ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 337

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
13 ta' Diċembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2234 tal-21 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2235 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-bisfenol A ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2236 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2018 dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja ( 1 )

6

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2237 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2238 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2239 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

18

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2241 tad-9 ta' Diċembru 2016 li tipprovdi għall-kummerċjalizzazzjoni temporanja ta' żerriegħa ta' ċertu varjetajiet tal-ispeċi Beta vulgaris L., li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE (notifikata bid-dokument C(2016) 8105)  ( 1 )

20

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2242 tad-9 ta' Diċembru 2016 li tistipula l-kummerċjalizzazzjoni temporanja ta' żerriegħa tal-varjetà ta' Hordeum vulgare L. Scrabble, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (notifikata bid-dokument C(2016) 8106)  ( 1 )

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2234

tal-21 ta' Novembru 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Settembru 2014, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem l-Unjoni, ftehim internazzjonali mal-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-provvista ta' servizz ta' awmentazzjoni bis-satellita (SBAS) fl-Afrika abbażi tal-programm Ewropew ta' radjunavigazzjoni bis-satellita EGNOS.

(2)

Wara dawn in-negozjati, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-12 ta' Mejju 2016.

(3)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili huwa awtorizzat.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. PLAVČAN


REGOLAMENTI

13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2235

tat-12 ta' Diċembru 2016

li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-bisfenol A

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-6 ta' Mejju 2014, Franza ressqet dossier quddiem l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“id-dossier tal-Anness XV” (2)), biex tibda l-proċedura ta' restrizzjoni stabbilita fl-Artikoli 69 sa 73 ta' dak ir-Regolament. Id-dossier tal-Anness XV kien indika riskju għall-ħaddiema (primarjament kaxxiera) u l-konsumaturi li jiġu esposti għal bisfenol A (BPA) billi jiġu f'idejhom irċevuti tal-karti termali u propona restrizzjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' BPA f'karta termali f'konċentrazzjoni daqs jew li taqbeż iż-0,02 % skont il-piż. Preċiżament, il-popolazzjoni f'riskju kienu t-tfal mhux imwielda ta' ħaddiema nisa tqal u konsumaturi esposti għall-BPA li jinstab fil-karti termali li jużaw.

(2)

Il-karta termali hija komposta minn karta bażi b'minn tal-anqas kisja waħda ta' kimika li għandu mnejn ikun fih il-BPA. Il-kisja tibdel lewnha meta tkun esposta għas-sħana, u dan jippermetti li l-karattri stampati jidhru.

(3)

Franza bbażat il-valutazzjoni tal-periklu tal-BPA fuq l-effetti fuq għadd ta' punti ta' tmiem tas-saħħa tal-bniedem (is-sistema riproduttiva tal-mara, il-moħħ u l-imġiba, il-glandola mammarja, il-metaboliżmu u l-obeżità). L-effetti fuq il-glandola tal-ħalib kienu meqjusa bħala l-aktar punt ta' tmiem kritiku, li jiddomina fuq l-oħrajn. Dawn intużaw biex jiġi kkalkulat il-Livell Derivat ta' Bla Effett (DNEL)

(4)

Matul il-proċess tat-tfassil tal-opinjoni tal-Aġenzija, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat opinjoni xjentifika ġdida dwar il-BPA (3). Il-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju (RAC) iddiskuta l-valutazzjoni tal-BPA mal-EFSA biex jiżgura l-konsistenza fl-evalwazzjoni xjentifika u biex jibbażaha fuq il-letteratura xjentifika l-iktar riċenti u aġġornata. Il-valutazzjoni tal-periklu tar-RAC, kif ippreżentat fl-opinjoni tiegħu, hija konsistenti mal-approċċ li ntuża mill-EFSA.

(5)

Ir-RAC kien tal-fehma li l-istudji kritiċi magħżula minn Franza għall-kalkolu tad-DNEL ma ppermettewx kwantifikazzjoni tar-relazzjonijiet doża-rispons u weraw inċertezzi. Għaldaqstant, għall-iskopijiet tal-kalkolu ta' DNEL orali, ir-RAC għażel l-effetti fuq il-kliewi u, peress li d-dejta disponibbli indikat li dawn l-effetti mhumiex l-iktar effetti kritiċi tal-BPA, applika fattur ta' valutazzjoni addizjonali ta' 6 biex jitqiesu l-effetti fuqis-sistema riproduttiva tan-nisa, il-moħħ u l-imġiba, il-glandola mammarja, il-metaboliżmu u l-obeżità u s-sistema immunitarja fil-valutazzjoni ġenerali tal-periklu. Peress li l-proposta ta' restrizzjoni tikkonċerna r-rotta dermali tal-esponiment minħabba l-użu ta' karti termali, ġie kkalkulat ukoll DNEL għall-esponiment tar-rotta dermali għall-ħaddiema u għall-popolazzjoni ġenerali. Fir-rigward tal-esponiment, ir-RAC irfina l-valutazzjoni u kkumplimentaha bl-informazzjoni tal-bijosorevaljanza l-ġdida dwar l-esponiment tal-kaxxiera għall-BPA. Bl-applikazzjoni ta' din il-metodoloġija, ir-RAC ikkonkluda li r-riskju għall-konsumaturi huwa kkontrollat b'mod adegwat iżda kkonferma riskju għall-ħaddiema.

(6)

Fil-5 ta' Ġunju 2015, ir-RAC adotta l-opinjoni tiegħu, u kkonkluda li r-restrizzjoni proposta hija l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex ikunu indirizzati r-riskji identifikati f'termini tal-effettività biex jitnaqqsu dawk ir-riskji.

(7)

Skont il-konklużjoni tar-RAC li d-dejta disponibbli ma ppermettietx kwantifikazzjoni tar-relazzjoni bejn id-doża u r-rispons għall-effetti fuq is-saħħa tal-BPA, il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija (“SEAC”) ma setax juża l-benefiċċju tal-estimi fid-dossier Franċiż u għalhekk wettaq analiżi ta' ekwilibriju, li abbażi tagħha kkonkluda li b'mod ġenerali l-ispejjeż stmati jeċċedu l-benefiċċji potenzjali fuq is-saħħa tar-restrizzjoni proposta. Madankollu, is-SEAC innota li l-kost tar-restrizzjoni jammonta għal proporzjon żgħir ħafna mit-total tal-ispejjeż tal-persunal jew l-eċċess operattiv gross tas-setturi milquta fl-Unjoni, u jwassal biss għal żieda żgħira ħafna fil-prezz jekk jiġi trasferit lejn il-konsumaturi permezz ta' prezzijiet ogħla ta' oġġetti tal-konsumatur. Barra minn hekk, is-SEAC innota li r-restrizzjonijiet jistgħu jwasslu għal tqassim aktar ġust tal-impatti, meta wieħed iqis li s-sottopopolazzjoni ta' kaxxiera li huma potenzjalment f'riskju huma affettwati b'mod sproporzjonat mill-impatti ħżiena fuq is-saħħa, filwaqt li l-impatt ekonomiku jkun maqsum b'mod ugwali mill-popolazzjoni usa' tal-Unjoni.

(8)

Fl-4 ta' Diċembru 2015, is-SEAC adotta l-opinjoni tiegħu u kkunsidra r-restrizzjoni proposta bħala li aktarx li ma tkunx proporzjonata fejn jidħol il-paragun tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tagħha mal-kosti soċjoekonomiċi tagħha, iżda enfasizza il-kunsiderazzjonijiet ta' distribuzzjoni u affordabbiltà favorevoli tagħha. Barra minn hekk, is-SEAC ikkonferma li miżura li tkopri l-Unjoni kollha hija ġustifikata u kkonkluda li r-restrizzjoni proposta hija miżura xierqa li tindirizza r-riskji għas-saħħa tal-bniedem għall-ħaddiema.

(9)

Ir-RAC u s-SEAC kkonkludew ukoll li r-restrizzjoni proposta tista' tiġi implimentata, infurzata, ġestita u sorveljata.

(10)

Il-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar tal-Aġenzija ġie kkonsultat waqt il-proċess ta' restrizzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġew ikkunsidrati.

(11)

Fid-29 ta' Jannar 2016, l-Aġenzija ressqet l-opinjonijiet tar-RAC u tas-SEAC (4) quddiem il-Kummissjoni. Abbażi ta' dawn l-opinjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-ħaddiema li jkollhom f'idejhom karta termali li fihom il-BPA f'konċentrazzjoni ugwali għal jew ta' iktar minn 0,02 % skont il-piż. Wara li qieset il-kunsiderazzjonijiet tas-SEAC dwar l-affordabblità u l-effetti distribuzzjonali, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-restrizzjoni proposta tindirizza r-riskji identifikati mingħajr ma timponi piż sinifikanti fuq l-industrija, il-katina tal-provvista jew il-konsumaturi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-restrizzjoni proposta minn Franza hija miżura xierqa fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati għas-saħħa tal-ħaddiema li jkollhom f'idejhom irċevuti karta termika li fihom il-BPA. Billi tirregola t-tqegħid fis-suq, ir-restrizzjoni proposta se tipprovdi wkoll marġini ikbar ta' protezzjoni għall-konsumaturi.

(12)

Peress li huma disponibbli metodi ta' ttestjar biex titkejjel il-konċentrazzjoni tal-BPA fil-karta termali, ir-restrizzjoni hija infurzabbli. Kif ikkonfermat mis-SEAC, l-applikazzjoni ta' din ir-restrizzjoni għandha tkun differita biex l-industrija tkun tista' tikkonforma magħha. Perjodu ta' 36 xahar huwa raġonevoli u suffiċjenti għal dan l-għan.

(13)

Fl-opinjoni tiegħu, ir-RAC jinnota li l-bisfenol S (BPS), l-aktar sostitut plawżibbli skont Franza, jista' jkollu profil tossikoloġiku simili għall-BPA u jista' jikkawża effetti negattivi simili fuq is-saħħa. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li l-effetti negattivi tal-BPA sempliċiment jiġu ssuperati mill-effetti avversi tal-BPS, għandha tingħata attenzjoni partikolari għal xejra ta' sostituzzjoni eventwali għall-BPS. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tissorvelja l-użu tal-BPS f'karta termika. L-Aġenzija għandha tikkomunika kwalunkwe informazzjoni ulterjuri lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra jekk proposta biex il-BPS ikun ristrett skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 hix meħtieġa billi, kuntrarjament għall-BPA, ir-riskju għas-saħħa assoċjat mal-BPS f'karta termika għadu ma ġiex evalwat.

(14)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolamentjidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  http://echa.europa.eu/documents/10162/c6a8003c-81f3-4df6-b7e8-15a3a36baf76

(3)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/3978

(4)  http://echa.europa.eu/documents/10162/9ce0977b-3540-4de0-af6d-16ad6e78ff20


ANNESS

Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tiddaħħal din l-annotazzjoni ġdida:

“66.

Bisfenol A

Nru tal-CAS 80-05-7

Nru tal-KE 201-245-8

Ma għandux jitqiegħed fis-suq f'karta termali f'konċentrazzjoni ugwali għal jew ta' iktar minn 0,02 % skont il-piż wara t-2 ta' Jannar 2020.”


13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2236

tat-12 ta' Diċembru 2016

li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2018 dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-UE għandha impenn fit-tul li tippromwovi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. L-istandards minimi f'dan il-qasam huma stabbiliti permezz ta' Direttivi dwar il-Leave tal-Maternità (2) u l-Leave tal-Ġenituri (3). Bl-istess mod l-UE għandha tistabbilixxi miri biex ittejjeb il-provvista tal-indukrar tat-tfal skont l-Objettivi ta' Barċellona, u nħarġu wkoll ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fil-qasam tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fis-Semestru Ewropew 2016.

(2)

Fil-Programm ta' Ħidma tagħha tal-2016 (4), il-Kummissjoni tistabbilixxi l-pjanijiet tagħha biex tiżviluppa inizjattiva li tindirizza l-isfidi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li jiffaċċjaw il-ġenituri u l-persuni li jindukraw.

(3)

Il-monitoraġġ tal-isfidi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-progress f'dan il-qasam huwa għalhekk essenzjali u l-ġbir imtejjeb tad-dejta huwa daqstant importanti.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 (5) jistabbilixxi modulu ad hoc dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari.

(5)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 (6) jispeċifika u jiddeskrivi l-oqsma ta' informazzjoni speċjalizzata (“submoduli ad hoc”) li jridu jiġu inklużi fil-modulu ad hoc tal-2018 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri, il-kodiċijiet u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta skont il-modulu ad hoc dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2018 dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw, u l-iskadenza sa meta għandha tintbagħat lill-Kummissjoni huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13).

(4)  COM(2015) 610 finali.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta' April 2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 99, 9.4.2013, p. 11).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 42).


ANNESS

Dan l-Anness jistabbilixxi l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw fil-modulu ad hoc dwar bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja skedat li jsir fl-2018. Dan jistabbilixxi wkoll id-dati ta' meta trid titressaq id-dejta lill-Kummissjoni.

L-iskadenza għat-trażmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni: Il-31 ta' Marzu 2019.

Il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta: kif stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 (1).

Il-kolonni riżervati għall-fatturi ta' ponderazzjoni opzjonali, dawn għandhom jintużaw f'każijiet ta' subkampjunar jew nuqqas ta' tweġiba: il-kolonni 223-226 li fihom numri sħaħ u l-kolonni 227-228 li fihom pożizzjonijiet deċimali.

(1)   Is-submodulu 1: Responsabbiltajiet relatati mal-indukrar

L-isem/Il-kolonna

Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-filtru

CARERES

 

L-eżistenza ta' responsabbiltajiet ta' kura

AGE = 18–64

211

 

Toffri b'mod regolari indukrar lit-tfal tiegħek stess jew tas-sieħeb tiegħek (< 15-il snin) jew lil qraba inabilitati (15-il sena u aktar)

 

 

1

L-ebda responsabbiltajiet relatati mal-kura;

 

 

2

Fid-dar, lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb biss.

 

 

3

Barra mid-dar, lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb biss.

 

 

4

Barra mid-dar u fid-dar lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb biss.

 

 

5

Lill-qraba inabilitati biss.

 

 

6

Fid-dar, lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb u lill-qraba inabilitati

 

 

7

Barra mid-dar, lit-tfal tiegħi stess jew tas-sieħeb u lill-qraba inabilitati

 

 

8

Barra mid-dar u fid-dar, lit-tfal tiegħi jew tas-sieħeb u lill-qraba inabilitati

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

CHCARUSE

 

L-użu tas-servizzi tal-kura tat-tfal

CARERES = 2-4,6-8

212

 

L-użu tas-servizzi tal-kura tat-tfal għal tfal kollha jew uħud minnhom

 

 

1

Le

 

 

2

Iva, għal xi tfal

 

 

3

Iva, għat-tfal kollha

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

CHCAROBS

 

Fatturi għala s-servizzi tal-kura tat-tfal ma jintużawx

CHCARUSE = 1,2

213/214

 

Ir-raġuni ewlenija għala ma jintużawx (aktar) is-servizzi tal-kura tat-tfal għal tfal tiegħek stess jew tas-sieħeb

 

 

01

L-ebda servizz aċċessibbli/vakanti

 

 

02

Spejjeż

 

 

03

Kwalità/it-tip ta' servizz

 

 

04

Ostaklu ieħor marbut mas-servizz

 

 

05

L-indukrar norganizzah jiena waħdi/mas-sieħeb

 

 

06

L-indukrar hija organizzata u tinkludi aktar appoġġ informali

 

 

07

Is-servizzi professjonali użati (għal xi wħud mit-tfal iżda mhux għal kollha) huma biżżejjed

 

 

08

It-tfal jieħdu ħsieb lilhom infushom

 

 

09

Raġunijiet personali oħra

 

 

99

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

CHCAREFF

 

L-effett tar-responsabilitajiet tal-kura tat-tfal fuq l-impjiegi

CARERES = 2-4,6-8 and WSTATOR = 1,2

215

 

Il-mod ewlieni li bih persuni impjegati adattataw l-ħidma tagħhom biex jiffaċilitaw ir-responsabilitajiet tal-kura tat-tfal

 

 

1

Kull tibdil li jkabbar id-dħul

 

 

2

Anqas sigħat ta' xogħol

 

 

3

Anqas kompiti impenjattivi fl-impjieg

 

 

4

Biddilt l-impjieg jew l-impjegatur biex niffaċilita r-rikonċiljazzjoni

 

 

5

Bħalissa ninsab fuq leave tal-familja

 

 

6

Oħrajn

 

 

7

L-ebda effett

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

(2)   Is-submodulu 2: Il-flessibbiltà tal-arranġamenti tax-xogħol

L-isem/Il-kolonna

Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-filtru

POSSTEND

 

Il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol għall-kura

STAPRO = 3 u CARERES = 2-8

216

 

Huwa possibbli li tvarja u/jew ttemm il-jum tax-xogħol fl-impjieg ewlieni biex jiġu ffaċilitati r-responsabbiltajiet tal-kura

 

 

1

Ġeneralment possibbli

 

 

2

Rarament possibbli

 

 

3

Mhuwiex possibbli

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

POSORGWT

 

Flessibilità biex tieħu ġranet off sħaħ għall-kura

STAPRO = 3 u CARERES = 2-8

217

 

Huwa possibbli li torganizza l-ħin tax-xogħol sabiex tieħu ġranet sħaħ off fl-impjieg prinċipali biex tiffaċilita r-responsabbiltajiet ta' kura

 

 

1

Ġeneralment possibbli

 

 

2

Rarament possibbli

 

 

3

Mhuwiex possibbli

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

WORKOBS

 

Ostaklu ewlieni fuq il-post tax-xogħol għar-rikonċiljazzjoni

WSTATOR = 1,2 u CARERES = 2-8

218

 

Il-karatteristika tal-impjieg prinċipali tagħmel ir-rikonċiljazzjoni diffiċli ħafna

 

 

1

Ebda ostaklu

 

 

2

Sigħat twal ta' xogħol

 

 

3

L-iskedi tax-xogħol huma imprevedibbli jew diffiċli

 

 

4

Vjaġġi fit-tul

 

 

5

Impjieg eżiġenti jew li jgħajji

 

 

6

Nuqqas ta' appoġġ mill-impjegaturi u l-kollegi

 

 

7

Ostakli oħra

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

(3)   Is-submodulu 3: Waqfiet fil-karriera u liv tal-ġenituri.

L-isem/Il-kolonna

Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-filtru

STOPWORK

 

Pawża fil-karriera għall-kura tat-tfal

AGE = 18–64

219

 

Ma ħadimx/ħadmitx għal mill-inqas xahar fl-istorja tal-impjieg tiegħu/tagħha biex jieħu/tieħu ħsieb it-tfal proprji jew tas-sieħeb

 

 

1

Iva

 

 

2

Qatt ma ħdimt; għal raġunijiet tal-kura tat-tfal

 

 

3

Le (iżda kien/huwa impjegat u għandu t-tfal)

 

 

4

Qatt ma ħdimt; għal raġunijiet oħrajn

 

 

5

Qatt ma kelli tfal

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

STOPLENG

 

It-tul totali ta' waqfiet fil-karriera għall-kura tat-tfal

STOPWORK = 1

220

 

It-tul totali taż-żmien tal-interruzzjonijiet tax-xogħol għal ta' mill-anqas xahar

 

 

1

Sa 6 xhur

 

 

2

Aktar minn 6 xhur sa sena

 

 

3

Aktar min sena sa massimu ta' sentejn

 

 

4

Aktar minn sentejn sa massimu ta' 3 snin

 

 

5

Aktar minn 3 snin sa massimu ta' 5 snin

 

 

6

Aktar minn 5 snin

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 

 

 

 

 

PARLEAV

 

L-użu ta' leave tal-ġenituri

STOPWORK = 1

221

 

L-użu tal-leave tal-ġenituri u/jew maternità/paternità bħala parti mill-interruzzjoni tax-xogħol għall-kura tat-tfal

 

 

1

Użajt biss biss il-leave tal-ġenituri

 

 

2

Taħlita tal-leaves tal-familja

 

 

3

Użajt biss maternità/paternità

 

 

4

Ma użajt l-ebda leave tal-familja

 

 

 

 

 

DEREDSTP

 

Waqfa fil-karriera għall-qraba inabilitati

AGE = 18 — 64 u (EXISTPR = 1 jew WSTATOR = 1,2)

222

 

Ma ħadimx/ħadmitx jew naqqas/naqqset mill-ħin tax-xogħol għal mill-inqas xahar fl-isotrja tal-impjieg tiegħu/tagħha biex jieħu/tieħu ħsieb qraba inabilitati (15-il sena jew aktar)

 

 

1

Interruzzjoni tax-xogħol

 

 

2

Naqqast il-ħin tax-xogħol biss

 

 

3

L-ebda interruzzjoni jew tnaqqis

 

 

4

Qatt ma kelli għalfejn nieħu ħsieb qraba inabilitati

 

 

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

 

 

Vojta

Ebda tweġiba/Ma nafx

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal- 25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta' data mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta' data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta' referenza (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57).


13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2237

tat-12 ta' Diċembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

106,0

TN

123,9

TR

109,6

ZZ

113,2

0707 00 05

MA

77,0

TR

166,4

ZZ

121,7

0709 93 10

MA

144,0

TR

161,6

ZZ

152,8

0805 10 20

TR

66,3

ZA

27,9

ZZ

47,1

0805 20 10

MA

68,8

ZZ

68,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

112,8

JM

112,0

TR

81,5

ZZ

102,1

0805 50 10

TR

86,1

ZZ

86,1

0808 10 80

US

97,3

ZA

36,6

ZZ

67,0

0808 30 90

CN

89,2

ZZ

89,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2238

tat-12 ta' Diċembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (“EUMM Georgia” jew il-“Missjoni”) stabbilita bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2). Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2016.

(2)

B'segwitu għar-Rieżami Strateġiku tal-2016, il-EUMM Georgia jenħtieġ li tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' sentejn.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2016 u l-14 ta' Diċembru 2017 għandu jkun ta' EUR 18 000 000.”;

(2)

fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2016.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).


13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2239

tat-12 ta' Diċembru 2016

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/96/PESK (1) li tistabbilixxi missjoni militari tal-UE biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja.

(2)

Fis-16 ta' Marzu 2015, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/441 (2) emendat id-Deċiżjoni 2010/96/PESK u estendiet il-missjoni militari tal-UE sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

B'segwitu għall-Analiżi Strateġika tal-2016, il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2018.

(4)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru. 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' din il-missjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/96/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deċiżjoni 2010/96/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 10, jinżied il-paragrafu li ġej:

“6.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 22 948 000. Il-persentaġġ tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (*1) għandu jkun ta' 0 %.

(*1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39).”;"

(2)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/441 tas-16 ta' Marzu 2015 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 37).


13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2240

tat-12 ta' Diċembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR).

(2)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/485/PESK (2), li emendat id-Deċiżjoni 2012/389/PESK u estendiet l-EUCAP NESTOR sat-12 ta' Diċembru 2016.

(3)

Ir-Rieżami Strateġiku Olistiku u Komprensiv tal-Involviment tal-PSDK fis-Somalja u l-Qarn tal-Afrika wassal għall-konklużjoni li l-EUCAP NESTOR għandha tiffoka fuq is-Somalja u li, konsegwentement, isimha għandu jinbidel għal EUCAP Somalja u l-mandat tagħha għandu jiġi adattat u estiż sa Diċembru 2018.

(4)

Matul l-2017 jenħtieġ li ssir reviżjoni tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, inklużi, jekk ikun meħtieġ, il-kompiti u l-objettivi tal-Missjoni.

(5)

L-ammont ta' referenza previst biex ikopri l-perijodu sat-12 ta' Diċembru 2016 huwa suffiċjenti biex ikopri l-perijodu sat-28 ta' Frar 2017, meta tagħrif dettaljat dwar il-ħtiġijiet finanzjarji għall-approċċ il-ġdid għandu jkun disponibbli biex jiġi stabbilit ammont ta' referenza għall-perijodu sussegwenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fit-titolu u fit-test kollu, l-isem “EUCAP NESTOR” huwa sostitwit bl-isem “EUCAP Somalia”.

(2)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-Missjoni

L-Unjoni b'dan tistabbilixxi Missjoni ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalja).”.

(3)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

L-EUCAP Somalja għandha tassisti lis-Somalja fit-tisħiħ tal-kapaċità tas-sigurtà marittima tagħha sabiex din tkun tista' tinforza b'mod aktar effettiv il-liġi marittima.”.

(4)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Objettivi u kompiti

1.   Sabiex titwettaq id-Dikjarazzjoni tal-Missjoni kif tinsab fl-Artikolu 2, l-EUCAP Somalja għandha:

(a)

issaħħaħ il-kapaċità Somala ta' infurzar tal-liġi marittima ċivili sabiex hija teżerċita governanza marittima effettiva tal-kosta, tal-ilmijiet interni, tal-ibħra territorjali u taż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħha;

(b)

b'mod partikolari, tirrinforza l-kapaċità Somala biex twettaq spezzjonijiet tas-sajd u infurzar, tiżgura l-funzjoni ta' tiftix u salvataġġ fuq il-baħar, tiġġieled il-kuntrabandu, tiġġieled il-piraterija u tagħmel għassa taż-żona kostali mill-art u mill-baħar;

(c)

taħdem għal dawn l-objettivi billi tappoġġa lill-awtoritajiet Somali fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni neċessarja u fl-istabbiliment ta' awtoritajiet ġudizzjarji u billi tipprovdi l-mentoring, konsulenza, taħriġ u tagħmir meħtieġa għall-entitajiet Somali tal-infurzar tal-liġi marittima ċivili.

2.   Biex tikseb dawn l-objettivi, l-EUCAP Somalia għandha topera skont il-linji ta' operat u l-kompiti stipulati fid-dokumenti ta' ppjanar operazzjonali approvati mill-Kunsill.

3.   L-EUCAP Somalja ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.”.

(5)

Fl-Artikolu 13(1), l-aħħar subparagrafu huwa sostiwit b'dan li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalja għall-perijodu mis-16 ta' Diċembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 12 000 000.”.

(6)

Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/485/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 39).


13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/20


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2241

tad-9 ta' Diċembru 2016

li tipprovdi għall-kummerċjalizzazzjoni temporanja ta' żerriegħa ta' ċertu varjetajiet tal-ispeċi Beta vulgaris L., li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE

(notifikata bid-dokument C(2016) 8105)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-Danimarka l-kwantità taż-żerriegħa bażika disponibbli ta' ċerti varjetajiet ta' Beta vulgaris L. li tissodisfa l-kundizzjoni tal-punt 3(b) tal-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2002/54/KE fir-rigward tal-piż massimu tal-materja inerti taż-żerriegħa monoġerminali hija insuffiċjenti minħabba l-kundizzjonijiet ta' ħsad niexfa u għalhekk mhijiex xierqa biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' dak l-Istat Membru.

(2)

Id-domanda għal din iż-żerriegħa ma tistax tiġi sodisfatta miż-żerriegħa minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, filwaqt li jintlaħqu r-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva 2002/54/KE.

(3)

Konsegwentement, jenħtieġ li d-Danimarka tiġi awtorizzata li tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' dawk il-varjetajiet soġġetta għal rekwiżiti inqas stretti.

(4)

Barra minn hekk, l-Istati Membri l-oħra li jinsabu f'pożizzjoni li jipprovdu lid-Danimarka b'żerriegħa ta' dawk il-varjetajiet, irrispettivament minn jekk iż-żerriegħa tkunx inħasdet fi Stat Membru jew f'pajjiż terz kopert mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE (2), jenħtieġ li jkunu awtorizzati biex jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta' din iż-żerriegħa biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u jiġi evitat it-tfixkil tiegħu.

(5)

Peress li din id-Deċiżjoni tintroduċi deroga mill-istandards tar-regoli tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi llimitata l-kwantità ta' żerriegħa li tikkonforma ma' rekwiżiti inqas stretti għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tad-Danimarka. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont totali ta' żerriegħa awtorizzat li jiġi introdott fis-suq skont din id-Deċiżjoni ma jaqbiżx il-kwantità massima koperta minn din id-Deċiżjoni, huwa xieraq li d-Danimarka topera bħala koordinatur peress li ppreżentat it-talba rispettiva għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u hija l-iktar milquta mill-kummerċjalizzazzjoni ta' dik il-varjetà.

(6)

Peress li l-istipular tad-deroga mill-istandards tar-regoli tal-Unjoni, il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa li tikkonforma ma' rekwiżiti inqas stretti jenħtieġ li tkun temporanja sal-31 ta' Diċembru 2017, minħabba li dan iż-żmien huwa meħtieġ biex jippermetti l-produzzjoni ta' dik iż-żerriegħa u evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-varjetajiet konċernati.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni taż-żerriegħa Beta vulgaris L. (pitravi) tal-kategorija “żerriegħa bażika”, li tagħmel parti mill-varjetajiet ta' Enermax, Feldherr u Creta, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3(b)(dd) tal-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2002/54/KE fir-rigward tal-materja inerti għandha tiġi permessa għal kwantità totali li ma taqbiżx il-61 kg u, għal perjodu li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, sakemm il-perċentwal massimu ta' materja inerti skont il-piż ma jaqbiżx it-2,2.

Artikolu 2

Kull fornitur taż-żerriegħa li jixtieq jintroduċi fis-suq iż-żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1 għandu japplika għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru li huwa stabbilit fih. L-applikazzjoni għandha tispeċifika l-kwantità ta' żerriegħa li l-fornitur ikun jixtieq jintroduċi fis-suq.

L-Istat Membru konċernat għandu jawtoriżża lill-fornitur biex jintroduċi dik iż-żerriegħa fis-suq, sakemm:

(a)

ma jkunx hemm biżżejjed evidenza biex ikun hemm dubju dwar jekk fornitur huwiex kapaċi jintroduċi fis-suq l-ammont ta' żerriegħa li jkun applika għall-awtorizzazzjoni tagħha; jew

(b)

l-għoti tal-awtorizzazzjoni ma twassalx biex tinqabeż il-kwantità massima totali ta' żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin amministrattivament fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Id-Danimarka għandha taġixxi bħala l-Istat Membru koordinatur sabiex tiżgura li l-kwantità totali ta' żerriegħa awtorizzata għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni mill-Istati Membri skont din id-Deċiżjoni ma taqbiżx il-kwantità massima totali ta' żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1.

Kull Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skont l-Artikolu 2 għandu javża minnufih lill-Istat Membru koordinatur bl-ammont kopert mill-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jgħarraf minnufih lil dak l-Istat Membru dwar jekk l-awtorizzazzjoni tistax twassal biex tinqabeż il-kwantità massima totali.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kwantitajiet li tkun ingħatatilhom l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10).


13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2242

tad-9 ta' Diċembru 2016

li tistipula l-kummerċjalizzazzjoni temporanja ta' żerriegħa tal-varjetà ta' Hordeum vulgare L. Scrabble, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE

(notifikata bid-dokument C(2016) 8106)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fi Spanja l-kwantità ta' żerriegħa ċċertifikata disponibbli tat-tieni ġenerazzjoni ta' Hordeum vulgare L. li tissodisfa l-kundizzjoni tal-punt 1(A) tal-Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE fir-rigward tal-purità minima taż-żerriegħa hija insuffiċjenti minħabba l-problemi li seħħew matul il-proċess tal-produzzjoni tas-sena li għaddiet u għalhekk mhijiex xierqa biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' dak l-Istat Membru.

(2)

Id-domanda għal din iż-żerriegħa ma tistax tiġi sodisfatta miż-żerriegħa minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva 66/402/KEE.

(3)

Konsegwentement, Spanja għandha tiġi awtorizzata li tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' dik il-varjetà soġġetta għal ħtiġijiet inqas stretti.

(4)

Barra minn hekk, l-Istati Membri l-oħra li jinsabu f'pożizzjoni li jipprovdu lil Spanja b'żerriegħa ta' dik il-varjetà, irrispettivament minn jekk iż-żerriegħa tkunx inħasdet fi Stat Membru jew f'pajjiż terz kopert mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE (2), għandhom ikunu awtorizzati biex jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta' din iż-żerriegħa biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u jiġi evitat it-tfixkil tiegħu.

(5)

Peress li din id-Deċiżjoni tintroduċi deroga mill-istandards tar-regoli tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi llimitata l-kwantità ta' żerriegħa li tikkonforma ma' rekwiżiti inqas stretti għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' Spanja. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont totali ta' żerriegħa awtorizzat li jiġi introdott fis-suq skont din id-Deċiżjoni ma jaqbiżx il-kwantità massima koperta minn din id-Deċiżjoni, huwa xieraq li Spanja topera bħala koordinatur peress li ppreżentat it-talba rispettiva għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-iktar li hija mħassba dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' dik il-varjetà.

(6)

Peress li l-istipular tad-deroga mill-istandards tar-regoli tal-Unjoni, il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa li tikkonforma ma' rekwiżiti inqas stretti tenħtieġ li tkun temporanja sal-31 ta' Diċembru 2018, minħabba li dan iż-żmien huwa meħtieġ biex jippermetti l-produzzjoni ta' dik iż-żerriegħa u evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-varjetà konċernata.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni taż-żerriegħa ta' Hordeum vulgare L. (xgħir) tal-kategorija “żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni” li tagħmel parti mill-varjetà Scrabble, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tal-purità tal-varjetà stabbiliti fil-punt 1(A) tal-Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE għandha tiġi awtorizzata għal kwantità li ma taqbiżx is-6 000 tunnellata u għal perjodu li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018, sakemm il-purità minima ma tkunx taħt is-97 %.

Artikolu 2

Kull fornitur taż-żerriegħa li jixtieq jintroduċi fis-suq iż-żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1 għandu japplika għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru li huwa stabbilit fih. L-applikazzjoni għandha tispeċifika l-kwantità ta' żerriegħa li l-fornitur ikun jixtieq jintroduċi fis-suq.

L-Istat Membru konċernat għandu jawtoriżża lill-fornitur biex iqiegħed dik iż-żerriegħa fis-suq, sakemm:

(a)

ma jkunx hemm biżżejjed evidenza biex ikun hemm dubju dwar jekk fornitur huwiex kapaċi jintroduċi fis-suq l-ammont ta' żerriegħa li jkun applika għall-awtorizzazzjoni tagħha; jew

(b)

l-għoti tal-awtorizzazzjoni ma twassalx biex tinqabeż il-kwantità massima ta' żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin amministrattivament fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Spanja għandha taġixxi bħala l-Istat Membru koordinatur sabiex tiżgura li l-kwantità totali ta' żerriegħa awtorizzata għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni mill-Istati Membri skont din id-Deċiżjoni, ma taqbiżx il-kwantità massima ta' żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1.

Kull Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skont l-Artikolu 2 għandu javża minnufih lill-Istat Membru koordinatur bl-ammont kopert mill-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jgħarraf minnufih lil dak l-Istat Membru dwar jekk l-awtorizzazzjoni tistax twassal biex tinqabeż il-kwantità massima.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kwantitajiet li tkun ingħatatilhom l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10).