ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 325

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
30 ta' Novembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2068 tad-29 ta' Lulju 2013 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35611 (13/C) li Franza beħsiebha timplimenta favur il-grupp PSA Peugeot Citroën SA (notifikata bid-dokument C(2013) 4971)  ( 1 )

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2069 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.14093 (C76/2002) li l-Belġju implimenta favur Brussels South Charleroi Airport u Ryanair (notifikata bid-dokument C(2014) 6849)  ( 1 )

63

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2068

tad-29 ta' Lulju 2013

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35611 (13/C) li Franza beħsiebha timplimenta favur il-grupp PSA Peugeot Citroën SA

(notifikata bid-dokument C(2013) 4971)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2)(a) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),

wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (1) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,

billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fil-5 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet ilment ta' impriża li xtaqet tibqa' anonima (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-ilmentatur anonimu”).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-11 ta' Frar 2013 (minn hawn 'il quddiem imsejħa d-“deċiżjoni ta' salvataġġ”) il-Kummissjoni awtorizzat b'mod temporanju għal raġunijiet ta' stabbiltà finanzjarja, il-garanzija minn Franza ta' ħarġiet ta' bonds minn Banque PSA Finance S.A. (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “BPF”) b'ammont nominali ta' EUR 1,2 biljun. F'dan il-qafas, l-awtoritajiet Franċiżi impenjaw irwieħhom sabiex jinnotifikaw pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA Peugeot Citroën S.A. (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “PSA” jew il-“grupp” jew il-“grupp PSA”) u pjan ta' vijabbiltà ta' BPF fis-6 xhur ta' wara d-Deċiżjoni ta' salvataġġ.

(3)

Permezz tal-ittra tat-12 ta' Marzu 2013, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni għajnuna għar-ristrutturar favur il-grupp PSA.

(4)

Permezz tal-ittra tat-2 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni għarrfet lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ it-“TFUE”) rigward din l-għajnuna.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċedura (minn hawn 'il quddiem imsejħa “id-deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Mejju 2013 (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-għajnuna inkwistjoni. Fit-3 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-kompetituri ewlenin ta' PSA.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet ta' ħames partijiet interessati, jiġifieri:

i.

Il-grupp PSA, fir-rwol tiegħu bħala benefiċjarju tal-għajnuna, li ssottometta osservazzjonijiet permezz tal-ittra tat-13 ta' Ġunju 2013;

ii.

Impriża li tixtieq tibqa' anonima (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-parti terza anonima”), li ssottomettiet osservazzjonijiet permezz tal-ittra tal-14 ta' Ġunju 2013;

iii.

Il-kompetituri Fiat, General Motors (minn hawn 'il quddiem imsejħin “GM”) u Toyota, li ssottomettew osservazzjonijiet permezz tal-ittri tas-17, it-18 u l-21 ta' Ġunju 2013.

(7)

Il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lil Franza permezz tal-ittri tad-19 u l-21 ta' Ġunju 2013.

(8)

L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz tal-ittra tat-3 ta' Ġunju 2013 u l-kummenti tagħhom dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi interessati permezz tal-ittra tat-28 ta' Ġunju 2013.

(9)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew tagħrif addizzjonali fl-1 u t-2 ta' Lulju 2013.

(10)

Fl-4 ta' Lulju 2013 ġiet organizzata konferenza telefonika bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi u l-grupp PSA. Saru żewġ laqgħat oħrajn bejn l-istess partijiet fil-11 u t-12 ta' Lulju 2013, kif ukoll konferenza telefonika fil-15 ta' Lulju 2013. Wara dawn il-laqgħat, l-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew tagħrif permezz tal-ittra tas-16 ta' Lulju 2013, emendat permezz tal-ittra tat-23 ta' Lulju 2013.

2.   DESKRIZZJONI

2.1.   IL-GRUPP PSA

(11)

Il-grupp PSA huwa kumpanija elenkata fuq Euronext Paris. Fl-2011, il-grupp biegħ iktar minn 3,5 miljun vettura u komponent fid-dinja (42 % barra l-Ewropa). Filwaqt li għandu preżenza kummerċjali f'160 pajjiż, il-grupp PSA jħaddem 11-il fabbrika msejħin “terminali” (9 minnhom fl-Unjoni Ewropea), li fihom jiġu mmuntati l-vetturi, kif ukoll 12-il fabbrika msejħin “mekkaniċi”, li huma speċjalizzati fil-produzzjoni ta' ċerti partijiet. L-attivitajiet tal-grupp jinvolvu wkoll il-finanzjament ta' vetturi (BPF) u t-tagħmir tal-vetturi (Faurecia). Sa Diċembru 2012, PSA kien ukoll sid Gefco (attivitajiet loġistiċi). Il-grupp PSA kellu bejgħ (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “fatturat”) ta' EUR 55,4 biljun fl-2012. L-evoluzzjoni tal-fatturat tal-grupp matul l-aħħar ħames snin hija ppreżentata fit-Tabella 1 hawn taħt.

Tabella 1

Fatturat tal-grupp PSA f'miljuni ta' euro

 

2008

2009

2010

2011

2012

Fatturat storiku

54 356

48 417

56 061

59 912

55 446

(12)

BPF huwa bank captive ikkontrollat 100 % minn PSA, li jiggarantixxi l-finanzjament tal-bejgħ tal-vetturi tal-marki Peugeot u Citroën, il-ħażniet tal-vetturi u tal-komponenti ta' riżerva tan-netwerks ta' distribuzzjoni, u jipproponi mezzi ta' finanzjament lill-klijenti tal-grupp. BPF għandu preżenza fi 23 pajjiż. B'rata ta' penetrazzjoni medja (3) ta' 29,8 % fl-2012, BPF jiffinanzja sehem kbir mid-domanda għall-vetturi prodotti mill-grupp u jikkontribwixxi b'mod determinanti għall-finanzjament tal-attività kummerċjali tiegħu. Fl-2012, l-ammont pendenti tiegħu kien jammonta għal bejn EUR 23 u 24 biljun. Fl-2011, ir-riżultat nett tiegħu kien jammonta għal EUR 354 miljun.

(13)

Faurecia hija manifattur tat-tagħmir oriġinali tal-vetturi li fil-31 ta' Diċembru 2012 PSA kellha 57,18 % minnu. Essenzjalment, l-attività tagħha hija orjentata lejn il-fabbrikazzjoni ta' sits ta' karozzi, sistemi interni, teknoloġiji għall-kontroll tal-emissjonijiet u partijiet esterni tal-vetturi. Fl-2012, il-fatturat tagħha kien jammonta għal madwar EUR 17,4 biljun.

2.2.   DIFFIKULTAJIET AFFAĊĊJATI MILL-GRUPP PSA

(14)

Fl-2012, il-fatturat tal-grupp niżel b'5,2 %, essenzjalment minħabba l-fatt li t-taqsima awtomobilistika kienet sejra ħażin (tnaqqis ta' 10,3 % għal EUR 38,3 biljun ). L-introjtu operatorju kurrenti tal-grupp irriżulta f'telf ta' EUR 576 miljun, kontra bilanċ pożittiv ta' EUR 1,093 biljun fl-2011. Għat-taqsima awtomobilistika waħedha, it-telf operatorju ammonta għal EUR 1,5 biljun fl-2012, kontra telf ta' EUR 92 miljun fl-2011.

(15)

Id-diffikultajiet affaċċjati kienu ġejjin minn fatturi speċifiċi fis-suq tal-karozzi, effetti tat-tgħarriq ekonomiku u finanzjarju taż-żona tal-euro u l-iżvantaġġi strutturali tal-grupp PSA.

2.2.1.   PERSISTENZA TAT-TIĊKIN TAS-SUQ AWTOMOBILISTIKU EWROPEW MILL-2007

(16)

Mill-2007, is-suq Ewropew ma waqafx jiċkien. Qabel l-2007, is-suq awtomobilistiku Ewropew kien jirrappreżenta madwar 18-il miljun vettura fis-sena, kontra l-14-il miljun unità mibjugħa fl-2012, jiġifieri tnaqqis ta' 15 %.

(17)

F'dan il-kuntest, il-grupp PSA, stabbilit sew fl-Ewropa (u b'mod partikolari fl-Ewropew t'Isfel) ra l-bejgħ tiegħu jonqos 6,1 % f'dan is-suq, fejn jagħmel 58 % tal-bejgħ tiegħu. Is-sehem mis-suq tal-grupp PSA niżel għal 13,3 %, kontra l-14,2 % tal-2010.

(18)

Madankollu, il-grupp PSA ma pattiex għat-tiċkin tas-suq Ewropew bil-bejgħ li għamel barra l-Ewropa. Fl-2012, il-bejgħ tal-vetturi għall-passiġġieri u utilitarji fil-bqija tad-dinja ma kinux biżżejjed biex waħedhom ipattu għall-prestazzjoni batuta tal-grupp fis-suq Ewropew.

2.2.2.   STRUTTURAR TAL-KOMPETIZZJONI SFAVOREVOLI GĦALL-PRODUTTURI ĠENERALI

(19)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, PSA huwa f'kompetizzjoni:

(a)

Mal-grupp ta' ġeneralisti oħrajn: il-ġeneralisti ewlenin (Renault, Nissan, Opel, Toyota, Volkswagen) kif ukoll ġeneralisti oħrajn bħal Ford, Fiat, Skoda, Seat u Honda;

(b)

Mal-grupp ta' speċjalisti (Audi, BMW, Mercedes, eċċ.) li għandhom tendenza dejjem ikbar li jiżviluppaw prodotti tal-ogħla kwalità fis-segmenti kollha, u b'hekk jidħlu fil-qalba tas-suq tal-ġeneralisti;

(c)

Il-produtturi riċenti, li sejrin dejjem aħjar fis-segmenti essenzjalment tal-firxa medja (Hyundai, Kia, eċċ.).

(20)

Fi ftit kliem, skont l-awtoritajiet Franċiżi, is-suq naturali tal-ġeneralisti huwa attakkat minn “fuq”, jiġifieri mill-produtturi speċjalisti tal-ogħla kwalità li għandhom fil-mira segmenti ġodda (eż: Audi A1…) u minn “taħt”, jiġifieri minn produtturi ta' kwalità medja/baxxa, b'mod partikolari l-Koreani bħal Hyundai-Kia, li jixtiequ jitilgħu fl-iskala tal-kwalità.

2.2.3.   L-IŻVANTAĠĠI STRUTTURALI TAL-GRUPP PSA

(21)

Iktar min-nofs (53 % fl-2011) tal-produzzjoni ta' karozzi tal-grupp PSA tinsab fl-Ewropa tal-Punent, fejn l-ispejjeż tal-ħaddiema huma ogħla mill-bqija tad-dinja. Madankollu, il-fattur tal-ispiża tax-xogħol jirrappreżenta b'kollox iktar minn [20-30]* (*1) % tal-prezz tal-kost għal PSA. Barra minn hekk, il-parti l-kbira tal-impjegati tar-riċerka u l-iżvilupp (minn hawn 'il quddiem imsejħin “R&Ż”) u tal-istruttura tal-grupp jinsabu fi Franza, li jfisser spejjeż għoljin tal-persunal.

(22)

Il-grupp waqa' lura wkoll fir-rigward tal-kompetituri tiegħu fil-qasam tar-R&Ż, u b'mod partikolari fil-qasam tal-istandardizzazzjoni tal-komponenti.

(23)

Fl-aħħar nett, PSA jbati minn immaġni u popolarità dgħajfin meta mqabbel mal-“aqwa” produtturi Ġermaniżi.

(24)

Id-diffikultajiet tal-grupp, u b'mod partikolari tat-taqsima tal-karozzi tiegħu, għandhom riperkussjonijiet immedjati fuq BPF (u viċi versa). Fil-fatt, id-diffikultajiet tal-bank captive essenzjalment ġejjin mid-diffikultajiet tal-grupp minħabba r-rabta bejn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom. It-tnaqqis tal-klassifikazzjoni ta' PSA jġib miegħu it-tnaqqis ta' dik ta' BPF, xi ħaġa li tagħmilhielu diffiċli biex jidħol fi swieq biex jissaħħaħ. Fl-istess ħin, BPF huwa ta' importanza funadmentali biex isostni l-attività awtomobilistika tal-grupp PSA. Pereżempju, fl-2012, dan iffinanzja' 29,8 % tal-bejgħ tal-produttur u ta' 100 % tal-konċessjonarji Ewropej tiegħu. B'hekk, it-tnaqqis sinifikanti fil-kapaċitajiet ta' finanzjament ta' BPF (u t-tnaqqis korrispondenti fil-forniment ta' self) ħalla impatt negattiv fuq l-attività tad-diviżjoni awtomobilistika. Għalhekk, permezz tal-mekkaniżmu ta' klassifikazzjoni (“rating”), jista' jinħoloq ċirku vizzjuż li jwassal għal tnaqqis ulterjuri tas-sorsi ta' finanzjament ta' BPF, li mbagħad jaffettwa l-bejgħ tal-grupp PSA minħabba r-restrizzjoni tal-kreditu, u l-bqija.

2.3.   IL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA

2.3.1.   IL-GARANZIJA TAL-ISTAT FUQ IL-ĦRUĠ TA' BONDS TA' BPF

(25)

Biex ikun jista' jimplimenta l-pjan ta' ristrutturazzjoni tiegħu, il-gvern Franċiż iddeċieda li jagħti lill-grupp PSA garanzija li tkopri l-ħruġ ta' bonds b'terminu twil ta' BPF b'maturità li ma tasalx qabel id-data ta' ftehim ta' garanzija jew tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016 (“il-garanzija”). F'dan ir-rigward, ser jiġi ffirmat ftehim ta' garanzija awtonoma bejn, min-naħa, l-Istat Franċiż u, min-naħa l-oħra, il-grupp PSA bil-kundizzjoni preċedenti ta' approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikoli 107 u 108 TFUE. Wara li kkonkludew l-ewwel ftehim ta' garanzija temporanju li jikkorrispondi għal segment ta' EUR 1,2 biljun f'kapital bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Frar 2013 li tawtorizza għajnuna ta' salvataġġ, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom il-ħsieb li jikkonkludu mal-grupp PSA t-tieni ftehim ta' garanzija li jkopri s-segment residwu għal ammont pendenti b'limitu massimu ta' EUR 5,8 biljun f'kapital.

(26)

L-Artikolu 85 tal-liġi emendatorja Nru 2012-1510 tad-29 ta' Diċembru 2012 dwar il-finanzi għall-2012 jawtorizza lill-ministru inkarigat mill-ekonomija sabiex jagħti bi ħlas il-garanzija tal-Istat għal titoli ta' dejn maħruġin minn BPF bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Diċembru 2016. Il-garanzija ser tkopri ħruġ ta' bonds ta' terminu twil minn BPF. B'hekk ser jibbenefika minn titoli ta' dejn mhux garantiti maħruġin minn BPF wara d-data ta' awtorizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-garanzija mill-Kummissjoni u mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016. Dawn it-titoli ser ikollhom maturità kuntrattwali ta' massimu ta' sitta u tletin xahar li jibdew mid-data tal-ħruġ tagħhom.

(27)

L-awtoritajiet Franċiżi jippreċiżaw li d-determinazzjoni tal-livell limitu tal-garanzija neċessarja għall-grupp PSA hija msejsa fuq l-analiżi tal-istruttura proprja tal-bilanċ ta' BPF (u, b'mod partikolari l-istruttura ta' finanzjament ta' BPF) kif ukoll fuq il-previżjonijiet 2013-2016 tal-ħtiġijiet ta' finanzjament fil-ġejjieni, li ġew determinati mill-awtoritajiet Franċiżi filwaqt li ġew ikkunsidrati s-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Total tal-ammont pendenti supponut li huwa kważi kostanti ta' madwar EUR 24/25 biljun li jippermetti li jibqa' jiġi ffinanzjat il-bejgħ ta' karozzi tal-grupp PSA;

(b)

Żieda fit-titolizzazzjoni fil-finanzjament ta' BPF, li tikkumpensa b'mod parzjali għat-tnaqqis tal-karta kummerċjali/ċertifikati ta' depożitu (klassifikazzjoni tal-impatt A-3 / P-3);

(c)

It-tiġdid tal-linji ta' kreditu mill-banek li ppermettew lil BPF sabiex jikkonferma EUR 11,6 biljun fi kreditu bankarju ta' terminu medju f'Jannar 2013, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni ta' kreditu sindikat ġdid ta' EUR 4,1 biljun b'maturità ta' 5 snin, it-tiġdid tal-maġġoranza tal-linji bilaterali ta' kreditu, l-estensjoni ta' linja ta' kreditu ċirkolanti ta' EUR 1,2 biljun f'kapital, b'maturità estiża sa Jannar 2016 u l-estensjoni simultanja ta' linja ta' kreditu għal EUR 1,8 biljun f'Diċembru 2015 (ara d-dettalji tal-premessa (31) hawn taħt);

(d)

Ir-rikors għal depożiti mill-2013.

(28)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-remunerazzjoni tal-garanziji kellha tiġi determinata b'tali mod li tiġi fornita bi prezz tas-suq bl-applikazzjoni tal-kriterji tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà (4) (minn hawn 'il quddiem imsejħin linji gwida ta' “salvataġġ u ristrutturar”) u tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE (li saru l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE) għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (5). Il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji tipprevedi li, jekk ma jkunx hemm primjum ta' garanzija ta' referenza korrispondenti fis-swieq finanzjarji, il-kost finanzjarju totali tas-self garantit, inkluża r-rata tal-imgħax u l-primjum imħallas, irid jitqabbel mal-prezz tas-suq ta' self simili mhux garantit.

(29)

L-awtoritajiet Franċiżi jistipulaw li sabiex jiddeterminaw il-livell tar-remunerazzjoni tal-Istat, dan irid ikun aġixxa b'mod pari passu mal-banek li jipparteċipaw fin-New Club Deal, ftehim bejn BPF u l-banek kredituri tiegħu. Għal dan, il-kost tar-riskju stmat mill-banek ġie kkalkolat mir-remunerazzjoni totali tal-linji ta' likwidità tal-New Club Deal, maħduma mill-ġdid sabiex jiġu kkunsidrati d-differenzi bejn injezzjoni ta' likwidità u garanzija. B'hekk, ir-remunerazzjoni għall-garanzija tal-Istat ġiet stabbilita għal 260 punt bażi.

(30)

BPF ħareġ bonds f'ismu, li għalihom hemm suq sekondarju. It-Tabella 2 ta' hawn taħt turi r-rendimenti medji tal-bonds eżistenti ta' BPF b'maturità qrib it-tliet snin għal perjodu ta' xahar qabel ma tħabbret lill-istampa l-miżura ta' sostenn lill-grupp (6). Ir-rendiment ta' bond ipotetiku b'maturità ta' tliet snin eżatti ġie interpolat fuq il-bażi tar-rendimenti tal-bonds tal-BPF bl-eqreb maturità li kienet dik ta' tliet snin f'kull data speċifika. Finalment, it-Tabella 2 tippreżenta wkoll il-livelli ta' rendiment tal-bonds tal-gvern b'maturità ta' tliet snin.

Tabella 2

Rendimenti fis-suq sekondarju

(%)

 

Fis-16.10.2012

Medjan 16.9-16.10

Maturità tal-bonds 25.9.2015

5,04

5,52

Maturità tal-bonds 24.6.2015

4,84

5,57

Maturità tal-bonds 25.2.2016

5,37

6,23

Bond ipotetiku ta' 3 snin (rendimenti interpolati)

5,09

5,54

Bond ekwivalenti tat-Teżor 3 snin

0,34

0,39

(31)

Fi tmiem Diċembru 2012, BPF innegozja krediti ġodda ma' grupp ta' banek, li aċċetta li jagħti lil BPF:

(a)

likwiditajiet permezz ta' self fit-tul li jammonta għal EUR 4 biljun (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “New Club Deal”);

(b)

linji ta' kreditu bilaterali li jaslu sa EUR 4,6 biljun;

(c)

estensjoni ta' żewġ linji ta' “riżerva” (li mhumiex destinati li jkunu prelevati) għal total ta' EUR 3 biljun.

B'hekk, l-impenn total ta' dawn il-banek jitla' għal EUR 11,6 biljun. Skont it-tagħrif li tat Franza, il-prelevament tal-linji ta' kreditu ta' New Club Deal jiddependi mill-implimentazzjoni tal-miżura ta' appoġġ mill-Istat (7).

(32)

Fil-25 ta' Marzu 2013, BPF ħareġ bonds koperti minn garanzija tal-Istat li jammontaw għal EUR 1,2 biljun. Dawn il-bonds, b'kupun ta' 0,625 %, jagħtu rendiment ta' 0,664 % jew spiża inkrementali ta' 24 punt bażi fir-rigward tal-bonds ekwivalenti tat-Teżor (BET) ta' 3 snin.

(33)

Il-Kummissjoni kkwantifikat l-element ta' għajnuna fil-premessa 51 tad-Deċiżjoni ta' salvataġġ f'medda bejn EUR 91,8 miljun sal-ammont nominali tal-bonds maħruġin ta' EUR 1,2 biljun. L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li fuq il-bażi tal-metodoloġija użata fid-Deċiżjoni ta' salvataġġ, ir-riżultati miksubin dwar l-element ta' għajnuna li jinsab fil-miżura huma:

Tabella 3

Kalkolu tal-element ta' għajnuna f'bonds koperti

Dejta interpolata 3 snin

Firxa ta' 24 punt bażi fuq l-Istat

Spot

Medjan tar-rendimenti tal-bonds

 

16.10.2012

12.7 – 16.10

16.9-16.10

BET 3 snin

0,34 %

0,35 %

0,39 %

Firxa fuq l-Istat stmata wara l-garanzija

0,24 %

0,24 %

0,24 %

Rata tal-imgħax ta' BPSA wara l-garanzija (a)

0,58 %

0,59 %

0,63 %

Kost tal-garanzija (b)

2,60 %

2,60 %

2,60 %

Kost totali stmat tal-bonds koperti (a) + (b)

3,18 %

3,19 %

3,23 %

Rendiment fis-suq sekondarju ta' BPSA interpolat 3 snin

5,09 %

5,23 %

5,54 %

Ammont tal-għajnuna mill-Istat ipprovdut (f'miljuni ta' euro)

401

429

486

Sors: BNP Paribas Global Markets, Datastream

(34)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-Kummissjoni tuża perjodu ta' referenza partikolarment sfavorevoli fl-istorja tar-rendimenti tal-bonds ta' BPF. Il-perjodu bejn it-12 ta' Lulju sas-16 ta' Ottubru 2012, jiġifieri mid-data li fiha tħabbru d-diffikultajiet tal-grupp PSA bl-avviż ta' pjan ta' riorganizzazzjoni jikkostitwixxi, skont l-awtoritajiet Franċiżi, stima aħjar tar-rendiment tal-bonds.

2.3.2.   L-GĦAJNUNA LILL-PROĠETT “50CO2CARS”

(35)

Il-finanzjamenti pubbliċi li Franza għandha l-għan li talloka lill-proġett “50CO2Cars” jaqgħu taħt il-qafas tal-programm ta' “investimenti tal-ġejjieni” implimentat mil-liġi emendatorja dwar il-finanzi Nru 2010-237 tad-9 ta' Marzu 2010. L-Aġenzija tal-Ambjent u l-Ġestjoni tal-Enerġija (minn hawn 'il quddiem l-“ADEME”) hija waħda mill-operaturi (8) inkarigati mill-Istat sabiex jieħdu ħsieb il-krediti mislufin għal investimenti tal-ġejjieni. Il-baġit totali għad-dispożizzjoni tal-ADEME huwa ta' EUR 2,65 biljun.

(36)

Fi ħdan l-investimenti tal-ġejjieni, il-proġett “50CO2Cars” jaqa' taħt il-qafas tal-azzjoni “Vettura futura”, li għandha l-għan li tesperimenta u tippromwovi teknoloġiji u organizzazzjonijiet li jikkunsmaw inqas enerġija u li jarmu inqas gass serra. Fil-qafas ta' din l-azzjoni, intgħażlu komponenti teknoloġiċi differenti fil-qafas taż-żewġ Sejħiet għal Espressjoni ta' Interess (minn hawn 'il quddiem “SEI”):

(a)

Il-familja ġdida ta' magni diżil b'effiċjenza enerġetika għolja ħafna u l-gearbox DCT intgħażlu fil-qafas tas-SEI “Powertrain u awżiljarji tal-vetturi b'magna ta' kombustjoni” (minn hawn 'il quddiem “SEI Nru 1”)

(b)

It-teknoloġija ta' ibridizzazzjoni elettrika ntgħażlet fil-qafas tas-SEI “Mogħdija tas-saħħa tal-magna, awżiljarji u sistemi ta' ħżin tal-enerġija riversibbli għal vetturi elettriċi u ibridi” (minn hawn 'il quddiem “SEI Nru 2”).

(37)

L-azzjoni “Vettura futura” hija koperta b'mod partikolari mill-iskema ta' għajnuniet SA.32466 (2011/X) (9) eżentata min-notifika permezz tar-Regolament għal Eżenzjoni ġenerali Sħiħa (10) (minn hawn 'il quddiem “GBER”).

(38)

L-awtoritajiet Franċiżi fornew id-dettalji u l-forma tal-finanzjamenti pubbliċi li ser ikunu riċevuti minn kull wieħed mill-imsieħba elenkati fil-proġett. Ħlief għall-mexxej PSA, l-ammonti tal-finanzjament pubbliku kkonċernati għat-twettiq tal-proġett “50CO2Cars” huma inqas mil-livelli limitu ta' notifika individwali definiti fl-Artikolu 6-1-e) tal-GBER għall-imsieħba kollha l-oħrajn (Delphi, Mann & Hummel, Valeo, Rhodia, CTI, IRMA, IFPEN, LACCO, IRCELYON, u IC2MP). Peress li jikkostitwixxu għajnuniet mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE (11), dawn il-finanzjamenti pubbliċi diġà huma koperti mill-iskema eżentata SA.32466 (2011/X) imsemmija iktar 'il fuq.

(39)

Min-naħa l-oħra, b'konformità mal-Artikolu 1-6-c tiegħu), il-GBER ma japplikax għal għajnuniet lil impriżi f'diffikultà, definizzjoni li żgur tapplika għall-grupp PSA minn tal-inqas is-17 ta' Ottubru 2012, data li fiha l-awtoritajiet Franċiżi ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jagħtu garanzija lill-grupp PSA. Għalhekk, l-għajnuna li l-Istat beħsiebu jagħti lil PSA biex isostni l-proġett “50CO2Cars” ma tistax tkun koperta mill-iskema ta' għajnuniet SA 32466 (2011/X), u lanqas ma għandha tkun l-oġġett ta' notifika individwali fuq il-bażi tal-Qafas tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (12) (minn hawn 'il quddiem il-“Qafas R&Ż&I”) (13).

(40)

Għall-fini ta' simplifikazzjoni amministrattiva, l-ispejjeż tal-attivitajiet ta' PSA fil-qafas tal-proġett “50CO2Cars” ġew ikklassifikati bl-istess mod tal-imsieħba l-oħrajn, jiġifieri billi ntużaw il-kategoriji previsti mill-GBER (li jaqblu ma' dawk tal-Qafas R&Ż&I).

(41)

B'hekk il-grupp PSA ser iwettaq attivitajiet ikkwalifikati (14) bħala riċerka fundamentali (minn hawn 'il quddiem “RF”), riċerka industrijali (minn hawn 'il quddiem “RI”) u żvilupp sperimentali (minn hawn 'il quddiem “ŻS”), għall-ispejjeż eliġibbli spjegati fit-Tabella 4 hawn taħt:

Tabella 4

Kostijiet tal-proġett 50CO2Cars skont it-tipi ta' attività ta' R&Ż (f'eluf ta' euro)

Spejjeż

Totali

Ammissibbli (15)

RF

RI

ŻS

SEI Nru 1

[260 -330]*

233 524,91

1 328,79

140 622,53

91 573,59

SEI Nru 2

[50 -110]*

71 068,57

 

34 945,01

36 123,56

Total

[300 -400]*

304 593,48

1 328,79

175 567,54

127 697,15

(42)

B'ammont totali ta' EUR 85,9 miljun, l-għajnuniet li l-Istat beħsiebu jalloka lill-grupp PSA fir-rigward tal-pjan ta' ristrutturar ser jieħdu l-forma ta' għotjiet (għal EUR 24,5 miljun) u pagamenti bil-quddiem rekuperabbli (għal EUR 61.4 miljun). F'termini ta' intensità, dawn jikkorrispondu għal rata ta' kopertura ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli ta' RF, 30 % għall-attivitajiet ta' RI u 25 % għall-attivitajiet ta' ŻS.

(43)

Rigward aktar speċifikament il-pagamenti bil-quddiem rekuperabbli, il-kapitalizzazzjoni ser issir bir-rata ta' referenza fis-seħħ f'Jannar 2012, data tad-deċiżjoni ta' allokazzjoni tal-għajnuna: 3.07 % għal Franza. Ser jitraddu lura minn PSA skont il-modalitajiet differenti għal kull SEI.

(44)

Għall-parti tal-proġett relatata mas-SEI Nru 1, tliet arkitetturi ta' ibridi huma possibbli u huma evalwati b'mod parallel: il-gearbox eDCT, il-faċċata sekondarja tal-magna u l-faċċata sekondarja b'rota libera. Is-sistema ta' rimborż, li fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq l-arkitettura magħżula f'wieħed mill-punti ta' deċiżjonijiet tal-proġett, ser tieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

Jekk l-għażla tkun ta' ibridi permezz tal-gearbox eDCT, ir-rimborż ser ikun ibbażat fuq żewġ unitajiet ta' ħidma:

EUR [10-20]* għal kull magna diżil b'qawwa ta' 40/50 kW u 70 kW prodotta mill-[500 000-600 000]* unità prodotta, b'tali mod li l-parti tal-pagament bil-quddiem ser titradd lura sal-eqreb euro f'erba' snin, b'valur aġġornat, fuq il-bażi tax-xenarju nominali ta' produzzjoni. Mal-ħruġ ta' dan ir-rimborż b'100 % tal-ammont aġġornat, il-grupp PSA ser ikompli jħallas ammont imnaqqas b'[3-6] euro għal kull magna prodotta għal [1-3] snin.

EUR [30-40]* għal kull gearbox eDCT prodotta mill-[50 000-60 000]* unità prodotta, b'tali mod li din il-parti tal-pagament bil-quddiem ser titradd lura sal-eqreb euro f'ħames snin, b'valur aġġornat, fuq il-bażi tax-xenarju nominali ta' produzzjoni. Mal-ħruġ ta' dan ir-rimborż b'100 % tal-ammont aġġornat, il-grupp PSA ser ikompli jħallas ammont imnaqqas b'EUR [5-10]* għal kull gearbox eDCT prodotta.

(b)

Fir-rigward tal l-ibridizzazzjoni permezz tal-faċċata sekondarja, ir-rimborż ser ikollu bħala l-unika unità ta' ħidma l-magna diżil b'qawwiet ta' 40/50 kW u 70 kW, li għaliha PSA ser iħallas EUR [10-20]* għal kull unità prodotta mill-[500 000-600 000]* waħda sar-rimborż sħiħ tal-ammont aġġornat (madwar [0-5]* snin fix-xenarju nominali), flimkien ma' EUR [5-10]* euro għal kul unità.

(c)

Fir-rigward tal-faċċata sekondarja b'rota libera, ir-rimborż ser ikun ikkalkolat bl-istess mod fuq l-unità ta' ħidma tal-magna diżil b'qawwiet ta' 40/50 kW u 70 kW: PSA ser iħallas EUR [20-30]* għal kull unità prodotta mill-[500 000-600 000]* waħda sar-rimborż sħiħ tal-ammont aġġornat (madwar [0-5]* snin fix-xenarju nominali), flimkien ma' EUR [5-10]* għal kull unità.

(45)

Għall-parti tal-proġett relatata mas-SEI Nru 2, ir-rimborż ser ikun ibbażat fuq l-unità ta' ħidma tal-powertrain elettrika: PSA ser irodd lura EUR [20-30]* għal kull unità prodotta mill-[500 000-600 000]* waħda sar-rimborż sħiħ tal-ammont aġġornat (madwar [5-10]* snin fix-xenarju nominali), flimkien ma' EUR [5-10]* għal kull unità.

(46)

L-awtoritajiet Franċiżi iqisu li dawn il-modalitajiet huma tali li l-pagament bil-quddiem ser jitħallas lura b'valur aġġornat fix-xenarju ta' eżitu favorevoli tal-proġett imsejjes fuq ipoteżijiet prudenti u raġonevoli, u li f'każ li dan ma jirnexxix b'mod parzjali, ir-rimborż ser ikun proprozjonat għall-grad ta' suċċess tal-proġett.

2.4.   IL-PJAN TA' RISTRUTTURAR TAL-GRUPP PSA

(47)

Il-pjan ta' ristrutturar isegwi miżuri ta' tnaqqis tal-ispejjeż ippreżentati fis-26 ta' Ottubru 2011 (tnaqqis tal-ispejjeż bi EUR 800 miljun, li jfisser it-telf ta' 2 500 impjieg fl-Ewropa) u fil-15 ta' Frar 2012 (miżuri addizzjonali li jammontaw għal EUR 200 miljun).

(48)

Il-pjan ta' ristrutturar jinvolvi tliet tipi ta' miżuri: ristrutturar industrijali, tnaqqis tal-istruttura amministrattiva tal-grupp u t-twettiq tal-proġett ta' riċerka u żvilupp “50CO2Cars”. Għalkemm il-grupp PSA huwa grupp stabbilit f'diversi pajjiżi madwar id-dinja, il-miżuri ta' ristrutturar jikkonċernaw essenzjalment lil Franza, li fiha hemm konċentrazzjoni tal-parti l-kbira tal-mezzi ta' produzzjoni tal-grupp.

2.4.1.   IL-MIŻURI TA' RISTRUTTURAR TAL-ISTRUMENT TA' PRODUZZJONI INDUSTRIJALI

(49)

Il-miżuri ewlenin jikkonċernaw siti fi Franza: l-għeluq tal-fabbrika ta' Aulnay u t-tnaqqis kbir tal-kapaċitajiet tal-fabbrika ta' Rennes, li jfissru telf ta' 4 400 impjieg. Dawn iż-żewġ miżuri jaqgħu taħt il-qafas ġenerali ta' ottimizzazzjoni tas-siti ta' produzzjoni ta' PSA.

(50)

Bis-saħħa tal-pożizzjoni storika fis-segment tal-vetturi urbani-versatili (minn hawn 'il quddiem is-“segment B”), PSA għandu kapaċitajiet ta' produzzjoni kbar f'dan is-segment B: fi Franza (Aulnay, Poissy, u Mulhouse), Spanja (Madrid) u s-Slovakkja (Trnava). Minkejja l-miżuri ta' adattament li ttieħdu mill-bidu tas-snin 2000 (għeluq ta' Ryton (l-Ingilterra) fl-2006 u tnaqqis tal-kapaċitajiet ta' Aulnay fl-2008), il-kapaċitajiet ta' produzzjoni tiegħu baqgħu eċċessivi fis-segment B. L-għeluq ta' Aulnay ser tfisser tnaqqis fil-produzzjoni ta' 155 000 vettura/sena ta' mudelli 208, C3, DS3, meta mqabbla mal-organizzazzjoni implimentata fl-2012, li ser tfisser tnaqqis tal-kapaċità massima ta' 232 000 vettura/sena, u konċentrazzjoni tal-produzzjoni tas-segment B fis-siti ta' Poissy, Mulhouse u Trnava. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din il-miżura ser tnaqqas għal żmien twil il-kapaċità fis-segment B u ser tinvolvi ffrankar kbir ta' spejjeż fissi fi ħdan il-grupp (stmati għal EUR [100-200]* miljun fis-sena).

(51)

Bħalissa, is-sit ta' Rennes huwa ddedikat għall-produzzjoni ta' vetturi tas-segmenti D u E (16). Qed iħabbat wiċċu ma' tnaqqis kontinwu fid-domanda, b'mod partikolari għas-sedanes tas-segment D. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-bidla minn 2,5 timijiet għal 2, it-tneħħija ta' tim ta' billejl u ta' linja żgħira ta' produzzjoni ser jippermettu sabiex il-produzzjoni tkun limitata għall-Peugeot 508 (sedane u break) u s-C5 (sedane u break) biss.

(52)

L-attività ta' R&Ż ser titnaqqas ukoll (10 %), it-timijiet sejrin ikunu limitati biss għas-sostenn tas-sit (twaqqif tal-kompiti ta' żvilupp li jibbenefikaw l-attività ġenerali tal-grupp).

(53)

PSA jittama b'hekk li jtejjeb l-effikaċja tal-istrument Ewropew tiegħu, b'mod partikolari bis-saħħa ta' użu aħjar tal-kapaċitajiet installati u bl-ispeċjalizzazzjoni miksuba mis-siti li mhumiex ser jipproduċu iktar minn segment wieħed, massimu tnejn. L-għan ta' din ir-riorganizzazzjoni huwa li l-prezz tal-ispiża medja ta' kull vettura jitnaqqas b'madwar EUR [200-300]* sa EUR [200-300]*.

2.4.2.   IL-MIŻURI LI JIRRIGWARDAW L-ISTRUTTURA AMMINISTRATTIVA TAL-GRUPP PSA

(54)

Il-grupp PSA għandu l-iskop li jorganizza mill-ġdid is-servizzi amministrattivi u tal-maniġment kollu tiegħu. Din ir-riorganizzazzjoni ser tfisser tnaqqis totali ta' 3 586 impjieg.

(55)

B'mod parallel u bis-saħħa tal-miżuri ta' ristrutturar, PSA ħabbar pjan ta' ffrankar ta' EUR 1 biljun, li jkopri kemm l-akkwisti (EUR 400 miljun) kif ukoll l-ispejjeż fissi (EUR 600 miljun) u firxa ta' azzjonijiet li jkopru l-attivitajiet industrijali, ir-R&Ż u l-ispejjeż ġenerali, li ser titwettaq permezz tal-alleanza ma' GM.

2.4.3.   IL-PROĠETT TA' R&Ż “50CO2CARS”

(56)

Bħala parti mir-ristrutturar industrijali tiegħu, il-grupp PSA jipprevedi wkoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' ibridizzazzjoni ġodda li, skont l-awtoritajiet Franċiżi, ser jikkontribwixxu għar-ritorn għall-vijabbiltà. Fil-fatt, f'każ ta' suċċess, dan il-proġett ta' R&Ż ser jippermetti lill-grupp PSA sabiex jikkontrolla l-produzzjoni fuq skala kbira ta' vetturi diżil ibridi fis-segment B (piż inkluż bejn 900 kg u 1,3 tunnellata), u b'hekk ivarja l-produzzjoni tiegħu f'segment ta' attività profittabbli. Il-magni diżil huma preferuti mill-konsumaturi Ewropej, iżda, imbagħad, il-komponenti ewlenin (17) tas-sistema ta' ibridizzazzjoni jistgħu jkunu adattati għal bażijiet ta' magni petrol b'qawwa ekwivalenti u li naqsu disponibbli fil-livell dinji.

(57)

Dan il-proġett ta' R&Ż, imsejjaħ “50CO2Cars”, jipprevedi l-kunċett u l-produzzjoni ta' powertrain ibrida (mhux rikarikabbli) destinata għas-segment B, li jippermetti li l-emissjonijiet ta' CO2 ta' dawn il-vetturi jiġu limitati għal 50 gramma għal kull km (minn hawn 'il quddiem “g CO2/km”), u bis-saħħa ta' dan, il-vetturi familjari (segment C) għal madwar 65 g CO2/km. Il-proġett għandu l-għan li jrendi din it-teknoloġija ekonomikament aċċessibbli għall-ikbar numru possibbli ta' nies.

(58)

Teknikament, il-proġett ser jiġbor flimkien familja ġdida ta' magni diżil b'effiċjenza enerġetika għolja, gearbox bi klaċċ doppju motorizzat kompatibbli mal-ibridizzazzjoni (“DCT”), kif ukoll teknoloġija ta' ibridizzazzjoni elettrika rħisa.

(59)

PSA ser ikun il-kap tal-konsorzju tar-R&Ż imlaqqa' sabiex iwettaq il-proġett “50CO2Cars”.

(60)

Dan il-konsorzju ser jiġbor fih ukoll imsieħba industrijali u akkademiċi: ħames impriżi kbar (Delphi, Mann & Hummel, Valeo, u Rhodia), PME (CTI), assoċjazzjoni (IRMA) u erba' korpi ta' riċerka (IFPEN, LACCO, IRCELYON, u IC2MP).

2.4.4.   IL-PJAN TA' DIREZZJONI TAN-NEGOZJU TAL-GRUPP PSA

(61)

Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-grupp PSA jkopri l-perjodu 2013-2017. L-awtoritajiet Franċiżi ppreċiżaw li l-introjtu operatorju kurrenti tal-grupp, skont ix-xenarju medju, ser ikun pożittiv mill-2014, b'EUR [1 200-2 000]* miljun, jiġifieri [1-5]* % tal-fatturat. It-titjib tal-vijabbiltà ser jirriżulta primarjament mill-miżuri interni li jinsabu fil-pjan ta' ristrutturar. Min-naħa, dan huwa msawwar fuq tnaqqis kbir tal-kostijiet ta' produzzjoni u titjib fil-likwidità u, min-naħa l-oħra, fuq ipoteżi ta' ffukar ġeografiku mill-ġdid tal-attivitajiet tal-grupp PSA. L-għan huwa li sal-2015, 50 % tal-bejgħ tal-grupp isir barra l-Unjoni Ewropea, u b'hekk ikunu sfruttati l-potenzjali ta' tkabbir f'dawn l-inħawi tad-dinja (b'mod partikolari ċ-Ċina, il-Brażil, eċċ.).

(62)

L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-grupp PSA sal-2017. Il-pjan huwa bbażat fuq ipoteżijiet dwar id-daqs tas-suq Ewropew u l-ishma mis-suq ta' PSA. Dawn l-ipoteżijiet jirriflettu l-istimi pprovduti mill-Istitut IHS Global Insight.

(63)

Rigward id-daqs tas-suq Ewropew, fl-2013 huwa mistenni tnaqqis ta' 2,2 % skont l-awtoritajiet Franċiżi, iżda fl-2014 u l-2015 għandu jkun irreġistrat tkabbir ta' 6 % fis-sena, segwit minn tkabbir ta' 3 % fis-sena fl-2016 u l-2017. L-ishma mis-suq ta' PSA għandhom jilħqu [12-15]* % fl-2013, [13-16]* % fl-2014 u [11-15]* % fl-2015, l-2016 u l-2017.

(64)

Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju jqis bosta xenarji. Fix-xenarju “medju”, l-introjtu operatorju kurrenti tal-grupp PSA ser ikun pożittiv mill-2014, ta' EUR [1 200-2 000]* biljun, jiġifieri [1-5]* % tal-fatturat tal-grupp. Dan għandu jilħaq EUR [3 000-3 800] biljun fl-2017, jiġifieri [2-6]* % tal-fatturat ta' PSA. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, livell bħal dan ta' fatturat jippermetti lill-grupp PSA sabiex jibbenefika minn klassifikazzjoni suffiċjenti biex jiżgura r-rifinanzjament tiegħu b'mod awtonomu fis-swieq. Klassifikazzjoni aħjar tal-grupp ser taffettwa b'mod awtomatiku dik ta' BPF.

(65)

Ġew previsti wkoll xenarji alternattivi. F'xenarju “sfavorevoli”, il-bejgħ tal-grupp PSA jonqos (meta mqabbel max-xenarju medju) b'100 000 vettura addizzjonali fis-sena fl-Ewropa mill-2013. F'xenarju “favorevoli”, il-bejgħ fl-Ewropa tal-grupp PSA jara min-naħa l-oħra żieda ta' 100 000 vettura fis-sena mill-2013. Skont il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju preżenti, l-introjtu operatorju kurrenti tal-grupp PSA sħiħ, anki fix-xenarju sfavorevoli, ser ikun pożittiv mill-2014 (b'[1-5]* % tal-fatturat tal-grupp PSA), u ser jilħaq [2-6]* % fl-2017. Xorta waħda ta' min jinnota li l-previżjonijiet tal-grupp PSA juru tkabbir qawwi fil-fatturat barra l-Ewropa, jiġifieri fi swieq li qed jikbru. Din l-ipoteżi tispjega li minkejja previżjonijiet pessimisti dwar is-suq Ewropew, il-grupp PSA jantiċipa tkabbir fil-bejgħ tiegħu: l-għan tiegħu huwa li jagħmel 50 % tal-bejgħ tiegħu barra l-Ewropa fl-2015.

(66)

Dwar l-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-grupp PSA, l-awtoritajiet Franċiżi pproduċew żewġ tabelli li jsemmu r-rati ta' użu Harbour (18) ta' kull fabbrika, qabel u wara r-ristrutturar tal-grupp. Ħlief għal Poissy, dawn ir-rati jibqgħu l-istess. L-awtoritajiet Franċiżi ppreċiżaw li l-vijabbiltà ta' kull sit ma tistax titkejjel b'mod indipendenti minn dik tal-grupp PSA. Min-naħa l-oħra, ikun jaqbel li tiġi eżaminata l-attività awtomobilistika tal-grupp PSA b'mod globali għal kull segment tas-suq. Dejjem skont l-awtoritajiet Franċiżi, kull sit għandu portafoll ta' vetturi li potenzjalment kapaċi jipproduċi. Għalkemm ċerti siti għandhom rati ta' użu inqas jew ogħla, dawn huma ġeneralment varjazzjonijiet magħrufin u kkontrollati marbutin maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti.

Tabella 5

Fatturat previst fit-tliet xenarji tal-grupp PSA (f'miljuni ta' euro)*

 

2013

2014

2015

2016

2017

Xenarju medju

[55 000 -60 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[65 000 -70 000 ]

Xenarju sfavorevoli (devjazzjoni ta' – 100 000 vettura fis-sena)

[55 000 -60 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

Xenarju favorevoli (devjazzjoni + 100 000 vettura fis-sena)

[57 000 -62 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[65 000 -70 000 ]

[65 000 -70 000 ]


Tabella 6

Fatturat previst fi tliet xenarji tat-taqsima tal-karozzi (f'miljuni ta' euro)*

 

2013

2014

2015

2016

2017

Xenarju medju

[40 000 -45 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

Xenarju sfavorevoli (devjazzjoni ta' – 100 000 vettura fis-sena)

[40 000 -45 000 ]

[40 000 -45 000 ]

[40 000 -45 000 ]

[40 000 -45 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

Xenarju favorevoli (devjazzjoni + 100 000 vettura fis-sena)

[40 000 -45 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

2.4.5.   IL-MIŻURI KOMPENSATORJI KIF IPPREŻENTATI INIZJALMENT MILL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI

(67)

Il-grupp PSA ħabbar miżuri ta' ristrutturar li sejrin inaqqsu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni u l-preżenza tiegħu fis-suq, b'mod partikolari l-għeluq tal-fabbrika tiegħu f'Aulnay (li tħaddem 3 000 ruħ) kif ukoll tnaqqis konsiderevoli ta' kapaċità tal-fabbrika tiegħu f'Rennes, li jirriżultaw fi tnaqqis ta' madwar 1 400 post tax-xogħol. Bl-istess mod, ser jinbiegħu jew diġà nbiegħu assi profittabbli, b'mod partikolari l-ftuħ tal-kapital ta' GEFCO, il-bejgħ ta' ċerti assi immobiljari u dak tal-kumpanija ta' kiri ta' karozzi Citer. Bl-istess mod, il-grupp PSA ħabbar tnaqqis tal-ispejjeż ta' investiment tiegħu, biex b'hekk jillimita l-kapaċità ta' produzzjoni tiegħu sa livell aktar baxx għal dak li inizjalment kien previst qabel bdew id-diffikultajiet.

(68)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew il-miżuri kompensatorji li ġejjin:

Tnaqqis supplimentari ta' CAPEX (“ nefqiet kapitali ”) (2.4.5.1),

Ir-rinunzja tal-kapaċitajiet tal-fabbrika ta' Sevelnord favur kompetitur (2.4.5.2),

L-irtirar mill-iżvilupp u l-produzzjoni tat-teknoloġija ibrida plug-in (2.4.5.3),

L-iffissar ta' rata massima ta' penetrazzjoni tal-BPF (2.4.5.4).

Dawn il-miżuri ser jiżdiedu mal-miżuri ta' ristrutturar, li kienu previsti fil-qafas tal-pjan ta' terminu medju (19) (minn hawn 'il quddiem “PMT”) inizjali tal-2012.

2.4.5.1.    Tnaqqis supplimentari tal-investimenti tal-grupp PSA

(69)

It-tnaqqis supplimentari (meta mqabbel mal-PMT inizjali tal-2012) ta' CAPEX huwa previst li jammonta għal EUR 300 miljun fl-2013 u EUR 500 miljun fis-sena fl-2014 u l-2015. Fil-fatt, il-pjan 2013 – 2015 (CAPEX u R&Ż) tnaqqas minn EUR 9,9 biljun għal EUR 8,6 biljun, jiġifieri tnaqqis ta' 13 % bejn iż-żewġ pjanijiet. Dan l-ammont tnaqqas b'27 % meta mqabbel mal-medja tal-2011 – 2012.

(70)

B'hekk, bħala medja, l-investimenti ta' PSA ser jitnaqqsu bi EUR 3,3 biljun fis-sena għal EUR 2,86 biljun fis-sena. Dan it-tnaqqis ta' EUR 1,3 biljun ser jikkonċerna b'mod predominanti (iktar minn 80 %) l-attività awtomobilistika tal-grupp fl-Ewropa.

(71)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, it-tnaqqis ta' CAPEX ser inaqqas drastikament il-kapaċità tal-grupp PSA li jkun forza kompetittiva fis-suq. It-tnaqqis supplimentari ta' ċerti investimenti ta' R&Ż u ta' CAPEX jinvolvi wkoll konsegwenzi negattivi importanti oħrajn għal PSA. B'mod partikolari, il-grupp PSA ser ikun penalizzat b'mod konsiderevoli fil-kapaċità tiegħu sabiex:

(a)

Iwieġeb għall-aspettattivi ta' ċerti kategoriji ta' klijenti, li huma partikolarment marbutin mal-effett ta' kwalità u t-teknoloġiji li l-implimentazzjoni tagħhom ser titwarrab mill-grupp PSA;

(b)

Jirreaġixxi għall-evoluzzjonijiet tal-kompetituri;

(c)

Jindustrijalizza huwa stess ċerti teknoloġiji attraenti li ser ikollu jixtri mingħand il-kompetituri askapitu tal-arġnijiet tiegħu;

(d)

Jibbenefika minn ċerti inċentivi fiskali, bħal dawk fuq is-CO2, eċċ.

(72)

Dan it-tnaqqis ser jissarraf partikolarment:

mill-waqfien tal-produzzjoni tal-mudell Citroën C6 fil-31 ta' Diċembru 2012 u n-nuqqas ta' tiġdid tal-mudell Peugeot 607 (segment E) (a);

mill-waqfien antiċipat b'sentejn, mill-2015, tal-vetturi Bipper/Nemo u n-nuqqas ta' tiġdid ta' dawn il-vetturi (segment B LCV) (b);

l-abbandun ta' magni diżil li jaqbżu ż-2 litri (segment D) (c).

(a)   Waqfien tal-produzzjoni tal-mudelli Citroën 6 – Peugeot 607

(73)

Din il-miżura kompensatorja tinvolvi żewġ aspetti li jikkonċernaw is-segment E kollu:

il-waqfien tas-Citroën C6, inizjalment previst għall-2016, mill-2013; u

in-nuqqas ta' tiġdid ta' Citroën C6/Peugeot 607.

(74)

Rigward l-ewwel aspett waħdu, il-grupp PSA jistma l-impatt tiegħu għal 3 000 vettura, jiġifieri 1 000 vettura fis-sena), li jissarraf f'telf ta' fatturat ta' EUR 90 miljun fuq tliet snin. Il-mudell C6 jagħmel parti mis-segment E, li huwa segment “ta' kwalità għolja”. Skont l-istimi interni tal-grupp PSA, dan is-segment jirrappreżenta 5,7 % tas-suq awtomobilistiku Ewropew fl-2013.

(75)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, in-nuqqas ta' tiġdid tal-vetturi ta' kwalità għolja tal-grupp ser iwassal għal tnaqqis importanti tal-kopertura tas-suq. Fuq il-bażi tal-aħħar mudell ta' Peugeot (607), il-volumi potenzjali kienu ta' 20 000 vettura fis-sena, jiġifieri telf ta' fatturat ta' EUR 500 miljun. Fuq il-bażi tal-aħħar mudell ta' Citroën (C6), il-volumi potenzjali kienu ta' 7 000 vettura fis-sena, jiġifieri telf ta' fatturat ta' EUR 200 miljun.

(76)

L-impenn ta' nuqqas ta' tiġdid tal-mudelli Citroën C6/Peugeot 607 ikopri l-perjodu 2016-2018. Il-grupp PSA jqis il-konsegwenzi ta' din il-parti tal-miżura għal madwar 40 500 vettura, jiġifieri fatturat ta' EUR 1,05 biljun. Apparti minn hekk, in-nuqqas ta' tiġdid ta' dawn il-mudelli ser iġiegħel lil PSA jirrinunzja għal investimenti marbutin mill-2013 (biż-żmien normali ta' żvilupp ta' vettura ġdida li ġeneralment tkun ta' tliet snin).

(77)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din il-miżura kompensatorja ser ikollha bħala effett indirett impatt negattiv kbir f'dak li jirrigwarda l-immaġni tal-marka tal-grupp PSA. Dan in-nuqqas ta' mudelli fis-segment E (u/jew ta' magni pjuttost b'saħħithom) ser iżommu milli, pereżempju, iwieġeb għal ċerti sejħiet ta' offerti. Barra minn hekk, dan il-ħruġ tal-grupp PSA mis-segment E ser jinvolvi wkoll tnaqqis fl-attendenza fin-netwerk tal-grupp PSA mill-individwi interessati minn offerti ta' kwalità, xi ħaġa li ser tfixkel iż-żieda fil-kwalità tal-marki tal-grupp, inkluż fis-segment B (linja DS). Il-grupp PSA iqis dan l-impatt negattiv fuq l-offerti tal-flotta għal 2 000 vettura fis-sena, sitwazzjoni li tirrappreżenta telf ta' fatturat annwali ta' EUR 30 miljun, jiġifieri total ta' EUR 180 miljun għal 12 000 vettura.

(78)

Fil-livell globali, il-grupp PSA iqis il-konsegwenzi ta' din il-miżura kompensatorja għal telf fil-fatturat ta' EUR 1,32 biljun.

(b)   Waqfien u nuqqas ta' tiġdid tal-mudell Bipper/Nemo

(79)

Il-mudell Bipper/Nemo huwa vettura utilitarja kummerċjalizzata b'żewġ ismijiet differenti. Il-miżura proposta tinvolvi żewġ aspetti:

Ir-rinunzja tat-tiġdid (jiġifieri ta' tnedija ta' ġenerazzjoni ġdida) ta' vetturi Bipper/Nemo mill-2017, b'impatt f'termini ta' fatturat li huwa stmat mill-PSA għal EUR 1 biljun, u

Il-waqfien antiċipat mill-2015 tal-vetturi attwali Bipper/Nemo, inizjalment previst għall-2017, b'impatt f'termini ta' fatturat li huwa stmat għal EUR 560 miljun.

(80)

Fl-2012, PSA biegħ 35 650 Bipper/Nemo (16 678 Bipper f'verżjoni ta' vettura tal-passiġġieri (minn hawn 'il quddiem “VP”) u vettura utilitarja (“VU”) u 18 972 Nemo (VP u VU mħalltin) għal fatturat utilitarju medju ta' EUR 8 950, jiġifieri fatturat totali ta' EUR 319-il miljun fis-sena.

(81)

Il-mudelli Bipper/Nemo VU huma parti mis-segment B LCV (20): fl-2012, dan is-segment kien jirrappreżenta 3,7 % tas-suq Ewropew ta' VUĦ. PSA kellu sehem fih ta' 49 %. Fl-2012, il-grupp PSA qiegħed fis-suq 26 674 Nemo/Bipper VU għal suq ta' 54 514 unità. Fl-2012, il-grupp PSA biegħ 8 976 verżjoni ta' VP (li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta' 10 %).

(82)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, it-tqegħid fis-suq ta' dawn il-vetturi ma ġġenerax benefiċċji netti fuq id-durata tal-ħajja tal-vettura, b'mod partikolari minħabba l-fatt li l-mudelli ġodda mhumiex profittabbli minnufih. B'hekk, dawn il-vetturi ser kienu biss profittabbli wara l-ewwel ġenerazzjoni.

(83)

Il-grupp PSA jistima l-konsegwenzi ta' din il-miżura kompensatorja għal telf ta' EUR 1,56 biljun f'fatturat.

(c)   Magna diżil li taqbeż iż-2 litri

(84)

Din il-proposta ta' miżura kompensatorja għandha l-għan li titwaqqaf il-produzzjoni ta' magni ta' iktar minn 2 litri fid-dawl tal-istandard EURO 6. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-grupp PSA għandu mezzi industrijali biex jipproduċi magni bħal dawn, b'mod partikolari l-verżjoni EURO 6 tal-magna DW12. B'mod differenti mill-kompetituri tiegħu, ma għandux magni petrol li jaqbżu ż-2 litri (il-magni petrol tiegħu huma limitati għal 1,6 litru turbo). B'hekk, din il-miżura taffettwa b'mod partikolari s-segment D.

(85)

Il-bejgħ ta' vetturi għall-passiġġieri tal-grupp PSA fis-segment D kien jirrappreżenta 1 % tas-suq Ewropew fl-2012 (jiġifieri 150 000 vettura). In-numru ta' vetturi għall-passiġġieri tal-grupp PSA mgħammrin b'magni li jaqbżu ż-2 litri laħaq massimu ta' 30 000 vettura matul l-aqwa snin. Il-grupp PSA, fl-istimi tal-impatt tiegħu tal-miżura, ikkalkola 10 000 vettura fis-sena, li jirrappreżentaw madwar 20 % tas-segment D.

(86)

Fuq il-bażi tad-dejta storika tal-2011 u 2012 dwar reġistrazzjonijiet ta' vetturi VP diżil b'magna ta' iktar minn 2 litri, PSA jistima li l-iżvilupp ta' verżjoni VP Diżil Ibrida plug-in żiedet in-numru ta' vetturi b'magni ċilindrati superjuri għal 2 litri (jew qawwa ekwivalenti) għal 30 000 – 40 000 unità għall-grupp PSA. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din il-miżura tkun tirrappreżenta 10 000 vettura fis-sena, jiġifieri telf ta' fatturat annwali ta' EUR 200 miljun.

2.4.5.2.    Rinunzja għall-kapaċitajiet tal-fabbrika ta' Sevelnord favur kompetitur

(87)

Skont din il-miżura, il-grupp PSA jirrinunzja għall-kapaċitajiet tal-fabbrika ta' Sevelnord favur Toyota. Is-sit ta' Sevelnord inħoloq fl-1988 bħala parti mill-estensjoni tal-attivitajiet tas-Société Européenne de Véhicules Légers (“Sevel”), impriża konġunta (“joint-venture”, minn hawn 'il quddiem “JV”) mal-grupp Fiat. Fl-2011, din il-fabbrika kienet tħaddem 2 700 ruħ u kienet tipproduċi medja ta' 420 vettura kuljum (Peugeot 807, Citroën C8, Peugeot Expert, Citroën Jumpy, Fiat Scudo). B'kollox, fl-2011 f'dan is-sit ġew prodotti 94 843 vettura.

(88)

Meta l-Fiat xtaqet tirtira mis-sħubija tal-impriża konġunta mal-grupp PSA għas-sit ta' Sevelnord, PSA ffirma ftehim ta' kooperazzjoni ma' Toyota, li taħtu l-grupp PSA kellu jibni vetturi utilitarji ħfief li Toyota tqiegħed fis-suq fl-Ewropa bil-marka tagħha. Dan jippermetti lil Toyota sabiex tibni bażi ta' klijentela importanti u b'inqas spejjeż.

(89)

Fid-dawl ta' dan il-ftehim, għall-ewwel (mit-tieni trimestru tal-2013), il-grupp PSA ser iforni vetturi utilitarji ħfief maħruġin mill-verżjonijiet eżistenti tiegħu Peugeot Expert u Citroën Jumpy (mudell “G9”). Imbagħad il-ftehim jipprevedi wkoll kollaborazzjoni fuq il-ġenerazzjoni li jmiss ta' vetturi li jridu jkunu prodotti mill-grupp PSA (verżjoni “K0”).

(90)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, fin-nuqqas tal-ftehim ma' Toyota, il-grupp PSA jistima li l-grupp seta' jiżgura biss il-vijabbiltà tal-attività tiegħu ta' vetturi utilitarji ħfief. B'hekk, ma kienx ikun hemm bżonn il-kuntratt ma' Toyota biex tkun żgurata ż-żamma tal-attività f'dan is-sit.

(91)

L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li din il-miżura tikkontribwixxi għal-limitazzjoni tal-preżenza tal-grupp PSA fis-suq għall-benefiċċju dirett tal-kompetituri tiegħu għaliex:

(a)

Il-grupp PSA jkun qed jirrinunzja għal 30 % tal-kapaċità ta' produzzjoni tas-sit Sevelnord favur Toyota;

(b)

Dan il-ftehim jippermetti lil kompetitur kbir, Toyota, jidħol f'suq li fih l-impriża qatt ma kienet preżenti sa dakinhar, kif ukoll iżżid il-firxa tagħha ta' vetturi utilitarji;

(c)

Dan il-ftehim jagħti vantaġġ kompetittiv dirett u ċert lil Toyota, għaliex permezz tiegħu ser tkun tista' tieħu sehem importanti mill-marġni ta' vetturi koperti mill-ftehim, kif ukoll tirbaħ u żżomm klijenti f'suq li mhijiex preżenti fih;

(d)

Din il-miżura tinvolvi wieħed mis-swieq li fih il-grupp PSA għandu pożizzjoni partikolarment importanti (21 % fil-livell Ewropew fl-2011).

(92)

F'termini ta' fatturat, l-impatt ta' din il-miżura huwa stmat għal EUR 443 miljun.

2.4.5.3.    Irtirar mill-iżvilupp u l-produzzjoni tat-teknoloġija ibrida plug-in

(93)

Il-grupp PSA jnaqqas il-preżenza tiegħu fis-suq billi jtemm il-ftehim konkluż fil-25 ta' Ottubru 2011 ma' BMW dwar il-ħolqien ta' JV iffokata fuq l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' teknoloġija ddedikata għal vetturi ibridi u elettriċi.

(94)

Il-JV kienet tiżviluppa u timmanifattura l-komponenti elettriċi indispensabbli kollha għal powertrain elettrika. Il-grupp PSA u BMW investew iktar minn EUR 100 miljun f'dan il-proġett, li, fi tmiem l-2011, kien iħaddem 400 kollaboratur fiċ-ċentru ta' R&Ż ta' Munich. Tmiem din il-JV ikollha bħala konsegwenza l-irtirar tal-grupp PSA mis-segment tal-vetturi ibridi msejħin “plug-in” (“plakkjati”) permezz ta' kanċellazzjoni tal-ftehim ta' impriża konġunta ma' BMW (segment C).

(95)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, bit-terminazzjoni tal-JV, il-grupp PSA jirtira b'mod definittiv minn segment meqjus profittabbli u b'hekk ma jkollux l-aċċess għal madwar 6 % tas-suq sal-2016. Il-grupp PSA jitlef ukoll ftehim ta' valur f'termini ta' immaġni tal-marka, marbut mal-istatus tiegħu bħala msieħeb ta' BMW.

(96)

L-irtirar tal-grupp PSA mill-JV ma' BMW ikollu żewġ impatti:

(a)

L-ewwel nett, it-tħabbira tal-abbandun tat-teknoloġija ibrida plug-in tkun ta' dannu għall-immaġni tal-grupp f'dan is-segment u, bħala konsegwenza, mill-2013 din sejra taffettwa ħażin il-bejgħ ta' ibridi diżil tal-grupp PSA. Il-grupp PSA jistma dan l-impatt (fuq il-bażi ta' 10 % tal-volumi) għal 3 000 vettura fis-sena, jiġifieri telf ta' fatturat annwali ta' EUR 60 miljun;

(b)

It-tieni, il-waqfien tal-iżvilupp tat-teknoloġija ibrida plug-in, li t-tnedija tagħha kien previst għall-2016, ikun ifisser tnaqqis ta' medja ta' 20 000 vettura fuq tliet snin, jiġifieri telf ta' fatturat medju ta' EUR 400 miljun fis-sena.

(97)

B'kollox, il-grupp PSA jistma l-impatt ta' din il-miżura għal EUR 1,56 biljun f'fatturat.

2.4.5.4.    Impenn b'rata ta' penetrazzjoni massima għal BPF

(98)

L-awtoritajiet Franċiżi beħsiebhom jieħdu impenn fuq ir-rata ta' penetrazzjoni (21) massima. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din ir-rata żdiedet b'mod notevoli fl-aħħar snin, kemm għal BPF kif ukoll għall-kompetituri tiegħu, billi, għal BPF, telgħet minn 27,5 % fl-2009 għal 29,8 % fl-2012; u għal RCI Banque SA (22), minn 30,0 % għal 35,0 % fl-istess perjodu kif jirriżulta fit-Tabella 6 hawn taħt.

(99)

L-awtoritajiet Franċiżi jipprevedu li jieħdu dan l-impenn b'mod partikolari għaliex iqisu li l-kontroll tar-rata ta' penetrazzjoni huwa sempliċi u jista' jkun segwit minn sorsi pubbliċi.

(100)

L-impenn previst ikun differenti għas-sena 2013, min-naħa, u għas-snin 2014 u 2015, min-naħa l-oħra. F'dan li għandu x'jaqsam mas-sena 2013, ser ikun propost li ma tinqabiżx, għal kull wieħed mill-pajjiżi Ewropej (fi ħdan il-G10 (23)) li fihom jopera BPF, ir-rata H2 2012 miżjuda b'livell ta' flessibilità ta' punt (+1) ta' penetrazzjoni.

(101)

Għall-perjodi ta' wara, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-evoluzzjonijiet rapidi tas-settur jeħtieġu l-previżjoni ta' kif l-impenn ta' BPF ser ivarja skont dawn l-evoluzzjonijiet. B'hekk huwa propost li tiġi evoluta r-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF fis-sena “n-1” billi tiġi stabbilita rata massima ta' penetrazzjoni għas-sena “n” fir-rigward tal-varjazzjonijiet tas-sena “n-1” tar-rata tal-kompetituri Ewropej ta' BPF. Dan jippermetti li jiġi evitat li BPF jitbiegħed mit-tendenzi inerenti għall-ambjent kompetittiv tiegħu.

(102)

B'hekk, mill-31 ta' Diċembru 2013, l-użu tar-rata ta' penetrazzjoni massima fi ħdan il-G10 ta' BPF għal sena “n” ser tkun daqs ir-rata ta' BPF fl-istess żona għas-sena “n-1” aġġustata għall-varjazzjoni tar-rata ta' penetrazzjoni tal-paragunabbli għas-sena “n-1”, waqt li jkun speċifikat li dan l-aġġustament ma jistax ikollu bħala effett li jnaqqas ir-rata ta' penetrazzjoni tal-BPF taħt livell minimu. Il-paragunabbli proposti hawnhekk ser ikunu s-segment “Ewropa tal-Punent” ta' RCI Banque SA u s-segment “Ewropa” ta' Volkswagen Financial Services (VWFS). Sabiex jipproteġi lilu nnifsu mill-evoluzzjonijiet żbaljati tal-kompetituri u sabiex tittieħed f'kunsiderazzjoni r-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF li effettivament hija inqas minn dik tal-kompetituri tiegħu, xorta ser tiġi stabbilita rata limitu minima ta' penetrazzjoni għar-rata ta' penetrazzjoni massima ta' 32,4 %, li tikkorrispondi għar-rata ta' penetrazzjoni stipulata għall-G10 fit-tieni simestru fl-2012.

Tabella 7

Rata ta' penetrazzjoni ta' BPF skont il-pajjiżi u ż-żoni ġeografiċi kbar għall-vetturi l-ġodda (f'%)

 

Rata limitu massima H2 2012*

Livell ta' flessibilità

Rata massima proposta*

Il-Ġermanja

[…]

+ 1,0

[…]

L-Awstrija

[…]

+ 1,0

[…]

Il-Belġju

[…]

+ 1,0

[…]

L-Italja

[…]

+ 1,0

[…]

Spanja

[…]

+ 1,0

[…]

Il-Pajjiżi l-Baxxi

[…]

+ 1,0

[…]

Il-Portugal

[…]

+ 1,0

[…]

L-Isvizzera

[…]

+ 1,0

[…]

Franza

[…]

+ 1,0

[…]

Ir-Renju Unit

[…]

+ 1,0

[…]

G5 Aggregati (24)

33,3

+ 1,0

34,3

M5 Aggregati (25)

27,3

+ 1,0

28,3

G10 Aggregati (26)

32,4

+ 1,0

33,4

2.4.6.   STIMA TAL-KOSTIJIET TA' RISTRUTTURAR U L-FINANZJAMENT TAGĦHOM

(103)

Il-kostijiet stmati tar-ristrutturar jitilgħu għal EUR 1 708,9 miljun. Jikkonċernaw il-miżuri previsti li ġejjin: waqfien fl-2014 tal-attivitajiet ta' produzzjoni f'Aulnay, fejn jaħdmu 3 000 ruħ, l-iffokar mill-ġdid tal-produzzjoni fir-reġjun Pariġin ta' Poissy u r-rinnovazzjoni tas-sit ta' Aulnay. Dawn il-kostijiet huma stmati għal EUR [400-500]* miljun tul il-perjodu 2012–2017. Il-kostijiet ta' adattament tal-istrument industrijali tas-sit ta' Rennes, li ser iwassal għal riallokazzjoni ta' 1 400 impjegat minn total ta' 5 600 ruħ, huma stmati għal EUR [100-200]* miljun tul il-perjodu 2012–2017. L-adattament tal-istrutturi tal-grupp PSA, permezz tal-intermedjarja ta' GPEC 1 u 2 (“Ġestjoni pproġettata tal-Impjiegi u tal-Kompetenzi”) ser iġib miegħu kostijiet totali stmati ta' EUR [500-600]* miljun għall-2012 u l-2013. Ta' min jinnota li ma hemmx kontroverifika bejn il-pjanijiet GPEC 1 u 2 u l-kostijiet tar-ristrutturar relatati ma' Aulnay u Rennes. Il-kostijiet għal miżuri oħrajn, b'mod partikolari, ir-ristrutturar tal-kummerċ Ewropew u t-tnaqqis tal-forza tax-xogħol ta' PCR (Peugeot Citroën Retail) li jikkorrispondu għall-parti PSA min-netwerk ta' konċessjonarji, essenzjalment fl-Ewropa t'Isfel, huma stmati għal EUR [100-200] miljun. Finalment, il-kostijiet tal-attivitajiet ta' PSA fil-qafas tal-proġett “50CO2Cars” jammontaw għal EUR [300-400]* miljun.

(104)

Sabiex jiffinanzja l-kostijiet tar-ristrutturar, mill-bidu tal-2012 il-grupp PSA implimenta programm ta' bejgħ ta' assi, li ppermettewlu jikseb għall-grupp PSA r-riżorsi li ġejjin:

(a)

Il-bejgħ ta' Gefco f'Diċembru 2012: EUR 878 miljun (27);

(b)

Il-bejgħ ta' Citer fi Frar 2012: EUR 449 miljun;

(c)

Il-bejgħ ta' assi immobiljari (fosthom il-kwartieri ġenerali) matul l-2012: EUR 628,7 miljun.

(105)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, s'issa l-grupp PSA diġà kiseb EUR 1,956 biljun ta' likwidità libera, li ser jerġgħu jkunu investiti fir-ristrutturar tal-grupp PSA sabiex ikun jista' jiġġedded b'mod vijabbli.

(106)

F'termini ta' likwidità, New Club deal iġib EUR 11,6 biljun li ġejjin minn banek privati biex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-grupp matul il-perjodu ta' ristrutturar.

2.5.   IL-PJAN TA' VIJABBILTÀ TA' BPF

(107)

Il-pjan ippreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi fih projezzjonijiet finanzjarji u pjan ta' finanzjament ta' BPF sa tmiem l-2015. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-rendiment tal-fondi proprji ta' BPF ser ikun ta' [5-10]* % mill-2014 u [10-20]* % fl-2016. Huma jfakkru li, skont il-prattika ta' Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, ir-rendiment tal-fondi proprji meqjus aċċettabbli biex tintwera l-vijabbiltà ta' bank huwa ta' 8 sa 12 %.

2.5.1.   PJAN TA' FINANZJAMENT

(108)

BPF jipprevedi li jżid il-finanzjament bankarju tiegħu fit-tul b'EUR [0-5]* biljun sa tmiem l-2012 għal EUR [5-10]* biljun fi tmiem l-2015. Il-bank nieda wkoll prodott ta' depożitu indirizzat lil individwi, il-finanzjament li ġej minn dan il-prodott ser jammonta għal EUR [800-900]* miljun fl-2015 skont il-projezzjonijiet finanzjarji (imqabblin ma' żero fi tmiem l-2012). Il-finanzjament miksub mit-titolizzazzjoni u l-ħarġiet ta' EMTN ser jonqos tul l-istess perjodu.

Tabella 8

Sitwazzjoni tal-likwidità ta' BPF wara r-ristrutturar*

[…]*

(109)

Huwa previst li l-bilanċ totali tal-bank u b'hekk il-bżonn ta' finanzjament jiżdiedu b'mod progressiv tul il-perjodu ta' projezzjoni, minn EUR 27 186 miljun fi tmiem l-2012 għal EUR [> 28 000] miljun fi tmiem l-2015.

2.5.2.   PROFITTABILITÀ U SOLVENZA

(110)

BPF kien profittabbli fl-imgħoddi, kif muri fil-Grafika 1 hawn taħt. Fi tmiem l-2012, il-livell ta' kapitalizzazzjoni mkejjel skont il-propozjon “Grad 1” (28) kien jammonta għal 13 %.

Grafika 1

Storja tal-profittabilità ta' BPF

Image 1

Capitaux propres consolidés

CAPITAUX PROPRES ET RESULTAT NET AU 31 DECEMBRE 2012 (en millions d’euros)

2012

2011

2010

2009

3 427

293

3 697

354

Résultat net consolidé annuel

3 518

394

3 179

353

(111)

Il-bank jipprevedi li ser jibqa' jiġġenera profitti matul il-perjodu ta' ristrutturar tal-grupp, kif muri fit-Tabella 8 hawn taħt.

Tabella 9

Previżjonijiet tal-profittabilità ta' BPF

(%)

 

2012

2013

2014

2015

2016

2017

Fatturat fuq fondi proprji (RoE)*

8,0

[4-6]

[6-8]

[8-10]

[10-12]

[10-12]

(112)

Skont it-tagħrif ippreżentat, il-waqfien tal-attività ta' BPF ma jkun jinvolvi ebda telf għall-kredituri. Ġestjoni estintiva tippermetti li jinżamm f'terminu ta' tliet snin eċċess ta' likwidità ta' bejn EUR [1-3]* biljun sa EUR [2-4]* biljun f'xenarju ta' diffikultà, skont il-livell ta' stress applikat.

(113)

L-assi ta' BPF għandhom maturità qasira ħafna u, bħala medja, maturità iqsar mill-obbligazzjonijiet.

(114)

Il-kost tar-riskju tal-bank żdied minn […]* fl-2011 għal […]* fl-2012. L-ammonti pendenti dubjużi żdied b'mod progressiv minn 3 % fi tmiem l-2008 għal 4,2 % fi tmiem l-2012.

2.5.3.   RATA TA' PENETRAZZJONI

(115)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, b'rata ta' penetrazzjoni fil-bejgħ ta' karozzi tal-grupp PSA ta' madwar 29,8 % (fl-2012), BPF jiffinanzja parti kbira mid-domanda għal vetturi prodotti mill-grupp PSA u jikkontribwixxi b'mod determinanti għall-finanzjament tal-attività kummerċjali tiegħu, u s-settur awtomobilistiku sħiħ, bin-netwerk ta' konċessjonarji u l-klijenti.

(116)

Huma jindikaw li l-pjan antiċipat jipotizza żamma tar-rata ta' penetrazzjoni fi progressjoni ħafifa meta mqabbla ma' dik tal-2011, u dan sal-2017. Evoluzzjoni bħal din hija msawra fuq bosta fatturi:

(a)

L-irtirar parzjali u progressiv tal-banek tradizzjonali minn dan is-settur, fil-kuntest ta' ġestjoni selettiva tal-bilanċi tagħhom minħabba restrizzjonijiet ta' finanzjament u kapital, b'mod partikolari marbutin mad-dħul fis-seħħ ta' Basel III;

(b)

L-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-konsumaturi f'kuntest ta' tiċkin qawwi tas-setgħa ta' xiri fl-Ewropa;

(c)

Il-livell tar-rati tal-imgħax, bħalissa f'rati storikament baxxi, li jwassal għar-rikors għal self għall-finanzjament ta' xiri ta' vetturi, u finalment

(d)

It-tendenza tal-vettura li ssir prodott ta' konsum kurrenti, kważi “komodità”, li huwa koerenti mal-iżvilupp tal-finanzjament permezz ta' self u l-pagamenti fix-xahar.

(117)

L-evoluzzjoni tar-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF skont iż-żona ġeografika u s-segment (B, C, D, H u VU) hija spjegata fit-Tabella 9 hawn taħt (KP tfisser “Karozza Peugeot” u KC tfisser “Karozza Citroën”).

Tabella 10

Rata ta' penetrazzjoni ta' BPF skont iż-żona ġeografika, segment ta' vetturi u marka (f'%)

 

KP

KC

%

2010

2011

2012

2010

2011

2012

Franza

Segment B

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Segment C

Segment D

Segment H

VU

Total

Ir-Renju Unit

Segment B

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Segment C

Segment D

Segment H

VU

Total

Il-Ġermanja

Segment B

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Segment C

Segment D

Segment H

VU

Total

L-Italja

Segment B

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Segment C

Segment D

Segment H

VU

Total

Spanja

Segment B

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Segment C

Segment D

Segment H

VU

Total

Total G5

Segment B

[28-33]

[31,6-36,6]

[33,1-38,1]

[26,5-31,5]

[29-34]

[34,4-39,4]

Segment C

[20,4-25,4]

[21,6-26,6]

[22,7-27,7]

[18,9-23,9]

[25,5-30,5]

[29,1-34,1]

Segment D

[20-25]

[17,8-22,8]

[18,5-23,5]

[20,6-25,6]

[20,9-25,9]

[22,2-27,2]

Segment H

[12,4-17,4]

[28,6-33,6]

[0,0-2,5]

[20,7-25,1]

[19,2-24]

[14,6-19,6]

VU

[24,6-29,6]

[25,9-30,9]

[24,9-29,9]

[26,7-31,7]

[28-33]

[29,6-34,6]

Total

[25,1-30,1]

[25,4-30,4]

[26,8-31,8]

[25,1-30,1]

[26,7-31,7]

[30,6-35,6]

Segment B

Ion, 107, 1007, 206+, 207, 208, Czero, C1, C3, DS3, C2, C3 Picasso

Segment C

307, 308, 3008, 4008, 5008, RCZ, C4, C4 Picasso, C4 Aircross, DS4, Xsara Picasso

Segment D

407, 4007, 508, 807, C5, DS5, C8, C Crosser

Segment H

607, C6

VU

Partner, Bipper, Expert, Boxer, Berlingo, Nemo, Jumper, Jumpy

2.5.4.   DIPENDENZA TAL-GRUPP

(118)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-klassifikazzjoni ta' BPF hija korrelatata ma' dik ta' PSA, kif huwa indikat ukoll minn korrelazzjoni mill-qrib tar-rendimenti tal-bonds tal-grupp u tal-bank.

(119)

Fir-rapporti tagħhom, l-aġenziji ta' klassifikazzjoni stabbilixxew ir-rabta bejn il-klassifikazzjoni tal-grupp PSA u dik ta' BPF billi fasslu avarija massima taż-żewġ livelli bejn il-klassifikazzjoni tal-grupp u dik tal-bank captive (29). Fl-14 ta' Frar 2013, il-klassifikazzjoni ta' BPF tnaqqset għal “grad mhux ta' investiment”.

2.6.   L-ILMENT

(120)

L-ilmentatur anonimu jqis li l-garanzija mogħtija mill-gvern Franċiż ser tippermetti sabiex BPF jipproponi lill-konċessjonarji u lill-klijenti ta' PSA kundizzjonijiet ta' kreditu iktar interessanti minn dawk li kapaċi joffru l-banek captive tal-produtturi ta' karozzi kompetituri.

3.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(121)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji għar-raġunijiet li ġejjin:

3.1.   PJAN TA' VIJABBILTÀ TA' BPF

(122)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' vijabbiltà ta' BPF, li jrid ikun analizzat fid-dawl tal-Komunikazzjoni bankarja, il-Kummissjoni esprimiet dubji minħabba inċertezzi fuq il-vijabbiltà tal-grupp PSA kollu kemm hu.

3.2.   PJAN TA' RISTRUTTURAR TAL-GRUPP PSA

(123)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' ristrutturar tal-grupp industrijali, li jrid ikun analizzat fid-dawl tal-linji gwida dwar is-“salvataġġ u r-ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq, il-Kummissjoni tqis li hemm dubji dwar l-elementi li ġejjin:

3.2.1.   DUBJI DWAR IR-RITORN GĦALL-VIJABBILTÀ

(124)

Il-Kummissjoni xtaqet tiġbor kummenti ta' partijiet terzi dwar:

(a)

L-ipoteżijiet meqjusin dwar l-evoluzzjoni tas-suq awtomobilistiku fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja, b'mod partikolari dwar jekk dawn l-ipoteżijiet humiex konservattivi biżżejjed.

(b)

Il-miżuri ta' ristrutturar proposti sabiex jiġi żgurat ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA.

(c)

Il-kontribuzzjoni tal-proġett “50CO2Cars” għar-ritorn għall-vijabbiltà, u b'mod partikolari fuq il-koerenza ta' dan l-investiment fir-R&Ż li għandu l-għan li jniedi programm ta' riċerka f'“ibridizzazzjoni ħafifa” rigward l-abbandun konkomitanti mħabbar tat-teknoloġija “ibrida plug-in” ppreżentata bħala magħrufa mal-grupp.

3.2.2.   DUBJI DWAR IL-MIŻURI KOMPENSATORJI

(125)

Il-Kummissjoni xtaqet tiġbor kummenti ta' partijiet terzi dwar il-kwalifika, skont it-tifsira tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq,tal- miżuri proposti bħal miżuri kompensatorji, il-kwantifikazzjoni tagħhom u l-adegwatezza tagħhom fir-rigward tar-riskji ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna.

4.   OSSERVAZZJONIJIET TA' FRANZA FUQ ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

4.1.   DWAR L-AMMONT TAL-GĦAJNUNA

(126)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-ammont tal-għajnuna ma jistax jikkorrispondi għall-ammont nominali tal-garanzija, li l-ħarġiet ta' bonds ta' BPF bilfors ser ikollhom primjum ta' likwidità u riskju varjabbli, mingħajr dubju ogħla minn 24 punt bażi ddikjarati matul il-ħruġ li sar bis-saħħa tal-għajnuna ta' salvataġġ u li l-perjodu ta' referenza għall-ikkunsidrar tar-rendimenti sstoriċi ta' BPF irid ikun ta' tliet xhur.

(127)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, iż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi li jippermettu li jitqies li l-ammont tal-għajnuna huwa għoli daqs l-ammont kopert mill-garanzija, jiġifieri probabbiltà partikolarment għolja li l-mutwatarju ma jkunx jista' jrodd lura s-self kopert mill-garanzija u l-preżenza ta' ċirkustanzi eċċezzjonali, mhumiex ser ikunu ssodisfati f'dan il-każ. Għalhekk, l-ammont tal-għajnuna inkluż fil-garanzija tal-Istat jikkorrispondi għad-differenza bejn il-kost totali tal-finanzjament li jirriżulta mill-garanzija u l-garanzija nnifisha, u l-kost totali ta' finanzjament li tkun ħallset l-impriża mingħajr garanzija.

(128)

Dejjem skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-ipoteżi ta' spiża inkrementali għal BPF ta' 40 punt bażi għandha bażi. Fil-fatt, il-ħarġiet ta' bonds ta' BPF fil-25 ta' Marzu 2013 saru f'ċirkustanzi tas-suq partikolarment favorevoli. Il-firxiet fir-rigward tal-BET iddikjarati waqt dan il-ħruġ (24 punt bażi) juru livelli storikament baxxi. Pereżempju, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-investituri normalment ikollhom jitolbu remunerazzjoni superjuri għal bank captive tas-settur awtomobilistiku milli għall-korpi pubbliċi bħal UNEDIC (30) jew CADES (31), u dan speċjalment jekk ikollhom linji disponibbli biex jissottoskrivu għal dan it-tip ta' tranżazzjonijiet CADES jew UNEDIC u li mhux bilfors ikollhom għal operazzjoni ma' BPF.

(129)

Finalment, il-perjodu ta' referenza meqjus mill-awtoritajiet Franċiżi (bejn it-12 ta' Lulju sas-16 ta' Ottubru 2012) ikun aħjar biex jirrifletti r-realtà tar-rendimenti tal-bonds ta' BPF fis-swieq, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni d-diffikultajiet tal-grupp PSA u mhux it-tħabbir tal-garanzija tal-Istat.

4.2.   DWAR IL-VIJABBILTÀ TA' BPF

(130)

L-awtoritajiet Franċiżi għarfu l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar li BPF la għandu problema ta' solvenza u lanqas ta' profittabilità, u li l-problema ta' likwidità tiegħu ġejja biss mir-rabta tiegħu mal-grupp PSA.

(131)

Madankollu, jixtiequ jagħmlu l-osservazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, iż-żieda fl-ingranaġġ ta' BPF tibqa' moderata, skont il-perspettivi tal-inflazzjoni. Din iż-żieda tirriżulta mit-tnaqqis tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi u mir-rikors iktar spiss tal-konsumaturi għal kreditu biex jiffinanzjaw ix-xiri ta' vetturi.

(b)

Biex iwieġbu l-argument tal-Kummissjoni li skont dan ikun jaqbel li jiġi evitat li BPF jiffinanzja self ta' kwalità ħażina biex iżid b'mod artifiċjali l-fatturat tal-grupp PSA, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li:

L-uniku għan tal-miżura kompensatorja li tikkonċerna lil BPF huwa li tnaqqas l-intensità kompetittiva tal-imġiba tiegħu u li tillimita s-sehem mis-suq tiegħu

Ir-rata ta' “ self improduttiv ”, ta' madwar 4 %, ftit li xejn evolva fit-tliet snin li għaddew.

BPF jiddefinixxi l-politika ta' riskju tiegħu b'mod indipendenti, u taħt is-sorveljanza tal-Awtorità ta' kontroll prudenzjali.

Peress li r-rata ta' dejn mitluf hija segwita mill-qrib mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni u mill-kumitat tal-awditjar ta' BPF, kwalunkwe modifika fil-politika ta' riskju tal-bank hija impossibbli, skont l-awtoritajiet Franċiżi.

4.3.   DWAR IR-RITORN GĦALL-VIJABBILTÀ TAL-GRUPP PSA

4.3.1.   DWAR L-IPOTEŻIJIET MAGĦMULIN TA' EVOLUZZJONI TAS-SUQ

(132)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-previżjonijiet tal-grupp PSA mhumiex miċħuda la mill-evoluzzjoni tas-suq fl-ewwel trimestru tal-2013, u lanqas mid-diskrepanza supponuta bejn ir-riżultati previsti għas-sena 2012 u dawk li finalment inkisbu f'din l-istess sena.

(133)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, it-tnaqqis issoktat fil-bejgħ fl-2013 kien previst mill-grupp PSA, li bħall-Istitut IHS Global Insight, jistma li t-tnaqqis fis-suq ser ikun ta' 4 % in fine bejn l-2012 u l-2013.

(134)

L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew projezzjonijiet finanzjarji aġġornati, ibbażati fuq ipoteżijiet inqas ottimisti mijl-projezzjonijiet deskritti fil-premessi 54 sa 58 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. Id-direzzjoni strateġika deskritta fl-istess premessi tad-deċiżjoni tal-ftuħ ma nbidlitx.

(135)

Il-modifiki li saru fil-projezzjonijiet jirriżultaw mill-aġġornament tal-previżjonijiet tal-evoluzzjoni tas-suq “Europe 30” li sar mill-Istitut IHS Global Insight u huma riflessi fil-fatturat tas-settur awtomobilistiku, aktar baxxa matul il-perjodu tal-previżjoni.

(136)

Ix-xenarju “sfavorevoli”, li fih il-bejgħ tal-grupp PSA jonqos (meta mqabbel max-xenarju medju) b'100 000 vettura supplementari fis-sena fl-Ewropa mill-2013 ġie aġġornat ukoll.

Tabella 11

Daqs tas-suq Ewropew skont il-previżjonijiet ta' IHS Global Insight u s-sehem mis-suq ta' PSA

 

2013

2014

2015

2016

2017

Daqs tas-suq Ewropew (Europe 30), previst minn IHS Global Insight f'April 2013 (f'eluf ta' vetturi)

13 497

13 926

14 768

15 371

15 991

Sehem mis-suq Ewropew ta' PSA*

[10-14] %

[10-14]%

[10-14]%

[9-13]%

[9-13]%


Tabella 12

Fatturat previst tal-grupp PSA (f'miljuni ta' euro)

 

2013

2014

2015

2016

2017

Xenarju medju fid-deċiżjoni tal-ftuħ*

[55 000 -60 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[65 000 -70 000 ]

Xenarju medju aġġornat*

[55 000 -60 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[59 000 -64 000 ]

[60 000 -65 000 ]

Xenarju sfavorevoli aġġornat (differenza ta' – 100 000 vettura fis-sena)*

[55 000 -60 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -65 000 ]

[60 000 -70 000 ]

[60 000 -65 000 ]


Tabella 13

Fatturat previst tat-taqsima awtomobilistika (f'miljuni ta' euro)

 

2013

2014

2015

2016

2017

Xenarju medju fid-deċiżjoni tal-ftuħ*

[40 000 -45 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

[45 000 - 50 000 ]

Xenarju medju aġġornat*

[40 000 -45 000 ]

[40 000 -45 000 ]

[45 000 -50 000 ]

[40 000 -45 000 ]

[40 000 - 45 000 ]

Xenarju sfavorevoli aġġornat (differnza ta' – 100 000 vettura fis-sena)*

[35 000 -40 000 ]

[40 000 - 45 000 ]

[40 000 - 45 000 ]

[40 000 - 45 000 ]

[40 000 - 45 000 ]

(137)

F'termini ta' likwidità, l-aġġornament jirriżultafi flussi ta' likwidità marbutin mal-operazzjoni mnaqqsa, il-flussi ta' likwidità tal-attivitajiet ta' investiment jibqgħu l-istess. Jirriżulta livell previst ta' dejn […]* ogħla mill-previżjonijiet tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-livell ta' dejn previst fil-każ medju huwa ogħla mil-livell ippreżentat qabel fil-każ sfavorevoli.

(138)

PSA ppreżenta wkoll projezzjonijiet tad-dejn nett f'xenarju ta' diffikultà ikbar li fih il-bejgħ tal-grupp PSA jonqos (fir-rigward tax-xenarju medju) b'200 000 vettura supplementari fis-sena fl-Ewropa mill-2013. Il-livelli tad-dejn nett fix-xenarji differenti huma ppreżentati fit-Tabella 14 ta' hawn taħt. Skont iċ-ċifri pprovduti minn PSA, fattur ta' diffikultà ta' 100 000 vettura jżid id-dejn […]* nett b'EUR [200-400]* miljun fis-sena.

Tabella 14

Livell ta' dejn […]* nett f'miljuni ta' euro

 

2013

2014

2015

2016

2017

Xenarju medju fid-deċiżjoni tal-ftuħ

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Xenarju medju aġġornat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Xenarju sfavorevoli aġġornat (differenza ta' – 100 000 vettura fis-sena)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Xenarju ta' diffikultà ikbar aġġornat (differenza ta' – 200 000 vettura fis-sena)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(139)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-element rilevanti li għandu jiġi kkunsidrat meta jitfasslu ipoteżijiet dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-grupp PSA mhuwiex il-fatturat tiegħu, iżda l-introjtu operatorju kurrenti tiegħu. Fil-Bord ta' Soveljanza tas-6 ta' Novembru 2012, dan kien stmat għal telf ta' EUR [1 000-2 000]* miljun, bir-riżultat finalment miksub jirrappreżenta telf ta' EUR 1 504 miljun (jiġifieri tnaqqis ta' inqas minn [0-3] %).

(140)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu wkoll li l-perspettivi tal-evoluzzjoni tas-suq li fuqhom huwa msejjes il-grupp PSA huma partikolarment prudenti, filwaqt li ċ-ċifri tal-analisti li jsostnu r-raġunar tal-Kummissjoni huma frammentati u dubjużi.

(141)

Fil-fatt, l-atturi kollha kkonċernati jqisu li s-suq laħaq l-inqas livell u li ma jista' jagħmel xejn ħlief jitla'. B'mod ġenerali, l-aħħar analiżijiet (32) jisħqu fuq titjib fil-kundizzjonijiet makroekonomiċi fi Franza fis-snin li ġejjin. Dan it-titjib, skont l-awtoritajiet Franċiżi, bilfors li ser jaffettwa s-settur awtomobilistiku.

(142)

Finalment, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-Kummissjoni għamlet għażla mhux rappreżentattiva tal-klassifikazzjonijiet tal-analisti finanzjarji, u evitat dawk li kienu qrib il-previżjonijiet forniti mill-grupp PSA. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw l-użu ta' analiżijiet finanzjarji għall-evalwazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar ta' terminu medju. Fil-fatt iqisu li l-analisti finanzjarji għandhom rwol ta' pariri dwar xiri jew bejgħ ta' titoli, skont għan b'mira speċifikata. Ma jiffokawx primarjament fuq il-volumi ta' bejgħ previsti, u lanqas fuq l-istimi tal-fatturat. Għalhekk, dawn l-evalwazzjonijiet spiss ma jsegwux bażijiet fundamentali ekonomiċi sottostanti.

(143)

Għaldqstant, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, biex jiġi implimentat il-pjan ta' ristrutturar, jistgħu b'mod leġittimu jibbażaw irwieħhom fuq il-previżjonijiet tal-Istitut IHS Global Insight, li għalihom ser jiġi applikat fattur ta' diffikultà, u ma jikkunsidrawx l-ipoteżijiet tal-analisti finanzjarji.

(144)

Fl-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li s-settur privat jemmen fir-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA. Din il-fiduċja tintwera l-ewwel nett mit-tisħiħ tal-alleanza bejn PSA u GM bil-firma, nhar l-20 ta' Diċembru 2012, ta' ftehimiet definittivi fuq tliet proġetti ta' vetturi u l-ħolqien ta' impriża konġunta għax-xiri. Barra minn hekk, il-finanzjamenti banakrji miksubin minn BFF li jammontaw għal EUR 11,6 biljun huma prova tal-kunfidenza tas-suq fil-perspettiva ta' titjib. Finalment, l-operazzjonijiet riċenti tat-titolizzazzjoni mwettqa minn BPF juru n-nuqqas ta' biża' tas-suq mir-riskju rrappreżentat mill-attività awtomobilistika.

4.3.2.   DWAR IR-RATI TA' UŻU TAL-KAPAĊITAJIET TAL-GRUPP PSA U DWAR ID-DIVERSIFIKAZZJONI TAL-BEJGĦ TIEGĦU

(145)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li d-dubji tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta' użu huma bla bażi, għaliex ma jqisux l-għeluq tas-sit ta' Aulnay, li, skont huma, jippermetti li l-grupp ipatti għall-iżvantaġġ fil-kompetittività ta' PSA fis-segment B. F'każ li l-grupp PSA jġarrab kompetizzjoni feroċi f'dan is-segment, dan l-għeluq ikun ta' importanza partikolari għar-ritorn tiegħu għall-vijabbiltà.

(146)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-grupp PSA ħa kull miżura neċessarja biex jilħaq l-għan tiegħu li jagħmel 50 % tal-bejgħ tiegħu barra l-Ewropa fl-2015: ftuħ tat-tielet fabbrika u ta' konċessjonijiet ġodda fiċ-Ċina, tiġdid tal-firxa ta' vetturi mqiegħdin fis-suq tal-Amerika Latina, it-tnedjia ta' żewġ mudelli speċifikament iddedikati għall-bejgħ barra l-Ewropa u finalment, fil-qafas tal-alleanza mal-GM, l-iżvilupp ta' pjattaforma konġunta għall-kummerċjalizzazzjoni tal-vetturi tas-segment B fl-Ewropa u l-bqija tad-dinja, l-iżvilupp b'mod komuni ta' ġenerazzjoni ġdida ta' magni petrol żgħar ekonomiċi u proġetti ta' vetturi fl-Amerika Latina, fir-Rusja kif ukoll fi swieq oħrajn li qegħdin jikbru.

4.3.3.   DWAR IL-KONTRIBUZZJONI TAL-PROĠETT “50CO2CARS” LEJN IR-RITORN GĦALL-VIJABBILTÀ TAL-GRUPP PSA

(a)   Dwar il-koerenza tal-proġett “50CO2Cars” mal-pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA

(147)

L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li l-isforzi kbar ta' R&Ż imwettqin fil-qafas ta' “50CO2Cars” jfittxu li jiksbu kontroll ta' teknoloġija li ttejjeb il-bilanċ ekoloġiku u enerġetiku tad-diżil. F'dan il-kuntest, dan il-proġett ta' R&Ż jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' strateġija li treġġa' lura x-xejra negattiva osservata fil-bejgħ ta' vetturi diżil.

(148)

S'issa, il-vetturi diżil jirrappreżentaw sors importanti ta' dħul għall-grupp PSA: fl-2012, [60-80]* % tal-vetturi mibjugħin minn PSA fl-Ewropa kienu mgħammrin b'dan it-tip ta' magna. Il-PSA għandha għodda industrijali ottimizzata, immaġni tajba tal-marka u rata ta' profittabilità kbira għal dan it-tip ta' vetturi, aħjar minn dik għall-magni petrol. Il-kuntest attwali xorta ser ikunlu sfavorevoli: tgħarriq progressiv tal-immaġni ta' dawn il-karozzi fl-Ewropa, evoluzzjoni ta' qafas regolmentari u normattiv (Euro VI) li tista' tirriżulta fi spejjeż inkrementali relattivi tal-magni diżil meta mqabbla mal-petrol, u b'hekk ikun żvantaġġat il-bejgħ ta' vetturi diżil, speċjalment peress li l-adattament għan-normi mit-“tiċkin (33)” implimentati s'issa laħaq il-limiti tiegħu u ċerti Stati jew assoċjazzjonijiet lokali jadottaw skema ta' taxxi fil-konfront tad-diżil. PSA jistma li t-telf ta' marġni marbut mas-sostituzzjoni tal-bejgħ ta' karozzi diżil ma' bejgħ ta' karozzi petrol fis-suq Ewropew ser ikun ta' EUR [500-700]* miljun. F'kuntest ta' tnaqqis tas-setgħa ta' xiri tal-familji, u minħabba li l-konsumaturi qegħdin jagħtu dejjem iktar importanza lill-ekoloġija, l-għan ta' żamma tal-kompetittività u l-immaġni tal-marka ta' karozzi diżil (meta mqabblin ma' petrol) ser ikun fundamentali għall-grupp PSA. Peress li l-livelli ta' prezzijiet tal-vetturi ibridi diżil eżistenti mhumiex kompatibbli ma' diffużjoni tal-massa, jeħtieġu investimenti kbar fir-R&Ż biex din it-teknoloġija ssir aċċessibbli għal iktar nies. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, bir-restawrazzjoni tal-kompetittività u l-immaġni tal-karburant diżil, il-proġett “50CO2Cars” ser ikun qed jikkontribwixxi b'mod pożittiv lejn ir-ritorn għall-vijabbiltà, billi mhux biss iżomm il-bejgħ tal-vetturi diżil tal-grupp PSA, iżda anki l-marġnijiet tal-produttur. Apparti minn hekk, jekk il-pjan ta' industrijalizzazzjoni jirnexxi, it-teknoloġija li tirriżulta mill-proġett “50CO2Cars” tikkostitwixxi, f'suq li għadu jitwieled, riżerva ta' tkabbir importanti sa tmiem l-2020. L-opportunità li jiġu sfruttati l-okkażjonijiet probabbli tal-magni “ibridi ħfief” diżil wara l-pjan ta' ristrutturar tippermetti li jiġi żgurat tkabbir tal-fatturat bis-saħħa ta' diversifikazzjoni lejn segment profittabbli u li jagħmel parti mill-mira ewlenija tal-grupp (vetturi ta' serje kbar).

(149)

Dwar il-ħtieġa ta' investiment, l-awtoritajiet Franċiżi jagħmlu distinzjoni bejn it-tnaqqis tal-investimenti propost “bħala miżura kompensatorja”, li għandu l-għan li jillimita d-distorsjonijiet estensivi fil-kompetizzjoni marbut mal-għajnuna mill-Istat, u ż-żamma ta' investimenti ta' R&Ż neċessarji għall-impriża sabiex “iġġedded bil-vijabbiltà fit-tul”. L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li, fil-prattika tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-Kummissjoni stqarret bosta drabi li r-ritorn għall-vijabbiltà ta' impriża jista' jkun imsejjes fuq it-tnedija ta' prodotti ġodda, sabiex ikun żgurat it-tkabbir tal-fatturat (34).

(150)

L-awtoritajiet jispjegaw li, taħt il-pjan ta' ristrutturar, in-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat speċifika għall-proġett “50CO2Cars” ġiegħel lil PSA jimplimenta proġett “kontrofattwali”. Peress li waħdu ma kienx kapaċi jegħleb ix-xkiel teknoloġiku, u mingħajr il-kooperazzjoni possibbli mal-imsieħba kkuntattjati għat-twettiq ta' “50CO2Cars”, il-grupp kien ikollu jillimita l-investimenti tiegħu “a minima”, bl-uniku għan li jiżgura r-rispett tal-evoluzzjonijiet regolamentari mill-magni diżil tiegħu. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li l-intervent tas-setgħat pubbliċi mhuwiex limitat biss għal appoġġ finanzjarju lill-grupp PSA biex iwettaq il-proġett “50CO2Cars”, iżda għall-kuntrarju jippermettilu jgħaqqad madwaru konsorzju ta' msieħba (industrijalisti, assoċjazzjonijiet, laboratorji ta' riċerka, eċċ.) li l-isforzi koordinati tagħhom huma meħtieġa biex jingħeleb ix-xkiel teknoloġiku għall-iżvilupp ta' vettura ibrida diżil bi prezz baxx. Jippreċiżaw li huwa ferm probabbli li n-nuqqas ta' awtorizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat lill-grupp PSA bħala mexxej ta' “50CO2Cars” jfixkel l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett mhux biss għal dan tal-aħħar, iżda anki għall-imsieħba kollha tiegħu. L-istrateġija kontrofattwali ta' sostituzzjoni tad-diżil bil-petrol iġġib magħha spejjeż inkrementali u prezz ta' riskju industrijali kbir: rinunzja għall-kompetenza fid-diżil, telf ta' bejgħ matul il-perjodu transitorju, il-ħela ta' riżorsi biex isir adattament u ridimensjonament tat-tagħmir produttiv tal-grupp għal magni petrol, riżorsi li jkunu neċessarji għar-ritorn għall-vijabbiltà.

(151)

Fi ftit kliem, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-proġett “50CO2Cars” ser ikun neċessarju kemm biex tinżamm il-profittabilità tal-qalba tal-attività industrijali tal-grupp PSA (magni diżil) kif ukoll biex jiġi stabbilit il-karattru definittiv tar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp, billi jagħtih possibilitajiet ta' tkabbir wara r-ristrutturar (firxa ġdida ta' vetturi innovattivi u profittabbli). Għalhekk, dan l-investiment fir-R&Ż ikun perfettament koerenti mal-għanijiet tal-pjan ta' ristrutturar.

(b)   Dwar id-dubji mressqin mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ

(152)

L-awtoritajiet Franċiżi jifhmu mid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-Kummissjoni, peress li telqet mill-eżistenza allegata ta' ttardjar tal-grupp PSA fil-qasam tar-R&Ż, tqis li l-proġett “50CO2Cars”“ma jistax ikun neċessarju għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA ħlief f'każ li jkun jista' jpatti għall-ittardjar li akkumula maż-żmien fir-R&Ż meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu”. Huma jikkontestaw saħansitra l-prinċipju ta' analiżi bħal din.

(a)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jtennu li l-proġett “50CO2Cars” jista' jikkontribwixxi għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp: restawrar tal-immaġni ambjentali tal-vetturi diżil; dinamika ġdida tal-konsum (kunċett ta' vetturi ibridi aċċessibbli għal kulħadd); riżerva ta' tkabbir wara l-pjan ta' ristrutturar;

(b)

It-tieni, l-iżvantaġġ strutturali fir-rigward tar-R&Ż, li kien ippreżentat fin-notifika bħala wieħed li jista' jispjega xi wħud mid-diffikultajiet li ltaqa' magħhom il-grupp PSA, kien jikkonċerna ttardjar fl-istandardizzazzjoni tal-komponenti, li jnaqqas il-produttività tal-isforzi ta' R&Ż fir-rigward ta' dawk tal-kompetituri (effett ta' skala). Madankollu, il-proġett “50CO2Cars” jippermetti eżattament l-irkupru tagħha, billi:

l-ewwel nett, il-proġett “50CO2Cars” itejjeb l-istandardizzazzjoni ta' ċerti komponenti awtomobilistiċi, u b'mod partikolari l-powertrain.

it-tieni, il-kundizzjonijiet ta' twettiq tal-proġett “50CO2Cars” itejbu l-produttività tal-isforzi tar-R&Ż tal-grupp PSA, b'mod partikolari bis-saħħa tas-sinerġiji offruti mill-koordinazzjoni tal-ħidmiet mal-imsieħba differenti, iżda anki bis-segwitu żgurat mill-awtoritajiet pubbliċi li jagħtu l-għajnuna.

(c)

It-tielet, u fuq kollox, l-awtoritajiet Franċiżi jikkritikaw il-karattru “legalment innovattiv” tal-kriterju allegatament użat mill-Kummissjoni fil-premessa 169 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, imsejjes fuq l-eżistenza tal-ittardjar akkumulat maż-żmien mill-grupp PSA rigward ir-R&Ż. Huma jqisu li l-argumenti mressqin s'issa huma biżżejjed biex juru l-kontribuzzjoni pożittiva tal-proġett “50CO2Cars” lejn ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA. Għalhekk, huwa biss b'mod sussidjarju li jittrattaw il-kwistjoni dwar jekk tali kriterju jkunx issodisfat f'dan il-każ:

(i)   L-eżistenza ta' ttardjar teknoloġiku għat-teknoloġiji tal-ibridizzazzjoni

(153)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dan il-kriterju ta' eżistenza ta' ttardjar akkumulat maż-żmien fir-R&Ż huwa ssodisfat minħabba t-tliet raġunijiet li ġejjin:

(a)

L-ewwel nett, jindikaw li t-tliet pedamenti teknoloġiċi tal-proġett “50CO2Cars” huma mmirati lejn oqsma teknoloġiċi li fihom il-grupp PSA huwa tard:

Rigward il-magni diżil, l-ittardjar jikkonċerna teknoloġiji ta' limitazzjoni tal-konsum tal-magni. B'hekk, il-proġett “50CO2Cars” huwa mmirat eżattament lejn dan il-qasam.

Rigward it-trażmissjonijiet, il-grupp PSA huwa tard fit-tranżmissjonijiet bi klaċċ doppju msejħin DCT (“ dual clutch transmissions ”), b'mod partikolari minħabba preferenza tradizzjonali ta' gearboxes pilotati jew robotizzati msejħin “BVMP”, meta din it-teknoloġija bdiet trendi inqas fil-livell kummeċjali meta mqabbla mar-rivali tagħha. B'hekk, il-proġett “50CO2Cars” jippermetti sabiex l-impriża tpatti għall-ittardjar doppju fit-trażmissjonijiet DCT u eDCT.

Rigward is-sistemi ta' ibridizzazzjoni, il-grupp PSA jġarrab ittardjar fil-kontroll ta' teknoloġija ibrida affordabbli, ġenerika biżżejjed biex tkun prodotta għall-massa. Madankollu, produtturi kompetituri, bħal Toyota, Honda jew VAG (35) għandhom (jew daqt ikollhom aċċess għal) teknoloġiji ibridi ġeneriċi, u b'hekk ikunu adattati aħjar għas-suq tal-massa. Dwar dan, l-awtoritajiet Franċiżi jivvalidaw l-analiżi preliminari tal-Kummissjoni (ippreżentata fil-premessa 187 tad-deċiżjoni tal-ftuħ), li din it-teknoloġija attwali ta' mikroibridizzazzjoni (36) Stop & Start mhijiex biżżejjed biex tintlaħaq “ il-quċċata teknoloġika fir-rigward tal-iffrankar ta' CO2 ”, li tkun teħtieġ il-kontroll ta' teknoloġija “ ibrida ħafifa ” u/jew “ ibrida kompletament ”. B'hekk, l-ambizzjoni tal-proġett “50CO2Cars” hija l-irkupru ta' ttardjar teknoloġiku fil-qasam tas-sistemi ibridi.

(b)

It-tieni, iqisu li l-proġett “50CO2Cars” joffri lill-grupp PSA l-mezzi biex jirkupra għat-tardjar tiegħu, billi jneħħi ċertu numru ta' xkiel teknoloġiku f'dak li għandu x'jaqsam mat-teknoloġija ibrida:

Il-magni diżil żviluppati fil-qafas tal-proġett “50CO2Cars” jippermettu li jinkisbu emissjonijiet ta' CO2 ta' [50-70]* g/km fis-segment B (magni b'qawwa ta' bejn 40 u 70 kW), inkluż bit-tħaddim tat-teknoloġija Stop & Start biss, b'tali mod li PSA jkun jista' sal-2017 – 2018 joffri magna diżil b'konsum baxx li tinsab f'livell ta' emissjonijiet paragunabbli mal-kompetituri tiegħu fis-suq Ewropew.

It-trażmissjoni intelliġenti bi klaċċ doppju eDCT tippermetti li jiġi ottimizzat ir-rendiment enerġetiku tal-powertrain ibrida, filwaqt li tibqa' kompatibbli ma' firxa kbira ta' qawwiet ta' vetturi elettriċi differenti. L-istandardizzazzjoni tippermetti lill-grupp PSA sabiex jirkupra l-ittardjar teknoloġiku li akkumula maż-żmien.

Fl-aħħar nett, rigward is-sistema ta' ibridizzazzjoni, il-proġett “50CO2Cars” iwassal għal rivoluzzjoni f'termini ta' kostijiet, kemm bis-saħħa ta' daqqis enerġetiku a minima (batterija u elettronika tal-qawwa) kif ukoll ottimizzazzjoni tal-arkitettura mekkanika (tagħqid tal-vettura elettrika u l-mogħdija tas-saħħa tal-magna). Bl-istess mod, l-istandardizzazzjoni tas-sistema ibrida tippermetti li jonqsu l-volumi ta' prodotti u, b'hekk, tagħmilhom iktar aċċessibbli fis-segment B.

(c)

Finalment, l-awtoritajiet Franċiżi jittrattaw il-bidla fid-direzzjoni strateġika eventwali li tikkonsisti fit-twettiq tal-proġett “50CO2Cars” fl-istess waqt tal-abbandun tal-ibridi “plakkjati”. F'dan ir-rigward, jisħqu li ż-żewġ teknoloġiji (“ibridi ħfief” u “plakkjati”) la għandhom l-istess skop, u lanqas l-istess konsegwenzi kummerċjali. Filwaqt li l-prezz jillimita t-tieni waħda (37) għal vetturi “primjum” (b'effetti importanti li jirriżultaw f'termini ta' immaġni tal-marka, speċjalment għal klijenti “korporattivi”), l-aċċessibilità tal-ewwel waħda tippermetti li firxa usa' ta' kategoriji soċjali (bi dħul baxx sa medju), u b'hekk tkun issodisfata parti ikbar tal-klijentela tal-grupp. L-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li dawn iż-żewġ soluzzjonijiet teknoloġiċi mhumiex esklussivi b'mod reċiproku, u li l-grupp PSA għall-ewwel xtaq imexxi t-tnejn li huma, b'tali mod li jgħaqqad il-bejgħ tal-vetturi primjum ibridi “plakkjati” ma' dak tal-vetturi ibridi affordabbli fis-segmenti B u C. Barra minn hekk, l-abbandun tat-teknoloġija ibrida “plug-in” bħala miżura kompensatorja ma jikkostitwixxix “bidla fid-direzzjoni strateġika”, iżda l-waqfien ta' attività kummerċjalment vijabbli li ma tqiegħedx f'riskju r-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp. Rigward il-proġett “50CO2Cars”, dan jidħol bis-sħiħ fil-pjan ta' ristrutturar, b'tali mod li l-awtoritajiet Franċiżi jqisu perfettament koerenti l-istrateġija proposta dwar l-ibridizzazzjoni mal-pjan ta' ristrutturar.

(ii)   Il-koerenza tal-mezzi implimentati għal “50CO2Cars” mal-bqija tal-pjan ta' ristrutturar

(154)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-adattament tal-għodda industrijali tal-grupp PSA għall-implimentazzjoni tal-proġett “50CO2Cars” jidħol fil-loġika tal-pjan ta' ristrutturar. B'mod partikolari, l-istandardizzazzjoni tal-powertrains u tat-trażmissjonijiet tal-vetturi diżil tal-grupp tippermetti li jiġi razzjonalizzat u ottimizzat it-tagħmir produttiv:

(a)

Fil-qasam tal-magni diżil, l-investimenti li saru fis-siti ta' Trémery u Douvrin jammontaw għal [100-200]* M€, jiġifieri [0-5]* % tal-EUR [10-20]*biljun f'investimenti previsti matul id-durata tal-pjan ta' ristrutturar, proporzjon li l-awtoritajiet Franċiżi jikkwalifikaw bħala “partikolarment modest, jekk mhux insinifikanti”. Barra minn hekk, dan l-impatt finanzjarju kien integrat fil-PMT tal-grupp PSA minn Novembru 2012, u jidher fil-verżjoni aġġornata tad-dokument, b'tali mod li l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dawn l-investimenti jidħlu sew fil-loġika tal-pjan ta' ristrutturar notifikat. F'termini tal-impatt industrijali, il-miżuri għandhom l-iskop li jimmodifikaw (38) il-kapaċitajiet ta' produzzjoni eżistenti tal-magni diżil fl-istess ċirkustanzi: ma hemmx żieda tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni, iġġudikati bħala biżżejjed għall-[100 000-200 000] vettura antiċipati f'dan l-istadju mat-tħabbir tal-proġett “50CO2Cars”, iżda orjentazzjoni mill-ġdid ta' parti mit-tagħmir produttiv ta' segment b'kapaċità eċċessiva lejn segment li potenzjalment għandu kapaċità nieqsa, għaliex għadu qed jiżviluppa (arbitraġġ intern favur prodotti attraenti).

(b)

Rigward it-trażmissjonijiet, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonfermaw l-analiżi ppreżentata fil-premessa 202 tad-deċiżjoni tal-ftuħ: f'każ ta' suċċess tal-proġett “50CO2Cars”, il-produzzjoni li bħalissa hija esternalizzata tkun prodotta b'mod intern (39). L-investimenti meħtieġa, diġà previsti fil-pjan ta' ristrutturar notifikat, jinżammu fil-PMT aġġornat. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li din l-istrateġija ta' internalizzazzjoni hija kompatibbli mar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp. Finanzjarjament, l-operazzjoni tippermetti li jiġi internalizzat il-marġni u li jiġi evitat riskju ta' skambju mal-Ġappun (40), u ta' kostijiet/ittardjar loġistiċi, mingħajr ma titnaqqar il-kapaċità ta' adattament rapidu tal-grupp PSA għad-domanda.

(c)

Fl-aħħar, l-investimenti marbutin mas-sistemi ibridi jammontaw għal EUR [40-50] miljun għall-perjodu ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar, jiġifieri inqas minn [0-5] % tat-total previst, sehem li l-awtoritajiet Franċiżi jqisu bħala skala żgħira ħafna. Barra minn hekk huma jikkonċernaw suq li għadu jitwieled (u b'hekk mingħajr kapaċità eċċessiva). B'hekk anki huma jidħlu fil-loġika tal-pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA.

(iii)   Impatt pożittiv fuq il-bejgħ u l-profittabilità tal-grupp

(155)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-proġett “50CO2Cars” jippermetti sabiex, wara l-eżitu tal-pjan ta' ristrutturar, jiġu dinamizzati l-bejgħ u l-profittabilità tal-grupp PSA.

(a)

Bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni ppreżentati fil-premessi 210 u 211 tad-deċiżjoni tal-ftuħ (dwar il-merti ta' strateġija li tibbenefika lil magni diżil meta mqabbla ma' magni petrol), u fil-premessa 216 (dwar il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-proġett “50CO2Cars” u l-affidabilità tal-ipoteżijiet sottostanti tiegħu), l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-istrateġija segwita mhux biss hija leġittima fil-livell industrijali, iżda tħalli impatt pożittiv fuq il-bejgħ tal-grupp. Minflok ma tiġi żviluppata teknoloġija ibrida rħisa għal magni petrol, ikun aħjar jekk isir investiment fit-titjib tal-bilanċ ekoenerġetiku tad-diżil sabiex, l-ewwel nett, “jingħeleb in-nuqqas ta' rieda tal-konsumaturi”, u, it-tieni, jiġu adattati (41) r-riżultati tal-proġett “50CO2Cars” għal magni petrol, li għalhekk ikunu jistgħu jkunu diffużi mill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali fuq skala mondjali, b'tali mod li tiżdied il-profittabilità tal-investimenti li jsiru bis-saħħa ta' effett ta' skala. Għalhekk, il-merti tal-istrateġija prevista minn PSA huma kkonfermati minn studji tas-suq, li, b'mod konkordanti (42), jipprevedu tkabbir tal-bejgħ ta' vetturi diżil proprji matul is-snin li ġejjin.

(b)

Rigward l-impatt finanzjarju tal-proġett “50CO2Cars”, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew pjan ta' direzzjoni tan-negozju, imsejjes fuq ipoteżijiet sostnuti minn bosta artikli mill-istampa, u li jintegra flussi sal-2026 (xi ħaġa ġustifikata fir-rigward ta' aġġornamenti fil-ġejjieni, imbagħad mis-sostituzzjoni tal-istandards EURO VI f'dan il-perjodu). Il-ħidma ta' R&Ż tal-proġett “50CO2Cars” hija maqsuma bejn l-2013 sal-2017, b'tali mod li l-ewwel magni ser ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq bejn nofs l-2016 u l-bidu tal-2017, segwiti ftit wara minn sistema ibrida ekonomika. Intużaw żewġ rati ta' aġġornament (ta' [10-13]* % u [13-15]* %) għall-kalkoli tal-profittabilità, bit-tieni waħda li tqis aħjar iż-żieda riċentement osservata fil-kost tal-finanzjament. Ma huwa ddikjarat ebda dħul mill-privattivi ta' ċerti riżultati tal-proġett “50CO2Cars”. Finalment, il-volumi u l-prezzijiet ta' bejgħ ta' magni diżil ġodda u ta' powertrains ibridi ġew stmati għal xnearji differenti: xenarju “A” tal-implimentazzjoni tal-proġett “50CO2Cars” bl-għajnuna tal-Istat, li fih il-bejgħ ta' vettura ibrida jiġġenera marġni addizzjonali stmat bejn € [200-300]* u € [300-400]* skont l-għażla teknoloġika (flimkien ma' marġni ta' € [2 000-3 000]* iġġenerat għall-produttur mill-bejgħ ta' vettura tas-segment B); xenarju “B” tal-implimentazzjoni tal-proġett “50CO2Cars” bla għajnuna mill-Istat, fejn il-marġnijiet ikunu l-istess bħax-xenarju A. Madankollu, l-awtoritajiet jiddikjaraw li dan huwa xenarju fittizju li l-grupp PSA mhuwiex ser ikun jista' jwettaq (huwa pprovdut biss għal paragun teoriku); xenarju “C” kontrofattwali, li, fin-nuqqas tal-implimentazzjoni tal-proġett “50CO2Cars”, jikkonsisti fit-twettiq ta' proġett alternattiv li għalih il-marġnijiet addizzjonali jkunu mnaqqsa (bejn € [100-200]* u € [200-300]*). Fuq il-bażi ta' dawn l-ipoteżijiet, il-valuri aġġornati netti (“VAN”) differenzjali (43) kkalkolati għall-prodotti “eDCT” u “Faċċatta sekondarja” huma dawn li ġejjin:

Tabella 15

Indikaturi finanzjarji tal-proġett “50CO2Cars”

Grupp PSA

(tqabbil max-Xenarju C “kontrofattwali”)

Xenarju A*

(“50CO2Cars” b''għajnuna)

Xenarju B*

(“50CO2Cars” bla għajnuna)

eDCT

VAN ta' [10-13]*%

[0-10] M€

– [60-70] M€

VAN ta' [13-15]*%

– [50-60] M€

– [90-100] M€

Faċċata sekondarja

VAN ta' [10-13]*%

+ [30-40] M€

– [20-30] M€

VAN ta' [13-15]*%

– [20-30] M€

– [60-70] M€

L-awtoritajiet Franċiżi jisiltu l-konklużjoni li, tkun xi tkun l-għażla teknoloġija meqjusa, il-profittabilità relatattiva tax-xenarju B dejjem ser tkun negattiva meta mqabbla max-xenarju C, b'tali mod li nuqqas ta' appoġġ pubbliku, il-proġett “50CO2Cars” huwa “purament u sempliċiment impossibbli”. Il-bixra ferm limitata tal-VAN meħuda mix-xenarju A (ftit pożittiv meta mqabbel max-xenarju C b'aġġornament ta' [10-13]* %, negattiv b'rata ta' aġġornament ta' [13-15]* %) turi li t-tali livelli ta' profittabilità relattiva huma proporzjonati mal-għan ta' żvilupp tal-ewwel ġenerazzjoni ta' innovazzjoni.

(c)

Finalment, rigward ir-riskji ppreżentati mill-proġett “50CO2Cars”, dawn huma ta' erba' tipi, u l-għajnuna mill-Istat prevista tippermetti li titnaqqas il-parti l-kbira minnhom:

Riskji regolamentari, marbutin maċ-ċiklu ġdid ta' omologazzjoni tal-vetturi diżil;

Riskji teknoloġiċi biex jitneħħa l-ħafna xkiel teknoloġiku għall-iżvilupp ta' teknoloġija “ibrida ħafifa” affordabbli;

Riskji kummerċjali, marbutin mal-imġiba tal-konsumaturi u s-sensittività tagħhom għat-tħassib ambjentali;

Riskji finanzjarji, b'mod partikolari fid-dawl tar-restrizzjonijiet ibsin fuq il-likwiditajiet disponibbli tal-grupp PSA.

4.4.   DWAR IL-MIŻURI KOMPENSATORJI

4.4.1.   OSSERVAZZJONIJIET TAT-TIP ĠENERALI DWAR IL-KWALIFIKAZZJONI TAL-MIŻURI PROPOSTI BĦALA MIŻURI KOMPENSATORJI ĠENERALI U L-FIRXA TAGĦHOM.

(156)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma tipproponi ebda evalwazzjoni preċiża tat-tfixkil tal-kompetizzjoni allegat. Għalhekk, il-miżuri kompensatorji proposti mill-grupp PSA diġà huma biżżejjed. Kull xkiel supplementari jmur kontra r-rekwiżit ta' proporzjonalità msemmija fil-punt 47 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq.

(157)

Barra minn hekk, iqisu li l-miżuri kompensatorji proposti jkopru s-segmenti B u C, għall-kuntrarju ta' kif indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Dan huwa l-każ tal-miżura ta' limitazzjoni tar-rata ta' penetrazzjoni tal-finanzjament ta' BPF li essenzjalment tikkonċerna dawn iż-żewġ segmenti. Dan huwa l-każ ukoll tal-waqfien antiċipat tas-Citroën C6 u tan-nuqqas ta' tiġdid tal-mudelli C6 u Peugeot 607 fil-qafas tas-sejħa għall-offerti. Finalment, il-miżura dwar ir-rinunzja tal-produzzjoni tal-magni ta' iktar minn 2 litri u l-irtirar mill-iżvilupp u l-produzzjoni tat-teknoloġija ibrida plug-in, sejra tħalli impatt sinifikanti fuq is-segment C.

(158)

L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-miżuri kompensatorji proposti mill-PSA huma konsiderevoli: jirriżultaw fi tnaqqis fis-sehem mis-suq ta' [0-2]* % fi tmiem il-perjodu.

4.4.2.   OSSERVAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAD-DIVERSI MIŻURI KOMPENSATORJI PROPOSTI.

(a)   Dwar it-tnaqqis tal-investimenti supplementari tal-grupp PSA

(i)   Il-waqfien antiċipat tal-mudell Citroën C6 u n-nuqqas ta' tiġdid tal-mudelli Citroën C6 u Peugeot 607.

(159)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, għalkemm il-volum ta' bejgħ ta' dawn il-vetturi kien inqas, il-marġni nett li kien joħloq kien superjuri għal dak li jirriżulta mill-bejgħ ta' tipi oħrajn ta' vetturi, u b'mod partikolari għal dak li ġej mill-bejgħ ta' vetturi tas-segment B. Jammettu li l-profittabilità fuq il-program ma kinitx biżżejjed iżda biex ipatti għal dan in-nuqqas, il-grupp PSA ppreveda sħubija ma' DPCA biex iqiegħed fis-suq il-mudelli C6 u 607 fiċ-Ċina.

(160)

Finalment, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-grupp PSA qatt ma ppreveda l-abbandun tal-mudelli ta' kwalità għolja mill-2009. PSA ma abbanduna xejn ħlief il-proġett ta' R&Ż ta' vettura ġdida li setgħet tiżdied mas-C6 u s-607.

(ii)   Il-waqfien antiċipat u n-nuqqas ta' tiġdid tal-mudell Bipper/Nemo.

(161)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li din il-miżura ser iżżomm lill-grupp PSA milli jaqta' l-frott tal-investimenti preċedenti tiegħu u ser tnaqqas b'mod sinifikanti l-kapaċità tiegħu li jibqa' kompetittiv fis-segment tal-vetturi utilitarji ħfief.

(162)

Fil-fatt, s'issa, il-mudelli Bipper/Nemo kienu prodotti bi sħubija ma' Fiat u Tofaș. Din is-sħubija waslet fi stadju ta' maturità li tat lil PSA għarfien aħjar dwar is-suq, il-prodott u l-kapaċitajiet ta' produzzjoni mobilizzati. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li trendi vinkolanti din il-proposta ta' miżura kompensatorja, l-għarfien ta' din l-informazzjoni kollha jagħti lil PSA marġni ta' negozjar ferm akbar fuq il-prezz ta' bejgħ għat-tieni ġenerazzjoni ta' dawn il-mudelli, li skont l-ipoteżi tkun iktar profittabbli. Din il-profittabilità ser tkun aċċentwata mill-evoluzzjonijiet riċenti u fil-ġejjieni tal-organizzazzjoni tat-trasport urban li jiffavorixxu vetturi utilitarji ħfief.

(iii)   Il-waqfien tal-magni diżil ta' iktar minn 2 litri.

(163)

L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li din il-miżura kompensatorja hija partikolarment sinifikanti peress li l-grupp PSA huwa minn ta' quddiem fis-suq ta' magni diżi tradizzjonali.

(164)

L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li dawn il-magni huma importanti għas-segmenti D u E, segmenti li huma essenzjali għall-immaġni tal-marka tal-produttur u għall-aċċess tiegħu għal sejħiet għal offerti.

(165)

Rigward l-istima tal-impatt tal-iżvilupp ta' offerta ta' diżil ibrida plug-in, b'mod partikolari fuq il-bejgħ tal-vetturi tagħha b'magna ċilindrata ta' iktar minn 2 litri, il-grupp PSA jqis li hija kkonfermata mil-evoluzzjoni riċenti tas-suq tal-ibridi plakkjati u b'mod partikolari mit-tħabbira ta' Volvo dwar id-deċiżjoni tagħha li tirdoppja l-għanijiet ta' produzzjoni tal-mudell diżil plakkjat V60 għal 10 000 unità fl-2014 minħabba s-suċċess kummerċjali miksub.

(b)   Dwar ir-rinunzja tal-kapaċitajiet tal-fabbrika ta' Sevelnord favur kompetitur

(166)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li din il-miżura tikkontrbiwixxi għal-limitazzjoni tal-preżenza tal-grupp PSA fis-suq bi profitt dirett tal-kompetituri tiegħu peress li:

PSA jirrinunzja għal kważi 30 % tal-kapaċità ta' produzzjoni tas-sit ta' Sevelnord favur Toyota;

dan il-ftehim jippermetti sabiex kompetitur importanti, Toyota, jidħol fis-suq li qatt ma kien għadu preżenti fih s'issa kif ukoll ikabbar il-firxa tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' vetturi utilitarji;

dan il-ftehim jagħti vantaġġ kompetittiv dirett u ċert lil Toyota peress li jippermettilha tieħu sehem importanti tal-marġni tal-vetturi li huma l-oġġett tal-ftehim kif ukoll li tirbaħ u żżomm klijenti f'suq li ma kinitx preżenti fih;

din il-miżura tikkonċerna wieħed mis-swieq li fih il-grupp PSA għandu preżenza fis-suq partikolarment importanti (21 % fl-Ewropa, 30 fl-2011).

(167)

L-awtoritajiet Franċiżi josservaw ukoll li, meta jiġi kkunsidrat il-bilanċ ekonomiku tal-proġett (marġni operazzjonali kurrenti pożittiv ta' [0-5] %, skont l-aspettattivi normali tal-PSA), il-grupp kien ser jibda l-implimentazzjoni tiegħu skont xenarju ta' referenza bla msieħeb. B'hekk, PSA kien iqis l-isfruttament tas-sit Sevelnord bla msieħeb bħala vijabbli u profittabbli.

(168)

L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-qari tal-istqarrija għall-istampa tal-31 ta' Awwissu 2012 irid isir b'mod ferm prudenti minħabba l-kuntest soċjali ta' pressjoni qawwija ta' dak iż-żmien.

(c)   Dwar l-irtirar mill-iżvilupp u l-produzzjoni tat-teknoloġija ibrida plug-in

(169)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li d-diskussjoni dwar il-waqt tal-implimentazzjoni ta' din il-miżura sabiex tikkwalifika bħala miżura kompensatorja jew miżura neċessarja għar-ritorn għall-vijabbiltà mhijiex rilevanti. Skonthom, dak li huwa importanti għall-fini tal-kwalifika ta' dawn il-miżuri bħala miżuri kompensatorji huwa li huma effettivament ta' bixra li tillimita t-tfixkil eventwali fil-kompetizzjoni li ġej mill-għajnuna.

(170)

Apparti minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma jixtiqux iwieġbu l-mistoqsijiet tal-Kummissjoni dwar ir-realtà tal-istima tal-impatt ta' din il-miżura għaliex il-kritika tagħha dwar dan mhijiex spjegata biżżejjed. Minkejja dan, iqisu li l-ipoteżijiet ta' kalkolu tal-istima tal-impatt ta' din il-miżura huma koerenti mal-evoluzzjonijiet l-aktar riċenti tas-suq tal-ibridi plakkjati.

(171)

Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-għoti ta' liċenzja għal din it-teknoloġija minn produttur jew manifattur tat-tagħmir oriġinali mhuwiex possibbli, jekk jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istadju ta' żvilupp tas-suq u l-importanza ta' din it-teknoloġija bħala fattur ta' differenzazzjoni fil-kompetizzjoni. Madankollu, jekk ipoteżi bħal din isseħħ, il-grupp PSA jkun lest li jimpenja ruħu sabiex ma jixtrix il-liċenzja mingħand partijiet terzi matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar.

(172)

Fl-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-effetti ta' din il-miżura mhumiex newtralizzati mill-proġett “50CO2Cars” peress li dan tal-aħħar ikopri suq u klijentela differenti (ta' kwalità) minn dawk ikkonċernati mill-miżura kompensatorja u jipprovdi valur ta' ffrankar differenti ta' CO2 minn dak iġġenerat mit-teknoloġija ibrida plug-in.

(d)   Dwar it-tfassil ta' rata ta' penetrazzjoni massima ta' BPF

(173)

L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, l-ewwel nett, din il-miżura tikkostitwixxi l-iktar miżura kompensatorja adattata u kapaċi tirrimedja t-tfixkil eventwali fil-kompetizzjoni li jirriżulta direttament mill-għoti ta' għajnuna fil-forma ta' garanzija favur BPF.

(174)

Iqisu li l-għażla tal-livell massimu tar-rata ta' penetrazzjoni li tikkorrispondi għar-rata tat-tieni trimestru 2012 miżjuda b'livell ta' flessibilità ta' 1 % hija neċessarja sabiex tkun tista' ssir evoluzzjoni tar-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF b'konformità mal-ħtiġijiet tal-grupp u sabiex BPF ikun jista' jaqdi r-rwol sistemiku tiegħu fir-rigward tal-attività awtomobilistika ta' PSA. F'każ li jkun antiċipat li t-tendenza ta' żieda tar-rata ta' penetrazzjoni ddikjarata bejn l-2001 u l-2012, tkompli bejn l-2012 u l-2013, il-livell massimu jillimita b'mod sinifikanti l-kapaċità kompetittiva ta' BPF.

(175)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-flessibilità prevista ma tinvolvi ebda tnaqqis tal-effikaċja u tal-karattru restrittiv tal-miżura kompensatorja proposta. Fil-fatt, fir-rigward tal-evoluzzjoni prevedibbli tas-suq, ir-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF ser tkun tard b'mod sistematiku b'sena u b'hekk inferjuri għal dik tal-iktar kompetituri paragunabbli tiegħu.

(176)

Apparti minn hekk, biex iwieġbu għal mistoqsija tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi lesti jintegraw il-banek captive tal-gruppi Fiat u Ford fil-bord tal-banek magħżulin għall-indiċizzar tar-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF.

(177)

Finalment, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-karattru globali tal-impenn ta' PSA (għall-pajjiżi tal-G10 u mingħajr distinzjoni tas-segment) mhuwiex ser jippermettilu jiżviluppa politika kummerċjali agressiva f'ċerti pajjiżi u ċerti segmenti, u b'hekk jelimina l-effetti tal-miżura kompensatorja. Fil-fatt, minbarra l-fatt li l-grupp PSA ma jistax iġiegħel lil BPF sabiex jimmodifika l-politika ta' riskju tiegħu, il-miżura ta' limitazzjoni tar-rata ta' penetrazzjoni tal-finanzjament ta' BPF tikkonċerna primarjament is-segmenti B u C minħabba l-piż relattiv tagħhom fil-medja peżata ta' penetrazzjoni (iktar minn […]* % tal-finanzjamenti mogħtija minn BPF matul l-aħħar snin u bħala medja […]* % tal-finazjamenti mogħtija minn BPF fl-2012 fi Franza, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Spanja u l-Italja).

5.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(178)

Wara d-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni rċiviet l-osservazzjonijiet ta' ħames partijiet interessati, jiġifieri l-grupp PSA, impriża li xtaqet tibqa' anonima (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“parti terza anonima”), Fiat, GM u Toyota.

5.1.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTI TERZA ANONIMA

(179)

Il-parti terza anonima għarrfet lill-Kummissjoni dwar it-tħassib tagħha rigward ċerti prattiki kummerċjali ta' PSA. Fil-fatt, tqis li PSA jiffavorixxi l-manifatturi tat-tagħmir oriġinali Franċiżi b'dannu għall-manifatturi tat-tagħmir oriġinali mhux Franċiżi. Skont il-parti terza anonima, l-imġiba ta' PSA fir-rigward tal-manifattur tat-tagħmir oriġinali Agrati France turi kollox: PSA evitalu likwidazzjoni ġudizzjarja imminenti billi xtralu prodotti bi prezzijiet ferm ogħla minn dawk tas-suq. Dejjem skont din il-parti terza anonima, minkejja d-dannu li ġarrab minħabba interruzzjoni tal-provvista, PSA rrinunzja wkoll milli jieħu passi kontra Agrati France, bil-għan li jevita milli jżid id-diffikultajiet finanzjarji ta' din l-impriża diġà f'qagħda dgħajfa.

(180)

Fl-osservazzjonijiet tagħha, il-parti terza anonima tallega li r-relazzjonijiet bejn PSA u l-gvern Franċiż, kif ukoll l-appoġġ pubbliku li huwa l-oġġett ta' din il-proċedura, jiksru r-regoli tas-suq intern, b'mod partikolari dawk relatati mal-moviment liberu tal-prodotti previsti fl-Artikolu 34 TFUE.

(181)

Sabiex jgħin lil Agrati France, il-parti terza tqis li PSA nqeda bil-parteċipazzjoni tiegħu fil-Fond ta' Modernizzazzjoni tal-Manifatturi tat-Tagħmir Oriġinali Awtomobilistiku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “FMEA”), u b'mod indirett tah għajnuna ta' EUR 17-il miljun.

(182)

Rigward il-miżura kompensatorja, il-parti terza anonima titlob finalment li PSA jirtira minn FMEA u jirrinunzja għal kull parteċipazzjoni finanzjarja f'fornituri jew distributuri ta' apparati tal-karozzi sakemm jibqa' jirċievi għajnuniet pubbliċi, li jitlob l-irkupru tas-somom li ta lil Agrati France, u li jimplimenta sistema trasparenti u nondiskriminatorja għall-għażla tal-fornituri tiegħu.

5.2.   OSSERVAZZJONIJIET TA' OPEL (U TAL-GRUPP GM)

(183)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-previżjonijiet tas-suq, GM tisħaq li l-parti l-kbira tal-produtturi awtomobilistiċi jużaw id-dejta ta' Istituti bħal Global Insight jew POLK.

(184)

Rigward il-proġett ta' R&Ż “50CO2Cars”, GM ifakkar li l-produtturi kollha jinvestu f'teknoloġiji li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' dħaħen. B'mod ġenerali, ikun diffiċli li jiġi previst liema riċerki fil-pjan industrijali ser jirnexxu fil-ġejjieni. Huma prevedibbli bosta soluzzjonijiet tekniċi, inkluż fil-qasam tal-ibridizzazzjoni. Barra minn hekk, dan huwa qasam li fih wieħed jista' jistenna kollaborazzjonijiet bejn produtturi, sabiex tinkiseb l-aħjar ekonomija ta' skala. Dejjem skont GM, l-għajnuna ta' EUR 85 miljun ddedikata għall-proġett “50CO2Cars” ma tirrappreżentax ammont sinifikanti fir-rigward tal-ispejjeż ta' R&Ż tas-settur; għall-kuntrarju, huwa ammont mhux negliġibbli għal proġett ta' R&Ż li għandu l-għan li jiżviluppa sistema “ibrida ħafifa”. GM iqis li din il-miżura mhijiex ser iżżomm lil produttur kompetitur milli jiżviluppa l-programm ta' R&Ż tiegħu fl-istess qasam, jekk jiġu kkunsidrati l-inċertezzi teknoloġiċi attwali.

(185)

Rigward ir-rwol tal-banek captive tal-produtturi tal-karozzi, GM tqis li jħaffu l-bejgħ tal-vetturi b'mod ċar, billi joffru lill-klijenti tagħhom soluzzjonijiet interessanti ta' finanzjament. Jagħtu lill-produtturi ħafna flessibilità biex inisslu reazzjoni f'temp ta' ftit żmien għas-suq awtomobilistiku.

(186)

Finalment, GM tqis li PSA daħlet fi proċess importanti ta' tnaqqis tal-kapaċitajiet, li huwa ta' karattru diffiċli u kumpless.

5.3.   OSSERVAZZJONIJIET TA' FIAT

5.3.1.   DWAR IR-RITORN GĦALL-VIJABBILTÀ

(187)

Rigward ir-ritorn għall-vijabbiltà, Fiat tirreferi għall-kummenti ta' ċerti analisti, b'mod partikolari l-previżjonijiet tal-Istitut Global Insight, li jantiċipaw tnaqqis fil-bejgħ, imbagħad irkupru possibbli, iżda dgħajjef u ferm progressiv, fis-snin 2015/2016.

(188)

Skontha, ir-raġunijiet tal-kriżi attwali tas-suq awtomobilistiku ġejjin:

(a)

mill-pressjoni kompetittiva qawwija fis-suq, b'mod partikolari fis-segmenti tal-massa, relatata mal-miġja ta' kompetituri ġodda mill-Korea u, potenzjalment, mill-Ġappun u l-Indja,

(b)

mill-bipolarizzazzjoni tas-suq, li tillimita l-possibilitajiet tal-profitti għal vetturi primjum biss,

(c)

mit-tendenza tal-konsumaturi li jmorru dejjem iktar għal prodotti tal-inqas kwalità,

(d)

min-nuqqas ta' viżibilità dwar il-perspettiva ta' ritorn għal-livelli ta' vetturi ta' qabel il-kriżi, u finalment

(e)

mill-kapaċità strutturali eċċessiva tal-produtturi Ewropej.

5.3.2.   DWAR IL-PROĠETT “50CO2CARS”

(189)

Rigward il-proġett “50CO2Cars”, Fiat tqis, minkejja l-ftit tagħrif għad-dispożizzjoni, li l-għan jidher possibbli. Xorta waħda tisħaq li l-kost ta' unità għal kull vettura ta' dan it-tip ta' teknoloġija jista' jillimita l-penetrazzjoni tagħha fis-suq, kemm minħabba prezz ta' bejgħ għoli, kif ukoll diffikultajiet sabiex il-produttur jagħmel qligħ fil-mument tal-bejgħ. Skont Fiat, il-kwantitajiet ta' emissjonijiet ta' CO2 stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea għall-2020 jikkostitwixxu sfida vera u propja għall-produtturi kollha. Il-possibilità li jintlaħqu timplika li jiġu segwiti bosta approċċi ta' R&Ż, li ma jistgħux jikkonċentraw fuq proġett wieħed ta' R&Ż li għandu l-għan li jiżviluppa teknoloġija waħda, bħalma donnu jagħmel il-proġett “50CO2Cars” (fil-perċezzjoni ta' Fiat).

(190)

Fiat ma tafx jekk kompetituri oħrajn jirċevux għajnuniet pubbliċi biex isostnu proġett ta' R&Ż. Skont hi, ma jkunx hemm xkiel għall-ħruġ fil-proċess ta' innovazzjoni, ħlief kostijiet, investimenti meħtieġa u żmien neċessarju biex jiġu kkoreġuti għażliet teknoloġiċi. L-avvanz teknoloġiku permess mill-proġett “50CO2Cars” lanqas ma jikkostitwixxi xkiel għad-dħul. Minkejja dan, Fiat tqis li l-possibilità li jiġu riċevuti għajnuniet, u b'hekk li jonqos il-kost finali tal-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda fir-rigward tal-kompetituri, jagħti vantaġġ ovvju lill-benefiċjarju tal-għajnuna.

5.3.3.   DWAR L-IMPATT TAL-GARANZIJA FUQ IS-SUQ

(191)

Skont Fiat, il-garanzija pubblika mogħtija lil BPF tikkorrispondi għal terz mid-dejn tal-bank captive ta' PSA. Barra minn hekk, it-transazzjoni ma tipprevedix il-ħlas ta' kummissjoni għal nuqqas ta' użu (“tariffa ta' impenn”). Fiat iddikjarat li tal-inqas iridu jiżdiedu 100 punt bażi sabiex il-kost tal-garanzija jkun konformi mal-prattiki tas-suq.

(192)

Finalment, il-garanzija pubblika ħolqot distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward ta' banek captive oħrajn fis-swieq. Fil-fatt, bis-saħħa tal-garanzija, l-ishma maħruġin minn BPF huma kklassifikati bl-istess mod bħall-Istat Franċiż, jiġifieri Aa1/AA, minflok ma huma kklassifikati fuq il-merti proprji tagħhom. Fiat tikkonkludi li l-klassifikazzjoni ta' BPF tibqa' l-istess sal-2016.

(193)

Skont Fiat, id-differenzjali tal-kost tal-finanzjament bejn il-grupp PSA u BPF, stmata għal 40 punt bażi, hija spjegata biċ-ċar mill-għoti ta' din il-garanzija. Fiat tistima li BPF jista' jiffinanzja lilu nnifsu fis-suq sekondarju permezz ta' distakk “ġdid” ta' 360/380 punt bażi, peress li jaf li dak ta' bond tal-grupp PSA jkun ta' madwar 400 punt bażi għal maturità fl-2016. Mal-ħruġ ta' EUR 1,2 biljun koperti mill-garanzija tal-Istat li BPF għamel f'Marzu 2013, il-kost totali ta' finanzjament kien ta' madwar 270 punt bażi.

(194)

Fiat tqis ukoll li l-garanzija pubblika ppermettiet lil BPF jerġa' jinnegozja l-kundizzjonijiet tas-self tiegħu mal-istabbilimenti finanzjarji skont it-tifsira ta' allinjament tal-kundizzjonijiet fuq dawk mitlubin mill-Gvern Franċiż.

(195)

Finalment, il-garanzija pubblika kellha impatt pożittiv fuq il-klassifikazzjoni ta' BPF. Minkejja t-tnaqqis tal-klassifikazzjoni tiegħu fil-bidu tas-sena 2013 mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni ewlenin, BPF kompla jibbenefika minn livell ta' klassifikazzjoni aħjar, ekwivalenti għal livell wieħed, meta mqabbel ma' dak li seta' jkollu fin-nuqqas ta' garanzija. Fiat tirreferi b'mod partikolari għad-dikjarazzjonijiet ta' Standard and Poor's tat-28 ta' Jannar, l-14 ta' Frar u t-18 ta' April 2013. Barra minn hekk, Fiat tisħaq li huwa normalment magħruf li l-impenn ta' għoti ta' garanzija jew finanzajment ikun xi jkun itejjeb minnu nnifsu s-sitwazzjoni finanzjarja ta' benefiċjarju, ikun xi jkun il-grad ta' użu tal-finanzjament imqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu.

(196)

B'mod iktar ġenerali, Fiat hija tal-fehma li l-banek captive tal-produtturi awtomobilistiċi jikkostitwixxu strumenti ferm effikaċi ta' bejgħ u kummerċjalizzazzjoni,

(a)

biex jiġbdu klijenti ġodda, billi jipproponu kundizzjonijiet ta' finanzjament ferm attraenti (44),

(b)

biex isostnu l-proċess ta' bejgħ, b'mod partikolari bis-saħħa tad-diżimpenn tal-istabbilimenti finanzjarji“klassiċi” fis-segment tas-self lill-konsumaturi u l-konċessjonarji, u

(c)

biex iżidu s-sens ta' lealtà tal-konsumaturià li diġà huma klijenti.

(197)

Fiat tqis li żieda ta' 100 punt bażi tal-kost ta' finanzjament ta' BPF ikollha impatt dirett, immedjat u ferm negattiv fuq il-benefiċċji tal-grupp PSA fil-pajjiżi Ewropej.

5.3.4.   DWAR IL-MIŻURI KOMPENSATORJI

(198)

Skont Fiat, it-tnaqqis tal-kapaċitajiet ġie deċiż permezz ta' pjan preċedenti, li kellu l-għan li jagħlaq fabbriki li ma jrendux profitti. B'hekk, l-għeluq imħabbar mhuwiex fundamentali għal PSA f'perspettiva ta' ritorn għall-vijabbiltà (ir-rati ta' użu tagħhom jibqgħu l-istess). L-impatt tiegħu huwa limitat għal tnaqqis tal-kostijiet fissi.

(199)

Rigward it-tnaqqis ta' CAPEX, Fiat tqis li PSA qed juża l-pjan ta' ristrutturar tiegħu biex jiġġustifika b'mod opportunist id-deċiżjonijiet strateġiċi tiegħu dwar ir-ripożizzjonament fis-segmenti B u C, u jaħbu miżuri oħrajn inqas effikaċi meħudin ftit ta' żmien ilu. L-abbandun imħabbar tal-magni diżil ta' iktar min 2 litri aktarx li huwa marbut mat-tendenza attwali li l-produtturi jnaqqsu ċ-ċilindrati tagħhom (“tiċkin”). Rigward Sevelnord, Fiat hija tal-fehma li din il-miżura ma tikkostitwixxix tnaqqis veru tal-kapaċitajiet, iżda biss kirja temporanja tal-kapaċitajiet ta' dan is-sit lil kompetitur, li tagħti l-opportunità lil PSA sabiex terġa' tirkuprahom malajr skont il-ħtiġijiet tagħha.

(200)

Fl-aħħar, dwar l-aħħar miżura kompensatorja, Fiat tammetti d-diffikultà tagħha sabiex tanalizza l-konsegwenzi tal-abbandun tat-teknoloġija ibrida “plug-in” fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut biss. Skont hi, dan l-abbandun ikun iġġustifikat bir-ripożizzjonament ta' PSA fis-suq. Jista' jinftiehem ukoll bħala mezz ta' rkupru ta' għażla teknoloġika ħażina. Fiat tiċħad li huwa possibbli li wieħed jikkonċentra fuq teknoloġija waħda biex jintlaħqu l-għanijiet ta' tnaqqis tal-emissjonijiet imposti mill-Unjoni Ewropea.

(201)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-miżura kompensatorja relatata mar-rata ta' penetrazzjoni, Fiat tiddikjara li ebda miżura kompensatorja ma hi ser tkun biżżejjed biex tillimita l-impatt tad-distorsjoni kkaġunata mill-garanziji.

5.4.   OSSERVAZZJONIJIET TA' TOYOTA

(202)

Toyota tqis li mhijiex f'pożizzjoni li tikkummenta fuq il-pjan ta' ristrutturar ta' PSA. Barra minn hekk, mhuwiex ir-rwol tagħha li tagħmel dan. Toyota tikkonferma li l-ipoteżijiet li fuqhom huwa msejjes il-pjan ta' PSA huma kredibbli. B'mod ġenerali, il-bosta fatturi li jinfluwenzaw is-suq awtomobilistiku jagħmel diffiċli kwalunkwe eżerċizzju ta' previżjoni.

(203)

Rigward il-proġett “50CO2Cars”, Toyota tqis li l-iżvilupp ta' kwalunkwe teknoloġija ambjentali ser ikun fattur fundamentali tal-bejgħ għall-produtturi. Skont hi, fil-ġejjieni, il-bejgħ tal-vetturi ibridi petrol ser ikun akbar mill-bejgħ ta' ibridi diżil, anki jekk tagħraf li jaf ikun hemm suq għall-ibridi diżil. Minkejja dan, il-bejgħ huwa mistenni jibqa' inqas mill-bejgħ tal-ibridi petrol minħabba l-kost ogħla ta' din it-teknoloġija. Toyota ma tantiċipax li dan il-proġett ta' R&Ż jista' jżomm lill-kompetituri ta' PSA milli jidħlu fis-suq tal-“ibridi ħfief”.

(204)

Rigward ir-rwol tal-banek captive, il-perċezzjoni ta' Toyota hija li b'mod ġenerali, jippermettu li titjieb il-lealtà tal-konsumaturi lejn il-marka (“lealtà tal-klijent”) b'madwar 15 %. Barra minn hekk, ir-rati ta' penetrazzjoni huma ogħla fis-segmenti li jikkonċernaw il-mudelli żgħar.

(205)

Rigward il-miżuri kompensatorji, Toyota tiddubita mill-possibilità li tiġi attribwita kwalifika legali bħal din għal miżura li għandha l-għan li twaqqaf il-produzzjoni ta' mudelli li ftit li xejn inbiegħu. Tqis li l-kollaborazzjoni bejn Toyota u PSA fis-sit ta' Sevelnord ma kinitx kundizzjoni neċessarja għas-soppravvivenza tal-grupp PSA. Apparti minn hekk, skont hi, it-teknoloġija “ibrida plug-in” għadha mhijiex matura minħabba l-kostijiet li ġġib magħha u l-infrastruttura li teħtieġ. Skont Toyota, it-tekonloġija “kompletament ibrida” tirriżulta bħala l-unika soluzzjoni teknoloġika fit-terminu medju.

(206)

Finalment, Toyota tqis li ma tistax tevalwa l-pertinenza tal-miżuri kompensatorji proposti mill-grupp PSA.

5.5.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-GRUPP PSA

(207)

L-ewwel nett, il-grupp PSA jassoċja bis-sħiħ mal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi.

(208)

PSA jfakkar ukoll l-istrateġija tiegħu ta' ritorn għall-vijabbiltà, li għandha l-għan li tadatta t-tagħmir produttiv tiegħu għar-realtajiet ġodda tas-suq. B'mod partikolari, dan l-adattament ser isarraf fi tnaqqis importanti fil-preżenza tal-grupp fis-suq. PSA jixtieq ifakkar ukoll li dawn il-miżuri ta' ristrutturar huma ffinanzjati kważi esklussivament minn riżorsi proprji li ġejjin mill-bejgħ ta' assi. Skont hu, miżuri bħal dawn kienu jkunu biżżejjed li kieku BPF ma ġiex penalizzat b'mod inġust mir-regoli tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni, peress li d-diffikultajiet tal-bank captive ġejjin biss mir-rabtiet tiegħu mal-grupp PSA. Konsegwentement, dejjem skont PSA, l-intervent tal-Istat kien meħtieg biss minħabba dawn ir-regoli tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni. PSA jikkonkludi li finalment, il-garanzija pubblika għandha biss effett limitat, speċjalment peress li ebda għotja pubblika diretta ma hija ser tingħata lil BPF.

(209)

Barra minn hekk, PSA jisħaq li l-miżuri ta' ristrutturar huma akkumpanjati minn riorjentazzjoni tal-politika kummerċjali tiegħu. Din tistrieħ fuq proġetti ta' R&Ż li għandhom l-għan li jbaxxu l-kost tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi għall-konsumatur finali u dwar l-internazzjonalizzazzjoni dejjem ikbar tal-grupp sabiex inaqqas l-espożizzjoni tiegħu għal ċaqliq fis-suq Ewropew, u b'mod partikolari għall-pajjiżi tal-Ewropa t'Isfel.

(210)

PSA jippreċiża li jekk is-sitwazzjoni tas-suq awtomobilistiku Ewropew tmur għall-agħar meta mqabbla mal-previżjonijiet, huwa jadotta kull miżura neċessarja biex jiżgura r-ritorn għall-vijabbiltà tiegħu fit-tul.

(211)

Rigward il-miżuri kompensatorji, PSA jqis li jirrappreżentaw sforzi ferm kbar, li jippenalizzaw ħafna l-kompetittività tiegħu fis-segmenti kolha. Skont PSA, il-firxa tagħhom tidher ferm kbira meta mqabbla mal-ammont tal-għajnuna, u b'mod partikolari fir-rigward tal-ammont tal-fondi impenjati minn PSA biex jiffinanzja r-ristrutturar tiegħu. Barra minn hekk, peress li l-istruttura tal-bilanċ ta' BPF trendi rikors għall-garanzija ftit li xejn probabbli, l-effetti tal-għajnuna fuq il-kompetituri tal-grupp PSA ser ikunu ferm limitati b'mod definittiv.

(212)

Madankollu, il-miżuri kompensatorji previsti għandhom impatt partikolarment importanti. Fil-pjan industrijali, l-abbandun tat-teknoloġija ibrida “plug-in” jkollu impatt negattiv kbir fuq is-suq Ewropew. Barra minn hekk, billi jforni l-kapaċitajiet ta' produzzjoni lil wieħed mill-kompetituri diretti tiegħu fis-sit ta' Sevelnord, PSA iqis li jkun qed jgħinu jidħol f'suq. Barra minn hekk, it-tnaqqis fl-investimenti jkollu effett fuq l-immaġni ta' PSA fis-suq. Dan huwa partikolarment il-każ tal-abbandun ta' żewġ mudelli fis-segment tal-vetturi utilitarji ħfief, fejn PSA għandu sehem kbir mis-suq. Finalment, in-nuqqas ta' tiġdid tal-vetturi tal-ogħla kwalità u ta' magni b'saħħithom jnaqqas il-possibilitajiet ta' kompetizzjoni għal sejħiet ta' offerti għal klijenti korporattivi u jkollu impatt fuq l-immaġni tal-marka tal-grupp, li jmur ferm lil hinn mill-perjodu ta' ristrutturar.

(213)

Dejjem skont PSA, it-tfassil ta' livell massimu għar-rati ta' penetrazzjoni ta' BPF, u l-indiċizzar tagħhom fuq l-evoluzzjoni tal-banek captive tal-kompetituri ewlenin, jikkumpensa ħafna l-effett ipotetiku tal-għajnuna fuq is-suq.

(214)

Fl-aħħar, PSA jfakkar li l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Kummissjoni tkun ta' importanza fundamentali għall-ekonomija Franċiża, minħabba l-piż tas-settur awtomobilistiku fi Franza (iktar minn 2 miljun impjieg dirett u indirett). L-irkupru ta' PSA huwa kruċjali wkoll għall-vitalità u l-kompetittività tal-industrija awtomobilistika Ewropea. Dwar dan, PSA josserva li ċerti kompetituri kienu jibbenefikaw (jew għadhom jibbenefikaw) ħafna mis-sostenn tal-gvernijiet rispettivi tagħhom, bis-saħħa ta' żamma tar-rati tal-kambju partikolarment vantaġġużi għall-esportazzjonijiet tagħhom jew min-nazzjonalizzazzjonijiet temporanji tal-banek captive tagħhom. Produtturi oħrajn barra l-Unjoni Ewropea jibbenefikaw minn ftehimiet ta' kummerċ ħieles konklużi favurihom li jippermettulhom li jiżviluppaw politika kummerċjali aggressiva fis-suq Ewropew.

6.   KUMMENTI TA' FRANZA FUQ L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

6.1.   KUMMENTI DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTI TERZA ANONIMA

(215)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar tal-grupp PSA ma jidhirx li huwa suġġett ta' interess kbir għall-operaturi tas-suq awtomobilistiku Ewropew: erba' partijiet interessati biss tkellmu (minkejja l-pubbliċità li ngħatat id-deċiżjoni tal-ftuħ).

(216)

Dwar l-osservazzjonijiet tal-parti terza anonima (miġburin fil-qosor fil-premessi (179) sa (182) tat-taqsima 5.1 iktar 'il fuq), l-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li mhumiex relatati ma' din il-proċedura ta' analiżi tal-għajnuna għar-ristrutturar tal-grupp PSA, iżda minflok għandhom x'jaqsmu mal-ilment li din il-parti terza anonima ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea.

(217)

B'mod kompletament sussidjarju, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dawn il-kummenti ma juru ebda prova tanġibbli tal-allegati atti ta' PSA fir-rigward ta' Agrati France u li PSA, bħala impriża privata, huwa ħieles li jkollu relazzjonijiet kummerċjali mal-fornituri tiegħu kif jixtieq. Dwar dan, fil-qafas tal-alleanza tiegħu ma' GM, PSA implimenta politika ta' razzjonalizzazzjoni tax-xiri tiegħu mill-25 ta' Frar 2013, li tinkludi b'mod partikolari l-organizzazzjoni sistematika tas-sejħiet għall-offerti sabiex jikseb l-aħjar prezzijiet fis-suq. L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li miżura imputabbli lil Stat Membru biss tista' tikser l-Artikolu 34 TFUE; dan mhuwiex il-każ tad-deċiżjonijiet adottati mill-impriżi privati, bħal PSA. Finalment, l-allegata mġiba ta' FMEA mhijiex relatata ma' din il-proċedura.

(218)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-investigazzjoni tal-għajnuna kkonċernata ma tistax teħel fuq allegazzjoni mhux sostanzjata ta' ksur tal-Artikolu 34 TFUE, li fil-fatt jirrigwarda fatti mhux relatati la mal-għajnuna kkonċernata, u lanqas mar-ristrutturar tal-grupp PSA.

6.2.   KUMMENTI DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-GRUPP GM

(219)

L-awtoritajiet Franċiżi ma kkummentawx fuq l-osservazzjonijiet tal-grupp GM (miġburin fil-qosor fil-premessi (183) sa (186) tat-taqsima 5.2 aktar 'il fuq).

6.3.   KUMMENTI DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TA' FIAT

6.3.1.   DWAR IR-RITORN GĦALL-VIJABBILTÀ TAL-GRUPP PSA

(220)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dwar dan il-punt, fl-osservazzjonijiet tagħha (miġburin fil-qosor fil-premessi (187) sa (188)(e) tat-taqsima 5.3.1 aktar 'il fuq) Fiat tippreżenta ipoteżi ta' evoluzzjoni tas-suq iktar ottimista minn dik tal-grupp PSA, u b'hekk tikkonferma li x-xenarju li għażel il-grupp PSA huwa kredibbli u prudenti biżżejjed. Ifakkru wkoll li Fiat (u anki Opel) ikkonfermaw ir-rilevanza tad-dejta tal-Istitut IHS Global Insight għall-evalwazzjoni tal-perspettivi tal-evoluzzjoni tas-suq. Finalment, Fiat qieset li mhijiex kapaċi tiġġudika r-ritorn għall-vijabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni disponibbli. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li huwa inutli li jikkuntestaw kull punt imressaq mill-analisti kkwotati minn Fiat.

6.3.2.   DWAR L-ELEMENT TA' GĦAJNUNA LI ĠEJ MILL-GARANZIJA U L-EFFETT TIEGĦU FUQ IS-SUQ

(221)

L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li, fl-osservazzjonijiet tagħhom dwar dan il-punt (miġburin fil-qosor fil-premessi (191) sa (196)(c) tat-taqsima 5.3.3 aktar 'il fuq), Fiat tevalwa l-element tal-għajnuna mill-Istat għal madwar 100 sa 110 punti bażi, jiġifieri ammont ta' għajnuna ta' EUR 231 miljun ferm taħt il-limitu l-baxx tal-firxa msemmija mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din l-evalwazzjoni ta' Fiat turi li l-ammont ta' għajnuna magħżul mill-Kummissjoni aktarx huwa sopravvalutat.

(222)

Rigward il-kunsiderazzjoni ta' kummissjoni ta' impenn (“tariffa ta' impenn”), l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-primjum tal-garanzija mogħtija mill-grupp PSA lill-Istat ġiet ikkalkolata fuq il-bażi tal-kost totali (“all-in”) tal-banek membri fi New club deal (440 punt bażi) meħud mill-kost ta' likwidità tagħhom (stima ta' 180 punt bażi b'referenza għal Itraxx Senior Financial għal 5 snin fuq bażi medja ta' xahar). Dan il-kost jintegra fih kummissjoni bil-quddiem (“up-front”) ta' 120 punt bażi, u kummissjoni ta' impenn li tammonta għal 40 % tal-marġni, jiġifieri ogħla minn dik li Fiat tqis bħala prattika tas-suq. B'hekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-osservazzjonijiet ta' Fiat jikkonfermaw li din il-kummissjoni hija sopravvalutata meta mqabbla mal-istandard tas-suq.

(223)

Fl-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li kien loġiku li ma tittiħidx f'kunsiderazzjoni l-kummissjoni “bil-quddiem” u l-impenn ta' kummissjoni, għaliex l-Istat ma ġarrabx kost tal-opportunità, jiġifieri kost li jirriżulta mill-fatt li mmobilizza l-kapital, li, f'każ ta' bank, irid ikun remunerat.

(224)

L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li Fiat tafferma l-eżistenza ta' effetti partikolarment sinifikanti tal-garanzija fuq is-suq bla ma tispjega f'xiex jikkonsistu dawn l-effetti. Skont Franza, Fiat tqis b'mod partikolari li l-garanzija tagħti lil BPF vantaġġ mhux analizzat mill-Kummissjoni, li jirriżulta miż-żamma tal-kost ta' finanzjament tiegħu f'livell speċifikat, indipendentement mill-evoluzzjonijiet tas-suq. L-awtoritajiet Franċiżi jistagħġbu b'dan l-argument, għaliex l-effett allegat huwa marbut b'mod ċar mal-eżistenza nfisha tal-garanzija, li l-għan tagħha huwa eżattament li tistabbilizza l-kostijiet ta' rifinanzjament tal-bank għal limitu massimu ta' EUR 7 biljun. Barra minn hekk, il-vantaġġ mogħti lil BPF u l-grupp PSA jrid ovvjament ikun analizzat fil-mument li fih tħabbret il-garanzija.

6.3.3.   DWAR IL-MIŻURI KOMPENSATORJI

(225)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jiġġudikaw l-osservazzjonijiet ta' Fiat fuq dan il-punt (miġburin fil-qosor fil-premessi (198) sa (200) tat-taqsima 5.3.4 aktar 'il fuq) bla ħsieb u bla bażi.

(226)

Rigward it-tnaqqis ta' CAPEX, Fiat ma wriet ebda element konkret u sostnut li jista' jixħet dubju fuq il-karattru partikolarment vinkolanti tal-abbandun tal-vetturi tal-ogħla kwalità.

(227)

Rigward il-miżura dwar Sevelnord, Fiat taraha biss bħala kirja tal-kapaċitajiet li PSA tista' b'diskrezzjoni tieħu lura fi kwalunkwe waqt. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li din il-kritika hija nieqsa minn kwalunkwe rilevanza, peress li l-argument ta' Fiat jinjora l-karattru vinkolanti tal-miżuri imposti mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Skont Franza, għall-kuntrarju, din il-miżura għandha karattru irriversibbli, għaliex tippermetti lil Toyota sabiex taqbad l-art f'suq f'kundizzjonijiet ottimali.

(228)

Fiat maqdret ukoll l-abbandun tal-ibridi “plakkjati” għar-raġuni li l-iktar strateġija rilevanti li għandha tiġi implimentata hija, għall-kuntrarju, li jiġu mmultiplikati l-mezzi differenti ta' tnaqqis tal-emissjonijiet niġġiesa. L-awtoritajiet Franċiżi jwieġbu li din kienet eżattament l-istrateġija adottata minn PSA fil-bidu. Apparti, bir-rinunzja tal-ibridi “plakkjati”, il-grupp PSA inaqqas b'mod sinifikanti l-kapaċità kompetittiva tiegħu fis-suq, fil-konfront ta' produtturi li jistgħu jimmultiplikaw it-teknoloġiji ta' tnaqqis tal-emissjonijiet niġġiesa. Barra minn hekk, skont Franza, il-kritiki ta' Fiat rigward l-“għażla teknoloġika ħażina” ta' PSA li tikkonsisti f'investiment fl-ibridi “plakkjati” jridu jitqiegħdu f'perspettiva mal-għażliet teknoloġiċi tal-istess Fiat. Għall-kuntrarju tal-produtturi kollha, li għażlu li jinvestu f'din it-teknoloġija, inklużi dawk li marru l-aħjar, Fiat hija waħda minn dawk il-ftit li mgħamletx hekk.

(229)

Fl-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi josservaw li Fiat qatt ma titkellem direttament fuq il-miżura kompensatorja li tillimita r-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF. Minn dan jassumu li l-implimentazzjoni ta' impenn għal kull pajjiż u segment hija ferm diffiċli. Dejjem skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-evoluzzjonijiet tas-suq komunikati minn Fiat jikkonfermaw l-irtirar tal-banek tradizzjonali mis-suq u ż-żieda korrelatata tar-rati ta' penetrazzjoni tal-banek captive. Finalment, il-politika kummerċjali l-ġdida implimentata minn Fiat fl-ewwel trimestru 2013, li ppermettitilha tilħaq rata ta' penetrazzjoni ta' 39,6 %, turi eżattament, għall-awtoritajiet Franċiżi, il-karattru partikolarment vinkolanti tal-miżura kompensatorja proposta. Bil-limitazzjoni tal-progressjoni tar-rata ta' penetrazzjoni tiegħu, BPF inaqqas b'mod notevoli l-kapaċità tiegħu li jipproponi offerti kompetittivi, u b'hekk l-impatt potenzjali tal-garanzija tal-Istat fis-suq.

6.3.4.   DWAR IL-PROĠETT “50CO2CARS”

(230)

Skont Franza, l-osservazzjonijiet ta' Fiat (miġburin fil-qosor fil-premessi (189) sa (190) tat-taqsima 5.3.2 aktar 'il fuq) min-naħa jirrigwardaw il-kontribut ta' dan il-proġett lejn ir-ritorn għall-vijabbiltà, u min-naħa l-oħra l-effett tal-proġett fuq is-suq.

(231)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-kritiki ta' Fiat huma niqsin minn kwalunkwe rilevanza u din lanqas taf eżattament x'inhu l-għan tal-proġett, li għandu l-iskop eżatt li jiġbor flimkien bosta kompetenzi u teknoloġiji, bis-sostenn tas-setgħat pubbliċi, biex l-imsieħba jkunu jistgħu jiżviluppaw teknoloġija ibrida rħisa.

(232)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, Fiat għarfet in-nuqqas ta' kwalunkwe effett ta' għafsa peress li kkonfermat li l-produtturi kollha jinvestu b'mod sinifikanti fi proġetti li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet niġġiesa.

(233)

Fl-aħħar, rigward l-effett fuq is-suq, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-osservazzjonijiet ta' Fiat huma kontradittorji. Fil-fatt, il-proġett iwieġeb għall-oġġezzjonijiet ta' Fiat: is-sejba teknoloġika importanti prevista tippermetti li jonqos b'mod notevoli l-kost tat-teknoloġiji ibridi b'tali mod li jixterdu biżżejjed biex ikunu profittabbli. Konsegwentement, dejjem skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-kritika ta' Fiat dwar il-potenzjal ta' suċċess kummerċjali limitat ta' “50CO2Cars” mhumiex rilevanti. Fl-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li Fiat ma tispjegax kif għajnuna ta' EUR 86 miljun tista' tħalli effett fuq il-prezz finali tal-vetturi żviluppati, filwaqt li fl-istess ħin tammetti li l-produtturi jidħlu f'investimenti enormi biex jilħqu l-għanijiet ta' tnaqqis ta' emissjonijiet niġġiesa imposti mir-Regolamenti Ewropej.

6.4.   KUMMENTI DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TA' TOYOTA

(234)

B'mod ġenerali, skont Franza, l-osservazzjonijiet ta' Toyota (miġburin fil-qosor fil-premessi (202) sa (206) tat-taqsima 5.4 aktar 'il fuq) jikkonfermaw b'mod globali l-kredibilità tal-ipoteżijiet u r-rilevanza tal-għażliet li fuqhom jistrieħ il-pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA. Rigward il-proġett “50CO2Cars”, Toyota kkonfermat li t-teknoloġiji tajbin għall-ambjent jikkostitwixxu l-motivatur ewlieni tas-suq fil-ġejjieni. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, mill-osservazzjonijiet ta' Toyota jirriżulta li l-għajnuna mill-Istat għall-proġett “50CO2Cars” ma jħallix impatt fuq il-kapaċità kompetittiva jew il-kompetittività tal-kompetituri fis-segment tal-“ibridi ħfief”.

(235)

Rigward il-miżuri kompensatorji, u b'mod partikolari bħala tweġiba għall-mistoqsijiet ta' Toyota dwar il-karattru verament kompensatorju ta' miżura li għandha l-għan li ttemm il-produzzjoni ta' vetturi li ftit li xejn inbiegħu, l-awtoritajiet Franċiżi jtennu li t-tqegħid fis-suq tal-mudelli tal-ogħla kwalità joħloq effett xprunatur għall-vetturi kollha kummerċjalizzati bil-marka.

(236)

F'dak li għandu x'jaqsam mas-sit ta' Sevelnord, Toyota ddikajrat li l-ftehim tagħha ma' PSA jippermettilha tibqa' preżenti fis-segment tal-vetturi utilitarji ħfief. L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu mill-ġdid li l-preżenza tagħha fi Sevelnord ser tħalli impatt sinifikanti fuq il-kapaċità kompetittiva ta' Toyota, peress li ser tippermettilha tiżviluppa preżenza tas-suq reali u sostanzjali f'dan is-segment.

(237)

Fl-aħħar, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-osservazzjonijiet ta' Toyota jikkontradixxu l-imġiba tagħha fis-suq. Il-kummerċjalizzazzjoni ta' verżjoni ibrida “plug-in” tal-Prius, li Toyota tippreżenta bħala x-“xempju” tal-flotta ibrida tagħha tikkontradixxi l-valutazzjonijiet negattivi tagħha dwar il-perspettivi tas-suq għal dawn it-tip ta' karozzi.

6.5.   KUMMENTI DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TA' PSA

(238)

L-awtoritajiet Franċiżi ma kkummentawx fuq l-osservazzjonijiet tal-grupp PSA (miġburin fil-qosor fil-premessi (207) sa (214) tat-taqsima 5.5 aktar 'il fuq).

7.   MODIFIKI FIN-NOTIFIKA MILL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI

(239)

Fin-nota tas-16 ta' Lulju 2013, kif emendata minn ittra tat-23 ta' Lulju 2013 (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“ittra tal-impenn tat-23 ta' Lulju 2013” jew l-“ittra tat-23 ta' Lulju 2013”), l-awtoritajiet Franċiżi għamlu xi modifiki fin-notifika tal-pjan ta' ristrutturar tat-12 ta' Marzu 2013 u ħadu l-impenji li ġejjin. Dawn l-impenji jieħdu post il-miżuri kompensatorji proposti inizjalment mill-awtoritajiet Franċiżi.

(240)

L-awtoritajiet Franċiżi ppreċiżaw li, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, l-impenji mfasslin mill-ġdid f'din it-taqsima 7 sejrin japplikaw matul l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2015.

7.1.   IMPENN RELATAT MAR-RITORN GĦAL-LIVELL TAD-DEJN TAL-GRUPP PSA

(241)

Għal kull sena tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar, id-dejn nett konsolidat tal-attivitajiet industrijali u kummerċjali tal-grupp PSA, iddikjarat fil-kontijiet annwali awditjati skont standards kontabilistiċi kostanti, fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena (“Dejn Nett”), ma jistax jaqbeż il-limitu massimu “A” kif indikat fit- Tabella 16 hawn taħt.

Tabella 16

Livelli Massimi tad-Dejn Nett tal-grupp PSA

(f'miljuni ta' euro)

 

2013

2014

2015

2016

Dejn Nett massimu A

[…]*

[…]*

[…]*

[…]*

Dejn Nett massimu B

[…]*

[…]*

[…]*

[…]*

(242)

Jekk id-Dejn Nett jaqbeż il-livell massimu “A” matul sena partikolari (N), il-grupp PSA jrid jieħu l-miżuri ta' ristrutturar finanzjarju u/jew industrijali ta' kull għamla li huma neċessarji u suffiċjenti sabiex matul it-terminu tas-sena ta' wara (N+1), id-Dejn Nett tal-grupp PSA ma jaqbiżx il-limitu massimu “A”, minbarra kostijiet marbutin mal-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri minn PSA (“il-Miżuri Korrettivi”).

(243)

Il-Miżuri Korrettivi u l-effetti finanzjarji tagħhom antiċipati jridu jkunu spjegati fid-dettall u kwantifikati b'mod individwali u jkunu akkumpanjati minn kalendarju tal-implimentazzjoni preċiż u vinkolanti. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, b'mod sħiħ jew parzjali, miżuri implimentati b'antiċipazzjoni posterjuri għall-31 ta' Lulju 2013 diment li jkunu identifikati u spjegati għalihom u li l-effetti finanzjarji antiċipati tagħhom fuq id-durata residwa tal-pjan ta' ristrutturar ikunu kwantifikati. Il-Miżuri Korrettivi, li għandhom jinkludu projezzjonijiet aġġornati bil-flussi ta' likwidità tal-grupp PSA, iridu jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea akkumpanjati minn opinjoni tal-Espert Indipendenti, kif definit fit-taqsima 7.6 hawn taħt, fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali kkonsolidati awditjati li juru li d-Dejn Nett tal-grupp PSA qabeż il-limitu massimu A tas-sena korrispondenti. Huwa f'idejn il-Kummissjoni li tivverifika li l-kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati ta' dawn il-Miżuri Korrettivi hija biżżejjed, bla ma tipperikola l-vijabbiltà tal-grupp PSA. F'każ kuntrarju, iridu jiġu proposti Miżuri Korrettivi oħrajn li jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni.

(244)

Il-pjan ta' ristrutturar jitqies bħala mwettaq kif suppost u l-impenji magħmula mill-awtoritajiet Franċiżi ser jitqiesu ssodisfati jekk, fi tmiem is-sena N+1, il-Miżuri Korrettivi, jew xi miżura oħra ta' ristrutturar finanzjarju u/jew industrijali ta' kull xorta meħuda mill-grupp PSA wara l-31 ta' Lulju 2013, ikunu pproduċew l-effetti finanzjarji mistennija fuq id-Dejn Nett jew jekk id-Dejn Nett ma jaqbiżx il-limitu massimu “A” għas-sena N+1. Jekk dan ma jkunx il-każ, ikun f'idejn l-awtoritajiet Franċiżi li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA modifikat, fi ħdan il-limiti ta' applikazzjoni tal-prinċipju msejjaħ “mhux ta' rikorrenza”, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmodifika din id-Deċiżjoni billi tiddikjara l-għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar tal-grupp PSA bħala kompatibbli mas-suq intern.

(245)

L-istess konsegwenzi jirriżultaw jekk id-Dejn Nett tal-grupp PSA jaqbeż il-limitu massimu “B” għal sentejn konsekuttivi matul il-pjan ta' ristrutturar. F'dan il-każ ukoll u bl-istess mod, ikun f'idejn l-awtoritajiet Franċiżi li jinnotifikaw pjan ta' ristrutturar modifikat lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipproċedi b'analiżi ġdida tal-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar tal-grupp PSA.

(246)

Fl-ipoteżijiet kollha, dan l-impenn ser jiġi ġġudikat imwettaq għall-perjodu kollu ta' ristrutturar malli l-Miżuri Korrettivi implimentati mill-grupp PSA, kif ikkomunikati lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet previsti fil-premessa (243) hawn fuq, jipproduċu effetti finanzjarji akkumulati fuq id-Dejn Nett ta' EUR [0-5] biljun.

7.2.   IMPENN RELATAT MAR-RATA TA' PENETRAZZJONI TA' BPF

(247)

L-awtoritajiet Franċiżi jieħdu l-impenn li jagħmlu l-modifiki deskritti fil-premessi (248) sa (250) hawn taħt fit-tariffa tal-garanzija prevista fl-Artikolu 3.3 tal-Protokoll konkluż bejn Peugeot S.A., Banque PSA u l-Istat nhar il-5 ta' Marzu 2013 (“il-Protokoll”) għar-remunerazzjoni tal-garanzija awtonoma mal-ewwel talba (“il-Garanzija”) konkluża bejn l-Istat u Banque PSA, fil-preżenza ta' Peugeot S.A. u l-Banque de France (“it-Tariffa ta' garanzija”).

(248)

Sakemm ser jibqa' jeżisti ammont pendenti ta' “Titoli Garantiti” maħruġin u li jibbenefikaw mill-Garanzija (kif dawn it-Titoli Garantiti huma definiti fil-Protokoll), it-Tariffa tal-garanzija ta' 260 punt bażi prevista fl-Artikolu 3.3 tal-Protokoll ser tiżdied fil-kundizzjonijiet spjegati fil-premessi (249) u (250) hawn taħt malli r-rata ta' penetrazzjoni ta' Banque PSA fi ħdan il-G10 (il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, l-Italja, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, l-Isvizzera, Franza u r-Renju Unit) taqbeż is-[26-29]* %.

(249)

Iż-żieda tat-Tariffa tal-garanzija sejra tkun:

(a)

ir-rata ta' penetrazzjoni ta' Banque PSA fi ħdan il-G10 kif indikat fit-Tabella 17 fil-premessa (250) hawn taħt, filwaqt li jkun ippreċiżat li jekk ir-rata ta' penetrazzjoni għall-perjodu speċifikat tinvolvi deċimali jew iktar wara l-virgola, iż-żieda tat-Tariffa tal-garanzija ser tkun ikkalkolata permezz ta' interpolazzjoni lineari bejn it-Tariffa tal-garanzija pagabbli għar-rata ta' penetrazzjoni mingħajr deċimali inferjuri u dik pagabbli għar-rata ta' penetrazzjoni mingħajr deċimali superjuri muri fit-Tabella 17 fil-premessa (250) hawn taħt;

(b)

ta' massimu ta' 231 punt bażi sabiex it-Tariffa ta' garanzija ma tkunx tista' taqbeż il-491 punt bażi, li jikkorrispondu għall-valur tas-suq tal-Garanzija skont l-istima tal-Kummissjoni Ewropea.

(250)

Ir-rata ta' penetrazzjoni ser titkejjel darba fis-sena fit-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Iż-żieda tat-Tariffa ta' garanzija ser tkun ikkalkolata fit-30 ta' Ġunju ta' kull sena fuq it-12-il xahar li għaddew fuq is-somma prinċipali tal-ammont pendenti medju tul l-istess perjodu ta' linji differenti ta' “Titoli Garantiti” maħruġin u li jibbenefikaw mill-Garanzija (kif dawn it-Titoli Garantiti huma definiti fil-Protokoll). L-ewwel żieda tat-Tariffa ta' garanzija trid tiġi kkalkolata fit-30 ta' Ġunju 2013 skont ir-rata ta' penetrazzjoni tal-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013.

Tabella 17

Żieda tat-Tariffa ta' garanzija

Rata ta' penetrazzjoni (%)

[…]*

[…]*

[…]*

[…]*

[…]*

[…]*

[…]*

[…]*

[…]*

[…]*

Żieda tat-Tariffa ta' garanzija (punti bażi)*

[10-20]

[20-30]

[40-50]

[70-80]

[90-120]

[120-150]

[150-180]

[180-210]

[200-230]-

231

7.3.   IMPENN LI MA JSIRUX AKKWISTI

(251)

Il-grupp PSA ser jibqa' lura milli jipparteċipa b'xi mod f'impriżi oħrajn jew milli jagħmel xi akkwist ta' assi ta' impriżi, sakemm idum il-pjan ta' ristrutturar tiegħu, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2015. Dan ir-rekwiżit ma jkoprix: (i) ix-xiri ta' parteċipazzjonijiet jew assi ta' impriżi meta l-ammont ta' flus impenjat mill-grupp PSA għall-akkwist previst ikun inqas minn EUR 100 miljun fis-sena; u (ii) l-akkwist ta' parteċipazzjoni f'impriża jew ta' assi ta' impriżi, wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, jekk dan l-akkwist ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-grupp PSA u jkun jista' jilħaq l-għanijiet tal-pjan ta' ristrutturar tiegħu. L-intenzjoni ta' twettiq ta' akkwist previst minn (ii) ta' dan il-paragrafu trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli biex tkun tista' tevalwa l-akkwist previst skont dejta finanzjarja dettaljata dwar l-akkwist previst, il-valorizzazzjoni tiegħu u l-impatt tiegħu fuq il-fondi proprji tal-grupp PSA.

(252)

Barra minn hekk, wara l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, il-grupp PSA ikun jista' jipproċedi bl-akkwist (i) ta' parteċipazzjoni bħala ritorn għall-kontribut tal-parteċipazzjonijiet jew tal-attivitajiet imwettqin fil-qafas ta' operazzjoni jew ir-raggruppament (permezz ta' fużjoni jew sostenn) ta' assi jew attivitajiet; (ii) ta' titoli jew elementi ta' assi jew ta' obbligazzjonijiet fir-rigward tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom b'mod konkomitanti f'kundizzjonijiet li ma jżidux il-livell tad-Dejn Nett tal-grupp PSA. Dawn l-akkwisti mhumiex sejrin jiġu kkunsidrati fl-ammont ta' EUR 100 miljun imsemmi fil-paragrafu ta' qabel. L-intenzjoni ta' twettiq ta' akkwist previst minn (i) u (ii) ta' dan il-paragrafu trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli biex tkun tista' tevalwa n-natura tal-operazzjonijiet previsti.

(253)

L-akkwisti ta' parteċipazzjonijiet jew assi ta' impriżi li jsiru minn Faurecia jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha sakemm idum il-pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA, jiġiferi sal-31 ta' Diċembru 2015, lil hinn mil-limitu massimu ta' EUR 100 miljun fis-sena previst iktar 'il fuq ser ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni Ewropea, li sejra tikkunsidra b'mod pożittiv l-akkwisti li (i) jikkontribwixxu, b'mod dirett jew indirett, għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA permezz ta' impatt pożittiv fuq il-profittabilità prevista tal-grupp PSA u (ii) ma jikkostitwixxux mezzi li jevitaw l-obbligu ta' limitazzjoni tal-effetti tal-għajnuna għall-minimu strettament neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA. L-intenzjoni li jsir akkwist previst minn dan il-paragrafu trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli sabiex tkun tista' tevalwa l-akkwist previst fir-rigward taż-żewġ kriterji msemmijin hawn fuq.

(254)

F'każ li l-livell ta' Dejn Nett tal-grupp PSA (kif inhu definit iktar 'il fuq), matul sena partikolari (N), jitnaqqas għal livell inferjuri minn dak previst għal dik l-istess sena mill-MPT 2013 v1 fil-31 ta' Mejju 2013 kif notifikat mill-awtoritajiet Franċiżi fit-3 ta' Ġunju 2013, il-limiti massimi ta' EUR 100 miljun fis-sena previsti f'dan l-impenn jiżdiedu b'mod awtomatiku, għas-sena ta' wara (N+1), bl-ammont dovut tad-differenza, mogħti f'miljuni ta' euro, bejn il-livell ta' Dejn Nett tal-grupp PSA magħmul fis-sena (N) u dak previst għal din l-istess sena mill-MPT 2013 v1 fid-data tal-31 ta' Mejju 2013 kif notifikat mill-awtoritajiet Franċiżi fit-3 ta' Ġunju 2013.

7.4.   IMPENN DWAR IL-MARĠNI TAL-FINANZJAMENTI MOGĦTIJA LILL-KONĊESSJONARJI

(255)

Il-grupp PSA mhuwiex ser inaqqas il-marġni annwali medju kummerċjali tal-finanzjamenti mogħtijin lill-konċessjonarji tan-netwerk tiegħu (ammont pendenti netwerk korporattiv kif ippreżentat fir-rapport annwali ta' Banque PSA) taħt il-marġni kummerċjali annwali medju ddikjarat fl-aħħar 12-il xahar ta' qabel it-30 ta' Ġunju 2013 sakemm iddum l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar.

7.5.   IMPENN RELATAT MAL-PROĠETT “50CO2CARS”

(256)

L-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li, fil-qafas tal-proġett “50CO2Cars”, kif inhu definit dan it-terminu fil-parti 1.2 tan-notifika tal-awtoritajiet Franċiżi tat-12 ta' Marzu 2013, l-għotja ta' EUR 24,5 miljun inizjalment prevista għall-benefiċċju tal-grupp PSA tieħu l-forma ta' pagament bil-quddiem rekuperabbli, skont termini, kundizzjonijiet u modalitajiet ta' rimborż analogi, mutatis mutandis, għal dawk previsti għall-EUR 61,4 miljun ta' pagamenti bil-quddiem rekuperabbli diġà previsti għall-Proġett 50CO2Cars. Il-kalendarju tar-rimborż inizjalment previst għandu jinżamm. L-ammonti li għandhom jiġu rimborżati f'kull data ta' maturità jiżdiedu bil-proporzjon xieraq maż-żieda tal-ammont tal-pagamenti bil-quddiem.

7.6.   IMPLIMENTAZZJONI U ESPERT INDIPENDENTI

(257)

L-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jaraw li l-grupp PSA iqabbad espert indipendenti inkarigat mill-verifika dettaljata tal-applikazzjoni tal-impenji sottoskritti fl-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013 (“l-Espert Indipendenti”) sakemm idum il-pjan ta' ristrutturar, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2015, bil-kundizzjonijiet deskritti fl-Anness.

8.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

8.1.   L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107, PARAGRAFU 1, TAT-TFUE

(258)

Skont l-Artikolu 107(1), tat-TFUE, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

(259)

Fuq il-bażi ta' din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-kwalifika ta' miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat teħtieġ li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin, jiġifieri: (i) li l-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju tagħha (ii) li dan il-vantaġġ ġej mill-Istat (iii) li dan il-vantaġġ huwa selettiv u (iv) li l-miżura inkwistjoni tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(260)

Il-Kummissjoni tqis li l-garanzija tal-Istat lil BPF u l-pagamenti bil-quddiem rekuperabbli favur il-grupp PSA għat-twettiq tal-proġett ta' R&Ż “50CO2Cars” jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107, paragrafu 1, tat-TFUE għar-raġunijiet li ġejjin.

8.1.1.   GARANZIJA TAL-ISTAT LIS-SUSSIDJARJA BANKARJA TAL-GRUPP PSA

(261)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li fid-deċiżjoni tagħha tal-11 ta' Frar 2013 li tawtorizza b'mod temporanju l-ewwel segment tal-garanzija bħala għajnuna ta' salvataġġ, kienet ikkonkludiet li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1), tat-TFUE. Franza ma kkontestatx din id-deċiżjoni u nnotifikat din il-miżura bħala għajnuna għar-ristrutturar.

8.1.1.1.    Dwar il-preżenza ta' sorsi tal-Istat

(262)

Rigward it-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, ta' min josserva li l-garanzija sejra tingħata minn Franza b'applikazzjoni tal-Artikolu 85 tal-liġi emendatorja Nru 2012-1510 tad-29 ta' Diċembru 2012 dwar il-finanzi.

(263)

Din iċ-ċirkustanza waħedha hija biżżejjed biex turi li l-miżura ser tkun ġejja mill-Istat.

8.1.1.2.    Dwar il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku

(264)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-eżistenza ta' vantaġġ, skont każistika stabbilita, sabiex jiġi vvalutat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna, ikun jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tirċivix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f'kundizzjonijiet normali tas-suq. B'hekk, il-Kummissjoni trid tevalwa jekk il-garanzija mogħtija lil BPF tagħtix lok għal remunerazzjoni tas-suq.

(265)

Fin-notifika tat-12 ta' Marzu 2013, l-awtoritajiet Franċiżi kkalkolaw l-element ta' għajnuna għal bejn EUR 453 u 480 miljun għal ammont massimu ta' garanziji ta' EUR 7 biljun f'kapital. Din iċ-ċifra kienet imsejsa fuq interpolazzjoni tar-rendimenti tal-ħarġiet ta' bonds ta' BPF b'maturità ta' 3 snin. Fl-osservazzjonijiet ta' Franza għad-deċiżjoni tal-ftuħ, miġburin fil-qosor fil-premessa (128) iktar 'il fuq, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-ammont tal-għajnuna li jirriżulta mill-garanzija huwa ta' EUR 396 miljun filwaqt li jiġu kkunsidrati primjum tar-riskju ta' 40 punt bażi u l-perjodu ta' referenza ta' tliet xhur. F'każ li jkollu jiġi kkunsidrat primjum ta' riskju ta' 24 punt bażi (bħal dak ikkunsidrat mal-ħruġ taħt l-għajnuna ta' salvataġġ), l-ammont tal-għajnuna jkun għalhekk ta' EUR 429 miljun.

(266)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi saħqu fuq il-fatt li l-ħarġiet li saru minn BPF fil-25 ta' Marzu 2013 saru f'kundizzjonijiet tas-suq partikolarment favorevoli; dak iż-żmien, il-firxiet fir-rigward tal-BET iddikjarati kienu f'livelli partikolarment baxxi (24 punt bażi). B'hekk, iqisu li ipoteżi ta' spejjeż inkrementali għal BPF ta' 40 punt bażi hija ġġustifikata.

(267)

Fl-aħħar, il-perjodu ta' referenza li l-awtoritajiet Franċiżi jqisu huwa estiż bejn it-12 ta' Lulju u s-16 ta' Ottubru 2013 għaliex skont dawn, dan il-perjodu jippermetti li tiġi kkunsidrata l-komunikazzjoni relatata mad-diffikultajiet tal-grupp tat-12 ta' Lulju bit-tħabbir ta' pjan ta' riorganizzazzjoni u u li jitnaqqsu l-effetti marbutin mal-ewwel għidut rigward l-għoti tal-garanzija li saret fis-16 ta' Ottubru 2012.

(268)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li, fuq il-bażi tal-fatti ppreżentati fil-premessa (30), l-ammont tal-għajnuna preżenti fil-garanzija ta' EUR 1,2 biljun approvata b'mod temopranju fil-11 ta' Frar 2013 kien l-oġġett tal-ewwel stima fid-deċiżjoni ta' salvataġġ, li skont din l-element ta' għajnuna seta' jkun ta' bejn EUR 91,8 miljun u l-ammont nominali tal-garanzija, jiġifieri EUR 1,2 biljun. B'applikazzjoni tal-istess metodoloġija ta' stima tal-medda inferjuri tal-għajnuna (firxa ta' 24 punt bażi u perjodu ta' referenza ta' xahar), l-element ta' għajnuna li jinsab fil-garanzija ta' EUR 7 biljun notifikata minn Franza jitla' għal EUR 486 miljun, kif ippreżentat fit-Tabella 18 hawn taħt:

Tabella 18

Kalkolu tal-element ta' għajnuna f'bonds koperti

 

16.10.2012

12.7 – 16.10

16.9-16.10

BET 3 snin

0,34 %

0,35 %

0,39 %

Firxa fuq l-Istat stmata wara l-garanzija

0,24 %

0,24 %

0,24 %

Rata tal-imgħax BPSA wara l-garanzija (a)

0,58 %

0,59 %

0,63 %

Kost tal-garanzija (b)

2,60 %

2,60 %

2,60 %

Kost totali stmat tal-ħruġ garantit (a) + (b)

3,18 %

3,19 %

3,23 %

Rendiment tas-suq sekondarju ta' BPSA interpolat 3 snin

5,09 %

5,23 %

5,54 %

Ammont tal-għajnuna mill-Istat ipprovdut (f'miljuni ta' euro)

401

429

486

(269)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-ipoteżijiet użati biex jinħarġu ċ-ċifri, il-Kummissjoni tixtieq iżżid il-kjarifiki li ġejjin.

(270)

Fil-premessa 51 tad-deċiżjoni ta' salvataġġ, il-Kummissjoni kkalkolat l-element ta' għajnuna għall-ammont ta' emissjonijiet ta' EUR 1,2 biljun għal tal-inqas EUR 91,8 miljun. Għall-ammont ta' EUR 7 biljun ta' ħruġ, l-ammont korrispondenti huwa ta' EUR 535 miljun.

(271)

Kif spjegat fil-premessa 26 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, differenza fir-rendiment ta' 24 punt bażi fir-rigward tal-BET kien osservat mal-ħruġ tal-bonds ta' EUR 1,2 biljun. Il-Kummissjoni tikkonferma b'konformità mal-premessi 119 u 120 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, li dan id-distakk osservat li skont Franza huwa dovut għal likwidità inferjuri tal-bonds koperti meta mqabblin mal-BET, irid jittieħed f'kunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-element ta' għajnuna bi tnaqqis minnu.

(272)

Rigward il-perjodu ta' referenza, il-Kummissjoni tqis li l-perjodu ta' xahar (16 ta' Settembru – 16 ta' Ottubru) ikkunsidrat huwa twil biżżejjed biex tkun aġġustata l-volatilità eventwali tal-effetti mħabbrin. Sabiex ikun stmat l-element ta' għajnuna bi preċiżjoni, il-perjodu ta' referenza jrid fil-fatt ikun qrib il-mument tat-tħabbira sabiex it-tagħrif dwar id-diffikultajiet tal-grupp ikun irfless bl-aħjar mod fir-rendimenti tas-suq. Finalment, is-suq sekondarju li kien ikkunsidrat huwa suq likwidu u b'hekk, ma jistax ikun konkluż li hemm bżonn ta' perjodu itwal f'każ li t-tħabbira tal-pjan ta' ristrutturar ta' PSA f'Lulju 2012 kif ukoll l-aħħar tagħrif dwar il-bejgħ ta' vetturi disponibbli kienu integrati perfettament mis-swieq. Barra minn hekk, fuq din il-bażi l-Kummissjoni tqis li l-element ta' għajnuna huwa kkalkolat kif suppost u ma għandux bżonn jerġa' jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-livelli ta' rendiment tal-bonds tal-bank fis-suq sekondarju waqt il-prelevament individwali. Min-naħa, dan ġej mill-fatt li Franza tqis li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju għar-ritorn għall-vijabbiltà u li b'hekk il-garanzija ser tkun prelevata sħiħa skont Franza u, min-naħa l-oħra, mill-fatt li l-prezz tas-suq rappreżentattiv huwa sewwasew il-livell tal-bonds sekondarji qabel it-tħabbira tal-miżura ta' għajnuna. Din l-għajnuna tagħti lil PSA l-għażla li jippreleva l-garanzija fi kwalunkwe waqt wara l-implimentazzjoni tagħha.

(273)

Fil-premessa 51 tad-deċiżjoni ta' salvataġġ, il-Kummissjoni tqis li l-ammont ta' għajnuna jista' jogħla sa ammont nominali ta' ħruġ ta' bonds. Fid-dawl tal-fatti ppreżentati fil-premessi 105 u 106 tad-deċiżjoni tal-ftuħ rigward l-eżistenza ta' eċċess ta' likwidità ta' bejn EUR [1-3]* biljun u EUR [2-4]* biljun f'xenarju ta' stress ta' likwidazzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-ammont ta' għajnuna ma jaqbiżx il-vantaġġ f'termini ta' prezz tal-ħruġ ta' bonds b'ammont ta' EUR 486 miljun fil-garanzija tal-Istat ta' EUR 7 biljun f'kapital fil-premessa 33. Dan jikkonċerna l-vantaġġ li minnu jibbenefika l-grupp f'każ ta' ssoktar tal-attività tiegħu. Li kieku l-għajnuna ma ngħatatx u l-bank ġie likwidat, ma kien jinkiseb ebda vantaġġ addizzjonali la mill-kredituri u lanqas mill-azzjonisti (il-grupp PSA).

(274)

Il-Kummissjoni tosserva li, fost il-partijiet interessati, Fiat biss ikkummentat dwar il-kalkolu tal-għajnuna billi, fil-premessa (191) iktar 'il fuq, stmat li jridu jiżdiedu tal-inqas 100 punt bażi mal-kost tal-garanzija sabiex tinżamm konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq. Wieħed mill-kummenti ta' Fiat jikkonċerna l-ħlas ta' tariffa ta' impenn (“commitment fee”). Dwar dan, il-Kummissjoni tosserva li kif spjegat fil-premessa (272) l-element ta' għajnuna huwa kwantifikat fuq il-bażi tal-ipoteżi li l-garanzija tiġi prelevata sħiħa, peress li l-għajnuna hija limitata għall-minimu meħtieġ għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp. Barra minn hekk, l-element ta' għajnuna stmat mill-Kummissjoni huwa ogħla mill-element ta' għajnuna stmat minn Fiat, anki jekk aġġustat b'tariffa ta' impenn, peress li l-Kummissjoni tqis li l-prezz huwa 231 punt bażi inqas meta mqabbel mal-prezz tas-suq filwaqt li Fiat tqis li l-prezz huwa 100 punt bażi inqas meta mqabbel mal-prezz tas-suq.

(275)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-element ta' għajnuna li hemm fil-garanzija tal-Istat ta' EUR 7 biljun f'kapital jammonta għal EUR 486 miljun.

8.1.1.3.    Dwar il-karattru selettiv tal-vantaġġ

(276)

Peress li BPF, u konsegwentement, il-grupp PSA huma l-uniċi benefiċjarji tal-garanzija, il-karattru selettiv tal-vantaġġ huwa stabbilit.

8.1.1.4.    Dwar il-kundizzjonijiet li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni

(277)

Rigward l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ, ta' min ifakkar li, skont il-każistika stabbilita, malli impriża taġixxi f'settur li fih hemm kompetizzjoni effettiva min-naħa tal-produtturi ta' Stati Membri differenti, kwalunkwe għajnuna li tibbenefika minnha min-naħa tas-setgħat pubbliċi tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tfixkel il-kompetizzjoni, jekk iż-żamma tagħha fis-suq iżżomm lill-kompetituri milli jżidu s-sehem mis-suq tagħhom u tnaqqas il-possibilitajiet tagħhom li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom (45).

(278)

Fil-fatt, il-mekkaniżmu li ser ifixkel il-kompetizzjoni ġie kkonfermat mill-analiżi tal-Kummissjoni, l-osservazzjonijiet ta' partijiet terzi u mill-pubblikazzjonijiet tal-analisti. Konsegwentement, il-garanzija tal-Istat għandha bħala konsegwenza diretta li tnaqqas il-kost ta' finanzjament ta' BPF (b'kuntrast ma' xenarju kontrofattwali li fih il-bank ma jikseb ebda għajnuna). Bit-tnaqqis ta' dan il-kost ta' finazjament, BPF ser ikun f'pożizzjoni li jtejjeb l-offerti ta' finanzjament tiegħu u b'hekk jistimola l-bejgħ ta' vetturi tal-marki Peugeot u Citroën. L-importanza tar-rwol tal-banek captive fis-sostenn u l-iżvilupp tal-bejgħ ta' karozzi hija rikonoxxuta u enfasizzata b'mod unanimu kemm mill-grupp PSA kif ukoll minn partijiet terzi.

(279)

Fl-osservazzjonijiet tagħhom, il-partijiet terzi interessati saħqu fuq ir-relazzjoni diretta bejn l-attività tal-bank captive u l-bejgħ ta' vetturi. Pereżempju, GM tindika li l-finanzjament mill-banek captive huwa “vitali” u jagħti l-“flessibilità” lill-produtturi awtomobilistiċi sabiex jirreaġixxu fi ftit żmien għall-kundizzjonijiet tas-suq. Il-grupp Fiat spjega fit-tul l-impatt tal-finanzjament tal-bejgħ mill-banek captive tal-gruppi awtomobilistiċi. Fil fehma tiegħu, dan il-finanzjament għandu tliet effetti prinċipali: jattira klijenti ġodda, isostni l-proċess ta' bejgħ u jżid il-lealtà tal-klijenti. Il-Fiat semmiet studju li għamlet b'mod intern fuq l-attrazzjoni tal-mudell “Punto” tagħha, li tiddependi l-iktar fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament (bħar-rati tal-imgħax baxxi). Il-kompetituri li ma offrewx kundizzjonijiet finanzjarji attraenti (Peugeot pereżempju) kienu inqas rappreżentati fil-preferenzi tal-klijenti. Skont investigazzjoni interna oħra relatata mas-serje “Eco”, il-parti l-kbira tal-klijenti kkuntattjati indikaw li ma kinux jixtru l-vettura tagħhom (jew kienu jixtruha iktar tard) mingħajr offerta ta' finanzjament b'0 %. Il-Fiat ikkonkludiet li sussidju bil-għan li jsostni l-attività ta' bank captive ikollu effett “immedjat u dirett” fuq il-prestazzjonijiet f'termini ta' bejgħ ta' karozzi. Ir-rikors għal bank captive, skont investigazzjoni interna oħra deskritta minn Fiat, ikollu wkoll impatt fuq il-klijenti eżistenti tal-marka li jixtiequ jibdlu l-karozza tagħhom. Fil-fatt, is-sehem ta' klijenti li ddeċidew li jerġgħu jixtru vettura tal-marka Fiat huwa ogħla fost il-klijenti li bbenefikaw minn finanzjament tal-bank captive fl-akkwist preċedenti tagħhom.

(280)

Rigward l-impatt ta' varjazzjoni tal-kost ta' finanzjament ta' bank captive, Fiat tat element ta' tweġiba kwantitattiva billi indikat li żieda ta' 100 bps tal-kost ta' finanzjament tista' ġġib magħha tnaqqis fir-rata ta' penetrazzjoni ta' 5 % sa 10 %. Barra minn hekk, l-esperjenza ta' Fiat fis-suq Ewropew permezz ta' FGA Capital donnha tikkonferma relazzjoni diretta u negattiva bejn il-kost ta' finanzjament tal-bank captive u r-rati ta' penetrazzjoni tiegħu. Għalhekk, it-tnaqqis tal-kost ta' finanzjament ta' BPF miġjub mill-garanzija tal-Istat huwa tali li jġib żieda tar-rata ta' penetrazzjoni tiegħu.

(281)

Min-naħa tagħha, Toyota tikkonferma l-importanza tar-rwol tal-banek captive biex tissaħħaħ il-lealtà tal-klijenti lejn il-marka u b'hekk jiżdied il-bejgħ: Toyota tqis li l-banek captive jżidu l-lealtà bi 15 %, iżda ddikjarat li mhijiex kompetenti biex tikkwantifika l-impatt ta' żieda fil-kost ta' finanzjament ta' 100 bps fuq il-bejgħ (filwaqt li xorta waħda ppreċiżat li t-tali impatt jeżisti).

(282)

B'hekk, mill-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi interessati jirriżulta li t-tnaqqis fil-kostijiet ta' finanzjament ta' bank captive jippermettilu joffri lill-klijenti potenzjali tiegħu kundizzjonijiet ta' finanzjament iktar attraenti. Offerti ta' prezzijiet kompetittivi bħal dawn għandhom impatt dirett fuq il-bejgħ ta' karozzi, u jikkostitwixxu anki issa wieħed mill-fatturi prinċipali ta' żvilupp ta' dan il-bejgħ.

(283)

Bl-istess mod, pubblikazzjoni ta' Morgan Stanley tal-21 ta' Awwissu 2012 tispjega l-mod li bih il-kostijiet dgħajfin ta' finanzjament li minnhom tibbenefika l-fergħa finanzjarja ta' produttur awtomobilistiku jistgħu jippermettu sabiex il-marka toffri vetturi b'kost ta' użu (“Total Cost of Ownership” jew TCO fil-qosor) inqas minn dak tal-kompetituri. B'mod ġenerali, dan l-istudju juri li l-ewwel fattur fid-determinazzjoni tal-kost ta' użu ta' vettura huwa l-kost ta' finanzjament tal-bank captive tal-produttur awtomobilistiku. (46) Permezz ta' offerti ta' finanzjament attraenti, bank captive jikkontribwixxi b'mod dirett għat-tnaqqis tat-TCO tal-vetturi tal-marka. L-importanza tal-ħtiġijiet ta' finanzjament tinħass b'mod partikolari fis-segmenti B u C, li fihom il-grupp PSA jikkonċentra l-parti l-kbira tal-bejgħ tiegħu.

(284)

Fi studju riċenti ta' Moody's (47) tal-5 ta' Frar 2013, ġie kkonfermat ir-rwol importanti tal-banek captive, b'dawn tal-aħħar ikkwalifikati bħala “komponenti ewlenin tal-istrateġija tal-gruppi awtomobilistiċi”. Apparti minn hekk, l-istudju jipprevedi li, fil-kuntest tal-kriżi u ta' nuqqas ta' bejgħ, il-gruppi awtomobilistiċi jkunu iktar inklinati li jużaw il-banek captive sabiex jistimolaw il-bejgħ tagħhom. L-analiżi tar-riskju ta' tfixkil tal-għajnuna mill-Istat analizzata trid tqis ukoll dan il-kuntest partikolari.

(285)

Skont il-Pjan ta' Vijabbiltà ta' BPF ipprovdut mill-awtoritajiet Franċiżi, ir-rwol tal-banek captive ser ikollu fil-mira li jintensifika fil-ġejjieni minħabba erba' fatturi ewlenin (ara l-premessa (116)).

(286)

Konsegwentement, il-garanzija tal-Istat ser ikollha impatt dirett fuq l-imġiba kompetittiva ta' BPF, li diġà għandu rwol importanti li mistenni jintensifika skont it-tendenzi tas-suq spjegati fil-Pjan ta' Vijabbiltà msemmi fil-premessa (285) hawn fuq.

(287)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li hemm bosta stabbilimenti finanzjarji preżenti fit-territorju tal-Unjoni u li l-kapitali jiċċirkolaw bejn l-Istati Membri.

(288)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni tista' ssaħħaħ ukoll il-pożizzjoni ta' BPF fir-rigward tal-kompetituri tiegħu fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(289)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li din il-garanzija tal-Istat tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat b'għotja gross ekwivalenti li tammonta għal EUR 486 miljun. Il-benefiċjarju dirett ta' din il-garanzija huwa BPF, iżda finalment din tibbenefika lill-grupp sħiħ peress li l-attività ta' BPF hija li jiffinanzja l-bejgħ tal-attività prinċipali tal-grupp, jiġifieri l-produzzjoni awtomobilistika.

8.1.2.   GĦAJNUNIET PUBBLIĊI LILL-GRUPP PSA GĦAT-TWETTIQ TAL-PROĠETT TA' R&Ż “50CO2CARS”

(290)

Il-finanzjamenti pubbliċi (48) lill-grupp PSA għat-twettiq tal-proġett ta' R&Ż “50CO2Cars”, jaqgħu fid-definizzjoni ta' għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. L-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw din il-miżura bħala għajnuna għar-ristrutturar.

8.1.2.1.    Dwar il-preżenza ta' riżorsi tal-Istat

(291)

Dawn il-finanzjamenti pubbliċi ġejjin mill-allokazzjoni baġitarja mogħtija mill-Istat lil ADEME għall-azzjoni “Vettura tal-ġejjieni” tal-programm tal-investimenti tal-ġejjieni. Fil-fatt, il-finanzjamenti pubbliċi mogħtijin minn Franza għall-proġett “50CO2Cars” jaqgħu taħt il-qafas tal-programm tal-“investimenti tal-ġejjieni” implimentati mil-liġi emendatorja dwar il-finanzi Nru 2010-237 tad-9 ta' Marzu 2010. B'hekk dan tikkonferma l-oriġini Statali ta' din il-miżura.

8.1.2.2.    Dwar il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku

(292)

Peress li tikkontribwixxi għall-ispejjeż tiegħu ta' R&Ż, l-għotja tagħti vantaġġ ekonomiku lill-grupp PSA.

8.1.2.3.    Dwar il-karattru selettiv tal-vantaġġ

(293)

Il-miżura hija indirizzata b'mod speċifiku lill-promoturi tal-proġett ta' R&Ż “50CO2Cars”, li l-grupp PSA huwa wieħed minnhom, u għalhekk ma tistax titqies ta' ambitu ġenerali.

8.1.2.4.    Dwar il-kundizzjonijiet li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni

(294)

Peress li l-grupp PSA jopera fis-settur tal-kostruzzjoni awtomobilistika, settur ekonomiku miftuħ għall-kummerċ intra-Ewropew, il-miżura tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tibdel il-pożizzjoni tal-grupp PSA fis-swieq ikkonċernati fir-rigward tal-kompetituri tiegħu, u tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern.

(295)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-appoġġ finanzjarju mogħti minn Franza fil-forma ta' pagamenti bil-quddiem rimborżabbli lill-grupp PSA għat-twettiq tal-proġett “50CO2Cars” jikkostitwixxi sewwasew għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1), tat-TFUE.

(296)

Finalment, il-Kummissjoni tirrikonoxxi n-natura partikolari tal-pagamenti bil-quddiem rekuperabbli bħala strument ta' għajnuna mill-Istat. Jekk dawn huma “self” favur il-grupp PSA għat-twettiq ta' “50CO2Cars”, ir-rimborż ta' dan is-self ser jibqa' kondizzjonali fuq l-eżitu ta' dan il-proġett ta' R&Ż. Peress li l-probabilitajiet ta' suċċess u falliment mhumiex magħrufin a priori, għall-Kummissjoni huwa impossibbli li tikkalkola għotja gross ekwivalenti ta' dawn l-għajnuniet f'forma ta' pagamenti bil-quddiem rekuperabbli. Konsegwentement, billi tmur għall-iktar perspettiva negattiva li fiha ma jsir ebda rimborż, il-Kummissjoni sejra tieħu b'mod prudenti l-pagament bil-quddiem rekuperabbli kollu bħala limitu superjuri tal-ammont ta' għajnuna mill-Istat inkwistjoni.

8.2.   BAŻI ĠURIDIKA GĦALL-VALUTAZZJONI

(297)

L-Artikolu 107(2) u (3), tat-TFUE, jistabbilixxi derogi għall-inkompatibilità ġenerali prevista fil-paragrafu 1 tal-istess artikolu. Huwa ċar li d-derogi previsti fl-Artikolu 107(2), tat-TFUE ma japplikawx f'dan il-każ.

(298)

Fid-deċiżjoni ta' salvataġġ tagħha, il-Kummissjoni kienet iddikjarat l-għajnuna bħala kompatibbli b'mod temporanju fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b), tat-TFUE. Il-Kummissjoni madankollu kienet qieset li l-garanzija pubblika, li kellha l-għan immedjat li tpatti għall-problemi ta' likwidità ta' BPF, kienet tagħti benefiċċju anki lill-grupp PSA. Barra minn hekk, din l-opinjoni mhijiex ikkontestata mill-awtoritajiet Franċiżi. Il-Kummissjoni saħqet ukoll li l-problemi ta' likwidità tas-sussidjarja bankarja ġejjin mid-diffikultajiet strutturali tal-grupp. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jissottomettu pjan ta' ristrutturar għall-grupp PSA sħiħ, b'konformità mal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq, li jiżgura wkoll il-vijabbiltà ta' BPF. B'konformità mal-impenn tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw pjan ta' vijabbiltà ta' BPF u pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA.

(299)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' vijabbiltà ta' BPF, dan irid jiġi analizzat fid-dawl tat-taqsima 2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar meħudin fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi attwali, skont ir-regoli relatati mal-għajnuniet mill-Istat (49).

(300)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' ristrutturar, il-Kummissjoni diġà qieset fil-premessa 84 tad-deċiżjoni ta' salvataġġ tagħha li dan il-pjan kellu jiġi analizzat fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c), tat-TFUE u, b'mod iktar partikolari, tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq. Fil-fatt, jidher b'mod kostanti li l-għajnuniet ingħataw bil-għan li jreġġgħu lura l-vijabbiltà fit-tul ta' impriża u b'hekk iridu jkunu konformi mal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq, li jservu ta' bażi legali għall-valutazzjoni. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li din il-konklużjoni mhijiex affettwata mill-fatt li parti mill-għajnuniet previsti fil-qafas tal-pjan ta' ristrutturar tieħu l-forma ta' għajnuniet għal proġett ta' R&Ż. Fil-fatt, l-integrazzjoni ta' dimensjoni ta' R&Ż fi pjan ta' ristrutturar hija aċċettabbli bil-kundizzjoni doppja li l-attivitajiet previsti jkunu verament meħtieġa għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-impriża u li l-elementi kollha tal-pjan ta' ristrutturar (inkluż l-isforz ta' R&Ż) jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti mil-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq.

(301)

Apparti minn hekk, skont il-punt 21 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq, il-kundizzjonijiet imposti għall-kompatibilità tal-appoġġ pubbliku għall-isforz ta' R&Ż tal-impriża f'diffikultà ma jistgħux iwasslu sabiex jiġu evitati l-prinċipji tar-regoli tal-liġi komuni għal impriża f'qagħda finanzjarja tajba.

(302)

Il-Kummissjoni tosserva li l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma maqdret l-għażla tal-bażijiet legali.

8.3.   ELIĠIBILITÀ TAL-IMPRIŻA GĦALL-GĦAJNUNIET GĦAR-RISTRUTTURAR

(303)

L-ewwel nett, biex tibbenefika minn għajnuniet għar-ristrutturar, l-impriża trid tkun tista' titqies bħala impriża f'diffikultà, kif definita fit-taqsima 2.1 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq.

(304)

Fil-premessa 150 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni indikat li l-grupp PSA kien f'diffikultà skont it-tifsira tal-punt 11 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq. Fil-fatt, l-indikazzjonijiet tas-soltu ta' impriża f'sitwazzjoni ta' diffikultà huma preżenti f'dan il-każ, b'mod partikolari: żieda fil-livell tat-telf, tnaqqis tal-fatturat, eżistenza ta' kapaċità eċċessiva, tnaqqis tal-marġni gross ta' awtofinanzjament, tnaqqis ta' ishma mis-suq. Apparti minn hekk, il-fatt li BPF ma setax jiffinalizza l-pjan ta' finanzjament tiegħu għall-perjodu 2013-2016 mingħajr il-garanzija tal-Istat juri biżżejjed l-inkapaċità tal-grupp biex jiżgura l-irkupru tiegħu bir-riżorsi proprji tiegħu stess jew b'fondi miksubin minn sidien/azzjonisti jew sorsi tas-suq.

(305)

Għalhekk, fil-premessa 151 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-grupp PSA, u b'mod indirett u b'mod konsegwenti, BPF, huma impriżi f'diffikultà skont it-tifsira tat-taqsima 2.1 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq.

(306)

Fil-premessa 152 tad-Deċiżjoni msemmija, il-Kummissjoni osservat ukoll li la l-grupp PSA, u lanqas is-sussidjarja BPF tiegħu ma huma impriżi maħluqin ġodda u li f'każ li l-benefiċjarju huwa grupp, ma jistax jitqies li d-diffikultajiet tal-impriża huma riżultat ta' allokazzjoni arbitrarja tal-kostijiet fi ħdan il-grupp. Fil-fatt, kif indikat mill-awtoritajiet Franċiżi, id-diffikultajiet tal-grupp huma essenzjalment marbutin ma' raġunijiet tal-grupp stess u għat-tgħarriq tas-suq awtomobilistiku fl-Ewropa.

(307)

B'hekk il-Kummissjoni tqis li mhuwiex il-każ li tiġi riveduta l-valutazzjoni li saret fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar l-eliġibbiltà tal-impriża fuq il-bażi tal-punti 11 u 13 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq. Fil-fatt, il-Kummissjoni tosserva li l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kkontestat dan il-punt.

(308)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet previsti fit-taqsima 2.1 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq huma ssodisfati.

8.4.   RITORN GĦALL-VIJABBILTÀ FIT-TUL

8.4.1.   PJAN TA' RISTRUTTURAR TAL-GRUPP PSA

(309)

Meta ħabbat wiċċu mat-tgħarriq kontinwu tas-sitwazzjoni tiegħu, il-grupp PSA implimenta, mill-2012, miżuri li jgħinu fir-ritorn tal-grupp għall-vijabbiltà fit-tul fil-qafas tal-pjan “Irkupru 2015”. Dan huwa l-każ partikolari tal-miżuri li kellhom l-għan li jnaqqsu l-kapaċitajiet eċċessivi tal-grupp fis-segment B u l-miżuri ta' ffrankar previsti. Il-pjan “Irkupru 2015” jinvolvi:

a)

Riorganizzazzjoni tal-bażi industrijali Franċiża u tnaqqis tal-kostijiet tal-istrutturar għal impatt stmat għal EUR 600 miljun, imħabbar fit-12 ta' Lulju 2012. Dan il-proġett jipprevedi l-waqfien tal-produzzjoni f'Aulnay fl-2014, l-adattament tal-istrument industrijali tas-sit ta' Rennes, miżuri ta' riġenerazzjoni fis-siti ta' Aulnay u Rennes u l-aġġustament tal-istrutturi tal-grupp.

b)

Tnaqqis tal-CAPEX ta' EUR 550 miljun sensibbli mill-2013, wara tmiem iż-żidiet fl-investimenti fil-kapaċità fir-Russja, l-Amerika Latina u ċ-Ċina.

c)

Ottimizzazzjoni tal-kostijiet ta' produzzjoni li ġejja b'mod partikolari mill-alleanza ma' GM għal 350 miljun euro, b'nofs il-qligħ li ġej mill-ewwel sinerġiji “Xirjiet” tal-alleanza, u n-nofs l-ieħor mill-pjanijiet ta' azzjoni fuq il-kostijiet ta' unità tal-kunċett u l-produzzjoni.

(310)

Dans id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet żewġ tipi ta' dubji dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà.

(a)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset li l-ipoteżijiet dwar l-evoluzzjoni tas-suq jistgħu jkunu ottimisti wisq.

(b)

It-tieni, il-Kummissjoni xtaqet tivverifika kemm il-proġett “50CO2Cars” seta' jikkontribwixxi għar-ritorn għall-vijabbiltà.

8.4.1.1.    Fuq l-ipoteżijiet ikkunsidrati dwar l-evoluzzjoni tas-suq

(311)

L-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi interessati ma jikkontradixxux ir-rilevanza tal-użu tal-projezzjonijiet ta' IHS Global Insight rigward l-evoluzzjoni tas-suq. B'mod partikolari, l-osservazzjonijiet ta' Fiat jikkonfermaw li dawn huma s-sors prinċipali tal-projezzjonijiet finanzjarji għall-produtturi awtomobilistiċi.

(312)

Il-Kummissjoni tosserva li dawn il-projezzjonijiet xorta waħda huma iktar ottimisti minn dawk ta' sorsi oħrajn tas-suq, bħall-projezzjonijiet ta' Standard&Poor's (50).

(313)

Il-Kummissjoni tqis li l-aġġornament tal-projezzjonijiet tal-fatturat fir-rigward tad-deċiżjoni tal-ftuħ iwieġeb b'mod parzjali għad-dubju li esprimiet rigward il-kredibilità tal-previżjonijiet ippreżentati minn Franza matul il-fażi preliminari ta' analiżi. Barra minn hekk, għad li kien hemm inqas fatturat, l-ispejjeż fl-investimenti f'kapital previst ma tnaqqsux fil-projezzjonijiet aġġornati, xi ħaġa li għalhekk mhijiex ser taffettwa b'mod negattiv il-bejgħ fil-ġejjieni.

(314)

Id-differenzi eventwali fil-projezzjonijiet medji għandhom jiġu analizzati fid-dawl tal-konsegwenzi li jistgħu jġibu magħhom fuq il-kapaċità ta' PSA jekk isegwi l-attività tiegħu f'xenarju sfavorevoli. Id-diffikultajiet tal-grupp, li kienu mmotivaw l-intervent tal-Istat, kienu marbutin mal-kapaċità ta' BPF sabiex jiffinanzja lilu nnifsu mill-ġdid b'ammont suffiċjenti fis-swieq sabiex ikun jista' jiffinanzja l-bejgħ ta' vetturi tal-grupp. Barra minn hekk, anki wara li rreġistrat deprezzament tal-valur globali tal-assi tad-diviżjoni awtomobilistika, iddikjarat fil-kontijiet fil-31 ta' Diċembru 2012 għal EUR 3 888 miljun, Franza ma indikatx lill-Kummissjoni li l-fondi proprji tal-grupp ma kinux sejrin ikunu biżżejjed. Il-Kummissjoni tqis li għalhekk ikun aħjar li l-analiżi tkun iffokata fuq il-livell tad-dejn nett industrijali tal-grupp fix-xenarji sfavorevoli.

(315)

Id-dubji tal-Kummissjoni rigward il-vijabbiltà tal-grupp setgħu jitneħħew fid-dawl tal-impenn minn Franza, spjegat fit-taqsima 7.1 iktar 'il fuq, li timponi l-obbligu fuq PSA sabiex jimplimenta biżżejjed miżuri ħalli jelimina kwalunkwe distakk fil-likwidità li jirriżulta minn evoluzzjoni tal-bejgħ sfavorevoli u li jegħleb ir-riskju ta' devjazzjoni tad-Dejn Nett ta' PSA mit-trajjettorja tiegħu. Il-livell ta' dejn […]* jitnaqqas għal inqas minn EUR […]* biljun, livell konformi mal-projezzjonijiet attwali tal-analisti. Dan l-impenn iħalli f'idejn il-grupp l-għażla tal-iktar mezz opportun biex jistabbilizza d-Dejn Nett tiegħu, bħal, pereżempju, permezz ta' tnaqqis tal-kapaċità jew ta' bejgħ ta' ekwità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li Franza ħadet l-impenn li terġa' tinnotifika l-pjan sħiħ f'każ li l-miżuri korrettivi jfallu jew jekk jinqabżu sentejn konsekuttivi milli jintlaħaq għan f'termini ta' dejn nett.

(316)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubji dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà mqajmin fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura tneħħew.

8.4.1.2.    Dwar il-kontribuzzjoni tal-proġett “50CO2Cars” għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA

(317)

Fil-premessa 167 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ddubitat fuq il-kontribuzzjoni tal-proġett “50CO2Cars” għar-ristrutturar u għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA.

(a)   Kumment introduttiv dwar il-kontestazzjoni ta' Franza tal-metodu ta' analiżi propost fid-deċiżjoni tal-ftuħ

(318)

Mill-premessa (152) iktar 'il fuq jirriżulta li l-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw il-metodu propost mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ għall-verifika tal-eżistenza, u jekk xieraq għall-istima tal-importanza, tal-kontribuzzjoni tal-proġett “50CO2Cars” għar-ritorn għall-vijabbiltà ta' PSA. Skont Franza, wara l-analiżi preliminari tagħha, id-dubji tal-Kummissjoni huma msejsin fuq is-suppożizzjoni li l-proġett “50CO2Cars”“ma jistax ikun neċessarju għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA ħlief f'każ li jkun jista' jpatti għat-tardjar li akkumula maż-żmien fir-R&Ż meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu”. Barra minn hekk, il-metodu previst mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq kriterju “legalment innovattiv” li l-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw il-ħtieġa tiegħu, għaliex l-argumenti l-oħrajn imressqin jidhrulhom biżżejjed biex juru kontribuzzjoni pożittiva ta' “50CO2Cars” għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp.

(319)

Il-Kummissjoni tikkontesta li l-metodu li pproponiet fid-deċiżjoni tal-ftuħ jista' jiġi sintetizzat b'dan il-mod u tixtieq iżżid il-preċiżjonijiet li ġejjin.

(320)

Il-premessa 17 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq jistipula li “ristrutturar […] huwa bbażat fuq pjan realist, koerenti u mifrux sew, bil-għan li jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tal-impriża.” It-twettiq ta' dan l-għan ta' “riorganizzazzjoni u [ta'] razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tal-impriża fuq bażi iktar effiċjenti” jista' jsir permezz ta' diversi miżuri:

irtirar minn attivitajiet mhux profittabbli

ristrutturar tal-attivitajiet eżistenti li l-kompetittività tagħhom tista' terġa' tinkiseb lura

diversifikazzjoni permezz ta' rikors għal attivitajiet ġodda u profittabbli.

(321)

Il-Kummissjoni hija tal-parir li dan it-tielet pilastru tad-“diversifikazzjoni” huwa l-iktar wieħed li jista' jiġġustifika l-inklużjoni ta' attivitajiet ta' R&Ż fi pjan ta' ristrutturar. Jekk ikun hemm bżonn, din il-ġustifikazzjoni tkun tistrieħ fuq il-ħtieġa li l-impriża f'diffikultà tkun megħjuna ssib opportunitajiet profittabbli ġodda billi terġa' torjenta l-produzzjoni tagħha bl-innovazzjoni.

(322)

Mill-osservazzjonijiet tagħhom (miġburin fil-qosor fil-premessa (149) iktar 'il fuq) jirriżulta li l-awtoritajiet Franċiżi jidhru li huma wkoll jaqsmu din l-analiżi u jqisu li ż-żamma ta' investimenti fir-R&Ż tista' tippermetti sabiex impriża f'diffikultà “tiġġedded b'mod vijabbli fit-tul”. Il-Kummissjoni xorta tqis li l-preċedenti msemmijin minn Franza fin-nota 30 f'qiegħ il-paġna tal-premessa 149 iktar 'il fuq mhumiex rilevanti. Fil-fatt ta' min jinnota li ma għandhomx x'jaqsmu ma' dossiers li għalihom, bħal f'dan il-każ, l-implimentazzjoni ta' proġett ta' R&Ż fil-qafas tal-pjan ta' ristrutturar seta' jikkontribwixxi b'mod pożittiv għar-ritorn għall-vijabbiltà ta' impriża f'diffikultà, iżda minflok kienu jikkonċernaw każijiet li fihom il-Kummissjoni qieset li r-ritorn għall-vijabbiltà seta' jsir bis-saħħa tat-tnedija ta' prodotti ġodda li jirriżultaw minn għarfien “eżistenti” (u mhux miksub permezz ta' R&Ż). B'hekk, mill-premessa 51 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1.12.2004 (Għajnuna mill-Istat – Franza – Société Bull, kawża C-504/03) jidher li l-linja ġdida ta' servers, li r-rwol tagħhom ġie ġġudikat bħala “ferm importanti” f'termini ta' fatturat u ta' marġni operazzjonali, kienet tistrieħ fuq teknoloġija fil-pussess ta' Intel u mhux żviluppata mill-benefiċjarju tal-għajnuna. Bl-istess mod, mill-premessa 98 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3.7. 2001 (Għajnuna mill-Istat – Spanja – Babcock Wilcox Espana SA, kawża C-33/98), jidher li t-teknoloġija li tippermetti lil NewCo tkopri segment ġdid tas-suq Spanjol diġà kienet teżisti. Finalment, il-Kummissjoni ma tarax ir-rilevanza tal-premessa 236 tad-deċiżjoni tagħha tat-18.2.2004 (Għajnuna mill-Istat – Il-Ġermanja – Bankgesellschaft Berlin AG, kawża C-28/02), li minnha jidher li rrifjutat milli tagħmel valutazzjoni definittiva fuq ir-rwol tal-“prodotti l-ġodda u ta' kanali ġodda ta' kummerċjalizzazzjoni” fil-qafas tar-ritorn għall-vijabbiltà tal-bank f'diffikultà.

(323)

Il-Kummissjoni tixtieq tisħaq li jkun jaqbel li ma jitħallatx dan l-għan ma' dak, ferm differenti, ta' promozzjoni tar-R&Ż u l-innovazzjoni (51) li huwa fil-mira ta' tipi oħrajn ta' finanzjamenti pubbliċi mogħtijin lil impriżi li mhumiex f'diffikultà. Dwar dan il-punt, ta' min ifakkar il-premessa 20 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq, li tippreċiża biċ-ċar:

“Minħabba li l-eżistenza stess tagħha hija fil-periklu, kumpanija f'diffikultà ma tistax titqies bħala strument xieraq biex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika sakemm tkun assigurata l-vijabilità tagħha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuniet lil impriżi f'diffikultà ma jistgħux jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi bla ma jaffettwaw il-kummerċ b'tali mod li jmur kontra l-interess tal-Komunità sakemm ma jkunux issodisfati l-kundizzjonijiet definiti f'dawn il-linji gwida. […]”

(324)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li għajnuna waħda ma tistax tipprova twettaq b'mod effikaċi żewġ għanijiet differenti, u li, għalhekk, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru fil-qafas ta' pjan ta' ristrutturar, anki jekk kienet ippreżentata minn dan tal-aħħar bħala waħda li tista' tħalli impatt pożittiv f'termini ta' promozzjoni tar-R&Ż, irid ikollha bħala għan aħħari r-ritorn għall-vijabbiltà tal-benefiċjarju. Il-kompatibilità tagħha trid tiġi analizzata fid-dawl ta' dan l-għan prijoritarju.

(325)

Barra minn hekk, f'każ ta' “investiment” fir-R&Ż, hemm bżonn li l-Istat Membru juri l-prova li l-attivitajiet imwettqin huma koerenti mal-bqija tal-pjan ta' ristrutturar (u huma neċessarji sabiex jirnexxi). Fil-fatt, il-premessa 45 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq jistipulaw li:

“L-għajnuna ma tista' bl-ebda mod tintuża biex tiffinanzaj investimenti ġodda li mhumiex indispensabbli għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-impriża.”

(326)

Biex jiġi analizzat jekk l-isforz ta' R&Ż rappreżentat mill-proġett “50CO2Cars” jikkostitwixxix miżura interna li għandha l-għan li ttejjeb il-vijabbiltà tal-impriża f'diffikultà li, jekk ikun hemm bżonn, tista' tkun inkluża fil-pjan ta' ristrutturar (premessa 35 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq), l-analiżi ppreżentata mill-Kummissjoni fil-premessi 168 sa 217 tad-deċiżjoni tal-ftuħ żammet konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 36 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq, li minnhom jirriżulta biċ-ċar li “ċ-ċirkustanzi li wasslu għad-diffikultajiet tal-impriża” jridu jservu ta' bażi biex jiġi evalwat jekk il-miżuri proposti humiex adattati. Barra minn hekk, imbagħad, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni analizzat:

(a)

Fil-premessi 168 sa 192, jekk il-proġett “50CO2Cars” jistax jgħin lill-grupp PSA sabiex jirkupra t-tardjar tiegħu fir-rigward tar-R&Ż, element ippreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi bħala waħda mid-diffikultajiet strutturali affaċċjati mill-grupp fil-premessa 16;

(b)

Fil-premessi 193 u 194, jekk il-proġett “50CO2Cars” jistax jgħin lill-grupp PSA sabiex jirrazzjonalizza t-tagħmir industrijali tiegħu u l-istruttura tal-kostijiet tiegħu, u b'mod partikolari tal-kost tal-ispejjeż tal-ħaddiema tiegħu, liema fatturi ġew ippreżentati bħala żvantaġġi strutturali oħrajn imġarrbin mill-grupp PSA fil-premessa 15;

(c)

Fil-premessi 208 sa 217, jekk it-teknoloġiji l-ġodda “ibridi ħfief” fil-mira tal-proġett “50CO2Cars” setgħux joffru lil PSA soluzzjoni għad-diffikulatjiet tiegħu, mhux biss ekonomiċi (tiċkin tas-suq Ewropew identifikat fil-premessa 11 tad-deċiżjoni tal-ftuħ) iżda anki strutturali (l-effett ta' “tnaqqix” identifikat fil-premessa 14 tad-deċiżjoni tal-ftuħ).

(327)

Għalhekk, id-deċiżjoni tal-ftuħ issawret fuq l-elementi msemmijin mill-awtoritajiet Franċiżi fil-fażi ta' analiżi preliminari bħala ċirkustanzi li wasslu għad-diffikultajiet tal-impriża. Bl-ebda mod il-Kummissjoni ma kompliet bil-preżentazzjoni ta' katalogu ta' kriterji kumulattivi u/jew esklussivi li jippermettu li jiġi verifikat jekk il-proġett “50CO2Cars” kienx “adattat” (jew le) għar-ristrutturar tal-grupp.

(328)

Ta' min jiddikjara li matul il-fażi preliminari ta' analiżi, l-awtoritajiet Franċiżi ma semmewx it-tendenza tas-suq ta' sostituzzjoni tal-bejgħ ta' vetturi diżil ma' vetturi petrol (imsemmija fil-premessa 210 tad-deċiżjoni tal-ftuħ u mfakkra fil-premessa 147 iktar 'il fuq) bħala wieħed mix-xkiel għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA, iżda biss bħala sempliċi element ta' kuntest li minkejja l-preżenza tiegħu, mill-bqija, xorta kien ikun jeżisti, kif indikat fil-premessa (214) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, “skont l-istudji tas-suq li saru minn PSA, (…) opportunità tas-suq għal sistemi ibridi ekonomiċi Diżil”.

(329)

Fi kwalunkwe każ, l-għan ta' din il-proċedura formali huwa li toffri l-possibilità lill-Istat Membru sabiex jipproduċi ġ-ġustifikazzjonijiet kollha li jqis neċessarji tal-merti tal-għajnuna eżaminata, u b'mod partikolari li jżid xi preċiżazzjonijiet dwar iċ-ċirkustanzi li wasslu għad-diffikultajiet tal-impriża li seta' nesa jispjega matul il-fażi preliminari. Dan hu dak li setgħu jagħmlu l-awtoritajiet Franċiżi f'dan il-każ.

(b)   Analiżi tal-kontribuzzjonijiet tal-proġett “50CO2Cars” għar-ristrutturar tal-grupp PSA

(330)

Mill-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi (miġburin fil-qosor fil-premessi (147) sa (151) iktar 'il fuq) jidher li l-proġett “50CO2Cars” għandu l-għan li jikseb teknoloġija ta' tnaqqis tal-konsum u emissjonijiet ta' CO2 tal-magni diżil b'kost “affordabbli”.

(i)   Kontribuzzjoni biex jegħleb l-iżvantaġġi strutturali tal-grupp PSA

(331)

Inverżjoni tat-tendenza negattiva tal-bejgħ ta' vetturi diżil: fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ddubitat fil-premessa 211 fuq il-koerenza ta' investiment fir-R&Ż li fil-mira għandhom teknoloġija ibrida diżil mal-pjan ta' ristrutturar, filwaqt li t-tendenza osservata dan l-aħħar fuq is-suq (u mistennija anki għas-snin li ġejjin) minflok rat sostituzzjoni tal-bejgħ ta' vetturi diżil b'vetturi petrol.

(332)

Dwar dan, mill-ġustifikazzjonijiet imressqin minn Franza fil-premessa 148 iktar 'il fuq jidher li fir-rigward tal-istrutturar attwali tat-tagħmir tal-produzzjoni tal-grupp PSA (essenzjalment allokat għall-vetturi diżil, li kienu jirrappreżentaw [60-80]* % tal-bejgħ fl-Ewropa fl-2012), strateġija li għandha l-għan li “ġġarrab” il-moviment ta' sostituzzjoni tad-diżil mill-petrol minflok ma “tkompli miegħu” tista' tkun inqas rilevanti, fit-terminu qasir/medju, għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp. Dwar dan, il-Kummissjoni tosserva li, fl-osservazzjonijiet tiegħu fil-premessa (203) iktar 'il fuq, il-produttur Toyota rrikonoxxa li jista' jeżisti suq għal ibridi diżil, anki jekk iqis li l-bejgħ tagħhom ser ikunu inqas minn dawk ibridi petrol minħabba l-ispejjeż żejda relatati mat-teknoloġija diżil. F'din il-perspettiva, l-iżvilupp ta' soluzzjoni ibrida diżil “affordabbli” fil-mira ta' “50CO2Cars” jista' jikkontribwixxi, sa tmiem il-proġett, għall-ġlieda kontra t-telf ta' bejgħ ta' vetturi diżil li bħalissa qiegħed ibati minnu l-grupp PSA. F'terminu itwal, u jekk it-tendenzi ta' fondi osservati bħalissa jissoktaw (b'tali mod li l-vetturi ibridi petrol jibqgħu iktar minn dawk ibridi diżil) kif tantiċipa Toyota, il-komponenti ewlenin tas-sistema ibrida “50CO2Cars” jistgħu jiġu adattati għal bażijiet ta' magni petrol (ara l-premessa 50 tad-deċiżjoni tal-ftuħ).

(333)

Konsegwentement, il-Kummissjoni hija tal-istess fehma tal-awtoritajiet Franċiżi li l-istrateġija ta' PSA li għandha l-għan li tiżviluppa teknoloġija li tkun kapaċi terġa' tgħolli l-immaġni ambjentali u żżomm l-attrazzjoni ekonomika tal-magni diżil fost il-konsumaturi, b'mod partikolari Ewropej, tista' ttejjeb il-profittabilità fit-terminu qasir/medju tat-tagħmir industrijali tal-grupp PSA, u b'hekk tikkontribwixxi għar-ritorn tiegħu għall-vijabbiltà wara t-twettiq tal-pjan ta' ristrutturar.

(334)

Irkupru tat-tardjar akkumulat maż-żmien fir-R&Ż: għalkemm l-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw il-pertinenza ta' dan il-kriterju, mill-premessa (152)(c) iktar 'il fuq jirriżulta li l-proġett “50CO2Cars” jippermetti li jiġi rkuprat ittardjar li l-grupp akkumula maż-żmien fir-R&Ż, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-produttività tal-attivitajiet ta' innovazzjoni teknoloġika mwettqin (raggruppar ta' mezzi f'konsorzju ta' riċerka taħt it-tmexxija ta' ADEME), l-istandardizzazzjoni ta' ċerti komponenti ta' karozzi (b'mod partikolari l-powertrain), it-teknoloġiji ta' tnaqqis tal-konsum/emissjonijiet tal-karozzi diżil, it-trażmissjonijiet DCT. Dawn l-isforzi għandhom l-għan li jrendu s-sistemi ibridi iktar “affordabbli” għall-konsumaturi, peress li l-arkitettura tal-powertrain ibrida hija fil-pati l-kbira standardizzata u ottimizzata f'termini ta' effiċjenza enerġetika u kost ta' produzzjoni.

(335)

Fil-premessa (184) iktar 'il fuq, GM tisħaq fuq il-ġeneralizzazzjoni tal-proġetti teknoloġiċi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass implimentati mill-produtturi, u fil-premessa (189) iktar 'il fuq, Fiat tikkonferma li l-istandards ta' emissjonijiet ta' CO2 stabbiliti mir-regolamenti Ewropej jikkostitwixxu sfida li kull wieħed minnhom ikollu jilqa'. Toyota, min-naħa tagħha, hija tal-istess parir li l-iżvilupp ta' teknoloġiji ambjentali ser ikun fattur importanti ta' bejgħ għall-produtturi (ara l-premessa (203) iktar 'il fuq). F'dan il-kuntest ta' “espansjoni teknoloġika” fir-rigward tat-tnaqqis tal-konsum/emissjonijiet ta' CO2, u bla ma wieħed jinsa d-diffikultà li jkunu antiċipati opportunitajiet kummerċjali fil-ġejjieni tar-riċerki mwettqin bħalissa, il-Kummissjoni tqis li ż-żamma minn produttur awtomobilistiku f'diffikultà ta' ċertu livell ta' ambizzjoni teknoloġika jibqa' garanzija ta' suċċess tar-ristrutturar tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-akkumulazzjoni ta' ttardjar fir-rigward tar-R&Ż tirriskja li tħalli impatt sinifikattiv fuq il-perspettiva ta' rkupru tal-bejgħ tiegħu fit-terminu qasir/medju, u b'hekk fuq il-possibilitajiet ta' ritorn għall-vijabbiltà tiegħu.

(336)

Fid-dawl ta' dawn l-elementi kollha li ssemmew, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proġett “50CO2Cars” għandu probabilità tajba li jgħin fil-korrezzjoni ta' ċerti żvantaġġi strutturali mġarrbin mill-grupp PSA.

(ii)   Adattament tat-tagħmir industrijali għall-isfidi tal-“ibridi ħfief”

(337)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ddubitat dwar il-kwistjoni ta' għarfien dwar jekk il-mezzi previsti għall-iżvilupp ta' teknoloġija “ibrida ħafifa” kinux koerenti mar-razzjonalizzazzjoni tal-kapaċitajiet previsti mill-bqija tal-pjan ta' ristrutturar.

(338)

Mill-premessa 154 iktar 'il fuq jidher li l-investimenti industrijali meħtieġa mill-implimentazzjoni tal-proġett “50CO2Cars”, u b'mod partikolari l-adattament tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni għal magni diżil u sistemi ibridi ġodda, ser jibqgħu ta' daqs limitat fir-rigward tat-total ta' investimenti previsti matul il-pjan ta' ristrutturar. Barra minn hekk, l-impatt finanzjarju tagħhom ġie integrat fil-kalkoli kkomunikati mill-awtoritajiet Franċiżi. Finalment, fil-qasam tat-trażmissjonijiet, il-Kummissjoni tqis, bħall-awtoritajiet, li l-internalizzazzjoni ta' produzzjoni bħalissa esternalizzata għal fornituri Ġappuniżi ser tikkontribwixxi, f'każ ta' suċċess tal-proġett “50CO2Cars”, għar-ritorn għall-vijabbiltà ta' PSA, billi ġġib lura l-marġnijiet tal-produttur u tiffrankalu kostijiet loġistiċi u tar-riskji ta' kambju.

(339)

Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-adattament tat-tagħmir industrijali ta' PSA għall-isfidi tal-“ibridi ħfief” jaqa' fil-loġika tar-ristrutturar u tar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp.

(iii)   Teħid tal-impriża lejn attivitajiet ġodda u profittabbli

(340)

Fl-osservazzjonijiet tagħha (miġburin fil-qosor fil-premessa (189) iktar 'il fuq), Fiat indikat, sostanzjalment, li l-magna fil-mira ta' “50CO2Cars” tidher teknikament “fattibbli” iżda li tippreżenta r-riskju ta' żieda tal-kost ta' unità tal-vetturi mgħammrin, b'tali mod li d-diffużjoni fuq skala kbira tat-teknoloġija żviluppata tkun ekonomikament impossibbli.

(341)

Dwar dan, fil-fatt il-Kummissjoni tosserva li l-prezz bħalissa għoli tat-teknoloġiji “kompletament ibridi” jispjega li dawn ġew skjerati biss f'dawk is-segmenti superjuri tas-suq (vetturi msejħin “primjum”). L-istrateġija prevista u l-isforzi ta' R&Ż implimentati minn PSA u l-imsieħba tiegħu għandhom l-għan preċiż li jsibu teknoloġija ibrida li tippreżenta l-aħjar triq tan-nofs bejn il-kost/prestazzjoni meta mqabbla mas-soluzzjonijiet disponibbli bħalissa: tnaqqis ta' [10-20]* % tal-emissjonijiet ta' CO2 meta mqabblin ma' vettura ekwivalenti mhux ibrida għal kost [70-80]* % inferjuri għal dak tas-soluzzjoni HY425.

(342)

Fil-premessa 216 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni xorta kienet ilmentat li ma setgħetx tivvaluta l-impatt tat-teknoloġiji “ibridi ħfief” il-ġodda fuq il-bejgħ u l-profittabilità tal-grupp PSA, u indikat ix-xewqa li jkollha indikaturi finanzjarji li normalment jintużaw biex tiġi analizzata l-pertinenza ta' dan it-tip ta' investimenti fir-R&Ż, kif ukoll analiżi tar-riskji li jistgħu jaffettwaw il-profittabilità tal-proġett.

(343)

Mill-premessa (150) iktar 'il fuq jirriżulta li, fil-qafas tal-pjan ta' ristrutturar, in-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat speċifika għall-proġett “50CO2Cars” kien iġiegħel lil PSA jimplimenta proġett “kontrofattwali” li jikkonsisti f'li jnaqqas kemm jistaħ jkun l-investimenti tiegħu fir-R&Ż biex ikun jista' jirrispetta l-evoluzzjonijiet regolamentari f'termini ta' emissjonijiet ta' CO2. L-indikatur finanzjarju pprovdut mill-awtoritajiet Franċiżi fit-Tabella 15 tal-premessa (155)(b) iktar 'il fuq huwa valur aġġornat nett (minn hawn 'il quddiem “VAN”) imsejjaħ “differenzjali” li, għall-kuntrarju tal-VAN “standard” (li jikkorrispondi għas-somma aġġornata tal-flussi ta' likwidità – pożittivi u negattivi – iġġenerat minn investiment), ma jippermettix li tiġi vvalutata l-profittabilità tal-investiment, iżda d-distakk tal-profittabilità bejn żewġ investimenti, f'dan il-każ il-proġett “50CO2Cars” (b'għajnuna mill-Istat jew mingħajr) u l-proġett “kontrofattwali”.

(344)

Peress li, tkun xi tkun ir-rata ta' aġġornament meqjusa (rispettivament [10-13]* % jew [13-15]* %), il-proġett kontrofattwali dejjem jippreżenta VAN superjuri għal dak tal-proġett “50CO2Cars” bla għajnuna (bejn EUR [60-100]* miljun għall-eDCT, bejn EUR [20-70]* miljun għall-faċċata sekondarja), l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludi li fin-nuqqas ta' għajnuna, l-impriża kienet “titħeġġeġ” b'mod spontanju biex taqbad il-proġett alternattiv minflok “50CO2Cars”. Il-Kummissjoni madankollu tikkontesta l-validità ta' dan ir-raġunar, billi tinnota li, skont il-loġika, iwassal sabiex jiġi kkunsidrat li b'rata ta' aġġornament ta' [13-15]* %, li l-awtoritajiet Franċiżi implikaw li jista' jkun dak li jittraskrivi bl-aħjar il-“fundamentali” attwali tal-kundizzjonijiet ta' finanzjament tal-impriżi, anki jekk ir-rata ta' [10-13]* % tidher li hija dik ġeneralment magħżula għall-valutazzjoni tal-profittabilità tal-investimenti tiegħu, PSA xorta jippreferi jdur lejn il-proġett kontrofattwali minflok “50CO2Cars”, f'każ fejn il-profittabilità relattiva taż-żewġ komponenti tkun superjuri: EUR [50-60]* miljun għall-eDCT u [20-30]* miljun għall-faċċata sekondarja.

(345)

Finalment, il-Kummissjoni hija tal-fehma li:

(a)

Min-naħa, il-konklużjonijiet li l-indikatur “differenzjali” propost jista' jippermetti li jinkisbu jiddependu wisq fuq ipoteżijiet ad hoc dwar ir-rata ta' aġġornament użata għall-kalkolu tal-VAN “differenzjali”;

(b)

Min-naħa l-oħra, l-istruttura ta' dan l-indikatur ma tippermettix li ssir evalwazzjoni ekonomika tal-impatt gobali ta' “50CO2Cars” fuq il-bejgħ u l-perspettivi finanzjarji tal-grupp, iżda biss li jsir tqabbil, b'mod inkrementali, tal-profitt li jsir (bl-ammont appoġġjat rispettivament) bit-twettiq ta' “50CO2Cars” meta mqabbel ma' dak li kien jinkiseb, għal żewġ komponenti biss, bil-proġett kontrofattwali.

(346)

B'hekk, l-indikaturi finanzjarji pprovduti minn Franza ma jippermettux li jiġu kkunsidrati l-effetti tas-“sistema” ta' “ibridi ħfief” prevista minn “50CO2Cars”. Madankollu, il-Kummissjoni tiddikjara li, għall-kuntrarju tal-proġett kontrofattwali, il-proġett “50CO2Cars” jippermetti sabiex min-naħa jwieġeb għall-bosta żvantaġġi strutturali li l-grupp PSA qed iġarrab bħalissa: il-proġett ser jippermettilu jtejjeb is-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-istandardizzazzjoni tal-komponenti u li jirkupra ċertu ttardjar li l-grupp kien akkumula fir-R&Ż. L-ambitu limitat tal-proġett kontrofattwali ma jippermettix li tintwera t-tali ambizzjoni. Barra minn hekk, jidher ċar l-evoluzzjonijiet inkrementali previsti fil-proġett kontrofattwali, li għandu l-għan uniku li jiġu rispettati n-normi regolamentari rigward l-emissjonijiet ta' CO2, aktarx li mhumiex ser ikunu biżżejjed għall-ġlieda kontra n-nuqqas ta' bejgħ tal-vetturi diżil li l-grupp qed jaffaċċja. Finalment, biex tevalwa l-koerenza tal-mezzi neċessarji għal kull wieħed minn dawn il-proġetti mal-bqija tal-pjan ta' ristrutturar, il-Kummissjoni qabblet il-kostijiet globali tal-proġett “50CO2Cars” (jiġifieri EUR [300-400]* miljun skont it-Tabella 4 tal-premessa (41) iktar 'il fuq), u l-ispejjeż inkrementali u r-riskju industrijali li ser jinvolvi l-proġett kontrofattwali: it-telf possibbli tal-marġni miġjub minn dan il-fenomenu mhuwiex negliġibbli, evalwat għal EUR [500-700]* miljun fil-premessa (148) iktar 'il fuq.

(347)

Finalment, il-Kummissjoni tqis li, għall-kuntrarju tat-titjib inkrementali previst fil-proġett kontrofattwali, jekk jirnexxi, il-kisba teknoloġika prevista fil-proġett “50CO2Cars” tista' toffri riżerva ta' tkabbir għall-PSA sal-2020 billi tippermetti lill-grupp PSA “jiddiversifika billi jmur għal attivitajiet ġodda u profittabbli”. Apparti minn hekk, il-proġett “50CO2Cars” jikkontribwixxi għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp b'mod aħjar meta mqabbel mal-proġett kontrofattwali.

(iv)   Konklużjoni parzjali fuq il-kontribuzzjonijiet tal-proġett “50CO2Cars” għar-ristrutturar tal-grupp PSA

(348)

Mill-analiżi li saret hawn fuq jirriżulta li bħala komponent tal-pjan ta' ristrutturar, il-proġett “50CO2Cars” jipprovdi kontribuzzjoni pożittiva għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA: l-adattament tat-tagħmir industrijali tiegħu li sar neċessarju minħabba l-implimentazzjoni huwa konformi mal-istrateġija u l-mezzi disponibbli għar-ristrutturar, u f'każ li jirnexxi, il-proġett ser jikkontribwixxi mhux biss sabiex jikkoreġi l-effetti tad-diffikultajiet strutturali tal-impriża (sensibilità qawwija għall-evoluzzjonijiet tal-bejgħ ta' diżil fl-Ewropa u ttardjar f'ċerti oqsma tar-R&Ż), iżda ser jippermetti wkoll li tiġi diversifikata l-produzzjoni tal-grupp billi jmur għal attivitajiet “ġodda u profittabbli” li kapaċi joffrulu opportunità ta' tkabbir għall-2020.

8.4.2.   PJAN TA' VIJABBILTÀ TA' BPF

(349)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ddikjarat li d-diffikultajiet ta' BPF ġejjin mill-interdipendenza tiegħu fuq il-grupp PSA, li wasslet għad-degradazzjoni tal-klassifikazzjoni finanzjarja tal-bank fl-14 ta' Frar 2013 minn S&P ta' BB+, klassifikazzjoni spekulattiva (klassifikazzjoni mhux ta' investiment), u dan minkejja l-approvazzjoni tal-għajnuna ta' salvataġġ.

(350)

Fl-osservazzjonijiet tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi rnexxielhom ineħħu d-dubji tagħha fuq iż-żieda tad-daqs tal-bilanċ u fuq ir-rata ta' dejn mitluf ta' BPF.

(351)

Għalhekk il-Kummissjoni tisħaq fuq il-konklużjoni li waslet għaliha fid-deċiżjoni tal-ftuħ u li ma kinitx ikkontestata mill-ebda waħda mill-partijiet interessati, jiġifieri li l-problema li qed jaffaċċja BPF hija problema ta' likwidità li tirriżulta biss mir-rabta tiegħu mal-grupp PSA. Konsegwentement, peress li d-dubji dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp setgħu jitneħħew, tista' titqies l-istess ħaġa f'dak li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' vijabbiltà ta' BPF.

8.5.   PREVENZJONI TA' KWALUNKWE DISTORSJONI EĊĊESSIVA TAL-KOMPETIZZJONI

8.5.1.   ANALIŻI TAL-ĦTIEĠA TAL-MIŻURI KOMPENSATORJI

(352)

Il-punt 38 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq jistipula li, sabiex l-għajnuniet għar-ristrutturar ikunu jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, iridu jittieħdu miżuri kompensatorji sabiex itaffu l-effetti negattivi tal-għajnuniet fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ. Fin-nuqqas ta' dan, l-għajnuniet ikollhom jitqiesu li “jmorru kontra l-interess komuni” u jiġu ddikjarati inkompatibbli mas-suq intern. Din il-kundizzjoni spiss tissarraf f'limitazzjoni tal-preżenza li l-impriża tista' żżomm fis-suq jew is-swieq tagħha fi tmiem il-perjodu ta' ristrutturar.

(353)

Ta' min ifakkar li għall-ewwel l-awtoritajiet Franċiżi kienu pproponew il-miżuri kompensatorji li ġejjin: tnaqqis supplementari ta' CAPEX (“nefqiet kapitali”), rinunzja għall-kapaċitajiet tal-fabbrika ta' Sevelnord favur kompetitur, l-irtirar tal-iżvilupp u l-produzzjoni tat-teknoloġija ibrida plug-in u miżura li tistabbilixxi rata minima ta' penetrazzjoni ta' BPF.

(354)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha kemm dwar il-kwalifika ta' uħud minn dawn il-miżuri bħala miżuri kompensatorji, kif ukoll dwar il-karattru suffiċjenti tagħhom minħabba l-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom.

(355)

Fi tmiem din il-proċedura formali ta' analiżi, il-Kummissjoni hija tal-parir li, għal tal-inqas dawk li diġà ġew deċiżi u implimentati minn PSA qabel in-notifika tal-pjan ta' ristrutturar, il-miżuri deskritti tat-taqsima 2.4.5 iktar 'il fuq ma jistgħux ikunu kkwalifikati bħala “kontropartijiet” skont it-tifsira tal-punti 38 u ta' wara tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq, iżda minflok jikkorrispondu għal għażliet strateġiċi “fi kwalunkwe każ neċessarji biex terġa' tiġi stabbilita l-vijabbiltà” tal-grupp.

(356)

Minkejja dan, fin-nota tat-23 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet Franċiżi ddeċidew li jirtiraw il-miżuri kompensatorji kollha notifikati fit-12 ta' Marzu 2013, bl-eċċezzjoni tal-miżura dwar l-istabbiliment ta' rata massima ta' penetrazzjoni ta' BPF, li hija modifikata kif spjegat fit-taqsima 8.5.2 iktar 'l isfel.

(357)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tieħu nota ta' dan l-irtirar u tqis li m'hemmx bżonn li titkellem dwar il-miżuri li ġejjin:

(a)

tnaqqis supplementari ta' CAPEX (“nefqiet kapitali”), u b'mod partikolari l-waqfien tal-produzzjoni tal-mudelli Citroën 6 – Peugeot 607, il-waqfien u n-nuqqas ta' tiġdid tal-mudell Bipper/Nemo u l-waqfien tal-produzzjoni ta' vetturi diżil ta' iktar minn 2 litri,

(b)

rinunzja tal-kapaċitajiet tal-fabbrika ta' Sevelnord favur kompetitur, u

(c)

irtirar mill-iżvilupp u l-produzzjoni tat-teknoloġija ibrida plug-in.

(358)

Għalhekk, rigward il-“miżuri kompensatorji”, il-Kummissjoni ser tanalizza biss il-proposta tal-awtoritajiet Franċiżi li għandha l-għan li timplimenta, b'rata minima ta' [26-29]* %, mekkaniżmu ta' żieda tal-kost tal-garanzija skont ir-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF.

8.5.2.   MEKKANIŻMU TA' ŻIEDA TAL-KOST TAL-GARANZIJA TAL-ISTAT SKONT IR-RATA TA' PENETRAZZJONI TA' BPF

(359)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni osservat li l-limitazzjoni tar-rata ta' penetrazzjoni kienet tidher li hija miżura xierqa biex tnaqqas l-impatt fuq il-bejgħ ta' vetturi ta' PSA mis-sostenn ta' finanzjament ta' BPF. Minkejja dan, il-Kummissjoni kellha dubji fuq l-impatt veru ta' din il-miżura minħabba l-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha. Fil-fatt, PSA ppropona impenn għas-sena 2013 sabiex kull pajjiż Ewropew ma jkunx jista' jaqbeż ir-rata H2 2012 u +1 tal-flessibilità, jiġifieri rata massima ta' 33,4 %. Iżda dan il-limitu kien diġà jidher li jintegra ż-żieda prevedibbli fis-sena 2013, bir-rata li kienet ta' 29,8 % fl-2012. Barra minn hekk, għas-snin 2014 u 2015, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew li r-rata ta' penetrazzjoni tiġi aggregata fi ħdan il-G10 ta' BPF tas-sena ta' qabel, aġġustata bil-varjazzjoni tar-rata ta' penetrazzjoni tal-banek paragunabbli kkwotati minn PSA (banek captive ta' Renault, Ford, BMW, VW u Daimler) filwaqt li tkun prevista rata “minima”. Din il-bidla kienet iġġib magħha flessibilità għal PSA, li setgħet tnaqqas il-karattru vinkolanti u b'hekk l-effikaċja ta' din il-miżura.

(360)

Kien għad hemm xi mistoqsijiet dwar l-identità tal-banek paragunabbli proposti minn PSA (bħalissa huma biss ir-rati ta' penetrazzjoni tal-banek captive ta' Renault u Volkswagen, kif ukoll produtturi oħrajn bħal Ford jew Fiat peress li huma kompetituri mill-qrib ukoll). Peress li r-rati ta' penetrazzjoni jvarjaw ħafna bejn pajjiż u ieħor, BPF seta' jikkonċentra l-kapaċitajiet ta' self tiegħu fis-segmenti fejn huwa l-iktar preżenti, u b'hekk jiżviluppa strateġija kummerċjali aggressiva vis-à-vis l-kompetituri tiegħu.

(361)

L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu għall-argumenti tal-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessa 173). B'mod partikolari aċċettaw li jżidu l-kamp ta' paragunabbli meqjusin għall-banek captive ta' Fiat u Ford. Għall-bqija, saħqu fuq il-prinċipji tal-mekkaniżmu propost fin-notifika. Skont huma, rigward id-differenzi fir-rati ta' penetrazzjoni, l-ebda produttur ma jikkomunika r-rati ta' penetrazzjoni tiegħu għal kull segment. Rigward il-flessibilità tal-mekkaniżmu, iqisu li hija indispensabbli sabiex BPF ikun jista' jadatta għall-evoluzzjoni prevista tas-suq u ma tinvolvi ebda tnaqqis tal-effikaċja u tal-karattru vinkolanti ta' din il-miżura. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-kumment tal-awtoritajiet Franċiżi rigward il-flessibilità introdotta mal-użu ta' rata ta' penetrazzjoni globali għall-miżura kompensatorja imposta fuq BPF: fil-premessa 177 iktar 'il fuq jirriżulta li […]* % finanzjamenti mogħtijin minn dan tal-aħħar jikkonċernaw is-segmenti B u C u l-ħames pajjiżi li ġejjin: Franza, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Spanja u l-Italja. Fid-dawl ta' din l-istatistika, il-Kummissjoni tqis li r-riskju li l-miżura kompensatorja tkun ineffikaċi minħabba flessibilità wiesgħa wisq permessa mill-użu ta' rata ta' penetrazzjoni globali jista' jitwarrab.

(362)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-miżura kompensatorja relatata mar-rata ta' penetrazzjoni tikkostitwixxi “l-iktar miżura adattata u anki l-aħjar waħda li tista' tirkupra t-tfixkil eventwali fil-kompetizzjoni li jirriżulta direttament mill-għoti tal-għajnuna fil-forma ta' garanzija favur Banque PSA. Fil-fatt, miżura bħal din tippermetti li tinftiehem tajjeb ir-rabta bejn il-konsegwenzi tal-għoti tal-garanzija tal-Istat fuq l-attività ta' Banque PSA u l-bejgħ ta' vetturi (52)”.

(363)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li fil-kummenti tagħhom, il-produtturi kollha kkonfermaw ir-rwol importanti tal-bank captive fil-finanzjament tal-bejgħ ta' karozzi. Toyota saħqet li bank captive jippermetti li l-lealtà tal-konsumaturi lejn il-marka titjieb b'madwar 15 % u li r-rata ta' penetrazzjoni hija ogħla fis-segmenti li jikkonċernaw il-mudelli ż-żgħar. Fiat tqis li l-banek captive tal-produtturi jikkostitwixxu strumenti estremament effikaċi ta' bejgħ u kummerċjalizzazzjoni. Taqbel mal-kummenti ta' Toyota dwar ir-rwol tagħhom fil-lealtà tal-klijentela u żżid li għandhom rwol importanti wkoll fis-sostenn tal-proċess ta' bejgħ, b'mod partikolari billi jieħdu post l-istabbilimenti finanzjarji “tradizzjonali” li jżommu 'l bogħod minn dan it-tip ta' self. Fiat tqis li, għalhekk, il-garanzjia pubblika mogħtija lil BPF ser tħalli impatt dirett, immedjat u estremament negattiv fuq il-kompetituri tal-grupp PSA.

(364)

Wara li rat l-unanimità tal-partijiet interessati f'dak li għandu x'jaqsam mar-rwol ċentrali ta' bank captive fil-finanzjament tal-bejgħ tal-produtturi awtomobilistiċi u l-karattru partikolarment negattiv għall-kompetizzjoni li jirriżulta direttament mill-għotja tal-garanzija favur BPF, il-Kummissjoni tqis li r-rilevanza tal-miżura li għandha l-għan li tillimita l-possibilità ta' BPF milli juża l-garanzija pubblika biex ikabbar wisq il-kapaċitajiet ta' finanzjament tiegħu b'detriment għall-banek captive tal-kompetituri tiegħu li ma jibbenefikawx mis-sostenn pubbliku, hija kkonfermata.

(365)

Fl-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet Franċiżi ħadu l-impenn li jagħmlu l-modifiki deskritti fit-taqsima 7.2 iktar 'il fuq, sabiex ipattu għat-tfixkil fil-kompetizzjoni maħluq mill-garanzija tal-Istat mogħtija lil BPF.

(366)

Sabiex jillimita l-effetti ta' tfixkil fil-kompetizzjoni li l-garanzija kienet iġġib magħha, iżda b'tali mod li jibqa' joffri lil BPF ċerta flessibilità sabiex iwieġeb għall-evoluzzjonijiet possibbli tas-suq, l-impenn propost jieħu l-forma ta' remunerazzjoni addizzjonali tal-garanzija skont ir-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF. Il-prinċipju tal-impenn huwa dan li ġej: żieda tar-remunerazzjoni tal-garanzija hija prevista malli BPF jaqbeż rata ta' penetrazzjoni minima stabbilita għal [26-29]* % fuq il-G10 aggregati. Min-naħa, il-Kummissjoni tosserva li l-pajjiżi ta' dan l-aggregat (il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, l-Italja, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, l-Isvizzera, Franza, ir-Renju Unit) jidhru li huma l-iktar rappreżentattivi, fost l-indikaturi disponibbli, tas-suq Ewropew (53). Apparti minn hekk, mekkaniżmu bħal dan jidher li huwa xieraq bħala tweġiba għall-prinċipju ta' miżuri kompensatorji (li għandhom l-għan li jillimitaw kwalunkwe tfixkil fil-kompetizzjoni) filwaqt li jkun żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà. Fil-fatt, permezz tal-assoċjazzjoni ta' żieda fir-rata ta' penetrazzjoni ma' żieda fir-remunerazzjoni tal-garanzija, il-kapaċità ta' BPF sabiex joffri kundizzjonijiet ta' finanzjament partikolarment attraenti bis-saħħa tal-garanzija ser tkun limitata għal dak li hu meħtieġ biex tkun żgurata l-vijabbiltà tiegħu, filwaqt li jkun limitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni. Il-grupp mhux ser iħallas remunerazzjoni ogħla minn dak li s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu tiflaħ tiffinanzja, peress li l-grupp ser ikollu l-possibilità li jżomm ir-rata ta' prefinanzjament f'livell li jikkorrispondi għal ċertu livell ta' remunerazzjoni. Ir-remunerazzjoni ser tiżdied mar-rata ta' penetrazzjoni sakemm tilħaq l-491 punt bażi (rata stmata tas-suq). Il-Grafika 2 iktar 'l isfel turi r-rabta bejn ir-remunerazzjoni tal-garanzija u r-rata ta' penetrazzjoni ta' PSA (għaċ-ċifri eżatti, ara t-Tabella 17 fil-premessa (250) iktar 'il fuq).

Grafika 2

Relazzjoni bejn ir-remunerazzjoni tal-garanzija (f'punti bażi) u r-rata ta' penetrazzjoni tal-G10 ( %)

[…]*

(367)

Fost l-oħrajn, l-analiżi tal-impatt ta' din il-miżura trid tieħu f'kunsiderazzjoni r-rata ta' penetrazzjoni teorika li PSA seta' jikseb fin-nuqqas tal-għajnuna (minn hawn 'il quddiem ir-“rata ta' penetrazzjoni kontrofattwali”). Fil-fatt, il-Kummissjoni tfakkar li fin-nuqqas tal-garanzija tal-Istat, it-tnaqqis fil-klassifikazzjoni ta' BPF u t-tnaqqis tal-kapaċitajiet ta' finanzjament tiegħu kienu jġarrbu tnaqqis korrelattiv fil-produzzjoni ta' self, li kien iwassal għal tnaqqis ta' [5-20]* % tal-bejgħ tal-attività awtomobilistika (54). B'hekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-fatturat tad-diviżjoni awtomobilistika ta' PSA, imwettaq bis-saħħa tal-finanzjamenti tal-bank captive, kien jammonta għal EUR [6 000-7 000]* miljun fin-nuqqas tal-għajnuna u EUR [35 000-40 000]* miljun bil-preżenza tal-għajnuna (filwaqt li jitqies tnaqqis prevedibbli ta' madwar [10-20] % fil-bejgħ). B'hekk, dawn iċ-ċifri jindikaw li r-rata ta' penetrazzjoni teorika ta' BPF hija ta' madwar [15-20]* %. Fi kliem ieħor, li kieku BPF ma rċiviex il-garanzija tal-Istat, il-kapaċità ta' finanzjament tiegħu kienet tiddgħajjef sal-punt li ġġarrab tnaqqis sinifikanti fir-rata ta' penetrazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, kien jirriżulta wkoll tnaqqis parallel tal-volumi mibjugħin, peress li l-banek captive għandhom rwol ċentrali fil-bejgħ ta' karozzi. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, tiġrif bħal dan ma kienx jippermetti li jseħħ ir-ritorn għall-vijabbiltà, u kien idaħħal lil PSA f'ċirku vizzjuż ta' tnaqqis ripetut tal-klassifikazzjoni tiegħu u dik ta' BPF, u b'hekk ikompli jiġġenera telf supplementari għall-grupp.

(368)

Din ir-rata ta' penetrazzjoni kontrofattwali tippermetti li tiġi kwantifikata b'mod indikattiv il-medda inferjuri li għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni għall-kalibrazzjoni tal-miżura kompensatorja. Dan il-minimu jrid ikun ta' livell ogħla mir-rata teorika stmata għal [15-20]* %. Anki r-rata minima ta' penetrazzjoni trid tkun f'livell inqas mir-rata ta' penetrazzjoni attwali ([29-31]* % għall-G10 fl-2012). Fil-fatt, kwalunkwe miżura kompensatorja għandha l-għan li timminimizza l-impatt ta' għajnuna mill-Istat fuq il-kompetituri tal-impriża benefiċjarja. Il-garanzija tal-Istat diġà tippermetti lil BPF sabiex iżomm il-livell attwali ta' rata ta' penetrazzjoni tiegħu (kif muri mir-rata ta' penetrazzjoni kontrofattwali). B'hekk, kwalunkwe miżura kompensatorja fil-forma ta' remunerazzjoni addizzjonali diġà trid tkun tapplika għar-rata ta' penetrazzjoni attwali.

(369)

B'hekk, jekk jiġu kkunsidrati r-rata ta' penetrazzjoni ta' [29-31]* %, tal-medda inferjuri ta' [15-20]* % spjegata hawn fuq, il-bidliet inkrementali probabbli spjegati mill-awtoritajiet Franċiżi u l-importanza tar-rwol ta' finanzjament tal-banek captive fuq l-attività ta' bejgħ ta' karozzi, l-impenn ta' żieda tar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-Istat minn [26-29]* % (55) jitqies bħala miżura adegwata, tat-tip li jillimita t-tfixkil fil-kompetizzjoni. Fil-fatt, fid-dawl tar-rata attwali ta' penetrazzjoni, l-impenn ifisser li BPF diġà jrid iżid ir-remunerazzjoni b'madwar [40-50]* punt bażi (li tfisser li l-garanzija tal-Istat ser tkun remunerata b'madwar [300-310]* punt bażi minflok il-260 punt bażi previsti fil-protokoll inizjali konkluż mal-Istat). Jekk BPF jixtieq iżid din ir-rata ta' penetrazzjoni, ir-remunerazzjoni ser tiżdied bil-proporzjonijiet previsti fit-Tabella 17 tal-premessa (250) iktar 'il fuq (56). Jekk din ir-rata ta' penetrazzjoni tonqos, ir-remunerazzjoni addizzjonali tinżel bl-istess mod (57). B'hekk, l-impenn jinvolvi żieda immedjata fil-kost tal-garanzija għal BPF, kost li ser jiżdied skont kemm PSA jżid is-sehem ta' vetturi ffinanzjati minn BPF fit-total ta' bejgħ tiegħu.

(370)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tippermetti li tikkumpensa għat-tfixkil eċċessiv fil-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-punti 38 sa 40 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq.

(371)

Finalment, minkejja l-kapaċità strutturali eċċessiva li donnu qed ibati minnha s-settur awtomobilistiku Ewropew, il-Kummissjoni hija tal-fehma li tnaqqis supplementari tal-kapaċità ta' produzzjoni tal-grupp PSA ma jikkostitwixxix l-iktar soluzzjoni xierqa f'dan il-każ:

(a)

min-naħa, kif indikat fil-premessa (49) iktar 'il fuq, l-impriża diġà għamlet sforzi strutturali importanti fis-siti ta' Aulnay u Rennes;

(b)

min-naħa l-oħra, kif spjegat fil-premessa (315) iktar 'il fuq, jekk fil-ġejjieni jkun hemm bżonn ta' sforzi ġodda ta' ristrutturar, jidher li jkun aħjar jekk PSA jitħallielu marġni ta' manuvra strateġika fl-għażla tal-mezzi li għandu jimplimenta biex jistabbilizza s-sitwazzjoni ekonomika tiegħu, minħabba li t-tnaqqis supplementari tal-kapaċitajiet huwa biss wieħed mill-mezzi prevedibbli biex jintlaħaq dan l-għan.

8.5.3.   IMPENN FUQ IL-MARĠNI TAL-FINANZJAMENTI MOGĦTIJA LILL-KONĊESSJONARJI

(372)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-awtoritajiet Franċiżi ħadu l-impenn li PSA ma jnaqqasx il-marġni annwali medja kummerċjali tal-finanzjamenti mogħtijin lill-konċessjonarji tan-netwerk tagħhom f'livelli inqas mill-marġni kummerċjali annwali medja osservata matul l-aħħar tnax-il xahar sat-30 ta' Ġunju 2013 sakemm iddum għaddejja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar.

(373)

Il-Kummissjoni tqis li dan l-impenn jippermetti sabiex ma jitnaqqasx il-karattru vinkolanti tal-limitazzjoni tar-rata ta' penetrazzjoni ta' BPF. Fil-fatt, billi tinżamm il-marġni kummerċjali medja fuq il-konċessjonarji fil-livell li rriżulta fin-nuqqas tal-għajnuna, BPF ma jkunx jista' juża l-garanzija biex isegwi politika kummerċjali aggressiva mal-konċessjonarji.

8.5.4.   TRASFORMAZZJONI TAL-GĦOTJIET INIZJALMENT PREVISTI GĦAT-TWETTIQ TAL-PROĠETT “50CO2CARS” F'PAGAMENTI BIL-QUDDIEM REKUPARABBLI

(374)

Sabiex il-mezzi implimentati mis-setgħa pubblika għaż-żamma tal-kompetenzi teknoloġiċi tal-produttur f'diffikultà jibqgħu proporzjonati, il-Kummissjoni hija tal-parir li hemm bżonn li:

(a)

L-attivitajiet ta' R&Ż imwettqin fil-qafas tal-pjan ta' ristrutturar ma jkunux ta' daqs tali li jkun jista' jfeġġ riskju ta' “għafsa” msemmi mill-Kummissjoni fil-premessa 243 tad-deċiżjoni tal-ftuħ,

(b)

F'każ ta' rkupru, porzjon sinifikanti mill-fondi pubbliċi mqegħdin għad-dispożizzjoni tal-kostruttur biex iżomm il-livell tiegħu ta' kompetenza bħala “pijunier teknoloġiku” għandu jitradd lura lill-awtorità li tat l-għajnuna f'każ ta' suċċess tal-proġett ta' R&Ż u ta' ritorn għall-vijabbiltà.

(375)

Għalhekk, rigward l-ewwel punt, il-Kummissjoni trid tivverifika jekk, fil-każ ta' twettiq tal-proġett “50CO2Cars”, l-inċentivi dinamiċi tal-produtturi awtomobilistiċi l-oħrajn sabiex iwettqu l-isforzi tagħhom ta' R&Ż fir-rigward tal-ibridi humiex ser jitnaqqsu b'mod sinifikanti (jew sħiħ). Mill-osservazzjonijiet ta' GM jirriżulta iżda li għalkemm l-ammonti ta' fondi pubbliċi mogħtijin għat-twettiq tal-proġett “50CO2Cars”“mhumiex negliġibbli” għal proġett ta' R&Ż ta' żvilupp ta' sistema “ibrida ħafifa”, dawn mhumiex daqstant “sinifikanti” fir-rigward tal-ispejjeż ta' R&Ż tas-settur kollu, u xorta waħda mhumiex biżżejjed biex “iżommu lil produttur kompetitur milli jiżviluppa programm proprju tiegħu ta' R&Ż f'dan l-istess qasam” (ara l-premessa (184) iktar 'il fuq). Min-naħa tagħha, Fiat tikkonferma wkoll li l-avvanz teknoloġiku mwettaq bis-saħħa tal-proġett “50CO2Cars” ma jikkostitwixxix xkiel għad-dħul b'tali mod li jaqta' qalb il-kostrutturi l-oħrajn (ara l-premessi (190) u (232) iktar 'il fuq). B'hekk, fuq il-bażi ta' dawn l-indikazzjonijiet tal-partijiet terzi, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li r-riskju li t-twettiq tal-proġett “50CO2Cars” jikkaġuna effett ta' “għafsa” jista' jitwarrab f'dan il-każ.

(376)

Rigward it-tieni punt, il-Kummissjoni tirreferi għall-miżura kompensatorja proposta mill-awtoritajiet Franċiżi tat-taqsima 7.5 iktar 'il fuq, li għandha l-għan li tibdel l-għotjiet inizjalment previsti għal EUR 24,5 miljun fil-forma ta' pagamenti bil-quddiem rekuperabbli minn ADEME, b'tali mod li f'każ ta' rkupru tal-grupp PSA, is-somom kollha mogħtijin bil-quddiem mill-Istat għat-twettiq tal-attivitajiet ta' R&Ż appoġġjati jitraddulu lura.

(377)

Finalment, il-Kummissjoni hija tal-parir li l-appoġġ pubbliku għat-twettiq tal-proġett “50CO2Cars” fil-qafas ta' pjan ta' ristrutturar mhux talli mhuwiex se jġib miegħu riskju kbir fuq il-ħeġġa ta' produtturi oħrajn sabiex iwettqu l-isforzi tagħhom ta' R&Ż (nuqqas ta' effett ta' “għafsa”) talli jibqa' proporzjonat ukoll għall-għan ta' ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA, peress li l-awtoritajiet Franċiżi ħadu l-impenn li f'każ ta' rkupru tal-grupp, is-somom mogħtijin bil-quddiem mill-awtoritajiet pubbliċi għas-sotenn tat-twettiq ta' dan il-proġett ta' R&Ż jitraddu lura, għat-totalità tal-ammonti aġġornati, lill-awtorità li tat l-għajnuna (ara l-premessa (256) iktar 'il fuq).

8.5.5.   IMPENN TA' NUQQAS TA' AKKWISTI

(378)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Franċiżi ħadu impenn li PSA jibqa' lura milli jikseb parteċipazzjonijiet f'impriżi oħrajn jew milli jwettaq xi akkwist ta' assi ta' impriżi, sakemm idum il-pjan ta' ristrutturar tiegħu, fil-kundizzjonijiet spjegati fil-paragrafi (251) u sussegwenti, għal ammonti ta' aktar minn EUR 100 miljun fis-sena. Permezz ta' deroga mill-prinċipju ġenerali stipulat fil-premessi (251) u (252) iktar 'il fuq, Faurecia u l-fiduċjarji tagħha ser ikunu jistgħu jagħmlu akkwisti sottomessi għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, kif ippreċiżat fil-premessa (253) iktar 'il fuq. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ser tikkunsidra b'mod pożittiv l-akkwisti, (i) li jikkontribwixxu, b'mod dirett jew indirett, għar-ritorn għall-vijabbiltà tal-grupp PSA permezz ta' impatt pożittiv fuq il-profittabilità prevista tal-grupp PSA u (ii) li ma jikkostitwixxux mezzi li jevitaw l-obbligu ta' limitazzjoni tal-effetti tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA.

(379)

Il-Kummissjoni tqis li din il-miżura hija neċessarja u tat-tip li jikkumpensa għall-effetti ta' distorsjoni fil-kompetizzjoni maħluqin mill-għoti tal-għajnuna.

8.5.6.   IL-ĦTIEĠA TA' MIŻURA KOMPENSATORJA LI TIKKONĊERNA L-FMEA

(380)

Parti terza anonima tqis li PSA għandu jbiegħ il-parteċipazzjoni tiegħu fl-FMEA. Il-Kummissjoni tosserva li l-osservazzjonijiet ta' dawn il-partijiet terzi huma relatati ma' lment li qed jiġi investigat mill-Kummissjoni u ma jirrigwardawx l-għan ta' din il-proċedura. Għalhekk, ma hemmx bżonn li tingħata tweġiba fil-kuntest ta' din id-deċiżjoni.

8.6.   LIMITAZZJONI TAL-GĦAJNUNA GĦALL-MINIMU: KONTRIBUZZJONI REALI, EŻENZJONI MILL-GĦAJNUNA

(381)

Sabiex l-għajnuna tkun tista' tiġi awtorizzata, ikun xieraq li, b'applikazzjoni tal-punti 43 sa 45 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq, l-ammont u l-intensità tal-għajnuna jkunu limtati għall-minimu strettament neċessarju sabiex ikun jista' jsir ir-ristrutturar skont il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-impriża, tal-azzjonisti tagħha jew tal-grupp li tagħmel parti minnu. Il-benefiċjarji tal-għajnuna jridu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-pjan ta' ristrutturar bir-riżorsi proprji tagħhom, inkluż bil-bejgħ ta' assi li mhumiex indispensabbli għas-sopravvivenza tal-impriża, jew minn finanzjament estern miksub b'kundizzjonijiet tas-suq.

(382)

Kif inidikat fil-premessi 246 u 247 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni tfakkar li din il-kundizzjoni ta' kompatibilità ma qajmitx xi dubju partikolari. Il-kostijiet tar-ristrutturar, kif deskritti fin-notifika tal-awtoritajiet Franċiżi, jammontaw għal EUR [1,3-1,8]* biljun. Sabiex jiffinanzja r-ristrutturar tiegħu, il-grupp PSA implimenta programm ta' bejgħ tal-assi li ppermetta lill-grupp jikseb EUR 1,956 biljun f'likwidità libera (2,050 biljun f'termini ta' pożizzjoni finanzjarja netta). Ta' min ifakkar li l-għammont tal-għajnuna jammonta għal EUR 571,9 miljun.

(383)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-ħtieġa tal-limitazzjoni tal-ammont tal-għajnuna għall-minimu strettament neċessarju biex ikun jista' jitwettaq ir-ristrutturar hija żgurata wkoll mill-impenn tal-awtoritajiet Franċiżi li jibqgħu lura milli jagħmlu akkwisti, fil-kundizzjonijiet spjegati fil-paragrafu 251 u sussegwenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li dan l-impenn jippermetti li jiġi evitat li l-grupp PSA juża r-riżorsi finanzjarji li jifdal għal għan ieħor li mhuwiex ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul.

(384)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li ma hemmx bżonn li tiġi riveduta l-valutazzjoni li saret fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar ir-rispett tal-kriterji mħabbrin fil-punti 43 sa 45 tal-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq.

8.7.   IL-PRINĊIPJU TA' NONRIKORRENZA

(385)

Skont il-punti 72 u l-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq, għajnuna għar-ristrutturar ma tistax tingħata iktar minn darba matul perjodu ta' għaxar snin.

(386)

Fin-notifika tat-12 ta' Marzu 2013 l-awtoritajiet Franċiżi ppreċiżaw li l-grupp PSA ma bbenefikax minn għajnuniet għar-ristrutturar f'dawn l-aħħar għaxar snin.

(387)

Konsegwentement, il-prinċipju ta' nonrikorrenza meħtieġ mil-linji gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq huwa rrispettat.

9.   KONKLUŻJONI

(388)

Wara li ġew ikkunsidrati l-impenji magħmula mill-awtoritajiet Franċiżi, l-għajnuna tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li Franza beħsiebha timplimenta favur il-grupp PSA Peugeot Citroën SA, fil-forma ta' garanzija tal-Istat li tkopri l-ħarġiet ta' bonds ta' Banque PSA Finances maħruġin sal-31 ta' Diċembru 2016 għal limitu ta' EUR 7 biljun (għal għotja gross ekwivalenti ta' EUR 486 miljun) minn naħa, u taħt forma ta' pagamenti bil-quddiem rekuperabbli ta' EUR 85,9 miljun għat-twettiq tal-proġett ta' R&Ż “50CO2Cars” min-naħa l-oħra, jiġifieri ammont totali tal-għajnuna ta' EUR 571,9 miljun, hija kompatibbli mas-suq intern.

Konsegwentement, l-implimentazzjoni ta' din l-għajnuna mill-Istat hija awtorizzata.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)   ĠU C 275, 16.11.2007, p. 18.

(2)   ĠU C 137, 16.5.2013, p. 10.

(3)  Ir-rata ta' penetrazzjoni medja ta' 29,8 % taħbi differenzi bejn ir-rata ta' penetrazzjoni fis-segmenti differenti. B'mod partikolari, ir-rata ta' penetrazzjoni hija ogħla fis-segmenti B u C b'rati ta' prenetrazzjoni li jaqbżu t-30 %, saħansitra l-40 % f'ċerti pajjiżi. B'hekk, l-attività ta' finanzjament tax-xiri ta' vetturi tidher li hija fundamentali għal dawn is-segmenti.

(*1)  Informazzjoni kunfidenzjali.

(4)   ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(5)   ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(6)  L-istampa rrapportat l-intenzjoni tal-Istat li jimplimenta l-miżura nhar is-17 ta' Ottubru 2012.

(7)  Skont l-eżempji ta' Term sheet ipprovduti minn Franza fis-7 ta' Jannar 2013: “ Drawings to be subject to the favourable vote by the French parliament of the French State supporting plan (adozzjoni tal-pjan fil-liġi ta' Franza) ”.

(8)  Ara l-lista ta' dawn l-operaturi, kif stipulata mill-Artikolu 8 tal-liġi Nru 2010-237 imsemmija qabel u d-Digriet Nru 2010-442 tat-3 ta' Mejju 2010.

(9)   ĠU C 78, 11.3.2011, p. 33.

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 800/2008 tal-Kummissjoni tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

(11)  Dwar dan, il-Kummissjoni tfakkar b'mod partikolari li l-finanzjament pubbliku ta' attivitajiet (mhux ekonomiċi) ta' riċerka indipendenti tal-korpi ta' riċerka ma jinvolvux l-element ta' għajnuna mill-Istat.

(12)   ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

(13)  Ara b'mod partikolari l-punt 2.1, l-aħħar paragrafu, tal-Qafas R&Ż&I: “ L-għajnuniet għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni favur impriżi f'diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà huma esklużi mill-ambitu ta' applikazzjoni ta' dan il-qafas ” (traduzzjoni mhux uffiċjali).

(14)  Skont it-tifsira tad-definizzjonijiet tal-Artikoli 30-1, 30-2 u 30-3 tal-GBER (li jaqblu mad-definizzjonijiet tal-Artikoli 2.2. e), f) u g) tal-Qafas R&Ż&I)

(15)  Il-kostijiet tal-proġett “50CO2Cars” ingħataw b'self lill-kategoriji ta' R&Ż definiti fl-Artikolu 31-5 tal-GBER (li jikkorrispondu għall-kategoriji tal-punt 5.1.4 tal-Qafas R&Ż&I).

(16)  Is-segmenti D u E jikkorrispondu għal vetturi tat-tip “għall-familja”, “tat-triq”, “monospazji” u “off-road”, ta' daqsijiet varji fl-Ewropa b'medja ta' 4,40 sa 5 metri. Is-sedane Peugeot 508, 508 SW, 807, 4007 u s-Citroën C5 Berline, C5 break, DS5, C8, C-Crosser u C6 jagħmlu parti minn dan is-segment.

(17)  L-hekk imsejjaħ “stockeur”, il-magna elettrika tal-qawwa u ħoss elettroniku ta' kontroll u l-konvertitur tat-tensjoni li jippermettu li jkun hemm disponibbli netwerk bitensjoni.

(18)  Il-kapaċità “Harbour” tikkorrispondi għall-istandard użat fl-industrija. Tissuponi li għal kull fabbrika, hemm żewġ timijiet li jaħdmu 8 sigħat kuljum, 235 jum fis-sena. Ir-rata ta' użu Harbour tindika l-volum ta' vetturi effettivament prodotti f'kull fabbrika meta mqabbel mal-kapaċità Harbour.

(19)  Il-pjan fit-terminu medju huwa d-dokument użat mill-maniġment finanzjarju tal-grupp PSA biex jippreżenta l-previżjonijiet tar-riżultati tal-grupp għas-snin li ġejjin.

(20)  Akronomu għal “ Light Commercial Vehicles ” bl-Ingliż. Il-verżjoni Maltija hija “VUĦ”, għal “vettura utilitarja ħafifa”.

(21)  Jiġifieri l-proporzjon ikkalkolat billi jiġi diviż il-bejgħ tal-vetturi ffinanzjati minn self tal-bank BPF bil-bejgħ totali tal-grupp PSA.

(22)  RCI Banque SA hija sussidjarja 100 % ta' Renault SAS. RCI Banque jiggarantixxi l-finanzjament tal-bejgħ tal-marki tal-Groupe Renault u tal-Groupe Nissan.

(23)  Il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, l-Italja, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, l-Isvizzera, Franza, ir-Renju Unit

(24)  Il-G5 aggregat jiġbor fih il-pajjiżi li ġejjin: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit.

(25)  L-M5 aggregat jiġbor fih il-pajjiżi li ġejjin: il-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvizzera, l-Awstrija u l-Portugall.

(26)  Il-G10 aggregat jiġbor fih l-għaxar pajjiżi msemmijin f’din it-Tabella.

(27)  Bejgħ nett mill-ispejjeż ta' EUR 797 miljun, li miegħu jiżdied dividend eċċezzjonali ta' EUR 100 miljun, u li minnu jonqsu EUR 19-il miljun li jikkorrispondu għat-tħassir tal-marġni gross ta' awtofinanzjament.

(28)  Il-Grad 1 huwa proprozjon ta' solvenza li tippermetti li tiġi vvalutata s-solvenza tal-banek. Dan iqabbel il-fondi proprji u l-assi miżmuma (ippeżati skont ir-riskju).

(29)  Bħalissa dan id-distakk huwa ta' tliet notches għal Moody's, riżultat tal-benefiċċju tal-garanzija għal BPF.

(30)  L-Unjoni Nazzjonali Interprofessjonali għall-Impjiegi fl-Industrija u l-Kummerċ.

(31)  Il-fond ta' amortizzazzjoni tad-dejn soċjali.

(32)  Perspectives de l'économie mondiale (Perspettivi tal-ekonomija tad-dinja), kapitolu 1 u 2 ta' April 2013.

(33)  It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 billi jiġi limitat id-daqs tal-magni u billi tiġi pprovduta induzzjoni sfurzata adattata.

(34)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Diċembru 2004, kawża C-504/03, Bull, premessa 51, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2004, kawża C-28/02, Bankgesellschaft Berlin AG, premessa 236, Deċiżjoni tat-3 ta' Lulju 2001, kawża C-33/98, Babcock Wilcox Espana SA, premessa 98.

(35)  Il-grupp VAG ippreżenta matul l-aħħar laqgħa ta' Vjenna varjazzjoni modulari (“ assembly kit ”) tat-teknoloġija ibrida tiegħu, li tippermetti li tiġi adattata sistema ibrida fuq kull forma differenti ta' vettura tal-grupp b'kost irħis. Sors ikkwotat: rapport tal-preżentazzjoni tal-grupp VAG fl-34 simpożju ta' Vjenna, 26 ta' April 2013, p. 28.

(36)  Il-“mikroibridizzazzjoni” tikkorrispondi għal qawwiet ta' 2 sa 4 kW; l-“ibridizzazzjoni ħafifa” bejn 8 u 15 kW; l-“ibridizzazzjoni sħiħa”, iktar minn 20 kW.

(37)  L-awtoritajiet Franċiżi jikkonfermaw li, soġġett għall-industrijalizzazzjoni tiegħu f'kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli, il-grupp PSA diġà huwa kompetenti fit-teknoloġija “plug-in”.

(38)  Il-kelma “jimmodifikaw” (“modifier” bil-Franċiż) hija enfasizzata fit-test oriġinali mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi.

(39)  L-awtoritajiet Franċiżi jippreċiżaw li din l-internalizzazzjoni tista' tkun parzjali biss, skont ir-riżultati tal-proġett “50CO2Cars”.

(40)  L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu li r-rata tal-kambju bejn l-euro u l-yen evolviet b'mod sfavorevoli b'madwar 30 % bejn l-2009 u l-2012, biex reġgħet ġiet lura għal daqs kemm kienet fl-2009 bejn tmiem l-2012 u Mejju 2013. Din il-volatilità tagħmel l-ispejjeż ta' provvista tal-gearboxes awtomatiċi każwali. Ma' dawn jiżdiedu d-dazji doganali meqjusin għoljin minn Franza.

(41)  Il-komponenti ewlenin tas-sistema “50CO2Cars” huma speċifiċi għad-diżil. Minkejja dan, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-bidla lejn magni petrol b'qawwa ekwivalenti ma teħtieġ xejn ħlief “investimenti fir-R&Ż moderati f'perjodu ferm qasir”

(42)  Sors ikkwotat: http://www.pikeresearch.com/research/clean-diesel-vehicles..

(43)  F'nota tal-11 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li jekk huwa possibbli li jkun magħruf il-porzjon tal-kostijiet ta' żvilupp u l-prezz tal-kost tal-fabbrikazzjoni tal-komponenti tal-vettura, min-naħa l-oħra ma jkunx possibbli li titkejjel b'valur assolut il-parti tal-magna fil-valur ta' bejgħ ta' vettura. Għalhekk ipproponew approċċ “marġinali” li jikkonsisti fit-tqabbil tax-xenarji A u C (B u C rispettivament) fir-rigward tad-distakki fil-flussi li ħerġin mill-proġetti differenti (kostijiet mir-R&Ż u investimenti industrijali) u distakki ta' flussi deħlin (rikavat iġġenerat mill-bejgħ ta' vetturi jew il-valorizzazzjoni tal-prestazzjonijiet kumplimentari). L-indikatur ipprovdut jippermetti li titqabbel il-profittabilità relattiva tax-xenarji għall-komponenti kkunsidrati.

(44)  Fiat tikkwota l-eżempju tal-bank captive tagħha stess, li r-rata ta' penetrazzjoni tiegħu telgħet minn 23,3 % fl-2012 għal 39,6 % fl-2013 wara bidla fl-istrateġija kummerċjali tagħha li kellha l-għan li tipproponi lill-klijenti offerti finanzjarji iktar kompetittivi.

(45)  Ara b'mod partikolari s-sentenza tal-Qorti tal-21 ta' Marzu 1991, l-Italja/il-Kummissjoni, C-305/89, Ġabra p. I-1603.

(46)  Ara Morgan Stanley, 21 ta' Awwissu 2012, “Volkswagen – It's Cheaper to Own a VW”.

(47)  Ara Moody's, 5 ta' Frar 2013, “Key rating drivers for European car financiers”

(48)  Għall-ewwel dawn il-finanzjamenti ġew notifikati fil-forma ta' għotjiet (jammontaw għal EUR 24,5 miljun) u pagamenti bil-quddiem rekuperabbli (jammontaw għal EUR 61,4 miljun). Wara li tiġi kkunsidrata l-miżura kompensatorja proposta mill-awtoritajiet Franċiżi (deskritta fil-premessa (256) iktar 'il fuq), dawn jieħu l-forma finali ta' pagamenti bil-quddiem rekuperabbli li jammontaw għal EUR 85,9 miljun.

(49)   ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(50)  Ir-rapport “For Global Automakers, The Road Ahead Varies From Region To Region” tal-24 ta' April 2013, ma jipprevedix li s-suq Ewropew jerġa' jirritorna f'termini ta' volumi għal-livell tal-2011 qabel l-2018, filwaqt li l-projezzjonijiet ta' IHS jipprevedu t-tali ritorn mill-2014.

(51)  Kif inhu ppreċiżat fil-premessa (39) iktar 'il fuq, il-qafas ta' R&Ż&I mhuwiex applikabbli għall-impriżi f'diffikultà, u din l-esklużjoni tibqa' għaddejja sakemm idum il-pjan ta' ristrutturar, kif inhu ppreċiżat fil-premessa 16 tal-Linji Gwida “salvataġġ u ristrutturar” imsemmijin iktar 'il fuq: “ Meta jiġi stabbilit u implimentat pjan ta' ristrutturar jew likwidazzjoni li għalihom tkun intalbet għajnuna, kull għajnuna supplementari ser titqies li hija għajnuna għar-ristrutturar.

(52)  Paragrafu 234 tal-osservazzjonijiet

(53)  l-indikatur G5, inkluż fl-indikatur G10, diġà jkopri, kif imfakkar fil-premessa (361) iktar 'il fuq, […]* % finanzjamenti mogħtijin minn BPF.

(54)  Nota tal-awtoritajiet Franċiżi tas-7 ta' Diċembru 2012: xenarju kontrofattwali – impatti preliminari fuq il-Grupp PSA

(55)  Ta' min jinnota wkoll li din ir-rata ta' penetrazzjoni ta' [26-29]* % hija sinifikament inferjuri għal dik li kienet inizjalment proposta mill-awtoritajiet Franċiżi fl-ewwel abbozz tal-miżura kompensatorja: jiġifieri 33.4 %, kif inhu indikat fit-Tabella 7 fil-premessa (102).

(56)  Pereżempju, jekk ir-rata ta' penetrazzjoni tilħaq [30-40]* % (kontra d-[29-31]* % tal-lum), iż-żieda fil-kost tal-garanzija ser tkun ta' [70-80]* punt bażi.

(57)  Pereżempju, jekk ir-rata ta' penetrazzjoni tilħaq [20-30]* % (kontra d-[29-31]* % tal-lum), iż-żieda fil-kost tal-garanzija ma tkunx aktar minn [20-30]* punt bażi.


ANNESS I

IMPLIMENTAZZJONI U ESPERT INDIPENDENTI

1.   NOMINA TA' ESPERT INDIPENDENTI

(1)

L-awtoritajiet Franċiżi ħadu l-impenn sabiex jaraw li l-grupp PSA jqabbad espert indipendenti inkarigat mill-verifika f'dettall tal-applikazzjoni tal-impenji sottoskritti fl-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013 (“l-Espert Indipendenti”) għad-durata tal-pjan ta' ristrutturar, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2015.

(2)

L-Espert Indipendenti jrid ikun indipendenti mill-grupp PSA. Fir-rigward tal-funzjonijiet tiegħu, pereżempju dawk relatati mal-banek ta' investiment, bħala konsulent jew kontabilist espert, l-Espert Indipendenti jrid ikollu l-kompetenzi u l-għarfien neċessarji biex iwettaq dmiru u fl-ebda waqt ma għandu jkun soġġett għal kunflitt ta' interess. L-Espert Indipendenti jrid jitħallas mill-grupp PSA b'tali mod li ma jxekklu bl-ebda mod fit-twettiq effettiv u indipendenti tal-missjonijiet tiegħu.

(3)

L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jippreżentaw għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni Ewropea, xejn iktar tard minn erba' ġimgħat wara d-data ta' notifika lill-awtoritajiet Franċiżi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-każ SA.35611, tal-inqas żewġ persuni jew istituzzjonijiet għan-nomina bħala Espert Indipendenti.

(4)

Il-proposti tal-awtoritajiet Franċiżi jrid ikun fihom biżżejjed dettalji sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista' tiżgura li l-Espert Indipendenti jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-kuntest ta' dan l-impenn. B'mod partikolari, l-proposti jrid ikun fihom it-tagħrif li ġej:

(a)

abbozz miktub tal-mandat, li jispjega l-istipulazzjonijiet kollha li jippermettu lill-Espert Indipendenti jwettaq il-missjonijiet tiegħu;

(b)

proġjett ta' pjan ta' ħidma li jispjega l-mod li bih l-Espert Indipendenti ser jipproponi li jwettaq il-missjonijiet tiegħu.

(5)

Il-Kummissjoni Ewropea ser tkun tista' tapprova jew tirrifjuta l-proposti tal-Espert Indipendenti u tapprova l-abbozz tal-mandat billi tirriżerva modifiki li hija tqis li huma utli sabiex l-Espert Indipendenti jkun jista' jwettaq il-missjonijiet tiegħu. Jekk il-Kummissjoni Ewropea tapprova biss waħda mill-proposti tal-grupp PSA, dan irid jinnomina l-persuna jew l-istituzzjoni kkonċernata bħala Espert Indipendenti jew jagħmel dak li hemm bżonn sabiex it-tali persuna jew istituzzjoni tkun nominata bis-saħħa tal-abbozz tal-mandat approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Jekk ikunu approvati iktar minn waħda, il-grupp PSA ser ikun ħieles li jiddeċiedi liema mill-persuni jew l-istituzzjonijiet jixtieq jagħżel bħala Espert Indipendenti. L-Espert Indipendenti ser ikun nominat fi żmien ġimgħa mill-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni u fid-dawl tal-abbozz tal-mandat approvat mill-Kummissjoni.

(6)

Jekk jiġu rifjutati l-proposti kolha tal-awtoritajiet Franċiżi, dawn jieħdu l-impenn sabiex jiżguraw li l-grupp PSA jipproponi lill-Kummissjoni Ewropea tal-inqas żewġ persuni jew istituzzjonijiet oħrajn skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura previsti minn dan l-impenn u fi żmien ġimgħatejn mill-komunikazzjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tar-rifjut tagħha tal-ewwel proposta.

(7)

Jekk il-Kummissjoni Ewropea tirrifjuta l-proposti l-ġodda tal-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tinnomina Espert Indipendenti li l-grupp PSA jkollu jaħtar fid-dawl tal-abbozz tal-mandat approvat mill-Kummissjoni.

2.   MISSJONIJIET U OBBLIGI TAL-ESPERT INDIPENDENTI

(8)

L-Espert Indipendenti ser ikollu (i) jassisti lill-Kummissjoni Ewropea biex tivverifika li l-grupp PSA jirrispetta l-obbligi imposti fuqu fid-dawl tal-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013; u (ii) iwettaq il-missjoni tiegħu, kif definita mit-tali ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013. L-Espert Indipendenti ser ikollu jwettaq il-missjonijiet tiegħu fid-dawl tal-pjan ta' ħidma approvat mill-Kummissjoni Ewropea, u eventwalment modifikat bil-qbil tagħha. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq taba tal-Espert Indipendenti jew tal-grupp PSA, ser tkun tista' tagħti ordnijiet lill-Espert Indipendenti. Il-grupp PSA mhux ser ikun jista' jagħti ordnijiet lill-Espert Indipendenti.

(9)

Il-missjoni tal-Espert Indipendenti hija li jiggarantixxi li l-obbligi kollha ppreżentati fl-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013 huma rrispettati u implimentati bis-sħiħ, kif ukoll li jiżgura li l-grupp PSA jimplimenta l-pjan ta' ristrutturar notifikat fit-12 ta' Marzu 2013 lill-Kummissjoni Ewropea.

(10)

L-Espert Indipendenti:

(a)

għandu jipproponi lill-Kummissjoni Ewropew fl-ewwel rapport tiegħu pjan ta' ħidma dettaljat li jispjega l-mod li bih jivverifika r-rispett tal-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013;

(b)

għandu jivverifika li l-grupp PSA jimplimenta bis-sħiħ u kif suppost il-pjan ta' ristrutturar tiegħu u b'mod partikolari:

li jimplimenta l-impenji spjegati fl-ittra tat-23 ta' Lulju 2013 u l-miżuri kompensatorji fl-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013;

li jimplimenta l-miżura ta' vijabbiltà spjegati fil-punt 6 tal-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013;

(c)

għandu jiżgura r-rispett tal-impenji kollha l-oħrajn stipulati fl-ittra tat-23 ta' Lulju 2013;

(d)

għandu jaqdi kull funzjoni oħra li tiġi assenjata lilu fl-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013;

(e)

għandu jipproponi lill-grupp PSA l-miżuri li jqis utli għat-twettiq tal-impenji stipulati fl-ittra tat-23 ta' Lulju 2013;

(f)

għandu jieħu f'kunsiderazzjoni l-evoluzzjonijiet regolamentari li jistgħu jħallu effett fuq il-likwidità u s-solvenza sabiex jikkontrolla l-evoluzzjoni tal-indikaturi ewlenin pertinenti fir-rigward tal-projezzjonijiet tal-pjan ta' ristrutturar tal-grupp PSA;

(g)

għandu jipproponi abbozz tar-rapport bil-miktub lill-Kummissjoni Ewropew, l-awtoritajiet Franċiżi u l-grupp PSA fi żmien 30 jum minn kull perjodu ta' sitt xhur. Il-Kummissjoni Ewropew, l-awtoritajiet Franċiżi u l-grupp PSA ser ikunu jistgħu jipproponu emendi fi żmien 5 ijiem tax-xogħol. Fi ħdan ħamest ijiem tax-xogħol mir-riċevuta tal-kummenti, l-Espert Indipendenti għandu jħejji rapport finali, filwaqt li jqis, kemm jista' jkun u bid-diskrezzjoni tiegħu, il-kummenti riċevuti. Imbagħad, l-Espert Indipendenti għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet Franċiżi. Imbagħad ser ikun jista' jibgħat ir-rapport tiegħu lill-grupp PSA. Qatt ma għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-awtoritajiet Franċiżi jew lill-grupp PSA qabel jibagħtu lill-Kummissjoni Ewropea. Jekk ir-rapport finali tal-Espert Indipendenti jkun fih tagħrif kunfidenzjali fir-rigward tal-grupp PSA, l-Espert Indipendenti ser ikun obbligat jibgħatlu verżjoni mhux kunfidenzjali.

B'mod partikolari, ir-rapport irid ispjega l-passi meħudin mill-Espert Indipendenti biex iwettaq il-missjoni tiegħu u r-rispett, mill-grupp PSA, tal-obbligi imposti fuqu fid-dawl tal-ittra tal-impenji. Għandu jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tivverifika li l-grupp PSA huwa mmexxi skont l-obbligi tal-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013. Jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni Ewropea ser tkun tista' tippreċiża b'mod iktar dettaljat x'tixtieq tara fir-rapport.

Minbarra dawn ir-rapporti, l-Espert Indipendenti għandu jgħarraf bil-miktub lill-Kummissjoni b'mod diliġenti dwar kwalunkwe nuqqas fl-impenji deskritti fl-ittra tat-23 ta' Lulju 2013 li jista' jissuspetta, filwaqt li jibgħat verżjoni parallela mhux kunfidenzjali tal-ittra tiegħu lill-grupp PSA.

3.   OBBLIGI IMPOSTI FUQ IL-GRUPP PSA

(11)

Il-grupp PSA ser ikollu jipprovdi u jeżiġi sabiex il-konsulenti tiegħu jipprovdu, filwaqt li jkunu rrispettati r-regoli tas-sigriet professjonali, kwalunkwe kooperazzjoni, assistenza u tagħrif li l-Espert Indipendenti jista' jitlobhom b'mod raġonevoli għat-twettiq tal-missjonijiet tiegħu fid-dawl tal-mandat tiegħu. L-Espert Indipendenti għandu jkollu aċċess bla restrizzjoni għal kwalunkwe tagħrif, dokument jew arkivju, kif ukoll kwalunkwe diriġent jew ħaddiem tal-grupp PSA, li huma neċessarji għat-twettiq tal-missjonijiet tiegħu. Il-grupp PSA għandu jforni fil-bini tiegħu uffiċċju għall-Espert Indipendenti u kull ħaddiem tal-grupp PSA jrid ikun lest li jiltaqa' mal-Espert Indipendenti u jipprovdilu t-tagħrif kollu li ser ikun jeħtieġ għat-twettiq tal-missjonijiet tiegħu.

(12)

Soġġett għal qbil tal-grupp PSA (li ma jistax jirrifjuta jew jittardja mingħajr raġuni valida) u bl-ispejjeż kontrih, l-Espert Indipendenti ser ikun jista' jqabbad konsulenti li jixtieq b'mod partikolari legali jew ta' finanzjament tal-impriża jekk iqis li dan huwa neċessarju għat-twettiq tal-missjonijiet tiegħu fid-dawl tal-ittra tal-impenji tat-23 ta' Lulju 2013 u bil-kundizzjoni li l-kostijiet u l-ispejjeż l-oħrajn li jirriżultaw ikunu raġonevoli. Jekk il-grupp PSA jirrifjuta milli l-Espert Indipendenti jqabbad tali konsulenti, il-Kummissjoni ser tkun tista' tapprova n-nomina tagħhom wara li tisma' lill-grupp PSA. Huwa biss l-Espert Indipendenti li jista' jagħti ordnijiet lill-konsulenti tiegħu.

4.   SOSTITUZZJONI, TKEĊĊIJA U NOMINA TA' ESPERT INDIPENDENTI ĠDID

(13)

Jekk l-Espert Indipendenti jtemm il-funzjonijiet tiegħu kif spjegati fl-impenji deskritti fl-ittra tat-23 ta' Lulju 2013 jew għal xi raġuni oħra, bħall-feġġa ta' kunflitt ta' interess li jikkonċerna lill-Espert Indipendenti:

(a)

il-Kummissjoni ser tkun tista', wara li tisma' lill-Espert Indipendenti, timponi fuq il-grupp PSA s-sostituzzjoni tiegħu;

(b)

il-grupp PSA ser ikun jista', bil-qbil tal-Kummissjoni, jibdel lill-Espert Indipendenti;

(14)

Jekk l-Espert Indipendenti jitkeċċa skont it-taqsima 4 ta' dan l-Anness, jista' jkun impost fuqu li jkompli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu sakemm jitqabbad Espert Indipendenti ġdid u li jgħaddilu t-tagħrif pertinenti kollu li għandu għad-dispożizzjoni. L-Espert Indipendenti l-ġdid ikun nominat skont il-proċedura deskritta fit-taqsima 1 ta' dan l-Anness.

(15)

Soġġett għall-paragrafu 13 ta' dan l-Anness, l-Espert Indipendenti mhux ser ikun jista' jtemm il-funzjonijiet tiegħu ħlief wara li jkun twaqqaf mill-Kummissjoni, ladarba li jkun wettaq l-obbligi kollha imposti fuqu. Minkejja dan, fi kwalunkwe waqt il-Kummissjoni ser tkun tista' titlob li jiġi nominat Espert Indipendenti ġdid jekk wara jkun jidher li l-impenji stipulati fl-ittra tat-23 ta' Lulju ma kinux irrispettati bis-sħiħ u kif suppost.

30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2069

tal-1 ta' Ottubru 2014

dwar il-miżuri SA.14093 (C76/2002) li l-Belġju implimenta favur Brussels South Charleroi Airport u Ryanair

(notifikata bid-dokument C(2014) 6849)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (2) u wara li ġew ikkunsidrati dawn il-kummenti,

billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fuq il-bażi ta' tagħrif li deher fl-istampa Belġjana f'Lulju 2001 u wara li f'Jannar 2002 waslilha lment, il-Kummissjoni ġiet informata li l-Belġju kien ta miżuri ta' għajnuna lill-kumpanija tal-ajru Ryanair Ltd (minn hawn 'il quddiem “Ryanair”) biex din topera servizzi bl-ajru mill-ajruport ta' Charleroi. Permezz tal-ittri tal-21 ta' Novembru 2001, tat-13 ta' Ġunju 2002 u tal-4 ta' Lulju 2002 u waqt laqgħa li saret fid-9 ta' Ottubru 2002, il-Belġju għadda xi informazzjoni dwar dan is-suġġett lill-Kummissjoni.

(2)

Permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2002 (3) (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”), il-Kummissjoni informat lill-Belġju dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE (minn hawn 'il quddiem “il-proċedura ta' investigazzjoni formali”) fil-konfront ta' dawn il-miżuri. Il-Belġju bagħat il-kummenti tiegħu fl-14 ta' Frar 2003.

(3)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet min-naħa tal-partijiet interessati. Hija bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lill-Belġju permezz tal-ittri tad-19 ta' Marzu u tat-22 ta' April 2003 filwaqt li tat lill-Belġju l-possibbiltà li jikkumenta dwarhom. Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet il-kummenti tal-Belġju permezz tal-ittri tas-16 u s-27 ta' Mejju 2003.

(5)

Fuq talba tal-Kummissjoni, saru tliet laqgħat mal-awtoritajiet Belġjani fl-24 ta' Ġunju 2003, fit-23 u fil-25 ta' Lulju 2003. Wara dawn il-laqgħat intbagħtet aktar informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni fis-27 ta' Awwissu 2003.

(6)

Fid-19 ta' Diċembru 2003, il-Belġju bagħat ittra lill-Kummissjoni b'aktar informazzjoni. F'din l-ittra, l-awtoritajiet Belġjani talbu laqgħa oħra mal-Kummissjoni; din il-laqgħa saret fis-16 ta' Jannar 2004.

(7)

Fit-12 ta' Frar 2004 (5), il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali parzjalment negattiva (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni tal-2004”).

(8)

Din id-deċiżjoni ġiet annullata mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-17 ta' Diċembru 2008 (6) (minn hawn 'il quddiem “is-sentenza tal-2008”), li kienet tobbliga lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali oħra dwar il-miżuri inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li n-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżamina flimkien il-miżuri mogħtija favur Ryanair mir-Reġjun tal-Vallonja (minn hawn 'il quddiem “ir-Reġjun”) u mill-operatur tal-ajruport ta' Charleroi, il-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata Brussels South Charleroi Airport (minn hawn 'il quddiem “BSCA”), u li tivverifika jekk, ikkunsidrati flimkien, dawn iż-żewġ entitajiet aġixxewx bħal operaturi razzjonali f'ekonomija tas-suq, kien ivvizzjat bi żball ta' liġi. Is-sentenza tal-2008 wasslet biex terġa' tinfetaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali li kienet ingħalqet bid-deċiżjoni finali tal-2004.

(9)

Permezz ta' ittra tat-23 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni tat lill-Belġju u lill-partijiet li ressqu l-osservazzjonijiet tagħhom bħala parti mill-proċedura ta' investigazzjoni formali mibdija fil-11 ta' Diċembru 2002, il-possibbiltà li jressqu osservazzjonijiet ġodda bħala parti mill-proċedura formali ta' investigazzjoni li nfetħet mill-ġdid wara s-sentenza tal-2008. Wara talba li saret mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu aktar informazzjoni permezz ta' ittri tal-14 ta' Lulju u tal-21 ta' Settembru 2011.

(10)

Permezz ta' ittra tal-21 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni informat lill-Belġju dwar id-deċiżjoni tagħha li testendi l-proċedura ta' investigazzjoni formali għal miżuri ġodda (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012”).

(11)

Id-deċiżjoni tal-2012 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni.

(12)

Il-Belġju bagħat l-osservazzjonijiet tiegħu fit-22 ta' Mejju 2012. L-osservazzjonijiet tat-22 ta' Mejju ma kinux jinkludu t-tabella sommarja li tidher fl-Anness I tad-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012. Din intbagħtet fil-5 ta' Ġunju 2012.

(13)

Fid-9 ta' Awwissu 2012, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni b'mod partikolari dwar l-ispejjeż li ġarrbet Société Wallonne des Aéroports (minn hawn 'il quddiem SOWAER”) minħabba l-investimenti tagħha fl-ajruport ta' Charleroi u l-kompiti tagħha favur BSCA. Fit-3 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu l-kontijiet annwali ta' SOWAER għas-snin 2001 sal-2004 u informazzjoni addizzjonali fid-9 ta' Ottubru 2012 u fit-18 ta' Ottubru 2012.

(14)

Fis-26 ta' Ottubru 2012, wara laqgħa, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni. Il-Belġju bagħat din l-informazzjoni fid-9 ta' Novembru 2012.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet min-naħa ta' dawn il-partijiet interessati:

l-osservazzjonijiet tal-parti interessata C waslu fl-14 ta' Settembru 2012;

l-osservazzjonijiet tal-Board of Airline Representatives, kif ukoll l-osservazzjonijiet ta' Air France, tal-Association of European Airlines u ta' Brussels Airport Company waslu fis-17 ta' Settembru 2012;

l-osservazzjonijiet ta' Brussels Airlines waslu fit-18 ta' Settembru 2012;

l-osservazzjonijiet ta' BSCA waslu fl-4 ta' Ottubru 2012;

Ryanair bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha fit-3 ta' Ottubru 2012, fejn irreferiet għall-osservazzjonijiet mibgħuta fit-30 ta' Settembru 2011, fit-13 ta' April 2012 u fl-4 ta' Lulju 2012. Ryanair bagħtet osservazzjonijiet oħrajn fl-10 ta' April 2013, fl-20 ta' Diċembru 2013, fis-17 u fil-31 ta' Jannar 2014.

(16)

Il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lill-Belġju fit-2 ta' Lulju u fid-29 ta' Ottubru 2012, fit-3 ta' Mejju 2013, fit-22 ta' Jannar u fl-24 ta' Frar 2014, fejn tatu l-possibbiltà li jikkumenta dwarhom. Hija rċeviet il-kummenti tal-Belġju permezz tal-ittri tas-17 ta' Lulju 2012, tal-14 ta' Diċembru 2012 u tal-5 ta' Ġunju 2013.

(17)

Fl-14 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni lill-Belġju, b'mod partikolari bl-għan li tapplika t-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq għall-miżuri favur BSCA. Il-Belġju wieġeb permezz tal-korrispondenza mibgħuta fis-7 u fl-24 ta' Frar 2014. Madankollu dawn it-tweġibiet ma kinux kompluti, u għalhekk il-Kummissjoni bagħtet ittra ta' tfakkir lill-Belġju fl-10 ta' Marzu 2014 sabiex tindikalu t-tweġibiet nieqsa u titolbu jwieġeb għalihom. Il-Belġju bagħat xi elementi addizzjonali fl-24 ta' Marzu 2014.

(18)

Fis-7 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni lill-Belġju, b'mod partikolari dwar il-miżuri favur Ryanair. Fit-18 u fl-24 ta' Marzu 2014, il-Belġju bagħat parti mit-tweġibiet għall-mistoqsijiet magħmula.

(19)

Fis-7 ta' Frar 2014 ukoll saret laqgħa fl-ajruport ta' Charleroi bejn ir-rappreżentanti tar-reġjun tal-Vallonja, ta' SOWAER u tal-BSCA minn naħa u s-servizzi tal-Kummissjoni min-naħa l-oħra.

(20)

Fil-25 ta' Frar u fil-11 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni talbet lill-Belġju aktar informazzjoni, fosthom kjarifiki dwar l-elementi mressqa mill-Belġju fis-7 u fl-24 ta' Frar 2014 dwar il-miżuri tar-Reġjun u ta' SOWAER favur BSCA. Il-Belġju wieġeb bil-korrispondenza li bagħat fil-25 ta' Marzu u fl-4 ta' April (annessi mibgħuta fid-9 ta' April) 2014.

(21)

Fis-17 u fid-19 ta' Marzu 2014, wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida dwar l-avjazzjoni”) (8), il-Kummissjoni stiednet lill-Belġju u lill-partijiet interessati jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-avjazzjoni għal dan il-każ. Barra minn hekk, fil-15 ta' April 2014, ġie ppubblikat avviż, fejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom, inkluż dwar dan il-każ, fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru. Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mingħand Brussels Airport Company, Brussels Airlines, mill-“Board of Airlines Representatives”, mingħand Air France, mill-assoċjazzjoni “Transport et environnement” (Trasport u Ambjent). Hija bagħtet dawn il-kummenti lill-Belġju fis-26 ta' Mejju 2014. Dan esprima l-osservazzjonijiet tiegħu fis-26 ta' Ġunju 2014.

(22)

Laqgħa oħra saret bejn is-servizzi tal-Kummissjoni minn naħa u l-Belġju, BSCA u SOWAER min-naħa l-oħra fil-11 ta' April 2014. Wara din il-laqgħa, il-Belġju bagħat xi dokumenti, kif ukoll nota datata l-5 ta' Mejju 2014 dwar il-kompiti ta' servizz pubbliku fdati lil BSCA.

(23)

Fil-5 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni indirizzat talba ġdida għal aktar informazzjoni lill-Belġju, li għaliha dan wieġeb fit-13 ta' Mejju 2014.

(24)

Permezz tal-ittra tas-7 ta' Mejju 2014, il-Belġju aċċetta li fil-kuntest ta' din il-kawża, minħabba l-impenn tas-servizzi tal-Kummissjoni li jibagħtulu mill-aktar fis possibbli traduzzjoni tad-deċiżjoni fil-lingwa Olandiża, il-Kummissjoni tista', b'mod eċċezzjonali, tinnotifikalu d-deċiżjoni fil-lingwa Franċiża skont l-Artikolu 297 tat-TFUE. Il-Belġju aċċetta li l-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika u li d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ bin-notifika tagħha bil-lingwa Franċiża.

(25)

Fit-2 ta' Lulju 2014, Brussels Airlines bagħtet verżjoni aġġornata tal-kummenti li kienet ipprovdiet fil-25 ta' Settembru 2013 wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru. Dawn il-kummenti ntbagħtu lill-Belġju fl-4 ta' Lulju 2014 u dan esprima l-osservazzjonijiet tiegħu fit-18 ta' Lulju 2014.

2.   L-ELEMENTI TAL-KUNTEST DWAR IL-MIŻURI EŻAMINATI

2.1.   Il-ħolqien ta' BSCA u ta' SOWAER - L-istorja tal-impenji tar-Reġjun tal-Vallonja u ta' SOWAER relatati ma' Brussels South Charleroi Airport

2.1.1.   Ir-riforma istituzzjonali tal-1980

(26)

Wara l-liġi tar-riforma istituzzjonali tat-8 ta' Awwissu 1980, ir-reġjuni Belġjani kienu żviluppaw il-kompetenzi meħtieġa għat-tagħmir u l-operat tal-ajrudromi u l-ajruporti pubbliċi fit-territorju tagħhom minbarra l-ajruport ta' Brussels-National, li għalih l-Istat Federali Belġjan żamm il-kompetenzi inkwistjoni.

(27)

Skont il-Belġju (9), il-gvern tal-Vallonja ddeċieda għalhekk li juża l-potenzjal ekonomiku li kienu joffru dawn l-infrastrutturi ta' trasport u jwettaq bil-mod il-mod l-investimenti meħtieġa. Fit-2 ta' Mejju 1989, il-gvern tal-Vallonja approva Nota tal-Ministru tat-Trasport li kienet tipprovdi li: “l-għan ewlieni tal-Eżekuttiv tal-Vallonja huwa li jsir dak kollu possibbli sabiex l-ajruporti u l-ajrudromi tal-Vallonja jilħqu l-limitu ta' qligħ tagħhom. Biex jintlaħaq dan l-għan, jeħtieġ li jittieħdu diversi azzjonijiet f'daqqa u b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-infrastrutturi.

2.1.2.   Il-ħolqien ta' BSCA u l-Ftehim tal-1991 bejn ir-Reġjun u BSCA

(28)

Fl-1991, ir-Reġjun ħoloq lil BSCA, sabiex tmexxi l-ajruport ta' Charleroi Bruxelles Sud (minn hawn 'il quddiem “l-ajruport ta' Charleroi”).

(29)

Permezz ta' ftehim li jġib id-data tad-9 ta' Lulju 1991 (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA”), ir-Reġjun ta lil BSCA għal 50 sena:

konċessjoni ta' servizz għall-ġestjoni kummerċjali taż-żona pubblika tal-ajruport ta' Charleroi;

konċessjoni fuq l-art relatata mal-użu permanenti u esklussiv taż-żona tal-ajruport.

(30)

Il-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA - inklużi l-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim (minn hawn 'il quddiem “l-ispeċifikazzjonijiet”) - jistabbilixxi l-qsim tal-ispejjeż bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA:

a)

F'dak li jirrigwarda l-konċessjoni ta' servizz, il-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA (10) jipprovdi li BSCA “tassumi għall-ispejjeż tagħha” l-obbligi marbutin mal-ġestjoni teknika u kummerċjali taż-żona tal-ajruport. Madankollu, skont l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet, ir-Reġjun ser jassumi “l-ispiża tas-servizzi tat-tifi tan-nar (11) u ta' manutenzjoni (12)” sal-1 ta' Jannar 1997.

b)

F'dak li jirrigwarda l-konċessjoni fuq l-art, il-Ftehim jipprovdi li r-Reġjun huwa responsabbli għat-tħejjija, kif ukoll għax-xogħlijiet kollha ta' ppjanar, ta' installazzjoni u ta' tagħmir taż-żona konċessa (13), filwaqt li BSCA tibqa' responsabbli mit-tindif u l-manutenzjoni taż-żona konċessa (…) (14). L-ispeċifikazzjonijiet (15) jipprovdu wkoll programm annwali jew pluriennali ta' tagħmir, propost minn BSCA u deċiż bi ftehim mar-Reġjun, li l-finanzjament tiegħu jaqa' taħt l-awtorità li tagħti l-konċessjoni.

(31)

Rigward l-imposti, il-Ftehim (16) jipprovdi li:

BSCA hija awtorizzata li tiġbor l-imposti relatati mat-traffiku tal-ajruport, kif ukoll dawk li jikkorrispondu għal kwalunkwe servizz li tkun meħtieġa tipprovdi;

bħala korrispettiv għall-konċessjoni, BSCA tħallas lir-Reġjun imposta annwali li tammonta għal 35 % tal-imposti tal-avjazzjoni li tkun daħħlet BSCA is-sena ta' qabel. Dan il-ħlas jiġi allokat ġo fond għas-saldu finanzjarju tal-problemi ambjentali kkawżati mill-operat tal-ajruport.

2.1.3.   Miżuri relatati mal-ħlas tas-sussidju “tifi ta' nar-manutenzjoni” mir-Reġjun lil BSCA mill-1997 sal-2002

(32)

Madankollu, b'applikazzjoni tal-Ftehim Supplimentari Nru 2 tal-ispeċifikazzjonijiet, “l-ispiża tas-servizzi tat-tifi tan-nar u ta' manutenzjoni” li kellu jieħu fuqu r-Reġjun ġiet estiża sal-1 ta' Jannar 2000.

(33)

Ir-Reġjun ħa fuqu wkoll l-ispiża tas-servizzi tat-tifi tan-nar u ta' manutenzjoni għas-snin 2000 (17) u 2001 (18).

(34)

F'dak li jirrigwarda s-sena 2002, il-Belġju jargumenta li għalkemm minn dejjem kien previst mir-Reġjun li jkompli jagħti kumpens għal dawn l-ispejjeż, il-ħolqien ta' SOWAER u l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku ġdid ikkawżaw dewmien fil-formalizzazzjoni tal-estensjoni ta' dan il-kumpens. Skont il-Belġju, iż-żamma ta' din ir-responsabbiltà kienet ikkonfermata permezz ta' ittra tal-5 ta' Lulju 2001 indirizzata minn BSCA lill-amministrazzjoni tat-trasport u t-tagħmir tal-Vallonja li kienet tinkludi dettalji ġenerali tal-baġit 2002 ta' BSCA relatati mal-ispejjeż għal dawn is-servizzi, wara konverżazzjoni telefonika li matulha ġie kkonfermat li r-Reġjun kien ser jerfa' r-responsabbiltà għal dawn is-servizzi għall-2002.

2.1.4.   Il-bażi tal-pjan ta' investiment għall-ajruport ta' Charleroi fl-1999-2000

(35)

Fi tmiem is-snin disgħin, saru għadd ta' studji dwar il-possibbiltajiet ta' żvilupp tal-ajruport ta' Charleroi minn xi konsulenti esterni. Għalhekk, ir-Reġjun ordna studju strateġiku ta' żvilupp tal-ajruport ta' Charleroi mingħand Tractebel, li ngħalaq f'April 2000 (19). Fl-istess waqt, sar studju ta' Roland Berger International Management Consultant ta' Lulju 2000 fuq l-iżvilupp ta' strateġija għall-ajruport għall-Vallonja (20). Fl-aħħar nett, fil-kuntest tan-negozjati mar-Reġjun sa mill-bidu tal-2001 fid-dawl ta' dħul eventwali fil-kapital ta' BSCA, Grands Travaux de Marseille ordnat studju dwar l-iżvilupp potenzjali tal-ajruport (21).

(36)

Skont il-Belġju, anki qabel dawn l-istudji u minħabba limitazzjonijiet tekniċi marbutin mal-infrastruttura eżistenti (22), kien ċert li kellu jinbena terminal ġdid fiż-żona tat-tramuntana tas-sit. Ċerti artijiet kienu diġà ġew esproprjati mill-Intercommunale Igretec inkarigata mill-ħolqien taċ-ċentru għall-avjazzjoni. Ir-Reġjun ukoll għamel xi esproprjazzjonijiet fis-snin disgħin u l-Intercommunale ittrastferietlu lura, fl-1999, artijiet li kien esproprja. Fuq dawn l-artijiet kien inbena t-terminal il-ġdid tal-passiġġieri, li huwa operattiv bħalissa.

(37)

Waqt sessjoni tal-20 ta' Lulju 2000, ir-Reġjun tal-Vallonja approva l-linji gwida ta' ftehim qafas dwar programm ta' investiment pluriennali fl-ajruport ta' Charleroi, li jsemmu b'mod partikolari “il-kunċett ta' terminal ġdid għall-passiġġieri”, għal baġit globali ta' EUR 113,74 miljun.

Tabella1

Investimenti ta' infrastruttura previsti mill-ftehim qafas tal-20 ta' Lulju 2000

(miljuni)

 

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

Ammont totali BEF

Ammont totali EUR

Art

145

 

 

 

 

38

 

 

183

4,54

Infrastruttura

340

613

601

1 044

412

100

923

372

4 405

109,20

(38)

Fit-8 ta' Novembru 2000, ir-Reġjun adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni tad-deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Lulju 2000, li temenda s-suppożizzjonijiet tal-programm ta' investiment pluriennali u li ġabet l-ispiża globali ta' investiment għal EUR 121 miljun. Madankollu, skont in-nota mehmuża ma' din id-deċiżjoni, “l-investimenti relatati mat-terminal il-ġdid u mal-infrastrutturi li jakkumpanjawh ser jitwettqu biss skont kif jiżviluppaw il-ħtiġijiet speċifiċi. Ir-responsabbiltà ta' dawn l-investimenti kellha tkun eżaminata skont l-iżvilupp tal-attivitajiet”. In-nota tispeċifika l-valutazzjoni f'dan l-istadju tal-ispejjeż iġġenerati minn terminal ġdid: “għalkemm il-ħtiġijiet reali tal-ajruport jeħtiġuh (…), it-twettiq tat-terminal il-ġdid u tal-infrastrutturi ta' akkumpanjament marbutin miegħu jista' jiġġenera investiment ta' madwar BEF 1 514 M”, jiġifieri madwar EUR 37,5 miljun, mingħajr madankollu ma tipprovdi l-iskeda taż-żmien tal-implimentazzjoni ta' dan it-total (ara t-tabella 9). Sa dakinhar, it-termini ta' finanzjament tal-programm ta' investiment tal-ajruport ta' Charleroi ma kinux għadhom iddeterminati (23).

Tabella 2

Investimenti ta' infrastruttura previsti min-nota mehmuża mad-deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000

(miljuni)

 

2000

2001

2002

2003

2004

Post 2004

Ammont totali BEF

Ammont totali EUR

Ammont totali A

93

160

15

 

38

 

306

7,59

Ammont totali B

12

729

709

548

319

743

3 060

75,86

Terminal

0

0

1 514

1 514

37,53

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammont totali

105

889

2 238

548

357

743

4 880

120,97

A: Finanzjament dirett mir-Reġjun; B: Sussidji ta' investiment.

2.1.5.   Il-ħolqien ta' SOWAER fl-1 ta' Lulju 2001

(39)

Fl-1 ta' Lulju 2001, ir-Reġjun ifforma kumpanija taħt il-kontroll esklussiv tiegħu, Société Wallonne des Aéroports (minn hawn 'il quddiem “SOWAER”), biex tiżviluppa l-infrastrutturi tal-ajruporti tar-Reġjun, tqiegħed dawn l-infrastrutturi għad-dispożizzjoni tal-kumpaniji ta' ġestjoni tal-ajruporti kkonċernati u żżommhom f'kundizzjoni operattiva billi tkun responsabbli għall-manutenzjonijiet u t-tiswijiet il-kbar.

(40)

Qabel, f'deċiżjoni tat-23 ta' Mejju 2001 li kienet tirrigwarda l-“istabbiliment ta' mekkaniżmu finanzjarju u [il-]ħolqien ta' kumpanija speċjalizzata”, ir-Reġjun kien approva l-istatuti u l-pjan finanzjarju ta' SOWAER għas-snin 2001 sa 2004 (24), u b'mod partikolari ammont ta' investiment totali fl-ajruport ta' Charleroi ta' BEF 3 753 M, jiġifieri madwar EUR 93 miljun, b'EUR 28 miljun minnhom għat-terminal il-ġdid (ara t-tabella 3).

Tabella 3

Investimenti ta' infrastruttura previsti mill-pjan finanzjarju ta' SOWAER, approvat mir-Reġjun fit-23 ta' Mejju 2001

(miljuni)

 

2001

2002

2003

2004

Ammont totali BEF

Ammont totali EUR

Art

253

15

0

38

306

7,59

Infrastruttura

741

709

548

319

2 317

57,44

Terminal

10

500

500

120

1 130

28,01

Ammont totali

1 004

1 224

1 048

477

3 753

93,03

(41)

F'Marzu 2002 ġie ppreżentat pjan finanzjarju aktar dettaljat lill-Bord tad-Diretturi ta' SOWAER li juri l-aħħar bidliet fil-programmi ta' investimenti ta' Liège u ta' Charleroi (25). Dan il-pjan imbagħad ġie aġġornat f'intervalli regolari (madwar darba fis-sena).

(42)

Anki fit-termini tal-pjan finanzjarju ta' SOWAER approvat fit-23 ta' Mejju 2001, il-kontribuzzjoni għall-fondi tal-ambjent ġiet limitata għal BEF 75 miljun (EUR 1,86 miljun) għas-sena 2002. Dan il-pjan finanzjarju kien jitfa' wkoll fid-dħul ta' SOWAER il-bilanċ tal-fondi tal-ambjent, skont il-kompiti delegati tagħha.

2.1.6.   Il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-15 ta' April 2002 u l-Ftehim Supplimentari Nru 3 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tad-29 ta' Marzu 2002

(43)

Fil-15 ta' April 2002, SOWAER, li fid-29 ta' Marzu 2002 kienet reġgħet ħadet il-konċessjoni tal-art mogħtija lil BSCA fl-1991, ikkonkludiet ftehim ta' subkonċessjoni tal-art ma' BSCA (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002”) li taħtu:

a)

BSCA tista' tuża ż-żona tal-ajruport sal-2040 b'mod esklussiv għall-finijiet tal-operat tagħha. F'din iż-żona tal-ajruport, SOWAER tintrabat li tagħmel programm ta' investimenti (minn hawn 'il quddiem “il-programm ta' investimenti”), dettaljat fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA u identiku għall-programm imsemmi fil-premessa 40 hawn fuq. SOWAER tintrabat ukoll li tagħmel it-tiswijiet il-kbar u l-manutenzjoni l-kbira relatati mal-artijiet, il-bini u l-infrastrutturi.

b)

Bħala korrispettiv talli tpoġġiet għad-dispoiżizzjoni tagħha ż-żona tal-ajruport, talli twettaq programm ta' investiment u talli saret manutenzjoni fuq skala kbira, BSCA għandha tħallas imposta ta' konċessjoni magħmula:

minn sehem varjabbli annwali ugwali għal 35 % tal-imposti tal-avjazzjoni b'limitu massimu maħsub li jevolvi maż-żmien (minn hawn 'il quddiem “imposta varjabbli limitata”);

minn imposta annwali fissa wkoll maħsuba li tevolvi maż-żmien (minn hawn 'il quddiem l-“imposta fissa”).

(44)

Kważi fl-istess waqt, fid-29 ta' Marzu 2002, ir-Reġjun u BSCA iffirmaw ftehim supplimentari li jemenda l-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA. Skont dan il-ftehim supplimentari –il-Ftehim Supplimentari Nru 3 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA (26), ir-Reġjun kien qed jintrabat li jħallas lil BSCA:

sussidju biex tkun tista' tħallas l-ispejjeż imġarrba għad-disponibbiltà tal-artijiet, il-bini u l-infrastrutturi tal-ajruport minn SOWAER. Dan is-sussidju kien jikkorrispondi għall-imposta fissa msemmija fil-premessa 43, b'tali mod li BSCA kellha biss tħallas l-imposta varjabbli limitata;

sussidju li jħallas lura n-nefqa (spejjeż u investimenti) ta' BSCA għas-servizzi ta' “manutenzjoni u tifi tan-nar”. Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 jemenda wkoll l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet billi jipprovdi b'mod partikolari fir-rapport tal-introjtu relatat mal-ispiża tas-servizzi ta' tifi ta' nar u manutenzjoni l-inklużjoni tal-ispejjeż tal-investimenti u/jew spejjeż ta' amortizzazzjoni tal-investimenti.

2.1.7.   Reviżjoni tal-programm ta' investimenti tat-3 ta' April 2003

(45)

Fit-3 ta' April 2003, il-gvern tal-Vallonja adotta reviżjoni tal-programm ta' investimenti. Din ir-reviżjoni kienet tipprovdi b'mod partikolari għall-emendar tal-kapaċità tat-terminal il-ġdid meta mqabbla mal-livell deċiż fil-verżjoni inizjali tal-programm ta' investimenti. Fil-fatt, minflok kapaċità ta' żewġ miljun passiġġier, issa kien previst li jinbena terminal b'kapaċità ta' tliet miljun passiġġier, kif ukoll parkeġġ għall-karozzi akbar minn dak previst fil-bidu. Din ir-reviżjoni kienet tirrappreżenta ammont ta' investiment addizzjonali ta' EUR 33 miljun.

2.1.8.   Il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-4 ta' April 2006 u l-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006

(46)

Il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kien sostitwit fl-4 ta' April 2006 minn ftehim ġdid (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2006”). Dan tal-aħħar jinkludi d-dispożizzjonijiet essenzjali tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 filwaqt li jispeċifika l-kontenut ta' ċerti servizzi li kellha tagħti SOWAER lil BSCA minbarra s-servizzi ddefiniti fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002. Barra minn hekk, huwa jemenda r-regoli tal-kalkolu tal-ammont ta' imposti ta' konċessjoni li BSCA trid tagħti lil SOWAER.

(47)

Il-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA ġie emendat b'mod parallel permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 fl-10 ta' Marzu 2006. L-Artikolu 3.2.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA issa jipprovdi li:

ir-Reġjun irid jagħti kumpens għall-ispejjeż imġarrba minn BSCA għas-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u mas-sigurtà tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport;

dan il-kumpens huwa limitat. Il-limitu massimu, stabbilit għal EUR 5 774 000 għall-2006, jiġi indiċjat kull sena.

(48)

Il-ftehim supplimentari jispjega wkoll li l-ammont tal-kumpens finanzjarju jrid ikun rivedut qabel Lulju tal-2009.

2.1.9.   Il-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008

(49)

Il-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA ġie emendat mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2008 (il-Ftehim Supplimentari Nru 6). Skont din l-emenda:

ir-Reġjun jafda f'idejn BSCA, minbarra l-prestazzjoni tas-servizzi marbutin mal-protezzjoni kontra n-nirien u s-sigurtà tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, il-prestazzjoni tas-servizzi relatati mal-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet ipproġettati (27), mal-iggwidar tal-ajruplani (28) u mas-sikurezza (29) (dawn il-missjonijiet qabel kienu jsiru direttament mir-Reġjun (30));

is-sussidju tar-Reġjun issa jkopri mhux biss l-ispejjeż ta' BSCA li jirrigwardaw it-tifi tan-nar u s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport (biż-żamma tal-limitu massimu), iżda wkoll dawk relatati mas-sigurtà, mal-monitoraġġ u mar-reġistrazzjoni tat-titjiriet, mal-ippjanar tat-titjiriet ipproġettati u mal-iggwidar tal-ajruplani.

2.2.   L-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi

(50)

Wara li kien prattikament nieqes mill-utenti regolari sa dakinhar, l-ajruport ta' Charleroi beda jilqa' lill-kumpanija Ryanair mill-1 ta' Mejju 1997, għall-ewwel biex topera linja bejn Dublin u Charleroi. F'April 2001, Ryanair fetħet l-ewwel bażi kontinentali tagħha f'Charleroi billi, għall-ewwel, stabbilixxiet hemmhekk żewġ ajruplani u fetħet destinazzjonijiet ġodda (Shannon, Glasgow, Piża, Venezja u Carcassonne).

(51)

Mis-sena 2000 sal-2013, it-traffiku ta' Charleroi żdied minn madwar 200 000 għal kważi seba' miljun passiġġier.

Tabella 4

Statistika annwali tat-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi

Sena

Passiġġieri

Sena

Passiġġieri

2000

255 317

2007

2 458 980

2001

773 431

2008

2 957 026

2002

1 271 596

2009

3 937 187

2003

1 804 287

2010

5 195 372

2004

2 034 140

2011

5 901 007

2005

1 873 651

2012

6 156 427

2006

2 166 915

2013

6 786 979

(52)

Ryanair dejjem irrappreżentat aktar minn [70-80] (*1) % tat-traffiku tal-ajruport ta' Charleroi.

2.3.   L-istatut u l-ishma ta' BSCA

(53)

L-istruttura tal-ishma ta' BSCA inbidlet diversi drabi mill-2001. Fi tmiem is-sena 2000, Sambrinvest kellha fil-fatt aktar minn 80 % ta' BSCA (31), Cockerill Sambre, Igretec (32) u xi ftit azzjonisti oħrajn, kellhom anqas.

(54)

L-ewwel reviżjoni saret fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-gvern tal-Vallonja tat-8 ta' Frar 2001. Permezz ta' din id-deċiżjoni, il-gvern inkariga lil Sogepa (33), kumpanija kkontrollata mir-Reġjun, biex tixtri 2 680 sehem ta' BSCA (jiġifieri 43,79 % tal-kapital) miżmuma minn Sambrinvest, l-azzjonijiet proprji miżmuma minn BSCA, kif ukoll l-ishma li jixtiequ jbigħu l-“azzjonisti privati”. Barra minn hekk, fl-istess ftehim il-gvern inkariga lill-ministru responsabbli mill-ġestjoni tal-ajruport biex “iħejji ftehim tal-azzjonisti li jgħaqqad lil SOWAER, Sambrinvest u eventwalment Igretec, li jorganizza bejniethom il-koordinazzjoni tas-setgħat fi ħdan BSCA kemm fil-laqgħa ġenerali kif ukoll fil-Bord tad-Diretturi ta' tmexxija.

(55)

Ir-Reġjun iddeċieda wkoll li b'mod parallel iżid il-kapital ta' BSCA: il-prinċipju ta' din ir-rikapitalizzazzjoni deher f'Mejju 2001 f'deċiżjoni tal-gvern tal-Vallonja (34). Din iż-żieda fil-kapital, li kienet tammonta għal total ta' EUR 3 941 300, saret fit-3 ta' Diċembru 2002; SOWAER ħallset EUR 3 808 660 fi flus, għal 49,23 % tal-ishma tal-kapital ta' BSCA.

Tabella 5

L-evoluzzjoni tal-kompożizzjoni tal-istruttrura tal-azzjonijiet ta' BSCA  (35)

(f'%)

Sena

BSCA

SOWAER

Sogepa

Sambrinvest

Igretec

Belgian airport

Oħrajn

2000

6,21

0,00

82,84

2,29

0,00

8,66

2001

0,00

55,07

39,05

2,29

0,00

3,59

2002

0,00

49,23

27,01

19,16

2,32

0,00

2,28

2003

0,00

48,89

27,65

19,16

2,32

0,00

1,99

2004

0,00

48,89

27,65

19,16

2,32

0,00

1,99

2005

0,00

48,89

27,65

19,16

2,32

0,00

1,99

2006

0,00

48,89

27,65

19,16

2,32

0,00

1,99

2007

0,00

48,89

27,65

19,16

2,32

0,00

1,99

2008

0,00

48,89

27,65

19,16

2,32

0,00

1,99

2009

0,00

22,56

27,65

19,16

2,32

27,65

0,67

2010

0,00

22,56

27,65

19,16

2,32

27,65

0,67

2011

0,00

22,56

27,65

19,16

2,32

27,65

0,67

2012

0,00

22,56

27,65

19,16

2,32

27,65

0,67

2013

0,00

22,56

27,65

19,16

2,32

27,65

0,67

Iċ-ċifri huma validi fil-31 ta' Diċembru tas-sena indikata.

(56)

Mill-2002 sal-2008, SOWAER amministrat sehem ta' madwar 49 % tal-kapital ta' BSCA. Skont l-awtoritajiet Belġjani, din l-amministrazzjoni saret f'isem il-gvern tal-Vallonja.

(57)

Fl-2009, BSCA fetaħ il-kapital tiegħu għal sieħeb privat. Il-konsorzju Belgian Airports (minn hawn 'il quddiem “Belgian Airports”), magħmul mill-grupp Taljan SAVE u mill-kumpanija Belġjana Holding Communal S.A (36)., b'hekk kiseb 27,65 % tal-ishma tal-operatur tal-ajruport. Belgian Airports għandu dritt tal-veto fuq ċertu numru ta' deċiżjonijiet importanti, inklużi l-ftehimiet kummerċjali ma' Ryanair.

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

(58)

Din id-deċiżjoni tirrigwarda żewġ tipi ta' miżuri:

il-miżuri tar-Reġjun u ta' SOWAER favur BSCA (Taqsima 3.1);

il-miżuri tar-Reġjun, ta' SOWAER u ta' BSCA favur Ryanair (Taqsima 3.2).

3.1.   Il-miżuri tar-Reġjun u ta' SOWAER favur BSCA

(59)

Il-miżuri favur BSCA inklużi f'din il-proċedura huma dawn li ġejjin:

Skont il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA u d-deċiżjonijiet ta' investimenti, id-disponibbiltà għal BSCA tal-artijiet u tal-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi u l-ħolqien ta' programm ta' investimenti maħsuba għall-immodernizzar u t-tkabbir tagħhom, kif ukoll il-prestazzjoni ta' ċerti servizzi minn SOWAER inklużi t-tiswijiet kbar tal-infrastruttura, bħala korrispettiv ta' imposta mħallsa minn BSCA (Taqsima 3.1.1);

Skont il-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, l-għoti ta' sussidju mir-Reġjun għal ċerti servizzi marbutin mal-attività tal-ajruport (ara t-Taqsima 3.1.2);

Is-sottoskrizzjoni fit-3 ta' Diċembru 2002 minn SOWAER għal żieda fil-kapital azzjonarju ta' BSCA (Taqsima 3.1.3).

3.1.1.   Id-disponibbiltà tal-artijiet u tal-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi, inklużi l-infrastrutturi magħmula permezz tal-programm ta' investimenti, kif ukoll il-prestazzjoni ta' ċerti servizzi b'mod partikolari t-tiswijiet kbar bħala korrispettiv għall-għoti ta' konċessjoni

3.1.1.1.    Id-disponibbiltà tal-artijiet u tal-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi, inklużi l-infrastrutturi magħmula permezz tal-programm ta' investimenti, kif ukoll it-twettiq ta' ċerti servizzi b'mod partikolari t-tiswijiet kbar

(60)

Skont il-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA, SOWAER:

għandha tagħti lil BSCA sal-2040 subkonċessjoni tal-art li tirrigwarda l-użu permanenti u esklussiv taż-żona tal-ajruport għall-finijiet tal-operat tagħha,

għandha tqiegħed investimenti ġodda għad-disponibbiltà ta' BSCA. Il-programm ta' investimenti, li jinkludi b'mod partikolari l-bini ta' terminal ġdid, l-estensjoni tar-runway, il-bini ta' taxiway u ta' parkeġġ għall-ajruplani żejda u tagħmir biex jgħin fin-navigazzjoni, jammonta għal EUR 93 miljun (37),

Tabella6

Programm ta' investimenti mehmuż mal-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA

(miljuni)

 

2001

2002

2003

2004

Ammont totali BEF

Ammont totali EUR

Art

253

15

0

38

306

7,59

Infrastrutturi

741

709

548

319

2 317

57,44

Terminal

10

500

500

120

1 130

28,01

Ammont totali

1 004

1 224

1 048

477

3 753

93,03

għandha tagħmel it-tiswijiet il-kbar u l-manutenzjoni l-kbira relatati mal-art, il-bini u l-infrastrutturi tal-ajruport li jinsabu fiż-żona konċessa.

(61)

Il-programm ta' investimenti kien rivedut kull sena. Dawn ir-reviżjonijiet kienu jinkludu kemm aġġornamenti relatati ma' kostijiet addizzjonali li ma kinux ġew antiċipati f'April 2002 u deċiżjonijiet dwar investimenti ġodda. B'mod partikolari, fit-3 ta' April 2003, il-gvern tal-Vallonja adotta reviżjoni tal-programm ta' investimenti approvata mill-Bord tad-Diretturi ta' SOWAER. Din ir-reviżjoni (38) kienet tipprovdi b'mod partikolari terminal ġdid b'kapaċità akbar minn dik prevista fil-bidu (tliet miljun passiġġier minflok żewġ miljuni) u parkeġġ tal-karozzi akbar minn dak previst fil-bidu. Din kienet tfisser ammont ta' investiment addizzjonali ta' EUR 33 miljun.

(62)

Il-programm ta' investimenti kien rivedut kull sena sal-2009 (39). L-ispiża totali tal-programm ta' investimenti ta' SOWAER f'Charleroi għall-2002-2010, kif ipprovdut fl-aħħar aġġornament tiegħu mill-Bord tad-Diretturi ta' SOWAER fl-2009, kienet tammonta għal EUR 219 103 435 (40). Għalkemm dan il-programm ta' investimenti kien intitolat “programm ta' investimenti għall-2002-2010”, in-nefqa kienet prevista sal-2017.

Tabella7

Spejjeż totali tal-programm ta' investiment ta' SOWAER f'Charleroi, kif ipprovdut mill-Bord tad-Diretturi ta' SOWAER fl-2009

(EUR)

Tip ta' investimenti

 

 

 

Investimenti klassiċi

[180 000 000 - 210 000 000 ]

Artijiet

[4 000 000 – 5 000 000 ]

Parkeġġ tal-ajruplani

[36 000 000 -40 000 000 ]

Terminal ġdid

[80 000 000 – 100 000 000 ]

Torri ta' kontroll

[10 000 000 – 13 000 000 ]

Impenji qodma

[1 000 000 – 2 000 000 ]

Inv. li jiġġeneraw dħul

[3 000 000 – 4 000 000 ]

Sikurezza - Sigurtà - Ambjent

[8 000 000 – 11 000 000 ]

Manutenzjoni straordinarja

[4 000 000 – 6 000 000 ]

 

 

Ammont totali

219 103 435

Sors: L-Anness 7 tal-ittra tal-awtoritajiet Belġjani tal-21 ta' Settembru 2014.

(63)

Minbarra t-tiswijiet u l-manutenzjoni l-kbar, skont il-Ftehim tal-2006 bejn SOWAER u BSCA, SOWAER intrabtet li tipprovdi servizzi addizzjonali f'isem BSCA, jiġifieri b'mod partikolari s-servizzi ta' konsulenza ta' kull tip (ġuridika, ambjentali, finanzjarja, amministrattiva, eċċ.), l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet dwar l-istorbju marbutin mal-ajruport u d-definizzjoni u l-aġġornament ta' Sistema ta' Informazzjoni Ġeografika (GIS).

3.1.1.2.    Imposta ta' konċessjoni dovuta minn BSCA lil SOWAER

(64)

Bħala korrispettiv għall-elementi deskritti fit-Taqsima 3.1.1.1, BSCA għandha tħallas lil SOWAER imposta ta' konċessjoni.

(i)   Dispożizzjonijiet tal-kuntratt

a.   Il-perjodu bejn il-15 ta' April 2002 u l-31 ta' Diċembru 2005

(65)

Skont il-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA, BSCA tħallas lir-Reġjun imposta ta' konċessjoni li tikkonsisti:

f'ammont annwali varjabbli (minn hawn 'il quddiem l-“imposta varjabbli limitata”), ugwali għal 35 % tal-ħlasijiet tal-avjazzjoni miġbura matul is-sena kurrenti, b'limitu massimu stabbilit għal EUR 883 689 fl-2002 u li jiżdied bi 2 % fis-sena mill-2003 sal-2006; dan il-limitu ttella' għal EUR 2 650 000 fl-2007, miżjud bi 2 % fis-sena, u rivedut mill-2015 (41). Dan il-ħlas jiġi allokat ġo fond għas-saldu finanzjarju tal-problemi ambjentali kkawżati mill-operat tal-ajruport.

f'ammont annwali fiss (minn hawn 'il quddiem l-“imposta fissa”), stabbilit għal EUR 9 371 000 għall-2002 u mbagħad indiċjat. Dan l-ammont ittella' għal EUR 13 525 000 mill-2010 u ġie indiċjat (42).

(66)

Madankollu, skont il-Ftehim ta' Konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA kif emendat fid-29 ta' Marzu 2002, BSCA tgawdi minn sussidju tar-Reġjun maħsub biex tkun tista' “tassumi kompiti ta' servizz pubbliku fil-kuntest tal-operat tal-ajruport ta' Charleroi, jiġifieri l-ispejjeż marbutin mal-użu tal-art, tal-bini u tal-infrastrutturi tal-ajruport magħmula disponibbli minn SOWAER”. Dan is-sussidju huwa ugwali għall-imposta fissa limitata, b'mod li l-imposta varjabbli limitata hija fil-fatt responsabbiltà ta' BSCA. Barra minn hekk, skont il-Ftehim tal-15 ta' April 2002 bejn SOWAER u BSCA, BSCA hija eżenti mill-ħlas tal-imposta fissa f'każ li ma tiġborx is-sussidju mingħand ir-Reġjun (43).

b.   Il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006

(67)

Il-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA ġie rivedut mill-Ftehim tal-2006 bejn SOWAER u BSCA, applikabbli mill-1 ta' Jannar 2006. Skont dan il-Ftehim (44), BSCA għandha tħallas lil SOWAER:

ammont annwali varjabbli, stabbilit għal EUR 1,5 għal kull passiġġier u EUR 8 għal kull tunnellata ta' merkanzija, indiċjati fuq il-bażi tal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsum tal-Belġju (45). Dan l-ammont varjabbli ġie limitat b'mod kuntrattwali għal EUR 956 533  (46) għall-2006, imbagħad għal EUR 2 651 067 mill-2007, b'dan l-ammont ikun miżjud mill-2008 b'2 % komposti fis-sena.

ammont annwali fiss ta' EUR 10 094 000, miżjud bi 2 % fis-sena.

(68)

B'mod parallel, il-Ftehim ta' Konċessjoni tas-Servizzi tal-10 ta' Marzu 2006 bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda t-termini tas-sussidju tar-Reġjun maħsub biex ikopri l-parti fissa tal-ħlasijiet ta' BSCA lil SOWAER (47) u jinkludi l-klawżola ta' eżenzjoni msemmija fil-premessa 66 iktar 'il fuq (48).

(69)

Fl-aħħar nett, permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 1 tas-27 ta' Mejju 2009 għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2006, BSCA u SOWAER ftiehmu li ammont annwali addizzjonali ta' € […] għal kull metru kwadru addizzjonali (49) għandu jitħallas minn BSCA lil SOWAER mill-2009 fid-data fid-dawl tal-akkwist ta' artijiet ġodda minn SOWAER u l-estensjoni korrelativa tal-ambitu tal-Ftehim dwar is-Servizzi. Dawn is-somom addizzjonali kienu jammontaw għal EUR 1 206 fl-2010, EUR 1 230 fl-2011, EUR 1 255 fl-2012 u EUR 1 280 fl-2013 (50).

(ii)   L-ammonti tal-imposti mħallsa minn BSCA lil SOWAER

(70)

Fid-dawl ta' dawn l-elementi, l-ammonti tal-imposti effettivament imħallsa minn BSCA lil SOWAER huma miġbura fil-qosor fit-tabella 8, b'kunsiderazzjoni meħuda tal-kumpensi mħallsa mir-Reġjun lil BSCA għat-trasferiment lil SOWAER.

Tabella 8

Imposti mħallsa minn BSCA lil SOWAER  (51)

(EUR)

Sena

Parti fissa

Parti varjabbli

Imposti totali

Imposti netti

2002

9 371 000

883 689

10 254 689

883 689

2003

9 558 420

901 363

10 459 783

901 363

2004

9 749 588

919 390

10 668 978

919 390

2005

9 944 580

937 778

10 882 358

937 778

2006

10 094 000

956 532

11 050 532

956 532

2007

10 262 000

2 651 067

12 913 067

2 651 067

2008

10 478 000

2 704 088

13 182 088

2 704 088

2009

10 150 000

2 758 170

12 908 761

2 758 761

2010

10 150 000

2 813 333

12 964 539

2 814 539

2011

10 353 000

2 869 600

13 223 830

2 870 830

2012

10 353 000

2 926 992

13 281 247

2 928 247

2013

10 353 000

2 985 532

13 339 812

2 986 812

Minbarra l-parti fissa u dik varjabbli, l-imposti totali jintegraw l-ammont addizzjonali marbut mal-estensjoni tal-ambitu tal-Ftehim dwar is-Servizzi mill-2009 imsemmi fil-premessa (69). L-imposti netti jieħdu f'kunsiderazzjoni s-sussidju tar-Reġjun lil BSCA.

3.1.2.   Is-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività fl-ajruport

3.1.2.1.    Dispożizzjonijiet tal-kuntratt

(a)   Il-perjodu bejn id-29 ta' Marzu 2002 u l-31 ta' Diċembru 2005

(71)

Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim ta' Konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u jipprovdi li r-Reġjun tal-Vallonja jħallas lura n-nefqa inerenti għas-servizzi ta' kontra t-tifi tan-nar u l-manutenzjoni:

is-servizz tat-tifi tan-nar huwa ddefinit b'referenza għall-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (52);

is-servizz ta' manutenzjoni huwa definit bħala “ is-servizz tekniku ta' manutenzjoni tal-artijiet, tar-runways, tal-madwar, tal-vetturi, eċċ. ”  (53), kif ukoll “ il-manutenzjoni tal-artijiet, il-bini u t-tagħmir tal-bini u l-materjal l-ieħor li jagħmel parti mill-konċessjoni jew huwa magħmul disponibbli għaliha b'mod li jkunu dejjem tajbin għall-użu li huma maħsubin għalih ”  (54).

(72)

Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 jemenda wkoll l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet u jipprovdi li l-konċessjonarju għandu jippreżenta lill-awtorità ta' konċessjoni l-baġit relatat mal-intestaturi tat-tifi tan-nar u tal-manutenzjoni u li jżomm rapport tal-introjtu separat li jkun jista' jiġi analizzat u kkontrollat fi kwalunkwe mument mill-awtorità ta' konċessjoni.

“Addebitati lil dan ir-rapport tal-introjtu hemm b'mod partikolari:

l-ispiża sħiħa tal-persunal inkarigat mill-protezzjoni kontra n-nirien u mill-manutenzjoni tas-sit tal-ajruport u tal-maniġment ta' dan il-persunal, inklużi l-ispejjeż ta' min iħaddem u d-dispożizzjonijiet relatati magħhom (attivitajiet ġodda)

l-ispejjeż tas-servizzi u tal-oġġetti mixxellanji (inklużi s-sottokuntratti eventwali),

l-ispejjeż tal-investimenti u/jew spejjeż ta' deprezzament tal-investimenti (55),

in-nefqiet eventwali tas-sottokuntratti għall-manutenzjoni u għall-protezzjoni kontra n-nirien”.

(b)   Il-perjodu bejn l-10 ta' Marzu 2006 u l-31 ta' Diċembru 2007

(73)

Il-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006 għall-Ftehim ta' konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda l-Artikolu 3.2.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA kif ġej: “Dawn li ġejjin għandhom jitniżżlu kull sena fil-baġit tar-Reġjun tal-Vallonja: (…) il-kumpens finanzjarju mogħti mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA għall-ispejjeż tat-twettiq tas-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien, is-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għal dan il-Ftehim”.

(74)

Il-Ftehim Supplimentari Nru 5 jemenda wkoll l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet. L-Artikolu 25 emendat jipprovdi li “is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport jinkludu l-manutenzjoni ta' kuljum tas-sit tal-ajruport, is-servizz tekniku ta' manutenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni ta' kuljum u tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' qtugħ ta' ħaxix, tindif tar-runway mil-lastiku u l-immarkar tagħha, it-tindif mill-borra u kull servizz ieħol li jassigura s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, fis-sit tal-ajruport u tal-infrastrutturi minbarra l-ħwienet taż-żona tal-ajruport”.

(75)

Skont l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet, il-kumpens finanzjarju għandu limitu massimu ta' EUR 5 774 000 għall-2006. Dan il-limitu huwa indiċjat kull sena sal-31 ta' Diċembru 2009. L-ammont tal-kumpens finanzjarju għandu jkun rivedut sa mhux aktar tard mit-tieni semestru tal-2009.

(76)

Barra minn hekk l-Artikolu 25.7 tal-ispeċifikazzjonijiet, introdott permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006, jipprovdi li l-ammont tal-kumpens ma jistax jaqbeż l-ispejjeż attwali sostnuti minn BSCA u li kwalunkwe kumpens żejjed tal-ispejjeż għandu jsir kumpens baġitarju pagabbli mill-intestatura baġitarja tas-sena ta' wara.

(c)   Il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008

(77)

Il-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 għall-Ftehim ta' konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda l-Artikolu 25.1 tal-ispeċifikazzjonijiet u jżid mas-servizzi li diġà huma fdati f'idejn BSCA (56) il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet ipproġettati, l-iggwidar tal-ajruplani u s-sigurtà.

(78)

Il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet jikkonsistu fil-mili tal-bażi tad-dejta tal-amministrazzjoni tal-Vallonja billi jinġabar tagħrif dwar it-titjiriet (in-numru ta' passiġġieri, ir-reġistrazzjoni, l-isem u l-kunjom tal-pilota, it-tip ta' ajruplan, it-tip ta' titjira, minn fejn tkun ġejja, il-piż tal-ajruplan, eċċ.). L-ippjanar tat-titjiriet jirrigwarda l-komunikazzjonijiet, il-pjan tat-titjiriet, l-islotts, l-avviżi bir-radju u l-ġestjoni tal-parkeġġ tal-ajruplani. Il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet u l-ippjanar tat-titjiriet isiru mill-“uffiċċju tan-navigazzjoni”.

(79)

L-iggwidar tal-ajruplani jinkludi żewġ kompiti, jiġifieri l-iggwidar tat-tip “stand” li jsir mill-koordinatur taż-żoni ma' kull wasla ta' ajruplan u t-tip “follow me” li jikkonsisti fl-iggwidar tal-ajruplan permezz ta' vettura użata biss għall-piloti li ma jafux l-ajruport (ajruplani tan-negozju) jew għall-ajruplani l-kbar, kodiċi D. Fl-ajruport ta' Charleroi, dan in-numru ta' operazzjonijiet huwa żgħir ħafna (massimu ta' 100 fis-sena).

(80)

Is-servizzi ta' sigurtà huma definiti permezz tal-Artikolu 25.2 emendat tal-ispeċifikazzjonijiet kif emendat mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008: “l-iskrinjar, is-sorveljanza elettronika, ir-rondi u l-pattulji ta' sorveljanza, il-kontroll tal-aċċess u t-tqassim tal-badges tal-viżitaturi”. BSCA tiddelega t-twettiq tas-servizzi ta' sigurtà lill-kumpanija b'responsabbiltà limitata pubblika (société anonyme de droit public) BSCA Security. Il-kompiti ta' BSCA Security huma ddefiniti b'referenza għad-Digriet tat-23 ta' Ġunju 1997 dwar il-ħolqien tal-ajruporti tar-reġjun tal-Vallonja (57). BSCA security hija 51 % proprjetà tar-Reġjun tal-Vallonja u 49 % proprjetà ta' BSCA

(81)

It-termini tal-kumpens finanzjarju huma stabbiliti kif ġej mill-Artikolu 25.1 tal-ispeċifikazzjonijiet emendati:

f'dak li jirrigwarda s-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, ir-Reġjun għandu jsostni l-ispejjeż relatati mat-twettiq tagħhom skont l-istess termini ddefiniti mill-Ftehim Supplimentari Nru 5 (ara l-premessa 75) sal-31 ta' Diċembru 2009; il-partijiet għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-ammont tal-kumpens sa mhux aktar tard mit-tieni semestru tal-2009;

f'dak li jirrigwarda s-servizzi relatati mal-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet ipproġettati, l-iggwidar tal-ajruplani u s-sigurtà (58), ir-Reġjun għandu jsostni l-ispejjeż ta' dawn is-servizzi għas-snin 2008 u 2009. Mill-1 ta' Jannar 2010, ir-responsabbiltà għandha tiġi limitata għall-ammont indiċjat tal-kumpens imħallas għas-sena preċedenti.

(82)

L-Artikolu 25.7 tal-ispeċifikazzjonijiet huwa emendat u jipprovdi li l-ammont tal-kumpens ma jistax jaqbeż l-ispejjeż attwali mġarrba minn BSCA wara t-tnaqqis tal-miżati eventwalment miġbura mingħand l-utenti biex jiġu koperti dawn is-servizzi.

3.1.2.2.    L-ammont tas-sussidju mħallas mir-Reġjun tal-Vallonja

(83)

It-tabella 9 tiġbor fil-qosor is-sussidji mħallsa mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA u lil BSCA Security, minbarra s-sussidju “kompitu pubbliku” li jikkumpensa l-imposta fissa annwali.

Tabella 9

Sussidji mħallsa mir-Reġjun lil BSCA jew lil BSCA Security  (59) mill-2001 sal-2013 (minbarra s-sussidju “kompitu pubbliku” li tikkumpensa l-imposta fissa annwali)

 

Nirien, sikurezza, manutenzjoni

Sigurtà u sigurezza

Uffiċċju tan-navigazzjoni, inkluż l-iggwidar tal-ajruplani

Ammont totali

2001

2 892 612

2 892 612

2002

3 201 000

3 201 000

2003

4 184 964

4 184 964

2004

5 182 000

5 182 000

2005

5 525 000

5 525 000

2006

5 774 000

5 774 000

2007

5 774 000

5 774 000

2008

5 993 000

9 233 984

317 000

15 544 054

2009

6 148 000

13 512 788

417 324

20 078 112

2010

6 148 000

13 596 515

419 909

20 164 424

2011

6 148 000

13 703 323

533 323

20 384 646

2012

6 148 000

14 013 621

454 381

20 616 002

2013

6 148 000

14 013 621

454 381

20 616 002

Ammont totali

69 266 576

78 073 852

2 596 388

149 936 816

Sors: L-Anness 9 għall-ittra mill-Belġju mibgħuta fis-6 ta' Frar 2014, emendata għas-sussidju tal-Giro bir-risposta mill-Belġju mibgħuta fil-25 ta' Marzu 2014.

3.1.3.   Żieda tal-kapital sottoskritt minn SOWAER

(84)

Fil-kuntest tal-proġetti ta' żvilupp tagħha, u b'mod partikolari tan-negozjati tal-ftehimiet tal-2001 ma' Ryanair, nota strateġika ppreżentata lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA tal-31 ta' Lulju 2001 kienet tindika li “BSCA għandha takkumula 146 miljun f'telf sa tmiem it-tliet snin li ġejjin. Il-fondi proprji tagħha fil-31/12/2003 għandhom għalhekk jonqsu għal 23 miljun frank, jiġifieri inqas minn 20 % tal-kapital attwali ta' 153 miljun frank [Belġjan]. Huwa għalhekk li trid tiġi prevista żieda fil-kapital ta' EUR 5 miljun biex tevita li ssib ruħha f'sitwazzjoni prekarja.

(85)

Fil-fatt, fid-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2001 dwar il-pjan finanzjarju ta' SOWAER, ir-Reġjun kien diġà vvalida l-prinċipju ta' injezzjonijiet ta' kapital suċċessivi fil-kumpaniji ta' ġestjoni tal-ajruporti tal-Vallonja (60). Il-pjan finanzjarju ta' SOWAER f'dik id-data kien jipprovdi “investiment f'BSCA ta' madwar BEF +/- 60 miljun […] u mbagħad, imqassmin fuq tliet snin, tliet darbiet 30 miljun (kapital ta' 600 miljun u investiment ta' 25 % ta' SOWAER jiġifieri 150 miljun)”, jiġifieri injezzjoni ta' kapital ta' EUR 3,718-il miljun imqassma fuq tliet snin.

(86)

Iż-żieda fil-kapital finalment saret f'darba, fit-3 ta' Diċembru 2002. Il-kapital sottoskritt tħallas kollu; SOWAER b'hekk ikontribwixxiet EUR 3 809 miljun fi flus, għal 49,23 % tal-ishma tal-kapital ta' BSCA (61).

3.2.   Il-miżuri tar-Reġjun u ta' BSCA favur Ryanair (62)

3.2.1.   Il-Ftehimiet tal-2001

(87)

Il-frażi “il-Ftehimiet tal-2001” ser tiġbor fiha:

l-impenn tal-gvern tal-Vallonja tas-6 ta' Novembru 2001,

il-kuntratt bejn BSCA u Ryanair tat-2 ta' Diċembru 2001 (minn hawn 'il quddiem “il-Kuntratt tal-2001”),

il-Ftehim Promocy tat-12 ta' Diċembru 2001 u l-Kuntratt bejn Promocy u Leading Verge tal-31 ta' Jannar 2002, li għalihom ittieħdet id-deċiżjoni fil-Bord tad-Diretturi ta' BSCA tal-31 ta' Lulju 2001  (63).

3.2.1.1.    L-impenn tal-gvern tal-Vallonja tas-6 ta' Novembru 2001

(88)

Ir-Reġjun ikkonkluda ftehim ma' Ryanair fis-6 ta' Novembru 2001. Dan il-ftehim kien jipprovdi imposta tal-inżul ta' EUR 1 għal kull passiġġier li jkun ser isiefer bir-Ryanair, jiġifieri tnaqqis ta' madwar 50 % tal-imposta tal-inżul meta mqabbel mal-ammont stabbilit u ppubblikat mill-gvern tal-Vallonja u li kien ibbażat fuq metodu ieħor ta' kalkolu (64) (dak iż-żmien, fil-fatt, l-ispejjeż tal-ajruport iffatturati lill-kumpaniji tal-ajru kienu ddeterminati skont skeda ta' tariffi deċiża u ppubblikata mill-gvern tal-Vallonja u mhux mill-BSCA). Barra minn hekk, ir-Reġjun intrabat li jikkumpensa lil Ryanair għat-telf li l-kumpanija tista' ssofri direttament minħabba t-tibdil eventwali tal-livell ta' taxxi tal-ajruport jew tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-ajruport fis-snin bejn l-2001 u l-2016, ħlief jekk dawn il-bidliet ikunu ddettati mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Federali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili jew minn rekwiżiti oħrajn tad-dritt internazzjonali.

3.2.1.2.    Il-kuntratt tal-2001, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati ma' Promocy

(89)

Taħt il-kuntratt tal-2001 bejn BSCA u Ryanair, BSCA stabbilixxiet prezz għall-groundhandling ta' Ryanair ta' EUR 1 għal kull passiġġier (65), jiġifieri 10 darbiet inqas mill-prezz użat fl-2001 minn BSCA għall-utenti l-oħrajn.

(90)

BSCA kienet intrabtet ukoll li tikkontribwixxi finanzjarjament u permezz ta' diversi servizzi għan-nefqiet marbutin mal-ftuħ tal-bażi ta' Ryanair f'Charleroi (66). Din il-kontribuzzjoni kienet tammonta għal:

EUR 250 000 għall-ispejjeż tal-lukanda u ta' sussistenza tal-persunal ta' Ryanair;

EUR 160 000 għal kull rotta ġdida li tinfetaħ, sa massimu ta' tliet rotot għal kull ajruplan ibbażat, jiġifieri massimu ta' EUR 1 920 000;

EUR 768 000 bħala parteċipazzjoni fl-ispejjeż tar-reklutaġġ u ta' taħriġ tal-piloti u tal-ekwipaġġi allokati għad-destinazzjonijiet il-ġodda moqdija mill-ajruport;

EUR 4 000 għax-xiri ta' tagħmir għall-uffiċċji.

(91)

BSCA kellha wkoll tqiegħed għad-dispożizzjoni bla ħlas ta' Ryanair 100 metru kwadrat ta' uffiċċji u 100 metru kwadrat ta' “engineering store” (maħżen tal-inġinerija), u tiggarantixxi dritt ta' aċċess mhux esklussiv għal sala ta' taħriġ. BSCA kellha wkoll tipprovdi l-bon offiċji tagħha sabiex Ryanair tikseb l-inqas prezz jew ma tħallas xejn għall-użu ta' ħangar għall-manutenzjoni tal-ajruplani.

(92)

Barra minn hekk, skont it-termini tal-kuntratt tal-2001, Ryanair u BSCA ħolqu kumpanija ta' reklamar kummerċjali konġunta, imsejħa Société de Promotion de Brussels South Charleroi Airport (minn hawn 'il quddiem “Promocy”). L-għan korporattiv ta' Promocy kien l-iżvilupp ta' Charleroi u tar-reġjun tiegħu permezz tal-isfruttar kummerċjali tal-ajruport (67) (Promocy, pereżempju, kienet tiffinanzja parti mill-prezz tal-biljetti promozzjonali ta' Ryanair). BSCA u Ryanair kellhom jikkontribwixxu fl-istess proporzjonijiet għall-funzjonament ta' Promocy (68). B'hekk BSCA u Ryanair issottoskrivew fi proporzjon ugwali l-kapital azzjonarju ta' Promocy, li kien jammonta għal total ta'EUR 62 500. Barra minn hekk, BSCA u Ryanair kienu jħallsu kull waħda kontribuzzjoni ta' EUR 4 għal kull passiġġier ittrasportat minn Ryanair li jitlaq mill-ajruport ta' Charleroi.

(93)

L-imposti għal kull passiġġier li jitlaq applikabbli għall-operazzjonijiet ta' Ryanair taħt il-Kuntratt tal-2001, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet għall-finanzjament ta' Promocy, huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 10.

Tabella10

Imposti applikabbli għal Ryanair skont it-termini tal-Kuntratt tal-2001  (69)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

L-imposta għall-inżul

1

1

1,1

1,13

1,13

1,13

1,26

1,3

1,3

1,3

1,3

1,3

It-tariffa għal kull passiġġier

7

7

7,38

7,5

7,88

8

8

8

8

8

8

8

Groundhandling

1

1

1,1

1,13

1,13

1,13

1,26

1,3

1,3

1,3

1,3

1,3

Promocy

– 4

– 4

– 4

– 4

– 4

– 4

– 4

– 4

– 4

– 4

– 4

– 4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammont totali nett imħallas minn Ryanair

5

5

5,58

5,76

6,14

6,26

6,52

6,6

6,6

6,6

6,6

6,6

It-tariffi tal-Kuntratt tal-2001, li jvarjaw fl-1 ta' April, qed jiġu applikati fi proporzjon li jkun komparabbli fuq bażi annwali (l-1 ta' Jannar – il-31 ta' Diċembru).

(94)

Il-kumpanija Ryanair intrabtet vis-à-vis BSCA li bħala korrispettiv, tibbaża ċertu numru ta' ajruplani (bejn tnejn u erbgħa) f'Charleroi, u li topera tal-inqas tliet rotazzjonijiet kuljum u għal kull ajruplan li jitlaq minn Charleroi għal perjodu ta' 15-il sena (2001-2016) kopert mill-kuntratt. Il-kumpanija Irlandiża kienet qed tassigura b'dan lill-operatur tal-ajruport traffiku ta' passiġġieri li jippermettilu jittama f'xi dħul, kemm mit-taxxi tal-ajruport kif ukoll minn attivitajiet mhux relatati mal-avjazzjoni. Skont il-kuntratt, għalkemm Ryanair kienet waqqfet l-operazzjonijiet tagħha f'Charleroi matul l-ewwel ħames snin tal-kuntratt, il-kumpanija kienet obbligata tħallas lura lil BSCA il-parteċipazzjoni fin-nefqa relatata mal-ftuħ tal-bażi ta' Ryanair u l-kontribuzzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Mill-ħames sena tal-kuntratt, l-ammont tar-rimborż huwa stabbilit b'mod digressiv (70).

3.2.2.   Id-Digriet Ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004 u l-ittra ta' BSCA tal-24 ta' Ġunju 2004

(95)

Skont il-Belġju, skont il-liġi nazzjonali, id-deċiżjoni tal-2004 kienet de facto ħassret il-ftehimiet tal-2001. Barra minn hekk ir-Reġjun iddeċieda li jadotta digriet ministerjali fil-11 ta' Ġunju 2004 dwar it-tnaqqis, għall-finijiet ta' reklamar, tal-imposti dovuti għall-inżul tal-ajruplani fl-ajruport ta' Charleroi. Dan id-digriet daħal fis-seħħ b'mod retroattiv fit-13 ta' Frar 2004. Dan kien jipprovdi li, għall-finijiet ta' reklamar, il-ħlas dovut għall-inżul ta' ajruplan li jopera linja regolari, għall-kumpaniji tal-ajru kollha, kien ta' EUR 1 għal kull passiġġier (jiġifieri l-istess tariffa li kienet tibbenefika Ryanair minnha skont il-ftehimiet tal-2001). Dan it-tnaqqis ġenerali kien validu biss għal sitta u tletin xahar mid-dħul fis-seħħ tad-digriet ministerjali.

(96)

Permezz tal-ittra tal-24 ta' Ġunju 2004 (71), BSCA intrabtet ma' Ryanair li tkompli tapplika t-termini tal-Ftehimiet tal-2001 sal-31 ta' Marzu 2006, filwaqt li b'mod partikolari tiggarantixxi lill-kumpanija kost totali għall-użu tas-servizzi tal-ajruport ta' EUR 5 għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport, li jikkorrispondi għal-livell li kien jirriżulta skont il-Ftehimiet tal-2001 li kieku komplew japplikaw fl-2005 u fl-2006 (ara t-Tabella 10). Dan il-qafas kummerċjali temporanju kien ikkundizzjonat mill-fatt li ma jinqabiżx il-limitu massimu ta' żewġ miljun passiġġier fis-sena għall-attività globali tal-ajruport (72); madankollu, minkejja li dan il-limitu massimu nqabeż bi ftit, kif irreġistrat fl-2004 (73), il-kundizzjonijiet offruti lil Ryanair ma nbidlux fl-2004 u fl-2005.

3.2.3.   Il-Ftehim Supplimentari tal-2005

(97)

Permezz tad-digriet tat-3 ta' Frar 2005, ir-Reġjun iddelega lill-operaturi tal-ajruporti, fosthom lil BSCA (74), il-kompetenza li jiffissaw it-tariffi tal-imposti tal-ajruport.

(98)

Mill-1 ta' April 2006, it-tariffa ġenerali tal-imposti għall-inżul mitluba minn BSCA ittellgħet għal EUR 2 għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport; din it-tariffa ta' EUR 2 hija indiċjata. Barra minn hekk, ġiet stabbilita sistema ta' rimessi annwali skont in-numru ta' passiġġieri li jitilqu mill-ajruport, kif muri fit-Tabella 11.

Tabella 11

Rimessi fuq l-imposti tal-inżul applikabbli mill-1 ta' April 2006 għall-kumpaniji kollha tal-ajru li joperaw fl-ajruport ta' Charleroi  (75)

Rimessi fuq bażi annwali

Perċentwal ta' rimessa

(%)

Minn passiġġier li jitlaq mill-ajruport

Għal passiġġier li jitlaq mill-ajruport

0

0

15 000

5

15 001

35 000

10

35 001

50 000

25

50 001

100 000

35

100 001

200 000

50

200 001

(99)

Fid-9 ta' Diċembru 2005, BSCA ipproponiet lil Ryanair, li aċċettat, ftehim kummerċjali ġdid bid-data tad-9 ta' Diċembru 2005 (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Supplimentari tal-2005”) għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' April 2006 u l-31 ta' Diċembru 2015.

(100)

Skont il-Ftehim Supplimentari tal-2005:

l-imposti għall-inżul dovuti minn Ryanair huma kkalkulati fuq il-bażi tat-tariffa ġenerali, li tipprovdi rimessa ta' 50 % meta jinqabżu l-200 000 passiġġier (ara t- Tabella 11);

it-tariffi ta' groundhandling applikabbli għall-operazzjonijiet ta' Ryanair huma ffissati sal-2015 skont kif jidher fit-Tabella 12;

Ryanair hija soġġetta għal imposta ġdida, imsejħa “ infrastructure access fee ” (miżata għall-aċċess għall-infrastruttura);

il-kuntratt ma jipprovdix li BSCA tibqa' tħallas lil Promocy.

Tabella12

Imposti applikabbli għal Ryanair skont it-termini tal-Ftehim Supplimentari tal-2005  (76)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

L-imposta għall-inżul

 

 

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

L-imposta għal kull passiġġier

 

 

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Groundhandling

 

 

[4-6]

[4-6]

[4-6]

[4-6]

[4-6]

[4-6]

[4-6]

[4-6]

[4-6]

[4-6]

Aċċess għall-infrastruttura.

 

 

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammont totali nett imħallas minn Ryanair

 

 

[5-7]

[5-7]

[5-7]

[5-7]

[5-7]

[5-7]

[5-7]

[5-7]

[5-7]

[5-7]

Differenza mill-Kuntratt tal-2001

 

 

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

Il-valuri tal-imposta fuq l-inżul huma bbażati fuq il-projezzjonijiet tal-passiġġieri ta' Ryanair meta ġie ffirmat il-Ftehim Supplimentari tal-2005.

(101)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ammonti għal kull passiġġier imħallsa minn Ryanair skont it-Tabella 12 huma l-istess, ħlief għas-sena […], bħal dawk li kienu pprovduti mill-Kuntratt tal-2001 (77) (ara t- Tabella 10).

(102)

Fl-aħħar nett, il-Kuntratt tal-2005 jipprovdi li għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur minn meta jibda jintuża t-terminal il-ġdid, Ryanair għandha tibbaża f'Charleroi erba' ajruplani b'minimu ta' [25-32] rotazzjoni kuljum. Jekk ma tagħmilx hekk, Ryanair ikollha tħallas ħlas addizzjonali ta' [10-25] %.

3.2.4.   Il-Ftehim Supplimentari tal-2010

(103)

Fl-1 ta' Jannar 2009, BSCA introduċiet imposta addizzjonali għal kull passiġġier, li titħallas mill-kumpaniji tal-ajru kollha li joperaw mill-ajruport ta' Charleroi, għall-Passagers à Mobilité Réduite (Persuni b'Mobbiltà Mnaqqsa, minn hawn 'il quddiem “imposta PMM”). Il-Ftehim Supplimentari Nru 7 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA fil-fatt jawtorizza lil BSCA tistabbilixxi din l-imposta, li skont il-Belġju huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni (78). L-imposta PMM ġiet iffissata għal 19,5 ċenteżmi tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport fl-2009 (79).

(104)

Fis-6 ta' Diċembru 2010 ġie konkluż ftehim supplimentari għall-kuntratt bejn BSCA u Ryanair permezz ta' skambju ta' korrispondenza bejn BSCA u Ryanair (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Supplimentari tal-2010”). Huwa jipprovdi:

deroga mil-livell ġenerali tal-imposta PMM, li tgħid li Ryanair għandha tħallas [10-30] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier għas-sena ta' bejn l-1 ta' Frar 2009 u l-31 ta' Jannar 2010; barra minn hekk, it-termini ta' indiċjar tal-imposta PMM jipprovdi tnaqqis fit-tariffa proporzjonat maż-żieda tat-traffiku ġġenerat minn Ryanair (80).

tnaqqis ta' [10-50] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier għal Ryanair fuq it-tariffa tal-groundhandling.

3.2.5.   It-trasferiment tal-ishma ta' BSCA fi Promocy

(105)

Fil-31 ta' Marzu 2010, BSCA biegħet il-parteċipazzjoni tagħha ta' 50 % fi Promocy lil Ryanair (81). BSCA biegħet l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom għal ammont totali ta' EUR 31 100 (jiġifieri EUR 100 kull sehem). Ir-riskji u l-obbligi kollha ġew ittrasferiti lill-uniku azzjonist, jiġifieri Ryanair.

(106)

Skont il-Belġju, fiż-żmien ta' dan id-disponiment, il-flus ta' Promocy kienu jammontaw għal EUR 261 073 (bilanċ tal-assi, nieqes il-kapital u r-riżerva legali) (82). Għaldaqstant BSCA biegħet nofs il-kapital ta' Promocy bi prezz ferm aktar baxx min-nofs il-valur tal-flus.

4.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

4.1.   Il-kummenti tal-partijiet interessati rigward il-miżuri favur BSCA

4.1.1.   Brussels Airport Company (minn hawn 'il quddiem “BAC”)

a)   Osservazzjonijiet li waslu f'Settembru 2012 wara li ġiet adottata d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012

(107)

BAC tqis li l-miżuri kollha mogħtija lil BSCA kif deskritti fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012 huma għajnuna mill-Istat li mhijiex kumpatibbli mas-suq intern.

(108)

Skont BAC, l-ebda wieħed mill-investimenti deskritti fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012 ma kien soġġett għal deċiżjoni legalment vinkolanti qabel it-12 ta' Diċembru 2000.

(109)

BAC tqis li ebda wieħed mill-investimenti fl-infrastrutturi ma kien jirrigwarda l-eżerċitar tas-setgħa pubblika, peress li huma kollha elementi essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi tal-operatur, inklużi x-xogħlijiet għat-titjib tal-funzjonament tal-ajruport (bħas-sistemi tal-inżul jew l-estensjoni tar-runway) jew biex jgħinu l-iżvilupp ekonomiku tiegħu (parkeġġ għall-karozzi, toroq ta' aċċess jew swali ta' manutenzjoni).

(i)   Il-ħlas minn BSCA tal-konċessjoni u tal-infrastrutturi

(110)

BAC targumenta li ebda waħda mill-miżuri mogħtija lil BSCA kif deskritti fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012 ma hija konformi mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq (minn hawn 'il quddiem “MEIP” - Market Economy Investor Principle). Fid-dawl tal-prattiki fis-settur, ir-ritorn fuq l-investiment li daħħal ir-Reġjun/SOWAER huwa ferm aktar baxx minn dak li jippretendi investitur privat (83).

(111)

Skont BAC, ebda waħda mill-għajnuniet għall-investiment mogħtija lil BSCA ma kienet limitata għall-minimu meħtieġ. Dan minħabba l-fatt li s-somma mħallsa minn BSCA għall-konċessjoni u l-infrastrutturi baqgħet l-istess bejn l-2002 u l-2010, ħlief għal żieda fl-2007, meta n-numru ta' passiġġieri u d-dħul żdiedu matul l-istess perjodu. Minħabba dan, il-valur nett medju tal-infrastrutturi żdied għal BSCA, filwaqt li l-pagamenti netti medji naqsu.

(ii)   Is-servizzi pprovduti minn SOWAER lil BSCA u s-servizzi rimborżati mir-Reġjun

(112)

F'dak li jirrigwarda s-servizzi pprovduti minn SOWAER lil BSCA u s-servizzi rimborżati mir-Reġjun lil BSCA, BAC iddikjarat li apparti s-servizzi pubbliċi bħall-pulizija u d-dwana, l-Istat Belġjan ma jintervjeni għal ebda attività oħra fl-ajruport ta' Brussell. BAC tassumi l-kost tas-servizzi ta' tifi tan-nar, tas-sikurezza u ta' manutenzjoni. Is-servizzi relatati mal-monitoraġġ, ir-reġistrazzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet jitħallsu direttament lil Belgocontrol mill-kumpaniji tal-ajru li jużaw l-ajruport ta' Brussell. Fl-ajruport ta' Charleroi, il-kumpaniji tal-ajru ma jridux iħallsu biex jibbenefikaw minn dawn is-servizzi. Bħala tali, is-servizzi rimborżati mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA mhumiex marbutin mal-eżerċitar tas-setgħa pubblika.

(113)

BAC tqis li dawn is-servizzi mhumiex servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, peress li huma inerenti għall-operat ta' ajruport u għall-aspetti essenzjali tal-attivitajiet ekonomiċi ta' ajruport u ma jissodisfawx il-kriterji tas-sentenza Altmark.

(114)

BAC tqis li l-pagamenti li saru biex jirrimborżaw lil BSCA għal dawn is-servizzi mhumiex konformi mal-MEIP u jikkostitwixxu għajnuna għall-funzjonament. Il-pagamenti li għamlet BSCA lir-Reġjun għall-użu tal-infrastrutturi kienu aktar baxxi minn dak li investitur privat iqis aċċettabbli, investitur bħal dan ma japprovax pagamenti addizzjonali għal servizzi mingħajr ma jibbenefika minn redditu korrispondenti.

(115)

BAC tenfasizza li l-għajnuna għall-funzjonament ma tistax tkun iddikjarata kumpatibbli ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali u f'kundizzjonijiet stretti f'reġjuni żvantaġġjati. L-ajruport ta' Charleroi ma jissodisfa ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet u l-għajnuna ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq intern.

(iii)   Is-sehem tas- SOWAER fiż-żieda fil-kapital ta' BSCA

(116)

BAC tiddubita kemm iż-żieda fil-kapital ta' BSCA tat-3 ta' Diċembru 2002 saret skont l-MEIP. BAC tenfasizza wkoll li biex ikun ivvalutat jekk investitur privat kienx iżid dan il-kapital, l-għajnuniet l-oħrajn li tgawdi minnhom BSCA m'għandhomx jiġu kkunsidrati.

(iv)   Impatt fuq il-kompetizzjoni

(117)

BAC targumenta li l-għajnuna ppermettiet lill-ajruport ta' Charleroi isaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu meta mqabbel ma' ajruporti oħrajn u ma' mezzi oħrajn ta' trasport, bħall-ferrovija b'veloċità qawwija, għaliex tippermetti lil BSCA tapplika imposti tal-avjazzjoni baxxi. Minn dan tirriżulta differenza bejn l-imposti applikati fi Brussell u dawk applikati f'Charleroi, l-aktar minħabba d-differenzi bejn l-imposti fuq kull passiġġier u l-imposti marbutin mas-sikurezza. L-imposti tal-avjazzjoni li titlob BSCA huma aktar baxxi mill-prezz tas-suq meta mqabbla mal-ajruport ta' Brussell u ajruporti oħrajn simili li jinsabu fiż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Charleroi (bħal Eindhoven, Lille u Cologne/Bonn).

(118)

Skont BAC, din id-differenza wasslet għal telf ta' 2,5 miljun passiġġier bejn l-2004 u l-2011. Iż-żieda fl-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi mhuwiex dovut biss għat-traffiku supplimentari li l-ajruport ta' Brussell ma ġġenerax, kif jixhed il-fatt li t-tkabbir annwali medju ta' kampjun ta' referenza ta' ajruporti Ewropej kien ta' 20,5 % bejn l-2005 u l-2011 filwaqt li t-traffiku fi Brussell baqa' l-istess. Barra minn hekk, iż-żieda fid-destinazzjonijiet u l-frekwenzi f'Charleroi seħħet fl-istess żmien tat-tneħħija jew it-tnaqqis tal-frekwenzi fi Brussell għal dawn id-destinazzjonijiet.

(b)   Kummenti li waslu f'Mejju 2014 wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-avjazzjoni rigward l-għajnuna pubblika favur l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru

(119)

BAC tqis li kemm l-għajnuna għall-investiment kif ukoll l-għajnuna operattiva li minnhom gawdiet BSCA huma għajnuniet mill-Istat li ma jistgħux jitqiesu kumpatibbli mas-suq intern. Id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-avjazzjoni jsaħħu din il-konklużjoni fil-fehma tagħhom.

(i)   L-għajnuna għall-investiment

(120)

BAC hija tal-opinjoni li l-għajnuna għall-investimenti li minnha gawdiet BSCA hija għajnuna mill-Istat li għandha titqies inkumpatibbli mas-suq intern għaliex mhijiex proporzjonata mal-għanijiet ta' interess komuni (Bruxelles international ma kienx iffullat) u mhijiex limitata għall-minimu meħtieġ.

(ii)   Għajnuna operattiva

1.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(121)

Skont BAC, id-Deċiżjoni tal- ftuħ ikkonċentrat l-aktar fuq id-differenza fit-trattament tal-finanzjament ta' dawn l-attivitajiet bejn Charleroi u kumpaniji oħrajn fi ħdan l-istess Stat Membru, u ajruporti oħrajn bħall-ajruport ta' Brussels-National. F'dan ir-rigward, BAC tqis li r-rimborż mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA tal-ispejjeż ta' dawn is-servizzi huwa għajnuna mill-Istat u diskriminazzjoni bejn BAC u BSCA fl-Istat Belġjan peress li min-naħa tagħha BAC kellha ġġarab dawn l-ispejjeż weħidha.

2.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE

(122)

Il-punt 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lill-kumpaniji tal-ajru (84) (minn hawn 'il quddiem il-“Linji Gwida tal-Avjazzjoni”) jistabbilixxi li ċertu numru ta' kriterji jridu jkunu ssodisfati biex l-għajnuna operattiva mogħtija tista' titqies kumpatibbli mas-suq intern. Skont BAC, l-għajnuna operattiva li minnha gawdiet BSCA ma tissodisfax dawn il-kriterji.

a.   L-għajnuna ma tikkontribwixxix għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni definit sew

(123)

Fil-fatt, filwaqt li Charleroi u Brussels-National jikkompetu bejniethom fl-istess żona ta' kummerċ, l-għajnuna mogħtija lil BSCA wasslet, skont BAC, għall-irduppjar tal-kapaċitajiet tal-ajruport disponibbli fil-Belġju. B'hekk, il-kapaċitajiet ta' Charleroi ġew estiżi, meta dawk tal-ajruport ta' Brussell ma kinux saturati. B'hekk it-total tan-numru ta' passiġġieri f'Charleroi u fi Brussels Airport kien jammonta għal 25,4 miljuni fl-2012, jiġifieri numru saħansitra iżgħar mill-kapaċità ta' akkoljenza massima li jista' joffri Brussels Airport.

b.   Nuqqas ta' ħtieġa ta' intervent mill-Istat

(124)

BAC tenfasizza li t-traffiku annwali ta' Charleroi kien jaqbeż il-miljun passiġġier fl-2001-2002 u t-tliet miljun passiġġier fl-2008-2009. Fir-rigward tal-kategoriji stabbiliti mil-Linji Gwida tal-avjazzjoni, BSCA kellha tkun kapaċi ġġorr il-parti l-kbira, jekk mhux it-total, tal-ispejjeż iġġenerati fl-ajruport ta' Charleroi matul il-perjodu kkunsidrat fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

(125)

Skont BAC, m'għandha tingħata ebda għajnuna operattiva lil BSCA minn meta daħlu fis-seħħ il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni peress li t-traffiku annwali tal-passiġġieri qabeż ferm il-limitu ta' tliet miljuni mill-2009 'l hawn.

c.   L-għajnuna mhijiex xierqa u l-ammont tagħha huwa sproporzjonat

(126)

Skont BAC, l-ammonti mħallsa minn BSCA għas-servizzi li ġejjin setgħu kienu aktar xierqa: dak għad-disponibbiltà tal-infrastrutturi tal-ajruport, dak bi tpattija għas-servizzi pprovduti minn SOWAER, u r-rimborż mir-Reġjun tal-Vallonja ta' ċerti servizzi. Skont BAC, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil BSCA ma kinitx limitata għall-minimu meħtieġ u r-Reġjun tal-Vallonja u SOWAER setgħu użaw politiki li jagħmlu inqas ħsara lill-kompetizzjoni.

d.   L-għajnuna tiġġenera effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(127)

L-ewwel nett, BAC tenfasizza li għall-kuntrarju ta' dak li jirrakkomanda l-punt 131 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-pjan tan-negozju ta' BSCA ma studjax il-kwistjoni tal-impatt tal-iżvilupp tal-attività tagħhom fuq it-traffiku fi Brussels Airport.

(128)

Barra minn hekk, BAC tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-kawża inkwistjoni ma tistax titqabbel ma' dik tal-ajruport ta' Groningen fejn il-Kummissjoni kkunsidrat l-għajnuna operattiva bħala kumpatibbli mas-suq intern. Fil-fatt, f'din il-kawża, il-Kummissjoni kienet irrikonoxxiet il-bżonn li titneħħa l-konġestjoni mill-ajruport ta' Schiphol u l-fatt li l-ajruporti kienu pjuttost imbiegħda minn xulxin; żewġ fatturi irrilevanti f'dan il-każ.

(129)

Din l-għajnuna li ppermettiet lil BSCA tbaxxi b'mod artifiċjali l-ammont tal-imposti tal-ajruport kellha dawn l-impatti negattivi li ġejjin fuq BAC: tnaqqis sinifikanti fil-frekwenza tal-passiġġieri fl-ajruport u tnaqqis jew saħansitra tneħħija tal-linji moqdija wkoll fl-ajruport ta' Charleroi.

(130)

F'dak li jirrigwarda t-tnaqqis fil-volum ta' passiġġieri fi Brussels-National, BAC tenfasizza li dan ġej essenzjalment mill-fatt li l-klijenti tagħha ġew assorbiti minn BSCA. B'hekk, skont BAC, filwaqt li l-parti l-kbira tal-ajruporti Ewropej irreġistraw żieda fil-frekwentazzjoni tagħhom bejn l-2005 u l-2013, dik ta' Brussels-National staġnat filwaqt li fl-istess ħin il-volum ta' passiġġieri f'Charleroi żdied.

(131)

Skont BAC, il-fenomenu ta' assorbiment tal-klijentela tagħha jispjega wkoll it-tneħħija ta' linji fi Brussels-National u t-tnaqqis fil-frekwenza ta' ċerti titjiriet. BAC tistabbilixxi b'mod partikolari korrispondenza bejn it-titjiriet imwaqqfa fl-ajruport ta' Brussels-National u l-istabbiliment ta' titjiriet ekwivalenti fl-ajruport ta' Charleroi.

(132)

BAC tirrakkomanda li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni li ser tieħu rigward din l-għajnuna, tiddikjara, skont il-limiti stabbiliti mil-Linji Gwida l-ġodda, (i) li ma tistax tingħata aktar għajnuna operattiva u għall-investimenti lil BSCA mid-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida l-ġodda, (ii) li s-servizzi tal-ajruport f'Charleroi jiġu ntaxxati f'livell suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż marġinali ġġenerati.

4.1.2.   Brussels Airlines

(a)   L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat lil BSCA

(i)   Attività ekonomika

(133)

Brussels Airlines tgħid li s-servizzi tat-tifi tan-nar, ta' manutenzjoni, ta' sigurtà u ta' sikurezza, kif ukoll is-servizzi relatati mal-inżul, it-tlugħ u l-infrastrutturi ma jaqgħux taħt il-kompitu tagħha ta' servizz pubbliku iżda jagħmlu parti mill-attività ekonomika ta' tmexxija ta' ajruport u mgħandhomx ikunu ssussidjati b'mod diskriminatorju. Dawn is-servizzi ma jistgħux jitqiesu bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Brussels Airlines tgħid li setturi oħrajn fir-Reġjun tal-Vallonja jiffinanzjaw is-servizzi proprji ta' tifi tan-nar u li dan huwa l-każ ukoll tal-ajruport ta' Brussell. Billi r-Reġjun tal-Vallonja jkopri l-ispejjeż relatati mas-sikurezza tal-ajruport ta' Charleroi, BSCA ma tirkuprahomx mingħand il-kumpaniji tal-ajru, filwaqt li l-ajruport ta' Brussell ma bbenefika minn ebda kumpens f'dan ir-rigward. Il-passiġġieri li jitilqu minn Brussell huma wkoll soġġetti għall-imposta tal-Awtorità Belġjana tal-Avjazzjoni Ċivili, li mhuwiex il-każ tal-passiġġieri li jitilqu mill-ajruport ta' Charleroi.

(ii)   Vantaġġ

(134)

Brussels Airlines ma taħsibx li r-Reġjun/SOWAER ġabu ruħhom bħal operatur privat f'ekonomija tas-suq meta taw l-għajnuna lil BSCA. Il-profittabbiltà ta' BSCA tidher li hija minfuħa bis-sussidji u l-miżuri ta' kumpens, li mingħajrhom il-marġni ta' qligħ kien ikun dejjem negattiv. Brussels Airlines tiddubita wkoll jekk il-profittabbiltà magħquda ta' BSCA u ta' SOWAER tirriflettix il-prattiki tas-suq. Brussels Airlines targumenta li r-Reġjun ma jaġixxix bħal investitur privat peress li dan tal-aħħar ma jinvestix f'kumpanija li strutturalment tagħmel telf.

(iii)   Distorsjoni tal-kompetizzjoni

(135)

Ben l-2004 u l-2012, meta l-frekwenza tal-passiġġieri fuq titjiriet qosra f'Charleroi kienet ittriplat, dik tal-ajruport ta' Brussell kienet staġnat peress li r-rata ta' frekwentazzjoni tiegħu fl-2012 kienet l-istess bħal fl-2004. Brussels Airlines iżżid li f'dak li jirrigwarda l-kumpanija tagħha, in-numru ta' passiġġieri għadda minn […] miljun għal […] miljun. Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, u minħabba li kkunsidrati flimkien, il-frekwentazzjonijiet tal-ajruporti żdiedu b'34 %, Brussels Airlines tiddeduċi li t-tkabbir kollu kien ta' benefiċċju għall-ajruport ta' Charleroi. Brussels Airlines tinnota li mill-2004 sal-2007, ajruporti oħrajn Ewropej raw tkabbir kbir (aktar minn 20 %), iżda dak ta' Charleroi mhuwiex iġġustifikat biss minn żieda fit-traffiku, iżda wkoll mill-fatt li għadd kbir ta' passiġġieri li normalment kienu jiffrekwentaw l-ajruport ta' Brussell ippreferew l-ajruport ta' Charleroi minnu. Brussels Airlines tistma dan it-telf għal […] miljun passiġġier fis-sena għall-benefiċċju tal-ajruport ta' Charleroi, jiġifieri telf ta' dħul stmat għal aktar minn EUR […] miljun fis-sena.

(b)   Il-bażi legali li fuqha għandha tiġi evalwata l-kumpatibbiltà tal-għajnuna lil BSCA

(136)

Skont Brussels Airlines, il-Kummissjoni mgħandhiex bażi legali biex tawtorizza għajnuna operattiva li (i) ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni u (ii) kienet inkumpatibbli mas-suq intern meta ngħatat. Applikazzjoni retroattiva tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni hija kuntrarja għall-prinċipji ġenerali tad-dritt u b'mod partikolari, kif inhu l-każ hawnhekk, meta l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna operattiva huma relattivament inqas stretti milli fil-passat.

(137)

Fl-ewwel lok, il-prinċipji taċ-ċertezza legali u ta' non-retroattività tal-leġiżlazzjoni Ewropea jipprekludu l-possibbiltà li regolament tal-Unjoni jkollu effett qabel il-pubblikazzjoni tiegħu ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Fdan il-każ, skont Brussels Airlines, mhemmx ċirkustanzi eċċezzjonali.

(138)

Fit-tieni lok, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali, jingħad li l-Kummissjoni għandha dejjem tivvaluta l-kumpatibbiltà mas-suq intern ta' għajnuna illegali fid-dawl tal-kriterji tal-istrumenti ġuridiċi fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna. Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, il-Kummissjoni ma tistax taħrab mir-regoli tagħha stess mingħajr ma tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt (trattament ugwali, aspettattiva leġittima). Għalhekk, skont Brussels Airlines mhemmx raġuni leġittima għalfejn din il-Komunikazzjoni mgħandhiex tiġi applikata f'dan il-każ.

(139)

Finalment, l-għajnuna operattiva hija inkumpatibbli mas-suq intern. Skont Brussels Airlines, dan il-prinċipju ġie ddikjarat b'mod ċar fil-Linji Gwida tal-2005.

(140)

Brussels Airlines tqis li l-approċċ tal-Kummissjoni huwa aktar u aktar inaċċettabbli f'din il-kwistjoni meta:

qabel il-Kummissjoni kienet ipprojbixxiet il-miżuri kkonċernati li minnhom ibbenefika Charleroi.

fid-deċiżjoni ta' estensjoni tagħha tal-2012, il-Kummissjoni estendiet l-ambitu tal-miżuri soġġetti għall-proċedura ta' investigazzjoni.

skont id-deċiżjoni ta' estensjoni, il-miżuri eżaminati huma manifestament inkumpatibbli mas-suq intern.

(141)

Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA kienu perfettament konxji mir-regolamenti fis-seħħ dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-projbizzjoni tal-għajnuna ma tmurx għalhekk kontra l-prinċipju ta' aspettattiva leġittima. Għall-kuntrarju, ikun partikolarment inġust li l-imġiba illegali tagħhom tiġi ġġustifikata b'mod retroattiv għad-detriment ta' partijiet terzi, u b'mod partikolari għad-detriment ta' dawk li rrispettaw ir-regoli. Il-bilanċ tal-interessi involuti jeħtieġ b'mod ċar il-projbizzjoni tal-għajnuna kkonċernata.

(142)

Skont Brussels Airlines, jekk il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jiġu applikati b'mod retroattiv għall-għajnuna operattiva mogħtija u manifestament inkumpatibbli, il-Kummissjoni tirrikonoxxi b'mod impliċitu din l-inkumpatibbiltà.

(c)   Il-kumpatibbiltà tal-għajnuna lil BSCA fuq il-bażi tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni

(i)   Għan ta' interess ġenerali

(143)

Brussels Airlines tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-effetti pożittivi mistennija mill-politiki ta' għajnuna pubblika bħall-iżvilupp u l-aċċessibbiltà tar-reġjuni huma inċerti.

(144)

Il-fenomenu tat-tnaqqir tat-traffiku mill-ajruporti stabbiliti għall-benefiċċju tal-ajruporti reġjonali jġib miegħu, skont Brussels Airlines, diversi konsegwenzi negattivi oħrajn:

l-ewwel nett, peress li jinħolqu kapaċitajiet meta oħrajn ikunu għadhom disponibbli, tirriżulta duplikazzjoni ineffettiva tal-infrastrutturi. Insostenn ta' dan l-argument, Brussels Airlines issostni li matul il-perjodu kkunsidrat (2000-2012), il-kapaċità disponibbli fl-ajruport ta' Brussels-National kienet biżżejjed biex tilqa' aktar passiġġieri. Pereżempju, fl-2011, il-kapaċità ta' akkoljenza tal-ajruport ta' Brussell kienet ta' massimu ta' 28 miljun passiġġier meta 18,8 miljun passiġġier biss kienu ffrekwentawh. Fl-istess waqt, min-naħa tiegħu Charleroi kien qed jilqa' 5,9 miljun passiġġier meta l-kapaċità ta' akkoljenza tiegħu kienet tilħaq is-sitta sa seba' miljuni. It-total tal-kapaċitajiet ta' akkoljenza taż-żewġ arjuporti fl-2011 huwa ugwali għal 24,7 miljuni, jiġifieri kapaċità totali aktar baxxa mill-kapaċità massima tal-ajruport ta' Brussell waħdu.

it-tieni, Brussels Airlines tenfasizza li l-iżvilupp tal-attività tal-ajruport ta' Charleroi għad-detriment ta' dik tal-ajruport ta' Brussels-National u ta' Brussels Airlines għandu impatt soċjali u ekonomiku negattiv. Brussels Airlines tqabbel il-valur miżjud dirett u indirett tal-ajruporti ta' Brussell u ta' Charleroi mill-2007 sal-2009. Il-valur miżjud tal-ajruport ta' Charleroi jammonta għal EUR 38 miljun filwaqt li dak tal-ajruport ta' Brussels-National jammonta għal EUR 358 miljun. Brussels Airlines tirreferi wkoll għan-numru ta' impjiegi maħluqa b'mod dirett u indirett mill-ajruporti bejn l-2007 u l-2009. Filwaqt li l-impjiegi fl-ajruport ta' Charleroi żdiedu matul il-perjodu b'589 FTE (ekwivalenti ta' impjieg full-time), fl-ajruport ta' Brussell dawn naqsu b'1 057. Filwaqt li n-numru ta' passiġġieri fl-ajruport ta' Charleroi żdied ħafna bejn l-2007 u l-2009 għall-kuntrarju ta' dak tal-ajruport ta' Brussels-National, il-livell ta' impjiegi diretti u indiretti ma żdiedx sal-punt li jikkompensa t-tnaqqis ta' impjiegi fl-ajruport ta' Brussell.

fl-aħħar nett, skont Brussels Airlines, il-fenomenu ta' tnaqqir, kellu impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tal-kumpaniji tradizzjonali għall-benefiċċju tal-kumpaniji low cost li l-profittabbiltà tagħhom hija dovuta l-aktar għas-sussidji. Skont Brussels Airlines, filwaqt li l-profittabbiltà medja tal-AEA (Association of European Airlines) hija żgħira jew saħansitra negattiva matul il-perjodu kollu kkunsidrat (il-qligħ qabel l-imgħax u t-taxxi kien jammonta għal EUR 0,9 biljun fl-2000 u għal EUR - 0,4 biljun fl-2012), dik ta' Ryanair hija sostanzjali (il-qligħ qabel l-imgħax u t-taxxi kien jammonta għal EUR 84 miljun fl-2000 u għal EUR 617-il miljun fl-2012). Madankollu, skont Brussels Airlines, din il-profittabbiltà żdiedet permezz tas-sussidji riċevuti fl-ajruporti. Skont Brussels Airlines, mingħajr din l-għajnuna (stmata għal EUR 720 miljun fl-2011), il-profittabbiltà ta' Ryanair kienet tkun sostanzjalment imnaqqsa, jew saħansitra, negattiva.

(145)

Barra minn hekk, Brussels Airlines tenfasizza l-fatt li l-għajnuna operattiva ngħatat lill-ajruport ta' Charleroi meta (i) dan l-ajruport jinstab fl-istess żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Brussels-National u (ii) dan tal-aħħar kien għad għandu kapaċitajiet disponibbli. Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, pjan tan-negozju bbażat fuq previżjonijiet ta' traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri kien missu jidentifika l-impatt potenzjali tal-iżvilupp ta' dan l-ajruport fuq it-traffiku tal-ajruport ta' Brussell. Brussels Airlines tenfasizza li din il-valutazzjoni qatt ma saret. Fi kwalunkwe każ, kieku saret valutazzjoni bħal din, din kienet turi żieda fit-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi għad-detriment ta' dak tal-ajruport ta' Brussell. Skont Brussels Airlines, dan ir-riżultat kien jikkorrispondi għar-realtà: żieda fl-ishma tas-suq tal-ajruport ta' Charleroi, korrelatata ma' tnaqqis fl-ishma tas-suq tal-ajruport ta' Brussels-National u mat-tnaqqis fil-frekwenza u/jew mal-għeluq ta' diversi linji ta' Brussels Airlines. Għaldaqstant, Brussels Airlines tafferma mill-ġdid li l-għajnuna operattiva mogħtija lil BSCA ma kkontribwixxietx għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni. Għall-kuntrarju, dawn il-miżuri wasslu għal użu ħażin u ħela ta' riżorsi.

(ii)   Il-ħtieġa tal-għajnuna

(146)

Brussels Airlines tfakkar li ajruport jibbenefika minn għajnuna operattiva, il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jipprovdu li t-traffiku annwali ta' ajurport ma jridx jaqbeż it-tliet miljun passiġġier. Brussels Airlines jenfasizza li dan il-limitu nqabeż fl-2009. Barra minn hekk, Brussels Airlines tinnota li l-għajnuna operattiva li minnha bbenefikat BSCA ma nbidlitx bejn l-2002 u l-2008 meta fit-teorija, BSCA kellha tkun kapaċi tkopri porzjon dejjem ikbar ta' dawn l-ispejjeż operattivi. Barra minn hekk, mill-2009, l-ajruport ta' Charleroi kellu jkun kapaċi jkopri dawn l-ispejjeż operattivi u ma kienx eliġibbli biex jirċievi għajnuna operattiva oħra.

(iii)   In-nuqqas ta' adegwatezza tal-għajnuna.

(147)

Skont Brussels Airlines, anki jekk jiġi ppruvat li l-għajnuna operattiva kienet għadha meħtieġa għall-ajruport ta' Charleroi fl-2008, madankollu huwa ċert li l-finanzjament pubbliku ta' BSCA permezz ta' għajnuna mill-Istat ma kinitx politika ġusta peress li l-ajruport ta' Charleroi ma kienx jipproduċi qligħ. Barra minn hekk, Brussels Airlines tenfasizza li l-miżuri inkwistjoni kollha mhumiex xierqa minħabba l-fatt li r-reġjun tal-Vallonja, sa fejn taf hi, ma ppruvax iqabbel a priori l-miżuri tiegħu ma' miżuri ta' għajnuna li jfixklu inqas il-kompetizzjoni.

(iv)   Distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(148)

Brussels Airlines tfakkar li l-ajruport ta' Charleroi jinsab fl-istess żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Brussell u li dan tal-aħħar kien għad għandu kapaċità disponibbli matul il-perjodu eżaminat. Barra minn hekk, Brussels Airlines tenfasizza li għalkemm in-numru ta' passiġġieri żdied fl-ajruport ta' Charleroi, dak tal-ajruport ta' Brussels-National staġna jew saħansitra naqas f'dawn l-aħħar snin minkejja l-fatt li t-traffiku tal-ajru żdied globalment fil-pajjiżi kollha Ewropej.

4.1.3.   L-Assoċjazzjoni tar-Rappreżentanti tal-Kumpaniji tal-Ajru (BAR)

(a)   Kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012

(149)

BAR tgħid li fl-ajruport ta' Brussell, l-ispejjeż għas-servizzi tat-terminals (imposti), l-ispejjeż relatati mas-sikurezza u ċerti spejjeż ta' sigurtà u l-ispejjeż għas-servizzi tat-tifi tan-nar huma mħallsa mill-utenti tiegħu, filwaqt li fl-ajruporti reġjonali, dawn jitħallsu mill-awtoritajiet tal-ajruport jew dawk reġjonali. Skont BAR, dan huwa vantaġġ sostanzjali għall-ajruporti reġjonali.

(b)   Kummenti li waslu wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-avjazzjoni rigward l-għajnuna pubblika favur l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru.

(i)   Dwar id-distorsjoni fil-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna operattiva favur Brussels South Charleroi Airport (BSCA)

(150)

BAR tfakkar fil-qosor it-tip ta' għajnuna inkwistjoni: għajnuna operattiva li rċeviet BSCA u li ngħatat mir-Reġjun tal-Vallonja, “aktarx ittrasferita lil Ryanair, għall-inqas parzjalment”.

(151)

BAR tikkundanna l-fatt li, meta ħabbret li riedet tapplika l-prinċipji msemmija fil-Linji Gwida tal-Avjazzjoni “fil-kawżi kollha li jirrigwardaw għajnuna operattiva mogħtija lill-ajruporti, anki jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 ” il-Kummissjoni tmur kontra l-prinċipju ta' ċertezza legali u tadotta approċċ oppost għal dak li hija kienet tirrakkomanda fl-2002 fil-Komunikazzjoni tagħha dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illegali peress li skont BAR, din tispeċifika li l-għajnuna għandha tiġi eżaminata “fid-dawl tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fid-data tal-għoti tal-għajnuna”. Barra minn hekk, BAR tqis li din il-bidla fil-politika tal-Kummissjoni tikser ukoll il-prinċipju li għandhom jingħataw raġunijiet peress li l-Kummissjoni ma tispjegax għalfejn l-iżvilupp fis-settur tal-avjazzjoni għandu impatt fuq l-eżami tal-għajnuna operattiva tal-passat, u lanqas għalfejn din biss hija affettwata u mhux l-għajnuna għall-bidu jew għall-investiment fil-passat. F'dan ir-rigward, BAR tenfasizza li fl-ipoteżi li l-Kummissjoni kellha tiddikjara għajnuna mogħtija fil-passat bħala kumpatibbli mas-suq intern meta qabel kien ġie deċiż mod ieħor, dan mhux biss imur kontra l-prinċipji ġenerali msemmija qabel iżda wkoll il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba u ta' aspettattiva leġittima.

(152)

Skont BAR, il-miżuri ta' għajnuna kkonċernati, inklużi dawk mogħtija fil-passat lil BSCA, mhumiex kumpatibbli mas-suq intern, anki jekk jiġu eżaminat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

il-miżuri ta' għajnuna mhumiex meħtieġa: BSCA qabżet il-limitu massimu ta' miljun passiġġier peress li tilqa' sitt miljuni u għandha għalhekk tkun kapaċi tiflaħ l-ispejjeż operattivi tagħha. Fi kwalunkwe każ, l-għajnuna operattiva ma tistax tkun iddikjarata kumpatibbli peress li BSCA irreġistrat tliet miljun passiġġier, u lanqas meħtieġa matul il-perjodu preċedenti peress li BSCA kellha tkun f'qagħda li terfa' l-ispejjeż operattivi.

l-għajnuna kienet u għadha aantikompetittiva: skont BAR, minħabba li BSCA tinsab fl-istess żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Brussels-National li kellu kapaċitajiet ta' riżerva, ir-Reġjun tal-Vallonja kellu jieħu dan inkunsiderazzjoni meta ta l-għajnuna, li ma kienx il-każ.

(ii)   Kummenti addizzjonali dwar il-kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni

(153)

Skont BAR, jekk BSCA tqis li għajnuna maħsuba għat-twettiq ta' ċerti servizzi pubbliċi fl-ajruport għandha tkun awtorizzata, jeħtieġa li dawn jitqabblu mal-istess servizzi pprovduti fl-ajruport ta' Brussels-National. Madankollu, BAR tenfasizza li ċerti servizzi pprovduti lil BSCA huma kkunsidrati bħala servizzi pubbliċi filwaqt li fl-ajruport ta' Brussels-National mhumiex ikkunsidrati hekk.

(154)

BAR tinsisti fuq il-fatt li l-ġbir tal-imposti tal-ajruport m'għandux iwassal għal sitwazzjoni ta' diskriminazzjoni bejn l-utenti. B'mod partikolari BAR tirreferi għall-iskontijiet li tibbenefika minnhom Ryanair fuq l-imposti tal-ajruport u li minnhom ma jgawdux il-kumpaniji l-oħrajn stabbiliti f'dan l-ajruport, u għall-fatt li l-imposti tal-ajruport fl-ajruport ta' Brussels-National huma ferm ogħla.

(155)

BAR tfakkar li minn meta l-ajruport ta' Brussell ġie pprivatizzat, is-servizzi tiegħu mgħadhomx b'mod speċifiku kkunsidrati li jaqgħu taħt l-isfera pubblika. Dawn is-servizzi huma “attivitajiet irregolati” li għalihom l-imposti li jħallsu l-utenti jew il-passiġġieri tal-ajruport huma kkontrollati skont formula.

(156)

Barra minn hekk, BAR tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq l-ipoteżi ta' sussidji inkrojċati peress li Ryanair tiżvolġi l-attività tagħha kemm f'Charleroi kif ukoll fl-ajruport ta' Brussels-National. Kieku din l-ipoteżi kellha tiġi vverifikata, dan ikun b'mod ċar każ ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni.

4.1.4.   L-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA)

(a)   Kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012

(157)

L-AEA targumenta li s-sussidji mogħtija lill-ajruporti reġjonali huma aċċettabbli biss jekk ikunu ta' benefiċċju għall-utenti kollha tal-ajruport mingħajr ebda diskriminazzjoni u jekk ma joħolqux distorsjonijiet bejn l-ajruporti fl-istess żona ta' kummerċ. L-AEA tirrikonoxxi li l-ajruporti jistgħu jadattaw l-infrastrutturi tagħhom għall-ħtiġijiet ta' utenti speċifiċi, diment li l-prinċipji ta' trasparenza, ta' proporzjon mal-kontijiet u tan-nondiskriminazzjoni jkunu rrispettati.

4.1.5.   Air France

(a)   Kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012

(158)

Air France titlob lill-Kummissjoni biex ma tapprovax dik li hija tqis bħala għajnuna operattiva li tfixkel il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru u bejn l-ajruporti. Air France tqis li l-Kummissjoni għandha tagħmel paragun dettaljat tal-imposti applikati fl-ajruport ta' Charleroi ma' dawk applikati fl-ajruporti tal-istess żona ta' kummerċ, b'mod partikolari fl-ajruport ta' Brussels-National.

(159)

Barra minn hekk, Air France tikkontesta l-applikazzjoni retroattiva tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni għall-każijiet li jinvolvu għajnuna operattiva lill-ajruporti, anki jekk din l-għajnuna tħallset qabel il-pubblikazzjoni tagħhom, għal diversi raġunijiet:

skont Air France, l-applikazzjoni retroattiva tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tiffavorixxi lill-atturi mhux skruplużi billi tilleġittima imġiba mhux konformi mar-regoli applikabbli fiż-żmien li ġew implimentati. Għall-kuntrarju, dan l-approċċ jippenalizza lill-atturi li kkonformaw mal-linji gwida preċedenti billi qagħdu lura milli jirċievu fondi pubbliċi;

l-applikazzjoni retroattiva tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni għall-għajnuna operattiva mogħtija lill-ajruporti hija kuntrarja għall-prinċipji ġenerali tad-dritt u għall-ġurisprudenza Ewropea.

(160)

Air France issostni li l-Linji Gwida l-ġodda ser ikollhom l-effett li jiffavorixxu lill-operaturi l-ġodda għad-detriment tal-operaturi antiki. Fil-fatt, jekk jippermettu lil kumpanija tal-ajru ġdida tħallas biss il-kost inkrimentali assoċjat mal-attività tagħha, ikunu qegħdin jiddiskriminaw lill-operaturi antiki tal-ajruport li huma soġġetti għal imposti ogħla.

(161)

Fl-aħħar nett, Air France tfakkar li għalkemm il-kundizzjoni tal-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ta' ajruport tista' tidher faċilment issodisfata fit-teorija, il-prattika hija kompletament differenti, billi ċerti mudelli operattivi huma xjentement żvantaġġjati.

4.1.6.   BSCA

(a)   Kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012

(162)

BSCA tistieden lill-Kummissjoni tagħlaq l-investigazzjoni tagħha minħabba n-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat favuriha jew favur l-imsieħba kummerċjali tagħha.

(163)

L-ewwel nett, BSCA tqis li t-tul ta' żmien mill-bidu tal-kawża huwa tali li jagħti lok għal aspettattiva leġittima lil BSCA u lill-utenti tagħha. BSCA tfakkar li l-Kummissjoni kienet diġà ġiet informata, waqt l-ewwel investigazzjoni tagħha li wasslet għad-deċiżjoni tal-2004, dwar il-mekkaniżmu implimentat mir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA fl-1991 bħala parti mill-kuntratt ta' konċessjoni u l-emendi ulterjuri tiegħu. BSCA tikkontesta għalhekk l-estensjoni tal-ambitu tal-miżuri li qegħdin jiġu eżaminati mill-Kummissjoni.

(164)

BSCA tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni rigward l-importanza tal-ajruporti reġjonali fir-rigward tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, tal-aċċessibbiltà tar-reġjun kif ukoll tat-turiżmu. BSCA tqis li l-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru ħolqot kategorija ġdida ta' passiġġieri ffukati fuq is-city trips u l-vjaġġi qosra għal raġunijiet familjari, kif ukoll mudelli ekonomiċi ġodda bi prezz baxx li jissodisfaw din id-domanda ġdida. BSCA tqis, għalhekk, li hija f'kompetizzjoni ferm żgħira mal-ajruport ta' Brussels-National. F'dan ir-rigward, BSCA tenfasizza l-impatt ferm limitat tal-ftuħ fil-passat ta' linja bejn Dublin u l-ajruport ta' Charleroi Bruxelles Sud fuq l-ajruport ta' Brussels-National. (85) BSCA tiġġustifika s-suċċess tagħha permezz tal-politika dinamika implimentata mill-awtoritajiet tal-Vallonja f'dawn l-aħħar snin kif ukoll permezz tal-flessibbiltà tal-infrastruttura tagħha u d-dinamiżmu tat-timijiet tal-ajruport.

(165)

Rigward is-servizzi ta' interess ġenerali, BSCA tfakkar li ilha mill-1991 tirċievi kumpens għal servizzi ta' interess ġenerali kif definiti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet konkluż mal-awtoritajiet pubbliċi tal-Vallonja. BSCA tikkontesta l-analiżi li għamlet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tal-21 ta' Marzu 2012, li tikkonfuta n-natura non-ekonomika ta' dawn l-attivitajiet. L-operatur iqis li din hija, minn naħa, tibdil ta'pożizzjoni tal-Kummissjoni meta mqabbla mal-prattika tad-deċiżjonijiet eżistenti tagħha u, min-naħa l-oħra, ksur tar-regolamenti internazzjonali u Ewropej dwar is-sigurtà u s-sikurezza tat-trasport. BSCA tfakkar lill-Kummissjoni li t-trasferiment ta' dawn is-servizzi ta' interess ġenerali li qabel kienu jsiru mill-amministrazzjoni kien immotivat minn interess ta' amministrazzjoni tajba u ta' flessibbiltà. Għalhekk, il-kumpens imħallas mill-awtoritajiet tal-Vallonja huwa limitat, iġġustifikat abbażi tal-ispejjeż u ma joħloq ebda benefiċċju għal BSCA. Ġiet stabbilita sistema ta' kontroll biex jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed.

(166)

Rigward iż-żieda tal-kapital, BSCA tfakkar li l-Kummissjoni ma kienet qajmet l-ebda dubju fl-ewwel investigazzjoni u tqis li hija konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq. L-operatur iżid li din iż-żieda ġiet deċiża fuq il-bażi ta' pjan tan-negozju kredibbli u realista u li din kienet iġġustifikata mill-ħtiġijiet tagħha fil-kuntest tal-iżvilupp konsiderevoli tal-attivitajiet tagħha. F'dan ir-rigward, BSCA tenfasizza li l-Kummissjoni kienet diġà nnutat fl-2004 li l-qligħ mistenni għall-2003 kien ogħla minn dak mistenni fid-dawl tal-pjan tan-negozju tal-2001. Bl-istess mod, in-numru ta' passiġġieri li vvjaġġaw permezz ta' BSCA kif ukoll id-dħul operattiv fl-2011 jaqbżu l-estimi previsti minn dan l-istess pjan ta' negozju. Fl-aħħar nett, skont BSCA, l-iżvilupp tal-attivitajiet ta' BSCA fi sħubija ma' Ryanair ippermetta li SOWAER tibbenefika mir-riżultati tajbin miksuba minn BSCA biex tiġġenera valur miżjud sostanzjali mill-bejgħ ta' parti mill-assi tagħha fl-2009.

4.2.   Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar il-miżuri favur Ryanair

4.2.1.   Britannia

(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)

(167)

Il-kumpanija tal-ajru Britannia tikkunsidra li huwa normali li l-ajruporti jistgħu joffru appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u skontijiet skont il-volum ta' passiġġieri miġjub mill-kumpaniji, speċjalment fil-każ ta' ajruporti li għadhom mhumiex stabbiliti sew. Madankollu, dawn il-vantaġġi għandhom jibqgħu proporzjonati, realistiċi u limitati fiż-żmien. Britannia hija mħassba dwar l-inugwaljanza li nħolqot bejn il-kumpaniji tal-ajru f'kompetizzjoni ma' xulxin f'dan il-każ. It-taxxi tal-ajruport mhumiex l-istess u mhumiex realistiċi, filwaqt li l-kumpaniji bi prezz baxx jużaw ir-runways, it-terminals jew it-tagħmir ta' sigurtà bl-istess mod bħall-kumpaniji l-oħrajn.

4.2.2.   Scandinavian Airlines

(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)

(168)

SAS tfakkar li d-deregulazzjoni tal-ajru Ewropew ħolqot kompetizzjoni akbar bejn il-kumpaniji tal-ajru tradizzjonali u ħolqot ukoll kumpaniji ġodda li żviluppaw kunċetti ġodda ta' impriża. Huwa essenzjali li din il-kompetizzjoni tkun konformi ma' acquis regolatorju applikat b'mod trasparenti u nondiskriminatorju.

4.2.3.   KLM Royal Dutch Airline

(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)

(169)

KLM tispjega li l-kumpaniji bi prezzijiet baxxi u l-kumpaniji tradizzjonali joffru prodotti differenti u li kull waħda minnhom għandha l-iskop tagħha, kemm fil-livell kummerċjali kif ukoll dak operattiv. Il-kumpaniji bi prezzijiet baxxi ġeneralment jevitaw l-ajruporti l-kbar li l-loġistika tagħhom tista' tkun ikkumplikata u l-ispejjeż tagħhom kbar: huma jagħżlu pjattaformi reġjonali li jippermettulhom joperaw rotazzjonijiet mgħaġġla b'inqas kost. Dawn l-iżviluppi ma jistgħux jiġu kkontestati, iżda ma jistgħux jiġġustifikaw l-għajnuna. Skont KLM, il-vantaġġi li rċeviet Ryanair f'Charleroi imorru ferm lil hinn minn dak li huwa permess mill-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u l-korrispettiv mogħti minn Ryanair li jikkonsisti f'li tibbaża ċertu numru ta' ajruplani fl-ajruport ta' Charleroi ma jbiddel xejn minn dan il-fatt.

4.2.4.   Air France

(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)

(170)

Air France tikkunsidra li t-tnaqqis fl-imposti applikabbli għal Ryanair u l-ħlas tagħhom mir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA joħolqu żvantaġġ għall-kompetituri ta' Ryanair li jservu konnessjonijiet fuq is-suq intra-Komunitarju. It-tnaqqis tal-imposta fuq l-inżul tippermetti lil Ryanair tnaqqas l-ispejjeż operattivi tagħha u, b'hekk, issir aktar kompetittiva mill-kompetituri tagħha mhux biss fuq it-titjiriet li hija topera minn jew lejn Charleroi iżda wkoll fuq in-netwerk kollu ta' Ryanair. L-impenn ta' kumpens mogħti mir-Reġjun tal-Vallonja huwa wkoll meqjus bħala vantaġġ li jiggarantixxi lil Ryanair kundizzjonijiet operattivi stabbli filwaqt li l-“il-prattika tal-użu ta' kwalunkwe pjattaforma ta' ajruport turi li l-ambjent kummerċjali u regolatorju qatt ma huwa fiss. B'hekk l-ammont ta' taxxi tal-ajruport jista' faċilment jitla' jekk l-operatur ikun imġiegħel jiffinanzja miżuri speċifiċi, eventwalment biex jakkomoda trasportaturi oħrajn li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom f'Charleroi; barra minn hekk l-iżvilupp tal-miżuri ambjentali jista' wkoll jibdel il-kundizzjonijiet ta' użu ta' ajruport”.

4.2.5.   Austrian Airlines

(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)

(171)

Skont Austrian Airlines, il-wasla tal-kumpaniji bi prezzijiet baxxi ħolqot tellieqa għas-sussidji bejn l-ajruporti u r-reġjuni li jixtiequ jingħataw servizz minn dawn it-trasportaturi. Dawn l-iżviluppi jqiegħdu f'dubju l-prinċipju tar-remunerazzjoni għad-disponibbiltà tal-infrastrutturi, minkejja li din hija waħda mir-regoli bażiċi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili. L-għajnuna mogħtija mhijiex degressiva, hija indipendenti mis-suċċess irreġistrat minn Ryanair fuq il-konnessjonijiet li hija tkopri u hija biss ta' benefiċċju għal kumpanija waħda tal-ajru, fatt li joħloq diskriminazzjoni. Austrian tikkonkludi li “kooperazzjonijiet” bħal dawk bejn Ryanair u r-Reġjun tal-Vallonja jwasslu għal distorsjonijiet kbar fil-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji tal-ajru u huma ġeneralment inkumpatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-avjazzjoni.

4.2.6.   Association des riverains et habitants des communes proches de l'aéroport de Charleroi-Gosselies (L-Assoċjazzjoni tar-residenti u l-abitanti tal-muniċipalitajiet fil-madwar tal-ajruport ta' Charleroi-Gosselies) (ARACH)

(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)

(172)

L-ARACH hija mħassba dwar il-fatt li l-għajnuna finanzjarja mogħtija lil Ryanair tista' twassal għal “żvilupp bla rażan tal-ajruport” f'sit urban, u li “bħala ċittadini u kontribwenti, aħna mħassba dwar l-għajnuna pubblika dubjuża mogħtija lil kumpanija privata, peress li dan huwa użu ħażin tar-riżorsi baġitarji tar-Reġjun tal-Vallonja.”

4.2.7.   Parti interessata A

(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)

(173)

Il-parti interessata A tħossha “ferm inkwetata” minħabba s-sussidji mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi li jaffettwaw il-kundizzjonijiet kompetittivi bejn id-diversi mezzi ta' trasport: “B'hekk il-kumpanija Ryanair tgawdi minn sussidji pubbliċi fosthom għall-konnessjoni bejn Charleroi u Londra, filwaqt li l-Eurostar, operata b'mod konġunt mill-SNCB, il-ferroviji Britanniċi u SNCF ma jgawdux minnhom. Madankollu ż-żewġ mezzi tat-trasport jinsabu f'kompetizzjoni diretta fuq ir-rotta Brussell-Londra. Hija r-responsabbiltà sħiħa tal-operaturi ferrovjarji li jagħmlu l-komunikazzjonijiet tagħhom għall-konnessjoni, li jixtru l-materjal u l-irmonk, li jħallsu l-pedaġġi tal-infrastrutturi u tal-mini, eċċ. Għaldaqstant mhemmx trattament ugwali bejn il-kompetituri”.

4.2.8.   Parti interessata B

(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)

(174)

Il-parti interessata B targumenta li l-vantaġġi mogħtija lil Ryanair itaffu l-istruttura tal-ispejjeż tagħha u jippermettulha tuża prezzijiet imraħħsa. Dawn il-prattiki jaffettwaw il-kundizzjonijiet kompetittivi li dawn il-kumpaniji joperaw mill-ajruport ta' Charleroi jew mill-ajruport ta' Brussels-National u jkunu xi jkunu r-rotot moqdija. Il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji msejħa “low-cost” mhijiex biss kompetizzjoni li trid tiġi analizzata rotta b'rotta. Għal ħafna vjaġġaturi, id-destinazzjonijiet ta' Venezja jew ta' Barċellona huma sostitwibbli. Għaldaqstant il-kompetizzjoni tapplika għar-rotot kollha.

(175)

Din l-impriża tispjega li l-kostijiet diretti għat-tluq minn Brussell huma ta' EUR 32,14 għal kull passiġġier, meta mqabbla ma' EUR 5 għal Ryanair meta titlaq minn Charleroi (86).

(176)

Anki jekk is-servizzi ta' groundhandling huma aktar limitati għal Ryanair milli għal kumpaniji tal-ajret., din il-parti interessata tikkumenta li ħafna mis-servizzi ta' groundhandling huma xorta waħda meħtieġa għall-kumpaniji kollha. Il-fatt li s-suq tal-groundhandling huwa miftuħ għall-kompetizzjoni fl-ajruport ta' Brussels-National ifisser li l-ispejjeż tal-groundhandling normalment m'għandhomx ikun ħafna ogħla fl-ajruport ta' Brussels-National milli fl-ajruport ta' Charleroi. L-ispejjeż ta' groundhandling, ġeneralment ikunu ogħla fl-ajruport ż-żgħar milli fl-ajruporti l-kbar peress li l-impriżi ġeneralment ma jirnexxielhomx jilħqu d-daqs essenzjali biex joperaw ekonomiji ta' skala. Din il-parti interessata tqis li Ryanair iffrankat EUR 17-il miljun fl-2003 fuq il-kost attwali tal-groundhandling u t-taxxa fuq l-inżul. Jirriżulta wkoll li BSCA ma kkunsidratx l-effetti tad-Direttiva 96/67KE (87): l-ajruport għandu jilħaq iż-żewġ miljun passiġġier fis-sena pjuttost malajr u BSCA għandha tapplika d-Direttiva għal dan il-limitu massimu u tiftaħ is-suq tal-groundhandling għal operaturi oħrajn.

(177)

BSCA ma aġixxietx bħal investitur privat f'ekonomija tas-suq iżda għal raġunijiet politiċi u soċjali, fuq struzzjonijiet tar-Reġjun tal-Vallonja. Il-kuntratt ta' 15-il sena probabbilment mhux ser jippermetti lil BSCA tistabbilixxi lilha nfisha bħala negozju profittabbli u ser jibqa' jkollha problemi operattivi. Il-prospett ta' ritorn fuq l-investiment jista' jkun imminat bl-irtirar ta' Ryanair (88).

(178)

BSCA tirċievi kontribuzzjonijiet mir-Reġjun tal-Vallonja, kemm jekk huma l-prodott tat-taxxi tal-ajruport li jammonta għal 65 % kif ukoll jekk huma d-disponibbiltà bla ħlas tal-infrastruttura, meta r-Reġjun tal-Vallonja jħallas kontribuzzjoni lil SOWAER. Fil-prinċipju, kull ħlas mingħand ir-Reġjun tal-Vallonja għandu jkun limitat għall-kumpens tal-ispejjeż relatati mal-obbligi ta' servizz pubbliku fuq BSCA, u s-sitwazzjoni ftit li xejn hija ċara f'dan ir-rigward.

(179)

Għal din l-impriża, li tirrikonoxxi li bbenefikat ukoll xi drabi minn vantaġġi ta' kummerċjalizzazzjoni għat-tnedija ta' destinazzjonijiet ġodda, iżda qatt minn tnaqqis fuq it-taxxi tal-ajruport jew mill-ispejjeż ta' groundhandling, il-vantaġġi mogħtija lil Ryanair f'Charleroi jisbqu ferm il-prattiki fis-seħħ. Hija tqis madankollu li ħadet riskji kummerċjali daqstant kbar meta stabbilixxiet ruħha fl-ajruport ta' Brussels-National fi żmien meta l-kompetizzjoni minn Sabena kienet kbira ħafna.

(180)

Il-fatt li ċerti operaturi tal-ajruporti jagħtu vantaġġi lil Ryanair mhuwiex rilevanti biex jintwera li l-ajruport ta' Charleroi ġab ruħu bħala investitur privat f'ekonomija tas-suq. L-impriża tirreferi għas-sentenza Steinike & Weiling (89).

4.2.9.   Brussels International Airport Company, li saret Brussels Airport Company (minn hawn “il quddiem BAC”)

(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)

(181)

Skont BAC, BSCA ma ġabitx ruħha bħal investitur privat peress li l-vantaġġi li tat jiddistingwu ruħhom minħabba l-kobor tagħhom minn dawk mogħtija minn ajruporti oħrajn (90). Il-fatt li Ryanair tirċievi vantaġġi minn ajruporti oħrajn madankollu mhuwiex rilevanti, għaliex dawn ukoll jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(182)

Il-parti interessata tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq diversi fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-analiżi tar-ritorn potenzjali għall-profittabbiltà ta' BSCA u li jidhru li jeskludu qligħ fuq terminu medju:

(183)

BSCA ibbenefikat minn rikapitalizzazzjoni mir-Reġjun tal-Vallonja ta' EUR 4 miljun f'Diċembru 2002.

BSCA “tgawdi minn eżenzjoni ta' nofs l-ammont tal-imposta dovut minnha lir-Reġjun tal-Vallonja għall-perjodu 2001-2006. Dan il-vantaġġ jammonta għal miljun euro fis-sena, li BSCA xorta waħda jkollha tirrimborża mill-2007”;

il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ammont tal-ispejjeż relatati max-xogħlijiet ta' tkabbir tal-ajruport ta' Charleroi, stmati għal EUR 95 miljun, u mal-arranġamenti ta' finanzjament. Jekk dawn ix-xogħlijiet mhumiex koperti minn BSCA, il-kundizzjonijiet ta' disponibbiltà ta' dawn l-infrastrutturi għall-benefiċċju ta' BSCA mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja għandhom jiġu kkontrollati. Din il-parti interessata tiddubita kemm fl-istat attwali ta' dawn l-infrastrutturi, l-ajruport jista' jilqa' biżżejjed passiġġieri biex jiżgura l-bilanċ finanzjarju ta' BSCA;

ir-Reġjun tal-Vallonja jqiegħed bla ħlas għad-dispożizzjoni ta' BSCA il-materjal u l-persunal meħtieġ għall-operazzjonijiet kollha ta' sigurtà fl-ajruport ta' Charleroi, jiġifieri l-kontroll tal-passiġġieri u tal-bagalji tagħhom qabel jimbarkaw, filwaqt li “ ġeneralment l-ispejjeż tas-sigurtà jinġarru mill-utenti tal-ajruport, kemm permezz ta' imposta tas-sigurtà mħallsa lill-operatur tal-ajruport, kif ukoll permezz ta' taxxa f'każ fejn dawn is-servizzi jiġu pprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi ”.

4.2.10.   Parti interessata C

(kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012)

(184)

Il-parti interessata C tqis li l-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA u lil Ryanair jaffettwaw il-kompetizzjoni u li l-ajruporti ta' Charleroi u ta' Brussels-National joperaw fuq l-istess suq.

(185)

Il-parti interessata C tikkritika r-rabta bejn ir-Reġjun tal-Vallonja, BSCA u Ryanair u d-differenzi li jirriżultaw fl-imposti miġbura mingħand il-kumpaniji tal-ajru fi Brussell u f'Charleroi. B'mod aktar partikolari, i) l-imposti ta' manutenzjoni mhumiex mgħoddija fuq l-utenti iżda kkumpensati mir-Reġjun tal-Vallonja, ii) it-taxxi fuq l-inżul jiffavorixxu lil Ryanair, […].

(186)

Il-parti interessata C targumenta wkoll li Ryanair ma tħallasx għal servizzi li jaqgħu taħt il-ġestjoni normali tal-ajruport, bħas-servizzi ta' tifi tan-nar, it-tkabbir u l-bini ta' infrastrutturi u l-imposti għal kull passiġġier.

4.2.11.   Brussels Airlines

(a)   L-eżistenza ta' għajnuna

(i)   Vantaġġ selettiv

(187)

Skont Brussels Airlines, Ryanair ibbenefikat minn vantaġġ selettiv meta mqabbla mal-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn.

(188)

Fil-fatt, l-għajnuna mogħtija mir-Reġjun u minn SOWAER lil BSCA tbaxxi l-ispejjeż operattivi ta' din tal-aħħar u tippermettilha tapplika imposti aktar baxxi fuq il-kumpaniji tal-ajru, fosthom Ryanair, u b'hekk jonqsu wkoll l-ispejjeż operattivi ta' din il-kumpanija. B'mod partikolari, billi r-Reġjun tal-Vallonja jkopri l-ispejjeż relatati mas-sikurezza tal-ajruport ta' Charleroi, BSCA ma tirkuprahomx mingħand il-kumpaniji tal-ajru, filwaqt li l-ajruport ta' Brussels-National ma bbenefika minn ebda kumpens f'dan ir-rigward. Brussels Airlines tqis li l-programm ta' appoġġ finanzjarju kollu tar-Reġjun favur BSCA għandu jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni tar-relazzjoni kummerċjali bejn BSCA u Ryanair.

(189)

Ryanair ibbenefikat ukoll minn miżuri finanzjarji diretti bħal għajnuna għall-bidu u kontribuzzjonijiet għall-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Brussels Airlines għandha dubji dwar il-konformità ta' din l-għajnuna mal-kundizzjonijiet previsti mil-Linji Gwida tal-2005 u dwar ir-rispett tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' trasparenza.

(190)

Brussels Airlines tikkunsidra li minħabba l-effett kumulattiv tal-miżuri kollha, huwa impossibbli li wieħed jaħseb li BSCA ġabet ruħha bħal investitur privat u tistieden lill-Kummissjoni biex ma teżaminax il-miżuri b'mod separat iżda kollha f'daqqa.

1.   Benchmarking.

(191)

Skont Brussels Airlines, l-imposti miġbura minn BSCA mingħand Ryanair matul il-perjodu kkonċernat kienu ferm inqas minn dawk imħallsa minn kumpaniji tal-ajret. f'ajruporti simili.

(192)

Brussels Airlines tuża bħala referenza l-imposti tal-avjazzjoni ta' grupp ta' ajruporti oħrajn li jinsabu fiż-żona ta' kummerċ ta' Charleroi (Eindhoven, Lille u Cologne) jew ta' daqs simili (Marsilja, Porto u Bolonja) u tikkonkludi li l-imposti tal-ajruport applikati fl-ajruport ta' Charleroi mhumiex konformi ma' dawk li japplika investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(193)

Brussels Airlines tqis ukoll li l-ajruport ta' Brussell huwa referenza tajba għall-valutazzjoni tal-karattru diskriminatorju tal-imposti tal-ajruport: iż-żewġ ajruporti jinsabu fil-fatt fl-istess żona ta' kummerċ u jiffaċċjaw l-istess ambjent ekonomiku. Barra minn hekk, l-ajruport ta' Brussell jista' jgħaddi l-ispejjeż fissi tiegħu fuq aktar kumpaniji tal-ajru, li jinvalida l-argument li l-imposti applikati mill-ajruport ta' Brussell huma bilfors ogħla minħabba d-daqs tiegħu. Tqabbil jiżvela differenza kbira bejn il-livell tal-imposti tal-ajruport fi Brussell u dak f'Charleroi, anki jekk jiġu kkunsidrati s-servizzi addizzjonali pprovduti fl-ajruport ta' Brussels-National minħabba d-differenzi bejn il-mudelli ekonomiċi tal-kumpaniji.

2.   Kopertura tal-ispejjeż

(194)

Skont Brussels Airlines, BSCA ma turix li meta ġew deċiżi l-ftehimiet inkwistjoni (tal-2001 kif ukoll l-emendi li segwew), BSCA kienet f'qagħda li tkopri l-ispejjeż li nħolqu minn dawn il-ftehimiet, sakemm damu, waqt li fl-istess ħin tikseb qligħ raġonevoli fuq il-bażi ta' terminu medju. Għaldaqstant, BSCA ma ġabitx ruħha bħal investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(195)

Brussels Airlines targumenta li l-marġni benefiċjarju ta' BSCA huwa ferm inferjuri minn dak tal-ajruporti l-oħrajn tal-Unjoni. Fl-2006 u fl-2007, il-marġni benefiċjarju medju ta' diversi ajruporti tal-Unjoni kien madwar 7 % u 9 %. Il-marġnijiet benefiċjarji ta' BSCA/SOWAER, aġġustati b'kunsiderazzjoni tas-sussidji, huma konsiderevolment negattivi u għalhekk ma jikkorrispondux għall-marġnijiet imsemmija qabel, li jindika prattiki mhux orjentati lejn is-suq.

(196)

Brussels Airlines tistaqsi dwar il-possibbiltà li tiġġustifika permezz ta' ekonomiji ta' skala t-tnaqqis ta' 50 % mogħti lil Ryanair fuq dawn l-imposti. L-imposti għal kull passiġġier, għal kull passiġġier b'mobilità mnaqqsa u tal-groundhandling ma jeżistux jew huma baxxi ħafna, waqt li dawn huma spejjeż li normalment jitħallsu mill-kumpaniji tal-ajru.

(197)

Skont Brussels Airlines, il-kostijiet tal-investiment u dawk operattivi li ma ġġarbux minn BSCA għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-għajnuna lil Ryanair.

(198)

Brussels Airlines tiddubita jekk BSCA ipproġettatx biżżejjed id-dħul u l-ispejjeż stmati tal-ajruport għat-terminu kollu tal-ftehimiet iffirmati ma' Ryanair.

(199)

Bħala korrispettiv għat-tnaqqis fuq l-imposti, Ryanair ma setgħetx tiggarantixxi lil BSCA traffiku li kien jiġġenera dħul ekwivalenti u proporzjonat għall-ispejjeż relatati mal-vantaġġi mogħtija lil Ryanair.

(200)

Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, il-miżuri inkwistjoni mhumiex konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq, huma għajnuna mill-Istat u jagħtu vantaġġ selettiv lil Ryanair.

(ii)   Distorsjoni tal-kompetizzjoni

(201)

Brussels Airlines targumenta li l-għajnuna għandha impatt negattiv fuq il-kumpaniji tal-ajru li joperaw mill-ajruport ta' Brussels-National. L-għajnuna tippermetti lil BSCA tapplika imposti aktar baxxi u li tnaqqas l-ispejjeż tal-kumpaniji li joperaw mill-ajruport ta' Charleroi. Dawn il-kumpaniji jistgħu jnaqqsu l-prezzijiet tal-kompetituri tagħhom li joperaw minn ajruporti oħrajn. Għaldaqstant, is-suq Ewropew tar-rotot minn punt għal punt mill-Belġju mexa lejn Charleroi. Charleroi biss esperjenza żieda fit-traffiku tiegħu f'dan is-segment. In-numru ta' passiġġieri fl-ajruport ta' Brussels-National staġna f'dawn l-aħħar snin, filwaqt li t-traffiku żdied kullimkien fl-Ewropa. Fi kliem ieħor, skont Brussels Airlines, Charleroi biss qed igawdi miż-żieda fit-traffiku lokali.

(202)

Brussels Airlines tfakkar li hija bbażata fl-ajruport ta' Brussels-National, li ż-żona ta' kummerċ tiegħu tkopri kważi għal kollox dik ta' Charleroi. Għaldaqstant, Brussels Airlines tinsab f'kompetizzjoni diretta ma' Ryanair: huma joperaw fl-stess żona ta' kummerċ u jattiraw l-istess klijentela. Fis-suq tal-Unjoni, Brussels Airlines u Ryanair joffru l-istess tip ta' servizz (servizz minn punt għal punt) u jaqdu l-istess destinazzjonijiet. 60 mid-destinazzjonijiet moqdija minn Brussels Airlines ikopru dawk moqdija minn Ryanair. Minn 46 destinazzjoni, Brussels Airlines hija f'kompetizzjoni ma' Ryanair fuq 16-il destinazzjoni fl-istess ajruport u fuq 12 oħra f'ajruport fl-istess żona ta' kummerċ.

(203)

Il-konsegwenza ta' din is-sitwazzjoni hija li Brussels Airlines kellha tagħlaq ċerti linji moqdija wkoll minn Ryanair (sebgħa mill-2007) u tnaqqas il-frekwenza tat-titjiriet fuq ċerti linji (fuq 14-il destinazzjoni). Bejn l-2004 u l-2012, is-sehem tas-suq ta' Brussels Airlines naqas minn […] % għal […] %. L-ishma tas-suq tagħha għadhom qegħdin jonqsu għall-benefiċċju ta' Charleroi li l-ishma tas-suq tiegħu żdiedu minn […] għal […] %.

(b)   Inkumpatibbiltà mas-suq intern.

(204)

Għal Brussels Airlines, il-parti l-kbira tal-għajnuna mogħtija lil Ryanair ma tikkontribwixxix għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni. Barra minn hekk l-għajnuna ġiet applikata b'mod li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni li tmur kontra l-interessi komuni. Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, l-għajnuna mogħtija lil Ryanair hija inkumpatibbli mas-suq intern.

4.2.12.   BSCA

(kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012)

(205)

Skont BSCA, il-ftehim kummerċjali ma' Ryanair ma jikkostitwixxix għajnuna favur Ryanair. Fil-fatt, ir-riżultati ġġenerati minn din is-sħubija juru l-profittabbiltà tal-mudell ekonomiku. Barra minn hekk, BSCA iżżid tgħid li hija tmexxi l-attivitajiet tagħha f'awtonomija sħiħa mingħajr l-intervent dirett jew indirett tal-gvern tal-Vallonja, b'mod partikolari n-negozjati tal-kuntratti kummerċjali mal-kumpaniji tal-ajru.

4.2.13.   Ryanair

(206)

Ryanair targumenta li l-ftehimiet li saru bejn Ryanair, BSCA u r-Reġjun tal-Vallonja ma fihomx elementi ta' għajnuna mill-Istat għal tliet raġunijiet: il-prinċipju ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq japplika, mhemmx selettività u l-ftehimiet ma jaffettwawx il-kompetizzjoni.

4.2.14.   TBI

(207)

Skont TBI, il-ftehimiet li saru fl-ajruport ta' Charleroi huma simili għall-arranġamenti konklużi minn TBI ma' Ryanair u kumpaniji oħrajn low-cost, b'mod partikolari fi Stokkolma Skavsta. Il-fatt li jingħataw skontijiet fuq it-taxxi fuq l-inżul u l-kost tal-groundhandling huwa prattika kummerċjali komuni biex wieħed jattira lill-kumpaniji li jistgħu jipprovdu volum kbir ta' passiġġieri. Il-kontribuzzjonijiet fil-forma ta' ħlas tal-ispejjeż tal-lukandi, tat-taħriġ tal-persunal jew tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jitqabblu mal-investiment magħmul u mar-riskju meħud mit-trasportatur. Il-kontribuzzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni huma ta' benefiċċju għall-ajruport minħabba li jtejbu l-immaġni, kif ukoll in-numru ta' passiġġieri, tiegħu. TBI toffri dan it-tip ta' kontribuzzjonijiet b'mod speċjali meta operatur jistabbilixxi servizz ġdid jew iżid il-frekwenza ta' ċerti titjiriet fuq rotta speċifika.

4.2.15.   HRL Morrison and Co

(208)

Skont HRL Morrison, investitur privat jista' jadotta l-approċċ segwit mill-ajruport ta' Charleroi. Dan jibbaża l-offerta tiegħu fuq ċerti fatturi determinanti: il-volum ta' passiġġieri li kumpanija tista' ġġib lejn l-ajruport; ir-rieda tiegħu li jieħu impenn fit-tul permezz ta' kuntratti; il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kumpanija; l-iskeda tal-movimenti tal-ajruplani u l-koerenza tagħha mal-attività tal-ajruport (it-traffiku eżistenti); il-ħtiġijiet f'termini ta' riżorsi tat-terminal u ta' groundhandling. Huwa jikkalkula l-qligħ mistenni mill-ftehim ma' Ryanair b'mod globali (u mhux id-diversi elementi tiegħu meħudin b'mod separat). Il-benefiċċji ta' tali tranżazzjoni għandhom ikunu previsti fuq perjodu ta' madwar 20 sena, bi tnedija tal-attivitajiet wara tlieta sa ħames snin. Meta jkun ftehim ta' 15-il sena, l-azzjonisti ta' Morrison jikkunsidraw li jista' jkun kummerċjalment aċċettabbli li ritorn fuq l-investiment jibda jseħħ minn madwar ħames snin wara l-iffirmar tal-ftehim.

5.   IL-KUMMENTI TAL-BELĠJU

5.1.   Il-kummenti tal-Belġju rigward il-miżuri favur BSCA

5.1.1.   Nuqqas ta' għajnuna mill-Istat favur BSCA

5.1.1.1.    Kummenti mingħand il-Belġju wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012

(a)   Il-provvediment tal-infrastruttura minn SOWAER

(i)   L-argument prinċipali mressaq mill-Belġju: l-approvazzjoni tal-programm ta' investimenti mill-gvern tal-Vallonja ġġib data qabel it-12 ta' Diċembru 2000

(209)

Skont il-Belġju, il-programm ta' investimenti ġie deċiż mill-gvern tal-Vallonja f'Lulju 2000 u ġie kkonfermat f'Novembru 2000, jiġifieri qabel is-Sentenza Aéroports de Paris (91) (minn hawn 'il quddiem “is-Sentenza ADP”). Madankollu din is-sentenza tirrappreżenta d-data li fiha r-regoli tat-TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat bdew japplikaw għall-finanzjament tal-ajruporti.

(210)

Il-ftehim qafas tal-20 ta' Lulju 2000, li jispeċifika l-kundizzjonijiet tal-iżvilupp tal-ajruporti reġjonali u l-miżuri ambjentali relatati miegħu, jirrappreżenta l-ftehim li sar fi ħdan il-gvern tal-Vallonja li permezz tiegħu r-Reġjun intrabat li jalloka parti mill-baġit tiegħu għall-iżvilupp tal-infrastrutturi tiegħu fl-ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi. Id-Deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000 timplimenta d-Deċiżjoni tal-20 ta' Lulju 2000 billi tittrasponi fil-programm ta' investimenti pluriennali l-ftehim-qafas stabbilit qabel. Għaldaqstant iż-żewġ deċiżjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati flimkien, peress li t-tieni waħda tikkompleta u tispeċifika l-ewwel waħda b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-iskeda konkreta tal-implimentazzjoni tal-miżuri finanzjarji deċiżi.

1.   Il-konfutazzjoni ta' ċerti elementi ppreżentati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012

a.   Rigward il-kwistjoni ta' nuqqas ta' impenn fir-rigward ta' terzi

(211)

Ma hemm ebda parti terza benefiċjarja fil-kuntest ta' dawn id-deċiżjonijiet, peress li r-Reġjun qed jagħmel dawn l-investimenti għalih stess. Skont il-Belġju, il-formulazzjoni ta' dawn iż-żewġ deċiżjonijiet hija għalhekk inqas formali milli fil-kuntest ta' deċiżjoni ta' għoti ta' għajnuna lil xi parti terza. Biex jagħti għajnuna lil xi parti terza, ir-Reġjun kien jadotta l-prinċipju u l-ammonti tal-investimenti bl-istess mod, mingħajr proċedura addizzjonali, iżda jibgħat ittra li tinnotifika d-deċiżjoni tal-gvern, li mhijiex utli f'dan il-każ.

(212)

Madankollu, skont il-Belġju, dan in-nuqqas ta' formaliżmu ma jimplikax in-nuqqas tan-natura vinkolanti ta' dawn id-deċiżjonijiet. Għalkemm ir-Reġjun huwa d-destinatarju tad-deċiżjonijiet adottati, l-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Gvern, tikkostitwixxi impenn min-naħa tal-Gvern. Il-fatt li dan l-impenn huwa unilaterali mhuwiex uniku għal dan il-każ. Fil-fatt, kull miżura finanzjarja, ikunu min ikunu d-destinatarji tagħha, dejjem tiġi deċiża permezz ta' att amministrattiv unilaterali tal-awtorità li tapprovahom, att li tiegħu hija tibqa' tikkontrolla ż-żamma, l-emenda jew l-irtirar.

(213)

Għaldaqstant ma ġiet imfassla ebda ittra formali tal-għoti tal-għajnuna lil xi impriża benefiċjarja, meta skont is-sentenza Fleuren Compost (92), huwa dan l-att li jrid jiġi kkunsidrat bħala l-att legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-awtorità kompetenti tintrabat li tagħti l-għajnuna u li, għalhekk, jikkostitwixxi d-data tal-għoti tal-għajnuna. Fin-nuqqas ta' dokument bħal dan, l-unika data possibbli hija d-data tad-deċiżjonijiet tal-Gvern li jiddeċiedu dwar l-għoti (il-prinċipju, l-ammonti u l-iskeda) tal-investimenti.

b.   Dwar il-kwistjoni tal-irrevokabbiltà, il-finalità u l-permanenza tad-Deċiżjonijiet tas-sena 2000

(214)

Il-Belġju jindika li skont il-Kummissjoni, id-Deċiżjonijiet tal-20 ta' Lulju u tat-8 ta' Novembru 2000 ġew emendati b'mod sostanzjali wara u għaldaqstant mhumiex irrevokabbli, finali u permanenti.

(215)

Skont il-Belġju, fir-rigward ta' dan il-punt jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn id-deċiżjonijiet li jipprovdu investimenti ġodda, li jikkorrispondu għal proġetti ġodda, u d-deċiżjonijiet li jeżegwixxu/jimplimentaw b'mod konkret l-investimenti deċiżi qabel, permezz ta' ċerti aġġustamenti, jekk ikunu meħtieġa.

(216)

F'dan il-każ, il-Belġju jikkonferma n-natura vinkolanti u irrevokabbli tad-Deċiżjonijiet ta' Lulju u ta' Novembru 2000, bil-fatt li wara ma ġiet adottata ebda deċiżjoni ġdida ta' finanzjament. L-uniċi deċiżjonijiet li ttieħdu wara mill-Vallonja, imbagħad minn SOWAER, kellhom l-għan li japplikaw u jimplimentaw il-miżuri ta' finanzjament skont id-Deċiżjonijiet tal-Gvern ta' Lulju u Novembru 2000.

(217)

L-aġġustamenti ulterjuri li saru fl-ammonti tal-investimenti stabbiliti mhumiex għaldaqstant deċiżjonijiet ġodda ta' investiment, iżda l-adattament meħtieġ, skont l-iżvilupp ġenerali tas-sitwazzjoni, ta' dak li kien diġà ġie approvat f'Lulju u f'Novembru 2000. Fil-fatt, ċerti ammonti previsti mill-ftehim qafas u l-programm ta' finanzjament kellhom jiġu vvalutati mill-ġdid wara, minħabba b'mod partikolari iż-żieda fil-kost tal-materja prima, l-irfinar tal-investimenti meħtieġa permezz ta' studji tekniċi, ir-restrizzjonijiet tekniċi marbutin mal-għoti tal-permessi jew ir-riżultat tal-organizzazzjoni tas-swieq pubbliċi. Skont il-Belġju, dawn l-aġġustamenti baġitarji jew tekniċi ma jistgħux jikkostitwixxu emendi sostanzjali.

(218)

Barra minn hekk, konxju tal-limiti tal-istima ta' tali investimenti, il-Gvern kien minnufih bassar li ċerti entrati (fosthom il-bini ta' terminal ġdid) setgħu jeħtieġu li jiġu vvalutati mill-ġdid “skont l-attività reali tal-ajruport” jew sakemm ikunu “skont il-ħtiġijiet reali tal-ajruport”. Billi l-attività u l-ħtiġijiet reali tal-ajruport bilfors jinbidlu fil-kuntest ta' ftehim u ta' programm ta' investimenti li jirrigwardaw diversi snin, kien loġiku, skont il-Belġju, li l-Gvern ikkwantifika ċerti entrati soġġetti għat-tibdil kontinwu ta' dawn il-fatturi.

(219)

Fir-realtà, skont il-Belġju, ir-rieda tal-Gvern li jistabbilixxi u jikkwantifika minn qabel dawn l-impenji, anki soġġetti għal irfinar ulterjuri, kienet preżenti diġà mill-adozzjoni tal-ftehim qafas tal-20 ta' Lulju 2000 u l-adozzjoni tal-programm ta' investimenti tat-8 ta' Novembru 2000. L-aġġustamenti li saru wara dawn id-deċiżjonijiet ma jistgħux iqajmu dubju dwar in-natura vinkolanti tal-impenn li ħa l-Gvern f'din id-data.

(220)

B'mod sussidjarju, għalkemm ċerti aġġustamenti f'dan l-istadju kellhom ikunu sostanzjali b'tali mod li fir-realtà jidher li kienu investimenti ġodda, u mhux l-adattament ulterjuri ta' investiment approvat diġà, quod non, huwa dan l-investiment biss, ikkunsidrat waħdu, li jista' għalhekk jitqies sussegwenti għad-Deċiżjonijiet tal-20 ta' Lulju u tat-8 ta' Novembru 2000.

(221)

Skont il-Belġju, biex il-valutazzjoni mill-ġdid ta' dan l-investiment tibdel il-kwalifika mill-ġdid tiegħu bħala investiment ġdid, l-emenda li saret għandha tirrigwarda mhux biss il-kobor, iżda wkoll in-natura tal-investiment stabbilit. Din l-emenda għandha tkun tista' tafferma li l-proġett ippjanat fil-mument tad-Deċiżjonijiet ta' Lulju u Novembru 2000 ma seta' bl-ebda mod jirreferi għall-proġett kif kien fil-fatt iffinanzjat u implimentat wara, irrispettivament mill-iżvilupp leġittimu tas-sitwazzjoni ġenerali. B'hekk, pereżempju, “komplement” ta' investiment, mhux iġġustifikat bl-adattament ulterjuri għall-ħtiġijiet reali tal-ajruport, iżda deċiż bl-għan li jiġu pprovduti infrastrutturi addizzjonali minbarra dawk previsti fil-bidu f'Lulju u Novembru 2000, jista' jitqies, b'mod esklussiv għal dan il-komplement biss, bħala investiment ġdid barra l-ftehim qafas u l-programm fiżiku ta' investiment tal-2000.

(222)

F'dan il-każ, għalkemm deher li ċerti entrati kienu sottovalutati jew mhux possibbli fit-terminu previst, l-investimenti kollha li saru kienu previsti fil-bidu fid-Deċiżjonijiet ta' Lulju u ta' Novembru 2000. Għalkemm l-ammonti nbidlu wara, dan ġara minħabba elementi ġodda fid-dossier, li ftit jew xejn setgħu jkunu mbassra meta ttieħdu d-deċiżjonijiet.

2.   L-argumenti tal-Belġju bbażati fuq l-analiżi tad-Deċiżjonijiet tas-sena 2000

(223)

Skont il-Belġju, l-analiżi tad-Deċiżjonijiet tal-20 ta' Lulju 2000 u tat-8 ta' Novembru 2000 turi l-karattru legalment vinkolanti tal-impenji meħuda fihom.

a.   Id-Deċiżjoni tal-Gvern tal-Vallonja tal-20 ta' Lulju 2000 li tapprova l-ftehim qafas

(224)

Il-ftehim qafas u l-programm ta' investiment huma deċiżjonijiet reali, li għandhom effett ta' impenn vinkolanti għall-Gvern. Barra minn hekk il-fatt li huwa att intitolat “ftehim qafas” ma żammx lill-Kummissjoni milli tikkunsidra f'deċiżjoni preċedenti li dan kien att legalment vinkolanti u li tqis id-data u l-firma tal-att imsemmi bħala dik tal-għoti ta' għajnuna (93).

(225)

Skont il-Belġju, il-ftehim qafas ta' Lulju 2000 imur ferm lil hinn minn ftehim ta' prinċipju, iżda jipprovdi b'mod konkret l-allokazzjoni tal-investimenti. L-entrati ta' allokazzjoni huma diġà deċiżi u l-kostijiet tal-investimenti wkoll ġew ivvalutati b'mod li l-infiq seta' minnufih jiġi impost fuq il-baġit.

(226)

Barra minn hekk, il-Gvern qagħad attent li jiċċara li kellu jiġi stabbilit “mekkaniżmu finanzjarju ad hoc”. Dan juri li l-Gvern kien diġà qed jikkunsidra li jwaqqaf operatur pubbliku, inkarigat mill-infrastrutturi tal-ajruport.

(227)

Waqt li jikkonferma l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Gvern ta' Lulju u ta' Novembru 2000 minn SOWAER, il-pjan finanzjarju ta' SOWAER approvat mill-Gvern fit-23 ta' Mejju 2001 jirreferi għall-Ftehim Qafas tal-20 ta' Lulju 2000, li jelimina kwalunkwe dubju rigward l-impenji li ħadet il-Vallonja.

(228)

Skont il-Belġju, dan il-metodu operattiv mhuwiex sostanzjali fir-rigward tal-prinċipju tal-approvazzjoni tal-programm ta' investimenti li hija l-kwistjoni fundamentali f'dan il-każ. Fil-fatt, it-twaqqif ta' SOWAER huwa biss miżura ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet ta' Lulju u ta' Novembru 2000, peress li din hija biss il-veikolu finanzjarju tal-Vallonja. Għalkemm il-mekkaniżmu finanzjarju konkret ta' implimentazzjoni tal-investimenti deċiżi mir-Reġjun kien għad irid jiġi ddeterminat wara d-Deċiżjonijiet ta' Lulju u ta' Novembru 2000, l-impenji tal-awtoritajiet tal-Vallonja kienu reali u prevalenti fuq il-mekkaniżmu finanzjarju li kien ser jintgħażel.

b.   Id-Deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000 tal-gvern tal-Vallonja li timplimenta l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Lulju 2000 u li tapprova l-Programm pluriennali ta' investimenti tal-ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi

(229)

Fit-8 ta' Novembru 2000 il-gvern tal-Vallonja adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Lulju 2000. Dakinhar huwa approva l-“programm fiżiku pluriennali ta' investimenti għall-2000 - 2004 dwar l-Ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi u l-pjan finanzjarju relatat”. Kull investiment deskritt fin-nota approvata mill-Gvern ġie vvalutat u l-kost tiegħu ddeterminat bi preċiżjoni.

(230)

B'konklużjoni, skont il-Belġju, il-programm ta' investimenti għall-2001 - 2010 relatat mal-ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi kien ġie deċiż qabel fit-12 ta' Diċembru 2000, id-data li fiha ngħatat is-sentenza ta' Aéroports de Paris.

(ii)   L-argument imressaq mill-Belġju b'mod sussidjarju: il-finanzjament tal-infrastrutturi huwa konformi mal-prinċipju tal-investitur privat

(231)

Fi kwalunkwe każ, skont il-Belġju, il-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi huwa konformi mal-prinċipju tal-investitur privat.

(232)

Biex juri dan, il-Belġju ppreżenta tabella tal-flussi tal-flus marbuta mal-investimenti għat-terminal il-ġdid u l-parkeġġ tal-karozzi bejn l-2002 u l-2036 (94). Minn dawn l-ammonti ta' investimenti, huwa ħa inkunsiderazzjoni biss 89,7 % tal-investimenti għall-parkeġġ u 28,1 % tal-investimenti għat-terminal il-ġdid, minħabba li kkunsidra li l-investimenti l-oħrajn kienu għal attivitajiet mhux ekonomiċi. Barra minn hekk, il-Belġju assuma li l-finanzjament pubbliku tas-servizzi ta' interess ġenerali ekonomiku u allura l-infrastrutturi ddedikati għal dawn l-attivitajiet kien awtorizzat mir-regolamenti Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Belġju jikkonkludi li apparti l-kumpens mogħti mir-Reġjun lil BSCA biex iġġorr is-sehem tal-imposti marbutin mal-infrastrutturi ddedikati għas-servizzi ta' interess ġenerali, ir-rata ta' profittabbiltà tal-finanzjament ta' dawn l-infrastrutturi titla' għal kważi 2 %. Għaldaqstant, il-provvediment tal-infrastruttura ma sarx bi prezz aktar baxx mill-valur tagħha.

(b)   Is-servizzi ta' SOWAER favur BSCA

(233)

Il-Belġju jenfasizza li parti sinifikanti mill-ispejjeż ta' manutenzjoni maġġuri u ta' tiswija hija relatata mal-infrastrutturi ddedikati għal attivitajiet mhux ekonomiċi.

(c)   Il-finanzjament ta' parti mill-ispejjeż tas-servizzi ta' interess ġenerali mir-Reġjun

(234)

Mill-1991, il-prinċipju tas-separazzjoni tal-kontijiet għall-identifikazzjoni tal-ispejjeż koperti mill-kumpens kien stabbilit fl-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet.

(i)   Prinċipalment: il-finanzjament ta' attivitajiet mhux ekonomiċi

1.   Is-servizz tal-protezzjoni kontra n-nirien

(235)

Skont il-Belġju, is-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien jikkostitwixxu attivitajiet mhux ekonomiċi u jaqgħu taħt l-awtorità pubblika.

2.   Is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art

(236)

Skont il-Belġju, is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art ukoll jaqgħu taħt il-kompiti tal-awtorità pubblika.

(237)

Fil-fatt, skont il-Belġju, fid-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni fit-23 ta' Lulju 2008 rigward l-ajruport ta' Leipzig Halle il-Kummissjoni stess irrikonoxxiet li s-servizzi relatati mas-sikurezza operattiva ma kinux attivitajiet ekonomiċi (95). Madankollu, jirriżulta mil-lista tal-infrastrutturi relatati mas-sikurezza operattiva pprovduta mill-awtoritajiet Ġermaniżi u li tidher fit-tabella tal-premessa (58) ta' din id-Deċiżjoni, li dawn l-infrastrutturi huma dawk essenzjali għas-sikurezza fuq l-art, jiġifieri: il-provvista kontinwa tal-elettriku taż-żoni tat-traffiku, is-substazzjonijiet, id-dwal tar-runway, id-dwal taż-żoni tat-traffiku, eċċ. Ta' min ifakkar ukoll li din il-pożizzjoni tal-Kummissjoni ġiet ivvalidata mill-Qorti Ġenerali fis-Sentenza Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni (96) wara rikors għall-annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija.

(238)

Madankollu, jirriżulta mid-deskrizzjoni li ngħatat mis-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport fil-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim ta' Konċessjoni tad-9 ta' Lulju 1991 u għall-ispeċifikazzjonijiet konklużi fl-10 ta' Marzu 2006 li l-ispejjeż previsti, jiġifieri l-manuntenzjoni kontinwa tas-sit tal-ajruport marbuta mal-għan ta' sikurezza, is-servizz tekniku ta' manutenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi tal-ajruport, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni operattiva tad-dawl u tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' qtugħ ta' ħaxix, it-tindif mil-lastiku tar-runway u l-immarkar tagħha kif ukoll it-tindif tal-borra, jikkorrispondu għas-servizzi relatati mas-sikurezza operattiva li l-Kummissjoni aċċettat li mhumiex ekonomiċi fid-deċiżjoni tagħha dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle.

3.   Is-servizzi relatati mas-sigurtà

(239)

Skont il-Belġju, l-attivitajiet relatati mas-sigurtà huma attivitajiet li jaqgħu taħt l-awtorità pubblika peress li dawn huma kompiti li normalment jitwettqu mill-Istat. Il-Belġju jikkwota regolamenti Ewropej u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig (97) insostenn tar-raġunament tiegħu.

4.   Is-servizzi ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ppjanar tat-titjiriet ipproġettati u ta' ggwidar tal-ajruplani

(240)

Skont il-Belġju, il-kompiti ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ppjanar tat-titjiriet ipproġettati u l-iggwidar tal-ajruplani huma elementi essenzjali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u jikkorrispondu għalhekk għal kompiti ta' awtorità pubblika peress li huma komponenti fundamentali tas-sikurezza ta' ajruport.

5.   Konklużjonijiet dwar il-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali pprovduti minn BSCA fuq talba tal-Vallonja

(241)

Jirriżulta minn dak li ntqal li skont il-Belġju, is-servizzi kollha ta' interess ġenerali definiti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet u li huma soġġetti għal kumpens mir-Reġjun favur BSCA huma attivitajiet mhux ekonomiċi esklużi mill-ambitu ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, skont il-prattika tal-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet u l-ġurisprudenza Ewropea.

(242)

Il-Belġju jenfasizza li dawn is-servizzi qabel kienu jsiru mill-amministrazzjoni tal-Vallonja jiġifieri qabel l-1991 f'dak li jirrigwarda s-servizzi “tifi tan-nar - manutenzjoni” u qabel l-2008 f'dak li jirrigwarda s-sigurtà u s-servizzi ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ippjanar tat-titjiriet ipproġettati u ta' ggwidar tal-ajruplani.

(243)

Meta BSCA tipprovdi dawn is-servizzi, qiegħda biss tassumi l-obbligi tal-awtoritajiet pubbliċi skont l-obbligi internazzjonali lil jirriżultaw mill-istandards tal-ICAO jew skont ir-regolamenti Ewropej.

(ii)   Sussidjarjament: il-finanzjament tal-attivitajiet ekonomiċi li jaqgħu taħt l-interess ġenerali skont is-sentenza Altmark

(244)

Skont il-Belġju, kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li wħud mill-attivitajiet imsemmija hawn fuq kienu attivitajiet ekonomiċi, hija għandha tikkonstata li l-finanzjamenti ta' dawn l-attivitajiet ma jirrappreżentawx għajnuna abbażi tal-kriterji msemmija fis-sentenza Altmark (98). Fil-fatt, dawn il-kumpensi jirrispettaw kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza Altmark li jeskludu l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat.

1.   L-eżistenza ta' obbligi ta' servizz pubbliku ddefiniti b'mod ċar

(245)

Skont il-Belġju, l-attivitajiet eżaminati, li huma relatati mas-sigurtà u s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u ma' attivitajiet tal-ajruport, isegwu interess ġenerali. L-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet anness għall-Ftehim ta' Konċessjoni tad-9 ta' Lulju 1991 jiddefinixxi l-obbligi li għandha BSCA bħala parti mill-kompiti relatati mas-sigurtà u mas-sikurezza. Din id-dispożizzjoni tispeċifika li dawn is-servizzi huma “imwettqa mill-konċessjonarju fl-interess ġenerali”. Jirriżulta minn din id-dispożizzjoni li l-Vallonja fdat lill-konċessjonarju t-twettiq ta' dawn is-servizzi u għalhekk tagħtu l-mandat.

2.   Il-parametri tal-kumpens definiti b'mod oġġettiv u trasparenti

(246)

Il-parametri tal-kumpens huma ddefiniti b'mod oġġettiv u trasparenti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet li jipprovdi li BSCA iżżomm rapport tal-introjtu separat għall-attivitajiet koperti minn dan l-Artikolu.

(247)

Fil-każ tal-ispejjeż li mhumiex attribwibbli kollha għal servizz ta' interess ġenerali, issir assenjazzjoni permezz ta' allokazzjoni proporzjonata fuq il-bażi tal-persentaġġ tal-persunal assenjat għas-servizz ta' interess ġenerali f'dak li jirrigwarda l-persunal, skont il-persentaġġ ta' żoni allokati għal dawn is-servizzi jew skont kriterji oħrajn oġġettivi li għandhom ikunu awtorizzati mir-Reġjun.

(248)

Mill-2006, għall-entrati relatati mas-servizzi għall-protezzjoni kontra n-nirien u għall-manutenzjoni u mill-2010, f'dak li jirrigwarda s-servizzi relatati mas-sigurtà, mal-uffiċċju tan-navigazzjoni u mal-iggwidar tal-ajruplani, il-kumpens ġie limitat għal ammont speċifikat fl-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet soġġett għall-applikazzjoni tal-indiċjar. Fi kwalunkwe ipoteżi, l-ammont tal-kumpens ma jistax ikun ogħla mill-ispejjeż li BSCA attwalment ħarġet għal dawn is-servizzi.

(249)

B'hekk, parametri ta' kumpens ġew definiti minn qabel u fid-dettall li għalhekk jissodisfaw it-tieni kriterju tas-sentenza Altmark.

3.   Il-limitazzjoni tal-kumpens għall-ispejjeż li ntefqu

(250)

Skont il-Belġju, hemm diversi mekkaniżmi li jevitaw il-kumpens żejjed:

qabel l-iffissar tal-limitu massimu tal-kumpens, id-definizzjoni eżatta tal-ispejjeż koperti mill-Vallonja kif ukoll il-prinċipju tas-separazzjoni tal-kontijiet ippermettew li jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed. Barra minn hekk, kien previst mekkaniżmu ta' kontroll biex jiġi vverifikat minn naħa l-baġit ippreżentat minn BSCA u, min-naħa l-oħra, l-assenza ta' kumpens żejjed wara r-rilaxx tal-kumpens.

mill-2006, l-ammont tal-intervent riċevut għas-servizzi marbutin mal-protezzjoni min-nirien u mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport ma jistax jaqbeż EUR 5 774 000 indiċjati kull sena.

il-kumpens mogħti għas-servizzi relatati mas-sigurtà, mal-uffiċċju tan-navigazzjoni u mal-iggwidar tal-ajruplani ġie limitat mill-2010 għal ammont ekwivalenti għall-ispiża ta' dawn is-servizzi fl-2009, indiċjat kull sena.

(251)

Barra minn hekk, l-Artikolu 25 jipprovdi li fi kwalunkwe ipoteżi l-ammont riċevut ma jistax jaqbeż l-ispejjeż attwalment imġarrba, u li jekk kellu jingħata kumpens żejjed, jiġi applikat b'mod awtomatiku mekkaniżmu ta' kumpens baġitarju fil-baġit tas-sena ta' wara. Ta' min ifakkar li l-baġit huwa stabbilit qabel minn BSCA u kkontrollat mill-amministrazzjoni tal-Vallonja. Din tagħmel kontrolli kull sena fuq il-post sabiex tara li BSCA tirrispetta r-rakkomandazzjoni tal-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet.

4.   Il-paragun ma' impriża simili mmexxija tajjeb u mgħammra kif xieraq

(252)

Skont il-Belġju, f'dak li jirrigwarda BSCA, ma hemm bżonn ta' ebda paragun ma' kumpanija oħra mgħammra kif xieraq u mmexxija tajjeb diment li hija manifestament impriża mgħammra kif xieraq u mmexxija tajjeb.

(253)

BSCA tirrispetta l-istandards ta' kontabilità u internazzjonali fis-seħħ u l-proporzjonijiet kollha msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħtija għas-servizzi ta' interess ekonomiku tal-20 ta' Diċembru 2011 juru l-ġestjoni effiċjenti ta' din il-kumpanija. Din wasslet ukoll biex jiġu attirati investituri privati fl-2009 fil-kuntest tal-privatizzazzjoni parzjali ta' BSCA.

(254)

Il-fatt li BSCA hija impriża mmexxija tajjeb u mgħammra b'mod adegwat jista' jiġi vverifikat prinċipalment mill-progress kostanti tar-riżultati finanzjarji tagħha mis-sena 2000 'l hawn. Fil-fatt, filwaqt li fis-sena 2000 BSCA irreġistrat fatturat ta' EUR 7 578 000, fl-2010 dan kien jammonta għal EUR 81 387 000. Huwa evidenti wkoll li kieku BSCA ma kinitx impriża mmexxija tajjeb u mgħammra kif xieraq, l-ajruport ta' Charleroi ma kienx ikollu l-progress notevoli fil-volum ta' passiġġieri tiegħu bejn l-1997 u l-2011 (minn 211 065 passiġġier għal 5 901 007 passiġġier).

(255)

Fl-aħħar nett, jirriżulta mill-mekkaniżmu ta' finanzjament stabbilit li, b'definizzjoni, il-kumpens imħallas lil BSCA huwa aktar baxx mill-prezz tas-suq għas-servizzi kollha li huma fdati lilha minħabba li mill-2006 dan il-kumpens huwa limitat għas-servizzi marbuta mal-protezzjoni kontra n-nirien u mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport u mill-2010 għas-servizzi ta' sigurtà.

(d)   Żieda tal-kapital ta' BSCA minn SOWAER fl-2002

(256)

Skont il-Belġju, il-Kummissjoni qatt ma esprimiet riżervi rigward iż-żieda tal-kapital ta' BSCA, qabel id-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012. Għall-kuntrarju, hija rrikonoxxiet b'mod espliċitu li din kienet operazzjoni mwettqa b'mod konformi mal-prinċipju tal-investituri privat (ara l-premessa (132) tad-deċiżjoni tal-2004).

(257)

L-aktar ċifri reċenti juru li BSCA iġġenerat qligħ li ppermettilha tqassam EUR 6 505 595 lill-azzjonisti pubbliċi u privati tagħha għas-sena 2010 biss. Ir-riżultat tal-aħħar ħames snin huwa ppreżentat fit-tabella li ġejja.

RAPPORT TAL-QLIGĦ

(f'miljuni ta' euro)

2011

2010

2009

2008

2007

 

 

 

Bejgħ u benefiċċji

53 618

48 533

35 434

27 002

19 543

Profitt għas-sena

11 310

9 994

4 445

1 915

1 968

Dħul mill-kapital

6 815

6 506

387

387

387

(258)

Iż-żieda fil-kapital li saret minn SOWAER hija kkaratterizzata minn rata ta' redditu interna (IRR) ta' 26,09 %, li hija simili għall-istima magħmula minn Deloitte & Touche fl-2003, li b'hekk tikkonferma l-kredibbiltà ta' din l-analiżi. Minħabba dan li ntqal, huwa ċar li dan l-investiment bla dubju kien isir minn investitur privat.

(259)

Il-valutazzjoni taż-żieda tal-kapital mill-Kummissjoni, li “dawn id-dubji huma msaħħa mill-konstatazzjoni li BSCA ma ġarritx l-ispiża tal-infrastrutturi mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha u tas-servizzi differenti pprovduti minn SOWAER” hija wkoll ivvizzjata minn żball ta' liġi. Il-Kummissjoni fil-fatt għandha tapplika b'mod individwali għal kull forma ta' intervent il-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tar-regolarità rispettiva tagħhom u tevalwa għal kull intervent jekk hemmx għajnuna u, jekk iva, jekk l-għajnuna hijiex kumpatibbli jew le mas-suq intern. Fil-fatt, il-filosofija ta' żieda tal-kapital f'BSCA hija differenti mill-għan ta' tqegħid għad-dispożizzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport aktar u aktar fil-kuntest ta' dak iż-żmien. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tiglobalizza ż-żewġ tipi ta' intervent biex tivverifika l-profittabbiltà globali.

5.1.1.2.    Il-kummenti tal-Belġju wara l-kummenti tal-partijiet terzi dwar in-nuqqas ta' għajnuna lil BSCA li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012

(a)   L-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA

(260)

Bi risposta għar-rimarki ta' BAC dwar l-imposti mħallsa minn BSCA għall-użu tal-infrastrutturi, il-Belġju jindika li xi wħud mill-imposti msemmija minn BAC mhumiex rilevanti għal Charleroi u fosthom:

is-“slot coordination fee” fin-nuqqas ta' konġestjoni fl-ajruport ta' Charleroi,

it-“terminal navigation charge” li ma tiġix applikata fl-ajruporti reġjonali fejn in-numri ta' movimenti huwa inqas minn 50 000 moviment ta' titjiriet kummerċjali.

(261)

Barra minn hekk, skont il-Belġju, għall-kuntrarju ta' dak li ssostni BAC, imposta għall-infrastrutturi ċentralizzati hija fil-fatt prevista minn BSCA bħala operatur tal-infrastruttura għall-kumpaniji ta' groundhandling inkluża BSCA bħala handler. Imposta bħal din hija inkluża fil-kuntratt li BSCA iffirmat ma' Ryanair.

(262)

L-imposta applikata mill-amministrazzjoni Federali għall-ammont ta' 18-il ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport taqa' taħt il-kompetenza tal-Istat Federali u mhux dik ta' BSCA.

(263)

L-imposta PMM ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali mġarrba minn BSCA. F'dan ir-rigward, skont il-Belġju, huwa biżżejjed li wieħed iqabbel id-daqs tal-infrastruttura tal-ajruport ta' Charleroi u dik ta' Brussell biex wieħed jinduna li l-ġestjoni ta' dan is-servizz għall-persuni b'mobilità mnaqqsa tinvolvi inqas spejjeż f'Charleroi milli fi Brussell, anki sempliċiment minħabba l-kilometri li wieħed ikollu jkopri biex jasal sal-ajruplan jew biex joħroġ mit-terminal.

(264)

Barra minn hekk, il-Belġju jirrikonoxxi li huwa korrett li BSCA attwalment ma timponi ebda imposta għas-sigurtà. Billi dan il-kompitu huwa prerogattiva tal-awtorità pubblika huwa soġġett għal kumpens mill-Vallonja, iżda dan il-kumpens ingħata limitu massimu fil-kuntratt ta' konċessjoni li jorbot lil BSCA mal-Vallonja u l-ispejjeż li jaqbżu dan il-limitu jitħallsu minn BSCA. Madankollu, xejn ma jżomm lil BSCA milli tgħaddi dawn l-ispejjeż fuq il-passiġġieri permezz ta' imposta.

(265)

F'dak li jirrigwarda l-imposti fuq il-parkeġġ, skont il-Belġju, id-dejta mogħtija fit-tabella li bagħtet BAC hija żbaljata peress li tindika li ma hemm l-ebda imposta fuq il-parkeġġ fl-ajruport ta' Charleroi, li mhuwiex veru peress li t-tariffi ppubblikati fuq is-sit ta' BSCA jindikaw b'mod ċar l-eżistenza ta' dawn l-imposti li jikkorrispondu għal EUR 1,98 kuljum (24 siegħa) u għal kull tunnellata.

(b)   Il-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali

(266)

Ħafna mill-partijiet terzi interessati li għamlu xi osservazzjonijiet, l-aktar Brussels Airlines u BAC, ikkummentaw il-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali pprovduti minn BSCA għall-Vallonja u jikkontestaw li xi wħud mis-servizzi pprovduti minn BSCA, jiġifieri s-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni kontra n-nirien u s-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, jistgħu jikkostitwixxu attivitajiet esklużi mill-ambitu ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(i)   Rimarka fuq il-paragun bejn l-ajruport ta' Charleroi u BAC

(267)

Brussels Airlines u BAC jgħidu li fi Brussels Airport l-ispejjeż ta' dawn id-diversi servizzi mhumiex koperti mill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli, f'dan il-każ l-Istat Federali, u jidhru li minn dan jiddeduċu l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat lill-ajruport ta' Charleroi.

(268)

F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun iċċarat li fil-Belġju, l-ajruporti kollha ma jaqgħux taħt l-istess awtorità pubblika, peress li l-ajruporti reġjonali jaqgħu taħt ir-Reġjun fejn huma lokalizzati u Brussels Airport jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Federali (99). Ir-responsabbiltà ta' kull awtorità għall-ajruporti fdati lilha kienet ġiet iddikjarata b'mod ċar fir-reġjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajruporti (minbarra dak ta' Brussels Airport) permezz tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-Istat Belġjan li kien qed jaġixxi għal Société nationale des voies aériennes (S.N.V.A.) (100) u r-Reġjuni (101) li jgħid b'mod ċar li “mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija liġi, ir-Reġjuni huma għal kollox responsabbli tal-kompetenzi li ġew ittrasferiti lilhom. Minn din id-data, huma għandhom is-setgħa li jieħdu l-miżuri kollha xierqa, u jkunu responsabbli b'mod sħiħ għalihom”.

(269)

Għaldaqstant l-ajruport ta' Charleroi jiddependi fuq ir-regolamenti tal-Vallonja filwaqt li Brussels Airport huwa rregolat mill-Istat Federali. F'dan il-każ, fis-setgħa regolatorja tiegħu, ir-Reġjun tal-Vallonja għażel li jiffinanzja parti mill-ispiża ta' ċerti servizzi. Il-fatt li l-istess servizzi f'każ huma mħallsa minn awtorità pubblika u f'każ ieħor imħallsa mill-operatur ma għandu l-ebda impatt fuq il-kwalifika tagħhom ta' attivitajiet ekonomiċi jew mhux ekonomiċi.

(270)

Fir-Reġjun Fjamming pereżempju, uħud mis-servizzi eżaminati hawnhekk huma direttament ipprovduti mill-amministrazzjoni reġjonali u għalhekk jitħallsu direttament mir-Reġjun. Dan huwa partikolarment il-każ tal-ispejjeż kollha relatati mas-servizzi tas-sigurtà u ta' sikurezza fl-ajruport fl-ajruporti ta' Anvers u ta' Ostende hu x'inhu l-volum ta' attivitajiet ta' dawn l-ajruporti.

(ii)   Is-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien

(271)

Rigward b'mod aktar speċifiku s-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien, Brussels Airlines tgħid li impriżi oħrajn li jinsabu fil-Vallonja u soġġetti għad-Direttiva Seveso (102) iridu jġorru huma l-ispiża tas-servizz ta' protezzjoni kontra n-nirien, kif inhu l-każ, pereżempju, tal-kumpanija Total li tinsab f'Feluy u li fi Brussels Airport, dawn is-servizzi mhumiex iffinanzjati mir-Reġjun Fjamming jew l-Istat Federali.

(272)

Skont il-Belġju, dan il-paragun mal-kumpaniji soġġetti għall-obbligi tad-Direttiva Seveso mhuwiex rilevanti diment li jirriżulta mill-formulazzjoni ta' din id-Direttiva li teżiġi li l-Istati Membri jimponu fuq il-kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha (103) li jieħdu huma stess miżuri għall-prevenzjoni tan-nirien. Għall-kuntrarju, l-obbligu li jiġu organizzati servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien f'ajruport huwa impost minn konvenzjoni internazzjonali adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili u l-Istati Membri huma responsabbli direttamenti għalih

(273)

Barra minn hekk, kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-Qorti Ġenerali kkonfermaw li s-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien huma attivitajiet tas-setgħa pubblika li jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(iii)   Is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport

(274)

Brussels Airlines tikkontesta wkoll il-kwalifika ta' attività mhux ekonomika tas-servizzi ta' manutenzjoni li f'dan il-każ jikkorrispondu għas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport. F'dan ir-rigward, Brussels Airlines tenfasizza sempliċiment li dawn is-servizzi jaqgħu taħt il-ġestjoni ta' ajruport u għaldaqstant huma ekonomiċi.

(275)

Il-fatt li l-attività ta' ġestjoni ta' ajruport tikkostitwixxi attività ekonomika huwa rikonoxxut. Madankollu, ċerti attivitajiet huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE peress li huma prerogattivi tas-setgħa pubblika u min-natura tagħhom mhumiex ekonomiċi anki jekk, kif tinnota Brussels Airlines, huma essenzjali għall-ġestjoni ta' ajruport. B'hekk, għalkemm huwa evidenti, pereżempju, li l-ġestjoni ta' ajruport (attività ekonomika) tinvolvi l-provvediment ta' servizzi ta' dwana biex tiġi kkontrollata l-identità tal-passiġġieri, huwa madankollu ċar li tali servizz jagħmel parti mill-prerogattivi tradizzjonali tal-Istat u li mhuwiex attività ekonomika. Għaldaqstant, il-fatt li s-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport huma essenzjali għall-ġestjoni ta' ajruport mhuwiex suffiċjenti biex ineżżagħhom min-natura tagħhom ta' attività mhux ekonomika.

(276)

Madankollu, kif innutat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni msemmija qabel rigward l-ajruport ta' Leipzig Halle: “ċerti spejjeż, f'dan il-każ, jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-kompiti ta' awtorità pubblika. Dawn l-ispejjeż huma marbuta ma' funzjonijiet għas-sigurtà u tal-pulizija, ma' miżuri għall-protezzjoni minn nirien u tas-sigurtà pubblika, mas-sikurezza tal-operat, mas-servizzi meteoroloġiċi u mal-kontroll tat-traffiku fl-ajru” (104). Il-Belġju, fl-osservazzjonijiet tiegħu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012 tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, fakkar li jirriżulta minn din l-istess deċiżjoni li l-“attivitajiet ta' sikurezza tal-operat” ikopru dak kollu meħtieġ għas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, jiġifieri l-provvista tal-elettriku, id-dwal tar-runway, id-dwal taż-żoni tat-traffiku, eċċ. Iżda, hija preċiżament kwistjoni ta' manutenzjoni ta' dawn id-diversi funzjonijiet hawnhekk.

(iv)   Is-servizzi relatati mas-sigurtà u s-sikurezza inġenerali

(277)

Fl-aħħar nett, Brussels Airlines tikkontesta l-kwalifika ta' “mhux ekonomiċi” li għandhom is-servizzi ta' sikurezza u sigurtà inġenerali. F'dan il-każ, jidher li Brussels Airlines ikklassifikat fost is-servizzi relatati mas-sikurezza, dawk relatati mal-monitoraġġ, ir-reġistrazzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet kif ukoll l-iggwidar tal-ajruplani.

(278)

Brussels Airlines tikkontesta b'mod aktar speċifiku li s-servizzi relatati mal-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet, u l-iggwidar tal-ajruplani huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (105), li tfisser “il-kombinazzjoni ta' miżuri u riżorsi umani u materjali maħsuba għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali”.

(279)

L-awtoritajiet tal-Vallonja madankollu qatt ma kkunsidraw li l-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ippjanar tat-titjiriet u ta' ggwidar tal-ajruplani jkunu marbutin mas-sigurtà tal-ajruport. Huma jikkunsidraw minflok li dawn l-attivitajiet huma essenzjali għas-sikurezza ta' ajruport u jirreferu rigward dan il-punt għall-ispjegazzjonijiet diġà pprovduti fir-risposta tagħhom għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali.

(280)

Rigward ir-rimarka ta' BAC dwar il-fatt li l-kumpaniji tal-ajru li joperaw minn Brussell iridu jħallsu imposta għas-servizzi ta' monitoraġġ, ta'reġistrazzjoni u ta' ppjanar tat-titjiriet ipprovduti minn Belgocontrol, dan huwa għal darba oħra argument ibbażat fuq is-sors ta' finanzjament ta' servizz li mhuwiex suffiċjenti biex jikkwalifika dan is-servizz bħala wieħed mhux ekonomiku.

(281)

Il-Belġju tinnota wkoll li l-fatt li ċerti servizzi pprovduti minn Belgocontrol fl-ajruporti reġjonali jkunu bla ħlas ġie deċiż fil-Ftehim ta' kooperazzjoni tal-1989 imsemmi qabel u li kien jistipula li “ir-Reġjuni jistgħu jitolbu għall-għajnuna bla ħlas mis-servizzi ċentrali tal-(S.N.V.A.) fil-qasam tal-applikazzjoni tal-istandards u r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali dwar l-avjazzjoni ċivili” (106). Dan il-forniment bla ħlas huwa limitat għal-livell tal-attivitajiet tal-ajruporti tal-Vallonja tal-1989, bis-servizzi kollha li jaqbżu dan il-livell ta' attivitajiet jitħallsu mill-Vallonja.

(282)

Jirriżulta kemm fil-Linji Gwida tal-2005 kif ukoll fir-regolamenti tal-Unjoni dwar is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li dawn is-servizzi mhumiex ekonomiċi u li għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Fil-fatt dan huwa wieħed mill-modalitajiet tar-reġjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajruporti għajr Brussels Airport.

(283)

Skont il-Belġju, jirriżulta minn dak li ntqal li ebda waħda mir-rimarki magħmula minn Brussels Airlines u BAC ma hija tali li titfa' dubju fuq il-fatt li l-kompiti ta' protezzjoni kontra n-nirien, dawk relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, dawk relatati mas-sigurtà u dawk relatati mal-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, mal-ippjanar tagħhom kif ukoll mal-iggwidar tal-ajruplani, mhumiex attivitajiet ekonomiċi.

5.1.1.3.    Il-kummenti tal-Belġju wara l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi interessati li waslu wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni

(284)

Il-Belġju għamel b'mod partikolari kummenti dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni li nħoloq mill-miżuri favur BSCA wara l-osservazzjonijiet li waslu wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.

(285)

Il-partijiet interessati (BAC u Brussels Airlines) huma tal-opinjoni li l-għajnuna ppermettiet lil BSCA tapplika imposti “artifiċjalment baxxi” u li għalhekk hemm differenza kbira bejn l-imposti ta' BSCA u dawk ta' ajruporti oħrajn. Din il-prattika allegatament kellha bħala riperkussjoni t-tnaqqis fil-volum tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Brussels-National.

(286)

Il-Belġju jikkontesta ċerta informazzjoni f'ċifri pprovduta minn Brussels Airlines. Pereżempju, f'dak li jirrigwarda l-paragun bejn it-tariffi bejn BAC u BSCA, il-Belġju jenfasizza li “Brussels Airlines tinkludi tariffi li ma jkoprux lill-kumpaniji tal-ajru iżda l-groundhandling”. It-tabella pprovduta minn Brussels Airlines ma tinkludix l-ispejjeż simili mitluba minn BSCA. L-istess japplika għal spejjeż oħrajn imposti mill-Istat Federali.

(287)

Skont il-Belġju, l-istess prekawzjonijiet għandhom jittieħdu f'dak li jirrigwarda t-tabelli relatati mat-tqabbil bejn ajruporti differenti. B'hekk fil-kolonna “passenger charges or fee” għall-ajruport ta' Marseille Provence, Brussels Airlines tinkludi imposta ta' EUR 13,47 li fir-realtà tikkorrispondi skont il-Belġju għal “taxxa fuq is-sigurtà imposta fuq l-Istat u mhux għal imposta fuq il-passiġġier fis-sens ta' imposta tal-ajruport”.

(288)

Rigward in-nuqqas ta' effett fuq il-kummerċ il-Belġju jirreferi lill-Kummissjoni għall-osservazzjoni tagħha tat-23 ta' Mejju 2012 u għall-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta' Diċembru 2012 f'dak li jirrigwarda d-differenzi bejn l-ajruporti ta' Brussels - National u Charleroi.

(289)

Rigward l-impatt negattiv fuq il-kumpaniji tal-ajru stabbiliti fl-ajruport ta' Brussels-National, il-Belġju jenfasizza ċertu numru ta' elementi:

Brussels Airlines waqfet taqdi ċerti destinazzjonijiet bħal Palermo, Krakovja, Sevilja. Din is-sitwazzjoni hija eżatta iżda ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li dawn id-destinazzjonijiet reġgħu nfetħu wara, fl-2014;

waqt li BAC tenfasizza li t-titjiriet lejn Nador u Tanġier (il-Marokk) tnaqqsu mill-ajruport ta' Brussels-National minħabba Jetairfly li taqdi dawn l-istess destinazzjonijiet minn Charleroi, il-Belġju jfakkar li l-kumpanija Air Arabia wkoll ittir lejn dawn id-destinazzjonijiet mill-ajruport ta' Brussels-National;

rigward it-titjiriet lejn Istanbul, il-Belġju jenfasizza li l-ajruport ta' Brussels-National żdied il-frekwenza tat-titjiriet lejn din id-destinazzjoni wara t-trasferiment tal-kumpanija tal-ajru Pegasus f'Charleroi, li tipprovdi servizz għat-Turkija

fl-aħħar nett, il-Belġju jenfasizza li l-ajruport ta' Charleroi ukoll esperjenza tnaqqis fil-frekwenza ta' ċerti titjiriet jew il-waqfien ta' ċerti destinazzjonijiet minħabba l-fatt li ċerti titjiriet ta' xi kumpaniji ġew ittrasferiti lejn Brussels-National. B'hekk pereżempju, Charleroi tilef tliet titjiriet fil-ġimgħa lejn Casablanca għall-benefiċċju tal-ajruport ta' Brussels-National minħabba t-trasferiment ta' dawn it-titjiriet tal-kumpanija Air Arabia lejn Brussell.

(290)

Il-Belġju jfakkar li Ryanair dan l-aħħar stabbilixxiet ruħha fl-ajruport ta' Brussels-National li juri li l-livell għoli ta' imposti ma fixkilx dan l-iżvilupp ġdid ta' Ryanair. Madankollu, il-Belġju jafferma mill-ġdid li l-kompetizzjoni bejn l-ajruport ta' Charleroi u dak ta' Brussels-National hija limitata, u fuq segmenti preċiżi li huma ċ-ċarter u l-low cost.

(291)

Barra minn hekk, il-Belġju jikkontesta l-fatt li wieħed jikkunsidra li l-istrateġija kummerċjali ta' BSCA dwar l-imposti tagħha biss tispjega s-suċċess tal-ajruport ta' Charleroi. Din id-dikjarazzjoni tinjora r-realtà tat-twelid ta' suq ġdid tal-low cost li jissodisfa domanda ġdida. F'dan ir-rigward, il-Vallonja tfakkar li xi snin ilu, 40 % tal-passiġġieri ta' Charleroi kienu qegħdin isiefru għall-ewwel darba, li juri li dawn ma “nsterqux” mill-ajruport ta' Brussels-National.

5.1.2.   Il-kumpatibbiltà tal-għajnuna lil BSCA

5.1.2.1.    L-osservazzjonijiet tal-Belġju dwar il-kumpatibbiltà tal-miżuri favur BSCA ivvalutata abbażi tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni

(292)

Skont il-Belġju (107), kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li BSCA ibbenefikat minn xi għajnuna, din l-għajnuna għandha tkun ikkwalifikata bħala għajnuna operattiva li tista' tkun awtorizzata taħt il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati għall-awtorizzazzjoni ta' tali għajnuna kif previsti mill-punt 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lill-kumpaniji tal-ajru huma l-kontribut għal objettiv definit ta' interess komuni, il-ħtieġa tal-għajnuna, l-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika, l-eżistenza tal-effett ta' inċentiv, il-proporzjonalità tal-għajnuna u n-nuqqas ta' effett ħażin fuq il-kompetizzjoni.

(a)   Kontribut għal objettiv ta' interess komuni

(293)

L-iżvilupp tal-ajruporti tar-Reġjun tal-Vallonja kien integrat fi strateġija globali ta' żvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni kkonċernati implimentata mill-1989. Il-Vallonja pprovdiet diversi dokumenti u studji li juru t-tiftix ta' dan l-objettiv.

(294)

Barra minn hekk, kif juru l-istudji ordnati mir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA fl-2000 – 2001, dak iż-żmien l-ajruport ta' Brussels-National kien fil-limitu ta' saturazzjoni u l-ajruport ta' Charleroi seta' għalhekk jidħol għal għan ta' ġlieda kontra l-konġestjoni.

(295)

Barra minn hekk, jirriżulta mid-diversi studji mwettqa fuq talba tar-Reġjun tal-Vallonja u BSCA li kienet teżisti domanda reali għall-ajruport ta' Charleroi fis-segmenti tal-low cost. Din id-domanda ġiet ikkonfermata fil-fatt mis-suċċess tiegħu u għalhekk kien iġġustifikat li l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi ikun żgurat fid-dawl tad-densità taż-żona ta' kummerċ ferm popolata u lokalizzata fiċ-ċentru tal-Ewropa.

(296)

L-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi wera li ma kienx finanzjament ta' attivitajiet mhux profittabbli peress li dan beda jagħmel profitt mill-2004. Il-pjan ta' negozju ta' BSCA stabbilit fl-2001 kien jipprovdi ritorn lejn il-profittabbiltà fl-2005, jiġifieri sena wara, li juri kemm dan il-pjan kien prudenti u raġonevoli.

(297)

Skont il-Belġju, jekk wieħed jeżamina l-iżvilupp parallel tat-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Brussels-National u tal-ajruport ta' Charleroi, wieħed jista' jikkonkludi li kwalunkwe impatt ta' Charleroi fuq Brussels-National kien marġinali. L-ispiża tal-waqfien mill-iżvilupp ta' Brussels-National kienet ikkawżata mill-falliment ta' Sabena f'Novembru 2001 u mhux mill-iżvilupp konkomitanti tal-ajruport ta' Charleroi. Ta' min ifakkar li studju magħmul minn BSCA fl-2010 jistabbilixxi li 40 % ta' dawn il-passiġġieri jsiefru għall-ewwel darba, li juri li parti konsiderevoli tal-volum ta' passiġġieri mhix “misruqa” mingħand l-ajruport ta' Brussell. Barra minn hekk, parti sinifikanti oħra mill-passiġġieri hija magħmula minn vjaġġaturi ta' city trip li jiddeċiedu li jagħmlu vjaġġi għal żmien qasir li ma kienux jagħmlu kieku t-tariffi ma kinux attraenti. Sa ftit ilu, l-ajruport ta' Brussels-National ma kienx żviluppa jew ftit kien żviluppa s-segment tal-low cost. B'hekk, easyJet nediet l-ewwel destinazzjonijiet tagħha fl-ajruport ta' Brussels-National matul l-2007.

(b)   Ħtieġa tal-għajnuna

(298)

L-għajnuna eventwali kkonstatata mill-Kummissjoni żgur kienet meħtieġa biex jintlaħaq dan l-għan ta' żvilupp ekonomiku u reġjonali.

(c)   Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna

(299)

Il-kopertura finanzjarja tal-ispejjeż relatati mal-kompiti ta' interess ġenerali fdati mir-Reġjun lil BSCA kien il-mezz l-aktar xieraq biex jintlaħaq dan l-objettiv ta' interess ġenerali msemmi aktar 'il fuq. Mhemmx strumenti ta' politika jew ta' għajnuna oħrajn li jistgħu jilħqu dan l-objettiv.

(d)   Effett ta' inċentiv

(300)

Barra minn hekk, l-effett ta' inċentiv huwa ssodisfat peress li mingħajr dan il-finanzjament, ma kienx ikun possibbli li jiġi assigurat l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-ajruport, u lanqas li jintlaħaq dan il-livell ta' volum li wassal biex titjieb il-mobilità taċ-ċittadini Ewropej u jiġi assigurat l-iżvilupp ekonomiku u reġjonali bis-saħħa tal-attivitajiet tal-ajruport. Il-Belġju jirreferi lill-Kummissjoni għan-numru ta' passiġġieri li BSCA laqgħet fil-perjodu li għandu jkun ikkunsidrat. Ta' min ifakkar li l-ajruport ta' Charleroi f'dan iż-żmien kien ajruport ta' kategorija D, li ma jistax jaffettwa l-kompetizzjoni. Barra minn hekk huwa konformi mal-għanijiet tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, jiġifieri eventwalment jiżgura l-profittabbiltà tal-ajruporti reġjonali.

(e)   Proporzjonalità tal-għajnuna

(301)

Fl-aħħar nett, l-għajnuna hija proporzjonata. Ta' min ifakkar li l-kumpens mogħti għall-kompiti ta' interess ġenerali kif ipprovdut fl-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet konklużi annessi għall-Ftehim dwar is-servizzi bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA huwa limitat b'mod li f'każ li jinqabeż dan il-limitu massimu, li huwa l-każ f'dak li jirrigwarda l-parti tal-kumpens iddedikata għall-protezzjoni kontra n-nirien u s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, l-ispejjeż iridu jkunu koperti minn BSCA. L-għajnuna eventwali fil-kuntest tal-provvediment ta' servizzi minn SOWAER tirrigwarda ammont marġinali.

(302)

Jekk wieħed iqis l-ammont limitat tal-parti tal-għajnuna fil-kuntest ta' dawn il-kumpensi għas-servizzi ta' interess ġenerali li jistgħu jqajmu dubju fil-Kummissjoni u l-għan ta' dawn is-servizzi, għandu jkun ikkunsidrat li din il-kundizzjoni ta' proporzjonalità hija ssodisfata.

(f)   In-nuqqas ta' effett ħażin fuq il-kompetizzjoni

(303)

F'dak li jirrigwarda n-nuqqas jew l-evitar ta' effett ħażin fuq il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha tqiegħed lilha nfisha fid-data tal-għoti tal-finanzjament pubbliku sabiex tivvaluta din il-kundizzjoni. Ma jistax jitqies li meta ngħata dan il-finanzjament, kien hemm impatt ħażin fuq il-kompetizzjoni. Kif intwera lill-Kummissjoni Ewropea, l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi ma sarx għas-spejjeż ta' ajruporti oħrajn. Dawn l-attivitajiet huma r-riżultat tal-ħolqien ta' suq ġdid fuq segment partikolari li ftit li xejn kien żviluppat fl-ajruport ta' Brussell.

(304)

Ta' min ifakkar li żewġ studji li saru minn esperti indipendenti, Roland Berger International Management Consultant u GTM, stabbilixxew is-saturazzjoni imminenti ta' Brussels-National u n-nuqqas ta' koinċidenza f'termini ta' klijentela bejn iż-żewġ ajruporti. Il-kumpaniji li jiffrekwentaw l-ajruport ta' Brussell dak iż-żmien ma kellhom l-ebda interess fl-ajruport ta' Charleroi filwaqt li Ryanair, l-utent ewlieni tal-ajruport ta' Charleroi, ma kellha ebda pjan dak iż-żmien li tistabbilixxi ruħha f'ajruporti prinċipali.

(305)

Barra minn hekk, il-Ftehim Qafas tal-20 ta' Lulju 2000 tar-Reġjun tal-Vallonja kif estiż mid-Deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000 kien jinkludi l-għan li “tintuża politika li tippermetti kollaborazzjoni effettiva mal-operaturi tal-ajruport ta' Brussels National” (108).

(306)

Barra minn hekk, l-ajruport ta' Charleroi kien żvantaġġjat bir-restrizzjonijiet regolatorji li jirregolaw il-ħinijiet tal-ftuħ limitati tiegħu. Fis-sena 2000, l-ajruport kien jiftaħ bejn is-sebgħa ta' filgħodu u l-għaxra ta' filgħaxija. Dawn il-ħinijiet ġew irranġati xi ftit biex ġew estiżi għal bejn is-sitta u nofs ta' filgħodu u l-ħdax ta' filgħaxija biex ikunu jistgħu jintlaqgħu l-ajruplani stabbiliti.

(307)

Barra minn hekk, fis-sena 2000, l-ajruport ta' Charleroi kien qed ibati minn problema kbira ta' immaġni kif kienu juru l-istudji ta' GTM u ta' Roland Berger. L-infrastruttura kienet skomda, limitata, u ftit li xejn iffrekwentata. L-ajruport kien joffri biss rotta regolari u xi titjiriet ċarter fis-sajf. Ma jistax jitqies li dak iż-żmien, l-ajruport ta' Charleroi seta' jikkompeti mal-ajruport ta' Brussels-National.

(308)

Fl-aħħar nett, l-ajruport ta' Brussels-National kien vantaġġat f'termini ta' infrastrutturi (diversi terminals, diversi runways, eċċ.) u ta' aċċessibbiltà minħabba l-pożizzjoni tiegħu qrib il-kapitali u l-konnessjoni ferrovjarja li Charleroi ma kellux.

5.1.2.2.    Osservazzjonijiet tal-Belġju dwar il-kumpatibbiltà tad-disponibbiltà tal-infrastruttura vvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE

(309)

Dawn l-osservazzjonijiet kienu jirrigwardaw il-kumpatibbiltà:

tad-disponibbiltà tal-infrastruttura vvalutata fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-2005 (dawn ġew sostitwiti mil-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014);

tal-finanzjament ta' parti mill-ispejjeż tas-servizzi ta' interess ġenerali vvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(310)

F'dak li jirrigwarda l-kumpatibbiltà tal-finanzjament ta' parti mill-ispejjeż tas-servizzi ta' interess ġenerali vvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, il-Belġju jsostni li dan il-finanzjament huwa konformi:

mal-Artikolu 106(2) tat-TFUE għall-perjodu ta' qabel id-19 ta' Diċembru 2005,

mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2005 għall-perjodu ta' bejn id-19 ta' Diċembru 2005 u l-31 ta' Jannar 2012;

mal-qafas tal-20 ta' Diċembru 2011 għall-perjodu ta' wara l-31 ta' Jannar 2012.

(311)

Skont il-Belġju, jekk il-Kummissjoni qieset li mhux il-kundizzjonijiet kollha tas-sentenza Altmark kienu ssodisfati, allura jeħtieġ li l-kumpens tas-servizzi ta' interess ġenerali jiġu awtorizzati fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005 (109).

(312)

Rigward il-miżuri mogħtija qabel id-19 ta' Diċembru 2005, jiġifieri qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005, il-kumpatibbiltà tagħhom hija bbażata direttament fuq l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Jirriżulta mill-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea (110) li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE jikkoinċidu ma' dawk imniżżla fid-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonjiet tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċertu intrapriżi responsabbli għall-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (111). Il-kumpatibbiltà tal-miżuri mogħtija qabel id-19 ta' Diċembru 2005 għaldaqstant tista' tkun analizzata b'mod konġunt ma' dawk mogħtija sussegwentement skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE, fid-dawl tal-istess kriterji bażiċi bħal dawk imniżżla fid-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005.

(313)

Rigward il-miżuri mogħtija mid-19 ta' Diċembru 2005 'l hawn, dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005, jekk jikkorrispondu għal kumpensi ta' servizz pubbliku mogħti lil impriżi li l-fatturat annwali medju tagħhom esklużi t-taxxi ma jkunx laħaq EUR 100.000.000 matul is-sentejn preċedenti dik tal-għoti tal-imsemmi servizz, diment li l-ammont annwali tal-kumpens ma jaqbiżx EUR 30 000 000 (112). Madankollu, f'ebda mument il-BSCA ma għamlet fatturat annwali ta' aktar minn EUR 100 000 000. Barra minn hekk, skont il-Belġju, huwa evidenti li l-kumpens tas-servizzi ta' interess ġenerali eventwali li jiġu kkwalifikati bħala ekonomiċi mill-Kummissjoni huwa ferm 'il bogħod milli jilħaq il-limitu ta' EUR 30 000 000. Għaldaqstant, dan il-kumpens jaqa' b'mod ċar fil-kamp ta' applikazzjoni tad-deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005.

(314)

Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005, il-miżuri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha huma kumpatibbli jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)   Il-mandat

(315)

Il-Belġju jqis li wera l-eżistenza ta' obbligi ta' servizz pubbliku meta “stabbilixxa” li l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark kienet issodisfata (ara t-Taqsima 5.1.1.1(c)(ii)). Barra minn hekk, skont il-Belġju, il-parametri tal-kalkolu tal-kumpens, kif ukoll il-modalitajiet maħsuba biex jevitaw kull kumpens żejjed ġew espliċitati meta l-Belġju wera li t-tielet u r-raba' kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark kienu ssodisfati.

(b)   Il-kumpens

(316)

Il-Belġju jfakkar li l-intervent tal-Vallonja ilu limitat mill-2006 f'dak li jirrigwarda s-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport u mill-2010 f'dak li jirrigwarda s-servizzi relatati mas-sigurtà, mal-uffiċċju tan-navigazzjoni u mal-iggwidar tal-ajruplani. Il-kumpatibbiltà analitika implimentata minn BSCA turi r-rispett ta' din il-kundizzjoni.

(c)   Il-kontabbiltà separata

(317)

Skont il-Belġju, il-kontabbiltà separata hija assigurata mill-applikazzjoni tal-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet li jipprovdi li l-“konċessjonarju għandu jżomm rapport tal-introjtu separat għas-Servizzi. Dan ir-rapport jista' fi kwalunkwe ħin jiġi kkontrollat fuq il-post mill-awtorità ta' konċessjoni”. Hija wkoll ikkonfermata mid-dokument li jidher fl-Anness 8.

(d)   Il-kontroll tal-kumpens żejjed

(318)

Il-Vallonja għandha l-possibbiltà li tikkontrolla l-kontijiet ta' BSCA iddedikati għas-servizzi ta' interess ġenerali fi kwalunkwe ħin, skont l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet. B'hekk, l-amministrazzjoni tal-Vallonja kull sena tagħmel kontroll fuq il-post sabiex tivverifika dokumenti sottostanti għad-dikjarazzjoni tal-ammonti riċevibbli ppreżentata minn BSCA sabiex tikseb il-kumpens għas-servizzi ta' interess ġenerali.

(e)   Konklużjoni

(319)

Jirriżulta minn dak li ntqal li l-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali li jiġu kkwalifikati bħala ekonomiċi mill-Kummissjoni jista' jiġi ddikjarat kumpatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005.

5.2.   Il-kummenti tal-Belġju dwar il-miżuri favur Ryanair

(320)

Wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002 u d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, il-Belġju kkummenta bl-għan li juri li l-miżuri favur Ryanair eżaminati f'din id-deċiżjoni mhumiex għajnuna mill-Istat.

5.3.   Il-kummenti tal-Belġju dwar il-perjodu ta' preskrizzjoni

(321)

Skont il-kummenti li l-Belġju fformula wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, li wieħed jikkunsidra li l-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, din tibbenefika mill-preskrizzjoni prevista mill-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 659/1999 (113) (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament tal-proċedura”).

(322)

Skont din id-dispożizzjoni, il-perjodu ta' preskrizzjoni jibda jiddekorri dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarji. Skont ir-regolamenti tal-Unjoni (114) u l-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (115), il-Kummissjoni għandha tivvaluta miżura skont ir-regoli applikabbli fid-data li fiha ngħatat l-għajnuna, “jiġifieri d-data tal-att legalment vinkolanti li fuq il-bażi tiegħu l-benefiċjarju jikseb id-dritt li jirċievi l-għajnuna”. Il-ġurisprudenza tal-Unjoni tikkonferma li d-data tal-għoti ta' għajnuna tikkorrispondi għad-data ta' “l-att legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-awtorità (nazzjonali) kompetenti tintrabat li tagħti l-għajnuna” (116). Madankollu, l-att ġuridiku jsir vinkolanti mill-jum li fih, skont il-liġi interna, l-Istat ikun obbligat li jwettaq l-impenn tiegħu fuq il-bażi tal-att inkwistjoni. Qabel dan, ikunu biss dikjarazzjonijiet ta' intenzjoni (117).

(323)

Jirriżulta minn dak li ntqal li l-jum li fih ingħata l-kumpens tas-servizzi ta' interess ġenerali pprovduti minn BSCA kien id-9 ta' Lulju 1991, jiġifieri d-data tal-ftehim ta' konċessjoni u tal-ispeċifikazzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi ġuridika ta' dan il-kumpens li jorbot lir-Reġjun. Minn din id-data, minkejja l-adozzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet mingħajr impatt fuq il-prinċipju tar-rimborż obbligatorju mir-Reġjun ta' dawn in-nefqiet, il-ħlas ta' dan il-kumpens huwa responsabbiltà tal-Vallonja. Ċerti servizzi mhux ekonomiċi biss, koperti mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 mhumiex koperti minn din il-preskrizzjoni. Il-bidu tal-preskrizzjoni ta' għaxar snin għaldaqstant huwa d-9 ta' Lulju 1991.

(324)

Ebda miżura tal-Kummissjoni dwar il-kumpens riċevut għas-servizzi ta' interess ġenerali pprovduti minn BSCA, kif meħtieġ mill-Artikolu 15 tar-Regolament tal-proċedura ma interrompa t-terminu ta' għaxar snin, li għalhekk skada f'Lulju 2001. Minkejja l-assenza tal-formalizzazzjoni ta' dan il-kumpens fil-Ftehim għall-perjodu 2000-2001, il-Partijiet, jiġifieri l-Vallonja u BSCA, dejjem kellhom l-intenzjoni li jżommuh għal perjodu indefinit, intenzjoni kkonfermata mill-kopertura ta' dawn l-ispejjeż għal dan il-perjodu u kkonkretizzata permezz tal-Ftehim Supplimentari tal-2002 b'mod li mhemmx dubju dwar il-punt minn meta bdiet tiddekorri l-preskrizzjoni.

(325)

L-ittra tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2002 biss, li tinkludi b'mod partikolari mistoqsijiet dwar il-finanzjament ta' BSCA u li għalhekk tista' tirrigwarda indirettament il-kopertura tal-ispejjeż għas-servizzi ta' interess ġenerali setgħet tinterrompi t-terminu tal-preskrizzjoni. L-awtoritajiet tal-Vallonja taw spjegazzjonijiet dettaljati wara din it-talba u fl-ebda mument il-Kummissjoni ma ddubitat il-legalità ta' dan il-finanzjament.

(326)

Jirriżulta minn dan li ntqal li meta jitqies li l-kumpens imħallas għas-servizzi ta' interess ġenerali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, quod non, is-setgħat tal-Kummissjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna huma preskritti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura.

5.4.   Il-kummenti tal-Belġju dwar il-ksur tal-aspettattiva leġittima

(327)

Wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, il-Belġju fformula kummenti dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' aspettattiva leġittima għas-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport

(328)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hija obbligata li tqis awtomatikament iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-proċedura, li hija tirrinunzja għall-irkupru tal-għajnuna mogħtija illegalment meta dan l-irkupru jmur kontra prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħar-rispett tal-aspettattiva leġittima tal-benefiċjarji.

(329)

Kif qal fil-qosor l-Avukat Ġenerali Philippe Léger, il-ksur ta' dan il-prinċipju huwa ammess meta t-tliet kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati: “Fl-ewwel lok, irid ikun hemm att jew aġir tal-amministrazzjoni Komunitarja li seta' ta lok għal din l-aspettattiva. (…). Imbagħad, il-persuna kkonċernata ma setgħetx tbassar il-bidla fl-imġiba adottata preċedentement mill-amministrazzjoni Komunitarja (…) Fl-aħħar nett, l-interess Komunitarju segwit mill-att ikkontestat ma jiġġustifikax li l-aspettattivi leġittimi tal-persuna kkonċernata jiġu mminati. (…)” .

(330)

Skont il-Belġju, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda s-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport, it-tliet kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa preċedenti huma ssodisfati.

(331)

Il-Kummissjoni eżaminat is-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport fl-ewwel investigazzjoni u ma qajmet l-ebda oġġezzjoni f'dan ir-rigward fid-Deċiżjoni tagħha tal-2004. Fid-deċiżjoni tal-2004, il-Kummissjoni kienet semmiet espressament li hija “ma tikkontestax il-possibbiltà leġittima tal-awtoritajiet tal-Vallonja li jkomplu jħallsu l-ispejjeż ta' manutenzjoni u ta' kontra n-nirien” (118). Madankollu, is-servizzi ta' manutenzjoni li f'dak iż-żmien kienu koperti minn BSCA kienu definiti kif ġej: “il-konċessjonarju jrid jiżgura, bħala parti mill-konċessjoni ta' servizz il-manutenzjoni tal-artijiet, il-bini u t-tagħmir, l-istrutturi u l-materjal magħmula disponibbli għalih u allokati għall-kompiti ta' servizzi konċessi, b'mod li jkunu dejjem adattati għall-użu li jkunu maħsuba għalih”. Fl-istess sens, fil-premessa 352 tal-istess deċiżjoni tal-2004, il-Kummissjoni kkonkludiet li “[parti mill-ispejjeż ta' dawn l-ajruporti, kemm jekk ikunu privati jew pubbliċi, spiss tkun soġġetta għal kumpensi ta' servizz pubbliku, taħt il-kompiti li jirriżultaw mill-imperattivi ta' sikurezza jew ta' sigurtà, jew kontribuzzjonijiet oħrajn għal spejjeż li ma joffrux vijabbiltà ekonomika fihom infushom iżda jibqgħu meħtieġa għall-operat ta' dawn il-pjattaformi. Jistgħu jkunu servizzi ta' kontroll tal-ajru, ta' pulizija, tifi tan-nar, eċċ.”.

(332)

Il-Belġju jenfasizza wkoll li l-annullament tal-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma kien jaffettwa dan l-aspett tad-deċiżjoni tal-2004.

(333)

Minn dan jikkonkludi li t-tliet kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 329 huma ssodisfati.

(334)

L-ewwel nett, id-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni fl-2004 u l-assenza ta' ċensura mill-Qorti Ġenerali fuq dan il-punt “ħolqu minn qabel sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal din l-aspettattiva”. Fil-fatt, skont il-Belġju, BSCA ibbenefikat minn assigurazzjonijiet preċiżi li l-kopertura tal-ispejjeż tas-servizzi ta' interess ġenerali ma kinitx għajnuna mill-Istat, minħabba n-nuqqas ta' aċċenn ta' lment fuq dan il-punt fid-deċiżjoni tal-2004. Din l-aspettattiva leġittima barra minn hekk kienet imsaħħa mill-prattika tad-deċiżjonijiet stabbilita tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni, b'mod partikolari d-distinzjoni bejn l-attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi kif imtenni b'mod partikolari fid-deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle.

(335)

It-tieni, BSCA ma “setgħetx tbassar il-bidla fl-imġiba adottata preċedentement mill-amministrazzjoni Komunitarja”. Fil-fatt, skont il-Belġju, ebda element ma kien jippermetti li BSCA taħseb li l-Kummissjoni kienet ser terġa' teżamina, fl-2012, miżura li fuqha ma kienet qajmet ebda riżerva fl-2004, u li l-Qorti Ġenerali ma ddubitatx fuqha fl-2008.

(336)

It-tielet, l-interess tal-Unjoni ma jegħlibx dak ta' BSCA “għaż-żamma tas-sitwazzjoni li hija setgħet b'mod leġittimu qieset li kienet stabbli”. Fil-fatt, skont il-Belġju, issir ħsara kbira lil BSCA minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru tas-sussidji li rċeviet BSCA bi tpattija għas-servizzi ta' interess ġenerali.

(337)

B'konklużjoni, skont il-Belġju, dawn il-kumpensi finanzjarji, essenzjali biex tiġi assigurata s-sigurtà u s-sikurezza tal-post u tal-attività tal-ajruport, inżammu u ġew estiżi wara d-deċiżjoni tal-2004, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-aspettttiva leġittima li nħolqot mill-imġiba tal-Kummissjoni rigward il-fatt li l-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali ma kienx għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Minħabba l-aspettattiva leġittima li l-Kummissjoni ħolqot f'BSCA, kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li s-sussidji inkwistjoni huma għajnuna mill-Istat, hija ma tistax tordna l-irkupru tagħha, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-proċedura.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

(338)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies bħala inkumpatibbli mas-suq intern.

(339)

Miżura tiġi għalhekk ikkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin ikunu ssodisfati, jiġifieri li: 1) il-benefiċjarju jew benefiċjarji huma impriżi fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, 2) il-miżura tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tagħha, 3) il-miżura tingħata permezz ta' riżorsi tal-Istat u hija attribwibbli lill-Istat u 4) il-miżura toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(340)

F'dan il-kapitolu, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk il-miżuri deskritti fil-Kapitolu 3 jistgħux jikkostitwixxu għajnuna lil BSCA u/jew lil Ryanair, imbagħad tittratta l-kwistjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuniet identifikati mas-suq intern, l-applikabbiltà tal-perjodu ta' preskrizzjoni u tal-prinċipju tal-aspettattiva leġittima.

6.1.   L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat favur BSCA

6.1.1.   Il-kunċett ta' impriża fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE

(341)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jirrikjedi li miżura, sabiex tiġi definita bħala għajnuna mill-Istat, għandha tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti”.

(342)

Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddefinixxiet l-impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom u mill-mod kif huma ffinanzjati (119). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari tikkostitwixxi attività ekonomika (120).

(343)

Fis-sentenza tagħha “Aéroports de Paris”, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-operat ta' ajruport li jikkonsisti fil-provvediment ta' servizzi tal-ajruport lill-kumpaniji tal-ajru huwa attività ekonomika.

(344)

Fis-sentenza tagħha “Leipzig-Halle airport” (121), il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-operat ta' ajruport bi ħlas hija attività ta' natura ekonomika, li minnha l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport tagħmel parti inseparabbli (122). Diment li operatur ta' ajruport jeżerċita attivitajiet ekonomiċi, ikun xi jkun l-istatus legali jew il-metodu ta' finanzjament tiegħu, huwa jikkostitwixxi impriża fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u għaldaqstant jidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tat-TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat (123). Il-Qorti Ġenerali kkonfermat ukoll li għall-kuntrarju tal-effetti tagħhom, l-objettivi ta' politika reġjonali, ekonomika jew tat-trasport segwiti permezz tal-bini jew l-estensjoni ta' infrastrutturi ta' ajruport ma kinux rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk hijiex attività ekonomika.

(345)

Il-kwistjoni jekk jeżistix suq għal ċerti servizzi tista' tiddependi fuq kif dawk is-servizzi huma organizzati mill-Istat Membru kkonċernat (124). Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss fejn ċerta attività tkun ipprovduta f'ambjent ta' suq. In-natura ekonomika ta' ċerti servizzi tista' għalhekk tvarja minn Stat Membru għall-ieħor. Barra minn hekk, minħabba l-għażla politika jew l-iżviluppi ekonomiċi, il-klassifikazzjoni ta' servizz partikolari tista' tinbidel biż-żmien.

(346)

B'hekk, sas-sentenza ADP, il-prattika kostanti tal-Kummissjoni kienet li tikkunsidra li l-attività ta' żvilupp u ta' ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport ma kinux jikkostitwixxu attività ekonomika li tista' tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (125). Wara s-sentenza ADP, il-Kummissjoni kkonstatat li minħabba l-liberalizzazzjoni progressiva tas-suq, din l-attività kienet saret attività ekonomika. Barra minn hekk, kif jispeċifikaw il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lill-kumpaniji tal-ajru (126) (minn hawn 'il quddiem il-“Linji Gwida tal-Avjazzjoni”) fil-punti 28 u 29 tagħhom, “mid-data tas-Sentenza ADP (12 ta' Diċembru 2000), l-operat u l-kostruzzjoni ta' infrastrutturi tal-ajruport għandhom jitqiesu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Għall-kuntrarju ta' dan, minħabba l-inċertezza li kienet teżisti qabel is-sentenza ‘ADP’, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li l-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u għalhekk tali miżuri ma kellhomx għalfejn ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni. Konsegwentement il-Kummissjoni ma tistax tikkontesta, abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-miżuri ta' finanzjament li ngħataw qabel is-Sentenza ADP.”

(347)

Għaldaqstant jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk il-miżuri mogħtija lil BSCA għall-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport ingħatawx qabel jew wara t-12 ta' Diċembru 2000, id-data tas-Sentenza ADP.

(348)

Barra minn hekk, anki wara s-Sentenza ADP, kif ifakkru l-punti 34 u 35 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, l-attivitajiet ta' operatur ta' ajruport mhumiex neċessarjament kollha kkunsidrati ekonomiċi. Il-Qorti Ġenerali b'hekk ikkonfermat li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi ta' awtorità pubblika mhumiex ekonomiċi (127). F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar u attivitajiet neċessarji għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir neċessarju biex jitwettqu dawn l-attivitajiet huma ġeneralment meqjusa bħala ta' natura mhux ekonomika.

(349)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu identifikati l-miżuri mogħtija lil BSCA wara t-12 ta' Diċembru 2000 u jiġu esklużi l-miżuri għal attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi ta' awtorità pubblika tiegħu.

6.1.1.1.    Id-disponibbiltà tal-artijiet u tal-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi, inklużi l-infrastrutturi magħmula permezz tal-programm ta' investimenti, kif ukoll il-prestazzjoni ta' ċerti servizzi b'mod partikolari t-tiswijiet kbar, b'korrispettiv ta' imposta ta' konċessjoni

(350)

F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni teżamina:

jekk il-miżura, inkluża d-disponibbiltà ta' infrastrutturi ġodda maħluqa skont il-pjan ta' investiment, ingħatatx qabel is-Sentenza ADP;

liema huma l-investimenti kif ukoll is-servizzi pprovduti minn SOWAER li għandhom ikunu esklużi mill-eżami minħabba li mhumiex ekonomiċi.

(a)   Il-miżura, inkluża d-disponibbiltà ta' infrastrutturi ġodda maħluqa skont il-pjan ta' investiment, ingħatat qabel is-Sentenza ADP?

(351)

Kif imfakkar fil-premessi 344 u sussegwenti, il-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport fil-prinċipju ma tistax tkun separata mill-attività ekonomika tal-operat tal-pjattaforma tal-ajruport.

(352)

F'dak li jirrigwarda l-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi soġġetta għall-pjan ta' investiment pluriennali, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw madankollu li dan il-pjan ta' investiment ġie deċiż qabel it-12 ta' Diċembru 2000, data tas-Sentenza ADP. L-argumenti tal-Belġju, ippreżentati fit-Taqsima 5.1.1.1(a)(i), essenzjalment jirribattu l-ambitu u l-preċiżjoni tal-argumenti preliminari żviluppati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, li l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Lulju 2000 u d-Deċiżjoni tal-gvern tal-Vallonja tat-8 ta' Novembru 2000 (minn hawn 'il quddiem id-“deċiżjonijiet tas-sena 2000”) ma jimplikawx għar-Reġjun impenn fir-rigward ta' parti terza u mhumiex irrevokabbli, permanenti u finali.

(353)

Il-Kummissjoni madankollu tqis li d-deċiżjoni ta' disponibbiltà għall-użu lil BSCA tal-infrastrutturi, inklużi infrastrutturi ġodda deċiżi u mwettqa permezz tal-programm ta' investimenti, u li jiġu pprovduti ċerti servizzi bi tpattija għal imposta ma ngħatatx permezz tad-Deċiżjonijiet tas-sena 2000, iżda permezz tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 u dan għar-raġunijiet li ġejjin.

(354)

Il-kriterju deċiżiv għad-data li fiha jitqies li ngħatat miżura ta' għajnuna potenzjali hija d-data tal-att legalment vinkolanti li bih l-awtoritajiet pubbliċi jintrabtu li jagħtu l-miżura inkwistjoni lill-benefiċjarju tagħha (128).

(355)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li:

il-benefiċjarju tal-għajnuna eventwali huwa BSCA;

l-awtoritajiet pubbliċi li taw l-għajnuna huma r-Reġjun u/jew SOWAER. Fil-fatt, kif huwa speċifikat fil-premessa 39 ta' din id-deċiżjoni u rikonoxxut mill-Belġju (129), SOWAER hija l-veikolu maħluq mir-Reġjun u mqiegħed taħt il-kontroll esklussiv tiegħu, sabiex jiżviluppa l-infrastrutturi tal-ajruport tal-Vallonja u jqiegħed dawn l-infrastrutturi disponibbli għall-kumpaniji li joperaw l-ajruporti kkonċernati. SOWAER, bħar-Reġjun, tista' tagħti għajnuna mill-Istat.

(356)

Qabel il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, BSCA ma kienet tibbenefika minn ebda impenn tar-Reġjun jew ta' SOWAER dwar it-twettiq tal-programm ta' investimenti.

(357)

Il-Belġju jirrikonoxxi fil-fatt li qatt ma tfasslet ittra formali tal-għoti tal-għajnuna lil BSCA. Madankollu, skont il-Belġju, għalkemm ir-Reġjun huwa nnifsu huwa d-destinatarju tad-deċiżjonijiet tas-sena 2000, dawn tal-aħħar huma l-bidu ta' impenn għall-gvern. Il-Belġju jqis li l-fatt li dan l-impenn huwa unilaterali mhuwiex uniku għal dan il-każ. Fil-fehma tiegħu, kull miżura finanzjarja, ikunu min ikunu d-destinatarji tagħha, dejjem tiġi deċiża permezz ta' att amministrattiv unilaterali tal-awtorità li tapprovahom, att li tiegħu hija tibqa' tikkontrolla ż-żamma, l-emenda jew l-irtirar.

(358)

Il-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjonijiet tas-sena 2000 ma kinux ġew ippubblikati jew innotifikati lil BSCA. Fi kwalunkwe ħin qabel l-iffirmar tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA, ir-Reġjun seta' jibdel il-programm ta' investimenti, billi jadotta deċiżjoni ġdida unilaterali, jew saħansitra jirrinunzja totalment għal dan il-programm, mingħajr ma deċiżjoni bħal din taffettwa d-drittijiet ta' BSCA.

(359)

Barra minn hekk, kif indikat fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, dan il-programm ta' investimenti kien jinkludi xi inċertezzi rigward il-mekkaniżmu finanzjarju u l-ammonti. Fil-fatt, dawn setgħu jkunu adattati skont kif jevolvu l-ħtiġijiet. B'hekk, it-terminal Nord il-ġdid kellu jkun flessibbli u l-bini tiegħu “assolutament progressiv u magħmul skont l-iżvilupp tal-attività reali tal-ajruport u tal-ħtiġijiet operattivi li jirriżultaw minnha”. Barra minn hekk, il-formula ta' finanzjament ippjanata dak iż-żmien – jiġifieri permezz tal-intervent tas-Société Régionale Wallonne du Transport – finalment ġiet skartata u minflokha ntgħażel il-finanzjament minn SOWAER, strument ġdid li ġie pprovdut b'mezzi finanzjarji u sa EUR 75 000 000 biss minn meta nħoloq fl-1 ta' Lulju 2001.

(360)

Għall-kuntrarju, ladarba l-programm ta' investimenti ġie inkluż fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA, SOWAER intrabtet vis-à-vis BSCA li: trid tagħmel disponibbli għal BSCA artijiet u infrastrutturi inklużi l-infrastrutturi li għandhom jinbnew skont il-programm ta' investiment, u tipprovdi ċerti servizzi, bħala korrispettiv għal imposta ta' konċessjoni, inkella ma tirrispettax l-obbligi kuntrattwali tagħha.

(361)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-impenn ta' SOWAER li twettaq programm ta' investimenti u li toffri ċerti servizzi għandu jiġi eżaminat fl-istess waqt mal-impenn ta' BSCA li tħallas imposta ta' konċessjoni. Mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk il-proġetti tar-Reġjun li jqiegħed għad-disponibbiltà ta' BSCA xi infrastrutturi, inklużi infrastrutturi ġodda mibnija skont il-programm ta' investimenti, u l-provvediment ta' ċerti servizzi jikkostitwixxux għajnuna diment li l-ammont tal-imposta li trid tħallas BSCA bħala korrispettiv mhuwiex magħruf.

(362)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta' disponibbiltà għal BSCA tal-infrastrutturi, inklużi l-infrastrutturi l-ġodda li SOWAER tintrabat li tibni, u l-provvediment ta' ċerti servizzi bħala korrispettiv għal imposta ngħatat permezz tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002. Għaldaqstant hija saret wara s-Sentenza ADP.

(363)

Barra minn hekk, ta' min ifakkar li l-programm ta' investimenti integrat fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 ġie emendat b'mod sostanzjali permezz tad-deċiżjoni tal-gvern tal-Vallonja tat-3 ta' April 2003. Fil-fatt, b'applikazzjoni tad-Deċiżjoni tat-3 ta' April 2003, il-gvern tal-Vallonja nnota reviżjoni tal-programm ta' investimenti (130), li tellgħet l-ammont tal-investimenti minn EUR 93 miljun għal kważi EUR 151 miljun, jiġifieri żieda ta' EUR 57,8 miljun li minnhom EUR 33 miljun għat-terminal il-ġdid. Il-Kummissjoni tqis li din ir-reviżjoni tal-programm ta' investimenti hija emenda sostanzjali u għaldaqstant miżura ġdida li potenzjalment tista' tikkostitwixxi għajnuna ġdida mill-Istat lil BSCA li tingħaqad mal-għajnuna potenzjali diġà mogħtija permezz tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002. Minħabba li tirriżulta minn deċiżjoni tat-3 ta' April 2003, din il-miżura hija miżura ġdida, adottata wara s-Sentenza ADP u għaldaqstant soġġetta għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(b)   Investimenti u servizzi pprovduti minn SOWAER li għandhom ikunu esklużi mill-eżami minħabba li mhumiex ekonomiċi

(364)

Kif imfakkar fil-punti 34 u 35 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, l-attivitajiet ta' operatur ta' ajruport mhumiex neċessarjament kollha ekonomiċi. Il-Qorti Ġenerali b'hekk ikkonfermat li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi ta' awtorità pubblika mhumiex ekonomiċi (131). Attivitajiet bħal dawn jinkludu b'mod partikolari s-sigurtà, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija u d-dwana (132).

(365)

Il-Kummissjoni tqis li l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar għal assi relatati man-navigazzjoni tal-ajru (relatati pereżempju mat-torri ta' kontroll), mat-tifi tan-nar fuq l-ajruplani, mas-sigurtà (definita bħal l-ġlieda kontra l-atti ta' interferenza illegali), mal-pulizija u mad-dwana jistgħu ma jkunux ekonomiċi. Minħabba li f'dan il-każ, is-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru, it-tifi tan-nar fuq l-ajruplani, is-sigurtà, il-pulizija u d-dwana mhumiex organizzati skont il-loġika tas-suq, il-Kummissjoni tqis li l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar li jirrigwardaw assi relatati ma' dawn is-servizzi mhumiex ekonomiċi. B'mod partikolari, l-għeluq b'reċinti tal-parti tas-sit tal-ajruport li wieħed jaċċessa għaliha wara l-kontrolli tal-pulizija u tal-parti tas-sit fejn ikunu l-ajruplani tista' titqies bħala attività mhux ekonomika diment li taqa' taħt is-sigurtà.

(366)

Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li mhumiex ekonomiċi l-ispejjeż relatati mal-investimenti u mal-manutenzjoni tal-bini u t-tagħmir użati kemm għal attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi fi proporzjon korrispondenti għall-użu tagħhom għal attività mhux ekonomika. B'mod partikolari, 7 % tal-kost tal-investimenti magħmula għat-terminal il-ġdid jistgħu jitqiesu bħala mhux ekonomiċi, peress li 7 % tal-erja tat-terminal hija okkupata mis-servizzi tal-pulizija, tad-dwana, uffiċjali inkarigati mit-tiftix fuq il-passiġġieri u fil-bagalji, kif ukoll uffiċjali tas-Servizz Pubbliku tal-Vallonja inkarigati mis-sikurezza tas-sit.

(367)

Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tqis ekonomiċi l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar relatati mas-sistema ILS ta' Kategorija III (133) u mad-dwal tar-runways. Fil-fatt, dawn l-ispejjeż mhumiex marbuta ma xi prerogattiva ta' awtorità pubblika, iżda huma inerenti għall-operat kummerċjali tal-infrastrutturi, li jinvolvi li l-infrastrutturi jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-kumpaniji tal-ajru f'kundizzjonijiet ta' sikurezza sodisfaċenti. B'mod partikolari, l-iżgurar tas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art (inkluż waqt l-inżul u t-tlugħ) jagħmel parti integrali mill-operat kummerċjali tal-ajruport u għaldaqstant huwa ekonomiku. Fid-deċiżjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta' Marsilja (134), is-sikurezza tal-operat ġiet eskluża mill-kamp tal-attivitajiet “mhux ekonomiċi”.

(368)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-investimenti relatati mad-detezzjoni tan-nar fil-parkeġġi għall-passiġġieri huma ekonomiċi. Fil-fatt, dawn l-ispejjeż mhumiex relatati ma' prerogattiva ta' awtorità pubblika, iżda huma inerenti għall-operat kummerċjali tal-parkeġġ għall-passiġġieri.

(369)

Barra minn hekk, kif imfakkar fil-punt 36 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi jservi biss biex jikkumpensa l-ispejjeż li jirriżultaw u ma jistax ikun allokat għal attivitajiet ekonomiċi (135). Inkella, il-finanzjament tagħhom ikollu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(370)

SOWAER tassumi direttament it-twettiq tal-investimenti u tat-tiswijiet il-kbar. Il-finanzjament ta' dawn l-ispejjeż għaldaqstant mhuwiex soġġett għal xi sussidju mħallas lil BSCA, li din tista' tuża għal attivitajiet ekonomiċi.

(371)

Fl-aħħar nett, kif imfakkar fil-punt 37 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma jwassalx għal diskriminazzjoni inġusta bejn l-arjuporti. Inkella, il-finanzjament tagħhom ikollu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(372)

Kif spjega l-Belġju, SOWAER tagħmel l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar b'mod nondiskriminatorju għall-ajruporti li hija inkarigata minnhom, jiġifieri l-ajruporti tar-reġjun tal-Vallonja.

(373)

Kif imfakkar fil-premessa 26 ta' din id-Deċiżjoni, ir-reġjuni Belġjani ngħataw il-kompetenzi meħtieġa għat-tagħmir u l-operat tal-ajruporti pubbliċi li jinsabu fit-territorju tagħhom ħlief għall-ajruport ta' Brussels-National. Minħabba dan il-qafas ġuridiku, il-Kummissjoni tqis li l-livell rilevanti biex tivvaluta l-eżistenza ta' diskriminazzjoni dwar il-finanzjament tal-investimenti u s-servizzi pprovduti minn SOWAER huwa dak tar-reġjun, u mhux dak tal-Istat Federali. Minħabba li s-SOWAER tagħmel l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar b'mod nondiskriminatorju għaż-żewġ ajruporti ewlenin tal-Vallonja (Liège u Charleroi), il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx diskriminazzjoni inġusta bejn l-ajruporti.

(374)

Il-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi deskritti fil-premessa 365 ma għandux jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat u għalhekk huwa eskluż minn analiżi ulterjuri.

6.1.1.2.    Is-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività fl-ajruport

(375)

Kif indikat fit-Taqsima 5.1.1.1(c)(i), il-Belġju jqis li l-kompiti li għalihom ir-Reġjun iħallas sussidju jagħmlu parti mill-eżerċizzju ta' prerogattivi ta' awtorità pubblika u għaldaqstant mhumiex attività ekonomika.

(376)

Biex jiġi vvalutat sa liema punt is-sussidju jirrigwarda attivitajiet mhux ekonomiċi u għandu jkun eskluż mill-kontroll dwar l-għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li jsir l-istess eżami bħal dak deskritt fit-Taqsima 6.1.1.1(b).

(a)   Protezzjoni kontra n-nirien u sigurtà

(377)

Għalhekk kif indikat fil-premessa 365, il-Kummissjoni tqis li fil-każ inkwistjoni, l-attivitajiet relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien tal-ajruplani u s-sigurtà (136) ma jikkostitwixxux attivitajiet ekonomiċi.

(i)   L-applikazzjoni tal-punt 36 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni

(378)

Kif imfakkar fil-punt 36 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, anki jekk attività titqies li mhijiex ekonomika, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi jservi biss biex jikkumpensa l-ispejjeż li jirriżultaw u ma jistax ikun allokat għal attivitajiet ekonomiċi (137). Inkella, il-finanzjament tagħhom ikollu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

1.   Protezzjoni kontra n-nirien

(379)

F'dak li jirrigwarda l-protezzjoni kontra n-nirien, il-Kummissjoni tinnota li b'applikazzjoni tal-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-1991, biex tikseb l-għajnuna tar-Reġjun għas-servizzi ta' kontra n-nirien u l-manutenzjoni, BSCA trid iżżomm rapport tal-introjtu separat li jista' jkun analizzat u kkontrollat mill-awtorità ta' konċessjoni.

(380)

Barra minn hekk, b'applikazzjoni tal-Artikolu 3.2.3 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA kif emendat mill-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002, ir-rimborż tan-nefqiet inerenti għas-servizzi ta' kontra n-nirien u l-manutenzjoni jsir fi 12-il pagament, bil-ħlas tat-tnax-il pagament isir wara li l-Ministru jirċievi u japprova rapport meħud mill-kontijiet annwali ta' BSCA li jiġġustifika l-ispejjeż imġarrba skont l-istess mudell mitlub għall-baġit provviżorju, jiġifieri abbażi tal-intestaturi kif iddefiniti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet.

(381)

Fl-aħħar nett, għall-perjodu ta' wara l-10 ta' Marzu 2006, l-Artikolu 25.7 tal-ispeċifikazzjonijiet, introdott permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006, jipprovdi li l-ammont tal-kumpens għas-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien u għas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport ma jistax jaqbeż l-ispejjeż attwali sostnuti minn BSCA u li kwalunkwe kumpens żejjed tal-ispejjeż għandu jsir kumpens baġitarju pagabbli mill-intestatura baġitarja tas-sena ta' wara.

(382)

Il-Kummissjoni tqis li dawn id-dispożizzjonijiet huma biżżejjed sabiex tikkonkludi li mill-Ftehim Supplimentari Nru 3 tal-2002 sal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, il-kumpens imħallas mir-Reġjun għall-ispejjeż marbutin mal-protezzjoni kontra n-nirien kien proporzjonat u ma ntużax biex jissussidja attivitajiet ekonomiċi.

2.   Sigurtà

(383)

Is-sigurtà ġiet miżjuda mal-attivitajiet li għalihom BSCA tingħata kumpens skont il-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008. Il-kompiti ta' sigurtà huma definiti bħala “il-kombinazzjoni ta' miżuri u riżorsi umani u naturali maħsuba għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali.” (138). Is-servizzi marbutin mas-sikurezza jinkludu “l-iskrinjar, is-sorveljanza elettronika, ir-rondi u l-pattulji ta' sorveljanza, il-kontroll tal-aċċess u t-tqassim tal-badges tal-viżitaturi” (139).

(384)

L-Artikolu 25.7 tal-ispeċifikazzjonijiet, kif emendat mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 jipprovdi li “l-ammont tal-kumpens finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqiet għat-twettiq tas-servizzi, ma jistax jaqbeż l-ispejjeż reali mġarrba mill-konċessjonarju għal dawn is-servizzi, wara t-tnaqqis ta' kwalunkwe imposta li tinġabar mingħand l-utenti biex tkopri dawn is-servizzi. Kwalunkwe kumpens żejjed ta' dawn l-ispejjeż għandu jingħata kumpens ta' baġit li jiddaħħal fl-entrata baġitarja tas-sena ta' wara”.

(385)

Il-Kummissjoni tqis li dawn id-dispożizzjonijiet huma biżżejjed sabiex tikkonkludi li l-kumpens imħallas mir-Reġjun għall-ispejjeż marbutin mas-sigurtà kien proporzjonat u ma ntużax biex jissussidja attivitajiet ekonomiċi.

(ii)   L-applikazzjoni tal-punt 37 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni

(386)

Kif imfakkar fil-punt 37 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma jwassalx għal diskriminazzjoni inġusta bejn l-ajruporti. Inkella, il-finanzjament tagħhom ikollu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(387)

Kif spjega l-Belġju, l-attivitajiet mhux ekonomiċi taż-żewġ ajruporti ewlenin tal-Vallonja (Liège u Charleroi) huma ffinanzjati b'mod nondiskriminatorju mir-Reġjun.

(388)

Kif imfakkar fil-premessa 26 ta' din id-Deċiżjoni, ir-reġjuni Belġjani ngħataw il-kompetenzi meħtieġa għat-tagħmir u l-operat tal-ajruporti pubbliċi li jinsabu fit-territorju tagħhom ħlief għall-ajruport ta' Brussels-National. Minħabba dan il-qafas ġuridiku, il-Kummissjoni tqis li l-livell rilevanti biex tivvaluta l-eżistenza ta' diskriminazzjoni dwar il-finanzjament ta' ċerti servizzi mhux ekonomiċi relatati mal-attività tal-ajruport huwa dak tar-reġjun, u mhux dak tal-Istat Federali. Minħabba li l-attivitajiet mhux ekonomiċi taż-żewġ ajruporti ewlenin tal-Vallonja (Liège u Charleroi) huma ffinanzjati b'mod nondiskriminatorju mir-Reġjun, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemm ebda diskriminazzjoni inġusta bejn l-ajruporti.

(389)

Il-kumpens imħallas għall-attivitajiet ta' BSCA relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u mas-sigurtà ma għandux jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat u għaldaqstant huwa eskluż minn analiżi ulterjuri.

(b)   Manutenzjoni/sikurezza tat-traffiku fuq l-art

(390)

F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni ser teżamina jekk is-servizzi li ġejjin jistgħux jevitaw ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat minħabba li mhumiex ekonomiċi:

is-“servizzi ta' manutenzjoni”, kif iddefiniti mill-Artikoli 12 u 19 tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA,

is-“servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art”, kif iddefiniti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet emendati permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006.

(391)

Kif indikat fil-premessa 71, is-servizz ta' manutenzjoni huwa definit mill-Artikoli 12 u 19 tal-ispeċifikazzjonijiet bħala “is-servizz tekniku ta' manutenzjoni tal-artijiet, tar-runways, tal-madwar, tal-vetturi, eċċ.” (140), kif ukoll “il-manutenzjoni tal-artijiet, il-bini u t-tagħmir tal-bini u l-materjal l-ieħor li jagħmel parti mill-konċessjoni jew huwa magħmul disponibbli għaliha b'mod li jkunu dejjem tajbin għall-użu li huma maħsubin għalih” (141).

(392)

Kif indikat fil-premessi 73 u 74, il-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006 emenda l-Artikolu 3.2.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet. B'applikazzjoni ta' dawn l-emendi, ir-Reġjun irid jagħti kumpens lil BSCA għall-ispejjeż tas-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u tas-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport. L-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet kif emendat jispeċifika li “is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport jinkludu l-manutenzjoni ta' kuljum tas-sit tal-ajruport, is-servizz tekniku ta' manuntenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni ta' kuljum u tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' ħsad, tindif tar-runway mil-lastiku u l-immarkar tagħha, it-tindif tal-borra u kull servizz ieħor li jassigura s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, fis-sit tal-ajruport u tal-infrastrutturi minbarra l-ħwienet taż-żona tal-ajruport”.

(393)

Il-Kummissjoni tinnota li d-definizzjoni tas-“servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport”, li għalihom BSCA għandha tirċievi kumpens mill-10 ta' Marzu 2006, taqbel ħafna mad-definizzjoni tas-“servizzi ta' mantuenzjoni”, li għalihom BSCA kienet tirċievi kumpens qabel l-10 ta' Marzu 2006. Biex tiddetermina jekk dawn is-servizzi humiex servizzi ekonomiċi, hija ser teżaminahom flimkien.

(394)

Il-Kummissjoni tqis li dawn is-servizzi, kemm jekk jirrigwardaw il-manutenzjoni ta' kuljum tas-sit tal-ajruport, il-manuntenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni ta' kuljum u tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' qtugħ ta' ħaxix, tindif tar-runway mil-lastiku u l-immarkar tagħha, it-tindif tal-borra u kull servizz ieħol li jassigura s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, fis-sit tal-ajruport u tal-infrastrutturi, ma jaqgħux taħt il-prerogattiva ta' awtorità pubblika. Dawn is-servizzi huma b'mod partikolari differenti mis-servizzi ta' sigurtà. Huma inerenti għall-operat kummerċjali tal-ajruport, li jimplika li s-sit tal-ajruport, inklużi r-runways, ikunu miżmuma tajjeb biżżejjed biex l-ajruplani jkunu jistgħu jinżlu u jitilgħu f'kundizzjonijiet ta' sikurezza sodisfaċenti. Ebda prerogattiva ta' awtorità pubblika ma hija marbuta ma' dan it-tip ta' servizzi.

(395)

Skont il-Belġju (ara l-premessa 237), fid-deċiżjoni li ħadet fit-23 ta' Lulju 2008 rigward l-ajruport ta' Leipzig Halle, il-Kummissjoni stess irrikonoxxiet li s-servizzi relatati mas-sikurezza operattiva ma kinux attivitajiet ekonomiċi (142). Madankollu, jirriżulta mil-lista tal-infrastrutturi relatati mas-sikurezza operattiva pprovduta mill-awtoritajiet Ġermaniżi li dawn l-infrastrutturi huma dawk essenzjali għas-sikurezza fuq l-art, jiġifieri: il-provvista kontinwa tal-elettriku taż-żoni tat-traffiku, is-substazzjonijiet, id-dwal tar-runway, id-dwal taż-żoni tat-traffiku, eċċ. Skont il-Belġju, din il-pożizzjoni tal-Kummissjoni ġiet ivvalidata mill-Qorti Ġenerali fis-Sentenza mogħtija fl-24 ta' Marzu 2011 (143) wara rikors għall-annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija.

(396)

Il-Kummissjoni tikkontesta li wieħed jista' jiddeduċi mill-premessi 182 u 183 tad-Deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle li l-Kummissjoni qieset fil-passat li kompiti simili għall-manutenzjoni u s-sikurezza tat-traffiku, kif iddefiniti fil-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-awtorità pubblika, għar-raġunijiet li ġejjin.

(397)

L-ewwel nett, l-ispejjeż ta' manutenzjoni u ta' sikurezza tat-traffiku fuq l-art kif definiti fil-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA huma ferm usa' mill-ispejjeż relatati mas-sikurezza tal-operat imsemmija fid-deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle. Fil-fatt, dawn tal-aħħar jikkonsistu fil-provvista kontinwa tal-elettriku għaż-żona tat-traffiku, is-substazzjoni, il-kejbils ta' vultaġġ għoli u d-dwal tar-runway. L-ispejjeż ta' manutenzjoni u ta' sikurezza tat-traffiku kif iddefiniti fil-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA “jinkludu l-manutenzjoni ta' kuljum tas-sit tal-ajruport, is-servizz tekniku ta' manuntenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni ta' kuljum u tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' qtugħ ta' ħaxix, tindif tar-runway mil-lastiku u l-immarkar tagħha, it-tindif tal-borra u kull servizz ieħol li jassigura s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, fis-sit tal-ajruport u tal-infrastrutturi minbarra l-ħwienet taż-żona tal-ajruport”.

(398)

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tinnota li, għall-kuntrarju ta' dak li jgħid il-Belġju, il-Kummissjoni ma kkonkludietx li l-kompiti ta' sikurezza tal-operat imsemmija fid-Deċiżjoni Leipzig Halle jikkostitwixxu kompiti li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi tal-awtorità pubblika. Fil-fatt, fil-premessa (182) ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li “huwa possibbli li wieħed iqis ċerti spejjeż bħala li jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-kompiti pubbliċi” (enfażi miżjuda). Fil-premessa 183 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li “ diment li dawn il-miżuri jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-kompiti pubbliċi…”, il-miżuri ma għandhomx ikunu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat (enfażi miżjuda). Hija tindika li “ anki f'każ li l-Kummissjoni kellha ssegwi l-argument tal-Ġermanja li l-ispejjeż ma jistgħu bl-ebda mod jiġu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat, din il-valutazzjoni bl-ebda mod ma taffettwa l-eżitu ta' din il-kawża” (enfażi miżjuda). Għaldaqstant, fil-premessi inkwistjoni, il-Kummissjoni la kkonfermat, u lanqas ċaħdet il-pożizzjoni tal-Ġermanja li ċerti kompiti, inklużi l-kompiti ta' sikurezza tal-operat, kienu kompiti relatati mal-prerograttivi ta' awtorità pubblika, iżda indikat li ma kellhiex għalfejn tieħu pożizzjoni, minħabba li anki kieku l-miżura kienet għajnuna, din kienet tkun awtorizzata.

(399)

Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tinnota li fis-Sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle, għall-kuntrarju ta' dak li jgħid il-Belġju, il-Qorti Ġenerali ma vvalidatx fil-punt 225 tas-sentenza tagħha din l-allegata pożizzjoni tal-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali fil-fatt iċċitat il-premessi 182 u 183 tal-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tfakkar il-pożizzjoni ta' din tal-aħħar u kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet qieset li ma kellhiex għalfejn tiddeċiedi b'mod definittiv fuq il-kwistjoni (jiġifieri jekk kellhiex għalfejn issegwi l-argument tal-awtoritajiet Ġermaniżi li l-ħlas tal-ispejjeż inkwistjoni ma jistax ikun ikkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat).

(400)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-“servizzi ta' manutenzjoni”, kif iddefiniti mill-Artikoli 12 u 19 tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, u s-“servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art”, kif iddefiniti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet kif emendat mill-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006, jikkostitwixxu servizzi ekonomiċi. Għaldaqstant il-finanzjament tagħhom ma jistax jevita r-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(c)   Il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet ipproġettati u l-iggwidar tal-ajruplani

(401)

F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni ser teżamina jekk is-servizzi li ġejjin, li t-twettiq tagħhom ġie fdat lil BSCA u li għalihom BSCA tirċievi kumpens skont il-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008, jistgħux jevitaw ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat minħabba li mhumiex ekonomiċi:

il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet (144) u l-ippjanar tat-titjiriet (145)

l-iggwidar tal-ajruplani (146).

(402)

Skont il-Belġju (ara l-premessa 240), il-kompiti ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ppjanar tat-titjiriet ipproġettati u l-iggwidar tal-ajruplani huma elementi essenzjali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u jikkorrispondu għalhekk għal kompiti ta' awtorità pubblika peress li huma komponenti fundamentali tas-sikurezza ta' ajruport.

(403)

Il-Kummissjoni tqis li l-kompiti li jingħataw dan il-kumpens huma attivitajiet inseparabbli mill-attività ekonomika tal-operatur tal-ajruport BSCA. Dawn il-kompiti ma jistgħux jiġu konnessi mal-kompiti ta' sigurtà mifhuma bħala ġlieda kontra l-atti ta' interferenza illegali, u lanqas ma' ebda attività li tinvolvi l-eżerċitar ta' prerogattivi ta' awtorità pubblika.

(404)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet u l-ippjanar tat-titjiriet, kif ukoll l-iggwidar tal-ajruplani, huma servizzi ekonomiċi. Għaldaqstant il-finanzjament tagħhom ma jistax jevita r-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.

6.1.1.3.    Żieda tal-kapital sottoskritt minn SOWAER

(405)

Iż-żieda tal-kapital, soġġetta għall-proċedura ta' investigazzjoni formali li ġiet sottoskritta minn SOWAER favur BSCA fl-2002, jiġifieri wara s-Sentenza ADP (147), ma tistax tevita l-kontroll tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat (ara l-premessa 346).

6.1.2.   Vantaġġ selettiv

(406)

Sabiex jiġi evalwat jekk miżura statali tikkostitwixxix għajnuna, għandu jiġi ddeterminat jekk din il-miżura tagħtix lill-impriża benefiċjarja vantaġġ li hija ma kinitx ser tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq. Il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku tista' tkun eskluża meta l-miżuri inkwistjoni jkunu operazzjonijiet ekonomiċi magħmulin minn korpi pubbliċi jew impriżi pubbliċi mwettqa fil-kundizzjonijiet normali tas-suq (148). F'dan il-każ irid jiġi ddeterminat jekk f'ċirkustanzi simili, operatur privat li jibbaża ruħu fuq il-possibbiltajiet prevedibbli ta' qligħ, irrispettivament minn kwalunkwe kunsiderazzjoni ta' natura soċjali jew ta' politika reġjonali jew settorjali, kienx jidħol għall-istess operazzjonijiet bħall-entità li tat il-miżura (minn hawn 'il quddiem “il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq”). Il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku tista' tkun eskluża wkoll meta l-miżuri inkwistjoni jkunu kumpensi finanzjarji mogħtija lill-impriżi kkonċernati biex joperaw servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, sakemm dawn il-kumpensi jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi msemmija fis-Sentenza Altmark (149). Wara, il-Kummissjoni ser tanalizza l-miżuri kkonċernati suċċessivament fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-Sentenza Altmark u tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq

6.1.2.1.    L-applikazzjoni tal-kriterji tas-Sentenza Altmark

(407)

L-ewwel nett jeħtieġ li jiġi eżaminat l-argument tal-Belġju ppreżentat fit-Taqsima 5.1.1.1(c)(ii) li s-sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attivitajiet tal-ajruport –fl-ipoteżi li wħud minn dawn is-servizzi huma ekonomiċi - mhumiex vantaġġ għal BSCA skont is-Sentenza Altmark (150).

(408)

Kif ġie analizzat fit-Taqsima 6.1.1, il-Kummissjoni tikkunsidra li parti mis-servizzi li għalihom ingħata s-sussidju mhijiex ekonomika (pereżempju, is-servizzi tat-tifi tan-nirien u tas-sigurtà) u ser teskludi mill-analiżi tagħha l-parti tas-sussidju li tikkumpensa l-ispejjeż ta' dawn is-servizzi.

(409)

Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li parti oħra mis-servizzi li għalihom ingħata s-sussidju hija ekonomika, bħall-manutenzjoni u t-tiswija tal-infrastrutturi użati b'mod kummerċjali jew inkella l-iggwidar tal-ajruplani.

(410)

Il-Kummissjoni tqis li l-Belġju jwettaq żball manifest ta' valutazzjoni meta jikkwalifika dawn is-servizzi bħala servizzi ekonomiċi ta' interess ġenerali. Fil-fatt, kif ifakkar il-punt 47 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (151), bħala regola ġenerali, “kompitu partikolari ta' servizz pubbliku” jimplika l-forniment ta' servizzi li, li kieku kellha tqis l-interessi kummerċjali tagħha stess, impriża ma tassumix jew ma tassumix sal-istess punt jew taħt l-istess kundizzjonijiet. Fil-punt 50 tal-imsemmija Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tqis ukoll li s-servizzi li għandhom jiġu kklassifikati bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali għandhom ikunu indirizzati liċ-ċittadini jew ikunu fl-interess tas-soċjetà kollha kemm hi. Fil-każ inkwistjoni, is-servizzi ekonomiċi identifikati mhumiex ipprovduti fl-interess taċ-ċittadini, iżda biss biex BSCA tkun tista' tipprovdi servizz tal-ajruport. Huma inseparabbli mill-attività ekonomika tal-operat ta' ajruport.

(411)

Barra minn hekk, BSCA ma ntgħażlitx skont proċedura li tissodisfa l-kundizzjonijiet definiti mir-raba' kriterju Altmark.

(412)

Barra minn hekk, il-Belġju ma tax prova li l-ammont tas-sussidju kien iddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża medja, immexxija tajjeb u mgħammra kif xieraq, kienet iġġarrab sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' servizz pubbliku. Fil-fatt, l-argumenti tal-Belġju mhumiex adegwati:

il-Belġju jindika li l-proporzjonijiet imsemmija fil-Komunikazzjoni msemmija qabel fil-premessa 410 juru l-ġestjoni effiċjenti ta' BSCA (ara l-premessa 253), mingħajr madankollu ma jindika n-natura u l-valur ta' dawn il-proporzjonijiet;

il-Belġju jgħid ukoll li din il-ġestjoni tajba wasslet ukoll biex jiġu attirati investituri privati fl-2009 fil-kuntest tal-privatizzazzjoni parzjali ta' BSCA. Il-Kummissjoni madankollu tenfasizza li jekk l-investituri ddeċidew li jidħlu fil-kapital ta' BSCA (filwaqt li jiksbu dritt ta' veto fuq id-deċiżjonijiet importanti), dan jista' jkun minħabba l-eżistenza tal-għajnuna, li tippermettilhom jittamaw li BSCA tattira traffiku kbir u li għalhekk jiġġenera profitti kbar, pjuttost milli minħabba ġestjoni tajba. Barra minn hekk wieħed jista' jfakkar f'dan ir-rigward li investituri privati jistgħu jixtru ishma f'kumpaniji mmexxija ħażin bit-tama li jirkuprawhom diment li għandhom jew jaqsmu l-kontroll tal-kumpanija inkwistjoni, kif inhu l-każ għall-investitur privat ta' BSCA li għandu dritt ta' veto fuq id-deċiżjonijiet importanti.

mhuwiex biżżejjed lanqas li l-fatturat jew it-traffiku tal-ajruport ta' Charleroi żdied biex wieħed jiddeduċi li l-ajruport huwa mmexxi tajjeb, kif jagħmel il-Belġju (ara l-premessa 254). Din iż-żieda tal-fatturat u tat-traffiku tista' tkun ġejja mill-għajnuna li tippermetti lil BSCA joffri kundizzjonijiet favorevoli ħafna lill-kumpaniji tal-ajru u b'hekk jattira t-traffiku

fl-aħħar nett, l-argument tal-Belġju li “ jirriżulta mill-mekkaniżmu ta' finanzjament stabbilit li, b'definizzjoni, il-kumpens imħallas lil BSCA huwa aktar baxx mill-prezz tas-suq għas-servizzi kollha li huma fdati lilha minħabba li dan il-kumpens huwa limitat mill-2006 għas-servizzi marbuta mal-protezzjoni kontra n-nirien u mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport u mill-2010 għas-servizzi ta' sigurtà ” (ara l-premessa 255) lanqas ma jista' juri li BSCA hija mmexxija b'mod effiċjenti, iżda biss, eventwalment, jistabbilixxi li ma hemmx kumpens żejjed.

(413)

B'konklużjoni, tal-inqas l-ewwel u r-raba' kriterju tas-Sentenza Altmark mhumiex issodisfati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax teskludi, skont is-Sentenza Altmark, li s-sussidju tar-Reġjun għal servizzi relatati mal-attività tal-ajruport jikkostitwixxi vantaġġ.

6.1.2.2.    L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq

(414)

F'dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-entità li tagħti l-miżura, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-azzjonijiet ta' (i) ir-Reġjun, bħala proprjetarju tal-art taż-żona tal-ajruport, minn naħa u, (ii) SOWAER, kumpanija kkontrollata esklussivament mir-Reġjun tal-Vallonja, bħala konċessjonarja tal-art taż-żona tal-ajruport, proprjetarja tal-infrastrutturi mibnijia fuq l-art tal-ajruport, u proprjetarja tal-kompiti ddelegati mir-Reġjun, min-naħa l-oħra, għandhom ikunu analizzati flimkien la jaqgħu taħt l-istess attività tal-ajruport. F'dawn iċ-ċirkustanzi fil-fatt, SOWAER tidher bħala intermedjarja tar-Reġjun f'dan l-eżerċizzju. Għaldaqstant, sabiex ikun iddeterminat jekk il-miżuri ddefiniti fit-Taqsima 3.1 jagħtux jew le vantaġġ ekonomiku lil BSCA, il-Kummissjoni ser tikkunsidra li l-entità li tagħti l-miżura hija l-grupp ifformat mir-Reġjun u SOWAER (minn hawn 'il quddiem “ir-Reġjun-SOWAER”).

(415)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li għandha teżamina flimkien l-impenji tar-Reġjun-SOWAER meta jemendaw l-elementi ekonomiċi tal-konċessjoni (id-disponibbiltà tal-infrastrutturi inkluż l-iżvilupp tal-programm ta' investimenti u r-responsabbiltà tat-tiswijiet il-kbar, l-imposta tal-konċessjoni, is-sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport la dawn is-servizzi huma ekonomiċi) u huma kważi simultanji u relatati.

(416)

Il-Kummissjoni ser tapplika għalhekk il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għal dawn l-erba' miżuri li ġejjin flimkien, u meħudin wara xulxin:

il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 u l-emenda tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehimiet tal-2002”);

id-deċiżjoni tal-gvern tal-Vallonja tat-3 ta' April 2003 li jibni terminal b'kapaċità akbar minn dik prevista fil-bidu (tliet miljun passiġġier minflok żewġ miljuni) u li jipprovdi kapaċità akbar għall-parkeġġi tal-karozzi (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni ta' investiment tal-2003”);

il-Ftehim dwar is-servizzi tal-4 ta' April 2006 bejn SOWAER u BSCA u l-emenda tal-10 ta' Marzu 2006 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehimiet tal-2006”);

l-emenda tal-15 ta' Jannar 2008 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA (minn hawn 'il quddiem “l-Emenda tal-2008”).

(417)

Il-Kummissjoni sejra tapplika wkoll il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għaż-żieda tal-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER f'Diċembru 2002.

(418)

Għal kull waħda minn dawn il-miżuri, ladarba tkun tikkostitwixxi vantaġġ, il-Kummissjoni ser teżamina jekk dan il-vantaġġ huwiex selettiv.

(a)   L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għall-miżuri ta' disponibbiltà tal-infrastruttura li jinkludu t-twettiq ta' investimenti ġodda u tiswijiet kbar, u għall-għoti ta' sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport

(i)   Il-Ftehimiet tal-2002

1.   L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq

a.   Il-prinċipji ġenerali applikabbli għall-erba' miżuri

(419)

Kif ifakkar il-punt 51 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, l-analiżi ta' konformità mal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għandha tkun imsejsa fuq prospetti ta' profitabbiltà ex ante soda għall-entità li tagħti l-finanzjament (152).

(420)

Il-Kummissjoni tinnota li r-Reġjun ma pprovda ebda pjan ta' negozju sabiex juri l-profittabbiltà mistennija għar-Reġjun u/jew SOWAER mill-investimenti pprogrammati meta ttieħdu d-deċiżjonijiet vinkolanti għat-twettiq ta' kull wieħed minnhom. In-nuqqas ta' pjan tan-negozju jindika li r-Reġjun u/jew SOWAER ma kinux qegħdin jaġixxu skont loġika ta' operatur f'ekonomija tas-suq meta adottaw il-miżuri favur BSCA.

(421)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rapporti pprovduti insostenn tad-deċiżjonijiet tal-gvern tal-Vallonja jiġġustifikaw l-interess ta' dawn l-investimenti bl-impatt pożittiv tal-iżvilupp tal-ajruport fuq l-ekonomija u l-impjiegi f'Charleroi u fir-reġjun tiegħu (153). Il-Kummissjoni tfakkar madankollu li, skont ġurisprudenza kostanti, il-kunsiderazzjonijiet ta' żvilupp reġjonali ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq (154).

(422)

Minkejja n-nuqqas ta' pjan ta' negozju tar-Reġjun u/jew ta' SOWAER, il-Kummissjoni eżaminat jekk, għall-grupp magħmul mir-Reġjun-SOWAER, il-valur preżenti nett ta' kull grupp ta' miżuri identifikat fil-premessa 416 kienx pożittiv. Fil-fatt, jekk il-valur preżenti nett ta' miżura huwa pożittiv, dan ifisser li l-miżura inkwistjoni hija profittabbli għall-operatur ikkonċernat.

(423)

Il-valur preżenti nett ġie kkalkulat bis-somma mnaqqsa mill-flussi finanzjarji (dħul nieqes l-ispejjeż) aggregati għall-grupp Reġjun-SOWAER li jistgħu jkunu mistennija minn kull grupp ta' miżuri dakinhar li ngħata.

(424)

Ir-rata ta' skont użata għall-kalkolu tal-valur preżenti nett ġiet iddeterminata billi ġie stabbilit il-kost kapitali għall-entità li tat il-miżura dakinhar li ngħatat. Il-kost kapital ta' entità jiddependi mill-istruttura ta' finanzjament tiegħu, b'mod partikolari f'termini ta' ekwità u dejn. F'dan il-każ, il-biċċa l-kbira tal-ispejjeż marbutin mal-proġett li għalihom huwa responsabbli l-grupp Reġjun-SOWAER ġejja mill-investimenti ffinanzjati minn SOWAER. Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta l-kost kapitali tal-entità li tat il-miżura permezz tal-kost kapitali mogħti permezz tal-istruttura tal-bilanċ ta' SOWAER, li hija l-istruttura ta' finanzjament magħżula għar-Reġjun-SOWAER, u permezz tal-kundizzjonijiet ta' aċċess tagħha għas-swieq kapitali.

b.   L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għall-Ftehimiet tal-2002

(425)

Skont il-Ftehimiet tal-2002, ir-Reġjun-SOWAER iddeċieda li jipprovdi lil BSCA, bħala korrispettiv għal imposta ta' konċessjoni, l-artijiet u l-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi, billi jintrabat li jiżviluppa din l-infrastruttura skont il-programm ta' investimenti anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, u li jagħmel il-manutenzjoni u t-tiswijiet il-kbar, kif ukoll li jħallas lil BSCA sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport.

(426)

Ix-xenarju kontrofattwali kien jikkonsisti għar-Reġjun-SOWAER f'li ma jiffirmax il-Ftehimiet tal-2002 u għalhekk li ma jintrabatx għal investimenti kbar ġodda, u lanqas li jagħti s-sussidju “nirien-manutenzjoni”. Il-Kummissjoni assumiet li f'dan ix-xenarju kontrofattwali mingħajr għajnuna, l-ajruport aktarx ikompli jopera, iżda b'mod ferm inqas prominenti, minħabba l-ħtieġa tal-investimenti previsti mill-Ftehimiet tal-2002 biex it-traffiku fl-ajruport ikun jista' jiżdied b'mod sostanzjali. Dan ix-xenarju kontrofattwali iwassal għal valur preżenti nett kemmxejn pożittiv, li diffiċli jkun stmat b'livell xieraq ta' affidabbiltà, l-aktar minħabba li huwa diffiċli ħafna li wieħed jistma x'seta' kien it-traffiku mistenni fin-nuqqas tal-Ftehimiet tal-2002, u l-ammonti ta' imposta ta' konċessjoni li r-Reġjun-SOWAER kienu ser jiksbu mingħand BSCA. Fil-kalkoli tagħha tal-valur preżenti nett, il-Kummissjoni assumiet għalhekk li l-valur preżenti nett tax-xenarju kontrofattwali huwa żero. Jekk abbażi ta' din l-ipoteżi, il-valur preżenti nett tal-Ftehimiet tal-2002 huwa negattiv, ikun wisq aktar hekk fl-ipoteżi fejn il-valur preżenti tax-xenarju kontrofattwali huwa pożittiv. Għaldaqstant hija ipoteżi favorevoli għar-Reġjun-SOWAER u għal BSCA.

i.   L-ispejjeż u d-dħul ikkunsidrati għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002

(427)

Biex tikkalkula l-valur preżenti nett tal-Ftehimiet tal-2002 għar-Reġjun-SOWAER, il-Kummissjoni ddeterminat l-ispejjeż u d-dħul li setgħu jkunu antiċipati minħabba dawn il-Ftehimiet, filwaqt li inkorporat:

għall-perjodu bejn l-2002 u l-2015:

l-ispiża prevedibbli tal-investimenti (ara t-Tabella 13) u tas-servizzi ekonomiċi li kellhom jitwettqu minn SOWAER, kif ukoll il-parti tas-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport li titħallas għal servizzi ekonomiċi;

id-dħul prevedibbli mill-imposta ta' konċessjoni dovuta minn BSCA lil SOWAER;

għall-perjodu bejn l-2016 u l-2040:

il-valur tal-flussi ta' flus mistennija mill-proġett wara l-2015. Il-valur tal-flussi finanzjarji tal-proġett wara l-2015 ġie stmat permezz tal-metodu ta' tkabbir għal dejjem b'rata ta' tkabbir ta' 2 %, li tirrifletti r-rata mistennija mill-inflazzjoni fuq il-perjodu (155).

(428)

Din id-dejta hija bbażata fuq il-previżjonijiet li kellhom ir-Reġjun u SOWAER fl-2002, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-traffiku u l-ispejjeż. Għalhekk il-Kummissjoni ma kkunsidratx id-devjanzi tal-ispejjeż tal-programm ta' investimenti li ma setgħux ikunu antiċipati meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar il-programm f'April 2002 (pereżempju ż-żieda fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni u d-devjanzi tal-ispejjeż marbuta mal-problemi ta' stabilità tal-art li ma kinux magħrufa meta tfassal il-programm ta' investimenti).

(429)

Il-Kummissjoni ma kkunsidratx lanqas il-valur tal-artijiet u tal-infrastrutturi fil-kalkolu tal-valur preżenti nett, kemm fil-kalkolu tax-xenarju fejn il-Ftehimiet tal-2002 jiġu adottati kif ukoll f'dak tax-xenarju kontrofattwali. Il-kalkolu tal-valur preżenti nett huwa fil-fatt ibbażat fuq il-flussi ta' flus futuri mistennija fl-2002.

(430)

Fl-aħħar nett, ma ttieħdux inkunsiderazzjoni gwadanji eventwali f'termini ta' kapital u dividendi mdaħħla minn SOWAER taħt il-parteċipazzjoni tagħha fil-kapital ta' BSCA. Fil-fatt, kif speċifikat il-Qorti Ġenerali (156), “biex ikun ivvalutat jekk miżura tal-Istat hijiex għajnuna, jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f'kundizzjonijiet normali tas-suq. Fil-każ ta' dan l-eżami, hija r-responsabbiltà tal-ġurisdizzjoni nazzjonali li tiddetermina r-remunerazzjoni normali għas-servizzi inkwistjoni”. Il-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ, id-disponibbiltà ta' infrastruttura għal prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq hija vantaġġ għal BSCA, anki fl-ipoteżi li SOWAER tittama li tirkupra t-telf tagħha permezz tal-valutazzjoni tal-kapital li għandha jew id-dividendi li ser iddaħħal. Barra minn hekk il-Kummissjoni tinnota l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta' approċċ fejn jiġu kkunsidrati l-gwadanji eventwali f'termini ta' kapital u d-dividendi. Meħud sal-estrem tiegħu, dan ix-xenarju jwassal biex wieħed jammetti li awtorità pubblika tista' teżiġi imposta ta' konċessjoni żero minn ajruport li tkun azzjonista tiegħu (diment li din l-awtorità tista' tistenna dividendi u/jew żieda fil-valur tal-azzjonijiet tagħha), mingħajr ma din tkun għajnuna. Dan jippermetti lill-ajruport inkwistjoni li joffri kundizzjonijiet ta' tariffi baxxi ħafna lill-kumpaniji tal-ajru u b'hekk joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni l-aktar fir-rigward tal-ajruporti privati.

(431)

It-tabella li ġejja tindika l-ispiża tal-investimenti ekonomiċi kkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002.

Biex ħolqot din it-tabella, il-Kummissjoni ħadet spunt mill-programm ta' investimenti previst għall-ajruport ta' Charleroi li kien anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-15 ta' April 2002. Għalkemm anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-15 ta' April 2002, dan il-programm ma jidentifikax l-investimenti li kien għad fadal isiru fil-15 ta' April 2002, iżda l-investimenti kollha li kellhom isiru mill-1 ta' Jannar 2001 jew li għadhom iridu jsiru. Biex tidentifika l-investimenti li kienu għadhom iridu jsiru fil-15 ta' April 2002, il-Kummissjoni ttrasferiet fl-2002 l-investimenti previsti fl-2001 u fl-2002 (157) u minn din is-somma naqqset l-investimenti li kienu diġà saru fil-15 ta' April 2002  (158).

Tabella 13

Kost tal-investimenti li kienu għadhom iridu jsiru fil-15 ta' April 2002

(EUR miljun)

 

2002

2003

2004

2002 + 2003 + 2004

Esproprjazzjoni (bilanċ tal-ewwel fażi)

0,55

0,00

0,00

0,55

Xiri ta' artijiet ġodda

3.59

0.00

0.00

3,59

Bilanċ artijiet ġodda

0,00

0,00

0,94

0,94

Tiswijiet SABCA

1,39

0,00

0,00

1,39

Komputazzjoni, aġġustamenti u oħrajn.

1,12

0,00

0,00

1,12

Subtotal

6,64

0,00

0,94

7,59

 

 

 

 

 

Tiġdid tal-bini tekniku u amministrattiv

1,55

0,00

0,00

1,55

Delimitazzjoni tas-sit tal-ajruport

0,27

0,00

0,00

0,27

Immarkar tal-avviċinament u tat-taxiing

0,42

0,00

0,00

0,42

Tiswija tal-gandotti

0,27

0,00

0,00

0,27

Estensjoni tal-pompa tal-pitrolju

0,27

0,00

0,00

0,27

Rimi tal-iskart

0,12

0,00

0,00

0,12

Tiswijiet tat-taxiway tan-Nofsinhar

0,50

0,00

0,00

0,50

Parkeġġ taċ-ċimiterju

0,03

0,00

0,00

0,03

Detezzjoni tan-nirien fil-parkeġġ ta' taħt l-art għall-vetturi tal-passiġġieri

0,17

0,00

0,00

0,17

Drenaġġ

5,18

0,00

0,00

5,18

Tagħmir tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni

2,01

0,00

0,00

2,01

Mina teknika

0,74

0,45

0,00

1,19

Rotta tas-servizzi

0,00

0,00

0,82

0,82

Miżbla ta' fuq is-sit

6,20

1,86

0,62

8.68

Estensjoni tar-runway

9,92

2,48

0,00

12,39

Taxiway tat-Tramuntana u l-ħruġ mir-runway

2,48

3,72

1,02

7,21

Parkeġġ tal-ajruplani u tiswijiet taċ-ċangaturi

4,96

2,48

0,00

7,44

Għajnuna għan-navigazzjoni

0,00

0,50

3,07

3,57

Fjuwil tal-ħangar ta' assistenza

0,25

1,61

0,00

1,86

Torri ta' kontroll

0,00

0,25

0,25

0,50

Bini tal-uffiċċji + merkanzija

0,00

0,25

2,13

2,38

Subtotal

35,33

13,58

7,91

56,82

Terminal ġdid

12,64

12,39

2,97

28,01

TOTAL

54,62

25,98

11,82

92,42

Imbagħad il-Kummissjoni żammet biss il-parti ta' dawn l-investimenti li hija tqis relatati mal-attivitajiet ekonomiċi. U għalhekk ġew esklużi:

id-delimitazzjoni tal-parti tas-sit tal-ajruport li wieħed jaċċedi għaliha wara l-kontrolli tal-pulizija u fejn normalment ikunu l-ajruplani (ara l-ispjegazzjonijiet fil-premessa 365),

it-torri tal-kontroll (ara l-ispjegazzjonijiet fil-premessa 365),

7 % tal-ispiża tal-investimenti relatati mat-terminal il-ġdid (ara l-ispjegazzjonijiet fil-premessa 366).

Il-Kummissjoni waslet għall-pjan ta' investimenti li ġej:

Tabella 14

Spiża tal-investimenti ekonomiċi kkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002

(EUR miljun)

 

Sehem ekonomiku (%)

2002

2003

2004

2002 + 2003 + 2004

Esproprjazzjoni (bilanċ tal-ewwel fażi)

100

0,55

0,00

0,00

0,55

Xiri ta' artijiet ġodda

100

3,59

0,00

0,00

3,59

Bilanċ artijiet ġodda

100

0,00

0,00

0,94

0,94

Tiswijiet SABCA

100

1,39

0,00

0,00

1,39

Komputazzjoni, aġġustamenti u oħrajn.

100

1,12

0,00

0,00

1,12

Subtotal

 

6,64

0,00

0,94

7,59

 

 

 

 

 

 

Tiġdid tal-bini tekniku u amministrattiv

100

1,55

0,00

0,00

1,55

Delimitazzjoni tas-sit tal-ajruport

0

0,00

0,00

0,00

0,00

Immarkar tal-avviċinament u tat-taxiing

100

0,42

0,00

0,00

0,42

Tiswija tal-gandotti

100

0,27

0,00

0,00

0,27

Estensjoni tal-pompa tal-pitrolju

100

0,27

0,00

0,00

0,27

Rimi tal-iskart

100

0,12

0,00

0,00

0,12

Tiswijiet tat-taxiway tan-Nofsinhar

100

0,50

0,00

0,00

0,50

Parkeġġ taċ-ċimiterju

100

0,03

0,00

0,00

0,03

Detezzjoni tan-nirien fil-parkeġġ ta' taħt l-art għall-vetturi tal-passiġġieri

100

0,17

0,00

0,00

0,17

Drenaġġ

100

5,18

0,00

0,00

5,18

Tagħmir tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni

100

2,01

0,00

0,00

2,01

Mina teknika

100

0,74

0,45

0,00

1,19

Rotta tas-servizzi

100

0,00

0,00

0,82

0,82

Miżbla ta' fuq is-sit

100

6,20

1,86

0,62

8,68

Estensjoni tar-runway

100

9,92

2,48

0,00

12,39

Taxiway tat-Tramuntana u l-ħruġ mir-runway

100

2,48

3,72

1,02

7,21

Parkeġġ tal-ajruplani u tiswijiet taċ-ċangaturi

100

4,96

2,48

0,00

7,44

Sostenn għan-navigazzjoni

100

0,00

0,50

3,07

3,57

Fjuwil tal-ħangar ta' assistenza

100

0,25

1,61

0,00

1,86

Torri ta' kontroll

0

0,00

0,00

0,00

0,00

Bini tal-uffiċċji + merkanzija

100

0,00

0,25

2,13

2,38

Subtotal

 

35,06

13,34

7,66

56,06

Teminal ġdid

93

11,76

11,53

2,77

26,05

AMMONT TOTALI

 

53,46

24,86

11,37

89,69

Skont il-kalkoli tal-Kummissjoni, l-investimenti għal attivitajiet ekonomiċi previsti fil-bidu kienu ta' EUR 89 690 000, jiġifieri 97 % tal-investimenti previsti fil-bidu.

(432)

Ma' dawn l-investimenti, wieħed għandu jżid l-ispejjeż tal-manutenzjoni u l-ispejjeż operattivi ta' SOWAER attribwibbli għall-attivitajiet ekonomċi tal-ajruport ta' Charleroi, kif previsti mir-Reġjun/SOWAER (159). Jekk wieħed jikkunsidra li 97 % tal-investimenti previsti fil-bidu kienu għal attivitajiet ekonomiċi (160), il-Kummissjoni mmultiplikat b'0,97 l-ispejjeż tal-manutenzjoni u l-ispejjeż operattivi indikati fil-paġna 10 tal-pjan tan-negozju ta' SOWAER anness għad-Deċiżjoni tar-Reġjun tat-23 ta' Mejju 2001. Għall-ispejjeż operattivi, il-Kummissjoni tikkunsidra, abbażi tal-informazzjoni li pprovda r-Reġjun, li 29 % tal-ispejjeż għall-ajruporti ta' Charleroi u Liège huma attribwibbli lil Charleroi.

Tabella 15

Totali tal-ispejjeż ta' manutenzjoni (A) u l-ispejjeż operattivi (B) ta' SOWAER attribwibbli għall-attivitajiet ekonomiċi tal-ajruport ta' Charleroi

(EUR miljun)

 

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

A

0,84

0,84

0,84

1,56

1,56

1,56

1,56

1,56

2,41

2,41

2,41

2,41

2,41

2,41

B

0,47

0,48

0,49

0,50

0,51

0,52

0,53

0,54

0,55

0,56

0,57

0,58

0,60

0,61

A+B

1,31

1,32

1,33

2,06

2,07

2,08

2,09

2,10

2,96

2,97

2,98

2,99

3,00

3,01

(433)

Jeħtieġ ukoll li jiżdied il-porzjon tas-sussidju “nirien-manutenzjoni” attribwibbli għall-attivitajiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni tqis li 10 % tan-nefqiet ikkumpensati mis-sussidju “nirien-manutenzjoni”, kif indikati fil-pjan tan-negozju ta' BSCA tal-2002, huma ekonomiċi.

Tabella 16

Porzjon tas-sussidju “nirien-manutenzjoni” li jikkumpensa attivitajiet ekonomiċi

(EUR miljun)

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

0,33

0,34

0,35

0,39

0,40

0,44

0,44

0,48

0,49

0,50

0,51

0,52

0,53

0,54

(434)

Sabiex tiddetermina l-flussi ta' flus li ħarġu u li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002, il-Kummissjoni ħadet għalhekk it-total tal-aħħar linji tat-Tabella 14Tabella 14, tat-Tabella 15Tabella 15 u tat-Tabella 16Tabella 16.

Tabella 17

Flussi ta' flus li ħarġu sal-2015, ikkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002

(EUR miljun)

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

55,10

26,53

13,05

2,45

2,47

2,52

2,53

2,58

3,44

3,46

3,48

3,50

3,52

3,54

(435)

Biex tikkalkula l-valur preżenti nett tal-proġett, jeħtieġ li jiġi ddeterminat id-dħul antiċipat. Dan id-dħul antiċipat huwa magħmul mill-porzjon varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni ta' BSCA, kif stabbilit mill-Artikolu 11.1 tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, jiġifieri 35 % tad-dħul mill-avjazzjoni ta' BSCA b'limitu massimu li jevolvi maż-żmien. Minħabba l-previżjonijiet relatati mad-dħul tal-avjazzjoni, seta' jkun antiċipat li l-imposta varjabbli tkun limitata sal-2015. Dan il-limitu massimu kien iffissat għal EUR 883 689 fl-2002, dan l-ammont kellu jiżdied bi 2 % fis-sena sal-2006, imbagħad kellu jittella' għal EUR 2 651 067 fl-2007, b'dan l-ammont ikun ukoll miżjud bi 2 % fis-sena. Mill-2015, il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kien jipprovdi li dawn l-ammonti jiġu riveduti. Il-Kummissjoni ssupponiet li l-limitu massimu għandu jitneħħa mill-2015 (kieku l-Kummissjoni kellha tassumi li l-limitu massimu kellu jinżamm wara l-2015, hija ssib valur preżenti nett tal-miżura aktar baxx minn dak li sabet).

Tabella 18

Flussi ta' flus li ħarġu sal-2015, ikkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002

(EUR miljun)

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

0,88

0,90

0,92

0,94

0,96

2,65

2,70

2,76

2,81

2,87

2,93

2,99

3,05

3,11

(436)

Il-Kummissjoni kkalkulat il-flussi ta' flus netti (deħlin nieqes ħerġin) ikkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002 billi ħadet id-differenza bejn l-aħħar linja tat-Tabella 18 Tabella 18 u tat-Tabella 17 Tabella 17.

Tabella 19

Flussi ta' flus netti (deħlin nieqes ħerġin) sal-2015, ikkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002

(EUR miljun)

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

– 54,21

– 25,63

– 12,13

– 1,52

– 1,51

0,13

0,17

0,18

– 0,63

– 0,59

– 0,56

– 0,52

– 0,48

– 0,44

ii.   Ir-rata ta' skont ikkunsidrata għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002

(437)

Kif spjegat fil-premessa 424, sabiex tiddetermina r-rata ta' skont, il-Kummissjoni stmat l-ispiża medja ponderata tal-kapital għal SOWAER meta ngħatat il-miżura. Din l-istima saret mid-dejta u s-suppożizzjonijiet li ġejjin:

proporzjon tad-dejn/ekwità ta' 30 % ta' SOWAER (161) u għalhekk porzjon tad-dejn fil-finanzjament (rD) ta' 23 %;

spiża qabel it-taxxa tad-dejn (kD) ugwali għall-ispiża qabel it-taxxa medja ponderata tad-dejn ta' SOWAER fl-2002, jiġifieri bejn 4,9 % u 5,5 %;

primjum tar-riskju (Δk) ta' 5,51 % (162);

beta (163) bejn 0,91 u 1,23 (164);

f'dak li jirrigwarda l-ispiża tal-ekwità, spiża qabel it-taxxa tal-kapital pożizzjonat mingħajr riskju (rf) bejn 5,16 % u 5,37 % (165);

rata ta' taxxa (t) ta' 40,2 %.

Fuq il-bażi ta' din id-dejta u suppożizzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tikkalkula l-ispiża medja ponderata tal-kapital (K), skont il-formula klassika li ġejja:

C = (1 – rD) × kE + rD × kD

Fejn l-ispiża tal-kapital (kE) hija mogħtija permezz tal-mudell ta' valutazzjoni tal-assi finanzjarji (MEDAF) skont il-formula:

kE = rf + β × Δk

Fuq il-bażi ta' din il-formula u tas-suppożizzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li rata ta' skont ta' 9 % hija rata raġonevoli.

iii.   Riżultat tal-kalkolu tal-valur preżenti nett

(438)

Il-flussi ta' flus netti indikati fit-Tabella 19Tabella 19 skontati bir-rata ta' 9 % jirrappreżentaw valur preżenti nett ta' EUR – 83,7 miljun.

(439)

Għall-kalkolu tal-valur preżenti nett fuq it-terminu totali tal-konċessjoni, jeħtieġ li jiġi attribwit valur terminali għall-proġett fl-2015. Dan isir billi wieħed jassumi mill-2015 fluss ta' flus ugwali għal dak tal-medja 2013-2015 b'żieda ta' 2 % fis-sena. Diment li jkun ipotizzat li l-limitu massimu għall-parti varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni jitneħħa mill-2016, il-valuri li għandhom ikunu kkunsidrati huma l-flussi ta' flus mingħajr limitu massimu fl-2013-2015. Fuq il-bażi ta' dawn is-suppożizzjonijiet, il-Kummissjoni kkalkulat li l-valur terminali tal-proġett fl-2015 seta' jkun stmat għal EUR 8,07 miljun.

(440)

Il-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002 jammonta għal EUR – 75,63 miljun. Billi dan il-valur preżenti nett huwa negattiv, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ftehimiet tal-2002 mhumiex għalhekk konformi mal-kriterji tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq u jagħtu vantaġġ lil BSCA fuq il-kompetituri tagħha.

2.   Selettività

(441)

Skont il-Ftehimiet tal-2002, ir-Reġjun-SOWAER iddeċieda li jipprovdi lil BSCA l-artijiet u l-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi, billi jintrabat li jiżviluppa din l-infrastruttura skont il-programm ta' investimenti anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, u li jagħmel il-manutenzjoni u t-tiswijiet il-kbar, kif ukoll li jħallas lil BSCA sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport, bħala korrispettiv għal imposta ta' konċessjoni aktar baxxa minn dik li kien jitlob operatur privat f'ekonomija tas-suq.

(442)

Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ngħatat lil BSCA biss.

(443)

Ċertament, skont il-Belġju (166), ma hemm ebda diskriminazzjoni fil-livell tar-Reġjun rigward is-sussidju taħt ċerti servizzi relatati mal-attività fl-ajruport (167). Barra minn hekk, skont il-Belġju, il-kompiti ta' sigurtà u sikurezza fl-ajruporti li jappartjenu għar-Reġjun Fjamming jitwettqu minn dan tal-aħħar.

(444)

Madankollu, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej.

(445)

L-ewwel nett, peress li l-vantaġġ inkiseb minħabba li l-imposta ta' konċessjoni hija aktar baxxa minn dik li kien jitlob operatur privat biex jipprovdi l-infrastrutturi, is-servizzi u s-sussidju, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-miżura tagħtix vantaġġ selettiv lil BSCA. F'dan il-kuntest, il-fatt biss li r-Reġjun iħallas is-sussidju lill-ajruporti l-oħrajn li jmexxi b'mod nondiskriminatorju mhuwiex suffiċjenti. Jeħtieġ li jkun stabbilit li r-Reġjun applika l-istess miżura għall-ajruporti l-oħrajn li jmexxi, waqt li aċċetta imposta aktar baxxa mill-imposta tas-suq fl-istess kundizzjonijiet mogħtija lil BSCA. Il-Belġju ma weriex dan.

(446)

Anki jekk wieħed jassumi li l-Belġju seta' juri dan, il-Kummissjoni tinnota li fi kwalunkwe każ, miżura bħal din xorta waħda tagħti vantaġġ selettiv lil BSCA peress li din il-miżura tibbenefika lil settur ekonomiku speċifiku (jiġifieri s-settur tal-ġestjoni tal-ajruporti) u għaldaqstant mhijiex miżura ġenerali (168). B'mod partikolari l-operaturi ta' mezzi oħrajn tat-trasport mhumiex jibbenefikaw minn dan il-vantaġġ.

(447)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tagħti vantaġġ selettiv lil BSCA.

(ii)   Id-Deċiżjoni tal-investiment tal-2003

1.   L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq

(448)

Ir-Reġjun seta' kompla jsegwi l-programm tal-2002. Għalhekk għad-Deċiżjoni ta' April 2003 jikkorrispondi xenarju kontrofattwali li jikkonsisti fil-kontinwazzjoni tal-programm ta' investimenti anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA. L-ispejjeż tad-Deċiżjoni ta' investiment tal-2003 għar-Reġjun-SOWAER jikkorrispondu għalhekk għall-ispejjeż addizzjonali għall-ispejjeż previsti fil-“programm ta' investiment” tal-2002.

(449)

Biex ikun eżaminat jekk operatur tas-suq kienx jieħu d-Deċiżjoni ta' investiment tal-2003, jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-valur preżenti nett tal-miżura tal-2003 huwiex pożittiv.

(450)

Id-differenzi bejn il-pjan tal-2003 u tal-2002 jirrigwardaw kemm il-previżjonijiet f'termini ta' investimenti kif ukoll in-numru mistenni ta' passiġġieri.

(451)

Għal dak li jirrigwarda l-investimenti, il-Kummissjoni tinnota differenza għall-entrati “terminal ġdid” u “parkeġġ”, kemm f'termini ta' ammonti kif ukoll ta' dati tal-investimenti. Iż-żieda tal-investimenti għall-parkeġġ u t-terminal saret rispettivament fl-2002 fil-pjan inizjali ta' investiment u fl-2004 fil-pjan ta' investiment tal-2003. Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li kien hemm bidla ta' sentejn bejn iż-żewġ pjanijiet f'termini ta' investimenti. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni li bagħat il-Belġju, il-Kummissjoni tqis li s-sehem ekonomiku tal-investimenti fil-parkeġġ u fit-terminal huwa ta' 93 %. L-ammont ta' investimenti addizzjonali li jirriżulta mill-miżura tal-2003 jikkorrispondi għalhekk għat-tqabbil li ġej:

Tabella 20

Ammont ta' investimenti addizzjonali b'bidla ta' sentejn li jirriżulta mill-miżura tal-2003

(EUR miljun)

 

2003

2004

2005

2006

2007

Terminal ġdid

1,6

14

17

9,4

-

Parkeġġ tal-karozzi

0,8

6

6

5

1,2

Ammont totali

2,4

20

23

14,4

1,2

sehem ekonomiku

2,23

18,60

21,39

13,39

1,12

 

 

 

 

 

 

 

2001

2002

2003

2004

2005

Investimenti skont il-pjan tal-2001/2002

0,23

11,53

11,53

2,77

0,00

 

 

 

 

 

 

Ammont ta' investimenti addizzjonali (b'bidla ta' sentejn)

2,00

7,07

9,86

10,63

1,12

(452)

F'dak li jirrigwarda t-traffiku tal-passiġġieri, il-Kummissjoni tinnota differenza bejn il-livell ta' passiġġieri għall-2003 antiċipati fl-2002 (1,47 miljun) u fl-2003 (1,7 miljuni). Il-Kummissjoni tikkunsidra għalhekk li kien antiċipat li l-investimenti addizzjonali jwasslu għal żieda fl-ammont ta' passiġġieri ta' 16 % (1,7/1,47) fuq il-perjodu kollu. Din iż-żieda fil-passiġġieri ma twassalx għal żieda fid-dħul għall-perjodu 2003-2015 peress li huwa antiċipat li l-limitu massimu tal-imposta ta' konċessjoni varjabbli jkun diġà ntlaħaq għal dawn is-snin. Madankollu, din iż-żieda fit-traffiku għandha impatt fuq id-dħul mill-2016 u għalhekk fuq il-valur terminali tal-ajruport fl-2015.

(453)

Kif spjegat fil-premessa 424, sabiex tiddetermina r-rata ta' skont, il-Kummissjoni stmat l-ispiża medja ponderata tal-kapital għal SOWAER meta ngħatat il-miżura. Din l-istima saret mid-dejta u s-suppożizzjonijiet li ġejjin:

proporzjon tad-dejn/ekwità ta' 30 % ta' SOWAER (169) u għalhekk porzjon tad-dejn fil-finanzjament (rD) ta' 23 %;

spiża qabel it-taxxa tad-dejn (kD) ugwali għall-ispiża qabel it-taxxa medja ponderata tad-dejn ta' SOWAER fl-2002, jiġifieri bejn 4,9 % u 5,5 %,

primjum tar-riskju (Δk) ta' 5,64 % (170),

beta bejn 0,91 u 1,25 (170),

f'dak li jirrigwarda l-ispiża tal-ekwità, spiża qabel it-taxxa tal-kapital pożizzjonat mingħajr riskju (rf) bejn 4,3 % u 4,7 % (171),

rata ta' taxxa (t) ta' 33,99 %.

Fuq il-bażi ta' din id-dejta u suppożizzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tikkalkula l-ispiża medja ponderata tal-kapital (K), skont il-formula klassika li ġejja:

C = (1 – rD) × kE + rD × kD

Fejn l-ispiża tal-kapital (kE) hija mogħtija permezz tal-mudell ta' valutazzjoni tal-assi finanzjarji (MEDAF) skont il-formula:

kE = rf + β × Δk

Fuq il-bażi ta' din il-formula u tas-suppożizzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li rata ta' skont ta' 9,5 % tikkostitwixxi rata raġonevoli.

(454)

B'kont meħud tal-investimenti fuq il-perjodu 2003-2007 u tad-dħul antiċipat fil-forma ta' valur terminali fl-2015, il-kalkolu tal-valur preżenti nett ibbażat fuq spiża medja ponderata tal-kapital ta' 9,5 % iwassal għal valur ta' EUR – 19,81 miljun. Id-deċiżjoni ta' investiment tal-2003, bħal dik tal-2002, mhijiex għalhekk konformi mal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq.

2.   Selettività

(455)

Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ngħatat lil BSCA biss. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tagħti vantaġġ selettiv lil BSCA.

(iii)   Il-Ftehimiet tal-2006

(456)

Il-Ftehimiet tal-2006:

emendaw il-perimetru tas-servizzi li għalihom BSCA tirċievi sussidju mingħand ir-Reġjun u jintroduċu limitu massimu għal dan is-sussidju,

jemendaw il-metodi ta' kalkolu tal-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni, filwaqt li jżommu l-limitu massimu fil-livell stabbilit mill-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002.

(457)

F'dak li jirrigwarda l-ispejjeż mistennija mill-miżuri tal-2006, bl-introduzzjoni ta' limitu massimu tas-sussidju tar-Reġjun, il-miżuri tal-2006 kienu jippermettu, anki minn perspettiva ex ante, li tiġi limitata ż-żieda tas-sussidju u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tal-grupp Reġjun/SOWAER fir-rigward tas-sitwazzjoni preċedenti.

(458)

F'dak li jirrigwarda d-dħul mistenni mill-miżuri tal-2006, ta' min jinnota li skont il-Belġju, ġie deċiż li jinbidlu l-metodi ta' kalkolu tal-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni b'mod li l-kumpaniji ta' ġestjoni tal-ajruporti (u allura BSCA), li kienu għadhom kemm kisbu d-dritt li jistabbilixxu l-livell tal-imposti tal-ajruport, ma jkunux jistgħu jnaqqsu l-imposta dovuta lil SOWAER (sa dakinhar din l-imposta kienet ibbażata fuq l-imposti tal-ajruport). Skont il-Belġju, SOWAER u BSCA xtaqu li l-Ftehimiet tal-2006 ma jaffettwawx il-bilanċ finanzjarju stabbilit permezz tal-Ftehimiet tal-2002. Għalhekk:

il-limitu massimu tal-miżuri baqa' l-istess;

iddaħħlet klawżola ta' salvagwardja, li tipprovdi li “ f'każ ta' ċirkustanzi eċċezzjonali, jew ta' tibdil legali (…), lil hinn mill-kontroll tal-Partijiet, u li jistgħu jibdlu radikalment l-ekonomija tal-Ftehim għad-detriment ta' xi waħda mill-Partijiet (…), il-Partijiet għandhom ifittxu b'mod ekwu l-emendi li għandhom isiru fil-Ftehim sabiex jistabbilixxu mill-ġdid il-bilanċ tas-servizzi reċiproċi tagħhom filwaqt li jissalvagwardjaw l-interessi rispettivi tagħhom, flimkien mar-Reġjun tal-Vallonja ”.

(459)

Il-Kummissjoni tqis li fil-fatt kien raġonevoli għal SOWAER li tinnegozja ma' BSCA emenda fil-metodi ta' kalkolu tal-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni, b'mod li BSCA ma tkunx tista' tibdel il-livell tal-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni billi tnaqqas l-imposti tal-ajruport (172). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fin-nuqqas ta' merkanzija, il-limitu massimu introdott mill-miżuri tal-2006 intlaħaq mas-637 689 passiġġier fl-2006 u 1 737 378 passiġġier fl-2007, meta l-ajruport ta' Charleroi diġà kellu 2 170 000 passiġġier fl-2006. Għaldaqstant, iż-żamma tal-limitu massimu tal-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni fl-istess livell kellu jippermetti li jinżamm il-livell tad-dħul ta' SOWAER. F'każ ta' ċirkustanzi eċċezzjonali li jwasslu għal tnaqqis fl-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni, SOWAER setgħet tinnegozja mill-ġdid ma' BSCA biex tara x'emendi għandhom isiru biex jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ tas-servizzi reċiproċi. Għaldaqstant il-miżuri tal-2006 ma kellhomx inaqqsu a priori d-dħul tal-grupp Reġjun/SOWAER.

(460)

Il-miżuri tal-2006 kellhom għalhekk jippermettu a priori li jkunu limitati l-ispejjeż tal-grupp Reġjun/SOWAER (ara l-premessa 457), filwaqt li jinżamm id-dħul tiegħu (ara l-premessa 459). Il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn il-miżuri huma konformi mal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, mhumiex għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant din il-miżura hija eskluża minn analiżi ulterjuri.

(iv)   L-Emenda tal-2008 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA

(461)

L-Emenda tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008 introduċiet l-impenn tar-Reġjun li jidħol responsabbli għas-servizzi ekonomiċi l-ġodda (iggwidar tal-ajruplani, eċċ.) permezz tas-sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport. Dawn l-attivitajiet qabel kienu jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltà tar-Reġjun.

(462)

Skont il-Belġju, il-grupp Reġjun/SOWAER kellu interess f'dan it-trasferiment ta' kompetenzi, avolja kien qed jintrabat li jidħol għall-ispejjeż relatati, peress li kien qed jistenna tnaqqis fl-ispejjeż ladarba dawn is-servizzi kienu ser jiġu pprovduti minn BSCA minflok ma kienu ser jiġu pprovduti direttament mir-Reġjun.

(463)

Insostenn tal-pożizzjoni tiegħu, il-Belġju jikkwota l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-abbozz tad-digriet (173) li ttrasferixxa lil BSCA ir-responsabbiltà tal-kompiti ta' sigurtà u ta' sikurezza, kif ukoll rapport tal-Parlament tal-Vallonja tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar dan l-istess digriet.

(464)

Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-imsemmi abbozz ta' digriet, jissemmew l-objettivi tat-trasferiment tal-kompiti ta' sigurtà u sikurezza lill-kumpaniji li jmexxu l-ajruporti fil-Vallonja, jiġifieri:

il-ġenerazzjoni ta' ekonomiji ta' skala;

isir qligħ mill-investimenti li jagħmel ir-Reġjun;

tingħata responsabbiltà lill-kumpaniji ta' ġestjoni f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni u l-finanzjament tal-operat tal-kompiti operattivi;

jittejbu b'mod fiskali s-servizzi pprovduti mis-sussidjarji msemmija.

(465)

Dwar dan l-aħħar punt, il-Belġju speċifika li kienet kwistjoni ta' rkupru tal-VAT fuq is-servizzi tas-sottokuntrattur BSCA-Security (għall-kompitu ta' sigurtà), li r-Reġjun ma setax jirkupra għall-kuntrarju ta' BSCA.

(466)

Il-Belġju jikkwota wkoll rapport (174) tal-Parlament tal-Vallonja dwar l-abbozz tad-digriet, li fih il-Ministru tad-Djar tat-Trasport u tal-Iżvilupp Territorjali tar-Reġjun tal-Vallonja jindika li:

il-gwadann potenzjali kumulat mill-uniċità tal-ġestjoni (175) għall-baġit tal-Vallonja sal-2015 jammonta bejn EUR 12-il miljun (ipoteżi f'politika kostanti) u EUR 32 miljun (ipoteżi bbażata fuq ir-reklutaġġ ta' uffiċjali ġodda minflok sottokuntratturi);

rigward il-VAT, l-istrutturi l-ġodda jippermettu l-irkupru tal-VAT (jiġifieri 21 % ta' EUR 7 miljun kull sena).

(467)

Fl-aħħar nett, skont il-Belġju, is-servizzi relatati mal-kontrolli tas-sigurtà jvarjaw ħafna minn mument għal ieħor tal-ġurnata u minn staġun għal ieħor skont in-numru ta' passiġġieri li jiffrekwentaw l-ajruport. Meta dawn il-kompiti kienu jaqgħu taħt ir-Reġjun, dan kien ikollu jiżgura preżenza kontinwa anki meta l-attività kienet tkun aktar kwieta peress li fil-fehma tiegħu, kien imġiegħel jagħmel dan mir-regolamenti tal-persunal. Minflok, il-ħinijiet tal-ħaddiema ta' BSCA u tas-sottokuntrattur tagħha BSCA-Security kienu flessibbli skont l-attività tal-ajruport.

(468)

Il-Kummissjoni tqis li operatur f'ekonomija tas-suq raġonevoli seta' effettivament jitlob lil BSCA li tassumi r-responsabbiltà ta' dawn l-attivitajiet minfloku u jikkumpensaha għall-ispejjeż ikkaġunati (minflok ikompli jwettaq dawn l-attivitajiet huwa stess), diment li seta' jistenna tnaqqis f'dawn l-ispejjeż. L-elementi pprovduti mill-Belġju huma suffiċjenti biex juru li dan it-tnaqqis fl-ispejjeż seta' jkun mistenni mill-miżura. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura hija konformi mal-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq u li għalhekk, mhijiex għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant din il-miżura hija eskluża minn analiżi ulterjuri.

(b)   L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għaż-żieda tal-kapital sottoskritta minn SOWAER f'Diċembru 2002

(469)

Fit-3 ta' Diċembru 2002, SOWAER ħarġet is-somma ta' EUR 3 808 660 biex tixtri 6 143 sehem f'BSCA, li jirrappreżentaw 49,23 % tal-kapital ta' BSCA, jiġifieri prezz ta' EUR 620 għal kull sehem.

(470)

Fl-analiżi tiegħu tal-pjan tan-negozju tal-2002, il-konsultent Deloitte & Touche argumenta li r-Reġjun-SOWAER kien aġixxa bħala investitur prudenti, peress li l-fondi investiti f'BSCA kellhom jipproduċu ritorn fuq l-investiment ta' madwar 27 % fid-dawl tar-riżultati mistennija minn BSCA għall-perjodu 2001-2010 (176).

(471)

Skont il-kalkoli tal-Kummissjoni bbażati fuq il-pjan tan-negozju ta' BSCA tal-2001, il-valur preżenti nett ta' BSCA, wara l-injezzjoni ta' kapital, kienet ta' EUR 65,6 miljun. Minħabba n-numru totali ta' ishma wara l-injezzjoni ta' kapital, dan il-valur preżenti nett jikkorrispondu għal valur għal kull sehem ta' EUR 5 287, ferm ogħla mill-prezz imħallas ta' EUR 620 għal kull sehem.

(472)

Dawn l-elementi jissuġġerixxu għalhekk li ż-żieda fil-kapital sottoskritta minn SOWAER f'Diċembru 2002 hija konformi mal-prinċipju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq. Madankollu l-Kummissjoni ma tħossx li tista' teskludi li din iż-żieda ta' kapital tat vantaġġ ekonomiku lil BSCA. Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li din iż-żieda fil-kapital saret ftit wara li saru l-Ftehimiet tal-2002 u li barra minn hekk, it-telf ta' BSCA, li minħabba fih l-injezzjoni ta' kapital saret essenzjali, huwa marbut mal-ekonomija ġenerali tas-sistema definita fil-Ftehimiet tal-2002. Madankollu dawn taw vantaġġ lil BSCA. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma teskludix li l-injezzjoni ta' kapital tal-2002 setgħet tat ukoll vantaġġ ekonomiku lil BSCA. Jekk dan il-vantaġġ jeżisti, ingħata biss lil BSCA u għalhekk huwa selettiv.

6.1.3.   L-użu tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà tal-miżuri lill-Istat

(473)

F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni ser teżamina jekk il-Ftehimiet tal-2002, iż-żieda fil-kapital tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 humiex miżuri mogħtija permezz ta' riżorsi tal-Istat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tiddetermina (i) jekk ir-riżorsi tar-Reġjun u ta' SOWAER humiex riżorsi tal-Istat u (ii) jekk id-deċiżjonijiet ta' SOWAER rigward il-miżuri humiex imputabbli lill-awtoritajiet pubbliċi.

6.1.3.1.    Riżorsi tal-Istat

(474)

Ir-riżorsi disponibbli għar-Reġjun tal-Vallonja bħala kollettività territorjali (177) jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat.

(475)

Peress li SOWAER hija 100 % proprjetà tar-Reġjun u tinsab taħt il-kontroll esklussiv tiegħu, ir-riżorsi disponibbli għaliha biex twettaq il-kompiti fdati lilha mir-Reġjun huma riżorsi tal-Istat.

(476)

Għaldaqstant, il-miżuri mogħtija lil BSCA ingħataw permezz ta' riżorsi tal-Istat.

6.1.3.2.    L-imputabbiltà tal-miżuri lill-Istat

(477)

Ir-Reġjun tal-Vallonja huwa kollettività territorjali (178), id-deċiżjonijiet li jieħu huma attribwibbli lill-Istat.

(478)

Rigward id-deċiżjonijiet meħudin minn SOWAER, il-Kummissjoni tqis, partikolarment fuq il-bażi tas-Sentenza Stardust (179), li l-imputabbiltà ta' dawn id-deċiżjonijiet tista' tkun stabbilita mill-elementi li ġejjin:

(a)

Elementi ġenerali

kif speċifikat fil-premessa tal-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA, SOWAER hija “kumpanija speċjalizzata li taġixxi fuq il-kompitu ddelegat f'isem ir-Reġjun tal-Vallonja”;

SOWAER hija 100 % proprjetà tar-Reġjun tal-Vallonja u hija taħt il-kontroll esklussiv tiegħu;

il-Bord tad-Diretturi huwa magħmul biss mir-rappreżentanti tar-Reġjun;

SOWAER hija inkarigata b'mod partikolari mir-Reġjun biex twettaq f'ismu u taħt il-kontroll tiegħu, il-programmi ta' investimenti approvati mill-gvern tal-Vallonja;

kif spjega (180) l-Belġju, il-Gvern tal-Vallonja, bħala azzjonista sħiħ ta' SOWAER, japprova l-programm ta' investimenti u jsegwi l-implimentazzjoni tiegħu;

SOWAER tamministra f'isem ir-Reġjun tal-Vallonja l-parteċipazzjonijiet finanzjarji fil-kumpaniji li joperaw l-ajruporti (fosthom BSCA) u dan, biex tiggarantixxi l-parteċipazzjoni pubblika fil-kumpaniji ta' ġestjoni u l-konformità tal-istrateġija tagħhom mal-linji ġenerali definiti mill-gvern tal-Vallonja.

(b)

Elementi speċifiċi għall-miżuri eżaminati

(i)   Il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002

(479)

Permezz ta' deċiżjoni tat-23 ta' Mejju 2001, il-gvern tal-Vallonja approva l-pjan finanzjarju ta' SOWAER. Dan il-pjan finanzjarju jinkludi programm ta' investimenti għall-ajruport ta' Charleroi. Dan il-programm kien anness mal-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA.

(480)

F'dak li jirrigwarda l-ammont tal-imposta li baqa' taħt ir-responsabbiltà ta' BSCA għad-disponibbiltà tal-infrastruttura u t-twettiq ta' ċerti servizzi, dan l-ammont jiddependi mis-sussidju mħallas mir-Reġjun lil BSCA għall-imposta fissa.

(ii)   Id-deċiżjoni tal-investiment tal-2003

(481)

Permezz ta' deċiżjoni li ġġib id-data tat-3 ta' April 2003, il-Gvern approva l-programm ta' investimenti tal-2003.

(iii)   Żieda tal-kapital sottoskritt minn SOWAER fl-2002

(482)

Fid-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2001 dwar il-pjan finanzjarju ta' SOWAER, ir-Reġjun kien ivvalida l-prinċipju ta' injezzjonijiet ta' kapital suċċessivi fil-kumpaniji ta' ġestjoni tal-ajruporti tal-Vallonja (181). Il-pjan finanzjarju ta' SOWAER f'dik id-data kien jipprovdi “investiment f'BSCA ta' madwar BEF +/– 60 miljun […] u mbagħad, imqassmin fuq tliet snin, tliet darbiet 30 miljun (kapital ta' 600 miljun u investiment ta' 25 % ta' SOWAER jiġifieri 150 miljun)”, jiġifieri injezzjoni ta' kapital ta' EUR 3,718-il miljun imqassma fuq tliet snin.

(483)

Minn dan li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ftehimiet tal-2002, iż-żieda fil-kapital tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 huma miżuri attribwibbli lill-Istat.

6.1.4.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ

(484)

Bħala operatur tal-ajruport ta' Charleroi, BSCA tikkompeti mal-operaturi tal-ajruporti l-oħrajn li jaqdu l-istess żona ta' kummerċ. Il-Kummissjoni tosserva b'mod partikolari li l-ajruport ta' Brussels-National jinsab 69 km 'l bogħod bit-triq, dak ta' Liège 78 km, dak ta' Lille-Lesquin 121 km, u dak ta' Maastricht-Aachen 126 km-il bogħod (182). Dawn l-ajruporti li jikkompetu ma' Charleroi jinsabu fil-Belġju jew fi Stati Membri oħrajn.

(485)

Is-sit tal-Internet ta' BSCA jikkonferma din id-dimensjoni internazzjonali tal-ajruport ta' Charleroi: l-ajruport ta' Charleroi “jinsab 45 minuta 'l bogħod miċ-ċentru ta' Brussell, fin-Nofsinhar tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Majjistral ta' Franza, mil-Lussemburgu u fil-Punent tal-Ġermanja, sagħtejn bit-triq mill-ibliet il-kbar bħal Kolonja, Pariġi u Amsterdam”; iż-żona ta' kummerċ tagħha “tinkludi ħames miljun passiġġier potenzjali inqas minn siegħa 'l bogħod bit-triq u aktar minn 15-il miljun inqas minn sagħtejn'il bogħod bit-triq.” (183)

(486)

Il-miżuri favur BSCA, għalkemm jagħtu vantaġġ ekonomiku lilha, iħeġġu lill-kumpaniji tal-ajru u lill-passiġġieri jagħżlu l-ajruport ta' Charleroi – u għalhekk lill-operatur tiegħu BSCA-, pjuttost milli ajruporti li jaqdu l-istess żona ta' kummerċ, inklużi ajruporti li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. Għaldaqstant jheddu li joħolqu distorsjoni bejn l-operaturi tal-ajruporti u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.5.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna lil BSCA

(487)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tqis li l-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 huma għajnuna mill-Istat favur BSCA. Il-Kummissjoni ma teskludix li ż-żieda tal-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER fl-2002 tista' wkoll tkun għajnuna mill-Istat favur BSCA.

6.2.   L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat favur Ryanair

(488)

Biex tiddetermina jekk il-miżuri favur Ryanair humiex għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni sejra teżamina l-ewwel nett jekk il-Ftehim Supplimentari tal-2010 huwiex attribwibbli lill-Istat (Taqsima 6.2.1), imbagħad sejra teżamina jekk il-miżuri l-oħrajn favur Ryanair jagħtux vantaġġ lil Ryanair (Taqsima 6.2.2).

6.2.1.   L-imputabbiltà lill-Istat tal-Ftehim Supplimentari tal-2010

(489)

F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni sejra teżamina jekk l-iffirmar tal-Ftehim Supplimentari tal-2010 huwiex imputabbli lill-Istat. Kif stabbiliet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-Sentenza Stardust (184), “Il-fatt biss li impriża tkun taħt il-kontroll tal-Istat mhuwiex biżżejjed biex il-miżuri li tieħu jiġu attribwiti (…) lill-Istat. Jeħtieġ ukoll li jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx jitqiesu bħala li, b'xi mod jew ieħor, kienu involuti fl-adozzjoni ta' din il-miżura”.Is-Sentenza Stardust tistabbilixxi wkoll li “L-imputabilità lill-Istat ta' miżura meħuda minn impriża pubblika tista' tiġi dedotta minn sett ta' indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li ttieħdet fih dik il-miżura”.

(a)   F'dak li jirrigwarda s-sjieda tal-kapital u l-voti marbuta mal-ishma maħruġa mill-impriża:

(490)

Fis-6 ta' Diċembru 2010, meta ġie ffirmat il-Ftehim Supplimentari tal-2010 għall-kuntratt ma' Ryanair, il-kapital ta' BSCA kien:

22,56 % proprjetà ta' SOWAER, kumpanija li tappartjeni kompletament għar-Reġjun u taħt il-kontroll esklussiv tiegħu;

27,65 % proprjetà tas-Sogepa (“kumpanija ta' ġestjoni u ta' parteċipazzjoni mill-Vallonja”), il-fergħa finanzjarja tar-Reġjun għall-għajnuna lill-impriżi trasferiti, hija kumpanija kollha kemm hi tar-Reġjun u taħt il-kontroll esklussiv tiegħu;

19,16 % proprjetà ta' Sambrivest, kumpanija ta' kapital-riskju 50 % proprjetà tar-Reġjun u taħt il-kontroll konġunt tar-Reġjun u ta' azzjonisti privati (185);

2.32 % proprjetà ta' Igretec (“Intercommunale pour la Gestion et la Réalisation d'Etudes Techniques et Economiques” (Interkomunali għall-Ġestjoni u t-Twettiq ta' Studji Tekniċi u Ekonomiċi);

27,65 % proprjetà ta' Belgian Airport, kumpanija kompletament privata, magħmula mill-grupp Taljan SAVE u mill-kumpanija Belġjana Holding Communal SA;

Peress li SOWAER u Sogepa għandhom aktar min-nofs l-ishma ta' BSCA u jappartjenu għal kollox lir-Reġjun, l-awtoritajiet pubbliċi kellhom il-maġġoranza tal-kapital ta' BSCA u kellhom disponibbli l-maġġoranza tal-voti relatati ma' dawn l-ishma.

(b)   F'dak li jirrigwarda l-possibbiltà li jinħatru aktar min-nofs il-membri tal-Bord tad-Diretturi:

(491)

Meta ġie ffirmat il-Ftehim Supplimentari tas-6 ta' Diċembru 2010, l-staturi ta' BSCA fis-seħħ kienu jipprovdu (186):

“Il-Bord tad-Diretturi ta' BSCA huwa magħmul minn massimu ta' 19-il membru:

(i)

12-il direttur innominat fuq proposta tal-azzjonisti ta' kategorija A (187)

(i)

erba' diretturi nominati fuq proposta tal-azzjonisti ta' kategorija C (188)

(iii)

tliet diretturi indipendenti li minnhom tnejn ikunu nominati fuq proposta tal-azzjonisti ta' kategorija A u n-nomina tagħhom trid tkun kisbet l-approvazzjoni minn qabel tar-Reġjun u direttur indipendenti nominat fuq proposta tal-azzjonisti ta' kategorija C (…)

F'dak li jirrigwarda lit-12-il direttur imsemmijin fil-punt (i), tnejn għandhom ikunu proposti minn Sambrinvest, wieħed minn Igretec u tnejn minn Sogepa (…)

In-nominazzjonijiet proposti mill-azzjonisti ta' kategorija A dejjem iridu jkunu kisbu l-approvazzjoni minn qabel tar-Reġjun tal-Vallonja ħlief għal dawk proposti minn Igretec, Sambrinvest, Sogepa ”.

(492)

Maġġoranza ta' diretturi (12 minn 19) hija għalhekk nominata:

kemm permezz tal-approvazzjoni tar-Reġjun (disa' diretturi, li minnhom sebgħa ta' kategorija A u żewġ diretturi indipendenti),

kemm fuq proposta ta' entitajiet li jinsabu taħt il-kontroll esklussiv tar-Reġjun (tliet diretturi nominati fuq proposta ta' Igretec u Sogepa).

(493)

Anki jekk wieħed jeskludi ż-żwġ diretturi indipendenti, il-maġġoranza tad-diretturi (10) jibqgħu nominati bl-approvazzjoni tar-Reġjun (7), jiġifieri fuq proposta ta' entitajiet imqiegħda taħt il-kontroll esklussiv tar-Reġjun (3).

(494)

It-tliet kriterji stabbiliti mid-Direttiva dwar it-trasparenza kienu għaldaqstant issodisfati meta sar il-Ftehim Supplimentari tal-2010. Madankollu, dawn il-kriterju jippermettu biss li wieħed jassumi l-influwenza dominanti tal-awtoritajiet pubbliċi. Kif speċifikat fl-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar it-trasparenza, jeħtieġ ukoll li jiġi eżaminati r-regoli fis-seħħ biex jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi kellhomx influwenza dominanti.

(c)   F'dak li jirrigwarda r-regoli fis-seħħ biex jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx influwenza dominanti:

(495)

L-Artikolu 4.2.3 tal-Ftehim tal-azzjonisti ta' Ġunju 2009 bejn SOWAER, is-Sogepa, Sambrinvest u Igretec, minn naħa, u Belgian Airports (Save), min-naħa rifless mill-Artikolu 16 tal-Istatuti ta' BSCA fis-seħħ meta ġie konkluż il-Ftehim Supplimentari tal-2010, jipprovdi li l-amministraturi ta' kategorija C, nominati fuq proposta ta' Belgian Airports, ikollhom dritt ta' veto għal ċerti kategoriji ta' deċiżjonijiet:

“(…) Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu mill-Bord tad-Diretturi b'maġġoranza sempliċi tal-voti bla ħsara għad-deċiżjonijiet dwar is-suġġetti li ġejjin, li jeħtieġu wkoll, il-qbil tad-diretturi C kollha:

(i)

kwalunkwe emenda fil-Pjan ta' Negozju;

(ii)

l-adozzjoni ta' Pjan ta' Negozjus ġodda wara l-Pjan ta' Negozju 2009-2012 u kwalunkwe emenda tagħhom;

(iii)

kull deċiżjoni li tiddevja mill-Pjan ta' Negozju fis-seħħ mingħajr ma temendah b'mod formali,

(iv)

l-adozzjoni tal-baġit annwali tal-Kumpanija (b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-iżviluppi, l-investimenti, proġetti, studji, tagħmir, spejjeż indiretti u ta' persunal) u kwalunkwe emenda tiegħu ta' ammont ogħla minn EUR 100 000;

(v)

il-proposta li jiġi sottomess lill-assemblea ġenerali l-emenda tal-politika tad-dividendi;

(vi)

l-approvazzjoni ta' kwalunkwe kuntratt jew ftehim bejn il-Kumpanija u r-Reġjun tal-Vallonja jew kwalunkwe kumpanija kkontrollata direttament jew indirettament minn dan tal-aħħar;

(vii)

ir-relazzjoni bejn il-Kumpanija u Ryanair;

(viii)

in-nomina u r-revoka tal-Kap Eżekuttiv,

(ix)

kwalunkwe deċiżjoni tal-Kumpanija fuq jew rigward fatti msemmija f'ilment imressaq minn Belgian Airports quddiem SOWAER skont il-Ftehim ta' ċessjoni ta' ishma;

(x)

kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-relazzjoni bejn BSCA u BSCA Security rigward is-sigurtà (security); kif ukoll

(xi)

(…) il-konklużjoni, l-emenda tat-termini, it-terminazzjoni jew l-abbandun ta' kwalunkwe joint-venture u kollaborazzjoni strateġika minbarra mal-Azzjonisti ta' Save jew kumpaniji relatati magħhom”.

(496)

Il-Kummissjoni tkkonkludi li meta ġie ffirmat il-Ftehim Supplimentari tal-2010, ma setgħet tittieħed ebda deċiżjoni importanti dwar il-ġestjoni tan-negozju ta' BSCA mingħajr il-qbil ta' Belgian Airports. BSCA kienet għalhekk taħt il-kontroll konġunt tal-azzjonisti privati u pubbliċi tagħha u għaldaqstant ma kinitx taħt l-influwenza dominanti tal-azzjonisti pubbliċi tagħha biss.

(497)

F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun innotat li d-dritt tal-veto ta' Belgian Airports ikopri r-relazzjonijiet bejn BSCA u Ryanair (ara l-punt (iv) fil-premessa 495). Mingħajr il-qbil ta' Belgian Airports, BSCA ma kellhiex il-possibbiltà li taġġlika direttivi eventwali tal-awtoritajiet pubbliċi rigward il-konklużjoni tal-Ftehim Supplimentari tal-2010.

(498)

Barra minn hekk, l-eżami tal-minuti tal-Bord tad-Diretturi dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Supplimentari tal-2010, b'mod partikolari l-minuti tal-laqgħat tal-25 ta' Frar u tad-29 ta' April 2010, ma jurux l-eżistenza ta' direttivi bħal dawn.

(499)

Waqt il-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Frar 2010, il-Bord tad-Diretturi ta' BSCA qabel b'mod unanimu dwar il-proposta ta' ftehim ma' Ryanair.

(500)

Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni ta' BSCA li tikkonkludi l-Ftehim Supplimentari tal-2010 għall-kuntratt ma' Ryanair mhijiex imputabbli lill-Istat.

6.2.2.   L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq

(501)

Biex ikun ivvalutat jekk miżura tal-Istat hijiex għajnuna, jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f'kundizzjonijiet normali tas-suq (189).

(502)

Biex tiddetermina jekk (i) il-Ftehimiet tal-2001, (ii) id-Digriet Ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004 u l-ittra ta' BSCA tal-24 ta' Ġunju 2004, (iii) il-Ftehim Supplimentari tal-2005 u (iv) l-bejgħ minn BSCA tal-ishma tagħha fi Promocy jagħtux vantaġġ lil Ryanair, il-Kummissjoni eżaminat jekk meta adottat dawn il-miżuri, l-entità ġabitx ruħha bħal operatur f'ekonomija tas-suq.

6.2.2.1.    Determinazzjoni tal-entità li tat il-miżuri

(503)

Fil-punt 102 tas-Sentenza tagħha tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar id-deċiżjoni tal-2004, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li “ir-rifjut tal-Kummissjoni li teżamina flimkien il-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja u minn BSCA u li tapplika l-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq għall-miżuri adottati mir-Reġjun tal-Vallonja minkejja r-rabtiet li jgħaqqdu lil dawn iż-żewġ entitajiet huwa vvizzjat bi żball ta' liġi.”

(504)

Biex tapplika l-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq (i) għall-Ftehimiet tal-2001, (ii) għad-Digriet Ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004 u l-ittra ta' BSCA tal-24 ta' Ġunju 2004, (iii) għall-Ftehim Supplimentari tal-2005 u (iv) għall-bejgħ minn BSCA tal-ishma tagħha fi Promocy, il-Kummissjoni ser tikkunsidra għalhekk, minħabba r-rabtiet ekonomiċi u organiċi bejn ir-Reġjun/SOWAER u BSCA meta ngħataw dawn il-miżuri (190), li l-entità li tagħti l-miżura hija l-grupp ifformat mir-Reġjun, SOWAER u BSCA (minn hawn 'il quddiem “Reġjun-SOWAER-BSCA”).

(505)

Għaldaqstant, iż-żewġ kuntratti tal-2001 għandhom ikunu kkunsidrati bħala miżura unika (minn hawn 'il quddiem “il-kuntratti tal-2001”). Bl-istess mod, id-Digriet Ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004 u l-ittra ta' BSCA tal-24 ta' Ġunju 2004 (minn hawn 'il quddiem “il-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004”) għandhom ikunu kkunsidrati bħala miżura waħda.

(506)

Għaldaqstant ukoll, bl-għan li tapplika l-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, il-flussi finanzjarji bejn it-tliet entitajiet jiġu annullati u l-kontijiet tagħhom ikkonsolidati.

6.2.2.2.    L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq

(507)

Biex tiddetermina jekk il-miżuri definiti fit-Taqsima 3.2 humiex konformi mal-kriterji tal-operatur f'ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni eżaminat, skont il-punt 53 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni (191),

(a)

jekk il-prezz mitlub għas-servizzi pprovduti fl-ajruport jikkorrispondix għall-prezz tas-suq jew

(b)

jekk jistax jintwera permezz ta' analiżi ex ante li l-ftehimiet ma' Ryanair kellhom iġibu lill-grupp iffurmat mir-Reġjun-SOWAER-BSCA, kontribut marġinali pożittiv għad-dħul.

(a)   Tqabbil tal-prezzijiet mitluba għas-servizzi tal-ajruport f'Charleroi mal-prezz tas-suq

(508)

Il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk fil-preżent, jistax ikun identifikat valur referenzjarju xieraq biex ikun identifikat “prezz tas-suq” affidabbli għal servizzi pprovduti mmill-operaturi tal-ajruporti.

(509)

Fil-fatt, l-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq b'referenza għal prezz medju osservat fi swieq oħrajn simili tista' tkun konklużiva meta prezz tas-suq jista' jkun raġonevolment identifikat jew dedott minn indikaturi tas-suq oħrajn. Madankollu, dan il-metodu ma jistax ikollu l-istess rilevanza fil-każ tas-servizzi tal-ajruport. Fil-fatt, l-istruttura tal-kost u d-dħul għandha tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dawn l-kostijiet u d-dħul jiddependu mill-istat ta' żvilupp tal-ajruport, min-numru ta' kumpaniji tal-ajru li jużawh, mill-kapaċità f'termini ta' traffiku ta' passiġġieri, mill-istat tal-infrastrutturi, mill-qafas regolatorju li jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor kif ukoll mid-defiċits u mill-obbligi tal-ajruport fil-passat (192).

(510)

Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kwalunkwe analiżi komparattiva. Kif juri dan il-każ, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru mhumiex ibbażati bilfors fuq lista ta' prezzjijiet pubbliċi mqabbla ma' servizzi individwali. Fil-fatt, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jvarjaw ħafna. Jinkludu kondiviżjoni tar-riskji f'termini ta' frekwentazzjoni u ta' responsabbiltajiet kummerċjali u finanzjarji konsegwenzjali, ġeneralizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' inċentivazzjoni (pereżempju fil-forma ta' tnaqqis marbut mal-għadd ta' rotot jew ta' passiġġieri trasportati) kif ukoll varjazzjonijiet bejn il-kondiviżjoni tar-riskji matul id-durata tal-kuntratti. Għaldaqstant, it-tranżazzjonijiet ftit li xejn jistgħu jitqabblu bejniethom fuq il-bażi ta' prezz skont ir-rotazzjoni jew għal kull passiġġier.

(511)

Ryanair issostni t-teżi li huwa possibbli li wieħed japplika l-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq jekk wieħed jibbaża fuq paragun mal-prattiki kummerċjali ta' ajruporti oħrajn Ewropej. Ryanair tibbaża fuq studju ta' Oxera tat-2 ta' Ottubru 2011, li jipproponi l-ajruporti ta' Glasgow Prestwick u ta' Liverpool John Lennon bħala komparaturi.

(512)

Il-Kummissjoni madankollu għandha dubji serji dwar ir-rilevanza ta' dawn iż-żewġ komparaturi biex tivvaluta s-sitwazzjoni tal-ajruport ta' Charleroi, diment li l-istruttura tad-dħul tal-ajruport ta' Glasgow Prestwick tibbaża l-aktar fuq il-merkanzija, li mhijiex preżenti f'Charleroi. Barra minn hekk, iż-żewġ ajruporti rċevew finanzjamenti pubbliċi matul dawn l-aħħar snin.

(513)

Barra minn hekk, kif intwera qabel, it-tranżazzjonijiet li jridu jiġu analizzati jinvolvu diversi “prezzijiet”, jiġifier b'mod partikolari id-diversi imposti tal-ajruport, il-prezz tas-servizzi ta' groundhandling u, għal ċerti miżuri, il-kontribuzzjonijiet lil Promocy inkarigata mill-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Kull tranżazzjoni tiġġenera għalhekk sett kumpless ta' flussi finanzjarji bejn l-operatur tal-ajruport u l-kumpanija tal-ajru u s-sussidjarji tagħha.

(514)

B'hekk, tqabbil tal-imposti tal-ajruport biss mitluba minn BSCA lil Ryanair mal-imposti tal-avjazzjoni mitluba mill-ajruporti paragunabbli ma joffri l-ebda indikazzjoni utli rigward l-issodisfar tal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq. Biex wieħed japplika metodu komparattiv validu għat-tranżazzjonijiet koperti minn din il-valutazzjoni, huwa mill-inqas meħtieġ li fost l-ajruporti tal-kampjun ta' tqabbil jinstab sett ta' tranżazzjonijiet komparabbli li jinkludu b'mod partikolari servizzi ta' promozzjoni ekwivalenti u servizzi ta' groundhandling ekwivalenti. It-tfittxija għal kampjun ta' tranżazzjonijiet komparabbli bħal dan hija impossibbli, tant kemm huma komplessi u speċifiċi t-tranżazzjonijiet li qegħdin jiġu vvalutati, aktar u aktar meta l-prezzijiet tas-servizzi ta' groundhandling u tas-servizzi ta' promozzjoni rarament ikunu informazzjoni pubblika u diffiċilment ikunu aċċessibbli biex wieħed jista' jqabbel magħhom.

(515)

Fl-aħħar nett, jekk nassumu li jista' jkun stabbilit, abbażi ta' analiżi komparattiva valida, li l-“prezzijiet” inkwistjoni fid-diversi tranżazzjonijiet li qegħdin jiġu analizzati huma ekwivalenti jew ogħla mill-“prezzijiet tas-suq” stabbiliti permezz ta' kampjun ta' tranżazzjonijiet simili, il-Kummissjoni xorta waħda ma tkunx tista' tikkonkludi li dawn it-tranżazzjonijiet huma konformi mal-prezz tas-suq jekk jirriżulta li meta ġew miftiehma, l-operatur tal-ajruport seta' jippretendi li jiġġeneraw kostijiet marġinali ogħla mid-dħul marġinali. Fil-fatt, operatur f'ekonomija tas-suq ma għandu l-ebda interess li joffri oġġetti jew servizzi fil-“prezz tas-suq” meta din l-imġiba twassal għal telf inkrementali.

(516)

Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tfakkar fil-kuntest ta' din l-analiżi li, wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, kemm il-Belġju kif ukoll il-partijiet interessati ġew mistiedna jifformulaw osservazzjonijiet dwar l-applikazzjoni għal dan il-każ tad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-Linji Gwida. F'dan il-każ, la l-Belġju u lanqas il-partijiet interessati bl-eċċezzjoni ta' Ryanair ma kkontestaw is-sustanza tal-approċċ tal-Kummissjoni, li skontu, peress li huwa impossibbli li jiġi definit valur referenzjarju xieraq biex jiġi identifikat prezz tas-suq realistiku għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti lill-kumpaniji tal-ajru, l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi bejn iż-żewġ partijiet huwa analiżi ex ante tal-profittabilità supplimentari tagħhom.

(b)   Analiżi ex ante tal-profittabbiltà tal-miżuri

(517)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkunsidra li f'dan il-każ għandu jkun applikat l-approċċ ġeneralment rakkomandat fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lill-kumpaniji tal-ajru għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għar-relazzjonijiet bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru, jiġifieri l-analiżi ex ante tal-profittabbiltà marġinali. Dan l-approċċ huwa ġġustifikat minħabba l-fatt li operatur ta' ajruport jista' jkollu interess oġġettiv li jikkonkludi tranżazzjoni ma' kumpanija tal-ajru diment li jista' raġonevolment jippretendi li din it-tranżazzjoni ttejjeb il-profitti tiegħu (jew tnaqqaslu t-telf) meta mqabbla ma' sitwazzjoni kontrofattwali fejn din it-tranżazzjoni ma ssirx (193), u dan irrispettivament minn kwalunkwe paragun mal-kundizzjonijiet offruti lill-kumpaniji tal-ajru minn operaturi ta' ajruporti oħrajn, jew inkella, mal-kundizzjonijiet offruti mill-istess operatur lil-kumpaniji tal-ajret..

(518)

Kif jispeċifika l-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, “il-Kummissjoni tqis li arranġamenti konklużi bejn il-linji tal-ajru u ajruport jistgħu jitqiesu skont it-test tal-MEO meta dawn jikkontribwixxu b'mod inkrimentali, minn perspettiva ex ante, għall-profitabbiltà tal-ajruport. L-ajruport irid juri li meta jiġi konkluż arranġament ma' linja tal-ajru (pereżempju kuntratt individwali jew skema globali tal-imposti tal-ajruport) huwa kapaċi li jkopri l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-arranġament b'marġni ta' profitt [60] raġonevoli fuq il-bażi ta' prospetti b'saħħithom fuq medda medja ta' żmien.” (194)

(519)

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-kriterju msemmi fil-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jirrifletti l-loġika tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, iżda li dan il-kriterju, li jirreferi għal arranġamenti konklużi bejn ajruporti u kumpaniji tal-ajru speċifiċi pjuttost milli għal pjan tan-negozju ġenerali kif inhu ġeneralment il-każ għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, ġie ċċarat biss dan l-aħħar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tammetti li jista' jkun diffiċli għall-Istati Membri u l-operaturi kkonċernati li jipprovdu dokumenti bid-data ta' meta ngħatat il-miżura u li jikkorrispondu eżatt għal dak li huwa mitlub fil-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, meta dawn l-arranġamenti ġew konklużi ħafna snin ilu. Il-Kummissjoni ser tieħu kont ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet meta tapplika l-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq għall-ftehimiet ma' Ryanair.

(520)

Skont il-punt 64 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, “sabiex jiġi vvalutat jekk arranġament konkluż minn ajruport ma' linja tal-ajru jissodisax il-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, id-dħul mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li jirriżultaw mill-attività tal-linja tal-ajru għandhom jitqiesu flimkien mal-imposti tal-ajruporti netti minn kwalunkwe tnaqqis, sostenn ta' kummerċjalizzazzjoni u skemi ta' inċentivi. Iridu jiġu kkunsidrati wkoll il-kostijiet marġinali kollha mistennija mġarrba mill-ajruport b'konnessjoni mal-attività tal-kumpanija tal-ajru f'dan l-ajruport (…) Iżda l-kostijiet li l-ajruport irid iġarrab irrispettivament mill-ftehim konkluż mal-kumpanija tal-ajru mgħandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-eżami tar-rispett tal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq.” (In-noti ta' qiegħ il-paġna ma ġewx ikkopjati).

(521)

Barra minn hekk, skont il-punt 66 tal-Linji Gwida msemmija hawn fuq, “meta hija tevalwa l-ftehimiet bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru, il-Kummissjoni sejra tikkunsidra wkoll il-miżura li fiha l-imsemmija ftehimiet jistgħu jkunu kkunsidrati li jaqgħu fil-kuntest ta' strateġija globali tal-ajruporti maħsuba biex tiksbilhom profittabbiltà, għall-inqas fit-tul”. (195)

(522)

Għaldaqstant il-Kummissjoni applikat il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għall-miżuri li ġejjin, skont il-prinċipji deskritti hawn fuq:

(i)   Il-kuntratti tal-2001

(523)

Biex tiddetermina jekk il-kuntratti tal-2001 ikkontribwewx, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-entità li tat l-għajnuna skont il-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat jekk il-valur preżenti nett (minn hawn 'il quddiem “VPN”) tal-kuntratti tal-2001 kienx pożittiv għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. Ix-xenarju kontrofattwali huwa sitwazzjoni li fiha l-kuntratti tal-2001 ma kinux jiġu ffirmati u fejn l-entità Reġjun-SOWAER-BSCA kienet tagħżel li tirrinunzja għad-dħul iġġenerat mit-traffiku addizzjonali dovut għall-kuntratti inkwistjoni, u li ma ġġarrabx l-ispejjeż iġġenerati minn dan it-traffiku.

Ir-rikostituzzjoni ta' pjan tan-negozju inkrementali

(524)

Qabel il-ftehimiet tal-2001, BSCA stabbilixxiet pjan ta' negozju. Iżda minn naħa dan il-pjan ta' negozu kien ikopri mhux biss id-dħul miksub mit-traffiku ġġenerat minn Ryanair, iżda wkoll id-dħul miksub mit-traffiku ġġenerat mill-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. Min-naħa l-oħra, kien jidentifika d-dħul u l-ispejjeż ta' BSCA biss, meta biex jiġi applikat il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, jeħtieġ li jkun ikkunsidrat li l-entità li kkonkludiet il-kuntratti tal-2001 ma' Ryanair hija l-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. Dan il-pjan ta' negozju jista' għalhekk jintuża bħala sors ta' dejta, iżda jrid jinħadem mill-ġdid biex ikun jista' jintuża biex jiġi applikat il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq.

(525)

Għaldaqstant il-Kummissjoni reġgħet fasslet dak li kien ikun pjan ta' negozju stabbilit mill-entità Reġjun-SOWAER-BSCA biex tivvaluta l-profittabbiltà mistennija minn dawn il-kuntratti, u li jinkludi biss id-dħul u l-ispejjeż tal-attivitajiet ekonomiċi marġinali relatati ma' dawn il-kuntratti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni telqet mill-pjan ta' negozju ġenerali (jiġifieri dak li jkopri l-attività kollha tal-ajruport u mhux l-effett speċifiku tal-kuntratti tal-2001) ta' BSCA disponibbli qabel il-konklużjoni tal-kuntratti tal-2001. Minn dan il-pjan ta' negozju ġenerali, il-Kummissjoni bniet pjan ta' negozju inkrementali li jinkludi l-attivitajiet ekonomiċi marġinali biss (jiġifieri li jieħdu biss kont tad-dħul u l-kostijiet marbuta mat-traffiku ta' Ryanair) waqt li iżolat it-traffiku, l-ispejjeż u d-dħul marġinali li kellhom ikunu mistennija mill-kuntratti ma' Ryanair meta ġew konklużi (196). Imbagħad il-Kummissjoni ddeduċiet minnu pjan ta' negozju għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA waqt li żiedet il-kostijiet u d-dħul marġinali tar-Reġjun u ta' SOWAER relatati ma' dawn il-kuntratti filwaqt li nnewtralizzat il-flussi interni fi ħdan l-entità Reġjun-SOWAER-BSCA.

Spejjeż marġinali mistennija

Spejjeż marġinali tal-investimenti mistennija

(526)

Biex tiddetermina jekk parti mill-ispejjeż ta' investiment kellhiex tittieħed inkunsiderazzjoni fl-ispejjeż marġinali ta' investimenti mistennija minħabba l-kuntratti tal-2001, il-Kummissjoni eżaminat, skont il-punt 64 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, jekk il-programm ta' investimenti għall-ajruport ta' Charleroi ġiex deċiż b'rabta mal-kuntratti tal-2001 jew irrispettivament minn dawn il-ftehimiet.

(527)

Il-Kummissjoni tinnota li sa minn tmiem is-snin disgħin, jiġifieri qabel l-iffirmar tal-kuntratti tal-2001, ir-Reġjun xtaq jiżviluppa l-ajruport biex iżid l-attività ekonomika fit-territorju tiegħu. Għalhekk, fid-dikjarazzjoni dwar il-politika reġjonali tiegħu approvata fil-15 ta' Lulju 1999, il-Parlament tal-Vallonja jirrikonoxxi li l-ajruporti reġjonali huma poli ta' żvilupp ekonomiku u ta' ħolqien ta' impjiegi importanti għar-Reġjun tal-Vallonja (197). F'nota tat-8 ta' Novembru 2000 lill-gvern tal-Vallonja (din in-nota kellha l-iskop li tinforma lill-gvern tal-Vallonja rigward deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-programm ta' investimenti), il-Ministru inkarigat mill-ekonomija jenfasizza kemm huwa importanti “biex l-ajruport ikun jista' jaqdi r-rwol tiegħu bħala lieva ekonomika reġjonali, li jiġi mgħammar b'infrastruttura kompluta bħala parti minn żvilupp globali”.

(528)

Skont il-Belġju, sa minn tmiem is-snin disgħin (u għalhekk qabel il-ftehimiet tal-2001), minħabba limitazzjonijiet tekniċi marbutin mal-infrastruttura eżistenti (198), kien ċert li kellu jinbena terminal ġdid fiż-żona fit-tramuntana tas-sit. Ċerti artijiet kienu diġà ġew esproprjati mill-Intercommunale Igretec inkarigata mill-ħolqien tal-pol tal-ajruport. Ir-Reġjun ukoll għamel xi esproprjazzjonijiet fis-snin disgħin u l-Intercommunale ittrastferietlu lura, fl-1999, artijiet li kienet esproprjat. Huwa fuq dawn l-artijiet li nbena t-terminal il-ġdid tal-passiġġieri.

(529)

Waqt sessjoni tal-20 ta' Lulju 2000, ir-Reġjun tal-Vallonja approva l-linji gwida ta' ftehim qafas dwar programm ta' investiment pluriennali fl-ajruport ta' Charleroi, li jsemmu b'mod partikolari “il-kunċett ta' terminal ġdid għall-passiġġieri”, għal baġit globali ta' EUR 113 740 000. Fit-8 ta' Novembru 2000, ir-Reġjun adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni tad-deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Lulju 2000, li temenda s-suppożizzjonijiet tal-programm ta' investiment pluriennali. Anki jekk dawn id-deċiżjonijiet ma kinux jorbtu legalment lir-Reġjun, juru li r-Reġjun kien stabbilixxa l-bażi tal-programm ta' investiment ferm qabel l-iffirmar tal-kuntratti tal-2001.

(530)

Id-deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000 kienet ibbażata l-aktar fuq nota tal-Ministru responsabbli mill-ekonomija, li tirreferi għal żewġ studji li saru fl-aħħar tas-snin disgħin - bidu tal-elfejnijiet, ordnati mir-Reġjun:

studju li sar mill-International Air Transport Association (minn hawn 'il quddiem “IATA”): dan l-istudju kien jiddetermina tliet opzjonijiet ta' żvilupp tat-traffiku tal-passiġġieri għall-ajruport ta' Charleroi, ibbażati fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir tan-numru ta' passiġġieri għat-titjiriet regolari, iċ-ċarters u t-titjiriet tan-negozju.

studju li sar minn Tractebel, konkluż f'April 2000: dan l-istudju kellu l-għan li jistabbilixxi pjan ta' żvilupp tal-infrastrutturi fuq il-bażi tal-ipoteżijiet kummerċjali (“high scenario”) tal-istudju IATA.

Is-sinteżi ta' dawn l-istudji ppreżentata mill-Ministru lill-gvern tal-Vallonja tirreferi għal ipoteżijiet ta' traffiku ġenerali, li mhumiex ippreżentati bħala li huma relatati ma' kumpanija jew ma' kuntratt futur partikolari.

(531)

Fil-31 ta' Lulju 2001, ġiet ippreżentata “nota ta' direzzjoni strateġika”, li takkumpanja l-pjan tan-negozju ta' BSCA tal-2001, lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA. Skont din in-nota, BSCA kellha tiffoka fuq il-kumpaniji low cost u eventwalment il-kumpaniji tal-ajru tal-pajjiżi tal-Lvant. Din in-nota kienet tenfasizza li kien importanti għal BSCA li tattira kumpaniji tal-ajru ġodda (minbarra Ryanair) u li Charleroi kellu jistabbilixxi ruħu bħala destinazzjoni potenzjali għall-bażijiet il-ġodda li l-kumpaniji low cost kienu ser jiftħu fil-futur.

(532)

Il-pjan ta' negozju ta' BSCA tal-2001 jafferma wkoll li l-investimenti u b'mod partikolari l-bini tat-terminal il-ġdid kienu ppjanati mhux biss fil-perspettiva li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' Ryanair, iżda wkoll li jissodisfaw il-ħtieġijiet tal-kumpaniji tal-ajru kollha li jista' jattira l-ajruport ta' Charleroi. Fil-fatt, skont il-pjan ta' negozju, in-numru ta' passiġġieri li jitilqu mill-ajruport mal-kumpanija Ryanair huwa mistenni li jiżdied biss minn 360 000 għal 700 000 passiġġier minn issa sal-2015 (ara t-tabella ppreżentata fil-premessa (536)). Din iż-żieda hija preżunta li ser isseħħ fl-2001-2003, jiġifieri qabel il-ftuħ tat-terminal il-ġdid, li dak iż-żmien kien previst għall-2005. Ir-Reġjun u BSCA kienu qed jistennew għalhekk li ż-żieda tat-traffiku li kienet ser issir possibbli permezz ta' dawn l-investimenti kienet ser tiġi nsfruttata minn kumpaniji tal-ajru oħrajn. minbarra Ryanair.

(533)

Ir-Reġjun u BSCA għaldaqstant ma għamlux l-investimenti fil-perspettiva li jżidu speċifikament in-numru ta' passiġġieri ta' Ryanair, iżda biex jippermettu l-possibbiltà ta' traffiku akbar, mhux speċifikament relatat ma' kumpanija tal-ajru waħda. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn l-investimenti ma jistgħux ikunu attribwiti speċifikament għal Ryanair. Għaldaqstant, mhuwiex rilevanti li wieħed jattribwixxi l-ispejjeż tal-investimenti inkrementali għall-kuntratti tal-2001.

Spejjeż marġinali operattivi mistennija

(534)

L-ispejjeż marġinali operattivi mistennija mill-kuntratti tal-2001 huma daqs l-ispejjeż operattivi mistennija direttament attribwibbli lil Ryanair, li magħhom il-Kummissjoni żiedet parti mill-ispejjeż operattivi indiretti mistennija bi proporzjon man-numru ta' passiġġieri ta' Ryanair f'konfront man-numru totali ta' passiġġieri. Il-Kummissjoni tenfasizza li jekk f'din l-ipoteżi, il-valur preżenti nett tal-kuntratti tal-2001 huwa pożittiv, kien ikun wisq aktar hekk kieku l-ispejjeż marġinali operattivi mistennija kienu ġew iddeterminati permezz ta' regressjoni lineari kif propost fl-istudju ppreżentat għal Ryanair minn Oxera.

Dħul marġinali mistenni

(535)

Kontra l-opinjoni ta' Ryanair, l-analiżi tal-Kummissjoni eskludiet kwalunkwe valur residwu tal-kuntratt ma' Ryanair, peress li l-effett tat-tul tar-reklamar fuq it-traffiku totali f'Charleroi huwa ftit li xejn iddokumentat u ma jistax jitkejjel faċilment.

Valur preżenti nett tal-kuntratti tal-2001

(536)

Ir-riżultati tal-kalkolu tal-valur preżenti nett huma ppreżentati fit-Tabella 21 Tabella 21. Dawn juru kontribuzzjoni inkrementali ta' Ryanair pożittiva għas-snin kollha kkunsidrati.

Tabella 21

Fluss ta' flus mistenni mill-miżura tal-2001

 

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

In-numru ta' passiġġieri li jitilqu ma' Ryanair

360 000

600 000

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

Għadd totali ta' passiġġieri li jitilqu

384 400

627 800

732 800

797 800

867 800

931 034

1 078 275

1 208 523

1 333 779

1 459 042

1 524 314

1 565 343

1 608 418

1 653 642

1 701 120

Dħul għal kull passiġġier li jitlaq

Taxxa fuq il-passiġġieri

7,00

7,00

7,00

7,00

7,00

7,50

7,50

8,00

8,00

8,00

8,00

8,00

8,00

8,00

8,00

Taxxa fuq l-imbark

1,00

1,00

1,00

1,00

1,00

1,13

1,13

1,13

1,13

1,13

1,30

1,30

1,30

1,30

1,30

Fjuwil

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0,3-0,7]

[0.3-0.7]

Free shop

[3-4]

[3-4]

[3-4]

[3-4]

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

Ħwienet oħrajn

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0.5]

Horeca

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0.5]

Parkeġġ

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

[2-4]

Handling

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

Kommissjoni/bejgħ

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

Ammont totali

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

Spejjeż għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport

Kontribuzzjoni għar-reklamar

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

Xiri minn Free shop

[1.5-2,5]

[1.5-2,5]

[1.5-2,5]

[1.5-2,5]

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

Environment fund (Fond ambjentali)

Prodotti u servizzi oħra

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1.5-2.5]

Pagi u sigurtà soċjali

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

Subtotal

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

[10-13]

“Kontribuzzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni”

1,21

1,23

1.,7

0,55

0,23

0,23

0,23

0,11

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

Ammont totali

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

Dħul totali għal kull passiġġier ta' Ryanair li jitlaq mill-ajruport

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

[14-17]

Spiża totali għal kull passiġġier ta' Ryanair li jitlaq mill-ajruport

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

[10-14]

Kontribuzzjoni inkrementali għal kull passiġġier ta' Ryanair

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

[1,5-5,5]

Kontribuzzjoni inkrementali totali ta' Ryanair (EUR miljun)

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0,5-4]

[0.5-4]

(537)

Peress li l-kontribuzzjoni inkrementali ta' Ryanair hija pożittiva fis-snin kollha kkunsidrati, il-valur preżenti nett tal-kuntratt bilfors ser ikun pożittiv, irrispettivament mill-ispiża medja ppeżata tal-kapital ikkunsidrat.

(538)

Madankollu bħala eżempju, il-Kummissjoni kkalkulat il-VPN billi bbażat fuq prezz medju ta' bejn 8,7 u 9 %. Ir-rata ta' skont użata għall-kalkolu tal-VPN tal-kuntratti hija l-ispiża medja ppeżata tal-kapital tal-entità li tagħti l-għajnuna dakinhar li tagħtiha. F'dan il-każ, id-dħul u l-ispejjeż relatati mal-kuntratt ma' Ryanair jaffettwaw il-kontijiet ta' BSCA. Għaldaqstant il-Kummissjoni għażlet li tuża bħala rata ta' skont l-ispiża tal-kapital ta' BSCA. Il-kalkolu tal-ispiża medja ppeżata tal-kapital għal BSCA huwa bbażat fuq l-ipoteżijiet differenti:

finanzjament esklussiv mill-ekwità;

primjum tar-riskju (Δk) ta' 5,51 % (199);

beta ta' 0,69 (199);

spiża qabel it-taxxa tal-kapital imqiegħed mingħajr riskju bejn 4,9 % u 5,2 %;

rata ta' taxxa (t) ta' 40,2 %.

(539)

B'hekk, bħala eżempju, fuq il-bażi tar-rata medja bejn 8,7 u 9 %, jiġifieri 8,85 %, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-valur preżenti nett kien pożittiv u kien jammonta għal EUR 19,5 miljun.

Tabella 22

Valur preżenti nett (VPN) tal-miżura tal-2001

(EUR miljun)

 

Ir-rata ta' skont ta' 8,85 %

VPN

19,5

Dan il-valur pożittiv tal-VPN, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet pożittivi għas-snin kollha, juru li wieħed seta' jistenna li l-kuntratti tal-2001 iżidu l-profittabbiltà tar-Reġjun-SOWAER-BSCA.

(540)

Rigward l-impenn tar-Reġjun li jikkumpensa lil Ryanair għat-telf li l-kumpanija jkollha ssofri minħabba tibdil eventwali fil-livell tat-taxxi tal-ajruport jew il-ħinijiet ta' ftuħ tal-ajruport matul is-snin bejn l-2001 u l-2016, il-Kummissjoni tinnota li dan il-kumpens ma jistax jaqbeż it-telf sofrut direttament minn Ryanair minħabba t-tibdil. Għaldaqstant, fl-ipoteżi fejn ir-Reġjun iħallas kumpens lil Ryanair skont din id-dispożizzjoni, Ryanair ma tkunx f'sitwazzjoni aktar favorevoli minn dik li kienet tkun fiha kieku r-Reġjun irrispetta l-impenn tiegħu. Għaldaqstant din id-dispożizzjoni ma tagħti ebda vantaġġ addizzjonali lil Ryanair.

(541)

Barra minn hekk, skont il-paragrafu 66 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, dawn il-ftehimiet jifformaw parti mill-qafas ta' strateġija komprensiva maħsuba biex iġġib profittabbiltà lill-ajruport, tal-inqas fit-tul. L-istrateġija ta' BSCA kienet tikkonsisti fl-iżvilupp tat-traffiku tal-ajruport ta' Charleroi sabiex b'mod partikolari iżżid id-dħul tagħha u b'hekk tkopri aħjar l-ispejjeż fissi u ssir profittabbli. Għal dan il-għan, BSCA iddeċidiet li tispeċjalizza fuq it-Taqsima tat-titjiriet qosra u medji minn punt għal punt, b'mod partikolari fuq it-titjiriet low cost. BSCA kienet tibbaża din l-istrateġija fuq l-istudji fdati f'idejn konsulenti esterni fi tmiem is-snin disgħin. Skont uħud minn dawn l-istudji (200), l-ajruport ta' Charleroi kien jibbenefika minn vantaġġi komparattivi sabiex jiżviluppa fuq dan is-segment, b'mod partikolari l-ispejjeż baxxi tiegħu. B'hekk, skont “nota ta' direzzjoni strateġika” ta' BSCA tal-31 ta' Lulju 2001, BSCA kellha l-għan li tilħaq 2,5 sa 3 miljun passiġġier (201) sal-2010, li, skont in-nota, “ma jidhirx impossibbli jekk wieħed iqis l-istabbiliment tal-bażi ta' Ryanair u t-tkabbir fit-trasport bl-ajru”. Għaldaqstant il-ftehimiet tal-2001 jiffurmaw parti minn din l-istrateġija ta' tkabbir tat-traffiku u tad-dħul.

(542)

Peress li l-kuntratti tal-2001 jirrispettaw il-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq, mhumiex għajnuna mill-Istat.

(ii)   Il-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004

(543)

Biex tiddetermina jekk il-qafas kummerċjali tal-2004 kienx jikkontribwixxi, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-entità li tat l-għajnuna skont il-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat jekk il-VPN tal-qafas kummerċjali tal-2004 kienx pożittiv għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. Ix-xenarju alternattiv għad-deċiżjoni li jiġi adottat il-qafas kummerċjali tal-2004 huwa n-nuqqas ta' kuntratt ma' Ryanair u allura r-rinunzja għad-dħul u għall-ispejjeż inkrementali relatati mat-traffiku ma' Ryanair.

(544)

Fit-22 ta' Jannar 2004, qabel il-konklużjoni tal-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004, BSCA aġġornat il-pjan ta' negozju tagħha. Skont il-Belġju, il-pjan ta' negozju tat-22 ta' Jannar 2004 tħejja wara d-deċiżjoni tal-2004 biex tiġi vvalidata l-proposta l-ġdida li kellha ssir lil Ryanair (202). Iżda minn naħa dan il-pjan ta' negozu jkopri mhux biss id-dħul miksub mit-traffiku ġġenerat minn Ryanair, iżda wkoll id-dħul miksub mit-traffiku ġġenerat mill-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. Min-naħa l-oħra, jidentifika d-dħul u l-ispejjeż ta' BSCA biss, meta biex jiġi applikat il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, jeħtieġ li jkun ikkunsidrat li l-entità li kkonkludiet il-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004 ma' Ryanair hija l-entità Reġjun-SOWAER-BSCA.

(545)

Għaldaqstant il-Kummissjoni fasslet mill-ġdid pjan ta' negozju għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA li jinkludi biss id-dħul u l-ispejjeż tal-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-qafas kummerċjali tal-2004. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni telqet mill-pjan ta' negozju ġenerali ta' BSCA tat-22 ta' Jannar 2004 u applikat l-istess metodoloġija bħal dik użata għall-kuntratti tal-2001 u deskritta fil-premessa 525.

(546)

Biex tiddetermina l-ispejjeż marġinali attribwibbli għall-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004, il-Kummissjoni eżaminat b'mod partikolari jekk ir-Reġjun, SOWAER jew BSCA kellhomx jistennew li jagħmlu ċerti investimenti minħabba l-qafas kummerċjali tal-2004. Ta' min ifakkar, il-qafas kummerċjali tal-2004 ġie stabbilit sabiex jimla l-vojt legali maħluq mill-annullament tal-kuntratti tal-2001 wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2004. Skont il-qafas kummerċjali, il-grupp ifformat mir-Reġjun-SOWAER-BSCA ma kellux għalfejn jagħmel investimenti ġodda. L-investimenti tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kif ukoll l-investimenti tal-2003 kienu diġà deċiżi u x-xogħlijiet kienu diġà bdew. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 533, il-programm ta' investimenti integrat fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 probabbilment kien ikun adottat anki fin-nuqqas tal-kuntratti ma' Ryanair. L-istess japplika għar-reviżjoni tal-2003 tal-programm ta' investimenti, li kien jaqa' taħt l-istess loġika ta' żvilupp tal-ajruport bi klijentela possibbilment diversifikata - f'termini ta' kumpaniji tal-ajru. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex rilevanti li wieħed jattribwixxi l-ispejjeż tal-investimenti inkrementali għall-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004.

(547)

Fuq il-bażi ta' dawn l-ipoteżijiet, il-Kummissjoni ddeterminat li l-flussi ta' flus rilevanti għall-analiżi tal-profittabbiltà tal-qafas kummerċjali tal-2004 huma dawn li ġejjin:

Tabella 23

Fluss ta' flus mistenni mill-miżura tal-2004

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

In-numru ta' passiġġieri li jitilqu ta' Ryanair

1 033 941

1 223 941

1 223 941

1 223 941

1 223 941

1 223 941

1 223 941

1 223 941

1 223 941

1 223 941

1 223 941

1 223 941

Għadd totali ta' passiġġieri li jitilqu mill-ajruport

1 099 944

1 292 535

1 295 174

1 346 381

1 397 587

1 448 794

1 500 000

1 500 000

1 500 000

1 500 000

1 500 000

1 500 000

Dħul għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport

Taxxa fuq il-passiġġieri

7,00

7,00

7,50

7,50

8,00

8,00

8,00

8,00

8,00

8,00

8,00

8,00

Taxxa fuq l-imbark

1,00

1,00

1,13

1,13

1,13

1,13

1,13

1,30

1,30

1,30

1,30

1,30

Handling

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

[1-1,3]

Fjuwil

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

Konċessjonijiet kummerċjali

[5-9]

[5-9]

[5-9]

[5-9]

[5-9]

[5-9]

[5-9]

[5-9]

[5-9]

[5-9]

[5-9]

[5-9]

Ammont totali

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

Spejjeż għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport

Kontribuzzjoni għar-reklamar

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

4,00

Prodotti u servizzi oħra

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

Pagi u sigurtà soċjali

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

Subtotali

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

Spejjeż ta' tnedija

0,34

0,18

0,04

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

Ammont totali

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

Dħul totali għal kull passiġġier ta' Ryanair li jitlaq mill-ajruport

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

[14-20]

Spiża totali għal kull passiġġier ta' Ryanair li jitlaq mill-ajruport

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

[9,5-11,5]

Kontribuzzjoni inkrementali għal kull passiġġier ta' Ryanair

[3-9]

[3-9]

[3-9]

[3-9]

[3-9]

[3-9]

[3-9]

[3-9]

[3-9]

[3-9]

[3-9]

[3-9]

Kontribuzzjoni inkrementali totali ta' Ryanair (EUR miljun)

[3-11]

[3-11]

[3-11]

[3-11]

[3-11]

[3-11]

[3-11]

[3-11]

[3-11]

[3-11]

[3-11]

[3-11]

(548)

Dawn il-flussi juru kontribuzzjoni inkrementali għal Ryanair pożittiva għas-snin kollha kkunsidrati. B'hekk, il-qafas kummerċjali bilfors għandu valur preżenti nett pożittiv, tkun xi tkun l-ispiża medja ppeżata tal-kapital magħżul.

(549)

Madankolllu, sabiex tikkalkula l-VPN tal-miżura tal-2004 bħala indikazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat ir-rata ta' skont li għandha tuża. Din ir-rata hija l-ispiża medja ppeżata tal-kapital tal-entità li tagħti l-għajnuna dakinhar li tagħtiha. Kif spjegat fil-premessa 538, il-Kummissjoni kkunsidra l-ispiża medja ppeżata tal-ispiża tal-kapital ta' BSCA. Fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet li ġejjin, il-Kummissjoni qieset li din l-ispiża kienet tammonta għal 9,7 %:

finanzjament esklussiv mill-ekwità;

primjum tar-riskju (Δk) ta' 5,72 % (203);

beta ta' 0,95 (203);

spiża qabel it-taxxa tal-kapital imqiegħed mingħajr riskju bejn 4,2 % u 4,4 %;

(550)

It-tabella li ġejja tippreżenta r-riżultati tal-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-qafas kummerċjali tal-2004, ibbażat fuq rata ta' skont ta' 9,7 %.

Tabella 24

Valur preżenti nett (VPN) tal-miżura tal-2004

(EUR miljun)

 

Ir-rata ta' skont ta' 9,7 %

VPN

53

Dan il-VPN pożittiv jikkonferma li wieħed seta' jistenna li l-qafas kummerċjali tal-2004 iżid il-profittabbiltà tar-Reġjun-SOWAER-BSCA.

(551)

Il-punt 66 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jipprovdi li l-ftehimiet għandhom jifformaw parti mill-qafas ta' strateġija komprensiva maħsuba biex iġġib profittabbiltà lill-ajruport, tal-inqas fit-tul. F'dan ir-rigward, waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' April 2004, il-Bord tad-Diretturi ta' BSCA ħa nota tal-proposti magħmulin lil Ryanair u qabbad lill-“Kap Eżekuttiv jivvalida l-pjan ta' negozju ta' BSCA u jqis il-konsegwenzi tal-proposti inkwistjoni”. “L-analiżi globali għandha tikkonferma wkoll, f'kull mod, li s-sostenibbiltà u l-futur tal-ajruport fl-ebda każ ma jiġu kompromessi u li BSCA jkollha fit-tul marġnijiet ta' manuvra suffiċjenti biex tkompli l-iżvilupp tagħha”. Waqt il-laqgħa sussegwenti tiegħu, fis-6 ta' Mejju 2004, il-“Bord tad-Diretturi nnota li l-proposti diskussi dan l-aħħar f'Dublin mar-rappreżentanti ta' Ryanair, jistgħu, b'kont meħud tal-iżvilupp prevedibbli tal-ajruport, jassiguraw li Charleroi iżomm l-operazzjonijiet tal-kumpanija Ryanair fil-kundizzjonijiet tal-pjan ta' negozju inizjali (…).” Il-pjan ta' negozju inizjali li wkoll jifforma parti minn strateġija ta' żvilupp fit-tul, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-qafas kummerċjali tal-2004 ukoll kien jifforma parti mill-istess strateġija.

(552)

Peress li l-qafas kummerċjali tal-2004 jirrispetta l-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq, mhuwiex għajnuna mill-Istat.

(iii)   Il-kuntratt tal-2005

(553)

Biex tiddetermina jekk il-kuntratt tal-2005 kienx jikkontribwixxi, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-entità li tat l-għajnuna skont il-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat jekk il-VPN tal-kuntratt tal-2005 kienx pożittiv għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. Ix-xenarju alternattiv huwa li ma jsirx aktar ftehim ma' Ryanair wara li tintemm il-validità, f'Marzu 2006, tal-ittra ta' BSCA lil Ryanair tal-24 ta' Ġunju 2004.

(554)

Biex tikkalkula l-VPN, il-Kummissjoni fasslet mill-ġdid pjan ta' negozju għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA li jinkludi biss id-dħul u l-ispejjeż tal-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-kuntratt tal-2005. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni telqet mill-pjan ta' negozju ġenerali ta' BSCA tal-24 ta' Jannar 2004, li, skont il-Belġju, huwa l-pjan ta' negozju mħejji wara d-deċiżjoni tal-2004 sabiex jivvalida l-proposta l-ġdida li kellha ssir lil Ryanair u li wassal għall-proposta mibgħuta lil Ryanair fid-9 ta' Diċembru 2005 (204). Imbagħad il-Kummissjoni applikat l-istess metodoloġija bħal dik użata għall-kuntratti tal-2001 u deskritta fil-premessa 525.

(555)

Biex tiddetermina l-ispejjeż marġinali attribwibbli għall-kuntratt tal-2005, il-Kummissjoni eżaminat b'mod partikolari jekk ir-Reġjun, SOWAER jew BSCA kellhomx jistennew li jagħmlu ċerti investimenti minħabba l-kuntratt tal-2005. Skont dan il-kuntratt, il-grupp ifformat mir-Reġjun-SOWAER-BSCA ma kellux għalfejn jagħmel investimenti ġodda. L-investimenti tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kif ukoll l-investimenti tal-2003 kienu diġà deċiżi u x-xogħlijiet kienu diġà bdew. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 533, il-programm ta' investimenti integrat fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 probabbilment kien ikun adottat anki fin-nuqqas tal-kuntratti ma' Ryanair. L-istess japplika għar-reviżjoni tal-2003 tal-programm ta' investimenti, li kien jaqa' taħt l-istess loġika ta' żvilupp tal-ajruport bi klijentela possibbilment diversifikata - f'termini ta' kumpaniji tal-ajru. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex rilevanti li wieħed jattribwixxi l-ispejjeż tal-investimenti inkrementali għall-kuntratt tal-2005.

(556)

Fuq il-bażi ta' dawn is-suppożizzjonijiet, il-Kummissjoni ddeterminat li l-flussi ta' flus rilevanti għall-analiżi tal-profittabbiltà tal-kuntratt tal-2005 huma dawn li ġejjin:

Tabella 25

Fluss ta' flus mistenni mill-miżura tal-2005

 

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

In-numru ta' passiġġieri li jitilqu ta' Ryanair

1 155 498

1 258 976

1 499 999

1 749 999

1 749 999

1 749 999

1 749 999

1 749 999

1 749 999

1 749 999

Numru totali ta' passiġġieri li jitilqu mill-ajruport

1 226 732

1 381 415

1 644 635

1 894 635

1 894 635

1 894 635

1 894 635

1 894 635

1 894 635

1 894 635

Dħul għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport

Taxxa fuq il-passiġġieri

2,33

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

Taxxa fuq l-inżul

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

[1-1,2]

Konċessjonijiet kummerċjali

[6-10]

[6-10]

[6-10]

[6-10]

[6-10]

[6-10]

[6-10]

[6-10]

[6-10]

[6-10]

Handling

[3-6]

[3-6]

[3-6]

[3-6]

[3-6]

[3-6]

[3-6]

[3-6]

[3-6]

[3-6]

Fjuwil

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

[0,05-0,15]

Imposta għall-aċċess għall-infrastruttura

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

[0-0,5]

Ammont totali

[12-17]

[12-17]

[12-17]

[12-17]

[12-17]

[12-17]

[12-17]

[12-17]

[12-17]

[12-17]

Spejjeż għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport

Kontribuzzjoni għar-reklamar

0,92

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

Xiri minn Free shop

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fondi għall-ambjent

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prodotti u servizzi oħra

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

[1,5-2,5]

Pagi u sigurtà soċjali

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

[4-5]

Spejjeż ta' tnedija

0,05

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotali

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

Spejjeż fissi għal kull passiġġier

[0-0,1]

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

Spejjeż totali għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

[5,5-7,5]

Kontribuzzjoni totali għal kull passiġġier li jitlaq ta' Ryanair qabel l-investimenti (euro)

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

[5-10]

Kontribuzzjoni inkrementali totali ta' Ryanair qabel l-investimenti (EUR miljun)

[6-17]

[6-17]

[6-17]

[6-17]

[6-17]

[6-17]

[6-17]

[6-17]

[6-17]

[6-17]

(557)

Dawn il-flussi juru kontribuzzjoni inkrementali għal Ryanair pożittiva għas-snin kollha kkunsidrati. B'hekk, il-kuntratt tal-2005 bilfors għandu valur preżenti nett pożittiv, tkun xi tkun l-ispiża medja ppeżata tal-kapital magħżul.

(558)

Madankolllu, sabiex tikkalkula l-VPN tal-miżura tal-2005 bħala indikazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat ir-rata ta' skont li għandha tuża. Din ir-rata hija l-ispiża medja ppeżata tal-kapital tal-entità li tagħti l-għajnuna dakinhar li tagħtiha. Kif spjegat fil-premessa 538, il-Kummissjoni kkunsidra l-ispiża medja ppeżata tal-ispiża tal-kapital ta' BSCA. Fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet li ġejjin, il-Kummissjoni qieset li din l-ispiża kienet tammonta għal 9,3 %:

finanzjament esklussiv mill-ekwità;

primjum tar-riskju (Δk) ta' 5,74 % (205);

beta ta' 0,97 (205);

spiża qabel it-taxxa tal-kapital imqiegħed mingħajr riskju bejn 3,5 % u 3,9 %;

(559)

It-tabella li ġejja tippreżenta r-riżultati tal-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-kuntratt tal-2005, ibbażat fuq rata ta' skont ta' 9,3 %.

Tabella 26

Valur preżenti nett (VPN) tal-miżura tal-2005

(EUR miljun)

 

Ir-rata ta' skont ta' 9,3 %

VPN

80,6

Dan il-VPN pożittiv juri li wieħed seta' jistenna li l-kuntratt tal-2005 iżid il-profittabbiltà tar-Reġjun-SOWAER-BSCA.

(560)

F'dak li jirrigwarda l-kundizzjoni speċifikata mill-punt 66 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni li l-ftehim għandu jkun parti minn strateġija globali maħsuba biex tagħmel lill-ajruport profittabbli, nota bid-data tat-8 ta' Diċembru 2005, maħsuba biex tippreżenta lill-Bord tad-Diretturi l-proposta kummerċjali ta' BSCA lil Ryanair, tispeċifika li l-proposta hija bbażata fuq pjan ta' negozju għall-2006-2015. Fiha l-Bord tad-Diretturi huwa mitlub li jiżgura li dan il-pjan jikseb profittabbiltà aċċettabbli u suffiċjenti li tassorbi l-varjazzjonijiet mistennija fil-futur u relatati mal-estimi baġitarji (nota ta' qiegħ il-paġna tindika li l-pjan ta' negozju huwa ppreparat b'estimi approssimattivi tal-ispejjeż u d-dħul). BSCA tfakkar li t-tariffi wżati għall-groundhandling “għandhom jippermettu l-kopertura tal-ispejjeż u l-kisba ta' marġni ta' qligħ raġonevoli”. Aktar tard fin-nota, BSCA tispeċifika li “l-ispejjeż relatati mal-groundhandling u l-ġestjoni tagħhom jirrappreżentaw il-pedament tal-proposta magħmula lil Ryanair. Parti konsiderevoli minn dawn l-ispejjeż hija fissa jew semi-varjabbli u l-ispiża għal kull passiġġier għaldaqstant hija relatata mal-volum ta' passiġġieri ttrattati. Huwa previst numru minimu ta' rotazzjonijiet fil-proposta kummerċjali (ma' Ryanair) u n-nuqqas ta' rispett ta' dan il-minimu żgur iwassal għal telf fuq l-attività ta' groundhandling għal BSCA. Huma previsti pieni biex jirrimedjaw għal dan”. Minn dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li anki jekk il-proposta kummerċjali ta' BSCA lil Ryanair kienet tinvolvi ċerti riskji f'għajnejn BSCA–b'mod partikolari r-riskju li l-profittabbiltà ma kinitx biżżejjed fl-ipoteżi li t-traffiku ta' Ryanair kien ikun inqas minn dak previst-, din il-proposta xorta kienet ibbażata fuq strateġija ta' żvilupp li permezz tagħha BSCA kienet qiegħda tittama li tnaqqas l-ispejjeż tagħha għal kull passiġġier bis-saħħa tat-traffiku miġjub minn Ryanair, u b'hekk tikseb marġni ta' profitt suffiċjenti.

(561)

Peress li l-kuntratt tal-2005 jirrispetta l-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq, mhuwiex għajnuna mill-Istat.

(iv)   Id-disponiment tal-ishma ta' BSCA fi Promocy lil Ryanair

(562)

Fil-31 ta' Marzu 2010, BSCA biegħet il-parteċipazzjoni tagħha ta' 50 % fi Promocy lil Ryanair. BSCA biegħet l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom (jiġifieri EUR 100 għal kull sehem) għal ammont totali ta' EUR 31 100. Ir-riskju u r-responsabbiltajiet kollha ta' BSCA bħala azzjonista ta' Promocy ġiet trasferita lil Ryanair.

(563)

Fiż-żmien ta' dan id-disponiment, il-flus ta' Promocy kienu jammontaw għal EUR 261 073 (bilanċ tal-assi, nieqes il-kapital u r-riżerva legali) (206). Għalhekk BSCA biegħet l-ishma tagħha fi Promocy lil Ryanair għal ammont inqas ta' EUR 99 436 min-nofs il-flus ta' Promocy fil-mument tal-bejgħ.

(564)

Madankollu, il-Belġju jenfasizza li meta sar il-bejgħ, kien hemm tilwima dwar it-taxxa. BSCA kien ikollha tħallas nofsha kieku żammet l-ishma tagħha fi Promocy. Huwa għalhekk li, skont il-Belġju, BSCA iddeċidiet li tbiegħ l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom.

(565)

Il-Belġju bagħat nota fl-24 ta' Frar 2010 tal-Uffiċjal Kap Finanzjarju ta' BSCA lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA fejn jirrakkomandalu li jivvalida l-bejgħ minn BSCA tal-ishma tagħha fi Promocy għall-valur kontabilistiku tagħhom. Din in-nota kienet tfakkar li Promocy kienet ilha ma tkun attiva minn meta ġie ffirmat il-kuntratt il-ġdid ma' Ryanair fl-2005. Wara l-ftuħ ta' inkjesta mbagħad ta' proċedura ġudizzjarja dwar it-tilwima msemmija qabel, kien ġie deċiż li Promocy għandha tibqa' wieqfa kif kienet. Minn dakinhar, minħabba li sar ftit żvilupp f'dan il-każ ġudizzjarju, BSCA u Ryanair kienu ddeċidew li jillikwidaw lil Promocy. Skont in-nota, BSCA imbagħad ipproponiet lil Ryanair li jaqsmu l-assi netti, li dak iż-żmien kienu jammontaw għal madwar EUR 350 000. Ryanair indikat li kienet tippreferi “tbattal” l-assi netti permezz ta' operazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni finali. Minħabba l-eżistenza tal-proċedura ġudizzjarja, BSCA oġġezzjonat għall-irkupru ta' dawn l-operazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Biex toħroġ minn din is-sitwazzjoni ta' staġnar, BSCA ipproponiet lil Ryanair li tbiegħilha l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom, jiġifier EUR 31 100, fuq il-bażi ta' ftehim iffirmat bl-irtirar immedjat ta' BSCA minn amministratur ta' Promocy. In-nota kienet tindika li l-awdituri u l-konsulenti legali ta' BSCA kienu qablu, “konxji bħalna li din hija l-unika soluzzjoni għalina”. L-awtur tan-nota rrakkomanda lill-Bord tad-Diretturi li jivvalida l-operazzjoni ta' bejgħ, ħaġa li dan għamel b'mod unanimu.

(566)

Il-Kummissjoni tqis li l-Belġju ġab provi suffiċjenti rigward l-eżistenza tat-tilwima u tal-estensjoni tagħha, meta bagħat lill-Kummissjoni l-avviżi ta' rettifika tat-taxxa (207).

(567)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li BSCA ġabet ruħha bħal operatur f'ekonomija tas-suq meta oġġezzjonat għall-irkupru tal-operazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u meta pproponiet lil Ryanair li tbiegħlha l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom sabiex toħroġ mis-sitwazzjoni. Għaldaqstant il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

(v)   Il-Ftehim Supplimentari tal-2010

(568)

Fit-Taqsima 6.2.1, il-Kummissjoni wriet li meta ġie ffirmat il-Ftehim Supplimentari tal-2010, ir-riżorsi ta' BSCA ma kinux riżorsi pubbliċi u li barra minn hekk, id-deċiżjoni ta' BSCA li tiffirma l-Ftehim Supplimentari tal-2010 ma kinitx attribwibbli lill-Istat.

(569)

Madankollu, fl-ipoteżi fejn jiġi kkunsidrat li din il-konklużjoni tal-Kummissjoni mhijiex fondata, li l-Ftehim Supplimentari tal-2010 tabilħaqq ingħata permezz ta' riżorsi mill-Istat u li d-deċiżjoni li jingħata l-Ftehim Supplimentari tal-2010 kienet attribwibbli lill-Istat, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-Ftehim Supplimentari tal-2010 tax vantaġġ lil Ryanair.

(570)

F'din l-ipoteżi, ikun rilevanti li jiġi kkunsidrat li l-entità li tat il-miżura hija r-Reġjun/SOWAER/BSCA. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk ir-Reġjun/SOWAER/BSCA ġabux ruħhom bħal operaturi f'ekonomija tas-suq meta kkonkludew il-Ftehim Supplimentari tal-2010.

(571)

Il-Ftehim Supplimentari tal-2010 jipprovdi:

deroga mil-livell ġenerali tal-imposta għall-persuni b'mobilità mnaqqsa (minn hawn 'il quddiem “PMM”), li tgħid li Ryanair għandha tħallas [10-30] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier għas-sena ta' bejn l-1 ta' Frar 2009 u l-31 ta' Jannar 2010; barra minn hekk, it-termini ta' indiċjar tal-imposta PMM jipprovdi tnaqqis fit-tariffa proporzjonat maż-żieda tat-traffiku ġġenerat minn Ryanair (208).

tnaqqis ta' [10-50] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier għal Ryanair fuq it-tariffa tal-groundhandling.

(572)

Skont il-Belġju, dan il-Ftehim Supplimentari huwa r-riżultat tan-negozjati li saru minn BSCA u Ryanair wara t-tnaqqis għal BSCA tal-ispejjeż tas-servizzi ta' groundhandling bis-saħħa tal-introduzzjoni minn Ryanair ta' proċeduri ġodda bħall-ħlas tal-bagalji fl-istiva (li naqqas b'mod konsiderevoli n-numru ta' bagalji li jridu jiġu rreġistrati) u r-reġistrazzjoni obbligatorja tal-bagalji bl-internet. Skont il-Belġju, BSCA iddeċidiet li taqsam ma' Ryanair il-qligħ minn dan it-tnaqqis fl-ispejjeż bi tpattija għall-impenn ta' Ryanair li tibbaża erba' ajruplani addizzjonali f'Charleroi.

(573)

L-iffirmar tal-Ftehim Supplimentari tas-6 ta' Diċembru 2010 sar wara ċ-ċirkustanzi li ġejjin:

Ryanair introduċiet proċeduri ġodda bħar-reġistrazzjoni obbligatorja permezz tal-internet (“web check-in”) u l-ħlas tal-bagalji fl-istiva, li b'hekk naqqsu n-numru ta' bagalji li jridu jiġu rreġistrati u jippermettu lil BSCA li tiffranka l-flus;

f'Mejju 2009, BSCA iddiskutiet ma' Ryanair żieda eventwali tan-numru ta' ajruplani u tnaqqis tal-imposti ta' groundhandling wara l-introduzzjoni minn Ryanair tal-proċeduri l-ġodda;

fit-30 ta' Novembru 2009, Ryanair kitbet lil BSCA (209) biex tipproponilha tikkonkludi ftehim fuq tnaqqis fl-imposti tal-groundhandling ta' [10-50] ċenteżmu tal-euro, li jikkorrispondi għal nofs l-iffrankar li għamlet BSCA permezz tal-introduzzjoni tal-proċeduri ġodda minn Ryanair. Ryanair indikat ukoll li ma riedet tħallas xejn għall-PMM. Ryanair ikkonfermat ukoll li riedet tespandi f'Charleroi;

fit-2 ta' Diċembru 2009, il-president ta' BSCA kiteb lil Ryanair li qabel jeżamina l-possibbiltà li jagħtihom slots ta' ħinijiet ġodda, ser iressaq it-talba ta' Ryanair għal tnaqqis tal-imposti tal-groundhandling lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA;

skont il-Belġju, wara dan sar ftehim bil-fomm dwar l-espansjoni u t-tnaqqis tal-ispejjeż (il-Belġju jindika li ma kienx hemm kuntratti bil-miktub f'dan l-istadju minħabba l-bżonn li jgħaddi l-każ quddiem il-Bord tad-Diretturi u minħabba d-diskussjoni għaddejja dwar il-PMM);

fit-8 ta' Jannar 2010, l-Uffiċjal Kap Finanzjarju ta' BSCA bagħat lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA nota interna u dokumenti finanzjarji sabiex juri l-interess fl-akkomodazzjoni ta' erba ajruplani oħrajn fil-kundizzjonijiet miftiehma (jiġifieri tnaqqis ta' [10-50] centeżmu tal-euro għal kull passiġġier għall-groundhandling). Dawn id-dokumenti jikkonsistu:

f'kont tal-qligħ ipproġettat li juri l-impatt fuq ir-riżultat jekk Ryanair tibbaża erba' ajruplani addizzjonali f'Charleroi.

spreadsheet li tgħin lil BSCA tiddetermina l-marġni ta' negozjar tagħha biex tagħti skont addizzjonali lil Ryanair fuq l-imposti għall-groundhandling, waqt li żżomm profittabbiltà suffiċjenti fuq il-groundhandling u żieda fid-dħul fuq l-attivitajiet kummerċjali mhux mill-ajrunawtika (Duty Free, Horeca, parkeġġi, xarabanks…);

fl-24 ta' Frar 2010, Ryanair aċċettat finalment li tħallas [10-30] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport bħala imposta għall-PMM, bil-kundizzjoni li din is-somma tonqos fis-snin ta' wara b'mod proporzjonali għat-tkabbir tat-traffiku ta' Ryanair f'Charleroi;

fid-29 ta' April 2010, l-abbozz tal-ftehim supplimentari ġie diskuss mill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA; id-Direttur Ġenerali ta' BSCA indika li l-ftehim supplimentari kien diġà fis-seħħ (wasla ta' erba' ajruplani għall-istaġun tas-Sajf 2010);

fis-6 ta' Diċembru 2010, BSCA u Ryanair approvaw il-Ftehim Supplimentari tal-2010, diġà fis-seħħ.

1.   F'dak li jirrigwarda t-tnaqqis ta' [10-50] ċenteżmu tal-euro fuq l-imposti ta' groundhandling mogħti minn BSCA

(574)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tenfasizza li dan it-tnaqqis kien jirrappreżenta biss nofs l-iffrankar magħmul minn BSCA minħabba l-proċeduri li ddaħħlu minn Ryanair. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li Ryanair kienet taf (210) kemm iffrankat BSCA, li kien jagħmel in-negozjar aktar diffiċli għal BSCA.

(575)

It-tieni, il-Kummissjoni tammetti li kien aktar diffiċli għal BSCA li tirrifjuta dan it-tnaqqis aktar u aktar meta Ryanair kienet qiegħda tippjana li tibbaża erba' ajruplani oħra f'Charleroi. Madankollu waqt li kienet taf li Ryanair kienet tirrappreżenta traffiku ta' 3 289 725 passiġġier fl-2009 u meta ssupponiet li nofs dawn il-passiġġieri kienu passiġġieri tielqa mill-ajruport, it-tnaqqis ta' [10-50] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport kien jirrappreżenta distakk għal BSCA ta' EUR [500 000-2 000 000], jiġifieri ferm inqas miż-żieda tal-EBIT (211) ta' [3-7] miljuni li wieħed seta' jistenna mill-erba' ajruplani addizzjonali skont il-kalkoli ta' BSCA (212).

2.   F'dak li jirrigwarda t-tnaqqis fuq l-imposta tal-PMM ta' [10-30] ċenteżmu tal-euro mogħti lil Ryanair

(576)

Il-Belġju jargumenta li r-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (213) jipprovdi l-possibbiltà (u mhux l-obbligu) li wieħed jagħmel imposta għall-PMM biex jirkupra l-ispejjeż iġġenerati għall-ajruporti (214). Skont il-Belġju, kien estremament diffiċli għal BSCA li tistabbilixxi din l-imposta fuq il-kumpaniji tal-ajru. BSCA ippruvat tikseb mingħand Ryanair parteċipazzjoni għall-ispiża ta' organizzazzjoni tas-servizz tal-PMM, iżda Ryanair dejjem irrifjutat li tħallas l-imposta ppjanata minn BSCA, peress li hija kienet tikkontesta l-ammont għal ċerti raġjunijiet (215). Skont il-Belġju, il-Ftehim Supplimentari tal-2010 għen biex jintlaħaq ftehim ma' Ryanair dwar il-ħlas ta' imposta għall-PMM ta' ammont ferm iżgħar mit-tariffa ġenerali, iżda mhux xejn.

(577)

Il-Kummissjoni tinnota li sal-2010, Ryanair ma kinitx tħallas imposta ta' PMM u li BSCA ma kinitx f'qagħda li timponi fuq Ryanair il-ħlas ta' imposta bħal din. Għaldaqstant, ftehim, anki fuq l-ammont imnaqqas, kien itejjeb il-profittabbiltà ta' BSCA.

(578)

Il-Kumissjoni tinnota wkoll li tnaqqis ta' [10-30] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq kien jirrappreżenta għal BSCA telf ta' madwar EUR [100 000-300 000] (216). Miżjuda mat-tnaqqis ta' [10-50] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq fuq l-ispejjeż ta' groundhandling, it-telf totali għal BSCA kien jammonta għal madwar EUR [0,6-2,3] miljun, jiġifieri ferm inqas miż-żieda tal-EBIT (217) ta' [3-7] miljuni li setgħet tkun mistennija mill-erba' ajruplani addizzjonali skont il-kalkoli ta' BSCA (218).

(579)

F'dak li jirrigwarda l-kundizzjoni speċifikata mill-punt 66 tal-Linji Gwida li l-ftehim irid ikun jifforma parti minn strateġija komprensiva maħsuba biex iġġib profitt lill-ajruport, il-Ftehim Supplimentari tal-2010 jidher li huwa żvilupp relattivament limitat tal-Ftehim tal-2005 – u mhux bidla radikali ta' dan il-ftehim – huwa nnifsu bbażat fuq strateġija ta' żvilupp li permezz tagħha BSCA kienet qiegħda tittama li żżid id-dħul tagħha mill-ajrunawtika u mhux mill-ajrunawtika, permezz tat-traffiku li kienet ser iġġib Ryanair, u fl-istess ħin tnaqqas l-ispejjeż tagħha għal kull passiġġier, u b'hekk tikseb marġni ta' profitt suffiċjenti xi ftit jew aktar fit-tul.

(580)

Fl-ipoteżi li jiġi kkunsidrat li l-Ftehim Supplimentari tal-2010 ingħata permezz ta' riżorsi mill-Istat u li d-deċiżjoni li jingħata l-Ftehim Supplimentari tal-2010 kienet attribwibbli lill-Istat, ikollu jkun konkluż li r-Reġjun/SOWAER/BSCA ġabu ruħhom bħala operaturi f'ekonomija tas-suq meta kkonkludew il-Ftehim Supplimentari tal-2010 u li dan tal-aħħar mhuwiex għajnuna mill-Istat.

6.2.3.    Konklużjoni dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat favur Ryanair

(581)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li:

il-Ftehim Supplimentari tal-2010 ma ngħatax permezz ta' riżorsi mill-Istat u d-deċiżjoni li jingħata l-Ftehim Supplimentari tal-2010 ma kinitx attribwibbli lill-Istat;

(i) il-Ftehimiet tal-2001, (ii) id-Digriet Ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004 u l-ittra ta' BSCA tal-24 ta' Ġunju 2004, (iii) il-Ftehim Supplimentari tal-2005 u (iv) l-bejgħ minn BSCA tal-ishma tagħha fi Promocy huma konformi mal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq.

Għalhekk il-miżuri favur Ryanair mhumiex għajnuna mill-Istat.

6.3.   Kumpatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna lil BSCA

(582)

Kif konkluż fil-premessa 487, il-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 huma għajnuna mill-Istat favur BSCA. Din l-għajnuna ġejja minn dik li mill-Ftehimiet tal-2002 u mid-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 tirriżulta bħala imposta ta' konċessjoni baxxa wisq fir-rigward tal-infrastrutturi li qiegħed għad-dispożizzjoni tagħha l-grupp Reġjun-SOWAER, mis-servizzi pprovduti u mis-sussidji mogħtija, u dan sa tmiem il-konċessjoni tal-art mogħtija lil BSCA, jiġifieri fl-2040. Din l-għajnuna tippermetti għalhekk lil BSCA tnaqqas l-ispejjeż operattivi tagħha, jiġifieri l-imposta ta' konċessjoni. Għaldaqstant tikkostitwixxi għajnuna operattiva li bdiet tinkiseb mill-2002 u li ser tkompli tinkiseb sal-2040 jekk ma jiġux adottati miżuri korrettivi biex jemendaw il-metodi ta' kalkolu tal-imposta fuq il-konċessjoni. Jeħtieġ li jitfakkar ukoll, biex niskartaw it-teżi li din l-għajnuna tista' tkun għajnuna għall-investiment, li hija responsabbiltà ta' SOWAER, u mhux ta' BSCA, li twettaq u tiffinanzja l-programm ta' investimenti anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA u li SOWAER hija sidt il-bini u l-infrastrutturi li fihom isiru l-investimenti. L-għajnuna identifikata mill-Kummissjoni ma tikkonsistix għalhekk f'li ittaffi l-ispejjeż ta' investiment li BSCA normalment ikollha ġġorr u għaldaqstant mhijiex għajnuna għall-investimenti, iżda għajnuna operattiva.

(583)

L-għan ta' din it-Taqsima huwa li jiġi ddeterminat jekk din l-għajnuna operattiva lil BSCA tistax tkun kumpatibbli mas-suq intern. Barra minn hekk, kif kien konkluż fil-premessa (487), il-Kummissjoni ma teskludix li ż-żieda tal-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER fl-2002 tista' wkoll tkun għajnuna mill-Istat favur BSCA. Peress li hija żieda fil-kapital, jekk din il-miżura hija għajnuna, hija wkoll għajnuna operattiva. Wara, il-Kummissjoni ser tinkludi din iż-żieda fil-kapital fl-analiżi tagħha tal-kumpatibbiltà billi tassumi li hija għajnuna.

6.3.1.   Kumpatibbiltà fid-dawl tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE

(584)

Skont il-Belġju (ara t-Taqsima 5.1.2.2), is-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport, jekk il-Kummissjoni kellha tqis li huwa għajnuna, fi kwalunkwe każ huwa kumpatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(585)

Fil-premessa 410, il-Kummissjoni tat ir-raġunijiet li għalihom hija tqis li s-servizzi ekonomiċi li għalihom ir-Reġjun iħallas sussidju ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala servizzi ekonomiċi ta' interess ġenerali.

(586)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li tiġi eżaminata l-kumpatibbiltà tal-miżura li rriżultat mill-Ftehimiet tal-2002 kollha kemm hi (jiġifieri imposta ta' konċessjoni aktar baxxa mill-imposta konformi għall-prezz tas-suq, minħabba s-sussidji mħallsa mir-Reġjun lil BSCA) u mhux biss il-kumpatibbiltà tas-sussidju tar-Reġjun.

(587)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri favur BSCA ma jistgħux ikunu kkunsidrati kumpatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat, jew fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet u l-oqfsa bbażati fuq l-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

6.3.2.   Kumpatibbiltà fid-dawl tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE

(588)

Skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, l-għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni tista' titqies bħala kumpatibbli mas-suq intern.

(589)

Skont il-punt 172 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni li daħlu fis-seħħ fl-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni “se tapplika l-prinċipji stipulati f'dawn il-Linji Gwida għall-każijiet kollha dwar l-għajnuna għall-ġestjoni (notifiki pendenti u għajnuna illegali mhux notifikata) għall-ajruporti anki jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel l-4 April 2014 u l-bidu tal-perjodu ta' tranżizzjoni”.

(590)

Skont ċerti partijiet, l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni għal għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija Linji Gwida tmur kontra l-prinċipji ġenerali tal-liġi (ara t-Taqsima 4.1.2(b)).

(591)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li fis-Sentenza tagħha Vizcaya (219), il-Qorti tal-Ġustizzja osservat:

li l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda għal għajnuna li ġiet implimentata mingħajr ma ġiet notifikata mhijiex sitwazzjoni eżistenti minn qabel iżda sitwazzjoni kurrenti,

li l-applikazzjoni effiċjenti tar-regoli tal-Unjoni teżiġi li l-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe mument tadatta l-evalwazzjoni tagħha għall-ħtiġijiet ta' din il-politika u

li Stat Membru li ma nnotifikax skema ta' għajnuna lill-Kummissjoni ma jistax raġonevolment jistenna li din l-iskema tiġi vvalutata skont ir-regoli applikabbli fiż-żmien meta ġiet adottata.

Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li fil-kawża inkwistjoni, il-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju tan-nonretroattività, u lanqas dak taċ-ċertezza legali, meta applikat ir-regoli l-ġodda sabiex tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' għajnuna implimentata mingħajr ma ġiet notifikata.

(592)

Il-Kummissjoni tosserva li bħal fil-Kawża Vizcaya, l-għajnuna favur BSCA ġiet implimentata mingħajr ma ġiet notifikata. Hija tqis li l-applikazzjoni tal-punt 172 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni għall-miżuri inkwistjoni mhijiex kuntrarja għall-prinċipji ġenerali tal-liġi.

(593)

Skont il-punt 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, “għajnuna għall-ġestjoni mogħtija qabel ma beda l-perjodu ta' tranżizzjoni (inkluż għajnuna mħallsa qabel l-4 April 2014), tali għajnuna għall-ġestjoni tista' tiġi ddikjarata kumpatibbli sal-livell totali tal-ispejjeż ta' ġestjoni mhux koperti, jekk il-kundizzjonijiet a), b), c), d), e) u f) kif stipulati fit-Taqsima 5.1.2, għajr il-punti 115, 119, 121, 122, 123, 126 sa 130, 132, 133 u 134 jiġu sodisfatti. Meta tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' għajnuna għall-ġestjoni mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tqis id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni”.

(594)

Biex iħeġġu l-iżvilupp tas-settur tal-ajrunawtika, il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jiddistingwu għalhekk l-għajnuna mogħtija qabel il-bidu tal-perjodu ta' tranżizzjoni (inkluża l-għajnuna mħallsa qabel l-4 ta' April 2014) minn dik mogħtija wara.

(595)

Il-kundizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 5.1.2 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni huma dawn li ġejjin:

Kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar;

Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat;

Adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika;

Eżistenza ta' effett ta' inċentiv;

Il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu neċessarju);

L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

(596)

Il-Kummissjoni ser teżamina għalhekk jekk l-għajnuna mogħtija lil BSCA, jiġifieri l-Ftehimiet tal-2002, id-deċiżjoni tal-investimenti u ż-żieda fil-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER (fl-ipoteżi li, fil-każ ta' din il-miżura, hija għajnuna mill-Istat) tissodisfax kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet.

6.3.2.1.    Kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar

(597)

Il-punt 113 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jikkwota l-objettivi ta' interess ġenerali li ġejjin:

“(a)

iżżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni billi tistabbilixxi punti ta' aċċess għal titjiriet interni fl-Unjoni;

b)

ittaffi l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'ajruporti ċentrali prinċipali tal-Unjoni;

c)

l-iżvilupp reġjonali;”

(598)

F'dan il-każ, l-għajnuna ngħatat biex tgħin l-iżvilupp reġjonali. Fil-fatt, ir-rapporti pprovduti insostenn tad-deċiżjonijiet tal-gvern jiġġustifikaw l-interess tal-investimenti fl-iżvilupp tal-ajruport permezz tal-impatt pożittiv fuq l-ekonomija u l-impjiegi f'Charleroi u fir-reġjun tiegħu (220). Bil-problema tar-rikonverżjoni tal-baċin industrijali l-antik tar-reġjun ta' Charleroi, is-sit tal-ajruport huwa identifikat bħala pol ġdid ta' żvilupp li jintegra r-riċerka u l-iżvilupp, setturi avvanzati u l-ftuħ għall-ekonomija Ewropea. In-nota tal-Ministru lill-Gvern tispeċifika: “Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu dwar il-politika reġjonali approvata fil-15 ta' Lulju 1999, il-Parlament tal-Vallonja jirrikonoxxi li l-ajruporti reġjonali jikkostitwixxu poli ta' żvilupp ekonomiċi u ta' ħolqien ta' impjiegi importanti għar-reġjun tal-Vallonja li għandhom jiġu kkunsidrati kemm f'termini ekonomiċi u ambjentali kif ukoll f'termini ta' trasport. L-objettivi prinċipali huma:

li jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi preferibbilment f'sinerġija mal-attivitajiet tal-ajruport (…) diment li l-kompitu pubbliku ta' bennej tal-infrastruttura jkun appoġġjat mill-inizjattiva privata, li tiġġenera l-impjiegi;

li naħdmu lejn integrazzjoni strateġika tal-attivitajiet tal-ajruport fin-netwerks l-oħrajn ta' trasport ta' persuni u ta' merkanzija;

(…)

li tiġi intensifikata l-protezzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis tal-istorbju.

(…) Huwa importanti għalhekk li biex l-ajruport ikun jista' jaqdi r-rwol tiegħu ta' lieva ekonomika reġjonali jiġi mgħammar b'infrastruttura kompluta bħala parti minn pjan komprensiv ta' żvilupp.

(599)

In-nota msemmija hawn fuq tispjega wkoll fil-qosor ir-riżultat ta' diversi studji magħmula bl-għan li jagħtu direzzjoni lill-politika ta' żvilupp tal-ajruporti tal-Vallonja. L-istudju li sar minn Tractebel jipprovdi valutazzjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi u tal-impjiegi ġġenerati għal objettivi ta' miljun u ta' żewġ miljun passiġġier. Jirriżulta li miljun passiġġier jiġġeneraw 6 364 impjieg filwaqt li żewġ miljun passiġġier jiġġeneraw 8 090.

(600)

Fl-ipoteżi li ż-żieda fil-kapital sottoskritta minn SOWAER tikkostitwixxi għajnuna, din iż-żieda fil-kapital kellha l-għan li tippermetti lil BSCA tevita falliment eventwali, b'mod li BSCA tista' tkompli l-attività tagħha u b'hekk tilħaq l-għan ta' interess ġenerali deskritt fil-premessa preċedenti.

(601)

Fuq il-bażi tad-dejta disponibbli attwalment, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna effettivament iffaċilitat l-iżvilupp tar-reġjun ta' Charleroi billi ppermettiet it-trasformazzjoni ta' ajruport modest f'ajruport reġjonali kbir ta' kważi seba' miljun passiġġier fis-sena, u b'hekk iġġenera attività ekonomika kbira fl-ajruport u madwaru. F'termini ta' impjiegi, skont studju tal-Bank Nazzjonali tal-Belġju bbażat fuq dejta tal-2009, l-ajruport ta' Charleroi ippermetta l-ħolqien dirett ta' 1 323 impjieg ekwivalenti full-time u l-ħolqien indirett ta' 1 525 impjieg ekwivalenti full-time.

(602)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna kkontribwiet għal objettiv ta' interess ġenerali definit b'mod ċar, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku ta' Charleroi u tar-reġjun tiegħu.

(603)

Madankollu fadal jiġi vverifikat, skont il-punt 114 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, li l-għajnuna ma tippromwovix il-proliferazzjoni ta' ajruporti li ma jħallux qligħ.

(604)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prospetti ta' użu tal-ajruport, kif stabbiliti mill-istudji li saru fl-2000-2001 (221), jiġifieri ftit qabel ma ġew adottati l-miżuri, kienu suffiċjenti biex jiġġustifikaw dawn l-investimenti. Jirriżulta fil-fatt minn dawn l-istudji li kienet teżisti domanda għall-ajruport ta' Charleroi, b'mod partikolari fis-segment tal-low cost, segment li l-ajruport ta' Brussels-National dak iż-żmien ma kienx attiv fih. L-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi u l-profittabbiltà tal-operatur tagħha BSCA juru a posteriori l-eżistenza ta' dawn il-prospetti ta' żvilupp. Għalhekk, qabel tmiem l-2013, BSCA kellha qligħ kurrenti qabel it-taxxa ta' EUR 14,86 miljun, jiġifieri aktar mill-ammont ta' għajnuna mill-Istat li rċeviet dik is-sena (l-ammonti tal-għajnuna huma indikati fit-Tabella 34).

(605)

Ċertament, kif indikat fil-premessa 484 u żviluppat fil-premessa 626, parti kbira miż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Charleroi tikkoinċidi maż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Brussels-National. Kif intwera fil-premessi 627 sa 641, l-għajnuna kkawżat distorsjonijiet konsiderevoli fil-kompetizzjoni billi affettwat it-tkabbir tan-numru ta' passiġġier fl-ajruport ta' Brussels-National fuq is-segment tat-titjiriet qosra u medji minn punt għal punt. Madankollu, l-ajruport ta' Brussels-National għandu kapaċitajiet li ma jintużawx (skont Brussels Airport Company, l-operatur tal-ajruport ta' Brussels-National, il-kapaċitajiet ta' Brussels-National jammontaw għal 28 miljun passiġġier).

(606)

Madankollu, minn meta ngħatat l-għajnuna lil BSCA fl-2002 u fl-2003, it-traffiku fl-ajruport ta' Bruxelles National dejjem baqa' ogħla minn 14-il miljun passiġġier, jiġifieri nofs il-kapaċità teoretika tiegħu. Mill-2002 (222), dan it-traffiku baqa' jikber (ħlief fl-2009), nki jekk dan it-tkabbir huwa moderat b'paragun ma' dak tal-ajruport ta' Charleroi.

Tabella 27

Żvilupp fin-numru ta' passiġġieri fi Brussels-National u f'Charleroi

(f'miljuni)

 

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Brussels National

14,4

15,2

15,6

16,1

16,7

17,8

18,5

17

17,1

18,8

18,9

19,1

Charleroi

1,3

1,8

2,0

1,9

2,2

2,5

3,0

3,9

5,2

5,9

6,5

6,8

Sorsi: brusselsairport.be u charleroi-airport.com

L-EBIT (223) ta' BAC huwa pożittiv minn tal-inqas l-2006 […].

(607)

Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li għalkemm l-għajnuna lil BSCA affettwat it-tkabbir tat-traffiku tal-passiġġieri fi Brussels-National u, minħabba l-eżistenza ta' ekonomiji ta' skala, naqqset il-profittabbiltà ta' BAC, ma wasslitx għall-proliferazzjoni tal-ajruporti li ma jagħmlux qligħ. Dan huwa spjegat b'mod partikolari mid-densità għolja (224) u d-domanda kbira ta' servizzi bl-ajru (225) fiż-żoni ta' kummerċ tal-ajruporti ta' Charleroi u Brussels-National, li jippermettu liż-żewġ ajruporti li jagħmlu l-qligħ.

6.3.2.2.    Il-bżonn għal intervent mill-Istat

(608)

Kif speċifikat fil-punti 116 u 118 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, “l-għajnuna mill-Istat għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn tali għajnuna tistà ġġib magħha titjib materjali li s-suq ma jistax jagħti hu stess. (…) Fil-kundizzjonijiet attwali tas-suq, il-ħtieġa għal fondi pubbliċi biex ikunu iffinanzjati kostijiet operatorji, minħabba kostijiet fissi għolja, se tvarja skont id-daqs ta' ajruport. Fil-prinċipju tkun proporzjonalment ogħla għal ajruporti iżgħar.” Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ajruporti li jilqgħu bejn miljun u tliet miljun passiġġier fis-sena “għandhom ġeneralment ikunu kapaċi jġorru l-parti l-kbira tal-ispejjeż operattivi tagħhom” u li l-ajruporti li jilqgħu aktar minn tliet miljun passiġġier fis-sena “huma ġeneralment profittabbli fil-livell operattiv u wkoll għandhom ikunu kapaċi jerfgħu l-ispejjeż operattivi tagħhom”.

(609)

Il-Kummissjoni madankollu tinnota li l-punt 119 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, li jgħid li “Il-Kummissjoni tqis għalhekk li biex ikun eliġibbli għal għajnuna operattiva, ajruport ma jridx ikun jilqa' aktar minn tliet miljun passiġġier fis-sena (226)”, mhuwiex applikabbli għall-għajnuna mogħtija qabel l-4 ta' April 2014.

(610)

Fiż-żmien meta ġew deċiżi l-miżuri fl-2002 u fl-2003, it-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi kien bejn miljun u żewġ miljun passiġġier. Il-pjan ta' negozju ta' BSCA tal-2002 kien jipprovdi li t-traffiku kien ser jaqbeż it-tliet miljun passiġġier fl-2011.

(611)

Il-pjan ta' negozju ta' BSCA tal-2002 kien jipprovdi li anki bl-għajnuna, BSCA ma kinitx ser tagħmel qligħ qabel l-2005 (fil-fatt, BSCA bdiet tagħmel qligħ fl-2004). B'hekk, kieku l-imposta ta' konċessjoni kienet ugwali għall-imposta skont prezz tas-suq, ir-Reġjun u SOWAER kienu jistennew li BSCA takkumula t-telf operattiv tal-inqas matul l-ewwel snin u tkun f'diffikultajiet finanzjarji, li kien jhedded il-funzjonament tal-ajruport ta' Charleroi u l-iżvilupp tiegħu, u allura l-kisba tal-objettiv ta' żvilupp ekonomiku tal-għajnuna. Bl-istess mod, fin-nuqqas taż-żieda ta' kapital tal-2002, BSCA kienet tiffaċċja diffikultajiet finanzjarji li setgħu jikkompromettu l-funzjonament u l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi. Barra minn hekk, mingħajr l-għajnuna, BSCA kienet titlob imposti tal-avjazzjoni ferm ogħla mingħand Ryanair u mill-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn, sabiex tassigura l-bilanċ finanzjarju tagħha. F'din l-ipoteżi, huwa possibbli li Ryanair, klijenta ewlenija ta' BSCA, kienet tiddeċiedi li tittrasferixxi l-bażi tagħha f'Charleroi lejn ajruport ieħor, jew saħansitra tnaqqas b'mod sostanzjali l-attività tagħha f'dan l-ajruport, li kien jipperikola wkoll l-iżvilupp tal-ajruport u l-konsegwenzi li kien jippretendi r-Reġjun f'termini ta' żvilupp ekonomiku.

(612)

Skont il-pjan ta' negozju tal-2002, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna tal-2002 u tal-2003 kienet meħtieġa.

6.3.2.3.    Adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika

(613)

Il-punt 120 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jipprovdi li “l-Istati Membri għandhom juru li l-għajnuna hija xierqa biex tinkiseb il-mira maħsuba jew biex ikunu solvuti l-problemi li għalihom ġiet deċiża l-għajnuna. Miżura ta' għajnuna mhux se titqies kumpatibbli jekk strumenti ta' politika jew strumenti ta' għajnuna oħra li joħolqu inqas distorsjoni jippermettu li tintlaħaq l-istess mira”.

(614)

Fl-ispirtu tal-punti 121 sa 123 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni –u anki jekk dawn il-punti ma japplikawx formalment għal dan il-każ-, wieħed jista' jeżamina jekk hemmx strument ta' politika li jista' jilħaq l-istess mira, u li jkompli jħeġġeġ il-ġestjoni effiċjenti tal-ajruport. L-istrumenti li jistabbilixxu minn qabel l-ammont tal-għajnuna b'mod li tkopri d-defiċit ta' finanzjament prevedibbli huma eżempju ta' strumenti li jinkoraġġixxu l-ġestjoni effiċjenti ta' ajruport.

(615)

L-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA hija definita ex ante u għalhekk tinċentiva lil BSCA biex tmexxi l-ajruport b'mod effiċjenti. Għalkemm huwa veru li min-naħa l-oħra, is-sussidju mħallas mir-Reġjun għal xi servizzi skont l-ispejjeż imġarrba u mhux f'ammont fiss definit ex ante, is-sehem ta' dan is-sussidju relatat mas-servizzi ekonomiċi jibqa' relattivament baxx. Bl-istess mod, iż-żieda fil-kapital tal-2002 huwa intervent speċifiku li mhuwiex ir-riżultat ta' ammont fiss definit ex ante, iżda hija tirrappreżenta ammont relattivament limitat meta mqabbel mal-ammonti ta' għajnuna li jirriżultaw mill-Ftehimiet tal-2002 u mid-deċiżjoni ta' investiment tal-2003. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lil BSCA iżżomm l-inċentivi ta' BSCA li tmexxi l-ajruport b'mod effiċjenti u hija strument politiku xieraq.

6.3.2.4.    Eżistenza ta' effett ta' inċentiv

(616)

Il-punt 124 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jispeċifika li “l-għajnuna għall-ġestjoni għandha effett ta' inċentiv jekk x'aktarx li, fin-nuqqas ta' għajnuna għall-ġestjoni, u waqt li tkun ikkunsidrata l-preżenza possibbli ta' għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jonqos b'mod sinifikanti”.

(617)

L-għajnuna lil BSCA ippermettiet l-immodernizzar tal-ajruport ta' Charleroi u żieda fil-kapaċità tiegħu, filwaqt li żammet l-ispejjeż operattivi ta' BSCA f'livell li ppermettielha toffri u żżomm kundizzjonijiet attraenti għall-kumpaniji tal-ajru li jużaw l-ajruport, fosthom Ryanair, mingħajr ma tidħol f'diffikultajiet finanzjarji kbar. Fil-fatt, kif indikat fil-premessa 611, fin-nuqqas ta' għajnuna, BSCA kienet titlob imposti tal-avjazzjoni ferm ogħla mingħand Ryanair u l-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. F'din l-ipoteżi, jista' jkun li Ryanair, il-klijenta ewlenija ta' BSCA, kienet tiddeċiedi li ċċaqlaq il-bażi tagħha f'Charleroi lejn ajruport ieħor, jew saħansitra tnaqqas b'mod sinifikanti l-attività tagħha f'dan l-ajruport.

(618)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ta' Charleroi aktarx kien ikun ferm inqas. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna kellha effett ta' inċentiv.

6.3.2.5.    Il-proporzjonalità tal-għajnuna (l-għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ)

(619)

Il-punt 125 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jispeċifika li “Sabiex tkun proporzjonata, għajnuna għall-ġestjoni lill-ajruporti għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju biex isseħħ l-attività li qed tirċievi l-għajnuna.”

(620)

Biex ikun iddeterminat jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-pjan ta' negozju ta' BSCA (li jinkludi l-għajnuna) kienx jippermetti lil BSCA tistenna qligħ li ma jaqbiżx qligħ raġonevoli.

(621)

Il-pjan ta' negozju ta' BSCA tal-2002 juri ritorn fuq l-ekwità antiċipat fuq il-perjodu 2002-2015 ta' 8,3 % u ritorn fuq il-kapital investit ta' 9,6 %. Minħabba li sabiex tapplika l-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni qieset li rata ta' ritorn fuq l-ekwità ta' 9 % setgħet tkun mistennija fl-2002 (227), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-qligħ previst ex ante ma kienx jaqbeż livell raġonevoli. Sakemm l-għajnuna ġiet imfassla b'mod li tiżgura lil BSCA kopertura ta' dawn l-ispejjeż u qligħ li ma jaqbiżx livell raġonevoli, l-għajnuna tal-2002 u l-2003 tista' titqies proporzjonata.

6.3.2.6.    L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

(622)

Il-punt 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jenfasizza l-importanza li jiġu vvalutati l-effetti tal-għajnuna f'termini ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għall-għajnuna mogħtija qabel l-4 ta' April 2014. Fil-fatt jispeċifika li “B'mod partikolari, meta tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' għajnuna għall-ġestjoni mogħtija qabel l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni ser tqis id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.”

(623)

Barra minn hekk, il-punt 131 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jispeċifika li “meta tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' għajnuna għall-ġestjoni il-Kummissjoni ser tqis id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoniu l-effetti fuq il-kummerċ. Fejn ajruport jinstab fl-istess medda ta' lħuq ta' ajruport ieħor b'kapaċità żejda, il-pjan ta' negozju, ibbażat fuq previżjonijiet tajba tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija, għandu jidentifika l-effett probabbli fuq it-traffiku tal-ajruporti l-oħra li jinsabu f'dik iż-żona ta' lħuq.

(a)   Identifikazzjoni taż-żona ta' kummerċ u tal-ajruporti kompetituri

(624)

Skont il-Belġju, iż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Charleroi tkopri sa sagħtejn bit-triq u tinkludi 15-il miljun persuna li jistgħu jkunu klijenti tal-kumpaniji low cost. Din iż-żona tinkludi lill-Belġju, it-Tramuntana ta' Franza, in-Nofsinhar tal-Pajjiżi l-Baxxi, it-Tramuntana tal-Lussemburgu u l-Punent tal-Ġermanja.

(625)

Qrib Charleroi hemm diversi ajruporti li ż-żoni ta' kummerċ tagħhom jikkoinċidu ma' dik ta' Charleroi: Liège (49 minuta 'l bogħod bit-triq u 78 km 'l bogħod) – madankollu wieħed irid jiċċara li l-ajruport ta' Liège huwa speċjalizzat fil-merkanzija -, Lille (1h12, 121 km) u b'mod speċjali Brussels-National (46 min, 69 km (228)(229).

(626)

Parti kbira miż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Charleroi tikkoinċidi maż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Brussels-National. Iż-żona koinċidenti tinkludi b'mod partikolari r-Reġjun ta' Bruxelles-capitale, l-aktar żona popolata taż-żona koinċidenti b'1,2 miljun abitant. Anki jekk l-ajruport ta' Charleroi huwa aktar imbiegħed minn Brussell mill-ajruport ta' Brussels-National, il-vjaġġ bit-triq miċ-ċentru ta' Brussell lejn Charleroi ma jiħux aktar minn madwar 30 minuta aktar mill-vjaġġ lejn Brussels-National.

Tabella 28

Distanzi u ħinijiet tal-ivvjaġġar bejn iċ-ċentru ta' Brussell u l-ajruporti ta' Charleroi u Brussels-National

Miċ-ċentru ta' Brussell sa…

Charleroi

Brussels National

Distanza

46 km

12 km

Bil-karozza

45 min

16 min

Bix-xarabank

45 min

18 min

Bil-ferrovija

50 min (minn Charleroi Sud)

17 min

Sors: Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar Ryanair / Aer Lingus tas-27 ta' Frar 2013

(b)   Analiżi tad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna

(627)

Id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna jistgħu jseħħu minħabba li:

BSCA tattira lejn Charleroi kumpaniji tal-ajru li dan l-ajruport ma kienx ikun kapaċi jattira mingħajr l-għajnuna u li aktarx kienu jallokaw ir-riżorsi tagħhom (ajruplani, ekwipaġġi) lil ajurporti oħrajn, b'mod partikolari dawk l-aktar viċin bħal Brussels-National;

l-għajnuna tista' taffettwa l-imġiba ta' ċerti passiġġieri, dawk li minħabba l-prijoritajiet tagħhom ta' oriġini u destinazzjoni, jistgħu jagħżlu bejn servizz b'destinazzjoni minn jew lejn Charleroi u servizz b'destinazzjoni minn jew lejn Brussels-National. Fil-fatt, dawn il-passiġġieri aktarx li jkunu attirati mit-tariffi baxxi offruti mill-kumpaniji tal-ajru li joperaw f'Charleroi (tariffi li aktarx kienu jkunu ogħla mingħajr l-għajnuna lil BSCA) għad-detriment tal-kumpaniji li joperaw fi Brussels-National.

(i)   Eżami tas-sostitwibbiltà tal-offerti tas-servizzi tal-ajruporti ta' Charleroi u ta' Brussels-National

(628)

Skont il-Belġju, f'dak li jirrigwarda n-nuqqas jew l-evitar ta' effett ħażin fuq il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha tqiegħed lilha nfisha fid-data tal-għoti tal-finanzjament pubbliku sabiex tivvaluta jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfata. Dejjem skont il-Belġju, l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi ġej mill-ħolqien ta' suq ġdid fuq segment partikolari, jiġifieri l-low cost, li ftit li xejn kien żviluppat fl-ajruport ta' Brussels-National meta ngħatat l-għajnuna. Barra minn hekk, żewġ studji li saru minn esperti indipendenti, Roland Berger International Management Consultant u GTM, kienu stabbilixxew is-saturazzjoni imminenti ta' Brussels-National u n-nuqqas ta' koinċidenza f'termini ta' klijentela bejn iż-żewġ ajruporti. Il-kumpaniji li jiffrekwentaw l-ajruport ta' Brussell dak iż-żmien ma kellhom l-ebda interess fl-ajruport ta' Charleroi filwaqt li Ryanair, l-utent ewlieni tal-ajruport ta' Charleroi, ma kellha ebda pjan dak iż-żmien li tistabbilixxi ruħha f'ajruporti prinċipali. Fis-sena 2000, l-ajruport ta' Charleroi kien qed ibati minn problema kbira ta' immaġni kif kienu juru l-istudji ta' GTM u ta' Roland Berger International Management Consultant. L-infrastruttura kienet skomda, limitata u ftit li xejn iffrekwentata. L-ajruport kien joffri biss rotta regolari u xi titjiriet ċarter fis-sajf. Għaldaqstant, skont il-Belġju, ma jistax jitqies li dak iż-żmien, l-ajruport ta' Charleroi seta' jikkompeti mal-ajruport ta' Brussels-National. Fl-aħħar nett, l-ajruport ta' Brussels-National kien vantaġġjat f'termini ta' infrastrutturi (diversi terminals, diversi runways, eċċ.) u ta' aċċessibbiltà minħabba l-pożizzjoni tiegħu qrib il-kapitali u l-konnessjoni ferrovjarja li Charleroi ma kellux.

(629)

F'dak li jirrigwarda dawn il-kummenti tal-Belġju, il-Kummissjoni tagħmel dawn l-osservazzjonijiet:

anki jekk għall-finjiet tal-analiżi ta' kumpatibbiltà, l-eżami tal-effetti tal-għajnuna f'termini ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni kellu jikkunsidra ż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, jeħtieġ madankollu li wieħed jikkunsidra l-effetti tal-għajnuna fuq żmien qasir u fit-tul, kif setgħu jkunu mbassra fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. Fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, wieħed seta' jbassar li l-għajnuna kienet ser tippermetti lil BSCA toffri tariffi vantaġġjużi għas-servizzi li setgħet toffri speċjalment bis-saħħa tal-investimenti li għamlet SOWAER, minħabba li dawn l-investimenti kabbru l-kapaċità tal-ajruport ta' Charleroi b'mod sostanzjali. F'dan ir-rigward, wieħed jista' jfakkar li l-pjan ta' negozju tal-2002 kien ibassar żieda kbira fit-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi, li kellu jitla' minn 1,2 miljun passiġġier fl-2002 għal kważi tliet miljun passiġġier fl-2010. Għaldaqstant kien ċar meta ngħatat l-għajnuna lil BSCA li l-għajnuna kienet tippermetti lil BSCA tiżviluppa ħafna u li ma setax ikun eskluż li dan l-iżvilupp kien ser ikun parzjalment għad-detriment ta' ajruporti konkorrenti, b'mod partikolari ta' Brussels-National;

il-Belġju jindika li meta saru l-istudji ta' Roland Berger International Management Consultant u GTM, l-ajruport ta' Brussels-National kien wasal f'punt ta' saturazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li meta ngħataw il-miżuri, jiġifieri f'April 2002 u f'April 2003, il-kumpanija tal-ajru Sabena kienet falliet u t-traffiku ta' Brussels National kien diġà ġie affettwat ħafna minn dan il-falliment, billi niżel minn 19,7 miljun passiġġier fl-2001 għal 14,4 miljun passiġġier fl-2002. Għaldaqstant, meta ngħataw il-miżuri, l-ajruport ta' Brussels-National ma kienx wasal f'punt ta' saturazzjoni.

(630)

F'dan li jirrigwarda l-kwistjoni tas-sostitwibbiltà tal-offerti tas-servizzi tal-ajruporti ta' Charleroi u ta' Brussels-National, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ż-żewġ ajruporti mhumiex perfettament sostitwibbli:

minħabba l-bogħod relattiv ta' Charleroi mill-qalba tal-agglomerazzjoni ta' Brussell u l-profil “ low cost ” tiegħu (kemm minħabba l-infrastruttura tiegħu kif ukoll minħabba l-kumpaniji tal-ajru li jużawh u s-servizzi li joffri), l-ajruport ta' Charleroi mhuwiex alternattiva għal dak ta' Brussels-National għal ċerti kategoriji ta' passiġġieri (b'mod partikolari l-vjaġġaturi tan-negozju li l-ħin huwa fattur importanti għalihom);

l-ajruport ta' Charleroi għandu profil ta' ajruport “punt għal punt” riżervat għat-titjiriet qosra, li ma jippermettulux ikun alternattiva valida għal Brussels-National għall-kumpaniji tal-ajru bħal Brussels Airlines li joperaw titjiriet fit-tul u/jew jibbażaw fuq mudell “hub-and-spoke”, li jikkonsisti fit-twassil lejn netwerk li joffri titjiriet fit-tul minn ajruport “hub” ta' passiġġieri fi tranżitu li jkunu nġabu lejn il-hub permezz ta' titjira qasira jew medja.

L-ajruport ta' Brussels-National ma jistax ikun alternattiva kredibbli għall-ajruport ta' Charleroi għal ċerti kategoriji ta' passiġġier li huma sensittivi għall-prezz.

(631)

Xorta waħda jibqa' l-fatt li l-offerti jikkoinċidu xi ftit. Għalkemm huwa minn li l-koinċidenza kienet inqas meta ngħatat l-għajnuna, xorta waħda kienet teżisti diġà. Barra minn hekk, wieħed seta' jbassar li minħabba l-għajnuna, l-offerti taż-żewġ ajruporti kienu ser ikunu aktar f'kompetizzjoni. B'hekk, l-ajruport ta' Charleroi joffri titjiriet li jistgħu jinteressaw parti mill-klijentela tal-ajruport ta' Brussels-National permezz ta' titjiriet qosra u medji. Id-dejta li ġejja turi l-evoluzzjoni tan-numri ta' rotot operati mill-ajruport ta' Charleroi u fosthom, dawk fejn l-ajruport ta' Brussels-National kien joffri servizz lejn l-istess destinazzjoni.

Tabella 29

Rotot li jitilqu mill-ajruport ta' Charleroi u fosthom dawk li għalihom l-istess destinazzjoni hija moqdija mill-ajruport ta' Brussels-National

 

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Numru ta' rotot li jitilqu mill-ajruport ta' Charleroi

7

9

11

17

14

26

33

52

67

84

91

97

102

fosthom rotot li d-destinazzjoni tagħhom hija diġà moqdija mill-ajruport ta' Brussels-National

5

5

7

9

9

16

21

32

38

53

60

63

63

Sors: l-Anness 11 tal-ittra tal-Belġju mibgħuta fis-7 ta' Frar 2014

(632)

Ir-rotot offruti bl-istess mod mill-ajruport ta' Charleroi u mill-ajruport ta' Brussels-National żdiedu ħafna (minn 5 fl-2002 għal 63 fl-2013), u b'hekk joħolqu pressjoni kompetittiva kbira fuq l-ajruport ta' Brussels-National.

(ii)   Eżami tal-effetti tal-għajnuna

(633)

Skont l-operatur tal-ajruport ta' Brussels-National (minn hawn 'il quddiem “BAC”), minħabba l-koinċidenza kbira bejn ir-rotot operati mill-ajruport ta' Charleroi u d-destinazzjonijiet operati mill-ajruport ta' Brussels-National, l-effett tal-għajnuna, li jippermetti lil BSCA toffri lill-kumpaniji tal-ajru tariffi partikolarment attraenti, huwa kbir ħafna fuq l-arjuport ta' Brussels-National. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni hija partikolarment qawwija fuq it-titjiriet qosra, peress li l-imposta għandha impatt relattiv akbar fuq il-prezz tat-titjiriet qosra milli fuq dak tat-titjiriet fit-tul.

(634)

It-Tabella 30 turi l-iżvilupp fin-numru ta' passiġġieri li jivvjaġġaw fuq titjiriet qosra minn u lejn Charleroi u Brussels-National (peress li Brussels-National u Charleroi mhumiex f'kompetizzjoni fuq it-titjiriet fit-tul minħabba li dawn ma jiġux offruti f'Charleroi).

Tabella 30

L-iżvilupp fin-numru ta' passiġġieri (f'miljuni) fuq it-titjiriet qosra minn u lejn Brussels-National (BRU) u minn u lejn Charleroi (CRL)

 

BRU

CRL

BRU+CRL

 

Suq tat-titjiriet qosra (numru ta' passiġġieri f'miljuni)

Żvilupp annwali (%)

Suq tat-titjiriet qosra (numru ta' passiġġieri f'miljuni)

Żvilupp annwali (%)

Suq tat-titjiriet qosra (numru ta' passiġġieri f'miljuni)

Żvilupp annwali (%)

2004

11,8

 

2,0

 

13,8

 

2005

12,2

4

1,9

-5

14,1

2

2006

12,5

3

2,2

16

14,7

4

2007

13,4

8

2,4

9

15,8

7

2008

13,2

-1

2,9

21

16,1

2

2009

11,7

-11

3,9

35

15,6

-3

2010

11,3

-3

5,2

33

16,5

6

2011

12,2

7

5,9

14

18,1

9

2012

12,1

-1

6,5

10

18,6

3

2013

12,4

3

6,8

4

19,2

3

Sors: l-osservazzjonijiet ta' BAC – 8 ta' Mejju 2014.

(635)

It-tabella li tidher fil-premessa 634 turi li filwaqt li fl-2004 it-traffiku f'Charleroi kien jirrappreżenta biss 17 % tat-traffiku ta' Brussels-National fuq is-segment tat-titjiriet qosra, fl-2013 kien jirrappreżenta kważi 55 %. It-tkabbir tal-ajruport ta' Charleroi kien partikolarment qawwi fis-snin 2008 sal-2010, meta fl-istess żmien it-traffiku fuq it-titjiriet qosra kien qed jonqos fi Brussels-National. Dan l-iżvilupp importanti tal-ajruport ta' Charleroi fis-snin 2008 sal-2010 huwa dovut parzjalment għall-ftuħ tat-terminal il-ġdid fl-2008, iffinanzjat minn SOWAER u li għalih f'din id-deċiżjoni ġie stabbilit li BSCA ma ħallsitx prezz tas-suq.

(636)

Skont BAC, din is-sitwazzjoni twassal għal telf li jammonta għal 2,5 miljun passiġġier, jiġifieri telf annwali ta' EUR 50 miljun. BAC tivvaluta li fuq l-erba' milun passiġġier addizzjonali f'Charleroi fl-2011 meta mqabbla mal-2005, huwa probabbli li 1,5 miljun biss huma klijenti ġodda, filwaqt li t-2,5 miljun li jifdal huma passiġġieri li f'ċirkustanzi oħrajn kienu jmorru jew jibqgħu fi Brussels-National.

(iii)   Konklużjoni

(637)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li:

l-ajruporti ta' Charleroi u ta' Brussels-National huma f'kompetizzjoni bejniethom għal ċerti titjiriet minn punt għal punt u medji u għal ċerti utenti;

l-ajruport ta' Brussels-National mhuwiex konġestjonat;

l-għajnuna ppermettiet lil BSCA toffri lill-kumpaniji tal-ajru tariffi partikolarment attraenti għas-servizzi tal-ajruport tagħha. Il-Kummissjoni tqis li mingħajr l-għajnuna, BSCA żgur ma kinitx tkun f'kundizzjoni li tikseb li Ryanair tibbaża għadd kbir ta' titjiriet fl-ajruport ta' Charleroi. L-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi kien akbar minħabba li r-Reġjun iddeċieda li jinvesti b'mod sostanzjali fl-ajruport u b'hekk li jkabbar il-kapaċità tiegħu: l-ajruport għadda għalhekk minn kapaċità teoretika ta' miljun passiġġier qabel l-investimenti magħmula skont il-miżuri tal-2002 u tal-2003 għal kapaċità teoretika ta' tliet miljun passiġġier wara l-investimenti (ta' min jinnota li l-kapaċità attwali hija fil-fatt akbar, kif juru ċ-ċifri tat-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi, meta ġeneralment huwa possibbli li l-kapaċità nominali ta' terminal tinqabeż billi jitnaqqas il-livell ta' kumdità tal-passiġġieri u/jew billi jsiru xi aġġustamenti li ma jinvolvux xi investimenti enormi).

(638)

Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ħolqot distorsjonijiet kbar li kienu ta' ħsara għall-ajruporti f'kompetizzjoni mal-ajruport ta' Charleroi, b'mod speċjali, l-ajruport ta' Brussels-National. Rigward iż-żieda tal-kapital tal-2002, fl-ipoteżi li din hija għajnuna, hija kkontribwiet għal dawn id-distorsjonijiet peress li evitat id-diffikultajiet finanzjarji ta' BSCA u ppermettitilha tkompli tiżviluppa l-ajruport ta' Charleroi. Din il-kontribuzzjoni għad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni madankollu hija żgħira, peress li kien intervent ta' darba, f'ammont limitat meta mqabbel mal-ammonti tal-għajnuna ta' miżuri oħrajn eżaminati hawnhekk, u li barra minn hekk seħħ fil-bidu tal-fażi ta' żvilupp tal-ajruport, meta t-traffiku tiegħu kien għadu żgħir meta mqabbel ma' dak tal-ajruport ta' Brussels-National.

(639)

Il-Kummissjoni tinnota li t-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi kiber b'aktar minn ħames darbiet minn meta ngħatat l-għajnuna (230) (dan it-tkabbir huwa ferm ogħla mit-tkabbir medju tal-ajruporti), filwaqt li t-traffiku fl-ajruport ta' Brussels-National fuq is-segment tat-titjiriet qosra u medji minn punt għal punt staġna mill-2004 'l hawn. Dan jikkonferma a posteriori li parti mit-tkabbir fl-ajruport ta' Charleroi sar bi ħsara għat-tkabbir ta' dak ta' Brussels-National. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-impatt kompetittiv tal-ajruport ta' Charleroi kien partikolarment qawwi mill-2008 minħabba ż-żieda fil-kapaċità tiegħu li setgħet isseħħ permezz tal-investimenti li għamlet SOWAER.

(640)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li mill-bidu tal-2014, l-ajruport ta' Brussels-National qed jilqa' lil Ryanair u qed jiżviluppa fuq is-segment tal-low cost. Kien diġà qed jilqa' lil Vueling. Għaldaqstant il-kompetizzjoni bejn iż-żewġ ajruporti aktarx tkompli tikber fil-futur, peress li ż-żewġ ajruporti jistgħu jattiraw lill-istess kumpaniji tal-ajru u lill-istess segmenti ta' klijentela.

(641)

Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ħolqot distorsjonijiet kbar fil-kompetizzjoni billi taffiet l-ispejjeż operattivi ta' BSCA permezz ta' imposti ta' konċessjoni baxxi aktar min-normal. Dawn id-distorsjonijiet kienu ċertament limitati fl-ewwel snin ta' wara l-għoti tal-miżuri inkwistjoni, jiġifieri fl-2002 u fl-2003, peress li l-investimenti kienu għadhom ma sarux kollha u l-ajruport ta' Charleroi kien għadu qed jirreġistra traffiku limitat, iżda dawn kibru wara u llum għadhom ferm konsiderevoli.

6.3.2.7.    Konklużjoni dwar il-kumpatibbiltà tal-għajnuna lil BSCA fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE

(642)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lil BSCA ikkontribwixxiet għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali, iżda kellha effetti kbar u dejjem jikbru fuq l-ajruporti kompetituri mal-ajruport ta' Charleroi, u b'mod partikolari fuq l-ajruport ta' Brussels-National.

(643)

Il-Kummissjoni tinnota li kieku l-għajnuna ngħatat wara d-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, jiġifieri wara l-4 ta' April 2014, din l-għajnuna ma titqiesx kumpatibbli mas-suq intern. Fil-fatt, il-punt 119 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jipprovdi li “sabiex ikun eliġibbli għal għajnuna għall-ġestjoni, it-traffiku annwali tal-ajruport ma għandux jaqbeż it-tliet (3) miljun passiġġier”.

(644)

Din l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 u l-punt 119 tal-Linji Gwida tal-Avajzzjoni ma japplikax. Madankollu, skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-għajnuna operattiva illegali mogħtija lill-ajruporti waqt li tikkunsidra d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati minn din l-għajnuna (231). Skont il-Kummissjoni, dan ir-rekwiżit jimplika li għandha tiddeċiedi dwar l-għajnuna inkwistjoni fid-dawl, minn naħa, tal-effetti pożittivi tagħha fuq l-objettiv ta' interess ġenerali li ssegwi u, min-naħa l-oħra, tal-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. F'dan il-każ, ġie stabbilit li l-għajnuna kellha effett pożittiv kbir fuq l-iżvilupp ekonomiku ta' Charleroi u tar-reġjun tiegħu, li jista' jkun rikonoxxut bħala objettiv ta' interess ġenerali li jiġġustifika għajnuna operattiva, li madankollu ħolqot effetti negattivi konsiderevoli, u li baqgħu jiżdiedu sakemm saru kbar ħafna.

(645)

Kif jiġri, peress li l-effetti negattivi tal-għajnuna, li għall-bidu kienu limitati, żdiedu kontinwament maż-żmien biex kibru żżejjed, il-Kummissjoni tqis li minn ċerta data, ir-Reġjun-SOWAER kellu jitlob li BSCA tħallas imposta ta' konċessjoni konformi mal-livell li kien jiġi stabbilit meta ngħataw il-miżuri inkwistjoni, fl-2002 u fl-2003, kieku r-Reġjun–SOWAER kien ġab ruħu bħal operatur f'ekonomija tas-suq ma' BSCA billi joffri l-infrastrutturi tiegħu lil BSCA f'perspettiva ta' qligħ. Għalhekk BSCA ibbenefikat minn għajnuna operattiva fil-forma ta' imposta ta' konċessjoni wisq baxxa sad-data inkwistjoni, b'mod tranżitorju, u mhux warajha.

(646)

Il-Kummissjoni tqis finalment li sabiex l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ jitreġġgħu lura għal livell aċċettabli, biex l-għajnuna tkun kumpatibbli mas-suq intern, jeħtieġ li dan l-approċċ jiġi implimentat a posteriori, fil-forma ta' (i) irkupru mingħand BSCA tal-ammonti ta' għajnuna riċevuti mid-data inkwistjoni, u (ii) aġġustament tal-metodu ta' kalkolu tal-imposta tal-konċessjoni għall-perjodu ta' wara l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni u li testendi sal-iskadenza tal-konċessjoni li minnha tibbenefika BSCA, b'mod li matul dan il-perjodu, BSCA tħallas lir-Reġjun/SOWAER imposta ta' konċessjoni konformi mal-livell li kien jiġi ddeterminat meta ngħataw dawn il-miżuri, fl-2002 u fl-2003, kieku r-Reġjun–SOWAER ġab ruħu bħal operatur f'ekonomija tas-suq fil-konfront ta' BSCA.

(647)

Id-data inkwistjoni li tirriżulta mill-ibbilanċjar tal-effetti pożittivi fuq l-iżvilupp ekonomiku lokali u tal-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni, ma tistax tirriżulta biss mill-applikazzjoni ta' metodu ta' analiżi ekonomiku, iżda neċessarjament timplika l-użu tad-diskrezzjoni wiesgħa li għandha l-Kummissjoni rigward il-kumpatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern.

(648)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li d-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, fl-4 ta' April 2014, huwa żvilupp importanti dwar l-appoġġ pubbliku lill-ajruporti peress li skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, minn din id-data, l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu għajnuna operattiva ġdida lill-ajruporti li jkollhom aktar minn tliet miljun passiġġier. L-għan ta' din id-dispożizzjoni huwa b'mod ċar il-limitazzjoni, mill-4 ta' april 2014, tal-effetti negattivi tal-għajnuna operattiva mogħtija lill-ajruporti. Il-Kummissjoni tqis li din id-data tikkostitwixxi wkoll referenza xierqa f'dan il-każ, u li tista' titqies bħala l-mument li minnu BSCA kellha tieqaf tħallas imposta ta' konċessjoni baxxa ħafna skont il-miżuri tal-2002 u tal-2003. Rigward iż-żieda fil-kapital tal-2002, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-premessa 638 u minħabba l-fatt li din il-miżura ngħatat qabel l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni tqis li fl-ipoteżi li din il-miżura hija għajnuna mill-Istat, din l-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq intern.

(649)

B'konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li:

il-miżuri implimentati mill-Belġju favur BSCA taħt il-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni tal-investimenti tal-2003 huma għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE sat-3 ta' April 2014 u għajnuna mill-Istat mhux kumpatibbli mas-suq intern mill-4 ta' April 2014;

jekk hija għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, iż-żieda fil-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER fit-3 ta' Diċembru 2002 hija għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

6.4.   L-applikabbiltà tat-terminu ta' preskrizzjoni għall-għajnuna lil BSCA

(650)

L-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura jipprovdi li l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat huwa soġġett għal terminu ta' preskrizzjoni ta' għaxar snin. Il-perjodu ta' preskrizzjoni jibda dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarju

(651)

Skont il-Belġju, is-sussidju mħallas mir-Reġjun lil BSCA għal ċerti servizzi ta' BSCA relatati mal-attività fl-ajruport igawdi mill-preskrizzjoni prevista mill-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura. Fil-fatt, dan is-sussidju ngħata fid-9 ta' Lulju 1991, skont il-Belġju, id-data tal-iffirmar tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għalih. Skont il-Belġju, minn din id-data, minkejja l-adozzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet neqsin mill-impatt fuq il-prinċipju tal-kumpens obbligatorju mir-Reġjun ta' dawn in-nefqiet, il-ħlas ta' dan is-sussidju huwa responsabbiltà tar-Reġjun. Ċerti servizzi mhux ekonomiċi biss, koperti mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 mhumiex koperti minn din il-preskrizzjoni.

(652)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li kif ġie spjegat fil-premessa 415, il-Kummissjoni tqis li għandha teżamina s-sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport flimkien mal-elementi l-oħrajn tal-ekonomija tal-konċessjoni (id-disponibbiltà tal-infrastrutturi u l-imposta ta' konċessjoni).

(653)

Jekk wieħed kellu jissupponi li s-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport jista' jkun eżaminat irrispettivament mill-Ftehim bejn SOWAER u BSCA, il-Kummissjoni tirrifjuta madankollu l-analiżi li l-miżura li tagħti dan is-sussidju ma ġietx mibdula b'mod sostanzjali. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tqis li kull waħda mit-tliet emendi li ġejjin bidlet il-miżura b'mod sostanzjali:

6.4.1.   Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002

(654)

Il-Kummissjoni tosserva li skont l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tad-9 ta' Lulju 1991, kien biss għal żmien qasir li r-Reġjun kien ser jidħol responsabbli għall-ispejjeż tas-servizzi tat-tifi tan-nar u ta' manutenzjoni.

(655)

Dan il-perjodu tranżitorju ġie estiż sal-1 ta' Jannar 2000 skont il-Ftehim Supplimentari Nru 2 għall-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim.

(656)

Għas-snin 2000 u 2001, ir-Reġjun tal-Vallonja ħallas sussidji għall-ispejjeż “nirien u manutenzjoni” lil BSCA fuq bażijiet legali separati mill-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA (232), bl-atti inkwistjoni jimpenjaw lir-Reġjun vis-à-vis BSCA biss sas-snin 2000 u 2001.

(657)

F'dak li jirrigwarda s-sena 2002, il-Belġju jargumenta li għalkemm minn dejjem kien previst mir-Reġjun li jkompli jagħti kumpens għal dawn l-ispejjeż, il-ħolqien ta' SOWAER u l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku ġdid ikkawżaw dewmien fil-formalizzazzjoni tal-estensjoni ta' dan il-kumpens. Skont il-Belġju, iż-żamma ta' din ir-responsabbiltà kienet ikkonfermata permezz ta' ittra tal-5 ta' Lulju 2001 indirizzata minn BSCA lill-amministrazzjoni tat-trasport u t-tagħmir tal-Vallonja li kienet tinkludi dettalji ġenerali tal-baġit 2002 ta' BSCA relatati mal-ispejjeż għal dawn is-servizzi, wara konverżazzjoni telefonika li permezz tagħha, skont il-Belġju, ir-Reġjun ikkonferma li kien ser jidħol responsabbli għal dawn is-servizzi għall-2002.

(658)

Kif spjegat fil-premessi 71 u 72, il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim ta' Konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u jipprovdi li r-Reġjun tal-Vallonja jħallas lura n-nefqa (spejjeż u investimenti) inerenti għas-servizzi ta' kontra t-tifi tan-nar u l-manutenzjoni. Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 jemenda wkoll l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet u jipprovdi li l-konċessjonarju għandu jippreżenta lill-awtorità ta' konċessjoni l-baġit relatat mal-intestaturi tat-tifi tan-nar u tal-manutenzjoni u li jżomm rapport tal-introjtu separat li jkun jista' jiġi analizzat u kkontrollat fi kwalunkwe mument mill-awtorità ta' konċessjoni.

(659)

Il-Kummissjoni tqis li l-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim ta' konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jaffettwa sostanzjalment il-miżura. Fil-fatt, il-Ftehim Supplimentari Nru 3 jistabbilixxi impenn bil-miktub tar-Reġjun li jidħol responsabbli għall-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u ta' manutenzjoni, meta ma kienx hemm aktar impenn bil-miktub mir-Reġjun applikabbli għall-ammonti impenjati minn BSCA mill-1 ta' Jannar 2002.

(660)

Barra minn hekk, il-Ftehim Supplimentari Nru 3 jemenda l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u jipprovdi li r-Reġjun tal-Vallonja jħallas lura n-nefqa (spejjeż u investimenti) inerenti għas-servizzi ta' kontra t-tifi tan-nar u l-manutenzjoni. Jemenda wkoll l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet u jipprovdi li l-konċessjonarju għandu jippreżenta lill-awtorità ta' konċessjoni l-baġit relatat mal-intestaturi tat-tifi tan-nar u tal-manutenzjoni u li jżomm rapport tal-introjtu separat li jkun jista' jiġi analizzat u kkontrollat fi kwalunkwe mument mill-awtorità ta' konċessjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Ftehim Supplimentari Nru 3 jipprovdi li f'dan il-kont ta' ġenerazzjoni tal-introjtu jiġu inklużi l-ispejjez tal-investimenti u/jew l-ispejjeż ta' amortizzazzjoni tal-investimenti, li ma kienx il-każ qabel.

(661)

Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li s-sussidju mħallas mir-Reġjun lil BSCA għal ċerti servizzi ta' BSCA relatati mal-attività tal-ajruport ġie introdott, jew fi kwalunkwe każ mibdul sostanzjalment, permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.

6.4.2.   Il-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006

(662)

Permezz tad-dispożizzjonijiet li ġejjin, il-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006 emenda sostanzjalment il-Ftehim Supplimentari Nru 3:

skont l-Artikolu 3.2.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA kif emendat permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 5, ir-Reġjun jikkumpensa n-nefqiet imġarrba minn BSCA għas-“ servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien, mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport ”, meta qabel, ir-Reġjun kien jikkumpensa n-nefqiet imġarrba minn BSCA għas-servizzi “manutenzjoni u nirien”. Skont il-Belġju, din il-formulazzjoni l-ġdida kellha l-għan li tiddefinixxi b'mod aktar preċiż l-ispejjeż imħallsa mir-Reġjun tal-Vallonja, iżda ma kinitx taffettwa b'mod sostanzjali l-perimetru tas-servizzi mħallsa. Il-Kummissjoni tosserva madankollu li anki jekk wieħed jinjora t-tibdil tal-kliem tas-servizzi li għalihom BSCA tirċievi kumpens, id-dettalji tan-nefqiet imħallsa skont l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet kif emendati permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 jvarjaw peress li jinkludu ċerti nefqiet li ma kinux jissemmew qabel, jiġifieri, “ is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport li tinkludi l-manuntenzjoni ta' kuljum tas-sit tal-ajruport, (…), ix-xogħlijiet żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni ta' kuljum u ta' tiswija tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni operattiva tad-dawl u tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' qtugħ ta' ħaxix, it-tindif tal-gomma minn fuq ir-runway u l-immarkar tagħha, it-tindif mill-borra u kwalunkwe servizz ieħor li jiggarantixxi s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, fis-sit tal-ajruport u tal-infrastrutturi minbarra l-ħwienet taż-żona tal-ajruport

is-sussidju huwa limitat, meta qabel ma kienx; il-limitu massimu jirriżulta li japplika mill-ewwel dħul fis-seħħ tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 u għaldaqstant għandu impatt fuq l-ammont tas-sussidju mħallas mir-Reġjun lil BSCA mill-ewwel sena;

l-ammont tas-sussidju jrid jiġi rivedut qabel Lulju 2009 (233).

(663)

Fuq il-bażi ta' dawn id-diversi elementi, il-Kummissjoni tqis li l-miżura ġiet affettwata b'mod sostanzjali bl-adozzjoni tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.

6.4.3.   Il-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008

(664)

Il-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008 emenda b'mod sostanzjali l-Ftehim Supplimentari Nru 5 billi estenda sew il-perimetru tas-servizzi li għalihom ir-Reġjun iħallas sussidju lil BSCA, peress li minn issa 'l quddiem dawn is-servizzi jinkludu l-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet ipproġettati, l-iggwidar tal-ajruplani u s-sigurtà. Madankollu, kif diġà ġie spjegat fit-Taqsima 6.1.1, il-Kummissjoni tqis li dawn is-servizzi, bl-eċċezzjoni tas-servizzi ta' sigurtà, huma servizzi ekonomiċi.

6.4.4.   Konklużjoni

(665)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sussidju mħallas mir-Reġjun lil BSCA għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport ma tistax titqies bħala miżura li daħlet fis-seħħ b'mod kontinwu u li ma saritilha ebda emenda sostanzjali mill-1991. Il-ħlas ta' dan is-sussidju huwa bbażat fuq diversi miżuri ġodda applikabbli suċċessivament. Dawk eżaminati f'din id-deċiżjoni huma: (a) il-Ftehim Supplimentari Nru 3 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tad-29 ta' Marzu 2002, (b) il-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006 u (c) il-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008.

(666)

Il-miżuri (a) sa (c) ma jistgħux jibbenefikaw mill-preskrizzjoni ta' għaxar snin peress li għaddew inqas minn għaxar snin minn meta ngħataw u l-20 ta' April 2011, data li fiha l-Kummissjoni bagħtet l-ewwel talba tagħha għall-informazzjoni lill-Belġju dwar l-għajnuna favur BSCA. Madankollu, kif spjegat fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura, kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, b'rigward għall-għajnuna illegali għandha tinterrompi l-perjodu ta' preskrizzjoni. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li l-preskizzjoni prevista mill-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura mhijiex applikabbli għall-għajnuna favur BSCA eżaminata f'din id-deċiżjoni.

6.5.   L-applikabbiltà tal-prinċipju ta' aspettattiva leġittima għas-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività fl-ajruport

(667)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jipprovdi li “il-Kummissjoni ma għandhiex teħtieġ fl-irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità”. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ma tistax titlob l-irkupru tal-għajnuna li, għalkemm mogħtija fil-perjodu ta' għaxar snin definit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta' proċedura, hija koperta mill-eżistenza ta' aspettattiva leġittima – tal-benefiċjarju – li tirriżulta minn atti jew pożizzjonijiet meħudin mill-Kummissjoni fil-passat.

(668)

Kif indikat fit-Taqsima 5.4 ta' din id-deċiżjoni, il-Belġju jsostni li rkupru li jirrigwarda s-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività fl-ajruport imur kontra l-prinċipju tal-aspettattiva leġittima.

(669)

Madankollu l-Qorti stabbilixxiet li l-benefiċjarju ta' għajnuna illegali ġeneralment ma jistax jinvoka l-aspettattiva leġittima (234). Fil-fatt, il-benefiċjarju suppost għandu jivverifika li l-għajnuna li ngħatatlu ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u ngħatat l-approvazzjoni tagħha. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-għajnuna lil BSCA ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni.

6.5.1.   Nuqqas ta' assigurazzjonijiet preċiżi

(670)

Barra minn hekk, kif spjegat mill-Qorti tal-Ġustizzja (235), ħadd ma jista' jinvoka ksur tal-prinċipju tal-aspettattiva leġittima “fin-nuqqas ta' assigurazzjonijiet preċiżi li tkun tagħtu l-amministrazzjoni (…)”

(671)

Il-Belġju jsostni li minħabba n-nuqqas ta' aċċenn ta' ilment mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tal-2004, BSCA ibbenefikat minn assigurazzjonijiet preċiżi li s-sussidju ma setax ikun għajnuna mill-Istat. Il-Belġju jibbaża l-aktar fuq il-premessa 214 tad-deċiżjoni tal-2004, fejn il-Kummissjoni tindika li hija “ma tikkontestax il-possibbiltà leġittima tal-awtoritajiet tal-Vallonja li jkomplu jħallsu l-ispejjeż ta' manutenzjoni-nirien”. Huwa jindika li din l-aspettattiva leġittima kienet imsaħħa mill-prattika tad-deċiżjonijiet stabbilita tal-Kummissjoni dwar id-distinzjoni bejn l-attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi kif imtenni fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle.

(672)

Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta' ilment dwar l-għajnuna lil BSCA fid-deċiżjoni tagħha tal-2004 ma tistax tkun “assigurazzjoni preċiża”. Il-Kummissjoni tfakkar li la d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002, u lanqas id-deċiżjoni finali tal-2004 ma kienu jirrigwardaw miżuri favur BSCA. F'dak li jirrigwarda l-premessa 214 tad-deċiżjoni tal-2004, il-Kummissjoni tenfasizza li din il-premessa għandha tinqara fil-kuntest tagħha. Jidher fl-imsemmi kuntest li l-premessa inkwistjoni ma tistax tinftiehem bħala approvazzjoni tal-miżura fir-rigward tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda biss bħala spjegazzjoni tar-raġunament li mhijiex il-konformità ta' din il-miżura mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li qiegħda teżamina l-Kummissjoni, iżda l-ikkunsidrar tal-inċertezza dwar ir-responsabbiltà finanzjarja tar-Reġjun għal ċerti servizzi fil-pjan ta' negozju ta' BSCA, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq għall-kuntratti tal-2001.

(673)

Kif spjegat fil-premessi 397 sa 399 ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkontesta li wieħed jista' jiddeduċi mill-premessi 182 u 183 tad-deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle li l-Kummissjoni qieset fil-passat li kompiti simili għall-manutenzjoni u s-sikurezza tat-traffiku, kif definiti fil-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, jaqgħu taħt il-prerogattivi tal-awtorità pubblika.

6.5.2.   Prevedibbiltà tal-bidla fl-imġiba

(674)

Kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja (236), “meta operatur ekonomiku prudenti u informat ikun f'pożizzjoni fejn jista' jipprevedi l-adozzjoni ta' miżura Komunitarja ta' natura tali li tolqot l-interessi tiegħu, dan l-operatur ma jkunx jista' jinvoka l-benefiċċju ta' dan il-prinċipju meta tiġi adottata din il-miżura (237).”

(675)

Skont il-Belġju, ebda element ma kien jippermetti li BSCA taħseb li l-Kummissjoni kienet ser terġa' teżamina fl-2012 miżura li fuqha ma kienet qajmet ebda riżerva fl-2004, u li l-Qorti Ġenerali ma ddubitatx fuqha fl-2008.

(676)

Il-Kummissjoni tiċħad li ħadet pożizzjoni fir-rigward tal-miżuri favur BSCA meta adottat id-deċiżjoni tal-2004. Għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-2012 mhijiex bidla fl-imġiba tagħha.

(677)

Il-Kummissjoni tiċħad ukoll li din id-deċiżjoni hija bidla fil-prattika tad-deċiżjonijiet tagħha dwar id-distinzjoni bejn attivitajiet ekonomiċi u dawk li mhumiex. F'dak li jirrigwarda d-deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle imsemmija mill-Belġju biex juri l-allegat tibdil fl-imġiba tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tiċħad li jista' jiġi dedott minn din id-deċiżjoni li l-Kummissjoni qieset fil-passat li kompiti simili għall-manutenzjoni/is-sikurezza tat-traffiku jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-awtorità pubblika (ara l-premessi 397 sa 399).

(678)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-irkupru tal-għajnuna illegali u inkumpatibbli mogħtija lil BSCA mhuwiex kuntrarju għall-prinċipju ta' aspettattiva leġittima.

7.   KONKLUŻJONI U KWANTIFIKAZZJONI TAL-GĦAJNUNA LI GĦANDHA TIĠI RKUPRATA MINGĦAND BSCA

7.1.   Għajnuna implimentata b'mod illegali għall-benefiċċju ta' BSCA

(679)

Il-Kummissjoni tinnota li bl-adozzjoni tal-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni tal-investiment tal-2003, il-Belġju implimenta b'mod illegali għajnuna għall-benefiċċju ta' BSCA bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Din l-għajnuna tikkonsisti fid-differenza bejn l-imposta li operatur f'ekonomija tas-suq kien jitkob (minn hawn 'il quddiem “l-imposta konformi mal-prezz tas-suq”) u l-imposti effettivament imħallsa minn BSCA lir-Reġjun-SOWAER.

(680)

L-imposta konformi mal-prezz tas-suq hija l-imposta li kien missha ħallset BSCA b'mod li kull waħda miż-żewġ miżuri (il-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni tal-investimenti tal-2003) ikollha valur preżenti nett żero għar-Reġjun-SOWAER. Il-Kummissjoni ddeterminat l-imposti konformi mal-prezz tas-suq skont ir-raġunament spjegat fit-Taqsima 6.1.2.2, li ppermetta li jiġi stabbilit li l-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni tal-investimenti tal-2003 kienu ħolqu imposta ta' konċessjoni aktar baxxa minn dik li kien jitlob operatur f'ekonomija tas-suq iggwidat minn prospetti ta' qligħ.

(681)

Il-Kummissjoni qieset li operatur prudenti ma kienx jeżiġi li, mill-iffirmar tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, BSCA tħallas imposta li tirrifletti l-investimenti li SOWAER intrabtet li twettaq skont dan il-Ftehim, meta l-investimenti ma kinux saru u BSCA ma kellhiex dħul mistenni minn dawn l-investimenti. Fil-fatt, operatur prudenti kien jaċċetta li l-imposta tiżdied biss meta l-investimenti l-ġodda jkunu jistgħu jintużaw mill-operatur. Inkella, l-operatur jaqa' fir-riskju li jkollu diffikultajiet ta' flus matul is-snin li fihom ikun għadu ma jistax jagħmel dħul operattiv mill-infrastruttura l-ġdida. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Ftehim ta' sottokonċessjoni bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kien jipprovdi żieda fl-imposta ta' konċessjoni fl-2007, jiġifieri sentejn wara li kien ippjanat li jibda jopera t-terminal il-ġdid (2005). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li operatur prudenti kien jaċċetta li BSCA tħallas l-imposta stabbilita mill-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 sa sentejn wara tmiem is-sena li jibda jopera t-terminal il-ġdid (jiġfieri fl-2007), iżda kien jeżiġi li BSCA tħallas imposta konformi mal-prezz tas-suq wara din id-data, jiġifieri imposta li tippermetti lill-entità Reġjun-SOWAER tikseb valur preżenti nett żero fuq il-perjodu kollu.

(682)

It-Tabella tippreżenta:

 

(a) l-imposti ta' konċessjoni varjabbli mistennija minn BSCA skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ meta ngħatat il-miżura tal-2002 (238);

 

(b) l-imposta ta' konċessjoni addizzjonali, maħsuba bħala ammont fiss annwali indiċjat b'rata ta' 2 % fis-sena li jirrifletti l-inflazzjoni (239), li kellha tħallas BSCA mill-2007 biex l-imposti ta' konċessjoni dovuti minn BSCA jikkorrispondu għall-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq bħala korrispettiv tal-Ftehimiet tal-2002 (240);

 

(c) l-imposta ta' konċessjoni addizzjonali, maħsuba bħala ammont fiss annwali indiċjat b'rata ta' 2 % fis-sena li jirrifletti l-inflazzjoni, li kellha tħallas BSCA mill-2008 biex l-imposti ta' konċessjoni dovuti minn BSCA jikkorrispondu għall-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq bħala korrispettiv għad-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 (241);

 

(a + b + c) jirrappreżentaw l-imposti ta' konċessjoni mistennija fil-prezz tas-suq: il-valuri tagħhom huma tali li l-valur preżenti nett tal-Ftehimiet tal-2002 u tad-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 huwa żero.

Tabella 31

Imposti ta' konċessjoni antiċipati konformi mal-prezz tas-suq

(EUR)

 

(a) Imposti ta' konċessjoni mistennija minn BSCA meta ngħatat il-miżura tal-2002

(b) Imposti ta' konċessjoni li għandhom jiżdiedu ma' (a) b'mod li l-VPN tal-miżura tal-2002 ikun ugwali għal 0

(c) Imposti ta' konċessjoni li għandhom jiżdiedu b'mod li l-VPN tad-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 ikun ugwali għal 0

(a + b + c) Imposti ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq

2002

883 689

0

0

883 689

2003

901 363

0

0

901 363

2004

919 390

0

0

919 390

2005

937 778

0

0

937 778

2006

956 533

0

0

956 533

2007

2 651 067

8 301 157

0

10 952 224

2008

2 704 088

8 467 180

2 391 141

13 562 409

2009

2 758 170

8 636 524

2 438 964

13 833 658

2010

2 813 334

8 809 254

2 487 743

14 110 331

2011

2 869 600

8 985 440

2 537 498

14 392 538

2012

2 926 992

9 165 148

2 588 248

14 680 388

2013

2 985 532

9 348 451

2 640 013

14 973 996

2014

3 045 243

9 535 420

2 692 814

15 273 477

2015

3 106 148

9 726 129

2 746 670

15 578 947

(683)

Peress li x-xogħol waqa' lura u t-terminal beda jopera biss fl-2007, il-Kummissjoni tqis li BSCA kellha tħallas imposta konformi mal-prezz tas-suq minn tmiem l-2009, jiġifieri mill-1 ta' Jannar 2010. Il-Kummissjoni qieset li d-dewmien ta' sentejn tax-xogħlijiet kellu jkun kopert mir-Reġjun u SOWAER, u mhux minn BSCA, peress li dawn l-entitajiet kienu responsabbli mit-twettiq tal-investimenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li BSCA kellha tħallas imposta ta' konċessjoni konfirmi mas-suq fl-aħħar tal-2009 biss, mingħajr ma din l-imposta ta' konċessjoni tiżdied minn meta kieku kellha titħallas fl-aħħar tal-2007 kif previst skont il-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA.

(684)

Huma l-imposti varjabbli effettivament dovuti minn BSCA (li magħhom għandhom jiżdiedu l-imposti (b) u (c) ippreżentati fit-Tabella 31) li għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġu ddeterminati l-imposti ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq li kellha tħallas BSCA u li għandha tħallas fil-futur. Jirriżulta li anki jekk it-traffiku kien ferm ogħla minn dak li kien previst fl-2002, l-imposti effettivament dovuti (ippreżentati fil-kolonna (a) tat-Tabella 32) jikkorrispondu għall-imposti ta' konċessjoni varjabbli mistennija (ippreżentati fil-kolonna (a) tat-Tabella 31) minħabba l-iffissar ta' limitu tal-imposta ta' konċessjoni varjabbli previst sa mill-2002.

(685)

It-Tabella 32 tippreżenta l-elementi li jiffurmaw l-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq:

Tabella 32

Imposti ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq b'kunsiderazzjoni tad-dewmien fix-xogħlijiet  (242)

(EUR)

 

(a)Imposti ta' konċessjoni mistennija minn BSCA meta ngħatat il-miżura tal-2002

(b) Imposti ta' konċessjoni li għandhom jiżdiedu ma' (a) b'mod li l-VPN tal-miżura tal-2002 ikun ugwali għal 0

(c) Imposti ta' konċessjoni li għandhom jiżdiedu b'mod li l-VPN tad-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 ikun ugwali għal 0

(a + b + c) Imposti ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq

2002

883 689

0

0

883 689

2003

901 363

0

0

901 363

2004

919 390

0

0

919 390

2005

937 778

0

0

937 778

2006

956 533

0

0

956 533

2007

2 651 067

0

0

2 651 067

2008

2 704 088

0

0

2 704 088

2009

2 758 170

0

0

2 758 170

2010

2 813 334

8 809 254

2 487 743

14 110 331

2011

2 869 600

8 985 440

2 537 498

14 392 538

2012

2 926 992

9 165 148

2 588 248

14 680 388

2013

2 985 532

9 348 451

2 640 013

14 973 996

2014

3 045 243

9 535 420

2 692 814

15 273 477

2015

3 106 148

9 726 129

2 746 670

15 578 947

(686)

B'mod aktar ġenerali, wara l-2013, pereżempju għas-sena (2013 + n), l-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq tammonta għal: (a) + (9 348 451 + 2 640 013) × (1,02)n, jiġifieri (a) + 11 988 464 × (1,02)n,, fejn (a) hija s-sehem varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni dovuta minn BSCA għas-sena (2013 + n). Kif spjegat fl-aħħar tal-premessa 685, għas-snin 2014 u 2015, is-sehem (a) probabbilment ikun limitat. F'dawn il-kalkoli ta' valur preżenti nett u ta' imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq għall-miżuri tal-2002 u tal-2003, il-Kummissjoni assumiet nuqqas ta' limitu massimu wara l-2015. Mill-2016, is-sehem (a) tal-imposta konformi ikun għalhekk ugwali għal 35 % tad-dħul mill-ajrunawtika.

(687)

Fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet u l-metodi deskritti hawn fuq u fl-ipoteżi li l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tibqa' l-istess, il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba l-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003, BSCA irċeviet u ser tkompli tirċievi sal-31 ta' Diċembru 2015 l-ammonti ta' għajnuna (minbarra l-imgħaxijiet) li jikkorrispondu għat-total tal-kolonni (b) u (c) tat-Tabella 32. Dawn l-ammonti ta' għajnuna huma indikati fit-tabella li ġejja:

Tabella 33

Ammonti ta' għajnuna riċevuti minn BSCA sal-31 ta' Diċembru 2015 - minbarra l-imgħaxijiet- fl-ipoteżi li l-imposta ta' konċessjoni ta' BSCA tibqa' l-istess sal-31 ta' Diċembru 2015

(EUR)

 

Għajnuna relatata mal-miżura tal-2002 (minbarra imgħaxijiet)

Għajnuna relatata mal-miżura tal-2003 (minbarra imgħaxijiet)

Għajnuna totali (minbarra imgħaxijiet)

2002

0

0

0

2003

0

0

0

2004

0

0

0

2005

0

0

0

2006

0

0

0

2007

0

0

0

2008

0

0

0

2009

0

0

0

2010

8 809 254

2 487 743

11 296 997

2011

8 985 440

2 537 498

11 522 938

2012

9 165 148

2 588 248

11 753 396

2013

9 348 451

2 640 013

11 988 464

2014

9 535 420

2 692 814

12 228 234

2015

9 726 129

2 746 670

12 472 799

Ammont totali

55 569 842

15 692 986

71 262 828

(688)

Fl-1 ta' Ottubru 2014, id-data ta' din id-deċiżjoni, permezz tal-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003, BSCA irċeviet l-ammonti ta' għajnuna li ġejjin (243) (minbarra l-imgħaxijiet):

Tabella 34

Ammonti li rċeviet BSCA sat-30 ta' Settembru 2014 - minbarra l-imgħaxijiet

(EUR)

 

Għajnuna relatata mal-miżura tal-2002 (minbarra imgħaxijiet) riċevuta fit-30 ta' Settembru 2014

Għajnuna relatata mal-miżura tal-2003 (minbarra imgħaxijiet) riċevuta fit-30 ta' Settembru 2014

Total tal-għajnuna (minbarra imgħaxijiet) riċevuta fit-30 ta' Settembru 2014

2002

0

0

0

2003

0

0

0

2004

0

0

0

2005

0

0

0

2006

0

0

0

2007

0

0

0

2008

0

0

0

2009

0

0

0

2010

8 809 254

2 487 743

11 296 997

2011

8 985 440

2 537 498

11 522 938

2012

9 165 148

2 588 248

11 753 396

2013

9 348 451

2 640 013

11 988 464

30.9.2014

7 131 972

2 014 077

9 146 049

Ammont totali

43 440 265

12 267 579

55 707 844

7.2.   Għajnuna li għandha tiġi rkuprata

(689)

Minħabba l-konklużjonijiet tat-Taqsima 6.3.2 dwar il-komptabbiltà tal-għajnuna lil BSCA, id-differenza bejn l-imposta konformi mal-prezz tas-suq ikkalkulata skont il-metodi deskritti fil-premessi 680 sa 683 u l-imposta mħallsa minn BSCA mill-4 ta' April 2014 biss hija għajnuna li trid tiġi rkuprata.

(690)

Peress li l-perjodu bejn l-4 ta' April u l-1 ta' Ottubru 2014 jinkludi180 jum, l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata (minbarra l-imgħaxijiet) fid-data tal-1 ta' Ottubru 2014 tammonta għal (180/365) × EUR 12 228 234, jiġifieri EUR 6 030 362.

(691)

Barra minn hekk, sakemm l-imposta ta' konċessjoni dovuta minn BSCA ma tinġiebx fil-livell tal-imposta konformi mal-prezz tas-suq, BSCA ser tkompli tirċievi għajnuna illegali u inkumpatibbli, li tkun trid tiġi rkuprata.

(692)

F'każ li jkun mis-sena 2014 li l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tinġieb fil-livell tal-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq indikata fit-Tabella 32, l-ammont tal-għajnuna li jrid jiġi rkuprat –minbarra l-imgħax- ikun ikkalkulat skont din il-formula:

Jekk N ikun in-numru ta' jiem inklużi bejn l-4 ta' April 2014 u d-data li fiha l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tinġieb għal-livell tal-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq,

L-ammont tal-għajnuna li għandu jiġi rkuprat (minbarra l-imgħaxijiet) = (N/365) × ammont tal-għajnuna għall-2014

= (N/365) × EUR 12 228 234

(693)

F'każ li jkun mis-sena 2015 li l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tinġieb fil-livell tal-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq indikata fit-Tabella 32, l-ammont tal-għajnuna li jrid jiġi rkuprat –minbarra l-imgħax- ikun ikkalkulat skont din il-formula:

Jekk N ikun in-numru ta' jiem inklużi bejn l-1 ta' Jannar 2015 u d-data li fiha l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tinġieb għal-livell tal-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq;

L-ammont tal-għajnuna li għandu jiġi rkuprat (minbarra l-imgħaxijiet)

= ammont tal-għajnuna li għandu jiġi rkuprat għas-sena 2014 (minbarra l-imgħaxijiet) + Ammont tal-għajnuna li għandu jiġi rkuprat għas-sena 2015 (minbarra l-imgħaxijiet)

= ((numru ta' jiem mill-4 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2014)/365) × ammont tal-għajnuna għall-2014 + (N′/365) × ammont tal-għajnuna għall-2015

= (272/365) × 12 228 234 + (N′/365) × 12 472 799

= 9 112 547 + N′ × EUR 34 172

(694)

L-awtoritajiet Belġjani għandhom jirkupraw l-ammont ikkalkulat skont il-formuli msemmija fil-premessi 692 u 693 fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika ta' din id-deċiżjoni.

(695)

L-awtoritajiet Belġjanigħandhom ukoll iżidu mal-ammont li jrid jiġi rkuprat l-imgħaxijiet tal-irkupru, ikkalkolati mid-data li fiha l-għajnuna inkwistjoni tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-impriżi, jiġifieri f'kull data effettiva ta' għoti tal-għajnuna sal-irkupru effettiv tagħhom (244), skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (245). Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-data tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-għajnuna tikkorrispondi għad-dati tal-ħlas tal-imposti taħt il-prezz tas-suq kif stabbiliti mill-Ftehimiet fis-seħħ bejn SOWAER u BSCA meta sar il-ħlas inkwistjoni.

(696)

Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-irkupru ta' kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat mogħtija lil BSCA li mhijiex koperta minn din id-deċiżjoni.

(697)

Permezz tal-ittra tas-7 ta' Mejju 2014, il-Belġju aċċetta li fil-kuntest ta' din il-kawża, minħabba l-impenn li ħadu s-servizzi tal-Kummissjoni li jipprovdulu malajr kemm jista' jkun traduzzjoni tad-deċiżjoni fil-lingwa Olandiża, il-Kummissjoni tista', bħala eċċezzjoni, tinnotifikalu d-deċiżjoni fil-lingwa Franċiża skont l-Artikolu 297 tat-TFUE. Il-Belġju aċċetta li l-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika u li d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ bin-notifika tagħha fil-lingwa Franċiża.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-miżuri favur Ryanair Ltd (minn hawn 'il quddiem “Ryanair”), jiġifieri l-impenn tas-6 ta' Novembru 2001 tal-gvern tal-Vallonja lejn Ryanair, il-kuntratt tat-2 ta' Diċembru 2001 bejn BSCA u Ryanair, il-Ftehim tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar Promocy, il-kuntratt tal-31 ta' Jannar 2002 bejn Promocy u Leading Verge, id-digriet ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004, l-ittra tal-24 ta' Ġunju 2004 ta' BSCA lil Ryanair, il-ftehim kummerċjali tad-9 ta' Diċembru 2005 bejn BSCA u Ryanair, il-ftehim supplimentari tas-6 ta' Diċembru 2010 għall-kuntratt bejn BSCA u Ryanair u l-bejgħ tal-ishma ta' BSCA fi Promocy fil-31 ta' Marzu 2010, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat favur Ryanair Ltd skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-miżuri favur Brussels South Charleroi Airport (minn hawn 'il quddiem “BSCA”) maħluqa mill-Ftehim bejn Société wallonne des aéroports (minn hawn 'il quddiem “SOWAER”) u BSCA tal-4 ta' April 2006, il-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006 u l-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat favur BSCA skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

1.   Il-miżuri implimentati b'mod illegali mill-Belġju, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, favur BSCA taħt il-Ftehim ta' sottokonċessjoni tal-15 ta' April 2002 bejn SOWAER u BSCA u l-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA, kif ukoll taħt id-deċiżjoni ta' investiment tar-Reġjun tal-Vallonja tat-3 ta' April 2003, jikkostitwixx, sat-3 ta' April 2014, għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Jekk nassumu li tikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iż-żieda fil-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER fit-3 ta' Diċembru 2002 hija għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Il-miżuri implimentati b'mod illegali mill-Belġju, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, favur BSCA taħt il-Ftehim ta' sottokonċessjoni tal-15 ta' April 2002 bejn SOWAER u BSCA u l-Ftehim Supplimentari Nru 1 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA, kif ukoll taħt id-deċiżjoni ta' investiment tar-Reġjun tal-Vallonja tat-3 ta' April 2003, jikkostitwixxu, wara l-4 ta' April 2014, għajnuna mill-Istat inkumpatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(1) tal-imsemmi Trattat.

Artikolu 4

1.   Il-Belġju huwa obbligat li jtemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 billi jġib l-imposta ta' konċessjoni dovuta minn BSCA tal-inqas fil-livell ta' imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq u billi jirkupra mingħand il-benefiċjarju l-ammonti ta' għajnuna riċevuti taħt il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, mill-4 ta' April 2014.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jagħtu lok għal imgħaxijiet mid-data li fiha l-għajnuniet tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sakemm jiġu effettivament irkuprati.

3.   L-imgħax għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' imgħax kompost skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

4.   Il-Belġju għandu jikkanċella l-ħlasijiet pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 b'seħħ mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Il-Belġju għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 6

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Belġju għandu jinnotifika l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

id-dati li fihom BSCA ħallset l-imposti ta' konċessjoni taħt is-sena 2014 u l-kalkolu tal-imgħaxijiet tal-irkupru;

(b)

deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma previsti biex tintlaħaq konformità ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

2.   Il-Belġju għandu jżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 3. Huwa għandu jissottometti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex jikkonforma ma' din id-deċiżjoni. Għandu jipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata li tikkonċerna l-ammonti ta' għajnuna u imgħax li jkunu diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarju.

Artikolu 7

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament tat-Trattat dwar il-KE. It-TFUE introduċa wkoll ċertu tibdil fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b' “Unjoni”, ta' “suq komuni” b' “suq intern” u ta' “Qorti tal-Prim'Istanza” b' “Qorti Ġenerali”. F'din id-Deċiżjoni ntużat it-terminoloġija tat-TFUE.

(2)   ĠU C 248, 17.8.2012, p. 1.

(3)  SG (2002) D/233141.

(4)   ĠU C 18, 25.1.2003, p. 3.

(5)   ĠU L 137, 30.4.2004, p. 1.

(6)  Sentenza tas-17 ta' Diċembru 2008, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-196/04, Ġabra 2008, paġna II – 03646, EU:T:2008:585.

(7)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.

(8)   ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3.

(9)  Nota tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014.

(10)  l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.

(11)  Taħt l-Artikolu 12 tal-ispeċifikazzjonijiet, is-servizz tat-tifi tan-nar huwa definit b'referenza għall-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili.

(12)  Skont l-Artikoli 12 u 19 tal-ispeċifikazzjonijiet, is-servizz ta' manutenzjoni huwa definit bħala ‘ is-servizz tekniku ta' manutenzjoni tal-artijiet, tar-runways, tal-madwar, tal-vetturi, eċċ. ’, kif ukoll ‘ il-manutenzjoni tal-artijiet, il-bini u t-tagħmir tal-bini u l-materjal l-ieħor li jagħmel parti mill-konċessjoni jew magħmul disponibbli għaliha b'mod li jkunu dejjem tajbin għall-użu li huma maħsubin għalih ’.

(13)  L-Artikolu 10.1 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.

(14)  Skont l-Artikolu 13.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, BSCA tibqa' responsabbli mit-tindif u l-manutenzjoni taż-żona konċessa. Hija trid tieħu ħsieb ukoll kwalunkwe tiswija żgħira jew kbira li tkun meħtieġa. Madankollu, il-Ftehim Supplimentari Nru 1 għall-Ftehim illimita r-responsabbiltà ta' BSCA sempliċiment għat-tiswijiet il-kbar ikkawżati min-nuqqas ta' manutenzjoni urġenti.

(15)  L-Artikolu 22 tal-ispeċifikazzjonijiet anness għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.

(16)  L-Artikolu 18 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.

(17)  Skont id-Digriet tas-16 ta' Diċembru 1999 li kien jinkludi l-baġit ġenerali tal-infiq tar-Reġjun tal-Vallonja għas-sena tal-baġit 2000 u l-Ordni tas-27 ta' Settembru 2000 tal-gvern tal-Vallonja li tagħti sussidju tal-operat lil BSCA maħsub biex ikopri l-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u manutenzjoni tal-ajruport ta' Charleroi għas-sena 2000.

(18)  Skont id-Digriet tal-14 ta' Diċembru 2000 li kien jinkludi l-baġit ġenerali tal-infiq tar-Reġjun tal-Vallonja għas-sena tal-baġit 2001 u l-Ordni tal-4 ta' Ottubru 2001 tal-gvern tal-Vallonja li tagħti sussidju tal-operat lil BSCA maħsub biex ikopri l-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u manutenzjoni tal-ajruport ta' Charleroi għas-sena 2001.

(19)  Dan l-istudju kien jirrigwarda l-pjan ta' żvilupp tal-ajruport ta' Charleroi – Bruxelles Sud fuq terminu medju (5 snin) u fit-tul (20 sena). Dan kien jirreferi għall-proġett tat-terminal il-ġdid tan-naħa tat-Tramuntana u kien jinkludi deskrizzjoni eżatta tal-investimenti proposti

(20)  Dan l-istudju wera l-opportunitajiet possibbli għall-ajruport ta' Charleroi u b'mod partikolari l-possibbiltà ta' bażi low cost, fejn tissemma Ryanair. Dan l-istudju kien jagħti ċ-ċifri tal-investimenti li jridu jsiru għall-iżvilupp tal-ajruport: is-sistema tar-runways, l-esproprjazzjonijiet, is-sanità u n-netwerks differenti, l-imbankment/it-tirqid, it-terminal il-ġdid, il-parkeġġ tas-servizz u l-aċċess privat għall-ajruport, l-aċċess pubbliku bit-triq et., (fjuwil, it-torri ta' kontroll, il-vetturi ferrovjarji, eċċ.).

(21)  Dan l-istudju kien jikkonferma s-segment ta' żvilupp għall-ajruport ta' Charleroi, jiġifieri l-kumpaniji low cost, il-kumpaniji reġjonali u l-kumpaniji ċarter. Dan l-istudju kien jikkonferma li Ryanair kienet opportunità ta' żvilupp rapidu tat-traffiku fuq terminu qasir b'ħames ajruplani fil-bażi. Dan l-istudju kien janalizza wkoll il-kundizzjonijiet tekniċi marbuta mal-wasla tal-kumpaniji tal-ajru Easyjet u Go, kif ukoll kumpaniji reġjonali u ċarters.

(22)  Dawn ir-restrizzjonijiet tekniċi kienu marbutin mal-ħtieġa li jkun hemm sistema ILS (Instrument landing system) ta' kategorija III li jippermetti l-inżul f'viżibbiltà ħażina, element indispensabbli biex wieħed ikun jista' jilqa' kumpaniji tal-ajru b'ajruplani bbażati u rotot regolari. F'dan iż-żmien, il-proġett tal-park kummerċjali “Aéropôle” fil-verżjoni inizjali tiegħu kien jestendi ferm aktar lejn in-Nofsinhar b'mod li kien jagħmel impossibbli l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-ajruport.

(23)  Dak iż-żmien kien qed jiġi kkunsidrat intervent finanzjarju tas-Société Régionale Wallonne du Transport (SRWT), li finalment kien abbandunat. In-nota msemmija hawn fuq tindika għalhekk li “ għalhekk wieħed għandu jadatta t-testi eżistenti (il-Ftehim ta' konċessjoni, l-ispeċifikazzjonijiet u l-protokolli annessi) skont il-formula l-ġdida li ntużat għall-finanzjament tal-investimenti ”.

(24)  Mibgħuta fl-Anness 19 tal-ittra tal-Belġju tas-26 ta' Awwissu 2003

(25)  Mibgħut fl-Anness 2 tal-ittra tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014

(26)  L-Artikolu 3.2.2 tal-Ftehim Supplimentari Nru 3 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tad-29 ta' Marzu 2002

(27)  Dan il-kompitu jkopri (i) il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar il-movimenti tal-ajruplani, (ii) il-ġbir tad-diversi dokumenti tal-ajruplani u (iii) l-ippjanar u l-ġestjoni tal-parkeġġi tal-ajruplani.

(28)  L-iggwidar tal-ajruplani sal-parkeġġ

(29)  Is-servizzi marbutin mas-sikurezza jinkludu “l-iskrinjar, is-sorveljanza elettronika, ir-rondi u l-pattulji ta' sorveljanza, il-kontroll tal-aċċess u t-tqassim tal-badges tal-viżitaturi”. Il-kompiti ta' sikurezza ġew delegati lil BSCA Security, kumpanija li 51 % tagħha jappartjeni għar-Reġjun tal-Vallonja u 49 % għal BSCA.

(30)  Il-kompiti tas-sigurtà u tas-sikurezza fl-ajruport ta' Charleroi ġew fdati lil BSCA skont id-Digriet tad-19 ta' Diċembru 2007 li jemenda d-Digriet tat-23 ta' Ġunju 1994 dwar il-ħolqien u l-operat tal-ajruporti u l-ajrudromi fir-reġjun tal-Vallonja. Ukoll skont dan id-Digriet, BSCA iddelegat il-kompiti ta' sikurezza lil BSCA-Security, kumpanija b'responsabbiltà limitata maħluqa għal dan l-iskop, li 49 % tal-kapital tagħha huwa miżmum minn BSCA u 51 % mir-Reġjun.

(*1)  Tagħrif kopert mis-sigriet professjonali

(31)  Sambrinvest hija operatur fil-kapital ta' riskju attiva fir-reġjun ta' Charleroi-Thuin. L-iskop tagħha huwa l-akkumpanjament u l-iżvilupp tal-SMEs. Sal-2012, Sambrinvest kienet miżmuma sa 50 % mir-Reġjun tal-Vallonja.

(32)  Igretec hija l-Intercommunale pour la Gestion et la Réalisation d'Etudes Techniques et Economiques (Interkomunali għall-Ġestjoni u t-Twettiq ta' Studji Tekniċi u Ekonomiċi). Hija tipparteċipa fl-iżvilupp u r-rikonverżjoni ta' Charleroi permezz tal-iżvilupp tal-ajruport, taċ-ċentru tal-avjazzjoni fil-qrib, u l-ippjanar taż-żoni industrijali, Igretec tħaddan 68 muniċipalità, l-aktar tal-provinċja ta' Hainaut. Hija ppresseduta mill-Ministru-President tar-Reġjun tal-Vallonja.

(33)  Is-Société Wallonne de Gestion et de Participation (Sogepa) hija l-fergħa finanzjarja ewlenija tar-Reġjun tal-Vallonja għall-għajnuna lill-impriżi riallokati. Hija tintervjeni kemm fil-forma ta' self, kemm fil-forma ta' kapital, u tamministra l-parteċipazzjonijiet, il-bonds, l-antiċipi jew l-imgħaxijiet li r-Reġjun tal-Vallonja jew hija stess ikollha f'kumpaniji permezz ta' kompiti delegati mill-Gvern.

(34)  Id-Deċiżjoni tat-23 ta' Mejju 2001 intitolata “ L-iżvilupp tal-ajruporti, l-istabbiliment ta' mekkaniżmu finanzjarju u l-ħolqien ta' kumpanija speċjalizzata ”. Huwa permezz ta' din id-deċiżjoni li l-gvern tal-Vallonja wera li jaqbel mal-istatuti ta' SOWAER, il-pjan finanzjarju tagħha, l-estimi tal-baġit tagħha u l-istruttura ta' tmexxija tagħha. Huwa stieden lil Sogepa toħloq lil SOWAER, u pprovda li “ il-finanzjament tal-miżuri ambjentali, minbarra l-iżolamenti, ser ikun eżaminat minn SOWAER, bi ftehim mal-kumpaniji konċessjonarji ”.

(35)  Ittra tal-awtoritajiet Belġjani tal-21 ta' Settembru 2011 u tas-6 ta' Frar 2014.

(36)  Din il-kumpanija ġiet likwidata fl-2011

(37)  Dan il-programm huwa identiku għall-programm imsemmi fil-premessa 41.

(38)  Skont in-nota ta' SOWAER lill-gvern tal-Vallonja fit-3 ta' April 2003, skont din ir-reviżjoni, il-programm ta' investimenti kellu jiżdied minn EUR 93 miljun għal EUR 150,8 miljun, jiġifieri żieda ta' 57,8 miljuni, li minnhom:

a)

33 miljun għall-estensjoni tat-terminal tal-passiġġieri fir-rigward ta' dak li kien maħsub qabel;

b)

tliet miljuni għat-tieni fażi tal-bini tat-torri tal-kontroll;

c)

żewġ miljuni għall-programm ta' sigurtà u ta' sikurezza;

d)

1,6 miljuni biex SOWAER tkopri l-baġit pendenti;

e)

1,5 miljuni għall-aġġornament mill-ġdid tal-akkwisti tal-art madwar l-ajruport;

f)

12-il miljun għall-finanzjament ta' kwalunkwe kont u ħlas dovut eventwali;

g)

4,8 miljuni kkwalifikati bħala “varjazzjoni”.

(39)  Ara n-nota tal-Belġju tas-6 ta' Frar 2014.

(40)  Dan l-ammont jeskludi l-programm obbligatorju ta' investimenti kumplementari (li mhux qed ikun eżaminat f'din id-deċiżjoni) u l-investimenti ffinanzjati minn BSCA nnifisha.

(41)  L-Artikolu 11 tal-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA.

(42)  Idem.

(43)  L-Artikolu 11.3 tal-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA jistipula li “ BSCA għandha tibbenefika minn eżenzjoni mill-ħlas tal-imposta fissa ugwali għas-sussidju tar-Reġjun tal-Vallonja li ma tingħatax jew ma tibqax tirċievi, għal raġuni mhux illegali jew barra mill-kontroll tagħha ”.

(44)  L-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-servizzi tal-2006 bejn SOWAER u BSCA.

(45)  L-indiċjar huwa annwali mill-2007. Dan jiġi kkalkulat mill-Indiċi Belġjan tal-Prezzijiet għall-Konsum.

(46)  Il-limitu massimu ta' EUR 956 533 jikkorrispondi għal-limitu massimu ta' EUR 883 689 (previst fil-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA) miżjud bi 2 % fis-sena.

(47)  Skont dan il-ftehim supplimentari, il-kumpens finanzjarju tar-Reġjun lil BSCA m'għadux maħsub għall-“ispejjeż relatati mal-użu tal-artijiet, il-bini u l-infrastrutturi tal-ajruport magħmulin disponibbli minn SOWAER fit-twettiq tas-servizzi marbutin mal-protezzjoni kontra n-nirien, is-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport” biss. Xi ammonti huma għalhekk inklużi fil-baġit tar-Reġjun taħt is-“Sussidju lil BSCA biex tkun tista' twettaq kompiti ta' servizz pubbliku fil-kuntest tal-operat tal-ajruporti”

(48)  L-Artikolu 12.3 tal-Ftehim dwar is-Servizzi tal-4 ta' April 2006 jistipula li “ BSCA għandha tibbenefika minn eżenzjoni mill-ħlas tal-imposta fissa ugwali għas-sussidju tar-Reġjun tal-Vallonja li ma tingħatax jew ma tibqax tirċievi, għal raġuni mhux illegali jew barra mill-kontroll tagħha ”.

(49)  Dan l-ammont huwa indiċjat għal 2 % fis-sena. Huwa japplika għall-uċuh miżjuda mal-kontroll tas-subkonċessjoni mid-data tal-akkwist tagħhom minn SOWAER.

(50)  Anness 2 tal-ittra tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014.

(51)  Anness 2 tal-ittra tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014.

(52)  L-Artikolu 12 tal-ispeċifikazzjonijiet.

(53)  Idem.

(54)  L-Artikolu 19 tal-ispeċifikazzjonijiet.

(55)  L-ispejjeż tal-investimenti u/jew l-ispejjeż ta' deprezzament tal-investimenti ma kinux imsemmija fit-testi preċedenti

(56)  Is-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport

(57)  Fl-Anness 10 għall-ittra tal-Belġju tal-5/2/14 jidhru l-istatuti ta' BSCA security

(58)  Il-paragrafu inkwistjoni jsemmi wkoll is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport.

(59)  Is-sussidju mħallas taħt is-sigurtà u s-sikurezza jitħallas lil BSCA Security.

(60)  Il-pjan finanzjarju jindika li “l-iżvilupp maħsub għal BSCA u SAB se jkun jeħtieġ żidiet kbar ta' kapital proprju (minbarra l-finanzjamenti esterni) u għalhekk monitoraġġ min-naħa ta' SOWAER” .

(61)  L-ishma l-oħrajn li ħarġu miż-żieda fil-kapital ġew sottoskritti għal ammont totali ta' madwar EUR 133 000 minn ċerti azzjonisti minoritarji: il-kumpaniji SONACA, Carolo Parking u Igretec.

(62)  Fis-6 ta' Lulju 2012, BSCA iffirmat ftehim ġdid ma' Ryanair. Peress li dan il-ftehim ma jidhirx fil-miżuri identifikati fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002, u lanqas f'dawk identifikati fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, ma ġiex eżaminat f'din id-deċiżjoni.

(63)  Informazzjoni indikata waqt il-laqgħa tal-24 ta' Ġunju 2003 bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Belġjani.

(64)  Filwaqt li t-taxxa tal-inżul kienet ikkalkulata skont il-piż f'tunnellati ta' ajruplani fis-sistema ġenerali applikabbli għal kulħadd, din kienet ikkalkulata fuq bażi differenti għal Ryanair u miġbura għal kull passiġġier li jimbarka.

(65)  Il-punt 1.3 tal-kuntratt bejn BSCA u Ryanair tat-2 ta' Diċembru 2001.

(66)  Il-punt 1.5 tal-kuntratt bejn BSCA u Ryanair tat-2 ta' Diċembru 2001.

(67)  Il-punt 4 tal-Anness C tal-kuntratt bejn BSCA u Ryanair tat-2 ta' Diċembru 2001

(68)  Il-punt 1.6 tal-Anness C tal-kuntratt bejn BSCA u Ryanair tat-2 ta' Diċembru 2001.

(69)  L-imposti għal kull passiġġier li jitlaq, skont id-dejta pprovduta mir-risposta tal-awtoritajiet Belġjani tal-14 ta' Lulju 2011. L-imposti bejn is-sena 2001 u s-sena 2003 huma l-istess bħal dawk tal-2004.

(70)  L-Artikolu 2 tal-Kuntratt tal-2001.

(71)  Ittra mibgħuta lill-Kummissjoni f'korrispondenza tal-awtoritajiet Belġjani tat-13 ta' Settembru 2004. Din l-ittra kienet issegwi “ Memorandum of Intent ” (MOI) konkluż fit-8 ta' April 2004.

(72)  Taqsima 3b tal-ittra tal-24 ta' Ġunju 2004.

(73)  In-numru totali ta' passiġġieri li użaw l-ajruport fl-2004 kien ta' 2 034 140 (ara t-Tabella Nru 1).

(74)  L-Artikoli 35 u 36 tad-digriet tat-3 ta' Frar 2005 dwar l-irkupru ekonomiku u s-simplifikazzjoni amministrattiva. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew trasposti fl-ajruport ta' Charleroi permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 4 għall-Ftehim ta' konċessjoni tal-1991 bejn ir-Reġjun u BSCA, li fl-Artikolu 1 tiegħu jipprovdi li “ l-konċessjonarju jistabbilixxi u jiġbor mingħand l-utenti l-ammont ta' imposti tal-avjazzjoni dovuti għall-użu tal-ajruport li huwa jopera ”.

(75)  Ittra tal-awtoritajiet Belġjani tal-14 ta’ Lulju 2011 u http://www.charleroi-airport.com/b2b/redevances-aeroportuaires/vols-regulierscharters/index.html

(76)  L-imposti għal kull passiġġier li jitlaq, skont id-dejta pprovduta mir-risposta tal-awtoritajiet Belġjani tal-14 ta' Lulju 2011.

(77)  Il-projezzjonijiet tar-Reġjun ma jieħdux inkunsiderazzjoni l-indiċjar annwali tal-imposti fuq l-inżul, u lanqas taż-żieda fin-numru ta' passiġġieri ta' Ryanair ta' aktar minn 1,75 miljun; dawn iż-żewġ korrezzjonijiet għandhom impatt oppost fuq l-ammont attwali tal-imposti għal kull passiġġier imħallsa minn Ryanair.

(78)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006. p. 1).

(79)  Dan l-ammont huwa indiċjat kull sena, ara http://www.charleroi-airport.com/b2b/redevances-aeroportuaires/vols-regulierscharters/index.html

(80)  Imposta PMM sena N + 1 = EUR [0,10-0,30] × Passiġġieri Ryanair 2009 / Passiġġieri Ryanair sena N. In-numru ta' Passiġġieri Ryanair 2009 huwa ta' 3 289 725.

(81)  Promocy kienet il-joint-venture (l-impriża komuni) bejn BSCA u Ryanair maħluqa skont il-ftehimiet tal-2001.

(82)  Risposta tal-Belġju mibgħuta lill-Kummissjoni fit-18 ta' Marzu 2014 u intitolata “risposta għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2014 ” (risposta għall-mistoqsija 18)

(83)  BAC tgħid li investitur privat jibbaża fuq redditu fuq l-investimenti ta' mill-inqas EUR 14-il miljun (5 %) abbażi tal-investiment ta' EUR 281 miljun li għamlet SOWAER fl-infrastrutturi ta' BSCA. Madankollu SOWAER ibbenefikat biss minn redditu ta' 0,66 % wara t-taxxa fuq il-kumpaniji fl-2009 u la r-Reġjun tal-Vallonja u lanqas SOWAER ma għamlu qligħ ieħor, bħal dividendi, bejn l-2002 u l-2007. Bejn l-2007 u l-2009, id-dividend imħallas kien inqas minn EUR 400 000 u, fl-2010, ir-Reġjun tal-Vallonja rċieva dividend ta' EUR 4,66 miljun. Barra minn hekk, l-ispejjeż ta' infrastruttura ta' BSCA meta mqabbla mad-dħul kienu jirrappreżentaw biss 6,7 % fl-2009, meta normalment dawn għandhom ikunu fost l-akbar spejjeż għall-ajruport. B'hekk, il-kostijiet annwali ta' amortizzazzjoni ta' BAC jammontaw għal 30 % tad-dħul annwali.

(84)  Ara n-nota ta' qieħ il-paġna 8.

(85)  Deċiżjoni 2004/393/KE, premessa 300.

(86)  Kostijiet diretti għal kull ajruplan u għal kull rotazzjoni fi tluq minn Brussels-National li jinkludu t-taxxi fuq l-inżul, l-imposti għal kull passiġġier, imposti oħrajn u l-ispejjeż tal-groundhandling). Fuq il-bażi ta' volum previst ta' 1 700 000 passiġġier fl-2003, id-differenza fil-kost hija ta' EUR 23 miljun.

(87)  Direttiva tal-Kunsill 96/67/EC tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003 li jadatta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE id-dispożizzjonijiet dwar kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha stabbiliti fi strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(88)  L-impriża tikkwota l-eżempju ta' Shannon fl-Irlanda. Shannon tat vantaġġi lil Ryanair għal xi żmien, li ma ġewx imġedda. Ryanair iddeċidiet li tittrasferixxi l-operat tagħha f'ajruport ieħor u Shannon ma kisbitx ir-ritorn fuq l-investiment raġonevoli mistenni.

(89)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Marzu 1977 fil-Kawża 78/76, Steinike & Weinlig / il-Ġermanja; Ġabra p. 595, EU:C:1977:52: “ Kwalunkwe ksur minn Stat Membru ta' obbligu taħt it-Trattat, b'konnessjoni mal-projbizzjoni tal-Artikolu 92, ma jistax ikun iġġustifikat mill-fatt li Stati Membri oħrajn qegħdin jonqsu wkoll milli jwettqu dan l-obbligu; l-effetti ta' diversi distorsjonijiet tal- kompetizzjoni fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jħassrux lil xulxin iżda għall-kuntrarju jakkumulaw, u l-konsegwenzi dannużi għas-suq intern ikomplu jiżdiedu ” (punt 24)' [Traduzzjoni mhux uffiċjali]

(90)  It-tariffi imposti minn Frankfurt-Hahn u Londra Stansted huma ogħla u l-iskontijiet inqas meta Ryanair topera 49 destinazzjoni minn Londra u 15 minn Frankfurt-Hahn, meta mqabbla mad-disgħa minn Charleroi.

(91)  Sentenza tat-12 ta' Diċembru 2000 fil-Kawża T-128/89 Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2000, p. II-3929, EU:C:2000:290

(92)  Sentenza tal-14 ta' Jannar 2004, Fleuren Compost BV vs Il-Kummissjoni, T-109/01, Ġabra p. II-00127, EU:T:2004:4, punt 18.

(93)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE tat-23 ta' Lulju 2008 dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig/Halle C 48/06 (ex N 227/06) (ĠU L 346, 23.12.2008, p. 1), premessa 291.

(94)  Ara l-Anness 3 tal-kummenti tal-Belġju mibgħuta fit-23 ta' Mejju 2012

(95)  Deċiżjoni 2008/948/KE, premessa 182.

(96)  Sentenza tal-24 ta' Marzu 2011, Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni, T-443/08 u T-455/08, [2011] Ġabra II-01311, punt 225.

(97)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 89.

(98)  Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans, C-280/00, Ġabra 2003, EU:C:2003:415, p I-7447.

(99)  L-Artikolu 6, § 1er, X, 7o tal-Liġi dwar ir-riforma istituzzjonali, M.S. 15 ta' Awwissu 1980, p. 9434.

(100)  Illum Belgocontrol.

(101)   M.S., id-9 ta' Marzu 1990, p. 4439.

(102)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13), magħrufa bħala d-Direttiva Seveso.

(103)  Li mhuwiex il-każ tal-ajruporti.

(104)  Il-premessa 182.

(105)  Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1).

(106)  Artikolu 5.1.

(107)  Ir-risposta 15 tal-ittra tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014.

(108)  Nota approvata mill-gvern tal-Vallonja fit-8 ta' Novembru 2000, p. 2.

(109)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti intrapriżi responsabbli għall-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).

(110)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar il-finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi tan-netwerk Iris tar-Reġjun ta' Bruxelles-Capitale, NN 54/2009, sit Europa.

(111)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 103..

(112)  Dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni, mistoqsijiet frekwenti dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti intrapriżi responsabbli għall-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u tal-Qafas Komunitarju tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpensi għal servizz pubbliku, SEC (2007) 1516 final, p. 6.

(113)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(114)  Ara l-premessa Nru 10 tar-Regolament Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis, ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.

(115)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Awwissu 2006 dwar il-Linji Gwida dwar l-għeluq tal-għajnuna (2000 - 2006) mill-Fondi Strutturali, COM (2006) 3424, mhux ippubblikata, sit europa.com.

(116)  Sentenza tal-14 ta' Jannar 2004, Fleuren Compost BV vs Il-Kummissjoni, T-109/01, Ġabra p. II-00127, ECLI:EU:T:2004:4, punt 74.

(117)  Sentenza tal-15 ta' Frar 2001, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-99/98, Ġabra p. I-01101, ECLI:EU:C:2001:94, punti 34, 35 u 38.

(118)  Il-Premessa 214 tad-deċiżjoni tal-2004.

(119)  Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, Pavlov et. (Ġabra 2000, ECLI:EU:C:2000:428, p. I-6451).

(120)  Sentenza tas-16 ta' Ġunju 1987 fil-Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni vs L-Italja, (Ġabra 1987, p. 2599, ECLI:EU:C:1987:283, punt 7); Sentenza tat-18 ta' Ġunju 1998 fil-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs L-Italja, (Ġabra 1998, p. I-3851, ECLI:EU:C:1998:303, punt 36); Kawżi Konġunti C-180/98 sa C-184/98 Pavlov et., ECLI:EU:C:2000:428, punt 75.

(121)  Sentenza “ Leipzig-halle ” imsemmija hawn fuq, paragrafu 102 et sequitur.

(122)  Sentenza tal-24 ta' Marzu 2011 fil-Kawżi Magħquda T-455/08, Flughafen Leipzig-Halle GmbH u Mitteldeutsche Flughafen AG vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2011:117 u T-443/08, Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni, (minn hawn 'il quddiem “sentenza Leipzig-Halle”), li għadha ma ġietx ippubblikata, punti 93, 95, 100 u 119. Ara wkoll is-sentenza tat-12 ta' Diċembru 2000 fil-Kawża T-128/98, Aéroports de Paris vsIl-Kummissjoni, Ġabra 2000, ECLI:EU:T:2000:290, p. II-3929, ikkonfermata permezz tas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2002 fil-Kawża C-82/01P, Ġabra 2002, p. I-9297, ECLI:EU:C:2002:617, u permezz tas-Sentenza tas-17 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-196/04, Ryanair vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2008, p. II-3643, ECLI:EU:T:2008:585 punt 88.

(123)  Sentenza tas-17 ta' Frar 1993 fil-Kawżi Magħquda Poucet vs AGV u C-160/91, Pistre vs Cancava, Ġabra 1993, p. I-637, ECLI:EU:C:1993:63.

(124)  Idem.

(125)  Sentenza tat-12 ta' Diċembru fil-Kawża T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, Aéroports de Paris vsIl-Kummissjoni, Ġabra 2000, p. II-3929.

(126)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 8.

(127)  Kawża C-364/92, SAT vs Control [1994] (Ġabra1994, p. I-43, ECLI:EU:C:1994:7, punt 30) u l-Kawża C-113/07, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni [2009] (Ġabra 2009, p. I-2207, ECLI:EU:C:2009:191, punt 71)

(128)  Nota ta' qiegħ il-paġna Nru 29 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni. Ara wkoll s-Sentenza tat-12 ta' Diċembru 1996, Kumpanija nazzjonali Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, Ġabra 1996, p. II-2109, ECLI:EU:T:1996:194, punt 79, is-Sentenza tal-14 ta' Jannar 2004, Fleuren Compost BV vs Il-Kummissjoni, T-109/01, Ġabra 2004, p. II-127, ECLI:EU:T:2004:4, punt 74, is-Sentenza tat-2 ta' Diċembru 2008, Nuova Agricast Srl vs Il-Kummissjoni, T-362/05 u T-363/05, Ġabra 2008, ECLI:EU:T:2008:541, p. II-297, punt 80, is-Sentenza tat-30 ta' Novembru 2009, Franza u France Telecom vs Il-Kummissjoni, T-427/04 u T-17/05, Ġabra 2009, p. II-4315, ECLI:EU:T:2009:474, punt 321.

(129)  Ara l-premessa 228 ta' din id-Deċiżjoni.

(130)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 37.

(131)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 121.

(132)  Il-punt 35 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni.

(133)  Is-sistema ta' radjunavigazzjoni li tippermetti l-assistenza għall-inżul fil-maltemp

(134)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1698 tal-20 ta' Frar 2014 dwar il-miżuri SA.22932 (11/C) (ex NN 37/07) implimentati minn Franza favur l-ajruport ta' Marseille Provence u favur il-kumpaniji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport (ĠU L 260, 27.9.2016, p. 1).

(135)  Sentenza tat-18 ta' Marzu 1997 fil-Kawża C-343/95 Calì & Figli vs Servizi ecologici porto di Genova, Ġabra 1997, p. I-1547, ECLI:EU:C:1997:160; Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2003 fil-Kawża N309/2002 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2002 fil-Kawża N438/2002 Sussidji lill-awtoritajiet tal-port għat-twettiq ta' kompiti li jaqgħu taħt l-awtorità pubblika.

(136)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 “sigurtà fl-avjazzjoni” għandha tfisser, il-kombinazzjoni ta' miżuri u riżorsi umani u naturali maħsuba għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali.” L-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tad-Dokument Nru 30 tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) u definiti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2320/2002.

(137)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 129.

(138)  Anness li jagħmel parti integrali mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA

(139)  L-Artikolu 25.2 tal-ispeċifikazzjonijiet, kif emendat bil-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA

(140)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 50.

(141)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 52.

(142)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 89.

(143)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 90.

(144)  Il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet jikkonsistu fil-mili tal-bażi ta' dejta tal-amministrazzjoni tal-Vallonja billi jinġabar tagħrif dwar it-titjiriet (in-numru ta' passiġġieri, ir-reġistrazzjoni, l-isem u l-kunjom tal-pilota, it-tip ta' ajruplan, it-tip ta' titjira, minn fejn tkun ġejja, il-piż tal-ajruplan, eċċ.)

(145)  L-ippjanar tat-titjiriet tirrigwarda l-komunikazzjonijiet, il-pjan tat-titjiriet, l-islotts, l-avviżi bir-radju u l-ġestjoni tal-parkeġġ tal-ajruplani

(146)  L-iggwidar tal-ajruplani jinkludi żewġ kompiti: (i) l-iggwidar tat-tip “stand” li jsir mill-koordinatur taż-żoni ma' kull wasla ta' ajruplan u (ii) it-tip “follow me” li jikkonsisti fl-iggwidar tal-ajruplan permezz ta' vettura użata biss għall-piloti li ma jafux l-ajruport (ajruplani tan-negozju) jew għall-ajruplani l-kbar, kodiċi D

(147)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 85.

(148)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 92.

(149)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 92.

(150)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Kawża C-280/00, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magedeburg, Ġabra 2003, p.I-7747, ECLI:EU:C:2003:415.

(151)   ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(152)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/664/UE tal-25 ta' Lulju 2012 dwar il-miżura SA.23324 – C 25/07 (ex NN 26/07) – il-Finlandja Finavia, Airpro u Ryanair fl- ajruport ta' Tampere-Pirkkala (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 27).

(153)  Ara n-Nota tat-8 ta' Novembru 2000 tal-Ministru responsabbli għall-ekonomija lill-gvern tal-Vallonja

(154)  Kawżi Konġunti T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra II-17, ECLI:EU:T:1999:7, punt 120;

(155)  Ir-rata ta' tkabbir ta' 2 % hija stess hija użata fil-Ftehimiet suċċessivi bejn ir-Reġjun/SOWAER u BSCA, pereżempju għar-rata ta' tkabbir tal-limitu massimu tal-imposta varjabbli.

(156)  Kawża C-39/94 SFEI [1996] Ġabra I-3547, ECLI:EU:C:1996:285, punti 60 u 61

(157)  Kif indikati fil-programm ta' investimenti previst għall-ajruport ta' Charleroi anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-15 ta' April 2002.

(158)  Kif indikati minn BSCA.

(159)  Ara l-paġna 10 tal-pjan tan-negozju ta' SOWAER anness għad-Deċiżjoni tar-Reġjun tal-Vallonja tat-23 ta' Mejju 2001.

(160)  Ara tmiem il-premessa 431.

(161)  Din hija analiżi ex-post ibbażata fuq il-karta tal-bilanċ ta' SOWAER għall-2002. Il-proporzjon tad-dejn fuq l-ekwità tal-kumpaniji tat-trasport bl-ajru huwa f'medja ta' 35 % skont Damodaran: “Risk Premiums for Other Markets” 2001 (http://pages.stern.nyu.edu/~ADAMODAR/)

(162)  

Sors: Damodaran: “Risk Premiums for Other Markets” 2001 (http://pages.stern.nyu.edu/~ADAMODAR/)

(163)  Il-koeffiċjent beta huwa fattur ewlieni tal-mudell ta' valutazzjoni tal-assi finanzjarji. Dan ikejjel il-profittabbiltà tal-assi meta mqabbel mas-suq.

(164)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 156.

(165)  Rata tal-imgħax fuq l-obbligi Belġjani għal 10 snin f'April 2002.

(166)  Nota tal-Belġju intitolata “Risposta tal-Vallonja għat-talba għall-informazzjoni tal-14 ta' Jannar 2014 ” (Mistoqsija 13), li l-Kummissjoni rċeviet fis-7 ta' Frar 2014

(167)  Il-Belġju jsejjaħ dawn is-servizzi bħala “servizzi mhux ekonomiċi”

(168)  Kawża 173/73, L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:C:1974:71

(169)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 155.

(170)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 156.

(171)  Rata tal-imgħax fuq l-obbligi Belġjani għal 10 snin f'April 2003.

(172)  Pereżempju billi żżid il-miżati tal-handling b'mod li żżomm id-dħul totali tagħha

(173)  Digriet tad-19 ta' Diċembru 2007 li jemenda d-Digriet tat-23 ta' Ġunju 1994 dwar il-ħolqien u l-operat tal-ajruporti u l-ajrudromi fir-reġjun tal-Vallonja

(174)  Rapport ippreżentat f'isem il-Kummissjoni tal-iżvilupp tat-territorju, tat-trasport, tal-enerġija u tad-djar tal-Parlament tal-Vallonja mis-Sur E Stoffels fis-6 ta' Diċembru 2007 dwar l-abbozz tad-digriet li jemenda d-Digriet tat-23 ta' Ġunju 1994 dwar il-ħolqien u l-operat tal-ajruporti u l-ajrudromi fir-Reġjun tal-Vallonja.

(175)  B'uniċità ta' ġestjoni, wieħed għandu jifhem il-fatt li l-kumpaniji li jmexxu l-ajruporti jiġu fdati bil-kontroll totali tat-trattament tal-klijenti, inklużi l-kompiti ta' sigurtà u ta' sikurezza

(176)  Skont ir-rapport ta' Deloitte & Touche, “ jirriżulta minn din l-analiżi li l-profittabbiltà annwali medja tal-fondi investiti fuq il-bażi tal-pjan ta' negozju korrett u fuq perjodu provviżorju ta' 10 snin tammonta għal 27 % ”, u li “ din ir-rata ta' rendiment għandha titqabbel ma' rata għar-riskju tas-suq għal dan it-tip ta' attività ta' 15 % fis-sena ”.

(177)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2011 fil-Kawżi Magħquda T-267/08 u T-279/08, Reġjun Nord-Pas-de-Calais, ECLI:EU:T:2011:209, punt 108.

(178)  Idem.

(179)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002 fil-Kawża C-482/99, Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea (Stardust Marine), [2002] Ġabra I-04397, ECLI:EU:C:2002:294.

(180)  Nota tal-Belġju bid-data tal-21 ta' Settembru 2011 (Mistoqsija 2).

(181)  Il-pjan finanzjarju jindika li “l-iżvilupp maħsub għal BSCA u SAB se jkun jeħtieġ żidiet kbar ta' kapital proprju (minbarra l-finanzjamenti esterni) u għalhekk monitoraġġ min-naħa ta' SOWAER” .

(182)  Distanzi indikati mis-sit https://maps.google.com

(183)  http://www.charleroi-airport.com/laeroport/localisation-et-bassin-dattraction/index.html

(184)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 174.

(185)  Ara n-nota tal-Belġju bid-data tat-13 ta' Mejju 2014 (risposta għall-mistoqsija 1).

(186)  L-Artikolu 11 tal-Istatuti ta' BSCA tal-10 ta' Diċembru 2009.

(187)  L-Artikolu 5 tal-Istatuti jipprovdi li ‘L-azzjonist ta' kategorija A jista' jkun biss ir-Reġjun tal-Vallonja, jew kwalunkwe kumpanija speċjalizzata u maħluqa minnu, il-kumpanija b'responsabbiltà limitata Sambrinvest, is-Sogepa jew Igretec’ .

(188)  L-Artikolu 5 tal-Istatuti jipprovdi li ‘L-azzjonist ta' kategorija C jista' jkun biss Belgian Airports u l-entitajiet li lilhom Belgian Airports tista' liberament iċċedi l-ishma tagħha’.

(189)  Ara b'mod partikolari s-sentenza tad-29 ta' April 1999 fil-Kawża C-342/96, Spanja vs il-Kummissjoni, Ġabra 1999, I-2459, ECLI:EU:C:1999:210, punt 41.

(190)  B'mod partikolari BSCA kienet impriża pubblika meta ngħataw dawn il-miżuri.

(191)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 8.

(192)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta' Jannar 2010 fil-Kawża C-12/2008 – Is-Slovakkja – Tampere Pirkkala Airport u Ryanair (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24) il-premessi 88 u 89.

(193)  Fi kliem ieħor, jekk il-profittabbiltà marġinali mistennija ta' din it-tranżazzjoni hija pożittiva.

(194)  In-noti ta' qiegħ il-paġna ma ġewx ikkopjati.

(195)  Punt 66.

(196)  F'dak li jirrigwarda l-ispejjeż operattivi inkrementali (persunal, xiri differenti), il-Kummissjoni użat id-dejta tal-ispejjeż totali tal-pjanijiet ta' negozju u rigressjoni li tgħin il-valutazzjoni tal-mod kif dawn l-entrati ta' spejjeż jevolvu skont it-traffiku.

(197)  

Sors: Nota tal-gvern tal-Vallonja annessa għall-minuti tal-laqgħa tal-gvern tal-Vallonja tat-8 ta' Novembru 2000.

(198)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 22.

(199)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 156.

(200)  IATA, Roland Berger international, studju kkommissjonat minn Grands Travaux de Marseille.

(201)  Li jinkludu l-passiġġieri li jitilqu u li jaslu fl-ajruport.

(202)  Risposta tal-Belġju mibgħuta fit-18 ta' Marzu 2014 lill-Kummissjoni (risposta għall-mistoqsija 10).

(203)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġnA 156.

(204)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 198.

(205)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 156.

(206)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 76.

(207)  L-avviżi ta' rettifika tat-taxxa ntbagħtu mill-Belġju lill-Kummissjoni fit-22 ta' Lulju 2014. Promocy irċeviethom wara l-bejgħ. Dawn jirrigwardaw is-snin finanzjarji 2003, 2004, 2005 u 2006 u jinkludu b'kollox ammont ta' madwar EUR 15-il miljun.

(208)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 74.

(209)  Ittra ta' Ryanair lil BSCA bid-data tat-30 ta' Novembru 2009, mibgħuta mill-Belġju fit-22 ta' Lulju 2014

(210)  Ara l-korrispondenza ta' Ryanair tat-30 ta' Novembru 2009

(211)  Earnings before interet and taxes (Dħul qabel l-imgħax u t-taxxi)

(212)  Ara l-kont tal-qligħ ipproġettat mibgħut lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA

(213)  Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).

(214)  L-Artikolu 8, § 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 jgħid li “Il-korp ta' tmexxija ta' ajruport jista', fuq bażi mhux diskriminatorja, jimponi ħlas speċifiku fuq l-utenti tal-ajruport bl-għan li tiġi finanzjata din l-assistenza”

(215)  Dawn ir-raġunijiet huma erbgħa:

in-numru ta' PMM abbord huwa limitat għal erbgħa fil-każ ta' Ryanair (fuq il-bażi tal-permessi mogħtija mill-awtoritajiet Irlandiżi inkarigati mis-sikurezza għat-tip ta' ajruplan użat), filwaqt li l-kumpaniji l-oħrajn li jżuru l-ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi ma stabbilixxewx numru massimu ta' PMM għal kull titjira;

Ryanair teżiġi li l-preżenza ta' PMM abbord tiġi avżata 48 siegħa qabel, inkella, s-servizz ma jkunx garantit; il-kumpaniji l-oħrajn ma jimponu ebda obbligu ta' dan it-tip, li jfisser li BSCA xorta waħda tidħol responsabbli minkejja n-nuqqas ta' avviż minn qabel u jirriżulta fi spejjeż addizzjonali għal BSCA;

ir-rispett tal-ħin tal-wasla u tat-tluq minn Ryanair jippermetti organizzazzjoni aktar effiċjenti ta' dan is-servizz;

il-proċedura ċara u li tintuża l-aktar minn Ryanair għall-PMM (mitluba jaslu l-ajruport sa mhux atkar tard minn siegħa u 40 minuta qabel titlaq it-titjira) tgħin biex dan is-servizz jingħata bl-aħjar mod minn BSCA u, għaldaqstant, li jintaqqsu l-ispejjeż b'paragun mal-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn.

(216)  Bl-għarfien li Ryanair kienet tirrappreżenta traffiku ta' 3 289 725 passiġġier fl-2009 u bis-suppożizzjoni li nofs dawn il-passiġġieri kienu passiġġieri tielqa mill-ajruport

(217)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 209.

(218)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 210.

(219)  Kawżi Magħquda C-465/09 Ρ sa C-470/09 Ρ Diputación Foral de Vizcaya et. vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2011:372

(220)  Ara pereżempju n-nota lill-gvern tal-Vallonja annessa għad-deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000, paġna 9 u dawk sussegwenti.

(221)  Studju strateġiku ta' Tractebel dwar l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi magħluq f'April 2000. Studju ta' Roland Berger dwar l-iżvilupp ta' strateġija għall-ajruporti tal-Vallonja ta' Lulju 2000. Studju ordnat minn “Grands travaux de Marseille” dwar l-iżvilupp potenzjali tal-ajruport ta' Charleroi

(222)  Wara l-falliment ta' Sabena fl-aħħar tal-2001, it-traffiku fi Brussels-National niżel minn 19,7 miljuni fl-2001 għal 14,4 miljuni fl-2002

(223)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 209.

(224)  Iż-żoni ta' kummerċ taż-żewġ ajruporti jinkludu r-Reġjun ta' Brussels-capital, li għandu 1,2 miljun abitant u li d-densità tiegħu tammonta għal 7 250 abitant kull km2. Id-densità tal-Belġju (li naturalment ma jikkorrispondix eżattament għaż-żoni ta' kummerċ taż-żewġ ajruporti) hija waħda mill-aktar għoljin fid-dinja bi 364 abitant kull km2.

(225)  Iż-żoni ta' kummerċ taż-żewġ ajruporti jinkludu r-Reġjun ta' Brussels-capital. Dan huwa s-sede tal-istituzzjonijiet Ewropej, ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u impriżi multinazzjonali, li joħolqu domanda qawwija ta' servizzi bl-ajru. Barra minn hekk, il-Prodott Domestiku Gross għal kull abitant fil-Belġju (li naturalment ma jikkorrispondix eżattament għaż-żoni ta' kummerċ taż-żewġ ajruporti), espress fi standards ta' kapaċità tal-akkwist, huwa 20 % ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea (sors: Eurostat).

(226)  Jiġifieri t-traffiku medju annwali tal-passiġġieri attwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha l-għajnuna hi nnotifikata jew attwalment mogħtija jew imħallsa fil-każ ta' għajnuna mhux innotifikata. Fil-każ ta' ajruport tal-passiġġieri maħluq ġdid it-traffiku annwali tal-passiġġieri previst matul is-sentejn wara l-bidu tal-operazzjoni tat-traffiku bl-ajru kummerċjali tal-passiġġieri għandu jkun ikkunsidrat. Dan il-limitu minimu jirreferi għal għadd lejn destinazzjoni waħda; passiġġier li jtir lejn l-ajruport u lura jingħadd darbtejn; Dan japplika għal rotot individwali. Jekk ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, il-volum tal-passiġġieri huwa stabbilit fuq il-bażi ta' kull ajruport individwali.

(227)  B'mod aktar preċiż, intużat rata ta' skont ta' 9 % (ara l-premessa 437); din kienet ibbażata fuq spiża medja ppeżata tal-kapital ta' 9 %, li hija stess kienet ibbażata fuq rata ta' ritorn fuq l-ekwità ta' 9 %, peress li SOWAER ma kellhiex dejn.

(228)  Bħala paragun, id-distanza bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u l-ajruport prinċipali ta' Frankfurt hija ta' 120 km.

(229)  Ħinijiet u distanzi indikati mis-sit https://maps.google.com

(230)  It-Tabella 4: Statistika annwali tat-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi.

(231)  Ara l-punti 131 u 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni.

(232)  Għas-sena 2000: digriet tas-16 ta' Diċembru 1999 li kien jinkludi l-baġit ġenerali tal-infiq tar-Reġjun tal-Vallonja għas-sena tal-baġit 2000 u ordni tas-27 ta' Settembru 2000 tal-gvern tal-Vallonja li tagħti sussidju tal-operat lil BSCA maħsub biex ikopri l-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u manutenzjoni tal-ajruport ta' Charleroi għas-sena 2000.

Għas-sena 2001: digriet tal-14 ta' Diċembru 2000 li kien jinkludi l-baġit ġenerali tal-infiq tar-Reġjun tal-Vallonja għas-sena tal-baġit 2001 u ordni tal-4 ta' Ottubru 2001 tal-gvern tal-Vallonja li tagħti sussidju tal-operat lil BSCA maħsub biex ikopri l-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u manutenzjoni tal-ajruport ta' Charleroi għas-sena 2001.

(233)  Din ir-reviżjoni effettivament ma saritx qabel l-2013. Iżda xorta waħda jibqa' l-fatt li l-introduzzjoni ta' data ta' reviżjoni kienet temenda l-miżura b'mod sostanzjali.

(234)  Kawża C-5/89 Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Ġermanja [1990] Ġabra I-3437, ECLI:EU:C:1990:320, punt 14; Kawża C-169/95 Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea [1997] Ġabra I-135, ECLI:EU:C:1997:10, punt 51; Kawża C-148/04 Unicredito Italiano [2005] Ġabra I-11137, ECLI:EU:C:2005:774, punt 104.

(235)  Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni [2006] Ġabra I -5479, ECLI:EU:C:2006:416, punt 147

(236)  Idem.

(237)  Sentenza tal-11 ta' Marzu 1987, Van den Bergh en Jurgens u Van Dijk Food Products Lopik vs Il-Kummissjoni, 265/85, Ġabra p. 1155, ECLI:EU:C:1987:121, punt 44.

(238)  Dawn l-imposti jikkorrispondu għas-sehem varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni, peress li s-sehem fiss li kellu jitħallas minn BSCA huwa kkumpensat bi ħlas mingħand ir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA

(239)  2 % huwa l-objettiv tal-Bank Ċentrali Ewropew f'termini ta' inflazzjoni

(240)  Dawn l-imposti ta' konċessjoni addizzjonali ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-ipoteżi li kienu jiżdiedu bi 2 % fis-sena.

(241)  Idem.

(242)  It-Tabella 32 tibbaża fuq l-ipoteżi li t-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi huwa tali li l-imposta ta' konċessjoni varjabbli (a) tibqa' tkun limitata fl-2014 u fl-2015 skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ. Għalkemm din l-ipoteżi ma ġietx ivverifikata, jeħtieġ li l-ammonti indikati fil-kolonna (a) għall-2014 u l-2015 jiġu sostitwiti bl-ammonti dovuti minn BSCA għall-imposta ta' konċessjoni varjabbli. Dan ma jaffettwax lill-kolonni (b) u (c).

(243)  Dawn l-ammonti huma l-istess bħal dawk tat-tabella preċedenti sal-2013 inklużi. Għall-2014, ġie applikat proporzjon ta' (273/365), bil-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru jinkludi 273 jum.

(244)  Ara l-Artikolu 14(2), tar-Regolament Nru 659/99 (imsemmi qabel).

(245)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS

Informazzjoni dwar l-ammonti riċevuti, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati jew li diġà ġew irkuprati

Identità tal-benefiċjarju

Ammont totali tal-għajnuna riċevuta (*1)

Total tal-ammont ta' għajnuna li għandha tiġi rkuprata (*1)

(Kapital)

Total tal-ammont diġà rimborżat (*1)

Kapital

Imgħaxijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(*1)  F'miljuni ta' EUR.