kumpanija denominata [F], li tidher tikkorrispondi għal FFT fi struttura oħra ta' kumpaniji ta' finanzjament tal-grupp. F'din it-tieni talba tad-deċiżjoni, id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet tal-[kumpanija F] hija identika għal dik tal-funzjonijiet ta' FFT hekk kif tidher fit-talba tal-14 ta' Marzu 2012. Din l-istruttura l-oħra tvarja biss f'dan is-sens li l-kumpanija jkollha biss fergħa waħda fir-Renju Unit, li ma jkollhiex waħda fi Spanja u li [l-kumpanija F] ma tkun is-sid [ta' ebda fergħa].

(107)

It-tieni talba għal deċiżjoni, appoġġjata b'rapport dwar prezzijiet ta' trasferiment, tinkludi konklużjoni li l-preżentazzjoni tagħha hija identika għal dik li tinsab fit-talba għal deċiżjoni ta' FFT [miktuba fil-premessa 54]. Madankollu, ir-riżultat tal-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment huwa sostanzjalment differenti. Ir-rimunerazzjoni ta' distakkament tal-[kumpanija F], kif stabbilita fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, hija li ġejja: “L-istudju dwar il-prezzijiet ta' trasferiment jiddetermina rimunerazzjoni adegwata bbażata fuq i) il-kapital ta' riskju ta' mhux aktar minn EUR 44,6 miljun u ii) il-kapital li jippermetti li jiġu rimunerati l-funzjonijiet eżerċitati mill-kumpanija ta' mhux aktar minn EUR 8.8 miljun b'firxa ta' +/- 10 %.”

(108)

Iż-żewġ deċiżjonijiet jinsabu fil-lista kkomunikata lill-Kummissjoni mil-Lussemburgu fl-4 ta' Ġunju 2015 dwar id-deċiżjonijiet tat-taxxa li jkopru funzjoni tat-teżor [ara l-premessa 29].

(109)

It-tielet, żewġ deċiżjonijiet tat-taxxa oħra […], aċċettati mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża, ġew ikkomunikati wkoll lill-Kummissjoni. Dawn it-talbiet għal deċiżjoni huma tal-2002 u tal-2012 u jikkonċernaw aspetti oħra tal-istruttura tal-grupp Fiat fil-Lussemburgu. Dawn id-deċiżjonijiet mhumiex eżaminati f'din id-deċiżjoni.

2.5.3.   Informazzjoni kkomunikata minn Fiat fil-31 ta' Marzu 2015

2.5.3.1.   Informazzjoni relatata mal-kumpaniji tal-grupp Fiat li żżomm konnessjonijiet diretti ma' FFT

(110)

Fiat tfakkar li FFT tappartjeni għal madwar 40 % għal Fiat S.p.A. u għal madwar 60 % għal FF, li hija sussidjarja għal 100 % ta' Fiat S.p.A (50). Min-naħa tagħha, FFT għandha FFNA u FFC għal 100 % (51). Fiat tfakkar ukoll li FFT hija waħda mill-kumpaniji ta' finanzjament tal-grupp Fiat li huma elenkati fil-premessa 39.

(111)

Fuq talba tal-Kummissjoni, Fiat ipprovdiet informazzjoni finanzjarja dettaljata dwar il-kumpaniji ta' finanzjament tal-grupp. Hija kkomunikat b'mod partikolari r-rapport annwali tal-kumpaniji FFT, FF, FFNA, FFC u FFB għas-snin 2011 sa 2013, kif ukoll deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta' dawn il-kumpaniji. Skont din l-informazzjoni, FF timpjega 52 persuna, li minnhom [20-30] għas-servizz ta' “finanzjament” u [10-20] għas-servizz ta' “kontabilità”. FFT tinkludi 14-il impjegat, jiġifieri direttur, [0-10] impjegati f'kuntatt dirett mal-klijenti (mir-Renju Unit), [0-10] impjegati responsabbli għall-kompiti amministrattivi u [0-10] persuni responsabbli għall-kontabilità u l-kontrolli. FFNA timpjega ħames persuni, filwaqt li FFC teżerċita attivitajiet limitati.

(112)

Skont l-informazzjoni komunikata minn Fiat, il-valur kontabilistiku tas-sussidjarji ta' FFT (FFNA u FFC) […]. Ir-rapport annwali ta' FFT jindika li FFNA u FFC reġgħu inxtraw minn Fiat S.p.A u minn FF fl-2011. Mill-2011, FFT tistabbilixxi, fil-Lussemburgu, rapporti finanzjarji konsolidati.

(113)

FF u FFT huma l-kumpaniji ta' finanzjament għaż-żona tal-euro. Id-dejta finanzjarja li tikkonċernahom għall-perjodu 2010-2013, fuq il-bażi tar-rapporti annwali komunikati, hija ppreżentata fit-tabelli 8 u 9 (52).

Tabella 8

Dejta finanzjarja ta' FFT għall-perjodu bejn l-2010 u l-2013

(f'eluf ta' euro)

 

2010

2011

2012

2013

 

 

 

 

 

Imgħax u introjti simili

613 561

650 641

664 707

736 561

li ftit minnhom ġejjin minn kumpaniji tal-grupp

605 880

626 806

648 497

731 462

Introjtu ieħor

72 292

76 910

29 185

10 125

INTROJTU TOTALI

685 853

727 551

693 892

746 686

 

 

 

 

 

Spejjeż operatorji u ħlasijiet lura

3 419

3 655

2 926

2 499

Imgħax dovut u spejjeż finanzjarji oħra

625 078

640 207

631 854

666 246

Li minnhom dovuti lil kumpaniji tal-grupp

59 409

55 520

38 041

20 268

Li minnhom fuq dejn obbligatorju u kupuni oħra

551 229

574 561

592 099

643 853

Tariffa riċevuta fuq il-garanziji relatati mal-bonds imħallsa minn Fiat S.p.A (53)

3 161

2 851

2 702

3 006

Infiq ieħor

51 709

78 211

54 702

72 805

INFIQ TOTALI (minbarra imgħax fuq il-kumpaniji)

683 367

724 924

692 185

745 032

Qligħ qabel it-taxxa fuq il-kumpaniji

2 485

2 627

1 707

1 652

Taxxa

748

776

491

508

Introjtu nett

1 737

1 851

1 217

1 146

 

 

 

 

 

Kapital proprju

285 625

287 477

288 693

289 839

Ammonti dovuti lill-kumpaniji tal-grupp

4 354 692

2 275 578

1 530 146

1 661 930

Titoli tal-pretensjoni maħruġa

7 716 844

7 746 301

9 116 345

11 030 180

Obbligazzjonijiet oħra (dejn bankarju, spejjeż li għandhom jitħallsu, eċċ.)

2 470 513

446 444

144 671

158 865

KAPITAL PROPRJU U OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI

14 827 674

10 755 800

11 079 855

13 140 814

 

 

 

 

 

Pretensjonijiet meta mqabbla mal-kumpaniji tal-grupp

11 869 312

7 387 279

7 950 092

9 637 038

Likwidità u titoli trasferibbli

2 705 622

3 028 255

2 853 245

3 221 203

Parteċipazzjonijiet f'intrapriżi assoċjati

0

165 244

164 244

165 244

Assi oħra (immobilizzazzjonijiet, dħul li għandu jiġi riċevut, eċċ)

252 740

175 022

112 274

117 329

ASSI TOTALI

14 827 674

10 755 800

11 079 855

13 140 814

(114)

Fl-aħħar tal-2011, l-2012 u l-2013, FFT ħarġet fi ħdan banek differenti garanziji favur il-kumpaniji tal-grupp, għal ammont totali, rispettivament, ta' EUR 2 560 802, EUR 10 772 314 u EUR 10 155 339.

Tabella 9

Dejta finanzjarja ta' FF għall-perjodu bejn l-2010 u l-2013

(f'eluf ta' euro)

 

2010

2011

2012

2013

 

 

 

 

 

Dħul finanzjarju

552 090

752 007

676 177

722 610

Li minnhom ġejjin minn kumpaniji tal-grupp

528 267

672 225

655 576

711 218

Introjtu ieħor (dividendi, qligħ finanzjaru fuq dħul derivat, rati tal-kambju, eċċ.)

29 708

18 962

18 117

8 935

Introjru ġġenerat mis-servizzi pprovduti lill-grupp

6 410

7 616

2 336

2 027

Kosti operatorji

14 616

13 332

8 594

9 280

Spejjeż finanzjarji

550 331

729 851

654 763

706 825

Li minnhom kumpaniji tal-grupp

523 123

698 009

625 216

687 712

Qligħ qabel it-taxxa fuq il-kumpaniji

23 261

35 402

33 273

17 466

Taxxa

5 968

10 112

8 822

6 952

Introjtu nett

17 292

25 290

24 450

10 514

 

 

 

 

 

Kapital proprju

271 047

268 610

268 837

256 053

Obbligazzjonijiet

14 878 871

12 567 582

11 277 171

12 758 761

 

 

 

 

 

Assi finanzjarji

9 267 614

8 201 011

9 164 768

9 905 386

Likwidità u titoli trasferibbli

5 519 622

4 349 837

2 201 190

2 928 409

Parteċipazzjonijiet f'intrapriżi assoċjati

358 362

264 116

160 833

160 833

Assi oħra (immobilizzazzjonijiet, dħul li għandu jiġi riċevut, eċċ.)

4 320

21 228

19 217

20 186

ASSI TOTALI

15 149 918

12 836 192

11 546 008

13 014 814

(115)

Fl-aħħar tal-2013 (u fl-aħħar tal-2012), il-parteċipazzjoni ta' FF fil-kapital ta' intrapriżi assoċjati kien jikkonsisti f'parteċipazzjonijiet f'FFT, sa EUR 157 269 000 (jiġifieri 60 % tal-kapital soċjali ta' FFT), u f'FFB, sa EUR 2 013 000, kif ukoll fiż-żamma ta' mgħax li ma tagħti l-ebda kontroll f'kumpaniji oħra tal-grupp, sa EUR 725 000. Fl-aħħar tal-2011, 100 % tal-azzjonijiet ta' FFT ġew ikkontabilizzati fil-parteċipazzjonijiet ta' FF għal ammont ta' EUR 262 102 000. Fl-aħħar ta' 2010, qabel ma FFNA u FFC nbiegħu lil FFT fl-2011, FF kellu parteċipazzjoni ta' EUR 7 213 000 f'FFC, ta' EUR 262 077 000 f'FFT, ta' EUR 87 055 f'FFNA u ta' EUR 2 013 000 f'FFB, jiġifieri parteċipazzjoni totali ta' EUR 358 000 000 f'sussidjarji għal 100 % ta' Fiat, kif indikat fit-Tabella 8.

2.5.3.2.   Informazzjoni dettaljata dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' FFT

(116)

Fiat bagħtet l-ismijiet ta' 61 kontroparti fi ħdan il-grupp li magħhom FFT ikkonkludiet tranżazzjonijiet matul il-perjodu 2011-2013. Din ikkomunikat il-bilanċ medju bejn FFT u dawn il-kontropartijiet għas-sitt kredituri u debituri prinċipali għas-snin 2011, 2012 u 2013. L-informazzjoni relatata mal-2013 hija riprodotta fit-tabella 10 (il-kolonna relatata mal-imgħax fuq il-bilanċ medju ġiet miżjuda mill-Kummissjoni).

Tabella 10

Kontropartijiet ta' FFT fl-2013

(f'eluf ta' euro)

Assi

Bilanċ medju

Imgħax riċevut

Imgħax diviż bil-bilanċ medju

Kontroparti 1 tal-Grupp Fiat

[10 000 000 ]

[500 000 ]

[…]

Kontroparti 2 tal-Grupp Fiat

[150 000 ]

[10 000 ]

[…]

Kontroparti 3 tal-Grupp Fiat

[150 000 ]

[10 000 ]

[…]

Kontroparti 4 tal-Grupp Fiat

[100 000 ]

[5 000 ]

[…]

Kontroparti 5 tal-Grupp Fiat

[50 000 ]

[4 000 ]

[…]

Kontroparti 6 tal-Grupp Fiat

[20 000 ]

[3 000 ]

[…]

Obbligazzjonijiet

Bilanċ medju

Imgħax pagabbli

Imgħax diviż bil-bilanċ medju

Kontroparti 7 tal-Grupp Fiat

[450 000 ]

[10 000 ]

[…]

Kontroparti 8 tal-Grupp Fiat

[250 000 ]

[400]

[…]

Kontroparti 9 tal-Grupp Fiat

[200 000 ]

[1 000 ]

[…]

Kontroparti 10 tal-Grupp Fiat

[50 000 ]

[200]

[…]

Kontroparti 11 tal-Grupp Fiat

[50 000 ]

[150]

[…]

Kontroparti 12 tal-Grupp Fiat

[50 000 ]

[150]

[…]

(117)

Fiat ipprovdiet ukoll informazzjoni dwar il-ħruġ ta' dejn minn FFT mill-2009 b'applikazzjoni tal-programmi EMTN (54), sors prinċipali ta' finanzjament ta' FFT, kif ukoll dwar il-prospett ta' ħruġ tagħha. FFT ipproċediet matul dan il-perjodu ta' 14-il ħarġa bi skadenza massima ta' 7 snin. Din ħarġet bonds denominati f'euro, b'kupuni inklużi bejn 5.75 % u 7.75 % (minbarra ħruġ, imqabbel ma' rata ta' 9 %), u franki Żvizzeri, b'kupuni li jiżdiedu minn 4 % għal 5 %.

(118)

L-informazzjoni mibgħuta minn Fiat tindika l-iskadenza tal-operazzjonijiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp. Fl-aħħar tal-2013, l-iskadenza kuntrattwali tal-pretensjonijiet kienet inqas minn sena għal ammont ta' pretensjonijiet ta' EUR 12 613 000, fuq ammont totali ta' EUR 12 858 000 (il-likwidità u s-self tal-kumpaniji tal-grupp huma ppreżentati fit-Tabella 9).

(119)

Jirriżulta minn informazzjoni mibgħuta dwar it-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp differenti li bosta tranżazzjonijiet huma operazzjonijiet ta' kuljum. Madankollu, FFT tikkonkludi wkoll tranżazzjonijiet bi skadenzi differenti […]. FFT tagħti self lill-grupp taħt forom differenti […]. Fl-aħħar tal-2013, id-depożiti kważi kollha kellhom skadenza […]. Il-ħruġ ta' bonds kellu skadenzi differenti […].

(120)

Fiat bagħat ukoll id-dokument relatat mal-politika tal-grupp dwar il-likwidità, li huwa s-suġġett fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment li fuqhom hija bbażata t-talba għal deċiżjoni. Dan id-dokument isemmi regoli interni applikabbli għall-kollokamenti ta' teżor tal-grupp. […]

2.5.3.3.   Informazzjoni dwar il-politika tal-grupp Fiat dwar il-prezzijiet ta' trasferiment

(121)

Fl-ittra tagħha tal-20 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni talbet lil Fiat tispjega l-mekkaniżmu li jippermettilha li tikseb riżultat nett ugwali għal proporzjon stabbli tal-kapital proprju stabbli matul is-snin 2009, 2010 u 2011 [kif jirriżulta fit-tabella 4 li tinsab fil-premessa (51) tad-deċiżjoni tal-ftuħ], fin-nuqqas ta' marġni sinifikanti fir-rigward tal-assi, l-obbligazzjonijiet, kif ukoll l-ispejjeż finanzjarji u l-qligħ.

(122)

Fiat ipprovdiet dokument intitolat “Transfer Pricing Policy” (politika dwar l-ipprezzar tat-trasferiment) b'risposta għal din it-talba li talbitha tispjega l-ipprezzar tas-self u d-depożiti fi ħdan il-grupp. Jirriżulta minn dan id-dokument li Fiat tistabbilixxi l-prezzijiet ta' self fi ħdan il-grupp permessi mill-kumpaniji ta' finanzjament tal-grupp b'mod li dawn tal-aħħar jiksbu redditu ddeterminat minn qabel.

(123)

Il-funzjonijiet deskritti bħala dawk eżerċitati minn FFT u r-riskju assunt huma identiċi għad-deskrizzjoni li tinsab fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, kif tinsab fil-qosor fil-premessi 38 sa 51, minbarra ċerta informazzjoni. […] id-dokument relatat mal-politika dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti jikkonċerna r-riskju tal-kreditu u r-riskju tal-kontroparti, deskritt fit-talba għal deċiżjoni bħala mhux eżistenti fir-rigward tal-assi tal-grupp, filwaqt li d-dokument jikklassifika dan ir-riskju bħala “limitat”.

(124)

Id-dokument relatat mal-politika dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti jispjega li l-istabbiliment tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp huwa stmat kif ġej. […], dan jistma l-ammont tas-self fi ħdan il-grupp li għandu jiġi ffinanzjat. […], dan jistma marġni li għandu jiġi applikat għas-self fi ħdan gil-rupp fuq din il-bażi billi tiġi diviża s-somma tar-redditu mmirat, flimkien mal-kosti operatorji, bl-ammont totali tas-self li għandu jiġi ffinanzjat. Fl-aħħar nett, dan iżid din il-marġni mal-kosti ta' finanzjament tal-kumpaniji ta' finanzjament sabiex tinkiseb stima tal-ipprezzar tas-self fi ħdan il-grupp.

(125)

Id-dokument relatat mal-politika dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti jispjega dan il-metodu ta' pprezzar tas-self fi ħdan il-grupp fuq il-bażi tad-dejta f'ċifri tal-2012. Fir-rigward tar-redditu tal-kapital proprju miżjud, dan huwa stmat għall-2012 għal [4-7 %] għal FF u FFT fuq bażi kkonsolidata. Id-dokument fih stimi tal-betas għall-Unjoni Ewropea għall-2012, kif ukoll rati mingħajr riskju u primjums ta' riskju għall-Italja u l-Lussemburgu, ippreżentati separatament, u jistma r-redditu miżjud li ġej fuq din il-bażi:

Tabella 11

Informazzjoni li tinsab fid-dokument intern relatat mal-politika dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti

Intervall ta' distakkament

Betas

Numru ta' kumpaniji

75

Perċentil 75

1,22

Medjan

0,80

Perċentil 25

0,34


(%)

RCP varjabbli u miżjud (55)

L-Italja

Il-Lussemburgu

Rata mingħajr riskju

1,57

1,57

Rata tat-taxxa

31,4

28,8

Primjum tar-riskju fuq kapital proprju

7,73

6,00

RCP — Perċentil 75

16,09

12,52

RCP — Medjan

11,27

8,92

RCP — Perċentil 25

6,16

5,10

(126)

Id-dokument jiddistingwi wkoll is-self fuq perjodu predeterminat, li ġie stabbilit fil-passat, li għalih mhuwiex possibbli li jiġu emendati l-kundizzjonijiet ta' pprezzar, u s-self fi ħdan il-grupp rivedibbli fuq rata varjabbli. […]

2.5.4.   Ittra tal-Lussemburgu tal-10 ta' Lulju 2015

(127)

Fl-ittra tiegħu tal-10 ta' Lulju 2015, il-Lussemburgu jiddikjara li l-Kummissjoni tikser il-prinċipju taċ-ċertezza legali jekk tordna l-irkupru tal-għajnuna preżunta mill-benefiċjarju fid-deċiżjoni tagħha tal-għeluq tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. Dan jirreferi għal deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw sistemi ta' għajnuna fiskali rilevanti għal dan il-punt, li fil-qafas tagħhom il-Kummissjoni ammettiet li dan il-prinċipju seta' jostakola l-irkupru tal-għajnuna (56) u awtorizzat perjodu tranżitorju fuq il-bażi tal-eżistenza ta' aspettattiva leġittima (57).

(128)

Barra minn hekk, il-Lussemburgu jiddikjara li minħabba li, fl-istabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment, il-prezz ta' distakkament preċiż ma jistax u m'għandux jiġi ddeterminat skont il-linji gwida tal-OECD, mhuwiex possibbli li jiġi ordnat l-irkupru ta' ammont ta' għajnuna preċiż. Barra minn hekk, il-Lussemburgu jsostni li, minħabba l-karattru ġdid tal-miżura u skont deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni m'għandhiex tordna l-irkupru tal-għajnuna, skont il-prinċipju tal-aspettattiva leġittima (58).

3.   RAĠUNIJIET SABIEX JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA

(129)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali għaliex tqis, b'mod preliminari, li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tat lil FFT għajnuna mill-Istat skont l-Artiklu 107(1) tat-TFUE, li kienet inkompatibbli mas-suq intern.

(130)

Il-Kummissjoni esprimiet dubji partikolarment fir-rigward tal-kompatibilità tad-deċiżjoni tat-taxxa mal-prinċipju ta' distakkament. Id-dubji tagħha kienu relatati mal-elementi preċiżi ta' hawn taħt, fil-premessi 131 sa 137.

(131)

L-ewwel nett, id-deċiżjoni dehret li aċċettat bażi tat-taxxa fissa ta' EUR 2 542 miljun (+/– 10 %) għall-attivitajiet ta' FFT lil-Lussemburgu, li setgħet biss tvarja ftit u tibqa' stabbli anke jekk, pereżempju, l-attivitajiet ta' FFT li fuqhom hija bbażata d-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa jikbru bil-qawwa.

(132)

It-tieni, il-Kummissjoni qajmet dubji fir-rigward tal-adegwatezza tal-metodu magħżul mill-konsulent tat-taxxa ta' FFT sabiex tiġi stmata r-rimunerazzjoni ta' din tal-aħħar għall-funzjonijiet li teżerċita. Fl-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment tiegħu, il-konsulent tat-taxxa uża metodu indirett, l-MTMN, sabiex jikkalkula din ir-rimunerazzjoni, iżda l-Kummissjoni stmat li jkun jaqbel li tingħata prijorità lill-użu ta' metodi diretti, u b'mod partikolari l-metodu CUP, fil-każijiet fejn jistgħu jiġu osservati tranżazzjonijiet komparabbli fis-suq. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li Chrysler, il-kumpanija Amerikana tal-grupp Fiat, tappella direttament lis-swieq tal-kapital sabiex tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha u li ftit minn dawn it-tranżazzjonijiet huma komparabbli għal dawk imwettqa minn FFT.

(133)

It-tielet, fir-rigward tal-użu tal-MEDAF sabiex jiġu stmati r-redditi meħtieġa fuq il-kapital proprju, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni korretta tal-MEDAF mill-konsulent tat-taxxa ta' FFT. Hija enfasizzat li ż-żewġ komponenti li jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni ta' FFT fuq il-bażi tal-MEDAF, jiġifieri l-ammont tal-kapital proprju rimunerat u l-livell ta' rimunerazzjoni applikat għal dan l-ammont ta' kapital proprju, ġew stabbiliti għal livell baxx wisq.

(134)

Fir-rigward tal-ammont tal-kapital proprju rimunerat, id-deċiżjoni tat-taxxa aċċettat l-applikazzjoni tal-MEDAF biss għal frazzjoni tal-kapital proprju, esklussivament, li ġie mmarkat bħala “fondi proprji esposti għar-riskju”, filwaqt li l-kapital proprju investit f'FFNA u FFC ġie mnaqqas mill-kapital proprju li għandu jiġi rimunerat mingħajr spjegazzjoni aċċettabbli (59). Barra minn hekk, deher li l-kalkolu tal-“fondi proprji esposti għar-riskju” ġie espress permezz tal-istabbiliment ta' bażi tat-taxxa dgħajfa wisq, peress li ma inkludiex l-assi fi ħdan il-grupp, għal darb'oħra mingħajr raġuni konvinċenti. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni qajmet dubju dwar l-ipoteżi li tgħid li m'għandux ikun hemm riskju tal-kreditu fuq it-tranżazzjonijiet imwettqa mal-kumpaniji tal-grupp. Il-Kummissjoni esprimiet ukoll id-dubji tagħha fir-rigward tal-kalkolu tar-rekwiżiti minimi għal fondi proprji għar-riskju tal-kontroparti u r-riskju tal-kreditu. B'mod partikolari, l-għażla ta' fattur ta' ponderazzjoni tar-riskji relattivament dgħajjef ta' 20 % għar-riskju tal-kontroparti ma kienx ġustifikat, u xejn ma kien jindika dak li hu previst jekk il-qafas regolamentari kellu jiġi modifikat b'mod sinifikanti. Ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment tal-konsulent tat-taxxa ma jispjegax kif “id-differenza bejn l-imgħax akkumulat dovut fuq id-depożiti bankarji u l-imgħax akkumulat riċevibbli fuq is-self bankarju” tikkostitwixxi indikazzjoni tajba tar-riskju operazzjonali u ma jispjegax aktar fil-fond ir-raġuni għaliex hija imposta ponderazzjoni tar-riskju ta' 15 %. Bl-istess mod, dan ma jispjegax għalfejn ir-riskju tal-kontroparti ġie multiplikat b'6 % u mhux bi 8 %, peress li r-rekwiżiti minimi għal fondi proprji previsti mill-Qafas ta' Basel II għar-riskju tal-kontroparti, li r-rapport jirreferi għalihom b'mod espliċitu fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, huma ta' 8 %.

(135)

Fir-rigward tar-rimunerazzjoni applikata għal dan il-kapital, il-Kummissjoni qajmet dubji fir-rigward tad-determinazzjoni tal-beta, peress li dan tal-aħħar deher dgħajjef wisq meta mqabbel ma' dak ta' kumpaniji oħra li jipprovdu servizzi finanzjarji. Hija qajmet dubji wkoll fir-rigward tal-għażla, mill-konsulent tat-taxxa, tal-Perċentil 25 minflok il-medjan għall-kalkolu tal-beta.

(136)

Ir-raba', fir-rigward tar-redditu mistenni fuq il-kapital proprju meqjus bħala eċċessiv fit-talba għal deċiżjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji fir-rigward tal-aċċettazzjoni, fid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, tal-użu ta' rata baxxa ħafna ta' 0,87 % mingħajr ebda ġustifikazzjoni.

(137)

Billi l-analiżi tal-prezz ta' trasferiment aċċettat mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata ma dehritx li kienet tirrispetta l-prinċipju ta' distakkament, il-Kummissjoni stmat, b'mod preliminari, li din id-deċiżjoni se tagħti vantaġġ lil FFT. Ġie kkunsidrat li dan il-vantaġġ inkiseb kull sena u li kompla kull darba li t-taxxa dovuta kkalkolata fuq il-bażi ta' din id-deċiżjoni ġiet aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża. Skont il-Kummissjoni, dan il-vantaġġ ingħata wkoll b'mod selettiv peress li kien jikkostitwixxi distakk meta mqabbel mal-prattika amministrattiva li tiffavorixxi speċifikament lil FFT meta mqabbel ma' kumpaniji li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili.

(138)

Billi l-kundizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE ġew sodisfatti u fin-nuqqas ta' raġuni apparenti ta' kontabilità, il-Kummissjoni kkonkludiet, b'mod preliminari, li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata kienet għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern. B'konsegwenza ta' dan, hija ddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali fir-rigward ta' din id-deċiżjoni tat-taxxa.

(139)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni ordnat ukoll lil-Lussemburgu, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, jipprovdi d-dokumenti, l-informazzjoni u d-dejta kollha relatati mal-miżura kkontestata li kienu neċessarji sabiex tkun tista' tieħu deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat u, skont il-każ, dwar il-kompatibilità ta' din l-għajnuna mas-suq intern. Fil-każ li l-Lussemburgu ma jipprovdix l-informazzjoni kollha mitluba, hija stiednet lill-pajjiż jaċċetta, skont l-Artikolu 6(a)(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, li hija titlob lill-benefiċjarju tal-miżura kkontestata, jiġifieri FFT, jipprovdi l-informazzjoni mitluba.

4.   KUMMENTI TAL-LUSSEMBURGU

(140)

Il-Lussemburgu bagħat il-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ fil-19 ta' Lulju 2014. Huwa jikkonferma qabel kollox li l-proċedura kienet ivvizzjata, u li l-Kummissjoni għamlet żbalji dwar il-kontenut tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

4.1.   Kummenti tal-Lussemburgu dwar il-proċedura tal-Kummissjoni

(141)

Fir-rigward tal-proċedura, il-Lussemburgu ddikjara li l-proċedura korretta sabiex tingħata inġunzjoni ta' informazzjoni ma ġietx segwita f'dan il-każ, fis-sens li r-Regolament (KE) Nru 659/1999 ma jippermettix lill-Kummissjoni li toħroġ inġunzjonijiet f'deċiżjoni tal-ftuħ. Qabel ma setgħet toħroġ tali inġunzjoni, kellha tiġi segwita l-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(142)

Il-Lussemburgu jiddikjara wkoll, fir-rigward tal-informazzjoni mitluba fid-deċiżjoni ta' inġunzjoni, li l-Kummissjoni ma spjegatx għalfejn l-iżvelar tal-identità tal-benefiċjarju kien neċessarju sabiex tiġi evalwata l-miżura fir-rigward tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Minħabba bosta każijiet ta' evażjoni u allegazzjonijiet mhux sostanzjali tal-Kummissjoni fil-pubbliku, il-Lussemburgu ma setgħax jiżvela l-identità tal-benefiċjarju f'dan l-istadju. Barra minn hekk, id-deċiżjoni ta' inġunzjoni ma speċifikat ebda informazzjoni oħra partikolari li kellha tiġi pprovduta. Għaldaqstant, skont il-manwal tal-proċeduri tal-Kummissjoni, inġunzjoni għandha tispjega b'mod ċar liema informazzjoni hija neċessarja fil-qafas tal-proċedura inkwistjoni.

(143)

Il-Lussemburgu jiddikjara wkoll li, billi d-deċiżjoni tal-ftuħ ma tispjegax kif id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tikkostitwixxi għajnuna, huwa impossibbli li jiġi eżegwit l-obbligu ta' sospensjoni. FFT għandha tissottometti dikjarazzjoni tat-taxxa u, billi l-Kummissjoni ma speċifikatx fid-deċiżjoni tal-ftuħ liema kien il-metodu indikat sabiex tiġi kkalkulata t-taxxa pagabbli, l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża se tuża l-metodoloġija magħżula fid-deċiżjoni tat-taxxa.

(144)

Il-Lussemburgu jiddikjara mill-ġdid li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji tal-kooperazzjoni leali, ta' imparzjalità u ta' amministrazzjoni tajba, partikolarment billi ma rrispondietx għall-offerti ta' laqgħa tiegħu li setgħu jippermettu lill-awtoritajiet Lussemburgiżi li jispjegawlha l-metodoloġija użata fid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata.

(145)

Il-Lussemburgu kkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċedura relatata ma' FFT (b'numru tal-każ ġdid, SA.38375) differenti minn dik, ġenerali, dwar il-prattiki tal-Lussemburgu dwar deċiżjoni tat-taxxa miftuħa taħt in-numru tal-każ SA.37267. Billi l-Lussemburgu kien appella kontra l-inġunzjoni ta' informazzjoni adottata mill-Kummissjoni fil-qafas tal-każ SA.37267 quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni setgħet tevita b'mod artifiċjali annullament ta' din l-inġunzjoni billi jinfetaħ każ ġdid.

(146)

Fl-aħħar nett, il-Lussemburgu jiddikjara li l-Kummissjoni wettqet abbuż ta' poter billi fixklet l-eżerċizzju ta' setgħa diskrezzjonali u l-interpretazzjoni sempliċi ta' regola tad-dritt komuni. B'mod partikolari, id-deċiżjoni tat-taxxa dwar FFT ma tirriżultax mill-eżerċizzju ta' setgħa diskrezzjonali mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża, iżda tikkonforma mal-Artikolu 164(3) tal-L.I.R., u maċ-Ċirkolari. Skont il-Lussemburgu, fl-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, huwa inevitabbli li dawn jiġu interpretati fid-dawl tal-fatti ta' kull każ sabiex jintlaħqu soluzzjonijiet determinati miċ-ċirkostanzi partikolari u stabbiliti fuq dawn tal-aħħar. Il-Kummissjoni ma tafx id-distinzjoni bejn, minn naħa, is-setgħa diskrezzjonali u, min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni tar-regoli li jinkludu termini legali astratti li għandhom jiġu applikati għall-każ inkwistjoni. Barra minn hekk, billi ħadet il-post tal-awtoritajiet Lussemburgiżi għall-interpretazzjoni tad-dritt Lussemburgiż, il-Kummissjoni injorat il-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tat-tassazzjoni diretta.

(147)

Skont il-Lussemburgu, peress li l-amministrazzjoni tat-taxxa ma eżerċitatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha fil-każ ta' FFT, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħti prova li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata dderogat il-prattika amministrattiva ordinarja. Il-Lussemburgu jispjega li l-azzjoni amministrattiva tiegħu hija bbażata fuq il-prinċipji ta' legalità u ta' ugwaljanza, u għalhekk tittratta lill-kontribwenti kollha li jinsabu essenzjalment fl-istess sitwazzjoni bl-istess mod. Il-Lussemburgu jsostni li d-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet eżaminata biss fid-dawl tal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti u mhux fid-dawl tal-prattika amministrattiva Lussemburgiża.

4.2.   Kummenti tal-Lussemburgu fir-rigward tal-iżbalji dwar il-mertu tad-deċiżjoni tal-ftuħ

(148)

B'mod ġenerali, il-Lussemburgu jiddikjara li l-Kummissjoni għamlet żball dwar il-mertu billi bħala sistema ta' referenza sabiex jiġi ddeterminat il-vantaġġ selettiv ħadet il-prinċipju ta' distakkament ipprovdut mil-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti u mhux il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali.

(149)

Barra minn hekk, il-Lussemburgu jiddikjara li l-Kummissjoni interpretat ħażin il-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti. Fil-premessa (65) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni dehret li stabbilixxiet ġerarkija tal-metodi ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment, u ddikjarat li għandha tingħata prijorità lill-użu ta' metodi diretti, u b'mod partikolari l-metodu CUP, meta mqabbel mal-metodi indiretti bħall-MTMN. Il-Kummissjoni b'hekk ma tikkunsidrax il-fatt li, mill-2010, il-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti baqgħu jikkunsidraw biss ġerarkija tal-metodi li taqbel mar-rekwiżiti u l-prattiki attwali. B'referenza għall-paragrafu 1.13 tal-prinċipji msemmija, il-Lussemburgu jindika li dawn jirrikonoxxu li “l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment mhuwiex xjenza preċiża” u li “l-għażla tal-metodu ta' stabbiliment tal-prezz ta' distakkament mhuwiex se jkun, f'ħafna każijiet, perfettament ċar”. Billi l-konsulent tat-taxxa ta' FFT stima li l-għażla tal-MTMN kienet ġustifikata u applika l-Artikolu 164 tal-L.I.R., l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża sempliċiment ikkonfermat l-akkuratezza fid-dritt tal-analiżi.

(150)

Skont il-Lussemburgu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament ivarjaw minn amministrazzjoni tat-taxxa għal oħra u bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-kumpaniji (60); għalhekk ma tistax, minn naħa, tippermetti li l-prinċipju ta' distakkament ikun soġġett għal interpretazzjonijiet u applikazzjonijiet differenti u, min-naħa l-oħra, tqis li hemm metodu korrett wieħed biss li bih il-Lussemburgu kellu japplika l-prinċipju ta' distakkament.

(151)

Barra minn hekk, il-Lussemburgu jikkritika lill-Kummissjoni li ma applikatx f'dan il-każ id-dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali kkonċernata, jiġifieri l-Artikolu 164(3) tal-L.I.R. u l-prattika amministrattiva li tirriżulta minnu, iżda qieset biss bħala referenza l-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti. B'hekk, il-Kummissjoni tiddetermina l-metodu ta' kalkolu li tqis l-aktar adegwat, filwaqt li d-dritt Lussemburgiż ma jistabbilixxix l-użu ta' metodi speċifiċi ta' determinazzjoni tal-prezz ta' trasferiment. Għalhekk il-Kummissjoni injorat għalkollox il-qafas legali u l-prattika amministrattiva Lussemburgiża f'dan is-suġġett. Barra minn hekk, għall-finijiet tal-analiżi ta' selettività, il-Kummissjoni ma wettqitx tqabbil tat-trattament tat-taxxa ta' FFT ma' dak ta' kumpaniji oħra li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili fil-Lussemburgu.

(152)

Fir-rigward tad-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Lussemburgu jikkritika lill-Kummissjoni talli kkonċentrat wisq, u b'mod unilaterali wisq, fuq l-istrateġija tat-taxxa allegata ta' Fiat fil-livell tal-grupp, mingħajr ma kkunsidrat il-fatt li Fiat, billi taġixxi bħala grupp, setgħet kienet immotivata minn raġunijiet oħra għall-istruttura li għandha.

(153)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet tat-taxxa Lussemburgiżi ċertament qatt ma qablu ma' “bilanċ tat-taxxa fiss”, kif inhu allegat fil-premessa 64 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. L-introjtu taxxabbli ta' FFT jiddependi mill-volum tas-self mogħti u r-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment wassal biex tiġi kkunsidrata biss firxa fit-termini tal-punti ta' bażi fir-rigward tal-marġni li għandu jitwettaq.

(154)

It-tieni, fir-rigward tal-ammont tal-fondi proprji mitluba u d-dubji mqajma mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward, il-Lussemburgu jqis li l-għażla tal-Qafas ta' Basel II hija raġonevoli, l-istess bħall-għażla li jiġu esklużi l-parteċipazzjonijiet. Il-Lussemburgu jiddikjara li kien loġiku li l-parteċipazzjonijiet finanzjarji jkunu esklużi mill-kalkoli, għaliex huma ma kinux marbuta mal-qafas ta' eżerċizzju limitat għall-prezzijiet ta' trasferiment fuq is-self fi ħdan il-grupp. Barra minn hekk, skont ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, l-ammont għall-finanzjament tal-parteċipazzjonijiet jiżdied għal EUR 165 244 000, li jikkorrispondi għall-prezz għax-xiri tal-parteċipazzjonijiet ta' FFT u għalhekk, skont il-Lussemburgu, mhuwiex kritikabbli. Barra minn hekk, billi l-introjtu tal-parteċipazzjonijiet ġie eżentat minħabba d-dritt Lussemburgiż, l-ispejjeż relatati, bħall-imgħax, lanqas mhuma deduċibbli. Finalment, ir-rimunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet li titwettaq permezz ta' dividendi minn sussidjarji, li l-ammont tagħhom huwa suxxettibbli li jvarja skont ir-riżultati tas-sussidjarji u tal-bżonnijiet tagħhom fir-rigward tal-investiment mill-ġdid, il-kunċett tal-marġni li għandu jiġi applikat għal dan il-fluss ta' introjti ma jagħmilx sens għall-pjan kummerċjali.

(155)

It-tielet, il-Lussemburgu jiddikjara li l-esklużjoni tal-pretensjonijiet fi ħdan il-grupp tal-kalkolu hija ġġustifikata wkoll, billi d-dejn ta' FFT huwa akkumpanjat minn garanzija espliċita favur il-kredituri ta' FFT. Meta jitqiesu l-istrateġija industrijali, l-interessi ekonomiċi u r-riskju ta' falliment potenzjali għar-reputazzjoni tal-kumpanija, ir-riskju ta' inadempjenza ta' FFT huwa baxx ħafna u l-ammont “liberu” ta' EUR 93 710 000 huwa suffiċjenti ħafna sabiex jiġi kopert ir-riskju.

(156)

Ir-raba', il-Lussemburgu jikkritika lill-Kummissjoni talli ddubitat il-mod kif ġie kkalkulat il-beta għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-primjum ta' riskju. L-ewwel nett, dawn il-kalkoli mhumiex purament matematiċi u jistgħu jiġu ġġustifikati riżultati differenti; għaldaqstant, ir-riżultati miksuba fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment huma perfettament ġustifikabbli u solidi. It-tieni, anke jekk ir-riżultati miksuba mill-Kummissjoni jkunu differenti, hija xorta għandha teżamina jekk dan jagħtix vantaġġ lil FFT meta mqabbel ma' intrapriżi oħra stabbiliti fil-Lussemburgu. It-tielet, anke fil-qafas ta' evalwazzjoni alternattiva li tqabbel il-primjum tar-riskju kkalkulat għal FFT mar-rimunerazzjoni mħallsa lill-azzjonisti tal-kumpanija elenkata, li jagħti persentaġġ ta' 3,5 sa 4 %, li huwa sostanzjalment aktar baxx mill-primjum tar-riskju ta' 6,05 % ikkalkulat għal FFT, it-tqabbil jindika li l-primjum tar-riskju ta' 6,05 % huwa assolutament ġustifikabbli u jissodisfa totalment ir-rekwiżiti tal-Artikolu 164 tal-L.I.R.

(157)

Fl-aħħar nett, il-Lussemburgu jiddikjara li minħabba li l-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) ikkonferma b'mod espliċitu li l-prattika tad-deċiżjonijiet tat-taxxa fil-Lussemburgu kienet tikkonforma mal-kodiċi tal-kondotta u mal-linji gwida tal-OECD, il-prinċipju tal-aspettattiva leġittima jimplika li FFT għandha tkun tista' tibbaża fuq id-deċiżjoni tat-taxxa tat-3 ta' Settembru 2012 matul il-perjodu ta' validità kollu tagħha, jiġifieri ħames snin.

5.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI

(158)

FFT bagħtet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ fit-30 ta' Ottubru 2014. Dawn il-kummenti ntbagħtu f'żewġ dokumenti distinti.

5.1.   L-ewwel grupp ta' kummenti ta' FFT

(159)

L-ewwel grupp ta' kummenti ta' FFT huwa maqsum f'żewġ partijiet. L-ewwel parti tispjega r-raġuni għalfejn FFT tqis li l-Kummissjoni applikat ħażin il-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti għall-APP ta' FFT. It-tieni parti tiddeskrivi kif id-deċiżjoni tal-ftuħ ma tirrispettax in-norma ġuridika meħtieġa li tikkonsisti fl-istabbiliment tas-selettività skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

5.1.1.   Applikazzjoni ħażina tal-linji gwida tal-OECD

(160)

L-ewwel nett, għall-kuntrarju ta' dak li tiddikjara li l-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, FFT tiddikjara li ma kinitx qablet mal-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża fuq introjtu taxxabbli fiss. Il-ftehim kien relatat biss ma' metodu ta' rimunerazzjoni tal-funzjonijiet ta' teżor eżerċitati minn FFT. Kull sena mill-2011, FFT taġġorna l-parametri kollha użati sabiex jiġi stmat il-kapital proprju tagħha li huwa espost għar-riskju u r-redditu tagħha fuq il-kapital proprju sabiex jiġi kkalkulat il-qligħ immirat tagħha. Barra minn hekk, l-APP ta' FFT jgħodd biss għal perjodu ta' ħames snin, sakemm il-fatti u ċ-ċirkostanzi li huwa bbażat fuqhom ma jinbidlux; dan il-perjodu jikkorrispondi għall-prattika tad-deċiżjonijiet tat-taxxa fi Stati Membri oħra.

(161)

It-tieni, m'hemm l-ebda oġġezzjoni li l-konsulent tat-taxxa ta' FFT jagħżel l-MTMN, peress li ma jeżisti l-ebda element ta' tqabbil intern għat-tranżazzjonijiet ta' FFT li jista' jintuża sabiex jiġi applikat il-metodu CUP. Ir-raġunijiet huma li i) FFT ma tagħtix self lil terzi u li ii) il-kumpaniji tal-grupp Fiat ma jiksbux self simili minn terzi. FFT tirreferi għall-paragrafu 2.2 tal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, li jgħid li l-metodu ta' selezzjoni jimmira dejjem li jsib l-aktar metodu adegwat f'każ speċifiku. FFT wara ssemmi l-paragrafu 2.4 tal-istess prinċipji, li jgħid li jeżistu sitwazzjonijiet li fihom il-metodi ta' tranżazzjoni tal-qligħ huma aktar adegwati mill-metodi tradizzjonali bbażati fuq it-tranżazzjonijiet.

(162)

Skont FFT, kieku l-konsulent tat-taxxa uża l-valutazzjoni tal-bonds tagħha fil-metodu CUP sabiex jistabbilixxi l-prezzijiet ta' trasferiment applikati għas-self mogħti lill-kumpaniji tal-grupp, FFT kienet issofri minn telf għaliex ma kinitx tkun irkuprat il-kost tal-likwidità sabiex tkopri l-bżonnijiet finanzjarji tal-grupp. FFT tifforma entità inqas kumplessa mill-kumpaniji l-oħra tal-grupp, li l-marġni tagħhom jistgħu jiġu verifikati permezz tal-MTMN. Dan il-metodu jintuża aktar spiss fl-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment u l-linji gwida tal-OECD tal-2010 dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti ma jistabbilixxu l-ebda ġerarkija bejn il-metodi.

(163)

Barra minn hekk, skont FFT, il-kapital proprju jista' spiss ikun ir-riżultat ta' deċiżjonijiet preċedenti marbuta mal-attivitajiet ta' kumpanija u ma jkollu l-ebda konnessjoni diretta mal-livell ta' kapital proprju neċessarju sabiex jiġu assunti r-riskji marbuta mal-attività tal-kumpanija.

(164)

Fl-aħħar nett, FFT tinnota li l-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti jirrikonoxxu li l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment mhuwiex xjenza preċiża. F'dan ir-rigward, hija tirreferi għall-paragrafu 1.13 ta' dawn il-prinċipji, u b'mod aktar preċiż, għall-premessa li ġejja: “huwa importanti li ma jintesiex l-għan li tinkiseb approssimazzjoni raġonevoli minn riżultat ta' distakkament fuq il-bażi ta' informazzjoni insuffiċjenti. Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment mhuwiex xjenza preċiża u jeħtieġ valutazzjoni min-naħa tal-amministrazzjoni tat-taxxa kif ukoll mill-kontribwent.” FFT tindika li madankollu għamlet l-akbar sforz possibbli sabiex tistima rimunerazzjoni ta' distakkament għall-attivitajiet tagħha.

(165)

It-tielet, fir-rigward tal-adegwatezza tal-kapital proprju ta' FFT, din tal-aħħar għandha turi li l-kapital proprju tagħha huwa suffiċjenti sabiex isostni r-riskji marbuta mal-attività ta' finanzjament tagħha. Iċ-Ċirkolari ma tagħti l-ebda gwida speċifika li għandha tiġi segwita sabiex jiġi ddeterminat il-livell xieraq ta' fondi proprji esposti għar-riskju. Huwa għalhekk li FFT iddeċidiet li tanalizza l-kapital proprju tagħha sabiex tevalwa liema parti minn dan il-kapital proprju kien neċessarju sabiex teżerċita l-attivitajiet tagħha u ssostni r-riskji fid-dawl tal-Qafas ta' Basel II. Bl-istess mod, iċ-Ċirkolari tqabbel il-kumpaniji li jeżerċitaw attivitajiet ta' finanzjament intermedju ma' istituzzjonijiet finanzjarji indipendenti. Iċ-Ċirkolari tipprevedi wkoll li l-kontribwenti li jwettqu tranżazzjonijiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp għandu jkollhom biżżejjed fondi proprji sabiex isostnu r-riskji ta' finanzjament marbuta ma' dawn it-tranżazzjonijiet. Bil-maqlub, l-attivitajiet ta' parteċipazzjoni ma jiġux ikkunsidrati għall-finijiet tal-APP ta' FFT; huwa għalhekk li huwa ġġustifikat li jiġu esklużi l-parteċipazzjonijiet ta' FFT mill-fondi proprji tagħha f'riskju. Barra minn hekk, l-ammont tal-kapital proprju ekwivalenti għall-investiment fis-sussidjarji ta' FFT ma ġiex ikkunsidrat għaliex huwa jintegra l-investimenti mhux fil-portafoll f'sussidjarji rimunerati permezz ta' dividendi. Madankollu, id-dividendi mhumiex soġġetti għall-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment, billi ma jikkunsidrawx l-importanza tal-funzjonijiet eżerċitati jew tar-riskji sostnuti. Tali tnaqqis huwa konformi wkoll mal-Qafas ta' Basel II (61) u mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“CRD III”) (62).

(166)

Ir-raba', fir-rigward tal-analiżi, mill-Kummissjoni, tat-trattament tal-pretensjonijiet fi ħdan il-grupp u l-fatt li l-APP ta' FFT ma jikkunsidrax l-assi kollha minbarra dawk ta' partijiet terzi, FFT tiddikjara li l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grupp hija diġà integrata fil-kost ta' finanzjament tal-grupp minn FFT. Minħabba li FFT u l-kumpaniji assoċjati kollha tal-grupp għandhom klassifikazzjoni tal-kreditu ekwivalenti għal dik ta' Fiat S.p.A (63)., FFT ma tiffaċċjax riskju tal-kreditu addizzjonali fit-termini tas-self tagħha lill-kumpaniji assoċjati tagħha fi ħdan il-grupp. B'konsegwenza ta' dan, ir-rata ta' mgħax mitluba minn FFT lill-kumpaniji assoċjati tagħha fi ħdan il-grupp tikkorrispondi għas-somma i) tal-kost ta' finanzjament tal-grupp, ii) tal-persentaġġi ta' garanzija mħallsa lil Fiat S.p.A.; iii) tal-ispejjeż operatorji sostnuti sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti s-servizzi tagħha lill-kumpaniji l-oħra tal-grupp; iv) tal-“carry trade negattiv” li jirriżulta mill-fatt li l-ammonti sinifikanti mislufa minn FFT għandhom ikunu għal żmien qasir u għal rati ta' mgħax iktar baxxi sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet ta' likwidità tal-grupp għal żmien qasir; u v) tar-rimunerazzjoni tal-kapital għar-riskju sostnut, li huwa marbut mal-funzjonijiet assunti minn FFT fil-ġestjoni tat-teżor tal-grupp.

(167)

Il-ħames, skont FFT, huwa ġġustifikat l-użu tal-koeffiċjent ta' 6 % applikat għall-assi ponderati skont ir-riskju (l-“APR”), peress li dan jikkorrispondi mal-idea li FFT għandha dwar il-Qafas ta' Basel II trasposta għall-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji f'ċerti territorji tal-UE (pereżempju, l-Italja) mill-awtoritajiet regolatorji lokali, f'konformità mas-CRD. Barra minn hekk, hekk kif l-esponiment tal-assi ta' FFT għat-terzi jikkonsisti prinċipalment f'depożiti bankarji, il-ponderazzjoni tar-riskji ta' 20 % kienet ġiet applikata f'konformità mal-approċċ standard tal-Qafas ta' Basel II (64). Bl-istess mod, fir-rigward tal-ponderazzjoni tar-riskju ta' 15 % applikata għar-riskju operatorju, FFT tfakkar lill-Kummissjoni fl-approċċ indikatur bażiku fejn, skont il-punt 649 tal-Qafas ta' Basel II, għandu jiġi applikat tali koeffiċjent. Bl-istess mod, fil-qafas tal-istess approċċ, l-introjtu gross jikkorrispondi għall-introjtu nett mill-imgħax flimkien mall-introjtu nett mhux mill-imgħax, gross għall-marġni u l-ispejjeż operatorji kollha, iżda nett għall-elementi eċċezzjonali. Hekk kif FFT m'għandhiex introjti mingħajr imgħax, ir-referenza għall-imgħax dovut fuq depożiti bankarji, nett tal-imgħax riċevibbli, hija ġġustifikata bħala l-aħjar approssimazzjoni tar-riskji operatorji ta' FFT. Fir-rigward ta' kull modifika potenzjali għall-qafas regolatorju, FFT tiddikjara li anke fil-Qafas ta' Basel III (65) u fil-qafas tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66) (“CRD IV”) dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-intrapriżi ta' investiment, il-kriterji korrispondenti huma dejjem validi.

(168)

Is-sitt, fir-rigward tad-dubji tal-Kummissjoni dwar il-beta użat, FFT tiddikjara li anke jekk teskludi ċerti elementi ta' tqabbil (pereżempju l-banek nazzjonali), l-intervall ta' distakkament jibqa' kważi eżatt l-istess. Billi FFT taġixxi bħala kumpanija ta' finanzjament u ma tistax tiġi mqabbla ma' bank, il-betas tal-kumpaniji ta' finanzjament jiġu kkunsidrati minn FFT u [il-konsulent tat-taxxa] bħala l-aktar elementi ta' tqabbil adegwati. Barra minn hekk, iċ-Ċirkolari tirreferi b'mod ċar għall-fornituri ta' servizzi finanzjarji. Fuq din il-bażi, huwa raġonevoli li jiġi kkunsidrat grupp ta' kumpaniji attivi fis-settur tas-servizzi finanzjarji sabiex jiġi ddeterminat beta adegwat. Fir-rigward tal-adozzjoni tal-Perċentil 25 tal-intervall ta' distakkament, hija tikkonforma mal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, li jqisu li l-punti kollha tal-intervall ta' distakkament iwasslu għal prezzijiet/qligħ ta' distakkament. Barra minn hekk, huwa stmat li FFT issostni riskji limitati peress li hija taħdem biss għal kumpaniji tal-grupp, billi l-attivitajiet tal-grupp huma integrati sew u billi l-kumpanija omm għandha kull interess li tappoġġja l-attivitajiet tas-sussidjarji tagħha.

(169)

Is-seba', FFT ma taqbilx mad-dubji tal-Kummissjoni dwar il-fatt li r-redditu fuq il-kapital proprju ta' 0.87 % jista' jkun baxx wisq. Il-kapital proprju eċċessiv, jiġifieri dak li mhuwiex neċessarju biex jiġu koperti r-riskji sostnuti minn FFT fil-qafas tal-attività ta' finanzjament tagħha, huwa kemm misluf lil kumpanija oħra tal-grupp li għandha bżonn finanzjament addizzjonali, kif ukoll użat sabiex jiġu finanzjati l-ispejjeż operatorji ta' FFT fil-qafas tal-provvista ta' servizzi finanzjarji. Għalhekk ir-rimunerazzjoni tagħhom għandha tiġi adattata għall-investimenti fi flus għal żmien qasir.

5.1.2.   L-analiżi tas-selettività mwettqa mill-Kummissjoni

(170)

FFT tiddikjara li anke jekk l-analiżi tal-Kummissjoni dwar ir-rispett tal-prinċipju ta' distakkament kienet korretta, id-deċiżjoni tal-ftuħ ma tat l-ebda prova li FFT ibbenefikat minn trattament aktar favorevoli minn dak riservat għal kwalunkwe kontribwent Lussemburgiż ieħor li jinsab f'sitwazzjoni fattwalment u legalment komparabbli. Id-deċiżjoni tal-ftuħ ma tinkludi l-ebda tqabbil tal-pożizzjoni ta' FFT ma' dik ta' kontribwenti Lussemburgiżi oħra, bħall-21 kontribwent ieħor li l-APP tagħhom ġie eżaminat mill-Kummissjoni.

(171)

FFT kienet awtorizzata li tikkonkludi APP mal-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża, bħal kull kontribwent Lussemburgiż ieħor li għandu preżenza reali fil-Lussemburgu.

(172)

Barra minn hekk, billi r-rata tal-imgħax fuq il-kumpaniji globali fil-Lussemburgu għal FFT kienet ta' 28.8 % (għas-sena finanzjarja 2011), filwaqt li fl-Italja, ir-rata ta' tassazzjoni tal-kumpanija prinċipali kienet madwar 33 %, profitt akbar ta' FFT kien jirriżulta f'aktar spejjeż deduċibbli fl-Italja, billi l-maġġoranza tas-self mogħti minn FFT kien lil Fiat Finance S.p.A. Għaldaqstant, ma deherx b'mod ċar liema tip ta' “għajnuna” kiseb il-grupp kollu jekk FFT iddikjarat profitt aktar baxx fil-Lussemburgu u għalhekk ibbenefikat minn tnaqqis fl-imgħax inqas sinifikanti fl-Italja.

5.2.   It-tieni grupp ta' kummenti ta' FFT

5.2.1.   L-APP ma jagħti l-ebda “vantaġġ”

(173)

It-tieni grupp ta' kummenti ta' FFT jibda billi jispjega l-importanza tal-APP inġenerali; dawn jitqiesu bħala parti mis-sistema tat-taxxa ġenerali u huma aċċettati mis-sistema tat-taxxa Lussemburgiża. L-APP ta' FFT issegwi l-gwidi stabbiliti miċ-Ċirkolari u ma titbegħidx mis-sistema tat-taxxa ġenerali Lussemburgiża. Il-perjodu tal-APP ta' FFT, li huwa ta' ħames snin, jikkonforma mal-perjodu standard tal-APP konkluż fi Stati Membri oħra.

(174)

Ir-regoli Lussemburgiżi dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, li jikkostitwixxu l-bażi taċ-Ċirkolari, jagħmlu parti mis-sistema tat-taxxa ġenerali, billi dawn japplikaw bejn kumpaniji assoċjati fi ħdan il-grupp wieħed fil-qafas tat-tranżazzjonijiet bejn l-intrapriżi. Ir-regoli Lussemburgiżi dwar il-prezzijiet ta' trasferiment ma jitbegħdux mis-sistema tat-taxxa ġenerali fis-sens li jirrispettaw, fil-prattika, il-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti u jimmiraw li jiddeterminaw profitt ta' distakkament.

(175)

Fir-rigward tad-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha dwar l-għażla tal-metodu ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment, FFT tiddikjara li l-MTMN huwa metodoloġija ġeneralment aċċettata, approvata mill-OECD, li tikkonforma mas-sistema tat-taxxa ġenerali Lussemburgiża. L-użu komuni tal-MTMN ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni, kif ukoll il-fatt li l-applikazzjoni tiegħu tista' tikkawża diffikultajiet (67). Il-gwidi dwar ċerti aspetti dettaljati mhumiex suffiċjenti, iżda l-Kummissjoni tagħti d-dritt li jiġu solvuti kwistjonijiet ta' prezzijiet ta' trasferiment kontroversjali permezz tal-viżjoni tagħha dwar il-mod kif għandu jiġi applikat l-MTMN f'dan il-każ. Barra minn hekk, il-profitti taxxabbli ta' FFT huma allinjati mal-profitti tal-Istat, li jikkonferma għal darb'oħra li l-użu tal-MTMN ma ta l-ebda vantaġġ ekonomiku lil FFT.

(176)

Skont FFT, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jibbenefikaw minn ċertu marġni ta' diskrezzjoni meta japplikaw l-MTMN, li, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli, qatt ma jasal għal riżultat wieħed, iżda għal serje ta' riżultati validi. Għaldaqstant, id-differenza bejn il-qligħ taxxabbli miksub minn FFT (u aċċettat mill-awtoritajiet tat-taxxa Lussemburgiżi) u l-qligħ taxxabbli preżunt skont il-Kummissjoni m'għandhiex titqies bħala vantaġġ fis-sens tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Tali vantaġġ jirriżulta biss jekk il-miżura titbiegħed b'mod evidenti mir-regoli standard ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment u jmur lil hinn mill-marġni ta' diskrezzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa (68). F'każ kuntrarju, dan ikun interferenza tal-Kummissjoni fis-setgħat ta' Stat Membru fir-rigward it-tassazzjoni.

(177)

Fl-aħħar nett, FFT tiddikjara li, meta l-Kummissjoni evalwat l-eżistenza ta' vantaġġ, kellha tipprevedi l-effett globali “fuq il-grupp”. F'dan ir-rigward, il-grupp Fiat ma bbenefika minn ebda vantaġġ peress li kull żieda fil-bażi tat-taxxa fil-Lussemburgu ġie kkumpensat minn żieda fit-tnaqqis tat-taxxa f'pajjiżi Ewropej oħra (f'dawn l-aħħar snin, prinċipalment fl-Italja). Skont FFT, dan l-effet ġie rikonoxxut f'bosta deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. (69)

5.2.2.   In-nuqqas ta' “selettività”

(178)

Skont FFT, is-sistema ta' referenza li għandha titqies sabiex tiġi evalwata s-selettività tista' tinkludi biss kumpaniji soġġetti għal regoli dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, jiġifieri li jittrattaw biss ma' terzi assoċjati magħha. Dan huwa rikonoxxut fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-iskema Groepsrentebox (70), fejn huwa ddikjarat, fir-rigward tal-attivitajiet ta' finanzjament permezz ta' self, li l-intrapriżi relatati mhumiex f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli ma' dik tal-intrapriżi mhux relatati. Barra minn hekk, sabiex turi s-selettività, il-Kummissjoni għandha tagħti prova li FFT kisbet APP f'kundizzjonijiet differenti minn dawk applikati għal entitajiet oħra ta' grupp Lussemburgiżi li jeżerċitaw attivitajiet ta' finanzjament. Madankollu, iċ-Ċirkolari tispjega li l-APP huma disponibbli għall-kumpaniji kollha ta' gruppi finanzjarji. Għalhekk m'hemmx selettività.

(179)

Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni taċċetta d-deċiżjonijiet tat-taxxa bħala mezzi biex tingħata lill-kontribwenti ċertezza tad-dritt fil-qasam tal-pożizzjoni fiskali tagħhom. Id-deċiżjonijiet tat-taxxa adottati mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża mhumiex diskrezzjonali, peress li jirrispettaw il-prinċipji taċ-Ċirkolari, li tirreferi speċifikament għall-prinċipju ta' distakkament definit fl-Artikolu 9 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD u tipprovdi gwidi u speċifikazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti minimi għal fondi proprji u l-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment li kumpanija Lussemburgiża li twettaq attività ta' finanzjament fi ħdan il-grupp għandha tirrispetta. Għaldaqstant, il-marġni ta' diskrezzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża, jekk tkun eżistenti, hija limitata għall-gwidi taċ-Ċirkolari. Barra minn hekk, din il-marġni ta' diskrezzjoni limitata tal-amministrazzjoni tat-taxxa hija inerenti għall-applikazzjoni tal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti. Dan l-element sempliċi ma jistax minnu nnifsu jwassal għall-preżenza ta' għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, FFT tiddikjara li l-APP ta' FFT hija soġġetta għal eżami perjodiku, b'perjodu ta' validità massima ta' ħames snin.

(180)

FFT tiddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma tatx prova li l-applikazzjoni tal-metodu MTMN fl-APP ta' FFT tbiegħdet minn deċiżjonijiet tat-taxxa oħra konklużi minn kumpaniji li jinsabu f'sitwazzjonijiet komparabbli għal dawk ta' FFT. Skont FFT, m'hemm l-ebda dubju li kumpanija komparabbli li tinsab f'sitwazzjoni simili għal tagħha kienet kapaċi titlob deċiżjoni tat-taxxa u tiddetermina l-profitti taxxabbli tagħha fuq il-bażi tal-MTMN. Hekk kif FFT u l-kumpaniji komparabbli ġew soġġetti għall-istess skema fiskali, ma jagħmilx sens li jiġi stabbilit jekk il-metodu ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment applikat għal FFT kienx jikkonforma mal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti (li fi kwalunkwe każ kien konformi).

5.2.3.   Is-sitwazzjoni fattwali ta' FFT hija sostanzjalment differenti minn dik osservata fid-deċiżjonijiet relatati maċ-ċentri ta' koordinazzjoni

(181)

Skont FFT, id-deċiżjoni tal-ftuħ turi bosta differenzi notevoli meta mqabbla ma' deċiżjonijiet preċedenti li fihom il-Kummissjoni qajmet dubji dwar l-applikazzjoni ta' metodu ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment (jiġifieri l-metodu tal-kost miżjud) bħala miżura fiskali li wasslet għal vantaġġ selettiv (71). F'dawn id-deċiżjonijiet, l-iskema kienet disponibbli biss għall-kontribwenti li rrispettaw ċerti rekwiżiti, filwaqt li fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkontestat biss l-applikazzjoni tal-MTMN, jiġifieri d-determinazzjoni speċifika tal-profitti taxxabbli, fil-kuntest ta' proċedura APP disponibbli għall-kontribwenti Lussemburgiżi kollha li jeżerċitaw attivitajiet ta' finanzjament ma' partijiet assoċjati.

(182)

Barra minn hekk, f'dawn id-deċiżjonijiet, l-introjtu ddeterminat permezz tal-metodu tal-kost miżjud jitbiegħed sostanzjalment mill-profitt tal-Istat, li mhuwiex il-każ ta' FFT, li d-dħul tagħha ddeterminat mill-metodu MTMN huwa konformi mar-riżultat tal-kontabilità tal-kumpanija stess. Bl-istess mod, l-applikazzjoni tal-metodu ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment fid-deċiżjonijiet preċedenti, b'mod evidenti, ma kinitx konformi mal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti. F'dan il-każ, ma kienx hemm ksur ta' dawn il-prinċipji. Madankollu, b'differenza għal dak li ġie osservat fid-deċiżjonijiet dwar iċ-ċentri ta' koordinazzjoni, il-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti m'għadhomx jinkludu gwidi ċari dwar l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment għal ċerti attivitajiet eżerċitati minn FFT (bħall-attivitajiet ta' finanzjament u ta' teżor).

(183)

FFT tiddikjara wkoll li l-Kummissjoni lanqas ma kkunsidrat il-fatt li l-APP ta' FFT ġie bbażat fuq studju ekonomiku li jikkonforma mal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, li juri għaldaqstant li d-determinazzjoni tal-profitt ma kienx arbitrarju u li l-awtoritajiet tat-taxxa Lussemburgiżi ma kienu eżerċitaw l-ebda setgħa diskrezzjonali.

6.   RISPOSTA TAL-LUSSEMBURGU GĦALL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET TERZI

(184)

Permezz tal-ittra tal-5 ta' Jannar 2015, il-Lussemburgu indika li aderixxa totalment mal-kummenti ta' Fiat.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA KKONTESTATA

7.1.   Eżistenza tal-għajnuna

(185)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(186)

Skont ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE teżiġi li l-kundizzjonijiet kollha msemmijin f'din id-dispożizzjoni jiġu sodisfatti (72). Għalhekk, sabiex miżura nazzjonali tista' tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, l-ewwel nett, għandu jkun hemm intervent tal-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, it-tieni, dan l-intervent għandu jkun ta' natura tali li jista' jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, it-tielet, l-intervent għandu jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tiegħu u, ir-raba', dan għandu jwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni (73).

(187)

Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni għall-eżistenza ta' għajnuna, id-deċiżjoni kkontestata nħarġet mill-Amministrazzjoni tal-Kontribuzzjonijiet Diretti, li tagħmel parti mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Din id-deċiżjoni tinkludi l-aċċettazzjoni, mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża ta' metodu ta' imputazzjoni tal-profitti lil FFT fi ħdan il-grupp Fiat, propost mill-konsulent tat-taxxa ta' din tal-aħħar, li jimpenja lill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża għal perjodu ta' ħames snin u li fuq il-bażi tiegħu FFT tikkalkula kull sena l-ammont tat-taxxa fuq il-kumpaniji li għandha tħallas lil-Lussemburgu. Għalhekk id-deċiżjoni kkontestata hija attribwibbli għal-Lussemburgu.

(188)

Fir-rigward tal-finanzjament tal-miżura permezz ta' riżorsi tal-Istat, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, miżura li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni fiskali favorevoli li, għalkemm ma tinvolvix trasferiment pożittiv ta' riżorsi tal-Istat, tqiegħed lill-benefiċjarji f'sitwazzjoni finanzjarja iktar favorevoli minn dik tal-persuni taxxabbli l-oħra, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (74). Fit-Taqsima 7.2, il-Kummissjoni se turi li d-deċiżjoni kkontestata tikkawża tnaqqis fit-taxxa dovuta minn FFT lil-Lussemburgu billi titbiegħed mit-taxxa li FFT hija, f'każ kuntrarju, obbligata li tħallas fid-dawl tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu. Għaldaqstant, għandu jitqies li d-deċiżjoni kkontestata twassal għal telf ta' riżorsi mill-Istat, peress li kull tnaqqis tat-taxxa dovut minn FFT jikkawża telf ta' dħul mit-taxxa li l-Lussemburgu seta' juża fin-nuqqas ta' dan it-tnaqqis.

(189)

Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni għall-eżistenza ta' għajnuna, FFT hija parti mill-grupp Fiat, li hija entità preżenti fil-livell globali li teżerċita l-attivitajiet tagħha fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni, b'mod li kull għajnuna mogħtija lilha tista taffettwa l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. Barra minn hekk, miżura mogħtija mill-Istat titqies li twassal għal distorsjoni jew thedded li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tkun ta' natura li ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju tagħha meta mqabbel ma' intrapriżi oħra li jikkompeti magħhom (75). Sa fejn id-deċiżjoni kkontestata teżonera lil FFT minn dejn fiskali li normalment kienet tkun obbligata li tħallas fid-dawl tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu, din id-deċiżjoni twassal għal distorsjoni jew thedded li twassal għal distorsjoni billi ssaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja ta' FFT u tal-grupp Fiat, b'mod li r-raba' kundizzjoni għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat tkun sodisfatta wkoll f'dan il-każ.

(190)

Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni għall-eżistenza ta' għajnuna, il-Kummissjoni se tispjega, fit-Taqsima 7.2, ir-raġunijiet għalfejn hija tqis li d-deċiżjoni kkontestata tagħti vantaġġ selettiv lil FFT, sa fejn twassal għal tnaqqis tat-taxxa dovuti mill-parti interessata lil-Lussemburgu billi titbiegħed mit-taxxa li FFT kellha tħallas fid-dawl tas-sistema ordinarja tat-taxxa fuq il-kumpaniji, u b'hekk tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha għall-eżistenza ta' għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.   L-eżistenza ta' vantaġġ selettiv

(191)

Skont ġurisprudenza stabbilita, “l-Artikolu 107(1) tat-Trattat jimponi l-obbligu li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta' sistema ġuridika partikolari, miżura nazzjonali hijiex ta' tali natura li tiffavorixxi 'ċerti impriżi jew ċerti produtturi' fil-konfront ta' oħrajn li jinsabu, fir-rigward tal-għan li l-imsemmija sistema tfittex li tilħaq, f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli. Jekk dan ikun il-każ, il-miżura kkonċernata tissodisfa l-kundizzjoni ta' selettività” (76).

(192)

Fil-kawżi dwar il-qasam tat-tassazzjoni, il-Qorti fasslet analiżi fi tliet stadji sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura fiskali partikolari hijiex selettiva (77). L-ewwel, jeħtieġ li tiġi ddeterminata l-iskema tat-taxxa komuni jew normali applikabbli fl-Istat Membru: “is-sistema ta' referenza”. It-tieni, irid jiġi ddeterminat jekk il-miżura tat-taxxa inkwistjoni tikkostitwixxix deroga minn dik is-sistema, diment li tagħmel differenza bejn operaturi ekonomiċi, li fid-dawl tal-għan intrinsiku għas-sistema, huma f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli. Jekk il-miżura tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta' referenza, għandu jiġi stabbilit, f'tielet stadju, jekk din il-miżura hijiex iġġustifikata min-natura jew mill-ekonomija ġenerali tas-sistema ta' referenza. Miżura li tikkostitwixxi deroga mill-applikazzjoni tas-sistema ta' referenza tista' tiġi ġġustifikata jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun jista' juri li din il-miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida tas-sistema tat-taxxa tiegħu (78). Jekk dan ikun il-każ, il-miżura fiskali mhijiex selettiva. L-oneru tal-prova f'dan it-tielet stadju jaqa' fuq l-Istat Membru.

7.2.1.   Determinazzjoni tas-sistema ta' referenza

7.2.1.1.   Sistema ta' referenza li tikkonsisti mis-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu

(193)

Bħala regola ġenerali, għall-finijiet tal-analiżi tal-karattru selettiv ta' miżura ta' għajnuna, sistema ta' referenza hija magħmula minn grupp koerenti ta' regoli li japplikaw, fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi, għall-intrapriżi kollha li jirriżultaw mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu kif definit mill-għan tiegħu.

(194)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni tistima li s-sistema ta' referenza hija s-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu, li l-għan tagħha huwa t-tassazzjoni tal-profitti tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu (79). Is-sistema tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu tapplika għall-kumpaniji lokali u l-kumpaniji barranin residenti fil-Lussemburgu, inklużi l-fergħat Lussemburgiżi tal-kumpaniji barranin. Fil-Lussemburgu, kumpanija titqies bħala residenti meta l-uffiċċju rreġistrat tagħha jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħha tinsab fil-Lussemburgu. Il-kumpaniji lokali u l-kumpaniji barranin residenti fil-Lussemburgu huma obbligati li jħallsu t-taxxa fuq il-kumpaniji fuq il-profitti li jagħmlu fil-livell globali, minbarra meta tapplika konvenzjoni kontra t-taxxi doppji. Il-kumpaniji mhux residenti huma soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji biss għal ċerti tipi ta' introjti speċifiċi minn sors Lussemburgiż (80). It-taxxa hija dovuta għall-profitti mwettqa, imnaqqsa mill-infiq u t-telf deduċibbli mit-taxxa, li jistgħu jiġu rrapportati b'mod indefinittiv.

(195)

It-taxxa fuq il-kumpaniji Lussemburgiżi tikkonsisti minn taxxa li tolqot il-profitti tal-kumpaniji (“it-taxxa fuq l-introjtu tal-kollettivitajiet” jew “l-IRC”), li r-rata tagħha hija fissa għal 21 % u, għall-kumpaniji stabbiliti fil-belt ta' Lussemburgu, minn taxxa muniċipali fuq il-profitti tal-kumpaniji kummerċjali (“it-taxxa kummerċjali muniċipali”), li r-rata tagħha hija fissa għal 6,75 %. Żieda ta' 5 % hija, barra minn hekk, applikata għall-IRC ta' 21 % sabiex jiżdiedu l-fondi għall-impjieg (81). Mill-1 ta' Jannar 2011, ir-rata ta' tassazzjoni totali akkumulata tal-introjtu tal-kumpaniji fil-Lussemburgu hija, għaldaqstant, ta' 28,80 % (82) (83)

(196)

Il-kalkolu tal-profitti taxxabbli għall-finijiet tat-taxxa fuq il-kumpaniji Lussemburgiżi huwa bbażat, fil-prinċipju, fuq il-kontabilità kummerċjali tal-kontribwent, soġġett għall-aġġustamenti imposti mil-leġiżlazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża, li huma prinċipalment marbuta mal-eżenzjoni tad-dividendi/qligħ kapitali, mar-riintegrazzjoni tal-infiq mhux deduċibbli (84), mal-korrezzjonijiet li jsiru għar-riżultat tat-taxxa tat-tranżazzjonijiet li ma jitwettqux f'kundizzjonijiet ta' distakkament, u mal-applikazzjoni ta' regoli ta' ħlas lura differenti fuq il-pjan ta' kontabilità u fuq il-pjan fiskali.

(197)

Jekk il-kalkolu tal-profitti taxxabbli fil-każ ta' kumpaniji indipendenti mhux integrati/lokali li jwettqu tranżazzjonijiet fis-suq huwa relattivament sempliċi, peress li jibbaża fuq id-differenza bejn l-introjtu u l-ispejjeż fis-suq fejn hemm il-kompetizzjoni, dak tal-profitti taxxabbli fil-każ ta' kumpaniji tal-grupp fiskalment integrati bħal FFT jeħtieġ l-użu ta' dejta indiretta. Il-kumpaniji indipendenti mhux integrati jistgħu jieħdu l-profitti taxxabbli tagħhom bħala punt tal-bidu sabiex jiddeterminaw il-bażi tat-taxxa fuq il-kumpaniji, peress li dawn il-profitti jiddependu fuq il-prezzijiet stabbiliti mis-suq għall-inputs mixtrija u l-prodotti u s-servizzi mibjugħa mill-kumpanija. Min-naħa l-oħra, kumpanija integrata li twettaq tranżazzjonijiet ma' kumpaniji tal-istess grupp tagħha għandha twettaq stima tal-prezzijiet applikati għal dawn it-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp sabiex jiġu ddeterminati l-profitti taxxabbli tagħhom għal finijiet ta' taxxa, billi din l-istima twettqet mill-istess kumpanija li tikkontrolla l-grupp minflok ma ġiet stabbilita mis-suq.

(198)

Din id-differenza fil-kalkolu tal-profitti taxxabbli bejn il-kumpaniji mhux integrati, jiġifieri li mhumiex parti minn grupp u għalhekk ikklassifikati bħala “indipendenti”, u l-kumpaniji integrati, jiġifieri li huma parti minn grupp, madankollu m'għandha l-ebda effett fuq l-għan tas-sistemi tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu, li huwa li jiġu ntaxxati l-profitti tal-kumpaniji kollha residenti fil-Lussemburgu, kemm jekk ikunu integrati kif ukoll mhux integrati. L-IRC tikkonċerna l-entitajiet preżenti fil-Lussemburgu li huma soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji u tinkludi “kull entità ekonomika li tista' tiġi soġġetta direttament għat-taxxa fuq l-introjtu tal-kollettivitajiet”. La l-forma tal-intrapriża u lanqas l-istruttura tagħha (grupp ta' intrapriżi jew le) ma jikkostitwixxu kriterju determinanti fir-rigward tal-prelevament tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu. Barra minn hekk, anke jekk jista' jitqies li d-deċiżjonijiet ta' finanzjament jittieħdu fl-interess superjuri tal-grupp kollu, it-taxxa fuq il-kumpaniji Lussemburgiżi hija imposta fuq entitajiet individwali u mhux fuq gruppi, u d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tikkonċerna biss il-profitti taxxabbli ta' FFT, b'mod li kull tnaqqis tad-dħul mit-taxxa huwa bbażat individwalment fuq ir-riżultati ta' din il-kumpanija. Jekk huwa veru li l-leġiżlazzjoni tat-taxxa tipprevedi dispożizzjonijiet partikolari applikabbli għall-gruppi (pereżempju, is-sistema ta' integrazzjoni tat-taxxa (85)), dawn tal-aħħar jimmiraw li jqiegħdu fuq l-istess livell il-kumpaniji mhux integrati u l-entitajiet ekonomiċi strutturati fil-forma ta' gruppi, iżda mhux li tittratta b'mod aktar favorevoli lill-gruppi (86).

(199)

Għaldaqstant, il-fatt li l-profitti taxxabbli jiġu neċessarjament ikkalkolati b'mod differenti għall-kumpaniji integrati u għall-kumpaniji mhux integrati mhuwiex importanti għad-determinazzjoni tas-sistema ta' referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-selettività f'dan il-każ. Billi, minħabba s-sistema tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu, il-profitti tal-kumpaniji kollha residenti fil-Lussemburgu huma ntaxxati bl-istess mod, mingħajr ebda distinzjoni bejn il-kumpaniji integrati u l-kumpaniji mhux integrati, iż-żewġ tipi ta' kumpaniji għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili fir-rigward tal-għan intrinsiku ta' din is-sistema (87). Fil-fatt, billi l-għan tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata huwa li tiddetermina l-profitti taxxabbli ta' FFT għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq il-kumpaniji skont is-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu, hija din is-sistema li tikkostitwixxi s-sistema ta' referenza li d-deċiżjoni għandha tiġi eżaminata fir-rigward tagħha sabiex jiġi stabbilit jekk FFT ibbenefikatx minn vantaġġ selettiv.

(200)

Fl-aħħar nett, sabiex tingħata risposta għall-argumenti differenti li FFT tressaq meta tiddikjara li l-kumpaniji ta' grupp u l-kumpaniji indipendenti ma jaqgħux taħt l-istess sistema ta' referenza, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej.

(201)

Skont FFT, is-sistema ta' referenza li għandha tiġi kkunsidrata biex tiġi evalwata s-selettività tad-deċiżjoni kkontestata għandha tinkludi biss intrapriżi soġġetti għar-regoli dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, jiġifieri li jittrattaw biss lil intrapriżi assoċjati (88), b'mod li biex tintwera s-selettività ta' din il-miżura, il-Kummissjoni għandha turi li FFT kisbet deċiżjoni tat-taxxa f'kundizzjonijiet differenti minn dawk applikati għal entitajiet oħra tal-grupp li joperaw fil-Lussemburgu u li jeżerċitaw attivitajiet ta' finanzjament (89). FFT tqis li din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskema Groepsrentebox u s-sistema fiskali tal-imgħax għall-gruppi fl-Ungerija (90).

(202)

B'mod preliminari, il-Kummissjoni tfakkar li mhijiex marbuta mill-prattika deċiżjonali tagħha. Kull miżura ta' għajnuna potenzjali għandha tiġi evalwata b'mod individwali fid-dawl tal-kriterji oġġettivi msemmija fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, b'mod li jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta' prattika deċiżjonali kuntrarja, din tal-aħħar ma tistax taffettwa l-validità tal-konklużjonijiet ta' din id-deċiżjoni (91).

(203)

Fi kwalunkwe każ, għall-kuntrarju ta' dak li tiddikjara FFT, dawn id-deċiżjonijiet jikkonfermaw biss li meta miżura fiskali tibbenefika lil kumpanija integrata, is-sistema ta' referenza għandha neċessarjament tiġi limitata għal dan it-tip ta' kumpaniji. Barra minn hekk, fiż-żewġ każijiet, l-għan tal-miżura fiskali diskussa fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni mhuwiex komparabbli għal dak tal-miżura evalwata f'dan il-każ u għalhekk il-konklużjonijiet li jistgħu jinsiltu minn dawn id-deċiżjonijiet ma japplikawx għal dan il-każ.

(204)

L-iskema Groepsrentebox kienet ġiet implimentata mill-awtoritajiet Netherlandiżi sabiex tnaqqas id-differenza fit-trattament tat-taxxa bejn il-finanzjament minn parteċipazzjoni u l-finanzjament permezz ta' self fil-kuntest ta' grupp u, b'hekk, jitnaqqas l-arbitraġġ bejn dawn iż-żewġ mezzi ta' finanzjament fi ħdan il-grupp (92). Fid-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni tinnota li minħabba l-għan tal-miżura, li kien li titnaqqas id-differenza fit-trattament tat-taxxa bejn il-finanzjament minn parteċipazzjonijiet u l-finanzjament permezz ta' self fil-livell tal-grupp u, b'hekk jitnaqqas l-arbitraġġ bejn dawn iż-żewġ mezzi ta' finanzjament fi ħdan il-grupp, “fi ħdan il-gruppi biss [u mhux għal kumpaniji indipendenti] jista' jkun hemm arbitraġġ bejn il-finanzjament permezz ta' injezzjoni ta' kapital u self” (93). Huwa fid-dawl ta' din l-osservazzjoni, kif ukoll tal-għan tal-iskema, li jimmira “li jitnaqqsu l-inċentivi għall-arbitraġġ bejn il-finanzjament permezz ta' injezzjoni ta' kapital u self, u li tiġi assigurata n-newtralità tat-taxxa f'dan ir-rigward” (94), li l-Kummissjoni qieset li s-sistema ta' referenza f'dan il-każ inkludiet biss lill-intrapriżi soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji impenjati f'relazzjonijiet fi ħdan il-grupp (95).

(205)

L-għan tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, min-naħa tiegħu, jimmira li jiddetermina l-bażi tat-taxxa ta' FFT li jintuża biex tiġi kkalkulata t-taxxa dovuta minn din tal-aħħar skont it-taxxa fuq il-kumpaniji Lussemburgiżi. L-ewwel nett, filwaqt li l-għan li jiġġustifika d-deċiżjoni Groepsrentebox jista' jitqies bħala validu biss fil-kuntest ta' grupp (minħabba l-fatt li l-kumpaniji indipendenti ma jafux dwar il-problema tal-arbitraġġ bejn forom differenti ta' finanzjament), id-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa dovuta kull sena skont it-taxxa fuq il-kumpaniji indipendenti tikkonċerna kemm lill-entitajiet ta' grupp kif ukoll il-kumpaniji indipendenti.

(206)

It-tieni, FFT teżerċita l-funzjoni ta' kumpanija ta' finanzjament u tipprovdi s-servizzi tagħha biss lil kumpaniji oħra tal-grupp Fiat. It-tranżazzjonijiet li twettaq jistgħu madankollu jitwettqu wkoll f'kuntest ieħor minn dak ta' grupp. Iċ-Ċirkolari tqabbel dan it-tip ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp mat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet finanzjarji indipendenti (96) u titlob li r-rimunerazzjoni ta' dawn is-servizzi finanzjarji tkun b'rabta kemm mal-ammont ta' flus misluf, kif ukoll mal-valur reali tal-assi mmaniġġjati, jiġifieri f'konformità mar-rimunerazzjoni li se tintalab minn istituzzjoni finanzjarja indipendenti. Iċ-Ċirkolari għalhekk tirrikonoxxi li t-tranżazzjonijiet, anke dawk imwettqa fil-livell ta' grupp, huma direttament komparabbli mat-tranżazzjonijiet normali mwettqa fis-suq.

(207)

Dawn il-karatteristiċi ta' dan il-każ jikkonfermaw għal darb'oħra li l-kumment tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni Groepsrentebox — jiġifieri li fir-rigward tal-attivitajiet ta' finanzjament permezz ta' self, il-kumpaniji assoċjati ma jinsabux f'sitwazzjoni ġuridika u fattwali komparabbli għal dik tal-kumpaniji mhux assoċjati — ma jistax jiġi ġeneralizzat għal sitwazzjonijiet li fihom deċiżjoni tat-taxxa għandha l-għan li tiddetermina l-bażi tat-taxxa għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq il-kumpaniji. Id-dikjarazzjoni li tinsab fiċ-Ċirkolari dwar il-kumparabbiltà tat-tranżazzjonijiet tirrifletti l-prinċipji li fuqhom jibbaża l-prinċipju ta' distakkament u li skonthom ir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji bejn intrapriżi assoċjati m'għandhomx ivarjaw minn dawk miftiehma bejn intrapriżi indipendenti (97). Ir-regoli dwar il-prezzijiet ta' trasferiment għandhom speċifikament l-għan li jqabblu t-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji assoċjati/tal-istess grupp mat-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji indipendenti, u li jiżguraw li jiġi korrett kwalunkwe distakk. Fid-dawl ta' dawn l-elementi, FFT tibbaża b'mod żbaljat fuq id-deċiżjoni Groepsrentebox sabiex tappoġġja l-argument tagħha.

(208)

L-istess konklużjoni tgħodd għad-deċiżjoni dwar l-iskema fiskali tal-imgħax għall-gruppi fl-Ungerija, li tibbaża fuqha wkoll FFT. Din id-deċiżjoni tikkonċerna skema li l-għan tagħha huwa t-tnaqqis tal-arbitraġġ (fir-relazzjonijiet bejn kumpaniji Ungeriżi) billi jitqarrbu t-tassazzjoni tal-imgħax fi ħdan il-grupp u t-tassazzjoni tad-dividendi interni tal-grupp, sabiex tissaħħaħ għalhekk in-newtralità tas-sistema tat-taxxa minn perspettiva teknika (98). L-għan ta' tnaqqis tal-arbitraġġ, li l-Kummissjoni, f'dak iż-żmien, ikkunsidrat bħala tajjeb għar-relazzjonijiet fi ħdan il-grupp, huwa differenti mill-għan tal-miżura f'dan il-każ, li huwa ddeterminat mill-bażi tat-taxxa ta' FFT li għaliha tapplika t-taxxa fuq il-kumpaniji fil-Lussemburgu. Dan l-aħħar għan ma jiddistingwixxix lil FFT bħala entità ta' grupp minn entità oħra (indipendenti) li tindirizza lill-awtoritajiet tat-taxxa Lussemburgiżi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa tagħha. Ċertament, fil-każ ta' FFT, id-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa hija iktar kumplessa biex issir, billi timplika l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-prezzijiet ta' trasferiment u tal-prinċipju ta' distakkament, filwaqt li fil-każ ta' kumpanija indipendenti, l-introjtu taxxabbli għandu jkun fil-prinċipju ekwivalenti għad-dħul ta' kontabilità, skont aġġustamenti possibbli previsti mil-leġiżlazzjoni tat-taxxa. Madankollu, l-għan tal-leġiżlazzjoni relatata mat-tassazzjoni tal-kumpaniji, kif ukoll tad-deċiżjonijiet tat-taxxa, huwa li tinġabar it-taxxa fuq il-profitti kollha tal-kumpaniji soġġetti għat-tassazzjoni fil-Lussemburgu, li tapplika kemm jekk il-kontribwent jagħmel parti minn grupp jew le.

(209)

Il-Kummissjoni tikkonkludi minn dan li s-sistema ta' referenza li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi eżaminata fir-rigward tagħha hija s-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu li tikkostitwixxi r-regoli dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-kollettivitajiet (IRC) tal-Lussemburgu deskritti fil-premessi 193 sa 208. B'mod partikolari, din is-sistema ta' referenza hija magħmula minn grupp koerenti ta' regoli li japplikaw fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi għat-tassazzjoni tal-profitti tal-kumpaniji indipendenti, li għalihom il-profitt taxxabbli spiss jikkoinċidi mal-profitt ta' kontabilità (bla ħsara għal ċerti aġġustamenti previsti mil-leġiżlazzjoni tat-taxxa), kif ukoll minn kumpaniji ta' grupp, li jużaw il-prezzijiet ta' trasferiment għad-distribuzzjoni tal-profitti. Fir-rigward tal-għan intrinsiku ta' din is-sistema, iż-żewġ tipi ta' kumpaniji — il-kumpaniji mhux integrati u l-kumpaniji integrati — għandhom jitqiesu bħala li huma f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili.

7.2.1.2.   L-Artikolu 164(3) tal-L.I.R., iċ-Ċirkolari u/jew il-prattika amministrattiva dwar dan ma jikkostitwixxux sistema ta' referenza adegwata.

(210)

Il-Lussemburgu jqis li s-sistema ta' referenza għandha tinkludi biss il-kumpaniji ta' grupp li jaqgħu taħt l-Artikolu 164(3) tal-L.I.R (99)., filwaqt li FFT tidher li tmur lil hinn jekk jitqies li s-sistema ta' referenza għandha tibbaża fuq iċ-Ċirkolari u għandha tinkludi biss il-kumpaniji ta' grupp li jeżerċitaw attivitajiet ta' finanzjament (100). Skont dawn l-opinjonijiet, sabiex tittieħed deċiżjoni dwar is-selettività tal-miżura, għandu jintwera li FFT ibbenefikat minn trattament differenti minn dak mogħti lil entitajiet oħra tal-grupp li jeżerċitaw attivitajiet ta' finanzjament, li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili għal dik ta' FFT fir-rigward tal-għanijiet tal-Artikolu 164(3) tal-L.I.R. u/jew taċ-Ċirkolari. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha tqabbel id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata mal-ftehimiet preċedenti dwar il-prezzijiet tal-21 kontribwent ieħor li ġew komunikati lilha (ara l-premessa (8)) (101). Skont il-Lussemburgu u FFT, peress li t-trattament mogħti lil FFT huwa konformi mal-Artikolu 164(3) tal-L.I.R., maċ-Ċirkolari u mal-prattika amministrattiva f'dan ir-rigward, ma ġie mogħti l-ebda vantaġġ selettiv permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa.

(211)

Il-Kummissjoni tirrifjuta dan ir-raġunament.

(212)

Kif spjegat fil-premessa 198, is-sistema tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu għandha l-għan li tintaxxa l-profitti tal-kumpaniji kollha li jaqgħu taħt il-kompetenza tat-taxxa tagħha, kemm kumpaniji integrati kif ukoll kumpaniji mhux integrati. Kif spjegat fil-premessa 194, it-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu tinġabar mill-profitti magħmula fil-livell globali mill-kumpaniji lokali u l-kumpaniji barranin residenti fil-Lussemburgu (minbarra meta tapplika konvenzjoni kontra t-taxxi doppji), inklużi mill-fergħat Lussemburgiżi ta' kumpaniji barranin, filwaqt li l-kumpaniji mhux residenti huma ntaxxati biss fuq ċerti tipi ta' introjtu speċifiku minn sors Lussemburgiż.

(213)

Il-fatt li jitqies, kif jagħmlu l-Lussemburgu u FFT, li s-sistema ta' referenza tinkludi biss il-kumpaniji tal-grupp, peress li dawn tal-aħħar biss għandhom jaqblu fuq ipprezzar li jikkonforma mal-prinċipju ta' distakkament sabiex tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxa tagħhom, imur lura għad-distinzjoni artifiċjali bejn il-kumpaniji fuq il-bażi tal-istruttura tagħhom għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli tagħhom, distinzjoni li s-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu ma tirrikonoxxix meta tintaxxa l-profitti tal-kumpaniji li jaqgħu taħt il-kompetenza fiskali tagħha.

(214)

Bl-istess mod, id-distinzjoni magħmula minn FFT bejn il-gruppi u l-kumpaniji indipendenti fuq il-bażi tal-attivitajiet imwettqa mill-entità tal-grupp ikkunsidrat, filwaqt li tiddikjara li s-sistema ta' referenza tinkludi biss il-kumpaniji li japplikaw iċ-Ċirkolari, ma taqbilx mal-għan tas-sistema tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu. Jekk huwa veru li l-attivitajiet ta' FFT jikkonċernaw kważi esklussivament it-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp (102), it-tranżazzjonijiet finanzjarji li twettaq jistgħu jitwettqu wkoll 'l barra minn grupp minn istituzzjonijiet finanzjarji indipendenti, kif tindika ċ-Ċirkolari. Għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq il-kumpaniji fil-Lussemburgu, għaldaqstant għandha titqabbel FFT ma' kwalunkwe tip ieħor ta' kumpanija, integrata jew mhux integrata, li twettaq attivitajiet ekonomiċi, peress li skont il-leġiżlazzjoni Lussemburgiża relatata mat-tassazzjoni tal-kumpaniji, il-profitti tal-istituzzjonijiet finanzjarji indipendenti huma soġġetti għall-istess regoli ta' tassazzjoni tal-kumpaniji bħall-profitti ġġenerati minn tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp, ikkalkulati fuq il-bażi tal-prinċipju ta' distakkament. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tirrifjuta l-argument ta' FFT li jgħid li s-sistema ta' referenza għandha tinkludi biss il-kumpaniji tal-grupp li jwettqu tranżazzjonijiet ta' finanzjament fi grupp.

(215)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li f'dan il-każ is-sistema ta' referenza li d-deċiżjoni tat-taxxa għandha tiġi eżaminata fir-rigward tagħha hija s-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu deskritta fil-premessi (193) sa (208), li t-taxxa fuq il-kumpaniji għandha tinġabar mill-profitti ta' kumpaniji ta' grupp jew kumpaniji indipendenti u irrispettivament mill-attivitajiet li jeżerċitaw dawn il-kumpaniji.

7.2.2.   Vantaġġ selettiv li jirriżulta minn deroga għas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu

(216)

Hekk kif is-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu tiġi kkunsidrata bħala s-sistema ta' referenza li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi eżaminata fir-rigward tagħha, għandu jiġi ddeterminat jekk din id-deċiżjoni tikkostitwixxix deroga għal din is-sistema ta' referenza li tikkawża inugwaljanza fit-trattament bejn kumpaniji li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili.

(217)

Fir-rigward ta' dan it-tieni stadju tal-analiżi tas-selettività, il-kwistjoni dwar jekk miżura fiskali tikkostitwixxix deroga għas-sistema ta' referenza ġeneralment tikkoinċidi mal-konstatazzjonita' vantaġġ mogħti lill-benefiċjarju permezz ta' din il-miżura. Fil-fatt, meta miżura fiskali tikkawża tnaqqis mhux ġustifikat tat-taxxa dovuta minn benefiċjarju li, fin-nuqqas ta' din il-miżura, kellu jħallas taxxa ogħla skont is-sistema ta' referenza, dan it-tnaqqis jikkostitwixxi l-vantaġġ mogħti mill-miżura fiskali fl-istess żmien tad-deroga għas-sistema ta' referenza.

(218)

Skont il-Qorti, fil-każ ta' miżura ta' għajnuna individwali, għall-kuntrarju ta' skema, “l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku jippermetti, bħala prinċipju, li s-selettività tagħha tiġi preżunta” (103). F'dan il-każ, il-miżura ta' għajnuna individwali li FFT tibbenefika minnha hija d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, li tapprova metodoloġija ta' kalkolu tal-profitti taxxabbli tal-parti interessata fil-Lussemburgu għall-funzjonijiet li teżerċita fi ħdan il-grupp Fiat, fejn dawn il-profitti wara ġew intaxxati skont is-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu.

7.2.2.1.   Vantaġġ selettiv li jirriżulta minn disparità fil-prinċipju ta' distakkament

(219)

Fil-prinċipju, l-għan ta' deċiżjoni tat-taxxa huwa li tiġi definita minn qabel l-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa ġenerali għal każ partikolari, filwaqt li titqies sensiela ta' fatti u ċirkostanzi adegwati għal dan il-każ, għal perjodu partikolari, sakemm dawn il-fatti u ċ-ċirkostanzi ma jkunux soġġetti għal modifika sostanzjali matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tat-taxxa bbażata fuq metodu ta' evalwazzjoni li jitbiegħed mingħajr ġustifikazzjoni mir-riżultat ta' applikazzjoni normali tas-sistema tat-taxxa ġenerali se titqies li tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tagħha, ladarba dan it-trattament selettiv iwassal għal tnaqqis tad-dejn fiskali ta' dan il-benefiċjarju fl-Istat Membru kkonċernat meta mqabbel ma' kumpaniji li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili.

(220)

Vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huwa kull vantaġġ ekonomiku li intrapriża ma tistax tikseb f'kundizzjonijiet tas-suq normali, jiġifieri mingħajr intervent mill-Istat (104). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża titjieb bħala riżultat ta' intervent mill-Istat, għaldaqstant ikun hemm il-preżenza ta' vantaġġ (105). Tali titjib jintwera billi titqabbel is-sitwazzjoni finanzjarja tal-intrapriża li tirriżulta mill-miżura kkontestata u s-sitwazzjoni finanzjarja ta' din l-istess intrapriża fin-nuqqas tal-miżura inkwistjoni (106). Vantaġġ jista' jikkonsisti mill-għoti ta' vantaġġi ekonomiċi pożittivi, kif ukoll mit-tnaqqis tal-ispejjeż li normalment jitfgħu piż fuq il-baġit ta' intrapriża (107).

(221)

Kif spjegat fil-premessi 52 u dawk ta' wara, il-Lussemburgu, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, appoġġja metodu ta' determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' FFT fil-Lussemburgu, kif propost mill-konsulent tat-taxxa ta' din tal-aħħar fir-rapport tiegħu dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, li ppermetta lil FFT li tikkalkula t-taxxa fuq il-kumpaniji li għandha tħallas fil-Lussemburgu fuq bażi annwali għall-perjodu ta' applikazzjoni kollu ta' din id-deċiżjoni tat-taxxa. B'mod partikolari, ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment appoġġjat mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata jiddetermina, fin-nuqqas ta' tranżazzjonijiet stabbiliti mis-suq bħal fil-każ ta' kumpanija indipendenti mhux integrata, il-profitti attribwibbli għal din il-kumpanija tal-grupp Fiat, li jintwera bl-istabbiliment tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet li din tikkonkludi mal-kumpaniji l-oħra tal-grupp.

(222)

Il-Qorti diġà ddeċidiet li tnaqqis tal-bażi tat-taxxa li jirriżulta minn miżura fiskali li tippermetti lil kontribwent li juża prezzijiet ta' trasferiment, fil-qafas ta' tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp, li mhumiex qrib għall-prezzijiet li jintużaw f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni libera bejn intrapriżi indipendenti li jinnegozjaw f'kundizzjonijiet komparabbli skont il-prinċipju ta' distakkament, jagħti vantaġġ selettiv lil dan il-kontribwent, fis-sens li t-taxxa li għandu jħallas b'applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa ġenerali tkun iktar baxxa minn dik li għandhom iħallsu kumpaniji indipendenti li jikkalkulaw il-bażi tat-taxxa tagħhom fuq il-bażi tal-profitti ta' kontabilità tagħhom (108).

(223)

Fis-sentenaza tagħha dwar is-sistema tat-taxxa applikata mill-Belġju fiċ-ċentri ta' koordinazzjoni (109), il-Qorti eżaminat rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li kkonkludiet b'mod partikolari li l-metodu ta' determinazzjoni tal-introjtu taxxabbli taħt din is-sistema ta vantaġġ selettiv lil dawn iċ-ċentri (110). Skont din is-sistema, il-profitt taxxabbli huwa stabbilit f'ammont b'rata fissa, li jikkorrispondi għal persentaġġ tal-ammont totali tal-kostijiet u tal-ispejjeż operatorji, li minnhom jiġu esklużi l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż finanzjarji. Skont il-Qorti, “sabiex jiġi eżaminat jekk id-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli, kif prevista fis-sistema taċ-ċentri ta' koordinazzoni, tagħtix vantaġġ lil dawn tal-aħħar, għandu jsir paragun, kif tissuġġerixxi l-Kummissjoni fil-punt 95 tad-deċiżjoni kkontestata, bejn l-imsemmija sistema u dik tal-liġi ordinarja bbażata fuq id-differenza bejn id-dħul u l-ħruġ ta' impriża li teżerċita l-attivitajiet tagħha f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa”. Il-Qorti indikat ukoll li “l-esklużjoni ta' dawn l-ispejjeż u piżijiet mill-infiq użat sabiex jiġi ddeterminat id-dħul taxxabbli tal-imsemmija ċentri ma tippermettix li jiġu stabbiliti prezzijiet ta' trasferiment li jkunu qrib dawk li jintalbu f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa” li fil-fehma tal-Qorti, “tagħti vantaġġ ekonomiku lill-imsemmija ċentri” (111).

(224)

Għaldaqstant il-Qorti ammettiet li miżura fiskali li twassal lil kumpanija ta' grupp li titlob prezzijiet ta' trasferiment li ma jirriflettux dawk li jiġu ffatturati f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa, jiġifieri prezzijiet innegozjati minn intrapriżi indipendenti f'ċirkostanzi komparabbli fid-dawl tal-prinċipju ta' distakkament, tagħti vantaġġ lil din il-kumpanija hekk kif twassal għal tnaqqis tal-bażi tat-taxxa tagħha u, għalhekk, tat-taxxa dovuta b'applikazzjoni tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji.

(225)

Il-prinċipju li jgħid li t-tranżazzjonijiet imwettqa bejn kumpaniji tal-istess grupp għandhom jiġu rimunerati bħallikieku miftiehma minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli f'kundizzjonijiet ta' distakkament huwa ġeneralment imsejjaħ “prinċipju ta' distakkament”. Fis-sentenza tagħha dwar iċ-ċentri ta' koordinazzjoni Belġjani, il-Qorti approvat il-prinċipju ta' distakkament bħala kriterju ta' referenza sabiex jiġi ddeterminat jekk kumpanija tal-grupp tibbenefikax minn vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE minħabba miżura fiskali li tiddetermina l-prezzijiet ta' trasferiment tagħha u, għalhekk, il-bażi tat-taxxa tagħha.

(226)

Il-prinċipju ta' distakkament jimmira li jiżgura li tranżazzjonijiet imwettqa fost kumpaniji tal-istess grupp jiġu trattati għal finijiet tat-taxxa filwaqt li jitqies l-ammont tal-profitt li kien jiġi magħmul kieku l-istess tranżazzjonijiet ġew konklużi minn kumpaniji indipendenti, li fin-nuqqas tagħhom il-kumpaniji tal-grupp kienu jibbenefikaw minn trattament favorevoli skont is-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji fir-rigward tal-kalkolu tal-profitti taxxabbli tagħhom, għall-kuntrarju tal-kumpaniji indipendenti, li jwassal għal inugwaljanza fit-trattament fost kumpaniji li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili, meta jitqies l-għan ta' tali sistema, li huwa li jiġu ntaxxati l-profitti tal-kumpaniji kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha fil-qasam tat-taxxa.

(227)

Sabiex jiġi evalwat jekk il-Lussemburgu tax vantaġġ selettiv lil FFT, il-Kummissjoni għaldaqstant għandha tivverifika jekk il-metodu appoġġjat mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli ta' FFT lil-Lussemburgu jitbegħidx minn metodu li jwassal għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq u, minħabba dan, mill-prinċipju ta' distakkament. Sa fejn il-metodu appoġġjat mil-Lussemburgu permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata jwassal għal tnaqqis tad-dejn fiskali ta' FFT b'applikazzjoni tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu meta mqabbel ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitti taxxabbli tagħhom skont din is-sistema huma ddeterminati mis-suq, din id-deċiżjoni tat-taxxa se titqies li tagħti vantaġġ selettiv lil FFT skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(228)

Dan il-prinċipju ta' distakkament għalhekk neċessarjament jagħmel parti integrali mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, tal-miżuri tat-taxxa mogħtija lil kumpaniji tal-grupp, indipendentement minn jekk Stat Membru jkunx inkorpora dan il-prinċipju fis-sistema legali nazzjonali tiegħu. Dan jiġi applikat sabiex jiġi ddeterminat jekk il-profitti taxxabbli ta' kumpanija ta' grupp għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa fuq il-kumpaniji ġewx ikkalkolati bl-applikazzjoni ta' metodu li jersaq lejn kundizzjonijiet tas-suq, b'mod li din il-kumpanija ma tibbenefikax minn trattament aktar favorevoli, b'applikazzjoni tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji, minn dawk riservat għal kumpaniji mhux integrati li l-profitti taxxabbli tagħhom huma ddeterminati mis-suq. Għalhekk, sabiex tiġi evitata kull ambigwità, il-prinċipju ta' distakkament li l-Kummissjoni tapplika fil-qafas tal-valutazzjoni tagħha tal-għajnuna mill-Istat mhuwiex dak li jirriżulta mill-Artikolu 9 mill-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD, li huwa strument mhux vinkolanti. Dan huwa prinċipju ġenerali ta' ugwaljanza fi-trattament fir-rigward tat-tassazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jorbot lill-Istati Membri u li ma jeskludix ir-regoli fiskali mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu (112).

(229)

Għaldaqstant, b'risposta għall-argument tal-Lussemburgu li jgħid li l-Kummissjoni, meta wettqet tali valutazzjoni, ħadet post l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali għall-interpretazzjoni tad-dritt Lussemburgiż (113), il-Kummissjoni tfakkar li mhijiex teżamina jekk id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tirrispettax il-prinċipju ta' distakkament kif definit fl-Artikolu 164(3) tal-L.I.R. jew fiċ-Ċirkolari, iżda qed tipprova tiddetermina jekk l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża tatx vantaġġ selettiv lil FFT skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE billi adottat deċiżjoni tat-taxxa li tappoġġja distribuzzjoni tal-profitti li titbiegħed mill-ammont tal-profitti li kienu jiġi ntaxxati b'applikazzjoni tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu li kieku l-istess tranżazzjonijiet saru minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju ta' distakkament.

(230)

Fl-aħħar nett, b'risposta għall-argument tal-Lussemburgu u FFT li jgħid li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-ftehim dwar il-prezzijiet ta' trasferiment appoġġjat mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata għandha neċessarjament tiġi limitata, billi l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment mhuwiex xjenza preċiża, il-Kummissjoni tfakkar li l-element ta' “approssimazzjoni” tal-prezzijiet ta' trasferiment għandu jitqies fid-dawl ta' dan l-għan. Għalkemm huwa effettivament rikonoxxut, fil-paragrafu 1.13 tal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, li l-prezzijiet ta' trasferiment mhumiex xjenza preċiża, huwa spjegat ukoll fl-istess post li, l-ewwel nett, “huwa importanti li ma jintesiex l-għan li tinkiseb approssimazzjoni raġonevoli ta' riżultat ta' distakkament fuq il-bażi ta' informazzjoni affidabbli”. Il-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti jimmiraw li jiddefinixxu, favur l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-intrapriżi multinazzjonali, l-aktar metodi adegwati fid-dawl tal-istima tal-prezzijiet ta' distakkament tat-tranżazzjonijiet transfruntiera mwettqa minn intrapriżi assoċjati għal finijiet fiskali. Dan l-għan jista' jiġi segwit biss jekk il-karattru approssimattiv tal-istabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment seta' jintuża tajjeb sabiex jiġi injorat il-kunsens relatat mal-metodi adegwati ta' definizzjoni tal-prezzijiet ta' trasferiment li l-prinċipji jirrappreżentaw. Għalhekk il-karattru approssimattiv tal-prinċipju ta' distakkament ma jistax jintuża sabiex tiġi ġġustifikata analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment li la hija koerenti fuq il-pjan metodoloġiku, u lanqas li tibbaża fuq selezzjoni inadegwata ta' elementi komparabbli.

(231)

Bħala konklużjoni, jekk jista' jintwera li l-metodu appoġġjat mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli ta' FFT fil-Lussemburgu jitbiegħed minn metodu li jwassal għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq u, għalhekk, tal-prinċipju ta' distakkament, din id-deċiżjoni tat-taxxa se titqies bħala li tagħti vantaġġ selettiv lil FFT skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, sa fejn twassal għal tnaqqis tad-dejn fiskali ta' FFT b'applikazzjoni tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu meta mqabbel mal-kumpaniji mhux integrati li l-bażi tat-taxxa tagħhom hija ddeterminata mill-profitti li jagħmlu fil-kundizzjonijiet tas-suq.

7.2.2.2.   Kumment preliminari: dubji mqajma dwar l-eżistenza ta' bażi tat-taxxa fissa

(232)

L-ewwel dubju mqajjem mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ huwa relatat mal-fatt li l-bażi tat-taxxa ta' FFT, kif appoġġjata mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, dehret li tikkostitwixxi faxxa fissa. Barra minn hekk, id-dokumenti pprovduti matul l-investigazzjoni formali juru li l-bażi tat-taxxa ta' FFT kienet stabbilita għal EUR 2 miljun fis-sena qabel ma ġiet adottata d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata. Għalkemm FFT hija obbligata, taħt iċ-Ċirkolari, li ġġedded it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa preċedenti tagħha fuq il-bażi ta' rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment elaborati fid-dawl tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata wassal għal riżultat, fir-rigward tal-bażi tat-taxxa, prattikament identiku għall-ammont b'rata fissa li kien appoġġjat qabel.

(233)

Madankollu, fid-dawl ta' kjarifiki mogħtija matul il-proċedura amministrattiva mil-Lussemburgu, li spjega li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata appoġġjat metodu u mhux faxxa fissa (114), kif ukoll dejta li turi li, għall-2012 u l-2013, il-bażi tat-taxxa ta' FFT kienet iktar baxxa mil-limitu inferjuri tal-faxxa allegatament appoġġjata minn din id-deċiżjoni tat-taxxa (115), il-Kummissjoni tqis li d-dubji tagħha kienu raġonevoli.

7.2.2.3.   Għażliet metodoloġiċi tal-parametri u l-aġġustamenti li jappoġġjaw id-deċiżjoni tat-taxxa fiskali

(234)

Id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tappoġġja metodu ta' determinazzjoni ta' distribuzzjoni tal-profitti favur FFT li huwa bbażat fuq analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment imwettqa mill-konsulent tat-taxxa ta' din tal-aħħar, li kkalkula rimunerazzjoni għall-funzjonijiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp u ta' teżor imwettqa minn FFT u għar-riskju sostnut minnha.

(235)

Bosta għażliet metodoloġiċi jappoġġjaw din l-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment: i) id-deċiżjoni li jiġi applikat l-MTMN sabiex jiġi stmat il-profitt taxxabbli ta' FFT lil-Lussemburgu; ii) l-għażla tal-kapital bħala indikatur tal-profitt għall-finijiet tal-MTMN; iii) l-għażla tal-Qafas ta' Basel II għall-finijiet tal-kalkolu ta' dan il-kapital; u iv) id-deċiżjoni li jiġi applikat il-MEDAF ibbażat fuq il-prezzijiet tal-assi sabiex jiġi ddeterminat redditu dovut għal dan il-kapital proprju.

(236)

Hekk kif dan huwa spjegat fit-taqsimiet li ġejjin fil-premessi 241 sa 301, l-għażla i) tintuża mill-ħames metodi deskritti u eżaminati fid-dettall fil-linji gwida tal-OECD. Il-linji gwida tal-OECD huma relatati wkoll mal-għażla ii) ta' indikatur tal-profitt għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-MTMN. Madankollu, l-għażliet metodoloġiċi iii) u iv) li ġejjin mhumiex koperti minn dawn il-prinċipji.

(237)

Il-konsulent tat-taxxa ta' FFT wara jipproċedi għal selezzjoni ta' bosta parametri, jiġifieri dejta numerata effettiva, li se tintuża sabiex jiġi stmat l-ammont tal-kapital proprju li għandu jiġi rimunerat [għall-għażla iii)] u l-livell ta' redditu meħtieġ fir-rigward ta' dawn il-fondi proprji [għall-għażla iv)]. Fir-rigward tal-ammont tal-kapital proprju li għandu jiġi rimunerat, il-konsulent tat-taxxa jagħżel parametri għall-ponderazzjoni tar-riskji u għar-rekwiżiti minimi għal fondi proprji sabiex jiġu stmati l-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT. Fir-rigward tal-livell ta' redditu meħtieġ biex jiġi applikat dan il-kapital proprju, il-konsulent tat-taxxa jagħżel parametri għal rata mingħajr riskju, beta u primjum tas-suq meħtieġa għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-MEDAF (116).

(238)

Fl-aħħar nett, il-konsulent tat-taxxa jagħżel li ma jikkunsidrax il-livell totali tal-kapital proprju ta' FFT għall-finijiet tal-kalkolu ta' rimunerazzjoni ta' distakkament: għal dan l-għan huwa jnaqqas minn dan il-kapital proprju l-ammont ta' parteċipazzjonijiet li FFT iżżomm fi ħdan FFNA u FFC u jikkalkula rimunerazzjoni għall-funzjonijiet eżerċitati fuq l-ammont li jibqa' (117). Għaldaqstant dawn l-għażliet jidhru li ma jiffukawx fuq parametri. Għall-kuntrarju jidhru li jagħmlu aġġustamenti għall-metodoloġija li tippermetti li tiġi ddeterminata d-distribuzzjoni tal-profitti favur FFT, li ma tikkorrispondi ma' ebda metodoloġija applikata normalment.

(239)

Skont dawn l-għażliet metodoloġiċi, l-għażliet tal-parametri għall-finijiet tal-applikazzjoni tagħhom u l-aġġustamenti […], il-konsulent tat-taxxa jasal għal livell ta' rimunerazzjoni, għall-attivitajiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp u ta' teżor ta' FFT, li huwa appoġġjat mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata bħala konformi maċ-Ċirkolari u mal-prinċipju ta' distakkament.

(240)

Fit-taqsimiet li ġejjin, fil-premessi 241 sa 301, il-Kummissjoni se tispjega r-raġunijiet għalfejn tqis li ħafna minn dawn l-għażliet metodoloġiċi, għażliet ta' parametri u aġġustamenti […] iwasslu għal tnaqqis fit-taxxa dovuta lil FFT b'applikazzjoni tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu meta mqabbla mat-taxxa li għandha titħallas minn kumpaniji mhux integrati li l-profitti taxxabbli tagħhom huma ddeterminati mit-tranżazzjonijiet li jikkonkludu fil-kundizzjonijiet tas-suq u, għalhekk, għalfejn id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, billi tappoġġja dawn l-għażliet u l-aġġustamenti, tagħti vantaġġ selettiv lil FFT skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE filwaqt li titbiegħed mill-prinċipju ta' distakkament.

7.2.2.4.   L-għażla tal-MTMN u l-analiżi funzjonali li tinsab fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment.

(241)

Fir-rigward tal-għażla i), ir-rimunerazzjoni appoġġjata mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata għall-funzjonijiet imwettqa u r-riskju sostnut minn FFT hija stmata mill-konsulent tat-taxxa permezz tal-MTMN (118). Din l-għażla tintuża mill-ħames metodi deskritti u eżaminati fid-dettal fil-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti. Bħala regola ġenerali, dawn il-prinċipji jeħtieġu li jiġi riċerkat l-aktar metodu adegwat sabiex jiġi stmat prezz ta' distakkament fil-kuntest tal-prezzijiet ta' trasferiment (119).

(242)

L-applikazzjoni ta' metodu teħtieġ ukoll l-użu ta' parametru jew bosta parametri sabiex dan il-metodu jkun jista' jwassal għal riżultat effettiv. L-għażla tal-metodu u dik tal-parametri ma jistgħux isiru b'mod każwali. Il-fatt li dawn l-għażliet jitħallew kompletament f'idejn il-kontribwent jista' jiffavorixxi l-gruppi transfruntiera integrati meta mqabbla mal-kumpaniji li jwettqu tranżazzjonijiet fis-suq: fil-fatt, dawk tal-ewwel jistgħu jagħżlu huma stess il-metodu u l-parametri ta' stabbiliment tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp għall-finijiet tal-kalkolu tal-bażi tat-taxxa tagħhom, filwaqt li t-tieni minn dawn iwettqu tranżazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tas-suq u m'għandhomx il-possibilità li jaġġustaw il-bażi tat-taxxa tagħhom. Dawn l-għażliet għaldaqstant għandhom ikunu gwidati mill-għan ta' prezz ta' distakkament għat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp.

(243)

Madankollu, meta jiġi stmat prezz ta' distakkament għal finijiet ta' prezzijiet ta' trasferiment, l-applikazzjoni ta' metodu li jikkostitwixxi għażla sekondarja aħjar ma tagħtix sistematikament vantaġġ lill-gruppi transfruntiera integrati. B'hekk, jekk jinżamm tali metodu, filwaqt li jiġi applikat flimkien ma' sensiela ta' parametri prudenti żżejjed, ir-rimunerazzjoni kkalkolata tista' madankollu twassal għal riżultat li huwa, f'dan il-każ, ugwali għal riżultat ibbażat fuq is-suq, jew iwassal għal piż tat-taxxa eżaġerat, li f'dak il-każ deċiżjoni tat-taxxa li tappoġġja dan it-tieni metodu ma tagħti l-ebda vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(244)

Min-naħa l-oħra, anke jekk jinżamm l-aktar metodu adegwat, meta jintuża flimkien ma' parametri favorevoli żżejjed, ir-rimunerazzjoni miksuba permezz ta' dan il-metodu tista' tissottovaluta t-taxxa dovuta mill-kontribwent u, għalhekk, tagħtih vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(245)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha rigward il-fatt li l-MTMN jista' ma jikkostitwixxix l-aktar metodu adegwat għall-finijiet tad-determinazzjoni ta' rimunerazzjoni ta' distakkament u, għalhekk, tal-profitt taxxabbli ta' FFT. Meta mqabbel mal-erba' metodi l-oħra deskritti fil-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, il-metodu CUP huwa aktar dirett u se jipprovdi, jekk jiġi applikat, approssimazzjoni iktar affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq.

(246)

Madankollu, fid-dawl tal-informazzjoni kkomunikata waqt il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni taċċetta l-argument ta' FFT li jgħid li l-metodu CUP jista' ma jkunx l-aktar adegwat fil-każ ta' FFT. Jirriżulta minn din l-informazzjoni li FFT tikkonkludi tranżazzjonijiet ma' kontropartijiet differenti tal-grupp Fiat u li r-rati applikabbli, il-forma u l-iskadenza tas-self mogħti u l-bonds maħruġa minn FFT ivarjaw, anke jekk il-klassifikazzjoni tal-istrumenti korrispondenti ma jidhrux li jvarjaw. Għaldaqstant, peress li l-applikazzjoni tal-metodu CUP għall-finijiet tal-prezzijiet ta' trasferiment se jeħtieġu li jinstabu tranżazzjonijiet komparabbli għal kull self individwali mogħti minn FFT, l-applikazzjoni tal-MTMN mill-konsulent tat-taxxa fid-dawl tal-istima ta' rimunerazzjoni ta' distakkament għall-funzjonijiet eżerċitati u r-riskju sostnut minn FFT tidher adegwata.

(247)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li l-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment dwar FFT hija bbażata fuq redditu tal-kapital proprju li jikkostitwixxi indikatur tal-prestazzjoni aċċettabbli għas-settur finanzjarju u li l-funzjonijiet imwettqa minn FFT jistgħu jiġu mqabbla ma' dawk ta' istituzzjonijiet finanzjarji. Fil-fatt, il-kumplessità tal-istruttura tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' FFT tikkonferma li din tal-aħħar twettaq funzjoni ta' trasformazzjoni tal-iskadenzi, kif ukoll funzjoni ta' intermedjazzjoni finanzjarja, peress li tirrikorri għal investituri esterni sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet ta' finanzjament tal-grupp (120). Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni tal-MTMN għall-finijiet tal-prezzijiet ta' trasferiment fil-każ ta' FFT tikkostitwixxi għażla adegwata.

7.2.2.5.   Ammont tal-kapital proprju li għandu jiġi rimunerat

(248)

Jekk il-Kummissjoni tqis l-użu tal-MTMN mill-konsulent tat-taxxa fil-każ ta' FFT bħala adegwat, hija madankollu tqis li ħafna mill-għażliet metodoloġiċi, l-għażliet ta' parametri u aġġustamenti […] imwettqa mill-konsulent tat-taxxa fl-applikazzjoni tal-metodu mhumiex adegwati għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa ta' FFT fil-Lussemburgu.

7.2.2.6.   Użu tal-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT bħala indikatur tal-livell ta' profitti

(249)

Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-fondi proprji regolatorji magħżula mill-konsulent tat-taxxa ma jikkostitwixxux indikatur adegwat tal-livell ta' profitti fl-applikazzjoni tal-MTMN sabiex tiġi stmata rimunerazzjoni ta' distakkament għall-funzjonijiet eżerċitati minn FFT. Il-Kummissjoni tqis pjuttost li peress li l-konsulent tat-taxxa għażel l-MTMN, assoċjat mar-redditu tal-kapital proprju stmat permezz tal-MEDAF, għandu jintuża l-kapital proprju ta' kontabilità bħala indikatur tal-livell tal-profitti li għalihom jiġi applikat redditu tal-kapital proprju sabiex tiġi kkalkulata din ir-rimunerazzjoni, jekk ir-riżultat riċerkat huwa approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq.

(250)

B'mod aktar speċifiku, sabiex jiġi żgurat li l-bażi tat-taxxa ta' FFT tirrifletti approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament, il-metodu użat sabiex tinkiseb rimunerazzjoni ta' distakkament fil-każ tal-funzjonijiet li teżerċita għandu jkollu koerenza metodoloġika minn perspettiva ta' kontabilità, li mhuwiex il-każ tal-għażliet imwettqa mill-konsulent tat-taxxa.

(251)

Ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment jiddikjara li l-bażi tat-taxxa stmata ta' FFT hija magħmula minn żewġ elementi: “rimunerazzjoni tar-riskju” u “rimunerazzjoni tal-funzjonijiet” (121). Il-konsulent tat-taxxa jiddetermina l-ewwel element, ir-rimunerazzjoni tar-riskju ta' FFT, billi tiġi multiplikata stima tal-kapital proprju li għandu jiġi rimunerat, li ssir billi jiġu kkalkulati l-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT fuq il-bażi, b'analoġija, tal-Qafas ta' Basel II (122), b'redditu meħtieġ ta' dan il-kapital proprju stmat fuq il-bażi tal-MEDAF.

(252)

Madankollu, l-istima tal-MEDAF hija relatata ma' rata teoretika meħtieġa tar-redditu tal-investimenti f'kapital proprju u l-beta użat għal dan il-kalkolu jiddependi fuq varjazzjoni tar-redditu tal-prezz tal-azzjonijiet tal-kumpaniji (jew tar-redditu tal-kapital proprju) (123). Għaldaqstant, il-kalkolu tal-MEDAF jagħti, permezz ta' kostruzzjoni, redditu tal-kapital proprju aktar milli redditu ta' kull tip ieħor ta' fondi proprji, bħall-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ddeterminati billi jiġi applikat b'analoġija l-Qafas ta' Basel II (124).

(253)

Redditu tal-kapital proprju huwa proporzjon ta' vijabilità. Il-fondi proprji huma rimunerati permezz tal-profitti netti ta' kumpanija, jiġifieri l-introjtu mingħajr l-ispejjeż kollha li din tal-aħħar issostni fl-eżerċizzju tal-attività tagħha, iżda wkoll mingħajr l-ispejjeż finanzjarji kollha mħallsa lill-kredituri. Għalhekk dan il-profitt nett huwa l-profitt li jibqa' lill-kumpanija sabiex jiġu rimunerati l-azzjonisti: dan jikkostitwixxi redditu tal-kapital proprju kemm għad-distribuzzjoni kif ukoll għaż-żieda fil-valur tal-kumpanija. Għalhekk, għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li r-redditu tal-kapital proprju jkun ugwali għall-profitt nett f'termini ta' kontabilità li jifdal għall-azzjonisti wara l-ħlas tal-ispejjeż l-oħra kollha, maqsuma bil-valur tal-azzjonijiet f'termini ta' kontabilità (jiġifieri l-fondi proprji) li l-profitt iħallas.

(254)

Min-naħa l-oħra, mhuwiex koerenti li jitqies il-profitt nett ta' kontabilità tal-kumpanija sabiex jiġu rimunerati l-fondi proprji regolatorji. Il-fondi proprji regolatorji huma l-istima minn regolatur ta' livell minimu ta' kapitalizzazzjoni li għandu jżomm bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra; dawn ma jikkostitwixxux, bħala tali, tariffa f'din l-istess proporzjon għall-profitti tal-entità regolata. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu dan il-livell ta' fondi proprji f'kull mument; dan ifisser, fil-fatt, li dawn iżommu ġeneralment aktar mil-livell ta' fondi proprji regolatorji meħtieġa sabiex ikollhom bafer li jippermettilhom li ma jiksrux ir-rekwiżiti minimi għal fondi proprji fil-każ ta' telf, li għalhekk inaqqas il-fondi proprji disponibbli. Il-kapital proprju kollu li jiżdied mal-livell minimu meħtieġ għandu jkun rimunerat b'mod identiku mill-perspettiva tal-investituri.

(255)

Għaldaqstant, sabiex tiġi garantita metodoloġija koerenti minn perspettiva ta' kontabilità, u għalhekk approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat fis-suq, il-konsulent tat-taxxa ta' FFT kellu japplika għall-kapital proprju ta' kontabilità ta' FFT ir-redditu tal-kapital proprju kkalkulat permezz tal-MEDAF. Il-vleġeġ orizzontali fit-tabella ta' hawn taħt jindikaw liema approċċi huma koerenti minn perspettiva metodoloġika; il-vleġġa dijagonali turi, min-naħa tagħha, l-approċċ segwit mill-konsulent tat-taxxa ta' FFT:

Image 2

Miżuri ta’ ritorn

Basijiet ta’ kapital

Ritorn fuq Ekwità (RoE) = Profitt / Ekwità IFRS

Stima minn FFT bl-użu ta’CAPM b’βabbażi ta’ kampjun ta’ 66 kumpaniji

Ekwità IFRS

Disponibbli mil-karta tal-bilanc ta’ FFT

Ritorn fuq kapital regolatorju = Profitt / Kapital Regolatorju

L-ebda stimi ma huma disponibbli

Kapital regolatorju Basel II

Indikazzjoni ta’ capital regolatorju, minkejja li stmat b’mod inkorrett, gie pprovdut minn FFT

(256)

Bl-adozzjoni tal-metodoloġija inkoerenti li tikkonsisti fl-applikazzjoni ta' redditu tal-kapital proprju għall-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT, il-konsulent tat-taxxa ta' FFT jasal għal livell stmat ta' rimunerazzjoni tal-funzjonijiet eżerċitati u tar-riskji sostnuti minn FFT li ma jikkostitwixxix approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq. Fil-fatt, in-nuqqas ta' koerenza tiegħu għandu impatt konsiderevoli fuq ir-rimunerazzjoni taxxabbli ta' FFT fil-Lussemburgu. Fl-2011, il-kapital proprju ta' kontabilità ta' FFT żdied għal EUR 287.5 miljun iżda l-konsulent tat-taxxa uża l-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT — EUR 28,5 miljun — bħala indikatur tal-livell ta' profitti fl-applikazzjoni tal-MTMN. Bl-applikazzjoni tar-redditu stmat tal-kapital proprju li l-konsulent tat-taxxa kiseb permezz tal-MEDAF għall-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT minflok għall-kapital proprju ta' kontabilità, ir-rimunerazzjoni taxxabbli ta' FFT fil-Lussemburgu hija maqsuma f'għaxra (125). F'termini oħra, l-għażliet metodoloġiċi imwettqa mill-konsulent tat-taxxa jwasslu għal tnaqqis fil-bażi tat-taxxa ta' FFT fil-Lussemburgu meta mqabbla mal-kumpaniji mhux fiskalment integrati li l-profitti taxxabbli tagħhom huma definiti mill-kundizzjonijet tas-suq.

(257)

Billi l-livell ta' kapital proprju ta' FFT jista' jiġi osservat u l-MEDAF tipprovdi stima tar-redditu tal-kapital proprju, il-konsulent tat-taxxa kellu juża l-kapital proprju ta' kontabilità ta' FFT fl-applikazzjoni tal-MTMN minflok livell ipotetiku tal-fondi proprji regolatorji sabiex tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxa ta' FFT fil-Lussemburgu skont il-prinċipju ta' distakkament.

(258)

Il-Kummissjoni tirrifjuta l-argument imressaq minn FFT f'dan ir-rigward li jgħid li mhuwiex meħtieġ li jitqies il-livell effettiv tal-kapital proprju tagħha sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta' trasferiment, peress li dan il-livell huwa r-riżultat ta' deċiżjonijiet preċedenti (126). Dan l-argument jissuġġerixxi li l-livell ta' kapital proprju ta' kontabilità ta' FFT se jkun għoli wisq għal raġunijiet storiċi u li għaldaqstant m'għandux jiġi rimunerat. Madankollu dan l-argument mhuwiex konformi mar-rekwiżiti tas-suq, peress li l-livell ta' kapital proprju subottimali mhuwiex sostenibbli f'suq kompetittiv. Fil-fatt, jiswa ħafna aktar għall-kumpaniji li jħallsu kapital proprju milli pretensjonijiet. Għaldaqstant, jekk kumpanija li topera f'sitwazzjoni ta' kompetizzjoni ħielsa tiġi kapitalizzata wisq għal raġunijiet storiċi, kif issostni FFT, hija se tagħti l-kapital proprju eċċessiv lura lill-azzjonisti tagħha (pereżempju, permezz tar-riakkwist jew id-distribuzzjoni ta' azzjonijiet), għaliex dawn il-fondi jistgħu jintużaw b'mod aktar effikaċi fi proġetti ta' investiment oħra. Fil-kalkolu tal-bażi tat-taxxa tal-kumpaniji li joperaw f'sitwazzjoni ta' kompetizzjoni ħielsa, dawn il-kumpaniji huma obbligati li jħallsu l-kapital proprju kollu pprovdut mill-azzjonisti tagħhom fuq livell li jista' jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti tas-suq.

(259)

Il-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti jindikaw, min-naħa tagħhom, li r-redditu tal-kapital jista' jkun indikatur tajjeb tal-livell ta' profitti fl-applikazzjoni tal-MTMN fl-attivitajiet finanzjarji b'intensità għolja ta' kapital (127). Dawn l-istess prinċipji jirreferu wkoll għall-“kapital użat” bħala indikatur adegwat possibbli tal-livell ta' profitti fl-applikazzjoni tal-MTMN (128). Għalkemm il-kunċett ta' “kapital użat” mhuwiex definit b'mod aktar preċiż fil-linji gwida tal-OECD, ma jidhirx li jikkorrispondi ma' denominazzjoni tal-fondi proprji regolatorji użata fil-Qafas ta' Basel II jew ta' Basel III jew fid-direttivi ta' traspożizzjoni rispettivi.

(260)

Iċ-Ċirkolari lanqas ma tiddefinixxi aktar il-kapital li għandu jservi ta' indikatur tal-livell ta' profitti fl-applikazzjoni tal-MTMN (129). Din tiddistingwi żewġ bażijiet possibbli ta' rimunerazzjoni tal-funzjonijiet ta' finanzjament u ta' teżor, jiġifieri l-valur tal-krediti mogħtija u l-volum tal-assi mmaniġġjati (130). Madankollu, bl-għażla tal-MTMN b'fondi proprji regolatorji ipotetiċi bħala bażi, FFT ma tagħżilx rimunerazzjoni bbażata direttament fuq il-valur tal-kreditu mogħti, filwaqt li l-assi mmaniġġjati jirreferu għal assi li jinżammu f'isem terzi (pereżempju, maniġers ta' fondi), funzjoni li fil-prinċipju mhijiex eżerċitata minn FFT.

(261)

Fi kwalunkwe każ, jekk il-kapital proprju ta' kontabilità jintuża normalment fis-settur finanzjarju bħala bażi tal-kalkolu tal-vijabilità ta' kumpanija, il-Kummissjoni taċċetta li bażi oħra ta' kapital tista', fil-prinċipju, tintuża sabiex jiġi applikat l-MTMN għall-prezzijiet ta' trasferiment, sakemm il-metodoloġija użata sabiex tinkiseb rimunerazzjoni tat-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp tkun koerenti. Fil-każ partikolari ta' FFT, il-Kummissjoni madankollu tqis li l-għażla mwettqa f'din il-perspettiva mill-konsulent tat-taxxa, jiġifieri li jittieħdu l-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT, mhijiex adegwata sabiex tinkiseb approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq, minħabba r-raġunijiet spjegati hawn taħt.

(262)

L-ewwel nett, peress li FFT mhijiex entità finanzjarja regolata li għaliha japplika l-Qafas ta' Basel II, meta dan jintuża biss għal finijiet fiskali, huwa diffiċli li tiġi verifikata l-applikazzjoni sabiex jiġu stmati l-fondi proprji regolatorji ipotetiċi. Fil-fatt, il-Qafas ta' Basel II jiddefinixxi l-fondi proprji regolatorji meħtieġa bħala proporzjon tal-assi li jinżammu mill-istituzzjoni, ponderat mir-riskju sottostanti ta' kull wieħed minn dawn l-assi. Speċifikament, il-ponderazzjoni tar-riskji li taffettwa kull assi mwettqa għal dan l-iskop regolatorju tiddependi, partikolarment, mill-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kontroparti, iżda wkoll minn kriterji oħra evalwati skont l-assi individwali. Ir-responsabbiltà tal-amministrazzjoni li tivverifika l-ponderazzjoni tar-riskji li jaffettwaw kull assi tirriżulta mill-qafas ta' superviżjoni prudenzjali tagħha meta din il-ponderazzjoni sservi biex tiġi kkalkulata l-bażi tat-taxxa sabiex jiġu ddeterminati l-prezzijiet ta' trasferiment minflok ir-rekwiżiti minimi għal fondi proprji regolatorji. Għalhekk mhuwiex probabbli li r-riżultati miskuba fi tmiem dan l-eżerċizzju jistgħu jiġu verifikati faċilment mill-amministrazzjoni tat-taxxa u kkunsidrati bħala approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq li jikkonforma mal-prinċipju ta' distakkament.

(263)

It-tieni, peress li r-redditu tal-fondi proprji regolatorji minimi mhuwiex indikatur tal-prestazzjoni użat normalment fis-settur finanzjarju, il-medji ta' dawn ir-redditi mhumiex normalment analizzati u disponibbli (131). Għaldaqstant, kull riżultat miksub permezz ta' din il-bażi ta' kapital se jagħti biċ-ċert approssimazzjoni inqas affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq mir-rikors għal kapital proprju ta' kontabilità bħala indikatur tal-livell ta' profitti li għalih jiġi applikat ir-redditu tal-kapital proprju f'konformità mal-istandards tas-settur.

(264)

It-tielet, is-66 kumpanija komparabbli magħżula mill-konsulent tat-taxxa sabiex jiġi stmat redditu tal-kapital proprju bl-użu tal-MEDAF definittivament mhumiex adegwati sabiex jiġu stmati l-fondi proprji regolatorji medji fis-settur jew ir-redditu meħtieġ f'dawn il-fondi proprji. Fil-fatt, ħafna minn dawn il-kumpaniji mhumiex entitajiet regolati li jaqgħu taħt l-Oqfsa ta' Basel (bħall-boroż). Għaldaqstant, dawn il-kumpaniji ma jistgħux jikkalkulaw stima tar-rekwiżiti għal fondi proprji regolatorji tagħhom u jkun impossibbli li jiġu stmati l-eżistenzi regolatorji minimi ta' kull istituzzjoni mhux regolata fuq il-bażi unika tal-informazzjoni pubblika.

(265)

Barra minn hekk, bl-użu, f'dan il-każ, tal-kapital proprju ta' kontabilità bħala indikatur tal-livell ta' profitti, ma kienx neċessarju għall-konsulent tat-taxxa li jikkalkula “rimunerazzjoni tal-funzjonijiet” distinta, it-tieni element tal-bażi tat-taxxa stmata ta' FFT fil-Lussemburgu, li minnu nnifisu jidher li ma jibbaża fuq ebda metodu solidu, kif spjegat fil-premessa 80 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. Fil-fatt, dak li l-konsulent tat-taxxa ta' FFT isejjaħ fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment “il-fondi proprji użati biex jiġu eżerċitati l-funzjonijiet” jidhru li ma jikkorrispondu ma' ebda wieħed mill-komponenti normali tal-fondi proprji użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' redditu fil-qafas ta' evalwazzjoni tas-suq. Dan il-kunċett mhuwiex definit fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment u xejn ma jindika li tali riskju bbażat fuq id-denominazzjoni użata mill-konsulent tat-taxxa mhuwiex se jkun kopert minn waħda mill-kategoriji ta' fondi proprji regolatorji, pereżempju l-fondi proprji li jinżammu biex jiġi kopert ir-riskju operazzjonali, u partikolarment ir-riskju marbut mal-proċess, jekk il-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT kienu ġew evalwati b'mod korrett mill-konsulent tat-taxxa, li ma kienx il-każ. Tħassib ieħor marbut mad-distribuzzjoni tal-fondi proprji f'komponenti distinti li għalihom japplikaw livelli differenti ta' redditu, saż-żero, huwa ddettaljat hawn taħt, fil-premessi 277 sa 289.

(266)

Il-Kummissjoni tikkonkludi għaldaqstant li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata titbiegħed minn riżultat ibbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament minħabba li taċċetta l-għażla tal-konsulent tat-taxxa, jiġifieri dik li jittieħdu l-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT bħala indikatur tal-livell ta' profitti fl-applikazzjoni tal-MTMN, billi jiġi applikat għalihom redditu tal-fondi proprji stmat fuq il-bażi tal-MEDAF sabiex jinkiseb komponent tal-profitti taxxabbli ta' FFT fil-Lussemburgu. Billi din l-għażla metodoloġika tinvolvi tnaqqis tat-taxxa dovuta minn FFT fir-rigward tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu meta mqabbla mal-kumpaniji mhux fiskalment integrati li jwettqu tranżazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tas-suq (132), għandu jitqies li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tagħti vantaġġ selettiv lil FFT skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.2.7.   Applikazzjoni inkoerenti tal-Qafas ta' Basel II sabiex jiġi kkalkulat il-kapital

(267)

Barra minn hekk, u mingħajr preġudizzju għall-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT fl-applikazzjoni tal-MTMN, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-mod inkoerenti li bih il-konsulent tat-taxxa ta' FFT applika l-Qafas ta' Basel II b'analoġija sabiex jikseb dan il-livell ipotetiku ta' fondi proprji regolatorji ta vantaġġ selettiv lil FFT għall-finijiet tal-Artikolu 107(7) tat-TFUE, peress li minn dan jirriżulta tnaqqis tat-taxxa dovuta ta' FFT fir-rigward tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu meta mqabbla mal-kumpaniji mhux fiskalment integrati li jwettqu tranżazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tas-suq.

(268)

Applikazzjoni korretta tal-Qafas ta' Basel II teħtieġ qabelxejn stima tal-APR ta' FFT u mbagħad l-applikazzjoni ta' proporzjon adegwat ta' fondi proprji regolatorji għal din l-istima. Il-konsulent tat-taxxa ta' FFT jissottovaluta ż-żewġ elementi fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment.

(269)

L-ewwel nett, l-APR ipotetiċi ta' FFT ma ġewx ikkalkulati b'mod korrett, peress li l-konsulent tat-taxxa jattribwixxi għall-assi fi ħdan il-grupp ponderazzjoni tar-riskji ta' żero (133). Kif jirriżulta b'mod ċar mill-premessa 123, is-self fi ħdan il-grupp, li jirrappreżenta l-maġġoranza tal-assi ta' FFT, mhuwiex mingħajr riskju, għall-kuntrarju ta' dak li jiddikjaraw il-Lussemburgu u FFT, u xejn ma jindika li dan is-self jirrappreżenta riskju aktar baxx mis-self mogħti mill-banek. Fi kwalunkwe każ, minħabba l-fatt li d-dokument intern ta' Fiat dwar il-politika tal-prezzijiet ta' trasferiment jikklassifika r-riskji tal-kreditu u tal-kontroparti ta' FFT bħala “limitati” iktar milli ineżistenti, ponderazzjoni tar-riskji ugwali għal żero hija definittivament mhux adegwata. Barra minn hekk, l-APR ipotetiċi ta' FFT ma ġewx ikkalkulati b'mod korrett billi l-ponderazzjoni ta' 20 % tal-assi tal-partijiet terzi qatt ma ġiet appoġġjata, la mil-Lussemburgu u lanqas minn FFT.

(270)

Jekk il-ponderazzjoni Ewropea medja tar-riskji tal-assi tal-banek ta' 36 % fis-seħħ fl-2010 kienet ġiet applikata bħala fattur ta' tqabbil rilevanti (134) (li kien disponibbli meta nħarġet id-deċiżjoni tat-taxxa) għat-total ta' assi ta' FFT ta' EUR 14 827 674 000, sabiex jintwera x'seta' kien il-livell korrett ta' APR ipotetiċi ta' FFT, dawn l-APR ipotetiċi kienu jiġu stmati għal madwar EUR 5 338 000 000. Jekk il-proporzjon tar-rekwiżiti għal fondi proprji ta' 8 % previst mill-Qafas ta' Basel kien meqjus bħala livell ta' kapitalizzazzjoni minima, FFT kellu jkollha livell minimu ta' fondi proprji regolatorji skont Basel II ta' madwar EUR 427 miljun u mhux livell minimu ta' EUR 28,5 miljun stmat mill-konsulent tat-taxxa ta' FFT fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment.

(271)

It-tieni, il-kalkolu tar-riskji tal-kreditu u tal-kontroparti sostnuti minn FFT li l-konsulent tat-taxxa jwettaq b'analoġija għall-Qafas ta' Basel II (135), li fuq il-bażi tiegħu l-banek huma obbligati li jżommu fondi proprji fi proporzjon mal-APR tagħhom, jikkontradixxi dan il-qafas. Sabiex jiġu ddeterminati l-fondi proprji ta' FFT esposti għar-riskju fl-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment, il-konsulent tat-taxxa ta' FFT juża rekwiżit ta' proporzjon tal-fondi proprji ta' 6 % sabiex jiġu kkalkulati dawn ir-riskji, filwaqt li l-proporzjon korrett previst mill-qafas huwa ta' 8 %.

(272)

B'risposta għat-tħassib tal-Kummissjoni dwar dan il-punt fid-deċiżjoni tal-ftuħ (136), FFT iġġustifikat il-proporzjon ta' 6 % billi tirreferi għat-traspożizzjoni, fl-Italja, tar-rekwiżit għall-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji (137). Madankollu, FFT ma pprovdiet l-ebda referenza għal din it-traspożizzjoni, u lanqas ma spjegat għalfejn traspożizzjoni mil-leġiżlatur Taljan hija applikabbli għal-Lussemburgu jew qed tintuża bħala referenza.

(273)

Barra minn hekk, filwaqt li fil-Qafas ta' Basel II, nofs ir-rekwiżit ta' 8 % jista' jikkonsisti minn fondi proprji tal-Kategorija 2, FFT jidher li ma kellhiex dan it-tip ta' fondi proprji li setgħu ntużaw għal finijiet regolatorji, kieku ġie applikat ir-rekwiżit. Fin-nuqqas ta' forom eliġibbli oħra ta' kapital disponibbli, it-8 % kellhom jiġu koperti minn kapital proprju.

(274)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tibqa' tal-opinjoni li l-proporzjon tar-rekwiżit għal fondi proprji skont il-Qafas ta' Basel II huwa ta' 8 % u li l-użu mill-konsulent tat-taxxa tal-proporzjon ta' 6 % u l-aċċettazzjoni tiegħu mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu tqiegħed f'dubju l-konklużjoni formulata fid-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li l-allokazzjoni tal-profitti li jirriżultaw minnha lil FFT tirrifletti approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament.

(275)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kalkolu tar-riskju operazzjonali mwettaq mill-konsulent tat-taxxa, jekk il-Kummissjoni taċċetta l-użu tan-numru ta' 15 % fuq il-bażi tal-ispjegazzjonijiet mogħtija minn FFT (138) u l-Lussemburgu (139), il-bażi li għaliha din il-marġni ta' 15 % tiġi applikata tidher li ma tikkorrispondix għal stima korretta tal-introjti annwali grossi ta' FFT. Il-konsulent tat-taxxa ta' FFT japplika biss dan il-persentaġġ għall-introjtu nett li ġej mid-depożiti bankarji u s-self (140), li ma jikkonformax mal-metodoloġija ppreżentata mil-Lussemburgu (141), filwaqt li kull attività fi ħdan il-grupp hija injorata fil-kalkolu tal-introjtu annwali gross. Madankollu s-self u d-depożiti mingħand banek jirrappreżentaw biss parti żgħira mill-assi u l-obbligazzjonijiet ta' FFT.

(276)

Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni tikkonkludi li anke jekk il-fondi proprji regolatorji minimi ipotetiċi ta' FFT setgħu ġew aċċettati bħala indikatur tal-livell tal-profitti fl-applikazzjoni tal-MTMN, il-konsulent tat-taxxa ssottovaluta dawn il-fondi proprji billi applika għall-assi fattur ta' ponderazzjoni tar-riskji arbitrarju u baxx (filwaqt li eskluda l-maġġoranza tal-assi tal-ponderazzjoni tar-riskji), billi applika proporzjon inferjuri għall-minimu preskritt mill-Qafas ta' Basel II u billi ma inkludiex l-introjtu ġġenerat mill-assi u l-obbligazzjonijiet tal-grupp fl-introjtu annwali gross ta' FFT. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, bl-aċċettazzjoni ta' dawn l-għażliet, titbiegħed minn riżultat ibbażat fuq is-suq li jikkonforma mal-prinċipju ta' distakkament. Billi dawn l-għażliet metodoloġiċi jinvolvu tnaqqis tat-taxxa dovuta minn FFT fir-rigward tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu meta mqabbla mal-kumpaniji mhux fiskalment integrati li jwettqu tranżazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tas-suq, għandu jitqies li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tagħti vantaġġ selettiv lil FFT skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.2.8.   Tnaqqis inadegwat mill-fondi proprji li għandhom jiġu rimunerati

(277)

Il-konsulent tat-taxxa mhux biss issottovaluta l-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT, iżda jkompli b'ħafna tnaqqis mill-kapital proprju li jibqa' ta' FFT, li jitbiegħed minn riżultat ibbażat fuq is-suq. Kif jirriżulta minn Tableau 2, sabiex jinkiseb ammont li l-konsulent tat-taxxa jsejjaħ il-“fondi proprji li jkopru l-funzjonijiet eżerċitati”, il-kapital proprju li jibqa' ta' FFT, mingħajr il-fondi proprji regolatorji ipotetiċi sottovalutati tagħha, jinqata' minn dawk li l-konsulent tat-taxxa jsejjaħ il-“fondi proprji li jkopru l-investimenti finanzjarji f'FFNA u FFC”. Madankollu, kieku l-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT ġew stmati b'mod korrett, huwa probabbli li l-kapital proprju ma kienx ikun superjuri għall-fondi proprji regolatorji (142). Għaldaqstant, ebda minn dawn iż-żewġ komponenti ta' fondi proprji stmati ma kien ikun applikabbli.

(278)

Minkejja din l-osservazzjoni, il-Kummissjoni tqis ukoll li d-deċiżjoni tal-konsulent tat-taxxa li jeskludi l-komponent tal-fondi proprji msejjaħ “fondi proprji li jkopru l-investimenti finanzjarji f'FFNA u FFC” u li jagħtih rimunerazzjoni ta' żero sabiex tiġi stmata l-bażi tat-taxxa ta' FFT mhijiex adegwata (143), għaliex twassal għal tnaqqis tat-taxxa dovuta ta' FFT fir-rigward tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu meta mqabbla mal-kumpaniji mhux fiskalment integrati li jwettqu t-tranżazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tas-suq.

(279)

Preliminarjament, ma deherx b'mod ċar jekk l-għażla tal-konsulent tat-taxxa li jissepara ż-żewġ komponenti tal-kapital proprju hijiex applikazzjoni preżunta tal-Qafas ta' Basel II jew jekk it-tnaqqis mill-konsulent tat-taxxa tal-parteċipazzjonijiet f'FFNA u FFC kienx aġġustament ad hoc, parteċipazzjonijiet li seta' jnaqqas ukoll mill-kapital proprju ta' FFT sabiex tiġi kkalkulata l-bażi tat-taxxa ta' FFT li kieku għażel b'mod korrett il-kapital proprju ta' kontabilità ta' FFT bħala indikatur tal-livell ta' profitti fl-applikazzjoni tal-MTMN. Kif spjegat fil-premessa 238, ir-raġuni ta' dan hija li l-konsulent tat-taxxa jidher li ma jibbaża ruħu fuq ebda metodoloġija normalment użata meta jaqsam il-kapital proprju ta' FFT fi tliet komponenti (144).

(280)

Fi kwalunkwe każ, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 281 sa 290, l-għażla tal-konsulent tat-taxxa li jagħti rimunerazzjoni ta' żero lil dan il-komponent tal-kapital proprju ta' FFT imsejjaħ “fondi proprji li jkopru l-investimenti finanzjarji f'FFNA u FFC” mhijiex adegwata. Billi din l-għażla twassal effettivament għal tnaqqis mhux iġġustifikat fil-kapital proprju li għandu jitħallas, u għalhekk fil-bażi tat-taxxa ta' FFT għall-finijiet fiskali, kull metodoloġija dwar il-prezzijiet ta' trasferiment ibbażata fuq din l-għażla ma tistax titqies bħala li twassal għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq lkonformi mal-prinċipju ta' distakkament.

(281)

L-ewwel nett, l-argumenti tal-Lussemburgu dwar it-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet f'istituzzjonijiet oħra tal-kreditu taħt il-Qafas ta' Basel II mhumiex applikabbli għall-każ ta' FFT (145). Ir-raġuni mhijiex biss, kif indikat fil-premessa 262, li FFT mhijiex istituzzjoni regolata iżda wkoll li l-paragrafi ta' dan il-Qafas, li l-Lussemburgu u FFT jirreferu għalihom, japplikaw għal entitajiet mhux konsolidati filwaqt li f'dan il-każ FFNA u FFC huma entitajiet konsolidati. Fil-fatt, kif spjegat fil-premessa 112, FFT tibgħat kontijiet konsolidati lil-Lussemburgu. Fil-prinċipju, il-fondi proprji konsolidati jkunu superjuri għall-fondi proprji preżenti fil-kontijiet mhux konsolidati ta' FFT qabel kull tnaqqis għall-parteċipazzjonijiet. Għaldaqstant, jekk il-Lussemburgu u Fiat applikaw b'mod korrett u sistematiku t-tnaqqis regolatorju, l-istima tal-kapital proprju li r-redditu tal-kapital proprju kien japplika għaliha kellha tkun superjuri u għalhekk, il-bażi tat-taxxa ta' FFT li tirriżulta fil-Lussemburgu kellha wkoll tkun superjuri.

(282)

It-tieni, u b'mod aktar ġenerali fir-rigward tat-tnaqqis li sar għall-kapital proprju fil-kuntest tal-Qafas ta' Basel II u fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kapital proprju ta' kontabilità ta' FFT, l-argument tal-Lussemburgu li jgħid li x-xiri talparteċipazzjonijiet minn FFT kien iffinanzjat totalment b'kapital proprju (146), jiġifieri mezz ta' finanzjament li jfisser awtomatikament li dawn il-fondi mhumiex aktar disponibbli sabiex jiġu koperti riskji oħra sostnuti minn FFT, mhuwiex ammissibbli għall-Kummissjoni. Is-sorsi ta' finanzjament, kemm kapital proprju kif ukoll dejn fil-bilanċ negattiv, mhumiex attribwibbli għal assi identifikabbli, sakemm dispożizzjonijiet legali speċifiċi ma jorbtux l-obbligazzjoni ma' assi jew ma' grupp ta' assi speċifiċi (bħal fil-każ tal-bonds ipotekarji). Jekk ebda pretensjoni speċifika mhi marbuta mal-obbligazzjonijiet tal-kumpanija, il-kapital proprju u l-obbligazzjonijiet jikkontribwixxu b'mod konġunt għall-finanzjament tal-assi ta' kumpanija. Fil-każ ta' insolvenza, dawn il-fondi jkunu disponibbli sabiex jiġi assorbit it-telf li jirriżulta mill-assi ta' FFT, għall-kuntrarju tal-argument ta' hawn fuq ippreżentat mil-Lussemburgu. Il-fatt li l-ammonti mnaqqsa mill-kapital proprju ta' FFT imsemmija fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment jikkorrispondu għall-prezz għax-xiri ta' FFNA u ta' FFC (147) m'għandu l-ebda impatt fuq il-fatt li s-sorsi ta' finanzjament, fil-prinċipju, ma jistgħux jiġu allokati lil assi speċifiċi, li huwa veru għal kwalunkwe ammont ta' parteċipazzjoni. Il-kapital proprju ta' FFT huma kompletament disponibbli sabiex tiġi appoġġjata s-solvenza ta' FFT u għandu jiġi rimunerat integralment skont ir-riskji tal-assi ta' FFT.

(283)

Fi kwalunkwe każ, ir-rapporti annwali ta' FFT ma jidhrux li jikkonfermaw l-allegazzjoni tal-Lussemburgu li tgħid li dawn l-akkwisti ġew iffinanzjati minn kapital proprju, jekk din id-dikjarazzjoni tfisser li l-grupp ipprovda kapital proprju addizzjonali lil FFT fid-dawl tal-akkwist ta' FFNA u ta' FFC. Fil-fatt, il-livell ta' fondi proprji ta' FFT (jiġifieri l-kapital iddikjarat u r-riservi) fl-2010 kien, jiġifieri qabel l-akkwist, ta' EUR 286 000 000, u baqa' EUR 287 000 000 fl-2011, jiġifieri warajh.

(284)

Il-Lussemburgu jiddikjara wkoll li l-ispejjeż li ġejjin minn parteċipazzjonijiet mhumiex fiskalment deduċibbli fil-Lussemburgu u li d-dividendi mhumiex taxxabbli (148). Billi l-parteċipazzjonijiet f'FFNA u FFC huma rimunerati permezz ta' dividendi, dawn m'għandhomx jiġu ntaxxati u kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-funzjonijiet eżerċitati u r-riskji assunti (149). Dan l-argument għandu wkoll jiġi rrifjutat, l-istess bħal dak simili ta' FFT (150). Il-Kummissjoni tiddikjara f'dan ir-rigward li FFNA u FFC ma ħallsu l-ebda dividend matul il-perjodu ta' applikazzjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata. Madankollu, kieku waħda minnhom għamlet dan, dan bl-ebda mod ma kien ibiddel il-kalkolu tar-rimunerazzjoni taxxabbli ta' FFT, peress li din ir-rimunerazzjoni ġiet stabbilita mill-konsulent tat-taxxa permezz tal-MTMN applikat għall-kapital proprju. L-MTMN huwa metodu ta' tranżazzjoni bbażat fuq il-profitti li jiġi applikat għal-livell tal-kapital proprju għall-funzjonijiet ta' teżor eżerċitati minn FFT. Kieku l-konsulent tat-taxxa ta' FFT uża minflok il-metodu CUP sabiex jistabbilixxi l-prezzijiet ta' trasferiment, it-tranżazzjonijiet individwali jew il-flussi ta' rimunerazzjoni bħas-self individwali jew, fil-każ ta' FFT, il-ħlas ta' dividendi kienu jkunu rilevanti sabiex tiġi kkalkulata r-rimunerazzjoni taxxabbli ta' FFT. Fil-fatt, il-metodu CUP jikkonsisti fl-istabbiliment tal-prezz ta' tranżazzjonijiet individwali, filwaqt li l-MTMN jimmira li jistima l-vijabilità ta' funzjoni. Madankollu, għar-raġunijiet indikati fil-premessa 161, il-konsulent tat-taxxa ta' FFT ikkunsidra li l-MTMN kien metodu aktar adegwat fil-każ ta' FFT. B'hekk, billi enfasizzaw ir-rilevanza ta' ċerti tipi ta' rimunerazzjonijiet imħallsa għal ċerti assi ta' FFT (dividendi), il-Lussemburgu u FFT jippruvaw jgħaqqdu l-metodu CUP u l-metodu MTMN sabiex tiġi kkalkulata r-rimunerazzjoni taxxabbli ta' FFT, mingħajr ma tingħata ebda ġustifikazzjoni ta' dan il-metodu ibridu fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment. Minħabba li l-konsulent tat-taxxa ġġustifika l-użu tal-MTMN f'dan ir-rapport, l-użu ta' dan il-kombinament mingħajr ġustifikazzjoni oħra ma jistax jagħti approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq.

(285)

It-tielet, fl-applikazzjoni tal-MTMN ibbażat fuq il-kapital proprju, kull stima ta' dan il-kapital proprju għandha tiżgura li FFT tiġi kapitalizzata b'mod korrett skont l-istandards tas-settur. Dan jirriżulta wkoll mill-approċċ irrakkomandat fiċ-Ċirkolari, li tqis li l-funzjonijiet eżerċitati mill-kumpaniji ta' finanzjament fi ħdan il-grupp huma sostanzjalment komparabbli għal dawk eżerċitati minn istituzzjonijiet finanzjarji indipendenti.

(286)

Fl-aħħar tal-2011, jiġifieri d-data ta' referenza indikata fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, il-proporzjon ta' ingranaġġ medju, definit bħala r-relazzjoni bejn il-fondi proprji tal-Kategorija 1 u l-esponiment totali tal-bilanċ (151), kien, skont l-Awtorità Bankarja Ewropea, ta' 2,9 % għall-banek tal-grupp 1 ikkontrollat (banek Ewropej kbar) u ta' 3,3 % għall-banek tal-grupp 2 ikkontrollat (banek Ewropej żgħar). L-applikazzjoni ta' proporzjon ta' ingranaġġ (fondi proprji/assi totali) li tikkonforma mal-istandards tas-settur (u mal-Qafas ta' Basel III ġdid) turi li l-kapital proprju IFRS ta' FFT ma kienx superjuri għas-suq. Fil-fatt, fuq il-bażi ta' dan il-kalkolu, il-proporzjon ta' ingranaġġ ta' FFT żdied għal [2-3 %] (152), […]. Fi kliem ieħor, il-livell […] ta' kapital proprju ta' FFT ma jippermetti ebda tnaqqis, kemm għal fondi proprji eċċessivi stmati jew kull parteċipazzjoni oħra, peress li tali tnaqqis imexxi l-livell tal-kapital proprju ta' FFT […].

(287)

Għaldaqstant, il-livell ta' kapitalizzazzjoni ta' FFT ma jippermetti ebda tnaqqis tal-kapital proprju jew tal-fondi proprji regolatorji ipotetiċi għal finijiet fiskali (153), […]. Minħabba din il-konklużjoni, it-tħassib tal-premessa 80 tad-deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-livell tar-rata mnaqqsa ta' rimunerazzjoni tal-fondi proprji eċċessivi huwa irrilevanti, peress li ma twettqet ebda rimunerazzjoni differenzjata.

(288)

Ir-raba', il-fatt li jitnaqqsu mill-kapital proprju ta' FFT il-parteċipazzjonijiet tagħha f'FFNA u FFC sabiex tiġi kkalkulata stima tal-kapital li għandu jiġi rimunerat fil-qafas tal-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment juri l-inkoerenza kollha tagħha meta tiġi applikata l-istess metodoloġija għall-kontijiet ta' FF. Skont id-dokument intern ta' Fiat dwar il-politika tal-prezzijiet ta' trasferiment (154), ir-rimunerazzjoni ta' FFT u ta' FF għall-istabbiliment tal-prezz tas-self issegwi l-istess metodu, iżda dan id-dokument jiddeskrivi biss l-applikazzjoni ta' dan il-metodu sabiex tiġi stmata fid-dettall il-bażi tat-taxxa ta' FFT. Madankollu, kieku l-kapital proprju ta' FF li kellu jiġi rimunerat kien stmat skont l-istess metodu applikat għal FFT fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, fl-2010, meta FF kienet iżżomm il-parteċipazzjonijiet f'FFNA u FFC, din l-istima tindika li l-kapital proprju stmat ta' FF ikun negattiv (155). Fil-fatt, fl-aħħar tal-2010, il-kapital proprju ta' FF żdied għal EUR 271 miljun, filwaqt li l-valur totali tal-parteċipazzjonijiet li kellu jitnaqqas minn dan il-kapital proprju kieku ġie applikat l-istess metodu approvat fid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata kien ta' EUR 358 miljun. Il-kapital proprju ta' FF li għandu jiġi rimunerat għaldaqstant kien ikun negattiv sa EUR 87 miljun. Peress li l-valur tal-parteċipazzjonijiet kien ogħla mill-ammont totali tal-kapital proprju ta' FF, l-istima tal-kapital li għandu jiġi rimunerat permezz tal-istess metodu applikat fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment sabiex tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxa ta' FFT fil-Lussemburgu kienet tagħti kapital proprju negattiv, bħal fil-każ tal-kumpaniji insolventi. Madankollu, peress li FF ma kinitx insolventi f'dak iż-żmien, dan huwa biżżejjed biex jintwera li t-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet tal-kapital proprju ta' FFT ma jidhirx li kien il-metodu tajjeb għall-kalkolu ta' stima tal-kapital li għandu jiġi rimunerat sabiex tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxa ta' FFT fil-Lussemburgu.

(289)

Barra minn hekk, dan ir-riżultat inkoerenti jista' jseħħ ukoll fil-każ li FFT takkwista parteċipazzjonijiet ġodda matul il-perjodu tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata. Bil-validazzjoni ta' tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet metodoloġikament preġudikat, id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tista' effettivament twassal għal tassazzjoni żero ta' FFT fil-Lussemburgu, sakemm il-valur tal-parteċipazzjonijiet akkwistati wara iwasslu għal żero, jew saħanistra għal ammont negattiv, il-kapital ta' FFT li għandu jiġi rimunerat. F'dan il-każ, il-funzjonijiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp eżerċitati minn FFT jistgħu jibqgħu identiċi, iżda t-tassazzjoni tkun definittivament inqas għolja, jew saħansitra żero, jekk jiġi applikat il-metodu vvalidat fid-deċiżjoni tat-taxxa kkontesta.

(290)

Kieku l-konsulent tat-taxxa ta' FFT applika b'mod korrett il-Qafas ta' Basel II sabiex jiġu ddeterminati l-prezzijiet ta' trasferiment, dan it-tnaqqis ma kienx ikun possibbli minħabba l-livell attwali ta' kapitalizzazzjoni ta' FFT. Madankollu, billi FFT mhijiex entità regolata, m'hemm l-ebda informazzjoni dwar il-livell ta' APR li awtorità regolatorja tal-istituzzjonijiet finanzjarji kienet tikkunsidra aċċettabbli. Dan il-livell ipotetiku ta' fondi proprji regolatorji lanqas ma jippermetti lil FFT li żżomm parteċipazzjonijiet jekk il-valur tagħhom għandu jitnaqqas minn dawn il-fondi proprji (156).

(291)

Fid-dawl ta' dawn il-kummenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, bl-aċċettazzjoni tal-proposta tal-konsulent tat-taxxa li jiġi applikat redditu stmat permezz tal-MEDAF għal fondi proprji regolatorji ipotetiċi — fejn dawn il-fondi proprji regolatorji ipotetiċi kienu ssottovalutati minħabba applikazzjoni ħażina tal-Qafas ta' Basel II u tnaqqis inadegwat — titbiegħed mill-prinċipju ta' distakkament. Billi dan id-distakk iwassal għal tnaqqis tal-bażi tat-taxxa ta' FFT fir-rigward tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu meta mqabbla mal-kumpaniji mhux fiskalment integrati li jwettqu tranżazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tas-suq, għandu jitqies li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tagħti vantaġġ selettiv lil FFT skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.2.9.   Livell ta' redditu meħtieġ applikat għall-kapital li għandu jiġi rimunerat

(292)

Flimkien mal-konklużjoni tagħha dwar il-mod inkoerenti kif il-konsulent tat-taxxa ta' FFT kiseb l-ammont stmat ta' kapital li għandu jiġi rimunerat fl-applikazzjoni tal-MTMN, il-Kummissjoni tqis li l-mod kif il-konsulent tat-taxxa ta' FFT jikseb il-livell stmat ta' redditu meħtieġ sabiex jiġi applikat għal din il-bażi ta' kapital ma jwassalx għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq u li għalhekk ma jikkonformax mal-prinċipju ta' distakkament għar-raġunijiet li ġejjin, fil-premessi 293 sa 300.

(293)

L-ewwel nett, il-beta ta' 0,29 ikkunsidrat mill-konsulent tat-taxxa sabiex jintuża fil-MEDAF probabbilment ma jaqbilx mal-beta tal-kumpaniji tas-settur finanzjarju kkunsidrati bħala komparabbli b'mod validu fl-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment u li kellhom jitqiesu bħala parametru ta' referenza għal-livell stmat ta' redditu dovut. Il-livell tal-beta ta' dawn il-kumpanija għandu tendenza li jkun għoli ħafna (ara t-tabella 3), spiss ħafna ogħla mill-beta medju tas-suq, li huwa ta' 1. Il-Kummissjoni tirreferi, pereżempju, għas-subindiċi Stoxx 50 Bank, li żdied għal 1.36 għall-perjodu bejn il-31 ta' Diċembru 2009 u l-31 ta' Diċembru 2011 (157), u għall-fatt li kważi l-banek kollha li jipparteċipaw f'dan is-subindiċi għandhom beta ogħla minn 1.

(294)

It-tieni, il-lista tas-66 kumpanija li tinsab fit-tabella 3 tinkludi kumpaniji li huma attivi f'setturi kummerċjali differenti ħafna minn dak ta' FFT u tinkludi wkoll żewġ banek ċentrali: il-Banque Nationale de Belgique u l-iSchweizerische Nationalbank. Bosta kimpaniji preżenti fil-kampjun iwettqu attivitajiet finanzjarji speċjalizzati bħal-lokazzjoni jew il-fatturament jew huma boroż aktar milli banek (158), filwaqt li bosta banek Ewropej li, fil-prinċipju, jipparteċipaw f'attivitajiet ta' finanzjament tal-kummerċ bl-ingrossa mhumiex inklużi fil-kampjun. Għalhekk il-kumpaniji komparabbli magħżula mill-konsulent tat-taxxa għall-kalkolu tal-beta mhumiex adegwati għal dan l-eżerċizzju sabiex tinkiseb approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq.

(295)

It-tielet, u irrispettivament min-natura adegwata jew le tal-kumpaniji komparattivi li jinsabu fil-kampjun ikkunsidrat mill-konsulent tat-taxxa ta' FFT, l-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment ma tużax il-medjan għall-kalkolu tal-beta, iżda l-Perċentil 25, mingħajr ebda ġustifikazzjoni. B'hekk, FFT tikkunsidra beta relattivament baxx, ta' 0,29, filwaqt li l-medjan tal-kampjun kien jagħti beta ta' 0,64 (159). Madankollu, skont il-paragrafu 3.57 tal-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, aktar ma jkun hemm problemi ta' komparabbiltà, aktar l-intervall ta' distakkament għandu jqis it-tendenza ċentrali tal-kampjun.

(296)

Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li l-beta jirrappreżenta r-riskju invarjabbli ta' redditu tal-kapital proprju. F'dan il-kuntest, il-portafolli ta' self tal-banek ikunu, fil-prinċipju, aktar diversifikati minn dak ta' FFT, fejn l-esponiment huwa ffokat fuq il-kumpaniji tal-industrija tal-karozzi tal-grupp Fiat. Huwa għalhekk li jista' jitqies li l-konsulent tat-taxxa ta' FFT kellu jagħżel element li jinsab aktar 'il fuq fil-lista tal-elementi ta' tqabbil għad-determinazzjoni tal-beta, mingħajr dubju fuq il-medjan, milli fil-Perċentil 25.

(297)

Fil-fatt, iċ-Ċirkolari stess tirreferi speċifikament għar-riskju tal-kontroparti u b'mod aktar partikolari għar-riskju settorjali, li hawnhekk huwa amplifikat mill-konċentrazzjoni ta' FFT f'settur wieħed, meta tiddetermina rimunerazzjoni adegwata. Għalkemm iċ-Ċirkolari ma tindikax speċifikament kif dawn ir-riskji għandhom jiġu integrati fil-kalkolu effettiv tar-rimunerazzjoni, il-metodu magħżul mill-konsulent tat-taxxa ta' FFT, li bl-applikazzjoni tiegħu riskji tas-self fi ħdan il-grupp (għall-kuntrarju tal-pretensjonijiet fuq terzi) mhumiex affettwati minn ponderazzjoni tar-riskju u għalhekk lanqas ma jinvolvu rekwiżit għal fondi proprji u ebda rimunerazzjoni, ma jikkonformax maċ-Ċirkolari. Għaldaqstant, il-premessi relatati mar-riskju mnaqqas tal-attivitajiet ta' FFT ma jistgħux jiġu kkunsidrati.

(298)

Barra minn hekk, id-dokument intern ta' Fiat dwar il-politika tal-prezzijiet ta' trasferiment jenfasizza funzjoni importanti li ma tinsabx fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment. Kif indikat fil-premessa 123, FFT teżerċita mhux biss il-funzjonijiet li jinsabu f'dan ir-rapport iżda tipprovdi wkoll garanziji favur kumpaniji tal-grupp Fiat. Għalhekk, fl-2013, dawn il-garanziji żdiedu għal EUR 10 miljun (160). Barra minn hekk, id-dokument dwar il-politika tal-prezzijiet ta' trasferiment jirrikonoxxi wkoll li għall-kuntrarju ta' dak li jidher fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, is-self fi ħdan il-grupp għandu ċertu riskju tal-kontroparti u tal-kreditu (161). […]

(299)

Fir-rigward tal-garanziji mogħtija minn Fiat S.p.A. lil FFT, imsemmija fil-kummenti tal-Lussemburgu (162), dawn il-garanziji jkopru l-obbligazzjonijiet ta' FFT u mhux l-assi tagħha. Għalhekk dawn jibbenefikaw lid-detenturi tal-garanziji maħruġa, iżda ma jnaqqsux ir-riskju tal-aassi ta' FFT. Il-profitt fit-termini tal-ispejjeż ta' finanzjament iġġenerat mill-garanzija fuq il-futuri u l-bonds maħruġa minn Fiat S.p.A. jintbagħat lill-kumpaniji tal-grupp permezz tal-mekkaniżmu ta' stabbiliment tal-prezzijiet deskritt fil-premessa 124. Fil-fatt, il-prezz tas-self lill-kumpaniji huwa kkalkulat billi tiġi applikata marġni tal-ispejjeż ta' finanzjament tal-kumpaniji ta' finanzjament, li tirrifletti l-profitt li jista' jiġi ġġenerat mill-garanzija tal-kumpanija omm.

(300)

Fid-dawl ta' dawn il-kummenti, il-Kummissjoni tqis li la l-garanziji impliċiti u lanqas il-garanziji espliċiti ma jnaqqsu sostanzjalment ir-riskju sostnut minn FFT fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha. Dan ir-riskju huwa superjuri għal dak preżenti fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment minħabba l-eżistenza ta' garanziji pprovduti lill-kumpaniji tal-grupp li jwettqu impenn inviżibbli sinifikanti, u għalhekk kellu jintgħażel beta superjuri għall-Perċentil 25.

(301)

Finalment, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, bl-approvazzjoni tal-għażla magħmula mill-konsulent tat-taxxa ta' beta ta' 0,29 fl-applikazzjoni tal-MEDAF sabiex jiġi ddeterminat ir-redditu tal-kapital proprju li għandu jiġi applikat għall-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' FFT, twassal għal allokazzjoni tal-profitti lil FFT li titbiegħed mill-kundizzjonijiet tas-suq skont il-prinċipju ta' distakkament. Billi dan id-distakk iwassal għal tnaqqis tat-taxxa ta' FFT dovuta fir-rigward tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu meta mqabbla mal-kumpaniji mhux integrati li jikkonkludu tranżazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tas-suq, għandu jitqies li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tagħti vantaġġ selettiv lil FFT fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.2.10.   Konklużjoni dwar l-ammont ta' kapital li għandu jiġi rimunerat u l-livell ta' redditu meħtieġ minn dak il-kapital

(302)

Billi l-konsulent tat-taxxa għażel l-MTMN fl-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment, u fid-dawl tal-kummenti ta' hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li sabiex jiġi garantit lil FFT livell adegwat ta' rimunerazzjoni bbażat fuq is-suq għall-funzjonijiet ta' finanzjament u ta' teżor li teżerċita fi ħdan il-grupp Fiat skont il-prinċipju ta' distakkament, din ir-rimunerazzjoni għandha tkun stabbilita fuq il-bażi tal-fondi proprji ta' kontabilità ta' FFT fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħha.

(303)

Il-Kummissjoni aċċettat l-2012 bħala sena ta' referenza għall-valutazzjoni tal-bażi tat-taxxa ta' FFT fil-Lussemburgu. Il-Kummissjoni lanqas ma topponi r-riċerka fil-bażi tal-kumpaniji komparabbli sabiex jiġi stmat ir-redditu ta' distakkament, iżda għad għandha oġġezzjonijiet dwar l-għażla adegwata ta' kumpaniji komparabbli li jinsabu fil-premessa 294.

(304)

Fil-fatt, l-analiżi li tinsab fit-Taqsima 7.2.2.9 tindika li r-riskji sostnuti minn FFT li għandhom jitqiesu għall-kalkolu ta' rimunerazzjoni ta' distakkament huma superjuri għar-riskji ppreżentati fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment u li, għaldaqstant, ir-redditu tal-kapital proprju qabel it-taxxa ta' 6,05 % (u dak bit-taxxa ta' 4,3 %) aċċettat mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, ikkalkulat mill-konsulent tat-taxxa ta' FTT permezz tal-MEDAF, huwa lil hinn ħafna mir-redditu tal-kapital proprju meħtieġ fis-settur finanzjarju, li baqa' dejjem 10 % u aktar, li jikkonferma l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-kumpaniji komparabbli magħżula mill-konsulent tat-taxxa ma kinux adegwati.

(305)

Barra minn hekk, tqabbil tal-vijabilità ddikjarata ta' FF u ta' FFT, il-kumpaniji ta' finanzjament għaż-żona tal-euro ta' Fiat, jindika li d-differenza fil-profitti bejn FF u FFT, minkejja s-similaritajiet fl-istruttura tal-assi, tal-funzjonijiet u tal-introjti, hija spjegata mill-intenzjoni li jitnaqqas il-livell ta' vijabilità ddikjarata fil-Lussemburgu. Fuq il-bażi tal-istruttura tal-assi u tal-obbligazzjonijiet u tal-kont tal-profitti u tat-telf ta' FF u ta' FFT (163), iż-żewġ kumpaniji għandhom daqs tal-bilanċ u struttura tal-assi simili ħafna. L-ammonti tad-dħul mill-imgħax u l-infiq tagħhom huma komparabbli wkoll. FF hija l-kontroparti prinċipali ta' FFT, li tirrikorri għas-suq sabiex tikseb sorsi ta' finanzjament u tibgħat parti mill-finanzjament lil FF, li min-naħa tagħha tisilfu lill-kumpaniji Taljani tal-grupp Fiat. […]

(306)

Id-dokument intern ta' Fiat dwar il-politika tal-prezzijiet ta' trasferiment jidher li għandu l-għan li jħallas liż-żewġ kumpaniji b'redditi simili (164). Madankollu, fil-livell tal-kumpaniji, ir-redditi effettivi tal-kapital proprju rreġistrati u taxxabbli huma ħafna ogħla għal FF milli għal FFT. Fuq il-bażi tan-numri li jinsabu fit-tabelli tal-premessi 113 u 114, it-tabelli ta' hawn taħt jirrappreżentaw ir-redditu tal-kapital proprju (RCP) magħmul, ikkalkulat għal FF u FFT.

FF

2010

2011

2012

2013

Profitt nett f'eluf ta' euro

17 292

25 290

24 450

10 514

Kapital proprju f'eluf ta' euro

271 047

268 610

268 837

256 053

RCP (%)

6,4

9,4

9,1

4,1


FFT

2010

2011

2012

2013

Profitt nett f'eluf ta' euro

1 737

1 851

1 217

1 146

Kapital proprju f'eluf ta' euro

285 625

287 477

288 693

289 839

RCP (%)

0,6

0,6

0,4

0,4

(307)

Jirriżulta mit-tabelli fil-premessa 306 li, għall-perjodu 2010-2013, ir-redditu medju tal-kapital proprju kien ta' 7,2 % għal FF u 0,5 % għal FFT, li jikkonferma mill-ġdid li l-għażla tal-kumpaniji komparabbli mwettqa mill-konsulent tat-taxxa fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment u r-redditu tal-fondi proprji li jirriżulta minnu ma kinux adegwati.

(308)

Sabiex jiġi ddeterminat redditu tal-kapital proprju adegwat li jiġi applikat għall-kapital proprju ta' kontabilità ta' FFT, l-istatistika aggregata tas-settur bankarju tidher iktar adegwata mill-grupp ta' 66 kumpanija finanzjarja, li jidhru li fil-maġġoranza jwettqu attivitajiet finanzjarji speċifiċi. L-ewwel soluzzjoni tippermetti fi kwalunkwe każ li tintlaħaq aħjar tendenza ċentrali.

(309)

Kif indikat fil-premessa 304, ir-redditu tal-kapital proprju dovut attwali għall-banek Ewropej huwa ta' madwar 10 %, livell li nżamm anke matul il-kriżi finanzjarja. Fil-fatt, l-informazzjoni li ġejja minn żmien id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tikkonferma dan il-livell ta' redditu ta' kapital proprju meħtieġ. Għalhekk, skont il-pubblikazzjoni tal-2011 tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, “għal żmien twil, ir-redditi tal-fondi proprji tal-intrapriżi finanzjarji jinsabu, fil-fatt, fi 11–12 %” (165). Barra minn hekk, studju tal-BĊE tal-2011 iddikjara li “fil-livell ta' kapitalizzazzjoni medja fil-kampjun [ta' 54 bank internazzjonali], ir-redditu tal-kapital proprju meħtieġ kien ta' madwar […] 10.3 %” (166). Ir-rapporti ta' riċerka tat-titoli tal-2011 jikkonfermaw ukoll dawn il-livelli; għalhekk, skont id-Deutsche Bank “[id-Deutsche Bank] issegwi [għan ta' prezz tal-azzjoni], li jirrifletti l-RCP sostenibbli ta' hawn fuq iżda qrib l-għaxra u kost tal-fondi proprji li [id-Deutsche Bank] tispera li żżomm 'il fuq minn 10 % fiċ-ċiklu attwali” (167), filwaqt li rapport ta' riċerka tat-titoli ta' Morgan Stanley u Oliver Wyman tad-19 ta' Marzu 2015 jistabbilixxi r-redditu mmirat għal 10-12 %.

(310)

Il-Kummissjoni tindika wkoll li rimunerazzjoni ta' distakkament m'għandhiex tkun inqas mid-differenza bejn l-introjtu u l-ispejjeż tal-kumpanija. Għaldaqstant, kieku r-rimunerazzjoni tas-self mogħti u tad-depożiti rċevuti minn FFT kellha tiġi aġġustata u kieku r-rimunerazzjoni ta' FFT li tirriżulta minnha kienetogħla minn rimunerazzjoni kkalkulata permezz tal-prezzijiet ta' trasferiment, ikollu jiġi ntaxxat il-profitt irreġistrat sħiħ, għaliex parti terza mhijiex se taċċetta li tnaqqas ir-rimunerazzjoni tagħha mingħajr pretensjoni ġġustifikata tal-kontropartijiet tagħha sabiex tiżdied ir-rimunerazzjoni mħallsa fuq id-depożiti tagħha jew sabiex titnaqqas ir-rimunerazzjoni mħallsa fuq is-self irċevut tagħha.

(311)

Għalhekk il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li jekk l-MTMN jintuża għall-finijiet tal-prezzijiet ta' trasferiment sabiex tiġi kkalkulata rimunerazzjoni adegwata dovuta lil FFT għall-funzjonijiet li teżerċita fi ħdan il-grupp Fiat, l-istima korretta tal-bażi tat-taxxa ta' FFT fil-Lussemburgu tikkorrispondi mill-inqas għal 10 % bit-taxxa applikata għall-ammont integrali tal-kapital proprju ta' kontabilità tagħha, li jitqies bħala globalment konformi mal-medja tas-settur fit-termini tal-proporzjon ta' ingranaġġ finanzjarju. Bażi tat-taxxa kkalkulata fuq din il-bażi tista' tikkawża distribuzzjoni tal-profitti li tirrifletti kundizzjonijiet fis-suq li jikkonformaw mal-prinċipju ta' distakkament, peress li tikkonċerna livell ta' profitti li l-istituzzjonijiet finanzjarji indipendenti jistennew li jħallsu fis-suq, b'mod li kull deċiżjoni tat-taxxa li taċċetta din il-bażi sabiex tiġi ddeterminata t-taxxa dovuta ta' FFT taħt is-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu ma tagħti l-ebda vantaġġ selettiv skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.3.    “Vantaġġ għall-grupp”

(312)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, FFT tressaq l-argument li l-Kummissjoni għandha tqis “l-effett fuq il-grupp” tal-miżura, jiġifieri li l-grupp Fiat ma bbenefika minn ebda vantaġġ peress li kull żieda tal-bażi tat-taxxa fil-Lussemburgu tkun integralment kumpensata b'żieda fit-tnaqqis fiskali fi Stati Membri oħra (168). Skont FFT, dan l-effet ġie rikonoxxut f'bosta deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (169).

(313)

Il-Kummissjoni tfakkar, preliminarjament, li mhijiex marbuta mill-prattika deċiżjonali tagħha u li kull miżura għandha tiġi valutata skont il-merti proprji tagħha skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE (170). Fi kwalunkwe każ, ir-referenza ta' FFT għad-deċiżjoni dwar l-iskema ta' tnaqqis fiskali għall-imgħax fi ħdan il-gruppi fl-Ungerija, li l-Kummissjoni rrikonoxxiet tali “effett fuq il-grupp” għaliha, tibbaża fuq qari żbaljat tad-deċiżjoni. F'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni rrifjutat l-argument tal-Ungerija li jimmira li jevalwa l-eżistenza ta' vantaġġ fil-livell tal-grupp u kkonkludiet li l-vantaġġ għandu jiġi evalwat fil-livell ta' kull entità.

(314)

Din id-deċiżjoni teżamina jekk il-Lussemburgu, meta ħareġ id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, ta vantaġġ selettiv lil FFT billi naqqas it-taxxa dovuta tagħha f'dan l-Istat Membru. Għaldaqstant, il-valutazzjoni li tgħid li din id-deċiżjoni tati vantaġġ għandha tikkonċerna t-trattament li kienet soġġetta għalih il-kumpanija fl-Istat Membru inkwistjoni, jiġifieri FFT u l-Lussemburgu, u m'għandhiex tikkunsidra l-possibilità li l-impatt ikun newtru fil-livell ta' kumpaniji oħra tal-grupp Fiat li jirriżulta mit-trattament li dawn ikunu soġġetti għalih fi Stati Membri oħra (171). Fi kwalunkwe każ, skont il-ġurisprudenza (172), l-unika ċirkostanza li miżura determinata ta' eżenzjoni tiġi kkumpensata mill-aggravament ta' spiża speċifika distinta u mingħajr rabta mal-ewwel waħda ma tħarrabx l-ewwel waħda għall-kwalifika ta' għajnuna mill-Istat. Fi kliem ieħor, vantaġġ mogħti lil kumpanija minn Stat Membru ma jistax jiġi kkumpensat mill-iżvantaġġ li ssostni kumpanija oħra, anke jekk it-tnejn li huma jagħmlu parti mill-istess grupp.

7.2.4.   Raġunament sussidjarju: vantaġġ selettiv minħabba deroga għall-Artikolu 164 tal-L.I.R. u/jew għaċ-Ċirkolari

(315)

Il-Lussemburgu u FFT iddikjaraw li l-Artikolu 164 tal-L.I.R. jew iċ-Ċirkolari jikkostitwixxu s-sistema ta' referenza li fir-rigward tagħha għandha tiġi stabbilita l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv li jirriżulta mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata. Il-Lussemburgu ddikjara wkoll li l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża interpretat sempliċiment ir-regoli u li xejn ma jindika, fil-każ ta' FFT, li tbiegħdet mid-dispożizzjonijiet fiskali ġeneralment applikabbli, anke jekk il-Kummissjoni eżaminathom (173).

(316)

Kif indikat fil-premessi 210 sa 215, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argumenti tal-Lussemburgu u FFT dwar is-sistema ta' referenza applikabbli. Madankollu, bħala raġunament sussidjarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tagħti wkoll lil FFT vantaġġ selettiv fil-qafas tas-sistema ta' referenza aktar limitata magħmula minn kumpaniji ta' grupp li japplikaw prezzijiet ta' trasferiment u li jaqgħu taħt l-Artikolu 164(3) tal-L.I.R. u taċ-Ċirkolari. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-prinċipju ta' distakkament fil-liġi tat-taxxa Lussemburgiża, li tgħid li t-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji ta' grupp wieħed għandhom jiġu rimunerati fuq livell ta' prezz li kien ikun aċċettat minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli f'kundizzjonijiet ta' distakkament. It-Taqsima 2 taċ-Ċirkolari fiha partikolarment deskrizzjoni tal-prinċipju ta' distakkament kif definit fil-linji gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti u traspost fid-dritt nazzjonali (174).

(317)

Billi l-Kummissjoni diġà wriet fit-Taqsima 7.2.2 li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tappoġġja ċertu numru ta' għażliet metodoloġiċi, ta' għażliet ta' parametri ta' applikazzjoni u ta' aġġustamenti ad hoc li l-konsulent tat-taxxa ta' FTT jipproċedi għalihom għall-istabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment li ma jistgħux jitqiesu li jwasslu għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq li jwassal għal tnaqqis tal-bażi tat-taxxa ta' FTT fil-Lussemburgu, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi wkoll li din id-deċiżjoni tagħti wkoll vantaġġ selettiv taħt is-sistema ta' referenza aktar limitata tal-Artikolu 164(3) tal-L.I.R. jew taċ-Ċirkolari, peress li din twassal għal tnaqqis tat-taxxa dovuta ta' FFT meta mqabbla mas-sitwazzjoni li fiha l-prinċipju ta' distakkament imsemmi f'din id-dispożizzjoni kien ikun applikat b'mod korrett.

7.2.5.   Il-Kummissjoni ma identifikat ebda prattika koerenti tad-deċiżjonijiet tat-taxxa bbażati fuq iċ-Ċirkolari li jistgħu jikkostitwixxu sistema ta' referenza adegwata

(318)

FFT iddikjarat ukoll li sabiex tintwera l-eżistenza ta' trattament selettiv favur tagħha li jirriżulta mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, il-Kummissjoni għandha tqabbel din id-deċiżjoni mal-prattika amministattiva tal-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża fuq il-bażi taċ-Ċirkolari, b'mod partikolari mad-deċiżjonijiet mogħtija lil kumpaniji oħra ta' finanzjament u ta' teżor li l-Lussemburgu pprovda lill-Kummissjoni permezz ta' kampjun rappreżentattiv tal-prattika tagħha fir-rigward tad-deċiżjoni (175).

(319)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dan ir-raġunament, għaliex dan ifisser li s-sistema ta' referenza li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata għandha tiġi eżaminata fir-rigward tagħha għandha tkun il-prattika Lussemburgiża tad-deċiżjonijiet tat-taxxa bbażata fuq iċ-Ċirkolari li hija relatata mal-kumpaniji l-oħra ta' finanzjament u ta' teżor. Din diġà wriet għalfejn is-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu tikkostitwixxi l-qafas ta' referenza adegwat għall-bżonnijiet tal-analiżi ta' selettività (176).

(320)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni se turi, bħala raġunament sussidjarju addizzjonali, għalfejn il-prattika Lussemburgiża tad-deċiżjonijiet tat-taxxa bbażata fuq iċ-Ċirkolari tikkostitwixxi sistema ta' referenza adegwata sabiex jiġi ddeterminat jekk id-deċiżjoni tat-taxxa tagħtix vantaġġ selettiv lil FFT. Dan huwa spjegat qabelxejn mill-fatt li ċ-Ċirkolari hija mfassla fuq termini ġenerali wisq u għalhekk ma tippermettix li jiġu identifikati kriterji oġġettivi applikabbli għall-kumpaniji ta' finanzjament u ta' teżor kollha li jressqu talba għal deċiżjoni tat-taxxa għall-finijiet ta' stabbiliment tal-prezz ta' trasferiment. Imbagħad, l-eżami mill-Kummissjoni tad-deċiżjonijiet ipprovduti mil-Lussemburgu turi wkoll li ma jeżisti l-ebda sett koerenti ta' regoli li japplikaw b'mod ġenerali fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi li fir-rigward tagħhom id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tkun tista' tiġi eżaminata sabiex jiġi ddeterminat jekk FFT ibbenefikatx minn vantaġġ selettiv li jirriżulta minn din id-deċiżjoni.

7.2.5.1.   Iċ-Ċirkolari hija mfassla b'mod ġenerali wisq sabiex tikkostitwixxi sistema ta' referenza adegwata.

(321)

Kif indikat fil-premessa 193, is-sistema ta' referenza hija magħmula minn sett koerenti ta' regoli li japplikaw b'mod ġenerali — fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi — għall-intrapriżi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha kif definit mill-għan tagħha. Il-Kummissjoni tqis li għall-kumpaniji ta' finanzjament u ta' teżor tal-grupp, iċ-Ċirkolari ma tistax tikkostitwixxi tali sistema minħabba n-nuqqas ta' kriterji oġġettivi li jippermettu applikazzjoni koerenti tal-prinċipju ta' distakkament għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp.

(322)

Iċ-Ċirkolari hija mfassla f'termini ġenerali ħafna u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-amministrazzjoni tat-taxxa għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament għall-kumpaniji ta' finanzjament fi ħdan il-grupp huma deskritti b'mod konċiż. Dawn il-fatturi jinkludu n-neċessità għall-kumpaniji li jwettqu analiżi tar-riskji sostnuti u li jiddeterminaw l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-għoti ta' kreditu li żdiedu mal-kost bażiku, li jeħtieġ min-naħa tiegħu analiżi tar-riskju tal-kreditu. Iċ-Ċirkolari tiddikjara wkoll li “l-kumpanija ta' finanzjament tal-grupp għandu jkollha biżżejjed kapital proprju sabiex tkun tista' ssostni r-riskji marbuta mal-attività tagħha” u li “għandu […] jiġi evalwat fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi proprji għal kull każ individwali liema huma r-riskji li jiġu sostnuti […] u jekk il-kumpanija li twettaq it-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-grupp għandhiex livell ta' kapital proprju suffiċjenti sabiex tkun tista' ssostni dawn ir-riskji” (177).

(323)

Iċ-Ċirkolari madankollu ma tipprovdi ebda informazzjoni dwar il-mod kif għandu jiġi stmat ir-redditu mistenni tal-kapital proprju, dwar jekk ir-rikors għall-MEDAF huwiex aċċettabbli u, jekk ikun il-każ, dwar il-mod kif għandhom jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti ta' dan il-mudell. Din tinkludi wkoll ftit informazzjoni dwar il-fondi proprji li għandhom jitqiesu, ħlief li għandhom ikunu “suffiċjenti sabiex [ikunu jistgħu jsostnu] dawn ir-riskji”.

(324)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Lussemburgu jiddikjara li d-deċiżjoni tat-taxxa hija bbażata fuq l-eżerċizzju ta' setgħa diskrezzjonali limitata mogħtija mill-Artikolu 164(3) tal-L.I.R. li jistabbilixxi l-prinċipju ta' distakkament fid-dritt fiskali Lussemburgiż (178), iżda jispeċifika wkoll li “l-istandards fiskali […] jiġu interpretati fid-dawl tas-sitwazzjoni fattwali ffaċċjat f'kull każ, li jeħtieġ, skont id-definizzjoni, kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-attivitajiet effettivament eżerċitati mill-kontribwent u tal-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tagħhom” (179). Il-Lussemburgu għalhekk jammetti, minn naħa, li r-regoli għandhom jiġu interpretati fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta' kull każ, iżda ma jispjegax, min-naħa l-oħra, kif għandhom jiġu applikati l-kriterji ġenerali msemmija fiċ-Ċirkolari bħala eżami konkret tas-sitwazzjoni fiskali ta' FFT, u lanqas kif jiġi garantit trattament koerenti tal-kontribwenti kollha meta tiġi applikata ċ-Ċirkolari. Għalhekk mhijiex sorpriża li minbarra referenza għaċ-Ċirkolari fil-bidu tat-test, ir-rapport ta' FFT dwar il-prezzijiet ta' trasferiment ma jinkludi ebda referenza oħra għall-kriterji taċ-Ċirkolari, u lanqas ma jispeċifika l-mod kif tapplika ċ-Ċirkolari fil-każ partikolari ta' FFT.

(325)

Għaldaqstant, filwaqt li kkonkludiet li l-analiżi tal-prezzijiet ta' trasferiment “saret f'konformità maċ-Ċirkolari 164/2 tat-28 ta' Jannar 2011 u tirrispetta l-prinċipju ta' distakkament”, l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża ma bbażat ruħha fuq ebda kriterju oġġettiv li kellu jissemma fiċ-Ċirkolari, peress li dan id-dokument ma jinkludi ebda kriterju preċiż u oġġetti li jippermetti applikazzjoni koerenti tal-prinċipju ta' distakkament għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp.

7.2.5.2.   Il-prattika Lussemburgiża tad-deċiżjonijiet tat-taxxa hija inkoerenti wisq sabiex tikkostitwixxi sistema ta' referenza adegwata.

(326)

Flimkien mal-karattru ġenerali taċ-Ċirkolari, il-Kummissjoni eżaminat id-deċiżjonijiet tat-taxxa li ntbagħtu mil-Lussemburgu u ddikjarat li l-prattika tagħha f'dan ir-rigward għall-kumpaniji ta' finanzjament u ta' teżor tal-grupp uriet ukoll in-nuqqas ta' sett koerenti ta' regoli li jistgħu jiġu applikati b'mod ġenerali għall-kontribwenti kollha li jinsabu f'sitwazzjoni simili fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi.

(327)

Mill-21 deċiżjoni tat-taxxa ppreżentati fil-bidu flimkien mal-APA ta' FFT, tnejn biss huma relatati ma' attivitajiet ta' finanzjament approvati fuq il-bażi taċ-Ċirkolari u huma akkumpanjati minn rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment:

Deċiżjoni tal-[…] 2013 (Nru 2) (180) tikkonċerna l-applikazzjoni taċ-Ċirkolari għal attivitajiet ta' finanzjament intermedju […]

Deċiżjoni tal-[…] 2013 (Nru 4) tikkonċerna wkoll l-analiżi tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament taħt iċ-Ċirkolari għal attivitajiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp. […]

(328)

Qari rapidu ta' dawn iż-żewġ deċiżjonijiet u tqabbil mad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata juru n-nuqqas ta' koerenza fit-trattament mogħti lill-kumpaniji ta' finanzjament taħt iċ-Ċirkolari u fl-eżami tal-profitt taxxabbli mwettaq mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża. Irrispettivament minn jekk iż-żewġ deċiżjonijiet inkwistjoni applikawx b'mod korrett il-metodu CUP, dawn jirrikonoxxu b'mod espliċitu li għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament intermedju, dan il-metodu huwa, fi kwalunkwe każ, l-aktar adegwat fuq il-bażi tal-analiżi funzjonali u tad-disponibbiltà tal-kumpaniji komparabbli, li jinkludu partikolarment il-banek. Dan jaqbel ukoll maċ-Ċirkolari, li tqis li l-funzjonijiet eżerċitati mill-kumpaniji ta' finanzjament fi ħdan il-grupp huma komparabbli, essenzjalment, għal dawk eżerċitati minn istituzzjonijiet finanzjarji indipendenti. Għall-kuntrarju ta' dak li sar għaż-żewġ deċiżjonijiet, il-metodu CUP ma ġiex applikat għad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, għaliex il-konsulent tat-taxxa ta' FFT ikkunsidra l-metodu MTMN bħala l-aktar adegwat minħabba li “l-metodu MTMN jidher adegwat” (181).

(329)

Tliet deċiżjonijiet oħra ppreżentati mil-Lussemburgu jikkonċernaw ukoll attivitajiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp ibbażati fuq iċ-Ċirkolari, iżda mhumiex akkumpanjati mir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment li jiġġustifika t-talba:

Deċiżjoni tal-[…] 2012 (Nru 1) dwar attività ta' finanzjament […].

Deċiżjoni tal-[…] 2012 (Nru 5) partikolarment dwar self b'rata indiċjata […].

Deċiżjoni tal-[…] 2013 (Nru 22) partikolarment dwar attività ta' finanzjament […].

(330)

Fir-rigward tat-tqabbil bejn id-deċiżjonijiet Nri 1, 5 u 22 u d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, id-differenza fit-trattament evidenti stabbilita mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża tinsab fil-fatt li, għall-kuntrarju tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, id-deċiżjonijiet tat-taxxa Nri 1, 5 u 22 ma kinux akkumpanjati minn rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, minkejja li ċ-Ċirkolari tirrikjedih b'mod espliċitu (182).

(331)

Żewġ deċiżjonijiet oħra pprovduti mil-Lussemburgu lill-Kummissjoni jikkonċernaw attivitajiet ta' finanzjament, iżda mhumiex ibbażati fuq iċ-Ċirkolari:

Deċiżjoni tal-[…] 2012 (Nru 6) dwar ristrutturar ta' intrapriża. Din tinkludi partikolarment self b'rata indiċjata […].

Deċiżjoni tal-[…] 2012 (Nru 21) dwar l-akkwist ta' […].

(332)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni eżaminat iż-żewġ deċiżjonijiet tat-taxxa pprovduti mil-Lussemburgu fost it-13-il deċiżjoni dwar funzjoni ta' teżor li ġew identifikati fil-lista ta' 5 323 deċiżjoni mibgħuta mill-pajjiż fit-22 ta' Diċembru 2014 (183). Kull waħda miż-żewġ deċiżjonijiet hija bbażata fuq iċ-Ċirkolari:

Deċiżjoni relatata mal-funzjonijiet ta' teżor tal-kumpanija E hija magħmula minn noti ta' laqgħa pprovduti mill-konsulent tat-taxxa tal-kumpanija u ffirmati fil-[…] mir-rappreżentanti tal-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża. […]

Deċiżjoni tal-[…] relatata mal-funzjonijiet ta' teżor tal-kumpanija G u li tapprova talba mressqa fl-istess jum minn din tal-aħħar. […]

(333)

Il-Kummissjoni tinnota li, għall-kuntrarju tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, ebda waħda minn dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ma tapplika l-metodu MTMN jew il-MEDAF u ebda waħda minnhom ma tidher li tiddetermina l-profitt taxxabbli tal-kumpanija bħar-redditu tal-fondi proprji regolatorji ipotetiċi. Barra minn hekk, għalkemm it-talba għal deċiżjoni tal-kumpanija G tirreferi għal rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment li għandu jiġi pprovdut ulterjorment, jidher li dan ir-rapport qatt ma ġie ppreżentat lill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża (184). Fl-aħħar nett, anke jekk id-deċiżjoni tal-kumpanija G ma tindikax b'mod ċar il-livell tal-marġni u lanqas għal xiex tapplika, din tvarja mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, għaliex, skont it-talba ta' deċiżjoni, il-marġni tkun ibbażata fuq l-assi u tiżdied ma' redditu tal-kapital proprju. Fil-qosor, it-trattament fiskali mogħti lil dawn iż-żewġ kumpaniji għall-funzjonijiet ta' teżor tagħhom ma jidher għalhekk li jirrispetta ebda approċċ jew metodu koerenti mad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata.

(334)

Il-Lussemburgu jiddikjara li FFT ma tistax titqabbel ma' kumpaniji oħra ta' finanzjament, peress li dawn jintaxxaw fondi fis-suq filwaqt li l-kumpaniji ta' finanzjament l-oħra jiksbu ġeneralment finanzjamenti fi ħdan il-grupp. Dan jiddikjara wkoll li FFT ma tista' titqabbel ma' ebda kumpanija oħra taxxabbli fil-Lussemburgu: “is-sitwazzjoni ta' kull kontribwent hija speċifika biżżejjed sabiex jiġi evitat kull tqabbil rilevanti ma' fajls ta' kontribwenti oħra.” (185)

(335)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dawn id-dikjarazzjonijiet u tiddikjara f'dan ir-rigward li n-nuqqas ta' sett koerenti ta' regoli li japplikaw b'mod ġenerali għall-kumpaniji ta' finanzjament u ta' teżor li ressqu talba ta' deċiżjoni tat-taxxa fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi huwa spjegat perfettament mill-eżistenza ta' deċiżjoni tat-taxxa oħra favur [il-kumpanija F]. Id-deċiżjoni dwar [il-kumpanija F], li ġiet adottata fl-istess jum u tikkonċerna l-istess funzjonijiet tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata ([il-kumpanija F] tiffinanzja s-segment industrijali […] fi struttura oħra ta' kumpaniji ta' finanzjament tal-grupp), tasal għal konklużjoni sostanzjalment differenti għall-bażijiet tat-taxxa rispettivi tal-kumpaniji, mingħajr ġustifikazzjoni apparenti għal tali differenza fit-trattament. Fil-fatt, id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tapprova bażi tat-taxxa ta' madwar EUR 2.5 miljun, filwaqt li d-deċiżjoni tat-taxxa favur [il-kumpanija F] tapprova rimunerazzjoni ta' attivitajiet ta' finanzjament u ta' teżor simili li twassal għal bażi tat-taxxa ta' EUR […]. Din id-differenza fit-trattament stabbilita fost kumpaniji prattikament identiċi mingħajr ġustifikazzjoni apparenti turi wkoll li l-prasttika Lussemburgiża tad-deċiżjonijiet tat-taxxa, li hija bbażata fuq il-formulazzjonijiet ġenerali taċ-Ċirkolari, ma tikkostitwixxix sistema ta' referenza adegwata għall-finijiet tal-analiżi ta' selettività.

(336)

Fi kliem ieħor, l-eżami tal-prattika tal-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża dwar id-deċiżjonijiet tat-taxxa ma jippermettix li jiġi identifikat sett koerenti ta' regoli li japplikaw b'mod ġenerali fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi għall-intrapriżi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha kif definit mill-għan tagħha. Għalhekk din il-prattika ma tistax tikkostitwixxi l-qafas li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tiġi eżaminata fir-rigward tiegħu sabiex jiġi ddeterminat jekk FFT ibbenefikatx minn vantaġġ selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.6.   Ġustifikazzjoni bin-natura jew l-ekonomija ġenerali tas-sistema tat-taxxa

(337)

La l-Lussemburgu u lanqas FFT ma pprovdew raġuni li tista' tiġġustifika t-trattament selettiv ta' FFT li rriżulta mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata. Il-Kummissjoni tfakkar li huwa l-Istat Membru li għandu r-responsabbiltà li jipprovdi tali ġustifikazzjoni.

(338)

Fi kwalunkwe każ, ma ġiet identifikata l-ebda raġuni li setgħet tiġġustifika t-trattament preferenzjali li FFT ibbenefikat minnu minħabba d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, u dan jista' jitqies li jirriżulta direttament mill-prinċipji fundaturi jew gwida tas-sistema ta' referenza jew li jirriżulta mill-mekkaniżmi inerenti għas-sistema neċessarja għall-funzjonament u l-effiċjenza tagħha (186), li s-sistema ta' referenza tkun is-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu, kif tiddikjara l-Kummissjoni, jew l-Artikolu 164 tal-L.I.R. u ċ-Ċirkolari, bħalma jsostnu l-Lussemburgu u Fiat.

7.2.7.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv

(339)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, filwaqt li tapprova metodu li jippermetti li tinkiseb allokazzjoni tal-profitti lil FFT fi ħdan il-grupp Fiat li titbiegħed minn riżultat tas-suq li jikkonforma mal-prinċipju ta' distakkament u jikkawża tnaqqis tat-taxxa dovuta minn FFT skont is-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-Lussemburgu, meta mqabbla mat-taxxa dovuta minn kumpaniji mhux integrati taxxabbli fil-pajjiż li jwettqu tranżazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tas-suq, tagħti vantaġġ selettiv lil FFT fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(340)

Fir-rigward tar-raġunament sussidjarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li tapprova metodu li jippermetti li tinkiseb allokazzjoni tal-profitti favur FFT fi ħdan il-grupp Fiat li titbiegħed minn riżultat tas-suq li jikkonforma mal-prinċipju ta' distakkament u jikkawża tnaqqis tat-taxxa dovuta minn FFT skont l-Artikolu 164(3) tal-L.I.R. u taċ-Ċirkolari, meta mqabbla mat-taxxa dovuta minn kumpaniji oħra ta' grupp taxxabbli fil-Lussemburgu, tagħti vantaġġ selettiv lil FFT għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.3.   Benefiċjarju tal-miżura kkontestata

(341)

Il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tagħti vantaġġ selettiv lil FFT fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, peress li għandha l-għan li tnaqqas il-profitt taxxabbli ta' din l-entità fil-Lussemburgu meta mqabbla mal-kumpaniji mhux integrati li l-profitti taxxabbli tagħhom huma ddeterminati fuq il-bażi tat-tranżazzjonijiet imwettqa fil-kundizzjonijiet tas-suq. Madankollu l-Kummissjoni tindika li FFT hija parti minn grupp multinazzjonali, f'dan il-każ il-grupp Fiat Chrysler Automobiles (“FCA”), u li l-funzjoni tagħha fi ħdan dan il-grupp tikkonsisti mill-provvediment ta' servizzi ta' finanzjament u ta' teżor lill-intrapriżi l-oħra tal-grupp Fiat, fejn ir-rimunerazzjoni ta' din il-funzjoni hija soġġetta għad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata.

(342)

Bosta entitajiet legali separati jistgħu jitqiesu li jiffurmaw unità ekonomika waħda għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Din l-unità ekonomika għalhekk titqies bħala l-intrapriża inkwistjoni li tibbenefika mill-miżura tal-għajnuna. Kif iddeċidiet il-Qorti fil-passat, “[f]il-liġi tal-kompetizzjoni, it-terminu 'impriża' għandu jinftiehem bħala l-ħatra ta' unità ekonomika […] anki jekk fil-liġi dik l-unità ekonomika tkun tikkonsisti f'bosta persuni, fiżiċi jew ġuridiċi” (187). Sabiex jiġi stabbilit jekk bosta entitajiet jikkostitwixxux unità ekonomika, il-Qorti tivverifika l-eżistenza ta' sehem ta' kontroll jew konnessjonijiet ta' natura funzjonali, ekonomika jew organika (188). F'dan il-każ, FFT hija parti minn Fiat S.p.A. (illum Fiat Chrysler Automobiles, NV) u minn FF, li min-naħa tagħha hija 100 % parti minn Fiat, S.p.A (189). Għalhekk FFT hija kkontrollata 100 % minn Fiat S.p.A., li min-naħa tagħha tikkontrolla l-grupp Fiat (190).

(343)

Barra minn hekk, kien il-grupp Fiat li ħa d-deċiżjoni li jistabbilixxi FFT fil-Lussemburgu u għalhekk jibbenefika mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata għaliex, kif indikat fil-premessa 52, din tal-aħħar tiddetermina l-profitt li għandu jiġi attribwit lil FFT fi ħdan il-grupp għas-servizzi ta' finanzjament u ta' teżor li tipprovdi lill-kumpaniji tal-grupp. Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata li tapprova metodu ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment għal tranżazzjonijiet imwettqa fi ħdan il-grupp Fiat, u kull trattament fiskali favur FFT mogħti mill-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża għalhekk se jibbenefika lill-grupp Fiat kollu billi jagħti riżorsi addizzjonali mhux biss lil FFT, iżda lill-grupp kollu. Fi kliem ieħor, kif indikat fil-premessa 221, meta għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet ta' trasferiment sabiex jiġu ddeterminati l-prezzijiet ta' prodotti u servizzi provduti fi ħdan entitajiet legali differenti ta' grupp wieħed, il-mekkaniżmu ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment għandu, min-natura tiegħu, effetti fuq aktar minn kumpanija waħda tal-grupp (żieda fil-prezz fi ħdan kumpanija se tnaqqas il-profitt tal-ieħor).

(344)

Għaldaqstant, minkejja l-fatt li l-grupp huwa organizzat f'personalitajiet ġuridiċi distinti, fil-kuntest ta' ftehim dwar l-istabbiliment ta' prezz, dawn l-intrapriżi għandhom jitqiesu bħala grupp uniku li jibbenefika mill-miżura tal-għajnuna kkontestata (191).

(345)

Fl-aħħar nett, f'dan il-każ, l-ammont tat-taxxa mħallsa minn FFT fil-Lussemburgu għandu effett fuq il-kundizzjonijiet ta' pprezzar tas-self fi ħdan il-grupp li tagħti lill-kumpaniji tal-grupp Fiat, meta jitqies il-fatt li dawn huma bbażati fuq il-kost medju ponderat tal-kapital u fuq marġni (192), b'mod li t-tnaqqis tat-taxxa dovuta minn FFT inevitabbilment għandu l-effett li jnaqqas il-kundizzjonijiet ta' pprezzar tas-self tagħha fi ħdan il-grupp. Tnaqqis tat-taxxa ta' FFT fil-Lussemburgu jibbenefika mhux biss lil din tal-aħħar, iżda wkoll lill-kumpaniji tal-grupp kollu li jiksbu finanzjament minn FFT u, għalhekk, lill-grupp Fiat.

7.4.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna

(346)

Fid-dawl ta' dan ta' qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata mogħtija mil-Lussemburgu lil FFT tagħti lil din tal-aħħar u lill-grupp Fiat vantaġġ selettiv li jkun attribwit lil dan l-Istat u huwa ffinanzjat fuq riżorsi tal-Istat u li jwassal għal distorsjoni jew jhedded li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jista' jaffettwa l-kummerċ ġewwa l-Unjoni. Għaldaqstant, id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(347)

Billi d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata twassal għal tnaqqis tal-ispejjeż li FFT għandha normalment issostni fil-qafas tal-attivitajiet ordinarji tagħha, għandha titqies bħala li tagħti għajnuna operatorja lil FFT u lill-grupp Fiat.

8.   NATURA INKOMPATIBBLI TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN

(348)

Għajnuna mill-Istat titqies kompatibbli mas-suq intern jekk taqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(2) tat-TFUE (193). Din tista' titqies ukoll kompatibbli mas-suq intern jekk il-Kummissjoni tkun stabbilixxiet li din taqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-TFUE. Madankollu, huwa l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna li huwa responsabbli biex juri li l-għajnuna mill-Istat li ta hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE.

(349)

Il-Lussemburgu ma invoka ebda deroga prevista fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-premessa (345) sabiex tiġi stabbilita l-kompatibilità tal-għajnuna mogħtija lil FFT u lill-grupp Fiat permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata.

(350)

Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 347, id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata għandha titqies li tagħti għajnuna operatorja lil FFT u lill-grupp Fiat. Bħala regola ġenerali, tali għajnuna normalment ma tiġix ikkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, minħabba li ma trawwimx l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ċerti reġjuni ekonomiċi u minħabba li l-inċentivi fiskali mhumiex limitati miż-żmien, ma jonqsux progressivament u mhumiex proporzjonati għal dak li huwa neċessarju sabiex jiġi rimedjat żvantaġġ ekonomiku speċifiku fir-reġjuni inkwistjoni.

(351)

Minn dan jirriżulta li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil FFT u lill-grupp Fiat mil-Lussemburgu permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata hija inkompatibbli mas-suq intern.

9.   NATURA ILLEGALI TAL-GĦAJNUNA

(352)

Skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull pjan għall-għoti ta' għajnuna (obbligu ta' rapportar) u ma jistgħux idaħħlu fis-seħħ il-miżuri ta' għajnuna proposti qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni finali fuqha (obbligu ta' sospensjoni).

(353)

Il-Kummissjoni tindika li l-Lussemburgu ma nnotifikalha l-ebda pjan ta' adozzjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontetsta u ma rrispettax l-obbligu ta' sospensjoni impost fuqu skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 1(f), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (194), id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kontra l-liġi li tiddaħħal fis-seħħ f'kontravenzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

10.   IRKUPRU

(354)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jimponi lill-Kummissjoni tordna l-irkupru ta' kull għajnuna kontra l-liġi u inkompatibbli mas-suq intern. Din id-dispożizzjoni tispeċifika wkoll li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna kontra l-liġi ddikjarata inkompatibbli mas-suq. L-Artikolu 16(2) ta' dan ir-Regolament jistabbilixxi li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata, inkluż l-imgħax mid-data meta l-għajnuna kontra l-liġi kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data effettiva tal-irkupru tagħha. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (195) jispeċifika l-metodi ta' kalkolu tal-imgħax li għandu jiġi rkuprat. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jiddisponi li “irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f'konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ssir b'mod immedjat u effettiv”.

10.1.   Aspettattiva leġittima u ċertezza legali

(355)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni m'għandhiex teħtieġ li jsir irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra xi prinċipju ġenerali tad-dritt.

(356)

Il-Lussemburgu jiddikjara fl-ewwel lok li skont il-prinċipju ta' aspettattiva leġittima, deċiżjoni li tikkonstata l-eżistenza ta' għajnuna ma jistax ikollha effett qabel it-tmiem tal-perjodu ta' validità tad-deċiżjoni tat-taxxa kkonċernata, jiġifieri, f'dan il-każ, qabel it-tmiem tas-sena tat-taxxa 2016. Skont il-Lussemburgu, il-grupp “Kodiċi ta' Kondotta” u l-forum tal-OECD dwar il-prattiki dwar it-taxxa dannużi kkonfermaw il-fatt li l-prattika tiegħu tad-deċiżjonijiet tat-taxxa bbażata fuq iċ-Ċirkolari kienet konformi mal-Kodiċi ta' Kondotta u mal-linji gwida tal-OECD. Għalhekk il-Lussemburgu jinsisti li kien kkonferma b'mod espliċitu fil-laqgħa tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2011 li fir-rigward tal-adozzjoni taċ-Ċirkolari, il-prattika tad-deċiżjonijiet tat-taxxa ma kellhiex tiġi eżaminata fuq il-bażi tal-Kodiċi ta' Kondotta (196).

(357)

Skont ġurisprudenza stabbilita, Stat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu taw għajnuna bi ksur tar-regoli tal-proċedura previsti fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE, ma jistax jinvoka l-aspettattiva leġittima ta' benefiċjarju sabiex jiġġustifika in-nuqqas ta' rispett tal-obbligu li jieħu l-miżuri neċessarji fid-dawl tal-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordnalu li jirkupra l-għajnuna. L-ammissibilità ta' tali possibilità twassal sabiex l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE ma jkollhom ebda effett utli, sa fejn l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu b'dan il-mod jibbażaw ruħhom fuq l-aġir illegali tagħhom sabiex ifixklu l-effettività tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skont dawn l-Artikoli tat-TFUE (197). B'hekk, mhijiex responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat, iżda tal-intrapriża benefiċjarja, li tinvoka l-eżistenza taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li setgħu jiġġustifikaw l-aspettattiva leġittima tagħha sabiex topponi l-ħlas lura ta' għajnuna kontra l-liġi (198). Billi FFT ma invokat l-ebda argument f'dan ir-rigward fil-kummenti li bagħtet lill-Kummissjoni, din tal-aħħar tqis li l-argument tal-Lussemburgu mislut mill-prinċipju ta' aspettattiva leġittima ma jistax jiġi kkunsidrat għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni.

(358)

Fi kwalunkwe każ, sabiex ikun jista' jiġi kkunsidrat argument li jinvoka l-aspettattiva leġittima, din għandha tkun imqajma minn azzjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tkun tikkonsisti mill-provvediment ta' garanziji preċiżi (199). Skont il-Lussemburgu, il-ftehim mogħti fil-laqgħa tal-grupp “Kodiċi ta' Kondotta” dwar il-fatt li mhuwiex neċessarju li tiġi evalwata l-miżura fiskali Lussemburgiża relatata mal-intrapriżi li jeżerċitaw attivitajiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp fir-rigward tal-kriterji tal-kodiċi ta' kondotta jikkostitwixxi garanzija preċiża ta' natura li trawwem aspettattiva leġittima. Il-Kummissjoni tfakkar li l-kodiċi ta' kondotta adottat mill-Kunsill Ecofin (200) huwa strument legalment mhux vinkolanti li jimmira li joffri lill-Istati Membri spazju ta' diskussjoni ddedikat għall-miżuri li għandhom, jew jistgħu jkollhom, impatt notevoli fuq il-lokalizzazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tal-intrapriżi fi ħdan l-Unjoni. Il-kodiċi ta' kondotta u r-regolamentazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom għanijiet differenti. Fil-fatt, filwaqt li l-kodiċi ta' kondotta jimmira l-ġlieda kontra l-kompetizzjoni tat-taxxa inġusta fost l-Istati Membri, ir-regolamentazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għandha l-għan li tirrimedja distorsjonijiet fil-kompetizzjoni li jirriżultaw mit-trattament favorevoli mogħti minn Stati Membri lil ċerti intrapriżi, partikolarment fil-forma ta' tnaqqis tat-taxxa. Barra minn hekk, filwaqt li l-grupp “Kodiċi ta' Kondotta” għandu ċertu marġni ta' diskrezzjoni, il-Kummissjoni min-naħa tagħha m'għandha l-ebda setgħa diskrezzjonali sabiex tiddetermina jekk miżura taqax taħt il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat, billi dan il-kunċett huwa oġġettiv. Għaldaqstant, ftehim ċar fi ħdan il-grupp “Kodiċi ta' Kondotta” ma jistax jorbot jew jillimita l-azzjoni tal-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha mit-TFUE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (201).

(359)

L-istess raġunament japplika għall-ftehimiet magħmula fi ħdan il-forum tal-OECD dwar il-prattiki dwar it-taxxa dannużi. Fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta' Diċembru 2011, il-forum tal-OECD iddikjara dan li ġej (bl-Ingliż): “[…]l-10 sistemi li ġejjin ma ġewx eżaminati minn qabel… il-Lussemburgu — analiżi avvanzata tat-taxxa tal-finanzjament fi ħdan il-grupp” (traduzzjoni mhux uffiċjali). L-OECD mhijiex istituzzjoni tal-Unjoni u l-Unjoni mhijiex membru ta' din l-organizzazzjoni (202). Il-konklużjonijiet tagħha, li mhumiex vinkolanti, ma jistgħux jorbtu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-forum tal-OECD, minflok ma jipprovdi garanzija preċiża, żamm lura milli jeżamina aktar fid-dettall l-analiżi tat-taxxa Lussemburgiża tal-attivitajiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp. Għalhekk huwa impossibbli, fuq il-bażi ta' din iċ-ċitazzjoni, li tinsilet xi konklużjoni jew li ssir xi deduzzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata.

(360)

Fit-tieni lok, il-Lussemburgu jiddikjara li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' ċertezza legali. Dan jirreferi għal prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni li biha aċċettat li tillimita l-irkupru fuq il-bażi ta' dan il-prinċipju.

(361)

Madankollu, ma teżisti l-ebda prattika deċiżjonali preċedenti li setgħet ikkawżat inċertezzi dwar il-fatt li deċiżjonijiet tat-taxxa jistgħu jwasslu għall-għoti ta' għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, fid-deċiżjoni li l-Lussemburgu jirreferi għaliha, il-Kummissjoni llimitat l-irkupru minħabba l-inċertezza kkawżata minn deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni. F'dan il-każ, min-naħa l-oħra, il-komunikazzjoni dwar it-tassazzjoni diretta tal-intrapriżi tirreferi espliċitament għad-deċiżjonijiet tat-taxxa u ċ-ċirkostanzi li fihom għandhom jitqiesu li jwasslu għall-għoti ta' għajnuna mill-Istat.

(362)

Fir-rigward tal-argument tal-Lussemburgu li jgħid li l-ammont tal-għajnuna ma jistax jiġi kwantifikat b'mod preċiż, partikolarment minħabba n-natura ġdida tal-approċċ użat, u li jgħid li għandu jiġi eskluż irkupru, il-Kummissjoni tinnota li applikat il-prinċipju ta' distakkament fil-prattika deċiżjonali preċedenti tagħha, b'mod partikolari għall-miżuri adottati mil-Lussemburgu, u kkonkludiet li ksur ta' dan il-prinċipju seta' kkostitwixxa għajnuna mill-Istat (203). Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata wkoll mill-Qorti (204). L-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tad-deċiżjoni tat-taxxa ma fih xejn ġdid. L-Istati Membri ma jistgħux jinjoraw li ftehim konkluż bejn awtorità tat-taxxa u kumpanija, li jagħti lil din tal-aħħar trattament favorevoli li jnaqqas b'mod artifiċjali l-bażi tat-taxxa tagħha, minħabba li l-prezzijiet ta' trasferiment użati ma jipprovdux approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażata fuq is-suq, iwassal għal ksur tar-regolamentazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u għandu, f'każ ta' dubju, jiġi notifikat lill-Kummissjoni.

(363)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-diffikultà allegata sabiex jiġi kwantifikat l-ammont tal-għajnuna li jiġġustifika l-fatt li ma jiġix ordnat l-irkupru, il-Qorti ddeċidiet qabel (205) li l-Kummissjoni mhijiex obbligata li tindika l-ammont preċiż tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata. Id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ biss li l-għajnuna mogħtija kontra l-liġi tiġi rkuprata sabiex terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni preċedenti u li l-ħlas lura jsir f'konformità mar-regoli tad-dritt nazzjonali (206). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista' tillimita ruħha li tikkonstata l-obbligu ta' ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni u tħalli f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali l-kompitu tal-kalkolu tal-ammont preċiż tal-għajnuna li għandha titħallas lura (207).

(364)

Għalhekk il-Kummissjoni hija kapaċi tikkonkludi li l-argumenti misluta mill-prinċipji ta' aspettattiva leġittima u ta' ċertezza legali invokati mil-Lussemburgu m'għandhom l-ebda bażi relatata mal-obbligu ta' rkupru tal-għajnuna li ta illegalment lil FFT permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata.

10.2.   Metodu ta' rkupru

(365)

F'konformità mat-TFUE u mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat għandux jabolixxi jew jimmodifika miżura meta din tkun inkompatibbli mas-suq intern. Il-Qorti ddeċidiet wkoll f'diversi drabi li l-obbligu impost fuq Stat Membru li jabolixxi għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern, għandu l-għan li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel. F'dan il-kuntest, il-Qorti sostniet li dak l-għan jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta' għajnuna illegali, u b'hekk iċedi l-vantaġġ li kien gawda fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ta' qabel il-pagament tal-għajnuna.

(366)

Fil-każ fejn għajnuna mill-Istat kontra l-liġi tkun miżura tat-taxxa, l-avviż dwar it-tassazzjoni tan-negozju dirett (208) jispeċifika fil-punt 35 tiegħu li l-ammont li jrid jiġi kopert huwa kalkolat fuq il-bażi ta' paragun bejn it-taxxa li ġiet attwalment imħallsa u l-ammont li kellu jkun imħallas li kieku r-regola użata kienet dik li hija ġeneralment applikabbli. Sabiex jintlaħaq l-ammont tat-taxxa li kellu jitħallas li kieku r-regoli segwiti kienu dawk ġeneralment applikabbli, jiġifieri kieku l-prinċipju ta' distakkament kien applikat b'mod korrett sabiex tiġi stabbilita l-bażi tat-taxxa ta' FFT fil-Lussemburgu, l-amministrazzjoni tat-taxxa Lussemburgiża għandha timmodifika l-metodu ta' kalkolu annwali użat minn FFT fil-qafas tal-metodu MTMN fuq il-bażi tal-MEDAF, jiġifieri, i) l-ammont tal-kapital proprju rimunerat u ii) il-livell ta' rimunerazzjoni applikat għal dan l-ammont ta' kapital proprju meħtieġ skont il-valutazzjoni spjegata fil-premessa 311 ta' hawn fuq.

(367)

L-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tirrikjedi li l-Kummissjoni, meta tordna l-irkupru ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, tistabbilixxi l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata. Għall-kuntrarju, huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti lid-destinatarju tagħha jiddetermina dan l-ammont huwa stess, mingħajr wisq diffikultà (209).

(368)

Il-Kummissjoni pproponiet, fit-Taqsima 7.2.2.10 u b'mod partikolari fil-premessa 311, metodu li jista' jelimina l-vantaġġ selettiv mogħti lil FFT mid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata (210), jekk il-Lussemburgu jżomm il-metodu MTMN sabiex jistabbilixxi l-bażi tat-taxxa ta' FFT. Madankollu hija taf li metodi oħra ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment jistgħu wkoll iwasslu għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat tas-suq li jikkonforma mal-prinċipju ta' distakkament. Għaldaqstant, jekk il-Lussemburgu jipproponi, qabel id-data ta' implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni, metodu ta' rkupru li juża metodu ieħor ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment, il-Kummissjoni hija lesta li taċċetta dan il-metodu sakemm iwassal għal approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq u li dan tal-aħħar, irrispettivament mill-għażla li ssir, ma jirriproduċix l-għażliet u l-aġġustamenti operati mill-konsulent tat-taxxa ta' FFT fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, li l-Kummissjoni tqis bħala tbegħid mill-prinċipju ta' distakkament.

(369)

B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda raġuni għalfejn għandhom isiru aġġustamenti għall-fondi proprji ta' kontabilità għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont ta' fondi proprji li għandhom jiġu rimunerati. Barra minn hekk, fir-rigward tar-rimunerazzjoni ta' distakkament stmata ta' dawn il-fondi proprji, jekk ir-rikors għall-MEDAF jista' jidher restrittiv għalxejn, m'hemmx raġuni għalfejn dan m'għandux jintuża għall-finijiet ta' stabbiliment tal-prezzijiet ta' trasferiment, sakemm ma jintużax sabiex jitbiegħed sostanzjalment minn riżultat ibbażat fuq is-suq, li jirriżulta mir-redditu tal-kapital proprju osservabbli fil-kumpaniji komparabbli.

10.3.   Entità li minnha għandha tiġi rkuprata l-għajnuna

(370)

Fid-dawl tal-kummenti fformulati fil-premessi 341 sa 345, il-Kummissjoni tqis li l-Lussemburgu għandu qabelxejn jirkupra minn FFT l-għajnuna kontra l-liġi u inkompatibbli mas-suq intern mogħtija permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata. Jekk FFT mhijiex kapaċi tħallas lura l-ammont integrali tal-għajnuna miksuba permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontesta, il-Lussemburgu għandu jirkupra l-ammont li jibqa' minn din l-għajnuna minn Fiat Chrysler Automobiles N.V., li ssuċċediet lil Fiat S.p.A,. peress li hija din l-entità li tikkontrolla l-grupp Fiat, sabiex terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni kompetittiva li kienet prevalenti qabel fis-suq.

11.   KONKLUŻJONI

(371)

Il-Kummissjoni tiddikjara li l-Lussemburgu, permezz tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, ta illegalment għajnuna mill-Istat lil FFT u lill-grupp Fiat, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, li din l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern u li għaldaqstant, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/1589, din għandha tiġi rkuprata mil-Lussemburgu mingħand FFT u, jekk din tal-aħħar ma tħallasx lura l-ammont integrali tal-għajnuna, mingħand Fiat Chrysler Automobiles N.V. għall-ammont tal-għajnuna li ma jkunx tħallas lura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deċiżjoni tat-taxxa adottata mil-Lussemburgu fit-3 ta' Settembru 2012 favur Fiat Finance and Trade Ltd, li tippermetti lil din tal-aħħar li tistabbilixxi l-bażi tat-taxxa tagħha fil-Lussemburgu fuq bażi annwali għal perjodu ta' ħames snin, tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE li hija inkompatibbli mas-suq intern u ġiet implimentata illegalment mil-Lussemburgu bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

Artikolu 2

(1)   Il-Lussemburgu huwa obbligat li jirkupra l-għajnuna inkompatibbli u kontra l-liġi msemmija fl-Artikolu 1 mingħand Fiat Finance and Trade Ltd.

(2)   Kull ammont li ma jistax jiġi rkuprat mingħand Fiat Finance and Trade Ltd wara l-irkupru deskritt fil-paragrafu 1 għandu jiġi rkuprat minn Fiat Chrysler Automobiles N.V.

(3)   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu magħhom l-imgħaxijiet mid-data meta tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sad-data meta ġew irkuprati.

(4)   L-imgħax għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' mgħax kompost skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 3

(1)   L-irkupru tal-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 1 huwa immedjat u effettiv.

(2)   Il-Lussemburgu jrid jiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data li fiha tiġi notifikata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

(1)   Fix-xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Lussemburgu għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-metodu użat għall-kalkolu tal-ammont preċiż tal-għajnuna.

(2)   Il-Lussemburgu għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sakemm jiġi kkompletat l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Fuq sempliċi talba mill-Kummissjoni, dan jissottometti minnufih informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ħa u li qed jippjana li jieħu biex ikun konformi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma, sostanzjalment, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament tat-Trattat dwar il-KE. It-TFUE introduċa wkoll ċertu bidliet fit-terminoloġija bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b'“Unjoni” u “suq komuni” b'“suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE se tintuża f'din id-deċiżjoni.

(2)   ĠU C 369, 17.10.2014, p. 37.

(3)  Referenza HT.4020 — Prattiki fir-rigward tad-deċiżjoni tat-taxxa.

(4)  Fl-ittri tagħhom, l-awtoritajiet Lussemburgiżi jużaw it-terminu “décision anticipative” (deċiżjoni bil-quddiem) u mhux “ ruling fiscal” (deċiżjoni tat-taxxa). Iż-żewġ espressjonijiet madankollu jirreferu għal proċedura tal-istess tip, li jagħtu lill-kontribwent ċertu grad ta' ċertezza fir-rigward tal-mod kif il-leġiżlazzjoni relatata mat-tassazzjoni korporattiva se tiġi applikata f'każ partikolari. F'din id-deċiżjoni, se jintuża t-terminu “deċiżjoni tat-taxxa”, iżda s-sinifikat tiegħu huwa identiku għal dak ta' “deċiżjoni bil-quddiem”.

(5)  Taħt in-numru tal-każ SA.37267 (2013/CP) — Prattiki fir-rigward tad-deċiżjoni tat-taxxa — LU.

(6)  L-awtoritajiet Lussermburgiżi ħbew informazzjoni speċifikata sew, partikolarment l-ismijiet tal-kumpaniji u tas-sussidjarji.

(*1)  Ċerti siltiet ta' dan it-test ġew moħbija sabiex ma tiġix żvelata informazzjoni kunfidenzjali; Dawn il-partijiet huma indikati b'punti bejn parenteżi kwadri.

(7)  Fir-rigward tal-inkjesta tal-Kummissjoni dwar FFT, il-Kummissjoni fetħet każ ġdid u bagħtet in-nota ta' tfakkir tas-7 ta' April 2014 u l-komunikazzjonijiet kollha li ġejjin taħt il-każ SA.38375 (2014/CP) — Il-Lussemburgu — Għajnuna allegata lil FFT.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 ġie mħassar mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9), b'effett mill-14 ta' Ottubru 2015. Il-miżuri proċedurali kollha meħuda waqt il-proċedura ġew adottati minħabba r-Regolament (KE) Nru 659/1999. Kull referenza għar-Regolament (KE) Nru 659/1999 għandha titqies bħala referenza għar-Regolament (UE) 2015/1589 u għandha tinqara skont it-tabella ta' korrispondenza li tinsab fl-Anness II ta' dan tal-aħħar.

(9)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.

(10)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.

(11)  Ara l-premessa 16.

(12)  Taħt in-numru tal-każ SA.37267 — Prattiki fir-rigward tad-deċiżjoni tat-taxxa — Il-Lussemburgu.

(13)  L-ittra tal-24 ta' Marzu 2015 kienet intbagħtet lill-Kummissjoni fl-24 ta' Marzu 2014, u wara mill-ġdid fis-26 ta' Marzu 2015.

(14)  Ara r-rapport annwali ta' Fiat Chrysler Automobiles dwar is-sena finanzjarja 2014. F'din id-deċiżjoni, ir-referenzi għal Fiat S.p.A. jistgħu jitqiesu li saru għal Fiat Chrysler Automobiles N.V., u viċe versa.

(15)  Ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment jirreferi kultant għal FFT u kultant għal “FF&T” sabiex jirreferi għall-istess entità.

(16)  Id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet imwettqa “minn Fiat S.p.A.” li jinsabu fil-verżjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata pprovduta mil-Lussemburgu, deskritta fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, kienet parzjalment moħbija. Ir-referenza “minn Fiat S.p.A.” ġiet miżjuda ma' din id-deskrizzjoni, fuq il-bażi tal-verżjoni mhux ippubblikata ta' din id-deċiżjoni, ipprovduta mil-Lussemburgu fl-24 ta' Marzu 2014.

(17)  Ir-rapport fir-rigward tal-prezzijiet ta' trasferiment ma fihx ġustifikazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni.

(18)  Madankollu, id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tiskadi jekk il-fatti jew il-ċirkostanzi deskritti fit-talba jidhru mhux kompluti jew mhux eżatti, jekk elementi ewlenin tat-tranżazzjonijiet effettivi jvarjaw mid-deskrizzjoni ppreżentata fit-talba għal informazzjoni jew jekk il-ftehim preċedenti fir-rigward ta' prezzijiet ma jibqax konformi mad-dritt nazzjonali jew internazzjonali.

(19)  Il-premessi 44 sa 46 tad-deċiżjoni tal-ftuħ jipprovdu spjegazzjoni aktar dettaljata tal-ġustifikazzjonijiet imressqa mill-konsulent tat-taxxa sabiex jintgħażel l-MTMN sabiex jiġi ddeterminat il-qligħ taxxabbli ta' FFT.

(20)  Ara l-premessa 51.

(21)  Il-MEDAF jintuża sabiex tiġi stmata rata ta' redditu teoretika meħtieġa għall-assi, u aktar speċifikament għall-kapital proprju. Il-premessi 39 sa 42 tad-deċiżjoni tal-ftuħ jipprovdu deskrizzjoni aktar preċiża tal-MEDAF.

(22)  Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Konverġenza Internazzjonali tal-Kejl tal-Kapital u tal-Istandards tal-Kapital — Qafas Rivedut, Ġunju 2004 (minn hawn 'il quddiem “il-Qafas ta' Basel II”).

(23)  Billi FFT mhijiex entità regolamentata, l-interpretazzjoni tal-Qafas ta' Basel II fil-każ ta' FFT mill-konsulent tat-taxxa għall-finijiet tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa la ġiet eżaminata u lanqas validata minn awtorità ta' regolamentazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji.

(24)  Il-“fondi proprji użati biex jiġu eżerċitati l-funzjonijiet” jidhru li ma jikkorrispondu għal ebda kategorija regolamentari ta' fondi proprji speċifikament definiti.

(25)  L-espressjonijiet “fondi proprji esposti għar-riskju”, “rekwiżiti minimi għal fondi proprji”, “fondi proprji minimi meħtieġa mill-Qafas ta' Basel II”, “fondi proprji minimi esposti għar-riskju” u “fondi proprji minimi” jintużaw b'mod interkambjabbli tul ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment iżda jirreferu għall-istess kunċett, jiġifieri l-fondi proprji regolamentari ipotetiċi ta' FFT, kif stmati mill-konsulent tat-taxxa billi jiġi applikat il-Qafas ta' Basel II b'analoġija.

(26)  Il-fondi proprji ta' FFT ġew imnaqqsa mill-valur tal-parteċipazzjonijiet f'FFNA u FFC, fejn dawn tal-aħħar ġew remunerati b'dividendi.

(27)  Il-“fondi proprji li jkopru l-funzjonijiet eżerċitati” huma isem ieħor użat mill-konsulent tat-taxxa biex jirreferi għall-“fondi proprji użati biex jiġu eżerċitati l-funzjonijiet”, li hija espressjoni introdotta mill-konsulent tat-taxxa fir-rapport.

(28)  Il-25 perċentil tal-betas intuża mill-konsulent tat-taxxa fl-applikazzjoni tal-MEDAF, billi huwa kkunsidra li FFT sostniet riskji limitati.

(29)  Dejta kkumpilata mill-Professur A. Damoradan, aċċessibbli fuq l-indirizz: http://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/

(30)  Medja annwali 2011 tal-indiċi EONIA (Euro OverNight Index Average).

(31)  Parteċipazzjoni tfisser investiment fl-azzjonijiet (il-fondi proprji) ta’ kumpanija.

(32)  Premessa 54.

(33)  Disponibbli fuq l-indirizz li ġej: http://www.impotsdirects.public.lu/legislation/legi11/Circulaire_L_I_R__n___164-2_du_28_janvier_2011.pdf.

(34)   “Kumpanija ta' finanzjament tal-grupp” tfisser kull entità li teżerċita prinċipalment tranżazzjonijiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp minbarra ż-żamma tal-parteċipazzjonijiet (Ċirkolari, p. 1).

(35)   “Tranżazzjoni ta' finanzjament fi ħdan il-grupp” tfisser kull attività li tikkonsisti mill-għoti ta' self jew avvanzi ta' fondi lil intrapriżi assoċjati, finanzjati mill-ġdid minn mezzi u strumenti finanzjarji bħal offerti pubbliċi, self privat, avvanzi ta' fondi jew self bankarju (Ċirkolari, p. 1).

(36)  Żewġ intrapriżi jkunu “intrapriżi assoċjati” jekk waħda minnhom li tipparteċipa direttament jew indirettament fit-tmexxija, il-kontroll jew il-kapital tal-oħra, jew jekk l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-tmexxija, il-kontroll jew il-kapital taż-żewġ intrapriżi (Ċirkolari, p. 1).

(37)  Ċirkolari, p. 2.

(38)  Ibid.

(39)  Ibid.

(40)  Ċirkolari, p. 3.

(41)  Ċirkolari, p. 4.

(42)  Ċirkolari, p. 7.

(43)  Ċirkolari, pp. 5 sa 8.

(44)  L-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-pajjiżi membri tal-OECD huma mħeġġa jsegwu dawn il-prinċipji. Ġeneralment, madankollu, dawn iservu bħala referenza u għandhom impatt ċar fuq il-prattiki tat-taxxa tal-pajjiżi membri (kif ukoll mhux membri) tal-OECD.

(45)  L-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-leġislaturi jafu dwar din il-problema u l-leġiżlazzjoni tat-taxxa tippermetti ġeneralment li l-amministrazzjoni tat-taxxa tikkorreġi d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' intrapriżi integrati li ma japplikawx b'mod korrett il-prezzijiet ta' trasferiment, billi jissostitwixxu dawn tal-aħħar bi prezzijiet li jikkorrispondu ma' approssimazzjoni affidabbli tal-prezzijiet aċċettati minn intrapriżi indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli f'kundizzjonijiet ta' distakkament.

(46)  Linji Gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa, OECD, Lulju 1995.

(47)  Linji Gwida tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa, OECD, 22 Lulju 2010.

(48)  Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(49)  Dawn il-valuri ġew komunikati mil-Lussemburgu fl-informazzjoni pprovduta fl-24 ta' Marzu 2015. Il-valuri relatati mal-bażi tat-taxxa mhuma bl-ebda mod identiċi għall-qligħ taxxabbli ddikjarat fil-kontijiet.

(50)  Ara l-premessa 21 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(51)  Ara l-premessa 24 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(52)  Ara l-premessa 51 tad-deċiżjoni tal-ftuħ għad-dejta finanzjarja relatata ma' FFT għall-perjodu 2009-2011 ippreżentata fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment. Fit-tabella 8, hemm referenza għat-terminoloġija użata fir-rapport annwali u fl-informazzjoni komunikata minn Fiat fil-31 ta' Marzu 2015, terminoloġija li tista' ma tikkorrispondix perfettament ma' dik użata mill-konsulent tat-taxxa fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment.

(53)  Il-Lussemburgu speċifika li, għas-snin 2011-2013, il-primjum ta' garanzija huwa mħallas lil Fiat S.p.A.; għall-2010, din l-informazzjoni ma dehritx fir-rapport annwali.

(*2)  In-numri fil-parenteżi għandhom jinqraw flimkien mal-prefiss “madwar”. In-numru huma approssimati għal multipli ta' 50, 500, 5 000, 50 000, 500 000 jew 5 000 000.

(54)   “Euro Medium Term Note” — Programm Ewropew ta' ħruġ ta' karti kummerċjali għal żmien medju.

(55)  Redditu tal-kapital proprju.

(56)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta' Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta' lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU L 114, 16.4.2014, p. 1).

(57)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/283/KE tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Belġju favur ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (ĠU L 90, 2.4.2008, p. 7).

(58)  Id-Deċiżjoni 2006/621/KE tal-Kummissjoni tat-2 ta' Awwissu 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza lil France Télécom (ĠU L 257, 20.9.2006, p. 11).

(59)  Dan huwa spjegat fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment mill-fatt li l-investimenti f'FFNA u FFC se jiġu rimunerati permezz ta' dividendi.

(60)  Il-Lussemburgu jirreferi f'dan ir-rigward għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Ġunju 2014 dwar il-Ħidma tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-prezzijiet ta' Trasferiment fil-perjodu minn Lulju 2012 sa Jannar 2014 [COM(2014) 315 final].

(61)  It-taqsima li ġejja hija ċċitata: “49(xv). Ġie deċiż li jsir it-tnaqqis li ġej fuq il-fondi proprji għall-kalkolu tal-proporzjon ta' fondi proprji ponderati skont ir-riskji. Dan it-tnaqqis se jinkludi: […] l-investimenti fis-sussidjarji li għandhom attività bankarja u finanzjarja li mhumiex konsolidati fis-sistemi nazzjonali. Il-prattika normali se tikkonsisti fil-konsolidazzjoni tas-sussidjarji sabiex jiġi evalwat il-livell ta' fondi proprji tal-gruppi bankarji. Meta din il-prattika ma tiġix segwita, huwa importanti li jsir tnaqqis sabiex jiġi evitat użu ripetut mill-istess fondi proprji f'unitajiet differenti tal-grupp. Dawn l-investimenti se jitnaqqsu skont il-paragrafu 37 ta' hawn fuq. L-assi li jirrappreżentaw parteċipazzjonijiet fis-sussidjarji li l-kapital tagħhom ġie mnaqqas minn dak tal-kumpanija omm mhux se jiġu inklużi fit-total tal-assi għall-finijiet tal-kalkolu tal-proporzjon.”

(62)  L-Artikolu 57 jipprevedi li l-fondi proprji mhux ikkonsolidati ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ma jikkonsistux minn “l) investimenti f'istituzzjonijiet oħra ta' kreditu jew finanzjarji li jammontaw għal aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom”.

(63)  Dan huwa spjegat mil-livell għoli ta' integrazzjoni tal-attivitajiet tal-grupp u mill-appoġġ storiku ta' Fiat S.p.A. għas-sussidjarji tagħha. Skont FFT, l-aġenziji tal-kreditu jużaw il-kontijiet konsolidati tal-grupp sabiex tiġi evalwata l-affidabilità kreditizja ta' Fiat S.p.A.

(64)  FFT tittratta biss ma' istituzzjonijiet finanzjarji kbar li jinsabu f'pajjiżi taż-żona tal-euro, essenzjalment fejn l-“għażla 1” (l-għażla li tippermetti referenza għall-klassifikazzjoni tal-mutwatarju sovran u mhux għall-klassifikazzjoni tal-bank) kienet validata mis-superviżuri nazzjonali. Barra minn hekk, is-CRD III talloka ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % għall-mutwatarji sovrani li joħorġu bonds fil-munita proprja tagħhom irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom (Anness VI, Parti 1, punt 1.2, paragrafu 4). Għaldaqstant, skont kif jifhmu FFT u [il-konsulent tat-taxxa] tal-Qafas ta' Basel II u tar-regoli tas-CRD, ponderazzjoni tar-riskju ta' livell aktar baxx minn dak applikabbli għall-Istati fejn jopera bank tista' tiġi applikata għall-banek ikkonċernati. Tali applikazzjoni tal-Qafas ta' Basel II twassal għas-selezzjoni tal-ponderazzjoni tar-riskju ta' 20 % għall-esponiment ta' FFT għall-banek. Dan ir-raġunament japplika fl-istess ħin għar-riskji tal-kreditu u għar-riskji tal-kontroparti ta' FFT lejn il-banek.

(65)  Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Qafas Regolatorju Internazzjonali tas-Settur Bankarju (Basel III).

(66)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(67)  FFT tappoġġja dan l-argument billi tirreferi għall-punt 5.3.2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-imgħax fuq il-kumpaniji fis-suq intern [COM(2001) 582 final, 23.10.2011].

(68)  F'dan il-kuntest, FFT tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar Umicore [deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Umicore S.A., C 76/2003 (ex NN 68/2003], fejn hija tiddikjara li vantaġġ fiskali kellu jkun “sproporzjonat” sabiex jiġi eżaminat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(69)  B'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 10/07 (ex NN 13/07) implimentata mill-Ungerija għat-tnaqqis fit-taxxa fuq dħul mill-imgħax bejn kumpaniji affiljati fl-istess grupp (id-“deċiżjoni dwar is-sistemi fiskali tal-imgħax għall-gruppi fl-Ungerija”).

(70)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/809/KE tat-8 ta' Lulju 2009 dwar l-iskema Groepsrentebox li l-Olanda qiegħda tippjana li timplimenta (C 4/07 (ex N 465/06)) (ĠU L 288, 4.11.2009, p. 26) (id-“deċiżjoni Groepsrentebox”).

(71)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/77/KE tal-24 ta' Ġunju 2003 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Belġju fil-forma ta' deċiżjoni tat-taxxa applikabbli għall-US Foreign Sales Corporations (ĠU L 23, 28.1.2004, p. 14); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/755/KE tas-17 ta' Frar 2003 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Belġju favur ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/501/KE tas-16 ta' Ottubru 2002 dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat C 49/2001 (ex NN 46/2000) — Ċentri ta' Koordinazzjoni — implimentata mil-Lussemburgu (ĠU L 170, 9.7.2003, p. 20); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/76/KE tat-13 ta' Mejju 2003 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata minn Franza għal kwartieri ġenerali u ċentri loġistiċi (ĠU L 23, 28.1.2004, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/512/KE tal-5 ta' Settembru 2002 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Ġermanja għal ċentri ta' kontroll u koordinazzjoni (ĠU L 177, 16.7.2003, p. 17).

(72)  Sentenza tal-Qorti tat-2 ta' Settembru 2010 fil-Kawża C-399/08 P, Il-Kummissjoni vs Deutsche Post, ECLI:EU:C:2010:481, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(73)  Sentenza tal-Qorti tat-2 ta' Settembru 2010 fil-Kawża C-399/08 P, Il-Kummissjoni vs Deutsche Post, ECLI:EU:C:2010:481, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(74)  Ara s-sentenza tal-15 ta' Novembru 2011 fil-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, Il-Kummissjoni vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit, ECLI:EU:C:2011:732, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(75)  Ara s-Sentenza tas-17 ta' Settembru 1980 fil-Kawża 730/79, Philip Morris, ECLI:EU:C:1980:209, punt 11; u s-Sentenza tal-15 ta' Ġunju 2000 fil-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97, eċċ., Alzetta, ECLI:EU:T:2000:151, punt 80.

(76)  Ara s-Sentenza tat-3 ta' Marzu 2005 fil-Kawża C-172/03, Heiser, ECLI:EU:C:2005:130, punt 40.

(77)  Ara s-Sentenza tat-8 ta' Settembru 2011 fil-kawżi maqgħuda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos et ECLI:EU:C:2011:550.

(78)  Ara s-Sentenza tat-8 ta' Settembru 2011 fil-kawżi magħquda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos et ECLI:EU:C:2011:550, punt 65.

(79)  Ara wkoll is-Sentenza tat-8 ta' Settembru 2011 fil-kawżi magħquda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos et ECLI:EU:C:2011:550, punt 50.

(80)  Taħt din il-kategorija jaqgħu l-introjtu attribwibbli għal istituzzjoni stabbli li tinsab fil-Lussemburgu, l-introjtu tas-servizzi professjonali pprovduti fil-pajjiż, id-dividendi, l-imgħax tas-self bi dritt ta' parteċipazzjoni u l-imgħax tal-bonds jekk l-aġent li jħallas huwa l-Istat, persuna fiżika residenti jew kumpanija residenti, kif ukoll il-qligħ kapitali ġġenerat mill-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet ta' mill-inqas 10 % fil-kapital tal-kumpaniji residenti (minbarra fondi ta' kapital ta' riskju).

(81)  Fl-2012. Iż-żieda ta' solidarjetà żdiedet minn 5 % għal 7 % mis-sena ta' tassazzjoni tal-2013.

(82)  Fid-dawl tal-modifiki introdotti għas-sena ta' tassazzjoni tal-2013, ir-rata ta' tassazzjoni akkumulata tal-introjtu tal-kumpaniji żdiedet minn 28,80 % sa 29,22 % għall-belt ta' Lussemburgu.

(83)  Barra minn hekk, il-kumpaniji ta' Lussemburgu huma soġġetti wkoll għal taxxa annwali fuq il-ġid li tolqot l-assi nett tagħhom, li tikkonsisti minn prelevament ta' 0,5 % fuq il-valur nett tal-patrimonju globali tal-kumpanija fl-1 ta' Jannar ta' kull sena.

(84)  Pereżempju, l-infiq ta' mgħax fuq assi li jiġġeneraw qligħ eżentat jew ir-rimunerazzjonijiet lill-membri, li ma jirriżultawx mill-ġestjoni kurrenti tal-kumpanija.

(85)  Is-sistema ta' integrazzjoni tat-taxxa tapplika jekk jiġi sodisfatt ċertu numru ta' kundizzjonijiet: il-kumpanija omm ikollha, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni ta' mill-inqas 95 % fil-kapital tas-sussidjarja mill-bidu tal-perjodu ta' kontabilità li matulu ssir it-talba ta' applikazzjoni tas-sistema ta' integrazzjoni tat-taxxa; is-sussidjarja tkun kumpanija ta' kapital residenti kompletament taxxabbli fil-Lussemburgu; il-kumpanija omm tkun ukoll kumpanija ta' kapital residenti kompletament taxxabbli fil-Lussemburgu jew fergħa ta' kumpanija mhux residenti kompletament taxxabbli, fit-territorju ta' stabbiliment tagħha, għal taxxa li tikkorrispondi għat-taxxa fuq l-introjtu tal-kollettivitajiet tal-Lussemburgu; u s-sistema ta' integrazzjoni tat-taxxa tkun mitluba għal minimu ta' ħames snin operattivi.

(86)  Kumpanija integrata tista' tikkumpensa t-telf sostnut minn ċerti istituzzjonijiet tagħha bil-profitti magħmula f'oħrajn. Is-sistema ta' integrazzjoni tat-taxxa tiġbor grupp ta' kumpaniji bħala kontribwent wieħed. Dan jippermetti li jiġu eliminati l-iżvantaġġi li l-gruppi ta' kumpaniji jiffaċċjaw meta mqabbla mal-kumpaniji integrati fir-rigward tat-tassazzjoni tal-introjtu. Is-sistema ta' integrazzjoni tat-taxxa mhijiex miżura ta' għajnuna jekk, ladarba tiġi integrata, il-grupp ta' kumpaniji ma jibbenefikax minn trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lil kumpanija integrata.

(87)  Bħala regola ġenerali, l-intrapriżi kollha li jiġbru introjtu jiġu kkunsidrati li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili mill-perspettiva tat-tassazzjoni diretta tal-intrapriżi.

(88)  Kummenti ta' FFT dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, punt 2.1.

(89)  Kummenti ta' FFT dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, punt 2.1.3.

(90)  Ara n-noti f'qiegħ il-paġna 66 u 67.

(91)  Ara s-Sentenza tal-20 ta' Marzu 2010 fil-Kawża C-138/09, Todaro Nunziatina & C., ECLI:EU:C:2010:291, punt 21.

(92)  L-iskema kienet tipprevedi li l-bilanċ pożittiv bejn l-imgħaxijiet rċevuti fuq self tal-grupp u dawk imħallsa fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' finanzjament fi ħdan il-grupp ġew intaxxat fi groepsrentebox, bir-rata ta' 5 %, minflok bir-rata ta' 25.5 % applikabbli f'dak iż-żmien għat-taxxa fuq il-kumpaniji.

(93)  Deċiżjoni Groepsrentebox, premessa 85.

(94)  Deċiżjoni Groepsrentebox, premessa 101.

(95)  Deċiżjoni Groepsrentebox, premessa 107.

(96)  Iċ-Ċirkolari tiddikjara li “fir-rigward tal-kumpaniji ta' finanzjament tal-grupp, il-funzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-għoti ta' self lil entitajiet tal-grupp huma, fir-rigward tal-mertu, komparabbli għall-funzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet finanzjarji indipendenti soġġetti għas-sorveljanza tal-Kummissjoni ta' Sorveljanza tas-Settur Finanzjarju (CSSF)”.

(97)  Ara l-Artikolu 9 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD.

(98)  F'dan il-każ, il-miżura tipprevedi l-possibbiltà għall-kumpaniji li mill-bażi tat-taxxa fl-Ungerija jitnaqqsu 50 % tal-ammont tal-imgħax nett li jkun daħal mingħand kumpaniji affiljati magħhom, li huwa 50 % tad-differenza bejn l-imgħax li jkun daħal mingħand dawn il-kumpaniji u dak li jkun tħallas lilhom. Għaldaqstant, jiġi ntaxxat biss nofs l-imgħax nett li jkun daħal, filwaqt li fil-kuntest ta' applikazzjoni normali tas-sistema tat-taxxa kien ikollu jiġi ntaxxat l-ammont sħiħ. Min-naħa l-oħra, il-bażi tat-taxxa tal-kumpanija affiljata li tħallas imgħax nett, tiżdiedu b'50 % tal-ammont totali tal-imgħax nett li jkun tħallas. Minħabba f'hekk, minflok tnaqqis sħiħ tal-ammont mill-imgħax nett li jitħallas bħalma jkun il-każ fil-qafas ta' applikazzjoni normali tas-sistema tat-taxxa,, dawn il-kumpaniji jistgħu jnaqqsu biss nofs il-bażi tat-taxxa tagħhom. L-iskema tapplika biss għall-imgħax li jidħol mingħand u li jitħallas lil kumpaniji affiljati u għandha l-għan li tnaqqas id-differenza bejn il-finanzjament minn fondi proprji u l-finanzjament permezz ta' self fi ħdan il-grupp.

(99)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, punt 73.

(100)  It-tieni grupp ta' kummenti ta' FFT, punti 2.1.3 u 2.1.4.

(101)  L-ewwel grupp ta' kummenti ta' FFT, punt 60.

(102)  Kif indikat fil-premessa (206).

(103)  Ara s-Sentenza tal-4 ta' Ġunju 2015 fil-Kawża C-15/14 P, Il-Kummissjoni vs MOL, ECLI:EU:C:2015:362, punt 60. Ara wkoll is-Sentenza tas-26 ta' Frar 2015 fil-Kawża T-385/12, Orange vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:117

(104)  Il-Kawża C-39/94, SFEI et, ECLI:EU:C:1996:285, punt 60; il-Kawża C-342/96, Spanja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1999:210, punt 41.

(105)  Dan il-vantaġġ ma jistax ikun “sproporzjonat”, bħalma ssostni FFT fil-kummenti tagħha (Taqsimiet 1.7.1 u 1.7.2). Sabiex vantaġġ ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, huwa biżżejjed li jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Id-deċiżjoni Umicore [Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat favur il-kumpanija Umicore S.A., C 76/2003 (ex NN 68/2003)] iċċitata minn FFT mhijiex rilevanti f'dan il-każ, peress li l-Kummissjoni mhijiex marbuta mill-prattika deċiżjonali tagħha [ara l-premessa (202)]. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn dan il-każ u l-każ Umicore ma tippermettix li jiġu stabbiliti paralleli bejn iż-żewġ każijiet. Il-każ Umicore hija marbuta mal-applikazzjoni minn Umicore ta' eżenzjonijiet mill-VAT fil-qafas ta' ċertu bejgħ tal-fidda lil intrapriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra. F'Diċembru 2000, l-Ispettorat Speċjali tat-Taxxi (ISI) tal-Belġju wasal għal tranżazzjoni mal-intrapriża. Tali tranżazzjoni kienet tikkostitwixxi prattika amministrattiva min-naħa tal-awtoritajiet tat-taxxa Belġjani, iżda biss sa fejn kienet relatata mal-fatti tal-każ, u mhux mal-livell ta' tassazzjoni: “Madankollu, skont l-Artikolu 84 tal-CTVA, tali tranżazzjonijiet huma possibbli biss sakemm ma jimplikaw l-ebda eżenzjoni jew tnaqqis fit-taxxxa. B'applikazzjoni ta' dan il-prinċipju, għaldaqstant tranżazzjoni ma tistax tibbaża fuq l-ammont tat-taxxa li jirriżulta mill-fatti stabbiliti, imma ċertament fuq kwistjonijiet ta' fatti” (punt 154).

(106)  Ara l-Kawża 173/73, L-Italja vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1974:71, punt 13.

(107)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-387/92 Banco Exterior de Espana, ECLI:EU:C:1994:100.

(108)  Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2006:416.

(109)  Ibid.

(110)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Frar 2003 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata mill-Belġju favur ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25).

(111)  Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2006:416, punti 96 u 97.

(112)  Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2006:416, punt 81.

(113)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, punti 38 sa 40.

(114)  Ara l-premessa 102.

(115)  Ara t-Tabella 7.

(116)  Ara l-premessa 64.

(117)  Ara l-premessa 70.

(118)  Għal deskrizzjoni tal-MTMN, ara l-premessa 91.

(119)  Il-Kummissjoni ma taċċettax l-argument ta' FFT, ippreżentat fil-premessa 162, li jgħid li l-fatt li l-MTMN jintuża b'mod dejjem aktar frekwenti jista' jiġġustifika l-applikazzjoni tiegħu. Dan l-argument jikkontradixxi r-referenza ta' FFT għall-paragrafu 2.2 tal-linji gwida tal-OECD, kif indikat fil-premessa 161, li tgħid “l-għażla ta' metodu tal-prezzijiet ta' trasferiment timmira dejjem li ssib l-aktar metodu adegwat f'każ speċifiku”. Dan l-għan tal-linji gwida tal-OECD mhuwiex kompatibbli mal-interpretazzjoni li tgħid li l-kontribwent jista' jagħżel liberament mill-metodi differenti, irrispettivament mill-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ inkwistjoni.

(120)  Dan jikkuntrasta ma' sitwazzjoni li fiha kumpanija, għalkemm tagħti self fi ħdan il-grupp, tillimita l-funzjonijiet tagħha għat-tranżazzjonijiet wiċċ imb wiċċ, li għalihom kumpanija indipendenti ma taċċettax li tagħti rimunerazzjoni lil parti terza, billi tali tranżazzjonijiet m'għandhomx ġustifikazzjoni ekonomika separatament minn funzjonijiet u operazzjonijiet oħra (it-tranżazzzjonijiet wiċċ imb wiċċ jistgħu jintużaw sabiex jiġu koperti r-riskji li jirriżultaw minn attività differenti). B'konsegwenza ta' dan, tali tranżazzjonijiet, bħal funzjonijiet oħra, ma jistgħux jitqabblu mal-funzjonijiet prinċipali ta' istituzzjoni finanzjarja. Il-prezz tagħhom ma jistax jiġi stabbilit b'mod korrett fuq il-bażi tal-fondi proprji peress li, f'setturi oħra, indikaturi differenti, bħar-redditu tal-assi totali jew ir-redditu tal-bejgħ, jistgħu ikunu aktar adegwati.

(121)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 114.

(122)  Ara l-premessi 58 u 59.

(123)  Ara wkoll il-premessa 68 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura.

(124)  Għal eżempji oħra tad-differenzi bejn indikaturi differenti ta' profitti bbażati fuq il-fondi proprji, ara b'mod partikolari McKinsey Working Papers on Risk, Numru 24, “The use of economic capital in performance management for banks”, Jannar 2011, u b'mod aktar partikolari l-grafika 10, paġna 13.

(125)  Fir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment, il-konsulent tat-taxxa jasal għal rimunerazzjoni tar-riskju ta' EUR 1 726 000, filwaqt li jekk jiġu applikati għall-fondi proprji ta' kontabilità ta' FFT ir-redditu ta' 6,05 % tal-kapital proprju kkalkulat mill-konsulent tat-taxxa, ir-rimunerazzjoni tar-riskju tkun EUR 17 392 000.

(126)  Premessa 163.

(127)  Ara l-paragrafu 2,97 tal-linji gwida tal-OECD.

(128)  Ara l-paragrafu 2,86 tal-linji gwida tal-OECD.

(129)  Iċ-Ċirkolari tinnota li l-fornituri ta' servizzi li timmira jistgħu jeżerċitaw essenzjalment funzjonijiet simili għal dawk eżerċitati minn istituzzjonijiet regolati. Iċ-Ċirkolari tirreferi wkoll għal ħlas addizzjonali possibbli li jżid l-ispejjeż marbuta mal-għoti ta' kreditu u filwaqt li tqis l-obbligu li jiġu rispettati r-rekwiżiti ta' solvenza. Iċ-Ċirkolari ma tillimitax madankollu l-fondi proprji li għandhom jitħallsu għal dawn ir-rekwiżiti ta' solvenza.

(130)  Ara l-premessa (81).

(131)  Ir-rikors għar-redditu tal-fondi proprji regolatorji jsir aktar diffiċli fil-prattika minħabba tipi differenti ta' fondi proprji regolatorji li jinżammu mill-istituzzjonijiet regolati, bħall-fondi proprji tal-Kategorija 1 u dawk tal-Kategorija 2, filwaqt li l-kapital proprju huwa l-uniku tip ta' kapital li għandha FFT. Din il-kumplessità hija enfasizzata fil-Qafas ta' Basel III. L-istituzzjonijiet finanzjarji regolati ġeneralment ma jikkomunikawx l-ammont tal-fondi proprji regolatorji minimi tagħhom, iżda madankollu jistgħu jiġu indirettament ikkalkolati mill-ġdid. Dawn pjuttost jikkomunikaw il-livell effettiv tal-fondi proprji regolatorji li jżommu, li huwa dejjem iktar għoli mill-minimu meħtieġ. Fl-aħħar nett, ir-redditu tal-kapital proprju aġġustat skont ir-riskju, li jista' jitqies bħala simili għal redditu tal-fondi proprji regolatorji, kultant jintuża mill-istituzzjonijiet regolati għal finijiet ta' stabbiliment intern tal-prezzijiet. Madankollu, f'dan il-każ, dan jintuża skont l-assi aktar milli fil-forma ta' aggregat bħala indikatur tal-profitti tal-istabbiliment kollu u għalhekk fil-prinċipju lanqas ma jiġi żvelat.

(132)  Ara l-premessa 256.

(133)  Ara t-Tabella 6.

(134)  FMI WP/12/36, How Risky Are Banks' Risk Weighted Assets? Sonali Das u Amadou N.R. Sy, 2012, p. 6.

(135)  Premessi 58 u 59.

(136)  Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, premessa 72.

(137)  Premessa 167.

(138)  Ibid.

(139)  Premessa 98.

(140)  Ara l-premessa 58

(141)  Ara l-premessa 136.

(142)  Fin-nuqqas ta' dejta suffiċjenti sabiex tiġi kkalkulata stima korretta tal-fondi proprji minimi regolatorji ta' FFT, il-medja tas-settur kienet tirriżulta f'fondi proprji regolatorji minimi ta' EUR 427 miljun, ara l-premessa 270, li huwa superjuri għat-total tal-fondi proprji ta' FFT ta' EUR 287 miljun.

(143)  Premessi 69 u Tabella 1.

(144)  Premessa 61.

(145)  Premessa 97.

(146)  Premessa 96.

(147)  Kif indikat mil-Lussemburgu fil-premessa 154.

(148)  Ara l-premessa (154).

(149)  Ara l-premessa (95).

(150)  Ara l-premessa (165).

(151)  L-ingranaġġ huwa l-proporzjon ta' assi ffinanzjati mill-fondi proprji. Billi l-assi l-oħra huma ffinanzjati minn dejn, l-ingranaġġ huwa miżura ta' dejn u, bil-kontra, ta' kapitalizzazzjoni ta' kumpanija.

(152)  Fil-każ ta' FFT, il-fondi proprji kollha huma fondi proprji tal-Kategorija 1, minħabba li FFT ma tużax strumenti ta' kategoriji oħra.

(153)  Ara l-premessa 268.

(154)  Deskritta fil-premessi 121 sa 126.

(155)  Fuq il-bażi tan-numri ta' kontabilità ta' FF ippreżentati fit-tabella tal-premessa 114.

(156)  Il-fondi proprji regolatorji ipotetiċi ta' EUR 427 miljun ikunu wkoll superjuri għall-fondi proprji ta' EUR 286 miljun li jinżammu minn FFT meta ġew akkwistati FFNA u FFC.

(157)  Ir-rapport dwar il-prezzijiet ta' trasferiment huwa datat fl-2011. Għalhekk għandu jitqies dan il-perjodu ta' referenza. Bi tqabbil, għall-perjodu mit-12 ta' Mejju 2012 sat-12 ta' Mejju 2014, il-beta tal-indiċi kien 1.3.

(158)  Ara l-tabella 6 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura.

(159)  Ara t-Tabella 4.

(160)  Ara l-premessa 114.

(161)  Kif indikat fil-premessa 123.

(162)  Ara l-premessa 155.

(163)  Ara l-premessi 113 u 114.

(164)  Ara t-tabella fil-premessa 125.

(165)  Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, Il-81 Rapport Annwali, 1 ta' April 2010-31 ta' Marzu 2011, 26 ta' Ġunju 2011, p. 90.

(166)  BĊE, Rapport dwar l-istabbiltà finanzjarja, Diċembru 2011, paġna 130 (traduzzjoni mhux uffiċjali).

(167)  Deutsche Bank, European Banks: Running the Numbers: Spring edition, 5 ta' April 2011 (traduzzjoni mhux uffiċjali). F'rapport ta' Deutsche Bank tal-20 ta' Marzu 2015 il-kost impliċitu tal-fondi proprji għall-banek Ewropej huwa stmat għal 10 %.

(168)  L-ewwel grupp ta' kummenti ta' FFT, punt 64; it-tieni grupp ta' kummenti ta' FFT, punti 1.8.1 u sussegwenti, punt 3.1.8.

(169)  Prinċipalment id-deċiżjoni dwar l-iskema ta' tnaqqis fiskali għall-imgħax fi ħdan il-gruppi fl-Ungerija.

(170)  Ara l-premessa 202.

(171)  Ara wkoll id-deċiżjoni Groepsrentebox, punti 80-82; id-deċiżjoni dwar l-iskema ta' tnaqqis fiskali tal-imgħax għall-gruppi fl-Ungerija, punti 131 u 132.

(172)  Ara l-Kawża C-81/10 P, France Télécom vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2011:811, punt 43, il-Kawża C-66/02 L-Italja vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2005:768, punt 34; ara wkoll il-Kawżi Magħquda T-427/04 u T-17/05 Franza u France Télécom vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2009:474, punti 207 u 215.

(173)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, punt 28.

(174)  Ara l-premessa 77.

(175)  L-ewwel grupp ta' kummenti ta' FFT, punt 60; it-tieni grupp ta' kummenti ta' FFT, punt 1.4.

(176)  Taqsima 7.2.1.1.

(177)  Iċ-Ċirkolari, paġni 3 u 4.

(178)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, punt 34.

(179)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, punt 36.

(180)  L-għadd huwa dak tad-deċiżjonijiet kif intbagħtu mil-Lussemburgu lill-Kummissjoni.

(181)  Paġna 34 tar-rapport ta' FFT dwar il-prezzijiet ta' trasferiment.

(182)  Ara l-premessa 83.

(183)  Fosthom, żewġ deċiżjonijiet kienu jikkonċernaw it-talbiet ta' FFT u [tal-kumpanija F], ara l-premessi 28 u 29.

(184)  It-talba tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ġunju 2015 tkopri r-rapporti kollha dwar il-prezzijiet ta' trasferiment ipprovduti mill-kumpanija u l-komunikazzjoni tal-Lussemburgu tal-25 ta' Ġunju 2015 ma tinkludi ebda rapport ulterjuri ta' dan it-tip.

(185)  Ittra tal-Lussemburgu tal-24 ta' Marzu 2015, risposta għall-mistoqsija Nru 6.

(186)  Sentenza fil-kawżi magħquda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos et ECLI:EU:C:2011:550, punt 69.

(187)  Sentenza fil-Kawża C-170/83 Hydrotherm ECLI:EU:C:1984:271, punt 11. Sentenza fil-Kawża T-137/02 Pollmeier Malchow vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2004:304, punt 50.

(188)  Sentenza fil-Kawża C-480/09 P Acea Electrabel Produzione SpA vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2010:787, punti 47 sa 55 u l-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze SpA et ECLI:EU:C:2006:8, punt 112.

(189)  Ara l-premessa 110.

(190)  Ara l-premessa 34.

(191)  Ara, b'analoġija, il-punt 11 tas-sentenza fil-Kawża 323/82 Intermills ECLI:EU:C:1984:345, li jipprevedi dan li ġej: “Mill-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti stess jirriżulta li wara r-ristrutturar, kemm il-kumpanija Intermills kif ukoll it-tliet kumpaniji industrijali huma kkontrollati mir-Reġjun tal-Vallonja u li wara t-trasferiment tal-impjanti ta' produzzjoni għat-tliet kumpaniji stabbiliti ġodda, il-kumpanija tibqa' interessata fihom. Għalhekk għandu jiġi kkonstatat li minkejja l-fatt li kull waħda mit-tliet kumpaniji industrijali għandha individwalità ġuridika distinta mill-kumpanija antika Intermills, dawn il-kumpaniji kollha jiffurmaw flimkien grupp uniku, f'kull każ fir-rigward tal-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani […].”

(192)  Ara l-premessa 48.

(193)  Id-derogi msemmija fl-Artikolu 107(2) tat-TFUE, li jirrigwardaw għajnuna ta' karattru soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, kull għajnuna mogħtija sabiex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji, u l-għajnuna mogħtija lill-ekonomiji ta' ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma japplikawx f'dan il-każ.

(194)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(195)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(196)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, punti 104 u sussegwenti. Il-Lussemburgu jiċċita l-punt 19 tar-rapport tal-grupp “Kodiċi ta' Kondotta” (tassazzjoni diretta tal-intrapriżi) lill-Kunsill (ECOFIN) li jipprevedi dan li ġej (bl-Ingliż): “With respect to the Luxembourg tax measure concerning companies engaged in intra-group financing activities the Group discussed the agreed description at the meeting on 17 February 2011. Luxembourg informed the Group that Circular No 164/2 dated 28 January 2011 determines the conditions for providing advance pricing agreements confirming the remuneration of the transactions. At the meeting on 11 April 2011, Luxembourg informed that Group that Circular No 164/2 bis dated 8 April 2011 ensured that advance confirmations granted prior to the entry into force of Circular No 164/2 would cease to be valid by 31 December 2011. With the benefit of this information, the Group agreed that there was no need for this measure to be assessed against the criteria of the Code of Conduct.”

(197)  Ara s-sentenzi fil-Kawża C-5/89 P, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ECLI:EU:C:1990:320, punt 17, u fil-Kawża C-310/99 L-Italja vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2002:143, punt 104.

(198)  Ara is-sentenza fil-Kawża T-67/94 Ladbroke Racing vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:1998:7, punt 183; ara wkoll is-sentenza fil-Kawżi Magħquda T-116/01 u T-118/01 P&O European Ferries (Vizcaya) SA u Diputacion Floral de Vizcaya vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2003:217, punt 202.

(199)  Ara s-sentenzi fil-Kawża T-290/97, Mehibas Dordstelaan vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2000:8, punt 59 u fil-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u l-Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2006:416, punt 147.

(200)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ecofin tal-1 ta' Diċembru 1997 dwar il-politika ta' tassazzjoni (ĠU C 2, 6.1.1998, p. 1). Ara wkoll id-dokumenti disponibbli fuq l-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/taxation_customs/taxation/company_tax/harmful_tax_practices/index_fr.htm

(201)  Ara f'dan ir-rigward il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-Kawża C-217/03, Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2006:89, punt 376.

(202)  Fil-protokoll addizzjonali Nru 1 għall-Konvenzjoni tal-OECD tal-14 ta' Diċembru 1960, il-firmatarji tal-Konvenzjoni qablu li l-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa fil-ħidma tal-organizzazzjoni. Rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea jipparteċipaw, flimkien mal-membri, fid-diskjussjonijiet dwar il-programmi ta' ħidma tal-OECD u huma assoċjati mal-ħidmiet tal-organizzazzjoni u tal-korpi differenti kollha tagħha. Madankollu, għalkemm il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea hija aktar estiża minn dik ta' osservatur, din tal-aħħar m'għandhiex dritt tal-vot u ma tipparteċipax uffiċjalment fl-adozzjoni tal-istrumenti mressqa lill-Kunsill għall-adozzjoni.

(203)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2001 fil-Każ C 47/2001 (ex NN 42/2000) — Il-Ġermanja: ċentri ta' kontroll u ta' koordinazzjoni tal-kumpaniji barranin (ĠU C 304, 30.10.2001, p. 2.). Deċiżjoni 2003/501.

(204)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 115.

(205)  Għalkemm dan huwa fil-kuntest ta' “rkupru impossibbli” u mhux ta' diffikultà fil-kwantifikazzjoni tal-ammont tal-għajnuna.

(206)  Sentenza fil-Kawżi Magħquda T-427/04 u T-17/05 Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2009:474, punt 297.

(207)  Sentenza fil-Kawżi Magħquda T-427/04 u T-17/05 Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2009:474, punt 299.

(208)  Avviż tal-Kummissjoni fuq l-applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna tal-istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett (ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3).

(209)  Sentenza fil-Kawża C-441/06, Il-Kummissjoni vs Franza, ECLI:EU:C:2007:616, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(210)  Ara partikolarment il-premessi 308 u 311.


22.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 351/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2327

tal-5 ta' Lulju 2016

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 19864 — 2014/C (ex 2009/NN54) implimentata mill-Belġju — Finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi IRIS fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell

(notifikata bid-dokument C(2016) 4051)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli msemmija (2) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittri tas-7 ta' Settembru 2005 u tas-17 ta' Ottubru 2005, irreġistrati rispettivament fit-12 ta' Settembru 2005 u fid-19 ta' Ottubru 2005, il-Kummissjoni rċeviet ilment kontra l-Istat Belġjan dwar l-allegat għoti, mill-1995, ta' għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern lill-ħames sptarijiet pubbliċi (3) (minn hawn 'il quddiem l-“isptarijiet IRIS”) (4) tan-netwerk IRIS (5) (minn hawn 'il quddiem “IRIS”) tar-Reġjun ta' Kapitali ta' Brussell. L-ilment tressaq minn żewġ assoċjazzjonijiet [jiġifieri l-Coordination bruxelloise d'institutions sociales et de santé (CBI) u l-Association bruxelloise des institutions de soins privées (ABISP) li jirrappreżentaw sptarijiet immexxija minn persuni ġuridiċi tad-dritt privat (minn hawn 'il quddiem l-“isptarijiet privati”) u wkoll, ut singuli, minn diversi sptarijiet membri ta' dawn l-assoċjazzjonijiet (6).

(2)

L-ilment kien iffukat fuq dawn il-gruppi ta' argumenti li ġejjin: i) l-assenza jew in-nuqqas ta' ċarezza tad-definizzjoni u tal-affidament tal-kompiti ta' servizz pubbliku speċifiċi imposti biss fuq l-isptarijiet IRIS iżda mhux fuq l-isptarijiet privati ta' Brussell; ii) il-kumpens tat-telf tal-isptarijiet IRIS mill-awtoritajiet pubbliċi; iii) il-kumpens żejjed tal-ispejjeż marbuta mal-kompiti ta' servizz pubbliku tal-isptarijiet IRIS permezz tal-Fond Reġjonali ta' Brussell ta' rifinanzjament tat-teżoreriji muniċipali; iv) in-nuqqas ta' trasparenza fil-mod ta' finanzjament pubbliku tal-isptarijiet IRIS; u fl-aħħar nett v) l-eżistenza ta' sussidji inkroċjati għal attivitajiet tal-isptarijiet IRIS li ma għandhomx x'jaqsmu mal-isptar minħabba kumpensi li rċevew għat-twettiq tal-kompiti tagħhom relatati mal-isptarijiet (7).

(3)

Wara informazzjoni oħra mibgħuta mill-awtoritajiet Belġjani, fl-10 ta' Jannar 2008, is-servizzi tal-Kummissjoni informaw lill-ilmentaturi rigward l-opinjoni preliminari tagħhom dwar l-ilment permezz ta' korrispondenza (8) u stiednu lill-partijiet interessati jressqu informazzjoni ġdida biex ikunu jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-evalwazzjoni preliminari li saret dwar l-ilment, inkella dan kien ser jitqies li ġie rtirat. Wara li rċevew it-tweġiba tal-ilmentaturi, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonfermaw l-evalwazzjoni preliminari tagħhom fl-ittra tal-10 ta' April 2008.

(4)

Wara dan, l-ilmentaturi informaw lill-Kummissjoni li kienu ppreżentaw rikors għal annullament quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li, mill-1 ta' Diċembru 2009, sar il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem il- “Qorti Ġenerali”) kontra l-ittra tal-10 ta' Jannar 2008, li kienu jqisu bħala deċiżjoni tal-Kummissjoni (9). Barra minn hekk, fl-20 ta' Ġunju 2008, l-ilmentaturi introduċew rikors għal annullament kontra l-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-10 ta' April 2008 (10). Iż-żewġ proċeduri mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali ġew sospiżi minn din tal-aħħar sal-31 ta' Ottubru 2009, peress li l-Kummissjoni informat lill-Qorti Ġenerali li kellha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill (11). Bl-għan li jadottaw din id-deċiżjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu aktar informazzjoni lill-awtoritajiet Belġjani kif ukoll lill-ilmentaturi.

(5)

Fid-Deċiżjoni tagħha tat-28 ta' Ottubru 2009 (12) (minn hawn 'il quddiem id-“Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2009”, ara wkoll it-taqsima 4.1), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna għall-finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi tan-netwerk IRIS tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell minħabba li l-finanzjament inkwistjoni kien meqjus kompatibbli mas-suq intern fir-rigward tal-kundizzjonijiet imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (13) (minn hawn 'il quddiem id-“Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005”) kif ukoll direttament fir-rigward tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 106(2) tat-TFUE) għall-missjonijiet ta' servizz pubbliku inkarigati qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 fid-19 ta' Diċembru tal-istess sena.

(6)

Wara dan, l-ilmentaturi ppreżentaw rikors għal annullament ta' din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali. Din tal-aħħar annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz tas-sentenza tas-7 ta' Novembru 2012 fil-Kawża T-137/10 (14) (ara wkoll it-taqsima 4.2), peress li qieset li din id-deċiżjoni kienet ġiet adottata bi ksur tad-drittijiet proċedurali tal-ilmentaturi. B'mod partikolari, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni kellha tesprimi dubji rigward il-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mas-suq intern, b'kunsiderazzjoni tal-argumenti mressqa mill-ilmentaturi f'dan ir-rigward. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, għaldaqstant, li l-Kummissjoni kellha tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali, sabiex tiġbor kull element rilevanti sabiex tivverifika l-kompatibbiltà tal-miżuri kollha ta' għajnuna inkwistjoni mas-suq intern, kif ukoll tippermetti lill-ilmentaturi u lill-partijiet interessati l-oħrajn iressqu l-kummenti tagħhom fil-kuntest tal-imsemmija proċedura (15).

(7)

B'ittra tal-1 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni infurmat lill-Belġju bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2), tat-TFUE fir-rigward tal-miżuri ta' finanzjament pubbliku lill-isptarijiet IRIS tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell.

(8)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura (minn hawn 'il quddiem id-“deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (16). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom fuq il-miżuri.

(9)

Permezz tal-ittra tat-22 ta' Ottubru 2014, l-awtoritajiet Belġjani talbu estensjoni tal-iskadenza biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ. Il-Kummissjoni tat din l-estensjoni permezz tal-ittra tat-23 ta' Ottubru 2014. Estensjoni oħra tal-iskadenza ntalbet permezz tal-posta elettronika tal-1 ta' Diċembru 2014 u din ingħatat mill-Kummissjoni permezz tal-ittra tat-2 ta' Diċembru 2014. Permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2014, ir-Renju tal-Belġju ssottometta l-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati (ara t-taqsima 5 aktar 'l isfel) fil-15 ta' Diċembru 2014, fil-5 ta' Jannar 2015 u fid-9 ta' Jannar 2015. Permezz tal-ittri tat-13 u tal-20 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lill-Belġju, li kellu l-possibbiltà li jirreaġixxi għalihom. Il-kummenti tal-Belġju waslu permezz tal-ittra datata t-13 ta' Marzu 2015 u rreġistrata fis-17 ta' Marzu 2015.

(11)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-fajl u interpretat ċerti elementi b'mod differenti mill-valutazzjoni li kienet tat fid-deċiżjoni annullata tagħha tal-2009.

2.   IL-KUNTEST

(12)

L-isptarijiet IRIS joperaw f'ambjent leġiżlattiv u regolatorju kkumplikat iddeterminat minn diversi awtoritajiet pubbliċi. Valutazzjoni globali tal-konformità tal-finanzjament pubbliku li minnu jibbenefikaw dawn l-isptarijiet mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat teħtieġ l-ewwel nett deskrizzjoni qasira tal-qafas leġiżlattiv u regolatorju applikabbli għall-isptarijiet IRIS. Din id-deskrizzjoni tinkludi preżentazzjoni tal-liġi CPAS (li fuq il-bażi tagħha nħolqu l-isptarijiet IRIS), storja qasira dwar il-ħolqien ta' dawn l-isptarijiet, rendikont tad-dokumenti leġiżlattivi u oħrajn li jirregolaw l-attivitajiet tal-isptarijiet IRIS, deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet ewlenin tal-isptarijiet IRIS kif ukoll lista tad-diversi mekkaniżmi ta' finanzjament applikabbli.

2.1.   Id-dritt għall-għajnuna soċjali u l-liġi CPAS

(13)

Fil-Belġju, id-dritt għall-għajnuna soċjali huwa dritt kostituzzjonali. L-Artikolu 23 tal-Kostituzzjoni Belġjana, b'mod partikolari, jistipula dan li ġej:

“Kulħadd għandu d-dritt li jgħix ħajja konformi mad-dinjità umana. Għal dan il-għan, il-liġi, id-digriet jew ir-regola msemmija fl-Artikolu 134 jiggarantixxu, b'kunsiderazzjoni tal-obbligi korrispondenti, id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tagħhom. Dawn id-drittijiet jinkludu fost l-oħrajn:

[…]

2o

id-dritt għas-sigurtà soċjali, għall-protezzjoni tas-saħħa u għall-assistenza soċjali, medika u legali.”

(14)

L-aċċess effettiv taċ-ċittadini għall-assistenza soċjali huwa rregolat prinċipalment mil-liġi organika tat-8 ta' Lulju 1976 (17) (minn hawn 'il quddiem il-“Liġi dwar is-CPAS”) li tistabbilixxi ċ-ċentri pubbliċi għall-azzjoni soċjali (minn hawn 'il quddiem is-“CPAS”). Dawn huma korpi pubbliċi li għandhom personalità ġuridika u jinsabu f'kull muniċipalità Belġjana. Is-CPAS huma mmexxija minn bord li l-membri tiegħu jiġu eletti mill-kunsill lokali tal-muniċipalità kkonċernata. Skont l-Artikolu 1 tal-Liġi dwar is-CPAS:

“Kull persuna għandha d-dritt għall-assistenza soċjali. Din għandha l-għan li tippermetti lil kulħadd jgħix ħajja konformi mad-dinjità umana. Qegħdin jinħolqu ċentri pubbliċi għall-assistenza soċjali li, fil-kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-liġi, għandhom il-kompitu li jipprovdu din l-assistenza.”

(15)

Fil-prattika, is-CPAS jipprovdi assistenza soċjali lill-persuni li ma għandhomx ir-riżorsi meħtieġa biex jgħixu ħajja konformi mad-dinjità umana u li ma jistgħux jibbenefikaw minn forom oħrajn ta' sigurtà soċjali (bħal pereżempju benefiċċji tal-qgħad). F'dan il-kuntest, l-Artikolu 57(1) tal-Liġi dwar is-CPAS jispeċifika li s-CPAS għandu l-kompitu li jipprovdi lill-persuni u lill-familji l-għajnuna dovuta mill-komunità. Huwa jiddeskrivi dan il-kompitu hekk:

“Dan mhux biss jipprovdi għajnuna palljativa jew kurattiva, iżda wkoll għajnuna preventiva. Huwa jħeġġeġ il-parteċipazzjoni soċjali tal-utenti. Din l-għajnuna tista' tkun materjali, soċjali, medika, mediko-soċjali jew psikoloġika.”

(16)

Kull CPAS huwa mistenni li jipprovdi assistenza soċjali lill-individwi u lill-familji, iżda kull wieħed għandu ċerta diskrezzjoni rigward kif għandha tingħata din l-assistenza. B'mod aktar preċiż, CPAS jista' jipprovdi din l-għajnuna:

jew huwa stess, b'mod dirett,

jew “ fejn jirriżulta meħtieġ u, jekk ikun il-każ, fl-ambitu ta' programm eżistenti ” ara wkoll il-premessa 19), permezz ta' stabbilimenti jew servizzi li joħloq (fuq il-bażi tal-Artikolu 60(6), tal-Artikolu 79 u tal-Artikolu 118 tal-Liġi dwar is-CPAS), f'liema każ is-CPAS li joħloq dan l-istabbiliment jew dan is-servizz huwa wkoll mistenni li jiddefinixxi l-iskop tiegħu. Kwalunkwe obbligu soċjali li s-CPAS jiddelega lil dan l-istabbiliment jew servizz għandu mbagħad jiġi assigurat skont dan l-iskop;

jew permezz ta' stabbilimenti jew servizzi li jikkollabora magħhom (l-Artikolu 61 tal-Liġi dwar is-CPAS), f'liema każ l-istabbilimenti jew is-servizzi inkwistjoni jridu jkunu nħolqu:

jew mis-CPAS stess (ara l-inċiż ta' qabel);

jew minn parti terza li wkoll tkun iddefinixxiet l-iskop tagħhom.

(17)

F'dawn l-aħħar żewġ każijiet, is-CPAS jiddelega (parti minn) l-obbligi tiegħu ta' assistenza soċjali biss sakemm din id-delega tkun konformi mal-iskop tal-istabbiliment li jikkollabora. Minn naħa, jekk l-istabbiliment inħoloq mis-CPAS, dan tal-aħħar jikkontrolla l-iskop tiegħu. Iżda fil-każ ta' stabbiliment kompletament separat (stabbiliment terz), il-kollaborazzjoni tkun limitata mill-iskop ta' dan l-istabbiliment.

(18)

L-obbligu legali magħmul lis-CPAS li jipprovdi assistenza soċjali, kemm jekk din l-assistenza tkun materjali, soċjali, medika, mediko-soċjali jew inkella psikoloġika, huwa l-istess irrispettivament mill-fatt li s-CPAS jipprovdi l-assistenza b'mod dirett jew permezz ta' stabbilimenti li joħloq jew li jikkollabora magħhom. L-Artikolu 57 tal-Liġi dwar is-CPAS jimponi lis-CPAS (u lilu biss) l-obbligu li jipprovdi din l-assistenza fi kwalunkwe każ. Kull tip ta' delega hija forma ta' twettiq ta' dan l-obbligu u ma teżentax lis-CPAS mir-responsabbiltà tiegħu li jwettaq, u li jkompli jwettaq, dan l-obbligu.

(19)

Ir-rekwiżiti li japplikaw fil-każ li CPAS ikun jixtieq joħloq stabbiliment jew servizz (pereżempju sptar) bl-għan li jwettaq (parti minn) il-kompitu tiegħu ta' assistenza soċjali huma definiti fl-Artikolu 60(6) tal-Liġi dwar is-CPAS:

“Iċ-ċentru pubbliku għall-assistenza soċjali għandu joħloq, fejn jirriżulta meħtieġ u, jekk ikun il-każ, fl-ambitu ta' programm eżistenti, stabbilimenti jew servizzi soċjali, ta' kura jew ta' prevenzjoni, jespandihom u jmexxihom.

Il-ħtieġa tal-ħolqien jew tal-estensjoni ta' stabbiliment jew ta' servizz trid tirriżulta minn fajl li jinkludi eżami tal-ħtiġijiet tal-muniċipalità u/jew tar-reġjun u tal-istabbilimenti jew is-servizzi simili li qegħdin jaħdmu diġà, deskrizzjoni tal-funzjonament, valutazzjoni eżatta tal-prezz tal-kost u tan-nefqa li trid issir kif ukoll, jekk possibbli, informazzjoni li tippermetti t-tqabbil ma' stabbilimenti jew servizzi simili.

Il-ħolqien jew l-estensjoni ta' stabbilimenti jew servizzi li jistgħu jibbenefikaw minn sussidji fil-livell ta' investimenti kif ukoll ta' funzjonament, jista' jkun deċiż biss fuq il-bażi ta' fajl li juri li l-kundizzjonijiet previsti mil-liġi jew mir-regoli organiċi għall-għoti ta' dawn is-sussidji huma rispettati.

Mingħajr preġudizzju għall-awtorizzazzjonijiet li jridu jinkisbu mingħand awtoritajiet pubbliċi oħrajn, id-deċiżjoni li jinħoloq jew li jiġi estiż stabbiliment jew servizz, diment li tkun ser tinvolvi nefqa mill-baġit muniċipali jew li tkun ser iżżidu, hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-kunsill lokali.”

(20)

L-obbligu impost mill-Artikolu 57 tal-Liġi dwar is-CPAS li tingħata assistenza (soċjali, medika, mediko-soċjali jew psikoloġika) lill-individwi jew lill-familji huwa:

ġenerali: l-assistenza trid tingħata irrispettivament mit-twemmin ideoloġiku, filosofiku jew reliġjuż tal-benefiċjarji (l-Artikolu 59 tal-Liġi dwar is-CPAS) u min-nuqqas ta' mezzi li jista' jkollha l-persuna kkonċernata. Is-CPAS għandu l-kompitu speċifiku li jipprovdi assistenza skont l-istat ta' faqar tal-persuna interessata. Abbażi ta' dan, kull CPAS huwa mistenni li jagħti assistenza lil kulħadd. Jekk joħloq stabbiliment jew servizz biex jissodisfa l-kompitu tiegħu, dan l-istabbiliment jew dan is-servizz huwa soġġett għall-istess obbligu;

mingħajr limitu ta' żmien: l-assistenza għandha tingħata sakemm iddum teżisti l-ħtieġa soċjali. Għalhekk is-CPAS huwa mistenni li jassigura l-kontinwità tal-assistenza u, għaldaqstant, tal-istabbiliment jew tas-servizz li jipprovdi din l-assistenza.

(21)

Fuq il-bażi tal-prinċipju tal-awtonomija muniċipali, kull CPAS, fil-muniċipalità rispettiva tiegħu, għandu jiddeċiedi b'mod awtonomu, skont il-Liġi dwar is-CPAS, dwar l-aħjar mod kif jirrispetta l-obbligu tiegħu ta' assistenza soċjali (inkluża dik medika). L-għażla kostituzzjonali li l-assistenza soċjali tiġi organizzata fil-livell muniċipali hija ggwidata wkoll mix-xewqa u l-ħtieġa li tiġi implimentata politika ta' assistenza soċjali qrib kemm jista' jkun tal-popolazzjoni. Meta CPAS jiddeċiedi li joħloq stabbiliment ta' kura tas-saħħa sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' kura tal-popolazzjoni lokali, l-istabbiliment li jinħoloq ikun irregolat kemm mil-Liġi dwar is-CPAS kif ukoll mill-qafas regolatorju federali applikabbli għall-isptarijiet (ara l-premessa (32), li japplika għall-isptarijiet kollha jkun xi jkun l-istatus tagħhom (pubbliku jew privat) u li jiggarantixxi sistema organizzattiva komuni għall-pajjiż kollu. Madankollu, għall-kuntrarju tal-isptarijiet privati, l-isptarijiet maħluqa minn CPAS, bħall-isptarijiet IRIS, għandhom l-għan prinċipali li jikkontribwixxu b'mod kontinwu għall-forniment ta' assistenza soċjali. In-natura eżatta tal-obbligi imposti fuq l-isptarijiet IRIS fir-rigward tal-assistenza soċjali (ara wkoll it-taqsima 7.3.4.1 aktar 'l isfel) hija definita fl-istatuti tal-isptarijiet IRIS u fil-pjanijiet strateġiċi tal-IRIS skont il-preskrizzjonijiet tal-Liġi dwar is-CPAS (u b'mod partikolari l-Artikoli 120 u 135(d) ta' din il-liġi).

(22)

Fl-aħħar nett, abbażi tal-Artikolu 106 tal-Liġi dwar is-CPAS, il-muniċipalitajiet huma obbligati li jkopru d-defiċit tas-CPAS tagħhom meta dawn ma jkollhomx mezzi suffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż relatati mal-obbligi ta' assistenza soċjali tagħhom.

2.2.   Il-ħolqien tal-isptarijiet IRIS

(23)

Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessa 15), l-assistenza soċjali pprovduta mis-CPAS tinkludi l-assistenza medika u mediko-soċjali u tista' tkun kemm preventiva kif ukoll kurattiva. Din l-assistenza tista' tingħata kemm i) direttament mis-CPAS, kif ukoll ii) permezz ta' parti terza (pereżempju sptar privat) filwaqt li tiġi rrispettata l-awtonomija ġuridika tagħha jew, iii) b'mod partikolari jekk is-CPAS ikun jixtieq jikkontrolla l-mod kif jintlaħqu dawn l-għanijiet, permezz tal-ħolqien ta' stabbiliment jew servizz inkarigat li jwettaq parti mill-kompitu tiegħu (dan il-kompitu mbagħad ikun definit fl-istatuti ta' dan l-istabbiliment jew ta' dan is-servizz u, fil-każ tal-isptarijiet IRIS, fil-pjanijiet strateġiċi tal-IRIS (ara l-premessi 16 u 21). Biex iwettqu l-kompitu tagħhom ta' assistenza medika, is-CPAS ħolqu u għadhom qegħdin imexxu (waħedhom jew f'kollaborazzjoni) sptarijiet f'diversi bliet u muniċipalitajiet Belġjani.

(24)

Fil-passat, is-CPAS tas-sitt muniċipalitajiet ta' Brussell ikkonċernati (18) pprovdew huma stess assistenza soċjali medika u soċjo-medika permezz ta' tmien sptarijiet pubbliċi (19) mqassma fuq tmien siti differenti. Dawn l-isptarijiet kienu mmexxija direttament mis-CPAS rispettivi tagħhom u ma kellhomx personalità ġuridika. Għaldaqstant kien ċar li dawn l-isptarijiet kienu qegħdin jikkontribwixxu biex jissodisfaw l-obbligu ta' assistenza soċjali tas-CPAS rispettivi tagħhom. Madankollu, matul l-ewwel nofs tas-snin disgħin, l-awtoritajiet pubbliċi ta' Brussell qiesu li d-defiċits strutturali ta' dawn l-isptarijiet kienu qegħdin jipperikolaw is-sostenibbiltà tagħhom. Biex jiggarantixxu s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà fit-tul tal-isptarijiet pubbliċi ta' Brussell, dawn l-awtoritajiet pubbliċi ddeċidew li jirristrutturawhom.

(25)

L-ewwel fażi ta' dan ir-ristrutturar tnediet fid-19 ta' Mejju 1994 bl-iffirmar ta' ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Gvern Federali Belġjan, ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell u l-Kummissjoni Komunitarja Konġunta ta' Brussell għall-politika tal-isptarijiet. Dan il-ftehim kien jipprovdi l-implimentazzjoni ta' patt ta' ristrutturar li jiggarantixxi s-sostenibbiltà tas-servizzi tal-isptarijiet pubbliċi u lokali. Kif jindika l-Artikolu 2 ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni:

“Dan il-patt ta' ristrutturar għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

il-provvediment ta' garanziji rigward iż-żamma, min-naħa tal-ispeċifiċità tal-isptarijiet pubbliċi, fost oħrajn permezz tal-għażla tal-istrutturi ġuridiċi u ta' koordinazzjoni li jassiguraw preponderanza tas-settur pubbliku fil-korpi ta' ġestjoni u l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, tal-bażi lokali, permezz tat-tisħiħ tar-rappreżentanza ta' membri eletti direttament fil-kompożizzjoni tal-korpi ta' ġestjoni.” (20)

(26)

Għal dan il-għan, il-preambolu tal-ftehim ta' kooperazzjoni jipprevedi dan li ġej:

“Peress li d-defiċit finanzjarju li għandhom l-isptarijiet pubbliċi li jinsabu fit-territorju tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell fil-fatt laħaq proporzjonijiet inkwetanti;

Li, minkejja diversi pjanijiet ta' konsolidazzjoni, l-istabbiltà finanzjarja ta' dawn l-istituzzjonijiet tirriżulta ferm prekarja u minħabba f'hekk tfixkel, strutturalment, il-baġits muniċipali;

Peress li huwa meħtieġ, f'dawn il-każijiet li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u ta' kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet u ċ-ċentri pubbliċi ta' assistenza soċjali u l-assoċjazzjonijiet maħluqa skont il-Kapitolu XII tal-Liġi Organika tat-8 ta' Lulju 1976 dwar iċ-ċentri pubbliċi ta' assistenza soċjali, responsabbli mid-diversi sptarijiet pubbliċi li jinsabu fit-territorju tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell;

Peress li dawn il-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u ta' kooperazzjoni huma tali li jassiguraw is-sostenibbiltà tal-isptarijiet pubbliċi, billi jinkoraġġixxu s-sinerġiji ta' tagħmir u infrastruttura, kif ukoll tal-mezzi ta' ġestjoni u ta' żvilupp tagħhom u li jikkontribwixxu sabiex jirrimedjaw id-defiċi tal-baġits muniċipali;

Peress li dan il-ftehim ma jibdilx ir-regoli ta' finanzjament tal-isptarijiet iżda jara biss li jirrimedja d-defiċit strutturali li qed jolqot liċ-ċentri pubbliċi ta' assistenza soċjali u lill-muniċipalitajiet.”  (21)

(27)

Huwa abbażi ta' dan li, fit-22 ta' Diċembru 1995, il-Kummissjoni Komunitarja Konġunta ta' Brussell adottat Ordinanza li ddaħħal Kapitolu XII(a) fil-verżjoni tal-Liġi dwar is-CPAS li tapplika għar-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Ix-xogħlijiet ta' tħejjija ta' din l-Ordinanza (22) jirreferu għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni tad-19 ta' Mejju 1994 (ara l-premessa 25), li l-għan ewlieni tiegħu kien li jiggarantixxi, permezz tar-ristrutturar propost, is-sostenibbiltà tal-isptarijiet pubbliċi ta' Brussell (23).

(28)

Ir-ristrutturar kien primarjament ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:

iċ-ċessjoni, mis-CPAS, tal-ġestjoni diretta tal-isptarijiet pubbliċi tagħhom lil persuni ġuridiċi maħluqa ġodda (imsejħin “assoċjazzjonijiet tal-Kapitolu XII”) stabbiliti mis-CPAS (flimkien mal-muniċipalitajiet ikkonċernati, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lit-tobba tal-isptar u, fejn kien meħtieġ, l-Université libre de Bruxelles (ULB) u/jew il-Vrije Universiteit Brussel (VUB).

B'dan, is-CPAS irrinunzjaw għad-deċiżjoni preċedenti tagħhom li jmexxu huma stess l-isptarijiet tagħhom. Kif jippermettu l-Artikolu 60(6), u l-Artikolu 118 tal-Liġi dwar is-CPAS (ara l-premessa 19), is-CPAS iddeċidew li joħolqu assoċjazzjoni li tippermettilhom jagħtu assistenza medika u mediko-soċjali lill-komunità.

Minħabba dan, l-isptarijiet pubbliċi ta' Brussel ġew likwidati u l-attivitajiet tagħhom ġew trasferiti lil tmien assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet lokali stabbiliti abbażi tal-Kapitolu XII tal-Liġi dwar is-CPAS. L-isptarijiet IRIS kisbu b'hekk l-awtonomija ġuridika u finanzjarja (24) tagħhom fl-1 ta' Jannar 1996. Inħolqu dawn it-tmien assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet li ġejjin: is-CHU Brugmann — HUDERF, is-CH Brien, is-CHU Saint-Pierre (CHU-SP), is-CH Etterbeek-Ixelles, is-CH Baron Lambert, is-CH Bracops, is-CH Molière u l-Institut Bordet (IB).

Wara dawn it-tmien sptarijiet, filwaqt li nżammu s-siti eżistenti, ġew iggruppati f'ħames sptarijiet IRIS kif għadhom sal-lum. Is-CHU Brugmann (CHU-B) u l-Isptar Universitarju tat-tfal Reine Fabiola (HUDERF) inqasmu f'żewġ entitajiet ġuridiċi separati fl-1 ta' Jannar 1997. Fl-1 ta' Lulju 1999, is-CHU Brugmann u s-CH Brien ġew iggruppati f'entità waħda msejħa CHU Brugmann. F'din l-istess data, is-CH Etterbeek-Ixelles, is-CH Baron Lambert, is-CH Bracops, is-CH Molière ingħaqdu biex jiffurmaw l-Hôpitaux Iris Sud. F'din id-deċiżjoni, ħlief jekk jiġi indikat mod ieħor, il-kliem “sptarijiet IRIS” jirreferi għal dawn il-ħames assoċjazzjonijiet ta' sptarijiet lokali attwali (25);

il-ħolqien ta' struttura ċentrali msejħa IRIS (fuq il-bażi tal-Kapitolu XII(a) tal-Liġi dwar is-CPAS) li għandha tassigura l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-isptar ta' kull assoċjazzjoni tal-Kapitolu XII (26). L-istruttura ċentrali IRIS għandha l-għan ewlieni li tilħaq stabbiltà finanzjarja sostenibbli għall-attivitajiet tal-isptar imwettqa mill-isptarijiet IRIS. Il-kompiti ewlenin tagħha huma l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-isptarijiet IRIS, it-tfassil ta' pjan strateġiku għan-netwerk IRIS, it-titjib tal-kwalità tas-servizzi offruti u l-kontroll tal-baġit tan-netwerk.

(29)

B'mod konformi mal-Kapitolu XII tal-Liġi dwar is-CPAS, kull waħda mill-assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet lokali hija stabbilita fuq il-bażi ta' statuti li, fost oħrajn, jiddefinixxu l-għan tagħha, id-drittijiet u l-obbligi tal-membri tagħha kif ukoll il-korpi tagħha li jieħdu d-deċiżjonijiet (27). Kull waħda mill-assoċjazzjonijiet għandha assemblea ġenerali u bord tad-diretturi li fihom id-diversi partijiet li ħolqu l-assoċjazzjoni (ara l-premessa 28) huma rrappreżentati, iżda r-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi (jiġifieri l-muniċipalità u s-CPAS) għandhom il-maġġoranza tas-siġġijiet f'dawn il-korpi ta' teħid ta' deċiżjonijiet (28). Ma hemm l-ebda dubju għalhekk li kull sptar IRIS huwa kkontrollat mill-awtoritajiet pubbliċi. Bl-istess mod, il-muniċipalitajiet u s-CPAS għandhom maġġoranza kbira fl-assemblea ġenerali u l-bord tad-diretturi tal-istruttura ċentrali IRIS.

(30)

Il-Kapitolu XII(a) tal-Liġi dwar is-CPAS jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-regoli ta' kontroll u ta' superviżjoni amministrattiva li japplikaw għall-assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet lokali. B'mod aktar preċiż, l-organizzazzjoni ċentrali IRIS trid tistabbilixxi pjan strateġiku li jinvolvi lill-assoċjazzjonijiet lokali tal-Kapitolu XII. Fuq il-bażi ta' dan il-pjan, kull assoċjazzjoni tal-isptarijiet lokali trid tistabbilixxi pjanijiet ta' ġestjoni u pjanijiet finanzjarji u tippreżentahom lill-IRIS għall-approvazzjoni (ara l-Artikolu 135(d) tal-Liġi dwar is-CPAS). L-assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet lokali jridu wkoll jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-IRIS qabel ma jieħdu ċerti deċiżjonijiet kbar (ara l-Artikolu 135(e)) u huma soġġetti għal kontroll kull tliet xhur mill-IRIS (ara l-Artikolu 135(g)). L-IRIS taħtar ukoll kummissarju għal kull assoċjazzjoni ta' sptarijiet lokali; dan jipparteċipa fil-laqgħat tal-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet ta' dawn l-assoċjazzjonijiet u għandu d-dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet li ma jkunux konformi mad-deċiżjonijiet li tieħu l-IRIS (ara l-Artikolu 135(h)).

(31)

Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessi 31 u 32 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, ir-ristrutturar tal-isptarijiet pubbliċi ta' Brussell issorveljati u mmexxija mis-CPAS kien jinkludi wkoll komponent finanzjarju. B'mod aktar preċiż, permezz tal-Fonds régional bruxellois de refinancement des trésoreries communales (minn hawn 'il quddiem l-“FRBRTC”), ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell ta self ta' erba' (4) biljun frank Belġjan (madwar EUR 100 miljun) fuq perjodu ta' 20 sena lill-muniċipalitajiet li jmexxu sptar pubbliku (permezz tas-CPAS rispettivi tagħhom) (29). Dawn il-muniċipalitajiet imbagħad għaddew dawn il-fondi lill-isptarijiet pubbliċi tagħhom sabiex ikopru parti mill-obbligazzjoni finanzjarja tagħhom (30). Fis-6 ta' Ġunju 1996, ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell iddeċieda li ma jitlobx ir-rimborż tas-self u tal-imgħaxijiet sakemm il-ftehimiet dwar ir-ristrutturar ikunu implimentati kompletament u l-pjanijiet finanzjarji jkunu rrispettati.

2.3.   Il-qafas regolatorju applikabbli għall-isptarijiet IRIS

(32)

Jirriżulta b'mod ċar mit-taqsima preċedenti li l-isptarijiet IRIS inħolqu fuq il-bażi tal-Liġi dwar is-CPAS biex is-CPAS ikunu jistgħu jirrispettaw l-obbligi tagħhom ta' assistenza soċjali. Dawn l-isptarijiet huma għalhekk irregolati l-ewwel nett mil-liġi dwar is-CPAS. Madankollu, bħala sptarijiet, huma wkoll soġġetti għal-Liġi Koordinata dwar l-Isptarijiet (loi coordonnée sur les hôpitaux — LCH) (31) tas-7 ta' Awwissu 1987, li l-Artikolu 147 tagħha (li issa sar l-Artikolu 163 tal-LCH fil-verżjoni tagħha tal-10 ta' Lulju 2008) (32) jipprovdi dan li ġej:

“F'dak li jirrigwarda l-isptarijiet immexxija minn Ċentru Pubbliku ta' Assistenza Soċjali u t-tobba li jaħdmu f'dawn l-isptarijiet, id-dispożizzjonijiet ta' din il-Liġi Koordinata jikkompletaw il-Liġi Organika tat-8 ta' Lulju 1976 taċ-Ċentri Pubbliċi ta' Assistenza Soċjali u b'mod partikolari l-Artikoli 48, 51, 52, 53, 54, 55, 56 u 94 ta' din il-liġi.”

(33)

L-LCH tiddefinixxi, fost l-oħrajn, it-tipi ta' sptarijiet li jistgħu jkunu akkreditati uffiċjalment (33); il-kundizzjonijiet ta' ġestjoni ta' sptar u l-istrutturar tal-attività medika (34); il-programmazzjoni tal-isptar (35); l-istandards u l-kundizzjonijiet tal-akkreditazzjoni tal-isptarijiet u tas-servizzi tal-isptar (36); ir-relazzjonijiet legali bejn sptar u t-tobba tal-isptarijiet, l-istatut finanzjarju tat-tobba tal-isptar, li jinkludi, b'mod partikolari, il-ġbir u l-iffissar tal-ħlasijiet, il-kontenut tal-ħlasijiet u l-allokazzjoni tal-ħlasijiet miġbura ċentralment (37).

(34)

Barra minn hekk l-isptarijiet IRIS huma wkoll soġġetti għar-regoli stabbiliti mill-istatuti tal-assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet lokali li jispeċifikaw, fost oħrajn, l-iskop tal-isptarijiet IRIS kif ukoll id-drittijiet u d-dmirijiet tal-membri tal-assoċjazzjoni (ara wkoll il-premessa 29).

(35)

Fl-aħħar nett, l-assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet lokali huma ssorveljati mill-organizzazzjoni ċentrali IRIS, li jillimita l-kapaċità tagħhom li jieħdu ċerti deċiżjonijiet finanzjarji jew ta' ġestjoni waħedhom (ara l-premessa 30). Ta' min jinnota li l-organizzazzjoni ċentrali IRIS tadotta pjanijiet strateġiċi multiannwali li jinvolvu lill-assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet lokali, kif jipprevedi l-Artikolu 135(d) tal-Liġi dwar is-CPAS.

(36)

Għaldaqstant, il-qafas regolatorju li fih joperaw l-isptarijiet IRIS huwa magħmul mil-Liġi dwar is-CPAS, mil-LCH, mill-istatuti tal-assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet lokali u mill-pjanijiet strateġiċi vinkolanti adottati mill-organizzazzjoni ċentrali faîtière IRIS.

2.4.   L-attivitajiet ewlenin tal-isptarijiet IRIS

(37)

L-attività ewlenija tal-isptarijiet IRIS tikkonsisti fil-forniment ta' servizzi ta' sptarijiet lill-pazjenti tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell. L-isptarijiet IRIS jimpjegaw b'kollox kważi 10 000 persuna, jagħmlu aktar minn miljun konsultazzjoni fis-sena u jikkostitwixxu l-akbar servizz ta' emerġenza fil-Belġju. Huma jipproponu servizzi mediċi kompluti f'kull qasam mediku ewlieni. Tnejn minnhom huma speċjalizzati f'dixxiplini speċifiċi (l-Isptar Universitarju tat-Tfal Reine Fabiola huwa speċjalizzat fil-pedjatrija, filwaqt li l-Institut Bordet huwa speċjalizzat fl-onkoloġija).

(38)

Minbarra s-servizzi mediċi, l-isptarijiet IRIS jipprovdu wkoll sensiela ta' attivitajiet soċjali relatati. B'mod partikolari, l-assistenti soċjali tal-isptarijiet IRIS jipprovdu għajnuna lill-pazjenti żvantaġġjati u lill-familji tagħhom sabiex isolvu u jimmaniġġjaw diffikultajiet amministrattivi, finanzjarji, interpersonali u soċjali.

(39)

Il-ħames sptarijiet IRIS bħalissa jipprovdu s-servizzi mediċi tagħhom u s-servizzi soċjali relatati permezz ta' netwerk ta' ħdax-il sit fi Brussell. Dawn is-siti huma mifruxa f'sitt muniċipalitajiet (jiġifieri Anderlecht, il-Belt ta' Brussell, Etterbeek, Forest, Ixelles u Schaerbeek).

(40)

L-isptarijiet IRIS jiddeskrivu l-kompitu tagħhom kif ġej: “[m]it-twelid sal-mewt, l-isptarijiet tagħna qegħdin għas-servizz ta' kull individwu, fi kwalunkwe mument ta' ħajtu, u jkunu xi jkunu l-problemi mediċi tiegħu.” (38). Għaxra mill-11-il sit tal-isptarijiet IRIS jinsabu f'muniċipalitajiet fejn id-dħul medju ma jaqbiżx id-dħul medjan (39) tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Fuq il-bażi ta' klassifika stabbilita mis-Servizz Pubbliku Federali tas-Saħħa Pubblika (ara t-tabella li turi din il-klassifika fil-premessa 185), it-tliet sptarijiet il-kbar IRIS li joffru servizzi kompluti [CHU Saint-Pierre, CHU Brugmann u l-isptarijiet Iris Sud (HIS) huma t-tliet sptarijiet li l-pazjenti tagħhom għandhom l-aktar profil soċjoekonomiku vulnerabbli fil-Belġju. Din is-sitwazzjoni hija kkonfermata wkoll mill-fatt li fl-2012, kważi 11 % tal-pazjenti kollha li daħlu fis-CHU Saint-Pierre u fis-CHU Brugmann ma kellhomx l-assigurazzjoni medika li hija obbligatorja fil-Belġju u ma kinux f'qagħda li jħallsu għall-kura tagħhom, u li 15 % tal-pazjenti ta' dawn l-isptarijiet kienu (wkoll) jiddependu mill-appoġġ tas-CPAS.

(41)

Fl-aħħar nett, l-isptarijiet IRIS joffru wkoll ċertu numru ta' attivitajiet relatati (pereżempju, it-trasport bl-ambulanza tal-pazjenti bejn l-isptarijiet, daycare għat-tfal tal-membri tal-persunal, djar ta' kura u tal-mistrieħ għall-anzjani, skejjel tal-infermiera, tar-riċerka, faċilitajiet residenzjali bis-servizzi, istituzzjonijiet ta' kura psikjatrika, ħanut għall-pazjenti u l-viżitaturi, il-kiri ta' settijiet tat-televiżjoni lill-pazjenti, il-kiri ta' kmamar lil persuni terzi, kantin u faċilitajiet ta' parkeġġ). Dawn l-attivitajiet relatati jirrappreżentaw biss perċentwali żgħir ħafna tal-attivitajiet kollha tal-isptarijiet IRIS, kif jixhed il-kontribut żgħir tagħhom (inqas minn medja ta' 2 %) għad-dħul totali tal-isptarijiet IRIS.

(42)

Dawn l-attivitajiet kollha jirrappreżentaw l-ispejjeż u d-dħul tal-isptarijiet IRIS. L-ispejjeż li dawn iġorru huma wkoll iddeterminati, minbarra mill-attivitajiet partikolari tagħhom, mill-istatus tagħhom ta' sptarijiet pubbliċi, li jimponi fuqhom ċertu numru ta' restrizzjonijiet li l-isptarijiet privati ma għandhomx. L-ispejjeż operattivi tal-isptarijiet IRIS li jirriżultaw mis-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (minn hawn 'il quddiem “SIEĠ”) u mill-attivitajiet relatati tagħhom, żdiedu, b'mod partikolari, minħabba fatturi bħal:

l-obbligu li jħallsu bonusijiet għall-ħiliet lingwistiċi (40) lill-impjegati bilingwi, li jfisser spiża annwali stmata (41) għal EUR […] (42) miljun imħallsa mill-isptarijiet IRIS;

l-iskema ta' pensjonijiet applikabbli għall-impjegati statutorji (43) (uffiċjali mlaħħqa), aktar ġeneruża mill-iskema applikabbli għall-impjegati tas-settur privat u li għaliha l-isptarijiet IRIS iridu jikkontribwixxu madwar EUR […] miljun fis-sena;

l-ispejjeż marbuta mal-mard fit-tul tal-impjegati statutorji (44), li jridu jitħallsu mill-isptarijiet IRIS (u mhux mis-sistema ta' sigurtà soċjali), li jammontaw għal madwar EUR […] miljun fis-sena;

iż-żidiet fl-iskala tal-pagi imposti fuq l-isptarijiet IRIS mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell (45), li jiddefinixxi l-iskali tal-pagi applikabbli għall-impjegati muniċipali, għas-CPAS u għall-isptarijiet IRIS u li jkopri biss 60 % ta' dawn iż-żidiet, li jħalli spiża annwali ta' madwar EUR […] miljun għall-isptarijiet IRIS;

il-kontribuzzjonijiet obbligatorji tal-isptarijiet IRIS għall-ispejjeż tal-organizzazzjoni ċentrali IRIS (46), li jwasslu għal spiża annwali ta' madwar EUR […] miljun.

(43)

Dawn l-ispejjeż residwi jridu jitħallsu mill-isptarijiet IRIS u mhumiex koperti minn sorsi oħrajn ta' finanzjament pubbliku (bħal pereżempju l-BMF, ara l-premessa 46(a)).

2.5.   Il-mekkaniżmi ta'finanzjament u l-mekkaniżmi ta' kontabbiltà tal-isptarijiet IRIS

2.5.1.   Il-mekkaniżmi ta' finanzjament

(44)

Il-prinċipju fundamentali ta' finanzjament tal-isptarijiet IRIS huwa minqux fl-Artikolu 46 (47) tal-istatuti ta' kull waħda mill-ħames assoċjazzjonijiet ta' sptarijiet lokali (ara l-premessi 28-29), li jistipulaw dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu mija u disgħa tal-Liġi tas-sebgħa ta' Awwissu elf disa' mija sebgħa u tmenin dwar l-isptarijiet, il-qligħ tas-sena għandu jiġi allokat bejn il-membri li għandhom mill-inqas għoxrin fil-mija tal-voti kollha fl-Assemblea Ġenerali, b'deliberazzjoni tal-Assemblea Ġenerali.”  (48)

Fuq din il-bażi, il-muniċipalitajiet u s-CPAS huma obbligati li jassorbu kompletament id-defiċit kollu li jkollhom l-isptarijiet IRIS u ddikjarat fil-kontijiet finanzjarji tagħhom. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 106 tal-Liġi dwar is-CPAS, il-muniċipalitajiet huma mistennija jkopru kull defiċit iġġenerat mis-CPAS (ara l-premessa 22). Għaldaqstant, il-muniċipalitajiet (b'mod dirett u minħabba l-obbligu tagħhom ta' finanzjament vis-à-vis is-CPAS rispettivi tagħhom) jiggarantixxu eventwalment is-sostenibbiltà tal-isptarijiet IRIS filwaqt li jkopru kompletament kwalunkwe defiċit li dawn l-isptarijiet jistgħu jiġġeneraw.

(45)

Huwa ovvju li l-limitu safejn il-muniċipalitajiet u s-CPAS għandhom jintervjenu sabiex ikopru d-defiċits eventwali ġġenerati mill-isptarijiet IRIS skont l-Artikolu 46 tal-istatuti rispettivi tagħhom jiddependu minn kemm l-isptarijiet IRIS huma kapaċi jkopru l-ispejjeż tagħhom b'sorsi oħrajn ta' finanzjament.

(46)

L-LCH tiddeskrivi ħames sorsi ta' finanzjament aċċessibbli bl-istess mod għall-isptarijiet pubbliċi u privati. L-ispejjeż tal-operat tal-isptarijiet Belġjani huma prinċipalment koperti mill-ewwel tlieta (49), filwaqt li r-raba' u l-ħames jirrigwardaw l-ispejjeż ta' investiment tal-isptarijiet.

(a)

L-ewwel sors ta' finanzjament huwa l-Fond Baġitarju (budget des moyens financiers — “BMF”) (50), li jiġi stabbilit mill-Ministru Federali għas-Saħħa Pubblika u li jqis biss il-kura fl-isptarijiet li tiġġenera rimborż mis-sigurtà soċjali. Il-BMF ikun stabbilit għal kull sptar fil-limiti tal-baġit globali tal-Istat Federali. Il-baġit federali disponibbli jitqassam bejn l-isptarijiet kollha u mhux bilfors ikopri l-ispejjeż kollha ammissibbli tagħhom. Mill-2002, il-baġit għal kull sptar huwa ddeterminat prinċipalment skont in-numru ta' ġranet li fihom tkun ingħatat kura matul is-sena preċedenti. Dan l-ammont speċifiku mbagħad jitħallas lil kull sptar b'żewġ modi differenti. B'mod aktar preċiż, madwar 85 % (il-parti fissa) ta' dan l-ammont jitħallsu lill-isptarjiet kull xahar, filwaqt li l-15 % li jifdal (il-parti varjabbli) jitħallsu abbażi tal-ammissjonijiet attwali u l-ġranet ta' kura maħduma fl-isptar matul is-sena. Fl-aħħar ta' kull sena, il-BMF jiġi kkalkulat mill-ġdid skont iċ-ċifri attwali tas-sena u skont ir-riżultat ta' dan il-kalkolu, l-isptar jirċievi jew ikollu jirrimborża ċertu ammont. Il-BMF huwa rregolat fid-dettall mid-Digriet Irjali tal-25 ta' April 2002, li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet u r-regoli applikabbli għall-iffissar tal-BMF mogħti lill-isptar. B'mod partikolari, id-Digriet Irjali jiddetermina l-modalitajiet tal-iffissar tal-BMF, it-tipi ta' spejjeż li jistgħu jkunu koperti mill-Istat u l-kriterji li jeħtieġ li jiġu applikati f'dan ir-rigward (51). Wieħed jinnota li l-BMF ma ġiex stabbilit biex ikopri l-ispejjeż reali ta' kull sptar, iżda minflok huwa jiġi ffissat fil-forma ta' finanzjament f'daqqa bbażat fuq l-ispejjeż reali storiċi ta' dawn l-isptarijiet. Minħabba f'dan, jista' jkun li l-BMF ma jkunx suffiċjenti f'każ ta' żieda konsiderevoli fl-ispejjeż jew ta' żviluppi oħrajn fl-organizzazzjoni u l-istruttura tal-ispejjeż ta' sptar.

(b)

It-tieni sors ta' finanzjament ġej mill-ammonti riċevuti taħt is-sigurtà soċjali, jiġifieri mħallsa mill-Istitut Nazzjonali għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa u d-Diżabbiltà (Institut national d'assurance maladie-invalidité — “INAMI”) lill-isptarijiet għall-kura li jagħtu lill-pazjenti tagħhom. Dan il-finanzjament huwa bbażat fuq il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa u tad-Diżabbiltà (52), jew il-verżjoni konsolidata tagħha stabbilita fil-Liġi tal-14 ta' Lulju 1994 (53), li tiddefinixxi l-iskema tas-sigurtà soċjali fil-Belġju f'dak li jirrigwarda l-mard u d-diżabbiltà u li tispeċifika s-servizzi mediċi u l-mediċini li jistgħu jkunu kkumpensati mis-sigurtà soċjali. L-isptarijiet jitolbu direttament lill-INAMI parti mill-ħlasijiet tat-tobba u tal-ispejjeż korrispondenti għall-mediċini pprovduti lill-pazjenti. L-ammonti li jitħallsu mill-INAMI madankollu ma jkoprux l-ispejjeż kollha mġarrba mill-isptarijiet biex jipprovdu s-servizzi tagħhom. Minħabba f'hekk, l-isptarijiet li ma għandhomx sorsi oħrajn suffiċjenti ta' finanzjament huma f'riskju li jagħmlu telf.

(c)

It-tielet sors ta' finanzjament huwa magħmul mill-ħlasijiet diretti lill-isptarijiet mill-pazjenti jew mill-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa privata tagħhom. Dawn il-ħlasijiet huma meħtieġa peress li s-sigurtà soċjali ma tkoprix il-ħlasijiet kollha tat-tobba u lanqas il-prezz tal-mediċini u provvisti oħrajn (pereżempju, impjanti). Barra minn hekk, meta l-pazjenti jagħżlu kamra individwali, jistgħu jintalbu ħlasijiet addizzjonali minbarra l-prezz normali tal-ammissjoni fl-isptar u mill-ħlasijiet normali tat-tobba (it-tariffi standard mitluba għal kull trattament jiġu miżjuda). Fl-aħħar nett, il-pazjenti jistgħu wkoll jintalbu ħlasijiet addizzjonali għall-użu ta' ċerti servizzi komplementari (pereżempju, il-kiri ta' televixin, l-użu tal-parkeġġ tal-isptar, eċċ.).

Il-ħlasijiet kollha li jsiru mill-pazjenti jew persuni terzi li huma maħsuba biex iħallsu s-servizzi tat-tobba tal-isptar u li jirrigwardaw lill-pazjenti ammessi fl-isptar, iridu jitħallsu b'mod ċentrali mill-isptar (54). L-isptarijiet u t-tobba tagħhom jikkonkludu ftehimiet li jiddeterminaw il-perċentwal tat-tnaqqis li l-isptarijiet jistgħu japplikaw sabiex ikopru l-kost tal-ġbir tal-ħlasijiet u l-ispejjeż l-oħrajn li mhumiex iffinanzjati mill-BMF (55). Bl-istess mod tal-ħlasijiet normali tat-tobba, l-isptarijiet jistgħu japplikaw tnaqqis fuq parti mis-supplimenti msemmija hawn fuq sabiex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom (dejjem skont il-ftehim konkluż bejn l-isptar u t-tobba tiegħu). Parti mill-ħlasijiet lit-tobba ma sservix għalhekk biex tħallas lilhom, iżda biex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-isptarijiet.

(d)

Ir-raba' sors ta' finanzjament huwa speċifikament maħsub biex ikopri l-ispejjeż ta' investiment li jkollhom dawn l-isptarijiet. L-investimenti tal-isptarijiet huma prinċipalment iffinanzjati mill-Istat (il-Gvern Federali u r-reġjun ikkonċernat iħallsu parti kull wieħed) u l-parti li jifdal hija ffinanzjata mill-ekwità tal-isptarijiet flimkien ma' self mill-banek. Il-finanzjament mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi huwa maħsub biex ikopri l-ispejjeż ta' kostruzzjoni u ta' rikondizzjonament ta' sptar jew ta' servizz, kif ukoll l-ispejjeż tat-tagħmir oriġinali u tal-ewwel akkwisti ta' apparat mediku (56). Is-sussidji għall-investiment huma limitati (pereżempju, għal ammont f'darba għal kull metru kwadru jew għal kull unità).

(e)

Il-ħames u l-aħħar sors ta' finanzjament pubbliku huwa marbut mal-investimenti u jirrigwarda l-ispejjeż tal-istudju u t-tfassil ta' proġetti ta' kostruzzjoni, u wkoll l-ispejjeż tal-għeluq jew tan-nuqqas ta' tħadddim ta' sptar jew ta' servizz ta' sptar (57). Fil-prattika, dan it-tip ta' finanzjament mhuwiex frekwenti ħafna.

(47)

L-Artikolu 109 tal-LCH (li sar l-Artikolu 125 tal-LCH fil-verżjoni tagħha tal-10 ta' Lulju 2008 (58)) jipprevedi mekkaniżmu ta' finanzjament komplementari li jistgħu jibbenefikaw minnu biss l-isptarijiet pubbliċi (bħall-isptarijiet IRIS). Skont din id-dispożizzjoni, it-telf tal-isptarijiet pubbliċi li jirriżulta mill-attivitajiet tagħhom iridu jkunu koperti mill-muniċipalitajiet li jikkontrollawhom (permezz tas-CPAS tagħhom jew ta' struttura ċentrali bħall-IRIS). Il-prinċipju tal-kopertura (parzjali) tat-telf mill-muniċipalitajiet kien diġà inkluż fil-liġi ta' qabel l-LCH, jiġifieri l-Liġi tat-23 ta' Diċembru 1963 (59), u kien ikkonfermat mill-Artikolu 34 tal-Liġi tat-28 ta' Diċembru 1973 (60). Il-kriterji li għandhom jitqiesu għall-iffissar tat-telf li l-muniċipalitajiet huma mistennija li jħallsu huma definiti b'digriet irjali (61). Fuq din il-bażi, il-Ministru Federali inkarigat mis-saħħa pubblika jiddetermina kull sena l-ammont tat-telf għal kull sptar pubbliku. Fil-prattika, it-telf li jrid ikun kopert skont kif determinat mill-Ministru mhuwiex eżattament ekwivalenti għat-telf misjub fil-kontijiet ta' ġestjoni tal-isptar, minħabba li ċerti elementi ta' spejjeż [pereżempju, id-dħul mill-attivitajiet li mhumiex tal-isptar li, kif spjegat fil-premessa (155) (62), huma biss konnessi b'rabta mal-attivitajiet tal-isptar fil-każ tal-isptarijiet IRIS[ li jinsabu fil-kontijiet huma esklużi mit-telf kopert mill-Artikolu 109 tal-LCH.

(48)

Għaldaqstant, l-isptarijiet IRIS igawdu minn mekkaniżmu ta' finanzjament komplut li jiggarantixxi l-kopertura ta' kull telf li jistgħu jiġġeneraw. Il-ħames miżuri ġenerali ta' finanzjament previsti mil-LCH (ara l-premessa 46) ikopru l-maġġoranza tal-ispejjeż operattivi u ta' investiment tal-isptarijiet. Dment li dawn is-sorsi ma jservux biex ikopru l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta' dawn l-isptarijiet, l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS jobbliga lill-muniċipalitajiet ikopru t-total ta' kull telf iġġenerat mill-isptarijiet IRIS (ara l-premessi 44-45). It-telf kontabilistiku kopert mill-Artikolu 46 tal-istatuti jinkludi bilfors it-“telf kopert mill-Artikolu 109 tal-LCH” (63) (ara l-premessa 47). Meta jkopru t-telf kontabilistiku kollu, il-muniċipalitajiet jissodisfaw ukoll l-obbligu tagħhom taħt l-Artikolu 109 tal-LCH. Il-modalitajiet tal-ħlas ta' dan il-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf ser ikunu deskritti aktar 'l isfel (ara t-taqsima 7.3.5).

2.5.2.   Obbligi ta' kontabbiltà

(49)

L-isptarijiet kollha (kemm pubbliċi kif ukoll privati) huma soġġetti għal obbligi ta' kontabilità u ta' trasparenza. B'mod partikolari, kull sptar għandu jżomm kont separat li juri l-prezz tal-kost ta' kull servizz u li jirrispetta ċerti elementi tal-Liġi tas-17 ta' Lulju 1975 (64) dwar il-kontabilità u l-kontijiet annwali tal-impriżi (65). L-attivitajiet mhux tal-isptar iridu jkunu rreġistrati f'kontijiet separati. L-isptarijiet iridu wkoll jaħtru awditur tal-kumpaniji li jkollu l-kompitu li jiċċertifika l-kontabilità tagħhom u l-kontijiet annwali tagħhom (66). Fl-aħħar nett, l-isptarijiet huma obbligati jikkomunikaw ċerta informazzjoni (finanzjarja) lill-Ministru Federali inkarigat mis-saħħa pubblika (67) u s-servizz pubbliku federali tas-saħħa pubblika huwa wkoll inkarigat li jikkontrolla r-rispett tad-dispożizzjonijiet tal-LCH (68).

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI KOPERTI MILL-ILMENT

(50)

Skont l-ilmentaturi, ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell għażel de facto li jassumi r-rwol tal-muniċipalitajiet ta' Brussell ikkonċernati f'dak li jirrigwarda l-kumpens tat-telf tal-isptarijiet IRIS. B'mod partikolari, l-ilmentaturi jsemmu b'mod speċifiku l-interventi tal-Fond Reġjonali ta' Brussell ta' Rifinanzjament tat-Teżori Muniċipali (Fonds régional bruxellois de refinancement des trésoreries communales (- “FRBRTC”) maħluq mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell (69). Huma jgħidu, fost l-oħrajn, li r-Reġjun Kapitali ta' Brussell innifsu ta wkoll sussidji speċjali lill-muniċipalitajiet (70) (sa EUR 10 miljun fis-sena mill-2003) li, skont ma jgħidu, tħallsu lill-isptarijiet IRIS bħala għajnuna.

(51)

Għalkemm l-ilmentaturi ma jiddubitawx mill-kompetenza tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell fir-rigward ta' dawn il-muniċipalitajiet, l-ilmentaturi jqisu madankollu li dak li huma jikkwalifikaw bħala finanzjament reġjonali tal-isptarijiet IRIS imur lil hinn minn dak li tipprovdi l-kopertura tat-telf kif stabbilita mill-Artikolu 109 tal-LCH (ara wkoll il-premessa 47). L-ilmentaturi jsostnu li l-isptarijiet IRIS ibbenefikaw sew mill-finanzjamenti reġjonali mogħtija lill-muniċipalitajiet fejn jinsabu, u li dawn il-finanzjamenti ma jistgħux ikunu ġġustifikati fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-LCH. L-ilmentaturi ma jsemmux l-obbligu ta' kopertura tat-telf previst fl-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS.

(52)

Fl-aħħar nett, l-ilmentaturi juru li l-għoti ta' madwar EUR 100 miljun permezz tal-FRBRTC fil-kuntest tar-ristrutturar tal-isptarijiet pubbliċi ta' Brussell li wassal għall-ħolqien tal-isptarijiet IRIS (ara wkoll it-Taqsima 2.2). L-ilmentaturi jaffermaw li din l-operazzjoni ħolqot kumpens żejjed lill-isptarijiet IRIS.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

4.1.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2009

(53)

Kif imfakkar qabel (ara l-premessa 5), fit-28 ta' Ottubru 2009, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet (71) li tikkonkludi li l-finanzjament pubbliku tal-isptarijiet IRIS fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell kien jirrappreżenta għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern bħala kumpens għall-forniment tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Il-Kummissjoni bbażat din id-deċiżjoni fuq id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 kif ukoll, b'mod dirett, fuq l-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE (l-Artikolu 106(2) attwali tat-TFUE).

(54)

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni qieset li l-isptarijiet IRIS kienu inkarigati minn tliet kompiti ta' servizz pubbliku tal-isptarijiet: l-ewwel nett, il-kompitu ta' sptar ġenerali ta' kull sptar (pubbliku jew privat) skont l-LCH (72); it-tieni, l-obbligu li jikkuraw lill-pazjenti kollha fi kwalunkwe ċirkustanza, inkluż f'sitwazzjonijiet mhux ta' emerġenza (73); u t-tielet, l-obbligu li jipprovdu kura kompluta fl-isptar f'diversi siti (74). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-isptarijiet IRIS kienu inkarigati mill-kompitu ta' servizz pubbliku mhux tal-isptar li jikkonsisti fil-forniment ta' assistenza soċjali minbarra l-kura medika (75). Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tagħmel ukoll referenza għall-obbligu tal-bilingwiżmu (76). Kien stmat li dawn il-kompiti kienu ġew inkarigati lill-isptarijiet IRIS mil-LCH, il-Liġi dwar is-CPAS, il-pjanijiet strateġiċi ta' IRIS u wkoll ftehim iffirmat mill-isptarijiet IRIS u s-CPAS. Il-Kummissjoni stmat ukoll li l-parametri ta' kumpens kienu ġew stabbiliti ex ante (77) u li kienu ġew stabbiliti proċeduri suffiċjenti biex jevitaw u jikkoreġu l-kumpens żejjed (78). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat ukoll b'sodisfazzjon li l-isptarijiet IRIS kienu jżommu kontijiet separati għall-attivitajiet tagħhom tal-isptar u dawk mhux fl-isptar (79), u b'hekk kienu jiżguraw in-nuqqas ta' sussidju inkroċjat ta' attivitajiet kummerċjali (minbarra SIEĠ) tal-isptarijiet IRIS (80).

(55)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk l-isptarijiet IRIS kinux ingħataw kumpens żejjed fil-passat (jiġifieri bejn l-1996 u l-2007) (81) u kkonkludiet li dan ma kienx il-każ (82). Minbarra l-valutazzjoni tal-miżuri ta' finanzjament kollha, il-Kummissjoni eżaminat ukoll mekkaniżmu ta' allegati antiċipi. Peress li kien jiġri b'mod regolari li l-kumpens skont l-Artikolu 109 tal-LCH ma jitħallasx qabel ma jgħaddi żmien twil, sa saħansitra 10 snin, l-isptarijiet IRIS allegatament irċevew antiċipu fuq dawn il-pagamenti wara d-data tal-għeluq permezz tal-FRBRTC. Il-Kummissjoni kkonkludiet li, sakemm dawn l-allegati antiċipi kellhom fi kwalunkwe każ jitħallsu lura wara l-ħlas tal-kumpens għat-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH, dawn ma setgħux iwasslu għal kumpens żejjed lill-isptarijiet IRIS (83).

4.2.   Is-sentenza ta' annullament tal-Qorti Ġenerali tal-2012

(56)

Bi tweġiba għad-Deċiżjoni tal-2009 tal-Kummissjoni, l-ilmentaturi ippreżentaw rikors għall-annullament ta' din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti Ġenerali (84). L-ilmentaturi sostnew li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tagħhom meta ma fetħitx il-proċedura ta' investigazzjoni formali, peress li l-Kummissjoni kellha tikkonstata l-eżistenza ta' diffikultajiet serji marbuta mal-eżami inkwistjoni (85).

(57)

Fis-Sentenza tagħha tas-7 ta' Novembru 2012 fil-Kawża T-137/10, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-2009 tal-Kummissjoni u kkonkludiet li l-Kummissjoni kellha tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali (86).

(58)

Il-Qorti Ġenerali l-ewwel iffukat fuq il-kwistjoni dwar jekk l-isptarijiet IRIS kinux ġew inkarigati b'kompiti ta' servizz pubbliku definiti b'mod ċar (87). Hija nnutat immedjatament li l-Partijiet kollha kienu jaqblu li l-LCH kienet tinkariga lill-isptarijiet kollha, kemm pubbliċi kif ukoll dawk privati, b'kompitu ġenerali ta' servizz pubbliku fl-isptar (88). Għalhekk l-uniku dubju kien dwar jekk il-Kummissjoni kinitx għamlet żball meta kkonkludiet, fl-eżami preliminari tagħha, li l-isptarijiet IRIS kienu inkarigati minn kompiti ta' servizz pubbliku addizzjonali fl-isptar u mhux fl-isptar (89). Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li kien hemm xi dubji dwar jekk id-dispożizzjonijiet li fuqhom il-Kummissjoni kienet ibbażat id-deċiżjoni tagħha kinux suffiċjenti biex jinkarigaw lill-isptarijiet IRIS b'kompiti addizzjonali li jikkonsistu f'kura lil kull pazjent f'kull ċirkustanza (90), li joffru kura fl-isptar f'diversi siti (91) u li jipprovdu servizzi soċjali addizzjonali (92). Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda l-kompitu allegat li jikkonsisti fil-forniment ta' kura fl-isptar f'diversi siti, il-Qorti Ġenerali nnutat li kien diffiċli li wieħed jara kif dan il-kompitu kien differenti mir-rekwiżiti ġenerali ta' programmar u ta' funzjonament applikabbli għall-isptarijiet kollha soġġetti għal-LCH (93).

(59)

Wara, il-Qorti Ġenerali ffukat fuq jekk il-Kummissjoni kinitx uriet l-eżistenza ta' parametri ta' kumpens ċari (94). F'dak li jirrigwarda l-kompiti fl-isptar, il-Qorti Ġenerali ffukat fuq il-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf ibbażat fuq l-Artikolu 109 tal-LCH (95), filwaqt li nnutat li l-ilmentaturi ma kinux ikkontestaw dan il-mekkaniżmu (96), kif ukoll fuq il-mekkaniżmu allegat ta' finanzjament reġjonali permezz tal-FRBRTC, stabbilit sabiex jiġu antiċipati temporanjament l-ammonti meħtieġa li jpattu għat-telf tal-isptarijiet IRIS qabel il-kopertura effettiva tat-telf prevista fl-Artikolu 109 tal-LCH (97). F'dak li jirrigwarda l-Artikolu 109, il-Qorti Ġenerali sabet li l-ilmentaturi ma kinux ressqu argumenti li jaffettwaw lill-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni dwar dan l-Artikolu (98). Għall-kuntrarju, f'dak li jirrigwarda l-antiċipi allegati mħallsa permezz tal-mekkaniżmu tal-FRBRTC, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni ma kinitx identifikat parametri ta' kalkolu ta' dawn l-antiċipi (99) u għaldaqstant ma kinitx għamlet eżami komplut ta' dawn l-antiċipi (100). Il-Qorti Ġenerali żiedet tgħid li l-Kummissjoni kienet ikkontradixxiet id-deċiżjoni tagħha stess meta sostniet, waqt is-smigħ, li l-FRBRTC kien biss mekkaniżmu li permezz tiegħu r-Reġjun Kapitali ta' Brussell kien jiffinanzja l-muniċipalitajiet ta' Brussell, u mhux lill-isptarijiet IRIS (101).

(60)

F'dak li jirrigwarda l-finanzjament pubbliku favur il-kompitu soċjali addizzjonali allegat tal-isptarijiet IRIS (102), il-Qorti Ġenerali nnutat li hawnhekk ukoll, dan il-finanzjament kien jidher li ġej mill-FRBRTC, li kien iffirma ftehim mal-muniċipalitajiet ta' Brussell ikkonċernati sabiex jagħtihom sussidju speċjali sabiex ikunu jistgħu jiffinanzjaw il-kompiti soċjali pprovduti mill-isptarijiet IRIS (103). Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li dan il-ftehim ma kienx jispeċifika l-parametri tal-kumpens minn qabel relatati mal-kompiti soċjali addizzjonali allegati tal-isptarijiet IRIS (104).

(61)

Wara, il-Qorti Ġenerali iffukat fuq jekk il-Kummissjoni kinitx uriet l-eżistenza ta' proċedura sabiex jiġi evitat il-kumpens żejjed u n-nuqqas ta' kumpens żejjed (105). Il-Qorti Ġenerali l-ewwel ikkonkludiet li l-LCH kienet toffri garanziji suffiċjenti sabiex tiggarantixxi li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 109 tagħha ma twassalx għal kumpens żejjed (106). Ikkonkludiet ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx uriet l-eżistenza ta' mekkaniżmu simili għall-pagament allegat ta' antiċipi mill-muniċipalitajiet (107) u nnutat b'mod partikolari n-nuqqas apparenti ta' obbligu legali impost fuq l-isptarijiet IRIS li jirrimborżaw dawn l-antiċipi ladarba jkunu ħadu l-finanzjament tat-telf tagħhom skont l-Artikolu 109 tal-LCH (108). F'dak li jirrigwarda s-sussidji speċjali li l-Kummissjoni ssostni li jiffinanzjaw il-kompitu soċjali addizzjonali, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-valutazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni dwar kif jiġi evitat il-kumpens żejjed bħala parti mill-finanzjament tal-kompiti soċjali ma kinux suffiċjenti (109).

(62)

F'dak li jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-isptarijiet IRIS kinux gawdew minn kumpens żejjed fil-prattika (110), il-Qorti Ġenerali rrimarkat sempliċiment li l-ambitu tal-analiżi kien kbir wisq u kien ikopri r-riżultati finanzjarji kollha tal-isptarijiet IRIS fuq perjodu ta' aktar minn għaxar snin (111). Mingħajr ma ddeċidiet speċifikament fuq il-konklużjoni tal-Kummissjoni li ma kienx hemm kumpens żejjed, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ambitu u l-kumplessità tal-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni kienu, fihom infushom, indizju li jsostni t-teżi tar-rikorrenti bbażata fuq l-eżistenza ta' diffikultajiet serji (112).

(63)

Fl-aħħar nett, l-ilmentaturi argumentaw li l-Kummissjoni kellha tikkunsidra, fil-valutazzjonijiet tagħha, il-kriterju tal-effiċjenza ekonomika tal-fornitur ta' SIEĠ (113). Il-Qorti Ġenerali madankollu rrifjutat dan l-argument u kkonkludiet:

“il-kriterju relatat mal-effikaċità ekonomika ta' impriża fil-provvediment tas-SIEĠ ma jaqax taħt l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta' għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-Artikolu 86(2) KE [li issa huwa l-Artikolu 106(2) TFUE], inkwantu l-għażla relatata mal-effikaċità ekonomika tal-operatur pubbliku mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali ma tistax għaldaqstant tiġi kkritikata fuq dan il-punt.”  (114)

(64)

Waqt li ġabret fil-qosor il-konklużjonijiet tagħha, il-Qorti Ġenerali ddikjarat dan li ġej:

“[Ir-rikorrenti] numru ta' indizji konkordanti li jagħtu prova tal-eżistenza ta' dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri eżaminati fir-rigward tal-kriterji relatati mal-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) KE [li issa huwa l-Artikolu 106(2) TFUE], għal dak li jikkonċerna, l-ewwel nett, l-eżistenza ta' mandat iddefinit b'mod ċar relatat mal-funzjonijiet ta' servizz pubbliku tal-isptarijiet u soċjali, speċifiċi għall-isptarijiet IRIS, it-tieni nett, l-eżistenza ta' parametri għall-kumpens stabbiliti minn qabel u, it-tielet nett, l-eżistenza ta' modalitajiet li jippermettu li jiġi evitat il-kumpens eċċessiv fil-kuntest tal-finanzjament ta' dawn il-missjonijiet ta' servizz pubbliku […].”  (115)

4.3.   Id-deċiżjoni ta' ftuħ tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014  (116)

(65)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali (117), li l-Kummissjoni kien imissha esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-finanzjament pubbliku kkontestat tal-isptarijiet IRIS fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, il-Kummissjoni kellha tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali, u dan għamlitu permezz tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2014. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni nnutat li skont l-awtoritajiet Belġjani, il-muniċipalitajiet u s-CPAS ikkonċernati ta' Brussell kienu għażlu li jimponu fuq l-isptarijiet IRIS, iżda mhux fuq l-isptarijiet privati, l-obbligi addizzjonali li ġejjin (118) li jiġġustifikaw il-miżuri ta' kumpens tat-telf stabbiliti favur l-isptarijiet IRIS:

(a)

l-obbligu ta' assistenza lil kull pazjent f'kull ċirkustanza: l-isptarijiet IRIS ma jistgħux jirrifjutaw li jikkuraw lill-pazjenti li ma jistgħux iħallsu s-servizzi tagħhom u/jew li mhumiex assigurati, anki jekk dawn il-pazjenti ma jkunux jeħtieġu kura medika urġenti. L-isptarijiet privati huma obbligati jikkuraw lil pazjenti li jeħtieġu kura medika urġenti, iżda ma għandhomx dan l-obbligu fil-każijiet mhux urġenti;

(b)

l-obbligu li tiġi offruta kura kompleta u kontinwa fiċ-ċentri kollha: il-muniċipalitajiet u s-CPAS għamlu għażla intenzjonata li jżommu sptarijiet f'diversi siti li joffru kura kompleta, sabiex jiggarantixxu l-aċċessibbiltà tal-kura lill-pazjenti kollha. L-alternattiva li jinġabru s-sodod u s-servizzi kollha ta' akkumpanjament f'numru iżgħar ta' siti u li jitnaqqsu b'hekk l-ispejjeż ġiet deliberatament imwarrba. Din l-għażla kienet partikolarment rilevanti għall-pazjenti żvantaġġjati u għall-familji tagħhom, peress li l-isptarijiet IRIS jinsabu prinċipalment qrib jew fid-distretti b'popolazzjoni kbira ta' persuni żvantaġġjati;

(c)

l-obbligu li jingħataw servizzi soċjali lill-pazjenti u lill-familji tagħhom: l-assistenti soċjali jipprovdu għajnuna lill-pazjenti żvantaġġjati u lill-familji tagħhom sabiex isolvu u jimmaniġġjaw diffikultajiet amministrattivi, finanzjarji, interpersonali u soċjali. Barra minn hekk, huma jistabbilixxu rapporti soċjali minn qabel sabiex jiffaċilitaw l-intervent finanzjarju tas-CPAS. Għalkemm l-isptarijiet pubbliċi u privati kollha huma obbligati li jimpjegaw assistenti soċjali f'ċerti servizzi tal-isptar (pereżempju fil-ġerjatrija u fil-psikjatrija), l-awtoritajiet Belġjani jaffermaw li l-isptarijiet IRIS għandhom kompitu addizzjonali speċifiku li jagħmlu użu minn servizzi soċjali ferm akbar u li jinvolvu spejjeż akbar li joħolqu kumpens skont l-LCH.

(66)

Minħabba d-dubji li wriet il-Qorti Ġenerali (119), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani, lir-rikorrenti u lil kwalunkwe parti oħra interessati biex jibagħtulha l-informazzjoni kollha rilevanti sabiex tivverifika l-kompatibbiltà tal-finanzjament pubbliku kkontestat mas-suq intern, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda dawn li ġejjin:

id-definizzjoni eżatta tal-kompiti addizzjonali allegati tal-isptarijiet IRIS u d-dokumenti li fuqhom huma bbażati l-mandati ta' dawn il-kompiti (ara l-premessi 87-89 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ];

il-bażi ġuridika applikabbli għall-kumpens tat-telf tal-isptarijiet IRIS (li għalih jikkontribwixxu l-ispejjeż ta' kull kompitu addizzjonali allegat) (ara l-premessa 91 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ);

il-kwistjoni dwar jekk jeżistux jew le miżuri (suffiċjenti) biex jiġi evitat il-kumpens żejjed tal-kompiti addizzjonali allegati, b'mod partikolari permezz tal-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf flimkien mal-antiċipi rkuprabbli (jekk ikun il-każ), u jekk l-isptarijiet IRIS għandhomx jew le l-obbligu legali li jirrimborżaw kull antiċipu li setgħu ħadu sabiex jevitaw kwalunkwe kumpens żejjed (ara l-premessa 95 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ);

meta l-pagamenti tas-sussidji speċjali ta' ammont massimu ta' EUR 10 miljun fis-sena (ara l-premessa 50 aktar 'il fuq) għandhom ikunu kkunsidrati bħala operazzjoni separata mill-kumpens tat-telf tal-isptarijiet IRIS, il-kwistjoni ta' jekk humiex stabbiliti miżuri suffiċjenti jew le li jiggarantixxu li l-kumpens ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż maħluqa mit-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku (ara l-premessa 96 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ);

il-kwistjoni ta' jekk, fil-fatt, ingħatax xi kumpens żejjed lill-isptarijiet IRIS minn meta bdew iwettqu l-attivitajiet tagħhom bħala strutturi ġuridiċi indipendenti (ara l-premessa 97 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ);

kwalunkwe argument utli, akkumpanjat minn dokumenti speċifiċi u dettaljati li jispjegaw jekk, għalfejn u safejn il-miżuri ta' finanzjament pubbliku tal-isptarijiet IRIS jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 jew tal-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012 (ara l-premessa 98 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ), jew tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 (ara l-premessa 100 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ) u jekk, għalfejn u safejn il-kriterji stabbiliti fihom huma ssodisfati.

(67)

Il-Kummissjoni ħadet ukoll l-opportunità tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ sabiex tipprova tiċċara l-punti fattwali addizzjonali li ġejjin:

il-kwistjoni dwar jekk xi fondi tal-FRBRTC (ara l-premessa 50 aktar 'il fuq], f'dan il-każ is-sussidji speċjali, ġewx trasferiti direttament jew le lill-isptarijiet IRIS, jew jekk l-FRBRTC u s-sussidji speċjali humiex sempliċi mekkaniżmi ta' finanzjament bejn ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell u l-muniċipalitajiet ta' Brussell (ara l-premessa 17 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ];

in-natura eżatta tal-obbligu previst fl-Artikolu 60(6) tal-Liġi dwar is-CPAS (ara l-premessa 19 hawn fuq), il-possibbiltajiet tal-għeluq ta' sptar pubbliku u d-differenza fil-mekkaniżmu ta' programmar tal-isptar (ara l-premessa 26 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ);

il-kwistjoni dwar jekk is-servizzi soċjali addizzjonali pprovduti mill-isptarijiet IRIS humiex jew le ta' natura ekonomika (ara l-premessa 48 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ);

il-kwistjoni dwar jekk it-trasferiment tas-sussidji speċjali (tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell lill-muniċipalitajiet) tal-muniċipalitajiet lill-isptarijiet IRIS jistax ikun ikkunsidrat jew le bħala operazzjoni separata mill-mekkaniżmu ta' kopertura tat-telf (ara l-premessa 92 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ) u, jekk ikun il-każ, il-bażi ġuridika applikabbli li tistabbilixxi t-termini eżatti tagħhom;

il-kwistjoni dwar jekk jeżistix jew le mekkaniżmu ta' antiċipi, il-bażi ġuridika ta' dan il-mekkaniżmu u l-mod kif isiru dawn il-pagamenti (jekk ikun il-każ) u l-kwistjoni dwar jekk dawn l-antiċipi humiex ikkunsidrati jew le bħala miżura ta' għajnuna separata mill-mekkaniżmu ta' kopertura tat-telf, kif ukoll dettalji rigward il-finanzjament eventwali ta' dawn l-antiċipi (jekk ikun il-każ) mill-FRBRTC (ara l-premessa 93 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ);

kjarifiki oħrajn fuq il-kunċett ta' sostenibbiltà [jiġifieri l-kontinwità u l-vijabbiltà fit-tul tal-isptarijiet pubbliċi, ara wkoll il-premessa 91 aktar 'l isfel), il-bażi ġuridiċi tiegħu (b'mod partikolari fil-livell ta' IRIS u tal-isptarijiet IRIS), l-implikazzjonijiet tiegħu u l-mod kif is-sostenibbiltà tiġġustifika l-mekkaniżmi ta' kumpens tat-telf li minnhom jibbenefikaw dawn l-isptarijiet (ara l-premessi 102 u 103 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ);

il-kwistjoni dwar jekk jeżistux jew le raġunijiet minbarra dawk imsemmija b'mod espliċitu fid-deċiżjoni tal-ftuħ (jiġifieri l-eżistenza ta' kompiti ta' SIEĠ addizzjonali u s-sostenibbiltà tal-isptarijiet pubbliċi) li jistgħu jiġġustifikaw finanzjament addizzjonali tal-isptarijiet IRIS (ara l-premessa 103 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ).

5.   KUMMENTI MRESSQA MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(68)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand erba' partijiet interessati (CBI, ABISP, Zorgnet Vlaanderen u UNCPSY), miġburin fil-qosor hawn taħt:

5.1.   CBI

(69)

Bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, ir-rikorrenti CBI, tinnota li, fil-fehma tagħha, din id-deċiżjoni ma fiha ebda element jew argument ġdid u lanqas spjegazzjoni ġdida li tgħin biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' kompitu speċifiku inkarigat lill-isptarijiet IRIS jew dwar il-mekkaniżmi ta' kumpens għal dan il-kompitu allegat jew il-kontrolli li ġew stabbiliti f'dan ir-rigward. Ir-rikorrenti tirreferi għalhekk għall-argumenti li ressqet fil-kummenti preċedenti tagħha.

(70)

Is-CBI tikkonferma l-pożizzjoni tagħha li: 1) l-isptarijiet IRIS mhumiex inkarigati b'SIEĠ speċifiċi minbarra l-kompiti imposti fuq l-isptarijiet Belġjani kollha (pubbliċi jew privati) u 2) anki jekk il-Kummissjoni kellha tikkonkludi li jeżistu kompiti addizzjonali ta' dan it-tip, dawn il-kompiti mhumiex definiti b'mod ċar biżżejjed biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam. Is-CBI tosserva wkoll li l-proposta ta' programm politiku tal-gvern il-ġdid ta' Brussell (ippubblikata f'Lulju 2014) tikkunsidra li “tirriforma l-Ordinanza tat-13 ta' Frar 2003 sabiex tispeċifika l-kompiti ta' interess komunali li jiġġustifikaw is-sussidji speċifiċi għall-muniċipalitajiet”. Ir-rikorrenti jqisu li dan il-kliem jindika li attwalment ma hemm ebda kompitu ta' dan it-tip, iżda li dawn ser jiġu definiti fil-futur.

(71)

F'dak li jirrigwarda r-rekwiżiti tal-Artikolu 60(6) tal-Liġi dwar is-CPAS, is-CBI tqis li dawn ma jżidu xejn mal-LCH f'termini ta' definizzjonijiet ta' SIEĠ addizzjonali jew speċifiċi li japplikaw biss għal sptarijiet pubbliċi bħall-isptarijiet IRIS. Ir-rikorrenti tiddikjara wkoll li l-kompitu soċjali addizzjonali jidher li jikkonsisti biss f'volum akbar ta' servizzi soċjali minn dak li joffru sptarijiet oħrajn, li hija tindika bħala “l-kompitu soċjali bażiku (komuni għall-isptarijiet pubbliċi u privati)”. Is-CBI tqis li dan mhuwiex biżżejjed biex wieħed jikkunsidra li l-isptarijiet IRIS għandhom kompitu soċjali addizzjonali. Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda l-kwistjoni ta' jekk dawn is-servizzi humiex ekonomiċi, is-CBI tiddikjara li l-fatt biss li dawn is-servizzi huma pprovduti bla ħlas ma jneħħi xejn min-natura ekonomika tagħhom. Fl-aħħar nett, is-CBI tqis li s-servizzi soċjali addizzjonali huma inseparabbli minn servizz wiesa' ta' kura tas-saħħa, li żgur għandu karattru ekonomiku intrinsiku, peress li dan qatt ma kien hemm dubju dwaru.

(72)

Skont is-CBI, il-kompitu ta' kura universali japplika kemm għall-isptarijiet privati kif ukoll dawk pubbliċi. Fil-fehma tagħha, ma għandu jkun hemm l-ebda differenza bejn l-isptarijiet pubbliċi u privati f'dak li jirrigwarda l-kura tal-“pazjenti soċjali”, kemm jekk tkun f'sitwazzjoni ta' emerġenza kif ukoll f'sitwazzjoni “wara emerġenza”. F'dan il-kuntest, is-CBI tirreferi għal Sentenza tat-Tribunal tal-Prim'Istanza ta' Brussell (120) dwar l-għajnuna medika urġenti (121) lill-barranin residenti illegalment fil-Belġju (minn hawn 'il quddiem il-“migranti mingħajr dokumenti”) li turi li, f'dan il-kuntest, din l-għajnuna tista' tiġi pprovduta kemm mill-isptarijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati. Is-CBI tkompli tgħid li, skont pubblikazzjoni (122) tal-2004 tal-Mutualités Chrétiennes (123), l-isptarijiet privati jikkuraw aktar minn 60 % tal-“pazjenti soċjali” fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Ir-rikorrenti tqis li ebda kompitu addizzjonali ma huwa impost mil-Liġi dwar is-CPAS, mill-pjanijiet strateġiċi ta' IRIS u lanqas mill-ftehimiet dwar ir-“residenza ta' emerġenza” (124).

(73)

F'dak li jirrigwarda l-“kompitu ta' ħafna siti”, is-CBI tqis li l-kontenut preċiż tal-obbligu li tiġi offruta kura kompluta fi sptarijiet f'“diversi siti” baqa' ma ġiex spjegat, u lanqas sa liema punt dan l-obbligu jimponi piż addizzjonali fuq l-isptarijiet IRIS. F'dak li jirrigwarda l-kompitu soċjali addizzjonali, is-CBI hija tal-fehma li l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar is-CPAS ma jimponix obbligi addizzjonali fuq l-isptarijiet IRIS u li fi kwalunkwe każ din ma tiddefinixxihomx b'mod li jinftiehem (lanqas il-pjanijiet strateġiċi ta'IRIS u l-ftehimiet dwar ir-“residenza ta' emerġenza”).

(74)

F'dak li jirrigwarda l-kwistjoni ta' definizzjoni ċara tal-parametri ta' kumpens, is-CBI tosserva li, skont l-awtoritajiet Belġjani, l-isptarijiet IRIS iwettqu kompitu speċifiku differenti minn dak tal-isptarijiet privati, u li dan il-kompitu speċifiku mhuwiex definit fl-LCH iżda huwa bbażat fuq bażi ġuridika oħra. Skont is-CBI, huwa eskluż b'mod ċar li l-LCH tista' tiddefinixxi l-parametri ta' kumpens relatati ma' kompitu wieħed jew aktar ta' servizz pubbliku li hija ma tipprovdix. Barra minn hekk, is-CBI tinnota li ma teżisti ebda korrispondenza bejn il-bażijiet ġuridiċi allegati għall-kompiti speċifiċi inkwistjoni u l-mekkaniżmi ta' kumpens. Ir-rikorrenti tosserva li apparentement, ma ssir ebda distinzjoni bejn it-telf li jirriżulta mill-ispejjeż tal-kompiti speċifiċi allegati u dawk li jirriżultaw mill-ispejjeż tal-kompiti bażiċi. Fl-aħħar nett, is-CBI tirreferi għal sensiela ta' opinjonijiet mogħtija mill-Ispettorat tal-Finanzi Belġjan, li jikkonkludu li huwa impossibbli li jiġi kkontrollat l-użu tas-sussidji speċjali mogħtija fuq il-bażi tal-ordni tat-13 ta' Frar 2003 peress li din l-ordni ma tispeċifikax il-kompiti ta' interess komunali li għalihom jingħataw dawn is-sussidji.

(75)

Is-CBI tirrepeti wkoll dawn id-dikjarazzjonijiet magħmula qabel li ma ttieħdet xi miżura biex jiġi evitat il-kumpens żejjed. Hija żżid ukoll li fin-nuqqas ta' definizzjoni preċiża tal-kompiti speċifiċi mwettqa mill-isptarijiet IRIS, huwa impossibbli li jiġi ddeterminat liema attivitajiet għandhom jiġu kkumpensati u liema le. Skont is-CBI, huwa għalhekk impossibbli li tiġi vverifikata l-eżistenza ta' mekkaniżmu ta' kontroll li jgħin biex jiġi evitat il-kumpens żejjed.

(76)

Fl-aħħar nett, is-CBI tinnota li, anki jekk is-sostenibbiltà tal-isptarijiet pubbliċi hija msemmija fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni tad-19 ta' Mejju 1994, dan id-dokument ma jiddefinixxix kompiti ta' dan it-tip u mhuwiex inkarigu. B'mod partikolari, is-CBI tqis li dan il-ftehim ma jindika mkien li muniċipalità jew belt hija obbligata li jkollha sptar pubbliku fit-territorju tagħha, u li ma jistabbilixxi ebda regola dwar l-ipprogrammar tas-servizzi tal-isptarijiet fil-Belġju li jeħtieġu l-operat ta' servizz fi sptar pubbliku.

5.2.   L-ABISP

(77)

L-Assoċjazzjoni tal-Istituzzjonijiet ta' Kura Privati ta' Brussell (Association bruxelloise des institutions de soins privées — ABISP), waħda mir-rikorrenti inizjali (ara l-premessa 1), tinnota fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ li l-isptarijiet Belġjani kollha, hu x'inhu l-istatut tagħhom jew huma min huma l-proprjetarji tagħhom, huma obbligati bil-liġi li jwettqu missjoni ta' interess ġenerali. F'dan il-kuntest, l-ABISP tirreferi għall-Artikolu 2 tal-LCH (125). Fl-aħħar nett, l-ABISP tfakkar li hija rtirat l-ilment tagħha.

5.3.   Zorgnet Vlaanderen

(78)

Zorgnet Vlaanderen tirrappreżenta aktar minn 500 fornitur ta' kura Fjammingi (bħall-isptarijiet ġenerali, stabbilimenti ta' kura psikjatrika u djar tal-anzjani). Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ, Zorgnet Vlaanderen tenfasizza li l-isptarijiet Belġjani kollha, kemm jekk huma pubbliċi kif ukoll jekk huma privati, huma soġġetti għall-istess obbligi ta' servizz pubbliku fil-kuntest tal-LCH. Hija tinnota wkoll li l-LCH ma tiddefinixxix kundizzjonijiet dwar il-forma ġuridika (entità pubblika jew privata) meħtieġa biex stabbiliment ikun rikonoxxut bħala sptar. Barra minn hekk, Zorgnet Vlaanderen tosserva li d-definizzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku tal-isptarijiet ma tirreferix għal speċifiċità reġjonali. Fl-aħħar nett, hija tiddikjara li l-isptarijiet tal-Fjandri u tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell ma jwettqux kompitu soċjali differenti.

5.4.   Il-UNCPSY

(79)

L-Unjoni Nazzjonali tal-Kliniċi Psikjatriċi Privati (Union nationale des cliniques psychiatriques privées — UNCPSY) hija l-federazzjoni tal-kliniċi psikjatriċi privati ta' Franza. Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-UNCPSY tiddikjara li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-finanzjament pubbliku ma jaqbiżx il-kost nett tas-servizz pubbliku, dan il-kost nett ma jistax ikun illimitat. Barra minn hekk, din il-valutazzjoni għandha fil-fehma tagħha tieħu inkunsiderazzjoni l-kwalità tal-ġestjoni tal-fornitur tas-servizzi. F'dan il-kuntest, il-UNCPSY hija tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tqabbel lill-isptarijiet pubbliċi u privati sabiex tiddetermina jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata fit-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(80)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-kummenti tal-UNCPSY huma kuntrarji għall-konklużjoni fformulata mill-Qorti Ġenerali fil-punt 300 tas-Sentenza tagħha tas-7 ta' Novembru 2012 (T-137/10), li tgħid li l-effiċjenza ekonomika ta' impriża fil-provvediment tas-SIEĠ mhijiex parti mill-valutazzjoni, taħt l-Artikolu 106(2) tat-TFUE, tal-kompatibbiltà tal-finanzjament pubbliku li tirċievi l-impriża fir-rigward tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (ara f'dan ir-rigward il-premessa 63).

6.   IL-KUMMENTI TAR-RENJU TAL-BELĠJU

6.1.   Il-kummenti tal-Belġju dwar id-Deċiżjoni ta' ftuħ

(81)

Fit-tweġiba tagħhom għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014, u b'mod partikolari għall-premessa (17) ta' din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Belġjani josservaw li l-interventi finanzjarji tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell (jiġifieri s-sussidji speċjali ta' ammont massimu ta' EUR 10 miljun fis-sena) u tal-FRBRTC kienu trasferimenti finanzjarji mogħtija lill-muniċipalitajiet biss u mhux lill-isptarijiet IRIS. Minħabba f'hekk, l-awtoritajiet Belġjani jqisu li dawn huma trasferimenti finanzjarji bejn awtoritajiet pubbliċi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Skont l-awtoritajiet Belġjani, la r-Reġjun Kapitali ta' Brussell u lanqas l-FRBRTC ma taw xi għajnuna lill-isptarijiet IRIS. Huma jqisu li dawn it-trasferimenti seħħew fil-kuntest tal-kompetenzi tar-Reġjun dwar il-finanzjament ġenerali tal-muniċipalitajiet, li jippermettu lil dawn tal-aħħar jwettqu l-kompiti tagħhom ta' interess ġenerali, u b'mod partikolari l-kompiti tas-CPAS. F'dan il-kuntest, ir-referenzi tar-rikorrenti għall-opinjonijiet tal-Ispettorat tal-Finanzi jirrigwardaw biss lir-Reġjun Kapitali ta' Brussell u lill-muniċipalitajiet, iżda mhux lill-isptarijiet IRIS. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani jaffermaw li, fuq il-bażi tal-Liġi Speċjali tat-8 ta' Awwissu 1980 dwar ir-riformi istituzzjonali u tal-opinjoni tal-Kunsill tal-Istat Belġjan (126), ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell jista' jiffinanzja biss lill-muniċipalitajiet u mhux lill-isptarijiet IRIS, peress li l-finanzjament tal-kompiti tal-isptarijiet speċifiċi ma jaqax taħt il-kompetenzi tar-Reġjun.

(82)

F'dak li jirrigwarda d-dubji espressi fil-premessa (26) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani jiċċaraw id-differenza bejn, minn naħa, ir-rekwiżit tal-Artikolu 60(1) tal-Liġi dwar is-CPAS, u min-naħa l-oħra, il-possibbiltajiet tal-għeluq ta' sptar pubbliku mal-mekkaniżmu ta' programmar tal-isptarijiet. Fil-fehma tagħhom, l-Artikolu 60(6) tal-Liġi dwar is-CPAS (127) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jiġu rrispettati biex CPAS ikun jista' jwaqqaf sptar. CPAS ikollu fost l-oħrajn janalizza jekk dan l-isptar huwiex tassew meħtieġ, kont meħud tal-ħtiġijiet tar-reġjun, u b'mod partikolari tal-ħtiġijiet mediko-soċjali, u tal-preżenza ta' infrastrutturi simili. L-awtoritajiet Belġjani jenfasizzaw ukoll li l-mekkaniżmu ta' programmar tal-isptarijiet jikkonsisti f'li l-Gvern Federali jiddetermina n-numru massimu ta' sodod tal-isptarijiet għal kull Reġjun. Il-Gvern Federali jibbaża d-deċiżjoni tiegħu esklussivament fuq il-ħtiġijiet tal-isptarijiet identifikati mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni l-livell tal-ħtiġijiet soċjali f'kull reġjun (128). L-awtoritajiet Belġjani jispjegaw li għar-Reġjun Kapitali ta' Brussell, in-numru massimu ta' sodod ta' sptarijiet huwa ddeterminat għar-Reġjun kollu u mhux b'mod individwali għal kull waħda mid-19-il muniċipalità. Għall-kuntrarju, kull wieħed mid-19-il CPAS tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell jiddeċiedi b'mod awtonomu jekk iwaqqafx jew le sptar fil-muniċipalità tiegħu skont il-ħtiġijiet lokali.

(83)

L-awtoritajiet Belġjani spjegaw ukoll li l-għeluq ta' sptar pubbliku jew it-trasferiment tiegħu lil sieħeb tas-settur privat mhumiex irregolati b'mod formali jew speċifiku mil-LCH jew mil-Liġi dwar is-CPAS (129). Madankollu, skont l-awtoritajiet Belġjani, il-ġurisprudenza tal-Kunsill tal-Istat Belġjan iċċarat it-termini u l-kundizzjonijiet tal-għeluq u/jew it-trasferiment ta' stabbilimenti maħluqa minn CPAS. Fid-Digriet tiegħu Nru 113.428 tad-9 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill tal-Istat ordna l-annullament tat-trasferiment ta' dar ta' konvalexxenza ta' CPAS lil operatur privat. Dan sab b'mod partikolari li kien jeħtieġ ukoll li tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu pprovduti servizzi mediko-soċjali qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li jingħalaq jew jiġi trasferit stabbiliment. Din il-valutazzjoni għandha tikkunsidra b'mod xieraq il-valutazzjoni li tkun saret meta nħoloq l-istabbiliment kif ukoll il-bidliet kollha li jkunu seħħew minn meta ttieħdet id-deċiżjoni li jinħoloq l-istabbiliment. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani jinnotaw li din il-valutazzjoni ma tistax tkun ibbażata biss fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istabbiliment u lanqas fuq l-ispejjeż imġarrba biex jitħaddem. Fuq din il-bażi, l-awtoritajiet Belġjani jikkonkludu li CPAS ma jistax jagħlaq l-isptar tiegħu mingħajr ma jkun iddetermina minn qabel li l-ħtiġijiet mediċi u soċjali li minħabba fihom inħoloq l-isptar ma għadhomx jeżistu.

(84)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-ħolqien ta' sptar pubbliku jeħtieġ konformità kemm mal-obbligi tal-Artikolu 60(6) tal-Liġi dwar is-CPAS kif ukoll mal-programm tal-isptarijiet tal-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li fil-każ tal-isptarijiet privati, il-programm biss huwa rilevanti. Skont l-Artikolu 60(6) tal-Liġi dwar is-CPAS, il-ftuħ ta' sptar pubbliku ġdid għandu jkun iġġustifikat mill-eżistenza ta' ħtieġa reali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani jispjegaw li jekk sptar pubbliku jinfetaħ b'kapaċità ugwali għan-numru ta' sodod previsti mill-programm tal-isptarijiet, ma jibqax lok għal sptar ieħor (pubbliku jew privat) f'din iż-żona fil-kuntest ta' dan il-programm, f'liema każ ma jibqa' ebda mezz ieħor biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni. L-awtoritajiet Belġjani josservaw li jekk, fi kwalunkwe ħin, CPAS ikun irid jagħlaq l-isptar pubbliku tiegħu, l-ewwel nett irid jassigura li dan l-isptar ma għadux meħtieġ fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Kunsill tal-Istat. Għall-kuntrarju ta' CPAS, operatur privat li jiddeċiedi li jagħlaq l-isptar tiegħu mhuwiex obbligat bil-liġi li jiżgura li l-popolazzjoni tkompli tgawdi mill-kura tas-saħħa. Skont l-awtoritajiet Belġjani, sptar privat jibqa' miftuħ biss fuq deċiżjoni tiegħu stess, deċiżjoni li tista' tinbidel fi kwalunkwe ħin. Bħala eżempju, l-awtoritajiet Belġjani jikkwotaw l-għeluq għal għarrieda fl-2008 tal-Hôpital français, sptar privat ta' Berchem-Sainte-Agathe (Brussell) (130). Bħala konklużjoni, l-awtoritajiet Belġjani jispjegaw li l-mekkaniżmu tal-ipprogrammar tal-isptarijiet jillimita kemm il-libertà tal-operaturi pubbliċi kif ukoll ta' dawk privati li joħolqu sptar (il-ħolqien ta' sptar huwa possibbli biss jekk ma jkunx għadu ntlaħaq in-numru massimu ta' sodod f'żona). Fil-fehma tagħhom madankollu, l-obbligi li jirriżultaw mil-Liġi dwar is-CPAS jimponu restrizzjonijiet addizzjonali fuq is-CPAS f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-għeluq ta' sptar pubbliku, filwaqt li l-isptarjiet privati jistgħu jagħlqu fi kwalunkwe ħin.

(85)

F'dak li jirrigwarda l-obbligi li allegatament japplikaw biss għall-isptarijiet IRIS (ara l-premessi (87) sa (89) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ], l-awtoritajiet Belġjani jargumentaw li dawn l-obbligi huma l-konsegwenza diretta tal-fatt li l-isptarijiet IRIS inħolqu sabiex jikkontribwixxu għall-forniment ta' assistenza soċjali mis-CPAS (arat-Taqsima 2.2). L-awtoritajiet Belġjani jqisu li dawn l-obbligi ġejjin mil-Liġi dwar is-CPAS, li taħtha nħolqu l-isptarijiet IRIS, u li huma imposti fuq l-isptarijiet IRIS mill-istatuti tagħhom u mill-pjanijiet strateġiċi tal-IRIS. L-awtoritajiet Belġjani jirreferu wkoll għal dawn id-dokumenti għad-definizzjoni eżatta ta' dawn l-obbligi. Biex iżżomm fil-qasir u tevita r-ripetizzjonijiet, il-Kummissjoni ser tikkwota biss il-passaġġi rilevanti fil-valutazzjoni tagħha (ara t-Taqsima 7.3.4.1).

(86)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (ara l-premessa (48), il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward in-natura ekonomika jew mhux ekonomika tas-servizzi soċjali addizzjonali pprovduti mill-isptarijiet IRIS. Fit-tweġiba tagħhom għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani jqisu li dawn is-servizzi soċjali mhumiex ta' natura ekonomika. Huma jsostnu essenzjalment li l-assistenza soċjali pprovduta mis-CPAS ta' Brussell fil-forma ta' għajnuna materjali, soċjali, medika, mediko-soċjali u psikoloġika ma taqax taħt suq kompetittiv, u li dan jibqa' japplika anki jekk parti mill-assistenza soċjali (jiġifieri s-servizzi soċjali addizzjonali) tiġi pprovduta mill-isptarijiet IRIS fuq il-bażi ta'inkarigu.

(87)

F'dak li jirrigwarda l-bażi ġuridika għall-kumpens tat-telf (ara l-punt (91) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ], l-awtoritajiet Belġjani jqisu li l-obbligu li għandhom il-muniċipalitajiet li jkopru t-telf tal-isptarijiet pubbliċi tagħhom huwa previst fl-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS kif ukoll fl-Artikolu 109 tal-LCH. Huma jispjegaw li l-Artikolu 109 tal-LCH isemmi prinċipju ġenerali applikabbli għall-isptarijiet pubbliċi kollha Belġjani u li jiddetermina l-obbligu minimu impost fuq il-muniċipalitajiet [peress li dawn huma obbligati jkopru biss parti mit-telf, ara wkoll il-premessa 47. L-awtoritajiet Belġjani jinnotaw ukoll li l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS jiddefinixxi obbligu speċifiku li japplika biss għas-sitt muniċipalitajiet li waqqfu sptarijiet IRIS u li ddeċidew li jmorru lil hinn mill-minimu impost mill-Artikolu 109 tal-LCH billi jkopru t-total tat-telf kontabilistiku tal-isptarijiet IRIS.

(88)

Fil-premessa (92) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni staqsiet jekk it-trasferiment tas-sussidji speċjali (li r-Reġjun Kapitali ta' Brussell jagħti lill-muniċipalitajiet) mill-muniċipalitajiet lill-isptarijiet IRIS jistax jitqies jew le bħala operazzjoni separata mill-mekkaniżmu ta' kopertura tat-telf. Fit-tweġiba tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani jsostnu li l-muniċipalitajiet ta' Brussell jużaw biss is-sussidji speċjali biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom (parti minnu) li jkopru t-telf tal-isptarijiet IRIS. Kif hu spjegat aktar fid-dettall hawn isfel (ara t-Taqsima 7.3.5), il-kumpens tat-telf jitħallas f'diversi stadji, fosthom it-trasferiment tas-sussidji speċjali mill-muniċipalità lill-isptar IRIS, iżda dawn il-pagamenti kollha jsiru fuq l-istess bażi, jiġifieri l-obbligu tal-muniċipalitajiet li jkopru t-telf.

(89)

Il-Kummissjoni talbet ukoll xi kjarifiki dwar mekkaniżmu allegat ta' pagamenti ta' antiċipi (jekk huwa l-każ), il-bażi ġuridika ta' dan il-mekkaniżmu u l-mod kif jaħdem, id-differenza mill-mekkaniżmu ta' kopertura tat-telf u r-rwol li għandu l-FRBRTC fil-finanzjament tiegħu (ara l-premessa (93) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). L-awtoritajiet Belġjani jqisu li ma hemm ebda mekkaniżmu ta' pagamenti ta' antiċipi. B'mod aktar preċiż, huma jispjegaw li l-obbligu tal-kopertura tat-telf tal-isptarijiet IRIS jibda jseħħ minn meta jitfaċċa t-telf. Fil-fatt, skont l-awtoritajiet Belġjani, l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS jirreferi għat-telf kontabilistiku, li huwa indikat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-isptarijiet sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja. Għall-kuntrarju, il-kalkolu tat-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH mis-Servizz Pubbliku Federali tas-saħħa pubblika jieħu ferm aktar fit-tul (sa 10 snin). Madankollu, l-awtoritajiet Belġjani jsostnu li, peress li t-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH huwa sempliċiment parti mit-telf kontabilistiku kopert minnufih taħt l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS, dawn ma jirċevux antiċipi li jistgħu jitqiesu bħala għajnuna separata mill-mekkaniżmu ta' kopertura tat-telf. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani jtennu li l-FRBRTC ipprovda lill-muniċipalitajiet finanzjament li għenhom jirrispettaw l-obbligu tagħhom li jkopru telf li, kif kien spjegat hawn fuq, mhuwiex mekkaniżmu ta' pagament ta' antiċipi.

(90)

F'dak li jirrigwarda l-miżuri li jevitaw il-kumpens żejjed u n-nuqqass effettiv ta' kumpens żejjed (ara l-punti (95)-(97) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ], l-awtoritajiet Belġjani jressqu l-argumenti li ġejjin. Huma jispjegaw l-ewwel nett li d-deċiżjonijiet ta' kumpens tat-telf jittieħdu kull sena ladarba t-telf stmat għas-sena kkonċernata jkun magħruf, b'mod li ma jkun hemm ebda riskju ta' kumpens żejjed. Huma jżidu jgħidu li l-qafas ġuridiku Belġjan (b'mod partikolari l-Liġi tal-14 ta' Novembru 1983 u l-Liġi dwar is-CPAS) jippermetti lill-muniċipalitajiet jiżguraw li l-isptarijiet IRIS jużaw l-għajnuna mill-Istat kif xieraq, u li jirkupraw din l-għajnuna f'każ li ma jiġux irrispettati l-kundizzjonijiet jew f'każ ta' kumpens żejjed. Barra minn hekk, biex juru n-nuqqas ta' kumpens żejjed, l-awtoritajiet Belġjani jirreferu għad-diversi tabelli ppreżentati lill-Kummissjoni u li jindikaw it-telf u l-interventi tal-muniċipalitajiet għal kull wieħed mill-ħames sptarijiet IRIS għall-perjodu 1996-2014 (ara wkoll it-Taqsima 7.3.5 għal dawn iċ-ċifri).

(91)

Kif mitlub, l-awtoritajiet Belġjani pprovdew ukoll fit-tweġiba tagħhom kjarifiki addizzjonali dwar il-kunċett ta' “sostenibbiltà” (ara l-premessi (102)-(103) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). Fil-fehma tagħhom, l-obbligu li tiġi ggarantita s-sostenibbiltà tal-isptarijiet IRIS huwa bbażat direttament fuq il-Liġi dwar is-CPAS. Kif kien spjegat aktar 'il fuq (ara t-Taqsima 2.1), kull CPAS jista' joħloq stabbilimenti inkarigati li jipprovdu l-assistenza soċjali, inkluża assistenza medika u mediko-soċjali, jekk jista' juri li dan il-pass huwa meħtieġ biex tiġi ssodisfata ħtieġa reali skont l-Artikolu 60(6) tal-Liġi dwar is-CPAS. Huma jispjegaw li, fil-passat, sitta mid-19-il CPAS tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell ħolqu sptarijiet (li ma għandhomx personalità ġuridika separata) sabiex jipprovdu assistenza soċjali, u li mexxew dawn l-isptarijiet huma nfushom sal-aħħar tal-1995. Fil-fehma tagħhom, ir-ristrutturar tal-isptarijiet pubbliċi wassal għall-ħolqien tal-isptarijiet pubbliċi IRIS, li saru legalment indipendenti mis-CPAS fl-1 ta' Jannar 1996 (ara wkoll it-Taqsima 2.2), ma bidel xejn mill-obbligu tas-CPAS li jipprovdu assistenza soċjali, kemm direttament, kif ukoll permezz tal-isptarijiet IRIS. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet Belġjani josservaw li l-għan ewlieni tar-ristrutturar u tal-ħolqien tan-netwerk IRIS u tal-isptarijiet IRIS kien li tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizzi fl-isptarijiet pubbliċi fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell (ara wkoll il-premessa 27. Huma josservaw għalhekk li, biex tiġi assigurata s-sostenibbiltà tal-isptarijiet IRIS u jiġu ssodisfati b'dan il-ħtiġijiet soċjali tal-popolazzjoni, il-muniċipalitajiet u s-CPAS huma obbligati jassorbu kull telf ta' dawn l-isptarijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS. L-awtoritajiet Belġjani jikkonkludu wkoll li sakemm tibqa' teżisti din il-ħtieġa reali, b'mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Kunsill tal-Istat (ara l-premessa 83, l-awtoritajiet pubbliċi ma jistgħux jagħlqu l-isptarijiet IRIS u lanqas iċeduhom lil xi proprjetarju tas-settur privat.

(92)

Fl-aħħar nett, fil-premessa (103) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tistaqsi jekk hemmx raġunijiet oħra li jistgħu jiġġustifikaw il-finanzjament addizzjonali tal-isptarijiet IRIS. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Belġjani jinnotaw li l-isptarijiet IRIS ma għandhomx għan wieħed biss li joħolqu servizzi, kompiti u programmi tal-isptar “vijabbli”, kif jistgħu jagħmlu l-isptarijiet privati Belġjani. Għall-kuntrarju, skont l-awtoritajiet Belġjani, l-isptarijiet IRIS għandhom jiggarantixxu l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta' kura tas-saħħa, b'mod partikolari sabiex jiggarantixxu l-aċċess ta' kulħadd, u b'mod partikolari tal-membri l-aktar fil-bżonn tas-soċjeta, għal kull trattament meħtieġ għall-mard tagħhom, anki jekk dan it-trattament ikun jisboq ħafna l-istandards ta' ppjanar u ta' approvazzjoni applikabbli għall-isptarijiet kollha skont l-LCH. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet Belġjani jirreferu wkoll għall-punt 162 tas-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Novembru 2012, li jgħid “il-kumpens tat-telf tal-isptarijiet pubbliċi jista' jkun meħtieġ għal raġunijiet soċjali u tas-saħħa biex tiġi żgurata l-kontinwità u l-vijabbiltà tas-sistema tal-isptarijiet”. L-awtoritajiet Belġjani josservaw ukoll li l-istatut ta' sptar pubbliku jinvolvi ċerti spejjeż li mhumiex ikkumpensati għal kollox mill-miżuri federali ta' finanzjament. Huma jinnotaw li dawn l-ispejjeż jinkludu, fost l-oħrajn, il-ħlas ta' bonus għall-ħiliet lingwistiċi lill-membri tal-persunal li jitkellmu diversi lingwi, spejjeż ta' akkomodazzjoni u ta' assigurazzjoni tas-saħħa ogħla għall-impjegati statutorji (uffiċjali) u żidiet skont l-iskali imposti (iżda parti biss minnhom imħallsa) mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell.

6.2.   Il-kummenti tal-Belġju dwar il-kummenti tal-partijiet terzi

(93)

L-awtoritajiet Belġjani jibdew billi jinnotaw li l-kummenti magħmula mis-CBI, l-ABISP u Zorgnet Vlaanderen dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ huma bbażati fuq l-istess argument, jiġifieri li, skont dawn l-organizzazzjonijiet, l-isptarijiet IRIS mhumiex inkarigati bi SIEĠ addizzjonali minbarra s-SIEĠ imposti fuq kwalunkwe sptar (pubbliku jew privat) fil-Belġju. Fil-fehma tagħhom, din id-dikjarazzjoni tibbaża fuq l-istess raġuni, jiġifieri li l-LCH timponi fuq l-isptarijiet privati u pubbliċi l-istess obbligu ta' servizz pubbliku, irrispettivament minn kull kunsiderazzjoni reġjonali. Madankollu, skont l-awtoritajiet Belġjani, l-intervenjenti ma jispjegawx kif il-Liġi dwar is-CPAS ma tapplikax għall-isptarijiet IRIS meta, skont il-Belġju, din il-Liġi hija l-istess bażi ġuridika għall-eżistenza tal-isptarijiet IRIS. L-awtoritajiet Belġjani jinnutaw li l-Artikolu 147 tal-LCH jirrikonoxxi b'mod espliċitu li, fil-każ tal-isptarijiet immexxija minn CPAS (bħall-isptarijiet IRIS (131)), l-LCH tikkompleta l-Liġi dwar is-CPAS, li jikkonferma li l-LCH mhijiex l-unika bażi ġuridika rilevanti applikabbli għall-isptarijiet immexxija minn CPAS.

(94)

L-awtoritajiet Belġjani jqisu mhux korretta d-dikjarazzjoni tas-CBI li tgħid li l-intenzjoni mħabbra mill-Gvern ta' Brussell li jirriformula l-Ordni tat-13 ta' Frar 2003 b'mod li tispeċifika l-kompiti ta' interess ġenerali li jiġġustifikaw il-ħlas ta' sussidji speċjali lill-muniċipalitajiet (ara l-premessa 70 tindika li attwalment ma hemm ebda kompitu speċifiku (li japplika biss għall-isptarijiet IRIS). L-awtoritajiet Belġjani jinnotaw b'mod partikolari li s-sussidji speċjali previsti minn din l-Ordinanza jingħataw biss lill-muniċipalitajiet, u mhux lill-isptarijiet IRIS. Il-Belġju jikkonferma wkoll li l-interventi tal-FRBRTC u tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell stess (għal ammont massimu ta' EUR 10 miljun fis-sena (132)) biex jappoġġaw lill-muniċipalitajiet huma trasferimenti finanzjarji bejn l-awtoritajiet pubbliċi li ma jaqgħux fl-ambitu ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-awtoritajiet Belġjani jtennu li ebda wieħed minn dawn l-ammonti ma ngħata mir-Reġjun jew mill-FRBRTC lill-isptarijiet IRIS. Għall-kuntrarju, skont il-Belġju, dawn huma sempliċiment trasferimenti bejn ir-Reġjun u l-muniċipalitajiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi ta' finanzjament ġenerali tal-muniċipalitajiet mir-Reġjun. Dan il-finanzjament globali huwa mfassal biex jippermetti lill-muniċipalitajiet iwettqu l-kompiti tagħhom ta' interess komunali, li jinkludu l-kompiti tas-CPAS. Skont l-awtoritajiet Belġjani, ir-riforma mħabbra tal-Ordinanza tat-13 ta' Frar 2003 fl-ebda każ ma hija ammissjoni tan-nuqqas ta' SIEĠ addizzjonali inkarigati lill-isptarijiet IRIS. Hija r-responsabbiltà tal-muniċipalitajiet li jispeċifikaw is-SIEĠ inkarigati lill-isptarijiet li huma jwaqqfu, u l-Ordinanza inkwistjoni mhijiex rilevanti f'dan il-kuntest peress li tirrigwarda biss lill-finanzjament fl-Istat.

(95)

L-awtoritajiet Belġjani jirribattu wkoll id-deskrizzjoni tal-kompiti soċjali, li mhijiex eżatta fil-fehma tagħhom, li s-CBI tagħti fil-kummenti tagħha. Is-CBI tgħid fost l-oħrajn li l-LCH tiddefinixxi “kompitu soċjali bażiku” komuni għall-isptarijiet pubbliċi u privati, iżda li l-isptarijiet IRIS biss iwettquh b'mod aktar intensiv. Skont din l-opinjoni, il-kompiti soċjali “addizzjonali” tal-isptarijiet IRIS ma jistgħux ikunu separati mis-servizzi tal-isptarijiet u huma parti integrali minnhom. L-awtoritajiet Belġjani ma jaqblux ma' din l-opinjoni. Huma jqisu li minbarra l-fatt li s-CBI tammetti espressament l-eżistenza ta' differenza intinsika bejn l-isptarijiet pubbliċi u privati (jiġifieri l-volum akbar ta' servizzi soċjali pprovduti mill-isptarijiet IRIS), is-CBI ma tiddefinixxix dak li tifhem eżattament b'“kompitu soċjali bażiku”, li hija tikkunsidra bħala SIEĠ tal-isptarijiet, u li hija ma tiddefinixxix il-bażi ġuridika li fuqha huwa bbażat din il-missjoni u lanqas il-mandat speċifiku li jimponiha. L-awtoritajiet Belġjani jqisu li l-Liġi dwar is-CPAS biss tista' sservi biex tafda “missjonijiet soċjali bażiċi” lill-isptarijiet pubbliċi. Fil-fatt, fil-fehma tagħhom, f'dak li jirrigwarda l-isptarijiet pubbliċi biss, l-LCH sempliċiment tikkompleta l-Liġi dwar is-CPAS (ara l-Artikolu 147 tal-LCH). Il-missjoni essenzjali, jew “il-missjoni bażika”, tal-isptarijiet IRIS hija ddefinita mil-Liġi dwar is-CPAS jew skontha, u għaldaqstant mhijiex “komuni” għall-isptarijiet kollha. Skont l-awtoritajiet Belġjani, din il-missjoni mhijiex ta' natura ekonomika. L-isptarijiet IRIS għaldaqstant huma stabbiliti skont il-Liġi dwar is-CPAS u, ladarba jinħolqu, huma obbligati jikkonformaw mar-regoli addizzjonali stabbiliti mil-LCH (133).

(96)

F'dak li jirrigwarda l-kummenti tas-CBI dwar ilmissjoni ta' kura universali, l-awtoritajiet Belġjani jinnotaw li s-CBI tillimita l-missjoni ta' kura universali, li hija tiddikjara komuni għall-isptarijiet kollha, għall-emerġenzi biss u għas-sitwazzjonijiet ta' wara emerġenza. B'hekk, l-awtoritajiet Belġjani jqisu li s-CBI tirrikonoxxi b'mod impliċitu li l-isptarijiet privati ta' Brussell ma għandhom l-ebda obbligu li jikkuraw pazjenti li ma jinsabux f'sitwazzjoni ta' emerġenza jew ta' wara emerġenza, li madankollu jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-kura mogħtija lill-persuni żvantaġġjati. L-awtoritajiet Belġjani jgħidu wkoll li r-referenza li s-CBI tagħmel għall-missjoni ta' interess pubbliku deskritt fl-Artikolu 2 tal-LCH mhijiex il-bażi għal obbligu bħal dan. Fil-fehma tagħhom, il-fatt li tkun inkarigat b'missjoni ta' sptarijiet bażika ma jimplikax li tkun inkarigat, b'mod simili, bil-missjoni li tagħti kura lil kwalunkwe persuna fi kwalunkwe ċirkustanza, irrispettivament mill-kapaċità tal-persuna li tħallas. L-istess eżistenza ta' regoli speċifiċi li jirregolaw l-emerġenzi hija prova ċara ta' dan. L-awtoritajiet Belġjani jaffermaw li l-missjoni ta' interess ġenerali ma tistax tkun impliċita, iżda hija imposta b'mod espliċitu. Huma jqisu li kien meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-emerġenzi peress li d-definizzjoni tal-missjoni bażika tal-isptarijiet stabbilita mil-LCH ma ssemmix l-emerġenzi. L-awtoritajiet Belġjani jargumentaw li l-Liġi tat-8 ta' Lulju 1964 (134) u l-ordnijiet ta' implimentazzjoni tagħha jittrattaw l-assistenza medika ta' emerġenza (135) u s-servizzi ta' emerġenza (inklużi l-ambulanzi). Huwa abbażi ta' dan li ċerti sptarijiet, kemm pubbliċi kif ukoll privati, jwettqu ċerti kompiti ta' assistenza medika ta' emerġenza.

(97)

L-awtoritajiet Belġjani jsostnu madankollu li l-obbligu li tingħata kura ta' emerġenza fl-isptarijiet pubbliċi u privati mhuwiex ġej mil-LCH. Dan jaqa' minflok taħt l-obbligu ġenerali li tingħata assistenza lil kull persuna f'periklu. Skont l-awtoritajiet Belġjani, l-isptarijiet huma obbligati jagħtu l-għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza medika skont l-istruttura u l-esperjenza disponibbli tagħhom (136). Dan l-obbligu jirrigwarda kemm lill-isptarijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati, u barra minn hekk lil kwalunkwe persuna oħra, minħabba l-obbligu ta' assistenza lil persuna f'periklu. L-awtoritajiet Belġjani jispjegaw ukoll li skont l-Artikolu 422(b) tal-Kodiċi Penali Belġjan, dan l-obbligu japplika biss fis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u b'mod partikolari f'każ ta' emerġenza medika ta' theddida għall-ħajja. L-awtoritajiet Belġjani madankollu jinnotaw li fis-sitwazzjonijiet l-oħrajn kollha (jiġifieri f'sitwazzjonijiet oħrajn minbarra emerġenza), l-isptarijiet mhumiex inkarigati b'missjoni ta' kura universali u mhumiex obbligati jikkuraw lill-pazjenti li ma jistgħux iħallsu t-trattament tagħhom. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani josservaw li, għalkemm huwa ovvju li l-isptarijiet Belġjani ma għandhomx id-dritt li jiddiskriminaw skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pazjenti (u għalhekk fuq is-sempliċi fatt li persuna hija fqira), ma jistgħux ikunu obbligati li jagħtu kura barra mis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza jekk pazjent ma jistax iħallas jew ma jridx iħallas.

(98)

Fil-kummenti tagħhom bi tweġiba għall-kummenti tas-CBI, l-awtoritajiet Belġjani jikkontestwalizzaw mill-ġdid ir-referenza li s-CBI għamlet għal sentenza mogħtija mill-Qorti ta' Prim'Istanza ta' Brussell (ara l-premessa 72. Skont l-awtoritajiet Belġjani, is-sentenza kkwotata mis-CBI tirrigwarda biss każ partikolari ħafna ta' għajnuna medika ta' emerġenza (137) lil migrant mingħajr dokumenti li kien jeħtieġ kura psikjatrika. Huma jinnotaw li l-isptarijiet IRIS ma jagħtux kura ta' dan it-tip. Fil-fehma tagħhom, din is-sentenza tikkonferma li l-għajnuna medika ta' emerġenza lill-migranti mingħajr dokumenti normalment tingħata jew mill-isptarijiet stabbiliti minn CPAS, jew mill-isptarijiet li s-CPAS ikunu ffirmaw ftehim magħhom (138). Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani jinnotaw li s-CBI ma tiġġustifikax, u lanqas ma tipprova tiġġustifika, l-allegat obbligu fuq l-isptarijiet privati li jikkuraw lill-pazjenti kollha f'sitwazzjonijiet ta' “wara emerġenza”. Skont l-awtoritajiet Belġjani, ma hemm l-ebda obbligu ta' dan it-tip impost fuq l-isptarijiet privati għas-sitwazzjonijiet “ta' wara emerġenza”, filwaqt li l-isptarijiet IRIS huma obbligati jikkuraw lill-pazjenti kollha fi kwalunkwe ċirkustanza, anki jekk ma jkunx hemm emerġenza medika.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

7.1.   Is-suġġett ta' din id-deċiżjoni

(99)

L-ilment kien jirreferi għal miżura ta' għajnuna ta' madwar EUR 100 miljun mogħtija bħala parti mir-ristrutturar li wassal għall-ħolqien tal-isptarijiet IRIS (ara t-Taqsima 2.2). Madankollu, kif spjegat fit-Taqsima 3.1 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, kien biss wara li skada t-terminu ta' preskrizzjoni applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna għar-ristrutturar li l-Kummissjoni ħadet azzjoni fir-rigward ta' din l-għajnuna. Għaldaqstant, din il-miżura ta' għajnuna ma ġietx inkluża fil-proċedura ta' investigazzjoni formali miftuħa mill-Kummissjoni u għalhekk mhijiex ser tkun indirizzata f'din id-deċiżjoni.

(100)

Minbarra l-miżura kkonċernata mit-terminu ta' preskrizzjoni, l-ilment kien jindika b'mod formali i) il-fondi mħallsa mill-FRBRTC lill-muniċipalitajiet responsabbli mill-isptarijiet IRIS u ii) is-sussidji speċjali (ta' madwar EUR 10 miljun fis-sena) mogħtija lil dawn il-muniċipalitajiet mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell fuq il-bażi tal-Ordinanza tat-13 ta' Frar 2003.

(101)

Dawn iż-żewġ tipi ta' fondi huma madankollu mogħtija biss lill-muniċipalitajiet responsabbli mill-isptarijiet IRIS u mhux lill-isptarijiet IRIS infushom. Dawn fir-realtà huma biss flussi ta' finanzjament bejn ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell u s-sitt muniċipalitajiet ta' Brussell responsabbli mill-isptarijiet IRIS u għaldaqstant mhumiex għajnuna mill-Istat lill-isptarijiet IRIS.

(102)

Huwa veru li fid-Deċiżjoni annullata tagħha tal-2009, il-Kummissjoni kellha t-tendenza li tħawwad il-ħlasijiet taħt l-FRBRTC mal-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf previst fl-Artikolu 109 tal-LCH, u li hija kienet naqset milli tevalwa separatament il-parametri tal-kumpens ta' dawn iż-żewġ miżuri (139). Barra minn hekk, il-fondi tal-FRBRTC jintużaw mill-muniċipalitajiet biex jikkumpensaw it-telf tal-isptarijiet IRIS (140) u l-muniċipalitajiet kellhom l-obbligu li jħallsu l-fondi FRBRTC lill-isptarijiet IRIS f'terminu massimu ta' sebat ijiem ta' xogħol (141).

(103)

Madankollu, kif tikkonferma l-informazzjoni li waslet b'reazzjoni għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha u kif spjegat hawn taħt (ara l-premessa (230), it-trasferimenti finanzjarji mingħand l-FRBRTC u mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell lill-muniċipalitajiet responsabbli mill-isptarijiet IRIS huma meħtieġa peress li r-riżorsi proprji li għandhom il-muniċipalitajiet mhumiex suffiċjenti biex jissodisfaw l-obbligu ta' kumpens tat-telf muniċipali fir-rigward tal-isptarijiet IRIS. Huwa f'dan il-kuntest li l-FRBRTC u r-Reġjun Kapitali ta' Brussell talbu lill-muniċipalitajiet ta' Brussell li jqiegħdu l-fondi tal-FRBRTC u s-sussidji speċjali għad-dispożizzjoni tal-isptarijiet IRIS, kważi minnufih wara li rċevew dawn il-ħlasijiet. Irrispettivament minn dan l-obbligu ta' trasferiment, l-obbligu ta' kumpens tat-telf tal-isptarijiet IRIS jaqa' biss fuq il-muniċipalitajiet ikkonċernati u dawn l-isptarijiet ma għandhom dritt għal ebda kumpens min-naħa tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell jew mill-FRBRTC. Bl-istess mod, l-isptarijiet IRIS ġew imposti fuqhom ċerti obbligi mill-muniċipalitajiet biss, u mhux mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell (ara t-Taqsima 7.3.4.1). Għaldaqstant, il-ħlasijiet li saru mill-muniċipalitajiet biss lill-isptarijiet IRIS biex jikkumpensaw għat-telf tagħhom, kemm jekk huma ffinanzjati mir-riżorsi proprji tal-muniċipalitajiet kif ukoll mill-fondi pprovduti lill-muniċipalitajiet mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell, jistgħu jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(104)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament fl-Istat (mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell lill-muniċipalitajiet, kemm jekk iseħħ direttament jew indirettament permezz tal-FRBRTC) huwa biss sors ta' finanzjament tal-ħlasijiet magħmula mill-muniċipalitajiet bħala kumpens tat-telf u mhux miżura li minnha l-isptarijiet IRIS jistgħu jibbenefikaw minbarra dan il-kumpens tat-telf. Għaldaqstant, il-flussi finanzjarji li jseħħu bejn ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell u l-muniċipalitajiet ta' Brussell ikkonċernati, kif ukoll il-bażijiet ġuridiċi tagħhom (fost oħrajn l-Ordinanza tat-13 ta' Frar 2003) mhumiex ser ikunu vvalutati bħala tali f'din id-deċiżjoni. Din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ser tiffoka minflok fuq il-ħlasijiet magħmula mill-muniċipalitajiet lill-isptarijiet IRIS biex jikkumpensaw it-telf tagħhom, u li għalihom il-muniċipalitajiet jiddependu ħafna mill-finanzjament fl-istat ipprovdut mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell (142). Madankollu, għalkemm mhijiex ser teżamina aktar il-miżuri li huma uffiċjalment imsemmija mir-rikorrenti, il-valutazzjoni fir-rigward tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat dwar il-kumpens tat-telf tal-isptarijiet mill-muniċipalitajiet se tissodisfa kompletament, fis-sustanza, it-tħassib tar-rikorrenti li qegħdin jinvokaw l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat, peress li din ser tkopri wkoll, de facto, il-fondi mogħtija mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell, direttament jew permezz tal-FRBRTC, peress li l-muniċipalitajiet jużawhom kollha sabiex jikkumpensaw it-telf tal-isptarijiet IRIS. Huwa għalhekk li l-analiżi tal-eżistenza ta' kumpens żejjed deskritt hawn taħt (ara t-tabelli 9 sa 13 fit-Taqsima 7.3.5) telenka wkoll il-ħlasijiet magħmula bħala kumpens għat-telf li ġie ffinanzjat permezz tal-fondi FRBRTC u mis-sussidji speċjali mingħand ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jkun enfasizzat li l-porzjon tal-ħlasijiet li sar mill-muniċipalitajiet bħala kumpens tat-telf li kien iffinanzjat mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell jew permezz tal-FRBRTC (143) ma kienx suffiċjenti sabiex ikopri t-telf kollu li ġarrbu l-isptarijiet IRIS u li fl-ebda ħin tal perjodu bejn l-1996 u l-2014, dawn il-ħlasijiet ma wasslu għal sitwazzjoni li fiha sptar IRIS fir-realtà ġie kkumpensat aktar minn kemm suppost u kellu jirrimborża (parti) mill-kumpens tat-telf tiegħu (ara wkoll il-premessi 234 u 238.

(105)

Il-Kummissjoni se tivvaluta għalhekk il-kumpens imħallas mill-muniċipalitajiet mill-1996 sabiex ikopru t-telf tal-isptarijiet IRIS (144). Fuq din il-bażi, il-grafika 1 hawn taħt tiġbor fil-qosor il-finanzjamenti pubbliċi li huma kkonċernati minn din id-deċiżjoni (fir-rettangolu bil-perimetru kontinwu) u tindika wkoll il-miżuri ta' finanzjament fl-istat imsemmija mir-rikorrenti (fir-rettangolu bil-perimetru bit-tikek). Informazzjoni aktar dettaljata dwar dawn il-miżuri ser tingħata fit-Taqsima 7.3.5 hawn taħt.

Grafika 1

Il-fluss ta' finanzjament u l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni

Image 3

Finanzjament premezz tal-FRBRTC (1)

Immirat formalment mill-ilment

Kopertura ta’ defiċit parzjali (Art. 109 LCH) iżda mħallas lura immedjatament

Sitt muniċipalitajiet (2) ta’ Brussell u CPAS (3)

Kopertura ta’ 100 % tad-defiċit (Art. 46 tar-regolamenti sussidjarji IRIS-H)

Sussidju speċjali (mass. ta’ EUR 10 miljun fis-sena)

Ħames sptarijet IRIS (4)

Ir-Reġjun Kapitali ta’ Brussell

Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni

(1) Fonds Régional Bruxellois de Refinancement des Trésoreries Communales (Fond Reġjonali ta’ Brussell għar-Rifinanzjament tal-Fondi Pubbliċi Komunali).

(2) Il-Belt ta’ Brussell, Aderlecht, Etterbeek, Ixelles, Saint-Gilles, u Schaerbeek (sat-tmiem tal-2013).

(3) Centre Publics d’Action Sociale (Ċentri Pubbliċita’ Protezzjoni Soċjali) marbuta mal-miniċipalitajiet.

(4) CHU Saint-Pierre, CHU Brugmann, Institut Bordet, L-Isptar Universitarju għat-Tfal tar-Reġuna (HUDERF) u Sptarijiet IRIS tan-Nofsinhar.

7.2.   Għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(106)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. Għaldaqstant, miżura tkun għajnuna mill-Istat jekk l-erba' kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin ikunu ssodisfati (145):

(a)

trid tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lil impriża;

(b)

trid tkun iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat;

(c)

trid toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni;

(d)

trid tkun tali li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.2.1.   Vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lil impriża

7.2.1.1.   Il-kunċett ta' impriża

Prinċipji ġenerali

(107)

L-għoti ta' fondi pubbliċi lil entità ma jistax ikun ikkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat ħlief jekk din l-entità tkun “impriża” fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija impriża kull entità li teżerċita attività ekonomika (146). Il-kwalifika ta' entità bħala impriża tiddependi għalhekk mit-tip ta' attività tagħha, irrispettivament mill-istatut ġuridiku ta' din l-entità jew mill-mod kif tiġi ffinanzjata (147). Attività ġeneralment għandha titqies ekonomika dment li tikkonsisti fil-forniment ta' oġġetti u servizzi fis-suq (148). Entità li teżerċita kemm attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet mhux ekonomiċi għandha titqies bħala impriża f'dawk li huma l-attivitajiet prinċipali biss (149). Is-sempliċi fatt li entità ma jkollhiex skop ta' qligħ mhux bilfors ifisser li l-attivitajiet tagħha mhumiex ekonomiċi (150).

Servizzi mediċi

(108)

Meta kura tas-saħħa tiġi pprovduta minn sptarijiet u fornituri oħrajn tal-kura tas-saħħa bi ħlas (151), kemm jekk dan isir direttament mill-pazjenti kif ukoll jekk ikun ġej minn sorsi oħrajn, din il-kura trid titqies ġeneralment bħala attività ekonomika (152). Il-finanzjament li minnu jibbenefikaw l-isptarijiet IRIS permezz ta' diversi sussidji mill-awtoritajiet federali jew federati (ara, pereżempju, il-premessa 46(a)(d) u (e), f'dak li jirrigwarda l-finanzjament pubbliku mogħti lill-isptarijiet kollha u l-premessa 44 f'dak li jirrigwarda l-kumpens tat-telf mogħti lill-isptarijiet IRIS], li miegħu jiżdiedu l-ħlasijiet diretti tal-pazjenti (ara l-premessa 46(c) u l-pagamenti mill-INAMI (ara l-premessa 46(b), iħallas lill-isptarijiet IRIS għas-servizzi mediċi pprovduti u jista' għalhekk, f'dan il-kuntest, ikun ikkunsidrat bħala l-korrispettiv ekonomiku tas-servizzi pprovduti fl-isptarijiet. Sistema bħal din timplika ċertu grad ta' kompetizzjoni bejn l-isptarijiet f'dak li jirrigwarda l-forniment tas-servizzi tal-kura tas-saħħa. Il-fatt li sptar li jipprovdi dawn is-servizzi bi ħlas ikun sptar pubbliku ma jneħħi xejn min-natura ekonomika ta' dawn l-attivitajiet (153).

(109)

F'dan il-każ, l-attivitajiet prinċipali tal-isptarijiet IRIS huma attivitajiet tal-isptar li jikkonsistu fil-forniment ta' servizzi ta' kura tas-saħħa. Dawn l-attivitajiet huma wkoll eżerċitati minn tipi oħrajn ta' entitajiet, u b'mod partikolari minn kliniki, sptarijiet privati u ċentri oħrajn speċjalizzati, fosthom l-isptarijiet privati tar-rikorrenti. Dawn l-attivitajiet tal-isptar eżerċitati mill-isptarijiet IRIS bi ħlas u f'ambjent kompetittiv, għandhom għalhekk jitqiesu li huma ekonomiċi.

(110)

L-elementi ta' solidarjetà li fuqhom hija bbażata s-sistema nazzjonali tal-kura tas-saħħa Belġjana huma mingħajr preġudizzju għan-natura ekonomika ta' dawn l-attivitajiet tal-isptar. Jeħtieġ fil-fatt li jkun imfakkar li l-Qorti rriżultalha, rigward sistema nazzjonali tas-saħħa mmexxija minn ministeri u aġenziji oħrajn u li tiffunzjona “skont il-prinċipju ta' solidarjetà fil-metodu ta' finanzjament tagħha permezz ta' kontribuzzjonijiet soċjali u kontribuzzjonijiet oħrajn mill-istat u fil-provvediment tagħha ta' servizzi lill-affiljati tagħha fuq il-bażi ta' kopetura universali”, li l-aġenziji ta' ġestjoni inkwistjoni ma kinux qed jaġixxu bħala impriżi fl-attività tagħhom ta' ġestjoni tas-sistema nazzjonali tas-saħħa (154). Il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu li huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-ġestjoni tas-sistema tas-saħħa nazzjonali, imwettqa minn aġenziji pubbliċi li jimplimentaw għal dan il-għan prerogattivi ta' awtorità pubblika, u l-forniment ta' kura fl-isptarijiet bi ħlas f'ambjent kompetittiv [li hija l-kwistjoni f'dan il-każ, kif indikat fil-premessi 108 u 109.

(111)

Għaldaqstant, f'dak li jirrigwarda l-forniment ta' servizzi ta' kura tas-saħħa, l-isptarijiet IRIS għandhom jitqiesu li huma impriżi fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

Is-servizzi soċjali

(112)

Kif spjegat fil-premessa 38, l-isptarijiet IRIS jipproponu sensiela ta' servizzi soċjali lill-pazjenti soċjalment żvantaġġjati tagħhom u lill-familji tagħhom. Dawn is-servizzi jinkludu, skont il-ħtiġijiet tal-pazjenti, assistenza psikosoċjali, soċjoamministrattiva u soċjomaterjali. In-natura speċifika ta' dawn is-servizzi soċjali jimplika li l-atturi awtorizzati joffruhom għandhom riżorsi speċifiċi, bħal pereżempju persunal imħarreġ apposta għal dan il-għan.

(113)

Wieħed ma jistax jiċħad li l-attivitajiet soċjali addizzjonali li l-isptarijiet IRIS huma allegatament obbligati jwettqu jservu għan esklussivament soċjali. Madankollu, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-vokazzjoni purament soċjali ta' sistema li taħtha entità tiġi fdata b'kompiti speċifiċi mhijiex biżżejjed fiha nfisha biex teskludi b'mod ġenerali n-natura ekonomika tal-kompiti msemmija (155).

(114)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni ippruvat tiskopri jekk l-attivitajiet soċjali addizzjonali allegatament imwettqa mill-isptarijiet IRIS kinux jikkostitwixxu jew le attività ekonomika. Fit-tweġiba tagħhom għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Belġjani jsostnu li l-attivitajiet mhumiex ta' natura ekonomika peress li mhumiex parti minn suq kompetittiv. Madankollu r-rikorrenti jsostnu li mhux possibbli li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet soċjali u l-attivitajiet tal-isptar li għandhom natura ekonomika. Għalkemm il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-argumenti tal-awtoritajiet Belġjani, ma tistax teskludi li t-twettiq ta' attivitajiet soċjali addizzjonali huwa attività ekonomika. Barra minn hekk, kif spjegat hawn taħt (ara l-premessa 165), il-Kummissjoni tqis li l-attivitajiet soċjali addizzjonali fir-realtà ma jistgħux ikunu distinti mill-attivitajiet tal-isptar ta' natura ekonomika.

(115)

Sabiex tkompli l-valutazzjoni, is-segwitu ta' din id-deċiżjoni jippresupponi li l-forniment ta' servizzi soċjali addizzjonali huwa fil-fatt ta' natura ekonomika.

Attivitajiet relatati

(116)

Kif indikat fil-premessa 41, l-isptarijiet IRIS jieħdu sehem ukoll f'għadd ta' attivitajiet relatati. Il-Kummissjoni tinnota li xi wħud minn dawn l-attivitajiet, meta jiġu vvalutati separatament mill-attivitajiet prinċipali tal-isptarijiet IRIS, ma jidhrux li huma ta' natura ekonomika (pereżempju, l-attivitajiet ta' riċerka), filwaqt li oħrajn jidhru li huma attivitajiet ekonomiċi mal-ewwel daqqa t'għajn (pereżempju, kantin jew ħanut għall-pazjenti u għall-viżitaturi). Madankollu jista' jiġi argumentat li minħabba r-rabta mill-qrib tagħhom mal-attivitajiet (ekonomiċi) prinċipali tal-isptarijiet IRIS, l-attivitajiet relatati kollha msemmija għandhom jitqiesu li huma wkoll attivitajiet ekonomiċi.

(117)

Sabiex tkompli l-valutazzjoni, is-segwitu ta' din id-deċiżjoni jippresupponi li l-attivitajiet relatati huma fil-fatt ta' natura ekonomika.

7.2.1.2.   Vantaġġ ekonomiku

Valutazzjoni ġenerali

(118)

Vantaġġ, fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jikkorrispondi għal kull vantaġġ ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri mingħajr l-intervent tal-Istat (156). L-effett tal-miżura fuq l-impriża biss jimporta, u mhux ir-raġuni jew l-għan tal-intervent tal-Istat (157). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża titjieb bħala riżultat ta' intervent mill-Istat, mela allura jkun hemm il-preżenza ta' vantaġġ.

(119)

F'dan il-każ, jenħtieġ li jkun innotat li d-diversi sistemi ta' finanzjament pubbliku (kif deskritti fit-Taqsima 2.5.1) li jkopru l-attivitajiet tal-isptar ġenerali u addizzjonali, fosthom il-kumpens tat-telf, ippermettew li l-isptarijiet IRIS jbbenefikaw minn għadd ta' miżuri li jtaffu l-piżijiet li normalment ikollhom il-fornituri ta' dan it-tip ta' attivitajiet. Għaldaqstant, soġġett għall-eżami fir-rigward tal-prinċipji tas-Sentenza Altmark magħmul fil-premessi li ġejjin, il-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf li huwa s-suġġett ta' din id-deċiżjoni jista' jitqies li jagħti vantaġġ ekonomiku lill-isptarijiet IRIS u li dan il-vantaġġ ma kinux jiksbuh fil-kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri mingħajr l-intervent tal-Istat.

Altmark

(120)

Il-Kummissjoni tinnota li l-finanzjament pubbliku tal-isptarijiet IRIS jista' jitqies li ma ta ebda vantaġġ lil dawn tal-aħħar jekk kien jikkonsisti biss fl-għoti ta' kumpens għas-servizzi pprovduti minn dawn l-isptarijiet skont l-obbligi ta' servizz pubbliku li għandhom, bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-Sentenza Altmark ikunu ssodisfati.

(121)

F'din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja iċċarat li l-kumpens mir-riżorsi tal-Istat, tal-ispejjeż imġarrba għall-forniment ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali mhuwiex vantaġġ dment li erba' kundizzjonijiet kumulattivi jkunu ssodisfati (158):

(a)

l-impriża benefiċjarja trid tkun effettivament ġiet inkarigata bit-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku li trid taqdi, u l-obbligi għandhom ikunu definiti sew;

(b)

il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens iridu jiġu stabbiliti bil-quddiem b'mod oġġettiv u trasparenti;

(c)

il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha ġġenerati mit-twettiq tal-obbligi ta' servizzi pubbliku jew parti minnhom, b'kont meħud tad-dħul relatat kif ukoll ta' qligħ raġonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi;

(d)

meta l-għażla tal-impriża inkarigata bl-eżekuzzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku ma ssirx fil-qafas ta' proċedura ta' akkwist pubbliku li tippermetti li jintgħażel il-kandidat li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas prezz għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju jrid ikun iddeterminat fuq bażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża medja, immexxija sewwa u mgħammra adegwatament bil-mezzi rilevanti,kien ikollha biex twettaq dawn l-obbligi.

(122)

Il-prinċipji u l-kunsiderazzjonijiet iddikjarati fis-Sentenza Altmark japplikaw ex tunc, jiġifieri japplikaw ukoll għar-relazzjonijiet ġuridiċi li kienu jeżistu qabel is-sentenza inkwistjoni (159). Għaldaqstant, il-kriterji ta' valutazzjoni esposti fis-Sentenza Altmark japplikaw kompletament għas-sitwazzjoni fattwali u ġuridika f'dan il-każ, anki f'dak li jirrigwarda l-għajnuna mogħtija lill-isptarijiet IRIS qabel id-data tas-Sentenza Altmark (160).

(123)

Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina l-ewwel nett ir-raba' kriterju Altmark (li jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk l-għażla tal-impriża li tipprovdi SIEĠ saritx bħala parti minn proċedura ta' akkwist pubbliku jew, inkella, jekk il-kumpens imħallas għal dan is-SIEĠ ġiex iddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imġarrba minn impriża medja u mmexxija sewwa). Il-Kummissjoni tinnota li l-isptarijiet IRIS ma ntgħażlux bħala parti minn proċedura ta' akkwist pubbliku għall-obbligi ta' servizz pubbliku fdati mill-awtoritajiet Belġjani. Għaldaqstant wieħed jista' jikkonkludi li l-ewwel parti tal-kriterju inkwistjoni huwa ssodisfat f'dan il-każ.

(124)

F'dak li jirrigwarda t-tieni parti tal-kriterju eżaminat, il-Kummissjoni tosserva l-ewwel nett li l-awtoritajiet Belġjani ma argumentawx li l-isptarijiet IRIS kienu impriżi effiċjenti f'dan is-sens. Il-Kummissjoni tinnota mbagħad li l-informazzjoni pprovduta kemm mill-awtoritajiet Belġjani kif ukoll mir-rikorrenti mhijiex suffiċjenti biex tistabbilixxi li l-mekkaniżmi ta' kumpens tal-obbligi ta' servizz pubbliku fdati f'idejn l-isptarijiet IRIS jissodisfaw il-kriterju tal-operatur effiċjenti fit-tifsira tar-raba' kundizzjoni ddikjarata fis-Sentenza Altmark. Xejn ma jindika li l-kumpens imħallas huwa bbażat fuq analiżi tal-ispejjeż ta' impriża medja bil-karatteristiċi meħtieġa mill-ġurisprudenza rilevanti tal-ġurisdizzjonijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk ma jeżistux elementi suffiċjenti li juru li l-isptarijiet IRIS jistgħu huma stess ikunu kkunsidrati bħala impriżi medji, immexxija sewwa u mgħammra b'mod adegwat. Jidher li ma tteħidx kont tal-kunsiderazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ġestjoni soda jew mal-adegwatezza tat-tagħmir għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kumpens mogħti. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jiġi indikat li mekkaniżmu ta' kumpens li jkopri t-telf tal-isptarijiet IRIS minħabba t-twettiq ta' SIEĠ u ta' attivitajiet relatati, mingħajr l-ikkunsidrar tal-effiċjenza li biha dawn l-isptarijiet huma mmexxija ma jissodisfax ir-raba' kriterju Altmark.

(125)

Il-Kummissjoni tikkunsidra għalhekk li r-raba' kriterju ddikjarat fis-Sentenza Altmark mhuwiex issodisfat f'dan il-każ. Peress li l-kundizzjonijiet imsemmija fis-Sentenza Altmark huma kumulattivi, in-nuqqas ta' rispett ta' wieħed minn dawn l-erba' kundizzjonijiet iwassal awtomatikament għall-konklużjoni li l-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf eżaminat f'din id-deċiżjoni jagħti vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.1.3.   Selettività

(126)

Biex tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, miżura tal-Istat trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. Għaldaqstant, il-miżuri li jiffavorixxu lil ċerti impriżi biss billi jagħtuhom vantaġġ b'mod selettiv jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna.

(127)

Il-Kummissjoni tinnota li l-mekkaniżmu ta' kumpens stabbilit biex ikopri t-telf tal-isptarijiet pubbliċi fi Brussell (ara l-premessa 44), iżda mhux dak tal-isptarijiet privati, għandu jkun ikkunsidrat li huwa selettiv peress li jeskludi lill-isptarijiet privati u lil kull fornitur ieħor ta' servizzi ta' kura tas-saħħa, kif ukoll lill-operaturi li jappartjenu għal setturi oħrajn ta' attività.

7.2.2.   Riżorsi tal-Istat

(128)

Biex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, din trid tkun ingħatat mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat. Ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku (161), inklużi r-riżorsi tal-entitajiet fl-istat (deċentralizzati, federati, reġjonali jew oħrajn) (162).

(129)

F'dan il-każ, il-kumpens tat-telf li l-isptarijiet IRIS jirċievu mingħand il-muniċipalitajiet rispettivi taħghom għat-twettiq ta' SIEĠ u ta' attivitajiet relatati ġej minn riżorsi pubbliċi u huwa attribwibbli lill-Istat.

7.2.3.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ

(130)

L-għajnuna pubblika lill-impriżi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE jekk hija “twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni”, u dan safejn “tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri”.

7.2.3.1.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni

(131)

Miżura ta' għajnuna mogħtija mill-Istat titqies li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni meta tista' ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarja tagħha meta mqabbla mal-impriżi li jkunu qegħdin jikkompetu magħha (163). Fil-prattika, distorsjoni tal-kompetizzjoni hija mistennija meta l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn teżisti kompetizzjoni jew il-possibbiltà ta' kompetizzjoni.

(132)

B'kont meħud tal-fatt li jeżisti ċertu grad ta' kompetizzjoni bejn l-isptarijiet pubbliċi, l-isptarijiet privati u stabbilimenti oħrajn tal-kura tas-saħħa, il-finanzjament pubbliku mogħti lil ċerti stabbilimenti tal-kura tas-saħħa (fosthom l-isptarijiet IRIS), sabiex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-isptar li jwettqu, jista' joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. L-istess jgħodd għall-attivitajiet soċjali addizzjonali tal-isptarijiet IRIS.

7.2.3.2.   L-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

Prinċipji ġenerali

(133)

Il-ġurisdizzjonijiet tal-Unjoni qiesu li “meta l-għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ fl-[UE], dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati mill-għajnuna” (164).

(134)

L-għajnuna pubblika tista' titqies li tista' taffettwa l-kummerċ fl-UE anki jekk il-benefiċjarji ma jipparteċipawx direttament fil-kummerċ transfruntier. Pereżempju, is-sussidju jista' jagħmilha aktar diffiċli għall-operaturi ta' Stati Membri oħrajn li jidħlu fis-suq billi jżommu jew iżidu l-offerta lokali (165), jew li jeżerċitaw id-dritt ta' stabbiliment tagħhom.

(135)

Hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni mhijiex obbligata tagħmel analiżi ekonomika tas-sitwazzjoni attwali fis-swieq inkwistjoni, tas-sehem mis-suq tal-impriżi benefiċjarji tal-għajnuna, tal-pożizzjoni tal-impriżi kompetituri jew tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (166). Fil-każ tal-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment, il-Kummissjoni mhijiex obbligata turi l-effett attwali li din l-għajnuna kellha fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ.

(136)

Madankollu, effett fuq il-kummerċ fl-UE ma jistax ikun purament ipotetiku jew preżunt. Jenħtieġ li jintwera għalfejn il-miżura toħloq distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni fil-kompetizzjoni u jista' jkollha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, fuq il-bażi tal-effetti prevedibbli tal-miżura (167).

(137)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset f'diversi kawżi (168), li ċerti attivitajiet għandhom dimensjoni purament lokali u ma joħolqux effett bħal dan. Jidher xieraq li jiġi vverifikat, b'mod partikolari, jekk il-benefiċjarju jipprovdix oġġetti jew servizzi f'territorju limitat ta' Stat Membru u aktarx ma jattirax klijenti minn Stati Membri oħrajn, u jekk wieħed jistax ibassar li l-miżura ser ikollha biss effett marġinali fuq il-kundizzjonijiet ta' investiment jew ta' stabbiliment transfruntier.

Valutazzjoni

(138)

Skont il-prinċipji mfakkra aktar 'il fuq, il-Kummissjoni tinnota li l-effett fuq il-kummerċ jista' jkun stabbilit b'referenza għal diversi fatturi, l-aktar il-parti “klijent” (relatata mat-territorju fejn jiġu fornuti l-oġġetti u s-servizzi u mat-territorju li minnu ġejjin il-klijenti) u l-parti “fornitur” (il-kwistjoni ta' jekk miżura toħloqx ostakoli għall-investiment u għall-istabbiliment transkonfinali għal fornituri li huma kompetituri attwali jew kompetituri potenzjali). Biex ikun iddeterminat jekk miżura taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri, huwa biżżejjed li tiġi stabbilita l-eżistenza ta' effett fuq il-kummerċ li jirriżulta minn tal-inqas wieħed minn dawn il-fatturi.

(139)

F'dak li jirrigwarda l-effett tal-miżuri fuq il-parti “klijent”, il-Kummissjoni tosserva f'dan il-każ li s-settur tal-kura tas-saħħa, inġenerali, u tal-kura tas-saħħa mogħtija fl-ambjent tal-isptar, b'mod partikolari, huwa soġġett għall-kummerċ fl-Unjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-mobilità transfruntiera tal-pazjenti qiegħda tikber. Naturalment, il-kura tas-saħħa għadha taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, u l-mobilità tal-pazjenti hija soġġetta għal dispożizzjonijiet stretti li jirregolaw l-interventi tas-sistema ta' sigurtà soċjali nazzjonali. Fil-fatt, fil-prattika, il-kura fl-isptarijiet tiġi pprovduta ġeneralment fiż-żona tar-residenza tal-pazjent, f'ambjent kulturali familjari għalih u li jgħinu jistabbilixxi relazzjoni ta' fiduċja mat-tobba li jikkurawh. Iċ-ċaqliq transfruntier iseħħ l-aktar fir-reġjuni tal-fruntieri jew meta l-pazjenti jkunu jixtiequ jirċievu trattament speċjalizzat ħafna għal problema speċifika tas-saħħa.

(140)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri inkwistjoni jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. B'mod partikolari, l-ispeċifiċitajiet ta' dan il-każ jiddistingwuh mill-każijiet li fihom ġie kkunsidrat li l-għajnuna pubblika lill-isptarijiet ma kinitx taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (169). Biex waslet għal din il-konklużjoni, il-Kummissjoni bbażat l-aktar fuq il-kombinazzjoni tal-elementi li ġejjin:

(a)

L-isptarijiet IRIS jinkludu sptarijiet speċjalizzati ħafna li jgawdu minn fama internazzjonali. L-isptar universitarju tat-tfal — Reine Fabiola u l-Istitut Bordet, speċjalizzati rispettivament fil-pedjatrija u fit-trattament tal-kanċer, kif ukoll l-isptarijiet universitarji CHU Saint-Pierre u CHU Brugmann, joffru firxa wiesgħa ta' kura speċjalizzata ħafna u jgawdu minn fama internazzjonali. L-isptarijiet li jgawdu minn fama bħal din jistgħu jattiraw pazjenti internazzjonali, b'mod partikolari minn Stati Membri oħrajn, irrispettivament mill-fatt li l-kompitu tal-isptarijiet IRIS jikkonsisti f'li jipprovdu kura tas-saħħa soċjali lill-komunità lokali ta' Brussell (ara t-Taqsima 7.3.4.1).

(b)

L-isptarijiet IRIS ta' Brussell huma relattivament qrib l-ibliet il-kbar fi Franza, fin-Netherlands u fil-Ġermanja. Pereżempju, l-ibliet ta' Aachen, ta' Lille, ta' Eindhoven u ta' Rotterdam kollha jinsabu inqas minn 150 kilometru 'l bogħod. Barra minn hekk, Brussell hija direttament konnessa mal-ibliet il-kbar Ewropej ta' Pariġi, Londra, Amsterdam u Kolonja permezz ta' linji tal-ferrovija b'veloċità għolja li jwassluk fihom f'massimu ta' sagħtejn. Fl-aħħar nett, Brussel għandha ajruport internazzjonali li joffri titjiriet lejn iċ-ċentri l-kbar Ewropej kollha kif ukoll dawk internazzjonali. Bis-saħħa tas-sitwazzjoni ġeografika ta' Brussell u tal-ħafna konnessjonijiet li għandha, il-pazjenti internazzjonali attirati mill-isptarijiet IRIS jistgħu jilħquhom faċilment, speċjalment jekk ikunu jgħixu qrib il-fruntiera Belġjana jew f'waħda mill-ibliet konnessi ma' Brussell permezz ta' linja ferrovjarja b'veloċità għolja.

(c)

Ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell inġenerali u l-isptarijiet IRIS huma multilingwi. Il-Franċiż u l-Olandiż huma l-lingwi uffiċjali, u l-isptarijiet IRIS huma obbligati joffru servizzi fiż-żewġ lingwi. Għaldaqstant, dawn l-isptarijiet huma partikolarment attraenti għaċ-ċittadini Franċiżi u Olandiżi. Barra minn hekk, l-Ingliż huwa użat ħafna fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell, li jiffaċilita l-aċċess tal-pazjenti li jkunu ġejjin minn ambjenti differenti ħafna.

(d)

Ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell jilqa' fih għadd kbir ta' ċittadini minn Stati Membri oħrajn. B'hekk, mit-321 belt Ewropea inklużi fl-“awditjar urban” tal-Eurostat, Brussell kellha t-tieni l-akbar rata ta' residenti mhux ċittadini (33,8 % fl-2012) u t-tieni l-akbar rata ta' residenti mhux ċittadini li ġejjin minn Stati Membri oħrajn tal-Unjoni (20,3 % fl-2012) (170). Ir-residenti tal-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni jistgħu spiss jagħżlu l-post fejn jixtiequ jiksbu servizzi mediċi, ġeneralment jew fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew fil-pajjiż ta' residenza tagħhom.

(141)

F'dak li jirrigwarda l-attivitajiet soċjali addizzjonali tal-isptarijiet IRIS, il-Kummissjoni tosserva li, sakemm ma jistax ikun eskluż li l-eżerċitar ta' dawn l-attivitajiet huwa attività ekonomika, u minħabba r-rabtiet stretti li jeżistu bejn dawn u l-attivitajiet ġenerali tal-isptar tal-isptarijiet IRIS, ir-raġunament żviluppat hawn fuq jista' japplika wkoll f'dan ir-rigward. Madankollu, b'kont meħud tal-kunsiderazzjonijiet stipulati hawn taħt (ara t-Taqsima 7.3), il-Kummissjoni tqis li anki jekk il-finanzjament pubbliku tas-servizzi soċjali addizzjonali kien jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-finanzjament pubbliku li jgħin lil din l-attività jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern. Għal raġunijiet ta' ekonomiji ta' proċedura, mhuwiex neċessarju li jiġi ddeterminat, finalment, jekk il-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet soċjali addizzjonali jaffetwax jew le l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(142)

L-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw għall-attivitajiet relatati tal-isptarijiet IRIS (ara l-premessi 41, 116 u 117. Skont il-Kummissjoni, kieku l-finanzjament pubbliku (jekk ikun il-każ) tal-parti l-kbira tal-attivitajiet relatati tal-isptarijiet IRIS (pereżempju, crèche għat-tfal tal-membri tal-persunal, il-kiri ta' kmamar, ħanut żgħir għall-pazjenti u l-viżitaturi, il-kantin u parkeġġ, il-kiri ta' settijiet tat-televiżjoni lill-pazjenti) kien is-suġġett ta' valutazzjoni separata, jista' jiġi argumentat li dan ma għandu l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, minħabba r-rabta stretta li teżisti bejn l-attivitajiet relatati u l-attivitajiet prinċipali tal-isptarijiet IRIS, wieħed jista' jissupponi li l-finanzjament pubbliku (jekk ikun il-każ) ta' dawn l-attivitajiet relatati jaffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, peress li l-finanzjament pubbliku li jibbenefika lill-attivitajiet relatati huwa għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern (ara t-Taqsima 7.3), il-Kummissjoni ma tqisx li jeħtieġ li tiddeċiedi b'mod definittiv dwar dan il-punt.

(143)

Biex tissokta din il-valutazzjoni, is-segwitu ta' din id-deċiżjoni huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet soċjali addizzjonali u tal-attivitajiet relatati jista' jaffetta l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(144)

Wara li kkonkludiet li l-miżuri investigati f'dan il-każ jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri f'tal-inqas aspett wieħed (il-parti “klijent”), il-Kummissjoni ma tqisx li hemm bżonn tiddetermina jekk jistgħux jaffettwaw ukoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-investimenti transfruntieri u d-dritt tal-istabbiliment (ara l-premessa 138).

7.2.4.   Konklużjoni

(145)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li f'dak li jirrigwarda l-miżuri eżaminati f'dan il-każ, il-kundizzjonijiet kumulattivi tal-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat huma ssodisfati u li dawn il-miżuri huma għalhekk għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.3.   Kompatibbiltà mas-suq intern

7.3.1.   Bażi legali

7.3.1.1.   Prinċipji ġenerali

(146)

Peress li l-kumpens tat-telf li japplika għall-isptarijiet IRIS huwa għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jeħtieġ li tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern. Ir-raġunijiet li għalihom miżura ta' għajnuna mill-Istat tista' jew għandha tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq intern huma elenkati fl-Artikolu 106(2) u fl-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE.

(147)

Peress li l-awtoritajiet Belġjani konsistentement qalu li l-finanzjament pubbliku tal-isptarijiet IRIS huwa kumpens għall-eżerċitar ta' SIEĠ, il-kompatibbiltà tal-kumpens tat-telf mas-suq intern trid tiġi vvalutata prinċipalment fid-dawl tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Dan jipprovdi li

“Kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta' monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b'mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma tostakolax it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b' mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni”

7.3.1.2.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE maż-żmien: rimarki preliminari

(148)

Il-Kummissjoni ffissat il-kundizzjonijiet eżatti li fihom hija tapplika l-Artikolu 106(2) tat-TFUE f'sensiela ta' strumenti ġuridiċi, l-aktar wieħed reċenti, fost l-oħrajn, fil-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012 (171) u d-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 (172) (minn hawn 'il quddiem imsejħa flimkien il-“pakkett tas-SIEĠ tal-2012”); qabel, il-Kummissjoni kienet ippubblikat u applikat il-qafas tas-SIEĠ tal-2005 (173) u d-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 (174). Kwalunkwe miżura ta' għajnuna li tissodisfa l-kriterji msemmija fid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 hija kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern u ma għandhiex għalfejn tkun innotifikata. Il-miżuri ta' għajnuna li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 peress li ma jissodisfawx il-kriterji kollha stabbiliti fiha jridu jiġu vvalutati skont il-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012 wara li jkun ġew innotifikati.

(149)

F'dan il-każ, il-kumpens tat-telf tal-isptarijiet IRIS li qed jiġi eżaminat imur lura għall-1996 u għaldaqstant jiġi qabel id-Deċiżjoni u l-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012. Madankollu, il-pakkett dwar is-SIEĠ tal-2012 jistabbilixxi — fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 u fil-punt 69 tal-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012 — regoli dwar l-applikazzjoni tiegħu ukoll għall-għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, li seħħet fil-31 ta' Jannar 2012. B'mod partikolari, l-Artikolu 10(b) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 jipprovdi li

“kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni [jiġifieri qabel il-31 ta' Jannar 2012] li ma kinitx kompatibbli mas-suq intern u lanqas eżenti mir-rekwiżit ta' notifika skont id-Deċiżjoni 2005/842/KE iżda tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f'din id-deċiżjoni, hija kompatibbli mas-suq intern u eżenti mill-obbligu ta' notifika minn qabel”.

F'dak li jirrigwarda l-Qafas dwar is-SIEG tal-2012, il-punti 68 u 69 jispeċifikaw li l-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji msemmija f'dan il-qafas għall-proġetti kollha ta' għajnuna li jiġu nnotifikati lilha, kemm jekk in-notifika tkun seħħet qabel kif ukoll wara l-bidu tal-applikazzjoni ta' dan il-qafas, jiġifieri l-31 ta' Jannar 2012, kif ukoll għal kwalunkwe għajnuna illegali li fuqha hija tiddeċiedi wara l-31 ta' Jannar 2012, anki jekk din l-għajnuna ngħatat qabel il-31 ta' Jannar 2012.

(150)

Għaldaqstant, ir-regoli dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 u tal-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012 kif deskritti aktar 'il fuq jimplikaw li l-finanzjament pubbliku tal-isptarijiet IRIS mill-1996 jista' jkun ivvalutat fuq il-bażi tal-Pakkett dwar is-SIEĠ tal-2012. Jekk il-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 jew tal-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012, huwa kompatibbli mas-suq intern għall-perjodu kollu mill-1996.

(151)

Fl-aħħar nett, jenħtieġ li tinġibed l-attenzjoni dwar id-dispożizzjoni tranżitorja li tidher fl-Artikolu 10(a) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012, li tgħid kwalunkwe skema ta' għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija Deċiżjoni (jiġifieri qabel il-31 ta' Jannar 2012), li kienet kompatibbli mas-suq intern u eżenti mill-obbligu ta' notifika skont id-Deċiżjoni 2005/842/KE, tibqa' kompatibbli mas-suq intern u hija eżenti mill-obbligu ta' notifika għal perjodu addizzjonali ta' sentejn (jiġifieri sat-30 ta' Jannar 2014 inkluż). Dan ifisser li l-għajuna li ngħatat taħt l-iskema inkwistjoni matul il-perjodu ta' bejn id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005, id-19 ta' Diċembru 2005, u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012, il-31 ta' Jannar 2012, ser titqies kompatibbli mas-suq intern, iżda biss mid-data li fiha ngħatat sat-30 ta' Jannar 2014 inkluż. Fi kwalunkwe każ, għall-għajnuna li ngħatat mill-31 ta' Jannar 2012, id-dispożizzjoni tranżitorja tal-Artikolu 10(a) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 mhijiex applikabbli u l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà trid issir fuq il-bażi tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(152)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tivvaluta l-ewwel nett jekk il-finanzjament pubbliku li huwa s-suġġett ta' din id-deċiżjoni mogħti lill-isptarijiet IRIS mill-1996 jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012. Huwa biss f'każ kuntrarju li l-Kummissjoni tivvaluta dan l-istess finanzjament fuq il-bażi tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 (f'dak li jirrigwarda l-għajnuna li ngħatat bejn id-19 ta' Diċembru 2005 u l-31 ta' Jannar 2012) u tal-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012.

7.3.2.   L-applikabbiltà tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE: SIEĠ ġenwin

(153)

L-Artikolu 106(2) tat-TFUE u d-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 ibbażata fuqu japplikaw biss għall-kumpens imħallas lil impriża inkarigata mill-ġestjoni ta' “servizz ta' interess ekonomiku ġenerali ġenwin” (175). Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li s-SIEĠ huma servizzi ta' natura speċifika b'paragun ma' attivitajiet oħrajn tal-ħajja ekonomika (176). Barra minn hekk huwa wkoll stabbilit sew li fin-nuqqas ta' regolamenti speċifiċi li jiddefinixxu fil-livell tal-Unjoni l-kriterji għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' SIEĠ, l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fid-definizzjoni ta' dak li huma jqisu bħala SIEĠ, u fl-għoti tal-kumpens lill-fornitur ta' dan is-servizz (177). Il-kompetenza tal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett hija limitata għal li tivverifika li l-Istat Membru ma jkunx wettaq żball manifest meta jkun ikkwalifika servizz bħala SIEĠ.

(154)

Il-Kummissjoni tqis li l-attivitajiet ekonomiċi kollha tal-isptarijiet IRIS li jgawdu minn finanzjamenti pubbliċi (jiġifieri l-firxa ta' kompiti soċjali u tal-isptar imwettqa minn dawn l-isptarijiet) jikkostitwixxu jew servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali ġenwin, kif isostnu l-awtoritajiet Belġjani, jew attivitajiet purament relatati magħhom. B'mod partikolari, is-servizzi mediċi u soċjali kollha inkwistjoni għandhom karatteristiċi speċifiċi meta mqabbla ma' dawk ta' attivitajiet ekonomiċi oħrajn, jiġifieri essenzjalment l-importanza tagħhom għall-benesseri mediku u soċjali tas-soċjetà. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Belġjani ma għamlux żball manifest meta kkwalifikaw dawn is-servizzi bħala SIEĠ.

(155)

F'dak li jirrigwarda l-attivitajiet relatati dettaljati fil-premessa 41, il-Kummissjoni tinnota li attività tista' tkun ikkunsidrata relatata ma' SIEĠ jekk tkun direttament assoċjata u meħtieġa għall-forniment ta' dan is-SIEĠ, jew inkella hija intrinsikament relatata miegħu. F'dan il-każ, l-attivitajiet inkwistjoni jikkunsmaw l-istess dħul bħal dan is-SIEĠ, pereżempju l-materjal, it-tagħmir, il-manodopera u l-kapital fiss. L-attivitajiet relatati jridu wkoll jibqgħu f'ambitu limitat. Il-Kummissjoni tqis li l-attivitajiet kollha deskritti fil-premessa 41 jistgħu jitqiesu relatati mal-attività SIEĠ ewlenija tal-isptarijiet IRIS. Fil-fatt, l-attivitajiet meqjusa bħala relatati 1) huma direttament assoċjati mal-provvediment tal-attività SIEĠ tal-isptarijiet IRIS u meħtieġa għaliha, peress li huma attivitajiet li sptar modern huwa mistenni li jeżerċita minbarra l-forniment ta' servizzi mediċi u soċjali u/jew 2) huma intrinsikament marbuta magħha peress li jużaw l-infrastrutturi tal-isptarijiet (jiġifier l-bini u l-artijiet). Minħabba s-sehem limitat li jirrappreżentaw l-attivitajiet relatati fid-dħul globali tal-isptarijiet IRIS (medja ta' inqas minn 2 %), il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-attivitajiet relatati kollha jibqgħu f'ambitu limitat ħafna.

7.3.3.   L-applikabbiltà tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012

(156)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-għoti ta' fondi pubbliċi lill-isptarijiet IRIS għat-twettiq ta' SIEĠ jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni materjali tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012, kif jipprevedi l-Artikolu 2 tiegħu. Kif speċifikat fl-Artikolu 2(1)(b) u (c) tagħha, id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 tapplika għall-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta' kumpens għal SIEĠ lill-isptarijiet li jipprovdu kura medika (li jinkludi t-twettiq ta' attivitajiet relatati direttament mal-attivitajiet prinċipali, fosthom, iżda mhux biss, fil-qasam tar-riċerka) u lill-impriżi li jipprovdu SIEĠ li jissodisfaw ħtiġijiet soċjali li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-kura tas-saħħa u l-inklużjoni soċjali tal-gruppi vulnerabbli. Minħabba li s-SIEĠ u l-attivitajiet relatati li jibbenefikaw minn finanzjament pubbliku mwettqa mill-isptarijiet IRIS jistgħu jkunu inklużi kollha f'dawn il-kategoriji ta' attivitajiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf eżaminat f'dan il-każ jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni materjali tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012. Għaldaqstant, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet kollha tal-isptarijiet IRIS (SIEĠ u attivitajiet relatati) jistgħu jkunu koperti mill-kumpens mogħti skont id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

7.3.4.   L-att tal-ordni ta' inkarigu

(157)

L-ewwel kundizzjoni ta' kompatibbiltà essenzjali li tinsab fid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 hija li l-ġestjoni tas-SIEĠ għandha tkun fdata lill-impriża kkonċernata permezz ta' att jew divesi atti, li l-forma tagħhom tista' tkun iddeterminata minn kull Stat Membru (178). Dan l-att, jew dawn l-atti, għandhom isemmu b'mod ċar:

in-natura u t-terminu tal-obbligu ta' servizz pubbliku (179);

L-impriża inkarigata b'dawn l-obbligi u, jekk ikun il-każ, it-territorju kkonċernat (180);

in-natura ta' kull dritt esklussiv jew speċjali mogħti lill-impriża mill-awtorità li tagħti l-għajnuna (181);

id-deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens u l-parametri tal-kalkolu, tal-kontroll u tar-reviżjoni tal-kumpens (182);

l-arranġamenti għall-irkupru ta' kumpens żejjed u l-mezzi biex jiġi evitat dan il-kumpens żejjed (183);

(158)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 titlob li l-mandat ikollu referenza għal din id-Deċiżjoni (184).

7.3.4.1.   In-natura u l-kompiti tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq l-isptarijiet IRIS

(159)

Fis-Sentenza tagħha ta' annullament tas-7 ta' Novembru 2012, il-Qorti Ġenerali fformulat l-osservazzjoni preliminari li “meta l-entitajiet, pubbliċi u privati, inkarigati mill-istess servizz pubbliku, ikollhom neċessitajiet differenti, fatt li jissupponi livell differenti tal-ispejjeż u tal-kumpens, dawn id-differenzi għandhom jirriżultaw b'mod ċar mill-mandati rispettivi tagħhom, b'mod partikolari, sabiex tkun tista' tiġi vverifikata l-kompatibbiltà tas-sussidju mal-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament. Fil-fatt, għajnuna mill-Istat li, permezz ta' xi wħud mir-regoli dettaljati tagħha, tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, bħall-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament, ma tistax tiġi ddikjarata mill-Kummissjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-15 ta' April 2008, Nuova Agricast, C-390/06, Ġabra p. I-2577, punt 51)” (185).

(160)

Il-punt 66 tas-Sentenza fil-Kawża Nuova Agricast (186) jispeċifika li “l-osservanza tal-prinċipju ta' trattament ugwali teżiġi li sitwazzjonijiet simili ma jiġux ittrattati b'mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b'mod ugwali sakemm trattament bħal dan ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara, b'mod partikolari, is-sentenza tas-26 ta' Ottubru 2006, Koninklijke Coöperatie Cosun, C-248/04, Ġabra p. I-10211, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata).”

(161)

Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni mhuwiex imsemmi bħala kriterju ta' kompatibbiltà fid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012. Madankollu, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li teżamina jekk l-isptarijiet pubbliċi IRIS u l-isptarijiet privati ta' Brussell humiex f'sitwazzjoni ġuridika u fattwali simili jew differenti. F'dan il-kuntest, waqt li tiddeskrivi n-natura tal-obbligi ta' servizz pubbliku li huma fdati lill-isptarijiet IRIS, il-Kummissjoni ser tindika jekk kienx impost jew le obbligu simili fuq l-isptarijiet privati ta' Brussell.

(162)

Kif spjegat aktar 'il fuq (ara t-Taqsima 2.3), l-isptarijiet IRIS huma soġġetti għal qafas regolatorju magħmul mil-Liġi dwar is-CPAS (li fuq il-bażi tagħha nħolqu l-isptarijiet IRIS), l-LCH, l-istatuti tal-assoċjazzjonijiet tal-isptarijiet lokali, u l-pjanijiet strateġiċi adottati mill-organizzazzjoni ċentrali IRIS. Peress li l-awtoritajiet pubbliċi (jiġifieri l-muniċipalitajiet u s-CPAS) għandhom il-kontroll ta' maġġoranza fuq l-assoċjazzjonijiet lokali li jaqgħu taħt il-Kapitolu XII tal-Liġi dwar is-CPAS u fuq l-organizzazzjoni ċentrali IRIS, l-istatuti u l-pjanijiet strateġiċi huma obbligatorji għall-isptarijiet IRIS u jistgħu għalhekk jitqiesu bħala atti ta' inkarigu validi, li n-natura tagħhom ser tkun spjegata aktar 'l isfel (ara l-premessi 164, 170 u dawk sussegwenti). F'dan il-kuntest, huwa wkoll interessanti li nenfasizzaw li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu direttament jikkontrollaw l-operazzjonijiet ta' kuljum tal-isptarijiet IRIS u jipprovdu struzzjonijiet addizzjonali jekk ikun meħtieġ.

(163)

Kien osservat ukoll (ara l-premessa 24 li l-isptarijiet IRIS kienu oriġinarjament immexxija u kkontrollati direttament mis-CPAS li kienu ħolquhom sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta' assistenza soċjali skont il-Liġi dwar is-CPAS. Sabiex tiġi ggarantita s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-isptarijiet pubbliċi ta' Brussell (ara l-premessa 24), kien meħtieġ ristrutturar u dan wassal għall-ħolqien tal-isptarijiet IRIS (li ħadu l-forma ta' assoċjazzjonijiet lokali li jaqgħu taħt il-Kapitolu XII tal-Liġi dwar is-CPAS b'indipendenza finanzjarja u ġuridika). Madankollu, dan ir-ristrutturar ma bidilx il-kompitu fundamentali tal-isptarijiet pubbliċi IRIS ta' Brussell (187), li huwa li jipprovdu kura medika u soċjomedika u, b'hekk, li jikkontribwixxu għall-obbligu ta' għajnuna soċjali tas-CPAS li ħoloqhom.

(164)

Il-kura medika pprovduta mill-isptarijiet IRIS hija definta wkoll mil-LCH, li tistabbilixxi l-qafas rilevanti applikabbli għall-organizzazzjoni tas-settur tal-isptarijiet Belġjan kollu. Fuq din il-bażi, l-LCH tafda missjoni ta' sptarijiet bażika lill-isptarijiet Belġjani kollha, kemm jekk ikunu pubbliċi kif ukoll privati, inklużi l-isptarijiet IRIS. B'mod partikolari, l-Artikolu 2 tal-LCH jiddefinixxi l-istabbilimenti li jistgħu jitqiesu bħala sptarijiet, filwaqt li l-Artikoli 68 sa 76(e) tiegħu jiddefinixxu l-kundizzjonijiet tal-akkreditazzjoni tal-isptarijiet u s-servizzi fl-isptarijiet (li huma spjegati f'digrieti ta' applikazzjoni li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta' kwalità, ir-rekwiżiti tal-persunal, eċċ.). L-Artikoli 23 sa 45 tal-LCH jiddeterminaw ir-rekwiżiti għall-mekkaniżmu ta' programmar tal-isptarijiet, li jistabbilixxi limiti għan-numru ta' sodod tal-isptarjiet, servizzi tal-isptarijiet u ċertu tagħmir mediku (bħall-iskanners) li jista' jitħaddem u jintuża. Is-servizzi tal-isptarijiet akkreditati biss li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ipprogrammar huma eliġibbli għall-finanzjament pubbliku. Kif indikat fid-Deċiżjoni tal-ftuħ (188) u kkonfermat bin-nuqqas ta' kummenti minn partijiet terzi fir-rigward, ma kien hemm u lanqas ma hemm ebda dubju dwar iċ-ċarezza tal-missjoni bażika tal-isptarijiet kif definit mil-LCH. Huwa ċar ukoll li l-isptarijiet IRIS jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti peress li għandhom l-akkreditazzjoni kollha meħtieġa u l-funzjonament tagħhom huwa approvat fil-qafas ta' mekkaniżmu ta' programmar.

(165)

Lil hinn mill-kompitu bażiku tal-isptarijiet li huwa fdat lil kull sptar pubbliku u privat Belġjan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 (ara t-Taqsima 4.1aktar 'il fuq), is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Novembru 2012 (ara t-Taqsima 4.2 aktar 'il fuq), u d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 (ara t-Taqsima 4.3 aktar 'il fuq), kienu jirreferu għal tliet SIEĠ addizzjonali (jew speċifiċi), li jirrigwardaw essenzjalment 1) l-aċċess universali għall-kura tas-saħħa, 2) l-obbligu tal-forniment ta' kura f'diversi siti u 3) servizzi soċjali addizzjonali, li ġew fdati biss u esklussivament lill-isptarijiet IRIS. Dan ma jfissirx madankollu li l-kompitu bażiku tal-isptarijiet u s-SIEĠ addizzjonali jridu neċessarjament ikunu vvalutati separatament minn xulxin. F'dan ir-rigward, fil-premessa 23 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ issemma li l-awtoritajiet Belġjani argumentaw li l-kompitu bażiku tal-isptarijiet huwa parti minn SIEĠ usa', jiġifieri l-obbligu li jipprovdu l-għajnuna soċjali meħtieġa bil-Liġi dwar is-CPAS, jew jikkumplimenta lil dan is-SIEĠ.

(166)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-assoċjazzjoni tal-missjoni bażika tal-isptarijiet fdata lill-isptarijiet taħt l-LCH u tat-tliet obbligi ta' SIEĠ addizzjonali imposti (189) biss lill-isptarijiet IRIS hija de facto“SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali” li hija biss tal-isptarijiet IRIS u mwettqa biss minnhom. Meta teżamina r-realtà tal-obbligi kollha ta' SIEĠ imposti fuq l-isptarijiet IRIS u tibbaża fuq l-analiżi tagħha dwar in-natura u l-karatteristiċi ta' dawn l-obbligi, il-Kummissjoni hija tal-parir li mhuwiex xieraq li teżamina t-tliet obbligi tas-SIEĠ addizzjonali imposti fil-livell muniċipali separatament mill-kompitu bażiku tal-isptarijiet taħt l-LCH. Fil-fatt, l-obbligi ta' SIEĠ addizzjonali, minn naħa, huma bbażati u jistrieħu fuq il-missjoni bażika tal-isptarijiet fdata lill-isptarijiet IRIS taħt l-LCH u, min-naħa l-oħra, imorru lil hinn sew minn dan l-obbligu bażiku peress li jobbligaw lill-isptarijiet IRIS 1) joffru firxa wiesgħa ta' servizzi ta' kura tas-saħħa lill-pazjienti kollha, mingħajr ma jqisu l-kapaċità tagħhom li jħallsu (aċċess universali għall-kura tas-saħħa) (ara l-premessi 170-190), 2) f'diversi sptarijiet f'diversi siti (li jassiguraw kura fil-komunità) (ara l-premessi 191-204, waqt li 3) jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet soċjali tal-pazjenti (permezz ta' servizzi soċjali addizzjonali) (ara l-premessi 205-214. F'dak li jirrigwarda l-kompitu bażiku tal-isptarijiet fdat taħt l-LCH (ara l-premessa 164, it-tliet obbligi addizzjonali ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet awtonomi, kif juri b'mod ċar il-fatt li dawn l-obbligi qatt ma kienu jkunu imposti mingħajr l-obbligu fundamentali li titwettaq il-missjoni bażika taħt l-LCH. Finalment, dan l-approċċ huwa sa ċertu punt ikkonfermat ukoll mir-rikorrenti meta jsostnu (ara l-premessa 71) li s-servizzi soċjali addizzjonali ma jistgħux ikunu separati minn servizz ġenerali ta' kura tas-saħħa.

(167)

F'dak li jirrigwarda l-approċċ żviluppat fil-premessi preċedenti (ara l-premessi 162 sa 166), il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza t-tliet punti li ġejjin. L-ewwel nett, is-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali li jsir mill-isptarijiet IRIS huwa magħmul xejn inqas u xejn aktar mill-missjoni bażika tal-isptarijiet imposta fuqhom (ara l-premessa 164 u mit-tliet obbligi SIEĠ addizzjonali imposti fuqhom (ara l-premessi 170 u dawk sussegwenti]. It-tieni, kif ser jintwera aktar 'l isfel, l-isptarijiet IRIS u l-isptarijiet privati ta' Brussell mhumiex f'sitwazzjoni simili, speċjalment minħabba li l-isptarijiet IRIS huma l-uniċi li għandhom it-tliet obbligi SIEĠ addizzjonali (ara l-premessi 170 u dawk sussegwenti) u għaldaqstant huma l-uniċi li jwettqu s-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali kif definit hawn fuq (ara l-premessi 166 sa 167). It-tieliet, l-isptarijiet IRIS huma wkoll soġġetti għal restrizzjonijiet li għandhom impatt fuq it-twettiq tas-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali, jiġifieri l-istatus pubbliku tagħhom (ara l-premessa 42) u l-ħtieġa li jiżguraw is-sostenibbiltà tas-servizz ta' dan is-SIEĠ (ara l-premessi 91 u 168). Il-grafika 2 ta' hawn taħt turi dawn iż-żewġ elementi.

Grafika 2

L-obbligi, ir-restrizzjonijiet u l-mekkaniżmi ta' finanzjament pubbliku applikabbli għall-isptarijiet pubbliċi IRIS meta mqabbla mal-isptarijiet privati

Image 4

Finanzjament tal-isptarijiet federali (LCH)

Finanzjament tad-defiċit muniċipali (Art. 46 tar-regolamenti sussidjarji IRIS-H)

Kura tas-Saħħa Soċjali SGEI:

Permanenza (kontinwità tas-servizzi ta' sptarijet pubbliċi)

Status Pubbliku (bilingwiżmu, uffiċjali, …)

Sptarijiet privati

Spatarijiet pubbliċi IRIS

Obbligu ta’ Kura Universali

Missjoni Bażika tal-Isptar (LCH)

Missjoni Bażika tal-Isptar (LCH)

Obbligu f’Diversi Siti

Obbligu Soċjali Addizzjonali

(168)

Minħabba li t-tliet obbligi SIEĠ addizzjonali jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi applikabbli għall-isptarijiet kollha (pubbliċi jew privati fil-Belġju), huma jinvolvu spejjeż li mhumiex koperti mill-BMF jew parti minnhom biss hija koperta (ara t-Taqsima 2.5.1) u mis-sistema ta' sigurtà soċjali. Jekk ma' dawn wieħed iżid l-ispejjeż ogħla li jirriżultaw mill-istatus pubbliku tagħhom (uffiċjali, bilingwiżmu, eċċ., ara wkoll il-premessa 42), dan jispjega għalfejn l-isptarijiet IRIS iddikjaraw telf għall-parti l-kbira tal-perjodu ta' bejn l-1996 u l-2014. B'kollox, it-telf kontabilistiku tal-isptarijiet IRIS matul il-perjodu 1996-2014 jammonta għal madwar EUR 250 miljun (ara l-premessa 234). Is-CPAS u l-muniċipalitajiet ta' Brussell ikkonċernati jridu u għandhom (190) jassiguraw is-sostenibbiltà tal-isptarijiet IRIS tagħhom sabiex jaraw li s-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali jitwettaq u li l-obbligu ta' għajnuna soċjali tas-CPAS ikun issodisfat (ara wkoll it-Taqsima 2.2). Din hija r-raġuni li għaliha huma jkopru t-telf kollu, li jippermetti li jiġu kkumpensati l-ispejjeż residwi tas-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali (li jikkonsisti fil-missjoni bażika tal-isptarijiet u t-tliet obbligi SIEĠ addizzjonali) (191) u li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-isptarijiet IRIS (ara l-premessa 91). B'hekk, il-kumpens tat-telf ma jagħmilx distinzjoni bejn id-diversi obbligi ta' SIEĠ. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jkun ivverifikat jekk wieħed jistax jeskludi kwalunkwe kumpens żejjed b'mod globali (pereżempju għad-diversi SIEĠ ikkombinati), kif spjegat aktar 'l isfel (ara t-tabelli 9 sa 13 fit-Taqsima 7.3.5).

(169)

Kif indikat fil-premessi 165 sa 167, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-obbligi addizzjonali tal-isptarijiet IRIS u l-kompitu bażiku tal-isptarijiet għandhom jitqiesu flimkien li jiffurmaw de facto SIEĠ ta' kura tas-saħħa soċjali. Filwaqt li l-kompitu bażiku tal-isptarijiet ġie definit aktar 'il fuq (ara l-premessa 164, in-natura eżatta ta' kull obbligu SIEĠ addizzjonali hija definita aktar 'il quddiem f'din it-taqsima. Barra minn hekk, jiġi spjegat ukoll kif dawn l-obbligi SIEĠ addizzjonali huma marbutin ma' xulxin u kif jikkontribwixxu għas-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali.

I.   L-obbligu ta' kura ta' kwalunkwe pazjent fi kwalunkwe ċirkustanza irrispettivament mill-kapaċità tiegħu li jħallas (l-obbligu ta' kura universali)

(170)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, l-isptarijiet IRIS huma obbligati li jikkuraw lil kwalunkwe pazjent, anki meta dan ma jkunx jista' jħallas u/jew ma jkunx assigurat, fi kwalunkwe ċirkustanza, inkluż meta l-pazjent ma jkunx jeħtieġ kura medika urġenti. Ir-rikorrenti jiddubitaw il-fatt li dan l-obbligu japplika għall-isptarijiet IRIS u jsostnu li l-isptarijiet privati ta' Brussell ma jistgħux jirrifjutaw pazjenti u li fil-fatt jikkuraw għadd kbir ta' pazjenti msejħa “soċjali”. Bħala sostenn għall-dikjarazzjonijiet tagħhom, ir-rikorrenti jargumentaw li l-LCH tagħti l-istess kompitu lill-isptarijiet kollha u, kif indikat fil-punt 150 ts-Sentenza ta' annullament tas-7 ta' Novembru 2012, jirreferu wkoll għall-prinċipju ġenerali tan-nondiskriminazzjoni li ma tħallix lill-isptarijiet jagħżlu l-pazjenti skont it-twemmin ideoloġiku, filosofiku, reliġjuż tagħhom jew skont is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Fil-fehma tagħhom, l-isptarijiet pubbliċi u privati huma soġġetti għall-istess obbligu li jikkuraw lill-pazjenti kemm fis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza kif ukoll ta' “wara emerġenza”.

(171)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-LCH ma tinkludi ebda formulazzjoni li tista' tiġi interpretata bħala li tobbliga lill-isptarijiet (pubbliċi jew privati) jikkuraw lill-pazjenti fi kwalunkwe ċirkustanza, irrispettivament mill-kapaċità tagħhom li jħallsu. Madankollu, id-dritt Belġjan jipprevedi l-obbligu ġenerali ta' assistenza lill-individwi fil-periklu. Kif enfasizzaw l-awtoritajiet Belġjani, b'konformità mal-Artikolu 422(b) tal-Kodiċi Penali Belġjan, dan l-obbligu japplika għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u b'mod partikolari għall-emerġenzi mediċi li jkunu ta' theddida għall-ħajja. L-isptarijiet huma għalhekk obbligati li jipprovdu assistenza f'każ ta' emerġenza medika, skont l-organizzazzjoni tagħhom u l-esperjenza li jkollhom. Kemm l-isptarijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati huma soġġetti għal dan l-obbligu, kif wara kollox huwa kwalunkwe ċittadin li għandu d-dmir li jassisti lill-persuni fil-periklu. Ma hemm l-ebda dubju għalhekk li l-isptarijiet pubbliċi u privati ta' Brussell huma obbligati jikkuraw lill-pazjenti f'sitwazzjoni ta' emerġenza, irrispettivament mill-kapaċità tagħhom li jħallsu. Bl-istess mod, il-Kodiċi tad-Deontoloġija applikabbli għat-tobba, jippermettilhom b'mod espliċitu li jirrifjutaw pazjenti, ħlief fis-sitwazzjonjiet ta' ermerġenza (192).

(172)

Imbagħad, ir-rikorrenti jibbażaw fuq sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Brussell (193) sabiex jiġġustifikaw li ma hemm ebda differenza bejn l-isptarijiet pubbliċi u l-isptarijiet privati f'dak li jirrigwarda l-kura tal-“pazjenti soċjali”, kemm jekk dan ikun f'sitwazzjoni ta' “emerġenza” kif ukoll “wara emerġenza”. Din is-sentenza tirrigwarda każ speċifiku ħafna ta' għajnuna medika urġenti li s-CPAS irid jipprovdi fuq il-bażi tal-Artikolu 57(2) tal-Liġi dwar is-CPAS. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Brussell innutat li l-għajnuna medika urġenti fil-fatt qatt ma tingħata mis-CPAS innifsu iżda pjuttost minn servizzi mediċi speċjalizzati, u li m'hemm xejn li jiġġustifika kwalunkwe distinzjoni bejn servizz pubbliku u servizz privat f'dan ir-rigward. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-obbligu ta' għajnuna medika urġenti japplika għas-CPAS u mhux għall-isptarijiet li jipprovdu l-kura. F'dan il-każ, migrant mingħajr dokumenti ddaħħal b'urġenza fi sptar psikjatriku privat fi Brussell, li talab lis-CPAS iħallas għal din l-għajnuna medika urġenti minħabba l-istat ta' faqar ovvju tal-migrant. Il-Qorti ta' Brussell ikkonkludiet li jekk is-CPAS ma jipprovdix l-għajnuna medika urġenti fi sptar immexxi minnu, irid iħallas l-ispejjeż tal-kura mogħtija minn sptar privat fejn is-servizzi tal-emerġenza ddeċidew li jieħdu lill-pazjent minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni. Din is-sentenza tirrigwarda b'mod ċar sitwazzjoni eċċezzjonali li tidderoga mill-kuntest normali ta' assistenza soċjali li fih is-CPAS jibbaża fuq l-isptarijiet (pubbliċi) tiegħu. F'dan il-każ, din id-deroga seħħet peress li l-isptarijiet pubbliċi ma jipprovdux il-kura psikjatrika li kienet meħtieġa f'din is-sitwazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti ta' Brussell enfasizzat li “għalkemm l-għajnuna spiss tingħata fi stabbiliment dipendenti mis-CPAS ikkonċernat jew li miegħu hu jkollu ftehim, jista' jiġri li l-persuna tiddaħħal fi sptar ieħor, minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni tal-persuna li tkun trid tiddaħħal l-isptar”. Il-Qorti nnutat ukoll li kieku s-CPAS involut (jiġifieri dak ta' Uccle f'dan il-każ) kellu sptar psikjatriku tiegħu jew kellu xi ftehim ma' sptar bħal dan, l-isptar privat involut ma kienx ikollu jipprovdi kura lil dan il-migrant mingħajr dokumenti, iżda kien ikun jista' jitlob li l-pazjent jiġi trasferit f'dan l-isptar. Peress li dan ma kienx il-każ, ma kien hemm ebda soluzzjoni oħra possibbli u, għalhekk, is-CPAS ġie ordnat jirrimborża lill-isptar privat għall-kura pprovduta lill-pazjent. Għaldaqstant, is-sentenza tal-Qorti ta' Brussell ikkwotata mir-rikorrenti twassal għal konklużjoni li f'ċerti każijiet, minħabba l-urġenza, anki l-isptarijiet privati jistgħu jipprovdu għajnuna medika urġenti lil migranti mingħajr dokumenti u li s-CPAS irid jirrimborża lil dawn l-isptarijiet privati meta ma jkunx obbligat jipprovdi għajnuna medika urġenti f'dan il-mod partikolari. Għaldaqstant, il-fatt li l-isptarijiet privati ta' Brussell jistgħu jipprovdu għajnuna medika urġenti f'għadd limitat ta' każijiet (194) ma jistax ikun interpretat bħala obbligu ġenerali impost fuq dawn l-isptarijiet li jikkuraw lill-pazjenti kollha irrispettivament minn jekk jistgħux iħallsu jew le.

(173)

Fl-aħħar nett, f'dak li jirrigwarda l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni [imsemmi mir-rikorrenti, ara l-premessa 170, huwa ovvju li ebda sptar fil-Belġju ma huwa awtorizzat jiddiskrimina abbażi tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' pazjent (u allura fuq is-sempliċi fatt li huwa sinjur jew fqir), jew abbażi ta' kwalunkwe kriterju ieħor personali (pereżempju, l-oriġini etnika jew reliġjuża). Madankollu, jekk ma jkunx hemm sitwazzjoni ta' emerġenza, il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni ma jistax iġiegħel lill-isptarijiet jagħtu kura bla ħlas jekk ikun jidher ċar li pazjent mhux ser ikun jista' jħallas. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati fis-sitwazzjonijiet li ma jkunux urġenti, l-isptarijiet għandhom ġustifikazzjoni oġġettiva sabiex jagħmlu distinzjoni meta jirrifjutaw lil dawn il-pazjenti (195). Kif indikat hawn fuq (ara l-premessa 171, il-Kodiċi tad-Deontoloġija li japplika għat-tobba Belġjani jippermettilhom b'mod espliċitu li jirrifjutaw pazjenti fis-sitwazzjonijiet mhux urġenti. Stħarriġ li sar fost il-medjaturi tad-dejn (196) jindika barra minn hekk li t-tobba u l-isptarijiet jirrifjutaw xi drabi l-pazjenti li kellhom xi diffikultajiet biex iħallsu l-kura tagħhom fil-passat. F'dan il-kuntest, huwa interessanti li wieħed jinnota li per se, l-isptarijiet ma jirrifjutawx lill-pazjenti bla kumplimenti iżda jitolbuhom iħallsu depożitu, li jista' jgerrex lil dawk li huma żvantaġġjati. Data empirika tindika wkoll li xi drabi l-isptarijiet privati jibagħtu lill-pazjenti lejn sptar tas-CPAS (197). Huwa għalhekk li ġiet proposta (iżda mhux adottata) liġi lis-Senat Belġjan fl-2013 bl-għan li jiġi pprojbit ir-rifjut li tingħata kura lill-pazjenti li jkollhom problemi finanzjarji kif ukoll il-ġbir ta' depożiti (198). Il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għaldaqstant ma jistax jiġi invokat bħala li jorbot lill-isptarijiet Belġjani kollha (pubbliċi u privati) li jikkuraw lill-pazjenti kollha fiċ-ċirkustanzi kollha (jiġifieri apparti s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza), anki jekk il-pazjenti ma jistgħux iħallsu l-kura.

(174)

Minn dan li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet urġenti u dawk li mhumiex urġenti. F'każ ta' emerġenza, l-isptarijiet pubbliċi u privati huma soġġetti għall-istess obbligu ġenerali (ibbażat fuq il-Kodiċi Penali Belġjan) li jikkuraw lill-pazjenti li jkunu f'sitwazzjoni ta' emerġenza medika. Madankollu, ebda bażi ġuridika ma tinkariga lill-isptarijiet privati jew ma timponilhom l-obbligu li jikkuraw lill-pazjenti anki f'sitwazzjonijiet mhux urġenti u irrispettivament minn jekk jistgħux iħallsu jew le. Fil-fatt, la l-LCH lanqas il-Kodiċi Penali ma jipprovdu dan l-obbligu u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni ma jistax lanqas jiġi kkunsidrat li jimponi obbligu bħal dan. Fl-aħħar nett, l-obbligu li tingħata għajnuna medika urġenti lill-migranti mingħajr dokumenti japplika għas-CPAS, u mhux għall-isptarijiet li jipprovdu din il-kura.

L-obbligu tal-kura universali li għandhom l-isptarijiet IRIS

(175)

Madankollu, għall-kuntrarju tal-isptarijiet privati, l-isptarijiet IRIS huma obbligati (199) li jikkuraw lill-pazjenti kollha fi kwalunkwe ċirkustanza, inkluż f'sitwazzjonijiet mhux urġenti, irrispettivament mill-kapaċità tal-pazjenti li jħallsu u/jew minn jekk humiex assigurati, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw biss għall-isptarijiet IRIS, jiġifieri l-istatuti tagħhom u l-pjanijiet strateġiċi IRIS, kif indikat hawn taħt. Kif spjegat aktar 'il fuq (ara l-premessa 24, l-isptarijiet IRIS ġew stabbiliti mis-CPAS sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jissodisfaw il-kompitu tagħhom li jipprovdu għajnuna soċjali lil dawk kollha li jkollhom bżonn. Is-CPAS huma obbligati jipprovdu din l-għajnuna (inkluż kura medika u soċjo-medika) lil kull individwu u lil kull familja li jkollha bżonn (200). Is-CPAS jipprovdu s-servizzi tagħhom bla ħlas u nħolqu b'mod partikolari sabiex jgħinu lill-persuni fil-bżonn. F'dan il-kuntest, l-Artikolu 5 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS jipprovdi dan li ġej:

“(1)

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-assoċjazzjoni ċentrali IRIS u għas-setgħat ta' iris-achats kif ukoll tal-entitajiet l-oħrajn li l-assoċjazzjoni ċentrali IRIS tista' toħloq taħt l-Artikolu mija ħamsa u tletin undecies tal-Liġi tat-tmienja ta' Lulju elf disa' mija sitta u sebgħin organika taċ-Ċentri Pubbliċi għall-Azzjoni Soċjali u fir-rispett tad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, l-assoċjazzjoni għandha l-aktar setgħat wesgħin fl-eżerċizzju tal-kompitu tagħha tal-isptarjiet.

Hija teżerċita dan il-kompitu sabiex, minn naħa, tipprovdi kura medika ta' kwalità, bl-aħjar prezz, lil kull persuna irrispettivament mid-dħul, l-assigurabbiltà, l-oriġini u t-twemmin filosofiku tagħha u, min-naħa l-oħra, tikseb l-istabbiltà finanzjarja sostenibbli tal-assoċjazzjoni”  (201)

(176)

Bl-istess mod, l-introduzzjoni tal-Pjan Strateġiku IRIS 1996-2001 jindika dan li ġej:

“Biex iwettaq il-kompitu soċjali tiegħu fi kwalunkwe ħin, l-isptar pubbliku tan-netwerk IRIS ser joffri l-firxa ta' servizzi li jipprovdu lil kull individwu kura tal-aqwa kwalità f'kundizzjonijiet finanzjarji ġeneralment aċċettabbli għal kulħadd u ser ikun aċċessibbli għal kull pazjent, irrispettivament mid-dħul tiegħu, minn jekk ikunx assigurat, mill-oriġini tiegħu u mit-twemmin ideoloġiku tiegħu”  (202).

(177)

Din l-istess introduzzjoni żżid:

“L-għan ewlieni tal-pjan iris huwa li fi Brussell jinżamm netwerk ta' sptarijiet pubbliċi imsaħħaħ u aċċessibbli għal kull individwu, irrispettivament mid-dħul tiegħu, minn jekk ikunx assigurat, mill-oriġini tiegħu u mit-twemmin ideoloġiku u filosofiku tiegħu.”  (203)

(178)

F'taqsima oħra ta' dan il-pjan, huwa nnutat li l-Karta tal-Pazjent IRIS tassigura

l-aċċess għall-pazjenti kollha, mingħajr distinzjoni skont l-oriġini, id-dħul, it-twemmin filosofiku u ideoloġiku, l-assigurabbiltà.”  (204)

(179)

Barra minn hekk, il-pjan strateġiku IRIS 1996-2001 jinkludi subtaqsima 2.5.4 intitolata “Kura u trattament ta' kull persuna li tidħol f'xi wieħed mill-isptarijiet tan-netwerk iris” li tinkludi r-rekwiżiti li ġejjin:

“L-isptarijiet pubbliċi [jiġifieri l-isptarijiet IRIS] għandhom il-vokazzjoni bażika li jipprovdu kura medika soċjali; din tirrikjedi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kompiti soċjali,anki jekk din il-funzjoni mhijiex rikonoxxuta fil-qafas leġiżlattiv u regolatorju li jirregola s-settur tal-isptarijiet.

L-isptarijiet pubbliċi għandhom il-vokazzjoni li jilqgħu u joffru kura lill-pazjenti kollha irrispettivament mill-oriġini tagħhom, il-kundizzjonijiet tagħhom, il-kultura, it-twemmin u l-patoloġija tagħhom. Minn dan jirriżulta li peress li huma pubbliċi, l-isptarijiet tagħna jridu jirrispettaw il-prinċipji ta' universalità, ta' ugwaljanza, kontinwità u bidla.

1.

Il-prinċipju ta' universalità jitlob li jintlaqgħu l-pazjenti kollha jkunu min ikunu. Għaldaqstant l-isptar għandu joffri kura medika tal-ogħla livell possibbli sabiex ikun jista' jaqdi l-ħtiġijiet ta' kulħadd.

2.

Il-prinċipju tal-ugwaljanza, dritt kostituzzjonali, jitlob li jintlaqgħu l-persuni kollha mingħajr ebda diskriminazzjoni. […]” (205)

(180)

Minn dan li ntqal, jirriżulta b'mod ċar li l-kapaċità tal-pazjenti li jħallsu u s-sitwazzjoni tal-assigurazzjoni tagħhom mhijiex ikkunsidrata meta jiddaħħlu fl-isptarijiet IRIS, b'mod li l-aċċess għall-kura tas-saħħa huwa ggarantit għal kulħadd, inkluż f'sitwazzjonijiet li mhumiex urġenti. Diversi elementi tal-Pjan Strateġiku IRIS 1996-2001 juru wkoll in-natura soċjali tal-kura tas-saħħa fl-isptarijiet ipprovduta mill-isptarijiet IRIS (pereżempju, “biex tkun tista' tkompli tingħata kura medika ħielsa minn kull loġika kummerċjali ” (206)) u r-rieda li tiġi offruta kura ta' kwalità lill-klassijiet kollha tal-popolazzjoni ta' Brussell, b'mod partikolari dawk l-aktar fil-bżonn (207).

(181)

Il-Pjan Strateġiku IRIS li jkopri l-perjodu 2002-2014 jirrepeti wħud mill-prinċipji essenzjali (aċċess għall-pazjenti kollha, iż-żieda tal-aċċessibbiltà għall-foqra) b'mod partikolari billi jikkwota l-Artikolu 5 tal-istaturi tal-isptarijiet IRIS (208) (ara wkoll il-premessa (175) u l-għan ewlieni tal-Pjan Strateġiku IRIS li jkopri l-perjodu ta' bejn l-1996 u l-2001 (209) (ara l-premessa (177), kif ukoll billi jirreferi għall-Karta tal-Pazjent IRIS (210) (ara l-premessa (178), u jżid dan li ġej:

“Is-servizzi pubbliċi huma definiti fuq tliet prinċipji essenzjali li huma l-universalità, l-ugwaljanza u l-kontinwità. Skont dawn it-tliet prinċipji, u peress li huma pubbliċi, l-isptarijiet tan-netwerk IRIS

jilqgħu lill-pazjenti kollha huma min huma,

jikkuraw lill-pazjenti kollha mingħajr ebda diskriminazzjoni,

jintrabtu li jorganizzaw il-kura tal-pazjenti u li jiżguraw il-possibbiltajiet kollha ta' kura li jkunu jeħtieġu.”  (211)

(182)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-isptarijiet IRIS huma obbligati jikkuraw lill-pazjenti kollha, fi kwalunkwe ċirkustanza (kemm f'sitwazzjonijiet urġenti kif ukoll mhux urġenti), anki jekk ma jistgħux jew aktarx mhumiex ser ikunu jistgħu jħallsu l-kura tagħhom u/jew mhumiex assigurati. Dan l-obbligu huwa previst u impost fuq l-isptarijiet IRIS fl-istatuti tagħhom u fil-pjanijiet strateġiċi IRIS ikkwotati aktar 'il fuq li huma vinkolanti għall-isptarijiet IRIS u bbażati fuq l-obbligu li jipprovdu għajnuna soċjali skont il-Liġi dwar is-CPAS (obbligu li huwa ddelegat mis-CPAS lill-isptarijiet IRIS permezz ta' dawn l-istatuti u l-pjanijiet strateġiċi).

L-impatt prattiku tal-obbligu tal-kura universali li għandhom l-isptarijiet IRIS

(183)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-konklużjoni ta' hawn fuq, jiġifieri l-fatt li l-isptarijiet IRIS huma obbligati jikkuraw lill-pazjenti kollha fi kwalunkwe ċirkustanza (jiġifieri kemm f'sitwazzjonijiet urġenti u f'sitwazzjonijiet mhux urġenti) u irrispettivament mill-kapaċità tal-pazjenti li jħallsu, filwaqt li l-isptarijiet privati mhumiex obbligati jikkuraw lill-pazjenti kollha ħlief f'sitwazzjoni ta' emerġenza (jiġifieri meta l-kura hija meħtieġa minnufih f'sitwazzjoni li tkun ta' theddida għall-ħajja), hija wkoll ikkonfermata mid-diversi profili tal-pazjenti kkurati mill-isptarijiet IRIS u mill-isptarijiet privati tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell u mill-politiki tat-tariffi rispettivi ta' dawn l-isptarijiet.

(184)

Jeħtieġ l-ewwel nett li jkun innutat ukoll li l-Pjan Strateġiku tal-2002-2014 isemmi wkoll id-dħul aktar baxx (212) u l-ispejjeż ogħla (213) relatati mal-kura tal-pazjenti li jkunu f'sitwazzjoni soċjo-ekonomika prekarja, li jikkostitwixxu sehem importanti mill-pazjenti tal-isptarijiet IRIS. F'dan il-kuntest, huwa interessati li wieħed jinnota li l-isptarijiet IRIS ftiehmu mat-tobba tagħhom li l-ħlasijiet addizzjonali (ara l-premessa 46(c) għal tagħrif aktar dettaljat) ma jistgħux jiġu fatturati lill-pazjenti tas-CPAS u lanqas lill-pazjenti bi dħul baxx (jiġifieri lil dawk li huma intitolati għal rimborż ogħla mis-sehem tal-INAMI). Barra minn hekk, il-perċentwal ta' ammissjonijiet fil-kmamar individwali (jiġifieri l-uniċi kmamar fejn jistgħu jiġu fatturati ħlasijiet addizzjonali) huwa ferm iżgħar mill-medja għar-Reġjun Kapitali ta' Brussell (214). Iċ-ċifri disponibbli pprovduti minn waħda mill-impriżi mutwi (215) juru wkoll li meta jiġi fatturat ħlas addizzjonali mill-isptarijiet IRIS, l-ammont tiegħu huwa wkoll ferm iżgħar mill-medja tar-reġjun (jiġifieri bejn 25 % u 67 % inqas). B'paragun ma' dan, għall-perjodu kkunsidrat, ċerti sptarijiet privati ta' Brussell iffatturaw lill-pazjenti tagħhom ammont ogħla ta' madwar 180 % meta mqabbel mal-prezzijiet stabbiliti mis-sistema ta' sigurtà soċjali.

(185)

L-obbligu tal-kura universali ġie fdat lill-isptarijiet IRIS sabiex ikun żgurat li l-pazjenti li ma jistgħux iħallsu, li ma għandhomx assigurazzjoni privata u li aktarx ma jieħdux rimborż (anki parzjali) mis-sigurtà soċjali, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kura medika li jkunu jeħtieġu. Sottogrupp kbir ta' dawn il-pazjenti jinkludi l-migranti mingħajr dokumenti msemmija aktar 'il fuq, peress li mhumiex koperti mis-sigurtà soċjali Belġjana u ġeneralment mhumiex f'qagħda li jħallsu l-kura tagħhom. F'85 % tal-każijiet fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell, dawn il-migranti jingħataw għajnuna medika urġenti min-naħa tal-isptarijiet IRIS (ara l-premessa 172), għalkemm dawn l-isptarijiet jużaw biss 35 % tas-sodod tal-isptarijiet ta' dan ir-reġjun. Indikatur ieħor huwa l-klassifikazzjoni (216) tas-servizz pubbliku federali tas-saħħa pubblika li jikklassifika lill-isptarijiet Belġjani kollha fuq il-bażi tal-profil soċjo-ekonomiku tal-pazjenti tagħhom (ara t-Tabella 1 u l-premessa 40). Din il-klassifika turi fost l-oħrajn il-proporzjon ta' pazjenti li ma jistgħux iħallsu u li mhumiex koperti mis-sigurtà soċjali, u li għalihom is-CPAS (217) jistgħu jirrimborżaw l-ispejjeż tal-kura (ara wkoll il-premessi 187 sa 188) (218). Għall-perjodu 2007-2013 u għall-Belġju kollu, l-ewwel tliet postijiet tal-klassifika huma kollha okkupati mill-isptarijiet IRIS (l-institut Bordet u l-HUDERF huma eċċezzjoni minħabba li huma speċjalizzati). Għall-kuntrarju, għall-istess perjodu, l-isptarijiet privati ta' Brussell ma jokkupaw ebda waħda mill-ewwel 20 pożizzjoni, li juri li l-profil soċjo-ekonomiku medju tal-pazjenti tagħhom huwa konsiderevolment aqwa minn dak tal-pazjenti tal-isptarijiet IRIS. Anki jekk il-kriterji użati biex tiġi stabbilita din il-klassifika ma jirrigwardawx biss lill-pazjenti li ma jistgħux iħallsu jew li mhumiex assigurati, din il-klassifika tikkontradixxi wkoll id-dikjarazzjoni tar-rikorrenti li l-isptarijiet privati ta' Brussell għandhom l-obbligu li jikkuraw lill-pazjenti kollha fi kwalunkwe ċirkustanza u tikkonferma li dan l-obbligu huwa impost biss fuq l-isptarijiet IRIS. Fil-fatt, kieku dan l-obbligu kien impost ukoll fuq l-isptarijiet privati ta' Brussell, wieħed jistenna li jkunu qegħdin jokkupaw pożizzjoni ogħla fil-klassifika.

Tabella 1

Il-klassifika tal-isptarijiet skont il-profil soċjo-ekonomiku tal-pazjenti tagħhom imfassla mis-servizz pubbliku federali tas-saħħa pubblika (+= sptarijiet IRIS, += sptarijiet privati ta' Brussell)

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

CHU Saint-Pierre*

l-1el

l-1el

l-1el

l-1el

l-1el

l-1el

l-1el

CHU Brugmann*

it-2ni

it-2ni

it-2ni

it-2ni

it-2ni

it-2ni

it-2ni

Sptarijiet IRIS Sud*

il-5es

it-3et

it-3et

it-3et

it-3ett

it-3et

it-3et

HUDERF*

it-62

ir-4

ir-4

is-6

Ebda ċifra

il-5es

Ebda ċifra

Institut Bordet*

it-23

is-16

il-31

l-34

Ebda ċifra

it-18

il-35

Kliniċi Ste Anne St Rémi+

it-52

it-42

it-52

it-62

l-40

it-32

it-28

Il-klinika Saint Jean+

il-25

il-21

l-44

id-59

id-39

is-27

Ebda ċifra

Il-kliniċi tal-Ewropa+

l-64

l-24

id-90

it-93

il-61

it-63

it-62

CHIR Edith Cavell+

il-110

il-103

il-108

il-105

Ebda ċifra

il-105

il-103

Il-Klinika Univ. Erasme+

id-49

il-41

it-48

it-58

il-51

il-41

is-36

Il-Klinika Univ. St Luc+

it-93

is-67

il-95

l-94

is-76

Ebda ċifra

Ebda ċifra

UZ Brussel+

it-80

l-74

il-91

is-97

it-78

Ebda ċifra

Ebda ċifra

(186)

Jeħtieġ li titqiegħed fil-kuntest ir-referenza tar-rikorrenti għal pubblikazzjoni tal-Mutualités Chrétiennes ta' Frar 2004 (ara l-premessa 72), li tirrigwarda biss lis-sena 2001 u li turi li l-isptarijiet privati jikkuraw aktar minn 60 % tal-“pazjenti soċjali” fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell. It-terminu “pazjenti soċjali” jista' jagħti l-impressjoni li jirreferi għall-pazjenti li ma jistgħux iħallsu kura u li għalhekk jaqgħu kollha taħt l-obbligu tal-kura universali. Madankollu dan mhuwiex il-każ minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, id-definizzjoni tal- “pazjenti soċjali”  (219) li tidher fil-pubblikazzjoni tirrigwarda biss lill-persuni li huma assigurati mis-sigurtà soċjali Belġjana (220) u għalhekk ma tinkludix lill-pazjenti li ma jistgħux iħallsu u li mhumiex koperti mis-sigurtà soċjali. Madankollu huwa dan l-aħħar grupp li jibbenefika l-aktar mill-obbligu tal-kura universali u li jirrappreżenta l-akbar piż finanzjarju għall-isptarijiet IRIS (ara wkoll il-premessi 187 sa 188). Fuq il-bażi tad-definizzjoni wiesgħa użata fil-pubblikazzjoni, kważi 20 % tal-ammissjonijiet fl-isptarijiet privati (b'paragun ma' madwar 26 % fl-isptarijiet pubbliċi) ta' Brussell kienu jirrigwardaw “pazjenti soċjali”, u l-isptarijiet privati kkuraw kważi 66 % tan-numru totali ta' dawn il-pazjenti fl-2001.

It-tieni, anki l-“pazjenti prekarji”  (221), li l-pubblikazzjoni tiddefinixxi bħala sottogrupp tal-“pazjenti soċjali”, huma koperti mis-sigurtà soċjali u ma hemm ebda raġuni għalfejn wieħed għandu jissupponi li ma jistgħux iħallsu l-ammont li jkun fadlilhom. Madankollu wieħed jista' jsostni li huwa aktar probabbli li dawn il-“pazjenti prekarji” ma jkunux jistgħu jħallsu lill-isptar l-ammont li jkun fadlilhom. Il-pubblikazzjoni turi li l-isptarijiet pubbliċi jikkuraw madwar 48 % tal-“pazjenti prekarji”, meta mqabbla mat-52 % għall-isptarijiet privati ta' Brussell. Madankollu, b'mod proporzjonali, l-isptarijiet pubbliċi jikkuraw għadd ferm ogħla minn dawn il-pazjenti milli jagħti x'jifhem is-sehem mis-suq tagħhom (f'termini ta' sodod u ta' numru ta' ammissjonijiet). Fil-fatt, “il-pazjenti prekarji” jirrappreżentaw 9,5 % tal-ammissjonijiet fl-isptarijiet pubbliċi, meta mqabbla ma' 4,1 % biss fl-isptarijiet privati.

It-tielet, fi kwalunkwe każ, il-kumment li fl-2001, l-isptarijiet privati ta' Brussell allegatament ikkuraw 52 % tal-pazjenti “prekarji” (meta mqabbla ma' 66 % tal-pazjenti “soċjali”) ma jibdel xejn mill-konklużjoni li l-isptarijiet IRIS biss għandhom l-obbligu tal-kura universali. Fil-fatt, fin-nuqqas ta' kwalunkwe obbligu legali li jimponi fuq l-isptarijiet privati li jikkuraw lill-pazjenti kollha irrispettivament mill-kapaċità tagħhom li jħallsu u minn jekk humiex assigurati, l-isptarijiet privati jistgħu liberament jiddeċiedu li jagħtu kura lill-pazjenti “prekarji” jew “soċjali” f'sitwazzjonijiet li ma jkunux urġenti u għaldaqstant jistgħu jibdlu d-deċiżjoni tagħhom fi kwalunkwe mument. Barra minn hekk, il-grupp ta' pazjenti l-aktar vulnerabbli, jiġifieri dawk li mhumiex koperti mis-sigurtà soċjali jew minn xi assigurazzjoni oħra, mhuwiex inkluż fl-istatistika tal-pubblikazzjoni. Dan jispjega wkoll id-differenza evidenti bejn iċ-ċifri tal-pubblikazzjoni għas-sena 2001 u l-klassifika tas-servizz pubbliku federali tas-saħħa pubblika (ara l-premessa 185) għall-perjodu 2007-2013. Filwaqt li l-klassifika tas-servizz pubbliku federali tieħu inkunsiderazzjoni l-proporzjon tal-pazjenti li mhumiex koperti mis-sigurtà soċjali, l-istatistika tal-pubblikazzjoni tirrigwarda biss lill-pazjenti li huma koperti.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tqis li l-pubblikazzjoni tal-Mutualités Chrétiennes li tippreżenta statistika għas-sena 2001 mhijiex prova li l-isptarijiet IRIS ma għandhomx l-obbligu ta' kura universali jew li l-isptarijet privati ta' Brussell għandhom obbligu simili.

(187)

L-obbligu ta' kura universali li għandhom l-isptarijiet IRIS jiżgura li l-pazjenti li jkollhom problemi finanzjarji kbar, ir-refuġjati politiċi, l-immigranti illegali, eċċ., jirċievu kura fi kwalunkwe ċirkustanza. Jekk dawn il-pazjenti ma jistgħux iħallsu l-kura tagħhom u ma huma koperti minn ebda assigurazzjoni (jiġifieri la mis-sigurtà soċjali, u lanqas minn assigurazzjoni tas-saħħa privata), is-CPAS ikopru biss l-ispejjeż ta' dawn il-pazjenti diment li jirrispettaw ċerti kundizzjonijiet. Biex jistabbilixxu r-regoli applikabbli għal dan ir-rimborż, l-isptarijiet IRIS u 17 mid-19-il CPAS tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell iffirmaw ftehimiet multilaterali msejħa tar-“residenza ta' emerġenza”. Għall-kura mhux urġenti, is-CPAS jibagħtu lill-persuni kkonċernati fl-isptarijiet IRIS u jintrabtu bil-miktub (permezz ta' “dikjarazzjoni”) li jkopru l-ispiża tal-kura. Jekk il-pazjenti jippreżentaw din id-dikjarazzjoni, l-isptarijiet IRIS jibagħtu l-kont direttament lis-CPAS. Għall-kura urġenti, din il-proċedura ovvjament ma tapplikax. Minflok, ir-rimborż mis-CPAS huwa soġġett għall- (i) preżentazzjoni ta' ċertifikat mediku li jikkonferma l-ħtieġa ta' ammissjoni urġenti jew ta' kura immedjata tal-persuna, u għas-(ii) sitwazzjoni ekonomika tal-persuna kif ikkonfermata mis-CPAS skont l-informazzjoni miġbura mill-isptar biex tagħmel stħarriġ soċjali. Il-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa huwa kompitu importanti għad-dipartimenti tas-servizzi soċjali tal-isptarijiet IRIS (ara wkoll il-premessi 210 sa 211) (222).

(188)

Dment li l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ikunu ssodisfati (jiġifieri l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni għall-kura mhux urġenti u ċertifikat mediku u l-istħarriġ soċjali għall-kura urġenti), is-CPAS jirrimborża lill-isptarijiet IRIS l-ispejjeż relatati mal-kura tal-pazjenti li ma jistgħux iħallsu l-kura tagħhom u li mhumiex koperti minn assigurazzjoni. Madankollu dan ma jeħlisx lill-isptarijiet IRIS mill-piż kollu li jirriżulta mill-obbligu ta' kura universali. Fil-fatt, biex jiksbu r-rimborż mingħand is-CPAS, l-isptarijiet IRIS iridu jiġbru informazzjoni għall-istħarriġ soċjali (fl-2012 dan sar għal 25 749 każ). Din hija pereżempju waħda mir-raġunijiet li għaliha l-isptarijiet IRIS jimpjegaw aktar mid-doppju tal-ħaddiema soċjali mill-isptarijiet universitarji (ara l-premessa 213). Madankollu, is-CPAS ma jirrimborżawx lill-isptarijiet IRIS l-ispejjeż marbutin mal-ġbir ta' informazzjoni għall-istħarriġ soċjali (223). Barra minn hekk, is-CPAS għandhom skadenzi ta' ħlasijiet itwal (xi drabi ta' aktar minn sena) mill-impriżi mutwi u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni (li jħallsu fi żmien xahar sa xahrejn minn meta jirċievu l-kont). Għaldaqstant, l-isptarijiet IRIS iridu jiffinanzjaw minn qabel dawn l-ispejjeż fuq perjodu itwal milli għall-pazjenti “normali”. Fil-31 ta' Diċembru 2010, is-CPAS ta' Brussell kellhom jagħtu lill-isptarijiet IRIS kważi EUR 35 miljun (li madwar 71 % kienu jirrigwardaw kontijiet tal-2010, 12 % tal-kontijiet tal-2009 u madwar 13 % tal-kontijiet tas-snin preċedenti). B'rata ta' interess nominali annwali ta' 2 %, l-isptarijiet IRIS stmaw li l-ispiża inerenti għall-akbar dewmien fil-pagamenti kienet tammonta għal kważi EUR 700 000 sa dik id-data (224). Fl-aħħar nett, il-persuni kollha li jista' jkollhom diffikultajiet sabiex iħallsu l-kont tagħhom mhumiex eliġibbli għal kopertura mis-CPAS (225). Fuq il-bażi tal-obbligu tagħhom ta' kura universali, l-isptarijiet IRIS xorta waħda jikkuraw lill-pazjenti li għalihom is-CPAS ma jintrabtux li jkopru l-ispejjeż. F'sitwazzjoni bħal din, l-isptarijiet IRIS jibagħtu kont lill-pazjenti li, f'ċerti każijiet, ma jkunux jistgħu jħallsuhom. Minn dan jirriżulta li l-isptarijiet IRIS iridu jiffaċċjaw livell ta' dejn mitluf li huwa ferm ogħla minn dak tal-isptarijiet pubbliċi l-oħrajn u tal-isptarijiet privati fil-Belġju (226). L-isptarijiet IRIS stmaw li fl-2010, l-ammont ta' dejn kanċellat kien jaqbeż il-medja tal-isptarijiet pubbliċi fil-Belġju b'madwar EUR […] miljun.

(189)

Fl-aħħar nett, huwa importanti li jitqiegħed lura fil-kuntest tiegħu l-finanzjament previst mit-Taqsima B8 tal-BMF li jingħata lill-isptarijiet li l-pazjenti tagħhom għandhom profil soċjoekonomiku baxx. Dan il-finanzjament federali limitat huwa maħsub sabiex jikkumpensa parti mill-ispejjeż relatati mal-“pazjenti soċjali” (pereżempju, minħabba l-fatt li fuq medja, dawn il-pazjenti jibqgħu għal perjodu itwal fl-isptar mill-oħrajn) iżda mhuwiex kumpens għal obbligu ta' kura universali. Il-finanzjament taħt it-Taqsima B8 ma jikkumpensax l-ispejjeż attwali mġarrba mill-isptarijiet għall-kura tal-pazjenti soċjali (pereżempju, il-fatturi mhux imħallsa mill-pazjenti soċjali, il-bżonn ta' ħaddiema soċjali addizzjonali). Madankollu, baġit fiss (ta' madwar EUR 25 miljun fis-sena għall-Belġju kollu) jiġi allokat fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni tal-isptarijiet stabbilita skont il-profil soċjoekonomiku tal-pazjenti tagħhom (ara l-premessa 185). Minħabba li l-ewwel tliet pożizzjonijiet ta' din il-klassifika huma okkupati mill-isptarijiet IRIS, dawn jirċievu wkoll parti akbar mis-sehem tal-finanzjament taħt it-Taqsima B8 mill-isptarijiet ikklassifikati inqas tajjeb (bħal pereżempju l-isptarijiet privati ta' Brussell). Ir-raġuni li għaliha kemm l-isptarijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati huma fil-prinċipju eliġibbli għal dan il-finanzjament hija li l-isptarijiet huma liberi li jagħżlu li jikkuraw lill-pazjenti soċjali, anki mingħajr l-obbligu ta' kura universali li għandhom l-isptarijiet IRIS. Jistgħu jagħmlu din l-għażla peress li ċerti pazjenti soċjali jkunu kapaċi jħallsu jew ikunu assigurati. Fil-fatt, f'dak li jirrigwarda lill-pazjenti soċjali li huma koperti mis-sigurtà soċjali, spiss jiġu applikati tariffi aktar baxxi u l-INAMI tħallas porzjon akbar mill-ispejjeż, li jnaqqas ir-riskju finanzjarju għall-isptar. Jirriżulta wkoll li mhux is-CPAS kollha tal-Belġju għażlu li joħolqu sptar tagħhom. Għaldaqstant, biex jissodisfaw l-obbligu ta' għajnuna soċjali tagħhom, is-CPAS jistgħu jistrieħu fuq l-isptarijiet privati. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, sptar privat loġikament jikkura ċertu għadd ta' pazjenti soċjali u jista' wkoll jibbenefika minn finanzjament taħt it-Taqsima B8 previst mill-BMF. Madankollu, fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell, is-CPAS jistgħu jistrieħu fuq l-isptarijiet pubbliċi IRIS, li jispjega għalfejn il-klassifika stabbilita fil-premessa 185) turi li l-profil soċjoekonomiku medju tal-pazjenti privati ta' Brussell huwa ferm aħjar minn dak tal-pazjenti tal-isptarijiet IRIS. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-finanzjament taħt it-Taqsima B8 tal-BMF ma jistax jitqies li jindika l-eżistenza ta' obbligu ta' kura universali għall-isptarijiet Belġjani kollha.

Konklużjoni dwar l-obbligu ta' kura universali tal-isptarijiet IRIS

(190)

Fuq il-bażi tal-elementi preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligu ta' kura universali jaqa' biss fuq l-isptarijiet IRIS, huwa s-suġġett ta' mandat ċar u huwa definit fl-istatuti tal-isptarijiet IRIS u fil-pjanijiet strateġiċi IRIS skont ir-rekwiżiti tal-Liġi dwar is-CPAS (ara l-premessi 29 sa 30). Dan jidher ukoll fil-klassifika tal-isptarijiet stabbilita skont il-profil soċjoekonomiku tal-pazjenti tagħhom (ara l-premessa 185). Dan l-obbligu jiggarantixxi li l-individwi foqra tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell jingħataw kura medika adegwata, inkluż f'sitwazzjonijiet li ma jkunux ta' emerġenza, anki jekk ma jkunux jistgħu jħallsu. Għalhekk l-isptarijiet IRIS jagħtu kura tas-saħħa soċjali skont il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni lokali. Kif spjegat fil-premessa preċedenti, parti biss mill-ispejjeż relatati ma' dan l-obbligu hija koperta direttament (pereżempju, permezz tar-rimborż tal-ispejjeż tal-kura mis-CPAS). Huwa għalhekk li l-ispiża li jifdal hija koperta mill-kumpens għat-telf li huq s-suġġett ta' din id-deċiżjoni.

II.   L-obbligu li tiġi pprovduta offerta kompluta ta' kura bażika fl-isptarijiet f'diversi siti

(191)

L-awtoritajiet Belġjani jqisu li l-isptarijiet IRIS għandhom ukoll l-obbligu speċifiku li jipprovdu offerta kompluta ta' kura bażika fl-isptarijiet f'diversi siti jew obbligu “f'iktar minn sit wieħed” fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Skont ir-rikorrenti, mhuwiex ċar, iżda, xi jkopri eżattament l-obbligu ta' forniment ta' kura bażika kompluta fl-isptarijiet f'diversi siti, u lanqas sa liema punt dan l-obbligu jimponi spejjeż addizzjonali fuq l-isptarijiet IRIS. Ir-rikorrenti madankollu ma jippretendux li l-isptarijiet privati ta' Brussell ikollhom tali obbligu.

(192)

Il-Kummissjoni tinnota li l-LCH ma timponix fuq l-isptarijiet (pubbliċi jew privati) li joperaw minn diversi siti. Għall-kuntrarju, il-mekkaniżmu ta' programmazzjoni tal-isptarijiet jiddetermina n-numru massimu ta' sodod tal-isptarijiet li jistgħu jintużaw f'kull Reġjun tal-Belġju. Għar-Reġjun Kapitali ta' Brussell, in-numru ta' sodod fl-isptarijiet (ġenerali) huwa limitat għal madwar 7 260 u kull sptar ta' Brussell huwa awtorizzat juża ċertu numru ta' sodod f'dan il-limitu. Fil-prinċipju, jekk il-kapaċità ta' sptar tkun ġiet approvata taħt is-sistema ta' programmazzjoni, l-isptar jista' jiddeċiedi liberament li jiġbor dawn is-sodod f'sit wieħed jew li jqassamhom fuq diversi siti f'dan ir-reġjun partikolari, u safejn jixtieq. Bl-istess mod, jista' jiddeċiedi li joffri jew li ma joffrix l-istess servizzi jew li joffri biss tipi ta' kura partikolari f'kull wieħed minn dawn is-siti. F'dan il-kuntest, ċerti sptarijiet privati ta' Brussell għażlu liberament li joperaw minn diversi siti, filwaqt li oħrajn joperaw biss minn wieħed (227). L-isptarijiet privati jistgħu madankollu jiddeċiedu fi kwalunkwe ħin li jiġbru s-sodod u s-servizzi tagħhom f'sit wieħed (228). Jeħtieġ li jkun innutat ukoll li, fil-limiti stabbiliti mill-mekkaniżmu ta' programmazzjoni (229), l-isptarijiet privati huma wkoll liberi li jagħżlu t-tipi ta' kura li jipproponu, u b'hekk ikollhom il-possibbiltà li jispeċjalizzaw fit-tipi ta' kura tas-saħħa l-aktar profittabbli (230).

L-obbligu tad-diversi siti li għandhom l-isptarijiet IRIS

(193)

F'dak li jirrigwarda lill-isptarijiet IRIS, il-muniċipalitajiet u s-CPAS jippreferu jżommu offerta ta' kura lokali meta mqabbla mal-konċentrazzjoni ta' sodod tal-isptarijiet. Huma għażlu speċifikament li jipprovdu offerta kompluta ta' kura bażika fis-siti kollha, li, minħabba li din teħtieġ l-istess infrastrutturi, tagħmir u attivitajiet f'kull post, twassal għal spejjeż addizzjonali. Huwa fuq din il-bażi li meta sar ir-ristrutturar tal-isptarijiet ta' Brussell tal-1995, is-CPAS u l-muniċipalitajiet għażlu b'mod deliberat li jżommu s-servizzi tal-isptarijiet lokali fid-diversi siti li kellhom diġà, li jfornu offerta kompluta ta' kura, skont il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni. Huma qiesu li l-ħtiġijiet mediko-soċjali li kienu r-raġuni wara l-ħolqien tal-isptarijiet pubbliċi kienu għadhom jeżistu. F'dan il-kuntest, ta' min jinnota li l-parti l-kbira tas-siti tal-isptarijiet IRIS jinsabu fil-muniċipalitajiet l-aktar foqra tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell (ara wkoll il-premessa 202). L-awtoritajiet pubbliċi għaldaqstant irrinunzjaw b'mod volontarju għaż-żidiet fl-effiċjenza, għad-detriment tal-interess purament finanzjarju tagħhom, u għażlu li jżommu kull sit ta' sptar li kellhom, għalkemm kienu jafu li l-miżuri federali ta' finanzjament tal-isptarijiet ma kinux ser ikopru l-ispejjeż kollha [minħabba, pereżempju, l-irduppjar tal-infrastrutturi u tal-ispejjeż operattivi, ara wkoll il-premessa 203). Din l-għażla hija kkonfermata fil-pjanijiet strateġiċi IRIS u tobbliga għalhekk lill-isptarijiet IRIS iżommu s-siti kollha tal-isptarijiet sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jirċievu l-kura bażika kollha kemm jista' jkun qrib id-dar tagħhom.

(194)

B'mod partikolari, it-Taqsima “Assi ta' struttura” tal-Pjan Strateġiku IRIS 1996-2001 tirreferi għal:

Iż-żamma ta' attività ta' sptar deċentralizzat u ta' kopertura ambulatorja wiesgħa. L-attività se tinżamm fid-disa' siti.”  (231)  (232)

[…]

Iż-żamma tal-attività bażika fid-diversi siti. Il-pazjenti, b'mod partikolari dawk anzjani, ikunu jistgħu għalhekk jibqgħu jingħataw kura fl-isptar f'distanza raġonevoli mid-dar tagħhom. ”  (233)

(195)

Il-Pjan Strateġiku 1996-2001 jenfasizza wkoll li l-isptarijiet IRIS jikkuraw essenzjalment pazjenti li jgħixu fil-viċinanzi u għaldaqstant huma kkwalifikati bħala “sptarijiet lokali” (234). Barra minn hekk, l-isptarijiet IRIS iridu “iżidu l-adegwatezza tas-servizzi [tagħhom] għall-ħtiġijiet tal-popolazzjoni ta' Brussell, […] u jsaħħu l-aċċessibbiltà [tagħhom] għal-livelli kollha tal-popolazzjoni, u b'mod partikolari għal dawk l-aktar żvantaġġjati” (235).

(196)

Il-Pjan Strateġiku 2002-2014 iżid:

“IRIS tadotta l-prinċipju ta' organizzazzjoni iffukata fuq il-pazjenti, imfassla f'netwerk pubbliku ta' istituzzjonijiet li jaħdmu flimkien bl-għan li jiżguraw servizz ta' kura lokali u speċjalizzat ”  (236).

(197)

Rigward il-kura lokali, dan il-pjan strateġiku jżid:

“Minħabba l-mod kif is-siti IRIS huma mqassma ġeografikament, l-impatt tagħhom fuq il-kopertura tal-popolazzjoni ġenerali, li xi drabi jkollha problemi soċjali, l-ewwel għan żviluppat huwa garanzija f'kull sit ta' kura lokali, ta' kwalità, affidabbli u aċċessibbli.

L-isptarijiet IRIS — minbarra l-Institut Bordet u l-Hôpital des Enfants [HUDERF] (237) li huma sptarijiet ta' referenza bi speċjalizzazzjoni waħda — għandhom il-missjoni prinċipali li joffru mediċina lokali, li tissodisfa d-domanda lokali tal-pazjenti li jgħixu fil-muniċipalitajiet tal-madwar ”  (238).

(198)

Il-Pjan Strateġiku IRIS 2002-2014 jispeċifika wkoll li minbarra l-mediċina lokali relatata mal-kura bażika, l-isptarijiet IRIS joffru kura speċjalizzata (fi kliem ieħor, firxa ta' kura usa' jew aktar żviluppata (239)). Madankollu din il-kura ma tiġix offruta fis-siti kollha (għalkemm ġenerlament hija offruta f'bosta minnhom) u tiġi ppjanata fil-livell tan-netwerk IRIS (240). L-għan huwa dejjem li jiġi assigurat aċċess universali lill-popolazzjoni ta' Brussell għal offerta ta' kura tajba ħafna (permezz ta' kura lokali jew kura speċjalizzata) (241). Dan il-pjan strateġiku jinkludi wkoll tabelli dettaljati li jispeċifikaw it-tip ta' kura bażika jew ta' kura speċjalizzata proposta f'kull sit tal-isptarijiet IRIS. L-attivitajiet ta' kura bażika huma indikati bħala ta' “livell 1 — livell lokali” filwaqt li l-attivitajiet ta' kura speċjalizzata huma indikati bħala ta' “livell 2 — livell ta' speċjalizzazzjoni” u “livell 3 — livell ta' referenza” (242). L-isptarijiet IRIS jafu għalhekk b'mod ċar x'tipi ta' kura jridu joffru f'kull sit li għandhom.

(199)

Sabiex ikun garantit li kull sptar IRIS ikun kompletament konxju tal-ħtiġijiet medikosoċjali tal-popolazzjoni lokali u jkun immexxi skont dawn, il-ħolqien tal-isptarijiet IRIS ġie wkoll marbut b'mod espliċitu maż-żamma ta' “bażi lokali” għas-servizzi tal-isptarijiet pubbliċi. Dan jixhduh il-Ftehim dwar ir-Ristrutturar ikkonfermat mill-Ftehim ta' Kooperazzjoni tad-19 ta' Mejju 1994 (243) kif ukoll il-kompożizzjoni tal-korpi ta' amministrazzjoni tal-isptarijiet IRIS (244). B'mod aktar partikolari, skont l-Artikolu 11 tal-istatuti, il-parti l-kbira tal-membri tal-Assemblea Ġenerali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Isptarijiet IRIS huma eletti mill-Kunsill Muniċipali u l-Kunsill tas-Servizzi Soċjali (organizzat fil-livell muniċipali) filwaqt li l-Bourgmestre (is-sindku) u l-President tas-CPAS jiġu maħtura membri ex-officio. Bl-istess mod, 10 mill-14-il membru tal-Bord tad-Diretturi huma maħtura mill-membri tad-delegazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fl-Assemblea Ġenerali (kif jitlob l-Artikolu 27 tal-istatuti).

(200)

L-intenzjoni li l-isptarijiet IRIS jitmexxew skont il-ħtiġijiet medikosoċjali tal-popolazzjoni lokali ġiet ikkonfermata mil-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tan-netwerk IRIS tal-20 ta' Novembru 1996, li waqtha ġiet adottata emenda għall-Pjan Strateġiku 1996-2001, li tafferma b'mod ċar f'dan ir-rigward:

“Dan is-sett ta' restrizzjonijiet, li jeħtieġu ristrutturar, għandhom ikunu ssodisfati fil-kuntest usa' tal-għanijiet strateġiċi tagħna. Dawn jistgħu jitfakkru kif ġej:

in-Netwerk IRIS tal-isptarijiet pubbliċi għandu jkun fil-qalba tal-futur tas-sistema tas-saħħa ta' Brussell;

l-isptarijiet tagħna għandhom jadattaw għall-bidliet fil-ħtiġijiet tal-popolazzjoni ta' Brussell;

ir-ristrutturar tan-Netwerk għandu jinbena għall-marid u madwaru;

l-immodernizzar tan-Netwerk għandu jibbaża fuq impetu ġdid tal-komunità tal-isptarijiet inġenerali, l-aktar dak tal-komunità medika.”

(201)

Din l-emenda żżid ukoll:

“F'dan il-kuntest, ir-ristrutturar għandu jiggarantixxi:

l-issuktar ta' attivitajiet mediċi u ta' kura f'kull sit ta' sptar, skont il-kompitu tagħna ta' kura lokali;

l-issuktar tal-għanijiet ta' bilanċ finanzjarju;

l-iżvilupp armonjuż tan-Netwerk għal bilanċ bejn l-interess ġenerali u l-interess partikolari ta' kull waħda mill-entitajiet;

l-intensifikar tal-koordinazzjoni u tal-kollaborazzjoni bejn l-entitajiet tan-Netwerk;

l-aċċessibbiltà tan-Netwerk u ż-żamma tan-natura pubblika tiegħu;

[…].”  (245)

L-obbligu ta' sptarijiet IRIS f'diversi siti, obbligu reali ta' servizz pubbliku (SIEĠ)

(202)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-argument tar-rikorrenti fil-kuntest tal-Kawża quddiem il-Qorti Ġenerali (ara t-Taqsima 4.2), li l-ħtiġijiet ta' kura lokali għandhom ikunu kkunsidrati fir-rigward tal-għadd kbir ta' sptarijiet pubbliċi u privati li jinsabu fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Kif spjegat aktar 'il fuq, il-mekkaniżmu ta' programmazzjoni tal-isptarijiet jiffissa n-numru massimu ta' sodod fl-isptarijiet ġenerali fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell għal 7 260 bl-għan li tiġi evitata offerta eċċessiva ta' servizzi mediċi. Dan in-numru ta' sodod jiġi offrut kemm mill-isptarijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-isptarijiet tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Il-mekkaniżmu ta' programmazzjoni jieħu biss inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet mediċi fil-livell reġjonali u ma jikkunsidrax il-ħtiġijiet soċjali ta' popolazzjoni partikolari u lanqas is-sitwazzjoni soċjali speċifika għal żona ġeografika. Dawn il-ħtiġijiet soċjali huma vvalutati skont il-politika ta' għajnuna soċjali tas-CPAS (fi kliem ieħor, fil-livell muniċipali). Il-predeċessuri tal-isptarijiet IRIS ġew stabbiliti biex jaqdu l-ħtiġijiet soċjali u, wara r-ristrutturar, id-diversi siti IRIS inżammu sabiex jissodisfaw ħtieġa soċjali reali (ara l-premessi 82 sa 84 u 91). Fil-fatt, huwa peress li l-isptarijiet IRIS jipprovdu s-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali li jeżistu wkoll ħtieġa u obbligu li jkollhom diversi siti. Għall-abitanti fqar tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell, mhuwiex biss importanti li wieħed ikun jista' jmur fi sptar qrib ir-residenza tiegħu iżda wkoll li wieħed ikun ċert li jingħata kura anki jekk ma jkunx jista' jħallas għaliha, u li jista' jitlob l-għajnuna tas-servizzi soċjali. Billi jobbligaw lill-isptarijiet IRIS iżommu d-diversi siti tagħhom, ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell u s-CPAS iridu jiggarantixxu li l-kura tas-saħħa soċjali tingħata kemm jista' jkun malajr mill-post fejn hemm il-ħtieġa. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jkun enfasizzat li għaxra minn ħdax-il sit tal-isptarijiet IRIS jinsabu f'muniċipalitajiet fejn id-dħul medju ma jaqbiżx il-medjan (246) għar-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Ħamsa mill-ħdax-il sit tal-isptarijiet privati jinsabu, għall-kuntrarju, f'muniċipalitajiet fejn id-dħul medju huwa ogħla minn dan il-medjan (247). Kif turi l-mappa ta' hawn taħt (248) (ara l-grafika 3), ma jidhirx li teżisti xi sovrappożizzjoni ġeografika sinifikanti bejn l-isptarijiet pubbliċi (ċrieki b'ċirkonferenża ta' tikek) u l-isptarijiet privati ġenerali u universitarji (ċrieki b'ċirkonferenza kontinwa) fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Dan jissuġġerixxi li s-sempliċi fatt li għadd kbir ta' sptarijiet huma attivi fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell mhuwiex biżżejjed biex jiggarantixxi l-aċċess tal-abitanti kollha għall-kura fl-isptarijiet. Barra minn hekk, kif spjegat aktar 'il fuq, l-isptarijiet IRIS huma l-uniċi sptarijiet tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell li jipprovdu SIEĠ ta' kura tas-saħħa soċjali, u l-isptarijiet privati ma jistgħux jitqiesu għalhekk bħala ekwivalenti f'dak li jirrigwarda l-issodisfar tal-ħtiġijiet soċjali tal-popolazzjoni lokali. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-preżenza ta' diversi sptarijiet privati fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell mhuwiex raġuni li toħloq dubju dwar in-natura ta' obbligu reali ta' servizz pubbliku (SIEĠ) dwar l-obbligu ta' diversi siti li għandhom l-isptarijiet IRIS u mhux l-isptarijiet privati ta' Brussell, b'mod partikolari fid-dawl tas-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali.

Grafika 3

Mappa tas-siti tal-isptarijiet fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell

Image 5

Hôpitaux généraux

Hôpitaux à caractère universitaire

Hôpitaux universitaires

Hôpitaux gériatriques et spécialisés

Hôpitaux spécialisés

Hôpitaux psihiatriques

Implantations hospitalières

L-impatt prattiku tal-obbligu ta' diversi siti li għandhom l-isptarijiet IRIS

(203)

L-obbligu ta' diversi siti jista' wkoll jitqies bħala piż għall-isptarijiet IRIS, għax dan jimponilhom li jirduppjaw ċerti infrastrutturi u dan joħloq spejjeż operattivi ogħla. Dawn l-ispejjeż huma l-aktar marbuta mal-bżonn li kull sit ikun mgħammar b'servizzi bħal servizz ta' emerġenza, servizz ta' sterilizzazzjoni, servizz ta' sorveljanza u sigurtà, u amministrazzjoni proprja. Fil-fatt, il-finanzjament BMF (ara l-premessa 46(a)) jingħata biss għal wieħed minn dawn is-servizzi lil kull sptar, ikun xi jkun in-numri ta' siti li jokkupa. Mal-ispejjeż tal-infrastruttura u t-tagħmir, jiżdiedu l-ispejjeż operattivi relatati mad-diversi entrati (manutenzjoni, tisħin, tindif, eċċ.). Studju li sar mill-assoċjazzjoni ċentrali IRIS fl-2009 stima li l-ispejjeż tal-obbligu ta' diversi siti li ma kinux koperti mill-finanzjament BMF kienu jammontaw għal EUR […] miljun fl-2008 u għal EUR […] miljun fl-2009 għall-ħames sptarijiet IRIS f'daqqa.

Konklużjoni dwar l-obbligu tad-diversi siti li għandhom l-isptarijiet IRIS

(204)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li skont il-pjanijiet strateġiċi IRIS, l-isptarijiet IRIS għandhom l-obbligu ċar 1) li jżommu s-siti tal-isptarijiet kollha li għandhom sabiex jaqdu l-ħtiġijiet medikosoċjali tal-popolazzjonijiet lokali rispettivi u 2) li jipprovdu offerta kompluta ta' attivitajiet ta' kura bażika fis-siti kollha. B'mod partikolari, il-pjan strateġiku IRIS jiddefinixxi l-attivitajiet meqjusa bħala kura bażika u bħala kura speċjalizzata u jindika għal kull sptar IRIS x'tipi ta' kura għandu joffri. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS u tal-Liġi dwar is-CPAS jiggarantixxu li l-isptarijiet IRIS huma għal kollox konsapevoli tal-ħtiġijiet medikosoċjali tal-popolazzjoni lokali u huma mmexxija skont dan. Barra minn hekk, l-obbligu ta' diversi siti jaqbeż ir-rekwiżiti tal-LCH u tal-mekkaniżmu ta' programmazzjoni, peress li dan tal-aħħar ma jiħux inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet soċjali ta' popolazzjoni partikolari u lanqas tas-sitwazzjoni soċjali ta' xi żona ġeografika. L-isptarijiet privati għaldaqstant mhumiex obbligati li joperaw minn diversi siti u lanqas li jipprovdu offerta sħiħa ta' kura bażika f'kull sit (meta jagħżlu li jokkupaw diversi siti). Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessa preċedenti, l-obbligu ta' diversi siti jiġġenera spejjeż konsiderevoli għall-isptarijiet IRIS, li mhumiex koperti mill-BMF u li jikkontribwixxu għalhekk għat-telf tal-isptarijiet IRIS.

III.   L-obbligu li jiġu pprovduti servizzi soċjali estiżi

(205)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani jqisu li l-isptarijiet IRIS għandhom l-obbligu li jipprovdu servizzi soċjali estiżi lill-pazjenti u lill-familji tagħhom. Skont ir-rikorrenti, l-obbligu jidher li jikkonsisti biss f'volum ta' servizzi soċjali akbar minn dak propost mill-isptarijiet l-oħrajn. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li la l-LCH u lanqas il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tal-isptarijiet (fuq il-bażi tad-Digriet Irjali tat-23 ta' Ottubru 1964) ma jimponu obbligu ġenerali li jiġu pprovduti servizzi soċjali fl-isptar. Ċerti regoli iżolati li jirrigwardaw ċerti servizzi tal-isptar biss (is-servizzi ġerjatriċi u psikjatriċi (249)) jipprevedu l-intervent tal-ħaddiema soċjali. Barra minn hekk, regola speċifika għall-isptarijiet universitarji tipprevedi l-preżenza ta' ħaddiem soċjali għal kull 2 000 ammissjoni biss (250). Minbarra dawn is-sitwazzjonijiet partikolari, l-isptarijiet privati ma għandhom l-ebda obbligu li jipprovdu servizzi soċjali lill-pazjenti kollha tagħhom. L-isptarijiet IRIS, għall-kuntrarju, huma obbligati, fuq il-bażi tal-pjanijiet strateġiċi IRIS, li joffru servizzi soċjali li jgħinu lill-pazjenti kollha li jkollhom bżonnhom.

L-obbligu li jiġu pprovduti servizzi soċjali estiżi li għandhom l-isptarijiet IRIS

(206)

Il-pjan strateġiku IRIS 1996-2001 jippreżenta l-kuntest ġenerali tal-kura globali tal-pazjenti fl-isptarijiet IRIS, inkluż f'dak li jirrigwarda l-aspetti psikosoċjali u ambjentali:

“Kura globali tal-pazjenti: Il-pazjent ma jistax ikun ridott biss għall-kundizzjoni li jeħtieġ kura għaliha. Ċerti kategoriji ta' pazjenti b'mod partikolari għandhom jibbenefikaw minn kura globali, kemm fl-aspetti purament mediċi tagħha kif ukoll dawk psikosoċjali u ambjentali: normalment dawn ikunu pazjenti ġerjatriċi, pazjenti pedjatriċi, pazjenti f'fażi terminali, pazjenti psikjatriċi, pazjenti soċjalment żvantaġġjati eċċ.”  (251)

(207)

Ir-rwol tas-servizzi soċjali u l-kompiti ewlenin tagħhom huma deskritti f'aktar dettall f'dan il-pjan:

L-isptarijiet [IRIS] għandu jkollhom servizzi soċjali li r-rwol essenzjali tagħhom huwa li jikkontribwixxu għall-benesseri tal-pazjenti, għall-kwalità medika u għall-funzjonament ottimali tal-istituzzjoni. Is-servizz soċjali huwa kollaboratur tal-Uffiċjal li jmexxi u sieħeb tas-servizzi kollha tal-isptar. Huwa responsabbli mill-umanizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' soġġorn [tal-pazjenti fl-isptar]. Irid jaħseb għad-diffikultajiet soċjali tal-pazjenti idealment qabel, iżda wkoll waqt is-soġġorn tagħhom u meta joħorġu mill-isptar. Huwa r-rabta privileġġjata bejn il-pazjent, l-isptar, il-familja tiegħu u l-ambjent tiegħu. Biex jagħmel dan, irid:

ikollu l-ħin, il-kapaċità professjonali li jevalwa l-ħtiġijiet tal-pazjent miegħu, dawk ta' madwaru u t-timijiet ta' kura, u li jsib miegħu s-soluzzjonijiet xierqa;

ikollu aċċess għall-fajls tal-ammissjoni u dawk mediċi tal-pazjenti fejn ikun jista' jindika data soċjali li tista' tikkontribwixxi għall-kwalità tal-kura;

jinżamm informat fil-pront dwar id-data tat-trasferiment jew ta' ħruġ biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet meħtieġa;

jagħti parir dwar il-pazjenti li jkollhom profili u kundizzjonijiet ikkumplikati;

jistabbilixxi l-mekkaniżmi legali, flimkien mas-servizzi finanzjarji minħabba li l-limitu tal-intervent tiegħu huwa ddeterminat mill-etika professjonali tar-relazzjoni ċentrata fuq il-pazjent fl-aspetti soċjali kollha tagħha;

jassigura l-koordinazzjoni mas-CPAS;

ikun jaf liema huma n-netwerks soċjali u tas-saħħa eżistenti;

jipproponi titjib fil-funzjonament tal-isptar;

ikollu infrastruttura li tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u tad-data.

Il-missjoni tal-kura soċjali li hija l-vokazzjoni tal-isptarijiet pubbliċi timplika li jwettqu funzjoni ta' koordinazzjoni tal-atturi tas-saħħa, li jipparteċipaw fin-netwerks tas-saħħa u dawk soċjali, jew saħansitra joħolquhom, u li jipparteċipaw direttament fil-ħolqien tas-servizzi relatati IRIS meħtieġa biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni (lukanda għall-kura, lukanda għall-familji, kura palljattiva fid-dar, ċentri ta' kura mid-droga, ċentri għall-persuni bla dar, servizzi ta' kura fid-dar...). Għandhom jakkreditaw ukoll lill-organizzazzjonijiet li magħhom jikkooperaw”  (252).

(208)

Skont dan il-pjan strateġiku, is-servizz soċjali jista' jkollu rwol importanti wkoll meta l-pazjenti jiddaħħlu l-isptar:

“Il-mod kif jintlaqa' l-pazjent għandu jvarja skont jekk il-pazjent jidħolx fl-emerġenza, għal viżta jew biex jibqa' l-isptar; fi kwalunkwe każ, il-pazjent għandu jiġi milqugħ b'diskrezzjoni u b'mod li jħossu komdu, u b'mod li jtaffi kemm jista' jkun l-inkwiet tiegħu u dak tal-familja tiegħu. Is-servizzi soċjali tal-isptarijiet tagħna, f'dan ir-rigward, għandhom rwol essenzjali ”  (253).

(209)

Il-Pjan Strateġiku IRIS 2002-2014 iżid:

Is-servizz soċjali huwa indispensabbli fl-isptar pubbliku, biex jakkumpanja lill-pazjenti ambulatorji u dawk fl-isptar. Jikkonsisti f'assistenza lill-pazjenti u lill-familji tagħhom sabiex isolvu u jġestixxu problemi u diffikultajiet amministrattivi, finanzjarji, problemi ta' relazzjonijiet u dawk soċjali relatati mal-istat tal-marda, mas-soġġorn u mat-trattament fl-isptar, kif ukoll mal-perspettivi u sitwazzjonijiet ġodda.

Is-servizz soċjali:

jakkumpanja lill-pazjenti fl-awtonomija u fl-indipendenza tagħhom;

jara li jintegra fil-kura globali l-istandards, il-valuri, il-kultura tal-pazjent, u għaldaqstant huwa bbażat fuq għajnuna amministrattiva, akkumpanjament psikosoċjali, rwol ta' informazzjoni, prevenzjoni, sensibilizzazzjoni, kollaborazzjoni u koordinazzjoni. Is-servizz soċjali jitwettaq għalhekk f'diversi livelli skont jekk il-pazjent għandux bżonn għajnuna soċjomaterjali, soċjoamministrattiva jew psikosoċjali;

jeħtieġ kompetenzi ta' “għarfien” u ta' “adattament”, kemm fit-teorija kif ukoll fit-teknika, kif ukoll kwalitajiet personali u relazzjonali.

[…]

Għaldaqstant, il-kompiti tas-servizz soċjali huma diversi:

jiżgura l-inseriment tal-pazjent fl-isptar u jħejji l-ħruġ tiegħu, fl-aħjar kundizzjonijiet, għal post xieraq fejn jgħix,

jgħin lill-pazjent isib kopertura soċjali li tkoprilu l-ispejjeż tas-saħħa tiegħu.

Hawnhekk, is-servizz soċjali u l-ħaddiema soċjali kollha jsegwu l-istess għanijiet u interessi tal-isptar u l-attività speċifika tagħhom għandha impatt fuq it-tnaqqis ta' soġġorni fl-isptar u fuq l-irkupru tal-ispejjeż magħmula mill-isptar.”  (254)

(210)

Ir-rwol tas-servizzi soċjali fl-irkupru tal-ispejjeż tat-trattament mingħand is-CPAS (ara wkoll il-premessa 187) huwa kkonfermat ukoll fit-test tal-Pjan Strateġiku IRIS 2002-2014. Dan jenfasizza b'mod partikolari li fost il-kompiti tas-servizzi soċjali hemm it-tħejjija ta' investigazzjonijiet dwar il-kreditu tal-pazjenti:

“Is-servizz soċjali jistabbilixxi fajl soċjali elettroniku li jista' jibqa' jsegwi lill-pazjenti fin-netwerk [IRIS]. Dan jagħmel l-investigazzjonijiet tal-kreditu [tal-pazjenti], jimla l-kodiċijiet “V” tal-RCM (255) u reġistrazzjonijiet oħrajn imposti mir-regolamenti. Dan il-fajl [soċjali] ikun mehmuż malajr kemm jista' jkun mal-fajl mediku u mas-sistemi elettroniċi ċentrali. Din ir-reġistrazzjoni tal-fajl soċjali għanda sservi ta' tabella ta' valutazzjoni tal-kompiti soċjali tal-isptar pubbliku [IRIS].”  (256)

(211)

Dawn il-kompiti jirrigwardaw il-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa għall-“investigazzjonijiet soċjali” li huma meħtieġa sabiex ikun iddeterminat jekk il-pazjenti jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa biex is-CPAS ikopri l-ispejjeż mediċi tagħhom (ara wkoll il-premessi 187-188). B'mod aktar preċiż, il-ħaddiema soċjali tal-isptar jiġbru l-informazzjoni utli (257) sabiex is-CPAS ikun jista' jivverifika, skont l-obbligi ġuridiċi tiegħu (258), jekk pazjent huwiex fqir u għalhekk jiddeċiedi jekk ir-rimborż mis-CPAS huwiex ġustifikat.

L-impatt prattiku tal-obbligu li jiġu pprovduti servizzi soċjali estiżi li għandhom l-isptarijiet IRIS

(212)

Il-persunal tas-servizzi soċjali tal-isptarijiet IRIS ingħata taħriġ speċifiku u jsegwi kodiċi ta' etika professjonali minħabba r-rwol tiegħu ta' kollegament bejn id-diversi servizzi fl-isptar (b'mod partikolari t-tobba, l-infermieta, id-dipartiment tal-kontijiet u tal-ammissjonijiet) jew barra (pereżempju, il-kopertura tas-sigurtà soċjali, il-kura u l-għajnuna fid-dar, l-aspetti lingwistiċi u kulturali).

(213)

Biex jivvaluta l-ispiża tas-servizzi soċjali tiegħu, in-netwerk IRIS qabbel l-ispiża reali tal-ħaddiema soċjali impjegati fl-isptarijiet IRIS ma' livell raġonevoli korrispondenti għal ħaddiem soċjali għal 2 000 ammissjoni (jiġifieri l-obbligu applikat għall-isptarijiet universitarji). Din l-analiżi turi li l-ħames sptarijiet IRIS kienu jimpjegaw 81,1 ħaddiem soċjali (259), filwaqt li fuq il-bażi tal-livell raġonevoli, jimpjegaw biss 36,7. Id-differenza hija għalhekk ta' 44,4, li jindika li l-isptarijiet IRIS jimpjegaw aktar mid-doppju tan-numru ta' ħaddiema soċjali li tissoponi r-regola applikabbli għall-isptarijiet universitarji. Dan juri biċ-ċar li r-rekwiżiti tal-pjanijiet strateġiċi jobbligaw lill-isptarijiet IRIS jipprovdu firxa ta' servizzi soċjali ferm usa' mill-minimu (pereżempju, għas-servizzi ġerjatriċi u psikjatriċi) li japplika għall-isptarijiet l-oħrajn mhux universitarji (kemm jekk huma pubbliċi kif ukoll dawk privati). Il-fatt li l-isptarijiet privati mhux universitarji ta' Brussell jimpjegaw ukoll ħaddiema soċjali jista' jkun spjegat minn dawn ir-rekwiżiti minimi pjuttost minħabba xi obbligu globali li jipprovdu servizzi soċjali lill-pazjenti tagħhom. Bl-istess mod, kif intwera aktar 'il fuq, l-isptarijiet IRIS imorru ferm lil hinn mir-rekwiżit bażiku ta' ħaddiem soċjali għal kull 2 000 ammissjoni li japplika għall-isptarijiet universitarji fil-Belġju. Għaldaqstant, l-ispiża mhux iffinanzjata tas-servizzi soċjali tal-isptarijiet IRIS kienet tammonta għal EUR […] miljun fl-2010 (260). L-obbligu ta' li jiġu pprovduti servizzi soċjali estiżi jirrappreżenta għalhekk piż konsiderevoli għall-isptarjiet IRIS, li l-isptarijiet privati ta' Brussell ma għandhomx għalfejn iġorru.

Konklużjoni dwar l-obbligu li jiġu pprovduti servizzi soċjali estiżi li għandhom l-isptarijiet IRIS

(214)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li għall-kuntrarju tal-isptarijiet privati ta' Brussell, l-isptarijiet IRIS huma obbligati jassiguraw servizz soċjali elaborat li jgħin lill-pazjenti u lill-familji tagħhom isolvu u jġestixxu l-problemi amministrattivi, finanzjarji, relazzjonali u soċjali tagħhom. Dan l-obbligu huwa definit fil-pjanijiet strateġiċi IRIS, li jimponuh fuq l-isptarijiet IRIS. L-eżistenza ta' dan l-obbligu li jiġu pprovduti servizzi soċjali estiżi huwa evidenti mill-għadd kbir ta' ħaddiema soċjali impjegati mill-isptarijiet IRIS, ferm ogħla minn dak li huwa meħtieġ għall-isptarijiet l-oħrajn Belġjani. Is-servizzi soċjali tal-isptarijiet IRIS għandhom fost l-oħrajn il-kompiti li jieħdu ħsieb id-diffikultajiet imsemmija hawn fuq u li jiltaqgħu magħhom il-pazjenti mhux biss waqt li jkunu fl-isptar iżda wkoll meta joħorġu minnu, li jgħinu lill-pazjenti jiksbu kopertura ta' sigurtà soċjali li tgħinhom iħallsu l-ispejjeż mediċi tagħhom, li jagħmlu investigazzjonijiet soċjali u li jiskambjaw informazzjoni mas-servizzi l-oħrajn tal-isptar kif ukoll mas-CPAS. Dan l-obbligu u l-piż li jirrappreżenta huma marbutin mill-qrib mal-obbligi l-oħrajn li jikkostitwixxu s-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali (ara l-premessa 167). Fil-fatt, huwa minħabba li l-isptarijiet IRIS għandhom l-obbligu li jikkuraw lill-pazjenti kollha fi kwalunkwe ċirkustanza u irrispettivament mill-kapaċità tagħhom li jħallsu jew le li jkollhom jiffaċċjaw domanda akbar għal ħaddiema soċjali. Huma proprjament il-pazjenti foqra u l-familji tagħhom li jeħtieġu s-servizzi soċjali addizzjonali u huwa għal dawn li trid issir l-investigazzjoni soċjali. Barra minn hekk, huwa wkoll minħabba li l-isptarijiet IRIS għandhom l-obbligu li jżommu diversi siti li n-numru ta' ħaddiema soċjali huwa akbar min-numru li wieħed raġonevolment jistenna (jiġifier ħaddiem soċjali għal kull 2 000 ammissjoni, ara l-premessa 213).

IV.   Konklużjoni dwar l-obbligi addizzjonali

(215)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-isptarijiet IRIS jipprovdu SIEĠ ta' servizzi ta' saħħa soċjali li, minbarra l-missjoni bażika tagħhom fl-isptarijiet, jinkludi obbligu 1) li jikkuraw lil kull pazjent fi kwalunkwe ċirkustanza (inkluż f'sitwazzjoni li ma tkunx urġenti), irrispettivament mill-kapaċità tal-pazjenti li jħallsu, 2) li jipprovdu offerta sħiħa ta' kura bażika fl-isptarijiet f'diversi siti u 3) li jikkumplimentaw il-kura medika b'għajnuna estiża offruta mis-servizzi soċjali elaborati tagħhom. Din il-kombinazzjoni ta' obbligi tiggarantixxi li l-ħtiġijiet soċjali partikolari tal-popolazzjoni ta' Brussell f'dak li jirrigwarda servizzi tal-isptar huma ssodisfati u tiggarantixxi l-aċċessibbiltà għal kura ta' kwalità fl-isptar għal kulħadd u b'mod partikolari għal dawk l-aktar fil-bżonn. Ebda obbligu addizzjonali ta' dan it-tip ma japplika għall-isptarijiet privati ta' Brussell, li huma biss inkarigati mill-kompitu bażiku tal-isptarijiet definit mil-LCH. Għaldaqstant is-SIEĠ tal-kura tas-saħħa soċjali huwa pprovdut biss mill-isptarijiet IRIS, għaliex huma biss iridu jissodisfaw obbligi aktar stretti u usa' minbarra r-rekwiżiti minimi (jiġifieri l-kompitu bażiku tal-isptarijiet) li japplikaw għall-isptarijiet kollha fil-Belġju skont l-LCH. It-twettiq ta' dan is-SIEĠ ta' kura tas-saħħa soċjali jinvolvi spejjeż konsiderevoli għall-isptarijiet IRIS, li mhumiex koperti, jew huma biss parzjalment koperti, mis-sorsi ta' finanzjament komuni għall-isptarijiet pubbliċi u privati u li għaldaqstant jirriżultaw f'telf iddikjarat mill-isptarijiet IRIS. Biex jaraw li l-isptarijiet pubbliċi tagħhom jibqgħu jaħdmu, is-CPAS u l-muniċipalitajiet ta' Brussell ikkonċernati jridu għalhekk jikkumpensaw it-telf tal-isptarijiet IRIS kif deskritt fil-punti 7.3.4.4 u 7.3.5 hawn taħt.

7.3.4.2.   L-impriża mqabbda u, jekk ikun il-każ, it-territorju kkonċernat

(216)

Kull sptar IRIS għandu l-istatuti tiegħu li jispeċifikaw l-għan tiegħu u l-pjanijiet strateġiċi IRIS japplikaw għal kull wieħed mill-ħames sptarijiet IRIS. Barra minn hekk, bħall-isptarijiet Belġjani kollha, l-isptarijiet IRIS irċevew awtorizzazzjoni individwali li jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal tipi oħrajn ta' finanzjament pubbliku (bħall-BMF). Dawn il-mandati ma jispeċifikawx it-territorju għat-twettiq tas-SIEĠ tagħhom.

7.3.4.3.   Drittijiet esklussivi jew speċjali

(217)

L-isptarijiet IRIS ma għandhom ebda dritt esklussiv jew speċjali.

7.3.4.4.   Il-mekkaniżmu ta' kumpens

(218)

Il-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf huwa deskritt fl-Artikolu 46 tal-istatuti ta' kull wieħed mill-ħames sptarijiet IRIS. Fil-preżent dan l-Artikolu jaqra kif ġej (ara wkoll in-nota ta' qiegħ il-paġna 48):

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu mija u disgħa [tal-LCH], il-qligħ tas-sena għandu jiġi allokat bejn il-membri li għandhom mill-inqas għoxrin fil-mija tal-voti kollha fl-Assemblea Ġenerali, b'deliberazzjoni tal-Assemblea Ġenerali.”

(219)

Jirriżulta b'mod ċar mill-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS li:

dan il-kumpens tat-telf huwa mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 109 tal-LCH (fil-preżent l-Artikolu 125 tal-LCH fil-verżjoni tal-Liġi tal-10 ta' Lulju 2008), li jeżiġi li l-muniċipalitajiet ikopru t-telf tal-isptar pubbliku tagħhom, minbarra ċerti attivitajiet (261). Madankollu, kif spjegat hawn taħt (ara l-premessa 235), il-kumpens tat-telf fl-Artikolu 109 ma għandux impatt reali f'dan il-każ peress li malli jirċevuhom, l-isptarijiet IRIS jirrimborżaw minnufih dawn l-ammonti lill-muniċipalità;

ir-riżultat li jrid ikun kopert huwa dak li jidher fil-kontijiet tal-isptar (dan jirrigwarda t-telf kontabilistiku tal-isptar kollu u jinkludi għalhekk ir-riżultat tal-attivitajiet relatati tal-isptar IRIS, ara wkoll il-premessa 41). Għall-kuntrarju tal-Artikolu 109 tal-LCH, l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS ma jeskludix ċerti attivitajiet mit-telf. Madankollu, huwa ċar ukoll li l-kumpens ma jistax jaqbeż l-ammont tat-telf kontabilistiku, minħabba li huwa limitat għar-riżultat tas-sena finanzjarja;

l-imsieħba li għandhom għoxrin fil-mija tal-voti fl-assemblea ġenerali biss huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kopertura tat-telf. Fil-prattika, dan ifisser li l-muniċipalitajiet u s-CPAS biss iridu jipprovdu din il-kopertura (262).

(220)

Minħabba li l-isptarijiet IRIS iwettqu biss SIEĠ u attivitajiet relatati, l-Artikolu 46 tal-istatuti ta' kull sptar IRIS jistabbilixxi mekkaniżmu ta' kumpens ċar billi jindika li r-riżultat tas-sena finanzjarja (mingħajr ebda eċċezzjoni) irid ikun kopert. Dan ir-riżultat huwa ddeterminat fuq il-bażi ta' grupp ċar ta' prinċipji kontabilistiċi li japplikaw bl-istess mod għall-isptarijiet pubbliċi u privati Belġjani. Barra minn hekk, kull sptar huwa obbligat (skont l-Artikoli 80 sa 85 tal-LCH) li jaħtar awditur indipendenti li jivverifika l-kontijiet tiegħu u r-riżultati tiegħu (ara l-premessa (49).

(221)

Billi jeħtieġ li t-telf kollu tal-isptar IRIS ikun kopert, l-Artikolu 46 tal-istatuti jmur lil hinn mir-rekwiżit minimu previst mill-Artikolu 109 tal-LCH. Ir-raġuni għal din il-kopertura totali tat-telf għat-twettiq tas-SIEĠ u tal-attivitajiet relatati (263) hija li l-awtoritajiet lokali ta' Brussell iridu jiggarantixxu l-kontinwità u l-vijabbiltà tal-isptarijiet IRIS (ara l-premessa 91) fi kwalunkwe ħin. L-Artikolu 46 jinsab ukoll fil-loġika tal-Artikolu 61 tal-Liġi dwar is-CPAS, li jaqra kif ġej:

“Iċ-ċentru jista' jirrikorri għall-kollaborazzjoni ta' persuni, negozji jew servizzi li, maħluqa mill-awtoritajiet pubbliċi, jew minn inizjattiva privata, għandhom il-mezzi meħtieġa biex jitwettqu d-diversi soluzzjonijiet meħtieġa, filwaqt li tiġi rrispettata l-għażla libera tal-persuna kkonċernata.

Iċ-ċentru jista' jġorr l-ispejjeż eventwali ta' din il-kollaborazzjoni, jekk ma jkunux koperti minn liġi oħra, regolament, kuntratt jew deċiżjoni ġudizzjarja.”

(222)

Fl-aħħar nett, kif spjegat aktar 'il fuq (ara l-premessi 22 u 44), il-muniċipalitajiet huma obbligati li jkopru t-telf tas-CPAS tagħhom. Għaldaqstant, hija l-muniċipalità li għandha r-responsabbiltà aħħarija li tkopri t-telf kollu tal-isptar pubbliku tagħha.

7.3.4.5.   L-arranġamenti għall-irkupru ta' kumpens żejjed u l-mezzi biex jiġi evitat dan il-kumpens żejjed

(223)

Kif ser ikun spjegat aktar 'l isfel, il-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf jaħdem b'mod li r-riskju ta' kumpens żejjed huwa diġà limitat ħafna bażikament (ara l-premessa 247). Barra minn hekk, il-liġi tal-14 ta' Novembru 1983 (ara l-premessi 248 sa 250) u l-Liġi dwar is-CPAS (ara l-premessi 251 u 252) jagħtu lill-muniċipalitajiet il-mezzi ġuridiċi meħtieġa sabiex jikkontrollaw il-kumpens żejjed u, jekk ikun il-każ, jirkupraw il-kumpens żejjed.

7.3.4.6.   Referenza għad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012

(224)

L-Artikolu 4(f) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 jitlob li l-mandat ikun jinkludi b'mod partikolari referenza għal din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 10(a), ta' din l-istess deċiżjoni jipprevedi perjodu ta' tranżizzjoni ta' sentejn għall-iskemi ta' għajnuna implimentati qabel il-31 ta' Jannar 2012 u li kienu kompatibbli mas-suq intern taħt id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005. Minħabba f'hekk, f'dan il-każ, ir-referenza għad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 iddaħħlet biss fl-2014. B'mod partikolari, mill-2014, kull deċiżjoni tal-muniċipalitajiet ta' Brussell li jagħmlu xi ħlas lil sptar IRIS skont l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS tagħmel ukoll referenza għad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012. Barra minn hekk, ta' min jinnota li referenza għad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 ġiet miżjuda fl-Artikolu 108 tal-verżjoni attwali tal-LCH permezz tal-Liġi tal-10 ta' April 2014 (264). B'mod aktar preċiż, dan l-Artikolu jitlob li kull deċiżjoni dwar l-ammont tal-BMF li għandu jingħata lil sptar ikun fiha referenza espliċita għad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012. Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li din il-kundizzjoni formali hija ssodisfata.

7.3.5.   Il-kumpens

(225)

It-tieni kundizzjoni ta' kompatibbiltà essenzjali prevista mid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 hija li l-ammont tal-kumpens imħallas għall-forniment tas-SIEĠ ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż netti ġġenerati mit-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, inkluż qligħ raġonevoli (265). Id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 tiddefinixxi wkoll kif għandha tkun ikkalkulata l-ispiża netta (b'mod partikolari billi jiġu definiti l-ispejjeż u d-dħul li jistgħu jiġu kkunsidrati), tindika kif il-qligħ raġonevoli għandu jkun iddeterminat, u titlob li impriża li twettaq attivitajiet li jaqgħu kemm fil-qafas tas-SIEĠ kif ukoll dawk li ma jaqgħux fih iżżomm kontabilità interna separata għall-attivitajiet relatati mas-SIEĠ u l-attivitajiet l-oħrajn (266).

(226)

F'dan il-każ, l-isptarijiet IRIS iwettqu biss SIEĠ wieħed u l-attivitajiet relatati limitati marbuta ma' dan is-SIEĠ deskritti hawn fuq (ara l-premessi 41 u 155). Meta jwettqu dawn l-attivitajiet kollha (is-SIEĠ u l-attivitajiet relatati limitati), l-isptarijiet IRIS jeħlu spejjeż li fil-parti l-kbira tagħhom huma (267) koperti mis-sorsi differenti ta' finanzjament pubbliċi u privati deskritti hawn fuq (ara l-premessa 46). Madankollu, kif spjegat aktar 'il quddiem (ara t-tabelli 3 sa 7), matul il-parti l-kbira tas-snin mill-1996, it-twettiq ta' dawn l-attivitajiet mill-isptarijiet IRIS iġġenera telf. Il-Kummissjoni tqis li dan it-telf huwa l-kost nett residwu [jiġifieri, il-parti tal-kost nett li ma kinitx koperta mis-sorsi ta' finanzjament deskritti fil-premessa 46) tas-SIEĠ u tal-attivitajiet relatati limitati mwettqa mill-isptarijiet IRIS. Meta jikkumpensaw dan it-telf, il-muniċipalitajiet ikopru biss il-kost nett residwu tal-isptarijiet IRIS għat-twettiq tas-SIEĠ u l-attivitajiet relatati u lanqas biss jagħtu qligħ raġonevoli. Għaldaqstant, bid-definizzjoni tiegħu biss, il-kumpens tat-telf irreġistrat mill-isptarijiet IRIS ma għandux jiġġenera kumpens żejjed fir-realtà (ara wkoll il-premessi 234 sa 245 hawn taħt).

(227)

Taħt l-Artikolu 77 tal-LCH, l-isptarijiet kollha huma obbligati li jżommu kontijiet separati li juru l-ispiża ta' kull servizz. Il-prinċipji kontabilistiċi applikabbli għall-isptarijiet pubbliċi u privati huma definiti mid-Digriet Irjali tad-19 ta' Ġunju 2007 (268). Taħt dan id-Digriet Irjali, l-attivitajiet li ma jirrigwardawx l-isptar (jiġifieri, f'dan il-każ, l-attivitajiet relatati deskritti hawn fuq fil-premessi 41 u 155) għandhom ikunu rreġistrati b'mod separat (b'mod aktar preċiż, huma għandhom ikunu elenkati taħt il-kodiċijiet kontabilistiċi 900 sa 999, ara wkoll il-premessa 49). Il-Kummissjoni rċeviet ċertifikazzjonijiet mingħand l-awdituri indipendenti ta' kull sptar IRIS li jikkonfermaw li s-separazzjoni tal-kontijiet kienet applikata skont ir-rekwiżiti tad-dritt Belġjan (269). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligu taħt l-Artikolu 5(9), tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 li jinżammu kontijiet separati huwa ssodisfat.

(228)

Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessa 44), taħt l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS, il-muniċipalitajiet u s-CPAS ta' Brussell huma obbligati li jkopru t-telf kollu kontabilistiku tal-isptarijiet tagħhom. Dan l-obbligu, li ilu jeżisti minn meta nħolqu l-isptarijiet IRIS, imur lil hinn mill-mekkaniżmu ta' kumpens parzjali tat-telf previst fl-Artikolu 109 tal-LCH (ara l-premessa 47). Il-kumpens mogħti fuq il-bażi tal-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS ma jista' qatt madankollu jaqbeż it-telf kontabilistiku tas-sena finanzjarja. Finalment, l-Artikolu 46, filwaqt li joħloq obbligu ċar ta' kumpens tat-telf, ma jispeċifikax madankollu b'mod espliċitu meta l-muniċipalitajiet u s-CPAS għandhom effettivament jittrasferixxu l-fondi (270).

(229)

Fil-prattika, meta l-muniċipalitajiet iħallsu lill-isptarijiet IRIS minn dejjem kien jiddependi mill-fondi disponibbli fit-teżori muniċipali. Peress li l-fondi disponibbli ġeneralment kienu jkunu insuffiċjenti, il-muniċipalitajiet kellhom it-tendenza li jipposponu l-pagament tal-kumpens tat-telf tal-isptarijiet. Fit-teorija, dawn setgħu jkomplu jipposponuh sakemm is-Servizz Pubbliku Federali tas-Saħħa Pubblika jiddetermina t-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH, peress li dan kien iġiegħlhom iħallsu (parzjalment) il-kumpens tat-telf tal-isptarijiet. Madankollu, seta' jgħaddi perjodu twil (xi drabi ta' 10 snin) bejn meta t-telf kontabilistiku kien ikun magħruf u meta t-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH kien ikkalkulat. Dan ifisser li bejn l-1996 u l-2002, l-isptarijiet IRIS akkumulaw telf enormi (aktar minn EUR 50 miljun). Biex ikopru dan il-vojt fil-finanzjament tagħhom, l-isptarijiet IRIS kellhom jieħdu self mill-banek li l-ispejjeż tiegħu komplew ikabbru t-telf tagħhom.

(230)

Il-muniċipalitajiet irrealizzaw li din is-sitwazzjoni kienet kontrihom, għaliex kienu ser jispiċċaw iħallsu l-imgħaxijiet ta' dan is-self taħt il-kopertura tat-telf; għaldaqstant huma xtaqu jħallsu lill-isptarijiet IRIS aktar malajr minflok joqogħdu jistennew lis-Servizzi Pubbliku Federali tas-Saħħa Pubblika jġiegħlhom ikopru t-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH. Minħabba l-insuffiċjenza ta' riżorsi finanzjarji fil-livell muniċipali, ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell kellu jintervjeni biex dan ikun possibbli. Ir-Reġjun ipprovda fost l-oħrajn finanzjament lill-muniċipalitajiet ikkonċernati 1) b'mod indirett permezz tal-FRBRTC (ara l-premessa 231 u 2) mill-2003, anki b'mod dirett billi taha sussidji speċjali (ara l-premessi 232 u 233). Dan għen lill-muniċipalitajiet jaqdu aktar malajr, l-obbligu tagħhom ta' kumpens tat-telf tal-isptarijiet IRIS, għalkemm parzjalment (271). Kif spjegat hawn fuq (ara l-punt 7.1), ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell ta u għadu jagħti finanzjament pubbliku biss lill-muniċipalitajiet ta' Brussell ikkonċernati u mhux lill-isptarijiet IRIS.

(231)

It-telf tal-isptarijiet IRIS fis-snin finanzjarji 1996 sal-2002 beda jkun ikkumpensat mill-muniċipalitajiet mill-2002 biss permezz tal-finanzjament li wasal mingħand l-FRBRTC. Il-kumpens tat-telf għal dan il-perjodu ntemm biss fl-2008. Għall-kumpens tat-telf irreġistrat mill-2003, il-muniċipalitajiet ma setgħux jirrikorru aktar għall-finanzjament mill-FRBRTC.

(232)

Mis-sena finanzjarja 2003, ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell beda jagħti medja ta' EUR 10 miljun fis-sena (għall-ammonti eżatti, ara t-tabella 2 aktar 'l isfel) lill-muniċipalitajiet fil-forma ta' sussidji speċjali. Kull muniċipalità mbagħad ħallset is-sehem tagħha ta' dan is-sussidju speċjali, ġeneralment fil-bidu tas-sena ta' wara, fuq il-bażi tat-telf stmat tal-isptar (pereżempju, fil-bidu tal-2015 għas-sena finanzjarja 2014). It-telf jiġi stmat fuq il-bażi tal-awditjar tal-attivitajiet tal-isptar u tar-riżultati pproġettati għall-ewwel disa' xhur tas-sena. Fis-sitt xhur minn tmiem is-sena finanzjarja (jiġifieri, qabel l-aħħar ta' Ġunju), l-assemblea ġenerali ta' kull sptar IRIS tapprova l-kontijiet finanzjarji tal-isptar u tadotta t-telf kontabilistiku definittiv. L-ammont tat-telf kontabilistiku li jibqa' wara l-ħlas tas-sehem tas-sussidju speċjali jiġi saldat skont il-fondi disponibbli fit-teżoreriji muniċipali. Il-proċess tas-saldu jista' jieħu diversi snin addizzjonali u matul il-perjodu kollu vvalutat (1996-2014), l-isptarijiet IRIS dejjem kienu qegħdin jistennew ħlasijiet mill-muniċipalitajiet (ara t-tabelli tal-premessa 234 għad-dettalji tal-bilanċi pendenti dovuti).

Tabella 2

Pagamenti (iffinanzjati mis-sussidju speċjali) mill-muniċipalitajiet lill-isptarijiet IRIS

(EUR)

Sena

CHU Saint-Pierre

CHU Brugmann

HIS

HUDERF

Institut Bordet

Għadd totali

2003

1 620 000

1 770 000

3 765 000

820 000

2 025 000

10 000 000

2004

1 541 775

1 457 000

3 765 000

781 981

1 321 316

8 867 072

2005

2 132 928

3 657 000

3 765 000

778 000

800 000

11 132 928

2006

3 657 000

3 765 000

778 000

1 800 000

10 000 000

2007

278 330

4 125 610

3 765 000

622 529

1 208 531

10 000 000

2008

308 367

3 999 767

3 765 000

871 350

1 055 516

10 000 000

2009

490 002

3 231 504

3 765 000

1 246 998

1 266 496

10 000 000

2010

565 440

3 644 432

3 388 500

1 401 628

9 000 000

2011

654 580

3 206 932

3 576 750

1 220 232

841 506

9 500 000

2012

1 091 761

3 380 656

3 765 000

945 316

817 267

10 000 000

2013

1 826 753

2 500 348

3 765 000

635 966

1 271 933

10 000 000

2014

1 390 000

2 847 000

3 765 000

618 000

1 380 000

10 000 000

Ammont Totali

11 899 936

37 477 249

44 615 250

10 720 000

13 787 565

118 500 000

(233)

Fuq livell kontabilistiku, is-sehem tas-sussidju speċjali f'ċerti snin kien ikkunsidrat direttament fir-riżultat tal-isptar (u b'hekk kien jonqos it-telf li jifdal), filwaqt li f'xi snin oħrajn, l-ammont kien jiġi kkunsidrat bħala kumpens tat-telf (jiġifieri, fl-allokazzjoni tar-riżultat). Barra minn hekk, is-CHU Saint-Pierre kellu dewmien kontabilistiku fl-2004, b'mod li s-sehem tiegħu mis-sussidju speċjali ġie rreġistrat biss fil-kontijiet tas-sena ta' wara. Dan jispjega għalfejn fl-2004 l-ammont totali tas-sussidju speċjali għall-ħames sptarijiet IRIS kien jammonta biss għal EUR 8 867 072 filwaqt li fl-2005, dan kien jammonta għal EUR 11 132 928, jiġifieri total ta' EUR 20 miljun (jew EUR 10 miljun fis-sena, kif kien previst). Minkejja dawn id-differenzi fit-trattament tal-kontijiet, il-prinċipju sottostanti ta' dawn il-pagament dejjem kien li jingħata kumpens rapidu (u ġeneralment parzjali) tat-telf mingħajr kumpens żejjed (ara l-bqija ta' din it-taqsima).

(234)

It-tabelli 3 sa 7 li ġejjin jindikaw it-telf kontabilistiku rreġistrat kull sena għal kull wieħed mill-ħames sptarijiet IRIS (f'daqqa, dan it-telf jammonta għal kważi EUR 250 miljun għall-perjodu 1996-2014) u l-pagamenti magħmula kull sena mill-muniċipalitajiet (dawn il-pagamenti jistgħu jikkonċernaw it-telf tas-snin preċedenti). It-tabelli 3 sa 7 juru d-dati (jiġiferi s-snin) li fihom il-muniċipalitajiet għamlu pagamenti maħsuba bħala kumpens għat-telf tad-diversi sptarijiet IRIS, iżda ma jispeċifikawx liema snin huma affettwati minn dawn il-pagamenti (272). Dawn it-tabelli juru wkoll l-akkumulazzjoni tat-telf matul il-perjodu 1996-2002 u kemm damu l-muniċipalitajiet biex jagħmlu dawn il-pagamenti. Barra minn hekk, huwa ċar li matul il-perjodu 1996-2014, id-diversi muniċipalitajiet ikkonċernati kontinwament kellhom ammonti kbar x'jagħtu lill-isptarijiet IRIS bħala kumpens għat-telf. Il-bilanċ pendenti dovut sa tmiem l-2014 għall-ħames sptarijiet IRIS f'daqqa kien jaqbeż il-EUR 15-il miljun. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jkun enfasizzat li meta l-isptarijiet IRIS jiġġeneraw qligħ, dan ma jitqassamx u jintuża biex ikopri t-telf tal-passat jew dak futur, u b'hekk inaqqas l-intervent tal-muniċipalitajiet. Fl-aħħar nett, jirriżulta wkoll b'mod ċar minn dawn it-tabelli li, kif jargumentaw l-awtoritajiet Belġjani (ara l-premessa (89), u għall-kuntrarju ta' dak li jsostnu r-rikorrenti, ma hemm ebda mekkaniżmu ta' ħlasijiet ta' antiċipi (ara l-premessa 55). Fil-fatt, il-pagamenti tal-muniċipalitajiet isiru b'dewmien konsiderevoli minn meta t-telf jiġi rreġistrat u jibda japplika l-obbligu taħt l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS. Għaldaqstant, id-data tal-pagamenti tal-kumpens tat-telf għat-twettiq tas-SIEĠ u tal-attivitajiet relatati ma tistax titqies li tagħti xi vantaġġ lill-isptarijiet IRIS.

Tabella 3

Id– data tal– pagamenti tat– telf u l– bilanċ pendenti dovut għas– CHU Saint– Pierre

(EUR)

CHU Saint– Pierre

Telf kontabilistiku

Pagamenti tal– muniċipalità

Bilanċ pendenti dovut

1996

– 5 737 856

0

– 5 737 856

1997

– 6 754 920

0

– 12 492 776

1998

– 3 696 235

0

– 16 189 011

1999

– 752 234

0

– 16 941 245

2000

– 1 072 993

0

– 18 014 238

2001

– 1 416 937

0

– 19 431 174

2002

– 2 914 245

3 368 351

– 18 977 068

2003

– 2 629 012

4 925 162

– 16 680 918

2004

– 1 541 775

11 571 300

– 6 651 393

2005

– 2 248 399

1 000 000

– 7 899 792

2006

98 114

2 886 635

– 4 915 043

2007

– 774 755

2 217 900

– 3 471 897

2008

– 1 054 119

2 356 333

– 2 169 683

2009

– 1 000 933

490 002

– 2 680 614

2010

– 1 576 429

565 440

– 3 691 602

2011

– 949 668

654 580

– 3 986 690

2012

– 1 079 200

1 091 761

– 3 974 129

2013

– 1 880 205

1 826 753

– 4 027 580

2014

– 1 441 778

1 900 931

– 3 568 427

Ammont Totali

– 38 423 575

34 855 148

– 3 568 427

Tabella 4

Id-data tal-pagamenti tat-telf u l-bilanċ pendenti dovut għas-CHU Brugmann  (273)

(EUR)

CHU Brugmann

Telf kontabilistiku

Pagamenti tal-muniċipalità

Bilanċ pendenti dovut

1996

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

1997

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

1998

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

1999

– 508 171

0

– 508 171

2000

– 3 755 229

0

– 4 263 399

2001

– 5 440 039

0

– 9 703 438

2002

– 1 976 934

0

– 11 680 371

2003

– 1 697 238

1 770 000

– 11 607 609

2004

– 1 442 292

1 457 000

– 11 592 901

2005

– 7 413 186

4 404 420

– 14 601 667

2006

– 14 180 725

10 893 584

– 17 888 808

2007

– 6 954 466

10 151 330

– 14 691 944

2008

– 6 308 290

6 699 647

– 14 300 587

2009

– 6 228 859

3 231 504

– 17 297 942

2010

– 5 011 208

3 644 432

– 18 664 719

2011

– 2 982 442

3 224 315

– 18 422 846

2012

– 2 945 806

16 219 985

– 5 148 666

2013

– 2 799 788

7 090 156

– 858 298

2014

– 2 923 714

2 847 000

– 935 012

Ammont Totali

– 72 568 385

71 633 373

– 935 012

Tabella 5

Id– data tal– pagamenti tat– telf u l– bilanċ pendenti dovut lill– HUDERF

(EUR)

HUDERF

Telf kontabilistiku

Pagamenti tal– muniċipalità

Bilanċ pendenti dovut

1996

– 1 505 830

0

– 1 505 830

1997

– 1 026 881

0

– 2 532 711

1998

– 245 113

0

– 2 777 825

1999

1 642

0

– 2 776 183

2000

– 484 951

0

– 3 261 134

2001

– 1 218 954

0

– 4 480 088

2002

– 479 490

883 192

– 4 076 386

2003

– 1 117 778

1 583 539

– 3 610 625

2004

– 781 981

1 863 863

– 2 528 742

2005

– 1 279 230

778 000

– 3 029 973

2006

– 2 494 074

1 605 532

– 3 918 515

2007

– 2 687 621

1 688 424

– 4 917 712

2008

– 2 314 050

1 208 667

– 6 023 095

2009

– 1 868 670

1 246 998

– 6 644 767

2010

– 1 823 049

1 401 628

– 7 066 187

2011

– 1 620 663

1 220 232

– 7 466 618

2012

– 945 316

5 525 711

– 2 886 223

2013

– 528 779

635 966

– 2 779 036

2014

– 618 000

2 682 372

– 714 664

Ammont Totali

– 23 038 788

22 324 124

– 714 664

Tabella 6

Id– data tal– pagamenti tat– telf u l– bilanċ pendenti dovut lill– Institut Bordet

(EUR)

Institut Bordet

Telf kontabilistiku

Pagamenti mill-muniċipalitajiet

Bilanċ pendenti dovut

1996

752 505

0

752 505

1997

170 241

0

922 745

1998

41 349

0

964 094

1999

44 371

0

1 008 465

2000

5 439

0

1 013 904

2001

154 518

0

1 168 423

2002

– 4 929 106

0

– 3 760 683

2003

– 4 916 506

2 025 000

– 6 652 189

2004

– 2 001 995

1 321 316

– 7 332 868

2005

– 771 467

800 000

– 7 304 335

2006

– 1 817 630

1 800 000

– 7 321 966

2007

– 1 874 162

2 673 741

– 6 522 386

2008

– 1 624 347

4 519 412

– 3 627 322

2009

– 688 005

1 266 496

– 3 048 830

2010

– 655 634

0

– 3 704 465

2011

– 838 644

841 506

– 3 701 602

2012

– 833 460

4 465 110

– 69 952

2013

– 2 551 468

1 271 933

– 1 349 487

2014

– 1 943 857

2 023 112

– 1 270 232

Ammont Totali

– 24 277 858

23 007 626

– 1 270 232

Tabella 7

Id-data tal-pagamenti tat-telf u l-bilanċ pendenti dovut lill-HIS  (274)

(EUR)

HIS

Telf kontabilistiku

Pagamenti tal-muniċipalità

Bilanċ pendenti dovut

1996

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

1997

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

1998

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

1999

– 1 248 404

0

– 1 248 404

2000

– 7 220 971

0

– 8 469 375

2001

– 14 782 680

0

– 23 252 055

2002

– 12 978 574

416 079

– 35 814 550

2003

– 7 990 196

6 018 822

– 37 785 924

2004

– 5 941 987

13 425 604

– 30 302 307

2005

– 4 440 896

3 765 000

– 30 978 203

2006

– 5 022 247

12 622 542

– 23 377 907

2007

– 3 882 170

10 885 280

– 16 374 797

2008

– 3 779 570

10 885 190

– 9 269 178

2009

– 3 774 545

3 765 000

– 9 278 722

2010

– 3 387 655

3 388 500

– 9 277 877

2011

– 3 572 694

3 576 750

– 9 273 821

2012

– 3 767 190

3 765 000

– 9 276 011

2013

– 3 761 761

3 765 000

– 9 272 772

2014

– 3 760 497

3 765 000

– 9 268 269

Ammont Totali

– 89 312 036

80 043 767

– 9 268 269

(235)

Fil-prattika, il-kumpens tat-telf skont l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS jieħu preċedenza fuq il-kumpens tat-telf taħt l-Artikolu 109 tal-LCH. Fil-fatt, wara li l-Ministru Federali tas-Saħħa Pubbliku jkun iddetermina t-telf taħt l-Artikolu 109 tal-LCH (ara l-premessa 47), tintbagħat ittra lill-muniċipalità u l-bank tagħha jirċievi l-ordni biex iħallas minnufih l-ammont lill-isptar inkwistjoni filwaqt li jitqies kwalunkwe pagament ta' kumpens tat-telf li l-muniċipalità tkun diġà tat lil dan l-isptar taħt l-Artikolu 46 tal-istatuti tiegħu. Barra minn hekk, il-muniċipalitajiet u l-isptarijiet IRIS ftiehmu li dawn tal-aħħar iħallsu lura minnufih lill-muniċipalitajiet l-ammonti li jingħatawlhom taħt l-Artikolu 109 tal-LCH sabiex tiġi evitata kwalunkwe kopertura doppja tal-istess telf. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni rċeviet ittra u tabella mingħand Belfius li huwa l-bank tal-muniċipalitajiet, li jikkonfermaw li għal kull sena u għall-ħames sptarijiet IRIS f'daqqa, dawn ir-rimborżi saru minnufih, li jeskludi għalhekk kopertura doppja tat-telf. It-tabella 8 li ġejja tagħti ħarsa ġenerali kompluta tal-ammonti tal-kumpens tat-“telf taħt l-Artikolu 109 tal-LCH” li tħallsu mill-muniċipalitajiet lill-isptarijiet IRIS u li ġew irrimborżati minnufih, b'mod li dawn it-tranżazzjonijiet ġew newtralizzati. Għaldaqstant, l-isptarijiet IRIS ma rċevew ebda vantaġġ minn dawn il-pagamenti skont l-Artikolu 109 tal-LCH u huwa biss il-kumpens tat-telf taħt l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS li jimporta għall-valutazzjoni fil-kuntest ta' din id-deċiżjoni. It-tabella 8 tinkludi biss il-pagament sas-sena finanzjarja 2006, peress li effettivament din hija s-sena l-aktar reċenti li għaliha s-Servizz Pubbliku Federali tas-Saħħa Pubblika ddetermina t-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH. Dan juri d-dewmien kbir li fil-prattika jikkaratterizza l-pagament tal-kumpens ta' dan it-telf skont il-mekkaniżmu tal-Artikolu 109 tal-LCH, u dan jispjega wkoll għalfejn l-isptarijiet IRIS ma jirrikorrux għalih (u jroddu lura għalhekk minnufih dan il-kumpens wara li jkunu rċevewh). Fil-fatt, il-kumpens skont l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS huwa mekkaniżmu aktar rapidu [b'mod partikolari minn meta ġew introdotti s-sussidji speċjali għall-muniċipalitajiet, ara l-premessa (232) minn dak tal-Artikolu 109 tal-LCH. Barra minn hekk, il-kopertura tat-telf taħt l-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS tmur lil hinn mill-kopertura parzjali tat-telf previst fl-Artikolu 109 tal-LCH (ara l-premessi (47) u (48) peress li din tikkumpensa għal kollox it-telf irreġistrat mill-isptarijiet IRIS. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-valutazzjoni fil-kuntest ta' din id-deċiżjoni tirrigwarda biss il-mekkaniżmu ta' kumpens skont l-Artikolu 46 u mhijiex ser tivvaluta aktar il-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH, għal-kuntrarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2009 li ġiet annullata, u li kienet ivvalutat il-mekkaniżmu tal-Artikolu 109 tal-LCH.

Tabella 8

Ħarsa ġenerali kompluta tal-ammonti tat-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH  (275) li tħallsu u ġew rimborżati minnufih (sitwazzjoni fid-9 ta' Novembru 2015)

(EUR)

 

CHU Saint-Pierre

CHU Brugmann

HIS

HUDERF

Institut Bordet

1996

560 322,61

0

2 727 844,19

0

0

1997

0

0

3 051 321,12

0

0

1998

0

0

553 331

0

0

1999

0

781 686,52

345 176,04

0

0

2000

1 019 647,97

0

0

0

2 483 585,21

2001

0

2 511 189,37

126 193,12

263 390,41

4 681 594,58

2002

0

0

0

0

0

2003

0

0

3 658 304,97

0

1 699 065,20

2004

0

0

0

0

705 798,98

2005

0

0

0

0

0

2006

0

5 727 775,67

0

384 527,59

0

(236)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk, matul il-perjodu 1996-2014 (276), l-isptarijiet IRIS kinux effettivament ibbenefikaw minn xi kumpens żejjed. Minħabba l-fużjonijiet li seħħew fl-1 ta' Lulju 1999 (ara wkoll il-premessa 28 u l-perjodu twil li għadda minn dakinhar, l-analiżi tal-kumpens żejjed ma tistax tkopri s-snin 1996-1998 għas-CHU Brugmann, peress li l-arkivji kkonċernati ma setgħux jinstabu. Għall-istess raġunijiet, għall-HIS, din l-analiżi tista' ssir biss b'mod aggregat għas-snin 1996-1998. F'dan il-kuntest, ta' min jenfasizza wkoll li l-awtoritajiet Belġjani pprovdew l-informazzjoni kollha kontabilistika utli tal-isptarijiet IRIS, kif ukoll il-pagamenti tat-telf magħmula mill-muniċipalitajiet fejn dawn iċ-ċifri kienu disponibbli. Fil-fatt, sad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 fid-19 ta' Diċembru 2005, l-Istati Membri kienu biss obbligati jżommu l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni għal ħames snin (277) (minflok għaxra skont id-Deċiżjonijiet dwar is-SIEĠ tal-2005 u tal-2012 (278)). Għalkemm l-ewwel talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni ntbagħtet biss fit-22 ta' Marzu 2006, l-awtoritajiet Belġjani rnexxielhom madankollu jipprovdu ċ-ċifri mill-1996 għas-CHU Saint-Pierre, l-HUDERF u l-Institut Bordet, u mill-1999 għall-HIS (u ċifri aggregati għall-1996-1998) u s-CHU Brugmann.

(237)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-pagamenti tal-kumpens tat-telf mill-muniċipalitajiet għal sena partikolari (permezz tal-finanzjament mill-FRBRTC u s-sussidji speċjali tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell u mill-mezzi proprji) kinux jaqbżu t-telf kontabilistiku ta' din is-sena. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li l-isptarijiet IRIS irċevew biss kumpens għat-telf irreġistrat minħabba t-twettiq tas-SIEĠ u ta' ċerti attivitajiet relatati limitati. It-tabelli 9 sa 13 li ġejjin juru ċ-ċifri rilevanti għal kull sptar IRIS. Madankollu huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li dawn it-tabelli ma jindikawx f'liema mument il-muniċipalità ikkumpensat (parzjalment) it-telf. Fil-fatt, huwa fit-tabelli 3 sa 7 aktar 'il fuq (ara l-premessa 234), li huma speċifikati s-snin li fihom il-munċipalitajiet għamlu pagamenti bħala kumpens tat-telf lill-isptarijiet IRIS. Rigward it-tabelli 9 sa 13, dawn jindikaw biss l-ammonti mħallsa lill-isptarijiet IRIS mill-muniċipalitajiet (ġeneralment, f'diversi pagamenti) sabiex jikkumpensaw it-telf ta' sena partikolari, mingħajr ma jispeċifikaw meta effettivament tħallsu dawn l-ammonti. Għalkemm it-tabelli 9 sa 13 ġew stabbiliti b'mod li tista' tiġi ddeterminata l-eżistenza ta' kwalunkwe kumpens żejjed għal sena speċifika, meħuda waħedha, fil-prattika, ebda wieħed mill-isptarijiet IRIS qatt ma bbenefika minn kumpens żejjed reali, kif spjegat hawn taħt (ara l-premessa 238).

(238)

Kif spjegat mit-tabelli li ġejjin, il-paragun tat-telf kontabilistiku u tal-kumpens imħallas għal sena speċifika jindika biss ftit każijiet (279) ta' kumpens żejjed tekniku jekk wieħed jikkunsidra din is-sena b'mod iżolat. Jirriżulta madankollu b'mod ċar mit-tabelli 3 sa 7 tal-premessa 234 li fil-prattika ebda wieħed mill-isptarijiet IRIS qatt ma bbenefika minn kumpens żejjed reali, minħabba li matul il-perjodu eżaminat (1996-2014), il-muniċipalitajiet dejjem kellhom jagħtu ammonti kbar lill-isptarijiet IRIS taħt il-kumpens tat-telf. Il-kumpens żejjed tekniku seta' kien motivat mir-rieda tal-muniċipalità, matul sena partikolari, mhux biss li tkopri t-telf kontabilistiku ta' din is-sena, iżda wkoll li tirkupra d-dewmien fil-kopertura tat-telf relattiv għas-snin preċedenti. Anki jekk din il-motivazzjoni ma tistax tkun ippruvata, il-fatt huwa li, matul kull waħda mis-snin li fihom l-isptarijiet IRIS irċevew pagamenti li, jekk wieħed jikkunsidra din is-sena waħedha, huma ekwivalenti teknikament għal kumpens żejjed għas-SIEĠ u l-attivitajiet relatati limitati mwettqa dik is-sena, l-isptar IRIS benefiċjarju kien qed jirċievi fil-fatt, globalment, kumpens insuffiċjenti għall-istess SIEĠ u attivitajiet relatati limitati minn dawk imwettqa matul is-snin preċedenti u s-sena inkwistjoni (280).

(239)

Għas-CHU Saint-Pierre, jirriżulta mit-tabella 9 li ġejja li jekk wieħed iqis kull sena waħedha, il-kumpens żejjed tekniku kien limitat fl-1996, 1997 u fl-2012. F'kull każ, dawn il-kumpensi żejda kienu jammontaw għal inqas minn 1,5 % tal-kumpens mogħti għas-sena kkunsidrata u għaldaqstant setgħu jkunu riportati għas-sena ta' wara, kif previst mid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ (281). Fil-prattika, madankollu, kif intwera aktar 'il fuq (ara t-tabella 3 fil-premessa (234), is-CHU Saint-Pierre kien kontinwament jirċievi kumpens insuffiċjenti matul il-perjodu 1996-2014, u l-muniċipalità dejjem kellha tagħtih xi flus. Matul il-perjodu 1996-2014, dan il-kumpens nieqes kien jammonta għal EUR 3 666 541. B'mod konformi mal-obbligu impost fuqhom mill-Artikolu 46 tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS, il-muniċipalitajiet ikkonċernati ser ikollhom, madankollu, jikkumpensaw dan it-telf kontabilistiku residwu (282).

Tabella 9

It-telf kontabilistiku u l-kumpens mogħti lis-CHU Saint-Pierre

(EUR)

CHU Saint-Pierre

Telf kontabilistiku

Iffinanzjat permezz tal-FRBRTC jew sussidju speċjali mingħand ir-Reġjun (283)

Kontribuzzjonijiet muniċipali addizzjonali

Total ta' kumpens mogħti

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) għas-sena

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) globali għas-sena

1996

– 5 737 856

5 738 735

0

5 738 735

879

879

1997

– 6 754 920

6 855 099

0

6 855 099

100 179

101 058

1998

– 3 696 235

3 696 092

0

3 696 092

– 143

100 915

1999

– 752 234

751 117

0

751 117

– 1 117

99 798

2000

– 1 072 993

1 072 993

0

1 072 993

0

99 798

2001

– 1 416 937

1 416 000

0

1 416 000

– 937

98 862

2002

– 2 914 245

2 914 245

0

2 914 245

0

98 862

2003

– 2 629 012

1 620 000

0

1 620 000

– 1 009 012

– 910 150

2004

– 1 541 775

1 541 775

0

1 541 775

0

– 910 150

2005

– 2 248 399

2 132 928

0

2 132 928

– 115 471

– 1 025 621

2006

98 114

0

0

0

0

– 1 025 621

2007

– 774 755

278 330

0

278 330

– 496 425

– 1 522 045

2008

– 1 054 119

308 367

0

308 367

– 745 752

– 2 267 797

2009

– 1 000 933

490 002

510 931

1 000 933

0

– 2 267 797

2010

– 1 576 429

565 440

0

565 440

– 1 010 989

– 3 278 785

2011

– 949 668

654 580

0

654 580

– 295 088

– 3 573 873

2012

– 1 079 200

1 091 761

0

1 091 761

12 561

– 3 561 312

2013

– 1 880 205

1 826 753

0

1 826 753

– 53 452

– 3 614 763

2014

– 1 441 778

1 390 000

0

1 390 000

– 51 778

– 3 666 541

 

– 38 423 575

34 344 217

510 931

34 855 148

– 3 666 541

 

(240)

Kif spjegat aktar 'il fuq (ara l-premessa 236), l-analiżi tal-eżistenza ta' kumpens żejjed għall-isptarijiet Iris Sud (HIS) ma setgħetx issir b'mod individwali għas-snin 1996-1998 minħabba n-nuqqas taċ-ċifri meħtieġa. L-awtoritajiet Belġjani madankollu setgħu jsibu l-ammonti aggregati għal dan il-perjodu li matulu l-HIS kienu għadhom erba' sptarijiet indipendenti. Matul dawn it-tliet snin, uħud mill-HIS sofrew telf li jammonta għal total ta' EUR 2 622 714 filwaqt li l-oħrajn għamlu qligħ li jammonta għal total ta' EUR 703 624. It-telf ġie kopert għal kollox permezz tal-fondi tal-FRBRTC mogħtija lill-muniċipalità. Il-qligħ ġie riportat għas-sena ta' wara, li jispjega għalfejn il-kumpens tat-telf irreġistrat fl-1999 ikopri biss parti minn dan it-telf. Il-bqija tat-telf ġie kkumpensat mill-qligħ mhux imqassam tal-perjodu 1996-1998. It-tabella 10 turi wkoll li apparti xi kumpensi tekniċi żejda żgħar fl-2000, 2010, 2011, 2013 u fl-2014 (f'kull każ, mhux aktar minn 0,12 % tal-kumpens attribwit għal dawk is-snin), l-HIS kienu jaqilgħu kull sena kumpens insuffiċjenti. Dan il-kumpens nieqes globali jammonta għal aktar minn EUR 9 miljun għall-perjodu 1999-2014.

Tabella 10

It– telf kontabilistiku u l– kumpens mogħti lill– HIS

(EUR)

HIS

Telf kontabilistiku

Iffinanzjat permezz tal– FRBRTC jew sussidju speċjali mingħand ir– Reġjun

Kontribuzzjonijiet muniċipali addizzjonali

Total ta' kumpens mogħti

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) għas– sena

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) globali

1999

– 1 248 404

446 209

0

446 209

– 802 195

– 98 571  (*1)

2000

– 7 220 971

7 221 056

0

7 221 056

85

– 98 486

2001

– 14 782 680

14 782 680

0

14 782 680

0

– 98 486

2002

– 12 978 574

12 978 572

0

12 978 572

– 2

– 98 488

2003

– 7 990 196

3 765 000

0

3 765 000

– 4 225 196

– 4 323 684

2004

– 5 941 987

3 765 000

0

3 765 000

– 2 176 987

– 6 500 671

2005

– 4 440 896

3 765 000

0

3 765 000

– 675 896

– 7 176 566

2006

– 5 022 247

3 765 000

0

3 765 000

– 1 257 247

– 8 433 813

2007

– 3 882 170

3 765 000

0

3 765 000

– 117 170

– 8 550 983

2008

– 3 779 570

3 765 000

0

3 765 000

– 14 570

– 8 565 553

2009

– 3 774 545

3 765 000

0

3 765 000

– 9 545

– 8 575 098

2010

– 3 387 655

3 388 500

0

3 388 500

845

– 8 574 253

2011

– 3 572 694

3 576 750

0

3 576 750

4 056

– 8 570 197

2012

– 3 767 190

3 765 000

0

3 765 000

– 2 190

– 8 572 387

2013

– 3 761 761

3 765 000

0

3 765 000

3 239

– 8 569 148

2014

– 3 760 497

3 765 000

0

3 765 000

4 503

– 8 564 645

 

– 89 312 036

80 043 767

0

80 043 767

– 9 268 269

 

(241)

Fil-każ tal-HUDERF, it-tabella 11 li ġejja turi kumpensi tekniċi żejda żgħar ħafna fl-1998, 2002 u fl-2007 (f'kull każ, inqas minn 0,15 % tal-kumpens mogħti għas-sena kkunsidrata). Fl-2013, ġie rreġistrat kumpens tekniku żejjed aktar konsistenti (kważi 17 % tal-kumpens attribwit għas-sena kkunsidrata). Madankollu, filwaqt li l-kumpens li kien qed jirċievi kien diġà ferm insuffiċjenti fl-2010 u fl-2011, l-HUDERF kien għadu ġeneralment fl-istess sitwazzjoni fl-2013 rigward is-SIEĠ u l-attivitajiet relatati li kien wettaq sa dakinhar. Għall-perjodu kollu ta' bejn l-1996 u l-2014, il-kumpens nieqes totali attwali kien jammonta għal aktar minn EUR 700 000. Barra minn hekk, kif intwera aktar 'il fuq (ara t-tabella 5 fil-premessa 234, fil-prattika, l-HUDERF fl-ebda mument ma kellu xi kumpens żejjed effettiv li jobbligah jirrimborża (parzjalment) il-kumpens tat-telf. Fil-fatt, kien kontinwament f'sitwazzjoni ta' kumpens nieqes, u l-muniċipalità kellha suppost kontinwament tagħtih flus matul il-perjodu 1996-2014.

Tabella 11

It-telf kontabilistiku u l-kumpens mogħti lill-HUDERF

(EUR)

HUDERF

Telf kontabilistiku

Iffinanzjat permezz tal-FRBRTC jew sussidju speċjali mingħand ir-Reġjun

Kontribuzzjonijiet muniċipali addizzjonali

Total ta' kumpens mogħti

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) għas-sena

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) globali

1996

– 1 505 830

1 504 714

0

1 504 714

– 1 116

– 1 116

1997

– 1 026 881

1 026 279

0

1 026 279

– 602

– 1 718

1998

– 245 113

245 415

0

245 415

302

– 1 417

1999

1 642

0

0

0

0

– 1 417

2000

– 484 951

484 949

0

484 949

– 2

– 1 419

2001

– 1 218 954

1 218 000

0

1 218 000

– 954

– 2 373

2002

– 479 490

480 000

0

480 000

510

– 1 863

2003

– 1 117 778

820 000

297 778

1 117 778

0

– 1 862

2004

– 781 981

781 981

0

781 981

0

– 1 862

2005

– 1 279 230

778 000

501 230

1 279 230

0

– 1 863

2006

– 2 494 074

778 000

1 716 074

2 494 074

0

– 1 863

2007

– 2 687 621

622 529

2 065 313

2 687 842

221

– 1 642

2008

– 2 314 050

871 350

1 442 700

2 314 050

0

– 1 642

2009

– 1 868 670

1 246 998

621 672

1 868 670

0

– 1 642

2010

– 1 823 049

1 401 628

0

1 401 628

– 421 421

– 423 062

2011

– 1 620 663

1 220 232

0

1 220 232

– 400 431

– 823 493

2012

– 945 316

945 316

0

945 316

0

– 823 493

2013

– 528 779

635 966

0

635 966

107 187

– 716 306

2014

– 618 000

618 000

0

618 000

0

– 716 306

 

– 23 038 788

15 679 357

6 644 767

22 324 124

– 716 306

 

(242)

Fil-każ tal-Institut Bordet, ir-riżultati kontabilistiċi bejn l-1996 u l-2001 kienu pożittivi u għaldaqstant ma kienx hemm intervent tal-muniċipalità għal dawk is-snin. Madankollu mill-2002, ir-riżultat kontabilistiku sar negattiv, u għalhekk saru xi pagamenti biex jikkumpensaw it-telf. It-tabella 12 li ġejja turi kumpensi tekniċi żejda żgħar fl-2005 u fl-2011 (jew inqas minn 4 % u 0,5 %, rispettivament, tal-kumpens mogħti għal dawn is-snin). Fl-2009, jidher li kien hemm kumpens tekniku żejjed konsistenti ta' madwar EUR 580 000 (jiġifieri kważi 46 % tal-kumpens mogħti għal dik is-sena). Madankollu, fl-2008, ġie rregistrat kumpens nieqes ta' madwar EUR 533 000 (kważi EUR 505 000 fuq bażi aggregata). Dan jagħti globalment kumpens tekniku żejjed aggregat ta' EUR 73 702 biss (inqas minn 6 % tal-kumpens mogħti għall-2009), li seta' jiġi riportat għall-2010 (284) (filwaqt li għall-2010 ma ngħata ebda kumpens, sa issa). Barra minn hekk, f'kull sena eżaminata, l-Institut Bordet dejjem kien qed jistenna kumpens għat-telf irreġistrat (ara t-tabella 6 fil-premessa 234. Fl-2009, il-muniċipalità kellha tagħti lill-Institut madwar EUR 3 miljun. Għall-perjodu kollu ta' bejn l-1996 u l-2014, il-kumpens nieqes effettiv kien jammonta għal total ta' aktar minn EUR 2,4 miljun. Kif spjegat fil-premessa 234, il-qligħ tas-snin 1996-2001 naqqas il-bilanċ pendenti dovut tal-muniċipalitajiet, peress li dawn naqqsu dan il-qligħ qabel intervjenew.

Tabella 12

It-telf kontabilistiku u l-kumpens mogħti lill-Institut Bordet

(EUR)

Institut Bordet

Telf kontabilistiku

Iffinanzjat permezz tal-FRBRTC jew sussidju speċjali mingħand ir-Reġjun

Kontribuzzjonijiet muniċipali addizzjonali

Total ta' kumpens mogħti

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) għas-sena

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) globali

1996

752 505

0

0

0

0

0

1997

170 241

0

0

0

0

0

1998

41 349

0

0

0

0

0

1999

44 371

0

0

0

0

0

2000

5 439

0

0

0

0

0

2001

154 518

0

0

0

0

0

2002

– 4 929 105

4 929 106

0

4 929 106

1

1

2003

– 4 916 506

2 025 000

2 891 506

4 916 506

0

1

2004

– 2 001 995

1 321 316

680 679

2 001 995

0

1

2005

– 771 467

800 000

0

800 000

28 533

28 534

2006

– 1 817 630

1 800 000

17 630

1 817 630

0

28 533

2007

– 1 874 162

1 208 531

665 631

1 874 162

0

28 533

2008

– 1 624 347

1 055 516

35 509

1 091 025

– 533 322

– 504 789

2009

– 688 005

1 266 496

0

1 266 496

578 491

73 702

2010

– 655 634

0

0

0

– 655 634

– 581 932

2011

– 838 644

841 506

0

841 506

2 862

– 579 070

2012

– 833 460

817 267

0

817 267

– 16 193

– 595 263

2013

– 2 551 468

1 271 933

0

1 271 933

– 1 279 535

– 1 874 798

2014

– 1 943 857

1 380 000

0

1 380 000

– 563 857

– 2 438 654

 

– 24 277 858

18 716 671

4 290 955

23 007 626

– 2 438 654

 

(243)

Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessa 236, l-analiżi tal-eżistenza ta' kumpens żejjed favur CHU Brugmann għas-snin 1996-1998 ma setgħetx issir minħabba n-nuqqas taċ-ċifri. It-tabella 13 li ġejja turi kumpensi tekniċi żejda żgħar ħafna fl-2000, 2003, 2004, 2008 u fl-2011 (jew, f'kull każ, inqas minn 7 % tal-kumpens mogħti għas-sena kkunsidrata). Matul sentejn, jiġifieri fl-1999 u fl-2012, il-kumpens tekniku żejjed tela' għal aktar minn 10 % tal-kumpens mogħti għas-sena kkunsidrata (jiġifieri 15,3 % u 12,9 %, rispettivament). Fl-2012, madankollu, is-CHU Brugmann kien jinsab globalment f'sitwazzjoni ta' kumpens nieqes, wara li diġà kien irċieva kumpensi ferm insuffiċjenti fl-2009 u fl-2010 (jiġifieri kumpens nieqes ta' EUR 558 858). F'dak li jirrigwarda s-sena 1999, mhemmx data għas-snin preċedenti li tista' tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni globali tas-CHU Brugmann fl-1999, f'termini ta' kumpens. Madankollu, ta' min jinnota li l-ewwel pagamenti li saru mill-muniċipalità (fuq il-bażi tal-finanzjament mill-FRBRTC) bdew biss fl-2003 u li, kif turi t-tabella 4 fil-premessa 234, is-CHU Brugmann qatt ma kien f'sitwazzjoni ta' kumpens żejjed li tobbligah jirrimborża (parzjalment) il-kumpens tat-telf lill-muniċipalità. Fil-fatt, f'kull mument matul il-perjodu ta' bejn l-1996 u l-2014, is-CHU Brugmann kien globalment f'sitwazzjoni ta' kumpens nieqes, u l-muniċipalità kellha tagħtih flus biex ikopri t-telf passat. Għal dan il-perjodu, il-kumpens nieqes effettiv kien jammonta għal total ta' madwar EUR 935 000.

Tabella 13

It-telf kontabilistiku u l-kumpens mogħti lis-CHU Brugmann

(EUR)

CHU Brugmann

Telf kontabilistiku

Iffinanzjat permezz tal-FRBRTC jew sussidju speċjali mingħand ir-Reġjun

Kontribuzzjonijiet muniċipali addizzjonali

Total ta' kumpens mogħti

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) għas-sena

Kumpens żejjed (+) jew kumpens nieqes (–) globali

1999

– 508 171

600 000

0

600 000

91 829

91 829

2000

– 3 755 229

3 755 587

0

3 755 587

358

92 188

2001

– 5 440 039

5 440 000

0

5 440 000

– 39

92 149

2002

– 1 976 934

1 976 933

0

1 976 933

– 1

92 149

2003

– 1 697 238

1 770 000

0

1 770 000

72 762

164 911

2004

– 1 442 292

1 457 000

0

1 457 000

14 708

179 619

2005

– 7 413 186

3 657 000

3 756 186

7 413 186

0

179 619

2006

– 14 180 725

3 657 000

10 523 725

14 180 725

0

179 619

2007

– 6 954 466

4 125 610

2 828 856

6 954 466

0

179 619

2008

– 6 308 290

3 999 767

2 505 046

6 504 813

196 523

376 142

2009

– 6 228 859

3 231 504

2 600 612

5 832 116

– 396 743

– 20 601

2010

– 5 011 208

3 644 432

169 179

3 813 611

– 1 197 597

– 1 218 198

2011

– 2 982 442

3 206 932

0

3 206 932

224 490

– 993 708

2012

– 2 945 806

3 380 656

0

3 380 656

434 850

– 558 858

2013

– 2 799 788

2 500 348

0

2 500 348

– 299 440

– 858 298

2014

– 2 923 714

2 847 000

0

2 847 000

– 76 714

– 935 011

 

– 72 568 384

49 249 769

22 383 604

71 633 373

– 935 011

 

(244)

Fl-aħħar nett, il-qligħ limitat iddikjarat minn uħud mill-isptarijiet IRIS (jiġfieri, is-CHU Saint-Pierre fl-2006, l-HUDERF fl-1999 u l-Institut Bordet bejn l-1996 u l-2001) ma jistax jitqies bħala indikazzjoni ta' kumpens żejjed. Fil-fatt, fuq il-bażi tas-separazzjoni tal-kontijiet fis-seħħ (ara l-premessa (226) f'dawn l-isptarijiet IRIS, il-Kummissjoni tikkonkludi li dan il-qligħ, f'kull każ minbarra wieħed, ġej mill-qligħ iġġenerat mill-attivitajiet relatati (ara l-premessi 41, 116 u 117 imwettqa minn dawn l-isptarijiet IRIS. L-attivitajiet relatati mas-SIEĠ tal-Institut Bordet iġġeneraw qligħ limitat fl-1996 ta' madwar 1 % tad-dħul totali tal-isptar għal dik is-sena. Il-Kummissjoni tqis li fi kwalunkwe każ, qligħ daqstant limitat ikun raġonevoli u għalhekk ma jagħtix lok għal kumpens żejjed. Barra minn hekk, kif spjegat aktar 'il fuq (ara l-premessa 234, il-qligħ kollu (kemm jekk ġej mis-SIEĠ kif ukoll mill-attivitajiet relatati) jinżamm u jintuża biex jikkumpensa t-telf futur (jew it-telf passat mhux imħallas) u b'hekk tonqos il-kontribuzzjoni tal-muniċipalitajiet.

(245)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba d-dewmien fil-pagamenti tal-kumpens għat-telf, minħabba li fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu 1996-2014, il-muniċipalitajiet ikkonċernati kellhom jagħtu lil kull wieħed mill-isptarijiet IRIS ammonti kbar f'kumpens tat-telf, u minħabba l-fatt li kull wieħed mill-isptarijiet IRIS kien jinsab globalment f'sitwazzjoni ta' kumpens nieqes, ebda sptar IRIS ma bbenefika fil-prattika minn kumpens żejjed.

7.3.6.   Kontroll tal-kumpens żejjed

(246)

It-tielet kundizzjoni ta' kompatibbiltà essenzjali prevista mid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 timponi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jaraw li l-impriżi inkarigati bit-twettiq ta' SIEĠ ma jingħatawx kumpens żejjed u tobbliga lill-Istati Membri jagħmlu kontrolli regolari mill-inqas kull tliet snin (285). Barra minn hekk, jekk impriża tkun effettivament irċeviet xi kumpens żejjed, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriża kkonċernata tħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed li tkun irċeviet (286).

(247)

L-ewwel nett, ta' min jinnota li f'dak li jirrigwarda l-kopertura tat-telf inkwistjoni, in-natura stess ta' dan il-mekkaniżmu ta' kumpens diġà tnaqqas ħafna r-riskju ta' kumpens żejjed u għalhekk hija miżura li tgħin biex jiġi evitat il-kumpens żejjed. Fil-fatt, il-muniċipalitajiet jistgħu biss ikopru t-telf attwali rreġistrat mill-isptarijiet IRIS wara l-forniment ta' servizzi ekonomiċi ta' interess ġenerali u l-attivitajiet relatati limitati. Għalhekk il-kumpens ikopri biss l-ispejjeż netti residwi (ara l-premessa 226) imġarrba waqt it-twettiq ta' dawn is-SIEĠ u tal-attivitajiet relatati u lanqas biss jinkludi qligħ raġonevoli. Il-pagamenti kollha jsiru ex post, jiġifieri wara li t-telf ikun ġie rreġistrat (ara f'dan ir-rigward it-tabelli tal-premessa 234). Il-pagamenti jsiru f'diversi porzjonijiet (kif spjegat fit-tabelli tal-premessa 234), li jiggarantixxi li l-muniċipalitajiet jistgħu jżommu pagament mal-inqas sinjal ta' kumpens żejjed. Il-muniċipalitajiet jivverifikaw ukoll l-ammont tat-telf mhux imħallas aggregat qabel ma jagħmlu pagament lill-isptarijiet IRIS. Kif spjegat aktar 'il fuq (ara l-premessa 235), il-muniċipalitajiet u l-isptarijiet IRIS qablu wkoll li jirrimborżaw minnufih il-kumpens għat-telf skont l-Artikolu 109 tal-LCH sabiex jevitaw kull kopertura doppja tal-istess telf. Għaldaqstant jeżisti biss riskju residwu limitat u teoriku ta' kumpens tekniku żejjed meta l-kumpens jiġi analizzat kull sena meħuda waħedha (ara l-premessi 237 u 238). Madankollu, fil-prattika, ebda sptar IRIS ma bbenefika ġeneralment minn kumpens żejjed reali peress li, f'kull mument matul il-perjodu ta' bejn l-1996 u l-2014, il-muniċipalitajiet kellhom jagħtu lill-isptarijiet IRIS somom kbar f'kumpens għat-telf mhux imħallas [kif ikkonfermat mit-tabelli tal-premessa 234).

(248)

It-tieni, il-Liġi tal-14 ta' Novembru 1983 (287) dwar il-kontroll tal-għoti u tal-użu ta' ċerti sussidji tiddefinixxi r-regoli applikabbli għall-kontroll tas-sussidji mogħtija, b'mod partikolari mill-awtoritajiet lokali. Din tinkludi l-istess regoli tal-Ordinanza Organika ta' Brussell tat-23 ta' Frar 2006 li tiddefinixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-baġit, għall-kontijiet u għall-awditjar (288) u li hija stess tinkludi għar-Reġjun Kapitali ta' Brussell ir-regoli ġenerali definiti fil-Liġi tas-16 ta' Mejju 2003 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-baġits, għall-kontroll tas-sussidji u għall-kontabilità tal-komunitajiet u tar-reġjuni, kif ukoll għall-organizzazzjoni tal-kontroll tal-Qorti tal-Awdituri Belġjana (289). L-Artikolu 1 tal-Liġi tal-14 ta' Novembru 1983 jistipula li:

“Din il-liġi tapplika għal kull sussidju mogħti:

1o

mill-provinċji, il-muniċipalitajiet, l-istituzzjonijiet ta' interess provinċjali jew muniċipali li għandhom personalità ġuridika, l-agglomerazzjonijiet, il-federazzjonijiet muniċipali, il-kummissjonijiet tal-kultura, l-assoċjazzjonijiet provinċjali u l-assoċjazzjonijiet muniċipali;

2o

il-persuni morali jew fiżiċi ssussidjati direttament jew indirettament minn wieħed mill-fornituri msemmija f'1o.”

L-Artikolu 2 ta' din il-liġi jiddefinixxi wkoll il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ħafna tiegħu u jistipula li:

“Sussidju għandu jinftiehem bħala […] kwalunkwe kontribuzzjoni, vantaġġ jew għajnuna, fi kwalunkwe għamla jew denominazzjoni, inklużi l-antiċipi ta' fondi rkuprabbli mogħtija mingħajr interessi, bl-għan li jiġu promossi attivitajiet utli għall-interess ġenerali […]”.

Jirriżulta b'mod ċar mill-artikoli msemmija hawn fuq li l-kumpens tat-telf mogħti mill-muniċipalitajiet ta' Brussell lill-isptarijiet IRIS għat-twettiq tas-SIEĠ u ta' attivitajiet relatati jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-liġi.

(249)

L-Artikolu 3 tal-Liġi tal-14 ta' Novembru 1983 jistabbilixxi l-prinċipju li s-sussidju għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet li għalihom ingħata u l-benefiċjarju għandu jkun jista' jiġġustifika l-użu tiegħu. L-Artikoli 4 u 5 jiddefinixxu regoli oħrajn dwar l-għoti ta' tali sussidji u l-obbligi ta' trasparenza imposti fuq il-benefiċjarju. L-Artikoli 6 u 7 jiddefinixxu r-regoli dwar il-kontroll li jrid isir tal-użu tas-sussidji mill-fornitur ts-sussidji jew f'ismu. B'mod partikolri, l-Artikolu 6 jistipula li:

“Kull fornitur [ta' sussidji] għandu d-dritt li jagħmel kontrolli fuq il-post tal-użu tas-sussidju mogħti.”

L-Artikolu 7 jipprevedi l-obbligi ta' rimborż u ta' rkupru tas-sussidji. Dan l-artikolu huwa fformulat kif ġej:

“Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' rexissjoni li għalihom huwa soġġett is-sussidju, il-benefiċjarju għandu l-obbligu li jroddu lura fil-każijiet li ġejjin:

1o

meta ma jużax is-sussidju għall-iskopijiet li għalihom ingħata;

2o

meta ma jipprovdix waħda mill-ġustifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 u 5;

3o

meta joġġezzjona għall-kontroll imsemmi fl-Artikolu 6.

Madankollu, kif previst fil-paragrafu 1o, 2o, il-benefiċjarju jrid irodd lura biss il-parti tas-sussidju li mhijiex iġġustifikata.

Il-persuni ġuridiċi tal-liġi pubblika li għandhom is-setgħa li jistabbilixxu taxxi diretti huma awtorizzati li jirkupraw is-sussidji li għandhom ikunu restitwiti permezz ta' restrizzjonijiet. Ir-restrizzjoni tingħata mill-accountant inkarigat mill-irkupru. Din tiġi infurzata mill-awtorità amministrattiva li tagħti effett lir-rwol tad-dispożizzjonijiet diretti rispettivi tal-imsemmija persuni ġuridiċi tal-liġi pubblika.”

(250)

Għaldaqstant il-liġi tippermetti lill-muniċipalitajiet jiżguraw li s-sussidji jingħataw b'mod konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa u jikkontrollaw l-użu u l-irkupru tas-somom mhux meħtieġa. Il-pagament tal-kumpens tat-telf mill-muniċipalitajiet huwa għalhekk soġġett għal regoli stretti ħafna. L-aċċettazzjoni tagħhom mill-isptarijiet ikkonċernati jimplika dritt ta' spezzjoni minn awtorità indipendenti, li tista' tiggarantixxi li s-sussidju kien effettivament allokat għall-użu li għalih kien ingħata. F'każ kuntrarju, l-isptar huwa obbligat jirritornaha minnufih, li jiggarantixxi l-irkupru ta' kull kumpens żejjed lill-isptarijiet IRIS.

(251)

Dan huwa kkorroborat mil-Liġi dwar is-CPAS, li l-Artikolu 60(6) tagħha jistipula li:

“Il-ħolqien jew l-estensjoni ta' stabbilimenti jew servizzi li jistgħu jibbenefikaw minn sussidji fil-livell ta' investimenti kif ukoll ta' funzjonament, jista' jkun deċiż biss fuq il-bażi ta' fajl li juri li l-kundizzjonijiet previsti mil-liġi jew mir-regoli organiċi għall-għoti ta' dawn is-sussidji se jiġu rispettati.”

Jekk CPAS jgħin lil sptar pubbliku, irid ikun hemm evidenza li r-regoli dwar l-għoti tal-finanzjament ser ikunu osservati.

(252)

Bl-istess mod, l-Artikolu 135(h) tal-Liġi dwar is-CPAS jiddefinixxi l-proċeduri ta' sorveljanza tal-assoċjazzjonijiet lokali li jaqgħu taħt il-Kapitolu XII (f'dan il-każ, l-isptarijiet IRIS) mill-assoċjazzjoni ċentrali (f'dan il-każ, IRIS) kull tliet xhur. B'mod partikolari, dan ifisser li IRIS tikkontrolla l-konformità tad-deċiżjonijiet meħudin mill-isptarijiet IRIS permezz ta':

“1o

il-pjan strateġiku ġenerali u li jistabbilixxi l-attività tal-isptar u d-deċiżjonijiet meħudin fl-applikazzjoni tiegħu;

2o

il-pjan tan-negozju u l-pjan finanzjarju deċiżi mill-assoċjazzjoni lokali fuq il-bażi tal-linji gwida stabbiliti mill-assoċjazzjoni ċentrali kif ukoll il-korrezzjonijiet u l-aġġornamenti magħmulin fih;

3o

il-baġit annwali deċiż mill-assoċjazzjoni lokali abbażi tal-linji gwida stabbiliti mill-assoċjazzjoni ċentrali.

F'każ ta' nuqqas ta' konformità, l-assoċjazzjoni ċentrali tieħu l-miżuri kollha li hija tqis utli sabiex twaqqaf in-nuqqas ta' konformità u tikkomunikahom biex jitwettqu fl-iskadenzi li hija tipprovdi lill-assoċjazzjoni lokali kkonċernata.

F'każ li l-miżuri ma jitwettqux mill-assoċjazzjoni lokali kkonċernata fl-iskadenza mogħtija, l-assoċjazzjoni ċentrali tista' mingħajr dewmien tinkariga lill-kummissarju msemmi fl-Artikolu 135(i) jieħu post il-korp inadempjenti tal-assoċjazzjoni lokali.”

(253)

Jirriżulta mid-dispożizzjoni ta' hawn fuq li kemm il-Liġi dwar is-CPAS kif ukoll il-Liġi tal-14 ta' Novembru 1983 jippermettu lill-muniċipalitajiet ta' Brussell jiggarantixxu li s-sussidji mogħtija lill-isptarijiet IRIS jintużaw b'mod korrett u ma jinvolvux kumpens żejjed. L-applikazzjoni konġunta ta' dawn id-dispożizzjonijiet tiffaċilita l-kontroll tal-kumpens żejjed u tipprevedi l-irkupru tal-kumpens żejjed. Barra minn hekk, f'każ ta' nuqqas ta' konformità, parti terza tingħata s-setgħa ta' sostituzzjoni biex ikun żgurat li dawn l-obbligi imposti fuq l-isptarijiet IRIS jiġu żgurati, b'mod partikolari fir-rigward tal-baġit. Il-muniċipalitajiet, is-CPAS u l-assoċjazzjoni ċentrali IRIS għandhom għalhekk setgħat ta' kontroll estensivi anki jekk prattikament ma jeżisti ebda riskju ta' kumpens żejjed taħt il-mekkaniżmu ta' kumpens tat-telf inkwistjoni f'din id-deċiżjoni.

(254)

Barra minn hekk, meta l-kontijiet operattivi tal-isptar pubbliku juru telf, il-kulleġġ tas-sindki u tal-maġistrati lokali jista', taħt l-Artikoli 111(2) u 126 tal-Liġi dwar is-CPAS, jissospendi t-twettiq ta' “kwalunkwe deċiżjoni tas-CPAS li tkun ta' ħsara għall-interess muniċipali u b'mod partikolari għall-interessi finanzjarji tal-muniċipalità.”

(255)

Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jkun enfasizzat li l-awtoritajiet li jagħtu l-miżura ta' għajnuna inkwistjoni (jiġifieri, il-muniċipalitajiet u s-CPAS) jikkontrollaw direttament lill-benefiċjarji. B'mod partikolari, dawn l-awtoritajiet għandhom il-maġġoranza tal-voti fil-bordijiet tad-diretturi tal-isptarijiet IRIS li, fost l-oħrajn, jaħtru lid-direttur ġenerali tal-isptarijiet rispettivi tagħhom. Fl-ipoteżi improbabbli li sptar IRIS jirrifjuta li jirrimborża l-kumpens żejjed, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu faċilment jissostitwixxu lid-direttur ġenerali sabiex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni. Barra minn hekk, kif mitlub mill-istatuti ta' kull sptar IRIS, il-bord tad-direttur jiltaqa' tal-inqas tmien darbiet fis-sena, li jippermetti lill-awtoritajiet li taw l-għajnuna li jsegwu mill-qrib is-sitwazzjoni finanzjarja tal-isptarijiet IRIS (fost l-oħrajn, permezz ta' rapporti kull tliet xhur li jkopru dan is-suġġett, kif mitlub mill-istatuti).

(256)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm arranġamenti suffiċjenti biex jiġi evitat, skopert u rkuprat il-kumpens żejjed filwaqt li r-riskju ta' kumpens żejjed reali jidher limitat ħafna minħabba n-natura tal-miżura ta' għajnuna inkwistjoni.

7.3.7.   Tul tal-ħatriet

(257)

L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 jipprevedi li d-deċiżjoni tapplika biss għall-mandati li t-terminu tagħhom ma jaqbiżx l-għaxar snin, sakemm ma jkunx ġustifikat terminu itwal minħabba li l-impriża maħtura tkun trid tħallas lura investimenti kbar fuq perjodu itwal ta' żmien, skont il-prinċipji ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettati.

(258)

It-terminu tal-istatuti tal-isptarijiet IRIS, li, fil-livell muniċipali, huma l-mandati rilevanti f'dan il-każ, huwa stabbilit għal 30 sena. Il-Kummissjoni tqis li terminu daqshekk twil huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li l-isptarijiet IRIS jagħmlu investimenti kbar bħala fornituri ta' SIEĠ obbligatorji. B'mod aktar preċiż, l-assi l-aktar importanti tal-isptarijiet IRIS huma l-bini tagħhom (li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-valur tal-assi tagħhom), li huma amortizzati fuq perjodu ta' 30 sena, skont il-prinċipji ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettati (290). Barra minn hekk, il-pjanijiet strateġiċi IRIS, li jispeċifikaw l-obbligi addizzjonali li għandhom l-isptarijiet IRIS, għandhom ukoll terminu limitat, li huwa saħansitra inqas. L-ewwel pjan strateġiku kien ikopri l-perjodu 1996-2001. It-tieni pjan strateġiku kien ikopri inizjalment il-perjodu 2002-2006, iżda dan ġie emendat wara u estiż sal-aħħar tal-2014. F'Jannar 2015 ġie adottat pjan strateġiku ġdid għall-perjodu 2015-2018.

(259)

Barra minn hekk, il-Liġi tal-10 ta' April 2014 (291) illimitat it-terminu tal-mandat federali dwar il-kompitu bażiku tal-isptarijiet (292) billi emendat l-Artikolu 105 tal-verżjoni attwali tal-LCH (293). B'mod partikolari, l-Artikolu 105 jeżiġi attwalment li l-perjodu li għalih jingħata l-BMF ma jaqbiżx l-għaxar snin, ħlief għall-elementi tal-BMF li jkopru l-kost tal-investimenti kbar tal-isptarijiet li jeħtieġu amortizzament fuq perjodu itwal, skont il-prinċipji ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettati. Fl-aħħar nett, l-awtorizzazzjoni individwali li l-isptarijiet għandu jkollhom sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament BMF wkoll għandha terminu limitat (li jiddependi mir-reġjun, iżda li ġeneralment ikun ta' madwar ħames snin u, fi kwalunkwe każ, massimu ta' għaxar snin).

(260)

Il-Kummissjoni tqis għalhekk li l-obbligu skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 li jiġi limitat it-terminu tal-mandat u li jiġi ġġustifikat dan it-terminu huwa ssodisfat.

7.3.8.   Trasparenza

(261)

Fl-aħħar nett, id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 teżiġi li l-Istati Membri jippubblikaw ċerta informazzjoni. B'mod aktar preċiż, għall-kumpensi ogħla minn EUR 15-il miljun mogħtija lil impriża li twettaq ukoll attivitajiet li jaqgħu barra mill-qafas tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 jitlob li l-Istati Membri jippubblikaw fuq l-internet jew fuq mezzi oħrajn xierqa l-mandat (jew sinteżi li tinkludi l-elementi indikati fl-Artikolu 4 tad-deċiżjoni imsemmija) u l-ammonti annwali li jikkorrispondu għall-għajnuna mogħtija lill-impriża.

(262)

L-obbligu ta' trasparenza tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 japplika għall-“kumpensi ogħla minn EUR 15-il miljun mogħtija lil impriża li għandha wkoll attivitajiet li jaqgħu barra mill-qafas tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali”. Kif indikat fit-Tabelli 9 sa 13, l-ammont tal-kumpens muniċipali tat-telf għal kull sptar IRIS fl-ebda sena ma jaqbeż il-limitu ta' EUR 15-il miljun. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li l-obbligu ta' trasparenza skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 ma japplikax f'dan il-każ.

7.3.9.   Sommarju tal-konklużjonijiet dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern

(263)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens tat-telf tal-isptarijiet pubbliċi ta' Brussell IRIS mill-muniċipalitajiet ta' Brussell mill-1996, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, huwa konformi mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 u allura hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(264)

Jirriżulta mill-konklużjoni ta' hawn fuq u mill-ispjegazzjonijiet mogħtija fil-premessi 148 sa 152 li l-Kummissjoni ma għandhiex bżonn tivvaluta jekk il-kumpens tat-telf tal-isptarijiet pubbliċi ta' Brussell IRIS mill-muniċipalitajiet ta' Brussell huwiex kompatibbli wkoll mas-suq intern skont id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 (għall-għajnuna mogħtija bejn id-19 ta' Diċembru 2005 u l-31 ta' Jannar 2012) jew skont il-Qafas tas-SIEĠ tal-2012.

7.4.   Osservazzjonijiet finali

(265)

Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessa 159), fis-Sentenza ta' annullament tagħha tas-7 ta' Novembru 2012, il-Qorti Ġenerali semmiet il-prinċipju tat-trattament ugwali. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni/tat-trattament ugwali mhuwiex fost il-kriterji ta' kompatibbiltà tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012. Madankollu, f'dan il-każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li fi kwalunkwe każ, dan il-prinċipju huwa rrispettat peress li l-isptarijiet IRIS u l-isptarijiet privati ta' Brussell jinsabu f'sitwazzjoni differenti fil-livell ġuridiku u fil-livell fattwali minħabba li l-ambitu tal-kompitu tas-SIEĠ tal-isptarijiet pubbliċi IRIS huwa usa' minn dak tal-isptarijiet privati u għaldaqstant huwa aktar agħli biex jitwettaq (kif spjegat hawn fuq, ara l-punt 7.3.4.1). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-isptarijiet pubbliċi IRIS huma soġġetti għal ċertu numru ta' restrizzjonijiet kif ukoll ta' spejjeż addizzjonali (ara l-premessi 42 u 43) waqt it-twettiq tas-SIEĠ li huma inkarigati bih.

(266)

Dment li l-isptarijiet IRIS u l-isptarijiet privati ta' Brussell jinsabu f'sitwazzjonijiet differenti/mhux komparabbli, il-kumpens tat-telf tal-isptarijiet IRIS ma jistax ikun ikkunsidrat bħala ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali.

8.   KONKLUŻJONI

(267)

Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni f'dan il-każ hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta' kumpens għat-telf tal-isptarijiet pubbliċi ta' Brussell IRIS mill-muniċipalitajiet ta' Burssell mill-1996 hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Fiż-żewġ każijiet id-dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament tat-Trattat dwar il-KE. It-TFUE introduċa wkoll ċertu tibdil fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b'“Unjoni”, ta' “suq komuni” b'“suq intern” u ta' “Qorti tal-Prim'Istanza” b'“Qorti Ġenerali”. It-terminoloġija tat-TFUE tintuża f'din id-Deċiżjoni.

(2)   ĠU C 437, 5.12.2014, p. 10.

(3)  F'daqqa, dawn il-ħames sptarijiet pubbliċi jamministraw madwar 2 425 mis-7 260 sodda li hemm fl-isptarijiet ġenerali u fl-isptarijiet universitarji tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell (minbarra l-isptarijiet psikjatriċi, ġerjatriċi u sptarijiet oħrajn speċjalizzati). Huma jħaddmu madwar 10 000 persuna. Dawn l-isptarijiet jipprovdu aktar minn miljun konsultazzjoni medika fis-sena. In-numru ta' sodod tal-isptarijiet approvati ngħata mill-awtoritajiet Belġjani (li kkonsultaw lill-Commission communautaire commun u s-Service public fédéral “Santé publique”) u jirrigwarda lis-sena 2015. L-informazzjoni l-oħra hija disponibbli fuq is-sit web tal-IRIS (ara http://www.iris-hopitaux.be).

(4)  Ara t-Taqsimiet 2.2 u 2.4 għal aktar informazzjoni dwar dawn l-isptarijiet pubbliċi u l-attivitajiet tagħhom.

(5)  L-abbrevjazzjoni IRIS tikkorrispondi għal Interhospitalière régionale des infrastructures de soins.

(6)  L-ilmentaturi kienu talbu li l-identitajiet rispettivi tagħhom ma jiġux ippubblikati. Madankollu, minħabba rikorsi għal annullament introdotti minn dawn il-partijiet u s-sentenza ta' annullament tas-7 ta' Novembru 2012 mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-137/10, dawn l-identitajiet issa huma pubbliċi (ara l-premessi 4 u 6]. Ta' min jinnota wkoll li l-ABISP u l-membri tagħha rtiraw l-ilment tagħhom.

(7)  Dan l-aħħar argument tressaq mill-ilmentaturi għall-ewweel darba fl-ittra tagħhom tal-15 ta' Diċembru 2008.

(8)  Essenzjalment, is-servizzi tal-Kummissjoni stmaw, b'mod preliminari, li l-isptarijiet IRIS kienu, evidentement, debitament inkarigati b'kompiti ta' servizz pubbliku, li l-kumpens li kienu jirċievu kien definit b'mod ċar u li dan il-kumpens ma kienx eċċessiv. Għaldaqstant, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew li ma kienx hemm problemi fir-rigward tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, innutaw li r-rekwiżiti ta' trasparenza wkoll dehru li kienu ssodisfati. Is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew li ma kienx hemm raġunijiet suffiċjenti biex ikomplu l-istħarriġ fin-nuqqas ta' elementi ġodda mibgħuta mill-ilmentaturi.

(9)  Il-Kawża T-128/08, li għadha ma ġietx ippubblikata.

(10)  Il-Kawża T-241/08, li għadha ma ġietx ippubblikata.

(11)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(12)   ĠU C 74, 24. 3.2010, p. 1.

(13)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi responsabbli mill-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).

(14)  Il-Kawża T-137/10, CBI vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:584.

(15)  Ibid, il-punt 313.

(16)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.

(17)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge, 5 ta' Awwissu 1976, p. 9876.

(18)  Mid-dsatax il-muniċipalità li jiffurmaw ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell, is-sitt muniċipalitajiet ikkonċernati huma: Anderlecht, il-Belt ta' Brussell, Etterbeek, Ixelles, Schaerbeek u Saint-Gilles.

(19)  B'mod aktar preċiż, dawn l-isptarijiet kienu: Is-CHU Brugmann-Huderf (entità unika sal-1 ta' Jannar 1997), is-CHU Saint-Pierre, l-Institut Bordet, is-Centre Hospitalier Baron Lambert, is-Centre Hospitalier Bracops, is-Centre Hospitalier Molière, is-Centre Hospitalier Brien u s-Centre Hospitalier Etterbeek-Ixelles.

(20)  Tipa grassa miżjuda.

(21)  Tipa grassa miżjuda.

(22)  Sessjoni ordinarja 1995-1996. Id-dokumenti tal-Assemblea f'laqgħa tal-Kummissjoni Komunitarja Konġunta Abbozz ta' Ordinanza: B-10/1. — Rapport: B-10/2. Rapport sħiħ. — Diskussjoni u adozzjoni: laqgħa tat-22 ta' Diċembru 1995.

(23)  Ix-xogħlijiet ta' tħejjija jispeċifikaw b'mod partikolari li l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tad-19 ta' Mejju 1994 kien konkluż “sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-isptarijiet pubbliċi ta' Brussell waqt li jinkoraġġixxi, fost l-oħrajn, l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u ta' kooperazzjoni bejn dawk responsabbli għad-diversi sptarijiet pubbliċi li jinsabu fit-territorju tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell, jiġifieri l-muniċipalitajiet, is-[CPAS] u l-assoċjazzjonijiet maħluqa skont il-Kapitolu XII tal-Liġi [il-Liġi dwar is-CPAS].”

(24)  L-Artikolu 121 tal-Liġi dwar is-CPAS jispeċifika li l-assoċjazzjonijiet tal-Kapitolu XII igawdu mill-personalità ġuridika.

(25)  Uħud mill-isptarijiet IRIS iwettqu l-attivitajiet tagħhom minn diversi siti. Bħalissa, is-CHU-B jopera għalhekk minn tliet siti (Victor Horta, Paul Brien u Reine Astrid), is-CHU-SP minn żewġ siti (Porte de Hal u César de Paepe) u l-HIS minn erba' siti (Etterbeek-Ixelles, J. Bracops, Molière-Longchamp u Baron Lambert).

(26)  Il-kontroll li teżerċita l-IRIS huwa soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-Ordinanza (tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell) tat-22 ta' Diċembru 1995 (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tas-7 ta' Frar 1996, p. 2737).

(27)  L-Artikolu 120 tal-Liġi dwar is-CPAS jispeċifika r-rekwiżiti minimi applikabbli għall-istatuti tal-assoċjazzjonijiet maħluqa minn CPAS fuq il-bażi tal-Kapitolu XII tal-Liġi dwar is-CPAS.

(28)  L-Artikolu 125 tal-Liġi dwar is-CPAS jipprovdi li: “Ikun xi jkun il-proporzjon tal-kontribut tad-diversi msieħba, il-persuni rregolati mil-liġi pubblika għandhom dejjem il-maġġoranza tal-voti fid-diversi korpi ta' amministrazzjoni u ta' ġestjoni tal-assoċjazzjoni.”

(29)  L-FRBRTC ġie stabbilit permezz tal-Ordinanza tat-8 ta' April 1993, Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge, 12 ta' Mejju 1993, p. 10889 (emendata permezz tal-Ordinanza tat-2 ta' Mejju 2002).

(30)  L-ammont ta' EUR 100 miljun ma kienx biżżejjed biex ikopri l-obbligazzjoni finanzjarja totali tal-isptarijiet kif kien fl-aħħar tal-1995, b'defiċit kumulat stmat għal kważi EUR 200 miljun.

(31)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tas-7 ta' Ottubru 1987, p. 14652. Sostitwita mil-Liġi Koordinata dwar l-Isptarijiet u Faċilitajiet oħrajn ta' Kura tal-10 ta' Lulju 2008 (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tas-7 ta' Novembru 2008, p. 58624).

(32)  Biex tiffaċilita r-referenzi, din id-deċiżjoni tirreferi biss għall-Artikolu 147 tal-LCH, u b'dan ikun mifhum li din ir-referenza tirrigwarda l-Artikolu 163 tal-LCH minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-10 ta' Lulju 2008.

(33)  Ara l-Artikoli 2 sa 7 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(34)  Ara l-Artikoli 10 sa 17 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(35)  Ara l-Artikoli 23 sa 45 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987. Il-mekkaniżmu ta' programmar jikkonsisti fid-determinazzjoni, fuq il-bażi tal-ħtiġijiet mediċi vvalutati mill-awtorità federali, ta' numru massimu ta' sodod fl-isptar għal kull reġjun. Jirriżulta li sakemm id-domanda għas-sodod fl-isptarijiet ma tiżdiedx, kull żieda ta' sodod (jew ħolqien ta' sptar) ma tiġix awtorizzata sakemm ma jonqsux is-sodod xi mkien ieħor.

(36)  Ara l-Artikoli 68 sa 76(e) tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(37)  Ara l-Artikoli 130 sa 142 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(38)  Ara http://www.iris-hopitaux.be/fr (sit ikkonsultat fid-19 ta' Awwissu 2015).

(39)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 246 għad-dħul medju medjan.

(40)  Dan l-obbligu huwa bbażat b'mod speċjali fuq il-Liġi tat-18 ta' Lulju 1966, fuq l-Artikolu 42(5) tal-Liġi dwar is-CPAS, fuq il-Liġi tal-24 ta' Ġunju 1988, fuq id-digriet tal-Eżekuttiv tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell tal-25 ta' Lulju 1991 u fuq id-digriet tal-Gvern tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell tas-6 ta' Mejju 1999.

(41)  L-estimi kollha tal-ispejjeż indikati f'din il-premessa u fil-premessa li ġejja jirrigwardaw lis-sena 2010 u juru l-ispiża residwa li jridu jħallsu l-isptarijiet IRIS wara li jitnaqqas il-finanzjament pubbliku, jekk ikun meħtieġ, mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell jew mill-Gvern Federali.

(42)  Tagħrif kopert mis-sigriet professjonali.

(43)  Dan l-obbligu huwa bbażat b'mod partikolari fuq l-Artikolu 156 u l-Artikolu 161(1) u (2) tal-Liġi tal-24 ta' Ġunju 1988, fuq l-Artikolu 42(5) tal-Liġi dwar is-CPAS u fuq il-paragrafu 3.4 tal-Protokoll tat-trejdjunjins 95/3 tas-27 ta' Ottubru 1995.

(44)  Dan l-obbligu huwa bbażat b'mod speċjali fuq il-Liġi tal-14 ta' Frar 1961, fuq l-Artikolu 42(5) tal-Liġi dwar is-CPAS, fuq il-Liġi tal-24 ta' Ġunju 1988 u fuq id-digriet tal-Gvern tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell tas-6 ta' Mejju 1999.

(45)  Dawn iż-żidiet fl-iskala tal-pagi huma definiti mill-Ftehimiet 2003/1, 2004/10, 2007/1 u 2009/1.

(46)  Ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell impona organizzazzjoni ċentrali responsabbli mill-koordinazzjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-isptar tal-isptarijiet IRIS skont il-Kapitolu XII(a) tal-Liġi dwar is-CPAS.

(47)  Wieħed jinnota li għal xi wħud mill-isptarijiet IRIS, dan il-prinċipju fil-bidu kien minqux fl-Artikolu 44 jew 47. Fi kwalunkwe każ, sostanzjalment, dan il-prinċipju kien diġà msemmi f'kull każ fl-istatuti oriġinali.

(48)  Meta nħolqu l-isptarijiet IRIS, dan il-prinċipju kien minqux fl-Artikolu 44 tal-istatuti bil-kliem li ġej: “Il-qligħ tal-operat huwa allokat bejn il-membri li għandhom mill-inqas għoxrin fil-mija tal-voti fl-Assemblea Ġenerali, b'deliberazzjoni tal-Assemblea Ġenerali, bil-prorata tar-rappreżentanza fi ħdanha.”

(49)  F'Settembru 2013, il-Mutualité chrétienne, waħda mill-akbar assoċjazzjonijiet mutwi fil-Belġju (l-assoċjazzjonijiet mutwi huma organizzazzjonijiet privati, mingħajr skop ta' qligħ, responsabbli mir-rimborż tal-ispejjeż mediċi koperti mis-sigurtà soċjali) ippubblikat artikolu li jgħid li, fl-2011, id-dħul tal-isptarijiet Belġjani kien imqassam bħala medja kif ġej bejn dawn it-tliet sorsi ta' finanzjament: 1) il-BMF: 49 %, 2) INAMI: 42 %, u 3) il-pazjenti (jew l-assiguraturi privati tagħhom): 9 %.

(50)  Ara l-Artikoli 87 u dawk sussegwenti tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(51)  Ara l-Artikoli 24 sa 87 tad-Digriet Irjali tal-25 ta' April 2002 (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tal-5 ta' Lulju 2002, p. 30290).

(52)  Ara l-Liġi tad-9 ta' Awwissu 1963, kif emendata (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tal-1 ta' Novembru 1963, p. 10555).

(53)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tas-27 ta' Awwissu 1994, p. 21524.

(54)  Ara l-Artikoli 133 sa 135 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(55)  Ara l-Artikolu 140 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(56)  Ara l-Artikoli 46 u dawk sussegwenti tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(57)  Ara l-Artikolu 47 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(58)  Biex tiffaċilita r-referenzi, din id-deċiżjoni tirreferi biss għall-Artikolu 109 tal-LCH, u b'dan ikun mifhum li din ir-referenza tirrigwarda l-Artikolu 125 tal-LCH minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-10 ta' Lulju 2008.

(59)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tal-1 ta' Jannar 1964, p. 2. Din il-liġi kienet teżiġi li 10 % tat-telf ikunu koperti mill-muniċipalità li fiha jinsab l-isptar u li d-90 % li jifdal ikunu koperti mill-muniċipalitajiet Belġjani fejn huma residenti l-pazjenti.

(60)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tad-29 ta' Diċembru 1973, p. 15027.

(61)  Fil-bidu kienu definiti fid-Digriet Irjali tat-8 ta' Diċembru 1986 (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tat-12 ta' Diċembru 1986, p. 17023), emendat mid-Digriet Irjali tal-10 ta' Novembru 1989 u mbagħad sostitwit mid-Digriet Irjali tat-8 ta' Marzu 2006 (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tat-12 ta' April 2006, p. 20232).

(62)  L-elementi l-oħrajn esklużi mit-telf kopert mill-Artikolu 109 tal-LCH huma, fost l-oħrajn, l-estimi tal-ħlasijiet emendatorji fil-kuntest tal-BMF, ċerti riservi u ċerti tipi ta' deprezzament.

(63)  Fil-fatt, it-telf imsemmi fl-Artikolu 109 tal-LCH huwa kkalkulat billi jiġu esklużi ċerti elementi mit-telf kontabilistiku.

(64)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tal-4 ta' Settembru 1975, p. 10847.

(65)  Ara l-Artikoli 77 u 78 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(66)  Ara l-Artikoli 80 sa 85 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(67)  Ara l-Artikoli 86 sa 86(b) tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(68)  Ara l-Artikolu 115 tal-Liġi tas-7 ta' Awwissu 1987.

(69)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 29.

(70)  Dawn is-sussidji speċjali ngħataw fuq il-bażi tal-Ordinanza tat-13 ta' Frar 2003 (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tal-5 ta' Mejju 2003, p. 24098).

(71)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.19864 (ex NN 54/2009), (ĠU C 74, 24.3.2010, p. 1).

(72)   Ibid., il-premessi 140-145.

(73)   Ibid., il-premessi 146-150.

(74)   Ibid., il-premessi.

(75)   Ibid., il-premessi 151-155.

(76)   Ibid., il-premessa 156.

(77)   Ibid., il-premessi 175-181.

(78)   Ibid., il-premessi 182-193.

(79)   Ibid., il-premessi 204-205.

(80)   Ibid., il-premessa 206.

(81)   Ibid., il-premessa 198.

(82)   Ibid., il-premessa 199.

(83)   Ibid., il-premessa 201.

(84)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 14.

(85)   Ibid., il-punt 70.

(86)   Ibid., il-punt 313.

(87)   Ibid., il-punti 97-188.

(88)   Ibid., il-punti 119-120.

(89)   Ibid., il-punt 104.

(90)   Ibid., il-punti 123-151.

(91)   Ibid., il-punti 152-159.

(92)   Ibid., il-punti 174-188.

(93)   Ibid., il-punt 159.

(94)   Ibid., il-punti 189-244.

(95)   Ibid., il-punti 194 u 195-202.

(96)   Ibid., il-punt 196.

(97)   Ibid., il-punt 194.

(98)   Ibid., il-punti 203-207.

(99)   Ibid., il-punti 208-211.

(100)   Ibid., il-punt 215.

(101)   Ibid., il-punti 216-218.

(102)   Ibid., il-punti 231-244.

(103)   Ibid., il-punt 238.

(104)   Ibid., il-punti 239-244.

(105)   Ibid., il-punti 245-301.

(106)   Ibid., il-punti 253-255.

(107)   Ibid., il-punti 257-258 u 265.

(108)   Ibid., il-punti 259-264.

(109)   Ibid., il-punti 266-278.

(110)   Ibid., il-punti 279-288.

(111)   Ibid., il-punt 286.

(112)   Ibid., il-punt 288.

(113)   Ibid., il-premessa 290.

(114)   Ibid., il-punt 300.

(115)   Ibid., il-punt 308.

(116)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.

(117)  F'dan ir-rigward, ara s-Sentenza fil-Kawża T-137/10, il-premessi 310 u 313.

(118)  Il-kwistjoni ta' jekk dawn l-attivitajiet jikkostitwixxux tassew servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fit-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE jew le, u jekk dawn l-attivitajiet ġewx fdati lill-isptarijiet permezz ta' att ta' inkarigu debitament stabbilit ser tkun ivvalutata aktar 'l isfel (fis-Sezzjoni 7.3.4).

(119)  F'dan ir-rigward, ara s-Sentenza fil-Kawża T-137/10, il-punt 308.

(120)  Ara s-Sentenza tal-25 ta' Jannar 2013 fil-Kawża RG 2010/15534/A, ASBL La Clinique Fond'Roy / […] u s-CPAS ta' Uccle u ta' Anderlecht.

(121)  Id-Digriet Irjali tat-12 ta' Diċembru 1996 dwar l-għajnuna medika ta' emerġenza jispeċifika li l-emerġenza tiġi vvalutata u ċċertifikata minn tabib jew dentista. L-emerġenza mhijiex definita mil-liġi iżda vvalutata mill-professjonist tas-saħħa kkonsultat. L-għajnuna medika ta' emerġenza tista' għalhekk tinkorpora l-kura medika kollha kurattiva u preventiva, mogħtija fi sptar jew barra l-isptar, kif ukoll ir-riċetti tal-mediċini. L-għajnuna medika ta' emerġenza hija għalhekk differenti mill-emerġenzi ta' theddid għall-ħajja deskritti fil-premessa 97.

(122)  MC-Informations Nru 211 (Frar 2004), pp. 8-14.

(123)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 49 għal deskrizzjoni fil-qosor ta' din l-organizzazzjoni.

(124)  Il-ftehimiet dwar ir-“residenza ta' emerġenza” ġew konklużi bejn l-isptarijiet IRIS u 17 mid-19-is CPAS tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell (ara wkoll il-premessi 187-188. Dawn il-ftehimiet jistabbilixxu t-termini ta' rimborż tal-ispejjeż tal-kura mis-CPAS għall-pazjenti li ma jistgħux iħallsu l-kura tagħhom u li ma għandhomx assigurazzjoni, bla ħsara għall-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-ftehimiet jispeċifikaw, fost l-oħrajn, li l-isptarijiet IRIS għandhom, safejn ikun possibbli, jiġbru l-informazzjoni meħtieġa għall-“istħarriġ soċjali” (ara wkoll il-premessi 210-211).

(125)  L-Artikolu 2 tal-LCH jaqra kif ġej: “Għall-applikazzjoni ta' din il-liġi koordinata huma meqjusa bħala sptarijiet, l-istabbilimenti ta' kura tas-saħħa jew ta' eżamijiet u/jew ta' trattamenti speċifiċi tal-mediċina speċjalizzata, relatati mal-mediċina, mal-kirurġija u eventwalment mal-ostetriċja, jistgħu jsiru jew jiġu applikati fi kwalunkwe ħin f'kuntest multidixxiplinari, fil-kundizzjonijiet ta' kura u l-qafas mediku, mediku-tekniku, paramediku u loġistiku meħtieġa u xierqa, għal jew lil pazjenti li jiddaħħlu jew li jistgħu joqogħdu fihom, peress li l-istat ta' saħħithom jeħtieġ din il-kura sabiex tiġi kkurata jew tittaffa l-marda, jiġi stabbilit mill-ġdid jew jittejjeb l-istat ta' saħħa jew stabbilizzati l-feriti fl-iqsar żmien possibbli.”

(126)  Opinjoni tat-Taqsima tal-Leġiżlazzjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Abbozz Preliminari tal-Ordinanza tat-13 ta' Frar 2003 dwar l-għoti ta' sussidji speċjali lill-muniċipalitajiet tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell.

(127)  Ara l-premessa 19 għall-kliem eżatt ta' dan l-Artikolu.

(128)  Il-Gvern Federali jadotta l-pjan dwar is-sodod tal-isptarijiet (“il-programm tal-isptarijiet”) fuq il-bażi tad-diversi indiċijiet (mediċi, kirurġiċi, ġerjatriċi, tal-maternità, pedjatriċi, tar-riabilitazzjoni, tal-psikjatrija, tat-trabi tat-twelid, eċċ.) fid-dawl tal-popolazzjoni totali ta' Brussell, tar-Reġjun Fjamming u tar-Reġjun tal-Vallonja u tar-Renju kollu, fuq il-bażi ta' proposta magħmula mill-Kunsill Nazzjonali għall-Isptarijiet.

(129)  B'mod aktar preċiż, l-awtoritajiet Belġjani jinnotaw li, l-aktar, l-LCH tistabbilixxi t-termini tal-kumpens tat-telf fil-każ li sptar pubbliku jiġi trasferit lil proprjetarju privat, filwaqt li l-Liġi dwar is-CPAS issemmi biss prinċipji ġenerali għall-ftuħ u l-ġestjoni ta' stabbilimenti maħluqa mis-CPAS.

(130)  L-awtoritajiet Belġjani jinnotaw li, waqt li kienet qed issir tfittxija għal xerrej, l-Hôpital français waqaf għal għarrieda jdaħħal pazjenti ġodda fid-9 ta' Mejju 2008. Huma jispjegaw li dan l-isptar kien diġà għalaq id-dipartiment tal-pedjatrija u l-maternità tiegħu. Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-pazjenti ta' dawn is-servizzi ġew trasferiti lejn sptarijiet oħrajn tar-reġjun ta' Brussell matul din il-ġurnata kollha.

(131)  Għall-finijiet tal-LCH, l-isptarijiet IRIS huma meqjusa li jitmexxew minn CPAS.

(132)  L-ammont annwali jiddependi mill-mezzi disponibbli fil-baġit tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell u tad-domanda tal-muniċipalitajiet ikkonċernati. Matul il-perjodu 2003-2014, is-sussidju speċjali laħaq il-limitu ta' EUR 10 miljun kull sena ħlief fl-2010 (9 miljuni) u fl-2011 (9,5 miljuni).

(133)  F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet Belġjani josservaw li l-isptarijiet privati, stabbiliti pereżempju fuq il-bażi tal-Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet bla Skop ta' Qligħ (il-“Liġi dwar l-ASBL”), ukoll iridu jikkonformaw mal-LCH għall-funzjonijiet tal-isptarijiet tagħhom. Madankollu, peress li l-Liġi dwar l-ASBL ma tinkariga lill-istituzzjonijiet li hija tirregola b'ebda missjoni speċifika, il-kompiti ta' dawn l-isptarijiet privati huma rregolati biss mil-LCH.

(134)  Ara l-Liġi tat-8 ta' Lulju 1964, kif emendata (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tal-25 ta' Lulju 1964, p. 8153).

(135)  Għall-kuntrarju tal-assistenza medika ta' emerġenza msemmija hawn fuq (ara l-premessa 72), li tinkludi l-kura programmata, l-assistenza medika ta' emerġenza tirrigwarda l-kura meħtieġa minnufih f'sitwazzjonijiet ta' theddida għall-ħajja.

(136)  Dan ifisser li, anki jekk sptar ma jwettaqx ċerti kompiti ta' assistenza medika ta' emerġenza kif indikat fil-Liġi tat-8 ta' Lulju 1964, jibqa' obbligat li jagħti għajnuna fis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza medika skont il-kapaċitajiet tiegħu (jiġifieri skont x'infrastrutturi jew x'persunal għandu).

(137)  L-għajnuna medika ta' emerġenza hija rregolata mill-Artikolu 57(2) u mid-Digriet Irjali tat-12 ta' Diċembru 1996.

(138)  Fis-sentenza tagħha tal-25 ta' Jannar 2013, il-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Brussell osservat dan li ġej: “L-ekonomija ġenerali tas-sistema hija li jew is-CPAS jipprovdi huwa stess l-għajnuna medika ta' emerġenza billi jikkura persuna li teħtieġ kura urġenti fi sptar li jmexxi, jew inkella jħallas l-ispejjeż tal-kura pprovduta lil din il-persuna minn sptar privat. Għalkemm l-għajnuna spiss tingħata fi stabbiliment dipendenti mis-CPAS ikkonċernat jew li miegħu hu jkollu ftehim, jista' jiġri li l-persuna tiddaħħal fi sptar ieħor, minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni tal-persuna li tkun trid tiddaħħal l-isptar. F'dan il-każ la jkun hemm konsultazzjoni minn qabel mas-CPAS, u spiss lanqas mal-persuna kkonċernata, iżda tittieħed deċiżjoni ta' malajr unilaterali mill-persunal tal-ambulanza tas-servizz ta' emerġenza msejjaħ, jew saħansitra, bħal f'dan il-każ, mill-Prosekutur Pubbliku. In-natura mhux tas-soltu jew eċċezzjonali ta' din il-proċedura rapida ma tawtorizzax lis-CPAS jirrifjutaw il-ħlas tal-ispejjeż tal-ammissjoni fi sptar ieħor li ma jkunx tagħhom […]” [tipa grassa miżjuda].

(139)  Il-Kawża T-137/10, il-punti 208 sa 215.

(140)  Ibidem, il-punt 217.

(141)  Ibidem, il-punt 218.

(142)  Minn dan jirriżulta li l-valutazzjoni magħmula f'din id-deċiżjoni tvarja minn dik magħmula fid-Deċiżjoni tal-2009 tal-Kummissjoni li ġiet annullata, li fiha l-interventi taħt l-FRBRTC u s-sussidji speċjali kienu sa ċertu punt ivvalutati b'mod separat mill-kumpens tat-telf.

(143)  Bħala medja, bejn 68 % u 90 % tat-telf rispettiv tal-isptarijiet irreġistrati tul il-perjodu kollu ta' bejn l-1996 u l-2014 ġew ikkumpensati mill-muniċipalitajiet permezz tal-fondi tal-FRBRTC jew ta' sussidji speċjali mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Għall-kopertura tal-bqija, il-muniċipalitajiet kellhom joħorġu fondi proprji u, kif spjegat aktar 'l isfel (ara l-premessa 234), fi tmiem l-2014, huma kienu għadhom iridu jħallsu (dejjem mill-fondi proprji) kumpens addizzjonali totali ta' madwar EUR 15-il miljun biex ikopru t-telf tal-ħames sptarijiet IRIS.

(144)  Meta jridu jsiru kalkoli biex din il-valutazzjoni ssir kif xieraq, il-Kummissjoni tibbaża fuq iċ-ċifri disponibbli, jiġifieri l-perjodu bejn l-1996 sal-2014 (għall-eċċezzjonijiet, ara l-premessa 236).

(145)  Il-Kawża C-222/04, Ministero dell'Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze SpA, Fondazione Cassa di Risparmio di San Miniato, Cassa di Risparmio di San Miniato, ECLI:EU:C:2006:8, il-punt 129.

(146)  Il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, Pavel Pavlov e.a. vs Stichting Pensioenfonds Medische Specialisten, ECLI:EU:C:2000:428, il-punt 74.

(147)  Il-Kawża C-41/90, Höfner & Fritz Elser vs Macrotron GmbH, ECLI:EU:C:1991:161, il-punt 21 u l-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, Pavel Pavlov e.a. vs Stichting Pensioenfonds Medische Specialisten, ECLI:EU:C:2000:428, il-punt 74.

(148)  Il-Kawża C-118/85, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana, ECLI:EU:C:1987:283, il-punt 7 u l-Kawża C-35/96, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana, ECLI:EU:C:1998:303, il-punt 36.

(149)  Il-Kawża C-82/01 P, Ajruporti ta' Pariġi vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:C:2002:617, il-punt 74 u l-Kawża C-49/07, Motosykletistiki Omospondia Ellados NPID (MOTOE) vs Elliniko Dimosio, ECLI:EU:C:2008:376, il-punt 25. Ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4, il-punt 9).

(150)  Il-Kawża C-49/07, Motosykletistiki Omospondia Ellados NPID (MOTOE) vs Elliniko Dimosio, ECLI:EU:C:2008:376, il-punt 27 u l-Kawża C-244/94, Fédération française des sociétés d'assurance, Société Paternelle-Vie, Union des assurances de Paris-Vie et Caisse d'assurance et de prévoyance mutuelle des agriculteurs vs Ministère de l'Agriculture et de la Pêche, ECLI:EU:C:1995:392, il-punt 21.

(151)  Il-Kawża C-157/99, B.S.M. Geraets-Smits vs Stichting Ziekenfonds VGZ u H.T.M. Peerbooms vs Stichting CZ Groep Zorgverzekeringen ECLI:EU:C:2001:404, il-punt 58, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-fatt li trattament mediku mogħti minn sptar huwa ffinanzjat direttament mill-fondi għas-saħħa fuq il-bażi ta' ftehimiet u tariffi stabbiliti minn qabel mhuwiex tali li jeskludi dan it-trattament mill-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi fit-tifsira tat-TFUE u li l-ħlasijiet magħmula mill-fondi tas-saħħa, “kieku kienu b'rata fissa, ikunu tabilħaqq il-korrispettiv għas-servizzi tal-isptar u bla dubju ta' xejn jirrappreżentaw ħlas lill-isptar li jibbenefika minnu u li huwa impenjat f'attività ekonomika”. Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet tgħid ukoll f'dan ir-rigward li ma kienx hemm bżonn li tali remunerazzjoni titħallas minn dak jew dawk li jibbenefikaw minn dan is-servizz.

(152)  Il-Kawża C-157/99, B.S.M. Geraets-Smits vs Stichting Ziekenfonds VGZ u H.T.M. Peerbooms vs Stichting CZ Groep Zorgverzekeringen ECLI:EU:C:2001:404, il-punt 53; Il-Kawżi Magħquda 286/82 u 26/83, Graziana Luisi and Giuseppe Carbone vs Ministero del Tesoro ECLI:EU:C:1984:35, il-punt 16; Il-Kawża C-159/90, The Society for the Protection of Unborn Children Ireland Ltd vs Stephen Grogan u oħrajn, ECLI:EU:C:1991:378, il-punt 18; Il-Kawża C-368/98, Abdon Vanbraekel u oħrajn vs Alliance nationale des mutualités chrétiennes (ANMC), ECLI:EU:C:2001:400, il-punt 43; u l-Kawża T-167/04, Asklepios Kliniken GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:T:2007:215, il-punti 49 sa 55.

(153)  Ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4, il-punt 24).

(154)  Il-Kawża T-319/99, Federación Nacional de Empresas de Instrumentación Científica, Médica, Técnica y Dental (FENIN) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:T:2003:50, il-punt 39. Ara wkoll il-Kawża T-137/10, il-punti 90 u 91, kif ukoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4, il-punt 22).

(155)  Ara, f'dan ir-rigward, il-Kawża C-355/00, Freskot AE vs Elliniko Dimosio, ECLI:EU:C:2003:298, il-punt 53. F'din il-Kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li s-servizzi u l-kontribuzzjonijiet fornuti taħt skema ta' assigurazzjoni obbligatorja kienu stabbiliti b'mod ċirkostanzjali mil-leġiżlatur nazzjonali.

(156)  Il-Kawża C-39/94, Syndicat français de l'Express international (SFEI) e.a. vs La Poste e.a., ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 60, u l-Kawża C-342/96, Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41.

(157)  Il-Kawża 173/73, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:C:1974:71, il-punt 13.

(158)  Il-Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, fil-preżenza ta' Oberbundesanwalt beim Bundesverwaltungsgericht, ECLI:EU:C:2003:415, il-punti 87 sa 95).

(159)  Il-Kawża T-289/03, British United Provident Association Ltd (BUPA), BUPA Insurance Ltd u BUPA Ireland Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:T:2008:29, il-punt 159). Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li “… l-interpretazzjoni li l-Qorti tagħti għal dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju tillimita ruħha li tikkjarifika u tippreċiża s-sinjifikat u l-portata tagħha, kif hija kellha tiġi mifhuma u applikata sa mill-mument tad-dħul tagħha fis-seħħ. Minn dan jirriżulta li d-dispożizzjoni kif interpretata tista' u għandha tiġi applikata mill-qorti wkoll fir-rigward tar-relazzjonijiet ġuridiċi legali li bdew u ġew ikkostitwiti qabel is-sentenza li tiddeċiedi fuq it-talba ta' interpretazzjoni u huwa biss eċċezzjonalment li l-Qorti tista', billi tapplika l-prinċipju ġenerali ta' ċertezza legali li huwa inerenti fis-sistema legali Komuntarja, tasal sabiex tillimita l-possibbiltà għal kull parti interessata milli tinvoka dispożizzjoni li hija tkun interpretat sabiex jitqajmu dubji dwar relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti in bona fede”.

(160)  Il-Kawża C-209/03, The Queen, fuq it-talba ta' Dany Bidar vs London Borough of Ealing u Secretary of State for Education and Skills, ECLI:EU:C:2005:169, il-punti 66 u 67, u l-Kawża C-292/04, Wienand Meilicke, Heidi Christa Weyde u Marina Stöffler vs Finanzamt Bonn-Innenstadt, ECLI:EU:C:2007:132, il-punti 34 sa 36).

(161)  Il-Kawża T-358/94, Compagnie nationale Air France vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:T:1996:194, il-punt 56.

(162)  Il-Kawża 248/84, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:C:1987:437, il-punt 17, u l-Kawżi Magħquda T-92/00 u T-103/00, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, EU:T:2002:61, Ramondín, SA u Ramondín Cápsulas, SA (T-103/00) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, EU:T:2002:61, il-punti 57.

(163)  Il-Kawża 730/79, Philip Morris Holland BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:C:1980:209, il-punt 11 u l-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98, Alzetta Mauro e.a. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:T:2000:151, il-punt 80.

(164)  Il-Kawża T-288/97, Regione autonoma Friuli-Venezia Giulia vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1999:125, il-punt 41.

(165)  Ara pereżempju l-Kawża C-280/00, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg ECLI:EU:C:2003:415, il-punt 78; il-Kawżi Magħquda C-197/11 u C-203/11, Libert u oħrajn, ECLI:EU:C:2013:288. il-punt 78; u l-Kawża C-518/13 Eventech, ECLI:EU:C:2015:9, il-punt 67.

(166)  Il-Kawża C-279/08 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands, ECLI:EU:C:2011:551, il-punt 131.

(167)  Ara l-Kawżi Magħquda T-447/93, T-448/93 u T-449/93, AITEC u oħrajn vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1995:130. il-punt 141.

(168)  Ara pereżempju d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Kawżi ta' għajnuna mill-Istat N 258/2000 Piscine Dorsten (ĠU C 172, 16.6.2001, p. 16); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/114/KE tad-29 ta' Ottubru 2003 dwar miżuri ta' għajnuna favur marini għall-jottijiet mingħajr għan ta' profitt fl-Olanda (ĠU L 34, 6.2.2004, p. 63); N 458/2004, Editorial Andaluza Holding (ĠU C 131, 28.5.2005, p. 12); SA.33243, Jornal de Madeira (ĠU C 131, 28.5.2005, p. 12); SA.34576, Il-Portugall — Servizz ta' kura kontinwa Jean Piaget Grigal (ĠU C 73, 13.3.2013, p. 1); N 543/2001, L-Irlanda — Deprezzament tat-taxxa għall-isptarijiet (ĠU C 154, 28.6.2002, p. 4); SA.37432, Il-finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi fir-reġjun ta' Hradec Králové (ĠU C 203, 19.6.2015, p. 1); SA.37904, Għajnuna allegata mill-Istat favur iċ-ċentru mediku ta' Durmersheim (ĠU C 188, 5.6.2015, p. 1); SA.33149, Städtische Projektgesellschaft “Wirtschaftsbüro Gaarden-Kiel” (ĠU C 188, 5.6.2015, p. 1); SA.38035, Għajnuna allegata favur klinika ta' rijabilitazzjoni speċjalizzata fil-mediċina ortopedika u l-kirurġija trawmatoloġika (ĠU C 188, 5.6.2015, p. 1); SA.39403 In-Netherlands — Għajnuna għall-investiment favur il-port ta' Lauwersoog (ĠU C 259, 7.8.2015, p. 1); SA.37963 Ir-Renju Unit –Glenmore Lodge (ĠU C 277, 21.8.2015, p. 1); u SA. 38208 Ir-Renju Unit — Klabbs tal-golf miżmuma mill-membri tagħhom (ĠU C 277, 21.8.2015, p. 1).

(169)  Ara N 543/2001, L-Irlanda — Deprezzament tat-taxxa għall-isptarijiet (ĠU C 154, 28.6.2002, p. 4); SA.37432, Il-finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi fir-reġjun ta' Hradec Králové (ĠU C 203, 19.6.2015, p. 1); SA.38035, Għajnuna allegata favur klinika ta' rijabilitazzjoni speċjalizzata fil-mediċina ortopedika u l-kirurġija trawmatoloġika (ĠU C 188, 5.6.2015, p. 1).

(170)  http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Statistics_on_European_cities/fr, ikkonsultata fit-8 ta' Lulju 2015.

(171)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-Qafas tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(172)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(173)  Il-Qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).

(174)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 13.

(175)  Ara l-premessa 8 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(176)  Il-Kawża C-179/90, Merci convenzionali porto di Genova, ECLI:EU:C:1991:464, il-punt 27; il-Kawża C-242/95, GT-Link A/S, ECLI:EU:C:1997:376, point 53; u l-Kawża C-266/96, Corsica Ferries France SA, ECLI:EU:C:1997:376, ECLI:EU:C:1998:306, il-punt 45.

(177)  Il-Kawża T-289/03,BUPA e.a vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2008:29, il-punti 166 sa 169 u 172; il-Kawża T-17/02, Fred Olsen, ECLI:EU:C:2005:218, il-punt 216.

(178)  Ara l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(179)  Ara l-Artikolu 4(a) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(180)  Ara l-Artikolu 4(b) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(181)  Ara l-Artikolu 4(c) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(182)  Ara l-Artikolu 4(d) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(183)  Ara l-Artikolu 4(e) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(184)  Ara l-Artikolu 4(f) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(185)  Il-Kawża T-137/10, il-punt 95.

(186)  Il-Kawża C-390/06, Nuova Agricast Srl vs Ministero delle Attività Produttive, ECLI:EU:C:2008:224.

(187)  Ara l-premessa 25 u b'mod partikolari l-aċċenn, fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni tad-19 ta' Mejju 1994, dwar il-ħtieġa li “ jiġu ppreżentati garanziji rigward iż- żamma […] tal-ispeċifiċità tal-isptarijiet pubbliċi ” [tipa grassa miżjuda]. Ara wkoll il-pjan strateġiku IRIS 1996-2001, b'mod partikolari: it-taqsima “Assi tal-istruttura” (p. 3), “ biex inkunu nistgħu nkomplu nagħtu mediċina nieqsa minn kull loġika kummerċjali ” u t-taqsima “Għanijiet ta' kontribuzzjoni” (p. 54), “ L-isptarijiet pubbliċi [jiġifieri l-isptarijiet IRIS] għandhom l-għan bażiku li joffru mediċina soċjali ; dan jimponilhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kompiti soċjali ” [tipa grassa miżjuda].

(188)  Ara l-premessa 87 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(189)  Għal aktar tagħrif dettaljat fuq il-mandati li jirrigwardaw lil dawn it-tliet obbligi, ara l-premessi 170 u dawk sussegwenti.

(190)  Kif spjegat aktar 'il fuq (ara l-premessi 83 u 91), skont il-ġurisprudenza tal-Kunsill tal-Istat Belġjan, sakemm jibqgħu jeżistu l-ħtiġijiet mediċi u soċjali li għalihom inħolqu l-isptarijiet IRIS, l-awtoritajiet pubbliċi ma jistgħux jagħlqu dawn l-isptarijiet jew ibiegħuhom lil proprjetarju tas-settur privat.

(191)  L-ispejjeż inerenti għall-istatus pubbliku tal-isptarijiet IRIS huma kkunsidrati fl-ispejjeż tal-kompitu bażiku tal-isptarijiet u tal-obbligi SIEĠ addizzjonali u, għaldaqstant, jistgħu jikkontribwixxu għat-telf ta' dawn l-attivitajiet.

(192)  Ara b'mod partikolari l-Artikolu 28 tal-Kodiċi tad-Deontoloġija Medika mfassal mill-Kunsill Nazzjonali tat-Tobba (verżjoni tas-27 ta' Lulju 2015).

(193)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 120.

(194)  Fil-fatt, iċ-ċifri pprovduti mill-awtoritajiet Belġjani juru li f'aktar minn 85 % tal-każijiet fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell, l-għajnuna medika urġenti hija pprovduta mill-isptarijiet IRIS. Din iċ-ċifra trid tiġi mqabbla mal-fatt li l-isptarijiet IRIS jużaw biss 35 % tas-sodod tal-isptarijiet tar-Reġjun (ara wkoll in-nota ta' qiegħ il-paġna 3). Il-każijiet l-oħrajn huma kkurati minn fornituri oħrajn tas-saħħa, fosthom it-tobba tal-familja u l-isptarijiet privati. Dan japplika l-aktar għall-kura psikjatrika, bħal fil-każ deskritt fil-premessa 172, peress li l-isptarijiet IRIS ma jipprovdux din it-tip ta' kura.

(195)  Ġustifikazzjoni simili tista' tkun invokata, pereżempju, minn operatur postali li jipprovdi servizz postali universali. Dan l-operatur huwa inkarigat minn SIEĠ, iżda mhuwiex obbligat li jittrasporta ittri bla ħlas jekk il-klijent ma jistax jew ma jridx iħallas għal dan is-servizz.

(196)  Ara l-istudju ppubblikat fl-2008 minn Verbruikersateljee u intitolat “ Is uw portemonnee ook ziek? — Een onderzoek naar medische kosten en schulden ”.

(197)  Ibidem.

(198)  Laqgħa tas-Senat tal-Belġju tas-16 ta' Lulju 2013, Proposta ta' Liġi li ttejjeb l-aċċessibbiltà għall-kura tas-saħħa, imressqa mis-Sinjura Leona Detiège u oħrajn. Il-proposta skadiet minħabba l-elezzjonijiet federali tal-2014.

(199)  Fil-prattika, l-isptarijiet huma responsabbli mill-ammissjoni tal-pazjenti (kemm għall-viżti kif ukoll biex jinżammu l-isptar), mill-kontijiet u mis-segwitu f'każ ta' nuqqas ta' ħlas. Il-parti l-kbira tat-tobba tas-CHU Saint-Pierre, tas-CHU Brugmann, tal-HUDERF u tal-Institut Bordet jieħdu salarju, filwaqt li t-tobba l-oħra jitħallsu abbażi ta' fatturi relatati mat-trattament li huma jipprovdu irrispettivament mill-fatt li l-pazjent iħallasx jew le. Għaldaqstant, ebda tabib ta' dawn l-isptarijiet ma għandu raġuni għalfejn jirrifjuta lill-pazjenti li ma jistgħux iħallsu. It-tobba li jaħdmu għall-isptarijiet Iris Sud iridu jirrispettaw ir-regoli ġenerali tal-isptar f'mill-inqas 80 % tal-orarju tax-xogħol tagħhom, filwaqt li jistgħu jagħżlu li jaħdmu privat f'massimu ta' 20 % tal-orarju tagħhom. Matul dawn it-80 % tal-orarju tax-xogħol tagħhom, it-tobba jridu japplikaw it-tariffi INAMI u jaħdmu fuq il-bażi tal-prinċipju li l-pazjenti kollha jridu jkunu kkurati skont l-obbligu li għandhom l-isptarijiet IRIS. B'dan il-mod, l-isptarijiet Iris Sud jaraw li l-pazjenti kollha jiġu kkurati, irrispettivament minn jekk humiex kapaċi jħallsu jew le.

(200)  L-Artikolu 57(2) tal-Liġi dwar is-CPAS jillimita l-kompitu tas-CPAS f'żewġ ċirkustanzi speċifiċi, jiġifieri għall-barranin li qed jgħixu illegalment fil-Belġju (jiġifieri l-migranti mingħajr dokumenti) u għat-tfal ta' dawn il-barranin.

(201)  Tipa grassa miżjuda.

(202)  It-Taqsima “Għanijiet ġenerali tal-pjan strateġiku” (p. 2). Tipa grassa miżjuda.

(203)  Ibid. Tipa grassa miżjuda.

(204)  It-taqsima “Għanijiet ta' kontribuzzjoni” (paġna 52). Tipa grassa miżjuda.

(205)  Ibid, p. 54. Tipa grassa miżjuda.

(206)  It-taqsima “Assi ta' struttura” (p. 3). Tipa grassa miżjuda.

(207)  Ara f'dan ir-rigward it-Taqsima “Għanijiet ta' kontribuzzjoni” (paġna 74): inżidu l-aċċessibbiltà tagħna għall-klassijiet kollha tal-popolazzjoni, u b'mod partikolari għal dawk l-aktar żvantaġġjati [tipa grassa miżjuda].

(208)  Ara t-Taqsima “Introduzzjoni” (p. 7).

(209)  Ibid (p. 10).

(210)  Ara t-Taqsima “Il-proġett tal-isptarijiet” — “Sptar orjentat lejn il-pazjent” (p. 79).

(211)  Ara t-Taqsima “Il-kompiti speċifiċi tal-isptar pubbliku” (paġna 85) [tipa grassa miżjuda].

(212)  Ara t-Taqsima “Introduzzjoni” (paġna 12), li tinnota li l-isptarijiet IRIS jikkuraw proporzjonalment inqas pazjenti li jistgħu jintalbu jħallsu supplimenti mill-isptar (li huma sors addizzjonali ta' dħul għall-isptarijiet).

(213)  Ara t-Taqsima “Introduzzjoni” (paġna 13), li tirreferi għal stima (tal-2001) tal-ispiża addizzjonali ta' ammissjoni ta' pazjenti li għandhom profil soċjo-ekonomiku (aktar) baxx. Din l-ispiża tammonta għal madwar EUR 10,4 miljun fis-sena u tidher li qiegħda tikber.

(214)  L-institut Bordet huwa eċċezzjoni, peress li l-perċentwal huwa ogħla mill-medja, aktarx minħabba s-serjetà tal-marda (jiġifieri, il-kanċer) kkurata f'dan l-isptar.

(215)  Dawn huma entitajiet privati inkarigati mir-rimborż tal-ispejjeż mediċi fis-sistema Belġjana tas-sigurtà soċjali (b'mod partikolari l-assigurazzjoni tas-saħħa u tad-diżabilità obbligatorja).

(216)  Il-finanzjament taħt it-Taqsima B8 tal-BMF huwa allokat fuq il-bażi ta' din il-klassifika (ara wkoll il-premessa 189).

(217)  Is-servizz pubbliku federali għall-integrazzjoni soċjali jista' għalhekk jirrimborża lis-CPAS dment li ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati (ara wkoll in-nota ta' qiegħ il-paġna 258 dwar il-bażi ġuridika applikabbli).

(218)  Il-klassifika tieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-proporzjon tal-pazjenti li huma koperti mis-sigurtà soċjali iżda li jridu jħallsu kontribuzzjoni proprja inqas għolja lill-isptar peress li huma eliġibbli jew 1) għall-“massimu tal-fattura soċjali”, jew 2) għall-“massimu tal-fattura għall-pazjenti iżolati bi dħul baxx”.

(219)  Il-pubblikazzjoni tal-Mutualités Chrétiennes tiddefinixxi lill-pazjenti soċjali bħala pazjenti li jibbenefikaw mill- “eżenzjonijiet soċjali” (pereżempju, il-pensjonanti li jirċievu dħul garantit, il-persuni eliġibbli għal intervent jew benefiċċju tad-diżabilità ogħla, benefiċċju ta' integrazzjoni, benefiċċji għall-familja ogħla u l-persuni qiegħda fit-tul). Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-kunċett ta' “eżenzjoni soċjali” ġie abolit mill-1993 u ġie sostitwit fid-dritt Belġjan mill-“massimu ta' fattura soċjali”.

(220)  Dan huwa kkonfermat mill-fatt li t-tabelli ta' din il-pubblikazzjoni jibbażaw fuq id-data tal-“entitajiet ta' assigurazzjoni”, jiġifieri l-organizzazzjonijiet, bħall-impriżi mutwi, li huma responsabbli mir-rimborż tal-ispejjeż mediċi skont is-sigurtà soċjali Belġjana li hija rregolata mill-INAMI.

(221)  Il-pubblikazzjoni tal-Mutualités Chrétiennes tiddeskrivihom bħala pazjenti li huma rreġistrati mas-CPAS.

(222)  F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jkun innutat li, għalkemm l-isptarijiet IRIS jipprovdu d-data għall-istħarriġ soċjali, huma s-CPAS li jiddeċiedu jekk persuna hijiex eliġibbli jew le għar-rimborż tal-ispejjeż tal-kura. Il-Ftehim tar-“residenza ta' emerġenza” jispeċifika f'dan ir-rigward li kull sptar IRIS “ jiġbor, safejn ikun possibbli, l-ewwel elementi għall-istħarriġ soċjali u jibagħthom lis-CPAS ”.

(223)  Minħabba li l-ġbir ta' informazzjoni għall-istħarriġ soċjali huwa biss kompitu fost l-oħrajn għad-dipartimenti tas-servizzi soċjali tal-isptarijiet IRIS, din l-ispiża tagħmel parti mill-ispejjeż ġenerali relatati mal-obbligu usa' tal-isptarijiet IRIS ta' servizzi soċjali, li ser ikun eżaminat aktar 'l isfel (ara l-premessa 213).

(224)  Il-Kummissjoni tinnota li r-rata ta' imgħax li japplikaw l-isptarijiet IRIS tidher li hija konformi mar-rata ta' imgħax tas-suq f'din id-data (jiġifieri, il-bidu tal-2011). Fil-preżent (fl-2016), ir-rati tal-imgħax huma ferm aktar baxxi, li jnaqqas l-ispiża għall-isptarijiet IRIS. Madankollu, il-perjodu ta' pagament itwal jibqa' piż fuq l-isptarijiet IRIS peress li jkollhom dejjem jimlew in-nuqqas ta' likwidità bejn il-pagamenti li joħorġu u dawk li jidħlu.

(225)  Ir-rimborż mis-CPAS mhuwiex awtomatiku għall-pazjenti fqar, iżda huwa r-riżultat ta' valutazzjoni li ssir każ b'każ minn kull CPAS fuq il-bażi tal-istħarriġ soċjali (għall-kura ta' emerġenza). F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet Belġjani jinnutaw li matul l-ewwel tliet kwarti tal-2015, is-CPAS irrifjutaw 749 talba ta' rimborż ippreżentati mill-isptarijiet IRIS, li jirrappreżenta ammont mhux imħallas ta' madwar EUR 3 miljun. Fl-2012, is-CPAS irrifjutaw ir-rimborż ta' fatturi mitlub mill-isptarijiet IRIS li jammonta għal total ta' EUR 4 174 200. Madwar 80 % ta' dawn il-fatturi kienu jirrigwardaw kura mogħtija lil migranti mingħajr dokumenti.

(226)  B'mod aktar preċiż, rapport ippubblikat minn Belfius Banque jindika li fl-2010, il-kost nett tad-dejn fuq terminu qasir ikkanċellat (jiġifieri l-fatturi li mhumiex ser jitħallsu) kienu jirrappreżentaw medja ta' 0,28 % tad-dħul tal-isptarijiet privati fil-Belġju u 0,40 % tad-dħul tal-isptarijiet pubbliċi fil-pajjiż. B'paragun ma' dan, dan il-kost huwa ekwivalenti għal 1,22 % tad-dħul tal-isptarijiet IRIS jew tliet darbiet il-medja għall-isptarijiet pubbliċi.

(227)  Pereżempju, l-isptar privat Cliniques de l'Europe għandu sit f'Uccle u ieħor f'Etterbeek, filwaqt li l-Cliniques universitaires Saint-Luc, sptar privat, għandu biss sit wieħed f'Woluwe-Saint-Lambert.

(228)  Għażla bħal din tista' ovvjament tinvolvi spejjeż li jistgħu jiġu kkumpensati minn żidiet fl-effiċjenza jew li jistgħu jkunu ġġustifikati minn kunsiderazzjonijiet oħrajn meqjusa rilevanti mill-amministrazzjoni tal-isptarijiet privati.

(229)  Mhux biss il-mekkaniżmu ta' programmazzjoni jiddetermina n-numru totali ta' sodod tal-isptarijiet għal kull reġjun, iżda jistabbilixxi wkoll il-limiti skont it-tip ta' servizz (pereżempju, maternità, ġerjatrija, pedjatrija, psikjatrija, eċċ.).

(230)  Pereżempju, mhux l-isptarijiet privati kollha jipproponu servizzi ta' ġerjatrija, li huma inqas profittabbli.

(231)  Ara t-taqsima “Assi ta' struttura” (p. 6). Tipa grassa miżjuda.

(232)  Il-pjan strateġiku jirreferi għal disa' siti minflok ħdax (in-numru attwali ta' siti) peress li żewġ kampusijiet ta' sptarijiet jospitaw żewġ sptarijiet kull wieħed, jiġifieri l-HUDERF u s-CHU-B fis-sit ta' Victor Horta f'Laeken u l-IB u s-CHU-SP fis-sit ta' Porte de Hal fil-Belt ta' Brussell.

(233)  Ara t-taqsima “Assi ta' struttura” (p. 10). Tipa grassa miżjuda.

(234)  Ara t-Taqsima “Kuntest u ambjent” (p. 21): “ […] l-isptarijiet pubbliċi [l-isptarijiet IRIS] li l-attività tagħhom hija f'mill-inqas 80 % tagħha, attività bażika, huma sptarijiet lokali li jattiraw ammont kbir ta' pazjenti mill-muniċipalità ewlenija jew mid-distretti tal-madwar.”

(235)  Ara t-taqsima “Għanijiet ta' kontribuzzjoni” (paġna 74). Tipa grassa miżjuda.

(236)  Ara t-taqsima “Il-proġett tal-isptarijiet” (p. 36): Tipa grassa miżjuda.

(237)  Jeħtieġ li jkun innutat li kull wieħed minn dawn iż-żewġ sptarijiet speċjalizzati jaqsam kampus ma' sptar ieħor IRIS (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 232), li jiggarantixxi l-forniment tal-kura kollha bażika f'kull sit. Nota ta' qiegħ il-paġna miżjuda.

(238)  Ara t-Taqsima “Il-proġett tal-isptarijiet” (p. 53): Tipa grassa miżjuda.

(239)  B'dan il-mod, l-Institut Bordet u l-HUDERF, li joffru prinċipalment kura speċjalizzata, jikkompletaw it-tliet sptarijiet l-oħrajn IRIS sabiex jaqdu l-ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa tal-popolazzjoni lokali.

(240)  Ara t-Taqsima “Il-proġett tal-isptarijiet” (pp. 53-54).

(241)  Ara t-Taqsima “Il-proġett tal-isptarijiet” (p. 62):

(242)  Ara t-Taqsima “Il-proġett tal-isptarijiet” għal deskrizzjoni ta' dawn il-livelli (p. 37) u t-tabelli (pp. 55-59).

(243)  L-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Istat Federali, ir-Reġjun Kapitali ta' Brussell u l-Kummissjoni Komunitarja Konġunta jiddikjara f'dan ir-rigward: “Dan il-patt ta' ristrutturar għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: 1. Il-provvediment ta' garanziji rigward iż-żamma, min-naħa, tal-ispeċifiċità tal-isptarijiet pubbliċi, fost oħrajn permezz tal-għażla tal-istrutturi ġuridiċi u ta' koordinazzjoni li jassiguraw preponderanza tas-settur pubbliku fil-korpi ta' ġestjoni u l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, tal-bażi lokali, permezz tat-tisħiħ tar-rappreżentanza ta' membri eletti direttament fil-kompożizzjoni tal-korpi ta' ġestjoni ” [tipa grassa miżjuda].

(244)  Skont l-Artikolu 125 tal-Liġi dwar is-CPAS, il-persuni rregolati bil-liġi pubblika dejjem għandhom il-maġġoranza tal-voti fid-diversi korpi ta' amministrazzjoni u ta' ġestjoni tal-assoċjazzjoni u fl-istruttura ċentrali IRIS.

(245)  Tipa grassa miżjuda.

(246)  Il-medja tad-dħul medju għas-sena 2012 fid-19-il muniċipalità tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell kienet tammonta għal EUR 13 746 għal kull abitant. Is-sit tal-isptar IRIS li jifdal jinsab f'Ixelles, fejn id-dħul medju jammonta għal EUR 14 513, jiġifieri bejn il-medjan u t-tielet kwartili (jiġifieri l-75 ċentili) tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Sors: Iċ-Ċentru tal-Informazzjoni, tad-Dokumentazzjoni u ta' Riċerka dwar Brussell (Centre d'information, de documentation et de recherche sur Bruxelles) (http://www.briobrussel.be/ned/webpage.asp?WebpageId=345).

(247)  Tlieta minn dawn il-ħames siti ta' sptarijiet privati jinsabu f'muniċipalitajiet fejn id-dħul medju għal kull abitant jaqbeż it-tielet kwartili (jiġifieri l-75 ċentili) tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell.

(248)  Il-mappa oriġinali kienet ġiet ippubblikata fit-Tableau de bord de la santé en Région bruxelloise 2010 (Rapport dwar is-saħħa fir-Reġjun ta' Brussell) u turi s-sitwazzjoni fl-1 ta' Lulju 2009. Il-Kummissjoni żiedet iċ-ċrieki u neħħiet sptar ġenerali minn fuq il-mappa (il-Clinique des Deux Alice, li kien jinsab f'Uccle), peress li dan għalaq fl-aħħar tal-2011 (l-attivitajiet tiegħu ġew trasferiti fis-sit ta' Sainte-Élisabeth tal-isptar privat Cliniques de l'Europe). Wieħed mis-siti tal-HIS (Baron Lambert, f'Etterbeek) ma jidhirx fuq il-mappa, peress li dan joffri biss kura ambulatorja u allura ma għandux sodod soġġetti għall-mekkaniżmu ta' programmazzjoni.

(249)  Pereżempju, l-Anness 19 tad-Digriet Irjali tat-23 ta' Ottubru 1964 (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tas-7 ta' Novembru 1964, p. 11709) jispeċifika li s-servizzi newropsikjatriċi li jikkuraw lill-pazjenti adulti għandu jkollhom mill-inqas assistent soċjali għal kull 120 pazjent.

(250)  Id-Digriet Irjali tal-15 ta' Diċembru 1978 li jistabbilixxi standards speċjali għall-isptarijiet universitarji (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tal-4 ta' Lulju 1979, p. 7818).

(251)  Ara t-taqsima “Assi ta' struttura” (paġna 6). Tipa grassa miżjuda.

(252)  Ara t-taqsima “Għanijiet ta' kontribuzzjoni” (pp. 54-55). Tipa grassa miżjuda.

(253)  Ara l-Pjan Strateġiku 1996-2000, Taqsima “Assi ta' Struttura” (p. 10). Tipa grassa miżjuda.

(254)  Ara t-taqsima “Il-kompiti speċifiċi tal-isptar pubbliku” (p. 82). Tipa grassa miżjuda.

(255)  L-RMC, sommarju kliniku minimu huwa sommarju standard fil-qosor tal-istorja medika tal-pazjent li l-isptarijiet ġenerali huma obbligati jirreġistraw mill-1990. Fost l-oħrajn jintuża biex jiġu ddeterminati l-ħtiġijiet ta' tagħmir tal-isptar, biex jiddetermina l-istandards ta' kwalità u ta' kwantità għall-akkreditazzjoni tal-isptarijiet u tas-servizzi tagħhom u biex jiġi organizzat il-finanzjament tal-isptarijiet. Il-kodiċijiet “V” jirrigwardaw il-fatturi li jinfluwenzaw l-istat tas-saħħa tal-pazjent u l-kuntatt mas-servizzi tas-saħħa. Dawn il-kodiċijiet jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-problemi soċjoekonomiċi, ġuridiċi u familjari li jistgħu jkollhom impatt fuq is-soġġorn tal-pazjent.

(256)  Ara t-taqsima “Il-kompiti speċifiċi tal-isptar pubbliku” (p. 83). Tipa grassa miżjuda.

(257)  Pereżempju, il-ħaddiema soċjali tal-isptarijiet IRIS ġabru informazzjoni għal 25 749 investigazzjoni soċjali fl-2012. Dan jirrappreżenta madwar 5,4 % tal-pazjenti li ddaħħlu l-isptar dik is-sena.

(258)  Dan l-obbligu ġej mill-Artikolu 60(1) tal-Liġi dwar is-CPAS, mill-Artikolu 9(a) tal-Liġi tat-2 ta' April 1965 (għar-rimborż eventwali mis-servizz pubbliku federali għall-integrazzjoni soċjali lis-CPAS, dment li ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati) u miċ-Ċirkulari tal-25 ta' Marzu 2010 dwar l-investigazzjoni soċjali (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tas-6 ta' Mejju 2010, p. 25432).

(259)  Din iċ-ċifra tirrappreżenta n-numru ta' ekwivalenti full-time (FTE).

(260)  Il-BMF jipprevedi finanzjament għall-ħaddiema soċjali (għall-oqsma fejn hemm ħtieġa minima, bħall-ġerjatrija), iżda dan kien jammonta biss għal madwar EUR 400 000 EUR fl-2010.

(261)  Digriet Irjali (attwalment, id-Digriet Irjali tat-8 ta' Marzu 2006) jistabbilixx l-metodu ta' kalkolu tat-telf li l-muniċipalitajiet huma mistennija li jħallsu skont l-Artikolu 109 tal-LCH.

(262)  L-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lit-tobba tal-isptar ikkunsidrat u, jekk ikun il-każ, l-Université libre de Bruxelles jew il-Vrije Universiteit Brussel, għandhom dejjem inqas minn 20 % tal-voti fl-assoċjazzjonijiet lokali tal-isptarijiet IRIS. Bl-istess mod, mis-sena 2000, il-muniċipalità u s-CPAS ta' Jette huma membri tal-assoċjazzjoni tas-CHU Brugmann, iżda peress li għandhom inqas minn 20 % tal-voti f'din l-assoċjazzjoni, ma jikkontribwixxux għall-kumpens tat-telf. Fl-aħħar nett, mis-sena finanzjarja 2014, il-muniċipalità u s-CPAS ta' Schaerbeek għandhom ukoll inqas minn 20 % tal-voti fl-assoċjazzjoni tas-CHU Brugmann u għaldaqstant ma għadhomx jikkontribwixxu għat-telf ta' dan l-isptar. Dan ifisser li mill-2014, il-Belt ta' Brussell u s-CPAS tagħha biss huma obbligati li jkopru t-telf tas-CHU Brugmann.

(263)  L-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq tas-SIEĠ u tal-attivitajiet relatati huma spejjeż ta' servizz pubbliku li jinkludu l-ispiża tal-attivitajiet relatati.

(264)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tat-30 ta' April 2014, p. 35442. Applikabbli mill-10 ta' Mejju 2014.

(265)  L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(266)  L-Artikolu 5, paragrafi 2 sa 9, tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(267)  Bejn l-2007 u l-2011, medja ta' madwar […] % tal-ispejjeż tal-isptarijiet IRIS kienu koperti minn dan il-finanzjament.

(268)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tad-29 ta' Ġunju 2007, p. 35929. Applikabbli mid-9 ta' Lulju 2007. Dan id-Digriet Irjali ħa post id-Digriet Irjali tal-14 ta' Diċembru 1987 dwar il-kontijiet annwali tal-isptarjiet, li jipprevedu rekwiżit simili ħafna.

(269)  F'dan il-kuntest, ta' min jinnota li ċerti flussi kontabilistiċi relatati mal-attivitajiet tal-isptar għandhom ukoll ikunu irreġistrati taħt il-kodiċijiet kontabilistiċi 900 sa 999. Dan jikkonċerna ċerti flussi li mhumiex ikkunsidrati fid-determinazzjoni tal-finanzjament BMF (li jsegwi loġika ta' kontabilità bbażata fuq il-flus minflok il-metodu ta' kontabilità tad-dovuti li tapplika għall-kontabilità tal-isptarijiet).

(270)  Fit-teorija, l-isptarijiet IRIS jistgħu jitolbu lill-muniċipalitajiet iħallsu l-kumpens tat-telf ladarba r-riżultat tas-sena finanzjarja jkun magħruf. Fil-prattika, dan ma għamluhx peress li huma kkontrollati mill-muniċipalitajiet u li dawn tal-aħħar ma kellhomx (dejjem) il-fondi meħtieġa biex jagħmlu l-pagamenti minnufih.

(271)  Fil-fatt, matul il-perjodu ta' bejn l-1996 u l-2014, il-finanzjament reġjonali mogħti lill-muniċipalitajiet ma kienx suffiċjenti biex ikopri għal kollox it-telf tal-isptarijiet IRIS (ara wkoll in-nota 143).

(272)  Bħala eżempju, it-tabella 3 turi li filwaqt li s-CHU Saint-Pierre irreġistra telf kull sena mill-1996, l-ewwel pagament (ta' EUR 3 368 351) li għamlet il-muniċipalità bħala kumpens tat-telf tiegħu seħħ biss fl-2002. It-tabelli ma jindikawx liema fost it-telf annwali rreġistrat mill-1996, huwa dak ikkumpensat mill-pagament li sar fl-2002. Madankollu, l-informazzjoni dettaljata mogħtija lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Belġjani tindika li fir-realtà dan il-pagament sar biex titkopra parti mit-telf irreġistrat fl-1996.

(273)  Ara l-premessa 236 għal spjegazzjoni tar-raġuni għalfejn iċ-ċifri għas-snin 1996, 1997 u 1998 huma neqsin.

(274)  Ara l-premessa 236 għal spjegazzjoni tar-raġuni għalfejn iċ-ċifri għas-snin 1996, 1997 u 1998 huma neqsin.

(275)  Dawn huma l-ammonti li effettivament tħallsu u ġew rimborżati wara li ġie kkunsidrat kwalunkwe pagament ta' kumpens tat-telf li kien diġà sar mill-muniċipalità.

(276)  L-2014 hija s-sena kontabilistika l-aktar reċenti li għaliha kien hemm iċ-ċifri disponibbli.

(277)  Ara l-Artikolu 5 tad-Direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 1980 fuq it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi (ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35).

(278)  Ara f'dan ir-rigward l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(279)  B'mod partikolari, matul erba' snin biss, mid-89 ivvalutati għall-ħames sptarijiet IRIS, il-kumpens żejjed tekniku għas-snin meħuda b'mod iżolat kien jaqbeż 10 % tal-ammont tal-kumpens annwali.

(280)  Barra minn hekk, wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-ammonti tal-kumpens tat-telf jirrappreżentaw biss porzjon limitat tal-finanzjament pubbliku totali li rċevew l-isptarijiet IRIS għas-SIEĠ li jipprovdu. Matul il-perjodu 2007-2011, il-pagamenti BMF annwali medji tal-Gvern Federali kienu jammontaw għal madwar EUR 323 miljun għall-isptarijiet IRIS f'daqqa. Matul dan l-istess perjodu, l-isptarijiet IRIS f'daqqa ħabbru telf kontabilistiku medju ta' EUR 13,4 miljun fis-sena, filwaqt li l-muniċipalitajiet ħallsu medja ta' EUR 16,4 miljun fis-sena f'kumpens għat-telf (li kien ikopri wkoll it-telf tas-snin preċedenti). Għaldaqstant il-kumpens tat-telf kien jirrappreżenta madwar 5 % biss tal-finanzjament BMF federali mogħti lill-isptarijiet IRIS. Għaldaqstant, kieku dawn l-ammonti kbar ta' finanzjament pubbliku mogħti permezz tal-BMF kienu ġew ikkunsidrati meta ġie kkalkulat jekk il-kumpens żejjed kienx jaqbeż l-10 % tal-kumpens imħallas għal sena partikolari (u allura jekk setax ikun riportat għas-sena ta' wara, kif awtorizzat mill-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012), il-perċentwal tal-kumpens żejjed aktarx ikun konsiderevolment aktar baxx. Din il-konklużjoni hija bbażata fuq l-importanza relattiva tal-pagamenti BMF meta mqabbla mat-telf u fuq il-fatt li r-riskju ta' kumpens żejjed permezz tal-BMF huwa minimu. B'mod partikolari, il-BMF huwa prinċipalment maħsub bħala finanzjament ta' darba kkalkulat fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali tal-isptarijiet tas-snin preċedenti (u ma jimplika ebda kumpens żejjed). Barra minn hekk, is-Servizz Pubbliku Federali tas-Saħħa Pubblika jagħmel kontrolli ex post dettaljati tal-ispejjeż attwali mġarrba minn kull sptar u jikkalkula mill-ġdid l-ammont BMF li għalih għandu dritt. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jkun innutat li ebda qligħ raġonevoli ma ġie kkunsidrat waqt it-tqabbil tal-kumpensi mħallsa mill-muniċipalitajiet mat-telf kontabilistiku rreġistrat mill-isptarijiet IRIS.

(281)  Is-silta inkwistjoni tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 taqra kif ġej: “Fejn l-ammont tal-kumpens żejjed ma jkunx jaqbeż l-10 % tal-ammont tal-kumpens annwali medju, tali kumpens żejjed jista' jiġi ttrasferit għall-perjodu li jkun imiss u jitnaqqas mill-ammont ta' kumpens pagabbli fir-rigward ta' dak il-perjodu.” Minħabba li mhemmx kumpens żejjed attwali (peress li globalment, l-isptar kien kontinwament f'sitwazzjoni ta' kumpens nieqes matul il-perjodu 1996-2014), dan it-trasferiment qatt ma sar fil-prattika. Dan il-kumment japplika għall-isptarijiet IRIS kollha (ara wkoll il-premessa 240 sa 243).

(282)  Soluzzjoni oħra normalment tkun li jinżamm il-qligħ biex jintuża bħala kumpens għat-telf ta' qabel, kieku s-CHU Saint-Pierre kellu jagħmel qligħ fis-snin li ġejjin. F'dan il-każ, il-muniċipalitajiet ma jkollhomx għalfejn jikkumpensaw it-telf kontabilistiku residwu, jew tal-inqas jikkumpensaw parti minnu biss. Madankollu xenarju bħal dan huwa biss ipotetiku, peress li s-CHU Saint-Pierre għamel qligħ limitat f'sena waħda biss (2006) fil-perjodu ta' bejn l-1996 u l-2014.

(283)  Kif spjegat fil-premessa (105), l-FRBRTC u s-sussidji speċjali mogħtija mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell lill-muniċipalitajiet huma miżuri ta' finanzjament fl-istat li jikkostitwixxu sors ta' finanzjament għall-mekkaniżmu ta' ħlasijiet magħmula mill-muniċipalitjaiet bħala kumpens għat-telf. Dawn l-ammonti huma indikati f'kolonna separata sabiex juru li l-muniċipalitajiet jużaw dawn il-fondi reġjonali kollha għall-ħlas tal-kumpens tat-telf. Din il-preżentazzjoni ma tistax tiġi interpretata bħala indikazzjoni li l-ammonti ġew trasferiti mill-FRBRTC jew mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell lill-isptarijiet IRIS. Dawn it-trasferimenti saru lill-muniċipalitajiet li mbagħad użaw dawn il-fondi sabiex jiffinanzjaw l-obbligu tagħhom ta' kumpens tat-telf tal-isptarijiet IRIS.

(*1)  Wara ż-żieda tal-qligħ mhux imqassam tal– perjodu 1996-1998, jiġifieri EUR 703 624.

(284)  Ara f'dan ir-rigward l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(285)  L-Artikolu 6(1), tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(286)  L-Artikolu 6(2), tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012.

(287)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tas-6 ta' Diċembru 1983, p. 15009.

(288)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tat-23 ta' Marzu 2006, p. 16710.

(289)  Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tal-25 ta' Ġunju 2003, p. 33692.

(290)  Dan il-perjodu ta' amortizzament huwa impost mid-Digriet Irjali tad-19 ta' Ġunju 2007 li japplika għall-isptarijiet Belġjani kollha (ara wkoll il-premessa (226)].

(291)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 264.

(292)  Kif spjegat fil-premessa 166, il-Kummissjoni tqis li t-tliet obbligi addizzjonali ma kinux jiġu inkarigati fin-nuqqas tal-kompitu bażiku tal-isptarijiet. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis xieraq li tivvaluta t-tul tal-mandat relatat mal-kompitu bażiku tal-isptarijiet.

(293)  Fi kliem ieħor, il-Liġi Koordinata dwar l-Isptarijiet tal-10 ta' Lulju 2008 (Belgisch Staatsblad/Moniteur Belge tas-7 ta' Novembru 2008, p. 58624).