|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
13.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/1 |
REGOLAMENT (UE) 2016/2134 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Novembru 2016
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolment tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 (2) ġie adottat fl-2005 u daħal fis-seħħ fit-30 ta' Lulju 2006. B'rispons għat-talbiet min-naħa tal-Parlament Ewropew fl-2010 (3) u minħabba indikazzjonijiet li prodotti mediċinali esportati mill-Unjoni kienu ntużaw għall-piena kapitali f'pajjiż terz, il-listi ta' oġġetti fl-Annessi II u III ta' dak ir-Regolament, li l-kummerċ tagħhom huwa pprojbit jew ikkontrollat, ġew emendati permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2011 (4). Il-Kummissjoni, assistita minn grupp ta' esperti, eżaminat mill-ġdid il-ħtieġa li r-Regolament (KE) Nru 1236/2005 u l-Annessi tiegħu jiġu emendati ulterjorment. F'Lulju 2014, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 775/2014 (5) emenda l-Annessi II u III f'dan is-sens. |
|
(2) |
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) saret ġuridikament vinkolanti mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009. Id-definizzjoni ta' tortura li hemm fir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 ttieħdet mill-Konvenzjoni tal-1984 kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra u għadha valida. Id-definizzjoni ta' “trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra”, li ma tinsabx f'dik il-Konvenzjoni, għandha tiġi emendata sabiex tiġi allinjata mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Huwa wkoll xieraq li tkun iċċarata t-tifsira tat-terminu “penalitajiet leċiti” fid-definizzjonijiet ta' “tortura” u ta' “trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra”, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-politika tal-Unjoni dwar il-piena kapitali. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 stabbilixxa sistema ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni mfassla biex tipprevjeni l-oġġetti elenkati fl-Anness III għal dak ir-Regolament milli jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. |
|
(4) |
Is-sistema ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa proporzjonat. Għalhekk, hija ma għandhiex tipprevjeni l-esportazzjoni ta' prodotti mediċinali li għandhom jintużaw għal skopijiet terapewtiċi leġittimi. |
|
(5) |
Minħabba d-differenzi bejn il-piena kapitali, min-naħa l-waħda, u t-tortura u t-trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra min-naħa l-oħra, huwa xieraq li tiġi stabbilita sistema ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni speċifika bil-ħsieb li jiġi evitat l-użu ta' ċerti oġġetti għall-piena kapitali. Sistema bħal din għandha tqis il-fatt li għadd ta' pajjiżi abolixxew il-piena kapitali għad-delitti kollha u li ntrabtu permezz ta' impenji internazzjonali fir-rigward ta' din il-kwistjoni. Minħabba li hemm ir-riskju ta' riesportazzjoni lejn pajjiżi li għadhom ma għamlux hekk, ċerti kundizzjonijiet u rekwiżiti għandhom ikunu imposti meta jiġu awtorizzati l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi li jkunu abolixxew il-piena kapitali. Għalhekk huwa xieraq li tingħata awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni ġenerali għall-esportazzjonijiet lejn dawn il-pajjiżi li abolixxew il-piena kapitali għar-reati kollha u li kkonfermaw dik l-abolizzjoni permezz ta' impenn internazzjonali. |
|
(6) |
Jekk pajjiż ma abolixxiex il-piena kapitali għar-reati kollha u kkonferma dik l-abolizzjoni permezz ta' impenn internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti, meta jeżaminaw talba għal awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, għandhom jaraw jekk hemmx riskju li l-utent aħħari fil-pajjiż ta' destinazzjoni juża l-oġġetti esportati għal piena bħal din. Għandhom jiġu imposti kundizzjonijiet u rekwiżiti xierqa sabiex jiġu kkontrollati l-bejgħ jew it-trasferimenti mill-utent aħħari għal partijiet terzi. Jekk ikun hemm diversi kunsinni bil-baħar bejn l-istess esportatur u l-utent aħħari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew jeżaminaw mill-ġdid l-istatus tal-utent aħħari fuq bażi perijodika, pereżempju kull sitt xhur, minflok kull meta tingħata awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni għal kunsinna, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, meta din tkun iġġustifikata. |
|
(7) |
Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-esportaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew jagħtu awtorizzazzjoni globali lil esportatur għall-kunsinni kollha ta' prodotti mediċinali, li jitilqu mingħand dan l-esportatur għal utent aħħari speċifiku għal perijodu fiss, li tispeċifika, fejn meħtieġ, kwantità li tikkorrispondi mal-użu normali tal-utent aħħari tal-prodotti. F'konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, awtorizzazzjoni bħal din tkun valida għal bejn sena u tliet snin, bil-possibbiltà li tingħata estensjoni ta' mhux aktar minn sentejn. |
|
(8) |
L-għoti ta' awtorizzazzjoni globali jkun xieraq ukoll meta manifattur ikollu l-ħsieb li jesporta prodotti mediċinali li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 lil distributur f'pajjiż li ma abolixxiex il-piena kapitali, sakemm l-esportatur u d-distributur ikunu kkonkludew ftehim ġuridikament vinkolanti li jkun jobbliga lid-distributur japplika sett xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi li l-prodotti mediċinali mhux se jintużaw għall-piena kapitali. |
|
(9) |
Il-lista ta' oġġetti li għalihom hija meħtieġa awtorizzazzjoni biex jiġu esportati, bil-għan li jkun ipprevenut li dawn l-oġġetti jintużaw għall-piena kapitali, għandha tinkludi biss oġġetti li ntużaw għall-piena kapitali f'pajjiż terz li ma abolixxiex il-piena kapitali u oġġetti li l-użu tagħhom għall-piena kapitali jkun ġie approvat minn kwalunkwe pajjiż terz tali, li jkun għadu ma użahomx għal tali skop. Din ma għandhiex tinkludi oġġetti mhux letali li mhumiex essenzjali għall-eżekuzzjoni tal-persuni kkundannati, bħal għamara standard li tista' tintuża wkoll fil-kamra tal-eżekuzzjoni. |
|
(10) |
Prodotti mediċinali li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jistgħu jiġu sottomessi għall-kontrolli f'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi, bħalma hi l-Konvenzjoni tal-1971 dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Billi tali kontrolli mhumiex applikati biex jipprevjenu l-prodotti mediċinali milli jintużaw għall-piena kapitali iżda biex jipprevjenu t-traffikar illeċitu tad-drogi, il-kontrolli tal-esportazzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 għandhom jiġu applikati minbarra l-kontrolli internazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jużaw proċedura unika sabiex japplikaw iż-żewġ sistemi ta' kontroll. |
|
(11) |
Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-esportaturi, awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew jagħtu awtorizzazzjoni globali lil esportatur fir-rigward ta' oġġetti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 biex jiġi evitat li l-oġġetti rilevanti jintużaw għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. |
|
(12) |
Il-kontrolli tal-esportazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 ma għandhomx japplikaw għall-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom hija kkontrollata f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (6), mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (7) u mar-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jipprojbixxi l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament u l-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward ta' tali oġġetti. Fejn tali oġġetti jinsabu fil-pajjiżi terzi, huwa meħtieġ li s-sensara fl-Unjoni jiġu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta' senserija fir-rigward ta' tali oġġetti minħabba li huma ma għandhom l-ebda użu prattiku ieħor ħlief għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Il-projbizzjoni tal-għoti ta' tali servizzi ta' senserija għandha sservi biex jiġu protetti l-moralitajiet pubbliċi u jiġu rispettati l-prinċipji ta' dinjità umana li huma ta' bażi għall-valuri Ewropej, kif inkorporati fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta. |
|
(14) |
Il-provvista ta' servizzi ta' senserija u l-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel bil-għan li jiġi ipprevenut li s-servizzi ta' senserija jew l-assistenza teknika jikkontribwixxu għall-użu tal-oġġetti li għalihom jirrelataw għal finijiet ta' piena, tortura jew trattamenti jew pieni krudili. |
|
(15) |
Is-servizzi ta' senserija u l-assistenza teknika li dan ir-Regolament jissottometti għal awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu dawk ipprovduti minn ġewwa l-Unjoni, jiġifieri minn ġewwa territorji fi ħdan l-ambitu territorjali tat-Trattati, inklużi spazju tal-ajru u kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru. |
|
(16) |
Meta jawtorizzaw il-provvista ta' assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jiggarantixxu li l-assistenza teknika u kwalunkwe taħriġ dwar l-użu ta' tali oġġetti pprovduti jew offruti flimkien mal-assistenza teknika li għaliha qiegħda tintalab l-awtorizzazzjoni, ikunu pprovduti b'tali mod u manjiera li jippromwovu standards tal-infurzar tal-liġi li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tat-tortura u ta' trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. |
|
(17) |
Billi l-oġġetti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 ma għandhom l-ebda użu prattiku għajr dak għall-piena kapitali, tortura u trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, jixraq li għas-sensara u għall-fornituri tal-assistenza teknika jkunilhom ipprojbit li jfornu taħriġ dwar l-użu ta' tali oġġetti lill-pajjiżi terzi kif ukoll ikunu pprojbiti kemm il-promozzjoni ta' tali oġġetti fil-fieri kummerċjali jew fil-wirjiet fl-Unjoni kif ukoll il-bejgħ jew ix-xiri ta' spazju pubbliċitarju fl-istampa jew fl-Internet u ħin pubbliċitarju fit-televiżjoni jew fir-radju fir-rigward ta' tali oġġetti. |
|
(18) |
Bil-għan li l-operaturi ekonomiċi jkunilhom impedit li jisiltu benefiċċju mit-trasport ta' oġġetti li jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni fi triqthom lejn pajjiż terz u li huma maħsuba għall-użu fil-piena kapitali, it-tortura u t-trattamenti jew l-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, huwa neċessarju li t-trasport ta' tali oġġetti fi ħdan l-Unjoni jkun ipprojbit, jekk huma elenkati fl-Anness II jew, dment li l-operatur ekonomiku jaf l-użu ddestinat għalihom, jekk huma elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. |
|
(19) |
Jixraq li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri li jillimitaw il-provvista ta' ċerti servizzi fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni. |
|
(20) |
Filwaqt li l-awtoritajiet doganali għandhom jikkondividu ċerta informazzjoni mal-awtoritajiet doganali l-oħrajn bl-użu tas-sistema doganali ta' ġestjoni tar-riskju skont il-leġislazzjoni doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 għandhom jikkondividu ċerta informazzjoni mal-awtoritajiet doganali l-oħrajn skont l-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament. Huwa xieraq li jinħtieġ li l-awtoritajiet doganali jużaw sistema sigura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni dwar iċ-ċaħdiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli funzjonalità ġdida fis-sistema attwali stabbilita skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. |
|
(21) |
Jixraq li jiġi ċċarat li, sa fejn ikun jirrigwarda d-data personali, l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar l-ipproċessar u l-iskambju ta' data personali f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(22) |
Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi IIIa, IIIb, VI u VII l-ġodda għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Jitfakkar li r-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) iddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-Annessi I, II, III, IV u V għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
(23) |
Biex l-Unjoni titħalla tirreaġixxi malajr meta jiġu żviluppati oġġetti ġodda, li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u meta jeżisti riskju ċar u immedjat li tali oġġetti se jintużaw għal skopijiet li jinvolvu tali abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, huwa xieraq li tiġi prevista l-applikazzjoni immedjata tal-att rilevanti tal-Kummissjoni, fejn, bħal fil-każ tal-emenda tal-Anness II jew III għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza għal tali emenda. Sabiex l-Unjoni titħalla tirreaġixxi malajr meta pajjiż terz wieħed jew aktar japprova ċerti oġġetti għall-użu għall-piena kapitali, jew jaċċetta jew jikser impenn internazzjonali li ħa biex jabolixxi l-piena kapitali għar-reati kollha, huwa xieraq li tiġi prevista l-applikazzjoni immedjata tal-att tal-Kummissjoni rilevanti, fejn, fil-każ tal-emenda għall-Anness IIIa jew IIIb tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, raġunijiet imperattivi ta' urġenza ikunu jirrikjedu hekk. Fil-każijiet li fihom tkun segwita l-proċedura ta' urġenza, huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. |
|
(24) |
Għandu jiġi stabbilit grupp ta' koordinament. Il-grupp għandu jservi bħala pjattaforma għall-esperti tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-prassi amministrattiva u jiddiskutu l-kwistjonijiet ta' interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kwistjonijiet tekniċi fir-rigward tal-oġġetti elenkati, l-iżviluppi marbuta ma' dan ir-Regolament u kull kwistjoni oħra li tista' tqum. Partikolarment, il-grupp jista' jiddiskuti kwistjonijiet marbuta man-natura u mal-effett mixtieq tal-oġġetti, id-disponibbiltà tal-oġġetti fil-pajjiżi terzi u l-kwistjoni relatata mal-fatt jekk l-oġġetti humiex speċifikament maħsuba jew modifikati għall-piena kapitali jew għat-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tikkonsulta l-grupp hija u tipprepara l-atti delegati, għandha tagħmel dan fir-rispett tal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni ma tiksibx tagħmir għal finijiet ta' infurzar tal-liġi billi mhijiex responsabbli miż-żamma tal-ordni pubbliku, mill-proċedimenti fi kwistjonijiet kriminali jew mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali. Għalhekk, għandha tiġi stabbilita proċedura bil-għan li l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni dwar tagħmir u prodotti għall-infurzar tal-liġi mhux elenkati kkummerċjalizzati fl-Unjoni, sabiex jiġi żgurat li l-listi ta' oġġetti li l-kummerċ tagħhom huwa pprojbit jew ikkontrollat jiġu aġġornati b'tali mod li jieħdu f'kunsiderazzjoni żviluppi ġodda. Huwa u jressaq it-talba tiegħu lill-Kummissjoni, l-Istat Membru rikjedenti għandu jressaq it-talba tiegħu biex jiġu miżjuda oġġetti fl-Anness II, fl-Anness III jew fl-Anness IIIa għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 lil Stati Membri oħrajn. |
|
(26) |
Bil-għan li l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw aktar żmien biex japplikaw għal u jagħtu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa u biex jagħtuhom, għandu jiġi definit perijodu ta' tranżizzjoni qasir għall-applikazzjoni ta' kontrolli ġodda tas-servizzi tas-senserija u tal-assistenza teknika, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli tal-Unjoni li jirregolaw il-kummerċ ma' pajjiżi terzi ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali jew għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u r-regoli li jirregolaw il-provvista ta' servizzi ta' senserija, assistenza teknika, taħriġ u pubbliċita' relatati ma' oġġetti bħal dawn.” |
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Kwalunkwe esportazzjoni ta' oġġetti elenkati fl-Anness II, hija pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. L-Anness II għandu jinkludi oġġetti li ma għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-fini tal-piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Fornitur ta' assistenza teknika għandu jiġi pprojbit milli jipprovdi assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, kemm jekk għal kunsiderazzjoni kif ukoll jekk le.” |
|
(4) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Kwalunkwe importazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, għandha tiġi pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. L-aċċettazzjoni minn persuna, entità jew korp fl-Unjoni tal-assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II, ipprovduta minn pajjiż terz, kemm jekk għal kunsiderazzjoni kif ukoll jekk le, minn persuna, entità jew korp hija pprojbita.” |
|
(5) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 4a Projbizzjoni ta' tranżitu 1. Kwalunkwe tranżitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II għandu jiġi pprojbit. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tranżitu tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, jekk jintwera li, fil-pajjiż ta' destinazzjoni, tali oġġetti se jintużaw għall-fini esklużiv ta' wiri pubbliku f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom. Artikolu 4b Projbizzjoni ta' servizzi ta' senserija Sensar għandu jiġi pprojbit milli jipprovdi servizzi ta' senserija lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Artikolu 4c Projbizzjoni ta' taħriġ Fornitur ta' assistenza teknika jew sensar huwa pprojbit li jipprovdi jew joffri, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, taħriġ dwar l-użu tal-oġġetti elenkati fl-Anness II. Artikolu 4d Fieri kummerċjali Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, sew jekk residenti jew stabbiliti fi Stat Membru sew jekk le, għandhom jiġu pprojbiti, milli juru jew joffru għall-bejgħ kwalunkwe oġġett minn dawk elenkati fl-Anness II f'wirja jew f'fiera li tittella' fl-Unjoni, sakemm ma jintweriex li, fid-dawl tan-natura tal-wirja jew tal-fiera, tali wiri jew offerta għall-bejgħ la hija strumentali għall-bejgħ jew għall-provvista tal-oġġetti rilevanti lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz u lanqas ma tippromwovi dan il-bejgħ u din il-provvista. Artikolu 4e Reklamar Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, residenti jew stabbilita fi Stat Membru li jbigħu jew jixtru spazju pubbliċitarju jew ħin pubbliċitarju minn fi ħdan l-Unjoni, lil kwalunkwe persuna fiżika b'ċittadinanza ta' Stat Membru li tbigħ jew tixtri spazju pubbliċitarju jew ħin pubbliċitarju minn fi ħdan l-Unjoni, u lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew ikkostitwiti skont id-dritt ta' Stat Membru, li jbigħu jew jixtru spazju pubbliċitarju jew ħin pubbliċitarju minn fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu pprojbiti milli jbigħu lil jew jixtru minn kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz spazju pubbliċitarju fl-istampa jew fl-Internet jew ħin pubbliċitarju fit-televiżjoni jew fir-radju fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II. Artikolu 4f Miżuri nazzjonali 1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-Unjoni, fosthom il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi taċ-ċittadinanza, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu miżuri nazzjonali li jillimitaw it-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1. Il-miżuri fis-seħħ huma nnotifikati sas-17 ta' Frar 2017. Il-miżuri, l-emendi u r-revoki l-ġodda huma nnotifikati qabel ma jidħlu fis-seħħ.” |
|
(6) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tkun meħtieġa għall-oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri dawk li ma jkunux assenjati trattament jew użu approvat mid-dwana, għajr il-proċedura ta' tranżitu estern skont l-Artikolu 226 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, inkluż il-ħażna ta' oġġetti mhux tal-Unjoni f'żona ħielsa. L-Anness III għandu jinkludi biss l-oġġetti segwenti, li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra:
L-Anness III ma jinkludix:
(*2) Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta' u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1)." (*3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1)." (*4) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).” " |
|
(7) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 6a Projbizzjoni ta' tranżitu Persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, sew jekk residenti jew stabbiliti fi Stat Membru sew jekk le, għandha tiġi pprojbita li teżegwixxu t-tranżitu tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, jekk tkun taf li kwalunkwe parti ta' kunsinna ta' tali oġġetti hija ddestinata għall-użu f'tortura jew fi trattamenti jew f'pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż terz.” |
|
(9) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 7a Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni ta' ċerti servizzi 1. Għandha tiġi rikjesta awtorizzazzjoni għal kwalunkwe provvista, minn fornitur ta' assistenza teknika jew sensar, rispettivament, ta' wieħed mis-servizzi segwenti lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, kemm jekk għal kunsiderazzjoni kif ukoll jekk le:
2. Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, l-Artikolu 6 għandu japplika mutatis mutandis. Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6, għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tas-segwenti:
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplikax għall-provvista tal-assistenza teknika jekk
4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, Stat Membru jista' jżomm il-projbizzjoni tal-provvista ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-manetti tas-saqajn, tal-ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u tat-tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr. Fil-każijiet li fihom Stat Membru jżomm tali projbizzjoni, huwa għandu jinnotifika l-miżura li adotta lill-Kummissjoni sas-17 ta' Frar 2017 u jinforma lill-Kummissjoni jekk dawk il-miżuri jiġu emendati jew revokati.” |
|
(10) |
Wara l-Artikolu 7a, jiddaħħal il-kapitolu li ġej: “KAPITOLU IIIa Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali Artikolu 7b Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni 1. Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, għandha tiġi rikjesta l-awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tkun meħtieġa għall-oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri dawk li ma jkunux assenjati trattament jew użu approvat mid-dwana, għajr il-proċedura ta' tranżitu estern skont l-Artikolu 226 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, inkluż il-ħażna ta' oġġetti mhux tal-Unjoni f'żona ħielsa. L-Anness IIIa għandu jinkludi biss l-oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali u li ġew approvati jew effettivament użati għall-piena kapitali minn pajjiż terz wieħed jew aktar li ma abolixxewx il-piena kapitali. Huwa ma jinkludix:
2. F'każ li l-esportazzjoni tal-prodotti mediċinali tirrikjedi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni skont dan ir-Regolament u l-esportazzjoni tkun ukoll soġġetta għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni f'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali li tikkontrolla d-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi, bħall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971, l-Istati Membri jistgħu jużaw proċedura unika biex iwettqu l-obbligi imposti fuqhom mir-Regolament u mill-konvenzjoni rilevanti. Artikolu 7c Kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b'mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta' qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta' devjazzjoni. 2. L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli li jwasslu sabiex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa jistgħu jintużaw għall-piena kapitali f'pajjiż terz. 3. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-verifika tal-użu aħħari mixtieq u tar-riskju ta' devjazzjoni:
4. Barra l-kriterji mniżżlin fil-paragrafu 1, meta jkunu qed jivvalutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali, l-awtorità kompetenti għandhom jikkunsidraw l-applikazzjoni mill-esportatur ta' mezzi u proċeduri proporzjonati u adegwati biex tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta' dan ir-Regolament u mal-patti u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. Artikolu 7d Projbizzjoni ta' tranżitu Persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, sew jekk residenti jew stabbiliti fi Stat Membru sew jekk le, għandha tkun pprojbita li teżegwixxi t-tranżitu tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, jekk tkun taf li kwalunkwe parti ta' kunsinna ta' tali oġġetti hija ddestinata għall-użu f'piena kapitali f'pajjiż terz. Artikolu 7e Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għal ċerti servizzi 1. Għandha tiġi rikjesta awtorizzazzjoni għal kwalunkwe provvista, minn fornitur ta' assistenza teknika jew minn sensar, rispettivament, ta' wieħed mis-servizzi segwenti lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz kemm jekk għal kunsiderazzjoni kif ukoll jekk le:
2. Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, l- Artikolu 7c għandu japplika mutatis mutandis. Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7c, għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tas-segwenti:
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-provvista tal-assistenza teknika jekk
|
|
(11) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 It-tipi ta' awtorizzazzjonijiet u l-awtoritajiet emittenti 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni għal ċerti esportazzjonijiet kif stipulat fl-Anness IIIb. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit l-esportatur, tista' tipprojbixxi lill-esportatur milli juża din l-awtorizzazzjoni, jekk ikun hemm suspetti raġonevoli dwar il-kapaċità tiegħu li jikkonforma mat-termini tal-awtorizzazzjoni jew ma' xi dispożizzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esportaturi kollha miċħuda mid-dritt li jużaw l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni, sakemm ma jiddeterminawx li esportatur speċifiku mhux se jipprova jesporta l-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa billi jgħaddihom minn Stat Membru ieħor. Għal dan il-fini għandha tintuża sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni. 2. Awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet l-oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li għalihom tkun tenħtieġ awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit l-esportatur, kif elenkat fl-Anness I. Tali awtorizzazzjoni tista' tkun awtorizzazzjoni individwali jew waħda globali, jekk tikkonċerna l-oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa. Kwalunkwe awtorizzazzjoni dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II tkun awtorizzazzjoni individwali. 3. Awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew stabbiliti l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jittrasportaw l-oġġetti fit-territorju doganali, kif elenkat fl-Anness I. Jekk dik il-persuna, dik l-entità jew dak il-korp mhumiex stabbiliti fi Stat Membru, għandha tingħata awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-oġġetti jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Tali awtorizzazzjoni tkun awtorizzazzjoni individwali. 4. Awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet li għalihom tkun tenħtieġ awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-mużew, kif elenkat fl-Anness I. Kwalunkwe awtorizzazzjoni dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tkun awtorizzazzjoni individwali. 5. Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tingħata:
6. Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit il-fornitur tal-assistenza teknika, kif elenkat fl-Anness I, jew, jekk ma jkunx hemm tali Stat Membru, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-fornitur tal-assistenza teknika jkun ċittadin tiegħu jew li jkun ġie inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tiegħu. 7. Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-sensar ikun residenti jew stabbilit, kif elenkat fl-Anness I, jew, jekk ma jkunx hemm tali Stat Membru, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li s-sensar ikun ċittadin tiegħu jew li jkun ġie inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tiegħu. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata għal kwantità stabbilita ta' oġġetti speċifiċi li qed jiġu trasferiti bejn żewġ pajjiżi terzi jew aktar. Il-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz ta' oriġini, l-utent aħħari u l-post eżatt fejn jinsab għandhom ikunu identifikati b'mod ċar. 8. L-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjonijiet tagħhom għal awtorizzazzjoni individwali jew globali għal esportazzjonijiet jew għal servizzi ta' senserija, għal awtorizzazzjoni għal assistenza teknika, għal awtorizzazzjoni għall-importazzjoni individwali jew għal awtorizzazzjoni individwali għal tranżitu. Fir-rigward tal-esportazzjonijiet l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu l-informazzjoni kompluta b'mod partikolari dwar l-utent aħħari, il-pajjiż ta' destinazzjoni u l-użu aħħari tal-oġġetti. Fir-rigward tas-servizzi ta' senserija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu, b'mod partikolari, dettalji dwar il-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz ta' oriġini, deskrizzjoni ċara tal-oġġetti u l-kwantità involuta, il-partijiet terzi involuti fit-tranżazzjoni, il-pajjiż terz ta' destinazzjoni, l-utent aħħari f'dak il-pajjiż u l-post eżatt fejn jinsab. L-għoti tal-awtorizzazzjoni tista' tkun soġġetta għal dikjarazzjoni ta' użu finali, jekk ikun xieraq. 9. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 8, meta manifattur jew rappreżentant ta' manifattur ikun se jesporta jew ibigħ u jittrasferixxi oġġetti inklużi fil-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jew fit-taqsima 1 tal-Anness IIIa lil distributur f'pajjiż terz, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li l-oġġetti inklużi fil-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jintużaw għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra jew biex jiġi evitat li l-oġġetti inklużi fit-taqsima 1 tal-Anness IIIa jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti. 10. Fuq talba ta' mekkaniżmu nazzjonali ta' prevenzjoni stabbilit skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tal-1984 Kontra t-Tortura u t-Trattament jew Kastig Krudili, Inuman jew Degradanti Ieħor, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-mekkaniżmu nazzjonali ta' prevenzjoni rikjedenti l-informazzjoni li jkunu rċevew minn applikant dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni, id-destinatarju, l-użu aħħari u l-utenti aħħarin jew, meta jkun rilevanti, id-distributur u l-arranġamenti u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jisimgħu lill-applikant qabel l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni u jistgħu jimponu restrizzjonijiet fuq l-użu li jista' jsir mill-informazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom skont il-liġijiet u l-prassi nazzjonali. 11. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw talbiet għal awtorizzazzjonijiet individwali jew globali f'perijodu ta' żmien li għandu jiġi ddeterminat mil-liġi jew mill-prattika nazzjonali.” |
|
(12) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Awtorizzazzjonijiet 1. L-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni jew it-tranżitu jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl-Anness V. L-awtorizzazzjonijiet li jikkonċernaw servizzi ta' senserija għandhom jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl-Anness VI. L-awtorizzazzjonijiet li jikkonċernaw assistenza teknika għandhom jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl-Anness VII. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għandu jkun minn tliet xhur sa tnax-il xahar b'estensjoni possibbli sa 12-il xahar. Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni globali għandu jkun minn sena għal tliet snin b'estensjoni possibbli sa sentejn. 2. Awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 7c timplika awtorizzazzjoni biex l-esportatur jagħti assistenza teknika lill-utent aħħari sakemm tali assistenza tkun meħtieġa għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom tkun awtorizzata. 3. L-awtorizzazzjonijiet jistgħu jinħarġu permezz ta' mezzi elettroniċi. Il-proċeduri speċifiċi jiġu stabbiliti fuq bażi nazzjonali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din l-għażla jinfurmaw lill-Kummissjoni. 4. L-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni, it-tranżitu, il-provvista ta' assistenza teknika jew il-provvista ta' servizzi ta' senserija għandhom ikunu soġġetti għal kwalunkwe rekwiżit u kundizzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li huma adatti. 5. L-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jaġixxu skont dan ir-Regolament, jistgħu jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni u jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni li jkunu diġà taw.” |
|
(13) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Jekk issir dikjarazzjoni doganali dwar l-oġġetti elenkati fl-Annessi II, III jew IIIa, u jkun ikkonfermat li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni intiżi, l-awtoritajiet doganali għandhom jżommu l-oġġetti ddikjarati u għandhom jagħmlu l-esportatur jew l-importatur konxji ta' possibbiltà li ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. Jekk sitt xhur wara li jinżammu l-oġġetti ma ssir l-ebda applikazzjoni, jew jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta tali applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddisponu mill-oġġetti miżmumin f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.” |
|
(14) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 Rekwżiti ta' notifika u konsultazzjoni 1. Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni jekk l-awtoritajiet kompetenti, tiegħu kif elenkati fl-Anness I, jieħdu deċiżjoni li jirrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament jew jekk jannullaw awtorizzazzjoni li jkunu taw. Tali notifika għandha ssir mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tad-deċiżjoni jew tal-annullament. 2. L-awtorità kompetenti, b'mezzi diplomatiċi meta jkun meħtieġ jew xieraq, għandha tikkonsulta lill-awtorità jew lill-awtoritajiet li, fit-tliet snin preċedenti, irrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, tranżitu, il-provvista ta' assistenza teknika lil persuna, entità jew korp f'pajjiż terz jew il-provvista ta' servizzi ta' senserija skont dan ir-Regolament, jekk tirċievi applikazzjoni dwar esportazzjoni, tranżitu, il-provvista ta' assistenza teknika lil persuna, entità jew korp f'pajjiż terz jew il-provvista ta' servizzi ta' senserija li jinvolvu tranżazzjoni essenzjalment identika msemmija f'tali applikazzjoni preċedenti u tqis li, madankollu, għandha tingħata awtorizzazzjoni. 3. Jekk, wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni, l-Istat Membru rilevanti jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu u jispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, filwaqt li jippreżenta informazzjoni ġustifikattiva kif adatt. 4. Fejn ir-rifjut li tingħata awtorizzazzjoni ikun ibbażat fuq projbizzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 7a(4), dan ma għandux jikkostitwixxi deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni fit-tifsira tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. 5 In-notifiki kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jsiru permezz ta' sistema sikura u kriptata għall-iskambju ta' informazzjoni.” |
|
(15) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 12 Emenda tal-Annessi Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a, biex temenda l-Annessi I, II, III, IIIa, IIIb, IV, V, VI u VII. Id-data li hemm fl-Anness I dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandha tiġi emendata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Meta, fil-każ tal-emenda tal-Annessi II, III, IIIa jew IIIb, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu li jsir dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 15b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.” |
|
(16) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 12a Talbiet biex jiġu miżjuda xi oġġetti f'waħda mil-listi tal-oġġetti 1. Kull Stat Membru jista' jindirizza talba debitament sostanzjata lill-Kummissjoni biex din iżżid oġġetti ddisinjati jew kummerċjalizzati għall-infurzar tal-liġi fl-Anness II, fl-Anness III jew fl-Anness IIIa. Talba bħal din għandha tinkludi informazzjoni dwar:
Meta jressaq it-talba tiegħu lill-Kummissjoni, l-Istat Membru rikjedenti għandu jressaq dik it-talba wkoll lill-Istati Membri l-oħra. 2. Il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba, titlob lill-Istat Membru rikjedenti jipprovdi informazzjoni supplimentari, jekk tikkunsidra li t-talba tkun tonqos milli tindirizza punt wieħed rilevanti jew aktar jew jekk tara li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali fuq punt wieħed rilevanti jew aktar. Hi għandha tgħarraf lill-Istat Membru inkwistjoni bil-punti li dwarhom ikun hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni supplimentari. Il-Kummissjoni għandha tressaq il-mistoqsijiet tagħha lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri l-oħra jistgħu wkoll jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali għall-valutazzjoni tat-talba. 3. Jekk tqis li ma jkunx hemm bżonn titlob għal informazzjoni supplimentari jew, fejn applikabbli, malli tirċievi l-informazzjoni supplimentari li tkun talbet, il-Kummissjoni għandha, fi żmien għoxrin ġimgħa minn meta tirċievi t-talba jew minn meta tirċievi l-informazzjoni supplimentari, rispettivament, tagħti bidu għall-proċedura biex tiġi adottata l-emenda mitluba jew inkella tinforma lill-Istati Membri rikjedenti bir-raġunijiet għalfejn ma tkunx se tagħmel dan.” |
|
(17) |
Fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali li jkun magħmul mir-rapporti annwali tal-attività msemmija fil-paragrafu 3. Dak ir-rapport annwali għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.” |
|
(18) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 13a L-ipproċessar ta' data personali Id-data personali għandha tiġi pproċessata u skambjata f'konformità mar-regoli stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). (*5) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31)." (*6) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).” " |
|
(19) |
L-Artikolu 15a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 15a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-16 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*7). 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan. 6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b' xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
(20) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 15b Proċedura ta' urġenza 1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza. 2. Il-Parlament Ewropew jew l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15a(6). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Artikolu 15c Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura 1. Għandu jiġi stabbilit Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru jaħtar rappreżentant f'dan il-grupp. 2. Il-grupp għandu jeżamina kwalunkwe kwistjonijiet li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi, bla limitazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni dwar prattiki amministrattivi u kwalunkwe kwistjoni li tista' titqajjem jew mill-president inkella minn rappreżentant ta' Stat Membru. 3. Il-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura, kull meta jqis li huwa meħtieġ, jista' jikkonsulta lill-esportaturi, is-sensara, il-fornituri ta' assistenza teknika u partijiet interessati rilevanti oħra li huma konċernati minn dan ir-Regolament. 4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali bil-miktub lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura. Ir-rapport annwali għandu jitfassal b'kunsiderazzjoni partikolari tal-ħtieġa li ma jiġux kompromessi l-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Id-diskussjonijiet fil-grupp jinżammu kunfidenzjali. Artikolu 15d Rieżami 1. Sal-31 ta' Lulju 2020, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jistgħu jinkludu proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. Ir-rieżami jivvaluta l-ħtieġa li jiġu inklużi l-attivitajiet ta' ċittadini tal-UE li jgħixu barra. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni adatta kollha għat-tħejjija tar-rapport. 2. Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jittrattaw:
|
|
(21) |
Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament għandu jkollu l-istess kamp ta' applikazzjoni territorjali bħat-Trattati, ħlief għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), l-Artikoli 4a, 5, 6a, 7, 7b u 7d, l-Artikolu 8(1) sa (4) u l-Artikolu 10, li japplikaw għal:
|
|
(22) |
L-Annessi huma emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 9 tal-Artikolu 1 u, sa fejn jiġi introdott l-Artikolu 7e, il-punt 10 tal-Artikolu 1, għandu japplika mis-17 ta' Marzu 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta' Novembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2016.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1).
(3) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolamenttal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 107).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2011 tal-20 ta' Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 31).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 775/2014 tas-16 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 1).
(6) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabbrikar illeċitu ta' u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-tranżitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1).
(9) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1).
ANNESS I
“ANNESS IIIa
OĠĠETTI LI JISTGĦU JINTUŻAW GĦALL-PIENA KAPITALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7b
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
ex 2933 53 90 [minn (a) sa (f)] ex 2933 59 95 [(g) u (h)] |
|
||||||||||||||||
|
ex 3003 90 00 ex 3004 90 00 ex 3824 90 96 |
Nota: Dan il-punt ikopri wkoll il-prodotti li fihom wieħed mill-aġenti anestetiċi elenkati taħt l-aġenti anestetiċi barbituriċi li jaġixxu fuq perijodu qasir u intermedju.” |
ANNESS II
“ANNESS IIIb
AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI EU GEA 1236/2005
Parti 1 — Oġġetti
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti kollha elenkati fl-entrati tal-Anness IIIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 (*1).
Tkopri wkoll il-provvisti ta' assistenza teknika lill-utent aħħari sakemm tali assistenza tkun meħtieġa għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom tkun awtorizzata, jekk tali assistenza tkun ipprovduta mill-esportatur.
Parti 2 — Destinazzjonijiet
Mhijiex meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 għall-provvisti ddestinati lejn pajjiż jew territorju li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, li għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jinkludi lil Ceuta, Helgoland u Melilla (l-Artikolu 18(2)).
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet segwenti:
|
It-territorji Daniżi li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:
|
|
It-territorji Franċiżi li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:
|
|
It-territorji Olandiżi li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:
|
|
It-territorji Brittaniċi rilevanti li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:
|
|
L-Afrika t'Isfel |
|
L-Albanija |
|
L-Andorra |
|
L-Arġentina |
|
L-Awstralja |
|
Il-Benin |
|
Il-Bolivja |
|
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
|
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
|
L-Ekwador |
|
Il-Filippini |
|
Il-Ġeorġja |
|
Ġibuti |
|
Il-Gabon |
|
Il-Ginea Bissaw |
|
Il-Honduras |
|
L-Iżlanda |
|
L-Iżvizzera (inklużi Büsingen u Campione d'Italia) |
|
Il-Kirgiżistan |
|
Il-Kolombja |
|
Il-Kanada |
|
Il-Kap Verde |
|
Il-Kosta Rika |
|
Il-Liberja |
|
Il-Liechtenstein |
|
Il-Messiku |
|
Il-Moldova |
|
Il-Mongolja |
|
Il-Montenegro |
|
Il-Możambik |
|
In-Namibja |
|
In-Nepal |
|
In-New Zealand |
|
In-Nikaragwa |
|
In-Norveġja |
|
Il-Panama |
|
Il-Paragwaj |
|
Ir-Rwanda |
|
San Marino |
|
Is-Serbja |
|
Is-Seychelles |
|
Timor Leste |
|
It-Turkija |
|
It-Turkmenistan |
|
L-Ukraina |
|
L-Urugwaj |
|
L-Uzbekistan |
|
Il-Venezwela |
Parti 3 — Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti biex tintuża din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni
|
(1) |
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni ma tistax tintuża:
|
|
(2) |
L-esportaturi li jagħmlu użu minn din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni EU GEA 1236/2005 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu residenti jew stabbiliti meta jużaw din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn 30 jum mid-data ta' meta sseħħ l-ewwel esportazzjoni. L-esportaturi għandhom jirrapportaw ukoll fid-dikjarazzjoni doganali il-fatt li qed jużaw din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni EU GEA 1236/2005 billi fil-kaxxa 44 jindikaw il-kodiċi rilevanti li jinsab fil-bażi ta' data TARIC. |
|
(3) |
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti ta' rappurtar marbuta mal-użu ta' din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni kif ukoll kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jirrikjedi f'dak li jirrigwarda l-oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni. Stat Membru jista' jobbliga lill-esportaturi residenti jew stabbiliti f'dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel ma jużaw din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni għall-ewwel darba. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-esportatur dwar dan mingħajr dewmien u f'kull każ, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tiġi rċevuta. |
(*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1).” ”
ANNESS III
“ANNESS VI
FORMOLA TA' AWTORIZZAZZJONI GĦALL-PROVVISTA TA' SERVIZZI TA' SENSERIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1)
Speċifikazzjoni teknika:
Il-formola li ġejja għandu jkollha daqs ta' 210 × 297 mm b'tolleranza massima ta' 5 mm inqas u 8 mm aktar. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment u wieħed minn sitta ta' pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment.
Noti ta' spjegazzjoni dwar il-formola
‘Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 (*1) )’
Din il-formola ta' awtorizzazzjoni tintuża għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għal servizzi ta' senserija skont ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005.
L-awtorità emittenti hija l-awtorità ddefinita fil-punt (h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Hija awtorità li hija inkluża fil-lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.
|
Kaxxa 1 |
Sensar rikjedenti |
Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz sħiħ tas-sensar rikjedenti. Sensar huwa definit fil-punt (l) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. |
|
Kaxxa 3 |
Nru tal-Awtorizzazzjoni |
Jekk jogħġbok niżżel in-numru u mmarka l-kaxxa adatta li tindika jekk l-awtorizzazzjoni hijiex waħda individwali jew globali (ara l-punti (p) u (q) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 għad-definizzjonijiet). |
|
Kaxxa 4 |
Data ta' skadenza |
Jekk jogħġbok niżżel il-jum (żewġ numri), ix-xahar (żewġ numri) u s-sena (erba' numri). Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni individwali hija minn tliet xhur sa tnax-il xahar u dak ta' awtorizzazzjoni globali minn sena sa tliet snin. Meta l-perijodu ta' validità jintemm, tista' tintalab estensjoni jekk tkun meħtieġa. |
|
Kaxxa 5 |
Destinatarju |
Jekk jogħġbok indika, minbarra l-isem u l-indirizz, jekk id-destinatarju fil-pajjiż terz ta' destinazzjoni huwiex utent aħħari, distributur kif imsemmija fil-punt (r) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jew parti li jkollha rwol ieħor fit-tranżazzjoni. Jekk id-destinatarju jkun distributur iżda juża wkoll parti mill-kunsinna għal użu aħħari speċifiku, jekk jogħġbok immarka kemm ‘Distributur’ kif ukoll ‘Utent aħħari’ u semmi l-użu aħħari f'kaxxa 11. |
|
Kaxxa 6 |
Pajjiż terz fejn jinsabu l-oġġetti |
Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 (*3). |
|
Kaxxa 7 |
Pajjiż terz ta' destinazzjoni |
Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012. |
|
Kaxxa 9 |
Stat Membru emittenti |
Jekk jogħġbok niżżel fil-linja xierqa kemm l-isem tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012. |
|
Kaxxa 11 |
Użu aħħari |
Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni preċiża tal-użu li se jsir mill-oġġetti u indika wkoll jekk l-utent aħħari huwiex awtorità tal-infurzar tal-liġi kif definita fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jew fornitur ta' taħriġ dwar l-użu tal-oġġetti soġġetti għal senserija. Ħalli vojt jekk is-servizzi ta' senserija jiġu pprovduti lil distributur, sakemm id-distributur innifsu ma jużax parti mill-oġġetti għal użu aħħari speċifiku. |
|
Kaxxa 12 |
Il-post preċiż fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz li se jiġu esportati minnu. |
Jekk jogħġbok iddeskrivi fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz li minnu se jiġu fornuti lill-persuna, lill-entità jew lill-korp imsemmija fil-kaxxa 2. Il-post irid ikun indirizz fil-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 6 jew informazzjoni simili li tiddeskrivi fejn jinsabu l-oġġetti. Innota li mhuwiex permess li tniżżel numru ta' kaxxa postali jew indirizz postali simili. |
|
Kaxxa 13 |
Deskrizzjoni tal-oġġett |
Id-deskrizzjoni tal-oġġetti tinkludi referenza għal oġġett speċifiku fl-Anness III jew IIIa tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Jekk jogħġbok ikkunsidra li tinkludi data dwar l-imballaġġ tal-oġġetti kkonċernati. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 13, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, u niżżel in-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi f'kaxxa 20. |
|
Kaxxa 14 |
Nru tal-Oġġett |
Din il-kaxxa trid timtela fuq wara tal-formola biss. Jekk jogħġbok żgura li n-Nru tal-Oġġett jikkorrispondi għan-numru tal-oġġett stampat f'Kaxxa 14 li jinsab ħdejn id-deskrizzjoni tal-oġġett rilevanti fuq il-view side. |
|
Kaxxa 15 |
Kodiċi SA |
Il-kodiċi SA huwa kodiċi doganali assenjat lill-oġġetti fis-Sistema Armonizzata. Meta l-kodiċi min-Nomenklatura Magħquda tal-UE jkun magħruf, dak il-kodiċi jista' jintuża minflok. Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 (*4) għall-verżjoni kurrenti tan-Nomenklatura Magħquda. |
|
Kaxxa 17 |
Munita u valur |
Jekk jogħġbok indika l-valur u l-munita billi tuża l-prezz pagabbli (mingħajr ma tikkonvertih). Jekk dak il-prezz ma jkunx magħruf, jiġi ddikjarat il-valur stmat, preċedut bl-akronimu EV. Il-munita trid tiġi indikata bl-użu tal-kodiċi alfabetiku ISO 4217:2015). |
|
Kaxxa 18 |
Rekwiżiti u kundizzjonijiet speċifiċi |
Kaxxa 18 tikkonċerna l-oġġetti 1, 2 jew 3 (jekk jogħġbok speċifika meta jkun xieraq) deskritti f'kaxxi 14 sa 16 li jippreċeduha. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 18, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, u niżżel in-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi f'kaxxa 20. |
|
Kaxxa 20 |
Numru ta' annessi |
Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi, jekk ikun hemm (ara l-ispjegazzjonijiet għal kaxxi 13 u 18). |
(*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1).
ANNESS IV
“ANNESS VII
FORMOLA TA' AWTORIZZAZZJONI GĦALL-PROVVISTA TA' ASSISTENZA TEKNIKA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1)
Speċifikazzjoni teknika:
Il-formola li ġejja għandu jkollha daqs ta' 210 × 297 mm b'tolleranza massima ta' 5 mm inqas u 8 mm aktar. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment u wieħed minn sitta ta' pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment.
Noti ta' spjegazzjoni dwar il-formola
‘Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 (*1) )’
Din il-formola ta' awtorizzazzjoni għandha tintuża biex tawtorizza provvista ta' assistenza teknika skont ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Jekk l-assistenza teknika takkumpanja esportazzjoni li tingħata awtorizzazzjoni għaliha bir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jew skont dan ir-Regolament, din il-formola ma tintużax, ħlief fil-każijiet li ġejjin:
|
— |
l-assistenza teknika tikkonċerna oġġetti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 (ara l-Artikolu 3(2)); jew |
|
— |
l-assistenza teknika relatata ma' oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-oġġetti esportati (ara l-Artikolu 9(2) u, fir-rigward ta' oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, Parti 1 tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni EU GEA 1236/2005 fl-Anness IIIb għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005). |
L-awtorità emittenti hija l-awtorità ddefinita fil-punt (h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Hija awtorità li hija inkluża fil-lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.
L-awtorizzazzjonijiet jinħarġu f'din il-formola ta' paġna waħda b'annessi kif meħtieġ.
|
Kaxxa 1 |
Fornitur ta' assistenza teknika rikjedenti |
Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant. Fornitur ta' assistenza teknika huwa definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Jekk l-assistenza teknika takkumpanja esportazzjoni li tkun ingħatat awtorizzazzjoni, jekk jogħġbok indika wkoll in-numru doganali tal-applikant, jekk ikun possibbli, u indika n-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni relatata f'kaxxa 14. |
|
Kaxxa 3 |
Nru tal-Awtorizzazzjoni |
Jekk jogħġbok niżżel in-numru u mmarka l-kaxxa adatta li tindika l-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 li l-awtorizzazzjoni hija bbażata fuqu. |
|
Kaxxa 4 |
Data ta' skadenza |
Jekk jogħġbok niżżel il-jum (żewġ numri), ix-xahar (żewġ numri) u s-sena (erba' numri). Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni huwa minn tliet xhur sa tnax-il xahar. Meta l-perijodu ta' validità jintemm, tista' tintalab estensjoni jekk tkun meħtieġa. |
|
Kaxxa 5 |
L-attività tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-punt 2 |
Jekk jogħġbok indika l-attività ewlenija tal-persuna, l-entità jew il-korp li l-assistenza teknika se tiġi pprovduta lilhom. It-terminu awtorità tal-infurzar tal-liġi huwa definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Jekk l-attività ewlenija mhijiex fil-lista, immarka ‘Ebda minn dawn’ u ddeskrivi l-attività ewlenija bl-użu ta' kliem ġeneriku (eż. bejjiegħ bl-ingrossa, bejjiegħ bl-imnut, sptar). |
|
Kaxxa 6 |
Il-pajjiż terz jew l-Istat Membru li l-assistenza teknika se tiġi pprovduta lilu. |
Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 (*3). Innota li f'kaxxa 6 Stat Membru jitniżżel biss jekk l-awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. |
|
Kaxxa 7 |
Tip ta' awtorizzazzjoni |
Jekk jogħġbok indika jekk il-provvista ta' assistenza teknika tingħatax matul perijodu partikolari u, jekk iva, iddikjara l-perijodu f'jiem, ġimgħat jew xhur li matulu l-fornitur ta' assistenza teknika jrid iwieġeb għal talbiet għal pariri, appoġġ jew taħriġ. Provvista unika ta' assistenza teknika tikkonċerna talba speċifika waħda għal pariri jew appoġġ jew taħriġ speċifiku (anke jekk jikkonċerna kors li jingħata tul diversi ġranet). |
|
Kaxxa 8 |
Stat Membru emittenti |
Jekk jogħġbok niżżel fil-linja xierqa kemm l-isem tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012. |
|
Kaxxa 9 |
Deskrizzjoni tat-tip ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom. |
Jekk jogħġbok iddeskrivi t-tip ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom. Id-deskrizzjoni tinkludi referenza għal oġġett speċifiku fl-Anness II, III jew IIIa tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. |
|
Kaxxa 10 |
Deskrizzjoni tal-assistenza teknika li hija awtorizzata |
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-assistenza teknika b'mod ċar u preċiż. Daħħal referenza għad-data u n-numru ta' ftehim konkluż mill-fornitur tal-assistenza teknika jew ehmeż tali ftehim, meta jkun xieraq. |
|
Kaxxa 11 |
Mod ta' provvista |
Kaxxa 11 ma timteliex jekk l-awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Jekk l-assistenza teknika tkun ipprovduta minn pajjiż terz għajr il-pajjiż terz fejn ir-riċevitur ikun residenti jew stabbilit, jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012. |
|
Kaxxa 12 |
Deskrizzjoni tat-taħriġ dwar l-użu ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom |
Jekk jogħġbok indika jekk l-appoġġ tekniku jew is-servizz tekniku kopert bid-definizzjoni ta' assistenza teknika fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jinkludix taħriġ għall-utenti tal-oġġetti rilevanti. Jekk jogħġbok iddikjara x'tip ta' utenti se jirċievu tali taħriġ u speċifika l-objettivi u l-kontenuti tal-programm ta' taħriġ. |
|
Kaxxa 14 |
Rekwiżiti u kundizzjonijiet speċifiċi |
Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 14, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, u niżżel in-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi f'kaxxa 16. |
|
Kaxxa 16 |
Numru ta' annessi |
Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi, jekk ikun hemm (ara l-ispjegazzjonijiet għal kaxxi 10 u 14) |
(*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1).
|
13.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/34 |
REGOLAMENT (UE) 2016/2135 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Novembru 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprovdi li l-Kummissjoni għandha teżamina ż-żieda ta' pagamenti interim mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej b'ammont li jikkorrispondi għal 10 punti perċentwali fuq ir-rata ta' kofinanzjament attwali għal kull prijorità jew miżura għall-Istati Membri li kienu taħt programm ta' aġġustament wara l-21 ta' Diċembru 2013 u li talbu biex jibbenefikaw minn dik iż-żieda sat-30 ta' Ġunju 2016 u għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport bil-valutazzjoni tagħha u, jekk meħtieġ, proposta leġiżlattiva qabel it-30 ta' Ġunju 2016. Il-Kummissjoni ssottomettiet dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fis-27 ta' Ġunju 2016. |
|
(2) |
Ħames Stati Membri kienu eliġibbli għal żieda fil-pagament taħt l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jiġifieri r-Rumanija, l-Irlanda, il-Portugall, Ċipru u l-Greċja. Ir-Rumanija, l-Irlanda, il-Portugall u Ċipru lestew il-programmi ta' aġġustament ekonomiku rispettivi tagħhom. Hija biss il-Greċja li għadha taħt programm ta' aġġustament u tibbenefika minn assistenza finanzjarja relatata sat-tielet kwart tal-2018. Peress li l-Greċja għadha qed tiffaċċja diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabbiltà finanzjarja tagħha, jenħtieġ li t-tul tal-applikazzjoni ta' żieda fil-pagamenti għall-Istati Membri b'diffikultajiet baġitarji temporanji jiġi estiż. |
|
(3) |
Madankollu, jenħtieġ li l-possibbiltà għal pagamenti miżjuda tintemm fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena kalendarja li fiha Stat Membru ma jibqax jirċievi assistenza finanzjarja taħt programm ta' aġġustament. |
|
(4) |
L-Artikolu 120(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jeħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi biex tivvaluta l-ġustifikazzjoni għaż-żamma ta' rata massima ta' kofinanzjament ta' 85 % fil-livell ta' kull assi ta' prijorità għall-programmi operazzjonali kollha appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) f'Ċipru wara t-30 ta' Ġunju 2017 u biex tagħmel, jekk meħtieġ, proposta leġiżlattiva qabel it-30 ta' Ġunju 2016. |
|
(5) |
Ċipru ħareġ mill-programm ta' aġġustament tiegħu fl-aħħar ta' Marzu 2016. Madankollu, is-sitwazzjoni ekonomika ta' Ċipru għadha fraġli, kif jidher mir-rata ta' tkabbir kajmana tiegħu, it-tnaqqis fl-investiment, il-qgħad għoli u s-settur finanzjarju taħt pressjoni. Biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-baġit nazzjonali u jiġu mħaffa l-investimenti ferm meħtieġa, jenħtieġ li r-rata ta' kofinanzjament ta' 85 % għall-programmi operazzjonali kollha appoġġati mill-FEŻR u l-FSE f'Ċipru għalhekk tiġi estiża sal-għeluq tal-programm operazzjonali. |
|
(6) |
Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 24 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 24 Żieda fil-pagamenti għall-Istati Membri b'diffikultajiet baġitarji temporanji 1. Fuq it-talba ta' Stat Membru, il-pagamenti interim jistgħu jiżdiedu b'10 punti perċentwali aktar mir-rata ta' kofinanzjament applikabbli għal kull prijorità għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni jew għal kull miżura għall-FAEŻR u l-FEMS. Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin wara l-21 ta' Diċembru 2013, ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għat-talbiet tiegħu għal pagamenti għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2016:
Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu wara t-30 ta' Ġunju 2016, ir-rata miżjuda għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal pagamenti tiegħu għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena kalendarja li matulha l-assistenza finanzjarja relatata tasal fi tmiemha. Dan il-paragrafu ma japplikax għal programmi taħt ir-Regolament KTE. 2. Minkejja l-paragrafu 1, l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla minn:
skont liema wieħed ikun l-inqas.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 120(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-għeluq tal-programm operazzjonali, ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull assi ta' prijorità għall-programmi operazzjonali kollha f'Ċipru m'għandhiex tkun ogħla minn 85 %.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta' Novembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) L-Opinjoni tal-21 ta' Settembru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2016.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).