ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2150 tas-7 ta' Diċembru 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 u ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
||
|
* |
||
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/2145
tal-1 ta' Diċembru 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bis-sentenza tagħha tas-7 ta' Settembru 2016 fil-Kawża C-113/14 (1), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”) annullat l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li jiddetermina l-limiti ta' referenza għal ċerti prodotti agrikoli għar-raġuni li dawk il-limiti kien imisshom ġew adottati mill-Kunsill biss, fuq proposta tal-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). |
(2) |
Il-Qorti annullat ukoll l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 (3) li jiddetermina l-livell tal-prezzijiet ta' intervent pubbliku għar-raġuni li dak l-Artikolu huwa marbut b'mod inseparabbli mal-Artikolu 7 l-annullat tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(3) |
Il-Qorti ddikjarat li l-effetti legali tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 kellhom jinżammu għal perjodu massimu ta' ħames xhur mid-data tad-deċiżjoni. |
(4) |
Għaldaqstant jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 jiġi emendat qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames xhur billi jiddaħħlu u jiġu emendati rispettivament id-dispożizzjonijiet dwar il-limiti ta' referenza u l-livelli tal-prezzijiet ta' intervent li ġew annullati mill-Qorti u billi jsiru xi aġġustamenti minħabba konsegwenzjali. |
(5) |
Fid-dawl tal-limitu taż-żmien stabbilit mill-Qorti fis-sentenza tagħha, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1a Limiti ta' referenza 1. Il-limiti ta' referenza li ġejjin huma ffissati:
2. Il-limiti ta' referenza previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu analizzati mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu l-kriterji oġġettivi, b'mod partikolari l-iżviluppi fil-produzzjoni, l-ispejjeż tal-produzzjoni (partikolarment l-inputs), u x-xejriet tas-suq. Meta jeħtieġ, il-limiti ta' referenza għandhom jiġu aġġornati skont il-proċedura leġislattiva ordinarja stabbilita fl-Artikolu 43(3) tat-TFUE fid-dawl tal-iżviluppi fil-produzzjoni u fis-swieq. 3. Ir-referenzi għal-limiti ta' referenza fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”. |
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Il-prezzijiet ta' intervent pubbliku 1. Il-livell tal-prezz ta' intervent pubbliku:
2. Il-prezzijiet ta' intervent pubbliku tal-qamħ komuni, tal-qamħ durum, tax-xgħir, tal-qamħirrum u tar-ross fil-fosdqa msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġustati b'żidiet jew bi tnaqqis fil-prezz għal dawk il-prezzijiet ibbażati fuq il-kriterji ta' kwalità prinċipali għall-prodotti. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw iż-żidiet jew it-tnaqqis fil-prezzijiet ta' intervent pubbliku tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu skont il-kondizzjonijiet stipulati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).”. |
(3) |
Fl-Artikolu 8, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ÉRSEK
(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Settembru 2016, Il-Ġermanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-113/14, ECLI:EU:C:2016:635.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12).
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2146
tas-7 ta' Diċembru 2016
li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,
Infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
A. IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (“moduli”) u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”). |
(2) |
Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (“CCCME” — China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlu. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME. |
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping proviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping proviżorju. |
(4) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati. |
(5) |
Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari l-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn:
|
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa “miżuri”. |
(7) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi. |
(8) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
(9) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (12) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi. |
(10) |
Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) fil-5 ta' Diċembru 2015. |
(11) |
Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) fil-5 ta' Diċembru 2015. |
(12) |
Il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping u l-miżuri kumpensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (15) fil-5 ta' Diċembru 2015. |
(13) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (16) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
(14) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (17), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew imwassla minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaslu mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan kif ukoll jekk le. |
(15) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 (18), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew li huma kkonsinjati minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaslu mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan kif ukoll jekk le. |
(16) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (19) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
(17) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (20) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra. |
(18) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402 (21) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi oħra. |
(19) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1998 (22) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra. |
B. TERMINI TAL-IMPENN
(20) |
Il-produtturi esportaturi qablu, fost l-oħrajn, li ma jbigħux il-prodott kopert lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni inqas minn ċertu prezz minimu tal-importazzjoni (“MIP” — minimum import price), sal-limitu tal-livell annwali assoċjat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (“il-livell annwali”) stipulat fl-impenn. |
(21) |
Il-produtturi esportaturi qablu wkoll li jbigħu l-prodott kopert biss permezz ta' bejgħ dirett. Għall-fini tal-impenn, bejgħ dirett huwa ddefinit bħala bejgħ jew lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni jew permezz ta' parti relatata fl-Unjoni elenkati fl-impenn. |
(22) |
L-impenn jistabbilixxi, f'lista mhux eżawrjenti, il-ksur tal-impenn. Il-lista ta' ksur jinkludi bejgħ indirett lejn l-Unjoni minn kumpaniji oħra għajr dawk elenkati f'dan l-impenn. |
(23) |
L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dettaljata dwar il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni, u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, fuq bażi trimestrali (“ir-rapporti trimestrali”). Dan ifisser li d-data ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u li t-tranżazzjonijiet irrappurtati jkunu totalment konformi mat-termini tal-impenn. Ir-rappurtar ta' bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni huwa obbligu partikolari meta l-prodott ikkonċernat huwa mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti permezz ta' importatur relatat. Huma biss dawn ir-rapporti li jippermettu lill-Kummissjoni timmoniterja jekk il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti huwiex skont l-MIP. |
(24) |
Il-produttur esportatur huwa responsabbli għall-ksur ta' kwalunkwe parti relatata, sew jekk tkun elenkata fl-impenn kif ukoll jekk le. |
C. MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI U L-IRTIRAR VOLONTARJU
(25) |
Waqt il-monitoraġġ tal-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata minn Huashun China u Seraphim China li kienet rilevanti għall-impenn. Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar l-istruttura korporattiva ta' dawn iż-żewġ kumpaniji. |
(26) |
Il-konstatazzjonijiet stipulati fil-premessi minn (27) sa (30) jindirizzaw il-problemi identifikati għal Huashun China u Seraphim China li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dawn il-produtturi esportaturi. |
D. RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN
(a) Bejgħ minn Huashun China
(27) |
Fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, Huashun China kienet irrappurtat tranżazzjoni ta' bejgħ tal-prodott kopert lil importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni u ħarġet fatturi ta' impenn. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involut fit-tranżazzjoni msemmija hawn fuq kien relatat ma' Huashun China. Billi dan l-importatur mhuwiex elenkat bħala parti relatata fl-impenn, Huashun China kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi minn (20) sa (22). |
(28) |
L-ebda mill-bejgħ mill-ġdid mill-importatur relatat ma kien irrappurtat lill-Kummissjoni. Għalhekk, Huashun China kisret ukoll it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessa (23) u (24). |
(b) Bejgħ minn Seraphim China
(29) |
Fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, Seraphim China kienet irrapurtat tranżazzjonijiet ta' bejgħ tal-prodott kopert lil importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni u ħarġet fatturi ta' impenn. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involut fit-tranżazzjoni msemmija hawn fuq kien relatat ma' Seraphim China. Billi dan l-importatur mhuwiex elenkat bħala parti relatata fl-impenn, Seraphim China kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi minn (20) sa (22). |
(30) |
L-ebda mill-bejgħ mill-ġdid mill-importatur relatat ma kien irrappurtat lill-Kummissjoni. Għalhekk, Seraphim China kisret ukoll it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessa (23) u (24). |
E. INVALIDAZZJONI TAL-FATTURI TAL-IMPENN
(31) |
It-tranżazzjonijiet ta' bejgħ indirett magħmula minn Huashun China u Seraphim China huma marbutin mal-fatturi ta' impenn li ġejjin:
|
(32) |
Għaldaqtstant, f'konformità mal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, dawn il-fatturi huma ddikjarati invalidi. Id-dejn doganali mġarrab fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandu jiġi rkuprat mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont l-Artikolu 105 minn (3) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) meta jidħol fis-seħħ l-irtirar tal-impenn fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi. L-awtoritajiet doganali nazzjonali responsabbli għall-ġbir tad-dazji se jiġu infurmati kif xieraq. |
(33) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 3(1)(b) moqri flimkien mal-Anness III, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u skont l-Artikolu 2(1)(b) moqri flimkien mal-Anness 2, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, l-importazzjonijiet huma eżenti mid-dazji biss jekk il-fattura tindika l-prezz u tnaqqis possibbli. Meta ma jinżammux dawn il-kundizzjonijiet, id-dazji huma dovuti, anki meta l-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti ma tkunx ġiet invalidata mill-Kummissjoni. |
F. VALUTAZZJONI ĠENERALI TA' PRATTIKABBILTÀ TAL-IMPENN ĠENERALI
(34) |
L-impenn jistipula li ksur minn produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għal irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dak il-ksur partikolari fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
(35) |
Għalhekk il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-ksur minn Huashun China u Seraphim China fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
(36) |
Ir-responsabbiltà għall-ksur hija biss tal-produtturi esportaturi inkwistjoni; il-monitoraġġ ma żvela l-ebda ksur sistematiku minn għadd kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME. |
(37) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-funzjonament ġenerali tal-impenn mhuwiex affettwat u li ma hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
G. SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ
(38) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jippreżentaw kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku. |
(39) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi ressqu kummenti wara d-divulgazzjoni. Produttur esportatur wieħed ikkontesta r-relazzjoni billi allega li l-importatur fl-Unjoni kien proprjetà ta' persuna oħra li mhijiex il-produttur esportatur. Il-Kummissjoni bagħtet evidenza addizzjonali li tikkonferma r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur fl-Unjoni. L-esportatur produttur ma ppreżentax osservazzjonijiet oħra. Għalhekk, it-talba ġiet rifjutata. |
(40) |
Il-produttur esportatur l-ieħor għamel dikjarazzjoni ġenerali li tikkontesta l-evidenza tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjoni, mingħajr ma kompla jissostanzjaha. Il-Kummissjoni tinnota li l-produttur esportatur ma kkontestax ir-relazzjoni nnifisha. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dikjarazzjoni ġiet iddikjarata mill-produttur esportatur fit-tweġibiet dwar il-kampjunar fir-rieżami ta' skadenza li għaddej bħalissa tal-miżuri fis-seħħ. |
(41) |
Barra minn hekk, produttur esportatur wieħed talab smigħ iżda ma tax segwitu meta ntlalab jagħmel dan. |
(42) |
L-istess produttur esportatur ikkontesta l-invalidazzjoni tal-irċevuti. Huwa talab li l-Kummissjoni ma tistax timponi dazji/tordna lid-dwana timponi dazji fuq importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa qabel id-data tal-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn jekk l-importazzjonijiet ma kienux ġew reġistrati. It-talba hija bbażata fuq impenn li l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li timponi dazji proviżorji qabel l-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn. Skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 13(10) tar-Regolament bażiku dwar l-antisussidji, ma jistax jiġi impost dazju proviżjorju f'każ li l-investigazzjoni li wasslet għal impenn ma tkunx ġiet kompluta. Dan mhuwiex il-każ meta l-investigazzjonijiet ikunu ġew kompluti bl-imponiment ta' dazji antidumping u kumpensatorju definittivi. Konsegwentement, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku dwar l-antisussidju, f'każ ta' ksur jew irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, id-dazji definittivi għandhom japplikaw b'mod awtomatiku. It-talba, għalhekk, hija rifjutata. |
(43) |
Il-produttur esportatur talab ukoll li l-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet li ma hemm ebda bażi legali għall-irtirar retroattiv (24). Il-Kummissjoni tinnota li l-irtirar fil-każ preżenti mhuwiex retroattiv. Huwa irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn flimkien mal-invalidazzjoni tal-irċevuti tal-impenn. Ir-reazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-irtirar retroattiv kienet ukoll speċifika għaċ-ċirkostanzi tal-irtirar partikolari u t-talba partikolari magħmula minn wieħed mill-partijiet f'dak il-każ. It-talba, għalhekk, hija rifjutata. |
H. RTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI
(44) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, kif ukoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li jeħtieġ li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Huashun China u Seraphim China tiġi rtirata. |
(45) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-RPĊ u li huma magħmula minn Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd, koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B856 u Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B836 mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(46) |
Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'irċevuta ta' impriża ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz li fil-fatt tħallas, jeħtieġ li huma jinvestigaw jekk ġiex miksur ir-rekwiżit li jiġi inkluż kwalunkwe tnaqqis fl-irċevuti tal-impenn jew ma ġiex rispettat l-MIP. Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jikkonkludu li kien hemm tali ksur jew jekk l-MIP ma ġiex rispettat, jeħtieġ li jiġbru d-dazji bħala konsegwenza ta' dan. Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jeħtieġ li l-Kummissjoni f'tali sitwazzjoniijiet taqsam it-test kunfidenzjali u informazzjoni oħra dwar l-impenn għall-iskop ewlieni ta' proċedimenti nazzjonali. |
(47) |
Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness II ta' dan ir-Regolament telenka l-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mhijiex affettwata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Aċċettazzjoni tal-impenn f'relazzjoni ma' Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd, kopert mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B856 u Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B836 huwa b'dan irtirat.
Artikolu 2
1. Il-fatturi tal-impenn elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jiġu ddikjarati invalidi.
2. Id-dazji antidumping u kumpensatorji dovuti fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013.
Artikolu 3
1. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'irċevuta ta' impenn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 maħruġ minn kumpanija msemmija fl-Artikolu 1 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz imħallas u li għalhekk il-kumpaniji setgħu kisru l-impenn, l-awtoritajiet doganali jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta' proċedimenti nazzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tiżvelalhom kopja tal-impenn u informazzjoni oħra sabiex tivverifika l-prezz ta' importazzjoni minimu applikabbli (“MIP”) fil-jum meta nħarġet l-irċevuta tal-impenn.
2. Meta tali verifika tiżvela li l-prezz imħallas huwa anqas mill-MIP, għandhom jinġabru d-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (UE) 2016/1037.
Meta din il-verifika tiżvela li skonti u tnaqqis ma ġewx inklużi fl-irċevuta kummerċjali, għandhom jinġabru d-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013.
3. L-informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 tista' tintuża biss għall-fini ta' infurzar ta' dazji dovuti skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu lid-debitur ta' dawn id-dazji b'din l-informazzjoni għall-iskop uniku tas-salvagwardja tad-drittijiet ta' difiża tagħhom. Tali informazzjoni ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tiġi żvelata lil partijiet terzi.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(4) ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.
(6) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.
(7) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.
(8) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.
(9) ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.
(10) ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.
(11) ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.
(12) ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.
(13) ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.
(14) ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.
(15) ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.
(16) ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.
(17) ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.
(18) ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.
(19) ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.
(20) ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.
(21) ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16.
(22) ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8.
(23) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(24) B'referenza għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403.
ANNESS I
Lista ta' fatturi tal-impenn li huma ddikjarati invalidi
Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn |
Data |
Maħruġa minn |
Maħruġa lil |
HS-CI13A0916 |
25.9.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-13A0812 |
12.8.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-CI13A0607 |
13.8.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-13A1022 |
29.10.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-13A1107 |
15.11.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-13A1120 |
29.11.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-14A0312DE |
12.3.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-13A0325DE |
20.4.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-14A0510DE |
19.5.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-13A0421DE |
21.4.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-14A0917DE |
26.9.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-14A0701DE |
1.7.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-14A0822DE |
28.8.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-14A1013DE |
16.10.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-14A1102DE |
28.11.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A0503 |
7.6.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-14A0409 |
27.4.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A0502 |
21.5.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A0407 |
8.4.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A0613 |
26.6.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A0801 |
11.8.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A07102 |
14.9.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A07101 |
1.9.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A0713 |
5.8.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A1210 |
23.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A1207 |
23.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A11091 |
27.11.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A12032 |
9.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A1003DE |
26.10.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A12031 |
9.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A1206 |
29.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A1114 |
1.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A1008 |
3.11.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0107 |
22.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0114 |
22.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A01021 |
11.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0304 |
17.3.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A01022 |
11.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0313 |
30.3.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0308 |
17.3.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-15A1213 |
8.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0105 |
8.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0318 |
7.4.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0812 |
19.8.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0613 |
13.7.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0702 |
27.7.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
HS-16A0920 |
28.9.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
SS8801C32-FU_2 |
29.5.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C13-FU |
1.4.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C23-FU |
23.4.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C32-FU_1 |
22.5.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C50-FU_2 |
24.7.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C50-FU_1 |
17.7.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C45-FU |
12.7.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C69-FU_2 |
17.9.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C69-FU_1 |
17.9.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C80-FU_2 |
10.10.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C91-FU |
12.11.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C78-FU_1 |
1.10.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C80-FU_1 |
10.10.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C107-FU |
25.12.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C07-FI |
3.2.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C29-FI_2 |
28.3.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C40-FI |
28.3.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C113-FU |
6.1.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C24-FI |
13.3.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C29-FI_1 |
18.3.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C50-FI |
28.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C47-FI_1 |
7.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C88-FI |
17.6.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C90-FI |
25.6.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C45-FI_2 |
19.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C01-FI_1 |
24.5.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C49-FI_2 |
28.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C01-FI_2 |
2.6.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C45-FI |
15.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C49-FI_1 |
22.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C60-FI_1 |
8.5.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C60-FI_2 |
11.5.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C48-FI |
15.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C03-FI_3 |
25.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C116-FI |
21.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C106-FI_8 |
26.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C112-FI_3 |
14.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C117-FI |
26.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C106-FU_3 |
7.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C130-FI |
7.9.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C106-FI_4 |
13.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C126-FI |
25.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C121-FI_1 |
7.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C112-FI_2 |
26.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C02-FI |
16.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C112-FI_1 |
17.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C118-FI |
15.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C129-FI |
11.9.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C03-FI_5 |
16.9.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C03-FI_1 |
14.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C01-FI_4 |
7.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C125-FI_1 |
14.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C123-FI |
4.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C03-FI_4 |
28.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C125-FI_2 |
21.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C01-FI_3 |
3.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C109-FI |
4.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C106-FI_7 |
25.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C121-FI_2 |
7.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C135-FI |
25.9.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C01-FI_5 |
13.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C106-FI_5 |
13.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C106-FI_1 |
3.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C106-FI_6 |
17.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C03-FI_2 |
21.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C106-FI_2 |
3.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_3 |
18.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C146-FI_4 |
1.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_1 |
14.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C146-FI_2 |
5.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C139-FI |
21.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C143-FI_1 |
29.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_6 |
30.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C166-FI |
18.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C143-FI_3 |
9.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_5 |
30.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C137-FI |
12.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C136-FI_3 |
21.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C136-FI_1-N |
26.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C136-FI_1 |
12.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C168-FI_1 |
14.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C03-FI_7 |
21.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C146-F_3 |
23.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C136-FI_2 |
21.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C146-FI_5 |
2.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_2 |
14.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C146-FI_6 |
7.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_10 |
15.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C106-FI_5-N |
23.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C145-FI |
29.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_4 |
18.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C143-FI_4 |
23.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C143-FI_2 |
29.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
AN8801C03-FI_6 |
13.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C168-FI_2 |
14.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C146-FI_1 |
9.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_7 |
5.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C170-FI |
18.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_3-N |
23.3.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C163-FI_4 |
28.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C163-FI_3 |
28.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C169-FI_2 |
28.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_8 |
25.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C155-FI_9 |
3.2.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C163-FI_5 |
3.2.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C163-FI_1 |
14.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C163-FI_2 |
25.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C169-FI_1 |
25.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C171-FI |
18.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C35-SX |
20.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C34-SX_3 |
23.6.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C28-SX-2 |
17.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C34-SX_2 |
6.6.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C37-SX_1 |
16.6.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C34-SX_1 |
20.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C24-SX |
9.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C23-SX |
9.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C28-SX-1 |
11.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C37-SX_2 |
23.6.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C40-SX_3 |
14.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C50-SX_2 |
19.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C50-SX_2 |
19.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C51-SX_1 |
24.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C51-SX_2 |
20.9.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C46-SX |
19.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C57-SX |
30.9.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C57-SX |
30.9.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C50-SX_3 |
24.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C40-SX_2 |
6.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C45-SX_2 |
19.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C44-SX_2 |
2.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C40-SX_1 |
6.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C50-SX_1 |
15.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C44-SX_1 |
19.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
SS8801C45-SX_1 |
15.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
ANNESS II
Lista ta' kumpaniji
Isem tal-kumpanija |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd |
B798 |
Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd |
B799 |
Anhui Chaoqun Power Co., Ltd |
B800 |
Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd |
B802 |
Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd |
B801 |
Anhui Titan PV Co. Ltd |
B803 |
Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited TBEA SOLAR CO. LTD XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT |
B804 |
Changzhou NESL Solartech Co. Ltd |
B806 |
Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd |
B807 |
CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD |
B808 |
ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B811 |
CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD |
B812 |
CSG PVtech Co. Ltd |
B814 |
China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd |
B809 |
Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd |
B816 |
EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD |
B817 |
Zheijiang Era Solar Co. Ltd |
B818 |
GD Solar Co. Ltd |
B820 |
Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd |
B821 |
Konca Solar Cell Co. Ltd Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED GCL Solar System (Shuzhou) Limited GCL System Integration Technology Co. Ltd |
B850 |
Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd |
B822 |
Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd |
B824 |
Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd |
B826 |
Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd |
B827 |
HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD |
B828 |
Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd |
B829 |
Jetion Solar (China) Co. Ltd Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd |
B830 |
Jiangsu Green Power PV Co. Ltd |
B831 |
Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd |
B832 |
Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B833 |
Jiangsu Runda PV Co. Ltd |
B834 |
Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd |
B835 |
Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd |
B837 |
Jiangsu Sinski PV Co. Ltd |
B838 |
Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd |
B839 |
Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd |
B840 |
Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd |
B841 |
Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd |
B793 |
Jiangyin Hareon Power Co. Ltd Hareon Solar Technology Co. Ltd Taicang Hareon Solar Co. Ltd Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd |
B842 |
Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd |
B843 |
Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd |
B795 |
Juli New Energy Co. Ltd |
B846 |
Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd |
B847 |
King-PV Technology Co. Ltd |
B848 |
Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan) |
B849 |
Lightway Green New Energy Co. Ltd Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd |
B851 |
Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd |
B853 |
NICE SUN PV CO. LTD LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD |
B854 |
Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd |
B857 |
Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd |
B858 |
Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd |
B861 |
Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd |
B862 |
Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd |
B863 |
Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd |
B864 |
Perlight Solar Co. Ltd |
B865 |
SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD |
B870 |
Shanghai BYD Co. Ltd BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd |
B871 |
Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd |
B872 |
Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd |
B873 |
SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD |
B874 |
SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd |
B875 |
Shanghai ST Solar Co. Ltd Jiangsu ST Solar Co. Ltd |
B876 |
Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd |
B878 |
Shenzhen Topray Solar Co. Ltd Shanxi Topray Solar Co. Ltd Leshan Topray Cell Co. Ltd |
B880 |
Sopray Energy Co. Ltd Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd |
B881 |
SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd |
B882 |
SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD |
B883 |
TDG Holding Co. Ltd |
B884 |
Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd |
B885 |
Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd |
B886 |
Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd |
B877 |
Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd |
B879 |
Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd |
B889 |
Wuxi Saijing Solar Co. Ltd |
B890 |
Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd |
B891 |
Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd |
B892 |
Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd China Machinery Engineering Wuxi Co.Ltd Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd |
B893 |
Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B896 |
Yingli Energy (China) Co. Ltd Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd |
B797 |
Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd |
B899 |
Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd |
B900 |
Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd |
B902 |
Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd |
B903 |
Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B904 |
Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd |
B905 |
Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd |
B906 |
Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd |
B907 |
Zhejiang Koly Energy Co. Ltd |
B908 |
Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd |
B910 |
Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B911 |
Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd |
B912 |
Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd |
B914 |
Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd |
B915 |
Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd |
B916 |
Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd |
B917 |
Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD |
B918 |
ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD |
B920 |
Zhongli Talesun Solar Co. Ltd |
B922 |
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2147
tas-7 ta' Diċembru 2016
li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2016 f'ċerti reġjuni ta' vitikultura tal-Ġermanja u fir-reġjuni ta' vitikultura kollha tal-Ungerija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-punt A.3 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limiti għaż-żieda tal-qawwa alkoħolika (arrikkiment) tal-inbid skont il-volum jiżdiedu b'mhux aktar minn 0,5 % fis-snin li fihom il-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment ħżiena. |
(2) |
Il-Ġermanja u l-Ungerija talbu dawn iż-żidiet tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2016, peress li l-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir kienu eċċezzjonalment ħżiena. Din it-talba saret mill-Ungerija għar-reġjuni ta' vitikultura kollha tagħha. Il-Ġermanja talbet iż-żieda tal-arrikkiment għall-inbid magħmul biss mill-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid aħmar għar-reġjuni ta' Baden Ahr, Mittelrhein, Mosel, Nahe, Pfalz, Rheinhessen u Württemberg. |
(3) |
Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp eċċezzjonalment ħżiena fl-2016, il-limiti fuq iż-żidiet tal-qawwa alkoħolika naturali stabbiliti fil-punt A.2 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jippermettux il-produzzjoni ta' nbid b'qawwa alkoħolika totali xierqa mill-varjetajiet kollha tal-għeneb jew xi wħud minnhom f'ċerti reġjuni ta' vitikultura li għalihom normalment ikun hemm talba fis-suq. |
(4) |
Għaldaqstant ikun xieraq li tiġi awtorizzata żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-varjetajiet kollha tal-għeneb tal-inbid jew xi wħud minnhom maħsuda fl-2016 f'reġjuni ta' vitikultura fl-Ungerija u fil-Ġermanja. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-punt A.3 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-reġjuni ta' vitikultura jew f'parti minnhom imniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament u għall-varjetajiet kollha tal-għeneb tal-inbid jew xi wħud minnhom kif speċifikati f'dak l-Anness, iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta' għeneb frisk maħsud fis-sena 2016, il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb li jkun qed jiffermenta, l-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta u l-inbid li jkun ġie prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2016, ma għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin:
(a) |
3,5 % volum fiż-żona ta' vitikultura A msemmija fl-appendiċi I tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
2,5 % volum fiż-żona ta' vitikultura B imsemmija fl-appendiċi I tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(c) |
2,0 % volum fiż-żona ta' vitikultura C imsemmija fl-appendiċi I tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
ANNESS
Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid u reġjuni ta' vitikultura, jew parti minnhom fejn żieda fil-limitu tal-arrikkiment hija awtorizzata skont l-Artikolu 1
Stat Membru |
Reġjuni ta' vitikultura jew parti minnhom (żona ta' vitikultura) |
Varjetajiet |
Il-Ġermanja |
Ir-reġjun ta' vitikultura f'Baden (żona B) |
Il-varjetajiet awtorizzati kollha tal-għeneb tal-inbid aħmar |
Ir-reġjun ta' vitikultura f'Ahr (żona A) |
||
Ir-reġjun ta' vitikultura f'Mittelrhein (żona A) |
||
Ir-reġjun ta' vitikultura f'Mosel (żona A) |
||
Ir-reġjun ta' vitikultura f'Nahe (żona A) |
||
Ir-reġjun ta' vitikultura fi Pfalz (żona A) |
||
Ir-reġjun ta' vitikultura f'Rheinhessen (żona A) |
||
Ir-reġjun ta' vitikultura f'Württemberg (żona A) |
||
L-Ungerija |
Ir-reġjuni ta' vitikultura kollha (żona C) |
Il-varjetajiet awtorizzati kollha tal-għeneb |
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2148
tas-7 ta' Diċembru 2016
li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2017 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/936 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn għadd ta' pajjiżi terzi biex jiġu allokati abbażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel. |
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) 2015/936 huwa possibbli li f'ċerti ċirkustanzi jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, li jinqasmu l-kwoti f'segmenti, jew li jiġi riżervat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklussivament għal applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi. |
(3) |
Ir-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni ta' kwoti tessili stabbiliti fl-2017 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota sabiex il-kontinwità tal-kummerċ ma tiġix affettwata għalxejn. |
(4) |
Il-miżuri adottati fis-snin ta' qabel, bħal dawk li hemm fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2106 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2017. |
(5) |
Biex jiġi ssodisfat l-akbar numru ta' operaturi possibbli, huwa xieraq li l-metodu ta' allokazzjoni ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” isir aktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jiġu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu. |
(6) |
Sabiex jiġi garantit grad ta' kontinwità fil-kummerċ u amministrazzjoni effiċjenti tal-kwota, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-ewwel applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għall-2017 ekwivalenti għall-kwantità li impurtaw fl-2016. |
(7) |
Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, dment li l-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti. |
(8) |
Sabiex tkun żgurata amministrazzjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri jenħtieġu li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operaturi jistgħu jipprovaw l-eżistenza ta' kuntratt u jistgħu jiċċertifikaw, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li għadhom ma ġewx allokati awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Unjoni b'konformità ma' dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, b'risposta għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu awtorizzati li jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2018 l-validità ta' awtorizzazzjoni, dment li mill-anqas nofs il-kwantità allokata tkun intużat sad-data tal-applikazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessili stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/936, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli tal-ġestjoni tal-kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 2015/936 għas-sena 2017.
Artikolu 2
Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu allokati skont l-ordni kronoloġika ta' meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifiki mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi għal kull operatur kif imniżżel fl-Anness I.
Il-kwantitatjiet massimi, madankollu, ma jkunux japplikaw għal dawk l-operaturi li jkunu f'pożizzjoni li jipprovaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2017, li fir-rigward tal-kategoriji partikolari u l-pajjiżi terzi partikolari kienu impurtaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni mogħtija lilhom għall-2016.
Fil-każ ta' operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2016 minn pajjiżi terzi partikolari u f'kategoriji partikolari, dment li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' kwota disponibbli.
Artikolu 3
Kull importatur li jkun diġà uża sa 50 fil-mija jew aktar mill-ammont allokat lilu skont dan ir-Regolament jista' jagħmel applikazzjoni oħra, fir-rigward tal-istess kategorija u tal-istess pajjiż ta' oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi stipulati fl-Anness I.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mniżżla fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta' filgħodu, ħin ta' Brussell, nhar il-11 ta' Jannar 2017, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta' awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni.
2. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2015/936 li l-kwantitajiet rikjesti huma disponibbli għall-importazzjoni.
Huma joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:
(a) |
jagħti prova tal-eżistenza ta' kuntratt li għandu x'jaqsam mal-provvista tal-merkanzija; kif ukoll |
(b) |
jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:
|
3. L-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data li fiha jkunu nħarġu, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017.
Madankollu, fuq talba tal-importatur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu estensjoni ta' tliet xhur għall-validità ta' awtorizzazzjoni, dment li tal-anqas 50 fil-mija mill-kwantità allokata tkun intużat sa meta ssir it-talba. Estensjoni bħal din ma' għandha qatt tiskadi aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 160, 25.6.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2106 tal-20 ta' Novembru 2015 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2016 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 35).
ANNESS I
Ammonti massimi msemmija fl-Artikoli 2 u 3
Pajjiż ikkonċernat |
Kategorija |
Unità |
Ammont massimu |
Ir-Repubblika tal-Belarussja |
|
|
|
|
1 |
Kilogrammi |
20 000 |
2 |
Kilogrammi |
80 000 |
|
3 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
4 |
Biċċiet |
20 000 |
|
5 |
Biċċiet |
15 000 |
|
6 |
Biċċiet |
20 000 |
|
7 |
Biċċiet |
20 000 |
|
8 |
Biċċiet |
20 000 |
|
15 |
Biċċiet |
17 000 |
|
20 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
21 |
Biċċiet |
5 000 |
|
22 |
Kilogrammi |
6 000 |
|
24 |
Biċċiet |
5 000 |
|
26/27 |
Biċċiet |
10 000 |
|
29 |
Biċċiet |
5 000 |
|
67 |
Kilogrammi |
3 000 |
|
73 |
Biċċiet |
6 000 |
|
115 |
Kilogrammi |
20 000 |
|
117 |
Kilogrammi |
30 000 |
|
118 |
Kilogrammi |
5 000 |
Pajjiż ikkonċernat |
Kategorija |
Unità |
Ammont massimu |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
1 |
Kilogrammi |
10 000 |
2 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
3 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
4 |
Biċċiet |
10 000 |
|
5 |
Biċċiet |
10 000 |
|
6 |
Biċċiet |
10 000 |
|
7 |
Biċċiet |
10 000 |
|
8 |
Biċċiet |
10 000 |
|
9 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
12 |
Pari |
10 000 |
|
13 |
Biċċiet |
10 000 |
|
14 |
Biċċiet |
10 000 |
|
15 |
Biċċiet |
10 000 |
|
16 |
Biċċiet |
10 000 |
|
17 |
Biċċiet |
10 000 |
|
18 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
19 |
Biċċiet |
10 000 |
|
20 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
21 |
Biċċiet |
10 000 |
|
24 |
Biċċiet |
10 000 |
|
26 |
Biċċiet |
10 000 |
|
27 |
Biċċiet |
10 000 |
|
28 |
Biċċiet |
10 000 |
|
29 |
Biċċiet |
10 000 |
|
31 |
Biċċiet |
10 000 |
|
36 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
37 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
39 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
59 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
61 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
68 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
69 |
Biċċiet |
10 000 |
|
70 |
Pari |
10 000 |
|
73 |
Biċċiet |
10 000 |
|
74 |
Biċċiet |
10 000 |
|
75 |
Biċċiet |
10 000 |
|
76 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
77 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
78 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
83 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
87 |
Kilogrammi |
8 000 |
|
109 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
117 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
118 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
142 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
151 A |
Kilogrammi |
10 000 |
|
151 B |
Kilogrammi |
10 000 |
|
161 |
Kilogrammi |
10 000 |
ANNESS II
Lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4
1. Il-Belġju
|
|
2. Il-Bulgarija
|
||||||||||||||||||||||||||||
3. Ir-Repubblika Ċeka
|
4. Id-Danimarka
|
|||||||||||||||||||||||||||||
5. Il-Ġermanja
|
6. L-Estonja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
7. L-Irlanda
|
8. Greċja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
9. Spanja
|
10. Franza
|
|||||||||||||||||||||||||||||
11. Il-Kroazja
|
12. L-Italja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
13. Ċipru
|
14. Il-Latvja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
15. Il-Litwanja
|
16. Il-Lussemburgu
|
|||||||||||||||||||||||||||||
17. L-Ungerija
|
18. Malta
|
|
||||||||||||||||||||||||||||
19. In-Netherlands
|
20. L-Awstrija
|
|||||||||||||||||||||||||||||
21. Il-Polonja
|
22. Il-Portugall
|
|||||||||||||||||||||||||||||
23. Ir-Rumanija
|
24. Is-Slovenja
|
|||||||||||||||||||||||||||||
25. Is-Slovakkja
|
26. Il-Finlandja
|
|
||||||||||||||||||||||||||||
27. L-Iżvezja
|
28. Ir-Renju Unit
|
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/42 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2149
tas-7 ta' Diċembru 2016
li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Noix de Grenoble (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Noix de Grenoble”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1204/2003 tal-Kummissjoni (3). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (4). |
(3) |
Permezz tal-ittri rċevuti fit-18 ta' Diċembru 2014 u fil-31 ta' Lulju 2015, l-awtoritajiet Franċiżi kkomunikaw lill-Kummissjoni li l-intrapriżi Les Jumelles Ets Huot, ZA Les Creux, 26600 Gervans u SN Comptoir rhodanien, ZA Les Lots, 26600 Tain-l'Hermitage, stabbiliti fit-territorju tagħhom, barra miż-żona ġeografika kkonċernata, kienu qed jikkummerċjalizzaw legalment il-prodott li għandu d-denominazzjoni “Noix de Grenoble”, bħala intrapriżi ta' imballaġġ tal-ġewż, billi użaw din id-denominazzjoni kontinwament għal iktar minn ħames snin u li dan il-punt tqajjem fil-qafas tal-proċedura nazzjonali ta' oppożizzjoni. Wara l-emenda fl-ispeċifikazzjoni, iż-żewġ intrapriżi mhux se jkunu jistgħu jużaw id-denominazzjoni mniżżla fir-reġistru minħabba l-limitazzjoni tal-imballaġġ fiż-żona ġeografika. |
(4) |
Billi l-intrapriżi Les Jumelles Ets Huot, ZA Les Creux, 26600 Gervans u SN Comptoir rhodanien, ZA Les Lots, 26600 Tain-l'Hermitage jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, sabiex jibbenefikaw minn perjodu tranżizzjonali biex jużaw legalment id-denominazzjoni tal-bejgħ wara l-emenda fl-ispeċifikazzjoni, dawn għandhom jingħataw perjodu tranżizzjonali ta' ħames snin mill-approvazzjoni tat-tali emenda sabiex ikunu awtorizzati jużaw id-denominazzjoni “Noix de Grenoble”. |
(5) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Noix de Grenoble” (DOP), hija b'dan approvata.
Artikolu 2
L-intrapriżi Les Jumelles Ets Huot, ZA Les Creux, 26600 Gervans u SN Comptoir rhodanien, ZA “Les Lots”, 26600 Tain-l'Hermitage huma awtorizzati jkomplu jużaw id-denominazzjoni rreġistrata “Noix de Grenoble” (DOP) matul ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.
(3) ĠU L 168, 5.7.2003, p. 10.
(4) ĠU C 130, 13.4.2016, p. 12.
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/44 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2150
tas-7 ta' Diċembru 2016
dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 u ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 u ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 u ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-21 ta' April 2016 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Madankollu, dan l-addittiv għandu jitqies bħala li għandu l-potenzjal li jkun sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni ta' għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta' Mejju 2016 (3), l-Awtorità kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Madankollu, dan l-addittiv għandu jitqies bħala li għandu l-potenzjal li jkun sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li tnaqqas id-degradazzjoni tal-proteini fl-għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 u ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawk il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-foraġġ insilat” huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-Seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2016; 14(6):4479.
(3) EFSA Journal 2016; 14(6):4506.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni, metodi ta' analiżi |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||
CFU tal-addittiv/kg ta' materja friska |
||||||||||||||
Addittivi teknoloġiċi: addittivi tal-foraġġ insilat |
||||||||||||||
1k20750 |
Lactobacillus plantarum DSM 29025 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum DSM 29025 li fiha ammont minimu ta' 8 × 1010 CFU/g tal-addittiv. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus plantarum DSM 29025. Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq MSR agar (EN 15787). Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-28 ta' Diċembru 2026 |
||||||
1k20751 |
Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 42150 li fiha ammont minimu ta' 1 × 1011 CFU/g tal-addittiv. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 42150. Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq MSR agar (EN 15787). Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-28 ta' Diċembru 2026 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/48 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2151
tas-7 ta' Diċembru 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
CL |
115,2 |
MA |
103,9 |
|
TN |
200,0 |
|
TR |
116,3 |
|
ZZ |
133,9 |
|
0707 00 05 |
EG |
191,7 |
MA |
79,2 |
|
TR |
159,2 |
|
ZZ |
143,4 |
|
0709 93 10 |
MA |
130,4 |
TR |
155,5 |
|
ZZ |
143,0 |
|
0805 10 20 |
TR |
64,9 |
UY |
62,9 |
|
ZA |
59,7 |
|
ZZ |
62,5 |
|
0805 20 10 |
MA |
70,9 |
TR |
71,7 |
|
ZZ |
71,3 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
114,7 |
TR |
80,5 |
|
ZZ |
97,6 |
|
0805 50 10 |
TR |
82,6 |
ZZ |
82,6 |
|
0808 10 80 |
US |
100,7 |
ZA |
160,7 |
|
ZZ |
130,7 |
|
0808 30 90 |
CN |
88,6 |
TR |
126,8 |
|
ZZ |
107,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/50 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2152 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali kkonsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)377 — C8-0201/2015) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0271/2016), |
1. |
Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2014; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 20.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/51 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2016/2153 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0271/2016), |
A. |
billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
B. |
billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għar-responsabbiltà demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li huma benefiċjarji tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; |
1. |
Ifakkar ir-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-“Regolament Finanzjarju”) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja; |
2. |
Jirrimarka li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, “[…] l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom”, u li, għaldaqstant, filwaqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom; |
3. |
Jisħaq r-rwol tal-Parlament u ta' istituzzjonijiet oħra fi ħdan il-proċedura ta' kwittanza, kif regolat mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari mill-Artikolu 164 sal-Artikolu 166 tiegħu; |
4. |
Jinnota li, skont l-Artikolu 94 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, “id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza […] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħalma huma l-Kunsill (f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv) […]”; |
5. |
Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu sieket fir-rigward tar-rimarki magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu tat-28 ta' April 2016 (1) dwar ix-xejra mis-snin preċedenti ta' żieda fin-nuqqas ta' nfiq u ta' riporti tal-impenji; |
Kwistjonijiet pendenti
6. |
Jiddispjaċih li l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill ma jipprovdux lill-Parlament bir-rapport annwali tal-attività tagħhom; iqis li dan huwa inammissibbli u ta' ħsara għar-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet; |
7. |
Jiddispjaċih li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għadhom ma ġewx separati, kif rakkomandat mill-Parlament f'riżoluzzjonijiet ta' kwittanza reċenti; |
8. |
Jinnota l-informazzjoni dwar il-politika tal-bini li tinsab fuq is-sit web tal-Kunsill; jinnota wkoll li ma hemm ebda informazzjoni dwar l-ispejjeż imġarrba b'rabta ma' dan il-bini; jappella sabiex tingħata informazzjoni dettaljata lill-Parlament fir-rapport finanzjarju annwali li jmiss; |
9. |
Itenni l-appell tiegħu għal rapporti ta' progress dwar proġetti ta' bini u analiżi dettaljata tal-ispejjeż imġarrba s'issa; jappella għal informazzjoni dwar l-ispejjeż relatati mad-dewmien fit-tlestija tal-bini Europa; |
10. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi informazzjoni dwar il-proċess tal-modernizzazzjoni amministrattiva tiegħu, b'mod partikolari dwar l-impatt previst fuq il-baġit tal-Kunsill; |
11. |
Jistieden lill-Kunsill jadotta kodiċi ta' kondotta mill-aktar fis possibbli sabiex tiġi ggarantita l-integrità tal-istituzzjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jimplimenta regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta mingħajr aktar dewmien; |
12. |
Jistieden lill-Kunsill jingħaqad mar-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni biex jiżgura t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjoni; |
13. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jiżviluppa linji gwida dettaljati kontra l-korruzzjoni u politiki indipendenti fi ħdan l-istrutturi tiegħu, kif ukoll l-appell tiegħu fir-rigward taż-żieda sistematika ta' trasparenza fil-proċeduri leġiżlattivi u n-negozjati; |
14. |
Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li tfaċċaw ripetutament sal-lum fil-proċeduri ta' kwittanza, li huma r-riżultat ta' nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jirrimarka li l-Parlament ċaħad l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011 (2), tal-25 ta' Ottubru 2011 (3), tal-10 ta' Mejju 2012 (4), tat-23 ta' Ottubru 2012 (5), tas-17 ta' April 2013 (6), tad-9 ta' Ottubru 2013 (7), tat-3 ta' April 2014 (8), tat-23 ta' Ottubru 2014 (9) u tas-27 ta' Ottubru 2015 (10), u ppospona d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-sena finanzjarja 2014 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-28 ta' April 2016; |
15. |
Jinsisti li eżerċizzju ta' kontroll baġitarju effikaċi jeħtieġ il-kooperazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-28 ta' April 2016; jikkonferma li l-Parlament mhuwiex fil-qagħda li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza; |
16. |
Ifakkar lill-Kunsill dwar il-fehma tal-Kummissjoni, kif espressa fl-ittra tagħha ta' Jannar 2014, li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu għall-kummenti magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju ta' kwittanza, u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza; |
17. |
Jinnota li l-Kummissjoni sostniet li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġit tal-istituzzjonijiet l-oħra u li tagħti tweġiba għal mistoqsijiet indirizzati lil istituzzjoni oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni li timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit; |
18. |
Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qiegħed jonqos milli jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Parlament; ifakkar il-konklużjonijiet tas-sessjoni ta' ħidma tal-Parlament dwar id-dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza lill-Kunsill, li saret fis-27 ta' Settembru 2012; ifakkar ukoll it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(3) tat-TFUE, li jiddisponi li kull istituzzjoni, korp, jew organu għandu jassigura t-trasparenza tal-ħidma tiegħu; |
19. |
Jinnota li kienu biss tlieta mis-sebgħa u għoxrin mistoqsija ppreżentati lill-Kunsill mill-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fir-rigward tas-sena finanzjarja 2014 li waslet tweġiba ċara għalihom fid-dokumenti pprovduti mill-Kunsill fi ħdan l-eżerċizzju ta' kwittanza; |
20. |
Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill għandha tgħaddi minn skrutinju bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-elementi fundamentali ta' dan l-iskrutinju huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew; |
21. |
Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-TFUE, f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prassi preżenti, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali sabiex jinżammu t-trasparenza u l-obbligu demokratiku li jingħata rendikont lill-kontribwenti tal-Unjoni; |
22. |
Huwa tal-fehma li n-nuqqas tal-Kunsill li jippreżenta d-dokumenti mitluba lill-Parlament jimmina għalkollox id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-informazzjoni u t-trasparenza, u qiegħed isir għajn ta' tħassib, peress li joħloq ċertu defiċit demokratiku fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
23. |
Huwa tal-fehma li dan jikkostitwixxi nuqqas serju ta' rispett tal-obbligi stabbiliti mit-Trattati, u jemmen li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jeħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw din il-kwistjoni mingħajr aktar dewmien; jisħaq li reviżjoni tat-Trattati u tar-Regolament Finanzjarju hija meħtieġa sabiex jiġu kkjarifikati l-objettivi u l-proċessi tal-proċedura ta' kwittanza, u biex jiġu definiti sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli kif stabbilit mit-Trattati; |
24. |
Iqis in-nuqqas ta' koperazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill mal-awtorità ta' kwittanza bħala sinjal negattiv lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni. |
(1) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 21.
(2) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.
(3) ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.
(4) ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.
(5) ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.
(6) ĠU L 308, 16.11.2013, p. 22.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 97.
(8) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 26.
(9) ĠU L 334, 21.11.2014, p. 95.
(10) ĠU L 314, 1.12.2015, p. 49.
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/54 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2154 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 — C8-0058/2016), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 (3) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0264/2016), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.
(3) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 432.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/56 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2016/2155 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0264/2016), |
A. |
billi l-Impriża Konġunta ENIAC (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tistabbilixxi u timplimenta aġenda ta' riċerka għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti; |
B. |
billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010; |
C. |
billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Ewropej tan-Nanoelettronika (“AENEAS”); |
D. |
billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 450 000 000, u din titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka; |
E. |
billi l-kontribuzzjoni massima ta' AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' mill-anqas 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni; |
F. |
billi l-Impriża Konġunta ġiet fuża mal-Impriża Konġunta ARTEMIS (“ARTEMIS”) sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (“ITK ECSEL”) li bdiet l-attivitajiet tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. |
Jirrikonoxxi l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sas-26 ta' Ġunju 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fis-26 ta' Ġunju 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; |
2. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014 (ir-“rapport tal-Qorti”) ħarġet opinjoni kwalifikata għar-raba' sena konsekuttiva dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi abbażi tal-fatt li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali (AFN) dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi dwar l-awditi ex post; |
3. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-AFN fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma' proġetti lesti; jinnota, barra minn hekk, li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet AFN, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-awditi ex post humiex qegħdin jiffunzjonaw b'mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-AFN li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderata jew rata tal-iżball residwu; jinnota wkoll li l-ITK ECSEL ikkonfermat li l-valutazzjoni estensiva tagħha tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali kkonkludew li dawn jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-Impriżi Konġunti; |
4. |
Josserva li l-ITK ECSEL stiednet lill-AFN jipproduċu provi li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u josserva li sat-terminu tat-30 ta' Ġunju 2016, 76 % tal-AFN mistiedna jagħmlu hekk, li jirrappreżentaw 96,79 % tal-infiq totali ta' ARTEMIS u tal-Impriża Konġunta, ippreżentaw id-dokumenti meħtieġa u kkonfermaw li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet; |
5. |
Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 2 356 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 76 500 250; |
6. |
Jirrikonoxxi li, skont l-Impriża Konġunta, il-proċeduri nazzjonali ta' assigurazzjoni ġew eżaminati sa April 2015 għall-pajjiżi li jirċievu 54,2 % tal-għotjiet tal-Impriża Konġunta; ifaħħar l-intenzjoni tal-Impriża Konġunta li tkompli dak l-eżerċizzju billi tkopri sa 92,7 % tal-għotjiet totali allokati mill-Impriża Konġunta; jilqa' favorevolment il-konferma tal-Impriża Konġunta skont liema l-proċeduri nazzjonali joffru assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. |
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/58 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2156 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 — C8-0058/2016), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 (3) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0264/2016), |
1. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.
(3) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 432.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/60 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2157 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 — C8-0055/2016), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 (3) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (6) u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0276/2016), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 9.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 10.
(3) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 425.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/62 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2016/2158 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0276/2016), |
A. |
billi l-Impriża Konġunta ARTEMIS (l-“Impriża Konġunta”) twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tistabbilixxi u timplimenta aġenda ta' riċerka għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għal sistemi inkorporati tal-kompjuter f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni, u biex tippermetti l-ħolqien ta' swieq u applikazzjonijiet soċjetali ġodda; |
B. |
billi l-Impriża Konġunta bdiet topera b'mod awtonomu f'Ottubru 2009; |
C. |
billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 420 000 000, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka; |
D. |
billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri tal-ARTEMIS għandhom jammontaw għal mill-inqas 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, filwaqt li l-kontribuzzjoni in natura mill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u żvilupp li jipparteċipaw fi proġetti matul il-perjodu tal-Impriża Konġunta għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, |
E. |
billi l-Impriża Konġunta ngħaqdet mal-Impriża Konġunta ENIAC (“ENIAC”) sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (“ECSEL JTI”) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. |
Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sas-26 ta' Ġunju 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha sas-26 ta' Ġunju 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; |
2. |
Jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 (ir-“rapport tal-Qorti”) ħarġet opinjoni kwalifikata dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi għaliex il-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi dwar l-awditi ex post; |
3. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali (AFN)dwar l-ispejjeż relatati ma' proġetti li tlestew; jinnota, barra minn hekk li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet AFN, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-awditi ex post kienux qegħdin jiffunzjonaw b'mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-AFN li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderat jew rata ta' żball residwu; |
4. |
Jinnota li ECSEL JTI wettqet valutazzjoni estensiva tal-effikaċja tas-sistemi ta' assigurazzjoni għal kampjun ta' 10 Stati Membri ARTEMIS u ENIAC, li jirrappreżentaw l-akbar sehem ta' ECSEL JTI tal-baġit operattiv u jkopri 89,5 % tat-total tal-għotjiet allokati tal-Impriża Konġunta u jinnota li, abbażi taċ-ċertifikati ta' Tmiem ta' Proġett sat-13 ta' Ġunju 2016, il-valutazzjoni turi li r-rata ta' kopertura hi tliet darbiet ogħla mis-soll ta' 20 % li 'l fuq minnu s-sistemi nazzjonali jiġu kkunsidrati li huma suffiċjenti skont l-istrateġija tal-awditjar ex post; |
5. |
Josserva li ECSEL JTI stiednet lill-AFN jipproduċu provi li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, u josserva li sal-iskadenza tat-30 ta' Ġunju 2016, 76 % tal-AFN mistiedna jagħmlu hekk, li jirrappreżentaw 96,79 % tal-infiq tal-Impriżi Konġunti Artemis u ENIAC, ressqu d-dokumenti meħtieġa u kkonfermaw li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet; |
6. |
Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 2 554 510 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 30 330 178 (operazzjonali); |
Kontroll intern
7. |
Jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta ma ħadet l-ebda azzjoni rigward ċerti standards ta' kontroll intern relatati mal-informazzjoni u r-rappurtar finanzjarju: b'mod partikolari, evalwazzjoni tal-attivitajiet, valutazzjoni tas-sistemi ta' kontroll intern u kapaċità ta' awditjar intern (“IAC”); josserva li dan kien minħabba l-fużjoni imminenti; jinnota li sadanittant ECSEL JTI għamlet progress sostanzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll intern u l-istabbiliment tal-IAC. |
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/64 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2159 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 — C8-0055/2016), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 (3) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0276/2016), |
1. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 9.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 10.
(3) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 425.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/66 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/2160 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 — C8-0052/2016), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 (3) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0275/2016), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 33.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 34.
(3) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 438.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/68 |
RIŻOLUZZJONI (UE, Euratom) 2016/2161 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0275/2016), |
A. |
billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (“l-Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita f'Marzu 2007 għal perjodu ta' 35 sena; |
B. |
billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-Euratom, u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata; |
C. |
billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Marzu 2008; |
1. |
Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 (“ir-rapport tal-Qorti”), iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha; |
2. |
Jieħu nota tal-fatt li l-baġit 2014 finali disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 1 168 800 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 567 600 000; ir-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament kienu ta' 100 % u 88,5 % rispettivament; jinnota, madankollu, li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fir-rigward tal-baġit 2014 inizjali kienet ta' 73 %; |
3. |
Jinnota li, minħabba l-isfidi li l-Proġett ITER qiegħed jiffaċċja bħalissa, id-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-Organizzazzjoni ITER ippreżenta pjan ta' azzjoni lill-Kunsill tal-ITER b'miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet prinċipali li bħalissa qed jaffettwaw l-iżvilupp tal-Proġett ITER; jinnota, barra minn hekk, li, fir-rigward tal-Impriża Konġunta, l-aġent direttur il-ġdid tagħha pprepara pjan ta' azzjoni għall-Impriża Konġunta, li fil-biċċa l-kbira jappoġġa l-pjan ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni ITER; jirrikonoxxi li l-aġent direttur tal-Impriża Konġunta ppreżenta l-pjan ta' azzjoni lill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta f'Marzu 2015, meta l-pjan ġie approvat kompletament, u li l-pjan ta' azzjoni tal-Impriża Konġunta jikkomplementa l-pjan ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni ITER f'għadd ta' aspetti u jidentifika aktar titjib fl-operazzjonijiet proprji tal-Impriża Konġunta; josserva li, fiż-żmien tal-awditjar, il-miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni taż-żewġ pjanijiet ta' azzjoni kienu għadhom qed jiġu stabbiliti; jinnota, barra minn hekk, li minn Marzu 2015, dawk il-pjanijiet ta' azzjoni ġew implimentati u segwiti mill-qrib mill-Organizzazzjoni ITER u mill-Impriża Konġunta, u li huwa mistenni li jwasslu għal titjib; jappella sabiex jiġi ppreżentat rapport fi żmien debitu dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet ta' azzjoni; |
4. |
Jilqa' l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-ITER tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2016, li jikkonfermaw li l-Proġett ITER issa miexi fit-triq it-tajba, b'tali mod li se jippermetti proposta soda, realistika u dettaljata għall-iskeda u l-ispejjeż assoċjati għall-Ewwel Plażma, li japprovaw l-Iskeda Integrata aġġornata għall-Proġett ITER, li tidentifika Diċembru 2025 bħala d-data tal-Ewwel Plażma, li jindikaw li l-kisba b'suċċess tal-miri kollha tal-proġett sa issa, fid-data skedata jew qabel iż-żmien, bħala indikatur pożittiv tal-kapaċità kollettiva tal-Organizzazzjoni ITER u tal-Aġenziji Nazzjonali li jkomplu jwettqu l-Iskeda Integrata aġġornata, u li jissottolinjaw li l-evidenza ta' żieda fl-effikaċja tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fehim aħjar tar-riskji, u rigorożità fil-konformità mal-impenji toffri bażi ġdida għall-fiduċja li l-Proġett ITER se jżomm il-momentum pożittiv attwali tiegħu; |
5. |
Jilqa' l-pożizzjoni tal-Kunsill tal-ITER li enfasi qawwija fuq l-elementi fundamentali permezz tal-Ewwel Plażma għandha tnaqqas ir-riskji tal-Proġett ITER b'mod effikaċi u li l-Iskeda Integrata aġġornata tirrappreżenta l-aħjar triq 'il quddiem li tista' tinkiseb b'mod tekniku għall-Ewwel Plażma, li se timmarka t-tlestija tal-fażijiet ewlenin tal-armar u t-tqegħid ta' Tokamak u l-faċilitajiet ta' appoġġ; |
6. |
Jinnota li l-miri stabbiliti mill-Kunsill tal-ITER fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta' Novembru 2015 huma ferm avvanzati u li erba' mis-sitt miri attribwiti għall-Fużjoni għall-Enerġija (“F4E”) għall-2016 diġà ntlaħqu; |
7. |
Jinnota li l-kwistjoni tal-kera tal-bini tal-Impriża Konġunta ġiet solvuta, hekk kif il-Gvern Spanjol offra ftehim għal kera fit-tul tal-bini attwali u estensjoni tal-ispazju għall-uffiċċji attwali b'sular ieħor addizzjonali; josserva, f'dan ir-rigward, li l-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta, fil-laqgħa tiegħu tad-29 u t-30 ta' Ġunju 2016, ħa nota tal-konklużjoni tal-ftehim għal kera fit-tul għall-uffiċċji tal-F4E bejn ir-Renju ta' Spanja u s-sid tal-bini u approva l-pjanijiet għar-rinnovament tal-ispazju għall-uffiċċji allokat lill-Impriża Konġunta; |
8. |
Jieħu nota tal-implimentazzjoni parzjali tar-Regolamenti tal-Persunal u jħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tkompli timplimenta r-regolamenti li għad fadal; jieħu nota pożittiva tal-fatt li mill-1 ta' Jannar 2016, ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u r-Regoli ta' Implimentazzjoni l-ġodda tal-Impriża Konġunta se jidħlu fis-seħħ; jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta stabbiliet definizzjoni operattiva tal-ambitu ta' fużjoni/nonfużjoni, li tiffaċilita l-istabbiliment tal-ambitu tal-użu esklussiv tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali li jinħolqu mill-kuntratti. |
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/70 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/2162 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2016
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 — C8-0052/2016), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 (3) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0275/2016), |
1. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segreatju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 33.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 34.
(3) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 438.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/72 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2163
tas-6 ta' Diċembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banca d'Italia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Settembru 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d'Italia (BĊE/2016/28) (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jenħtieġ li jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Banca d'Italia skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2015. Għalhekk huwa neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2016. |
(3) |
Il-Banca d'Italia għażlet lil BDO Italia S.p.A. bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2016 sa 2022. |
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal- BĊE rrakkomanda li BDO Italia S.p.A. jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d'Italia għas-snin finanzjarji 2016 sa 2022. |
(5) |
Konsegwentement għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6. BDO Italia S.p.A. huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banca d'Italia għas-snin finanzjarji 2016 sa 2022.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KAŽIMÍR
(1) ĠU C 366, 5.10.2016, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/73 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2164 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-30 ta' Novembru 2016
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2017 (BĊE/2016/43)
Il-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Id-19-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE t-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta' muniti li għandhom jinħarġu fl-2017, flimkien ma' noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud min dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni. |
(3) |
Peress li d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu muniti tal-euro huwa suġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħarġa, il-volumi approvati mill-BĊE m'għandhomx jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2017
Il-BĊE b'dan japprova l-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2017, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
(EUR miljun) |
|||
|
Volum ta' muniti euro approvati għall-ħruġ fl-2017 |
||
|
Muniti fiċ-ċirkolazzjoni |
Muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) |
Volum ta' ħruġ ta' muniti |
Il-Belġju |
51,0 |
1,0 |
52,0 |
Il-Ġermanja |
419,0 |
219,0 |
638,0 |
L-Estonja |
9,7 |
0,3 |
10,0 |
L-Irlanda |
30,7 |
0,8 |
31,5 |
Il-Greċja |
106,3 |
0,6 |
106,9 |
Spanja |
359,3 |
30,0 |
389,3 |
Franza |
224,3 |
51,0 |
275,3 |
L-Italja |
94,2 |
1,8 |
96,0 |
Ċipru |
14,0 |
0,1 |
14,1 |
Il-Latvja |
16,3 |
0,3 |
16,6 |
Il-Litwanja |
30,0 |
0,3 |
30,3 |
Il-Lussemburgu |
17,7 |
0,2 |
17,9 |
Malta |
10,2 |
0,2 |
10,4 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
25,0 |
4,0 |
29,0 |
L-Awstrija |
87,2 |
181,8 |
269,0 |
Il-Portugall |
62,0 |
3,0 |
65,0 |
Is-Slovenja |
24,0 |
2,0 |
26,0 |
Is-Slovakkja |
15,6 |
1,4 |
17,0 |
Il-Finlandja |
35,0 |
10,0 |
45,0 |
Total |
1 631,5 |
507,8 |
2 139,3 |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-30 ta' Novembru 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.