ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 326

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
1 ta' Diċembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2095 tas-26 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096 tat-30 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 rigward ċerti kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2097 tat-30 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2098 tat-30 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/2099 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (wara applikazzjoni mill-Estonja — EGF/2016/003 EE/żejt grezz u kimiċi)

14

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2100 tat-30 ta' Novembru 2016 li tiddetermina li s-sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana preferenzjali stabbilita taħt il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, mhix xierqa għall-importazzjoni tal-banana li toriġina mill-Perù għas-sena 2016

16

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 260/15/COL tat-30 ta' Ġunju 2015 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lil Síminn għall-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda (L-Iżlanda) [2016/2101]

18

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2095

tas-26 ta' Settembru 2016

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 75(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiki fiżikokimiċi u organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u jistabbilixxi l-metodi għall-valutazzjoni ta' dawk il-karatteristiki. Dawk il-metodi u l-valuri ta' limitu għall-karatteristiki taż-żjut għandhom jiġu aġġornati abbażi tal-opinjoni tal-esperti kimiċi u skont il-ħidma mwettqa fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (l-IOC).

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-aktar standards internazzjonali reċenti stabbiliti mill-IOC, il-valuri ta' limitu għall-esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin, għall-aċidu ettadekanojku, l-aċidu ettadekenojku, l-aċidu ejkosenojku u l-koeffiċjent ta' estinzjoni speċifiku fuq it-tul ta' mewġa 270 nm stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandhom jiġu aġġustati. Fl-istess ħin, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza mal-preżentazzjoni tal-parametri tal-purità u tal-kwalità tal-istandard tal-IOC, dik il-preżentazzjoni għandha tkun riflessa f'dak l-Anness.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).


ANNESS

ANNESS I

KARATTERISTIKI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Karatteristiki tal-kwalità

Kategorija

Aċidità

(%) (*)

Indiċi tal-perossidu

mEq O2/kg (*)

K232 (*)

K268 jew K270 (*)

Delta-K (*)

Evalwazzjoni organolettika

Esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin

mg/kg (*)

Valur medjan tad-difett (Md) (*)

Valur medjan tat-togħma ta' frott (Mf) (*)

1.

Żejt taż-żebbuġa straverġni

≤ 0,8

≤ 20

≤ 2,50

≤ 0,22

≤ 0,01

Md = 0

Mf > 0

≤ 35

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 2,0

≤ 20

≤ 2,60

≤ 0,25

≤ 0,01

Md ≤ 3,5

Mf > 0

3.

Żejt taż-żebbuġ lampante

> 2,0

Md > 3,5 (1)

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,3

≤ 5

≤ 1,25

≤ 0,16

5.

Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u minn żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 1,0

≤ 15

≤ 1,15

≤ 0,15

6.

Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

7.

Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,3

≤ 5

≤ 2,00

≤ 0,20

8.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 1,0

≤ 15

≤ 1,70

≤ 0,18

Karatteristiki tal-purità

Kategorija

Kontenut ta' aċidi xaħmin (2)

Ammont totali ta' isomeri tranżolejċi

(%)

Ammont totali ta' isomeri tranżlinolejċi u isomeri tranżlinoleniċi (f'%)

(%)

Stigmastadieni

mg/kg (3)

Differenza ECN42 (HPLC) u ECN42

(kalkolu teoretiku)

2-gliċerilmonopalmitat

(%)

Aċidu miristiku

(%)

Aċidu linoleniku

(%)

Aċidu arakidiku

(%)

Aċidu ejkosenojku

(%)

Aċidu beħeniku

(%)

Aċidu linjoċeriku

(%)

1.

Żejt taż-żebbuġa straverġni

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,2

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,2

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

3.

Żejt taż-żebbuġ lampante

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,10

≤ 0,10

≤ 0,50

≤ 0,3

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,1 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,30

≤ 0,3

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,1 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

5.

Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u minn żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,30

≤ 0,3

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' ≤ 14 %

≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta' aċidu palmitiku jkun ta' > 14 %

6.

Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,30

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,10

≤ 0,6

≤ 1,4

7.

Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,30

≤ 0,20

≤ 0,40

≤ 0,35

≤ 0,5

≤ 1,4

8.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,30

≤ 0,20

≤ 0,40

≤ 0,35

≤ 0,5

≤ 1,2


Kategorija

Kompożizzjoni tal-isteroli

Ammont totali ta' steroli

(mg/kg)

Eritrodiol u uvaol

(%) (**)

Xama' (mg/kg)

(**)

Kolesterol

(%)

Brassikasterol

(%)

Kampesterol (4)

(%)

Stigmasterol

(%)

App β-sitosterol

(%) (5)

Delta-7-stigmastenol (4)

(%)

1.

Żejt taż-żebbuġa straverġni

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C42 + C44 + C46 ≤ 150

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C42 + C44 + C46 ≤ 150

3.

Żejt taż-żebbuġ lampante

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5 (6)

C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 300 (6)

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350

5.

Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u minn żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350

6.

Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 2 500

> 4,5 (7)

C40 + C42 + C44 + C46 > 350 (7)

7.

Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 800

> 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 > 350

8.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 600

> 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 > 350

Noti:

(a)

Ir-riżultati tal-analiżijiet għandhom jingħataw bl-istess għadd ta' ċifri wara l-punt deċimali bħal dak użat għal kull karatteristika. L-aħħar ċifra trid tiżdied b'unità waħda jekk iċ-ċifra ta' warajha tkun ta' iktar minn 4.

(b)

Jekk karatteristika waħda biss ma tkunx konformi mal-valuri ddikjarati, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-kategorija taż-żejt tista' tinbidel jew iż-żejt jista' jiġi ddikjarat bħala żejt li mhuwiex pur.

(c)

Jekk karatteristika tkun immarkata b'asterisk (*), dan ifisser dan li ġej b'referenza għall-kwalità taż-żejt: — għaż-żejt taż-żebbuġa lampante, jista' jkun li ż-żewġ limiti rilevanti jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess ħin, — għaż-żjut taż-żebbuġa verġni, jekk mill-inqas wieħed minn dawn il-limiti jkun differenti mill-valuri ddikjarati, il-kategorija taż-żejt tinbidel, għalkemm iż-żjut xorta waħda jibqgħu kklassifikati f'waħda mill-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

(d)

Jekk karatteristika tkun immarkata b'żewġ asterisks (**), dan ifisser li, għat-tipi kollha ta' żejt mir-residwi taż-żebbuġ, iż-żewġ limiti rilevanti jistgħu jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess ħin.

Appendiċi

DIJAGRAMMA TAD-DEĊIŻJONIJIET

Dijagramma tad-deċiżjonijiet għall-kampesterol għaż-żejt taż-żebbuġa verġni u ż-żejt taż-żebbuġa straverġni:

Image

Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Dijagramma tad-deċiżjonijiet għad-delta-7-stigmastenol:

Żejt taż-żebbuġa straverġni u żejt taż-żebbuġa verġni

Image

Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Żjut mir-residwi taż-żebbuġ (raffinati u mhux)

Image


(1)  Il-medjan tad-difett jista' jkun ta' 3,5 jew inqas meta l-medjan tat-togħma ta' frott huwa ta' 0.

(2)  Kontenut ta' aċidi xaħmin oħrajn (%): aċidu palmitiku: 7,50-20,00; aċidu palmitolejku: 0,30-3,50; aċidu ettadekanojku: ≤ 0,40; aċidu ettadekenojku: ≤ 0,60; aċidu steariku: 0,50-5,00; aċidu olejku: 55,00-83,00; aċidu linolejku: 2,50-21,00.

(3)  L-isomeri kollha li setgħu (jew li ma setgħux) jiġu sseparati permezz tal-kolonna kapillari.

(4)  Ara l-Appendiċi ta' dan l-Anness.

(5)  App β-sitosterol: Delta-5,23-stigmastadienol+klerosterol+beta-sitosterol+sitostanol+delta-5-avenasterol+delta-5,24-stigmastadienol.

(6)  Iż-żjut li jkollhom bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg ta' xama' jitqiesu bħala żjut taż-żebbuġa lampante jekk il-kontenut totali ta' alkoħol alifatiku jkun ta' 350 mg/kg jew inqas jew jekk il-kontenut tagħhom ta' eritrodiol u uvaol ikun ta' 3,5 % jew inqas.

(7)  Iż-żjut li jkollhom bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg ta' xama' jitqiesu bħala żjut mhux raffinati mir-residwi taż-żebbuġ jekk il-kontenut totali ta' alkoħol alifatiku jkun ta' aktar minn 350 mg/kg u jekk il-kontenut tal-eritrodiol u l-uvaol fihom ikun ta' aktar minn 3,5 %.


1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2096

tat-30 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 rigward ċerti kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 (2) turi li hemm bżonn li r-rekwiżit għall-valutazzjoni tar-riskji jiġi ċċarat u jsir aktar speċifiku dwar it-tipi ta' operazzjonijiet ta' ċerti kategoriji ta' traffiku tal-ajru elenkati f'dan ir-Regolament biex titjieb iċ-ċarezza legali u jiġu evitati interpretazzjonijiet diverġenti tal-leġiżlazzjoni.

(2)

F'każijiet eċċezzjonali, u filwaqt li titqies in-natura speċifika tat-titjira, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jidderogaw mil-limiti tal-piż stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1254/2009 għal ċerti kategoriji ta' titjiriet. Dawn id-derogi għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet tar-riskji individwali u jippermettu li Stat Membri oħra li jkunu se jirċievu t-titjiriet jitolbu tagħrif jew approvazzjoni minn qabel.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1254/2009 għandu jigi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1254/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, u jadottaw miżuri ta' sigurtà alternattivi li jagħtu livell xieraq ta' protezzjoni abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji approvata mill-awtorità rilevanti fl-ajruporti jew f'żoni mmarkati tal-ajruporti fejn it-traffiku jkun limitat għal kategorija waħda jew iżjed minn dawn li ġejjin:”

(2)

fl-Artikolu 1, il-punt 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.

Titjiriet statali, militari u tal-infurzar tal-liġi;”

(3)

Fl-Artikolu 1, il-punt 10 jiġi sostitwit bil-punti 10, 11 u 12 li ġejjin:

“10.

titjiriet b'inġenji tal-ajru li jkollhom piż massimu waqt it-tlugħ ta' inqas minn 45 500 kilogrammi, li jkunu proprjetà ta' kumpanija u jintużaw biex iġorru l-persunal tal-imsemmija kumpanija u l-passiġġieri u l-merkanzija bla ħlas, bħala għajnuna fit-twettiq tax-xogħol tal-kumpanija;

11.

titjiriet b'inġenji tal-ajru li jkollhom piż massimu waqt it-tlugħ ta' inqas minn 45 500 kilogrammi, li jkunu interament chartered jew mikrija minn kumpanija mingħand operatur tal-ajru li miegħu l-kumpanija jkollha ftehim bil-miktub biex dan iġorrilha l-persunal u l-passiġġiera u l-merkanzija bla ħlas, bħala għajnuna fit-twettiq tax-xogħol tal-kumpanija;

12.

titjiriet b'inġenji tal-ajru li jkollhom piż massimu waqt it-tlugħ ta' inqas minn 45 500 kilogrammi, għall-ġarr tal-proprejarju tal-inġenju u ta' passiġġieri u merkanzija bla ħlas.”

(4)

Fl-Artikolu 1, jinżied il-paragrafu li ġej:

“Għat-titjiriet koperti fil-punti 10, 11 u 12, iżda b'piż massimu waqt it-tlugħ ta' 45 500 kilogrammi jew iżjed, l-awtorità rilevanti tista, f'każijiet eċċezzjonali, u abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju ta' kull każ b'mod individwali, tidderoga mil-limitazzjoni fuq il-piż stabbilit għal dawn il-kategoriji. L-Istati Membri li jirċievu dawn it-titjiriet li jiżnu 45 500 kilogrammi jew iżjed, jistgħu jitolbu notifika minn qabel, u din tista' tinkludi kopja tal-valutazzjoni tar-riskju li tkun twettqet, jew l-approvazzjoni minn qabel tagħhom. Ir-rekwiżit dwar in-notifika minn qabel jew l-approvazzjoni għandu jitressaq bil-miktub lill-Istati Membri l-oħra kollha.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17).


1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2097

tat-30 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza trid titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) li ġie konkluż matul il-laqgħa tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, u fid-dawl tal-iżjed dejta reċenti disponibbli għall-2013, għall-2014 u għall-2015, il-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq ċertu frott u ħaxix jenħtieġ li jiġi emendat b'effett mill-1 ta' Novembru 2016.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan. Għal raġunijiet ta' leġġibbiltà, l-Anness XVIII ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jinbidel fl-intier tiegħu.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta' dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif kienu meta seħħet l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Perjodu ta' applikazzjoni

Livelli tal-iskattar (f'tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ottubru 2016 sal-31 ta' Mejju 2017

459 296

78.0020

Mill-1 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' Settembru 2016

33 923

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju 2016 sal-31 ta' Ottubru 2016

20 972

78.0075

Mill-1 ta' Novembru 2016 sat-30 ta' April 2017

15 253

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017

7 597

78.0100

0709 93 10

Zukkini (qarabagħli żgħir)

Mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017

143 275

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru 2016 sal-31 ta' Mejju 2017

269 562

78.0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta' Novembru 2016 sal-aħħar ta' Frar 2017

72 334

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi tangerines u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta' Novembru 2016 sal-aħħar ta' Frar 2017

86 651

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Ġunju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

293 087

Mill-1 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017

333 424

78.0160

Mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Mejju 2017

231 536

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta' Lulju 2016 sal-20 ta' Novembru 2016

70 580

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Awwissu 2017

503 266

78.0180

Mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

54 155

Mill-1 ta' Settembru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017

260 376

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar 2017 sal-30 ta' April 2017

239 571

78.0235

Mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

118 018

Mill-1 ta' Lulju 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017

23 307

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju 2016 sal-31 ta' Lulju 2016

4 939

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta' Mejju 2016 sal-10 ta' Awwissu 2016

29 166

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' Settembru 2016

3 849

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' Settembru 2016

18 155 ”


1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2098

tat-30 ta' Novembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

89,3

TR

95,4

ZZ

92,4

0707 00 05

MA

64,3

TR

151,7

ZZ

108,0

0709 93 10

MA

94,4

TR

144,1

ZZ

119,3

0805 20 10

MA

69,2

TR

71,7

ZA

138,5

ZZ

93,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

JM

114,6

MA

63,3

PE

95,4

TR

80,2

ZZ

88,4

0805 50 10

CL

90,0

TR

85,5

ZZ

87,8

0808 10 80

US

100,7

ZA

195,4

ZZ

148,1

0808 30 90

CN

81,2

TR

133,1

ZZ

107,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/14


DEĊIŻJONI (UE) 2016/2099 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Novembru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (wara applikazzjoni mill-Estonja — EGF/2016/003 EE/żejt grezz u kimiċi)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u fil-każ ta' persuni li jaħdmu għal rashom meta l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fil-11 ta' Mejju 2016, l-Estonja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji f'Eesti Energia AS, Nitrofert AS u Viru Keemia Grupp AS fl-Estonja. Din kienet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-applikazzjoni mill-Estonja titqies ammissibbli peress li s-sensji għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali u reġjonali.

(5)

Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 131 358 fir-rigward tal-applikazzjoni sottomessa mill-Estonja.

(6)

Biex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien biex jiġi mobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni stabbilit għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 1 131 358 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni tapplika mit-23 ta' Novembru 2016.

Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta' Novembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2100

tat-30 ta' Novembru 2016

li tiddetermina li s-sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana preferenzjali stabbilita taħt il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, mhix xierqa għall-importazzjoni tal-banana li toriġina mill-Perù għas-sena 2016

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana ġie introdott bil-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, li japplika provviżorjament bejn il-partijiet fir-rigward tal-Kolombja u l-Perù mill-1 ta' Awwissu 2013 u mill-1 ta' Marzu 2013 rispettivament.

(2)

Skont dan il-mekkaniżmu, u skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 19/2013, ġaladarba jinqabeż volum ta' skattar definit għall-importazzjonijiet ta' banana friska (intestatura 0803 90 10 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta' Jannar 2012) minn wieħed mill-pajjiżi konċernati, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jista' jissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali applikat fuq l-importazzjonijiet tal-banana friska għal dak il-pajjiż jew jiddetermina li tali sospensjoni mhix xierqa.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tittieħed skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

(4)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta' banana friska li joriġinaw fil-Perù qabżu l-limitu ta' 90 000 tunnellati metriċi definit mill-Ftehim imsemmi hawn fuq fl-24 ta' Ottubru 2016.

(5)

F'dan il-kuntest, skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 19/2013, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-impatt tal-importazzjonijiet ikkonċernati fuq il-qagħda tas-suq tal-Unjoni għall-banana sabiex tiddeċiedi jekk id-dazju doganali preferenzjali għandux jiġi sospiż. Għal dan l-għan il-Kummissjoni eżaminat l-effett tal-importazzjonijiet ikkonċernati fuq il-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, l-iżvilupp tal-importazzjonijiet minn sorsi oħra u l-istabbiltà ġenerali tas-suq tal-Unjoni għal banana friska.

(6)

L-importazzjonijiet ta' banana friska mill-Perù rrappreżentaw 4,3 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni Ewropea ta' banana friska suġġetti għall-mekkaniżmu tal-istabbilizzazzjoni tal-banana meta dawn qabżu l-livell limitu tagħhom għall-2016. Barra minn dan, fuq il-bażi tal-perjodu Jannar — Awwissu 2016, il-Perù jirrappreżenta biss 2 % tal-importazzjonijiet totali tal-banana friska fl-Unjoni Ewropea. Ibbażati fuq projezzjoni tal-importazzjonijiet sal-aħħar tal-2016 u b'mod li jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-importazzjonijiet ta' kull xahar s'issa fl-2016, huwa improbabbli li l-importazzjonijiet tal-banana mill-Perù jaqbżu t-2 % tal-importazzjonijiet totali għas-sena sħiħa tal-2016, jiġifieri l-livell tal-importazzjonijiet annwali jkun jikkorrispondi għal dak tal-2015.

(7)

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Perù kien bħala medja EUR 718 għal kull tunnellata għall-ewwel tmien xhur tal-2016, li huwa 13 % ogħla mill-prezzijiet medji ta' importazzjonijiet totali tal-banana friska fl-UE.

(8)

L-importazzjonijiet ta' banana friska minn pajjiżi esportaturi kbar tradizzjonali oħra li magħhom l-UE wkoll għandha Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, b'mod notevoli l-Kolombja, il-Costa Rica u l-Panama, baqgħu sa Ottubru 2016 fil-biċċa l-kbira taħt il-livelli limitu definiti għalihom fil-mekkaniżmi ta' stabbilizzazzjoni komparabbli, u dawn segwew tendenzi u valuri tal-unitajiet simili matul dawn l-aħħar erba' snin. Pereżempju l-livell ta' importazzjonijiet mill-Kolombja u l-Costa Rica kienu rispettivament 792-il elf tunnellata u 521 elf tunnellata taħt il-limiti definiti f'Ottubru 2016, li huwa konsiderevolment ogħla mil-livell tal-iskattar totali għall-Perù għal sena sħiħa (90 elf tunnellata).

(9)

Il-prezz bl-ingrossa medju tal-banana fuq is-suq tal-Unjoni fil-bidu ta' Ottubru 2016 (EUR 903/tunnellata) ma rreġistrax tibdil notevoli kkumparat mal-prezzijiet medji bl-ingrossa tal-banana safra għax-xhur ta' qabel.

(10)

Għaldaqstant la hemm indikazzjoni li l-istabbiltà tas-suq tal-Unjoni kienet disturbata mill-importazzjonijiet ta' banana friska mill-Perù li jeċċedu l-volum ta' importazzjoni ta' skattar annwali definit, u lanqas li dan kellu xi impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-UE.

(11)

Fl-aħħar nett, ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' theddida ta' deterjorament serju jew deterjorament serju għall-produtturi fir-reġjuni periferiċi tal-UE f'Ottubru 2016.

(12)

Abbażi tal-eżaminazzjoni ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sospensjoni tad-dazji doganali preferenzjali fuq l-importazzjoni tal-banana li toriġina mill-Perù mhix xierqa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali preferenzjali fuq l-importazzjonijiet tal-banana friska kklassifikata taħt l-intestatura 0803 90 10 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea u li toriġina mill-Perù mhijiex xierqa matul is-sena 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 17, 19.1.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

1.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/18


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 260/15/COL

tat-30 ta' Ġunju 2015

dwar l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lil Síminn għall-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda (L-Iżlanda) [2016/2101]

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“Ftehim ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikolu 61(3)(c) u l-Protokoll 26,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tal-Parti II,

WARA li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra datata t-2 ta' Frar 2011 (2), Og fjarskipti ehf. (minn hawn 'il quddiem “Vodafone” jew “l-ilmentatur”) ressqet ilment lill-Awtorità dwar allegata għajnuna illegali mill-istat li ngħatat lil Síminn għall-introduzzjoni ta' netwerks tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda.

(2)

Wara li rċeviet l-informazzjoni rilevanti kollha mill-awtoritajiet Iżlandiżi u wara li rċeviet ukoll informazzjoni sostanzjali mill-ilmentatur u minn partijiet interessati (3), bid-Deċiżjoni Nru 302/13/COL tal-10 ta' Lulju 2013 l-Awtorità ddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar għajnuna potenzjali mill-Istat mogħtija lil Síminn għall-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda (“Deċiżjoni Nru 302/13/COL” jew “id-deċiżjoni tal-ftuħ”).

(3)

Permezz ta' ittra datata l-15 ta' Ottubru 2013 (4), l-awtoritajiet Iżlandiżi ppreżentaw kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Awtorità. L-Awtorità rċeviet ukoll kummenti minn parti interessata (Hringiðan ehf.) permezz ta' ittra datata t-18 ta' Lulju 2013 (5).

(4)

Fit-28 ta' Novembru 2013, id-Deċiżjoni Nru 302/13/COL ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu. Il-partijiet interessati ngħataw xahar sabiex iressqu kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Awtorità.

(5)

Permezz ta' ittra datata t-18 ta' Diċembru 2013 (6), l-Awtorità rċeviet kummenti u dokumenti minn Nova ehf., parti interessata. Permezz ta' ittra datata l-20 ta' Diċembru 2013 (7), l-Awtorità rċeviet kummenti u dokumenti addizzjonali mingħand Síminn. Síminn ippreżentat ukoll rapport ta' espert, datat l-24 ta' Settembru 2013, li kienet ikkummissjonat minn Analysis Mason, konsulenza speċjalizzata dwar it-telekomunikazzjoni u l-midja (“ir-Rapport AM”) (8). Permezz ta' ittra datata t-23 ta' Diċembru 2013 (9), l-Awtorità rċeviet kummenti u aktar dokumenti mill-ilmentatur.

(6)

Fit-8 ta' Jannar 2014, f'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Parti II tal-Protokoll 3, l-Awtorità għaddiet il-kummenti li waslulha lill-awtoritajiet Iżlandiżi u stidnithom biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (10), L-awtoritajiet Iżlandiżi ressqu l-kummenti u l-osservazzjonijiet tagħhom permezz ta' ittra datata t-28 ta' Frar 2014 (11).

(7)

Wara li vvalutat l-informazzjoni, ir-rapporti u l-kummenti preżentati, permezz ta' ittra datata t-2 ta' Settembru 2014 (12), l-Awtorità talbet lill-awtoritajiet Iżlandiżi biex jipprovdu informazzjoni u kjarifiki addizzjonali. Permezz ta' ittra datata s-17 ta' Ottubru 2014 (13), l-awtoritajiet Iżlandiżi wieġbu u preżentaw l-informazzjoni mitluba lill-Awtorità.

(8)

Fl-aħħarnett, fl-20 ta' Novembru 2014, fuq talba ta' Síminn, l-Awtorità ipparteċipat f'laqgħa li saret fi Brussell mal-esperti tekniċi u mal-avukati esterni ta' Síminn.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

2.1.   Sfond

2.1.1.   Ir-rwol tal-Fond għat-Telekomunikazzjoni

(9)

Il-Fond għat-Telekomunikazzjoni (“il-Fond”) ġie stabbilit bl-Att Nru 132/2005, u r-rwol tiegħu, kif stabbilit bl-istatut, huwa li jippromwovi l-iżvilupp fil-qasam tat-telekomunikazzjoni fl-Iżlanda kif deskritt fl-Istrateġija uffiċjali dwar it-Telekomunikazzjoni (“l-Istrateġija”) approvata mill-Parlament Iżlandiż, Althingi (14). L-Artikolu 2 ta' dan l-att jgħid li l-Fond ġie stabbilit biex jissorvelja l-allokazzjoni ta' fondi għal proġetti li jappartjenu għall-introduzzjoni ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika, biex b'hekk tiżdied is-sigurtà u l-kompetittività tas-soċjetà fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika u ta' proġetti oħra meħtieġa fl-Istrateġija, sakemm dawn il-proġetti ma jkunux probabbli li jiġu esegwiti b'kundizzjonijiet tas-suq.

(10)

Il-Fond huwa finanzjat minn kontribuzzjoni statutorja mit-Teżor Iżlandiż. Il-Fond huwa amministrat mill-Ministeru tal-Intern, li jaħtar il-membri tal-bord tal-Fond għal terminu ta' ħames snin.

(11)

Il-Fond ħadem fuq erba' prijoritajiet ewlenin stabbiliti fl-Istrateġija, li l-aħħar waħda li ġiet implimentata kienet l-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, fil-proġetti kollha kienet intużat proċedura miftuħa ta' sejħa għall-offerti.

2.1.2.   L-analiżi tal-immappjar u tal-kopertura

(12)

Kmieni fl-2007, il-Fond qabbad fergħa mill-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa biex tivverifika informazzjoni taċ-ċensiment f'żoni rurali, speċjalment dwar dawk l-aktar rurali (15). Din il-ħidma wasslet għal ħarsa ġenerali komprensiva u attwali tal-bini li potenzjalment seta' jagħmel parti mill-proġett tal-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda (ara deskrizzjoni addizzjonali fil-premessa 16 hawn taħt).

(13)

Bħala l-ewwel pass biex tiġi mmappjata l-kopertura attwali u futura tal-broadband (16), fi Frar 2007 il-Fond talab lill-fornituri tas-servizz tal-broadband biex jipprovdu informazzjoni dwar iż-żoni attwali tas-suq. L-għan ta' dan l-eżerċizzju kien li jiġu identifikati fallimenti tas-suq, billi ssir distinzjoni bejn żoni “griżi”, “suwed” u “bojod” fir-reġjuni remoti fl-Iżlanda (17). Reklam pubbliku li tqiegħed fil-gazzetta Morgunblaðið, talab għal informazzjoni dwar l-erjas attwali kollha li kienu joffru servizz ta' broadband (jiġifieri żoni li kellhom aċċess kontinwament disponibbli għall-internet (mhux dial-up) ta' mill-inqas 512kb/s bi prezz raġonevoli fiss fix-xahar), kif ukoll żoni pjanati (li għad ma kellhomx servizz) li kienu se jkunu funzjonali sa Ġunju 2008.

(14)

Il-Fond irċieva informazzjoni dwar iż-żoni tas-suq f'diversi forom minn diversi fornituri tas-servizz tal-broadband u minn individwi (18). Biż-żoni ta' kopertura stabbiliti, il-pass li jmiss kien li jiġu nputjati l-koordinati tal-GPS għar-residenzi kollha li kienu barra miż-żoni magħrufa ta' kopertura tal-ADSL. Il-mappa riżultanti b'diversi livelli ta' residenzi li kienu barra miż-żoni kollha attwali u pjanati (totali) b'kopertura tal-broadband intbagħtet lill-fornituri parteċipanti tas-servizz tal-broadband għal reviżjoni aktar dettaljata. Dan wassal għal aġġornamenti konsiderevoli lill-mappa li saru abbażi ta' tqabbil li l-fornituri tas-servizz kienu għamlu bejn il-mappa u l-bażi tad-data tal-klijenti tagħhom. Wara li ntemmet din il-ħidma, il-Fond bagħat lista ta' bini li kien barra mill-erjas ta' servizz u mappa aġġornata stampata tal-kopertura tal-broadband lil kull waħda mit-78 muniċipalità fl-Iżlanda għal dik il-muniċipalità. Imbagħad kull muniċipalità eżaminat iż-żoni “bojod” fuq kull mappa għal bini li kien tħalla barra, jew għal bini li ma kienx jikkwalifika għall-proġett. Sabiex bini jikkwalifika, kellu jkun wieħed fejn ikun hemm tal-anqas persuna waħda li żżomm residenza uffiċjal permanenti s-sena kollha u/jew post tax-xogħol li jopera s-sena kollha.

(15)

L-analiżi tal-immappjar u tal-kopertura tal-Fond wasslet għal lista preċiża ta' bini li kellu jiġi nkluż fil-proġett. Il-kamp ta' applikazzjoni inizjali tal-proġett kien 1 118-il binja “bajda”, li kienu ġew individwalment identifikati mill-koordinati tal-GPS tagħhom.

2.1.3.   Il-proċedura ta' ħruġ ta' offerti u l-għażla tal-offerent rebbieħ

(16)

Fi Frar 2008, Ríkiskaup, iċ-Ċentru Statali għall-Kummerċ (“STC”), għan-nom tal-Fond, ippubblika sejħa għall-offerti għall-proġett “Háhraðanettengingar til allra landsmanna”. Dan il-proġett kien jikkonsisti fl-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali fejn l-awtoritajiet Iżlandiżi kienu identifikaw falliment tas-suq, minħabba li kien meqjus improbabbli li operaturi privati jniedu servizzi f'dawk iż-żoni b'kundizzjonijiet tas-suq. Il-proġett kien ikopri l-1 118-il binja “bajda” li l-Fond kien identifika fir-riċerka tiegħu (19).

(17)

Wara l-pubblikazzjoni tal-offerta, l-STC kien involut f'diversi diskussjonijiet ma' offerenti interessati, li wassal biex l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti tiġi estiża sal-4 ta' Settembru 2008. L-STC irċieva ħames offerti, li kienu jvarjaw f'termini ta' prezz u s-soluzzjonijiet tekniċi proposti. Síminn ippreżentat żewġ offerti: l-aktar offerta baxxa fl-ammont ta' ISK 379 miljun u l-ogħla (għall-ogħla veloċità medja ta' dawnlowd offruta) fl-ammont ta' ISK 5 biljuni.

(18)

Skont id-deskrizzjoni tal-offerta l-għan tal-kriterji tal-għoti użati kien li tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. Intużaw erba' kriterji ta' valutazzjoni: (i) prezz totali (50 %); (ii) veloċità tal-espansjoni (15 %); (iii) veloċità tad-dawnlowd (25 %), u (iv) 2G GSM (mhux obbligatorju) (10 %) (20). Sal-4 ta' Settembru 2008, l-STC kien irċieva ħames offerti validi (u offerta invalida minn Hringiðan ehf., li naqset milli tipprovdi garanzija bankarja valida). L-offerti validi kienu kif ġej (21):

Offerenti, offerta — 14121

ISK

Żmien tal-proġett

Med. Mb/s

GSM

 

 

Prezz totali (kr.)

Xhur

Veloċità ta' Dawnlowd

Fakultattiv

Punti

Síminn hf.

379 000 000

12

6,0

Iva

95

Nordisk Mobile Island ehf

974 864 503

12

3,0

Iva

NA

Vodafone

1 858 339 001

15

6,2

Iva

52

Vodafone

2 256 549 333

17

6,5

Iva

49

Síminn hf.

5 000 000 000

22

12,0

Iva

39

(19)

Peress li l-ewwel offerta minn Síminn irċeviet l-ogħla għadd ta' punti (95 punt) skont il-kriterji msemmija hawn fuq l-STC daħal f'negozjati ma' Síminn (22). Barra minn hekk, l-STC talab lil Síminn biex tipparteċipa f'diversi laqgħat ta' spjegazzjoni; dawn il-laqgħat huma proċedura standard wara l-ftuħ ta' offerta.

2.1.4.   L-espansjoni taż-żona ta' introduzzjoni

(20)

Kmieni f'Diċembru 2008, Póst- og fjarskiptastofnun, l-Amministrazzjoni tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni fl-Iżlanda (“il-PTA”) irċeviet talba minn fornitur ta' servizz, Wireless Broadband Systems (“WBS”), li talab biex jiġi dereġistrat bħala fornitur tat-telekomunikazzjoni fl-Iżlanda. WBS kienet preċedentement ipparteċipat fl-analiżi tal-immappjar u tal-kopertura tal-Fond u matul il-perjodu li wassal għas-sejħa għall-offerti tal-STC kienet infurmat lil STC bil-pjanijiet ta' kopertura tagħha. Il-ħruġ ta' WBS mis-suq u l-irtirar sussegwenti tal-pjanijiet ta' kopertura tagħha wasslu għal tibdil sostanzjali fil-lista ta' bini li la kellhom, u lanqas ma kienu se jirċievu, kopertura tal-broadband fil-futur qarib b'kundizzjonijiet tas-suq. Meta ż-żona ta' kopertura pjanata tal-fornitur tas-servizz ġiet irtirata mill-mappa totali kumulattiva ta' kopertura, tfaċċaw 670 binja “bajda” addizzjonali, mifruxa madwar il-pajjiż. Il-Fond kien qies li dan il-bini kien se jkun parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-politika l-ġdida dwar it-telekomunikazzjoni.

(21)

Il-Fond talab lil STC għal aktar informazzjoni dwar jekk kienx possibbli li bħala parti mill-proċedura għaddejja ta' ħruġ ta' offerti jiżdied il-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, l-STC wieġeb fis-7 ta' Jannar 2009, u kien tal-fehma li ċertu ammont ta' espansjoni seta' jiġi ntegrat fl-offerta u li din l-espansjoni kienet konformi mal-qafas regolatorju dwar l-akkwisti pubbliċi.

(22)

Biex jiġi stabbiliti li fornituri eżistenti jew ġodda ma kellhom l-ebda intenzjonijiet li jżidu l-erjas ta' servizz tagħhom billi jinkludu xi wieħed minn dawn is-670 binja “bajda” addizzjonali, il-Fond talab lill-STC biex jerġa' jagħmel sejħa għal kwalunkwe pjanijiet biex jiġu offruti servizzi lil dawn is-670 binja. Fit-23 ta' Jannar 2009, l-STC ippubblika avviż fil-gazzetta Morgunblaðið fejn talab lill-atturi fis-suq jipprovdu informazzjoni dwar pjanijiet għall-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni addizzjonali li qabel ma kienux ġew inklużi fl-offerta (23). Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, dan kien konformi mal-metodoloġija preċedenti użata mill-STC meta kien għamel l-ewwel sejħa tiegħu għal informazzjoni dwar erjas ta' servizz. Minħabba li l-istedina għal informazzjoni kienet saret permezz ta' reklam, it-talba għall-informazzjoni ma kinitx esklussiva għal dawk il-fornituri tas-servizz li qabel kienu preżentaw l-offerti tagħhom iżda kienet maħsuba li tilħaq lill-fornituri kollha tas-servizz.

(23)

L-STC ma rċieva l-ebda pjanijiet addizzjonali jew pjanijiet ġodda għas-servisjar tas-670 binja identifikati. Sussegwentement l-STC ħa d-deċiżjoni li jqis lil dawn il-binjiet addizzjonali bħala li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett. Għalhekk ipprova jirrevedi l-ftehim kuntrattwali li kien qed jiġi negozjat ma' Síminn sabiex jiġi nkluż il-bini addizzjonali.

2.2.   Il-Ftehim bejn il-Fond għat-Telekomunikazzjoni u Síminn

2.2.1.   Ġenerali

(24)

Fil-25 ta' Frar 2009, il-Fond (l-akkwirent) u Síminn (il-bejjiegħ) daħlu fi Ftehim dwar l-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda (“il-Ftehim”). Skont il-Ftehim, il-bejjiegħ kellu jibni netwerk ta' veloċità kbira u servizzi tal-broadband f'żoni li qabel ma kellhomx aċċess għal dawn is-servizzi. In-netwerk u s-servizz kellhom jiġu estiżi għad-djar kollha fejn mill-inqas kien hemm persuna waħda reġistrata u li kellha residenza s-sena kollha, u għan-negozji li kienu joperaw is-sena kollha. Il-Ftehim kien ikopri total ta' 1 788 binja: l-1 118-il binja oriġinarjament identifikati fid-dokumenti tal-offerta, flimkien mas-670 binja addizzjonali li ġew miżjuda matul in-negozjati. Wara t-tlestija tal-introduzzjoni, il-Ftehim ippreveda li l-bejjiegħ se jkun il-propjetarju tan-netwerk.

2.2.2.   Il-perjodu tal-kuntratt u l-ammont tal-kuntratt

(25)

Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, il-perjodu tal-kuntratt jestendi mid-data tal-iffirmar sal-1 ta' Marzu 2014. Bi qbil miż-żewġ partijiet, il-perjodu seta' jiġi estiż sa sentejn. Madankollu, skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim, il-perjodu għall-bini tan-netwerk formalment beda fl-1 ta' Marzu 2009 u dam għaddej sal-1 ta' Marzu 2011. Il-Fond ippermetta estensjoni tal-perjodu ta' introduzzjoni (18-il xahar) minħabba ż-żieda fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett. Il-Fond qabel dwar dan bil-kundizzjoni li l-introduzzjoni għal mill-inqas 1 118-il binja titlesta fl-ewwel 12-il xahar skont l-offerta minn Síminn.

(26)

Għall-introduzzjoni tan-netwerk u tas-servizz, l-akkwirent kellu jħallas total ta' ISK 606 128 801. Ġie miftiehem il-prezz għaż-żieda fil-kamp ta' applikazzjoni ta' 670 binja kien, abbażi tal-prezz ta' unità medju inizjalment offrut minn Síminn, immultiplikat bl-għadd ta' bini ġdid. Għalhekk, il-ħlas lil Síminn żdied minn ISK 379 miljun għal ISK 606 miljun. L-akkwirent kellu jħallas 70 % tal-ammont totali lill-bejjiegħ mal-iffirmar tal-Ftehim, 20 % oħra ladarba jkun beda jopera n-netwerk u l-aħħar 10 % wara li jkun għadda perjodu ta' prova ta' tliet xhur (24).

(27)

Il-pagamenti kienu indiċjati abbażi tar-rata tal-kambju ma' munita barranija minflok abbażi tal-indiċi ġenerali tal-prezzijiet għall-konsumatur, kif kien oriġinarjament maħsub. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, din l-għażla ta' indiċjar kienet ir-riżultat tal-kundizzjonijiet ekonomiċi mhux tas-soltu, u tal-inċertezza minħabba l-kriżi finanzjarja (25). Il-munita barranija użata kienet il-krona Daniża (DKK) kif kienet fit-3 ta' Settembru 2008 (1 DKK = 16,513 ISK).

2.2.3.   Rekwiżiti tekniċi

(28)

Skont l-Artikolu 2.1 tad-deskrizzjoni tal-offerta, il-proġett kien teknoloġikament newtrali u ma kienx hemm speċifikazzjonijiet partikolari dwar kif kellu jinbena n-netwerk jew liema soluzzjoni teknoloġika kellha tintuża (26).

(29)

Minbarra li jipprovdu aċċess għal internet b'veloċità għolja lill-bini, l-offerenti ġew imħeġġa wkoll jipprovdu servizzi ta' telefonija mobbli (2G GSM) (27). Dan is-servizz kellu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-pjan tat-telekomunikazzjoni tal-PTA (i. fjarskiptaáætlun) għall-2005–2010 li kien jinkludi servizzi bil-vuċi, possibiltajiet ta' roaming u l-provvista ta' tagħmir għall-utenti bi prezzijiet favorevoli. Il-provvista ta' servizzi mobbli 2G GSM kienet tirrapreżenta 10 % tal-kriterji tal-offerta.

(30)

Is-soluzzjoni teknika offruta minn Síminn kienet ibbażata fuq 4 teknoloġiji differenti: ADSL (28); UMTS (29); Wi-Fi (30), u satellita. Wara li tlesta l-bini tan-netwerk irriżulta li 55 % tal-bini kien konness b'UMTS (3G wireless fiss), 41 % b'ADSL u 4 % b'satellita/ Wi-Fi.

2.2.4.   Rekwiżiti għall-aċċess

(31)

Skont l-Artikolu 2.2.13 tal-Anness I għall-Ftehim, in-netwerk kellu jinbena b'tali mod li jippermetti aċċess għal Fornituri oħra tas-Servizz tal-Internet (“ISPs”) fil-livell tal-operaturi. Dawk l-ISPs għandhom ikunu jistgħu jixtru fuq talba s-servizz bażiku minn Síminn bi prezzijiet bl-ingrossa, u għandhom jitħallew jagħtu servizzi fuq in-netwerk lill-klijenti konsumaturi tagħhom. L-aċċess kellu jingħata b'mezzi konvenjenti (bħal permezz ta' aċċess għas-Server li jiffaċilita l-Aċċess Remot għall-Broadband (Broadband Remote Access Server) (“BRAS”)). L-ISPs kollha kellhom jingħataw servizz indaqs u aċċess ugwali għan-netwerk, irrispettivament mir-rabta tagħhom mal-bejjiegħ.

(32)

Fl-Anness II għall-Ftehim, intitolat “Mistoqsijiet u tweġibiet 1-22 matul il-perjodu tal-offerta, listi ġodda dwar il-lokalitajiet, kjarifiki dwar id-dokumenti tal-offerta u l-minuti tal-preżentazzjoni tal-offerta.”, hemm aktar kjarifiki dwar ir-rekwiżiti għall-aċċess. Fir-rigward l-aċċess għall-operaturi, ġew deskritti erba' alternattivi. Dawn huma kif ġej (31):

Għażla 1

:

Il-bejjiegħ (Síminn) iwaqqaf konnessjoni xDSL għall-utenti u jwassal bitstream lill-akkwirenti wara t-tagħmir DSLAM. L-akkwirenti (l-ISPs) jimmaniġġjaw il-konnessjoni ta' linja trunk (trunk line) mid-DSLAM permezz ta' netwerk tal-ATM u/jew tal-IP liċ-ċentru ta' servizz. Dan jagħti lill-akkwirenti kontroll akbar fuq il-kwalità tas-servizz li jbiegħu, iżda jeħtieġ investiment sostanzjali min-naħa tagħhom.

Għażla 2

:

Il-bejjiegħ jipprovdi konnessjoni xDSL minn netwerk tal-ATM/IP fuq konnessjoni ta' linja trunk mid-DSLAM. F'dan il-każ, l-akkwirent ikun jista' jikkontrolla l-kwalità tat-trażmissjoni fuq in-netwerk tal-ATM sa ċertu grad. L-akkwirenti joperaw il-BRAS tagħhom stess u għalhekk jistgħu jikkontrollaw il-varjabbli teknoloġiċi tat-tagħmir u jżommu informazzjoni dwar l-utenti.

Għażla 3

:

F'dan il-każ, il-bitstream jitwassal lill-akkwirent permezz ta' netwerk tal-IP operat mill-bejjiegħ, li jkun jopera wkoll id-DSLAM u huwa responsabbli għall-kwalità tas-servizz. Huwa possibbli li l-akkwirent ikun jista' jinnegozja dwar diversi termini ta' kwalità għall-klijenti tiegħu.

Għażla 4

:

Dan huwa eżempju tipiku ta' rivendita ta' abbonament għall-Internet. Il-konnessjoni tal-Internet li l-bejjiegħ ibigħ lill-akkwirent hija l-istess bħal dik li jbigħ lill-klijenti konsumaturi tiegħu. L-akkwirent ma jopera l-ebda parti min-netwerk u huwa responsabbli biss għall-bejgħ tas-servizz mhux mibdul. Madankollu, għandu l-għażla li jibgħat lill-klijenti tiegħu fattura unika għas-servizzi kollha li jiġu provduti permezz ta' konnessjoni b'veloċità għolja.

(33)

Skont l-Anness II għall-Ftehim, Síminn hija libera li toffri l-Għażliet 1-4, iżda hija obbligata li tal-anqas toffri l-Għażla 3 fil-każijiet kollha fejn fil-proġett tkun qed tintuża t-teknoloġija tal-ADSL (32). Barra minn hekk, huwa espliċitament indikat li Síminn għandha ssegwi d-deċiżjonijiet u r-regoli tal-PTA f'dan ir-rigward (33).

(34)

Fejn fil-proġett tintuża teknoloġija UMTS, Síminn hija obbligata biss issegwi l-Għażla 4 (34). Dik l-għażla tinvolvi li fil-każijiet kollha Síminn tipprovdi l-apparat għall-utenti u l-installazzjoni, irrispettivament mill-bejjiegħ bl-imnut. Barra minn hekk Síminn hija obbligata timmaniġġja s-servizzi tal-konsumaturi u tal-manutenzjoni. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, ir-raġuni prinċipali għal dan l-arranġament huwa li Síminn issostni li huwa neċessarju għaliha li jkollha aċċess u kontroll sħiħ tan-netwerk tal-UTMS minn tarf għall-ieħor, inkluż l-apparat għall-utenti, sabiex jiġi garantit li l-kwalità u l-livell tas-servizz ikunu konformi mad-dokumenti tal-offerta. Bil-maqlub, il-Fond ippermetta li l-aċċess miftuħ ikun eskluż fir-rigward ta' konnessjonijiet bis-satellita u permezz tal-Wi-Fi, abbażi tad-diffikultà u l-imprattikabilità tal-implimentazzjoni ta' dan l-aċċess (35).

(35)

Fl-Anness 10 għall-Ftehim, hemm ftehimiet standardizzati għal rivendita (endursölusamningar) bejn Síminn u rivendituri tal-ISPs għall-bejgħ mill-ġdid ta' servizzi ta' UMTS b'veloċità għolja u ta' servizzi tal-ADSL. Għall-Għażla 4, dawn il-ftehimiet standard jinkludu skontijiet minimi standard ibbażati fuq il-veloċità, kif ġej (36):

 

UMTS 1 Mb/s = 10 %

 

UMTS 2 Mb/s = 7,5 %

 

UMTS >2Mb/s = 5 %

(36)

Għall-ADSL l-iskontijiet minimi li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' aċċess skont l-għażla 4:

 

ADSL 1 000 = 5 %

 

ADSL 2 000 = 5 %

 

ADSL 4 000/8 000 = 7,5 %

 

ADSL 6 000/12 000 = 10 %

Skont l-għażliet 1-3 fir-rigward tal-aċċess għall-ADSL fil-livell tal-operaturi, ir-rivenditur/bejjiegħ bl-imnut tal-ISP se jirċievi skont minimu ta' 35 % minn fuq il-prezz bl-imnut ta' Síminn. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, dan l-iskont kien ġie determinat f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 8/2008 tal-PTA tat-18 ta' April 2008 (37).

(37)

Skont nota mill-Fond datata l-14 ta' Awwissu 2009 (38), dwar l-organizzazzjoni ta' għażliet ta' aċċess fil-Ftehim, l-aċċess għal bejgħ mill-ġdid huwa disponibbli biss fir-rigward ta' konnessjonijiet UMTS. Dawn il-konnessjonijiet ma jibbenefikawx minn possibilitajiet ta' aċċess għall-operaturi aktar ibbażati fuq l-infrastruttura. Skont il-Fond, l-iskontijiet ta' hawn fuq għandhom għalhekk japplikaw jekk ISP ieħor ikun irid aċċess għal rivendita għan-netwerk ta' Síminn.

(38)

Għal deskrizzjoni aktar dettaljata tal-miżura, qed issir referenza għad-Deċiżjoni Nru 302/13/COL tal-Awtorità (39).

3.   MOTIVI GĦALL-BIDU TA' PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(39)

Fid-Deċiżjoni Nru 302/13/COL, l-Awtorità preliminarjament ivvalutat jekk il-Ftehim bejn il-Fond għat-Telekomunikazzjoni u Síminn għall-introduzzjoni ta' netwerks tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda jistax jikkostitwixxi għajnuna mill-istat u, jekk iva, jekk dik l-għajnuna mill-istat tistax titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

(40)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi l-miżura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-istat peress li ma kinux ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi kienu tal-fehma li l-kontribuzzjoni tista' tiġi karatterizzata bħala l-finanzjament ta' servizz pubbliku u li l-kriterji tat-“test Altmark” kienu ġew sodisfatti. F'każ li l-Awtorità kellha tqis li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-istat, l-awtoritajiet Iżlandiżi sostnew li din l-għajnuna tista' titqies bħala kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, meta wieħed iqis l-objettivi tal-miżura, fosthom li jiżdied l-aċċess pubbliku għall-broadband f'żoni megħjuna.

(41)

Madankollu, fil-fehma preliminari tal-Awtorità, il-Ftehim bejn il-Fond u Síminn kien meqjus li jinvolvi għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Ġew identifikati l-aspetti li ġejjin fid-Deċiżjoni Nru 302/13/COL:

(i)

L-Awtorità innotat li l-Fond kien ġie stabbilit bil-liġi u huwa proprjetà tal-Istat Iżlandiż li jalloka riżorsi għall-Fond permezz tal-baġit annwali tal-Istat, għalhekk il-miżura tidher li ngħatat permezz ta' riżorsi tal-Istat. Peress li Síminn hija l-akbar operatur tat-telekomunikazzjoni tal-Iżlanda, kwalunkwe għajnuna potenzjali nvoluta fil-ftehim kienet ingħatat lil impriża.

(ii)

L-Awtorità sabet ukoll li l-finanzjament pubbliku tal-proġett kien ipprovda lil Síminn b'vantaġġ ekonomiku li normalment kien jiġi kopert mill-baġit tagħha. Għalkemm hemm it-tendenza li proċedura kompetittiva ta' ħruġ ta' offerti tnaqqas l-ammont ta' appoġġ finanzjarju meħtieġ, huwa diskutibbli jekk il-kumpens għall-bini addizzjonali kienx ġie stabbilit permezz ta' offerta kompetittiva, jew jekk fil-fatt kienx ġie determinat wara li kienet intgħażlet l-offerta ta' Síminn. Għalhekk, il-valutazzjoni preliminari tal-Awtorità wriet li ma jistax jiġi eskluż vantaġġ ekonomiku.

(iii)

Barra minn hekk, peress li Síminn kienet l-unika benefiċjarja tal-fondi mill-istat, l-opinjoni preliminari tal-Awtorità kienet li l-miżura tidher li kienet selettiva.

(iv)

Fl-aħħar nett, l-Awtorità kkonkludiet li l-involviment fit-tnedija ta' infrastruttura għall-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-fornitur magħżul tan-netwerk fir-rigward tal-kompetituri tiegħu. Inġenerali, is-swieq għas-servizzi elettroniċi tal-komunikazzjoni huma miftuħa għall-kummerċ u għall-kompetizzjoni bejn l-operaturi u l-fornituri tas-servizz fiż-ŻEE. Għalhekk, fil-fehma preliminari tal-Awtorità, il-miżura kienet meqjusa li thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ fiż-ŻEE.

(42)

L-Awtorità nnotat li l-appoġġ għat-tnedija ta' netwerk tal-broadband f'żoni rurali u f'dawk iż-żoni tal-Iżlanda li ma kienux moqdijin tajjeb jidher li jindirizza objettivi definiti sew ta' interess komuni, kien strument xieraq biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti, u pprovda lill-fornitur magħżul b'inċentiv għal investiment. Madankollu, minħabba l-kamp ta' applikazzjoni tat-tibdil fil-Ftehim, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li l-proċess ta' akkwist jista' ma jitqiesx bħala offerta miftuħa u mhux diskriminatorja fis-sens tal-Linji Gwida tal-Awtorità tal-2013 dwar l-Applikazzjoni tar-Regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat fir-rigward tat-Tnedija Rapida ta' Netwerks tal-Broadband (“il-Linji Gwida dwar il-Broadband”) (40). L-Awtorità esprimiet ukoll dubji dwar jekk Síminn kinitx ġiet obbligata tipprovdi biżżejjed aċċess fil-livell tal-operaturi kemm għall-partijiet tal-UMTS u tal-ADSL tan-netwerk. In-nuqqas ta' obbligu biex l-operaturi jkollhom aċċess suffiċjenti, jagħti lil Síminn vantaġġi ekonomiċi u kompetittivi. Għalhekk, il-miżura dehret li ma kinitx konformi mal-prinċipji ta' proporzjonalità u l-limitazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni skont it-test ta' bbilanċjar.

(43)

Konsegwentement, wara l-valutazzjoni preliminari tagħha, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk il-finanzjament tal-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali tal-Iżlanda jistax jitqies bħala kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

4.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET IŻLANDIŻI

4.1.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-istat

(44)

Kif issemma qabel, permezz ta' ittra datata l-15 ta' Ottubru 2013 l-awtoritajiet Iżlandiżi preżentaw kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Awtorità (41). L-awtoritajiet Iżlandiżi ma jqisux li skont it-termini tal-Ftehim il-pagamenti li saru lil Síminn jinvolvu għajnuna mill-istat, u jsostnu li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE ma ġewx sodisfatti peress li l-awtoritajiet kienu aġixxew f'konformità mal-Prinċipju ta' Investitur f'Ekonomija tas-Suq (“MEIP”). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi huma tal-fehma li dawn il-ħlasijiet jistgħu jiġu karatterizzati bħala l-finanzjament ta' servizz pubbliku; li l-erba' kriterji kumulattivi tat-“test Altmark” ġew sodisfatti, u li għal dik ir-raġuni l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat.

(45)

L-awtoritajiet Iżlandiżi jsostnu li l-għoti tal-Ftehim inkwistjoni ma kien ta l-ebda vantaġġ ekonomiku lil Síminn li mar lil hinn mill-kundizzjonijiet tas-suq. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, f'konformità mal-qafas dwar l-akkwisti pubbliċi, tqies li l-użu ta' proċedura ta' offerta pubblika, huwa biżżejjed biex jiġi preżunt li ma tingħata l-ebda għajnuna mill-Istat lill-operatur ekonomiku magħżul fil-proċedura, peress li l-prezz tas-suq huwa garantit (42). Għalhekk, skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, prezz tas-suq ġust joħloq preżunzjoni li Síminn ma kienet ingħatat l-ebda għajnuna mill-istat (43).

(46)

Fir-rigward tat-tibdil fil-Ftehim ma' Síminn minħabba l-espansjoni taż-żona ta' introduzzjoni, l-awtoritajiet Iżlandiżi jsostnu li skont il-Kummissjoni Ewropea, jekk it-termini ġenerali ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mit-termini tal-kuntratt oriġinali, it-tibdil għal dan il-kuntratt ma jinvolvix għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, anki jekk it-termini kellhom jitqiesu bħala aktar favorevoli minħabba t-tibdil, l-għajnuna mill-Istat ma tkunx teżisti meta l-entità akkwirenti taġixxi bl-istess mod li kieku kuntrattur privat kienx jaġixxi fl-insegwiment tal-interessi kummerċjali tiegħu. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, kull min kien interessat li jipparteċipa fil-proċedura ta' akkwist kien liberu li jissottometti offerta, peress li l-partijiet interessati kollha setgħu jissottomettu offerta, apparti li hekk kien ġie reklamat. Għalhekk, il-fatt li fl-aħħar, Síminn, li kellha l-aktar offerta baxxa u l-aktar ekonomikament vantaġġuża, ġiet magħżula biex twettaq il-proġett, ma jistax awtomatikament jimplika li kienet ġiet favorita impriża partikulari.

(47)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi jenfasizzaw li ġeneralment servizz tal-broadband huwa servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”) (44). L-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw li huma kienu kkuntattjaw operaturi privati u ppubblikaw reklam sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm xi investitur tas-suq li kien lest jinvesti fl-infrastruttura. Peress li ħadd ma kien iddikjara interess fil-provvediment tas-servizz, l-awtoritajiet Iżlandiżi kkonkludew li tabilħaqq f'dawn iż-żoni s-suq kien falla u li mingħajr l-għajnuna mill-Fond ma kinux se jiksbu konnessjonijiet tal-internet b'veloċità għolja. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, il-provvista ta' kopertura adegwata tal-broadband lil dawn iż-żoni rurali tal-Iżlanda, fejn ma jkunx hemm operaturi oħra joperaw jew li kienu interessati jinvestu, għandha tiġi karatterizzata bħala SIEĠ minħabba li t-tnedija tal-broadband lill-bini konċernat kienet ta' importanza kbira kemm għaż-żoni konċernati u għas-soċjetà kollha.

(48)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, in-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz kienu ġew definiti b'mod ċar fil-proċess tal-offerta u fil-Ftehim sussegwenti ma' Síminn (jiġifieri għall-installazzjoni ta' infrastruttura li tippermetti li ċertu bini jikseb konnessjoni tal-internet b'veloċità għolja). L-awtoritajiet Iżlandiżi jgħidu li f'dan il-każ partikolari, meta Síminn iffirmat il-Ftehim kienet ġiet formalment fdata bil-provvista u t-twettiq ta' dan l-obbligu.

(49)

L-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw li l-Ftehim imsemmi hawn fuq kien stabbilixxa l-parametri tal-kumpens abbażi tad-dokumenti tal-offerta. Il-Ftehim jistabbilixxi b'mod ċar il-kumpens li Síminn kellha tirċievi għat-twettiq tas-servizz b'mod trasparenti. Il-kumpens stabbilit mill-Ftehim ma ġiex emendat u lanqas ma jippermetti li jsiru xi emendi favur Síminn.

(50)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi jenfasizzaw li l-kontribuzzjoni proprja hija sostanzjalment anqas mill-kost stmat mill-Fond u mill-konsulenti tiegħu u ma tħallas xejn aktar minn dak li huwa meħtieġ għat-twettiq tal-proġett. Il-fatt li l-kost attwali tal-proġett huwa sostanzjalment inqas mill-kost stmat għal soluzzjoni ta' netwerk simili, huwa evidenza li l-awtoritajiet Iżlandiżi kienu ħadu miżuri biex jiġi evitat kumpens żejjed.

(51)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, in-negozjati li saru wara li ġiet magħżula Síminn kienu bbażati direttament fuq il-proċedura ta' ħruġ ta' offerti u għalhekk kienu estensjoni tal-proċedura. Il-pagamenti lil Síminn isiru skont skeda predeterminata ta' ħlas marbuta mal-progress tal-proġett, li jevita l-possibbiltà ta' kumpens żejjed. Skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim, Síminn ippreżentat garanzija bankarja mill-bank New Kaupþing, datata s-17 ta' Frar 2009, li tirrappreżenta mekkaniżmu ta' rkupru, sabiex jiġi evitat kumpens żejjed (45). Barra minn hekk, il-Ftehim jistabbilixxi arranġament strett ta' pagamenti skont il-progress tal-proġett, li sa ċertu punt jagħmel il-pagamenti soġġetti għall-progress attwali tal-bini tas-sistema u l-użu mill-konsumaturi, kif stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Ftehim. Fl-aħħar nett, fl-Artikolu 11 tal-Ftehim hemm klawżola ta' penali, fejn Síminn trid tħallas kumpens fil-każ ta' dewmien, kif ukoll klawsola dwar nuqqas ta' konformità fl-Artikolu 13 tal-Ftehim.

(52)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Iżlandiżi jsostnu li anke kieku l-Awtorità kellha tikkonkludi li l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u l-kumpens tal-proġett ma kinux kompletament konformi mal-qafas ta' akkwist, allura l-proċedura miftuħa ta' offerti, flimkien mal-valutazzjoni li saret mill-konsulenti indipendenti, għandhom jitqiesu bħala valur referenzjarju adattat għal kumpens. Flimkien dawn għandhom tal-inqas jiġu kkunsidrati bħala indikazzjoni qawwija tal-ispejjeż li kieku kienet iġġarrab impriża tipika, immexxija tajjeb fis-suq rilevanti. Peress li l-kumpens lil Síminn kien inqas minn dak il-valur referenzjarju, l-aħħar kriterju tat-test Altmark għandu jitqies sodisfatt. L-awtoritajiet Iżlandiżi jixtiequ jtennu li anke bit-tibdil, l-offerta minn Síminn għadha bil-bosta l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

4.2.   Il-proċedura ta' akkwist pubbliku

(53)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi l-proċedura ta' akkwist kienet konformi mar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-istat u żgurat bis-sħiħ it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi kollha fis-suq. L-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw ukoll li l-adattamenti li saru dwar il-proġett waqt in-negozjati ma' Síminn ma marrux kontra r-regoli fundamentali ta' ugwaljanza u ta' trasparenza, prinċipalment fid-dawl tal-flessibbiltà fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett.

(54)

Meta ż-żona ta' kopertura pjanata tal-WBS kienet ġiet irtirata mill-mappa tal-kopertura kumulattiva, tfaċċaw 670 binja “bajda” addizzjonali. Meta l-Fond talab lill-STC biex jerġa' joħroġ sejħa għal pjanijiet għall-provvediment ta' servizzi għal dawn is-670 binja, dan kien sar permezz ta' reklam u mhux b'kuntatt dirett esklussivament ma' dawk il-ftit fornituri tas-servizz li qabel kienu ssottomettew l-offerti tagħhom. Dan kien il-metodu li kien intuża meta fil-bidu kienet saret sejħa għal informazzjoni dwar l-erjas ta' servizz. L-awtoritajiet Iżlandiżi jenfasizzaw li l-komunikazzjonijiet bilaterali mal-partijiet li kienu ssottomettew offerti preċedenti ma kienux meqjusa li kienu adegwati.

(55)

L-awtoritajiet Iżlandiżi jsostnu li t-tibdil li sar lill-kamp ta' applikazzjoni u lill-kumpens tal-Ftehim kien meħtieġ sabiex jiġu nklużi s-670 binja “bajda” addizzjonali u l-kumpens riżultanti. Il-prezz għall-bini addizzjonali kien il-prezz ta' unità medju fl-offerta oriġinali minn Síminn, li kienet intgħażlet fi proċedura miftuħa bħala l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. Għalhekk il-kumpens għall-bini addizzjonali għandu jitqies bħala estensjoni tal-offerta oriġinali, anke dan b'kundizzjonijiet tas-suq. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, din hija indikazzjoni tal-kontinwità tal-proċedura aktar milli evidenza ta' negozjar mil-ġdid ta' terminu essenzjali tal-Ftehim.

Image

(56)

Kif ġie nnotat qabel, il-kamp ta' applikazzjoni oriġinali tal-proġett kellu jkun ta' mill-inqas 1 119-il binja. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi minħabba n-natura ta' proġetti bħal dawn, il-lista tinbidel kontinwament matul il-perjodu tal-proġett. Kif jista' jidher miċ-ċart ta' hawn fuq, bejn l-2008 u l-2011 kien hemm fluttwazzjonijiet kontinwi fil-lista (46). Huwa biss fl-2011 li wieħed jista' jara punt ta' stabilizzazzjoni fil-proġett, u saħansitra sal-ġurnata tal-lum għadu jsir tibdil lil-lista. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, meta wieħed iqis dawn il-varjabbli inevitabbli, l-uniku mod kif setgħet tiġi żgurata trasparenza fir-rigward tar-rimunerazzjoni kien li jikkommettu għal prezz ta' unità medju.

(57)

Il-Fond qies ukoll li proċedura ġdida ta' akkwist kienet se twassal għal inkonvenjent ekonomiku żejjed għall-awtoritajiet Iżlandiżi bi probabbiltà kbira li r-riżultat jkun l-istess jew saħansitra aktar sfavorevoli, kif ukoll dewmien ta' xhur jew anke snin fl-introduzzjoni tas-servizzi tal-broadband. Il-Fond jemmen ukoll li l-kumpens għall-bini addizzjonali u għall-proġett kollu kemm seta' jitqies bħala favorevoli ħafna għall-awtoritajiet Iżlandiżi peress li kien l-istess bħal fl-offerta oriġinali.

(58)

F'Settembru 2008, il-Fond talab lill-konsulenti tiegħu (Mannvit hf.) għal stima tal-ispejjeż għall-bini li kellu jingħata servizz minn WBS biss. Din l-istima tal-ispejjeż, datata t-8 ta' Ottubru 2008 (47), tistma li l-prezz potenzjali tal-offerta kien se jkun ta' bejn ISK 410 000 000 u 820 000 000 għal madwar 750 “binja tal-WBS” (stima li aktar tard ġiet aġġustata għal 670 binja “bajda” identifikati). Dak jammonta għal prezz medju għal kull binja li jvarja bejn ISK 546 667 (sistema sempliċi) u ISK 1 093 333 (sistema avvanzata).

(59)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Fond u Síminn qablu dwar il-prezz medju għas-670 binja addizzjonali billi użaw il-prezz ta' unità medju inizjalment offrut minn Síminn immultiplikat bl-għadd ta' bini ġdid, jiġifieri ISK 338 998 għal kull binja. Meta wieħed iqis l-indiċjar tal-ammont miftiehem, il-prezz ta' unità medju għat-total ta' 1 788 binja huwa ta' ISK 470 191. L-awtoritajiet Iżlandiżi jqisu li dan huwa riżultat favorevoli, meta wieħed iqis il-kondizzjonijiet ekonomiċi estremi ta' dak iż-żmien u l-ispejjeż li kienu stmati qabel minn konsulent indipendenti.

(60)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, Síminn esprimiet il-fehma tagħha li b'mod ġenerali, il-kumpanija ma kinitx ibbenefikat minn ekonomiji ta' skala mill-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett. Anke jekk dan seta' kien il-każ f'ċerti żoni, minħabba l-lokazzjoni ħafna drabi mifruxa u ċ-ċirkustanzi tal-bini “abjad” fisser li, ġeneralment dan ma kienx il-każ. Għall-biċċa l-kbira tal-espansjoni Síminn kellha tiddisinja mill-ġdid partijiet kbar tal-proġett, għalkemm xi wħud mill-bini addizzjonali kien fl-istess żona bħall-bini fl-offerta oriġinali, jiġifieri r-rilokazzjoni ta' trażmettituri u ta' antenni.

(61)

Fir-rigward tal-indiċjar tal-ħlasijiet l-aktar mad-DKK u parzjalment mal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur u tal-pagi, l-awtoritajiet Iżlandiżi ġibdu l-attenzjoni għas-sitwazzjoni estrema prevalenti fil-ħarifa tal-2008 u d-diffikultajiet li kienet qed tiffaċċja l-ekonomija Iżlandiża. Matul in-negozjati bejn Síminn u l-awtoritajiet Iżlandiżi l-ambjent ekonomiku fl-Iżlanda nbidel drastikament. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, l-indiċjar tal-ammont tal-Ftehim mad-DKK kien dovut għal dawn l-avvenimenti eċċezzjonali u imprevedibbli, speċjalment minħabba l-fatt li l-proġett kien jinvolvi x-xiri sostanzjali ta' tagħmir f'munita barranija. Dak iż-żmien kien ċar li l-flutwazzjoni tal-ISK kienet se tannulla l-prekundizzjonijiet kollha ta' Síminn għad-dħul fil-ftehim. Skont l-informazzjoni li Síminn ippreżentat lill-awtoritajiet Iżlandiżi total ta' 80 % tal-ammont tal-Ftehim kien maħsub għax-xiri ta' tagħmir f'DKK (48). Fid-dawl ta' dak il-fatt, l-awtoritajiet Iżlandiżi qablu li jindiċjaw il-prezz mal-Krona Daniża kif kienet fit-3 ta' Settembru 2008.

(62)

Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Iżlandiżi malli saret l-iżvalutazzjoni sostantiva tal-Krona Iżlandiża, kien jidher ċar li ma kienx se jkun ġustifikabbli li jidħlu fil-Ftehim, sakemm ma kienx se jiġi żgurat li l-kumpanija ma kinitx se ġġarrab diffikultajiet kbar minħabba tnaqqis kbir fir-rata tal-kambju tal-Krona Iżlandiża, li kienet saret ferm instabbli. Huwa ovvju li ma kienx se jkun raġonevoli għal Síminn li tidħol għar-riskju kollu minħabba dawn iċ-ċirkostanzi estremi u imprevisti. Huwa parti rikonoxxuta mid-dritt kuntrattwali Iżlandiż u internazzjonali li f'każijiet ta' avvenimenti mhux mistennija li jseħħu u li fundamentalment ibiddlu l-ekwilibriju ta' kuntratt li jirriżulta f'piż eċċessiv fuq waħda mill-partijiet involuti, jiġifieri “tbatija”, il-parti kontraenti li tkun qed iġġorr dan il-piż tista' titlob bidla fil-kuntratt jew saħansitra tabbanduna kompletament dan il-kuntratt. Madankollu l-awtoritajiet Iżlandiżi jenfasizzaw li dan ma kienx ifisser li r-riskju kollu kien tqiegħed fuqhom, peress li anke Síminn kienet ġarrbet żieda fl-ispejjeż minn aspetti oħra tal-proġett li ma kienux marbuta mar-rata tal-kambju tad-DKK, jiġifieri lavorattivi, taż-żejt u ta' input ieħor.

(63)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, l-approċċ tagħhom fir-rigward tal-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett huwa konformi mad-deċiżjoni L-Underground ta' Londra tal-Kummissjoni Ewropea (49), fejn il-Kummissjoni għarrfet li kien rilevanti li jiġi kkunsidrat jekk, bil-bidla, l-offerta tal-kuntrattur kintix tibqa l-aħjar offerta. F'każijiet bħal dawn, il-ftuħ ta' proċedura kompletament ġdida għall-għoti ta' kuntratt kien ikun jinvolvi spejjeż sproporzjonati.

(64)

Għalhekk l-awtoritajiet Iżlandiżi ddeċidew li minflok ma jibdew proċedura kompetittiva ġdida għall-għoti ta' kuntratt jagħmlu tibdil lill-Ftehim u jinnotaw li kellhom jeżerċitaw diskrezzjoni konsiderevoli f'dan ir-rigward, speċjalment peress li l-Ftehim kien kumpless u għal terminu twil, u minħabba s-sitwazzjoni ekonomika fl-Iżlanda dak iż-żmien. L-ewwel nett, skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, minkejja li ċ-ċirkostanzi ma kinux previsti, it-tibdil li sar kien meqjus adattat għal mal-offerta oriġinali. It-tieni nett, proċedura ġdida kienet idewwem il-proġett b'xhur jew saħansitra bi snin. It-tielet nett, l-awtoritajiet Iżlandiżi qiesu li l-offerta kienet favorevoli u li setgħet tipprovdi dawn is-servizzi bl-inqas spiża għall-komunità. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-ekonomija Iżlandiża, u l-eżitu tal-offerta oriġinali, kien meqjus ferm improbabbli, jekk mhux impossibbli, li fi proċedura bħal din tiġi preżentata offerta aħjar. L-awtoritajiet Iżlandiżi ma għamlux tibdil lill-Ftehim biex jiffavorixxu lil Síminn, iżda biex jiġi żgurat li l-proġett jitwettaq bl-inqas spiża possibbli, fid-dawl taċ-ċirkustanzi (imprevisti). Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Iżlandiżi jenfasizzaw li f'termini ekonomiċi l-offerta minn Síminn bis-670 binja addizzjonali, kif ukoll iż-żieda fil-kumpens u l-indiċjar tad-DKK, xorta kienet għadha l-aħjar offerta.

4.3.   Il-kompatibbiltà tal-allegata għajnuna mill-istat

(65)

F'każ li l-Awtorità kellha tqis li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-istat, l-awtoritajiet Iżlandiżi esprimew il-fehma li din l-għajnuna tista' titqies kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, meta wieħed iqis l-objettivi tal-miżura, fosthom l-objettiv li jiżdied l-aċċess pubbliku għall-broadband f'żoni megħjuna.

(66)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, il-miżura diġà taffiet u sejra ttaffi żvantaġġi ġeografiċi u kummerċjali u hija oġġettivament ġustifikata biex tindirizza n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' servizzi tal-broadband minħabba d-densità insuffiċjenti ta' abbonati potenzjali u attwali biex il-forniment ta' servizzi tal-broadband ikun ekonomikament vijabbli fuq bażi motivata mis-suq. L-awtoritajiet Iżlandiżi jemmnu li kienu fasslu l-miżura b'tali mod li tiġi minimizzata l-għajnuna potenzjali mill-Istat involuta u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(67)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw li qabel inbeda l-bejgħ fil-proġett, għal għadd ta' xhur l-partijiet terzi kellhom termini ta' aċċess miftuħ. Jgħidu li, meta beda l-bejgħ f'kull sezzjoni, il-Fond kien informa lill-abitanti li Síminn ma kinitx il-bejjiegħ bl-imnut esklussiv u li l-bejjiegħa l-oħra kollha bl-imnut setgħu jbiegħu servizzi tal-internet lil persuni li jgħixu/jaħdmu fiż-żona. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, Síminn toffri aċċess lil partijiet terzi (roaming) għas-servizzi bil-vuċi tagħha fuq 2G GSM, għalkemm la d-dokumenti tal-offerta u lanqas il-Ftehim ma jipprevedi aċċess għal servizzi bil-vuċi fuq 3G fil-livell tal-operaturi, peress li l-proġett inkwistjoni ma jittrattax il-provvista ta' servizzi bil-vuċi fuq 3G.

(68)

L-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw ukoll li Síminn kienet offriet lil Vodafone aċċess għal roaming fuq 3G b'kundizzjonijiet tas-suq iżda, skont Síminn, Vodafone ma kinitx lesta tidħol fi ftehim peress li bħalissa għandha ftehim ma' Nova għal aċċess għal roaming fuq 3G. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, l-ilmentatur żbaljatament jgħid li l-Ftehim bejn Síminn u l-Fond kien limitat għal aċċess għal rivendita minflok għal aċċess għall-operaturi preskritt fid-dokumenti tal-offerta. Għall-kuntrarju, Síminn toffri aċċess għan-netwerk tal-ADSL tagħha fil-livell tal-operaturi lill-kompetituri kollha tagħha skont id-Deċiżjoni Nru 8/2008 tal-PTA. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi jenfasizzaw li, kif deher fir-Rapport AM, hemm differenza fundamentali bejn aċċess għall-operaturi għal netwerk tad-DSL u għal netwerk tad-data 3G. L-awtoritajiet Iżlandiżi jagħmlu wkoll referenza għall-opinjoni tal-AM li l-għażla eżistenti ta' interkonnessjoni wireless għall-operaturi fl-Iżlanda hija adegwata għall-fini tal-intervent speċifiku tal-kopertura tal-broadband tal-Iżlanda.

(69)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi jsostnu li l-proġett inkwistjoni u l-Ftehim ma' Síminn ma kellu l-ebda effett jew ftit li xejn kellu effett fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, xejn ma ġie preżentat fil-każ biex jindika li Síminn kienet kisbet xi vantaġġ ekonomiku mhux dovut jew li l-Ftehim kellu effett detrimentali fuq l-istruttura tas-suq.

(70)

Skont informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Iżlandiżi, matul l-aħħar snin kien hemm it-tendenza li l-iżvilupp tal-ishma tas-suq naqqas id-differenza bejn l-akbar tliet kumpaniji fis-suq mobbli. B'mod partikolari, is-sehem tas-suq ta' Síminn waqa' minn 62 % fl-2005 għal 40 % fl-2011 u fl-2011 is-sehem tas-suq ta' Nova kien tela' għal 24 % minn 0 % fl-2007. Is-sehem tas-suq ta' Vodafone naqas minn 38 % fl-2005 għal 30 % fl-2011. Din ix-xejra kompliet fl-2012 u s-sehem tas-suq ta' dawk it-tliet kumpaniji saħansitra tqarrab aktar kif jidher fir-Rapport tal-Istatistika tal-PTA għas-snin 2010–2012 (50). Skont ir-Rapport, meta kien ġie kkalkolat l-għadd totali ta' abbonamenti, fl-aħħar tal-2012 is-sehem tas-suq ta' Síminn kien ta' 37,4 %, is-sehem tas-suq ta' Vodafone kien ta' 28,9 % u s-sehem tas-suq ta' Nova kien żdied għal 28,3 %.

(71)

L-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw ukoll li Síminn hija u li dak iż-żmien kienet taħt superviżjoni stretta mill-Awtorità Iżlandiża tal-Kompetizzjoni (“ICA”) u mill-PTA. L-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw li fis-26 ta' Marzu 2013 il-kumpanija prinċipali ta' Síminn, Skipti, għamlet ftehim mal-ICA li jiżgura li l-kompetituri ta' Síminn jkollhom l-istess aċċess għas-sistema ta' telekomunikazzjoni bażika ta' Skipti. Kwalunkwe indikazzjoni ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni twassal għal investigazzjoni formali f'isem l-awtoritajiet imsemmija hawn fuq. Din id-distorsjoni tista' twassal għal penali għal Síminn. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, ma hemm l-ebda investigazzjoni pendenti mill-ICA jew mill-PTA dwar il-proġett konċernat.

(72)

L-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw ukoll li l-proġett wessa' s-suq għall-atturi kollha fis-suq. Il-kompetituri ta' Síminn jiġu offruti aċċess għan-netwerk fil-livell tal-operaturi fuq termini ugwali. Għalhekk malli s-servizz sar disponibbli, l-operaturi interessati kollha setgħu joffru servizzi lill-klijenti finali bbażati fuq l-istess kundizzjonijiet u, skont l-informazzjoni provduta minn Síminn, għadd ta' kompetituri għandhom aċċess fil-livell tal-operaturi biex joffru jew servizz tal-ADSL jew tal-UMTS fil-livell tal-konsumatur. L-awtoritajiet Iżlandiżi jiġbdu wkoll l-attenzjoni għal allegati dikjarazzjonijiet żbaljati fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar talbiet mill-ilmentatur, Vodafone, għal aċċess fil-livell tal-operaturi u allegat rifjut minn Síminn li tagħti dan l-aċċess. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, il-fatt hu li l-aċċess mitlub għat-trażmettituri 3G ta' Síminn, 'l hekk imsejjaħ aċċess għal roaming, ma jagħmilx parti mill-proġett inkwistjoni. Síminn kienet lesta li tagħti lil Vodafone aċċess għat-trażmettituri 3G iżda ċaħdet li dan l-aċċess kien jagħmel parti mill-proġett.

(73)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Iżlandiżi jenfasizzaw li l-għanijiet ambizzjużi tal-proġett kienu li jiġi ntrodott il-broadband f'żoni rurali speċifiċi tal-Iżlanda. Dik il-mira ntlaħqet. L-Iżlanda hija grupp elit ta' nazzjonijiet li b'kunfidenza jista' jgħid li r-residenzi permanenti kollha tagħha għandhom aċċess għal servizzi tal-broadband. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, għandu jittieħed kont tal-fatt li l-proġett kien jinvolvi sa 1 788 binja, mifruxa fuq żona rurali kbira fl-Iżlanda u kien beda biss ftit xhur wara li l-Iżlanda ntlaqtet mill-akbar kriżi ekonomika fl-istorja tagħha. L-awtoritajiet Iżlandiżi huma kompletament konxji mill-obbligi tagħhom skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim ŻEE u mill-prattika deċiżjonali fil-qasam (li aktar tard ġiet inkorporata fil-Linji Gwida dwar il-Broadband) u ppruvat issegwihom f'kull stadju tal-proġett.

(74)

Kollox ma' kollox, l-awtoritajiet Iżlandiżi jikkonkludu li l-effett ġenerali tal-miżura għandu jitqies bħala pożittiv. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, il-miżura hija kjarament konformi mal-objettivi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE peress li tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi (servizzi tal-broadband għall-konsumaturi u għall-operaturi) f'żoni remoti u rurali tal-Iżlanda.

(75)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-awtoritajiet Iżlandiżi jsostnu li l-għajnuna potenzjali nvoluta fil-miżura hija kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

5.   KUMMENTI MINN SÍMINN

5.1.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-istat

(76)

Síminn ippreżentat il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, kif ukoll dokumenti addizzjonali, permezz ta' ittra datata l-20 ta' Diċembru 2013 (51). Síminn hija tal-fehma li l-finanzjament tal-introduzzjoni tas-servizzi tal-broadband inkwistjoni ma kienx jinvolvi għajnuna mill-istat. Skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, miżura trid tissodisfa ċerti kundizzjonijiet sabiex tkun tinkludi elementi ta' għajnuna mill-Istat. Síminn ma tqisx li dawn il-kondizzjonijiet kollha huma sodisfatti, speċjalment fid-dawl tan-nuqqas ta' vantaġġ ekonomiku għal Síminn.

(77)

Síminn tinnota li fis-sentenza Altmark tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat kjarifika dwar il-kundizzjonijiet li taħthom kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwixxix għajnuna mill-istat minħabba n-nuqqas ta' xi vantaġġ (52). Síminn issostni li l-miżura inkwistjoni tinvolvi l-finanzjament ta' servizz pubbliku u li l-erba' kriterji kumulattivi tat-test Altmark huma sodisfatti.

(78)

Skont Síminn, il-Ftehim inkwistjoni ma kien ta l-ebda vantaġġ ekonomiku lill-kumpanija li mar lil hinn mill-kundizzjonijiet tas-suq. L-użu ta' offerti pubbliċi kompetittivi, trasparenti u mhux diskriminatorji ġie meqjus biżżejjed biex jiġi preżunt li ma kienet ingħatat l-ebda għajnuna mill-Istat lill-operatur ekonomiku magħżul fil-proċedura, peress li l-prezz tas-suq huwa garantit (53). Il-proċedura tal-offerti stabbilixxiet erba' kriterji għall-valutazzjoni oġġetti. L-offerta valida li tikseb l-aktar punti tirbaħ l-offerta. Kull min kien interessat li jipparteċipa fil-proċedura ta' akkwist kien liberu jippreżenta offerta. L-offerta kienet teknoloġikament newtrali, jiġifieri miftuħa għas-soluzzjonijiet tekniċi kollha, sabiex ma jiġux favoriti xi operaturi fis-suq. Síminn irċeviet l-aktar punti u rebħet l-offerta. Għalhekk, il-kriterji ta' proċess ta' għażla kompetittiva u l-għażla tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kienu ġew sodisfatti. Síminn kienet ukoll l-offerent li offra li jipprovdi s-servizzi bl-inqas spiża għall-komunità.

(79)

Skont Síminn, it-tibdil li sar lill-kamp ta' applikazzjoni u lill-kumpens tal-Ftehim kien meħtieġ biex jiġu nklużi s-670 binja “bajda” addizzjonali u l-kumpens riżultanti. Il-kumpens għall-bini addizzjonali kien il-prezz ta' unità medju fl-offerta oriġinali minn Síminn. Għalhekk il-kumpens għall-bini addizzjonali għandu jitqies bħala estensjoni tal-offerta oriġinali, anke dan b'kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, Síminn tenfasizza li ma hemmx għajnuna mill-istat involuta peress li t-termini ġenerali ma kinux aktar favorevoli għal Síminn mit-termini tal-offerta oriġinali (54). Barra minn hekk, skont Síminn il-fatt li ġiet magħżula l-kumpanija li kellha l-aktar offerta baxxa u l-aktar ekonomikament vantaġġuża biex twettaq il-proġett, ma jistax awtomatikament jimplika li ġiet favorita impriża partikulari.

(80)

Skont Síminn, l-ispiża reali medja għal kull unità għal Síminn (l-ispiża għal kull binja) hija ta' ISK […] (*1), filwaqt li l-prezz ta' unità medju, riċevut minn Síminn, huwa ta' ISK 470 191. Kif ġie deskritt fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-prezz imħallas lil Síminn wara l-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni kien għadu konsiderevolment aktar baxx mill-prezz offrut minn offerenti oħra, u mill-prezz stmat mill-konsulenti tal-Fond bil-quddiem (55). S'issa Síminn irċeviet ISK 836 457 351, li jinkludi l-kumpens għas-670 binja addizzjonali u l-indiċjar tad-DKK. Vodafone għandha t-tieni offerta valida l-aktar baxxa fl-offerta għall-ammont ta' ISK 1 858 339 001, aktar mid-doppju tal-kumpens riċevut minn Síminn, anke meta jiġi nkluż il-bini addizzjonali u l-indiċjar tad-DKK.

(81)

Síminn issostni li l-kumpanija ma kinitx ibbenefikat minn ekonomiji ta' skala mill-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett. Anke jekk dan seta' kien il-każ f'ċerti żoni, minħabba l-lokazzjoni ħafna drabi mifruxa u ċ-ċirkustanzi tal-bini “abjad” fisser li, ġeneralment dan ma kienx il-każ. Għall-biċċa l-kbira tal-espansjoni Síminn kellha tiddisinja mill-ġdid partijiet kbar tal-proġett, għalkemm xi wħud mill-bini addizzjonali kien fl-istess żona bħall-bini fl-offerta oriġinali, jiġifieri r-rilokazzjoni ta' trażmettituri u ta' antenni. Għalhekk, skont Síminn, il-kumpanija ma kinitx gawdiet minn vantaġġ finanzjarju reali li kien poġġiha f'pożizzjoni aktar favorevoli mill-kompetituri tagħha (56).

(82)

Barra minn hekk, skont Síminn, il-fatt li l-kost attwali tal-proġett huwa aktar baxx mill-kost stmat, u li l-kumpens huwa kemm trasparenti u bbażat fuq il-kost, huwa evidenza li l-awtoritajiet Iżlandiżi kienu nkludew mekkaniżmu biex jiġi evitat kumpens żejjed.

(83)

Fid-dawl tal-argumenti preżentati hawn fuq, flimkien mal-argumenti preżentati mill-awtoritajiet Iżlandiżi, Síminn tqis l-miżura ma kinitx tinkludi għajnuna mill-istat.

5.2.   Il-kompatibbiltà tal-allegata għajnuna mill-istat

(84)

Kieku l-Awtorità kellha tqis li l-proġett għandu jiġi klassifikat bħala għajnuna mill-istat, Síminn issostni li l-miżuri għandhom jikkwalifikaw bħala għajnuna kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

(85)

Síminn issostni li l-proġett kien ġie mfassal b'tali mod li tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, billi fost oħrajn kwalunkwe parti terza tiġi żgurata aċċess fil-livell tal-operaturi. Dan l-aċċess fil-livell tal-operaturi jippermetti lill-fornituri terzi tas-servizz li jikkompetu b'mod attiv fis-suq, u b'hekk tissaħħaħ l-għażla u l-kompetizzjoni fiż-żoni konċernati mill-miżura, filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat il-ħolqien ta' monopolji reġjonali tas-servizz. In-netwerk tal-broadband kien ġie ddisinjat biex ikun newtrali, miftuħ u disponibbli għall-aċċess fil-livell tal-operaturi għall-operaturi interessati kollha fuq termini ugwali.

(86)

Skont Síminn, fil-Ftehim hemm obbligu ċar li l-kompetituri tagħha għandu jkollhom aċċess għall-infrastruttura u konsegwentement l-aċċess għall-operaturi ngħata mill-bidu tal-proġett (57). Skont Síminn, kien ġie deċiż li jintuża l-mudell ta' aċċess għall-ADSL, imsejjaħ “aċċess bit stream f'netwerks fissi”, għall-aċċess għall-ADSL fil-livell tal-operaturi kif ukoll ir-referenza għal mudell ta' aċċess għal 3G, minħabba li dak iż-żmien ma kienx hemm mudell ta' referenza magħruf għal 3G. Síminn tirrileva li l-linji gwida mill-PTA kienu ġew segwiti fir-rigward tal-aċċess għall-ADSL. Biex tkompli tispjega l-kwistjonijiet tekniċi relatati mal-aċċess għall-operaturi, Síminn ippreżentat ir-Rapport AM imsemmi hawn fuq (58). Skont ir-Rapport AM, hemm differenza fundamentali bejn l-aċċess għall-operaturi għal netwerk tad-DSL u għal netwerk tad-data 3G. Barra minn hekk, skont ir-Rapport AM, l-għażla eżistenti ta' interkonnessjoni wireless għall-operaturi fl-Iżlanda hija adegwata għall-fini tal-intervent speċifiku tal-kopertura tal-broadband tal-Iżlanda. Ir-Rapport AM jirreferi wkoll għall-fatt li fi proġett simili u konkorrenti Irlandiż tal-broadband kienet intużat l-istess soluzzjoni teknika għal aċċess għal 3G fil-livell tal-operaturi li kienet approvata mill-Kummissjoni Ewropea (59).

(87)

Skont Síminn, l-ilmentatur b'mod falz iddikjara li f'diversi okkażjonijiet kien talab aċċess għan-netwerk fil-livell tal-operaturi u dan mingħajr suċċess u li dan kien ta lil Síminn vantaġġ sinifikanti tal-innovatur. Síminn tenfasizza li Vodafone kienet talbet biss aċċess għal roaming għat-trażmettituri 3G ta' Síminn sabiex tipprovdi komunikazzjoni mobbli fuq 3G, li dan ma għandu l-ebda rabta mal-proġett inkwistjoni. Skont Síminn hija kienet offriet lil Vodafone aċċess għal roaming fuq 3G b'kundizzjonijiet tas-suq, iżda din ma kinitx lesta li tidħol fi ftehim. Skont Síminn, madankollu Vodafone ma kinitx talbitx aċċess fil-livell tal-operaturi jew għal rivendita għal servizzi tal-internet b'veloċità għolja, permezz ta' UMTS, ADSL u satellita, għaż-żoni konċernati fil-proġett.

(88)

Síminn issostni li l-proġett inkwistjoni ma kellu l-ebda effett jew ftit li xejn kellu effett fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ. Skont Síminn, xejn ma kien ġie ppreżentat fil-każ biex jindika li l-kumpanija kienet kisbet xi vantaġġ ekonomiku mhux dovut jew li l-Ftehim kellu effett detrimentali fuq l-istruttura tas-suq.

(89)

Síminn tinnota li l-proġett jikkonċerna biss lil dawk il-kumpaniji u individwi li jgħixu fiż-żoni konċernati. Il-bini huwa mifrux madwar il-pajjiż u ma għandux jitqies bħala suq speċjali. Pjuttost, jagħmel parti mis-suq sħiħ Iżlandiż tal-broadband. Fl-Iżlanda hemm aktar minn 109 000 konnessjoni tal-internet b'veloċità għolja. Il-proġett jittratta l-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali tal-Iżlanda għal għadd totali ta' 1 788 binja. Minn dawn l-1 788 binja, 1 050 għandhom abbonament għas-servizz tal-broadband, li minnhom 559 huma broadband offrut permezz ta' UMTS. Għalhekk il-proġett jaffettwa biss 0,96 % tas-suq rilevanti u l-559 binja konnessa mal-UMTS ta' 0,51 % biss.

(90)

Barra minn hekk, Síminn tinnota li dak iż-żmien kienet u li għadha taħt superviżjoni stretta mill-Awtorità Iżlandiża tal-Kompetizzjoni (“ICA”) u mill-PTA. Fit-8 ta' Marzu 2013, Síminn, il-kumpanija prinċipali tagħha Skipti u Míla, anke hija sussidjarja ta' Skipti, laħqu ftehim mal-ICA, segwit minn deċiżjoni nru. 6/2013 tal-ICA li ġiet ippubblikata fis-26 ta' Marzu 2013, li jiżgura li l-kompetituri ta' Síminn u ta' Míla jkollhom l-istess aċċess għan-netwerks ewlenin tat-telekomunikazzjoni fissa tas-sussidjarji ta' Skipti. Għalhekk kwalunkwe indikazzjoni ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni min-naħa ta' Síminn kienet se twassal għal investigazzjoni formali f'isem l-awtoritajiet imsemmija hawn fuq.

(91)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, Síminn tikkonkludi li l-effett globali tal-miżura għandu jitqies bħala pożittiv. Huwa ċar li l-miżura hija konformi mal-objettivi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE peress li tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi (servizzi tal-broadband għall-konsumaturi u għall-operaturi) f'żoni remoti u rurali tal-Iżlanda. Síminn temmen li l-proġett kien ġie ddisinjat b'tali mod li tiġi minimizzata kwalunkwe għajnuna potenzjali mill-istat involuta u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għalhekk, Síminn issostni li kieku l-Awtorità kellha tqis li l-miżura tinkludi għajnuna mill-istat, l-għajnuna potenzjali hija kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

6.   KUMMENTI MILL-ILMENTATUR (VODAFONE)

(92)

Permezz ta' ittra datata t-23 ta' Diċembru 2013, l-Awtorità rċeviet kummenti u aktar dokumenti minn Vodafone (60). Skont l-ilment, permezz tal-Ftehim konkluż bejn iż-żewġ partijiet, Síminn kienet ingħatat għajnuna illegali mill-istat mill-Fond. L-ilmentatur isostni li l-proċedura ta' ħruġ ta' offerti kienet difettuża peress li, fuq talba minn Síminn, fil-Ftehim finali bejn Síminn u l-Fond kien sar tibdil sinifikanti li kien favorevoli ħafna għall-kumpanija.

(93)

B'referenza għall-fatt li l-offerta ta' Síminn kienet sinifikament aktar baxxa mill-offerti preżentati minn partijiet oħra, skont l-ilmentatur f'dan il-każ ma tistax tiġi eskluża għajnuna mill-istat. L-ewwel nett, huwa ċar li wara r-reviżjoni tal-proġett l-offerenti l-oħra ma kellhomx l-opportunità li jissottomettu offerti ġodda. It-tieni nett, huwa ċar li minħabba ż-żieda sinifikanti fil-ħlasijiet bħala riżultat tat-tibdil li sar, ma jistax jiġi eskluż li impriżi kompetituri setgħu ppreżentaw offerti baxxi għall-proġett mibdul.

(94)

L-ilmentatur isostni li l-aċċess mandat mill-Ftehim finali kien limitat għal aċċess għal rivendita minflok għall-aċċess għall-operaturi kif kien oriġinarjament preskritt fid-dokument tal-offerta (61). L-ilmentatur isostni li f'diversi okkażjonijiet kien talab aċċess għan-netwerk fil-livell tal-operaturi u dan mingħajr suċċess (62). Barra minn hekk, l-ilmentatur jinnota li t-tweġibiet dwar ir-rekwiżit għall-aċċess li rċieva mill-Fond ma kinux adegwati. Skont l-ilmentatur dan wassal għal distorsjoni inaċċettabbli tal-kompetizzjoni u ta lil Síminn vantaġġ sinifikanti tal-innovatur fis-suq rilevanti.

(95)

Skont l-ilmentatur, ma hemm xejn li jwaqqaf lil Síminn milli toffri aċċess għal roaming għan-netwerk tal-UTMS. Hemm tliet għażliet ġenerali biex l-operaturi jkollhom aċċess ibbażat fuq standards tan-netwerk GSM u aktar tard tal-UMTS/3G, jiġifieri aċċess għall-konsumaturi, aċċess għal roaming fil-livell tal-operaturi u aċċess għal netwerk virtwali.

(96)

L-ilmentatur jinnota li Síminn ma spjegatx kif is-servizz se jkun f'riskju jekk il-kumpannija tipprovdi aċċess għal roaming għan-netwerks tal-UMTS/3G tagħha. Skont l-ilmentatur, Síminn ma tipproduċix it-tagħmir aħħari tagħha, li jsir minn diversi produtturi madwar id-dinja u jista' jintuża u jinxtara mill-atturi kollha fis-suq. Fir-rigward tal-kwalità tas-servizz ma jimpurtax jekk dan jinkludix SIM kard minn Síminn jew minn Vodafone jew minn xi kumpanija oħra tat-telekomunikazzjoni. Skont l-ilmentatur, il-kwalità hija l-istess.

(97)

Vodafone tinnota li hija preżentat diversi talbiet lil Síminn għal aċċess għan-netwerk tal-UTMS iffinanzjat mill-Fond għat-Telekomunikazzjoni. Kien biss f'Settembru 2010, wara ħafna laqgħat u ittri formali, li Síminn offriet lil Vodafone aċċess għal roaming għan-netwerk tal-UTMS. Madankollu, l-aċċess offrut kien b'tali termini li kien ikun aktar vijabbli għall-Vodafone li tibni n-netwerk tagħha stess fiż-żona koperta mill-programm. Skont l-offerta Vodafone ġiet offruta tħallas tariffa ta' ISK 1 500 000 fis-sena għal kull trażmettitur li għalih kienet talbet aċċess.

(98)

Barra minn hekk, skont l-ilmentatur mhuwiex ċar jekk il-postijiet addizzjonali kienux se jwasslu għal żieda sinifikanti fil-kost lavorattiv. Għalhekk, il-ġustifikazzjoni għall-ħlas żejjed ma tistax tkun ibbażata biss fuq iż-żieda fil-postijiet. F'dan ir-rigward, għandu jitqies ukoll li t-tibdil lill-ftehim kien stabbilixxa perjodu itwal ta' introduzzjoni jiġifieri minn 12 sa 18-il xahar. Fih innifsu t-tibdil fil-perjodu ta' introduzzjoni jkun opportunità biex jiġi razzjonalizzat l-użu ta' persunal li min-naħa tiegħu, skont l-ilmentatur, inaqqas il-kost lavorattiv. Barra minn hekk, l-ilmentatur isostni li t-tibdil lid-dispożizzjonijiet dwar il-penali jissuġġerixxi t-tnaqqis tal-ispejjeż li normalment jitħallsu minn impriża.

(99)

L-ilmentatur jinnota wkoll li l-Artikolu 12 tad-dokumenti tal-offerta jistipula l-għoti ta' garanzija bankarja għal pretensjonijiet ta' responsabbiltà mingħajr prova ta' ħtija. Madankollu, l-Artikolu 13 tal-Ftehim ma jistipula ebda garanzija bħal din, u jirreferi biss għar-responsabbiltà ta' Síminn skont ir-regoli ġenerali tal-liġi tal-obbligi. Din il-bidla tissuġġerixxi wkoll tnaqqis tal-ispejjeż li normalment jitħallsu minn impriża. Għalhekk, għandhom jiġu vvalutati l-benefiċċji tar-rinunzja ta' garanzija bankarja, jiġifieri l-kost tal-provvista ta' tali garanzija fil-ħarifa tal-2008.

(100)

L-ilmentatur jenfasizza li l-Ftehim wassal għal distorsjoni sinifikanti, kontinwa u li għadha għaddejja tal-kompetizzjoni fis-suq. Skont l-ilmentatur, il-miżura ma taffettwax biss il-kompetizzjoni f'żoni rurali tal-Iżlanda, iżda taffettwa s-suq kollu peress li wieħed mill-kriterji li l-klijenti jużaw meta jkunu qed jagħżlu kumpanija tat-telekomunikazzjoni hija l-firxa tan-netwerk u tas-servizz. F'dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li Síminn kienet irreklamat il-kumpanija bħala l-kumpanija bl-aktar konnessjonijiet tan-netwerk mifruxa disponibbli fl-Iżlanda.

(101)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, l-ilmentatur isostni li l-kundizzjonijiet kollha biex il-miżura tinvolvi għajnuna mill-Istat skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE huma sodisfatti. Barra minn hekk, l-ilmentatur isostni li l-allegata miżura ta' għajnuna ma tikkwalifika għall-ebda eżenzjoni relevanti u għalhekk għandha titqies bħala inkompatibbli mal-Ftehim ŻEE.

7.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

7.1.   Hringiðan ehf.

(102)

Hringiðan tat kumment dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz ta' ittra datata t-18 ta' Lulju 2013 (63). Fil-kummenti tagħha, Hringiðan tenfasizza li t-tibdil li sar fil-Ftehim bejn Síminn u l-Fond mid-dokumenti tal-offerta pubblikati mill-STC fi Frar 2008. Per eżempju, Hringiðan tinnota li fid-dokumenti tal-offerta l-veloċità tal-aċċess kienet definita bħala ta' 2 Mb/s jew aktar, iżda fil-Ftehim ma kienx hemm definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi aċċess b'veloċità għolja. Hringiðan tikkwota wkoll tibdil ieħor li sar lill-Ftehim, bħaż-żieda fil-perjodu ta' espansjoni, l-espansjoni taż-żona ta' introduzzjoni, iż-żieda fil-ħlas u l-indiċjar tal-pagamenti, minflok l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur.

(103)

Barra minn hekk, Hringiðan issostni li Síminn ma kinitx obbligata tipprovdi garanzija bankarja għal pretensjonijiet ta' responsabbiltà, minkejja li fl-Artikolu 12 tad-dokumenti tal-offerta hemm obbligu ċar biex tagħmel hekk (64). Skont Hringiðan, wara l-kriżi ekonomika fl-Iżlanda l-ebda bank ma seta' jipprovdi biżżejjed garanziji bankarji lil kumpaniji privati li setgħu jissodisfaw il-kriterji tal-offerta imposti mill-STC. Għalhekk, skont Hringiðan, jidher li waqt il-proċedura tal-offerti, Síminn ma setgħetx tipprovdi garanzija bankarja vinkolanti u li għalhekk il-garanzija li provdiet ma kinitx vinkolanti fuq il-bank emittenti.

(104)

Skont Hringiðan, dan it-tibdil huwa kollu favorevoli għal Síminn u għalhekk il-Ftehim jikkostitwixxi għajnuna mill-istat li hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

7.2.   Nova ehf.

(105)

Nova preżentat kummenti lill-Awtorità permezz ta' ittra datata t-18 ta' Diċembru 2013 (65). Skont Nova, il-miżura inkwistjoni ma tgħaddix mit-test ta' bbilanċjar minħabba li hemm nuqqas ta' obbligu ċar u effettiv li jingħata aċċess għall-operaturi bi prinċipji definiti b'mod ċar ta' pprezzar. Skont Nova, dan jagħti lil Síminn vantaġġ sproporzjonat li jikkawża distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(106)

Nova tenfasizza li l-aċċess effettiv għall-operaturi lil partijiet terzi għal infrastruttura sussidjata tal-broadband ikun mandatorju huwa komponent meħtieġ ta' kwalunkwe miżura mill-istat biex jiġi finanzjat il-bini ta' infrastruttura ġdida tal-broadband. Biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq tat-telekomunikazzjoni fejn ikun hemm involuta għajnuna mill-istat, operaturi terzi għandhom jingħataw aċċess effettiv fil-livell tal-operaturi b'mod teknoloġikament newtrali u raġonevolment adattat għall-ħtiġijiet ta' aċċess tagħhom.

(107)

Skont Nova, it-termini tal-Ftehim ġew mibdula mid-dokumenti tal-offerta u Síminn kienet ġiet biss obbligata tipprovdi aċċess għan-netwerk tal-ADSL fil-livell tal-operaturi, u l-aċċess mandat għan-netwerk tal-UMTS/3G kien limitat biss għal aċċess għal rivendita. Skont Nova, la l-awtoritajiet Iżlandiżi u lanqas Síminn ma tat spjegazzjoni għaliex huwa teknikament neċessarju li Síminn jkollha aċċess u kontroll sħiħ tan-netwerk tal-UMTS sabiex tipprovdi l-livelli preskritti ta' kwalità u ta' servizz u minħabba f'hekk tipprovdi biss aċċess għal rivendita.

(108)

Fl-opinjoni ta' Nova, il-nuqqas ta' obbligu ċar li jingħata aċċess effettiv għall-operaturi, jagħti lil Síminn vantaġġ kompetittiv fir-rigward tal-parti tan-netwerk 3G li nbniet skont il-Ftehim. Jagħti wkoll lil Síminn vantaġġ kompetittiv fis-suq kollu tal-konsumaturi minħabba ż-żieda fil-kopertura ġenerali tan-netwerks mobbli ta' Síminn. Dan jippermetti lil Síminn li tibni klijentela ta' utenti finali u żżid l-ishma tas-suq mingħajr kompetizzjoni effettiva minn operaturi terzi. Barra minn hekk, anke kieku Nova kellha tikseb aċċess għal rivendita għan-netwerk tal-UMTS/3G, Nova ma tkunx tista' tiddiferenzja s-servizzi tagħha fil-livell tal-konsumatur f'termini ta' prezz jew karatteristiċi tas-servizz minn dawk li tipprovdi Síminn.

(109)

Skont Nova, f'diversi okkażjonijiet kienet talbet aċċess għan-netwerk 3G ta' Síminn fil-livell tal-operaturi iżda mingħajr suċċess. Għalhekk, skont Nova, qatt ma kien hemm rieda min-naħa ta' Síminn li tipprovdi aċċess raġonevoli għan-netwerk lil Nova.

(110)

Barra minn hekk, Nova tinnota li fit-taħditiet tagħha ma' Síminn ma kien hemm xejn li jissuġġerixxi li l-aċċess għan-netwerk fil-livell tal-operaturi kien se jkun teknikament diffiċli jew impossibbli. Skont Nova dan jidher li jindika li ma tistax tiġi razzjonalizzata l-ħtieġa teknika msemmija hawn li Síminn għandu jkollha aċċess u kontroll sħiħ tan-netwerk tal-UTMS sabiex tipprovdi l-livelli preskritti ta' kwalità u ta' servizz.

(111)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, Nova ssostni li Síminn kienet ingħatat vantaġġ inġust li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jmur kontra l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

8.   TWEĠIBIET MILL-AWTORITAJIET IŻLANDIŻI GĦALL-KUMMENTI MILL-ILMENTATUR U MINN PARTIJIET INTERESSATI

8.1.   Tweġiba għal kummenti riċevuti mill-ilmentatur (Vodafone)

(112)

L-awtoritajiet Iżlandiżi ppreżentaw il-kummenti u l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kummenti mill-ilmentatur u minn partijiet interessati permezz ta' ittra datata t-28 ta' Frar 2014 (66). L-awtoritajiet Iżlandiżi jqisu li huwa ferm improbabbli li ż-żieda fil-kamp ta' applikazzjoni kienet se twassal għal offerta aktar baxxa minn Vodafone, jew minn impriżi kompetituri oħra dwar dik il-kwistjoni. Kif intwera fil-premessa 18 hawn fuq, Vodafone preżentat żewġ offerti għall-konnessjoni tal-1 118-il binja oriġinarjament identifikati fid-dokumenti tal-offerta. L-ewwel offerta minn Vodafone kienet tammonta għal madwar ISK 2.2 biljuni u t-tieni offerta kienet tammonta għal madwar ISK 1.8 biljuni. Madankollu l-offerta oriġinali minn Síminn kienet tammonta għal ISK 379 miljun, li rriżultat f'madwar ISK 606 miljun f'prezz aġġustat għall-kamp ta' applikazzjoni finali ta' 1 788 sit, jiġifieri nklużi s-670 binja addizzjonali. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, huwa loġiku li wieħed jassumi li offerta aġġustata minn Vodafone kienet tkun sostanzjalment ogħla mill-offerta oriġinali, minħabba ż-żieda fil-kamp ta' applikazzjoni u l-kost tat-tagħmir.

(113)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, id-dikjarazzjoni tal-ilmentaturi li l-lokazzjonijiet addizzjonali mhux neċessarjament kienu jinvolvu żieda fl-ispejjeż hija infondata. Síminn ikkonfermat mal-awtoritajiet Iżlandiżi li l-lokazzjonijiet addizzjonali kienu żiedu l-kost tal-proġett. Iż-żieda fl-ispejjeż kienet dovuta għall-fatt li l-lokazzjonijiet addizzjonali kienu ġeografikament differenti mill-postijiet oriġinali u kienu mifruxa fuq żoni kbar fl-Iżlanda.

(114)

L-awtoritajiet Iżlandiżi tennew li l-għan maħsub tal-proġett inkwistjoni ma kienx li jiġu provduti servizzi ta' data mobbli jew servizzi ta' telefonija mobbli, eż. servizzi ta' “roaming fuq 3G”, li fl-ebda ħin ma kienu ntiżi jkunu parti mill-proġett. Minn dan ta' hawn fuq isegwi, li d-dokumenti tal-offerta ma kienux jeħtieġu xi forma ta' aċċess għal roaming bħala parti mis-soluzzjoni provduta. Il-Ftehim ma' Síminn bl-ebda mod, għamla jew forma ma biddel dan. Għalhekk il-problemi tekniċi assoċjati mal-offerta ta' aċċess għal roaming mhumiex rilevanti għal dan il-proġett partikulari peress li l-aċċess għal roaming mobbli qatt ma kien parti mill-proġett. L-awtoritajiet Iżlandiżi jenfasizzaw li l-“kriterju espliċitu fl-offerta dwar l-aċċess għall-operaturi” ma kienx tneħħa u huwa rifless fil-Ftehim ma' Síminn. Madankollu, skont it-teknoloġija użata fil-proġett, jiġifieri ADSL jew UMTS/3G, jintużaw metodi differenti għall-introduzzjoni ta' aċċess għall-operaturi. Għalhekk fl-opinjoni tal-awtoritajiet Iżlandiżi l-kwistjoni ġenerali dwar l-aċċess għall-operaturi tidher li hija bbażata fuq malintiż fundamentali li l-aċċess għal roaming kellu jkun parti mill-proġett.

(115)

Fir-rigward tal-metodoloġija għall-prezz ta' unità medju, l-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw li hija bbażata fuq il-kapitolu 2.3.4 tad-dokumenti tal-offerta, intitolat “Konnessjonijiet ġodda u l-obbligu ta' konnessjoni”. Dak il-kapitolu speċifikament jobbliga l-użu ta' metodu għall-prezz medju meta jkun qed jiġi vvalutat il-kost għal siti ġodda li jiżdiedu mal-proġett. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, dan l-approċċ huwa wkoll konformi mal-prattika rikonoxxuta fil-liġi kuntrattwali Iżlandiża.

(116)

Fl-aħħar nett, skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, il-Fond irċieva garanzija bankarja kompletament valida mill-bank New Kaupþing (issa Arion bank hf.), datata s-17 ta' Frar 2009, li hija nkluża bħala anness għall-ftehim finali.

8.2.   Tweġiba għall-kummenti riċevuti minn Hringiðan ehf.

(117)

L-awtoritajiet Iżlandiżi jirrifjutaw l-argumenti mressqa minn Hringiðan kemm dwar l-eżistenza ta' għajnuna mill-istat u l-argumenti marbuta mal-fatt li l-allegata għajnuna mill-istat hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. L-awtoritajiet Iżlandiżi identifikaw diversi żbalji fattwali fil-preżentazzjoni ta' Hringiðan u jħossu l-ħtieġa li dawn jiġu ndirizzati.

(118)

Dwar is-suġġett ta' garanziji bankarji, skont l-awtoritajiet Iżlandiżi d-dikjarazzjoni li l-bank Glitnir ipprovda lill-awtoritajiet Iżlandiżi f'isem Hringiðan ma kinitx biżżejjed peress li kienet tgħid biss li l-bank Glitnir kien “lest jikkunsidra jagħti garanzija”, filwaqt li l-offerent rebbieħ Síminn kien kapaċi jikseb garanzija valida mill-bank New Kaupþing. Il-garanzija provduta minn Síminn kienet tgħid li New Kaupþing Bank kien tabilħaqq lest li “jipprovdi garanzija bankarja għall-proġett”. L-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw ukoll li d-dokument provdut minn Hringiðan kien ġie preżentat ħafna wara l-iskadenza tal-iskadenza estiża.

(119)

L-awtoritajiet Iżlandiżi jenfasizzaw li l-offerta li saret minn Hringiðan għall-kamp ta' applikazzjoni oriġinali ta' 1 119-il binja kienet sostanzjalment ogħla mill-offerta magħżula, ISK 1 297 257 098 meta mqabbla mal-offerta minn Síminn li kienet ta' ISK 379 000 000. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi jinnotaw li l-ammont li fl-aħħar nett ġie miftiehem bejn l-awtoritajiet Iżlandiżi u Síminn wara ż-żieda fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett xorta għadu aktar baxx mill-offerta li saret minn Hringiðan.

8.3.   Tweġiba għall-kummenti riċevuti minn Nova ehf.

(120)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, il-Ftehim kjarament jistipula l-valur minimu tal-perċentwali ta' tnaqqis għall-operaturi li Síminn għandha toffri lil fornituri oħra tas-servizzi. Madankollu Síminn hija libera tinnegozja rati ogħla ta' skontar. L-awtoritajiet Iżlandiżi jtennu li l-aċċess għal roaming għall-parti UMTS/3G tan-netwerk mhuwiex parti mill-proġett u għalhekk l-aċċess għall-proġett fil-livell tal-operaturi ma jinkludix aċċess għal roaming. Għalhekk l-eżitu ta' negozjati preċedenti bejn Síminn u Nova dwar l-aċċess għal roaming jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett.

(121)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi ma jaqblu xejn mad-dikjarazzjoni ta' Nova, li t-tweġibiet tal-Fond datati t-23 ta' Lulju 2009 ma kienx adegwati u sempliċiment injoraw il-kwistjonijiet sottostanti. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, it-tweġiba mill-Fond hija pjuttost ċara dwar il-kwistjoni tar-roaming mobbli fuq 3G, li tidher li hija l-kwistjoni sottostanti prinċipali tal-ilment u ta' tweġibiet sussegwenti minn operaturi tas-suq. It-tweġiba tgħid: “Dan il-kuntratt ma jkoprix servizzi ta' telefonija mobbli fuq 3G jew servizzi mobbli tal-broadband lill-bini identifikat jew liż-żona tal-madwar. Fil-fatt is-servizz kuntrattat jiġi mwassal minn port ta' router fil-ħitan tad-djar jew tal-postijiet tax-xogħol. Servizzi oħra li huma jew li possibbilment se jkunu offruti mill-bejjiegħa ta' trażmettituri 3G huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kuntratt.”.

II.   VALUTAZZONI

1.   IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(122)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jaqra kif ġej:

“Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim.”

(123)

Dan jimplika li miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti b'mod kumulattiv: il-miżura: (i) tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-istat; (ii) tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-benefiċjarju; (iii) jista' jkollha impatt fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u tiddistorti l-kompetizzjoni.

(124)

Fil-kapitoli li ġejjin il-finanzjament mill-istat tal-proġett imsemmi hawn fuq se jiġi valutat fir-rigward ta' dawn il-kriterji.

1.1.   Preżenza ta' riżorsi tal-Istat

(125)

Skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE l-miżura għandha tingħata mill-Istat jew minn riżorsi statali sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(126)

Għall-fini tal-Artikolu 61(1), l-Istat ikopri l-korpi kollha tal-amministrazzjoni statali, mill-gvern ċentrali sal-livell amministrattiv jew l-aktar livell amministrattiv baxx kif ukoll impriżi u korpi pubbliċi (67).

(127)

Kif ġie deskritt hawn fuq, il-Fond huwa stabbilit bil-liġi u huwa propjetà tal-Istat Iżlandiż li jalloka riżorsi lill-Fond mill-baġit annwali tal-Istat. Għalhekk, l-ewwel kriterju tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huwa ssodisfat.

1.2.   Impriża

(128)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, il-miżura trid tagħti vantaġġ lil xi impriża. Impriżi huma entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom u mill-mod kif ikunu ffinanzjati (68). Attivitajiet ekonomiċi huma attivitajiet li jikkonsistu fl-offerta ta' oġġetti jew ta' servizzi f'suq (69).

(129)

Síminn hija l-akbar operatur tat-telekomunikazzjoni tal-Iżlanda, li toffri servizzi bħal servizzi mobbli, tat-telefon fiss, tal-internet u tat-TV fis-suq Iżlandiż. Għalhekk huwa ċar li kwalunkwe għajnuna nvoluta fil-Ftehim bejn Síminn u l-Fond ġiet mogħtija lil impriża.

1.3.   Preferenzi għal ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti

(130)

L-ewwel nett, il-miżura ta' għajnuna trid tagħti vantaġġ ekonomiku lill-impriża benefiċjarja, li kieku ma kinitx tikseb b'kundizzjonijiet normali tas-suq (70). Miżura ta' għajnuna mill-istat tista' tieħu diversi forom, u għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-effetti tagħha (71). L-aktar forma komuni ta' tali vantaġġ huwa l-għoti ta' sussidju, jiġifieri ħlas fi flus kontanti jew in natura li jkun sar insostenn ta' intrapriża li ma jkunx il-ħlas mill-akkwirent jew mill-konsumatur għall-oġġetti jew għas-servizzi, li tipproduċi (72).

(131)

Fil-każ preżenti, il-finanzjament tal-proġett mill-awtoritajiet pubbliċi ta vantaġġ ekonomiku lill-fornitur magħżul tan-netwerk li normalment ikun kopert mill-baġit tiegħu, u ppermetta lill-operatur magħżul li jipprovdi network tal-broadband b'kundizzjonijiet li ma jkunux disponibbli mod ieħor fis-suq. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li l-appoġġ finanzjarju ippermetta lil Síminn, bħala l-offerent rebbieħ, li twettaq l-attivitajiet kummerċjali tagħha fir-rigward tan-netwerk b'kundizzjonijiet li altrimenti ma kinux ikunu jeżistu fin-nuqqas tal-miżura (73).

(132)

Għalkemm hemm it-tendenza li proċedura kompetittiva ta' ħruġ ta' offerti tnaqqas l-ammont ta' sostenn finanzjarju meħtieġ u jiġu evitati profitti eċċessivi, a prima facie l-għajnuna se tippermetti lill-operatur li joffri servizzi minn tarf għall-ieħor bi prezzijiet aktar baxxi milli kieku kellu jġorr l-ispejjeż kollha huwa stess u b'hekk jattira aktar konsumaturi milli taħt kondizzjonijiet normali tas-suq. L-operatur magħżul se jakkwista wkoll sjieda tan-netwerk, kif ukoll ta' assi tanġibbli u intanġibbli oħra b'fondi tal-Istat (eż. tagħmir, relazzjonijiet mal-klijenti), anke wara l-ħajja tal-proġetti. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa ċar li kien ingħata vantaġġ ekonomiku lill-operatur magħżul (74).

(133)

Barra minn hekk, l-Awtorità tinnota li l-għan tal-miżura huwa li tittejjeb il-provvista ta' servizzi eżistenti tal-broadband lil utenti residenzjali kif ukoll lil utenti kummerċjali fiż-żoni konċernati. Filwaqt li utenti residenzjali mhumiex suġġetti għal regoli dwar l-għajnuna mill-istat, fl-aħħar mill-aħħar in-negozji fiż-żoni fil-mira se jibbenefikaw mill-kopertura u mis-servizzi mtejba tal-broadband meta mqabbla ma' dawk li kieku jiġu provduti fuq bażi purament kummerċjali.

(134)

It-tieni nett, il-miżura ta' għajnuna trid tkun selettiva, fis-sens li trid tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti”. Il-finanzjament pubbliku tan-netwerk tal-broadband f'żoni rurali tal-Iżlanda ngħata lil Síminn, bħala l-offerent rebbieħ. Peress li Síminn hija l-unika benefiċjarja tal-fondi mill-istat, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżura hija selettiva.

1.4.   Tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

(135)

Biex miżura titqies bħala għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun tali li tista' toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE.

(136)

Skont każistika stabbilita, ma hemmx għalfejn jiġi stabbilit li l-għajnuna għandha effett reali fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE u li l-kompetizzjoni verament qed tiġi mgħawwġa, iżda sempliċiment li jiġi eżaminat jekk l-għajnuna hijiex probabbli li taffettwa dan il-kummerċ u tgħawweġ il-kompetizzjoni (75). Barra minn hekk, mhuwiex neċessarju li l-benefiċjarju tal-għajnuna nnifsu jkun involut f'kummerċ fiż-ŻEE. Anki sussidju pubbliku li jingħata lil impriża, li tipprovdi biss servizzi lokali jew reġjonali u ma tipprovdix servizzi barra mill-istat tal-oriġini tagħha, jista' xorta jkollu effett fuq il-kummerċ jekk din l-attività interna tista' tiżdied jew tinżamm bħala riżultat tal-għajnuna, bil-konsegwenza li jiġu mnaqqsa l-opportunitajiet għal impriżi stabbiliti f'Partijiet Kontraenti oħra (76).

(137)

L-involviment pubbliku għat-tnedija ta' infrastruttura għall-provvediment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jbiddel il-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq billi jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-fornitur magħżul tan-netwerk fir-rigward tal-kompetituri tiegħu.

(138)

Il-benefiċjarju tal-miżura se jkun attiv fit-tnedija ta' infrastruttura għal-netwerk tal-broadband f'suq li fih parteċipanti minn Stati oħra taż-ŻEE jistgħu jidħlu direttament jew permezz ta' involviment finanzjarju. B'mod ġenerali, is-swieq għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika (inkluż is-swieq tal-broadband għall-operaturi u għall-konsumaturi) huma miftuħa għall-kummerċ u għall-kompetizzjoni bejn l-operaturi u l-fornituri tas-servizz madwar iż-ŻEE.

(139)

Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżura tista' tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ fiż-ŻEE.

1.5.   Il-finanzjament ta' servizz pubbliku u t-test Altmark

(140)

L-awtoritajiet Iżlandiżi u Síminn huma tal-fehma li l-kontribuzzjoni tista' tiġi karatterizzata bħala l-iffinanzjar ta' servizz pubbliku; li l-erba' kriterji kumulattivi tat-“test Altmark” huma sodisfatti, u li għal dik ir-raġuni, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat.

(141)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Altmark provdiet kjarifika dwar il-kundizzjonijiet li taħthom kumpens ta' servizz pubbliku ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, minħabba n-nuqqas ta' kwalunkwe vantaġġ (77). Madankollu, f'każ partikulari, biex dan il-kumpens jevita li jiġi kwalifikat bħala għajnuna mill-Istat, għandhom ikunu sodisfatti erba' kundizzjonijiet ewlenin, komunement magħrufa bħala l-kriterji Altmark  (78).

(142)

L-erba' kriterji kumulattivi tat-test Altmark huma: (i) il-benefiċjarju ta' mekkaniżmu ffinanzjat mill-Istat għal SIEĠ jrid jiġi fdat formalment bil-forniment u t-twettiq ta' SIEĠ, li l-obbligi tiegħu jridu jiġu identifikati b'mod ċar; (ii) il-parametri għall-ikkalkular tal-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b'metodu oġġettiv u trasparenti, biex jiġi evitat li dan jagħti vantaġġ ekonomiku li jista' jiffavorixxi lill-impriża li qed tirċievi l-finanzjament meta mqabbla ma' kumpaniji li qed jikkompetu magħha; (iii) il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, li jkunu ġġarrbu fit-twettiq tas-SIEĠ, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli talli jitwettqu dawk l-obbligi; u (iv) fejn il-benefiċjarju ma jiġix magħżul skont il-proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell ta' kumpens mogħti jrid jiġi determinat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika mmexxija tajjeb kienet iġġarrab fit-twettiq ta' dawk l-obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti u profitt raġonevoli.

(143)

Ġeneralment, l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE għandhom diskrezzjoni wiesgħa fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' servizz bħala SIEĠ, filwaqt li jsegwu l-każistika rilevanti li tistipula l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu rispettati (79). Il-provvista ta' kopertura adegwata tal-broadband għaċ-ċittadini kollha fiż-żona fejn ma jkun hemm l-ebda operatur ieħor li jkun qed jipprovdi, jew li sejjer jipprovdi, servizzi bħal dawn fil-futur qarib, tista' tiġi karatterizzata bħala SIEĠ (80). Għalhekk, fil-prinċipju, il-kumpens ta' servizz pubbliku jista' jingħata lil impriża fdata bil-bini u t-tħaddim ta' netwerk tal-broadband. Skont il-paragrafu 16 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, dan jista' jkun il-każ fejn ikun jista' jintwera li fil-futur qarib (perjodu ta' tliet snin) investituri privati jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jipprovdu kopertura adegwata tal-broadband liċ-ċittadini jew lill-utenti kollha u b'hekk parti sinifikanti mill-popolazzjoni tibqa' mingħajr konnessjoni. Konsegwentement, netwerk iffinanzjat minn fondi pubbliċi stabbilit f'żoni bojod għall-utenti potenzjali kollha, kummerċjali jew privati, jista' jiġi finanzjat permezz ta' kumpens ta' servizz pubbliku. Madankollu, iridu jiġu sodisfatti għadd ta' kundizzjonijiet, b'mod partikolari dawk stabbiliti fil-paragrafi 17 sa 23 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(144)

L-awtoritajiet Iżlandiżi ddeskrivew ir-raġunijiet għaliex, fl-interess ekonomiku ġenerali, l-introduzzjoni ta' netwerk tal-broadband f'żoni rurali li mhumiex qed jingħataw servizz permezz ta' investiment privat trid tiġi ffinanzjata mill-Istat. Wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati permezz ta' twettiq ta' eżerċizzju ta' mmappjar u analiżi tal-kopertura, ġie stabbilit li fit-tliet snin li ġejjin il-bini inkwistjoni ma kienx se jiġi mgħammar b'infrastruttura għal servizz ta' internet b'veloċità għolja b'kundizzjonijiet tas-suq. L-awtoritajiet Iżlandiżi enfasizzaw għaliex iqisu li huwa importanti li tiġi evitata “qasma diġitali” bejn żoni urbani u dawk rurali.

(145)

L-ekonomiji tal-provvista tal-broadband huma tali li għas-suq mhux dejjem se jkun profitabbli li jinvesti fiż-żoni kollha tiegħu. Minħabba l-ekonomiji ta' densità, ġeneralment l-introduzzjoni tan-netwerks tal-broadband hija aktar profitabbli fejn id-domanda potenzjali hija ogħla u aktar konċentrata, jiġifieri f'żoni b'popolazzjoni b'densità għolja. Minħabba l-ispejjeż fissi għoljin ta' investiment, il-kost għal kull unità jiżdied ferm hekk kif tonqos id-densità tal-popolazzjoni. B'riżultat ta' dan, in-netwerks tal-broadband għandhom it-tendenza li jkopru bi qligħ parti biss tal-popolazzjoni. Id-distanza, bħal distanzi itwal minn infrastruttura eżistenti tat-telekomunikazzjoni, tista' wkoll iżżid b'mod sinifikanti l-ispejjeż ta' investiment meħtieġa għall-introduzzjoni ta' netwerks adegwati tal-broadband (81).

(146)

Tipikament, dawn ir-reġjuni inqas moqdija huma żoni rurali b'densità ta' popolazzjoni baxxa, li fihom il-fornituri kummerċjali ma għandhom l-ebda inċentivi ekonomiċi biex jinvestu f'netwerks ta' komunikazzjoni elettroniċi biex jipprovdu servizzi adegwati tal-broadband. Dan jista' jwassal għal “qasma diġitali” bejn iż-żoni li għandhom aċċess għal servizzi adegwati tal-broadband u dawk li ma għandhomx. Bħala konsegwenza, huwa fl-interess ekonomiku ġenerali ddikjarat li l-Istati taż-ŻEE jistgħu jużaw fondi pubbliċi sabiex jippermettu konnettività f'żoni li altrimenti ma jkunux jistgħu jiġu fornuti b'internet b'veloċità għolja, jew fil-preżent jew fil-futur qarib (82).

(147)

L-awtoritajiet Iżlandiżi wrew il-ħtieġa tal-intervent tagħhom. Kif ġie deskritt fil-Kapitolu 2.1.2 tal-Parti I hawn fuq, l-awtoritajiet ikkonfermaw li fiż-żoni konċernati kien hemm nuqqas serju ta' kopertura tal-broadband b'veloċità għolja. Barra minn hekk, l-analiżi tal-immappjar u tal-kopertura ma wriet l-ebda pjanijiet ta' investiment għall-konnessjoni tal-bini fil-futur qarib minħabba l-attrazzjoni kummerċjali baxxa tagħhom għal operaturi privati, jiġifieri peress li kollha kienu jinsabu f'żoni ftit li xejn popolati.

(148)

Barra minn hekk, jidher li permezz tal-Ftehim Síminn ingħatat mandat ċar, li, skont il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal kumpens mogħti għall-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (“il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar is-SIEĠ”), jista' jidher bħala l-att ta' inkarigu meħtieġ (83). Skont il-mandat ta' Síminn, l-infrastruttura tal-broadband li għandha titnieda għandha tipprovdi konnettività universali għall-utenti kollha f'żona partikulari. In-netwerk u s-servizz kellhom jiġu estiżi għad-djar kollha fejn mill-inqas kien hemm persuna waħda reġistrata u li kellha residenza s-sena kollha, u għan-negozji li kienu joperaw is-sena kollha.

(149)

Barra minn hekk, f'konformità mal-paragrafi 19-20 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, in-netwerk iffinanzjat b'fondi pubbliċikellu jinbena b'tali mod li jippermetti aċċess minn ISPs oħra fil-livell tal-operaturi. Dawk l-ISPs għandhom ikunu jistgħu jixtru fuq talba s-servizz bażiku minn Síminn bi prezzijiet bl-ingrossa, u għandhom jitħallew jagħtu servizzi fuq in-netwerk lill-klijenti konsumaturi tagħhom. L-aċċess kellu jingħata b'mezzi konvenjenti u l-ISPs kollha kellhom jingħataw servizz indaqs u aċċess ugwali għan-netwerk, irrispettivament mir-rabta tagħhom mal-bejjiegħ. Għalhekk Síminn ma tistax tirrifjuta aċċess għall-infrastruttura fuq bażi diskrezzjonarja u/jew diskriminatorja. Barra minn hekk, l-inkarigu u l-għajnuna tkopri biss it-tnedija ta' netwerk u l-provvista tas-servizzi relatati mal-aċċess għall-operaturi, mingħajr l-inklużjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni għall-konsumaturi.

(150)

Madankollu, il-fatt li l-kumpens għas-670 binja li ġew miżjuda mal-proġett wara l-irtirar ta' WBS mis-suq kien ġie deċiż wara li Síminn kienet rebħet l-offerta jqajjem problemi fir-rigward tal-bqija tal-kriterji Altmark. Il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens għall-unitajiet addizzjonali ma kinux ġew stabbiliti b'mod oġġettiv u trasparenti minn qabel, iżda pjuttost, kif ġie kkonfermat mill-awtoritajiet Iżlandiżi, kienu ġew determinati wara l-proċedura ta' akkwist pubbliku billi tqies il-prezz ta' unità medju fl-offerta oriġinali minn Síminn.

(151)

Għalhekk, għalkemm Síminn ġiet magħżula bħala fornitur ta' servizz skont offerta pubblika, il-kumpens biss għall-ewwel 1 118-il binja kien ibbażat fuq il-proċess ta' akkwist pubbliku. Il-kumpens għas-670 binja addizzjonali kien ġie stabbilit wara li Síminn kienet rebħet l-offerta. Barra minn hekk l-Awtorità ma rċeviet l-ebda informazzjoni li tindika li l-awtoritajiet Iżlandiżi kienu wettqu eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva, fuq impriża tipika mmexxija tajjeb u adegwatament mgħammra, dwar l-ispejjeż li x'aktarx kienu se jinħolqu fil-bini u fl-operat tan-netwerk tal-broadband għall-bini addizzjonali.

(152)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni ma tissodisfax il-kriterji Altmark kollha.

1.6.   Konklużjoni dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

(153)

B'referenza għall-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżura li qed tiġi vvalutata tinkludi elementi ta' għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, taħt il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk il-miżura tistax tinstab kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.   REKWIŻITI PROĊEDURALI

(154)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3: “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun infurmata fi żmien tajjeb biex tkun tista' tibgħat il-kummenti tagħha dwar kwalunkwe pjanijiet biex tagħti jew tibdel l-għajnuna. …. L-Istat ikkonċernat m'għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu qabel ma l-proċedura tkun irriżultat f'deċiżjoni finali”.

(155)

L-awtoritajiet Iżlandiżi ma kienux innotifikaw il-miżura ta' għajnuna lill-Awtorità. Barra minn hekk, meta l-awtoritajiet Iżlandiżi ħarġu l-offerta u ffinanzjaw it-tnedija tal-broadband f'żoni rurali, kienu implimentaw dawk il-miżuri qabel l-Awtorità kienet adottat deċiżjoni finali. B'hekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet tal-Iżlanda ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. Għalhekk l-għoti ta' kwalunkwe għajnuna nvoluta għandu jitqies bħala illegali.

3.   IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

3.1.   Introduzzjoni

(156)

Miżuri ta' sostenn li jinqabdu bl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huma ġeneralment inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm ma jikkwalifikawx għal deroga skont l-Artikolu 61(2) jew (3) jew l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE u huma neċessarji, proporzjonati u ma jikkawżawx tfixkil bla bżonn tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet Iżlandiżi jargumentaw li kwalunkwe għajnuna nvoluta fil-Ftehim bejn il-Fond u Síminn hija kompatibbli mal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE.

(157)

Abbażi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE “għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi” tista' titqies bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u l-kompetizzjoni fiż-ŻEE sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni.

(158)

Il-Linji Gwida attwalment applikabbli tal-Awtorità dwar il-Broadband fihom interpretazzjoni dettaljata tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE fir-rigward ta' dan is-settur (84). Il-Linji Gwida preċedenti dwar l-Applikazzjoni tar-Regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat għat-Tnedija Rapida ta' Netwerks tal-Broadband (“il-Linji Gwida dwar il-Broadband tal-2010”) kienu ġew adottati għall-ewwel darba fit-3 ta' Frar 2010, u għalhekk ma kienux fis-seħħ fiż-żmien meta Síminn u l-Fond daħlu fil-Ftehim. Madankollu, il-Linji Gwida dwar il-Broadband huma bbażati fuq każistika u prattika tat-teħid ta' deċiżjonijiet eżistenti tal-Kummissjoni Ewropea (85). Għalhekk l-Awtorità mhijiex se tapplika l-Linji Gwida dwar il-Broadband b'mod dirett iżda pjuttost se tevalwa l-Ftehim fid-dawl tal-prinċipji fundamentali dwar għajnuna mill-istat għall-infrastruttura tal-broadband li huma deskritti fil-Linji Gwida msemmija hawn fuq, u tal-każistika u l-prattika tat-teħid ta' deċiżjonijiet li kienet teżisti fiż-żmien li ġie ffirmat il-Ftehim u li kompliet f'każijiet aktar riċenti.

3.2.   Distinzjoni bejn żoni bojod, griżi u suwed għal netwerks bażiċi tal-broadband

(159)

Skont il-Linji Gwida dwar il-Broadband, sabiex issir valutazzjoni ta' kompatibbiltà tal-finanzjament pubbliku ta' proġetti tal-broadband, ir-reġjun li fih se jitnieda n-netwerk il-ġdid tal-broadband irid jiġi definit bħala żona bajda, griża jew sewda (86).

(160)

“Żona bajda” tirreferi għal żona fejn ma jkun hemm l-ebda infrastruttura tal-broadband u mhuwiex probabbli li din l-infrastruttura ser tiġi żviluppata fil-futur qarib. L-Awtorità tirrikonoxxi li billi tagħti appoġġ finanzjarju għall-provvista ta' servizzi tal-broadband f'żoni fejn bħalissa l-broadband mhux disponibbli, l-Istati tal-EFTA jsegwu għanijiet ġenwini ta' koeżjoni u ta' żvilupp ekonomiku u b'hekk, l-intervent tagħhom huwa probabbli li jkun konformi mal-interess komuni, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni 3.3 hawn taħt.

(161)

“Żona griża” tirreferi għal żona li fiha jkun hemm operatur wieħed ta' netwerk preżenti u mhuwiex probabbli li fil-futur qarib jiġi żviluppat network ieħor. Is-sempliċi eżistenza ta' operatur wieħed ta' netwerk ma timplikax neċessarjament li ma jeżisti l-ebda falliment tas-suq jew problema ta' koeżjoni. Jekk dak l-operatur ikollu s-saħħa fis-suq (monopolju) għandu mnejn jipprovdi liċ-ċittadini b'kombinazzjoni subottimali ta' kwalità u prezzijiet tas-servizz. Ċerti kategoriji ta' utenti jistgħu ma jkunux moqdija b'mod adegwat jew, fin-nuqqas ta' tariffi regolati tal-aċċess bl-ingrossa, il-prezzijiet fil-livell tal-konsumatur jistgħu jkunu ogħla mill-prezzijiet għall-istess servizzi offruti f'żoni jew f'reġjuni tal-pajjiż li jkunu aktar kompetittivi iżda altrimenti paragunabbli. Jekk, barra minn hekk, ikun hemm biss prospetti limitati li jidħlu fis-suq operaturi alternattivi, il-finanzjament ta' infrastruttura alternattiva jista' jkun miżura xierqa.

(162)

“Żona sewa” tirreferi għal żona f'żona ġeografika partikulari li fiha jkun hemm jew li fil-futur qarib se jkun hemm mill-inqas żewġ netwerks bażiċi tal-broadband ta' operaturi differenti u s-servizzi tal-broadband jingħataw taħt kondizzjonijiet kompetittivi (kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura), jista' jiġi preżunt li ma jkunx hemm falliment tas-suq. Għal din ir-raġuni, ma tantx hemm lok għal intervent mill-Istat biex jinġiebu aktar benefiċċji (87).

(163)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, qabel ma nbena n-netwerk, iż-żona tal-proġett ma kienet koperta mill-ebda netwerk tal-broadband. Il-Fond wettaq eżerċizzju bir-reqqa ta' mmappjar fejn talab għal informazzjoni dwar l-erjas attwali kollha li kellhom servizz tal-broadband (jiġifieri żoni li kellhom aċċess kontinwament disponibbli (mhux dial-up) għall-internet ta' mill-inqas 512kb/s bi prezz raġonevoli fiss fix-xahar), kif ukoll żoni pjanati (li kienu għadhom ma ngħatawx servizz) li kienu se jkunu funzjonali sa Ġunju 2008. Il-Fond irċieva informazzjoni dwar żoni tas-suq f'diversi forom minn diversi fornituri tas-servizz tal-broadband kif ukoll minn individwi. L-għan ta' dan l-eżerċizzju kien li jiġu identifikati fallimenti tas-suq, billi ssir distinzjoni bejn żoni “griżi”, “suwed” u “bojod” f'reġjuni remoti fl-Iżlanda. L-analiżi tal-immappjar u tal-kopertura tal-Fond wasslet għal lista preċiża ta' bini li aktar tard ġie nkluż fil-proġett.

(164)

Għalhekk, fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tqis iż-żoni koperti mill-proġett bħala “żoni bojod” għall-fini tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

3.3.   It-test ta' bbilanċjar u l-Linji Gwida dwar il-Broadband/prattika tat-teħid ta' deċiżjonijiet

(165)

Fil-valutazzjoni ta' jekk miżura ta' għajnuna tistax tinstab kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità tibbilanċja l-impatt pożittiv tal-miżura ta' għajnuna fil-kisba ta' għan ta' interess komuni fil-konfront tal-effetti potenzjalment negattivi tagħha, bħad-distorsjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni (l-hekk imsejjaħ “test ta' bbilanċjar”).

(166)

Meta tkun qed tapplika dan it-test ta' bbilanċjar, l-Awtorità tevalwa l-mistoqsijiet li ġejjin: (88).

a)

Il-miżura ta' għajnuna hija mmirata lejn objettiv definit sew ta' interess komuni, jiġifieri l-għajnuna proposta tindirizza falliment tas-suq jew objettiv ieħor?

b)

L-għajnuna hija mfassla tajjeb sabiex jinkiseb l-għan ta' interess komuni? B'mod partikolari:

(i)

L-għajnuna mill-istat hija l-għodda politika xierqa, jiġifieri hemm għodod oħrajn, li huma iktar f'lokhom?

(ii)

Jeżisti effett ta' inċentiv, jiġifieri l-għajnuna tibdel l-imġiba tal-impriżi?

(iii)

Il-miżura tal-għajnuna hija proporzjonali, jiġifieri l-istess bidla fl-imġieba tista' tinkiseb b'inqas għajnuna?

c)

It-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ huma limitati sabiex il-bilanċ ġenerali jkun pożittiv?

(167)

F'konformità mal-Linji Gwida dwar il-Broadband (89), fl-applikazzjoni tat-test ta' bbilanċjar, l-Awtorità tqis l-objettiv tal-miżura, id-disinn tagħha u l-ħtieġa li jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

3.3.1.   Objettiv tal-miżura

3.3.1.1.   Għajnuna mill-istat f'żoni bojod

(168)

Il-konnettività bil-broadband hija komponent ewlieni għall-iżvilupp, għall-adozzjoni u għall-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fl-ekonomija u fis-soċjetà. Il-proġett jittratta u jimmira esklussivament iż-“żoni bojod” (90).

(169)

F'konformità mal-Linji Gwida dwar il-Broadband l-Awtorità temmen li, fil-prinċipju, dawn iż-żoni huma eliġibbli għal għajnuna mill-istat peress li l-proġett jippromwovi l-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika u jindirizza falliment tas-suq ippruvat (91). Madankollu, sabiex il-miżura tiġi definita bħala kompatibbli mal-Ftehim ŻEE, għandhom ikunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet se jiġu vvalutati fis-subsezzjonijiet li ġejjin.

3.3.1.2.   Objettiv definit sew ta' interess komuni

(170)

Il-konnettività bil-broadband hija komponent ewlieni għall-iżvilupp, għall-adozzjoni u għall-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fl-ekonomija u fis-soċjetà. Fl-Istrateġija tagħha Ewropa 2020 tat-3 ta' Marzu 2010, “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-“għan huwa li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn Suq Diġitali Uniku msejjes fuq internet b'veloċità għolja u għolja ħafna u b'applikazzjoni interoperabbli, b'aċċess broadband għal kulħadd sal-2013, aċċess lil kulħadd għal internet b'veloċità aktar għolja (30Mbps jew aktar) sal-2020, u 50 % jew aktar tal-entitajiet domestiċi Ewropej b'abbonamenti għal konnessjonijiet tal-internet ta' aktar minn 100 Mbps” (92).

(171)

L-istrateġija Ewropa 2020 tirrikonoxxi l-importanza ta' proġetti tal-broadband sabiex jiġi aċċellerat il-kontribut tat-teknoloġiji tal-broadband għat-tkabbir u għall-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija u għall-koeżjoni soċjali u reġjonali. It-tnedija ta' netwerks tal-broadband bażiċi ġodda u/jew tal-NGA tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-impjiegi kif ukoll għat-titjib tas-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni fiż-żoni fil-mira.

(172)

Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' netwerk tal-broadband jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-“qasma diġitali” li tifred żoni jew reġjuni f'pajjiż fejn jiġu offruti servizzi affordabbli u kompetittivi tal-broadband minn żoni fejn wieħed ma jsibx dawn is-servizzi. L-Awtorità tqis li mingħajr intervent pubbliku hemm riskju reali tal-emerġenza ta' “qasma diġitali” bejn ir-reġjuni differenti fl-Iżlanda, l-aktar bejn żoni rurali u dawk urbani. Dan jista' jwassal għall-esklużjoni ekonomika u soċjali tal-abitanti u tal-impriżi lokali, u jista' jwassal ukoll għal aktar tnaqqis fil-popolazzjoni minn żoni fejn il-popolazzjoni diġà hija baxxa. Għalkemm hemm diversi raġunijiet għal qsim diġitali, waħda mill-aktar importanti hija n-nuqqas ta' infrastruttura adegwata tal-broadband.

(173)

Barra minn hekk, l-Awtorità tfakkar li l-provvediment ta' servizzi tal-broadband liċ-ċittadini Ewropej kollha sal-2013 kien wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (93). Għalhekk il-proġett huwa konformi kemm mal-Istrateġija Ewropa 2020 u mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

(174)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, id-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-broadband b'veloċità għolja hija fattur ewlieni għall-komunitajiet lokali biex jattiraw in-negozju, jitjiebu l-kundizzjonijiet lokali tal-għajxien, kif ukoll aċċellerazzjoni tat-tkabbir u tal-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija lokali. L-iskema ppermettiet li d-djar u n-negozji fiż-żona fil-mira jkollhom aċċess għal servizzi affordabbli tal-broadband. Dan huwa wkoll objettiv ta' interessi komuni, peress li s-servizzi tal-broadband iridu jkunu disponibbli bi prezzijiet raġonevoli sabiex jiġi żgurat li l-maġġoranza taċ-ċittadini japprofittaw mill-għajnuna pubblika (94). Mingħajr l-għajnuna, l-ispiża tat-tnedija tal-infrastruttura meħtieġa tal-broadband tkun għolja ħafna għal operaturi privati f'żoni b'popolazzjoni żgħira u se tissarraf fi prezzijiet bl-imnut għoljin, li ma jkunux affordabbli għaċ-ċittadini kollha. Bħala konsegwenza, il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-broadband mhux biss żgura d-disponibbiltà tal-broadband iżda se jiżgura li s-servizzi jiġu provduti bi prezzijiet affordabbli kif meħtieġ fl-Aġenda Diġitali. Fi kliem ieħor, il-proġett jippermetti aċċess għal servizzi tal-broadband fil-livell tal-konsumaturi fiż-żoni fil-mira (jiġifieri żoni b'popolazzjoni baxxa, l-aktar żoni rurali) bi prezzijiet simili għal dawk applikabbli fiż-żoni aktar popolati (jiġifieri żoni urbani).

(175)

L-Awtorità tqis li s-sostenn għat-tnedija ta' netwerks tal-broadband f'żoni rurali u f'żoni bojod li mhumiex moqdijin tajjeb, fejn attwalment ma hemmx broadband disponibbli, jippromwovi l-koeżjoni territorjali soċjali u ekonomika u jindirizza l-fallimenti tas-suq (95). L-introduzzjoni ta' netwerk tal-broadband tikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-“qasma diġitali” li tifred żoni jew reġjuni f'pajjiż fejn jiġu offruti servizzi affordabbli u kompetittivi tal-broadband u żoni fejn wieħed ma jsibx dawn is-servizzi (96).

(176)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-għajnuna ssegwi objettivi ġenwini ta' koeżjoni u ta' żvilupp ekonomiku, li huma meqjusa objettivi definiti sew ta' interess komuni.

3.3.1.3.   Il-miżura twieġeb għall-falliment tas-suq?

(177)

Kif diġà ġie ndikat, peress li żoni bojod biss se jkunu eliġibbli għal għajnuna mill-istat, l-Awtorità taċċetta li f'dawk iż-żoni jeżisti falliment tas-suq. Fi kliem ieħor, is-suq waħdu, mingħajr intervent, ma jwassalx għal eżitu effiċjenti għas-soċjetà (97).

3.3.2.   Il-fasla tal-miżura u l-ħtieġa li tiġi mrażżna d-distorsjoni tal-kompetizzjoni

3.3.2.1.   L-għajnuna hija l-istrument adattat?

(178)

Kif intqal fil-paragrafu 40 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, l-Awtorità tirrikonoxxi li r-regolamentazzjoni ex ante tista' tagħti spinta lill-iżvilupp ta' netwerks tal-broadband f'żoni urbani u b'densità ogħla ta' popolazzjoni iżda mhijiex biżżejjed biex tikkoreġi l-falliment tas-suq li ġej min-nuqqas ta' investimenti privati fl-infrastruttura f'ċerti żoni.

(179)

L-Awtorità ma rċevietx informazzjoni dwar jekk l-awtoritajiet Iżlandiżi kinux qiesu xi alternattivi għall-finanzjament pubbliku tan-netwerk tal-broadband sabiex jindirizzaw il-falliment tas-suq. Madankollu, l-Awtorità, kif ukoll il-Kummissjoni, kienet preċedentement eżaminat l-użu ta' għotjiet jew ta' inċentivi fiskali lill-utenti finali, kif ukoll il-possibbiltà li jintuża regolament ex ante. (98) Dawn il-miżuri nstabu li huma improbabbli li jwasslu għal investimenti suffiċjenti għall-provvista ta' servizzi tal-broadband lil żoni anqas moqdija.

(180)

Kif ġie nnotat qabel, fiż-żona konċernata kien hemm biss servizzi limitati ta' konnessjonijiet tal-internet b'veloċità baxxa u l-eżerċizzju ta' mmappjar wera li ma kienx hemm pjanijiet min-naħa ta' operaturi privati biex itejbu l-infrastruttura tal-broadband tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Iżlandiżi nnotaw li l-fornituri l-kbar tas-servizz tal-internet fl-Iżlanda ma kienu wrew l-ebda interess li jtejbu l-konnessjonijiet tal-internet fiż-żona inkwistjoni jew li jinvestu f'infrastruttura tal-broadband fil-futur qarib (99). Għalhekk, f'sitwazzjonijiet bħall-każ inkwistjoni, fejn ikun ġie kkonfermat li hemm nuqqas sinifikanti ta' żvilupp tal-infrastruttura u tas-servizzi tal-broadband f'reġjun partikulari, jidher li ma hemm l-ebda alternattiva għall-għoti ta' finanzjament pubbliku sabiex jingħeleb in-nuqqas ta' konnettività bil-broadband.

(181)

Għalhekk il-konklużjoni tal-Awtorità hija li l-finanzjament pubbliku għall-provvista ta' servizzi tal-broadband huwa strument xieraq biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti.

3.3.2.2.   L-għajnuna għandha effett ta' inċentiv?

(182)

Skont il-Linji Gwida dwar il-Broadband (100), sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza ta' effett ta' inċentiv għandu jiġi eżaminat jekk l-investimenti tal-broadband konċernati kienux isiru mingħajr finanzjament pubbliku.

(183)

Il-konsultazzjoni pubblika li saret mill-Awtoritajiet Iżlandiżi wriet li ma kienx probabbli li fil-futur qarib is-suq kien se jipprovdi netwerk tal-broadband li jkopri l-bini li ma kellux servizz. Billi provdiet sostenn finanzjarju għall-introduzzjoni tan-netwerk, l-offerenti għall-offerta pubblika biddlu d-deċiżjonijiet dwar l-investiment. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-għajnuna kienet tat inċentiv għal investiment għall-fornitur magħżul biex iniedi infrastruttura tal-broadband f'żoni li altrimenti ma kienx jinvesti fihom.

3.3.2.3.   Proporzjonalità tal-għajnuna u l-limitazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

Analiżi dettaljata tal-immappjar u tal-kopertura

(184)

Fl-2007 l-awtoritajiet Iżlandiżi wettqu analiżi dettaljata tal-immappjar u tal-kopertura. Għalhekk, ġew analizzati l-kondizzjonijiet kompetittivi u l-istruttura prevalenti fiż-żona partikulari u ġew ikkonsultati l-partijiet interessati kollha milquta mill-miżura relevanti. F'dan l-isfond, l-Awtorità ssib li l-analiżi tal-immappjar u tal-kopertura ikkontribwiet biex jiġu minimizzati d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni.

(185)

L-irtirar ta' WBS mis-suq wassal għal bidla sostanzjali fil-lista ta' bini li la kellhom, u lanqas ma kienu se jirċievu kopertura tal-broadband fil-futur qarib b'kundizzjonijiet tas-suq. Sussegwentement, l-awtoritajiet Iżlandiżi reġgħu għamlu sejħa għal pjanijiet għall-provvediment ta' servizzi lill-bini oriġinarjament kopert mill-pjanijiet tal-WBS. Dan sar permezz ta' reklam f'gazzetta li, skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, kien konformi mal-komunikazzjoni preċedenti mas-suq. Dan il-metodu ta' komunikazzjoni ppermetta lill-fornituri kollha tas-servizz biex javżaw lill-awtoritajiet Iżlandiżi dwar kwalunkwe pjan ta' tnedija fiż-żona. Għalhekk l-Awtorità sabet li f'din is-sitwazzjoni, ir-reklam fil-gazzetta kienet metodu xieraq ta' komunikazzjoni.

Konsultazzjoni pubblika

(186)

Il-Linji Gwida dwar il-Broadband jimponu obbligu li titnieda konsultazzjoni pubblika ma' operaturi eżistenti permezz ta' proċedura miftuħa u trasparenti sabiex ikompli jiġi żgurat li l-fondi pubbliċi jintużaw biss f'żoni bojod li jkollhom broadband bażiku u f'żoni bojod b'NGA (101).

(187)

Kif ġie nnotat qabel, il-Fond wettaq analiżi tal-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq u ta' pjanijiet futuri ta' tnedija billi kkonsulta lill-partijiet interessati permezz ta' reklam pubbliku f'gazzetta nazzjonali Morgunblaðið biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa. B'hekk il-Fond żgura li d-distorsjonijiet potenzjali kollha tal-kompetizzjoni kienu ġew minimizzati.

Proċedura miftuħa ta' sejħa għall-offerti/L-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża

(188)

L-Awtorità tixtieq tenfasizza li, għalkemm id-Direttiva dwar l-Akkwisti Pubbliċi ma tapplikax għall-akkwist ta' netwerks u servizzi tal-broadband (102), l-akkwist xorta għadu suġġett għall-prinċipji fundamentali ta' trattament ugwali u mhux diskriminatorju (103). Mil-Linji Gwida dwar il-Broadband jirriżulta wkoll li kull meta l-awtoritajiet awtorizzanti jiddeċiedu li jagħżlu operatur terz biex iniedi u jopera l-infrastruttura sussidjata, il-proċess tal-għażla għandu jsir skont l-ispirtu u l-prinċipji tad-Direttivi dwar l-Akkwisti Pubbliċi (104). L-approċċ ta' proċedura miftuħa jiżgura trattament ugwali u mhux diskriminatorju tal-offerenti kollha, inaqqas l-ispejjeż baġitarji, jimminimizza l-għajnuna potenzjali mill-istat involuta u jnaqqas in-natura selettiva tal-miżura. L-użu ta' offerti miftuħin biex jippromwovi dawn l-objettivi fit-tnedija tal-broadband ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni f'prattika deċiżjonali li kienet teżisti qabel il-Ftehim li qed jiġi vvalutat (105).

(189)

Fil-kuntest ta' proċedura kompetittiva ta' ħruġ ta' offerti, il-Linji Gwida dwar il-Broadband jenfasizzaw li l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha tistabbilixxi kriterji kwalitattivi tal-għoti li fuqhom għandhom jiġu vvalutati l-offerti sottomessi (106). Il-Linji Gwida dwar il-Broadband jiċċaraw ukoll li sabiex jitnaqqas l-ammont ta' għajnuna li tkun se tingħata, meta l-kundizzjonijiet tal-kwalità jkunu simili jekk mhux identiċi, l-appaltatur li jitlob l-inqas ammont ta' għajnuna għandu fil-prinċipju jikseb aktar punti ta' prijorità fl-evalwazzjoni ġenerali tal-offerta tiegħu (107). Barra minn hekk l-awtorità li tagħti l-kuntratt għandha dejjem tispeċifika bil-quddiem l-ippeżar relattiv li tkun se tagħti lil kull waħda mill-kriterji (kwalitattivi) magħżulin.

(190)

F'dan il-każ, fi Frar 2008 l-STC, għan-nom tal-Fond, ippubblika d-deskrizzjoni tal-offerta fuq il-websajt tiegħu u fil-gazzetti nazzjonali. F'konformità mal-Paragrafu 74(c) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, l-informazzjoni dwar il-proċedura ta' ħruġ ta' offerti ġiet ippubblikata fuq websajt ċentrali fil-livell nazzjonali, jiġifieri l-websajt tal-STC (108), u l-offerta ġiet imħabbra wkoll fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Intern (109). Id-deskrizzjoni tal-offerta kienet tinkludi kriterji ċari tal-għoti, li l-għan tagħhom kien li tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. Intużaw erba' kriterji ta' valutazzjoni: (i) prezz totali (50 %); (ii) veloċità tal-espansjoni (15 %); (iii) veloċità tad-dawnlowd (25 %), u (iv) 2G GSM (mhux obbligatorju) (10 %). Wara l-pubblikazzjoni tal-offerta, l-STC kien involut f'diskussjonijiet ma' offerenti interessati, li wasslu biex l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti tiġi estiża sal-4 ta' Settembru 2008. L-STC irċieva ħames offerti validi u sussegwentement intgħażlet l-offerta li kellha l-ogħla punteġġ abbażi tal-kriterji tal-għoti (110).

(191)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità ssib li l-STC, għan-nom tal-Fond, kien wettaq proċedura miftuħa u trasparenti ta' akkwist pubbliku sabiex jagħżel il-fornitur tan-netwerk tal-broadband. Barra minn hekk, huwa ċar li l-prinċipju ta' trattament ugwali kien garantit peress li kien ovvju għall-offerenti interessati kollha li l-prezz kien bil-bosta l-aktar kriterju importanti fl-offerta, peress li kien jirrappreżenta 50 % tal-kriterji tal-għoti.

(192)

Wara l-konklużjoni tal-proċedura ta' ħruġ ta' offerti, WBS irtirat mis-suq. Dan wassal għal żieda fl-ammont ta' bini li kien jeħtieġ servizzi tal-broadband. Bħala konsegwenza, sar tibdil lill-Ftehim mal-fornitur magħżul fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, il-kumpens u l-perjodu ta' introduzzjoni tiegħu. Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevisti fl-ekonomija Iżlandiża, sar anke tibdil lill-indiċjar tal-pagamenti totali (111).

(193)

L-ilmentatur jargumenta li l-offerenti l-oħra ma kellhomx l-opportunità jissottometti offerti għall-bini addizzjonali u li ż-żieda fil-lokazzjonijiet mhux bilfors kienet timplika żieda korrispondenti fl-ispejjeż u fil-perjodu ta' introduzzjoni.

(194)

L-Awtorità tirrikonoxxi li t-tibdil li sar lil-abbozz tal-Ftehim inkluż fid-dokumenti tal-offerta huwa sinifikanti u għalkemm ir-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi taż-ŻEE jippermettu li permezz ta' negozjati jista' jsir xi tibdil lill-Ftehim wara li jkun intgħażel il-fornitur, it-tibdil jaqbeż il-limiti stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Akkwisti Pubbliċi (112). Kif ġie nnotat qabel, id-Direttiva dwar l-Akkwisti ma tapplikax għall-proċedura attwali peress li akkwisti li jikkonċernaw il-bini ta' netwerks tat-telekomunikazzjoni huma eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha (113). Madankollu, skont il-Linji Gwida dwar il-Broadband il-proċess tal-għażla xorta għandu jsir f'konformità mal-ispirtu u mal-prinċipji tad-Direttivi dwar l-Akkwisti Pubbliċi (114).

(195)

Huwa ċar li l-prezz imħallas lil Síminn wara l-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett xorta kien għadu ferm inqas mill-prezz offrut mill-offerenti l-oħra (115), u l-prezz stmat mill-Fond bil-quddiem. Għalhekk it-tibdil seta' kien ġustifikabbli minħabba d-diskrepanza bejn il-prezzijiet. Mill-Kapitolu 2.3.4 tad-deskrizzjoni tal-offerta, intitolat “Konnessjonijiet ġodda u l-obbligu ta' konnessjoni” kien ukoll ċar li fil-każ ta' żidiet imprevisti fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett il-prezz ta' unità medju tal-offerta oriġinali kien se jintuża bħala valur referenzjarju. Fil-fatt il-Kapitolu msemmi hawn fuq speċifikament jordna l-użu tal-metodu tal-prezz medju meta jiġi kkalkulat il-kost għal siti ġodda li jiżdiedu mal-proġett.

(196)

Barra minn hekk, skont il-każistika stabbilita, l-Awtorità tqis li jista' jkun aċċettabbli, tal-inqas f'ċirkostanzi estremi, li stati jissostitwixxu riżultat ċert għal wieħed inċert u f'dak ir-rigward jiksbu ritorn fiss u sodisfaċenti minflok dak li ma setax jiġi mbassar (116). Għalhekk, meta wieħed iqis li l-għan ta' proċess ta' għoti ta' kuntratt huwa li jinkiseb l-inqas prezz għall-komunità, l-enfasi fuq il-prezz fil-kriterji tal-għoti, l-inklużjoni tal-metodu tal-prezz medju fid-dokumenti tal-offerta kif ukoll id-diskrepanzi kbar fl-offerti sottomessi, l-Awtorità ssib li f'dan il-każ kien ġie żgurat it-trattament ugwali u mhux diskriminatorju tal-offerenti kollha u li l-proċess tal-għażla u l-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett kienet konformi mal-ispirtu u mal-prinċipji tad-Direttivi dwar l-Akkwisti Pubbliċi.

(197)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-bidla mill-indiċjar tal-prezzijiet għall-konsumatur għal indiċjar ma' munita barranija, l-ilmentatur isostni li dan wassal għal żieda ulterjuri fil-ħlas lil Síminn minħabba l-iżvalutar tal-ISK wara l-kriżi finanzjarja. L-awtoritajiet Iżlandiżi kkonfermaw li dan it-tibdil ma kienx ifisser li kienu ġew mgħobbija bir-riskju kollu, peress li anke Síminn kienet ġarrbet żieda fl-ispejjeż minn aspetti oħra tal-proġett li ma kienux marbuta mar-rata tal-kambju tad-DKK, jiġifieri l-kost lavorattiv, iż-żejt u inputs oħra (117). Wrew ukoll li anke li wara li kien ġie ntrodott dan it-tibdil fil-Ftehim, l-ammont ta' għajnuna meħtieġa kien għadu konsiderevolment aktar baxx mit-tieni offerta valida l-aktar baxxa kif ukoll mill-istima tal-kostijiet tal-Fond.

(198)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li b'mod ġenerali l-offerta u l-proċess tal-għażla kienu konformi mal-ispirtu u mal-prinċipji tad-Direttivi dwar l-Akkwisti Pubbliċi u li l-awtoritajiet Iżlandiżi kienu għażlu l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

Newtralità teknoloġika

(199)

Skont il-Paragrafu 74(e) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, l-offerta ma għandhiex tiffavorixxi jew teskludi xi teknoloġija jew pjattaforma tan-netwerk partikulari. Għalhekk l-offerenti għandhom ikunu ntitolati li jipproponu l-provvista tas-servizzi tal-broadband meħtieġa li jużaw jew li jikkombinaw kwalunkwe teknoloġija li jqisu l-aktar xierqa. Abbażi tal-kriterji oġġettivi tal-offerta, l-awtorità awtorizzanti għandha tkun intitolata li tagħżel l-aktar soluzzjoni teknoloġika jew taħlita ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi xierqa.

(200)

Skont l-Artikolu 2.1 tad-deskrizzjoni tal-offerta, il-proġett kien teknoloġikament newtrali u ma kienx hemm speċifikazzjonijiet partikolari dwar kif kellu jinbena n-netwerk jew liema soluzzjoni teknoloġika kellha tintuża. L-offerta ma kinitx tiffavorixxi xi teknoloġija jew pjattaforma tan-netwerk partikulari iżda ħalliet f'idejn l-offerenti biex jiddefinixxu s-soluzzjonijiet teknoloġiċi l-aktar adattati biex jikkonettjaw il-bini li kien ġie identifikat fl-eżerċizzju ta' mmappjar. Għalhekk l-offerta kienet miftuħa għas-soluzzjonijiet tekniċi kollha u għalhekk kienet teknoloġikament newtrali, kif meħtieġ mil-Linji Gwida dwar il-Broadband. L-Awtorità ssib li bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' newtralità teknoloġika, jintgħażlu l-aktar teknoloġiji xierqa jew taħlita tagħhom (118).

L-użu ta' infrastruttura eżistenti

(201)

F'konformità mal-Linji Gwida dwar il-Broadband, l-Istati tal-EFTA għandhom jinkoraġġixxu lill-offerenti li jirrikorru għal kwalunkwe infrastruttura eżistenti disponibbli sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn u għal xejn ta' riżorsi u biex jitnaqqas l-ammont ta' finanzjament pubbliku (119). Kif ġie nnotat qabel, qabel il-bini tan-netwerk, il-bini inkwistjoni ma kien kopert minn ebda netwerk tal-broadband. Barra minn hekk, f'dan il-każ l-Awtorità ma rċeviet l-ebda indikazzjoni minn xi operatur tan-netwerk jew minn partijiet interessati dwar duplikazzjoni għal xejn ta' riżorsi.

(202)

F'dan l-isfond, l-użu tal-infrastruttura eżistenti ma jidhirx li kellu rwol importanti fit-tnedija tan-netwerk sussidjat.

Aċċess għall-operaturi

(203)

Li l-aċċess effettiv għall-operaturi lil partijiet terzi għal infrastruttura sussidjata tal-broadband jkun mandatorju huwa komponent meħtieġ ta' kwalunkwe miżura mill-istat biex jiġi finanzjat il-bini ta' infrastruttura ġdida tal-broadband. B'mod partikulari, l-aċċess għall-operaturi jippermetti lill-operaturi terzi li jikkompetu mal-offerent magħżul (eż. meta dan tal-aħħar ikun preżenti wkoll fil-livell tal-konsumatur), u b'hekk jissaħħu l-għażla u l-kompetizzjoni fiż-żoni konċernati mill-miżura, filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat il-ħolqien ta' monopolji reġjunali tas-servizzi (120). Barra minn hekk, l-għoti ta' aċċess effettiv fil-livell tal-operaturi lill-kompetituri jnaqqas id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe miżura ta' għajnuna mill-istat.

(204)

L-importanza li jingħata aċċess effettiv lil partijiet terzi għall-operaturi għal netwerks sussidjati ġiet enfasizzata mill-prattika tal-Kummissjoni fis-seħħ qabel il-Ftehim taħt valutazzjoni (121).

(205)

Il-Linji Gwida dwar il-Broadband jenfasizzaw ukoll li l-obbligi ta' aċċess għall-operaturi imposti fuq netwerk sussidjat għandhom ikunu allinjat mal-portafoll tal-obbligi ta' aċċess stabbiliti skont ir-regoli dwar ir-regolament settorjali. Madankollu, fil-prinċipju, il-kumpaniji sussidjati għandhom jipprovdu firxa akbar ta' prodotti ta' aċċess għall-operaturi minn dawk mandatorji skont l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (“ARNs”) skont ir-regolament settorjali peress li l-benefiċjarju tal-għajnuna mhux biss qed juża r-riżorsi propji, iżda wkoll il-flus tal-kontribwenti biex iwaqqaf l-infrastruttura tiegħu. Dan l-aċċess għall-operaturi għandu jingħata malajr kemm jista' jkun qabel ma jibda jopera n-network (122).

(206)

Wara l-analiżi tagħha tal-2008 dwar is-suq għal aċċess għall-broadband fil-livell tal-operaturi, l-ARN Iżlandiża, il-PTA, obbligat lil Síminn (bħala d-ditta maħtura b'saħħa sinifikanti fis-suq) li tikkonforma mat-talbiet ġusti u raġonevoli kollha minn impriżi oħra tal-komunikazzjoni elettronika għal aċċess miftuħ għal infrastruttura speċjalizzata għan-netwerk relatat ma' ċirkwiti lokali tar-ram fil-livell tal-operaturi, fosthom il-possibbiltà li jipprovdu servizzi bitstream f'diversi punti tul in-netwerk (123). Fiha kien speċifikat li Síminn għandha, inter alia, tirrispondi għal talbiet raġonevoli u xierqa għall-aċċess għall-Għażliet 1, 2, 3 u 4 kif definit fil-premessa 32 hawn fuq. Din id-Deċiżjoni tal-PTA kien ċitata fid-deskrizzjoni tal-offerta.

(207)

Tabilħaqq, il-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjoni elettronika jipprova jiffaċilita l-kompetizzjoni billi maż-żmien il-parteċipanti l-oħra jsiru progressivament aktar dipendenti fuq l-infrastruttura tagħhom stess meta jkun effiċjenti għalihom li jagħmlu dan (124). Regolament li jippromwovi investiment effiċjenti fl-infrastruttura propja tal-kumpaniji huwa meqjus li jwassal għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u awtosuffiċjenti. Dan wassal għal approċċ regolatorju fis-swieq tal-komunikazzjoni elettronika fejn, fil-preżenza ta' saħħa sinifikanti fis-suq, ikun hemm diversi prodotti ta' aċċess fil-livelli differenti tal-ġerarkija tan-netwerk simultanjament disponibbli għal operaturi alternattivi. Dawn l-għażliet differenzjati ta' aċċess jakkomodaw livelli differenti ta' introduzzjoni tan-netwerk minn operaturi alternattivi. Kif ġie nnotat mill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej (“ERG”, issa magħruf bħala l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi jew “BEREC”), dan l-approċċ ta' “gradwalità tal-investiment” lejn ir-regolamentazzjoni huwa prinċipju stabbilit sew fil-qafas regolatorju attwali għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (125).

(208)

Minbarra l-prattika regolatorja stabbilita dwar l-aċċess effettiv għall-operaturi għal servizzi tal-broadband, deċiżjonijiet dwar għajnuna mill-istat kienu jinkludu wkoll approċċ dinamiku għall-firxa ta' għażliet ta' aċċess meħtieġa. Per eżempju, fid-deċiżjonijiet tal-2006/2007 dwar investiment mill-belt ta' Amsterdam f'netwerk tal-broadband fibra sad-dar (126), l-aċċess għall-operaturi kellu jingħata kemm fis-saff passiv (127), u attiv (128), tan-netwerk. Barra minn hekk, f'deċiżjoni tal-2010 dwar it-tnedija ta' netwerks tal-broadband b'veloċità għolja ħafna fi Franza (129), l-aċċess għall-operaturi kellu jkun meħtieġ fil-livelli kollha tal-infrastruttura sussidjata. Peress li l-appoġġ kien ingħata għall-infrastruttura passiva tan-netwerk (eż. kanali, fibra skura), kellu jiġu faċilitat l-aċċess għal-livell passiv tan-netwerk kif kien diġà previst f'deċiżjoni li ttieħdet mill-ARN Franċiża, ARCEP, fl-2010 (130). Madankollu, prodott ta' aċċess attiv kellu jingħata wkoll lil kwalunkwe parti terza li kellha domanda raġonevoli għal prodott bħal dan (131). It-talba kienet titqies bħala waħda raġonevoli jekk ikunu ġew sodisfatti t-tliet kundizzjonijiet li ġejjin: (i) dak li jkun qed ifittex l-aċċess jipprovdi pjan koerenti ta' direzzjoni tan-negozju li jiġġustifika l-attivazzjoni tan-netwerk, (ii) dak li jkun qed ifittex l-aċċess juri li ma għandux il-mezzi finanzjarji biex jinstalla t-tagħmir attiv tiegħu, u (iii) ma jkunx hemm prodott ta' aċċess attiv diġà provdut fl-istess żona ġeografika minn operatur privat bi prezzijiet ekwivalenti għal dawk f'żoni b'densità ogħla ta' popolazzjoni (132).

(209)

Filwaqt li l-eżempji ta' hawn fuq jirreferu l-aktar għal aċċess għall-internet fil-livell tal-operaturi għal netwerks b'linja fissa, mhuwiex ċar għall-Awtorità għaliex approċċ simili ta' aċċess dinamiku ma jkunx applikabbli wkoll fil-każ ta' aċċess għall-internet fil-livell tal-operaturi għal netwerks li jużaw teknoloġiji ta' aċċess mobbli. Per eżempju, fejn f'kuntest regolatorju l-ARNs ikunu identifikaw saħħa sinifikanti fis-suq għall-operaturi għal aċċess mobbli u għal servizzi ta' oriġini tas-sejħa, ġew iffaċilitati firxa ta' rimedji differenti ta' aċċess bħala rikonoxximent tal-livelli differenti tal-introduzzjoni tan-netwerk tal-parteċipanti fis-suq. Fil-konstatazzjoni tagħha tal-2007 ta' dominanza fis-suq fil-livell tal-operaturi tal-aċċess mobbli u tal-oriġini tas-sejħa fl-Iżlanda, il-PTA osservat li, minħabbad-diversità tas- suq tat-telefonija ċellulari u d-diversi ħtiġijiet tal-partijiet li possibbilment jistgħu jfittxu aċċess, kull forma ta' aċċess għall-operaturi li raġonevolment tista' tingħata u li tista' tippromwovi kompetizzjoni fis-suq tal-konsumaturi għandha taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' aċċess (133). F'dan ir-rigward, Síminn kienet meħtieġa tikkonforma ma' kull talba raġonevoli u xierqa għal aċċess għal (i) roaming nazzjonali (134); (ii) kolokazzjoni u użu konġunt (135); (iii) aċċess għal netwerk mobbli virtwali fil-livell tal-operaturi (“MVNO”) (136), u (iv) rivendita (137).

(210)

Mill-Artikolu 2.1 tad-deskrizzjoni tal-offerta, li huwa mmarkat bħala Anness I għall-Ftehim, isegwi li l-proġett taħt valutazzjoni kien teknoloġikament newtrali. Skont dan il-prinċipju, Síminn nediet in-netwerk iffinanzjat b'fondi pubbliċi permezz ta' teknoloġija tal-ADSL, UMTS, satellita u Wi-Fi (138). Għalhekk, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjoni elettronika fejn tkun involuta għajnuna mill-Istat, jidher li l-operaturi terzi għandhom ġeneralment jingħataw aċċess effettiv fil-livell tal-operaturi b'mod teknoloġikament newtrali u li għandu jiġi raġonevolment adattat għall-ħtiġijiet ta' aċċess rispettivi tagħhom.

(211)

L-awtoritajiet Iżlandiżi wrew li t-tnedija tal-marketing u tal-bejgħ għal kull sezzjoni tal-proġett kienet tħabbret pubblikament fuq il-websajt tal-Fond matul il-perjodu bejn Awissu 2009 u Awissu 2010. Barra minn hekk, sabiex ma jiġix favorit xi fornitur tas-servizz, id-djar u n-negozji nvoluti fil-proġett irċevew ittra mill-Fond sabiex tiġi spjegata n-natura tal-proġett u biex in-nies ikunu nfurmati li wara data speċifika setgħu jibdew jordnaw is-servizz minn kwalunkwe fornitur tas-servizz tal-internet li kien lest jipprovdilhom is-servizz. L-ittra kienet speċifikament tgħid li l-proġett kien miftuħ għall-fornituri kollha tas-servizz. Il-Fond bagħat ukoll notifika lill-kumpaniji kollha tat-telekomunikazzjoni li dak iż-żmien kien reġistrati mal-PTA, inkluż l-ISPs kollha, fejn informahom li l-infrastrutturi l-ġodda kienu disponibbli biex jintużaw. Bħala riżultat, l-ISPs kollha fis-suq kellhom il-possibbiltà li jniedu servizzi kompetittivi fil-livell tal-operaturi fl-istess ħin ma' Síminn.

(212)

Skont l-Anness II għall-Ftehim, il-bejjiegħ huwa liberu li joffri l-Għażliet 1-4, iżda huwa obbligat biss li joffri l-Għażla 3 fil-każijiet kollha fejn fil-proġett tkun qed tintuża t-teknoloġija tal-broadband tal-ADSL (ara l-premessa 33 hawn fuq) (139). Madankollu, fl-istess ħin l-Anness II għall-Ftehim jistipula li l-aċċess għall-operaturi għal servizzi bbażati fuq l-ADSL għandu jingħata fuq l-istess termini kif preskritt bid-Deċiżjoni Nru 8/2008 tal-PTA dwar l-aċċess għall-broadband għall-operaturi, li kienet tobbliga lil Síminn li tipprovdi l-Għażliet 1, 2, 3 u 4 (140).

(213)

Barra minn hekk, fil-każijiet fejn tintuża t-teknoloġija tal-UMTS għall-provvediment ta' servizzi tal-broadband bħala parti mill-proġett, il-bejjiegħ huwa sempliċiment meħtieġ isegwi aċċess skont l-Għażla 4. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, ir-raġuni prinċipali għal dan l-arranġament huwa li l-bejjiegħ irid ikollu aċċess u kontroll sħiħ tan-netwerk tal-UTMS minn tarf għall-ieħor. L-Għażla 4 hija bbażata fuq id-definizzjoni ta' servizzi bażiċi stabbilita fil-Kapitolu 2.2.9 tad-dokumenti tal-offerta, li tiddeskrivi servizz tradizzjonali ta' bejgħ mill-ġdid tal-internet fejn ir-rivenditur ma jkun jopera ebda parti min-netwerk. Barra minn hekk, skont din id-deskrizzjoni, Síminn tipprovdi l-apparat għall-utenti u l-installazzjoni fil-każijiet kollha irrispettivament mill-bejjiegħ bl-imnut, u timmaniġġja wkoll is-servizzi tal-klijenti u ta' manutenzjoni.

(214)

L-awtoritajiet Iżlandiżi kkonfermaw li, abbażi tal-obbligu fil-Ftehim li ssemma qabel, mill-bidu nett tal-proġett Síminn kienet ġiet obbligata tipprovdi aċċess effettiv fil-livell tal-operaturi lill-kompetituri tagħha. Barra minn hekk, skont id-Deċiżjoni Nru 8/2008 tal-PTA, Síminn kienet ġiet obbligata toffri aċċess fil-livell tal-operaturi għan-netwerk tal-ADSL tagħha lill-ISPs kollha fis-suq, inkluż lil Vodafone. Għalhekk l-aċċess għall-operaturi kien disponibbli fuq termini mhux diskriminatorji lil kull min kien qed ifittex aċċess fil-livell tal-operaturi fis-suq, irrispettivament mill-kapaċitajiet tekniċi jew mil-lokazzjoni tagħhom. Fil-fatt, skont l-informazzjoni provduta lill-Awtorità, s'issa Síminn ikkonkludiet 11-il ftehim ta' aċċess fil-livell tal-operaturi mal-kompetituri tagħha għall-provvista ta' servizzi tal-ADSL, 2 ftehimiet fil-livell tal-operaturi għall-provvista ta' servizzi ta' UMTS/3G u 2 ftehimiet relatati mal-provvista ta' servizzi 2G (141). L-awtoritajiet Iżlandiżi nnotaw li ma ġew ippreżentati b'ebda informazzjoni marbuta mar-rifjut min-naħa ta' Síminn għal talbiet raġonevoli għal aċċess fil-livell tal-operaturi. Għall-kuntrarju, l-aċċess fil-livell tal-operaturi ngħata mill-bidu tal-proġett u fuq il-websajt tagħha Síminn kienet ippubblikat offerta għal aċċess għal UMTS fil-livell tal-operaturi (142).

(215)

Skont information provduta mill-awtoritajiet Iżlandiżi, Vodafone talbet biss aċċess għal roaming għat-trażmettituri 3G ta' Síminn sabiex tipprovdi komunikazzjoni mobbli fuq 3G. Madankollu Vodafone ma talbitx aċċess fil-livell tal-operaturi jew għal rivendita għal servizzi tal-internet b'veloċità għolja, permezz ta' UMTS, ADSL jew satellita, għaż-żoni konċernati fil-proġett. La Síminn u lanqas l-awtoritajiet Iżlandiżi ma rċevew talba bħal din mingħand Vodafone. Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, Síminn kienet offriet lil Vodafone aċċess għal roaming fuq 3G b'kundizzjonijiet tas-suq iżda, skont Síminn, ma kinitx lesta li tidħol fi ftehim. Skont Síminn, attwalment Vodafone għandha ftehim ma' Nova għal aċċess għal roaming fuq 3G (143).

(216)

L-awtoritajiet Iżlandiżi wrew li jeżistu similaritajiet konsiderevoli bejn il-proġett inkwistjoni u l-Iskema Nazzjonali tal-Faxx Wiesa' (“NBS”) Irlandiża. Il-proġetti kienu ġew implimentati fl-istess żmien, iż-żewġ proġetti kienu jeħtieġu li l-fornitur tan-netwerk joffri aċċess simili għall-broadband fil-livell tal-operaturi, fiż-żewġ proġetti l-fornituri tan-netwerk użaw taħlita ta' teknoloġiji (inkluż teknoloġija wireless) u l-ebda wieħed mill-proġetti ma kellu ħtiġijiet mandati dwar servizzi bil-vuċi b'UMTS/3G. Il-proġett NBS uża wkoll l-istess soluzzjoni teknika għal aċċess għal 3G fil-livell tal-operaturi li kienet intużat fil-proġett Iżlandiż. Il-Kummissjoni, wara li vvalutat il-proġett NBS, ikkonkludiet li d-dispożizzjonijiet obbligatorji ta' aċċess kienu se jippermettu lill-operaturi terzi li jikkompetu mal-fornitur magħżul tan-netwerk, u b'hekk tissaħħaħ l-għażla u l-kompetizzjoni fiż-żoni konċernati mill-miżura (144).

(217)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li, permezz tal-Ftehim ma' Síminn u l-obbligi imposti fih, l-awtoritajiet Iżlandiżi żguraw aċċess effettiv fil-livell tal-operaturi lil partijiet terzi għall-infrastruttura sussidjata tal-broadband.

Ipprezzar tal-aċċess għall-operaturi

(218)

Skont il-paragrafu 74(h) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, il-prezzijiet tal-aċċess għall-operaturi għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ta' pprezzar stabbiliti mill-ARN u fuq valuri referenzjarji u għandhom iqisu l-għajnuna riċevuta mill-operatur tan-netwerk. Madankollu, fid-deċiżjoni tagħha dwar is-suq tal-broadband għall-operaturi, fir-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità dwar is-Swieq Rilevanti, il-PTA Iżlandiża ma kinitx inkludiet servizzi tal-broadband offruti fuq infrastrutturi bbażati fuq il-fibra, jiġifieri s-suq (145). Il-fibra wkoll hija eskluża mis-suq għall-aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk (fiżiku) għall-operaturi (inkluż aċċess maqsum jew diżaggregazzjoni totali) f'lokazzjoni fissa (suq 4). Għalhekk, sal-lum il-PTA Iżlandiża għadha ma imponietx obbligi ta' ipprezzar għall-aċċess għall-operaturi fir-rigward ta' netwerks tal-fibra.

(219)

Madankollu, fir-rigward tad-dettalji ta' dan il-każ, ta min jiftakar li għalkemm il-PTA ma imponiet l-ebda obbligi ta' ipprezzar għall-aċċess għall-operaturi, madanakollu fl-Anness 10 għall-Ftehim kien hemm ftehimiet standardizzati għal rivendita, fosthom skonti standard għal rivendita kemm għat-teknoloġija tal-ADSL u tal-UMTS. Barra minn hekk, il-fatt li kien hemm teħid materjali tal-offerti ta' aċċess għall-operaturi fuq in-netwerk li kien għadu kif inbena (146), jindika li l-prezzijiet offruti minn Síminn huma kompetittivi u jirriflettu s-suq (147).

Monitoraġġ u mekkaniżmu ta' rkupru

(220)

F'termini ġenerali, l-awtoritajiet awtorizzanti jridu jimplimentaw mekkaniżmi ta' monitoraġġ biex jiġi evitat kull riskju ta' kumpens żejjed. Madankollu, skont il-Linji Gwida dwar il-Broadband, l-awtoritajiet awtorizzanti huma obbligati biss jimplimentaw mekkaniżmu ta' rkupru jekk l-ammont ta' għajnuna tal-proġett jaqbeż l-EUR 10 miljuni (jiġifieri madwar ISK 1,5 biljuni) (148).

(221)

Fil-każ preżenti, l-awtoritajiet Iżlandiżi kkonfermaw li l-kost globali tal-proġett kien konsiderevolment taħt il-limitu ta' EUR 10 miljuni. Bħala konsegwenza, l-Awtorità taċċetta li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu nklużi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' rkupru.

(222)

Madankollu l-awtoritajiet Iżlandiżi kkonfermaw li l-ħlasijiet lil Síminn kienu saru skont skeda predeterminata ta' ħlas marbuta mal-progress tal-proġett, u b'hekk ġiet evitata l-possibilità ta' kumpens żejjed. Skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim, Síminn ippreżentat garanzija bankarja mill-bank New Kaupþing, datata s-17 ta' Frar 2009, li tirrappreżenta mekkaniżmu ta' rkupru sabiex jiġi evitat kumpens żejjed. Il-Ftehim jinkludi wkoll arranġament strett ta' ħlasijiet skont il-progress tal-proġett, li sa ċertu punt jagħmel il-pagamenti soġġetti għall-progress attwali tal-bini tas-sistema u l-użu mill-konsumaturi, kif stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Ftehim. Fl-aħħar nett, fl-Artikolu 11 tal-Ftehim hemm klawżola ta' penali, fejn Síminn trid tħallas kumpens fil-każ ta' dewmien, kif ukoll klawsola dwar nuqqas ta' konformità fl-Artikolu 13 tal-Ftehim.

Rapportar

(223)

Skont il-paragrafu 74(k) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, kull sentejn l-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna għandhom jirrapportaw informazzjoni prinċipali dwar il-proġett megħjun lill-Awtorità (li jibda mid-data minn meta jibda jintuża n-netwerk) (149). Filwaqt li l-miżura ta' għajnuna inkwistjoni ma kinitx ġiet formalment notifikata lill-Awtorità, bi tweġiba għat-talbiet tal-Awtorità għal informazzjoni, l-awtoritajiet Iżlandiżi issa pprovdew l-informazzjoni rilevanti jew prinċipali. Issa din l-informazzjoni għandha tiġi preżentata lill-Awtorità darbtejn fis-sena bħala parti mill-obbligi annwali ta' rapportar tal-Iżlanda għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat.

3.4.   L-eżerċizzju ta' ibbilanċjar globali

(224)

Wara li vvalutat il-miżura skont il-kriterji rilevanti tat-test ta' bbilanċjar u l-prinċipji fundamentali dwar għajnuna mill-istat għal infrastruttura tal-broadband deskritti fil-Linji Gwida dwar il-Broadband, l-Awtorità tikkonkludi li, kollox ma' kollox, il-miżura tikkontribwixxi biex ittaffi żvantaġġ ġeografiku u kummerċjali f'dawn iż-żoni rurali li altrimenti ma kienx jiġi ndirizzat permezz ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq is-suq fil-futur qarib. L-għan tal-miżura huwa l-promozzjoni tal-provvista kompetittiva ta' servizzi innovattivi u ta' kwalità għolja tal-broadband lill-bini konċernat. Il-miżura ġiet imfassla biex jiġi żgurat li l-bilanċ globali tal-effetti tagħha jkun pożittiv.

(225)

Barra minn hekk, id-disinn tal-proġett u l-possibiltajiet għal aċċess effettiv għall-operaturi (inkluż inter alia d-disinn miftuħ u mhux diskriminatorju tan-netwerk u l-mudell tan-negozju għall-operaturi biss (wholesale-only business model) tal-benefiċjarju tal-għajnuna, flimkien mal-mandat ċar tiegħu li jingħata aċċess ġust u mhux diskriminatorju lill-fornituri kollha tas-servizz) jiżgura li kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-intervent tal-istat tinżamm sal-minimu possibbli.

(226)

Għalhekk, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, ir-riżultat tat-test ta' bbilanċjar globali huwa pożittiv u l-finanzjament tal-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda jikkostitwixxi miżura ta' għajnuna li hija meqjusa kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE fis-sens tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

4.   KONKLUŻJONI

(227)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-Ftehim bejn Síminn u l-Fond għat-Telekomunikazzjoni tal-25 ta' Frar 2009 dwar l-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda jikkostitwixxi għajnuna mill-istat li hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE fis-sens tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

(228)

L-awtoritajiet Iżlandiżi qed jiġu mfakkra wkoll li kull pjan biex tiġi modifikata l-għajnuna individwali li se tingħata, inkluż kwalunkwe żieda fl-għotjiet, għandu jiġi notifikat lill-Awtorità.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tikkonkludi li l-Ftehim bejn Síminn u l-Fond għat-Telekomunikazzjoni tal-25 ta' Frar 2009 dwar l-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali fl-Iżlanda tikkostitwixxi miżura ta' għajnuna kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Iżlanda.

Artikolu 3

L-unika verżjoni awtentika ta' din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, fit-30 ta' Ġunju 2015

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

President

Frank BÜCHEL

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 302/13/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal-10 ta' Lulju 2013 biex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar l-għajnuna potenzjali mill-istat mogħtija lil Síminn għall-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband fiż-żoni rurali fl-Iżlanda (ĠU C 347, 28.11.2013, p. 11, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 66, 28.11.2013, p. 8). Disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-notifications/State-aid-siminn.pdf

(2)  Id-Dokument Nru 585458.

(3)  Qed issir referenza għall-ittri mill-awtoritajiet Iżlandiżi datati t-28 ta' April 2011 (id-Dokument Nru 596157), is-17 ta' Mejju 2011 (id-Dokument Nru 598419), it-22 ta' Ġunju 2011 (id-Dokument Nru 601861) u l-11 ta' Marzu 2013 (id-Dokument Nru 665601) kif ukoll ittri mingħand l-ilmentatur datati t-23 ta' Mejju 2012 (id-Dokument Nru 657203) u l-10 ta' Mejju 2013 (id-Dokument Nru 672303) u e-mails minn parti interessata datati t-2 ta' Ottubru 2011 (id-Dokument Nru 614576) u d-19 ta' Novembru 2011 (id-Dokumenti Nru 615746 u 615747).

(4)  Id-Dokument Nru 687314.

(5)  Id-Dokument Nru 679306.

(6)  Id-Dokument Nru 694292.

(7)  Id-Dokument Nru 694234.

(8)  Id-Dokument Nru 694237.

(9)  Id-Dokument Nru 694646.

(10)  Id-Dokument Nru 694762.

(11)  Id-Dokument Nru 701089.

(12)  Id-Dokument Nru 720418.

(13)  Id-Dokument Nru 729141.

(14)  Ara l-Att Nru 132/2005 dwar il-Fond għat-Telekomunikazzjoni tal-20 ta' Diċembru 2005.

(15)  Din għamluh billi qabblu l-informazzjoni uffiċjali dwar ir-residenzi legali mal-informazzjoni mill-muniċipalitajiet, mill-bażi tad-data tagħhom dwar il-bdiewa u billi staqsew lin-nies tal-lokal li kellhom informazzjoni aġġornata, u f'xi każijiet anke billi ċemplu lil djar partikolari jew lid-djar tal-ġirien, meta f'dubju.

(16)  Minn hawn 'il quddiem it-termini “fornituri tas-servizz”, “fornituri tas-servizz tal-internet”, jew “ISPs” kollha għandhom l-istess tifsira.

(17)  Żoni suwed huma dawk li fihom hemm jew li fil-futur qarib se jkun hemm tal-anqas żewġ netwerks bażiċi tal-broadband ta' operaturi differenti u s-servizzi tal-broadband jingħataw b'kundizzjonijiet kompetittivi. Żoni griżi huma żoni li fihom hemm operatur wieħed ta' netwerk preżenti u li fihom mhuwiex probabbli li fil-futur qarib se jiġi żviluppat netwerk ieħor. Żoni bojod huma żoni li fihom ma hemm l-ebda infrastruttura tal-broadband u fejn mhuwiex probabbli li fil-futur qarib se tiġi żviluppata infrastruttura bħal din. Għal aktar kjarifika, ara l-linji gwida tal-Awtorità dwar it-tnedija rapida ta' netwerks tal-broadband, disponibbli onlajn fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-IV---Application-of-state-aid-rules-in-relation-to-rapid-deployment-of-broadband-networks.pdf u l-premessi 159 sa 164 hawn taħt.

(18)  Il-Fond ipprovda assistenza teknika mingħajr ħlas lill-fornituri kollha tas-servizz li ma kellhomx il-kapaċità teknika li jipprovdu shape-files preċiżi li setgħu jintużaw f'applikazzjonijiet ARCis-GIS.

(19)  Id-Dokument Nru 665605.

(20)  Il-provvista ta' aċċess għal servizzi bil-vuċi kienet opzjonali għall-offerenti potenzjali fir-rigward tal-bini li ma kienx se jirċievi dan is-servizz b'kundizzjonijiet tas-suq u kienet limitata għall-provvista ta' servizzi bil-vuċi 2G GSM biss. 2G tirreferi għal teknoloġija mobbli tat-tieni ġenerazzjoni, filwaqt li GSM (Sistema Globali għall-Komunikazzjonijiet Mobbli) tirreferi għall-istandard li fuqu hija bbażata.

(21)  Ara l-ittra mill-awtoritajiet Iżlandiżi lill-Awtorità, datata t-22 ta' Ġunju 2011 (Id-Dokument Nru 601861).

(22)  Ibid.

(23)  Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi l-pubblikazzjoni tal-avviż kienet qieset ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Att Nru 84/2007 dwar l-Akkwisti Pubbliċi, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-kumpaniji waqt l-akkwist pubbliku. L-Att jimplimenta fil-leġiżlazzjoni Iżlandiża l-Att imsemmi fil-punt 2 tal-Anness XVI għall-Ftehim ŻEE, id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114), (“Id-Direttiva dwar l-Akkwisti” jew id-“Direttiva 2004/18/KE”), inkorporata fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 li jemeda l-Anness XVI (l-Akkwisti) tal-Ftehim ŻEE (ĠU L 245, 7.9.2006, p. 22 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 7.9.2006, p. 18). L-STC jirreklama l-proġetti/offerti kollha tagħhom f'din is-sezzjoni partikolari tal-gazzetta konċernata.

(24)  Ara l-Artikolu 16 tal-Ftehim.

(25)  Id-Dokument Nru 687314.

(26)  Id-deskrizzjoni tar-rekwiżiti tekniċi tal-proġett jinsabu fid-deskrizzjoni tal-offerta, li hija mmarkata bħala Anness I għall-Ftehim. L-Annessi jagħmlu parti mill-Ftehim u jorbtu lill-partijiet.

(27)  Ara l-Artikolu 1.2.3.1 tal-Anness I għall-Ftehim u n-nota 20 f'qiegħ il-paġna ta' din id-Deċiżjoni.

(28)  ADSL tfisser Linja Diġitali Asimmetrika tal-Abbonat. It-teknoloġiji tal-Linja Diġitali tal-Abbonat (DSL) jużaw netwerks tradizzjonali tat-telefonija (fissa) tar-ram biex iwasslu sinjali diġitali tal-broadband.

(29)  UMTS tfisser Sistema Universali tat-Telekomunikazzjoni Mobbli li tirreferi għat-teknoloġija mobbli tat-tielet ġenerazzjoni (3G) li tista' twassal data/servizzi tal-broadband b'kapaċità ogħla milli b'teknoloġija mobbli tat-tieni ġenerazzjoni (2G). 3G tista' tintuża għal applikazzjonijiet bħal telefonija mobbli, SMS u servizzi ta' aċċess għall-Internet permezz tal-mowbajl, kif ukoll għal aċċess għall-Internet permezz ta' wireless fiss.

(30)  Wi-Fi tirreferi għall-użu ta' links tar-radju lokali għat-trasmissjoni ta' komunikazzjoni bil-vuċi u tad-data lil djar individwali jew lil postijiet kummerċjali.

(31)  Meħud mill-verżjoni Ingliża tal-analiżi tal-PTA tas-Suq 12, disponibbli onlajn fuq: http://www.pfs.is/upload/files/Market%2012%20-%20Annex%20A%20-%20Analysis%20of%20market.Public.pdf

(32)  Dan jirrappreżenta 41 % tal-proġett kollu.

(33)  Fl-Anness II għall-Ftehim hemm referenza għad-Deċiżjoni Nru 8/2008 tal-PTA tat-18 ta' April 2008, dwar id-deżinjazzjoni ta' impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq u l-impożizzjoni ta' obbligi fis-suq għal aċċess għall-broadband għall-operaturi (suq 12) (ara wkoll in-nota 123 f'qiegħ il-paġna hawn taħt). Barra minn hekk, skont id-Deċiżjoni tal-PTA Nru. 26/2007, Míla, kumpannija assoċjata ma' Síminn, ġiet deżinjata b'saħħa sinifikanti fis-suq għal diżaggregazzjoni (inkluż aċċess kondiviż) għal loops metalliċi u sottoċirkwiti fil-livell tal-operaturi sabiex jiġu provduti servizzi tal-broadband u bil-vuċi. Għalhekk Míla hija soġġetta għal firxa ta' obbligi ta' aċċess fil-livell tal-operaturi, bħal obbligu li tikkonforma ma' talbiet raġonevoli għal diżaggregazzjoni taċ-ċirkwiti lokali fil-livell tal-operaturi, inklużi linji tar-ramm u servizzi relatati. Madankollu, minħabba inter alia l-ekonomija tal-provvista ta' servizzi tal-broadband permezz ta' diżaggregazzjoni taċ-ċirkwiti lokali f'żoni rurali remoti d-domanda materjali għal dan is-servizz ta' aċċess fil-livell tal-operaturi tista' madanakollu ma tkunx probabbli.

(34)  Dan jirrappreżenta 55 % tal-proġett kollu.

(35)  Dan jirrappreżenta 4 % tal-proġett kollu.

(36)  Dawn huma skontijiet fuq il-prezz bl-imnut ta' Síminn.

(37)  Disponibbli onlajn fuq: http://www.pfs.is/library/Skrar/akv.-og-urskurdir/akvardanir-PFS/Akv_nr.8_2008_M%2012.pdf

(38)  Id-Dokument Nru 615746.

(39)  Deċiżjoni Nru 302/13/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal-10 ta' Lulju 2013 biex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar l-għajnuna potenzjali mill-istat mogħtija lil Síminn għall-introduzzjoni ta' servizzi tal-broadband fiż-żoni rurali fl-Iżlanda (ĠU C 347, 28.11.2013, p. 11, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 66, 28.11.2013, p. 8). Disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-notifications/State-aid-siminn.pdf

(40)  Disponibbli onlajn fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-IV---Application-of-state-aid-rules-in-relation-to-rapid-deployment-of-broadband-networks.pdf

(41)  Id-Dokument Nru 687314.

(42)  F'dan ir-rigward jirreferu għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 264/2002 L-Underground ta' Londra (ĠU C 309, 12.12.2002, p. 14), il-premessa 79, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE tat-2 ta' Mejju 2013 dwar Għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (ĠU L 220, 17.8.2013, p. 20).

(43)  F'dan ir-rigward jirreferu għad-Deċiżjoni Nru 46/2007 tal-Kummissjoni Skema ta' Netwerk tas-Settur Pubbliku ta' Wales (ĠU C 157, 10.7.2007, p. 2).

(44)  F'dan ir-rigward, jirreferu għad-Deċiżjoni Nru 196/2010 tal-Kummissjoni It-Twaqqif ta' Infrastruttura Sostenibbli li Tippermetti l-Konnessjoni tal-Internet Broadband madwar l-Estonja kollha (il-proġett EstWin) (ĠU C 60, 25.2.2011, p. 3).

(45)  Id-Dokument Nru 665602.

(46)  Ċart provduta mill-awtoritajiet Iżlandiżi (Id-Dokument Nru 687314).

(47)  Id-Dokument Nru 687320.

(48)  Skont il-kalkoli u d-data minn Síminn, eventwalment l-ispejjeż minħabba t-tagħmir li kien inxtara f'munita barranija laħqu 85 % tal-pagamenti riċevuti għall-proġett (Id- Dokument Nru 694234).

(49)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża Nru 264/2002, Sħubija Pubblika Privata tal-Underground ta' Londra (ĠU C 309, 12.12.2002, p. 14).

(50)  Ara: http://www.pfs.is/upload/files/Tolfraediskyrsla_PFS_Isl.fjarskiptamarkadur_2010_til_2012.pdf

(51)  Id-Dokumenti Nru 694234, 694235, 694236, 694237 u 694238.

(52)  Sentenza f'Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415.

(53)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża Nru 264/2002, Sħubija Pubblika Privata tal-Underground ta' Londra (ĠU C 309, 12.12.2002, p. 14), il-premessa 79.

(54)  Ibid, il-premessi 120 u 125.

(*1)  Verżjoni mhux kunfidenzjali. L-informazzjoni fil-parentesi kwadri hija koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

(55)  Skont informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Iżlandiżi (Id-Dokument Nru 687320), il-konsulenti tal-Fond kienu kkalkolaw li l-prezz potenzjali tal-offerta kien se jkun ta' bejn ISK 410 000 000 u 820 000 000 għal madwar 750 binja addizzjonali (stima li aktar tard ġiet aġġustata għal 670 binja “bajda” identifikati), jiġifieri prezz medju ta' ISK 546 667 (sistema sempliċi) għal ISK 1 093 333 (sistema avvanzata) kull binja.

(56)  Sentenza f'Il-Kummissjoni Ewropea kontra Deutsche Post AG, C-399/08 P, EU:C:2010:481, il-paragrafu 41.

(57)  Mill-bidu tal-proġett fuq is-sit web tagħha Síminn kienet ippubblikat offerta għall-aċċess għall-UMTS fil-livell tal-operaturi. Fost l-oħrajn il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Tal għamlet ftehim bħal dan ma' Síminn. Aktar informazzjoni hija disponibbli onlajn fuq: https://heildsala.siminn.is/

(58)  Id-Dokument Nru 694646.

(59)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 475/2007, L-Irlanda, Skema Nazzjonali tal-Broadband (NBS) (ĠU C 18, 24.1.2009, p. 1).

(60)  Id-Dokument Nru 694646.

(61)  Kif ġie deskritt aktar fil-premessa 32 hawn fuq, fil-bidu d-dokumenti tal-offerta kienu stabbilixxew firxa ta' għażliet possibbli ta' aċċess fejn tintuża infrastruttura tal-ADSL (għal definizzjoni ta' din it-teknoloġija ara n-nota 28 f'qiegħ il-paġna) għat-twassil tas-servizzi tal-broadband inkwistjoni. Dawn kienu jvarjaw minn għażliet aktar ibbażati fuq rivendita (fejn dak li jkun qed ifittex aċċess jiddependi b'mod konsiderevoli fuq is-sistemi/infrastruttura tal-operatur ospitanti) għal għażliet aktar ibbażati fuq l-infrastruttura (fejn dak li jkun qed ifittex aċċess jiddependi fuq livelli varji fuq is-sistemi/infrastruttura tiegħu stess), għalkemm ma jobbligawx b'mod ċar dawn l-għażliet kollha ta' aċċess kif se jkompli jiġi diskuss aktar 'l isfel. Fil-każ ta' xi servizzi mwassla permezz tal-UMTS (għal definizzjoni ta' din it-teknoloġija ara n-nota 29 f'qiegħ il-paġna), id-dokumenti tal-offerta pproponew biss għażla ta' aċċess ibbażata fuq rivendita.

(62)  L-Awtorità rċeviet allegazzjonijiet simili minn parti interessata li anke hija ssostni li mingħajr suċċess ippruvat tikseb aċċess għan-netwerk ta' Síminn fil-livell tal-operaturi (Id-Dokument Nru 614576).

(63)  Id-Dokument Nru 679306.

(64)  Skont Hringiðan, waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex l-STC kien irrifjuta l-offerta tagħha kienet in-nuqqas ta' garanzija bankarja suffiċjenti.

(65)  Id-Dokument Nru 694292.

(66)  Id-Dokument Nru 701089.

(67)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 55/05/COL tal-11 ta' Marzu 2005 biex tingħalaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 1(2) fil-parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti fir-rigward tal-bejgħ ta' 1 744 appartament għall-kiri f'Oslo (in-Norveġja) (ĠU L 324, 23.11.2006, p. 11 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 56, 23.11.2006, p. 1), Sezzjoni II.3. p. 19 b'referenzi ulterjuri.

(68)  Sentenza f'Höfner u Elser kontra Macroton, C-41/90, EU:C:1991:161, il-paragrafi 21-23 u l-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA [2008] EFTA Ct. Rep. 61, il-paragrafu 78.

(69)  Sentenza f'Ministero dell'Economica e delle Finanze kontra Cassa di Risparmio di Firenze SpA, C-222/04, EU:C:2006:8, il-paragrafu 108.

(70)  Sentenza fi Franza kontra l-Kummissjoni, C-301/87, EU:C:1990:67, il-paragrafu 41; sentenza f'De Gezamenlijke Steenkolenmijnen kontra l-Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar, Kawża 30/59, EU:C:1961:2, il-paragrafu 19; sentenza fi Franza kontra l-Kummissjoni (Kimberly Clark), C-241/94, EU:C:1996:353, il-paragrafu 34 u s-sentenza fi Fleuren Compost, T-109/01, EU:T:2004:4, il-paragrafu 53.

(71)  Sentenza f'Il-Kummissjoni kontra EDF u Oħrajn, C-124/10 P, EU:C:2012:318, il-paragrafu 77 u l-każistika ċitata. Ara wkoll is-sentenza f'Bouygues kontra l-Kummissjoni, kawżi C-399/10 u C-401/10 P, EU:C:2013:175, il-paragrafu 102.

(72)  Sentenza f'De Gezamenlijke Steenkolenmijnen kontra -Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar, Kawża 30/59, il-paragrafi 9 et seq.

(73)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 231/11/COL tat-13 ta' Lulju 2011 dwar it-tnedija rapida ta' netwerk b'Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss f'żoni rurali tal-muniċipalità ta' Tromsø (ĠU C 10, 12.1.2012, p. 5 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 2, 12.1.2012, p. 3), Sezzjoni II.1.2, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.33063, Italy Trentino NGA (ĠU C 323, 24.10.2012, p. 6), il-premessa 77.

(74)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 14/2008 — Ir-Renju Unit, Broadband fl-IskozjaEstensjoni tal-Firxa tal-Broadband (ĠU C 150, 17.6.2008, p. 3), il-premessa 37.

(75)  Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA [1999] EFTA Ct. Rep. 76.

(76)  Sentenza f'Libert u Oħrajn, Kawżi konġunti C-197/11 u C-203/11, EU:C:2013:288, il-paragrafi 76-78.

(77)  Sentenza f'Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00.

(78)  Sentenza f'Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, il-paragrafi 87-93.

(79)  Ara Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal kumpens li jingħata għall-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (“il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar is-SIEĠ”), Disponibbli onlajn fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VI---Compensation -granted-for-the-provision-of-services-of-general-economic-interest.pdf

(80)  Kif ġie espress qabel mill-Kummissjoni dwar il-qasam tal-aċċess għal servizzi tal-broadband, per eżempju fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 381/04, Pyrénées-Atlantiques (ĠU C 162, 2.7.2005, p. 5). Ara wkoll il-paragrafu 49 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar is-SIEĠ, u l-paragrafu 22 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-Awtorità dwar l-Applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat fir-rigward tat-tnedija rapida ta' netwerks tal-broadband. L-Awtorità se tindirizza r-rilevanza ta' dawn il-linji gwida fis-Sezzjoni II.3.1 ta' din id-deċiżjoni.

(81)  Ara d-Deċiżjoni Nru 444/13/COL tat-13 ta' Novembru 2013 tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar it-tnedija ta' netwerk b'Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss fil-muniċipalità ta' Skeiða- u Gnúpverjahreppur (ĠU C 66, 6.3.2014, p. 6 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 14, 6.3.2014, p. 1), il-premessa 72.

(82)  Ara d-Deċiżjoni Nru 444/13/COL tat-13 ta' Novembru 2013 tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar it-tnedija ta' netwerk b'Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss fil-muniċipalità ta' Skeiða- u Gnúpverjahreppur (ĠU C 66, 6.3.2014, p. 6 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 14, 6.3.2014, p. 1), il-premessa 73.

(83)  Ara l-paragrafu 52 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar is-SIEĠ.

(84)  Il-linji gwida tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat fir-rigward tat-tnedija rapida ta' netwerks tal-broadband (“il-Linji Gwida dwar il-Broadband”), Disponibbli onlajn fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-IV---Application-of-state-aid-rules-in-relation-to-rapid-deployment-of-broadband-networks.pdf

(85)  Għal lista tad-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni li ttieħdu taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-broadband, ara: http://ec.europa.eu/competition/sectors/telecommunications/broadband_decisions.pdf

(86)  Ara l-paragrafu 57 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband u n-nota 17 f'qiegħ il-paġna hawn fuq.

(87)  Ara l-paragrafu 68 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(88)  Ara per eżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/175/KE tad-19 ta' Lulju 2006 dwar il-miżura Nru C 35/2005 (ex N 59/2005 li n-Netherlands qed tippjana biex timplimenta rigward infrastruttura ta' broadband f'Appingedam (ĠU L 86, 27.3.2007, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 14/2008, Il-Broadband fl-IskozjaL-Estensjoni tal-Medda tal-Faxx Wiesa' (ĠU C 150, 17.6.2008, p. 3).

(89)  Ara l-paragrafu 28 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(90)  Ara d-definizzjoni fin-nota 17 f'qiegħ il-paġna u l-premessa 160 hawn fuq.

(91)  Ara d-Deċiżjoni Nru 219/14/COL tal-11 ta' Ġunju 2014 tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-iskema ta' għajnuna mill-istat għall-introduzzjoni tal-broadband (ĠU C 344, 2.10.2014, p. 13 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 55, 2.10.2014, p. 4), Sezzjoni 3.2.1.2.

(92)  EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, KUMM(2010) 2020, p. 12.

(93)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni (COM (2010) 245 Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif rikonoxxuta fir-riżoluzzjoni mis-37 Laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE fis-26 ta' Ottubru 2011. Id-dokument huwa disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/ALL/;jsessionid=Y4vLTX8KtHt58G2x4R1h26h1l1zYRJcHnMBhTTx3cKhqvYf4R8m0!-1629905942?uri=CELEX:52010DC0245R(01). L-Aġenda Diġitali stabbiliet l-objettiv li sal-2013 l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għal broadband bażiku u tfittex li tiżgura li sal-2020 ikun żdied sew l-aċċess għal servizzi ta' NGA (l-Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess għal Internet b'veloċità għolja ta' aktar minn 30 Mbps, u li 50 % jew aktar tad-djar Ewropej għandhom jabbonaw għal konnessjonijiet tal-internet ta' 'l fuq minn 100 Mbps).

(94)  Servizzi affordabbli tal-broadband huwa wkoll wieħed mill-għanijiet tal-Aġenda Diġitali, ara https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/about-broadband

(95)  Ara l-paragrafu 62 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(96)  Ara per eżempju d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 231/11/COL, li għaliha saret referenza fin-nota ta' qiegħ il-paġna 73 hawn fuq, is-Sezzjoni 3.2.1.2.

(97)  Ara l-paragrafi 33 sa 35 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(98)  Ara per eżempju d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 231/11/COL, li għaliha saret referenza fin-nota ta' qiegħ il-paġna 73 hawn fuq, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 14/2008, Il-Broadband fl-Iskozja — L-Estensjoni tal-Medda tal-Faxx Wiesa' (ĠU C 150, 17.6.2008, p. 3), il-premessi 54–55.

(99)  L-awtoritajiet Iżlandiżi kkuntattjaw operaturi privati sabiex jistabbilixxu jekk kienx hemm xi investitur tas-suq lest li jipprovdi konnettività bil-broadband lill-bini inkwistjoni. Wara li sabu li ma kienx hemm interess fil-provvediment tas-servizz, l-awtoritajiet Iżlandiżi kkonkludew li fil-fatt f'dawn iż-żoni s-suq kien falla u mingħajr intervent pubbliku ma kienx se jkollhom konnessjonijiet tal-internet b'veloċità għolja fil-futur qarib.

(100)  Il-paragrafu 41 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(101)  Il-paragrafu 74(b) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(102)  Ara l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/18/KE.

(103)  Fil-każistika tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat li r-regoli tas-Suq Intern tat-Trattat japplikaw ukoll għal kuntratti li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttivi dwar l-akkwisti, sakemm il-kuntratt ikun ta' interess għal operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu fi Stati Membri oħra. Ara, per eżempju, is-sentenza f'Telaustria, C-324/98, EU:C:2000:669, il-paragrafu 60; is-sentenza f'Coname, C-231/03, EU:C:2005:487, il-paragrafu 16, u s-sentenza f'Parking Brixen, C-458/03, EU:C:2005:605, il-paragrafu 46. Ara wkoll il-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni dwar il-liġi Komunitarja applikabbli għall-għoti ta' kuntratti li mhumiex soġġetti jew li mhumiex kompletament suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar l-Akkwisti Pubbliċi (ĠU C 179, 28.11.2001, p. 2).

(104)  Il-paragrafu 74(c) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(105)  Ara per eżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 508/08 — Ir-Renju Unit, Il-Forniment ta' Servizzi Remoti tal-Faxx Wiesa' fl-Irlanda ta' Fuq (ĠU C 18, 24.1.2009, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 475/2007 — L-Irlanda, Skema Nazzjonali tal-Faxx Wiesa' (NBS) (ĠU C 282, 24.11.2007, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 157/06 — Ir-Renju Unit, Proġett tal-Faxx Wiesa' tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire (ĠU C 80, 13.4.2007, p. 1).

(106)  Il-paragrafu 74(d) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(107)  Ibid.

(108)  http://www.rikiskaup.is/

(109)  http://www.innanrikisraduneyti.is/sam/frettir/nr/22547

(110)  Ara t-tabella fil-premessa 18.

(111)  It-tibdil qed jiġi spjegat f'aktar dettall fis-Sezzjoni I.3.1.4 ta' din id-deċiżjoni. Ara wkoll il-premessi 27 u 61 hawn fuq.

(112)  Ara per eżempju l-Artikolu 31(4)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, li jgħid li: “[…] għal xogħlijiet addizzjonali jew servizzi mhux inklużi fil-proġett għall-bidu meqjusa jew fil-kuntratt oriġinali iżda li, minħabba ċirkonstanzi mhux mistennija, isiru meħtieġa għat-twettiq tax-xogħlijiet jew servizzi deskritti fih, bil-kondizzjoni li l-għotja tingħata lill-operatur ekonomiku li jkun qed iwettaq xogħlijiet jew servizzi bħal dawn:

meta xogħlijiet addizzjonali bħal dawn jew servizzi ma jkunux jistgħu jkunu separati teknikament jew ekonomikament mill-kuntratt oriġinali mingħajr inkonvenjenza maġġura għall-awtoritajiet kontrattwanti

jew

meta xogħlijiet bħal dawn jew servizzi, għalkemm separabbli mit-twettiq tal-kuntratt oriġinali huma strettament meħtieġa għat-tkomplija tiegħu.

Madanakollu, il-valur miġbur ta' kuntratti mogħtija għal xogħlijiet addizzjonali jew servizzi ma jistax jeċċedi l-50 % ta' l-ammont tal-kuntratt oriġinali;”

(113)  Ibid, Artikolu 13.

(114)  Il-paragrafu 74(c) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(115)  Ara t-tabella fis-sezzjoni I.2.1.3 hawn fuq.

(116)  Ara per eżempju, is-Sentenza f'Il-Pajjiżi l-Baxxi u ING Groep kontra l-Kummissjoni, T-29/10, EU:T:2012:98, il-paragrafu 123.

(117)  Id-Dokument Nru 687314.

(118)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 219/14/COL tal-11 ta' Ġunju 2014 dwar l-iskema ta' għajnuna mill-istat għall-introduzzjoni tal-broadband (ĠU C 344, 2.10.2014, p. 13 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 55, 2.10.2014, p. 4), il-premessa 125(e).

(119)  Il-paragrafu 74(f) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(120)  Il-paragrafu 74(g) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(121)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/729/KE tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-każ ta' għajnuna mill-Istat C 53/2006 (ex N 262/05, ex CP 127/04), Investiment mill-belt ta' Amsterdam f'netwerk fibra sad-dar (FttH) (ĠU L 247, 16.9.2008, p. 27), il-premessa 96, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 14/2008 Ir-Renju Unit, Broadband fl-Iskozja — Estensjoni tal-Firxa tal-Broadband (ĠU C 150, 17.6.2008, p. 3), il-premessa 57(c), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 475/2007 L-Irlanda, Skema Nazzjonali tal-Faxx Wiesa' (“NBS”) (ĠU C 282, 24.11.2007, p. 1), il-premessa 45(e).

(122)  Il-paragrafu 74(g) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(123)  Id-Deċiżjoni Nru 8/2008 tal-PTA (ara nota 33f'qiegħ il-paġna hawn fuq).

(124)  Ara, per eżempju, l-Artikolu 8(5)(c) tal-Att imsemmi fil-punt 5cl tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE (Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (“id-Direttiva Kwadru”) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33)), inkorporat fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness II li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni), l-Anness X (Servizzi awdjoviżivi) u l-Anness XI (Servizzi ta' telekomunikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 60 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 22.4.2004, p. 14), kif emendat bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37) (“id-Direttiva dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar”, għadha ma ġietx inkorporata fil-Ftehim ŻEE) u l-Att imsemmi fil-punt 5cl tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE (Regolament (KE) 544/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12), inkorporat fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2009 tat-22 ta' Ottubru 2009 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' telekomunikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ĠU L 334, 17.12.2009, p. 4 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 68, 17.12.2009, p. 4), li jinnota li wieħed mill-objettivi tal-qafas regolatorju huwa l-promozzjoni, fejn xieraq, ta' kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura.

(125)  ERG 06(33), Pożizzjoni Komuni Riveduta tal-ERG dwar l-Approċċ lejn Rimedji Xierqa fil-Qafas Regolatorju tal-ECNS, Mejju 2006.

(126)  Ara nota 121 f'qiegħ il-paġna hawn fuq u d-Deċiżjoni 2008/729/KE.

(127)  Aċċess għal netwerk passiv jirreferi għal aċċess għan-netwerk passiv mingħajr ebda tagħmir elettroniku (jiġifieri elementi fiżiċi ta' netwerk bħal kanali, fibra, kaxex, eċċ.).

(128)  Aċċess għal netwerk attiv jirreferi għal aċċess għan-netwerk attivat (jiġifieri fejn ikunu ġew installati s-sistemi jew il-komponenti tekniċi meħtieġa għat-tħaddim tan-netwerk, bħal swiċċijiet, routers jew splitters).

(129)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 330/2010 Franza — Programm nazzjonali “Très Haut Débit” — Volet B (ĠU C 364, 14.12.2011, p. 1).

(130)  Dan kien jinkludi d-disponibbiltà ta' offerta għall-konnessjoni tan-netwerks propji ta' dawk li qed ifittxu l-aċċess', għall-konnessjoni ta' partijiet differenti tan-netwerk u għall-konnessjoni mal-konsumatur aħħari.

(131)  F'dan ir-rigward, din il-forma ta' attività tan-netwerk ma kinitx iffinanzjata mill-programm, iżda l-aċċess għall-prodotti attivi fil-livell tal-konsumaturi xorta kien meħtieġ fejn ikun hemm domanda raġonevoli għal dawn il-prodotti.

(132)  Ara Deċiżjoni Nru 231/11/COL tal-Awtorità, imsemmija fin-nota 73 f'qiegħ il-paġna hawn fuq, il-premessa 24.

(133)  Ara d-Deċiżjoni Nru 4/2007 tal-PTA dwar id-deżinjazzjoni ta' impriża b'saħħa sinifikanti fis-suq u l-impożizzjoni ta' obbligi fis-suq għall-aċċess u għall-oriġini tas-sejħa fuq netwerks pubbliċi ta' telefons ċellulari (Suq 15), u Analiżi tas-suq għall-operaturi għall-aċċess u għall-oriġini tas-sejħa fuq netwerks pubbliċi ta' telefons ċellulari (Suq 15), 5 ta' Frar 2007.

(134)  “Roaming nazzjonali” jirreferi għal ftehim bejn l-operaturi ta' infrastruttura ta' netwerk mobbli li jużaw in-netwerks ta' xulxin biex jipprovdu servizzi f'żoni ġeografiċi fejn ikun għad ma jkollomx kopertura.

(135)  Dan jirreferi għal obbligu fuq Síminn li toffri lil operaturi oħra ta' netwerks mobbli l-faċilità li fiżikament jillokalizzaw it-tagħmir tagħhom fuq, jew li jużaw b'mod konġunt infrastruttura eżistenti fuq l-art jew mobbli (bħal kanali tal-kejbils, bini u strutturi, jew arbli).

(136)  “Operatur ta' Netwerk Mobbli Virtwali” (MVNO) jirreferi għal fornitur ta' servizzi mobbli li ma jkollux ir-riżorsi tal-ispettru tiegħu stess u li jista' jew jista' ma jkollux infrastruttura propja ta' netwerk mobbli, skont il-mudell tan-negozju segwit u sa liema punt jiddependi fuq il-faċilitajiet provduti min-netwerk mobbli ospitanti. Skont id-definizzjoni tal-PTA fid-Deċiżjoni Nru 4/2007 tagħha, f'każijiet li jinvolvu purament aċċess għal netwerk virtwali, l-operatur tan-netwerk virtwali jikkontrolla s-sistema li hija meħtieġa għall-interkonnessjoni u għar-roaming f'netwerks ta' operaturi oħra iżda ma jkollux sistema ta' distribuzzjoni (jiġifieri l-parti wireless tan-network tat-telefonija ċellulari).

(137)  Normalment rivenditur la jkollu spettru għat-telefonija ċellulari u lanqas infrastruttura tan-netwerk, iżda jkollu r-relazzjoni diretta mal-klijenti u jista' jittratta, inter alia, fatturazzjoni tal-klijenti, marketing u bejgħ tas-servizz lill-utenti finali taħt isem kummerċjali indipendenti. Skont id-definizzjoni tal-PTA fid-Deċiżjoni Nru 4/2007 tagħha, ir-rivenditur ma jippossjedi l-ebda infrastruttura indipendenti ta' netwerk mobbli u prattikament jixtri s-servizzi kollha ta' sostenn fil-livell tal-operaturi.

(138)  Kif ġie nnotat qabel fil-premessa 30 hawn fuq, 55 % tal-bini kien konness b'UMTS (3G wireless fiss), 41 % b'ADSL u 4 % bis-satellita/Wi-Fi.

(139)  Skont l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Iżlandiżi, l-aċċess għall-operaturi kellu jkun effettiv bejn l-2008 u l-2014 u l-partijiet għall-kuntratt setgħu jżidu sa sentejn mat-terminu tiegħu skont l-iżviluppi fis-suq u fatturi oħra.

(140)  Għal deskrizzjoni tal-Għażliet 1-4 qed issir referenza għall-Kapitolu 2.2.4 tas-Sezzjoni I hawn fuq.

(141)  Id-Dokument Nru 687322.

(142)  Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Tal għamlet inter alia ftehim dwar l-aċċess fil-livell tal-operaturi ma' Síminn, ara wkoll il-premessa 86 hawn fuq.

(143)  Id-Dokument Nru 687314.

(144)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 475/2007, L-Irlanda, Skema Nazzjonali tal-Faxx Wiesa' (NBS) (ĠU C 18, 24.1.2009, p. 1), il-premessa 45.

(145)  Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal-5 ta' Novembru 2008 dwar swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fis-settur tal-komunikazzjoni suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante skont id-Direttiva Qafas (ĠU C 156, 9.7.2009, p. 18).

(146)  Skont l-informazzjoni provduta lill-Awtorità, għadd ta' fornituri tas-servizz xtraw offerti ta' aċċess għall-operaturi minn Síminn u bdew ibiegħu s-servizzi tagħhom stess permezz tan-netwerk.

(147)  Ara d-Deċiżjoni Nru 444/13/COL tat-13 ta' Novembru 2013 tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar it-tnedija ta' netwerk b'Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss fil-muniċipalità of Skeiða- u Gnúpverjahreppur (ĠU C 66, 6.3.2014, p. 6 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 14, 6.3.2014, p. 1), il-premessa 114.

(148)  Il-paragrafu 74(1) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(149)  Minbarra għall-informazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 74(j) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, din l-informazzjoni għandha tinkludi d-data minn meta jibda jintuża n-netwerk, il-prodotti ta' aċċess għall-operaturi, l-għadd ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-aċċess u ta' fornituri tas-servizz fuq in-netwerk, l-għadd ta' djar mgħoddija u r-rati ta' teħid.