ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
3 ta' Diċembru 2016


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2016/2094 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

1

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l- funzjonament ta' tali raggruppamenti ( ĠU L 347, 20.12.2013 )

5

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ( ĠU L 347, 20.12.2013 )

6

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 ( ĠU L 347, 20.12.2013 )

18

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea ( ĠU L 347, 20.12.2013 )

20

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 ( ĠU L 347, 20.12.2013 )

23

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 ( ĠU L 347, 20.12.2013 )

25

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/1


REGOLAMENT (UE) 2016/2094 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 (3) jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat, il-Baħar tat-Tramuntana, is-Skagerrak u l-Kanal tal-Lvant, il-Punent tal-Iskozja u l-Baħar Irlandiż, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. L-objettiv tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 huwa sfruttament sostenibbli li jreġġa' lura u jżomm dawk l-istokkijiet tal-merluzz 'il fuq mil-livelli li kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY).

(2)

L-evalwazzjoni xjentifika tal-prestazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 mwettqa mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) żvelat għadd ta' problemi fl-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) issuġġerixxa evalwazzjoni mill-ġdid tal-istrateġija ta' ġestjoni, b'mod partikolari wara bidla fil-perċezzjoni tal-istokk tal-Baħar tat-Tramuntana.

(3)

Bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) mill-1 ta' Jannar 2014, il-qafas ta' ġestjoni għall-merluzz inbidel b'mod fundamentali, b'mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta' obbligu ta' ħatt l-art.

(4)

Bħalissa jinsabu għaddejjin tħejjijiet għal pjanijiet pluriennali ġodda għal sajd għal diversi speċijiet f'diversi reġjuni tal-Atlantiku, abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Eventwalment ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 ser jiġi sostitwit, għal kull żona rilevanti, minn dawk il-pjanijiet pluriennali ġodda għal sajd għal diversi speċijiet. Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 ser ikompli japplika għal perijodu ta' żmien qasir biss. Madanakollu jenħtieġ li jsiru għadd ta' emendi urġenti għar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 biex jiġi kopert il-perijodu sakemm jibdew japplikaw il-pjanijiet pluriennali ġodda għal sajd għal diversi speċijiet.

(5)

Ir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 rriżulta f'għadd ta' kisbiet rigward is-selettività u miżuri oħra għall-prevenzjoni tal-qbid tal-merluzz, iżda sar ostakolu għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art, peress li jfixkel adattament ulterjuri tax-xejriet tas-sajd, bħall-għażla taż-żona u l-irkaptu. Għalhekk ir-reġim tal-isforz tas-sajd jenħtieġ li ma jkomplix. Peress li r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 wassal għal titjib sinifikanti fis-selettività u l-prevenzjoni tal-qbid tal-merluzz permezz ta' inċentivi li kienu marbuta mar-reġim tal-isforz tas-sajd u permezz ta' miżuri nazzjonali (pjanijiet għall-prevenzjoni tal-qbid tal-merluzz u għat-tnaqqis tar-rimi tal-merluzz), huwa ta' importanza kbira li, filwaqt li l-obbligu ta' ħatt l-art jiġi introdott għall-qabdiet kollha ta' merluzz skont l-iskeda għall-introduzzjoni tiegħu stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fis-sajd ikomplu, jew ikomplu jiżviluppaw, dawk il-miżuri nazzjonali.

(6)

Matul fażi tranżitorja fejn għaddejjin tħejjijiet għal pjanijiet pluriennali ġodda għal sajd għal diversi speċijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 f'żoni issa koperti bir-Regolament (KE) Nru 1342/2008, il-miżuri ta' ġestjoni jenħtieġ li jieħdu kont tal-livelli minimi u prekawzjonarji ta' bijomassa adatti. Jekk l-istokkijiet jaqgħu taħt il-livelli ta' salvagwardja ta' bijomassa (MSY Btrigger) disponibbli f'parir xjentifiku konsistenti mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-indirizzar tas-sitwazzjoni.

(7)

F'xi oqsma koperti bir-Regolament (KE) Nru 1342/2008, l-informazzjoni dwar l-istokk u s-sajd tista' ma tkunx suffiċjenti biex jiġu determinati l-opportunitajiet ta' sajd f'konformità mal-prinċipju tal-MSY. F'tali każijiet, jenħtieġ li jiġi segwit l-approċċ prekawzjonarju.

(8)

Minbarra r-reġim tal-isforz tas-sajd, ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 introduċa sistema ta' permessi tas-sajd speċjali marbuta ma' limitazzjoni tal-kapaċità totali tal-qawwa tal-magna tal-bastimenti tas-sajd f'żona rilevanti. Sabiex jiġi evitat spostament li jfixkel attività tas-sajd li jista' jkollu impatt negattiv fuq l-irkupru ta' stokkijiet, huwa adatt li tinżamm dik is-sistema, filwaqt li r-reġim tal-isforz tas-sajd innifsu qed jitwaqqaf għalkollox.

(9)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (5) ħassar għadd ta' dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li kienu jirreferu għall-Annessi II u III tiegħu. Minħabba li m'hemm l-ebda referenzi oħra fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għal dawk l-Annessi, dawn m'għadhomx rilevanti u jenħtieġ li jitħassru.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”;"

(2)

L-Artikolu 4 huwa mħassar;

(3)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Objettiv tal-pjan

1.   Il-pjan imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkollu l-għan li jiġi żgurat sfruttament li jreġġa' lura u jżomm l-istokkijiet tal-merluzz fil-livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.

2.   Kwalunkwe miżura ta' ġestjoni meħuda skont dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u mal-prinċipji u l-għanijiet ta' dak ir-Regolament.”;

(4)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Livelli minimi u prekawzjonarji ta' bijomassa

Meta jiġu adottati miżuri ta' ġestjoni, il-livelli minimi u prekawzjonarji ta' bijomassa għal kull stokk ta' merluzz għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.”;

(5)

L-Artikoli 7 u 8 huma mħassra;

(6)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

L-istabbiliment ta' TACs f'kondizzjonijiet ta' data dgħajfa

Fejn, minħabba f'nuqqas ta' informazzjoni preċiża u rappreżentattiva biżżejjed, l-opportunitajiet ta' sajd ma jkunux jistgħu jiġu determinati f'konformità mal-Artikolu 5(1), l-iffissar ta' opportunitajiet ta' sajd għandu jkun ibbażat fuq approċċ prekawzjonarju f'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kont meħud tax-xejriet fl-istokk tal-merluzz u fl-attività tas-sajd, u waqt li jiġi żgurat tal-anqas livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.”;

(7)

Wara l-Artikolu 9 tiddaħħal intestatura ta' Kapitolu ġdid:

“KAPITOLU IIa

OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI”;

(8)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-limiti massimi tal-kapaċità

1.   Għal kull waħda miż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu joħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (*2) għal bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jwettqu attivitajiet ta' sajd f'dik iż-żona u li jużaw wieħed mill-irkapti li ġejjin:

(a)

tartaruni tal-qiegħ u tartaruni (OTB, OTT, PTB, SDN, SSC, SPR) b'malji:

(i)

TR1 daqs jew akbar minn 100 mm,

(ii)

TR2 daqs jew akbar minn 70 mm u anqas minn 100 mm,

(iii)

TR3 daqs jew akbar minn 16 mm u anqas minn 32 mm;

(b)

xbieki tat-tkarkir bil-lasta (TBB) b'malji:

(i)

BT1 daqs jew akbar minn 120 mm,

(ii)

BT2 daqs jew akbar minn 80 mm u anqas minn 120 mm;

(c)

xbieki tal-garġi, xbieki tat-tħabbil (GN);

(d)

pariti (GT);

(e)

konzijiet (LL).

2.   Mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi ta' kapaċità li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għal kull żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, il-kapaċità totali espressa f'kW tal-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tkun akbar mill-kapaċità massima tal-bastimenti li kienu attivi fl-2006 jew l-2007 li jużaw wieħed mill-irkapti msemmija fil-paragrafu 1 fiż-żona ġeografika kkonċernata.

3.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta' bastimenti li jkollhom l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmijin fil-paragrafu 1 u jagħmilha disponibbli fuq is-sit web uffiċjali tiegħu lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra.

(*2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).”;"

(9)

Il-Kapitolu III huwa mħassar;

(10)

L-Artikoli 30 u 31 huma mħassra;

(11)

L-Annessi I, II, III u IV huma mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta' Novembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 125.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 (ĠU C 65, 19.2.2016, p. 193).u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-29 ta' Settembru 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … Novembru 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).


Rettifika

3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/5


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l- funzjonament ta' tali raggruppamenti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

(1)

Fil-paġna 308, l-Artikolu 1, il-punt (3) li jemenda l-Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006:

minflok:

“(f)

l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali jew korpi jew impriżi pubbliċi, ekwivalenti għal dawk imsemmijin taħt il-punt (d), minn pajjiżi terzi, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a.”,

aqra:

“(f)

l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew korpi jew impriżi, ekwivalenti għal dawk imsemmijin taħt il-punti (d) u (e), minn pajjiżi terzi, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a.”;

(2)

Fil-paġna 313, l-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(18)

it-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala anness.”.


3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/6


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 għandu jaqra kif ġej:

“REGOLAMENT (UE) Nru 1309/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2013

dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tiġi varata strateġija ġdida għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (l-‘istrateġija Ewropa 2020’). Waħda mit-tliet prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 hija t-tkabbir inklużiv billi tiffavorixxi l-awtonomija tan-nies permezz ta' livelli għoljin ta' impjiegi, l-investiment fil-ħiliet, il-ġlieda kontra l-faqar u l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol, it-taħriġ u sistemi ta' protezzjoni soċjali sabiex jgħinu liċ-ċittadini jantiċipaw u jimmaniġġaw it-tibdil, u tinbena soċjetà koeżiva inklużiva. Sabiex jingħelbu l-effetti avversi tal-globalizzazzjoni jeħtieġ ukoll li jinħolqu l-impjiegi fl-Unjoni kollha u li jkun hemm politika determinata dwar l-appoġġ għat-tkabbir.

(2)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għad-durata tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013. Il-FEG jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u minħabba kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi dinjija, u jista' wkoll joffri appoġġ lill-benefiċjarji fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), anke jekk in-numru ta' sensji jkun anqas mil-limitu normali meħtieġ biex il-FEG jiġi mobilizzat.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta' Ġunju 2011 intitolata: ‘Baġit għall-Ewropa 2020’, il-Kummissjoni tagħraf ir-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom u biex jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. L-Unjoni għandha tkompli tipprovdi, għad-durata tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, appoġġ speċifiku ta' darba sabiex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja f'oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu mix-xokk ta' taqlib ekonomiku serju. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u ċirkostanzi mhux mistennija, il-FEG għandu jibqa' barra mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

(4)

Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie estiż fl-2009 bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) bħala parti mill-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku biex jinkludi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali. Sabiex il-FEG ikun jista' jintervjeni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi li għaddejjin bħalissa jew dawk futuri, il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għandu jkopri s-sensji li jirriżultaw minn taqlib ekonomiku serju kkawżat minn kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, jew minn kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida.

(5)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla, li huwa bbażat fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) f'Dublin, jagħti assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'analiżi kwalitattiva u kwantitattiva sabiex jgħin fil-valutazzjoni tat-tendenzi tal-globalizzazzjoni u tal-użu tal-FEG.

(6)

Biex tinżamm in-natura Ewropea tal-FEG, applikazzjoni għall-appoġġ għandha tiġi attivata meta l-għadd ta' sensji jilħaq livell minimu. Madankollu, fi swieq tax-xogħol żgħar, bħalma huma Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għal numru inqas ta' sensji.

(7)

Il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet għandu jkollhom aċċess indaqs għall-FEG ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet għandhom jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(8)

Il-FEG għandu temporanjament jipprovdi assistenza liż-żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) li jgħixu f'reġjuni eliġibbli taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, minħabba li dawk ir-reġjuni huma milquta b'mod sproporzjonat minn rata maġġuri ta' sensji.

(9)

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji fid-dinja tax-xogħol sostenibbli, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom. Għalhekk l-inklużjoni ta' allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandha tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu jiġu mħeġġa jipprovdu kofinanzjament għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

(10)

Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jkunu se jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-benefiċjarji. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni f'impjieg sostenibbli tal-akbar numru possibbli ta' benefiċjarji li jkunu qed jipparteċipaw f'dawn il-miżuri mill-aktar fis possibbli fil-perjodu ta' sitt xhur qabel ma jkun dovut ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

(11)

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ mingħajr impjieg u dawk li huma akbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u l-globalizzazzjoni.

(12)

Il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu proklamati fl-istrateġija Ewropa 2020, għandhom jiġu rispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-FEG.

(13)

Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b'mod effettiv u rapidu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex iressqu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. L-għoti ta' tagħrif addizzjonali għandu jkun limitat fiż-żmien.

(14)

Fl-interess tal-benefiċjarji u tal-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri, l-Istati Membri applikanti għandhom iżommu lill-atturi kollha li huma involuti fil-proċess tal-applikazzjoni mgħarrfa bil-progress tal-applikazzjoni.

(15)

F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għall-benefiċjarji fi ħdan il-fondi tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni, iżda fejn hu possibbli għandhom jikkomplementawhom.

(16)

Għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni dwar każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom.

(17)

Sabiex tiġi espressa s-solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema li jkunu ġew issensjati u mal-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ir-rata ta' kofinanzjament għandha tiġi stabbilita għal 60 % tal-kost tal-pakkett u l-implimentazzjoni tiegħu.

(18)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, in-nefqa għandha tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati jew mid-data li fiha Stat Membru jġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG.

(19)

Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b'mod speċjali matul l-ewwel xhur ta' kull sena, fejn il-possibilitajiet għal trasferimenti minn linji baġitarji oħra jkunu partikolarment diffiċli, għandu jitqiegħed disponibbli ammont adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-linja baġitarja tal-FEG fil-proċedura baġitarja annwali.

(20)

Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5) (‘il-Ftehim Interistituzzjonali’) jiddetermina l-qafas baġitarju tal-FEG.

(21)

Fl-interess tal-benefiċjarji, l-assistenza għandha tkun disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG għandhom jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG.

(22)

Fil-każ li tagħlaq xi intrapriża, il-ħaddiema ssensjati minn dik l-intrapriża jistgħu jiġu megħjuna jieħdu f'idejhom xi wħud mill-attivitajiet tagħha jew l-attivitajiet kollha tagħha u l-Istat Membru li fih tinsab l-intrapriża jista' jantiċipa l-fondi li jkunu meħtieġa b'mod urġenti biex dan isir possibbli.

(23)

Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-għajnuna tal-FEG, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG.

(24)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja u għall-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet appoġġati mill-finanzjament tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-‘Regolament Finanzjarju’) (6). L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw l-użu li jkun sar mill-kontribuzzjoni finanzjarja li jkunu rċevew mill-FEG. Minħabba l-perjodu ta' implimentazzjoni qasir tal-operazzjonijiet tal-FEG, l-obbligi ta' rappurtar għandhom jirriflettu n-natura partikolari tal-interventi tal-FEG. Huwa meħtieġ għalhekk li ssir deroga mir-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-obbligi tar-rappurtar.

(25)

Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Objettivi

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

L-għan tal-FEG għandu jkun li jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku intelliġenti, inklużiv u sostenibbli u li jippromwovi l-impjiegi sostenibbli fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn, u tagħti appoġġ lil, ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, jew bħala riżultat ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida.

L-azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-ikbar numru possibbli ta' benefiċjarji li jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg sostenibbli mill-aktar fis possibbli fil-perjodu ta' sitt xhur qabel ma jkun dovut ir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għal azzjonijiet li jimmiraw lejn:

(a)

ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet b'riżultat tal-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, li jidhru, b'mod partikolari, minn żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, bidla serja fil-kummerċ ta' oġġetti u servizzi fl-Unjoni, minn tnaqqis rapidu tas-sehem mis-suq tal-Unjoni f'settur partikolari jew minn delokalizzazzjoni ta' attivitajiet lejn pajjiżi terzi, sakemm dawn is-sensji jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(b)

ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, jew bħala riżultat ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida.

Artikolu 3

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ‘benefiċjarju’ tfisser:

(a)

ħaddiem li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew jintemm matul il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 4 u ma jiġix imġedded;

(b)

persuna li taħdem għal rasha li kienet timpjega mhux aktar minn 10 ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan l-ambitu dan ir-Regolament, u li l-attività tagħhom waqfet, sakemm l-attività kienet evidentement dipendenti fuq l-intrapriża konċernata fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1), jew dik, skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(1), il-persuna li taħdem għal rasha kienet topera fis-settur ekonomiku kkonċernat.

Artikolu 4

Kriterji ta' intervent

1.   Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 ikunu ġew sodisfatti u jirriżultaw fi:

(a)

mill-inqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja jew persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur f'intrapriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet fir-rigward tal-fornituri tagħha jew il-produtturi tagħha aktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni;

(b)

mill-inqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja jew persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet matul perjodu ta' referenza ta' disa' xhur, partikolarment f'SMEs, kollha li joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS 2, jew f'aktar minn żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS 2 sakemm ikun hemm aktar minn 500 ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati.

2.   Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li jkun qed japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta' intervent stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunux sodisfatti kompletament. L-ammont aggregat ta' kontribuzzjonijiet f'ċirkostanzi eċċezzjonali m'għandux jaqbeż il-15 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG.

Artikolu 5

Kalkolu tas-sensji u tal-waqfien tal-attività

1.   L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika l-metodu użat għall-kalkolu tan-numru ta' ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom imsemmija fl-Artikolu 3, għall-fini tal-Artikolu 4.

2.   L-Istat Membru applikant għandu jikkalkula n-numru msemmi fil-paragrafu 1 f'waħda mid-dati li ġejjin:

(a)

id-data meta min iħaddem, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE (7), jinnotifika bil-miktub lill-awtorità pubblika kompetenti bis-sensji kollettivi pproġettati; f'dan il-każ l-Istat Membru applikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni tagħrif addizzjonali dwar in-numru reali ta' sensji milquta skont l-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament, qabel ma titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni;

(b)

id-data tan-notifika individwali ta' min iħaddem ta' waqfien mix-xogħol jew ta' tmiem tal-kuntratt tax-xogħol tal-ħaddiem;

(c)

id-data ta' meta jintemm de facto l-kuntratt tax-xogħol jew l-għeluq taż-żmien tiegħu;

(d)

tmiem id-delega mal-impriża utenti; jew

(e)

għal persuna li taħdem għal rasha, id-data tal-waqfien tal-attivitajiet kif determinat skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi.

Artikolu 6

Benefiċjarji eliġibbli

1.   L-Istat Membru applikant jista' jipprovdi servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG lill-benefiċjarji eliġibbli, li jistgħu jinkludu:

(a)

ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u l-persuni li jaħdmu għal rashom, li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 5, fil-perjodu ta' referenza previst fl-Artikolu 4,

(b)

ħaddiema li ngħataw is-sensja u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 5, qabel jew wara l-perjodu ta' referenza provdut fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1); jew

(c)

ħaddiema li ngħataw is-sensja u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, f'każijiet fejn applikazzjoni taħt l-Artikolu 4(2) tidderoga mill-kriterji stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1).

Il-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kkunsidrati eliġibbli, sakemm ikunu ħadu s-sensja jew l-attività tagħhom tkun waqfet wara t-tħabbira ġenerali tas-sensji pproġettati u kemm-il darba tkun tista' tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li wassal għas-sensji matul il-perjodu ta' referenza.

2.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri applikanti jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2017, jipprovdu servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG lil sa numru ta' NEETs li huma ta' età taħt il-25 sena jew, fejn l-Istati Membri hekk jiddeċiedu, dawk li huma taħt it-30 sena fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, li jkun ugwali għan-numru tal-benefiċjarji fil-mira, bħala prijorità mogħtija lill-persuni li ngħataw is-sensja jew li l-attività tagħhom waqfet, kemm-il darba tal-inqas xi wħud mis-sensji fis-sens tal-Artikolu 3 jseħħu f'reġjuni tal-livell NUTS 2 eliġibbli taħt l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. L-appoġġ jista' jingħata lin-NEETs li huma ta' età taħt il-25 sena jew, fejn l-Istati Membri ddeċidew dan, għal min huwa taħt it-30 sena, f'dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 li huma eliġibbli taħt l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

Artikolu 7

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira u, b'mod partikolari, il-persuni żvantaġġati, akbar fl-età u żgħażagħ mingħajr impjieg, f'impjieg jew dawk li jaħdmu għal rashom. Il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

(a)

taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inklużi ħiliet ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, għajnuna għat-tfittix ta' impjieg, gwida dwar ix-xogħol, servizzi konsultattivi, konsulenza (mentoring), għajnuna għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, għajnuna għal dawk li jaħdmu għal rashom, gћall-ftuħ ta' negozji u ta' teħid ta' kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta' kooperazzjoni;

(b)

miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta' min iħaddem, allowances għall-mobbiltà, sussistenza jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal dawk li jieħdu ħsieb ħaddieħor);

(c)

miżuri li jistimulaw b'mod partikulari lill-ħaddiema żvantaġġati jew li huma akbar fl-età u liż-żgħażagħ mingħajr impjieg biex jibqgħu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

L-ispejjeż tal-miżuri taħt il-punt (b) ma għandhomx jaqbżu l-35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati elenkati f'dan il-paragrafu.

L-ispiża tal-investimenti għal dawk li jaħdmu għal rashom, il-bidu ta' negozju u t-teħid ta' kontroll mill-impjegati ma għandhiex taqbeż il-EUR 15 000.

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija li hi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli.

2.   Dawn il-miżuri li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG:

(a)

miżuri speċjali b'limitu ta' żmien imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, li mhumiex kondizzjonali fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira f'attivitajiet ta' tfittxija tax-xogħol jew ta' taħriġ;

(b)

azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' intrapriżi bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

L-azzjonijiet appoġġati mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali.

3.   Il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira jew mar-rappreżentanti tagħhom, jew mas-sħab soċjali.

4.   Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikanti, tista' ssir kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għall-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, tagħrif u pubbliċità, kontroll u rappurtaġġ.

Artikolu 8

Applikazzjonijiet

1.   L-Istat Membru applikant għandu jressaq applikazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jkunu ġew sodisfatti l-kriterji mogħtija fl-Artikolu 4(1) jew (2).

2.   Fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f'idejha t-traduzzjoni tal-applikazzjoni, skont liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha toħroġ notifika tal-waslien tal-applikazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru bi kwalunkwe tagħrif addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni.

3.   Fejn tali tagħrif addizzjonali jiġi mitlub mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-talba. Din l-iskadenza għandha tiġi estiża mill-Kummissjoni b'ġimagħtejn, fuq talba debitament ġustifikata tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   Abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien 12-il ġimgħa minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni, ma tkunx tista', eċċezzjonalment, tirrispetta din l-iskadenza, għandha tagħti spjegazzjoni bil-miktub fejn tagħti r-raġunijiet tad-dewmien.

5.   Applikazzjoni kompluta għandu jkun fiha t-tagħrif li ġej:

(a)

analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji jew il-waqfien tal-attività tax-xogħol u t-tibdiliet strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali u nazzjonali kkawżat mill-globalizzazzjoni jew mill-kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali jew minn kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida. Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta' intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

(b)

il-konferma li, fejn l-intrapriża li tat is-sensji kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara li tkun tat is-sensji, hija tkun irrispettat l-obbligi ġuridiċi tagħha li jirregolaw l-issensjar u li pprovdiet għall-ħaddiema tagħha skont dawn l-obbligi;

(c)

valutazzjoni tal-għadd ta' sensji skont l-Artikolu 5, u spjegazzjoni tal-avvenimenti li wasslu għal dawk is-sensji;

(d)

l-identifikazzjoni, fejn huwa applikabbli, tal-intrapriżi li keċċew lill-impjegati, il-fornituri jew il-produtturi aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni, is-setturi, u l-kategoriji ta' benefiċjarji fil-mira mqassma skont is-sess u l-grupp tal-etajiet;

(e)

l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(f)

deskrizzjoni tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati u n-nefqa relatata, inklużi, b'mod partikolari, kwalunkwe miżura li tappoġġa inizjattivi ta' impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, ta' età akbar u żgħażagħ;

(g)

spjegazzjoni dwar kif il-pakkett ta' miżuri jikkumplementa l-azzjonijiet iffinanzjati minn fondi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni kif ukoll tagħrif dwar azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriżi kkonċernati bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi;

(h)

il-baġit stmat għal kull wieħed mill-komponenti tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati b'appoġġ għall-benefiċjarji fil-mira u għal kwalunkwe attività ta' tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rappurtar;

(i)

id-dati li fihom inbdew jew għad iridu jinbdew is-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji fil-mira u l-attivitajiet biex jiġi implimentat il-FEG, kif spjegat fl-Artikolu 7(1) u (4) rispettivament;

(j)

il-proċeduri segwiti biex jiġu kkonsultati l-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra kif applikabbli;

(k)

stqarrija ta' konformità tal-appoġġ mitlub mill-FEG bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li tagħti fil-qosor ir-raġuni għala s-servizzi personalizzati ma jeħdux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(l)

is-sorsi ta' prefinanzjament jew ta' kofinanzjament nazzjonali u kofinanzjament ieħor jekk applikabbli.

Artikolu 9

Komplementarjetà, konformità u koordinazzjoni

1.   Kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

2.   Appoġġ għall-benefiċjarji fil-mira għandu jikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali inklużi dawk kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ ta' darba, b'mod temporanju, għall-benefiċjarji fil-mira. L-azzjonijiet appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

4.   Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-għajnuna mill-fondi tal-Unjoni.

5.   L-Istat Membru applikant għandu jiżgura li l-azzjonijiet speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma għandhomx jirċievu wkoll għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.

Artikolu 10

Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u nondiskriminazzjoni

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u jiġu promossi matulha. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni msejsa fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali fl-aċċess għall-FEG u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

Artikolu 11

Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, mhux iktar minn 0,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG jista' jintuża biex jiffinanzja l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir ta' data u l-kreazzjoni ta' bażi ta' għarfien rilevanti għall-implimentazzjoni tal-FEG. Huwa jista' jintuża wkoll sabiex jiffinanzja l-appoġġ amministrattiv u tekniku, attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta' verifika, kontroll u evalwazzjoni li huma meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament.

2.   Suġġett għal-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jagħmlu disponibbli ammont għall-għajnuna teknika fil-bidu ta' kull sena abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

3.   Il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament Finanzjarju, kif ukoll ir-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għal din il-forma ta' implimentazzjoni tal-baġit.

4.   L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvediment ta' tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll tagħrif flimkien ma' gwida ċara dwar l-użu tal-FEG lis-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali.

Artikolu 12

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   L-Istat Membru applikant għandu jipprovdi tagħrif dwar l-azzjonijiet iffinanzjati u għandu jagħmilhom pubbliċi. Dan it-tip ta' tagħrif għandu jkun indirizzat lill-benefiċjarji fil-mira, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-imsieħba soċjali, lill-midja u lill-pubbliku ġenerali. Għandu jenfasizza r-rwol tal-Unjoni u għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni mill-FEG tkun viżibbli.

2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm u taġġorna regolarment sit tal-Internet, li jkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li għandu jipprovdi tagħrif aġġornat dwar il-FEG, gwida dwar il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet, kif ukoll tagħrif dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

3.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom abbażi ta' esperjenzi bl-iskop li ttejjeb l-effikaċja tal-FEG u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FEG. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-użu tal-FEG kull sentejn skont il-pajjiż u s-settur.

4.   Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm ikunu relatati mal-iskopijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8, u b'mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta' benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk teżisti, li jista' jsir fil-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma jistax jaqbeż is-60 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 8(5).

2.   Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew sodisfatti, hija għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 15.

3.   Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 8, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma jkunux ġew sodisfatti taħt dan ir-Regolament, għandha immedjatament tinnotifika lill-Istat Membru applikant.

Artikolu 14

Eliġibbiltà tan-nefqa

1.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mid-dati stabbiliti fl-applikazzjoni skont il-punt (i) tal-Artikolu 8(5) li fihom l-Istat Membru kkonċernat jibda, jew huwa mistenni li jibda, jipprovdi s-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji fil-mira jew iġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex jiġi implimentat il-FEG, skont l-Artikolu 7(1) u (4) rispettivament.

2.   Fil-każ ta' għotjiet, għandhom japplikaw f'dan is-sens l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), kif ukoll kwalunkwe att delegat adottat mill-Kummissjoni skont dawk ir-Regolamenti.

Artikolu 15

Proċedura baġitarja

1.   L-arranġamenti għall-FEG għandhom ikunu konformi mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

2.   L-approprjazzjonijiet li jikkonċernaw il-FEG għandhom ikunu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni.

3.   Il-Kummissjoni, fuq naħa waħda, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq in-naħa l-oħra, għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu kemm jista' jkun il-ħin li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-FEG.

4.   Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ikunu sodisfatti, hija għandha tippreżenta proposta għall-mobilizzazzjoni tiegħu. Id-deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG għandha tittieħed mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien fi żmien xahar mir-riferiment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

Fl-istess żmien li tippreżenta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, għandha tinbeda proċedura ta' trilogu.

It-trasferimenti relatati mal-FEG għandhom isiru skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju.

5.   Fl-istess żmien li tadotta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG.

6.   Proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG skont il-paragrafu 4 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

il-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(4), flimkien ma' sommarju tat-tagħrif li fuqu hija bbażata dik il-valutazzjoni;

(b)

evidenza li ġew rispettati l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 4 u 9 jkunu ġew sodisfatti; u

(c)

ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammonti proposti.

Artikolu 16

Pagament u użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Wara d-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(5) il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat f'pagament waħdieni ta' prefinanzjament 100 %, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata. Il-prefinanzjament għandu jkun ikklerjat meta tingħalaq il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 18(2).

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, għandha tiġi implimentata fil-qafas ta' ġestjoni maqsuma skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   It-termini tekniċi dettaljati tal-finanzjament għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 15(5).

4.   L-Istat Membru għandu jwettaq l-azzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 7 mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8(1).

L-Istat Membru jista' jiddeċiedi li jipposponi d-data meta jinbdew l-azzjonijiet eliġibbli b'mhux iktar minn tliet xhur wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. F'każ ta' tali posponiment, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom jitwettqu fi żmien il-perjodu ta' 24 xahar wara d-data tal-bidu komunikata mill-Istat Membru fl-applikazzjoni.

Fejn jidħol għal kors edukattiv jew ta' taħriġ li jdum sentejn jew aktar, il-miżati għal tali kors jistgħu jiġu inklużi għall-kofinanzjament tal-FEG sad-data meta għandu joħroġ ir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 18(1), kemm-il darba l-miżati rilevanti jkunu tħallsu qabel dik id-data.

5.   Meta jwettaq l-azzjonijiet li jinsabu fil-pakkett ta' servizzi personalizzati, l-Istat Membru kkonċernat jista' jressaq proposta lill-Kummissjoni sabiex jemenda l-azzjonijiet inklużi biż-żieda ta' azzjonijiet eliġibbli oħrajn elenkati fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 7(1), sakemm dawk l-emendi jkunu debitament ġustifikati u t-total ma jaqbiżx il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 15(5). Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-emendi proposti u, jekk taqbel magħhom, għandha tgħarraf b'dan lill-Istat Membru.

6.   L-infiq taħt l-Artikolu 7(4) għandu jkun eliġibbli sad-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tar-rapport finali.

Artikolu 17

Użu tal-euro

L-applikazzjonijiet, id-deċiżjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe dokument relatat ieħor, għandhom jesprimu l-ammonti kollha f'euro.

Artikolu 18

Rapport finali u għeluq

1.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 16(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta rapport finali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż tagħrif dwar:

(a)

it-tip ta' azzjonijiet u r-riżultati ewlenin;

(b)

l-ismijiet tal-korpi li jwettqu l-pakkett ta' miżuri fl-Istat Membru;

(c)

il-karatteristiċi tal-benefiċjarji fil-mira u l-istatus tal-impjieg tagħhom;

(d)

jekk l-impriża, bl-eċċezzjoni tal-mikro-intrapriżi u l-SMEs, kinitx benefiċjarja ta' għajnuna mill-Istat jew ta' finanzjament preċedenti mill-fondi ta' koeżjoni jew strutturali tal-Unjoni fil-ħames snin ta' qabel;

(e)

dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa u li tindika, fejn ikun possibbli, il-komplementarjetà tal-azzjonijiet ma' dawk iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

Meta jkun possibbli, id-data relatata mal-benefiċjarji għandha titqassam skont is-sess.

2.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet it-tagħrif meħtieġ kollu skont il-paragrafu 1, hija għandha tagħlaq il-kontribuzzjoni finanzjarja billi tiddetermina l-ammont finali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u, jekk ikun hemm, il-bilanċ li għandu jitħallas mill-Istat Membru kkonċernat taħt l-Artikolu 22.

Artikolu 19

Rapport biennali

1.   Sal-1 ta' Awwissu 2015 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li saru fis-sentejn ta' qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b'mod partikolari għandu jkun fih tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni għall-benefiċjarji assistiti għal kull Stat Membru u l-komplementarjetà tal-azzjonijiet ta' dan it-tip b'azzjonijiet iffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FSE, u t-tagħrif relatat mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjonijiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba li ma kienx hemm approprjazzjonijiet biżżejjed jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

2.   Ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali.

Artikolu 20

Evalwazzjoni

1.   Fuq l-inizjattiva tagħha stess u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel:

(a)

sat-30 ta' Ġunju 2017, evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba;

(b)

sal-31 ta' Diċembru 2021, evalwazzjoni ex-post bil-għajnuna ta' esperti esterni, sabiex jiġi mkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

2.   Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu trasmessi, għall-informazzjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet għandhom jitqiesu għat-tfassil ta' programmi ġodda fil-qasam tal-impjiegi u tal-affarijiet soċjali.

3.   L-evalwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu ċ-ċifri li juru l-għadd ta' applikazzjonijiet u għandhom ikopru l-prestazzjoni tal-FEG skont il-pajjiż u s-settur, sabiex jiġi vvalutat jekk il-FEG hux qed jilħaq il-benefiċjarji fil-mira tiegħu.

Artikolu 21

Ġestjoni u kontroll finanzjarju

1.   Bla ħsara għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà mill-bidunett għall-ġestjoni tal-azzjonijiet appoġġati mill-FEG u l-kontroll finanzjarju tal-azzjonijiet. Għal dan l-għan, il-miżuri li huma jieħdu għandhom jinkludu:

(a)

il-verifika li ġew stabbiliti l-ftehimiet ta' ġestjoni u kontroll u li qed jiġu implimentati b'tali mod li jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni qed jintużaw b'mod effiċjenti u korrett, f'konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba;

(b)

il-verifika li l-azzjonijiet iffinanzjati twettqu kif xieraq;

(c)

l-iżgurar li l-infiq iffinanzjat huwa bbażat fuq dokumenti ta' ġustifikazzjoni verifikabbli, u huwa legali u regolari;

(d)

il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u il-korrezzjoni tal-irregolaritajiet kif definit fl-Artikolu 122 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1303/2013 u fejn huwa xieraq l-irkupru tal-ammonti li tħallsu żejda flimkien mal-interessi fuq pagamenti li jkunu tħallsu tard. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe tali irregolarità lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar kwalunkwe progress tal-proċeduri amministrattivi u legali li jirriżultaw.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw korpi biex ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet appoġġati mill-FEG skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament Finanzjarju u mal-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1303/2013. Dawk il-korpi nominati għandhom jagħtu lill-Kummissjoni t-tagħrif spjegat fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja meta jkunu qed iressqu r-rapport finali msemmi fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa fejn tkun aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri għandhom jikkonsistu fit-tħassir tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew ta' parti minnha. L-Istati Membri għandhom jirkupraw kull ammont imħallas indebitament bħala riżultat ta' irregolarità li tiġi skoperta, iħallsuh lura lill-Kummissjoni u, fejn l-ammont ma jitħallasx lura mill-Istat Membru rilevanti fil-limitu ta' żmien mogħti, għandu jitħallas l-imgħax.

4.   Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u effiċjenti. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru applikanti biex jiżgura li għandu sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll li qed jaħdmu tajjeb. Il-Kummissjoni għandha tissodisfa ruħha li dawn is-sistemi jkunu stabbiliti.

Għal dak il-għan, bla ħsara għas-setgħat tal-Qorti tal-Awdituri jew għall-verifiki magħmulin mill-Istat Membru skont il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, l-uffiċjali jew impjegati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fil-post, inklużi verifiki rappreżentattivi, dwar l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG wara avviż li jintbagħat fiż-żmien minimu ta' jum ta' xogħol. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru applikanti bil-għan li takkwista l-għajnuna neċessarja. Uffiċjali jew impjegati tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu parti f'dawn il-verifiki.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti ta' ġustifikazzjoni li jirrigwardaw in-nefqa magħmula jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għal perjodu ta' tliet snin wara l-għeluq ta' kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta mill-FEG.

Artikolu 22

Rimborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   F'każijiet fejn l-ispiża attwali ta' azzjoni tkun inqas mill-ammont stmat ikkwotat taħt l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, fejn titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jirrimborża l-ammont korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta.

2.   Fejn l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi ddikjarati fid-deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa billi tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, sabiex iġġiegħel lil dak l-Istat Membru jħallas lura l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha li jkun ħa jew parti minnha.

3.   Qabel ma tiġi adottata deċiżjoni skont il-paragrafi 1 jew 2, il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami xieraq tal-każ u, b'mod partikolari, għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat perjodu speċifiku ta' żmien li matulu jista' jressaq il-kummenti tiegħu.

4.   Jekk, wara li jkunu tlestew il-verifiki neċessarji, il-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru mhuwiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 21(1), jekk l-ebda ftehim ma jkun milħuq u l-Istat Membru jkun għadu ma għamilx il-korrezzjonijiet f'perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, u b'kont meħud ta' kwalunkwe kumment magħmul mill-Istat Membru, hija għandha tiddeċiedi fi tliet xhur mill-aħħar tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 3 biex tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tikkanċella l-kontribuzzjoni tal-FEG kollha jew parti minnha għall-azzjonijiet inkwistjoni. Kull ammont imħallas indebitament bħala riżultat ta' irregolarità li tiġi skoperta għandu jiġi rkuprat u, fejn l-ammont ma jitħallasx lura mill-Istat Membru applikant fil-limitu ta' żmien mogħti, għandu jitħallas l-imgħax.

Artikolu 23

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 b'dan jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

Minkejja l-ewwel paragrafu, huwa għandu jibqa' japplika għal applikazzjonijiet imressqa sal-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet kollha ppreżentati bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS”.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 42.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 159.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).

(5)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(6)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16).

(8)  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (Ara paġna 320 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (Ara paġna 470 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/18


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

(1)

Fit-Titolu fil-Werrej u fil-paġna 470:

minflok:

“Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006”,

aqra:

“Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006”;

(2)

F'paġna 471, in-nota ta' qiegħ il-paġna (3):

minflok:

“(3)

Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' tat-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”,

aqra:

“(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”;

(3)

Paġna 472, il-premessa (14):

minflok:

“Sabiex jiġu żgurati monitoraġġ aktar mill-qrib u valutazzjoni mtejba tar-riżultati miksuba fil-livell tal-Unjoni permezz ta' azzjonijiet appoġġati mill-FSE, f'dan ir-Regolament għandu jiġi stabbilit sett komuni ta' indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati. Tali indikaturi għandhom jikkorrispondu mal-prijorità ta' investiment u t-tip ta' azzjoni appoġġata f'konformità ma' dan ir-Regolament kif ukoll mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-indikaturi għandhom jiġu kkumplementati, fejn meħtieġ, minn indikaturi tar-riżultati u/jew tal-produzzjoni speċifiċi għal kull programm.”,

aqra:

“Sabiex jiġu żgurati monitoraġġ aktar mill-qrib u valutazzjoni mtejba tar-riżultati miksuba fil-livell tal-Unjoni permezz ta' azzjonijiet appoġġati mill-FSE, f'dan ir-Regolament għandu jiġi stabbilit sett komuni ta' indikaturi tal-output u tar-riżultati. Tali indikaturi għandhom jikkorrispondu mal-prijorità ta' investiment u t-tip ta' azzjoni appoġġata f'konformità ma' dan ir-Regolament kif ukoll mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-indikaturi għandhom jiġu kkumplementati, fejn meħtieġ, minn indikaturi tar-riżultati u/jew tal-output speċifiċi għal kull programm.”;

(4)

F'paġna 476, l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu:

minflok:

“Għandhom jintużaw indikaturi komuni tal-produzzjoni u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u, fejn rilevanti, indikaturi speċfiċi għal kull programm skont l-Artikolu 427(4) u l-Artikolu 96(2)(b)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-indikaturi komuni kollha tal-produzzjoni u tar-riżultati għandhom jiġu rappurtati għall-prijoritajiet ta' investiment kollha. …”,

aqra:

“Għandhom jintużaw indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u, fejn rilevanti, indikaturi speċfiċi għal kull programm skont l-Artikolu 27(4) u l-Artikolu 96(2)(b)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-indikaturi komuni kollha tal-output u tar-riżultati għandhom jiġu rappurtati għall-prijoritajiet ta' investiment kollha. …”;

(5)

F'paġna 476, l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu:

minflok:

“Għall-indikaturi tal-produzzjoni komuni u dawk speċifiċi għal kull programm, il-valuri bażi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta' żero. … L-indikaturi tal-produzzjoni għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.”,

aqra:

“Għall-indikaturi tal-output komuni u dawk speċifiċi għal kull programm, il-valuri bażi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta' żero. … L-indikaturi tal-output għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.”;

(6)

F'paġna 476, l-Artikolu 5(3):

minflok:

“… Id-data għandha titressaq għall-kategoriji ta' intervent imsemmija fl-Artikolu 96(2)(b)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati. B'deroga mill-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-data trażmessa għal indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati għandha tkun relatata ma' valuri għal operazzjonijiet implimentati parzjalment jew kompletament.”,

aqra:

“… Id-data għandha titressaq għall-kategoriji ta' intervent imsemmija fl-Artikolu 96(2)(b)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-indikaturi tal-output u tar-riżultati. B'deroga mill-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-data trażmessa għal indikaturi tal-output u tar-riżultati għandha tkun relatata ma' valuri għal operazzjonijiet implimentati parzjalment jew kompletament.”;

(7)

F'paġna 483, it-titolu tal-Anness I:

minflok:

“Indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati komuni għall-investimenti tal-FSE”,

aqra:

“Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati għall-investimenti tal-FSE”;

(8)

F'paġna 483, l-Anness I, il-punt (1):

minflok:

“(1)

Indikaturi tal-produzzjoni komuni għall-parteċipanti”,

aqra:

“(1)

Indikaturi tal-output komuni għall-parteċipanti”;

(9)

F'paġna 483, l-Anness I, il-punt (1), l-ewwel linja tat-tieni subparagrafu

minflok:

“L-indikaturi tal-produzzjoni komuni għall-parteċipanti huma:”,

aqra:

“L-indikaturi tal-output komuni għall-parteċipanti huma:”;

(10)

F'paġna 483, l-Anness I, it-tielet subparagrafu:

minflok:

“In-numru totali tal-parteċipanti ser jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi tal-produzzjoni.”,

aqra:

“In-numru totali tal-parteċipanti ser jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi tal-output.”;

(11)

F'paġna 484, l-Anness I, il-punt (2):

minflok:

“(2)

L-indikaturi tal-produzzjoni komuni għall-entitajiet huma:”,

aqra:

“(2)

L-indikaturi tal-output komuni għall-entitajiet huma:”.


3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/20


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

(1)

Fil-paġna 259, il-premessa 2, l-ewwel sentenza,

minflok:

“Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali (FEAŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).”,

aqra:

“Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).”;

(2)

Fil-paġna 259, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3,

minflok:

“(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”,

aqra:

“(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”;

(3)

Paġna 262, il-premessa 27,

minflok:

“Għandu jiġi stabbilit grupp komuni ta' indikaturi tal-produzzjoni li jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-progress tal- implimentazzjoni ta' programm, adattata għall-karattru speċifiku tal-programmi ta' kooperazzjoni f'Anness għal dan ir-Regolament. Dawk l-indikaturi għandhom ikunu kkumplementati b'indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm u, fejn hu rilevanti, minn indikaturi tal- produzzjoni speċifiċi għall-programm.”,

aqra:

“Għandu jiġi stabbilit grupp komuni ta' indikaturi tal-output li jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-progress tal- implimentazzjoni ta' programm, adattata għall-karattru speċifiku tal-programmi ta' kooperazzjoni f'Anness għal dan ir-Regolament. Dawk l-indikaturi għandhom ikunu kkumplementati b'indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm u, fejn hu rilevanti, minn indikaturi tal-output speċifiċi għall-programm.”,

(4)

Fil-paġna 264, il-premessa 40,

minflok:

“Sabiex jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-emendar ta' indikaturi komuni tal-produzzjoni u dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' indikaturi komuni tal-produzzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament u fir-rigward ta'- regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni. …”,

aqra:

“Sabiex jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-emendar ta' indikaturi tal-output komuni u dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' indikaturi tal-output komuni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament u fir-rigward ta' regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni. …”,

(5)

Fil-paġna 268, l-Artikolu 8(2), il-punt (b)(iv),

minflok:

“(iv)

l-indikaturi komuni u speċifiċi tal-produzzjoni, inkluż il-valur kwantifikat tal-mira, li huma mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati, f'konformità mal-Artikolu 16, għal kull prijorità ta' investiment;”,

aqra:

“(iv)

l-indikaturi tal-output komuni u speċifiċi, inkluż il-valur kwantifikat tal-mira, li huma mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati, f'konformità mal-Artikolu 16, għal kull prijorità ta' investiment;”;

(6)

Fil-paġna 268, l-Artikolu 8(2), il-punt (b)(v),

minflok:

“(v)

l-identifikazzjoni tal-passi ta' implimentazzjoni u l-indikaturi finanzjarji, u fejn xieraq, indikaturi tar-riżultati, li għandhom jintużaw bħala għanijiet u miri għall-qafas ta' prestazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21(1) u l- Anness II għall-dak ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013”,

aqra:

“(v)

l-identifikazzjoni tal-passi ta' implimentazzjoni u l-indikaturi finanzjarji u dawk tal-output, u fejn xieraq, indikaturi tar-riżultati, li għandhom jintużaw bħala għanijiet u miri għall-qafas ta' prestazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21(1) għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Anness II għal dak ir-Regolament;”;

(7)

Fil-paġna 269, l-Artikolu 8(2), il-punt (c)(iv),

minflok:

“(iv)

l-indikaturi speċifiċi tal-produzzjoni li mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati.”,

aqra:

“(iv)

l-indikaturi tal-output li mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati;”,

(8)

Fil-paġna 273, l-Artikolu 16(1),

minflok:

“Għandhom jintużaw indikaturi ta' produzzjoni komuni, kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament, u fejn ikun rilevanti, indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm u indikaturi ta' produzzjoni speċifiċi għal programm skont l-Artikolu 27(4) …”,

aqra:

“Għandhom jintużaw indikaturi tal-output komuni, kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament, indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm u, fejn ikun rilevanti, indikaturi tal-output speċifiċi għal programm skont l-Artikolu 27(4) …”;

(9)

Fil-paġna 273, l-Artikolu 16(2), l-ewwel sentenza,

minflok:

“Għall-indikaturi tal-produzzjoni komuni u speċifiċi għal programm, il-linji bażi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta' żero.”,

aqra:

“Għall-indikaturi tal-output komuni u speċifiċi għal programm, il-linji bażi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta' żero.”;

(10)

Fil-paġna 273, l-Artikolu 16(4),

minflok:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 sabiex temenda l-lista ta' indikaturi komuni tal-produzzjoni stipulata fl-Anness, sabiex tagħmel aġġustamenti, fejn ġustifikat biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm.”,

aqra:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 sabiex temenda l-lista ta' indikaturi tal-output komuni stipulata fl-Anness, sabiex tagħmel aġġustamenti, fejn ġustifikat biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm.”;

(11)

Fil-paġna 277, it-Titolu tal-Anness,

minflok:

“INDIKATURI KOMUNI TA' PRODUZZJONI GĦALL-GĦAN TAL-KOOPERAZZJONI TERRITORJALI EWROPEA”,

aqra:

“INDIKATURI TAL-OUTPUT KOMUNI GĦALL-GĦAN TAL-KOOPERAZZJONI TERRITORJALI EWROPEA”;

(12)

Fil-paġna 280, l-aħħar paragrafu,

minflok:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw l-assigurazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni lil-leġiżlatura tal-UE li l-indikaturi komuni ta' produzzjoni għar-Regolament dwar il-FEŻR, ir-Regolament dwar il-KTE u r-Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni li għandhom jiġu inklużi f'anness ma' kull regolament, rispettivament, huma l-eżitu għa proċess preparatorju li ħa fit-tul li kien jinvolvi l-esperti ta' valutazzjoni kemm tal- Kummissjoni u kemm tal-Istati Membri u, fil-prinċipju, huma mistennija jibqgħu stabbli.”,

aqra:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw l-assigurazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni lil-leġiżlatura tal-UE li l-indikaturi tal-output komuni għar-Regolament dwar il-FEŻR, ir-Regolament dwar il-KTE u r-Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni li għandhom jiġu inklużi f'anness ma' kull regolament, rispettivament, huma l-eżitu ta' proċess preparatorju li ħa fit-tul li kien jinvolvi l-esperti ta' valutazzjoni kemm tal- Kummissjoni u kemm tal-Istati Membri u, fil-prinċipju, huma mistennija jibqgħu stabbli.”.


3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/23


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

(1)

Paġna 281, il-premessa (2), l-ewwel sentenza

minflok:

“(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxid-dispożizzjonijiet komuni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew,il-Fond ta' Koeżjoni, il- Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd.”,

aqra:

“(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.”;

(2)

Paġna 281, in-nota ta' qiegħ il-paġna (3)

minflok:

“(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”,

aqra:

“(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”;

(3)

Paġna 282, il-premessa (13)

minflok:

“Għandu jiġi stabbilit sett komuni ta' indikaturi tal- produzzjoni sabiex jitkejjel il-progress aggregat fil-livell tal-Unjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi oeprazzjonali f'Anness ta' dan ir-Regolament. … L-indikaturi komuni tal-produzzjoni għandhom ikunu kkumplimentati b'indikaturi ta' riżultat speċifiċi għall-programm u, meta rilevanti, minn indikaturi tal-produzzjoni speċifiku għall-programm.”,

aqra:

“Għandu jiġi stabbilit sett komuni ta' indikaturi tal-output sabiex jitkejjel il-progress aggregat fil-livell tal-Unjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali f'Anness ta' dan ir-Regolament. … L-indikaturi tal-output komuni għandhom ikunu kkumplimentati b'indikaturi ta' riżultat speċifiċi għall-programm u, meta rilevanti, minn indikaturi tal-output speċifiċi għall-programm.”;

(4)

Paġna 282, il-premessa (14), l-ewwel sentenza

minflok:

“Sabiex jiġi emendat dan ir-Regolament fir-rigward ta' ċerti elementi mhux essenzjali, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill- Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista ta' indikaturi komuni tal-produzzjoni stipulati fl-Anness I għal dan ir- Regolament.”,

aqra:

“Sabiex jiġi emendat dan ir-Regolament fir-rigward ta' ċerti elementi mhux essenzjali, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill- Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista ta' indikaturi tal-output komuni stipulati fl-Anness I għal dan ir- Regolament.”;

(5)

Paġna 284, l-Artikolu 5(1)

minflok:

“L-indikaturi komuni tal-produzzjoni, kif stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm u, fejn relevanti, indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għal programm għandhom jintużaw f'konformità mal-Artikolu 27(4) u l-punt (b)(ii) u (iv) u l-punt (c)(ii) u (iv) tal-Artikolu 96(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”,

aqra:

“L-indikaturi tal-output komuni, kif stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm u, fejn relevanti, indikaturi tal-output speċifiċi għal programm għandhom jintużaw f'konformità mal-Artikolu 27(4) u l-punt (b)(ii) u (iv) u l-punt (c)(ii) u (iv) tal-Artikolu 96(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”;

(6)

Paġna 284, l-Artikolu 5(2), l-ewwel sentenza

minflok:

“Għall-indikaturi tal-produzzjonikomuni u speċifiċi għal programm, il-linji bażi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta' żero.”,

aqra:

“Għall-indikaturi tal-output komuni u speċifiċi għal programm, il-linji bażi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta' żero.”;

(7)

Paġna 284, l-Artikolu 5(4)

minflok:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7 biex temenda l-lista ta' indikaturi tal-produzzjoni komuni stabbiliti fl-Anness I, …”,

aqra:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7 biex temenda l-lista ta' indikaturi tal-output komuni stabbiliti fl-Anness I, …”;

(8)

Paġna 286, it-titolu tal-Anness I

minflok:

“INDIKATURI KOMUNI TAL-PRODUZZJONI GĦALL-FOND TA' KOEŻJONI”,

aqra:

“INDIKATURI TAL-OUTPUT KOMUNI GĦALL-FOND TA' KOEŻJONI”;

(9)

Paġna 288, l-aħħar paragrafu

minflok:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw l-assigurazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni lil-leġiżlatura tal-UE li l-indikaturi komuni ta' produzzjoni għar-Regolament dwar il-FEŻR, …”,

aqra:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw l-assigurazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni lil-leġiżlatura tal-UE li l-indikaturi tal-output komuni għar-Regolament dwar il-FEŻR, …”.


3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/25


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal- 20 ta' Diċembru 2013 )

(1)

Fil-paġna 289, il-premessa (2),

minflok:

“(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula d-dispożizzjonijiet komuni mal-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd”,

aqra:

“(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula d-dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd”;

(2)

Fil-paġna 289, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3,

minflok:

“(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”,

aqra:

“(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”;

(3)

Fil-paġna 291, il-premessa 18,

minflok:

“Għandu jiġi stabbilit sett komuni ta' indikaturi tal- produzzjoni sabiex jitkejjel il-progress aggregat fil-livell tal-Unjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament. … L-indikaturi komuni tal-produzzjoni għandhom ikunu kkumplementati b'indikaturi tar-riżultat speċifiċi għall-programmi u, fejn rilevanti, b' indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għall-programmi.”,

aqra:

“Għandu jiġi stabbilit sett komuni ta' indikaturi tal-output sabiex jitkejjel il-progress aggregat fil-livell tal-Unjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament. … L-indikaturi komuni tal-output għandhom ikunu kkumplementati b'indikaturi tar-riżultat speċifiċi għall-programmi u, fejn rilevanti, b'indikaturi tal-output speċifiċi għall-programmi.”;

(4)

Fil-paġna 296, l-Artikolu 6(1),

minflok:

“Indikaturi komuni tal-produzzjoni, kif stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm u, fejn rilevanti, indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għal programm għandhom jintużaw f'konformità mal-Artikolu 27(4) u l-punt (b)(ii) u (iv) u l-punt (c)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”,

aqra:

“Indikaturi tal-output komuni, kif stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm u, fejn rilevanti, indikaturi tal-output speċifiċi għal programm għandhom jintużaw f'konformità mal-Artikolu 27(4) u l-punt (b)(ii) u (iv) u l-punt (c)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”;

(5)

Fil-paġna 296, l-Artikolu 6(2), l-ewwel sentenza,

minflok:

“Għall-indikaturi tal-produzzjoni komuni u speċifiċi għal programm, il-linji bażi għandhom jibdew minn żero.”,

aqra:

“Għall-indikaturi tal-output komuni u speċifiċi għal programm, il-linji bażi għandhom jibdew minn żero.”;

(6)

Fil-paġna 296, l-Artikolu 6(4), l-ewwel sentenza,

minflok:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 sabiex temenda l-lista ta' indikaturi komuni tal-produzzjoni stipulati fl-Anness I, …”,

aqra:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 sabiex temenda l-lista ta' indikaturi tal-output komuni stipulati fl-Anness I, …”,

(7)

Fil-paġna 299, it-titolu tal-Anness I,

minflok:

“INDIKATURI KOMUNI TAL-PRODUZZJONI GĦALL-APPOĠĠ MILL-FEŻR GĦAL INVESTIMENT LI GĦANDU FIL-MIRA T-TKABBIR EKONOMIKU U L-IMPJIEGI (ARTIKOLU 6)”,

aqra:

“INDIKATURI TAL-OUTPUT KOMUNI GĦALL-APPOĠĠ MILL-FEŻR GĦAL INVESTIMENT LI GĦANDU FIL-MIRA T-TKABBIR EKONOMIKU U L-IMPJIEGI (ARTIKOLU 6)”;

(8)

Fil-paġna 302, l-aħħar paragrafu,

minflok:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadu nota tal-garanzija provvduta mill-Kummissjoni lil-leġiżlaturi tal-UE li l-indikaturi komuni tal-eżitu għar-Regolament dwar l-FEŻR, …”,

aqra:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadu nota tal-garanzija provvduta mill-Kummissjoni lil-leġiżlaturi tal-UE li l-indikaturi tal-output komuni għar-Regolament dwar l-FEŻR, …”.