ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 318

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
24 ta' Novembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2044 tat-18 ta' Novembru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2045 tat-23 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza gamithromycin ( 1 )

3

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2046 tat-23 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2047 tat-18 ta' Novembru 2016 dwar it-tnedija fid-Danimarka tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA

8

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2048 tat-18 ta' Novembru 2016 dwar it-tnedija fid-Danimarka tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/2049 tal-21 ta' Novembru 2016 li taħtar membru, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

12

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2050 tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-introduzzjoni fis-suq ta' qronfla modifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (notifikata bid-dokument C(2016) 7443)  ( 1 )

13

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 216/14/COL tat-28 ta' Mejju 2014 li temenda għas-sitta u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tadotta linji gwida ġodda fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru [2016/2051]

17

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 186/16/COL tat-12 ta' Ottubru 2016 dwar il-konformità tar-rata unitarja tan-Norveġja għall-2016 skont l-Artikolu 17 tal-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru) [2016/2052]

52

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2044

tat-18 ta' Novembru 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni Ewropea, ftehim mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi (il-“Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/431 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u applikat fuq bażi proviżorja mit-3 ta' Marzu 2016.

(3)

Il-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. F'dan il-Kumitat Konġunt, l-Unjoni għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni, li għandha tkun megħjuna mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tieħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista mill-Artikolu 10(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

R. KALIŇÁK


(1)  Il-kunsens ingħata fil-25 ta' Ottubru 2016 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/431 tat-12 ta' Frar 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi (ĠU L 76, 23.3.2016, p. 17…).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 19, Vol. 001, p. 178).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 19, Vol. 004, p. 211).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2045

tat-23 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza gamithromycin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-limitu massimu ta' residwi (MRL) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali għandu jiġi stabbilit f'Regolament.

(2)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Gamithromycin hija diġà inkluża f'dik it-tabella bħala sustanza permessa għall-ispeċi bovini, applikabbli għax-xaħam, il-fwied u l-kliewi, bl-esklużjoni ta' annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem u għall-ispeċi porċini, hija applikabbli għall-muskolu, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied u l-kliewi.

(4)

Ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) sabiex tiġi estiża l-entrata eżistenti għall-gamithromycin applikabbli għall-ispeċi ovina.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA trid tikkunsidra li tuża l-MLRs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li jkun ġej mill-istess speċi, jew tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn.

(6)

L-EMA kkunsidrat li l-estrapolazzjoni tal-entrata estiża għall-gamithromycin għar-ruminanti kollha hija xierqa.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-entrata għas-sustanza “gamithromycin” tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċijiet tal-Annimali

MRLs

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Gamithromycin

Gamithromycin

Ir-ruminanti kollha ħlief il-bovini

50 μg/kg

Muskolu

Mhux għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem

Aġenti li jaġixxu kontra l-infezzjonijiet/Antibijotiċi”

50 μg/kg

Xaħam

300 μg/kg

Fwied

200 μg/kg

Kilwa

Bovini

20 μg/kg

Xaħam

200 μg/kg

Fwied

100 μg/kg

Kilwa

Porċini

100 μg/kg

Muskolu

L-EBDA ENTRATA

100 μg/kg

Ġilda u xaħam fi proporzjonijiet naturali

100 μg/kg

Fwied

300 μg/kg

Kilwa


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2046

tat-23 ta' Novembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

91,2

TR

83,7

ZZ

87,5

0707 00 05

TR

153,9

ZZ

153,9

0709 93 10

MA

101,9

TR

143,2

ZZ

122,6

0805 20 10

MA

71,9

ZZ

71,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

JM

110,2

MA

98,3

PE

116,9

TR

76,4

ZZ

100,5

0805 50 10

AR

64,7

TR

86,7

ZZ

75,7

0808 10 80

CL

185,9

NZ

177,5

ZA

176,7

ZZ

180,0

0808 30 90

CN

81,3

TR

126,8

ZZ

104,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/8


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2047

tat-18 ta' Novembru 2016

dwar it-tnedija fid-Danimarka tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst skont dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment.

(2)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni ta' hawn fuq tkun ġiet issodisfata fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(3)

Id-Danimarka informat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-fajls nazzjonali tal-analiżi tad-DNA li għalihom japplikaw l-Artikoli 2 sa 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u l-kondizzjonijiet għal tiftix awtomatizzat kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 36(2) ta' dik id-Deċiżjoni.

(4)

Skont il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(5)

Id-Danimarka lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dwar id-DNA.

(6)

Id-Danimarka wettqet b'suċċess prova pilota man-Netherlands.

(7)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fid-Danimarka u l-grupp ta' evalwazzjoni Nederlandiż fassal rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni li ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sinteżi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' data dwar id-DNA.

(9)

Fit-12 ta' Lulju 2016 il-Kunsill ikkonkluda li d-Danimarka kienet implimentat għalkollox id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(10)

Għalhekk, għall-finijiet ta' tiftix awtomatizzat ta' data dwar id-DNA, id-Danimarka għandha tkun intitolata li tirċievi u tforni data personali bis-saħħa tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(11)

Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(12)

L-Irlanda hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(13)

Ir-Renju Unit hu marbut bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tiftix u l-ipparagunar awtomatizzati ta' data dwar id-DNA, id-Danimarka hija intitolata li tirċievi u tforni data personali bis-saħħa tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mill-25 ta' Novembru 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

R. KALIŇÁK


(1)   ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-25 ta' Ottubru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/10


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2048

tat-18 ta' Novembru 2016

dwar it-tnedija fid-Danimarka tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst skont dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment.

(2)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni ta' hawn fuq tkun ġiet issodisfata fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(3)

Skont il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(4)

Id-Danimarka lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika.

(5)

Id-Danimarka wettqet b'suċċess eżerċizzju pilota mal-Ġermanja.

(6)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fid-Danimarka u l-grupp ta' evalwazzjoni Ġermaniż fassal rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni li ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(7)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sinteżi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' data dattiloskopika.

(8)

Fit-12 ta' Lulju 2016, il-Kunsill ikkonkluda li d-Danimarka kienet implimentat għalkollox id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(9)

Għalhekk, għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, id-Danimarka għandha tkun intitolata li tirċievi u tforni data personali bis-saħħa tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(10)

Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(11)

L-Irlanda hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(12)

Ir-Renju Unit hu marbut bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tiftix u l-ipparagunar awtomatizzat ta' data dattiloskopika, id-Danimarka hija intitolata li tirċievi u tforni data personali bis-saħħa tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mill-25 ta' Novembru 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

R. KALIŇÁK


(1)   ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-25 ta' Ottubru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/2049

tal-21 ta' Novembru 2016

li taħtar membru, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Repubblika tan-Netherlands,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Melanie Irmgard BOUWKNEGT, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Hester HOUWING, Policy Adviser at the Christian Trade Union Federation (CNV), hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. PLAVČAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/13


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2050

tat-22 ta' Novembru 2016

dwar l-introduzzjoni fis-suq ta' qronfla modifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4)

(notifikata bid-dokument C(2016) 7443)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2001/18/KE, l-introduzzjoni fis-suq ta' prodott li jkun fih jew ikun jikkonsisti minn organiżmu ġenetikament modifikat jew taħlita ta' organiżmi ġenetikament modifikati hija soġġetta għall-għoti ta' kunsens bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun irċieva n-notifika għall-introduzzjoni fis-suq ta' dak il-prodott.

(2)

F'Marzu tal-2013, Suntory Holdings Limited, Osaka, fil-Ġappun, ippreżentat notifika dwar l-introduzzjoni fis-suq ta' qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands.

(3)

In-notifika tkopri l-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-qronfla ġenetikament modifikata Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4.

(4)

Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/18/KE, l-awtorità kompetenti tan-Netherlands fasslet rapport ta' valutazzjoni, li kkonkluda li ma rriżultaw l-ebda raġunijiet li abbażi tagħhom għandu jkun irrifjutat il-kunsens għall-introduzzjoni fis-suq tal-fjuri maqtugħa tal-qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) għall-użu ornamentali, jekk jiġu sodisfatti kundizzjonijiet speċifiċi.

(5)

Ir-rapport ta' valutazzjoni ġie ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, li wħud minnhom qajmu u sostnew l-oġġezzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq tal-prodott.

(6)

Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta' Novembru 2014, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) indirizzat l-oġġezzjonijiet sostnuti minn Stat Membru wieħed u kkonkludiet li, f'każ li sseħħ propagazzjoni tal-qronfla ġenetikament modifikata SHD-27531-4 (eż. permezz tar-riproduzzjoni veġitattiva) minn xi individwi, il-qronfla ġenetikament modifikata ma turi l-ebda potenzjal għal rata ogħla ta' sopravvivenza, ta' fitness jew ta' infestazzjoni meta mqabbla mal-linja parentali tagħha (2). Ikkonkludiet ukoll li t-tixrid potenzjali tal-pollinja tal-qronfla ġenetikament modifikata mil-Lepidoptera għal speċijiet selvaġġi Dianthushuwa improbabbli ħafna li sseħħ u, kieku dan kellu jseħħ huwa improbabbli ħafna li jiġu prodotti ibridi vijabbli, u li dawn jgħixu u jirriżultaw f'effetti ambjentali negattivi. Fl-aħħar nett, hija kkonkludiet li t-trasferiment tal-ġeni ġodda introdotti minn pjanta għall-oħra huwa improbabbli ħafna u, kieku dan kellu jseħħ, huwa improbabbli li jirriżulta fi produzzjoni ta' żerriegħa vijabbli li twassal għal effetti negattivi fuq l-ambjent.

(7)

Wara li l-Kummissjoni talbet opinjoni sħiħa mingħand l-EFSA, din fil-15 ta' Diċembru 2015 ippubblikat opinjoni ġdida li kkonkludiet li ma hemm l-ebda raġuni xjentifika biex jitqies li l-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut fl-Unjoni tal-fjuri maqtugħa tal-qronfla ġenetikament modifikata SHD-27531-4 għall-użu ornamentali se jikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (3). L-EFSA sabet ukoll li l-pjan ta' monitoraġġ preżentat mid-detentur tal-kunsens kien aċċettabbli fid-dawl tal-użi maħsuba tal-qronfla ġenetikamentmodifikata.

(8)

Eżami tan-notifika sħiħa, tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta min-notifikatur, tal-oġġezzjonijiet speċifiċi li tqajmu minn Stat Membru wieħed fid-dawl tad-Direttiva 2001/18/KE, u tal-opinjonijiet tal-EFSA, ma juri l-ebda raġuni biex wieħed jaħseb li l-introduzzjoni fis-suq ta' fjuri maqtugħa tal-qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) se taffettwa ħażin lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent fil-kuntest tal-użu ornamentali propost tagħha.

(9)

Ġie assenjat identifikatur uniku lill-qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (5).

(10)

Fid-dawl tal-opinjonijet tal-EFSA, mhuwiex neċessarju li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-użi maħsuba fir-rigward tal-immaniġġar jew l-ippakkjar tal-prodott u tal-protezzjoni ta' ekosistemi, ambjenti jew żoni ġeografiċi partikolari.

(11)

It-tikketti tal-prodott għandhom jinkludu informazzjoni li l-fjuri maqtugħin tal-qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) ma jistgħux jintużaw għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali u lanqas ma għandhom jintużaw għall-kultivazzjoni.

(12)

F'Marzu tal-2016 ġie vvalidat metodu ta' individwazzjoni għall-qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(13)

Il-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/18/KE ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stipulat mill-President tiegħu. Tqies li kien meħtieġ att ta' implimentazzjoni u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni lill-kumitat ta' appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat ta' appell ma tax l-opinjoni tiegħu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kunsens

1.   L-awtorità kompetenti tan-Netherlands għandha tagħti kunsens bil-miktub għall-introduzzjoni fis-suq tal-qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) innotifikata minn Suntory Holdings Limited, Osaka, fil-Ġappun (Referenza C/NL/13/01) u ddefinita fl-Artikolu 2.

2.   Il-kunsens għandu jingħata bil-miktub u għandu jispeċifika b'mod espliċitu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 u l-identifikatur uniku stabbilit fl-Artikolu 2(2).

3.   Il-kunsens għandu jkun limitat għall-introduzzjoni fis-suq tal-fjuri maqtugħa tal-qronfla modifikata ġenetikament bħala prodott.

4.   Il-kunsens għandu jkopri proġeni dderivati mir-riproduzzjoni veġetattiva tal-qronfla ġenetikament modifikata.

5.   Il-perjodu ta' validità tal-kunsens għandu jkun ta' 10 snin, li jibdew mid-data tal-ħruġ tal-kunsens.

Artikolu 2

Prodott

1.   L-organiżmu ġenetikament modifikat li għandu jiġi introdott fis-suq, huwa qronfla (Dianthus caryophyllus L.), bil-kulur tal-fjura modifikat, li ġejja mill-kultura ċellulari tad-Dianthus caryophyllus L. u ttrasformata bir-razza AGL0 tal-Agrobacterium tumefaciens,, bl-użu tal-vettur pCGP1991, u li jirriżulta fil-linja SHD-27531-4.

Il-qronfla modifikata ġenetikament fiha d-DNA li ġej, fi tliet cassettes:

(a)

Cassette 1

Il-ġene dfr tal-petunja li jikkodifika d-diidroflavonol 4-reduttażi (DFR), enzima essenzjali fir-rotta bijosintetika tal-antoċjanina, inklużi l-promotur u t-terminatur tiegħu stess.

(b)

Cassette 2

Is-sekwenza tal-promotur mill-ġene tal-isnapdragon kalkon-sintażi, il-flavonojd 3′5′-idrossilażi (f3′5′h) minn Viola hortensis f'għamla ta' cDNA li jikkodifika F3′5′H, enzima essenzjali fir-rotta bijosintetika antoċjanina, u t-terminatur mill-ġene D8 tal-petunja li jikkodifika proteina tat-trasferiment tal-fosfolipid putattiv.

Dawn iż-żewġ cassettes iddaħħlu fil-ġenoma tal-pjanta biex jinkiseb il-kulur tal-fjura mixtieq.

(c)

Cassette 3

Il-promotur 35S tal-vajrus Możajk tal-pastard, iż-żona 5′mhux tradotta mill-ġene tal-petunja li jikkodifika l-proteina leganti tal-klorofilla a/b, il-ġene SuRB (als) kodifikanti għal proteina tas-sintażi tal-aċetolattat (ALS) mutanti dderivat min-Nicotiana tabacum, li jagħti t-tolleranza lis-sulfonilurea, inkluż it-terminatur tagħha stess. Din il-karatteristika ntużat bħala markatur fl-għażla tat-trasformanti.

2.   L-identifikatur uniku tal-qronfla ġenetikament modifikata għandu jkun SHD-27531-4.

Artikolu 3

Il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq

Il-qronfla ġenetikament modifikata tista' tiġi introdotta fis-suq soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-qronfla ġenetikament modifikata tista' tintuża biss għal għanijiet ornamentali;

(b)

Il-koltivazzjoni tal-qronfla ġenetikament modifikata ma għandhiex tkun permessa;

(c)

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2001/18/KE, il-metodoloġija għad-detezzjoni u għall-identifikazzjoni tal-qronfla ġenetikament modifikata, inkluża d-dejta sperimentali li turi l-ispeċifiċità tal-metodoloġija, kif ivvalidata mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea, hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/valid-2001-18.htm;

(d)

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2001/18/KE, kull meta jintalab jagħmel dan, id-detentur tal-kunsens għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tas-servizzi ta' spezzjoni tal-Istati Membri kif ukoll tal-laboratorji ta' kontroll tal-Unjoni, il-kampjuni tal-verifika pożittivi u negattivi tal-prodott, jew tal-materjal ġenetiku tiegħu, jew tal-materjali ta' referenza;

(e)

Il-kliem “Dan il-prodott huwa organiżmu ġenetikament modifikat” jew “Dan il-prodott huwa qronfla ġenetikament modifikata”, u l-kliem “mhux għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali u lanqas għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta jew f'dokument li jakkumpanja l-qronfla ġenetikament modifikata.

Artikolu 4

Il-monitoraġġ

1.   Tul il-perjodu kollu ta' validità tal-kunsens, id-detentur tal-kunsens għandu jiżgura li jiġi stabbilit u implimentat il-pjan ta' monitoraġġ inkluż fin-notifika u li jikkonsisiti fi pjan ta' sorveljanza ġenerali, għall-kontroll ta' kull effett negattiv fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent li jirriżulta mill-immaniġġar jew mill-użu tal-qronfla ġenetikament modifikata.

Il-pjan ta' monitoraġġ jinsab fuq [Link: plan published on the Internet].

2.   Id-detentur tal-kunsens għandu jinforma lill-operaturi u lill-utenti direttament dwar is-sikurezza u l-karatteristiċi ġenerali tal-qronfla ġenetikament modifikata kif ukoll dwar il-kundizzjonijet ta' monitoraġġ, u dwar il-miżuri ta' ġestjoni xierqa li jridu jittieħdu fil-każ ta' kultivazzjoni aċċidentali.

3.   Id-detentur tal-kunsens għandu jissottometti r-rapporti annwali dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

4.   Id-detentur tal-kunsens għandu jkun fil-pożizzjoni li jagħti l-evidenza lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri:

(a)

li n-netwerks ta' monitoraġġ eżistenti, inklużi n-netwerks nazzjonali tal-istħarriġ botaniku u tas-servizzi tal-protezzjoni tal-pjanti, kif speċifikati fil-pjan ta' monitoraġġ inkluż fin-notifika, jiġbru l-informazzjoni rilevanti għall-monitoraġġ tal-qronfla ġenetikament modifikata; kif ukoll

(b)

li n-netwerks ta' monitoraġġ eżistenti msemmija fil-punt (a) ikunu qablu li jqiegħdu dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tad-detentur tal-kunsens qabel id-data tas-sottomissjoni tar-rapporti ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont il-paragrafu 3.

Artikolu 5

Id-destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(2)  Il-Bord tal-OĠM tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2014. Scientific Opinion on objections of a Member State to a notification (Reference C/NL/13/01) for the placing on the market of the genetically modified carnation SHD-27531-4 with a modified colour, for import of cut flowers for ornamental use, under Part C of Directive 2001/18/KE from Suntory Holdings Limited. EFSA Journal 2014; 12(11):3878, 9 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3878

(3)  Il-Bord tal-OĠM tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2015. Scientific Opinion on a Part C notification (reference C/NL/13/01) from Suntory Holdings Limited for the import, distribution and retailing of carnation SHD-27531-4 cut flowers with modified petal colour for ornamental use. EFSA Journal 2015;13(12):4358, 19 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4358

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta' prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta' identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/17


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 216/14/COL

tat-28 ta' Mejju 2014

li temenda għas-sitta u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tadotta linji gwida ġodda fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru [2016/2051]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikoli 5(2)(b) u 24 tiegħu u l-Artikolu 1 fil-Parti I tal-Protokoll 3 tiegħu,

Billi:

Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet ittrattati fil-Ftehim ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti hekk jipprovdi espressament jew jekk l-Awtorità tqis li hemm bżonn isir hekk,

Fl-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru”  (1). Il-linji gwida jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom il-finanzjament pubbliku tal-ajruporti u tal-linji tal-ajru jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u, meta dan jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà. Dawn japplikaw mill-4 ta' April 2014 u jissostitwixxu l-linji gwida tal-Avjazzjoni tal-1994 u l-2005 (2) minn dik id-data.

Dawn il-linji gwida huma rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

Għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kollha skont l-għan ta' omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ŻEE,

Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fl-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità, wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea, għandha tadotta linji gwida ġodda li jikkorrispondu ma' dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

Il-linji gwida l-ġodda se jissostitwixxu l-miżuri attwali dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (3),

WARA li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA b'ittra ddatata t-12 ta' Mejju 2014 dwar is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu emendati bl-introduzzjoni ta' linji gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u l-linji tal-ajru. Il-Linji Gwida l-ġodda huma annessi ma' din id-Deċiżjoni u jiffurmaw parti integrali minnha.

Artikolu 2

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Frank BÜCHEL

Membru tal-Kulleġġ


(1)   ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3.

(2)  L-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5); u Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — linji gwida tal-Komunità dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1).

(3)  Il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 30 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, 6.3.2008, p. 3).


ANNESS

LINJI GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-AJRUPORTI U L-LINJI TAL-AJRU

KONTENUT

1.

Introduzzjoni: Politika ta' għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni

2.

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

2.1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.2.

Definizzjonijiet

3.

Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

3.1.

Il-kunċett ta' impriża u l-attività ekonomika

3.2.

L-użu tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

3.3.

Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

3.4.

Finanzjament pubbliku tal-ajruporti u l-applikazzjoni tal-Prinċipju tal-Operatur tal-Ekonomija tas-Suq

3.5.

Relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru

3.5.1.

Tqabbil mal-prezz tas-suq

3.5.2.

L-analiżi tal-profittabilità ex ante

4.

Il-finanzjament pubbliku ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

4.1.

Id-definizzjoni ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali fl-ajruport u fis-setturi tat-trasport bl-ajru

4.2.

Kumpatibbiltà tal-għajnuna fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku

5.

Kumpatibbiltà tal-għajnuna skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE

5.1.

Għajnuna lill-ajruporti

5.1.1.

Għajnuna għall-investiment lill-ajruporti

5.1.2.

Għajnuna operatorja lill-ajruporti

5.2.

Għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru

6.

Għajnuna ta' karattru soċjali skont l-Artikolu 61(2)(a) tal-Ftehim ŻEE

7.

Kumulazzjoni

8.

Dispożizzjonijiet finali

8.1.

Rappurtar annwali

8.2.

Trasparenza

8.3.

Monitoraġġ

8.4.

Evalwazzjoni

8.5.

Miżuri xierqa

8.6.

Applikazzjoni

8.7.

Rieżami

1.   INTRODUZZJONI: POLITIKA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI

1.

Billi jgħaqqad lill-popli u lir-reġjuni, it-trasport bl-ajru għandu rwol vitali fl-integrazzjoni u l-kompetittività taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”), kif ukoll fl-interazzjoni tagħha mad-dinja. It-trasport bl-ajru jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-ekonomija tal-Unjoni, b'aktar minn 15-il miljun moviment kummerċjali annwali, 822 miljun passiġġier ittrasportati minn u lejn l-ajruporti tal-Unjoni fl-2011, 150 linja tal-ajru skedati, netwerk ta' aktar minn 460 ajruport, u 60 fornitur tas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru (1). L-Unjoni tgawdi mill-pożizzjoni tagħha bħala fus tal-avjazzjoni globali, b'linji tal-ajru u ajruporti li weħidhom jikkontribwixxu aktar minn EUR 140 000 miljun għall-Prodott Domestiku Gross tal-Unjoni kull sena. Is-settur tal-avjazzjoni jimpjega madwar 2,3 miljun ruħ fl-Unjoni (2).

2.

L-Istrateġija Ewropa 2020 (3) (“UE 2020”) tissottolinja l-importanza tal-infrastruttura tat-trasport bħala parti mill-istrateġija ta' tkabbir sostenibbli tal-Unjoni għall-għaxar snin li ġejjin. B'mod partikolari, il-Kummissjoni fil-White Paper tagħha “Pjan direzzjonali għal Żona Unika tat-Trasport” (4) enfasizzat li l-internalizzazzjoni tal-esternalitajiet, l-eliminazzjoni ta' sussidji mhux ġustifikati u l-kompetizzjoni ħielsa u mhux imxekkla huma parti essenzjali mill-isforz biex jiġu allinjati l-għażliet tas-suq mal-bżonnijiet ta' sostenibbiltà. Il-“Pjan Direzzjonali għal Żona Unika tat-Trasport” jenfasizza wkoll l-importanza ta' użu effiċjenti tar-riżorsi. Fil-prattika, it-trasport irid juża inqas enerġija u enerġija nadifa, jisfrutta aħjar infrastruttura moderna u jnaqqas l-impatt negativ tiegħu fuq il-klima u fuq l-ambjent u partikolarment fuq assi naturali ewlenin bħall-ilma, l-art u l-ekosistemi.

3.

It-tlestija gradwali tas-suq intern wasslet għat-tneħħija ta' kull restrizzjoni kummerċjali għal-linji tal-ajru li jtiru fiż-ŻEE, bħal restrizzjonijiet fuq rotot jew fuq in-numru ta' titjiriet u l-istabbiliment ta' tariffi. Mil-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-1997 (5), l-industrija espandiet aktar minn qatt qabel, u dan ikkontribwixxa għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Din wittiet it-triq ukoll għall-ħolqien ta' trasportaturi bi prezz baxx, li joperaw mudell tan-negozju ġdid ibbażat fuq il-ħinijiet qosra sat-titjira lura u l-użu effiċjenti ħafna tal-flotta. Dan l-iżvilupp iġġenera żieda tremenda fit-traffiku, bit-traffiku tat-trasportaturi bi prezz baxx li qed jiżdied b'rata mgħaġġla mill-2005. Fl-2012 għall-ewwel darba, il-linji tal-ajru bi prezz baxx (44,8 %) qabżu s-sehem fis-suq tat-trasportaturi tal-ajru stabbiliti (42,4 %), xejra li kompliet fl-2013 (45,94 % għal-linji tal-ajru bi prezz baxx u 40,42 % għal dawk stabbiliti).

4.

Filwaqt li fil-biċċa l-kbira tagħhom għadhom ta' sjieda u ġestjoni pubblika (6), l-ajruporti madwar l-UE bħalissa qegħdin jaraw l-involviment dejjem jikber ta' impriżi privati. Inħolqu swieq ġodda f'dawn l-aħħar għaxar snin, permezz tal-privatizzazzjoni parzjali ta' ċerti ajruporti, kif ukoll permezz tal-kompetizzjoni għall-ġestjoni ta' ajruporti ta' proprjetà pubblika, inklużi ajruporti reġjonali.

5.

Ajruporti iżgħar juru l-ogħla proporzjon ta' sjieda pubblika (7) u huma l-aktar spiss li jserrħu fuq l-appoġġ pubbliku biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom. Il-prezzijiet ta' dawn l-ajruporti ġeneralment ma jkunux definiti fir-rigward ta' kunsiderazzjonijiet tas-suq u b'mod partikolari prospetti sodi ta' profittabilità ex ante, iżda essenzjalment fil-kunsiderazzjonijiet lokali jew reġjonali. Bil-kundizzjonijiet attwali tas-suq il-prospetti ta' profittabilità għal ajruporti operati kummerċjalment jibqgħu dipendenti ħafna (8) fuq il-livell ta' throughput, b'ajruporti b'inqas minn miljun passiġġier fis-sena li tipikament jitħabtu biex ikopru l-ispejjeż operattivi tagħhom. Konsegwentement il-biċċa l-kbira tal-ajruporti reġjonali huma ssussidjati minn awtoritajiet pubbliċi fuq bażi regolari.

6.

Ċerti reġjuni għadhom imfixklin minn aċċessibilità fqira mill-bqija taż-ŻEE, u ċentri ewlenin qed jiffaċċjaw livelli dejjem akbar ta' konġestjoni (9). Fl-istess waqt, id-densità tal-ajruporti reġjonali f'ċerti reġjuni taż-ŻEE wasslet għal kapaċità żejda sostanzjali fl-infrastruttura tal-ajruporti meta mqabbla mad-domanda tal-passiġġieri u l-ħtiġijiet tal-linji tal-ajru.

7.

Is-sistema tal-ipprezzar fil-biċċa l-kbira tal-ajruporti taż-ŻEE tradizzjonalment kienet imfassla bħala skema pubblikata tal-imposti tal-ajruport ibbażata fuq in-numri tal-passiġġieri u l-piż tal-inġenji tal-ajru (10). Madankollu, l-evoluzzjoni tas-suq u l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru gradwalment wittew it-triq għal varjetà wiesgħa ta' prattiki kummerċjali, inklużi kuntratti fit-tul b'tariffi differenzjati u xi drabi ammonti sostanzjali ta' inċentivi u ta' appoġġ ta' kummerċjalizzazzjoni mħallsa mill-ajruporti u/jew mill-awtoritajiet lokali lil-linji tal-ajru. B'mod partikolari, il-fondi pubbliċi allokati għall-appoġġ tal-operazzjonijiet tal-ajruporti jistgħu jkunu mgħoddija lil-linji tal-ajru sabiex jiġbdu aktar traffiku kummerċjali, u b'hekk joħolqu distorsjoni tas-swieq tat-trasport bl-ajru (11).

8.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (SAM) (12), il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li l-politika dwar l-għajnuna mill-Istat għandha tiffoka fuq il-faċilitazzjoni ta' għajnuna mfassla tajjeb immirata lejn in-nuqqasijiet tas-suq u objettivi ta' interess komuni tal-Unjoni, u li tevita l-ħela tar-riżorsi pubbliċi. Tabilħaqq il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkoreġu fallimenti fis-suq, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u titkattar il-kompetittività. Barra minn hekk, meta s-swieq jipprovdu riżultati effiċjenti imma dawn jiġu kkunsidrati bħala mhux sodisfaċenti mil-lenti tal-politika ta' koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista' tintuża biex jinkiseb riżultat tas-suq li jkun aktar mixtieq u ekwu. Madankollu, l-għajnuna mill-Istat jista' jkollha effetti negattivi, bħad-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE sa tali punt li jmur kontra l-interessi komuni taż-ŻEE. Il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-ajruport u tat-trasport bl-ajru għandhom għalhekk jippromwovu l-użu għaqli tar-riżorsi pubbliċi għal politiki orjentati lejn it-tkabbir, filwaqt li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jfixklu l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, b'mod partikolari billi tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' ajruporti li ma jħallux profitt fl-istess żona ta' qbid u l-ħolqien ta' kapaċità żejda.

9.

L-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għas-setturi tal-ajruporti u tat-trasportaturi tal-ajru tikkostitwixxi parti mill-isforzi tal-Awtorità bl-għan li jtejbu l-kompetittività u l-potenzjal tat-tkabbir tal-ajruport taż-ŻEE u tal-industriji tal-linji tal-ajru (13). Il-kundizzjonijiet ekwi fost il-linji tal-ajru u l-ajruporti fiż-ŻEE huma ta' importanza kbira għal dawn l-objettivi, kif ukoll għall-Ftehim ŻEE kollu kemm hu. Fl-istess ħin, ajruporti reġjonali jistgħu jaqdu rwol importanti kemm għall-iżvilupp lokali kif ukoll għall-aċċessibbiltà ta' ċerti reġjuni, b'mod partikolari fl-isfond ta' previżjonijiet tat-traffiku pożittivi għat-trasport tal-ajru fiż-ŻEE.

10.

Bħala parti mill-pjan ġenerali biex jinħoloq spazju tal-ajru uniku taż-ŻEE u waqt li jitqiesu l-iżviluppi tas-suq, fl-2005 l-Awtorità adottat linji gwida dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (14) (il-“linji gwida tal-Avjazzjoni 2005”). Dawn il-linji gwida speċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru jistgħu jkunu dikjarati kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Huma ssuplimentaw il-linji gwida tal-Avjazzjoni 1994 (15), li prinċipalment kien fihom dispożizzjonijiet fir-rigward tar-ristrutturar tat-trasportaturi nazzjonali u għajnuna soċjali għall-benefiċċju taċ-ċittadini taż-ŻEE.

11.

Dawn il-linji gwida jagħtu ħarsa lejn is-sitwazzjoni legali u ekonomika l-ġdida dwar il-finanzjament pubbliku tal-ajruporti u l-linji tal-ajru u jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li bihom dan il-finanzjament pubbliku jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE u, meta jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet li skonthom jista' jiġi ddikjarat kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c). Il-valutazzjoni tal-Awtorità hija bbażata fuq l-esperjenza u l-prassi ta' teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, kif ukoll fuq l-analiżi tagħha tal-kundizzjonijiet preżenti tas-suq fis-setturi tal-ajruport u tat-trasport bl-ajru. Huwa għalhekk mingħajr preġudizzju għall-approċċ tagħha fir-rigward ta' infrastrutturi jew setturi oħrajn. B'mod partikolari, l-Awtorità tqis li s-sempliċi fatt li operatur ta' ajruport jirċievi jew irċieva għajnuna mill-Istat ma jimplikax awtomatikament li l-linji tal-ajru klijenti tiegħu huma wkoll benefiċjarji tal-għajnuna. Jekk il-kundizzjonijiet offruti lil xi linja tal-ajru f'ajruport partikolari kienu offruti minn operatur ta' ajruport għall-profitt, il-linja tal-ajru ma tistax titqies li rċeviet vantaġġ għall-finijiet tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

12.

Meta s-sostenn pubbliku jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-Awtorità tikkunsidra li f'ċerti kundizzjonijiet, ċerti kategoriji ta' għajnuna lill-ajruporti reġjonali u lil-linji tal-ajru li jużaw dawn l-ajruporti jistgħu jkunu ġustifikati b'mod partikolari biex jiżviluppaw servizzi ġodda u jikkontribwixxu għall-aċċessibilità lokali u l-iżvilupp ekonomiku. Madankollu, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq kollha kkonċernati għandhom jiġu kkunsidrati u l-għajnuna mill-Istat biss li hija proporzjonata u meħtieġa sabiex tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni tista' tkun aċċettabbli.

13.

F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnutat li l-għajnuna għall-ġestjoni tikkostitwixxi fil-prinċipju forma ta' għajnuna li tfixkel ħafna l-kompetizzjoni u li tista' tiġi awtorizzata biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali. L-Awtorità tikkunsidra li l-ajruporti u l-linji tal-ajru għandhom normalment iġarrbu l-ispejjeż operattivi tagħhom. Madankollu, il-bidla gradwali għal realtà ġdida tas-suq, kif deskritta fil-punti minn 3 sa 7, tispjega l-fatt li l-ajruporti reġjonali rċevew sostenn għall-ġestjoni mifrux mill-awtoritajiet pubbliċi qabel l-adozzjoni ta' dawn il-linji gwida. F'dan l-isfond, għal perjodu tranżitorju, u sabiex l-industrija tal-avjazzjoni tkun tista' tadatta għas-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq, ċerti kategoriji ta' għajnuna operatorja lill-ajruporti xorta jistgħu jkunu ġustifikati f'ċerti kundizzjonijiet. Kif spjegat fil-punt 5, taħt il-kundizzjonijiet attwali tas-suq, id-dejta disponibbli u l-kunsens tal-industrija jindikaw rabta bejn il-qagħda finanzjarja ta' ajruport u l-livelli tat-traffiku tiegħu, b'eżiġenzi finanzjarji normalment akbar fil-każ ta' ajruporti iżgħar. Fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni territorjali fiż-ŻEE, il-maniġers ta' ajruporti reġjonali iżgħar għalhekk għandhom jingħataw żmien biex jaġġustaw għall-ambjent ġdid tas-suq, pereżempju, billi gradwalment iżidu l-imposti tal-ajruporti lil-linji tal-ajru, bl-introduzzjoni ta' miżuri ta' razzjonalizzazzjoni, billi jiddiversifikaw il-mudelli tan-negozju tagħhom jew billi jiġbdu linji tal-ajru u klijenti ġodda biex jimlew il-kapaċità inattiva tagħhom.

14.

Fi tmiem il-perjodu tranżitorju, l-ajruporti m'għandhomx jibqgħu jinagħtaw għajnuna operatorja aktar u għandhom jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom mir-riżorsi tagħhom stess. Filwaqt li l-għoti ta' kumpens għal spejjeż operattivi mhux koperti ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali għandu jibqa' possibbli għall-ajruporti ż-żgħar jew biex titħalla l-konnettività tar-reġjuni kollha b'rekwiżiti partikolari, il-bidliet fis-swieq stimulati minn dawn il-linji gwida għandhom jippermettu lill-ajruporti l-kopertura tal-ispejjeż tagħhom bħal f'kull industrija oħra.

15.

L-iżvilupp ta' traffiku tal-ajru ġdid għandu, fil-prinċipju, ikun ibbażat fuq argument sod għan-negozju. Madankollu l-linji tal-ajru mhumiex dejjem lesti, mingħajr inċentivi xierqa, li jieħdu r-riskju li jiftħu rotot ġodda minn ajruporti żgħar li ma jkunux magħrufa u ppruvati. Għalhekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-linji tal-ajru jistgħu jingħataw għajnuna tal-bidu matul u anki wara l-perjodu tranżitorju, jekk din tipprovdilhom l-inċentiva meħtieġa biex joħolqu rotot ġodda minn ajruporti reġjonali, iżżid il-mobbiltà taċ-ċittadini taż-ŻEE billi tistabbilixxi punti ta' aċċess għal tijiriet fiż-ŻEE u tistimola l-iżvilupp reġjonali. Minħabba li reġjuni remoti huma penalizzati minħabba l-aċċessibilità fqira tagħhom, l-għajnuna tal-bidu għal rotot minn dawn ir-reġjuni hija suġġetta għal kriterji ta' kumpatibbiltà iktar flessibbli.

16.

L-allokazzjoni tal-kapaċità tal-ajruporti lil-linji tal-ajru għandha għalhekk gradwalment issir aktar effiċjenti (jiġifieri orjentata lejn id-domanda), u għandu jkun hemm inqas ħtieġa għal finanzjament pubbliku ta' ajruporti minħabba li l-investiment privat isir aktar mifrux. Jekk jistgħu jkunu stabbiliti l-ħtieġa ġenwina ta' trasport u l-esternalitajiet pożittivi għal reġjun, l-għajnuna għall-investiment għall-ajruporti madankollu għandha tkompli tkun aċċettata anki wara l-perjodu tranżitorju, b'intensitajiet massimi tal-għajnuna li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi madwar iż-ŻEE.

17.

F'dan l-isfond dawn il-linji gwida attwali jintroduċu approċċ ġdid għall-valutazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna lill-ajruporti:

(a)

filwaqt li l-linji gwida tal-Avjazzjoni tal-2005 ħallew miftuħa l-kwistjoni ta' għajnuna għall-investiment, dawn il-linji gwida riveduti jiddefinixxu l-intensitajiet massimi tal-għajnuna permissibbli skont id-daqs tal-ajruport;

(b)

madankollu, għal ajruporti kbar b'volum ta' aktar minn 5 miljun passiġġier fis-sena, l-għajnuna għall-investiment ma għandhiex bħala prinċipju tkun iddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c), għajr f'ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna, bħar-rilokazzjoni ta' ajruport eżistenti, fejn il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat hija kkaratterizzata minn falliment ċar tas-suq, waqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali, id-daqs tal-investiment u d-distorsjonijiet limitati tal-kompetizzjoni;

(c)

l-intensitajiet massimi tal-għajnuna permissibbli għall-investiment huma miżjuda sa massimu ta' 20 % għal ajruporti li jinsabu f'reġjuni mbiegħda;

(d)

għal perjodu tranżitorju ta' 10 snin, l-għajnuna operatorja għal ajruporti reġjonali tista' tkun iddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c); madankollu, fir-rigward tal-ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri inqas minn 700 000 fis-sena, l-Awtorità, wara perjodu ta' erba' snin, se tivvaluta mil-ġdid il-prospetti ta' profittabilità ta' din il-kategorija ta' ajruporti sabiex tivvaluta jekk għandhomx jinħoloqu regoli speċjali biex janalizzaw il-kumpatibbiltà tal-għajnuna operatorja lil dawk l-ajruporti mas-suq fl-applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.

18.

Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà tal-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru ġew simplifikati u adattati skont l-iżviluppi riċenti fis-suq.

19.

L-Awtorità se tapplika approċċ bilanċjat, li huwa newtrali fil-konfront tad-diversi mudelli ta' negozju tal-ajruporti u l-linji tal-ajru, u li jqis il-prospetti għat-tkabbir tat-traffiku tal-ajru, il-ħtieġa għal żvilupp reġjonali u l-aċċessibbiltà u l-kontribuzzjoni pożittiva tal-mudell tan-negozju tat-trasportaturi bi prezz baxx għall-iżvilupp ta' xi ajruporti reġjonali. Iżda fl-istess waqt, bidla gradwali lejn approċċ orjentat lejn is-suq hija bla dubju meħtieġa; għajr f'każijiet debitament ġustifikati u limitati l-ajruporti għandhom ikunu jistgħu jkopru l-ispejjeż operattivi tagħhom u kull investiment pubbliku għandu jintuża biex jiffinanzja l-kostruzzjoni ta' ajruporti vijabbli li jissodisfaw it-talba tal-linji tal-ajru u tal-passiġġieri; id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-ajruporti u bejn il-linji tal-ajru, kif ukoll id-duplikazzjoni ta' ajruporti mhux profittabbli għandhom jiġu evitati. Dan l-approċċ ibbilanċjat għandu jkun trasparenti, jinftiehem faċilment u sempliċi biex ikun applikat.

20.

Dawn il-linji gwida huma mingħajr preġudizzju għad-dover tal-Istati tal-EFTA li jikkonformaw mad-dritt taż-ŻEE. Partikolarment, biex jiġi evitat li l-investiment ikun iwassal għal dannu ambjentali, l-Istati tal-EFTA jridu jiżguraw konformità wkoll mal-leġiżlazzjoni ambjentali taż-ŻEE, inkluża mal-ħtieġa li jwettqu valutazzjoni tal-impatt ambjentali fejn xieraq u jiżguraw li jkun hemm il-permessi kollha rilevanti.

2.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Kamp ta' applikazzjoni

21.

Il-prinċipji stipulati f'dawn il-linji gwida japplikaw għall-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (16). Dawn jiġu applikati skont il-Ftehim ŻEE u l-leġiżlazzjoni sekondarja adottata skont il-Ftehim ŻEE kif ukoll skont linji gwida oħra taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat (17).

22.

Ċerti ajruporti u linji tal-ajru huma speċjalizzati fit-trasport tal-merkanzija. L-Awtorità għad ma għandhiex biżżejjed esperjenza fil-valutazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru speċjalizzati fit-trasport tal-merkanzija biex tippreżenta fil-qosor il-prattika tagħha fil-forma ta' kriterji speċifiċi ta' kumpatibbiltà. Għal dawn il-kategoriji ta' impriżi, l-Awtorità se tapplika l-prinċipji komuni ta' kumpatibbiltà kif stabbilit fit-Taqsima 5 permezz ta' analiżi skont il-każ.

23.

L-Awtorità mhijiex se tapplika l-prinċipji stipulati fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (18), u fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (19) jew xi linji gwida futuri għall-għajnuna reġjonali mill-Istat mogħtija lill-infrastruttura tal-ajruporti.

24.

Dawn il-linji gwida jissostitwixxu l-linji gwida tal-Avjazzjoni tal-1994 u tal-2005.

2.2.   Definizzjonijiet

25.

Għall-fini ta' dawn il-linji gwida:

(1)

“għajnuna” tfisser kull miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE;

(2)

“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont ta' għajnuna totali espress bħala persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli, biż-żewġ ċifri espressi f'termini tal-valur preżenti nett meta tingħata l-għajnuna u qabel kull tnaqqis ta' taxxa jew ta' imposti oħra;

(3)

“linja tal-ajru” tfisser kull linja tal-ajru b'liċenzja għall-operat valida maħruġa minn Stat taż-ŻEE jew minn Membru tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

(4)

“imposta tal-ajruport” tfisser prezz jew imposta miġbura għall-benefiċċju tal-ajruport u mħallsa mill-utenti tal-ajruport għall-użu ta' faċilitajiet u servizzi, li jiġu provduti esklussivament mill-ajruport u li jkunu relatati mal-inżul, it-tlugħ, il-movimenti fl-art u l-ipparkjar ta' inġenji tal-ajru, u l-ipproċessar ta' passiġġieri u merkanzija, inklużi l-imposti jew it-tariffi għas-servizzi ta' groundhandling u tariffi għall-infrastruttura ċentralizzata tal-groundhandling;

(5)

“infrastruttura tal-ajruport” tfisser infrastruttura u tagħmir għall-provvista ta' servizzi tal-ajruport mill-ajruport lil-linji tal-ajru u lill-fornituri varji tas-servizzi, inklużi r-runways, it-terminals, ir-rampa tal-ajruport, it-taxiways, l-infrastruttura ċentralizzata tal-groundhandling u kull faċilità oħra li tappoġġja direttament lis-servizzi tal-ajruport, eskluż l-infrastruttura u t-tagħmir, li huma primarjament meħtieġa biex jiġu segwiti attivitajiet mhux ajrunawtiċi, bħal parkeġġi, ħwienet u ristoranti;

(6)

“ajruport” tfisser entità jew grupp ta'entitajiet li jwettqu l-attività ekonomika li tipprovdi servizzi tal-ajruport lil-linji tal-ajru;

(7)

“dħul tal-ajruport” tfisser id-dħul minn imposti tal-ajruporti nett minn sostenn għall-kummerċjalizzazzjoni jew kull inċentiv provdut mill-ajruport lil-linji tal-ajru, waqt li jitqies ukoll id-dħul li jiġi minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi (ħielsa minn kull sostenn pubbliku), eskluż kull sostenn u kumpens pubbliku għal kompiti li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika, jew servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali;

(8)

“servizzi tal-ajruport” tfisser servizzi pprovduti lil-linji tal-ajru minn ajruport jew kull wieħed mis-sussidjarji tiegħu biex ikun żgurat l-immaniġġar tal-inġenji tal-ajru, mill-inżul sat-tluq, u tal-passiġġieri u l-merkanzija, biex jippermettu li l-linji tal-ajru jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru; inkluż il-provvista ta' servizzi ta' groundhandling u l-provvista ta' infrastruttura ċentralizzata tal-groundhandling;

(9)

“traffiku annwali medju tal-passiġġieri” tfisser ċifra ddeterminata abbażi ta' traffiku tal-passiġġieri deħlin u dawk ħerġin matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha l-għajnuna ġiet notifikata jew mogħtija fil-każ ta' għajnuna mhux notifikata;

(10)

“kostijiet kapitali” tfisser id-deprezzament tal-kostijiet ta' investiment eliġibbli fl-infrastruttura u t-tagħmir tal-ajruporti inklużi l-kostijiet sottostanti tal-finanzjament;

(11)

“diskrepanza tal-likwidità fil-kostijiet kapitali” tfisser il-valur nett preżenti tad-differenza bejn il-flussi ta' flus pożittivi u dawk negattivi (inklużi l-kostijiet ta' investiment) matul il-ħajja tal-investiment f'assi kapitali fissi;

(12)

“żona ta' lħuq minn ajruport” tfisser il-konfini ta' suq ġeografiku, li normalment huwa stabbilit għal madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, bit-trejn jew bil-ferrovija ta' velocità għolja; madankollu, iż-żona ta' lħuq minn ajruport partikolari tista' tkun differenti u jeħtieġ li tqis l-ispeċifiċitajiet ta' kull ajruport partikolari. Id-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq jvarjaw minn ajruport għal ieħor, u jiddependu minn diversi karatteristiċi tal-ajruport, inklużi l-mudell tan-negozju tagħha, il-post u d-destinazzjonijiet li taqdi;

(13)

“kostijiet ta' finanzjament” tfisser l-ispejjeż relatati ma' finanzjament tad-dejn u l-ekwità tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment; fi kliem ieħor, il-kostijiet ta' finanzjament iqisu l-proporzjon ta' imgħax totali u r-remunerazzjoni ta' kapital proprju li jikkorrispondu għall-finanzjament tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment, eskluż il-finanzjament tal-kapital operattiv, l-investimenti f'attivitajiet mhux ajrunawtiċi jew proġetti oħrajn ta' investiment;

(14)

“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data meta l-Istat tal-EFTA ħa impenn legalment vinkolanti li jagħti l-għajnuna li tista' tkun invokata quddiem qorti nazzjonali;

(15)

“kostijiet ta' investiment eliġibbli” tfisser l-ispejjeż relatati mal-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport, inklużi l-ispejjeż tal-ippjanar, iżda esklużi l-kostijiet ta' investiment għal attivitajiet mhux ajrunawtiċi, spejjeż ta' investiment relatati mat-tagħmir tas-servizzi tal-groundhandling, spejjeż ordinarji ta' manutenzjoni u spejjeż għal kompiti li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika;

(16)

“servizzi ta' groundhandling” tfisser is-servizzi pprovduti lill-utenti tal-ajruporti fl-ajruporti kif deskritt fl-Anness mad-Direttiva 96/67/KE, u kull leġiżlazzjoni sussegwenti dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti;

(17)

“ferrovija ta' veloċità għolja” tfisser trejn kapaċi tlaħħaq veloċità ta' iktar minn 200 km/h;

(18)

“għajnuna għall-investiment” tfisser għajnuna biex ikunu ffinanzjati assi kapitali fissi; speċifikament, biex tkopri d-“diskrepanza tal-likwidità fl-ispejjeż kapitali”;

(19)

“valur nett preżenti” tfisser id-differenza bejn il-flussi ta' flus pożittivi u dawk negattivi matul il-ħajja tal-investiment, skontati għall-valur kurrenti tagħhom bl-użu tal-ispiża kapitali, jiġifieri r-rata ta' redditu meħtieġa normalment applikata mill-kumpanija fi proġetti oħrajn ta' investiment ta' tip simili jew, fejn mhux disponibbli, l-ispiża kapitali tal-kumpanija b'mod kumplessiv, jew redditi mistennija komunement osservati fis-settur tal-ajruporti;

(20)

“attivitajiet mhux ajrunawtiċi” tfisser servizzi kummerċjali lil-linji tal-ajru jew lil utenti oħra tal-ajruport, bħal servizzi anċillari għal passiġġieri, trasportaturi tal-merkanzija jew fornituri oħra tas-servizz, il-kiri ta' uffiċċji u ħwienet, parkeġġi u lukandi;

(21)

“għajnuna operatorja” tfisser għajnuna biex tkopri d-“diskrepanza tal-likwidità operattiva”; jew fil-forma ta' pagament bil-quddiem kif ukoll fil-forma ta' ħlasijiet parzjali perjodiċi biex ikopru spejjeż operattivi mistennija (pagamenti perjodiċi li jikkonsistu fi ħlasijiet ta' ammont f'daqqa);

(22)

“spejjeż operattivi” tfisser l-ispejjeż sottostanti ta' ajruport f'dak li hu forniment ta' servizzi tal-ajruport, inklużi kategoriji ta' spejjeż bħall-ispiża ta' persunal, servizzi b'kuntratt, komunikazzjonijiet, skart, enerġija, manutenzjoni, kera u amministrazzjoni, iżda esklużi l-ispejjeż kapitali, is-sostenn ta' kummerċjalizzazzjoni jew kull inċentiv ieħor mogħti lil-linji tal-ajru mill-ajruport, u l-ispejjeż li jaqgħu taħt ambitu ta' politika pubblika;

(23)

“diskrepanza tal-likwidità operattiva” tfisser it-telf operatorju tal-ajruport matul il-perjodu rilevanti, skontat għall-valur kurrenti tagħhom bl-użu tal-kost kapitali, jiġifieri n-nuqqas (f'termini tal-Valur Preżenti Nett) bejn id-dħul tal-ajruport u l-ispejjeż operattivi tal-ajruport.

(24)

“marġni ta' profitt raġonevoli” tfisser rata ta' redditu fuq il-kapital, pereżempju mkejjel bħala Rata ta'Redditu Interna (IRR), li l-impriża normalment hija mistennija li tagħmel fuq investimenti bi grad simili ta' riskju;

(25)

“ajruport reġjonali” tfisser kull ajruport b'volum ta' traffiku annwali ta' passiġġieri sa 3 miljuni;

(26)

“reġjuni remoti” tfisser gżejjer li jagħmlu parti mit-territorju ta' Stat tal-EFTA, u żoni ftit li xejn popolati;

(27)

“żoni skarsament popolati” tfisser reġjuni tan-NUTS 2 b'inqas minn tmin (8) abitant għal kull km2 jew reġjuni tan-NUTS 3 b'inqas minn 12,5 abitant għal kull km2 (abbażi tad-dejta tal-Eurostat dwar id-densità tal-populazzjoni);

(28)

“bidu tax-xogħlijiet” tfisser jew il-bidu ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni fuq l-investiment, jew l-ewwel impenn sod biex ikun ordnat tagħmir jew impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema jiġi l-ewwel, u li ma jinkludix xogħol preparatorju, bħall-kisba ta' permessi u t-twettiq ta' studji preliminari ta' fattibilità.

3.   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 61(1) TAL-FTEHIM ŻEE

3.1.   Il-kunċett ta' impriża u l-attività ekonomika

26.

Skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss fejn il-benefiċjarju huwa “impriża”. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”) konsistentement iddefinixxiet l-impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom jew mis-sjieda tagħhom u mill-mod kif huma ffinanzjati (21). Kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta' oġġetti u servizzi f'suq hija attività ekonomika (22). In-natura ekonomika ta' attività fiha nnifisha ma tiddependix fuq jekk l-attività tiġġenerax profitti (23).

27.

Issa jidher ċar li l-attività tal-linji tal-ajru li tikkonsisti fil-provvista ta' servizzi ta' trasport lill-passiġġieri u/jew lill-impriżi tikkostitwixxi attività ekonomika. Il-linji gwida tal-Avjazzjoni tal-1994, madankollu. xorta jirriflettu l-fehma li “il-kostruzzjoni [jew] it-tkabbir ta' proġetti ta' infrastruttura (bħal ajruporti, toroq, pontijiet, eċċ.) jirrappreżentaw miżura ġenerali ta' politika ekonomika li ma tistax tiġi kkontrollata mill-Kummissjoni skont ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat.” Fis-sentenza “Aéroports de Paris” (24), il-Qrati tal-Unjoni ddeċidew kontra din il-fehma u sostnew li l-operazzjoni ta' ajruport li tikkonsisti fil-provvista ta' servizzi tal-ajruport lil-linji tal-ajru u lil fornituri varji tas-servizzi tikkostitwixxi wkoll attività ekonomika. Fis-sentenza tagħha fil-kawża “l-Ajruport ta' Leipzig-Halle” (25), il-Qorti Ġenerali kkjarifikat li l-operazzjoni ta' ajruport hija attività ekonomika, li minnha l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport tagħmel parti inseparabbli.

28.

Safejn huma kkonċernati l-miżuri ta' finanzjament tal-passat, l-iżvilupp gradwali tal-forzi tas-suq fis-settur tal-ajruporti (26) ma jippermettix li tkun determinata data preċiża, li minnha l-operazzjoni ta' ajruport għandha tkun bla dubju meqjusa bħala attività ta' natura ekonomika. Madankollu, il-Qrati tal-Unjoni rrikonoxxew l-evoluzzjoni fin-natura tal-attivitajiet tal-ajruporti. F'“l-Ajruport ta' Leipzig-Halle”, il-Qorti Ġenerali sostniet li mis-sena 2000 l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruporti ma setgħatx tkun eskluża aktar (27). Konsegwentement, mid-data tas-sentenza f'“Aéroports de Paris” (it-12 ta' Diċembru 2000), l-operazzjoni u kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandhom jitqiesu bħala kompiti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

29.

Kuntrarju ta' dan, minħabba l-inċertezza li kienet teżisti qabel is-sentenza “Aéroports de Paris”, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li l-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u skont dan, li tali miżuri ma kellhomx għalfejn ikunu notifikati lill-Awtorità. Minn dan isegwi li l-Awtorità ma tistax titfa' aktar dubju, abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq il-miżuri ta' finanzjament mogħtija (28) qabel is-sentenza “Aéroports de Paris” (29).

30.

F'kull każ, il-miżuri li ngħataw qabel ma żviluppat kull kompetizzjoni fis-settur tal-ajruporti, ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat meta ingħataw, iżda jistgħu jitqiesu bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(v) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim jiġu ssodisfati.

31.

L-entità jew grupp ta' entitajiet li jwettqu attività ekonomika li tipprovdi servizzi tal-ajruport lil-linji tal-ajru, jiġifieri l-immaniġġar tal-inġenji tal-ajru, mill-inżul sat-tluq, u tal-passiġġieri u l-merkanzija, sabiex jippermettu lil-linji tal-ajru jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru (30), se tissejjaħ “ajruport” (31). Ajruport jipprovdi firxa ta' servizzi (“servizzi tal-ajruport”) lil-linji tal-ajru, bi skambju għall-ħlas (“imposti tal-ajruport”). Filwaqt li d-daqs preċiż tas-servizzi pprovduti mill-ajruporti, kif ukoll id-definizzjoni tal-imposti bħala “tariffi” jew “taxxi” jvarjaw madwar iż-ŻEE, il-provvista ta' servizzi tal-ajruport lil-linji tal-ajru bi skambju għall-imposti tal-ajruport tikkostitwixxi attività ekonomika fl-Istati kollha tal-EFTA.

32.

Il-qafas ġuridiku u regolatorju li fih ajruporti individwali huma posseduti u operati tvarja minn ajruport għal ieħor madwar iż-ŻEE. B'mod partikolari, ajruporti reġjonali huma spiss ġestiti f'koperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet pubbliċi. F'dan ir-rigward, il-Qorti ddeċidiet li bosta entitajiet jistgħu jkunu kkunsidrati li qed iwettqu attività ekonomika flimkien, u b'hekk jikkostitwixxu unità ekonomika, taħt kundizzjonijiet speċifiċi (32). Fil-qasam tal-avjazzjoni, l-Awtorità tqis li involviment sinifikanti fl-istrateġija kummerċjali ta' ajruport, bħal permezz tal-konklużjoni diretta ta' ftehimiet ma' linji tal-ajru jew l-iffissar ta' imposti tal-ajruport, jikkostitwixxi indikazzjoni qawwija li l-entità rilevanti, weħedha jew b'mod konġunt, twettaq l-attività ekonomika li topera l-ajruport (33).

33.

Flimkien mas-servizzi tal-ajruport, ajruport jista' jipprovdi wkoll servizzi kummerċjali oħra lil-linji tal-ajru jew persuni oħra li jużaw l-ajruport, bħal servizzi anċillari għall-passiġġieri, trasportaturi tal-merkanzija jew fornituri oħra tas-servizz (pereżempju permezz tal-kiri ta' immobbli lil maniġers ta' ħwienet u ristoranti, operaturi tal-parkeġġ, eċċ.). Dawn l-attivitajiet ekonomiċi se jkunu kollettivament imsejħa “attivitajiet mhux ajrunawtiċi”.

34.

Madanakollu, mhux l-attivitajiet kollha tal-ajruport huma neċessarjament ta' natura ekonomika (34). Billi l-klassifikazzjoni ta' entità bħala impriża ssir dejjem skont l-attività speċifika, huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet ta' ajruport partikolari u li jiġi stabbilit sa liema punt dawn l-attivitajiet huma ta' natura ekonomika. Jekk ajruport iwettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet li mhumiex ekonomiċi, huwa għandu jitqies bħala impriża biss fir-rigward ta' dak tal-ewwel.

35.

Il-Qorti sostniet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika mhumiex ta' natura ekonomika u ġeneralment ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat (35). F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar u attivitajiet meħtieġa għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġ biex jitwettqu dawn l-attivitajiet jitqiesu ġeneralment bħala ta' natura mhux ekonomika (36).

36.

Il-finanzjament pubbliku ta' tali attivitajiet mhux ekonomiċi ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, iżda għandu jkun limitat esklussivament biex jikkumpensa għall-kostijiet li dawn jikkawżaw u ma jistax jintuża biex jiffinanzja attivitajiet oħra (37). Kull kumpens żejjed possibbli mill-awtoritajiet pubbliċi tal-kostijiet imġarrba fir-rigward ta' attivitajiet mhux ekonomiċi jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, jekk ajruport ikun involut f'attivitajiet ta' natura mhux ekonomika flimkien mal-attivitajiet tiegħu ta' natura ekonomika, hija meħtieġa kontabilità tal-ispejjeż separata sabiex ikun evitat kull trasferiment possibbli ta' fondi pubbliċi bejn attivitajiet ta' natura ekonomika u mhux ekonomika.

37.

Finanzjament pubbliku ta' attivitajiet mhux ekonomiċi ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni bla bżonn bejn l-ajruporti. Tabilħaqq, hija każistika stabbilita li jkun hemm vantaġġ meta l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lill-impriżi mill-ispejjeż inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom (38). Għaldaqstant, meta skont ċerta ordni ġuridika hija normali li ajruporti ċivili jkollhom jeħlu ċerti spejjeż inerenti għall-operazzjoni tagħhom, filwaqt li ajruporti ċivili oħra ma jeħlux, dawn tal-aħħar jistgħu jingħataw vantaġġ, kemm jekk l-ispejjeż tagħhom ikunu relatati ma' attività li ġeneralment hi kkunsidrata ta' natura mhux ekonomika kif ukoll jekk le.

3.2.   L-użu tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

38.

It-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat jista' jieħu ħafna forom bħalma huma għotjiet diretti, rifużjonijiet tat-taxxa (39), self b'imgħax favorevoli jew tipi oħra ta' kundizzjonijiet ta' finanzjament preferenzjali. Ir-riżorsi tal-Istat se jkunu involuti wkoll jekk l-Istat jipprovdi benefiċċju in natura jew fil-forma ta' servizzi sussidjati (40), bħal servizzi tal-ajruport. Ir-riżorsi tal-Istat jistgħu jintużaw (41) fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Bl-istess mod, il-finanzjament minn fondi tal-Unjoni jikkostitwixxi riżorsi tal-Istat, meta dawn il-fondi jiġu allokati fid-diskrezzjoni ta' xi Stat tal-EFTA (42).

39.

Il-Qorti ddeċidiet ukoll li, anki jekk l-Istat huwa f'pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u li jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha, l-eżerċizzju attwali ta' dak il-kontroll f'każ partikolari ma jistax jiġi awtomatikament preżunt (43). Għalhekk, jeħtieġ li jkun ivvalutat jekk il-miżuri mogħtija minn impriżi pubbliċi humiex imputabbli lill-Istat. Il-Qorti indikat li l-imputabbiltà lill-Istat ta' miżura mogħtija minn impriża pubblika tista' tiġi dedotta minn sett ta' indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-każ u l-kuntest li fih ittieħdet dik il-miżura (44).

40.

F'dan l-isfond, ir-riżorsi ta' ajruport pubbliku jikkostitwixxu riżorsi pubbliċi. Konsegwentement, ajruport pubbliku jista' jagħti għajnuna lil xi linja tal-ajru li tuża l-ajruport jekk id-deċiżjoni li tingħata l-miżura tkun imputabbli lill-Istat u l-kundizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu ssodisfati. Il-Qorti ddeċidiet ukoll li jekk miżura tingħatax direttament mill-Istat jew minn korpi pubbliċi jew privati stabbiliti jew maħtura minnu sabiex jamministraw il-miżura huwa irrilevanti għal jekk tali għajnuna tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat (45).

3.3.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

41.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, appoġġ finanzjarju jwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni sakemm dan isaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra (46).

42.

B'mod ġenerali, meta vantaġġ mogħti minn Stat tal-EFTA jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jikkompetu f'suq partikolari ta' Stat tal-EFTA, il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE jrid jitqies bħala affettwat minn dak il-vantaġġ (47).

43.

Il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti tista' tiġi vvalutata fid-dawl tal-kriterji tal-għażla tal-linji tal-ajru, u b'mod partikolari billi jitqabblu fatturi bħalma huma t-tipi ta' servizzi tal-ajruporti pprovduti u l-klijenti kkonċernati, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika, il-konġestjoni, jekk hemmx aċċess mill-art, u l-livell tal-imposti u l-kundizzjonijiet kummerċjali kumplessivi għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport. Il-livell tal-imposti hu fattur ewlieni, minħabba li l-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruport jista' jintuża biex l-imposti tal-ajruporti jinżammu artifiċjalment baxxi sabiex jiġbdu lejhom linji tal-ajru u b'hekk jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni b'mod sinifikanti.

44.

L-Awtorità tinnota wkoll li l-ajruporti huma f'kompetizzjoni għall-ġestjoni tal-infrastruttura tal-ajruport, inkluż f'ajruporti reġjonali u lokali. Il-finanzjament pubbliku ta' ajruport jista' għalhekk ifixkel il-kompetizzjoni fis-swieq għall-operazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruporti. Barra minn hekk, il-finanzjament pubbliku kemm lill-ajruporti kif ukoll lil-linji tal-ajru jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jkollu effett fuq il-kummerċ fis-swieq tat-trasport bl-ajru madwar iż-ŻEE. Fl-aħħar nett, il-kompetizzjoni intermodali tista' wkoll tiġi affettwata mill-finanzjament pubbliku lill-ajruporti jew lil-linji tal-ajru.

45.

Fis-sentenza Altmark (48) il-Qorti ddeċidiet li anki finanzjament pubbliku mogħti lil impriża li tipprovdi biss servizzi tat-trasport lokali jew reġjonali jista' jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE, minħabba li l-provvista ta' servizzi tat-trasport minn dik l-impriża tista' tinżamm jew tiżdied bir-riżultat li l-impriżi stabbiliti fi Stati oħra tal-EFTA jkollhom inqas ċans li jipprovdu s-servizzi tat-trasport tagħhom. Anki l-fatt li l-ammont ta' għajnuna huwa żgħir jew id-daqs relattivament ċkejken tal-impriża li tirċievi finanzjament pubbliku ma jeskludix, bħala tali, il-possibbiltà li jista' jiġi affettwat il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Konsegwentement, il-finanzjament pubbliku tal-ajruporti jew tal-linji tal-ajru li joperaw is-servizzi minn dawn l-ajruporti jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE.

3.4.   Finanzjament pubbliku tal-ajruporti u l-applikazzjoni tal-Prinċipju tal-Operatur tal-Ekonomija tas-Suq

46.

L-Artikolu 125 tal-Ftehim ŻEE jiddikjara li l-Ftehim bl-ebda mod ma jippreġudika r-regoli tal-Istati taż-ŻEE li jirregolaw is-sistema ta' sjieda ta' proprjetà. Għaldaqstant l-Istati taż-ŻEE jista' jkollhom is-sjieda ta' impriżi u jistgħu jimmaniġġjawhom, u jistgħu jixtru ishma jew interessi oħra f'impriżi pubbliċi jew privati.

47.

Konsegwentement, dawn il-linji gwida ma jagħmlux distinzjoni bejn it-tipi differenti ta' benefiċjarji fir-rigward tal-istrutturi ġuridiċi tagħhom jew jekk humiex tas-settur pubbliku jew privat, u r-riferenzi kollha għal-linji tal-ajru u l-ajruporti jew il-kumpaniji li jimmaniġġjawhom jinkludu kull tip ta' entità ġuridika.

48.

Sabiex jiġi vvalutat jekk impriża bbenefikatx minn vantaġġ ekonomiku, jiġi applikat l-hekk imsejjaħ test tal-Operatur tal-Ekonomija tas-Suq (test “MEO”). Dan it-test għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fiż-żmien meta l-finanzjament pubbliku kien mogħti u ma għandux jiddependi fuq xi analiżi bbażata fuq sitwazzjoni iktar tard (49).

49.

Konsegwentement, meta ajruport jibbenefika mill-finanzjament pubbliku, l-Awtorità tivvaluta jekk dan il-finanzjament jikkostitwixxix għajnuna billi tqis jekk f'ċirkustanzi simili operatur privat, wara li jikkunsidra l-possibbiltà li jikseb redditu u jwarrab il-kunsiderazzjonijiet soċjali, dawk ta' politika reġjonali u dawk settorjali kollha (50), kienx jagħti l-istess finanzjament. Il-finanzjament pubbliku mogħti f'ċirkustanzi li jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jitqiesx bħala għajnuna mill-Istat (51).

50.

Il-Qorti ddeċidiet ukoll li l-imġiba ta' investitur pubbliku tista' tkun imqabbla ma' dik ta' investitur privat iggwidat minn prospetti ta' profittabilità fit-tul (52), matul il-perjodu ta' ħajja tal-investiment. Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma partikolarment pertinenti għall-investiment fl-infrastruttura, li spiss jinvolvu ammonti kbar ta' riżorsi finanzjarji u jistgħu biss jipproduċu redditu pożittiv wara ħafna snin. Kull valutazzjoni ta' profittabilità ta' ajruport trid tqis id-dħul tal-ajruport.

51.

Konsegwentement, rigward il-finanzjament pubbliku lill-ajruporti, l-analiżi ta' konformità mat-test MEO għandha tkun imsejsa fuq prospetti ta' profittabilità ex ante soda għall-entità li tagħti l-finanzjament (53). Kull previżjoni tat-traffiku użata għal dak l-iskop għandha tkun realistika u soġġetta għal analiżi tas-sensittività raġonevoli. In-nuqqas ta' pjan ta' negozju jikkostitwixxi indikazzjoni li t-test MEO jista' ma jkunx issodisfat (54). Fin-nuqqas ta' pjan ta' negozju, l-Istati tal-EFTA jistgħu jipprovdu analiżi jew dokumenti interni mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-ajruport ikkonċernat li juru b'mod ċar li analiżi mwettqa qabel l-għoti tal-finanzjament pubbliku turi li t-test ġie ssodisfat.

52.

L-ajruporti jista' jkollhom rwol importanti fit-trawwim tal-iżvilupp jew l-aċċessibbiltà lokali. Madankollu kunsiderazzjonijiet reġjonali jew ta' politika ma jistgħux jitqiesu għall-għanijiet tat-test MEO (55). Tali kunsiderazzjonijiet jistgħu madankollu, f'ċerti kundizzjonijiet, jitqiesu meta ssir il-valutazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna.

3.5.   Relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru

53.

Meta ajruport għandu riżorsi pubbliċi għad-dispożizzjoni tiegħu, l-għajnuna lil xi linja tal-ajru li tuża l-ajruport tista,' fil-prinċipju, tiġi eskluża meta r-relazzjoni bejn l-ajruport u dik il-linja tal-ajru tissodisfa t-test MEO. Dan normalment ikun il-każ jekk:

(a)

il-prezz impost għas-servizzi tal-ajruport jikkorrispondi mal-prezz tas-suq (ara t-taqsima 3.5.1); jew

(b)

jista' jintwera permezz ta' analiżi ex ante li l-arranġament mal-ajruport/il-linja tal-ajru se jwassal għal kontribuzzjoni ta' profitt inkrimentali pożittiv għall-ajruport (ara t-taqsima 3.5.2).

3.5.1.   Tqabbil mal-prezz tas-suq

54.

Approċċ wieħed lejn il-valutazzjoni tal-preżenza ta' għajnuna lil-linji tal-ajru jinvolvi li jkun stabbilit jekk il-prezz mitlub minn ajruport lil-linja tal-ajru partikolari jikkorrispondix mal-prezz tas-suq. Abbażi ta' prezzijiet tas-suq disponibbli u rilevanti, jista' jkun identifikat valur referenzjarju xieraq, waqt li jkunu kkunsidrati l-elementi spjegati fil-punt 60.

55.

L-identifikazzjoni ta' valur referenzjarju tirrikjedi, primarjament, li jkun jista' jintgħażel għadd suffiċjenti ta' ajruporti kumparabbli li jipprovdu servizzi kumparabbli f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

56.

F'dan ir-rigward l-Awtorità tinnota li għalissa, maġġoranza kbira tal-ajruporti fiż-ŻEE jibbenefikaw minn finanzjament pubbliku sabiex ikopru l-ispejjeż tal-investiment u l-ispejjeż operattivi. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-ajruporti jistgħu biss jibqgħu fis-suq bl-appoġġ pubbliku.

57.

Ajruporti li huma proprjetà pubblika kienu tradizzjonalment meqjusa mill-awtoritajiet pubbliċi bħala infrastrutturi biex jiffaċilitaw l-iżvilupp lokali u mhux bħala impriżi li joperaw skont ir-regoli tas-suq. Il-prezzijiet ta' dawn l-ajruporti konsegwentement ma jkunux ġeneralment definiti fir-rigward ta' kunsiderazzjonijiet tas-suq u partikolarment prospetti ta' profittabilità ex ante tajba, iżda essenzjalment fil-kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali.

58.

Anki jekk ċerti ajruporti huma proprjetà privata jew ġestiti mingħajr kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali, il-prezzijiet mitluba minn dawn l-ajruporti jistgħu jiġu influwenzati bis-sħiħ mill-prezzijiet imposti mill-maġġoranza ta' ajruporti ssussidjati pubblikament minħabba li l-prezzijiet ta' dawn tal-aħħar jitqiesu mil-linji tal-ajru matul in-negozjati tagħhom mal-ajruporti li huma proprjetà privata jew ġestiti privatament.

59.

F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-Awtorità għandha dubji serji jekk fil-preżent, jistax ikun identifikat valur referenzjarju xieraq biex ikun identifikat prezz tas-suq realistiku għal servizzi pprovduti mill-ajruporti. Din is-sitwazzjoni tista' tinbidel jew tevolvi fil-futur, b'mod partikolari meta r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw b'mod sħiħ għall-finanzjament pubbliku tal-ajruporti.

60.

F'kull każ, l-Awtorità tqis li eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva għandu jkun ibbażat fuq tqabbil tal-imposti tal-ajruporti, netti minn kull benefiċċju pprovdut lil-linja tal-ajru (bħal appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni, skontijiet, jew inċentiv ieħor), ma' numru suffiċjenti ta' “ajruporti komparaturi” adattati, li l-maniġers tagħhom jaġixxu bħala operaturi f'ekonomija tas-suq. B'mod partikolari, għandhom jintużaw l-indikaturi li ġejjin:

(a)

volum tat-traffiku;

(b)

tip ta' traffiku (negozju jew passatemp jew destinazzjoni 'il barra), l-importanza relattiva tal-merkanzija u l-importanza relattiva tad-dħul li jkun ġej mill-attivitajiet mhux ajrunawtiċi tal-ajruport;

(c)

it-tip u l-livell tas-servizzi tal-ajruport pprovduti;

(d)

il-prossimità tal-ajruport għal belt kbira;

(e)

l-għadd ta' abitanti fiż-żona milħuqa mill-ajruport;

(f)

il-prosperità taż-żona tal-inħawi (PDG kull ras);

(g)

iż-żoni ġeografiċi differenti li għalihom il-passiġġieri jistgħu jiġu attirati.

3.5.2.   L-analiżi tal-profittabilità ex ante

61.

Fil-preżent, l-Awtorità tqis l-analiżi tal-profittabilità inkrementali ex ante bħala l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni ta' arranġamenti konklużi mill-ajruporti ma' linji tal-ajru individwali.

62.

F'dan ir-rigward, l-Awtorità tikkunsidra li d-differenzazzjoni tal-prezz hija prassi standard tan-negozju, sakemm tkun konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha dwar il-kompetizzjoni u dik settorjali (56). Madanakollu, tali politiki ta' pprezzar iddifferenzjat għandhom jiġu ġustifikati mil-lat kummerċjali biex jissodisfaw it-test MEO (57).

63.

L-Awtorità tqis li arranġamenti konklużi bejn il-linji tal-ajru u ajruport jisgħu jitqiesu li jissodisfaw it-test MEO meta dawn jikkontribwixxu b'mod inkrimentali, minn perspettiva ex ante, għall-profittabilità tal-ajruport. L-ajruport irid juri li meta jiġi konkluż arranġament ma' linja tal-ajru (pereżempju kuntratt individwali jew skema ġenerali tal-imposti tal-ajruport) huwa jkun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-arranġament, tul id-durata tal-arranġament, b'marġni ta' profitt raġonevoli (58) fuq il-bażi ta' prospetti sodi fuq perjodu ta' żmien medju (59).

64.

Sabiex jiġi vvalutat jekk arranġament konkluż minn ajruport ma' linja tal-ajru jissodisfax it-test MEO, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni d-dħul mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li jirriżulta mill-attività tal-linja tal-ajru, flimkien mat-tariffi tal-ajruport, netti minn kull ribass, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew l-iskemi ta' inċentivi (60). B'mod simili, il-kostijiet kollha mistennija mġarrba inkrimentalment mill-ajruport fir-rigward tal-attività tal-linja tal-ajru fl-ajruport għandhom jiġu kkunsidrati (61). Tali kostijiet inkrementali jistgħu jinkludu l-kategoriji kollha ta' spejjeż jew investimenti, bħal persunal inkrimentali, tagħmir u kostijiet ta' investiment imġarrba minħabba l-preżenza tal-linja tal-ajru fl-ajruport. Pereżempju, jekk l-ajruport ikollu bżonn jespandi jew jibni terminal ġdid jew faċilitajiet oħrajn primarjament sabiex jakkomoda l-ħtiġijiet ta' linja tal-ajru speċifika, tali kostijiet għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu kkalkolati l-kostijiet inkrementali. B'kuntrast ma' dan, l-ispejjeż li l-ajruport ikollu jħallas xorta waħda, irrispettivament mill-arranġament li jkun sar mal-linja tal-ajru, ma għandhomx jittieħdu f'kunsiderazzjoni fit-test MEO.

65.

Meta operatur ta' ajruport jibbenefika minn għajnuna kompatibbli, il-vantaġġ li jirriżulta minn tali għajnuna ma jiġix mgħoddi lil linja tal-ajru speċifika (62) jekk il-kundizzjonijiet segwenti jiġu ssodisfati: l-infrastruttura tkun miftuħa għal-linji tal-ajru kollha (63) (dan jinkludi infrastruttura li x'aktarx tintuża minn ċertu kategoriji, bħal operaturi bi prezz baxx u ċarters) u ma tkunx iddedikata għal linja tal-ajru speċifika; u l-linji tal-ajru jħallsu tariffi li jkopru mill-inqas il-kostijiet inkrimentali kif definit fil-punt 64. Barra minn hekk, l-Awtorità tikkunsidra li taħt tali kundizzjonijiet, anki jekk kien ikun hemm għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru, tali għajnuna f'kull każ kienet tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE għall-istess raġunijiet li jiġġustifikaw il-kumpatibbiltà tal-għajnuna fil-livell tal-ajruport. Meta operatur ta' ajruport jibbenefika minn għajnuna għall-investiment inkompatibbli, il-vantaġġ li jirriżulta minn tali għajnuna ma jingħaddiex lil linja tal-ajru speċifika jekk il-kundizzjonijiet segwenti jkunu ssodisfati: l-infrastruttura tkun miftuħa għal-linji tal-ajru kollha u ma tkunx dedikata lil linja tal-ajru speċifika; u l-linji tal-ajru jħallsu tariffi li jkopru mill-inqas il-kost inkrimentali kif definit fil-punt 64. L-Awtorità tikkunsidra li f'tali kundizzjonijiet vantaġġ settorjali lill-industrija tal-linji tal-arju jew lil utenti oħra ma jistax jiġi eskluż iżda ma għandux iwassal għal irkupru minn linji tal-ajru speċifiċi jew utenti oħra.

66.

Meta tivvaluta arranġamenti tal-ajruporti/linji tal-ajru, l-Awtorità se tqis ukoll l-punt safejn l-arranġamenti li jkun qed jiġu vvalutati jistgħu jiġu kkunsidrati parti mill-implimentazzjoni ta' strateġija kumplessiva tal-ajruport li mistennija li twassal għal profittabilità għall-inqas fit-terminu twil ta' żmien.

4.   IL-FINANZJAMENT PUBBLIKU TA' SERVIZZI TA' INTERESS EKONOMIKU ĠENERALI

67.

F'xi każijiet, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddefinixxu ċerti attivitajiet ekonomiċi li jsiru minn ajruporti jew linji tal-ajru bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”) skont it-tifsira tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim ŻEE u l-każistika “Altmark” (64), u jipprovdu kumpens għat-twettiq ta' tali servizzi.

68.

F'każijiet bħal dawn, il-Komunikazzjoni dwar is-SIEĠ (65) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 (66) jipprovdu gwida dwar il-kundizzjonijiet li taħthom il-finanzjament pubbliku ta' SIEĠ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Għajnuna fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku se tkun ivvalutata skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (67) u l-qafas tas-SIEĠ (68). Flimkien dawk l-erba' dokumenti jiffurmaw il-“pakkett tas-SIEĠ”, li japplika wkoll għall-kumpens mogħti lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru. Dan li ġej juri l-applikazzjoni ta' xi wħud mill-prinċipji stipulati fil-pakkett tas-SIEĠ fid-dawl ta' ċerti speċifiċitajiet settorjali.

4.1.   Id-definizzjoni ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali fl-ajruport u fis-setturi tat-trasport bl-ajru

69.

L-ewwel kriterju ta' “Altmark” jirrikjedi definizzjoni ċara tal-kompiti li jikkostitwixxu servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Dan ir-rekwiżit jaqbel ma' dak tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim ŻEE (69). Skont il-każistika (70), impriżi fdati bl-operat ta' SIEĠ iridu jkunu rċevew dak il-kompitu permezz ta' att ta' awtorità pubblika. L-Awtorità ċċarat ukoll (71) li, biex attività tkun ikkunsidrata bħala SIEĠ, irid ikollha karatteristiċi speċjali meta mqabbla ma' attivitajiet ekonomiċi ordinarji, u li l-objettiv ta' interess ġenerali li jridu jaslu għalih l-awtoritajiet pubbliċi ma jistax ikun sempliċiment dak tal-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew oqsma ekonomiċi kif hemm fl-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE (72).

70.

Fir-rigward tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, l-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jkunu imposti biss skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (73). B'mod partikolari, dawn l-obbligi jistgħu jiġu imposti biss fir-rigward ta' rotta speċifika jew grupp ta' rotot (74), u mhux fir-rigward ta' kull rotta ġenerika li toriġina minn ajruport, belt jew reġjun partikolari. Barra minn hekk, l-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jkunu imposti biss fir-rigward ta' rotta biex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet tat-trasport li ma jistgħux jintlaħqu adegwatament minn rotta tal-ajru eżistenti jew b'mezz ieħor ta' trasport (75).

71.

F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 ma teliminax il-ħtieġa li l-Istat(i) tal-EFTA kkonċernati jivvalutaw il-konformità mal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

72.

Sa fejn għandhom x'jaqsmu l-ajruporti, l-Awtorità tqis li huwa possibbli għal ġestjoni ġenerali ta' ajruport, li tiġi kkunsidrata bħala SIEĠ, f'każijiet debitament ġustifikati. Fid-dawl tal-prinċipji mniżżla fil-punt 69, l-Awtorità tqis li dan jista' jkun il-każ biss jekk parti miż-żona li potenzjalment tuża l-ajruport, mingħajr l-ajruport, tkun iżolata mill-bqija taż-ŻEE sal-punt li l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha jkun preġudikat. Tali valutazzjoni għandha tqis b'mod xieraq modi oħrajn ta' trasport, u b'mod partikolari servizzi ferrovjarji ta' veloċità għolja jew konnessjonijiet marittimi moqdija minn bastimenti. F'tali każijiet, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jimponu obbligu ta' servizz pubbliku fuq ajruport li jiżgura li l-ajruport jibqa' miftuħ għat-traffiku kummerċjali. L-Awtorità tinnota li ċerti ajruporti għandhom rwol importanti x'jaqdu fir-rigward tal-konnettività reġjonali ta' reġjuni iżolati, imbiegħda jew periferali tal-Unjoni. Tali sitwazzjoni tista' partikolarment tiġri fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll ta' gżejjer u żoni oħra taż-ŻEE. Skont il-valutazzjoni ta' każijiet indiviwali u skont il-karatteristiċi partikolari ta' kull ajruport u tar-reġjun li jaqdi, jista' jkun iġġustifikat li jkunu definiti obbligi ta' SIEĠ f'dawn l-ajruporti.

73.

Fid-dawl tar-rekwiżiti speċifiċi mehmuża mal-obbligi ta' servizz pubbliku għas-servizzi tat-trasport bl-ajru (76), u fid-dawl tal-liberalizzazzjoni sħiħa tas-swieq tat-trasport bl-ajru, l-Awtorità tqis li l-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq l-ajruporti ma għandux jinkludi l-iżvilupp ta' servizzi ta' trasport kummerċjali bl-ajru.

4.2.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku

74.

Jekk wieħed mill-kriterji kumulattivi tas-sentenza Altmark ma jkunx issodisfat, il-kumpens għas-servizz pubbliku jipprovdi vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju tiegħu, u jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. Tali għajnuna mill-Istat tista' tiġi kkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 59(2), jekk il-kriterji kollha ta' kumpatibbiltà żviluppati għall-applikazzjoni ta' dak il-paragrafu jiġu ssodisfati.

75.

L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku hija eżentata mir-rekwiżit ta' notifika previst fl-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/21/UE huma ssodisfati. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2012/21/UE jkopri l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil:

(a)

ajruporti fejn it-traffiku medju annwali ma jaqbiżx il-200 000 passiġġier (77) matul id-durata tal-mandat tas-SIEĠ; kif ukoll

(b)

linji tal-ajru fir-rigward ta' konnessjonijiet bl-ajru lejn gżejjer fejn it-traffiku medju annwali ma jaqbiżx it-300 000 passiġġier (78).

76.

Għajnuna mill-Istat mhux koperta bid-Deċiżjoni 2012/21/UE tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 59(2), jekk il-kundizzjonijiet tal-Qafas SIEĠ jintlaħqu. Madankollu, ta' min jinnota li għall-valutazzjoni, kemm skont id-Deċiżjoni 2012/21/UE kif ukoll skont il-Qafas SIEĠ, japplikaw il-kunsiderazzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq l-ajruporti u l-linji tal-ajru fil-punti minn 69 sa 73 ta' dawn il-linji gwida.

5.   KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA SKONT L-ARTIKOLU 61(3)(c) TAL-FTEHIM ŻEE

77.

Jekk il-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti u/jew lil-linji tal-ajru jikkostitwixxi għajnuna, din l-għajnuna tista' titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) sakemm tkun konformi mal-kriterji ta' kumpatibbiltà għall-ajruporti fit-Taqsima 5.1 ta' dawn il-linji gwida u għal-linji tal-ajru msemmija fit-Taqsima 5.2. L-għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru, li b'mod inkrimentali tnaqqas il-profittabilità tal-ajruport (ara l-punti 63 u 64 ta' dawn il-linji gwida), titqies inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, skont l-artikolu 61(1), sakemm il-kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà għall-għajnuna-tal-bidu stipulati fit-Taqsima 5.2 ta' dawn il-linji gwida ma jiġux issodisfati.

78.

Sabiex ikun ivvalutat jekk miżura ta' għajnuna mill-Istat tistax titqies bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3), l-Awtorità ġeneralment tanalizza jekk it-tfassil tal-miżura tal-għajnuna jiżgurax li l-impatt pożittiv tagħha fejn jidħol l-objettiv ta' interess komuni, jaqbiżx l-effetti negattivi potenzjali tagħha fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni.

79.

Il-Komunikazzjoni dwar l-Immodernizzar tal-Għajnuna mill-Istat (SAM) talbet għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tal-prinċipji komuni applikabbli għall-valutazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-miżuri kollha ta' għajnuna mwettqa mill-Awtorità. Miżura ta' għajnuna tkun ikkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(a) sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

kontribuzzjoni għal objettiv ta' interess komuni definit tajjeb: miżura ta' għajnuna mill-Istat irid ikollha objettiv ta' interess komuni skont l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE;

(b)

il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat: miżura ta' għajnuna mill-Istat trid tkun immirata lejn sitwazzjoni fejn l-għajnuna tkun tista' ġġib titjib materjali li s-suq innifsu ma jkunx jista' jikseb, pereżempju billi jiġi rrimedjat nuqqas tas-suq jew jiġi indirizzat tħassib dwar ekwità jew koeżjoni;

(c)

adegwatezza tal-miżura ta' għajnuna: il-miżura ta' għajnuna trid tkun strument politiku xieraq li jindirizza l-objettiv ta' interess komuni;

(d)

effett ta' inċentiv: l-għajnuna trid tbiddel l-imġiba tal-impriżi kkonċernati b'tali mod li dawn jinvolvu ruħhom f'attività addizzjonali li ma jkunux jistgħu jagħmlu mingħajr l-għajnuna jew li jkunu jistgħu jagħmlu biss b'mod jew f'lokalità ristrett/a jew differenti;

(e)

proporzjonalità tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu): l-ammont tal-għajnuna jrid ikun limitat għall-minimu meħtieġ biex jitnissel l-investiment jew attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata;

(f)

l-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE: l-effetti negattivi tal-għajnuna jridu jkunu limitati suffiċjentement, sabiex il-bilanċ globali tal-miżura jkun pożittiv;

(g)

it-trasparenza tal-għajnuna: L-Istati tal-EFTA, l-Awtorità, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku interessat, irid ikollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti u għall-informazzjoni pertinenti kollha dwar l-għajnuna mogħtija skont dan kif spjegat fit-Taqsima 8.2.

80.

Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni, l-Awtorità tikkunsidra li dawk il-prinċipji komuni huma rrispettati meta l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruporti jew lil-linji tal-ajru tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha spjegati rispettivament fit-Taqsimiet 5.1 u 5.2. Għalhekk, il-konformità ma' dawk il-kundizzjonijiet timplika l-kumpatibbiltà tal-għajnuna mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c).

81.

Madankollu, jekk aspett inseparabbli ta' miżura ta' għajnuna mill-Istat u l-kundizzjonijiet marbuta magħha (inkluż il-metodu ta' finanzjament tagħha meta l-metodu ta' finanzjament ikun jifforma parti integrali mill-miżura ta' għajnuna mill-Istat) jinvolvu ksur tad-dritt taż-ŻEE, l-għajnuna ma tkunx tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (79).

82.

Barra minn hekk, hi u tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' kull għajnuna mill-Istat mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità tieħu inkunsiderazzjoni l-proċedimenti kollha li jikkonċernaw ksur tal-Artikolu 53 jew 54 tal-Ftehim ŻEE li jista' jirrigwarda lill-benefiċjarju tal-għajnuna u li jista' jkun rilevanti għall-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE (80).

5.1.   Għajnuna lill-ajruporti

5.1.1.   Għajnuna għall-investiment lill-ajruporti

83.

Għajnuna għall-investiment mogħtija lill-ajruporti jew bħala għajnuna individwali jew fi skema ta' għajnuna tkun ikkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi tal-punt 79 kif stipulat fil-punti minn 84 sa 108:

(a)   Kontribuzzjoni għal objettiv ta' interess komuni definit tajjeb:

84.

Għajnuna għall-investiment lill-ajruporti se titqies li tikkontribwixxi għall-kisba ta' objettiv ta' interess komuni, jekk kemm-il darba:

(a)

iżżid il-mobbiltà taċ-ċittadini taż-ŻEE u l-konnettività tar-reġjuni billi tistabbilixxi punti ta' aċċess għal titjiriet ġewwa ż-ŻEE; jew

(b)

tiġġieled kontra l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'ajruporti ċentrali prinċipali taż-ŻEE; jew

(c)

tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali.

85.

Madankollu, id-duplikazzjoni ta' ajruporti li ma jrendux profitti jew il-ħolqien ta' kapaċità addizzjonali mhux użata ma jikkontribwixxux għal objettiv ta' interess komuni. Jekk proġett ta' investiment huwa primarjament immirat lejn il-ħolqien ta' kapaċità ġdida f'ajruport, l-infrastruttura l-ġdida, fuq perjodu medju, trid tlaħħaq mad-domanda prevista tal-linji tal-ajru, il-passiġġieri u l-burdnara fiż-żona ta' lħuq tal-ajruport. Kull investiment li ma jkollux prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju, jew li jnaqqas il-prospetti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju tal-infrastrutturi eżistenti fiż-żona ta' lħuq, ma jistax jitqies li jservi objettiv ta' interess komuni.

86.

Għalhekk l-Awtorità se jkollha dubji dwar il-prospetti fuq perjodu ta' żmien medju għall-użu ta' infrastruttura ġdida f'ajruport li jinsab fiż-żona ta' lħuq ta' ajruport eżistenti f'każ li l-ajruport eżistenti ma jkunx qed jopera fil-kapaċita sħiħa, jew kważi sħiħa, tiegħu. Il-prospetti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju jridu jintwerew fuq il-bażi ta' previżjonijiet sodi tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija inkorporati fi pjan ta' negozju ex ante u jridu jidentifikaw l-effett probabbli tal-investiment fuq l-użu tal-infrastruttura eżistenti, bħal ajruport ieħor jew mezzi oħra ta' trasport, b'mod partikolari l-konnessjonijiet ferrovjarji ta' veloċità għolja.

(b)   Il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat

87.

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex effettiva biex jinkiseb objettiv ta' interess komuni, huwa meħtieġ li tkun identifikata l-problema li trid tiġi indirizzata. L-għajnuna mill-Istat għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn tali għajnuna tistà ġġib magħha titjib materjali li s-suq ma jistax jagħti hu stess.

88.

Il-kundizzjonijiet li jiffaċċjaw ajruporti iżgħar meta jiżviluppaw is-servizzi tagħhom u biex jattiraw finanzjament privat għall-investimenti tal-infrastruttura tagħhom huma spiss inqas favorevoli meta mqabbla ma' dawk li jiffaċċjaw l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE. Għal dawn ir-raġunijiet, skont il-kundizzjonijiet preżenti tas-suq, ajruporti iżgħar jista' jkollhom diffikultajiet biex jiżguraw il-finanzjament tal-investimenti tagħhom mingħajr finanzjament pubbliku.

89.

Il-ħtieġa għal finanzjament pubbliku biex ikunu ffinanzjati investiment ta' infrastruttura, minħabba kostijiet fissi għolja (81), se tvarja skont id-daqs ta' ajruport u normalment tkun ogħla għal ajruporti iżgħar. L-Awtorità tikkunsidra li, fil-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq, il-kategoriji li ġejjin tal-ajruporti (82), u l-vijabilitajiet finanzjarji relattivi tagħhom, jistgħu jiġu identifikati:

(a)

ajruporti b'kapaċità sa 200 000 passiġġier fis-sena jistgħu ma jkunux jistgħu jkopru l-biċċa l-kbira tal-kostijiet kapitali tagħhom;

(b)

ajruporti bi traffiku annwali ta' bejn 200 000 u miljun (1) passiġġier, normalment ma jkunux jistgħu jkopru l-biċċa l-kbira tal-kostijiet kapitali tagħhom;

(c)

ajruporti bi traffiku annwali ta' bejn miljun (1) u tliet (3) miljun passiġġier għandhom, bħala medja, ikunu kapaċi jkopru porzjon ikbar tal-kostijiet kapitali tagħhom;

(d)

ajruporti bi traffiku annwali ta' bejn tliet (3) u ħames (5) miljun passiġġier, fil-prinċipju għandhom ikunu kapaċi jkopru l-biċċa l-kbira tal-kostijiet kollha tagħhom (inklużi l-ispejjeż operattivi u kapitali), iżda f'ċerti ċirkustanzi speċifiċi għall-każijiet partikolari l-appoġġ pubbliku jista' jkun meħtieġ biex jiffinanzja wħud mill-kostijiet kapitali tagħhom;

(e)

ajruporti bi traffiku annwali ta' 'l fuq minn ħames (5) miljun passiġġier jagħmlu ġeneralment profitt u huma kapaċi jkopru l-kostijeit kollha tagħhom, ħlief fil-każ ta' ċirkustanzi eċċezzjonali ferm.

(c)   L-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika

90.

L-Istati tal-EFTA jridu juru li l-miżura ta' għajnuna hija strument xieraq ta' politika biex jinkiseb l-objettiv maħsub jew biex jissolvew il-problemi intenzjonati li jiġu indirizzati mill-għajnuna. Miżura ta' għajnuna mhux se tkun ikkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, jekk strumenti ta' politika oħra li huma inqas distorsivi jew strumenti ta' għajnuna jippermettu li tintlaħaq l-istess mira.

91.

L-Istati tal-EFTA jistgħu jagħmlu għażliet differenti fir-rigward tal-użu ta' strumenti ta' politika differenti u forom ta' għajnuna. B'mod ġenerali, fejn Stat tal-EFTA jkun ikkunsidra għażliet politiċi oħrajn, u l-użu ta' strument selettiv, bħall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' għotja diretta, jkun ġie mqabbel ma' forom anqas distorsivi ta' għajnuna (bħal self, garanziji jew avvanzi ripagabbli), il-miżuri kkonċernati jitqiesu li jikkostitwixxu strument adegwat.

92.

Kull meta jkun possibbli, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jfasslu skemi nazzjonali li jirriflettu l-prinċipji ewlenin wara l-finanzjament pubbliku u jindikaw l-aktar fatturi rilevanti tal-finanzjament pubbliku ppjanat tal-ajruporti. Skemi qafas jiżguraw il-koerenza fl-użu tal-fondi pubbliċi, inaqqsu l-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet awtorizzanti iżgħar u jħaffu l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' għajnuna individwali. Barra minn hekk, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jipprovdu gwida ċara għall-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-għajnuna mill-Istat għal ajruporti reġjonali.

(d)   Eżistenza ta' effett ta' inċentiv

93.

Il-ħidmiet fuq investiment individwali jistgħu jibdew biss wara li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni lill-awtorità awtorizzanti. Jekk il-ħidmiet jibdew qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-awtorità awtorizzanti, kull għajnuna mogħtija fir-rigward ta' dak l-investiment individwali ma titqiesx kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

94.

Proġett ta' investiment f'ajruport jista' jkun ekonomikament attraenti fih innifsu. Għallhekk, jeħtieġ li jkun verifikat li l-investiment ma kienx isir, jew ma kienx isir sa dak il-punt, mingħajr għajnuna mill-Istat. Jekk dan ikun ikkonfermat, l-Awtorità se tikkunsidra li miżura ta' għajnuna għandha effett ta' inċentiv.

95.

L-effett tal-inċentiv huwa identifikat permezz ta' analiżi kontrofattwali, bit-tqabbil tal-livelli tal-attività intiża bl-għajnuna u mingħajr l-għajnuna.

96.

Fejn l-ebda kontrofattwal speċifiku ma huwa magħruf, l-effett ta' inċentiv jista' jkun assunt meta hemm diskrepanza tal-likwidità fil-kostijiet kapitali, jiġifieri meta abbażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante, jista' jintwera li hemm differenza bejn il-flussi ta' flus pożittivi u dawk negativi (inklużi kostijiet ta' investiment f'assi kapitali fissi) matul il-ħajja tal-investiment f'termini ta' valuri preżenti netti (83).

(e)   Il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu)

97.

L-ammont massimu ta' għajnuna mill-Istat li jista' jiġi permess hu espress bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli (l-intensità massima tal-għajnuna). L-ispejjeż eliġibbli huma l-kostijiet relatati mal-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport, inklużi l-kostijiet tal-ippjanar, tal-infrastruttura ta' groundhandling (pereżempju ċinturini għal ġarr tal-bagalji, eċċ) u tagħmir tal-ajruport. Il-kostijiet ta' investiment relatati ma' attivitajiet mhux ajrunawtiċi (partikolarment il-parkeġġ, il-lukandi, ir-ristoranti, u l-uffiċini) mhumiex eliġibbli (84).

98.

Il-kostijiet ta' investiment relatati mal-provvista ta' servizzi ta' groundhandling (bħal xarabankijiet, vetturi, eċċ) mhumiex eliġibbli, sakemm ma jkunux parti mill-infrastruttura tal-groundhandling (85).

99.

Biex għajnuna għall-investiment lill-ajruporti tkun proporzjonali hija trid tkun limitata għall-kostijiet żejda (nett ta' dħul żejjed) li jirriżultaw mit-twettiq tal-proġett megħjun/l-attività megħjuna aktar milli l-proġett/attività alternattivi li l-benefiċjarju kien jidħol għalihom fix-xenarju kontrofattwali, jiġifieri li kieku ma rċeviex l-għajnuna. Fejn ma hu magħruf l-ebda kontrofattwal speċifiku, l-ammont proporzjonali ta' għajnuna mill-Istat għandu jkun limitat għad-diskrepanza tal-likwidità tal-proġett ta' investiment (l-hekk imsejħa “diskrepanza tal-likwidità fil-kostijiet kapitali”), li hija determinata fuq il-bażi ta' pjan ta' negozju ex ante bħala l-valur preżenti nett tad-differenza bejn il-flussi tal-flus pożittivi u dawk negattivi (inklużi l-kostijiet ta' investiment) matul il-ħajja tal-investiment. Għall-għajnuna għall-investiment il-pjan tan-negozju għandu jkopri l-perjodu tal-utilizzazzjoni ekonomika tal-assi.

100.

Minħabba li d-diskrepanza tal-likwidità tvarja skont id-daqs tal-ajruport u normalment tkun ikbar għal ajruporti iżgħar, l-Awtorità se tuża firxa ta' intensitajiet massimi ta' għajnuna permissibbli sabiex tiżgura proporzjonalità ġenerali. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-intensità tal-għajnuna għall-investiment massima permissibbli u, f'kull każ, ma għandhiex taqbeż id-diskrepanza tal-likwidità reali tal-proġett ta' investiment.

101.

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor l-intensità massima tal-għajnuna permissibbli skont id-daqs tal-ajruport kif imkejla mill-għadd ta' passiġġieri fis-sena (86).

Id-daqs ta' ajruport ibbażat fuq il-medja tat-traffiku tal-passiġġieri (passiġġieri fis-sena)

Intensità massima ta' għajnuna għall-investiment (%)

> 3-5 miljuni

sa 25

1-3 miljun

sa 50

< 1 miljun

sa 75

102.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna għall-investiment għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport jistgħu jiżdiedu b'massimu ta' 20 % għal ajruporti li jinsabu f'reġjuni mbiegħda irrispettivament mid-daqs tagħhom.

103.

Ajruporti bi traffiku medju taħt il-miljun (1) passiġġier kull sena għandhom jikkontribwixxu mill-inqas 25 % għall-finanzjament tal-kostijiet ta' investiment totali eliġibbli. Madankollu, proġetti ta' investiment f'ċerti ajruporti b'medja ta' traffiku ta' inqas minn miljun passiġġier (1) fis-sena li jinsabu f'reġjuni periferali taż-ŻEE jistgħu jirriżultaw f'diskrepanza tal-likwidità li hija ogħla mill-intensitajiet massimi tal-għajnuna permissibbli. Skont il-valutazzjoni ta' każijiet individwali u skont il-karatteristiċi partikolari ta' kull ajruport, il-proġett ta' investiment u r-reġjun moqdi, l-intensità li taqbeż il-75 % tista' tkun iġġustifikata f'ċirkustanzi eċċezzjonali għal ajruporti b'volum ta' traffiku taħt il-miljun (1) passiġġier kull sena.

104.

Sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi rigward ir-rilokazzjoni ta' ajruport eżistenti u s-sospensjoni tal-attivitajiet tal-ajruport f'post eżistenti, l-Awtorità se tivvaluta, b'mod partikolari, il-proporzjonalità, in-neċessità u l-intensità massima tal-għajnuna mill-Istat mogħtija abbażi ta' valutazzjoni tad-diskrepanza tal-likwidità jew tax-xenarju kontrofattwali ta' kull każ speċifiku, ikun xi jkun it-traffiku medju tal-passiġġieri ta' dak l-ajruport.

105.

Barra dan, f'ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna, ikkaratterizzati minn nuqqas ċar fis-suq u waqt li jitqies id-daqs tal-investiment, l-impossibilità li jkun iffinanzjat l-investiment fuq swieq finanzjarji, livell għoli ħafna ta' esternalitajiet pożittivi u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, ajruporti b'volum medju ta' aktar minn 5 miljun passiġġier fis-sena jistgħu jirċievu l-għajnuna biex jiffinanzjaw l-infrastruttura tal-ajruport. Madankollu, f'tali każijiet, l-Awtorità dejjem twettaq valutazzjoni dettaljata, partikolarment dwar il-proporzjonalità, in-neċessità u l-intensità massima tal-għajnuna mill-Istat mogħtija abbażi tal-analiżi tad-diskrepanza tal-likwidità u x-xenarju kontrofattwali ta' kull każ speċifiku, ikun x'ikun it-traffiku medju tal-passiġġieri ta' dak l-ajruport.

(f)   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

106.

B'mod partikolari, id-duplikazzjoni ta' ajruporti li ma jrendux profitti jew il-ħolqien ta' kapaċità addizzjonali mhux użata fiż-żona ta' lħuq ta' infrastruttura eżistenti jista' jkollha effetti distorsivi. Għalhekk, l-Awtorità, fil-prinċipju, se jkollha dubji dwar il-kumpatibbiltà tal-investiment fl-infrastruttura ta' ajruport li jinsab fiż-żona ta' lħuq ta' ajruport eżistenti (87) fejn l-ajruport eżistenti ma jkunx qed jopera fil-kapaċità sħiħa, jew kważi sħiħa, tiegħu.

107.

Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi ta' għajnuna li jistgħu jinqalgħu meta ajruporti jiffaċċjaw limitazzjonijiet baġitarji baxxi (88), għajnuna ta' investiment lil ajruporti bi traffiku li ma jaqbiżx il-5 miljun passiġġier tista' tingħata jew bħala ammont fiss bil-quddiem biex tkopri l-kostijiet ta' investiment eliġibbli jew permezz ta' pagamenti akkont annwali li jikkumpensaw għad-diskrepanza tal-likwidità fil-kostijiet kapitali li tirriżulta mill-pjan tan-negozju tal-ajruport.

108.

Sabiex tkun limitata ulterjorment kull distorsjoni, l-ajruport, inkluż kull investiment li għalih tingħata l-għajnuna, għandu jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u ma għandux ikun iddedikat lil utent speċifiku wieħed. Fil-każ ta' limitazzjoni fiżika tal-kapaċità, l-allokazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' kriterji pertinenti, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji.

Rekwiżiti ta' notifika għal skemi ta' għajnuna u miżuri ta' għajnuna individwali:

109.

L-Istati tal-EFTA huma mħeġġa li jinnotifikaw skemi ta' għajnuna mill-Istat għal għajnuna għall-investiment għal ajruporti bi traffiku annwali medju taħt it-3 miljun passiġġier.

110.

Meta tiġi valutata skema ta'għajnuna, il-kundizzjonijiet relatati mal-ħtieġa tal-għajnuna, l-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-għajnuna jitqiesu bħala ssodisfati, jekk l-Istat tal-EFTA jkun impenja ruħu li jagħti għajnuna individwali taħt l-iskema ta'għajnuna approvata biss wara li jkun ivverifika li l-kundizzjonijiet kumulattivi f'din it-Taqsima jkunu ntlaħqu.

111.

Minħabba riskju ogħla ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-miżuri ta' għajnuna li ġejjin għandhom dejjem jiġu nnotifikati individwalment:

(a)

għajnuna għall-investiment lil ajruporti bi traffiku annwali medju 'l fuq minn 3 miljun passiġġier;

(b)

għajnuna għall-investiment b'intensità ta' għajnuna li taqbeż il-75 % lil ajruport bi traffiku annwali medju taħt il-miljun (1) passiġġier, bl-eċċezzjoni ta' ajruporti li jinsabu f'reġjuni mbiegħda;

(c)

għajnuna għall-investiment għar-rilokazzjoni ta' ajruporti;

(d)

għajnuna għall-investiment li tiffinanzja ajruport imħallat tal-passiġġieri/tal-merkanzija li jimmaniġġa aktar minn 200 000 tunnellata ta' merkanzija matul is-sentejn finanzjarji li jippreċedu s-sena li fiha l-għajnuna ġiet notifikata;

(e)

għajnuna għall-investiment bl-għan li jinħoloq ajruport tal-passiġġieri ġdid (inkluż il-konverżjoni ta' mitjar eżistenti f'ajruport tal-passiġġieri);

(f)

għajnuna għall-investiment immirata lejn il-ħolqien jew l-iżvilupp ta' ajruport li jinsab f'distanza ta' 100 kilometru jew 60 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, bit-trejn jew bil-ferrovija ta' velocità għolja, minn ajruport eżistenti.

5.1.2.   Għajnuna operatorja lill-ajruporti

112.

Għajnuna operatorja mogħtija lill-ajruporti jew bħala għajnuna individwali jew taħt skema ta' għajnuna tkun ikkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) għal perjodu tranżitorju ta' 10 snin li jibda mid-data ta' pubblikazzjoni (89) ta' dawn il-linji gwida, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi tal-punt 79 kif stipulat fil-punti minn 113 sa 134.

(a)   Kontribuzzjoni għal objettiv ta' interess komuni definit tajjeb

113.

Kif imsemmi fil-punt 13, sabiex l-ajruporti jingħataw żmien biex jaġġustaw għar-realitajiet ġodda tas-suq u jiġu evitati interruzzjonijiet fit-traffiku tal-ajru u l-konnettività tar-reġjuni, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti tiġi kkunsidrata li tikkontribwixxi għall-kisba ta' objettiv ta' interess komuni, għal perjodu tranżitorju ta' 10 snin, jekk:

(a)

iżżid il-mobbiltà taċ-ċittadini taż-ŻEE u l-konnettività tar-reġjuni billi tistabbilixxi punti ta' aċċess għal titjiriet interni fiż-ŻEE; jew

(b)

tiġġieled kontra l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'ajruporti ċentrali prinċipali taż-ŻEE; jew

(c)

tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali.

114.

Madankollu, id-duplikazzjoni ta' ajruporti li ma jrendux profitti ma tikkontribwixxix għal objettiv ta' interess komuni. Fejn ajruport jinsab fl-istess żona ta' lħuq bħala ajruport ieħor b'kapaċità żejda, il-pjan ta' negozju, ibbażat fuq previżjonijiet tajba tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija, għandu jidentifika l-effett probabbli fuq it-traffiku tal-ajruport l-ieħor li jinsab f'dik iż-żona ta' lħuq.

115.

Skont dan, l-Awtorità jkollha dubji dwar il-prospetti ta' ajruport li ma jħallix profitt biex jikseb kopertura sħiħa tal-ispejjeż operattivi fi tmiem il-perjodu tranżitorju, jekk ajruport ieħor ikun jinsab fl-istess żona ta' lħuq.

(b)   Il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat

116.

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex effettiva biex jinkiseb objettiv ta' interess komuni, huwa meħtieġ li tkun identifikata l-problema li trid tiġi indirizzata. L-għajnuna mill-Istat għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn tali għajnuna tistà ġġib magħha titjib materjali li s-suq ma jistax jagħti hu stess.

117.

Il-kundizzjonijiet iffaċċjati minn ajruporti iżgħar meta jiżviluppaw is-servizzi tagħhom u biex jattiraw finanzjament privat huma spiss inqas favorevoli meta mqabbla ma' dawk li jiffaċċjaw l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE. Għalhekk, skont il-kundizzjonijiet preżenti tas-suq, ajruporti iżgħar jista' jkollhom diffikultajiet biex jiżguraw il-finanzjament tal-operazzjoni tagħhom mingħajr finanzjament pubbliku.

118.

Fil-kundizzjonijiet attwali tas-suq, il-ħtieġa għal finanzjament pubbliku biex jiffinanzja l-ispejjeż operattivi, minħabba kostijiet fissi għolja, se tvarja skont id-daqs ta' ajruport u normalment tkun proporzjonalment ogħla għal ajruporti iżgħar. L-Awtorità tikkunsidra li, fil-kundizzjonijiet attwali tas-suq, il-kategoriji li ġejjin ta' ajruporti, u l-vijabilitajiet finanzjarji relattivi tagħhom, jistgħu jiġu identifikati:

(a)

ajruporti li jkollhom sa 200 000 passiġġier fis-sena jistgħu ma jkunux kapaċi jkopru l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż operattivi tagħhom;

(b)

ajruporti bi traffiku annwali ta' bejn 200 000 u 700 000 passiġġier jistgħu ma jkunux kapaċi jkopru porzjon sostanzjali tal-ispejjeż operattivi tagħhom;

(c)

ajruporti bi traffiku annwali ta' bejn 700 000 u miljun (1) passiġġier ġeneralment għandhom ikunu kapaċi jkopru porzjon ikbar tal-ispejjeż operattivi tagħhom;

(d)

ajruporti bi traffiku annwali tal-passiġġieri bejn miljun (1) u tliet (3) miljuni għandhom, bħala medja, ikunu kapaċi jkopru l-biċċa l-kbir tal-ispejjeż operattivi tagħhom;

(e)

ajruporti bi traffiku annwali tal-passiġġieri ogħla minn tliet (3) miljuni huma ġeneralment profittabbli fuq livell operattiv u għandhom ikunu kapaċi jkopru l-ispejjeż operattivi tagħhom.

119.

Għaldaqstant, l-Awtorità tikkunsidra li sabiex ikun eliġibbli għal għajnuna operatorja, it-traffiku annwali tal-ajruport ma għandux jaqbeż it-tliet (3) miljun passiġġier (90).

(c)   L-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika

120.

L-Istati tal-EFTA jridu juru li l-għajnuna hija xierqa biex jinkiseb l-objettiv maħsub jew biex jissolvew il-problemi maħsuba li jiġu indirizzati mill-għajnuna. Miżura ta' għajnuna ma titqiesx kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, jekk strumenti ta' politika oħra li huma inqas distorsivi jew strumenti ta' għajnuna jippermettu li jintlaħaq l-istess objettiv (91).

121.

Biex jiġu pprovduti inċentivi xierqa għall-immaniġġar effiċjenti ta' ajruport, l-ammont tal-għajnuna, fil-prinċipju, għandu jiġi stabbilit ex ante bħala somma fissa li tkopri d-diskrepanza tal-likwidità operattiva mistennija (stabbilita fuq il-bażi ta' pjan ta' negozju ex ante) matul perjodu tranżitorju ta' 10 snin. Għal dawn ir-raġunijiet l-ebda żieda ex post fl-ammont ta' għajnuna ma għandha tkun fil-prinċipju kkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. L-Istat tal-EFTA jista' jħallas l-ammont iffissat ex ante bħala somma f'daqqa bil-quddiem jew fi ħlasijiet parzjali, pereżempju fuq bażi annwali.

122.

F'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn il-kostijiet futuri u l-andament tad-dħul huma kkaratterizzati bi grad partikolarment għoli ta' inċertezza u l-awtorità pubblika tiffaċċja assimetriji importanti fl-informazzjoni, l-awtorità pubblika tista' tikkalkola l-ammont massimu ta' għajnuna operatorja kompatibbli skont mudell ibbażat fuq id-diskrepanza tal-likwidità operattiva inizjali fil-bidu tal-perjodu tranżitorju. Id-diskrepanza tal-likwidità operattiva inizjali hija l-medja tad-disrepanzi tal-likwidità operatorji (jiġifieri l-ammont tal-ispejjeż operattivi li mhumiex koperti minn dħul) matul il-ħames snin ta' qabel il-bidu tal-perjodu tranżitorju (mill-2009 sal-2013).

123.

Kull meta jkun possibbli, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jfasslu skemi nazzjonali li jirriflettu l-prinċipji ewlenin wara l-finanzjament pubbliku u jindikaw l-aktar fatturi rilevanti tal-finanzjament pubbliku ppjanat tal-ajruporti. Skemi qafas jiżguraw il-koerenza fl-użu tal-fondi pubbliċi, inaqqsu l-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet awtorizzanti iżgħar u jħaffu l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' għajnuna individwali. Barra minn hekk, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jipprovdu gwida ċara għall-implimentazzjoni tal-finanzjament ta' għajnuna mill-Istat għal ajruporti reġjonali u linji tal-ajru li jużaw dawn l-ajruporti.

(d)   Eżistenza ta' effett ta' inċentiv

124.

Għajnuna operatorja għandha effett ta' inċentiv jekk x'aktarx li, fin-nuqqas tagħha, u waqt li titqies il-preżenza possibbli ta' għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jitnaqqas b'mod sinifikanti.

(e)   Il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (l-għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ):

125.

Sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex issir l-attività megħjuna.

126.

Il-pjan tan-negozju tal-ajruport għandu jwitti t-triq lejn il-kopertura sħiħa tal-ispejjeż operattivi fi tmiem il-perjodu tranżitorju. Il-parametri ewlenin ta' dan il-pjan ta' negozju jiffurmaw parti integrali tal-valutazzjoni ta' kumpatibbiltà tal-Awtorità.

127.

It-triq lejn il-kopertura sħiħa tal-ispejjeż operattivi se tkun differenti għal kull ajruport u tkun tiddependi mid-diskrepanza tal-likwidità operattiva inizjali tal-ajruport fil-bidu tal-perjodu tranżitorju. Il-perjodu tranżitorju jibda mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida.

128.

F'kull każ, l-ammont massimu ta' għajnuna permissibbli matul il-perjodu kollu tranżitorju jkun limitat għal 50 % tad-diskrepanza tal-likwidità inizjali għal perjodu ta' 10 snin (92). Pereżempju, jekk id-diskrepanza annwali medja tal-likwidità ta' ajruport partikolari matul il-perjodu mill-2009 sal-2013 hija ta' EUR 1 miljun, l-ammont massimu ta' għajnuna operatorja li dak l-ajruport jista' jirċievi bħal somma fissa stabbilta ex ante jkun ta' EUR 5 miljun matul 10 snin (50 % × 1 miljun × 10). L-ebda għajnuna operatorja ulterjuri ma hi se titqies kompatibbli għal dak l-ajruport.

129.

Sa mhux aktar tard minn 10 snin wara l-bidu tal-perjodu ta' tranzizzjoni, l-ajruporti kollha jridu jkunu laħqu kopertura sħiħa tal-ispejjeż operattivi tagħhom u l-ebda għajnuna operatorja lill-ajruporti ma hi se titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE wara dik id-data, bl-eċċezzjoni ta' għajnuna operatorja mogħtija skont ir-regoli orizzontali dwar l-għajnuna mill-Istat, bħar-regoli applikabbli għall-finanzjament tas-SIEĠ.

130.

Skont il-kundizzjonijiet attwali tas-suq, l-ajruporti bi traffiku annwali sa massimu ta' 700 000 passiġġier jista' jiffaċċja diffikultajiet ikbar bil-kisba ta' kopertura sħiħa tal-ispejjeż matul il-perjodu tranżitorju ta' 10 snin. Għal din ir-raġuni, l-ammont massimu ta' għajnuna permessibbli għal ajruporti li għandhom sa 700 000 passiġġier kull sena se jkun ta' 80 % tad-diskrepanza tal-likwidità operattiva inizjali għal perjodu ta' ħames snin wara l-bidu tal-perjodu ta' tranzizzjoni. Pereżempju, jekk id-diskrepanza annwali medja tal-likwidità ta' ajruport żgħir matul il-perjodu mill-2009 sal-2013 hija ta' EUR 1 miljun, l-ammont massimu ta' għajnuna operatorja li dak l-ajruport jista' jirċievi bħal somma fissa stabbilta ex ante jkun ta' EUR 4 miljun matul ħames snin (80 % × 1 miljun × 5). L-Awtorità se tivvaluta mil-ġdid il-ħtieġa għall-kontinwazzjoni ta' trattament speċifiku u l-prospetti futuri għal kopertura sħiħa tal-ispejjeż operattivi għal din il-kategorija ta' ajruporti, partikolarment fir-rigward tal-bidla tal-kundizzjonijiet tas-suq u l-prospetti ta' profittabilità.

(f)   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

131.

Meta tivvaluta l-kumpatibbiltà tal-għajnuna operatorja l-Awtorità se tqis id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ. Fejn ajruport jinstab fl-istess żona ta' lħuq ta' ajruport ieħor b'kapaċità żejda, il-pjan ta' negozju, ibbażat fuq previżjonijiet tajba tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija, irid jidentifika l-effett probabbli fuq it-traffiku tal-ajruporti l-oħra li jinsabu f'dik iż-żona ta' lħuq.

132.

L-għajnuna operatorja mogħtija lil ajruport li jinsab fl-istess żona ta' lħuq se tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE biss jekk l-Istat tal-EFTA juri li l-ajruporti kollha li jinsabu fl-istess żona ta' lħuq ikunu kapaċi jiksbu kopertura sħiħa tal-ispejjeż operattivi kollha tagħhom sa tmiem il-perjodu tranżitorju.

133.

Sabiex ikunu limitati ulterjorment id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, l-ajruport irid ikun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u mhux iddedikat għall-utent wieħed speċifiku. Fil-każ ta' limitazzjoni fiżika tal-kapaċità, l-allokazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' kriterji pertinenti, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji.

134.

Barra minn hekk, sabiex ikunu llimitati l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, l-Awtorità se tapprova għajnuna operatorja lill-ajruporti għal perjodu tranżitorju ta' 10 snin li jibda mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida. L-Awtorità se tivvaluta mil-ġdid is-sitwazzjoni ta' ajruporti bi traffiku annwali ta' mhux iktar minn 700 000 passiġġier erba' snin wara l-bidu tal-perjodu tranżitorju.

Rekwiżiti ta' notifika għal skemi ta' għajnuna u miżuri ta' għajnuna individwali

135.

L-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jinnotifikaw skemi nazzjonali għal għajnuna operatorja għall-finanzjament tal-ajruporti, iktar milli miżuri ta' għajnuna individwali għal kull ajruport. Dan huwa maħsub biex inaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-awtoritajiet tal-Istati tal-EFTA kif ukoll għall-Awtorità.

136.

Minħabba riskju ogħla ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-miżuri ta' għajnuna li ġejjin għandhom dejjem jiġu nnotifikati individwalment:

(a)

għajnuna operatorja li tiffinanzja ajruport imħallat tal-passiġġieri/tal-merkanzija li jimmaniġġa aktar minn 200 000 tunnellata ta' merkanzija matul is-sentejn finanzjarji li jippreċedu s-sena li fiha l-għajnuna ġiet notifikata;

(b)

għajnuna operatorja lil ajruport, jekk ajruporti oħra jinsabu f'distanza ta' 100 kilometru jew 60 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, bit-trejn jew bil-ferrovija ta' velocità għolja.

Għajnuna mogħtija qabel il-bidu tal-perjodu tranżitorju

137.

Għajnuna operatorja mogħtija qabel il-bidu tal-perjodu tranżitorju (inkluża għajnuna mħallsa qabel il-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida), tista' tiġi ddikjarata kompatibbli sal-livell totali tal-ispejjeż operattivi mhux koperti, jekk il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 5.1.2 jintlaħqu, bl-eċċezzjoni tal-punti 115, 119, 121, 122, 123, minn 126 sa 130, 132, 133 u 134. B'mod partikolari, meta tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' għajnuna operatorja mogħtija qabel il-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida, l-Awtorità se tqis id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

5.2.   Għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru

138.

Kif imsemmi fil-punt 15, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil-linji tal-ajru għall-varar ta' rotta ġdida bl-għan li tiżdied il-konnettività ta' reġjun, se tkun ikkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c), jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi fil-punt 79 jiġu ssodisfati kif stipulat fil-punti minn 139 sa 153.

(a)   Kontribuzzjoni għal objettiv ta' interess komuni definit tajjeb

139.

L-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru titqies li tikkontribwixxi għall-kisba ta' objettiv ta' interess komuni, jekk:

(a)

iżżid il-mobbiltà taċ-ċittadini taż-ŻEE u l-konnettività tar-reġjuni billi tiftaħ rotot ġodda; jew

(b)

tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali ta' reġjuni remoti.

140.

Meta konnessjoni li tkun se tiġi operata mir-rotta tal-ajru l-ġdida tkun diġà operata minn servizz tal-ferrovija b'veloċità għolja jew minn ajruport ieħor fl-istess żona ta' lħuq bl-istess kundizzjonijiet kumparabbli, b'mod partikolari f'termini ta' tul tal-vjaġġ, ma tistax tiġi ikkunsidrata bħala li tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni definit tajjeb.

(b)   Il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat

141.

Il-kundizzjonijiet iffaċċjati minn ajruporti iżgħar meta jiżviluppaw is-servizzi tagħhom huma ta' spiss inqas favorevoli minn dawk li jiffaċċjaw l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE. Barra minn hekk, il-linji tal-ajru mhux dejjem ikunu lesti li jġorru r-riskju li jiftħu rotot ġodda minn ajruporti mhux magħrufa u mhux ittestjati, u jista' ma jkollhomx l-inċentivi xierqa biex jagħmlu dan.

142.

Abbażi ta' dan, l-għajnuna tal-bidu se tiġi biss ikkunsidrata kompatibbli għal rotot li jgħaqqdu ajruport ta' anqas minn 3 miljun passiġġier fis-sena (93) ma' ajruport ieħor fl-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (94).

143.

Għajnuna tal-bidu għal rotot li jgħaqqdu ajruport li jinsab f'reġjun imbiegħed ma' ajruport ieħor (fl-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni jew lil hinn minnu) tkun kompatibbli irrispettivament mid-daqs tal-ajruporti kkonċernati.

144.

Għajnuna tal-bidu għal rotot li jorbtu ajruport b'iktar minn 3 miljun passiġġier kull sena (95) u inqas minn 5 miljun passiġġier fis-sena li ma jinsabx f'reġjun imbiegħed, tista' titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE biss f'każijiet eċċezzjonali debitament sostanzjati.

145.

Għajnuna tal-bidu għal rotot li jorbtu ajruport b'iktar minn 5 miljun passiġġier fis-sena li ma jinsabx f'reġjun imbiegħed, ma tistax titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

(c)   Adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika

146.

L-Istati tal-EFTA jridu juru li l-għajnuna hija xierqa biex jinkiseb l-objettiv maħsub jew biex jissolvew il-problemi maħsuba li jiġu indirizzati mill-għajnuna. Miżura ta' għajnuna ma tiġix ikkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, jekk strumenti ta' politika oħra li huma inqas distorsivi jew strumenti ta' għajnuna jippermettu li jintlaħaq l-istess objettiv (96).

147.

Pjan tan-negozju ex ante mħejji mil-linja tal-ajru għandu jistabbilixxi li r-rotta li tirċievi l-għajnuna jkollha l-prospetti li ssir profittabbli għal-linja tal-ajru mingħajr finanzjament pubbliku wara 3 snin. Fin-nuqqas ta' pjan ta' negozju għal rotta, il-linji tal-ajru jridu jipprovdu impenn irrevokabbli lill-ajruport biex jopera r-rotta mill-inqas għal perjodu li hu daqs il-perjodu li matulu rċieva l-għajnuna tal-bidu.

(d)   Eżistenza ta' effett ta' inċentiv

148.

Għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru għandha effett ta' inċentiv jekk x'aktarx li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-linja tal-ajru fl-ajruport ikkonċernat ma jespandix. Pereżempju r-rotta l-ġdida ma kinitx tkun varata.

149.

Ir-rotta l-ġdida tista' tibda biss wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità awtorizzanti. Jekk ir-rotta l-ġdida tibda qabel ma tiġi ippreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità awtorizzanti, kull għajnuna mogħtija fir-rigward ta' dik ir-rotta individwali ma titqiesx kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

(e)   Il-proporzjonalità tal-għajnuna (l-għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ)

150.

Għajnuna tal-bidu tista' tkopri sa 50 % tal-imposti tal-ajruport fir-rigward ta' rotta għal perjodi massimu ta' tliet snin. L-ispejjeż eliġibbli huma l-imposti tal-ajruport fir-rigward tar-rotta.

(f)   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

151.

Sabiex ikunu evitati effetti negattivi mhux meħtieġa fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, meta konnessjoni (pereżempju, żewġt ibliet) li tkun se tiġi operata mir-rotta l-ġdida tal-ajru tkun diġà operata minn servizz tal-ferrovija ta' veloċità għolja jew minn ajruport ieħor fl-istess żona ta' lħuq b'kundizzjonijiet kumparabbli, notevolment f'termini tat-tul tal-vjaġġ, tali rotta tal-ajru ma tkunx eliġibbli għall-għajnuna tal-bidu.

152.

Kull korp pubbliku li jippjana li jagħti għajnuna tal-bidu lil linja tal-ajru għal xi rotta ġdida, kemm jekk permezz ta' xi ajruport kif ukoll jekk le, irid jagħmel il-pjanijiet tiegħu pubbliċi fi żmien xieraq u b'reklamar adegwat sabiex il-linji tal-ajru kollha interessati jkunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom.

153.

L-għajnuna tal-bidu ma tistax tingħaqad ma xi tip ieħor ta' għajnuna mill-Istat mogħtija għall-operat ta' rotta.

Rekwiżiti ta' notifika għal skemi ta' għajnuna u miżuri ta' għajnuna individwali:

154.

L-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jinnotifikaw lill-iskemi nazzjonali għal għajnuna tal-bidu lil linji tal-ajru, iktar milli l-miżuri ta' għajnuna individwali għal kull ajruport. Dan huwa maħsub biex inaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-awtoritajiet tal-Istati tal-EFTA kif ukoll għall-Awtorità.

155.

Minħabba riskju ogħla ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni, l-għajnuna tal-bidu lill-ajruporti li ma jinsabux f'reġjuni mbiegħda bi traffiku annwali medju ogħla minn 3 miljun passiġġier għandha dejjem tkun notifikata individwalment.

6.   GĦAJNUNA TA' KARATTRU SOĊJALI SKONT L-ARTIKOLU 61(2)(a) TAL-FTEHIM ŻEE

156.

Għajnuna ta' karattru soċjali għas-servizzi ta' trasport bl-ajru titqies bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(2)(a), sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin (97):

(a)

l-għajnuna trid tkun effettivament għall-benefiċċju tal-konsumaturi finali;

(b)

l-għajnuna jrid ikollha karattru soċjali, jiġifieri, fil-prinċipju, trid tkopri biss ċerti kategoriji ta' passiġġieri li jivvjaġġaw fuq rotta (pereżempju passiġġieri bi ħtiġijiet partikolari bħat-tfal, persuni b'diżabilità, nies b'introjtu baxx, studenti, persuni anzjani eċċ.); madankollu, fil-każ fejn ir-rotta kkonċernata tgħaqqad reġjuni remoti, bħal pereżempju reġjuni ultraperiferiċi, gżejjer, u żoni skarsament popolati, l-għajnuna tista' tkopri l-popolazzjoni kollha ta'dak ir-reġjun;

(c)

l-għajnuna trid tingħata mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-oriġini tas-servizzi, irrispettivament mil-linja tal-ajru li topera s-servizzi.

157.

L-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jinnotifikaw skemi nazzjonali għal għajnuna ta' karattru soċjali, iktar milli miżuri ta' għajnuna individwali.

7.   KUMULAZZJONI

158.

L-intensitajiet massimi ta' għajnuna applikabbli skont dawn il-linji gwida japplikaw irrispettivament minn jekk l-għajnuna hijiex iffinanzjata kompletament minn riżorsi tal-Istat jew iffinanzjata parzjalment miż-ŻEE.

159.

Għajnuna awtorizzata skont dawn il-linji gwida ma tistax tiġi kkumbinata ma' għajnuniet oħra mill-Istat, għajnuna de minimis jew forom oħra ta' finanzjament taż-ŻEE, jekk tali taħlita tirriżulta f'intensità ta' għajnuna ogħla minn dik stabbilita f'dawn il-linji gwida.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

8.1.   Rappurtar annwali

160.

Skont il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u l-verżjoni konsolidata tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL (98), l-Istati tal-EFTA jridu jissottomettu rapporti annwali lill-Awtorità. Ir-rapporti annwali jiġu ppubblikati fis-sit tal-Internet tal-Awtorità.

8.2.   Trasparenza

161.

L-Awtorità tqis li huma meħtieġa miżuri ulterjuri sabiex itejbu t-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat fiż-ŻEE. B'mod partikolari, għandhom jittieħdu passi biex ikun żgurat li l-Istati tal-EFTA, l-operaturi ekonomiċi, il-pubbliku interessat u l-Awtorità jkollhom aċċess faċli għat-test sħiħ tal-iskemi ta' għajnuna kollha applikabbli fis-settur tal-avjazzjoni u għal informazzjoni pertinenti dwar miżuri ta'għajnuna individwali.

162.

L-Istati tal-EFTA għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja fuq websajt dwar l-għajnuna mill-Istat komprensiv, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:

(a)

it-test sħiħ ta' kull skema ta' għajnuna approvata jew deċiżjoni individwali għall-għoti tal-għajnuna u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom;

(b)

l-identità tal-awtorità awtorizzanti;

(c)

l-identità tal-benefiċjarji individwali, il-forma u l-ammont tal-għajnuna mogħti lil kull benefiċjarju, id-data tal-għotja, it-tip ta' impriża (SME/kumpanija kbira), ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju (fil-Livell II tan-NUTS) u s-settur ekonomiku prinċipali li fih il-benefiċjarju għandu l-attivitajiet tiegħu (fil-livell tal-grupp NACE); tali rekwiżit jista' jiġi rrinunzjat fir-rigward tal-għotjiet ta' għajnuna individwali ta' inqas minn EUR 200 000.

163.

L-informazzjoni trid tkun ippubblikata wara li d-deċiżjoni tal-għoti tkun ittieħdet, trid tinżamm għal mill-inqas 10 snin u trid tkun disponibbli għall-pubbliku interessat mingħajr restrizzjonijiet (99).

8.3.   Monitoraġġ

164.

L-Istati tal-EFTA jridu jiżguraw li jinżammu r-rekords dettaljati li jirrigwardaw il-miżuri kollha li jinvolvu l-għoti ta' għajnuna mill-Istat skont dawn il-linji gwida. Tali rekords iridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà jkunu ġew osservati, b'mod partikolari dawk rigward l-ispejjeż eliġibbli u l-intensità massima ta' għajnuna permessa, fejn applikabbli,. Dawn ir-rekords iridu jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna u jridu jiġu pprovduti lill-Awtorità meta titlobhom.

165.

Sabiex jippermettu lill-Awtorità timmonitorja l-progress tat-twaqqif gradwali tal-għajnuna operatorja lill-ajruporti u l-impatt tagħha fuq il-kompetizzjoni, l-Istati tal-EFTA jridu jippreżentaw rapport regolari (fuq bażi annwali) dwar il-progress f'termini tat-tnaqqis tal-għajnuna operatorja għal kull ajruport li jibbenefika minn tali għajnuna. F'ċerti każijiet, jista' jinħatar fiduċjarju ta' monitoraġġ biex jiżgura konformità ma kull kundizzjoni u obbligu li jirfdu l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna.

8.4.   Evalwazzjoni

166.

Biex tiżgura ulterjorment li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kummerċ ikunu limitati, l-Awtorità tista' titlob li ċerti skemi jkunu suġġetti għal durata limitata u għal evalwazzjoni. L-evalwazzjonijiet għandhom partikolarment jitwettqu għall-skemi fejn id-distorsjonijiet potenzjali huma partikolarment għolja, jiġifieri skemi li jistgħu jirriskjaw li jirrestrinġu b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx rieżaminata fi żmien debitu.

167.

Fid-dawl tal-miri u sabiex ma jintefax piż sproporzjonat fuq l-Istati tal-EFTA u fuq miżuri ta' għajnuna iżgħar, dan ir-rekwiżit japplika biss għal skemi ta' għajnuna b'baġit ta' għajnuna kbir, li fihom karatteristiċi ġodda jew meta bidliet sinifikanti tas-suq, teknoloġiċi jew regolatorji huma previsti. L-evalwazzjoni trid titwettaq minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi ta' metodoloġija komuni (100) u trid issir pubblika.

168.

L-evalwazzjoni trid tiġi ppreżentata lill-Awtorità fi żmien opportun, biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-iskema ta' għajnuna u f'kull każ, mal-iskadenza tal-iskema. Il-kamp ta' applikazzjoni u l-metodoloġija preċiżi tal-evalwazzjoni li trid issir jiġu definiti fid-deċiżjoni li tapprova l-iskema ta' għajnuna. Kull miżura ta' għajnuna sussegwenti b'objettiv simili trid tikkunsidra r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni.

8.5.   Miżuri xierqa

169.

L-Istati tal-EFTA għandhom, fejn ikun meħtieġ, jemendaw l-iskemi eżistenti tagħhom sabiex iġibuhom konformi ma' dawn il-linji gwida mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

170.

L-Istati tal-EFTA huma mistiedna jagħtu l-approvazzjoni espliċita u bla kundizzjoni tagħhom għal dawn il-linji gwida fi żmien xahrejn wara l-pubblikazzjoni tagħhom. F'każ li ma tingħatax tweġiba, l-Awtorità tassumi li l-Istat tal-EFTA kkonċernat ma jaqbilx mal-miżuri proposti.

8.6.   Applikazzjoni

171.

Il-prinċipji f'dawn il-linji gwida jkunu applikati mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom. Dawn il-linji gwida jissostitwixxu l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-1994 u l-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005 minn dik id-data.

172.

Fid-dawl tal-iżvilupp tas-settur tal-avjazzjoni, u notevolment tal-liberalizzazzjoni tiegħu, l-Awtorità tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet tal-avviż tagħha dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illegali (101) ma għandhomx japplikaw għal każijiet pendenti ta' għajnuna operatorja illegali lill-ajruporti mogħtija qabel id-data ta' pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida. Minflok, l-Awtorità se tapplika l-prinċipji stipulati f'dawn il-linji gwida għall-każijiet kollha dwar l-għajnuna operatorja (notifiki pendenti u għajnuna illegali mhux notifikata) għall-ajruporti anki jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel il-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida u l-bidu tal-perjodu tranżitorju.

173.

Fir-rigward ta' għajnuna għall-investiment lill-ajruporti, l-Awtorità se tapplika l-prinċipji stipulati f'dawn il-linji gwida għall-mizuri kollha ta' għajnuna għall-investiment notifikati li fir-rigward tagħhom hija mitluba tieħu deċiżjoni mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida, anki fejn il-proġetti kienu nnotifikati qabel dik id-data. B'konformità mar-regoli applikabbli tal-Awtorità dwar il-valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat illegali, l-Awtorità, fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment illegali lill-ajruporti, se tapplika r-regoli li kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna. Għaldaqstant, mhijiex se tapplika l-prinċipji previsti f'dawn il-linji gwida fil-każ ta' għajnuna għall-investiment illegali lil ajruporti mogħtija qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida.

174.

Fir-rigward ta' għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru, l-Awtorità se tapplika l-prinċipji stipulati f'dawn il-linji gwida lill-miżuri kollha ta' għajnuna tal-bidu notifikati, li fir-rigward tagħhom hija mitluba tieħu deċiżjoni mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida, anki fejn il-miżuri ġew notifikati qabel dik id-data. Skont l-avviż tal-Awtorità dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illegali, l-Awtorità, fir-rigward ta' għajnuna tal-bidu illegali lil-linji tal-ajru, se tapplika r-regoli li jkunu fis-seħħ meta tingħata l-għajnuna. Għaldaqstant, mhijiex se tapplika l-prinċipji stipulati f'dawn il-linji gwida fil-każ ta' għajnuna tal-bidu illegali lil linji tal-ajru mogħtija qabel il-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida.

8.7.   Rieżami

175.

L-Awtorità tista' tagħmel evalwazzjoni ta' dawn il-linji gwida f'kull waqt u se tagħmel dan mill-inqas sitt snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom. Din l-evalwazzjoni tkun imsejsa fuq informazzjoni fattwali u fuq ir-riżultati ta' konsultazzjonijiet wiesgħa mwettqa mill-Awtorità fuq il-bażi ta' dejta pprovduta mill-Istati tal-EFTA u l-partijiet ikkonċernati. L-Awtorità se tivvaluta mil-ġdid is-sitwazzjoni ta' ajruporti bi traffiku annwali li ma jaqbiżx is-700 000 passiġġier sabiex tiddetermina l-ħtieġa għall-kontinwazzjoni ta' regoli speċifiċi ta' kumpatibbiltà fir-rigward tal-għajnuna operatorja għal din il-kategorija ta' ajruporti fid-dawl tal-prospetti futuri għall-kopertura sħiħa tal-ispejjeż operattivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-bidla tal-kundizzjonijiet tas-suq u l-prospetti ta' profittabilità.

176.

Wara li tikkonsulta mal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità tista' tissostitwixxi jew tissupplimenta dawn il-linji gwida fuq il-bażi ta' politika importanti ta' kompetizzjoni jew kunsiderazzjonijiet ta' politika tat-trasport.

(1)  

Sorsi: Eurostat, l-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru.

(2)  Studju dwar l-effetti tal-implimentazzjoni tas-suq komuni tal-avjazzjoni tal-UE fuq l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-Settur tat-Trasport bl-Ajru matul il-perjodu 1997/2010. Steer Davies Gleave għall-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ MOVE. Rapport Finali ta' Awwissu 2012.

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Ewropa 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, COM(2010) 2020 finali tat-3 ta' Marzu 2010.

(4)  Il-Pjan Direzzjonali għal Żona Unika tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti, COM(2011) 144.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1), inkorporat fil-punt 66b tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8), inkorporat fil-punt 64a tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994, p. 1); u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar nollijiet u rati għal servizzi tal-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15), inkorporat fil-punt 65 tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994, p. 1).

(6)  Skont il-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti fl-Ewropa, 77 % tal-ajruporti kienu kompletament proprjetà pubblika fl-2010, filwaqt li 9 % kienu kompletament proprjetà privata, ara l-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti fl-Ewropa: Is-Sjieda tal-Ajruporti fl-Ewropa 2010.

(7)  Dan jixhdu l-fatt li, għalkemm fl-2010 s-sehem tagħhom mill-għadd globali tal-ajruporti kien jammonta għal 77 %, l-ajruporti b'sjieda pubblika kienu jammontaw biss għal 52 % tat-traffiku totali tal-passiġġieri.

(8)  Kif muri fl-2002 mill-istudju “Study on competition between airports and the application of State aid rules” (Studju dwar il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti u l-applikazzjoni tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat) — l-Università ta' Cranfield, Ġunju 2002, u sussegwentement ikkonfermat minn rapporti tal-industrija.

(9)  13-il ajruport fl-Unjoni huma mbassra li se jkunu qed jaħdmu b'kapaċità sħiħa tmien sigħat kuljum f'kull ġurnata tas-sena matul l-2030, meta mqabbla mal-2007 meta kienu ħamsa (5) biss l-ajruporti li kienu joperaw b'kapaċità sħiħa jew qrib, għal 100 % tal-ħin (ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-politika tal-Ajruporti fl-Unjoni Ewropea — nindirizzaw il-kapaċità u l-kwalità biex nippromwovu t-tkabbir, il-konnettività u l-mobbiltà sostenibbli tal-1 ta' Diċembru 2011, COM(2011) 823) (“il-Komunikazzjoni dwar il-Politika tal-Ajruporti fl-Unjoni Ewropea”).

(10)  Kif evidenzjat mill-politiki tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali dwar l-imposti għall-ajruporti u għas-servizzi ta' navigazzjoni (id-Dokument 9082), irriveduti l-aħħar f'April 2012.

(11)  Partikolarment fejn l-għajnuna hija ddeterminata fuq il-bażi ta' kalkoli ex post (li jagħmlu tajjeb għal kull defiċit hekk kif dan jitfaċċa), l-ajruporti jista' ma jkollhomx wisq inċentiv biex jikkontrollaw il-kostijiet u jimponu tariffi tal-ajruport li huma suffiċjenti biex ikopru l-kostijiet.

(12)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), COM(2012) 209 finali.

(13)  Ara l-Komunikazzjoni dwar il-politika tal-Ajruporti fl-Unjoni Ewropea.

(14)  Il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 30 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, 6.3.2008, p. 3).

(15)  Il-Kapitolu tal-linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar għajnuna lis-settur tal-avjazzjoni (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 41 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 23.5.1996, p. 83) jirriferi għal-linji gwida tal-Komunità dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuna mill-Istat lis-settur tal-avjazzjoni u jistipula li l-Awtorità għandha tapplika kriterji li jikkorrispondu ma' dawk li jinsabu fil-linji gwida tal-Kummissjoni.

(16)  Il-prinċipji stipulati f'dawn il-linji gwida ma japplikawx għal għajnuna għall-provvista ta' servizzi ta' groundhandling irrispettivament minn jekk ikunux ipprovduti mill-ajruport, mil-linja tal-ajru jew minn fornitur tas-servizzi ta' groundhandling lill-partijiet terzi; tali għajnuna se tkun ivvalutata fuq il-bażi tar-regoli ġenerali rilevanti. Skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36), inkorporata fil-punt 64c tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 79/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 315, 14.12.2000, p. 20, u s-Supplement taż-ŻEE Nru 59, 14.12.2000, p. 18), jew kull leġiżlazzjoni sussegwenti dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti taż-ŻEE, ajruporti li jwettqu groundhandling huma meħtieġa li jżommu kontijiet separati għall-attivitajiet ta' groundhandling tagħhom u għal attivitajiet oħra. Barra minn hekk, ajruport ma jistax jissussidja l-attivitajiet tiegħu ta' groundhandling mid-dħul li jikseb mill-attivitajiet tiegħu tal-ajruport. Dawn il-linji gwida lanqas ma japplikaw għal impriżi li, minkejja li jkunu attivi f'ajruport, huma involuti f'attivitajiet mhux ajrunawtiċi.

(17)  B'mod partikolari, iżda mhux esklussivament, ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3), inkorporat fil-punt 64a tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 90/2011 tad-19 ta' Lulju 2011 (ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 54, 6.10.2011, p. 78), id-Direttiva 96/67/KE, id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11), inkorporata fil-punt 65a tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 64/2012 tat-30 ta' Marzu 2012 (ĠU L 207, 2.8.2012, p. 44 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 43, 2.8.2012, p. 54), u kull leġiżlazzjoni sussegwenti dwar l-imposti tal-ajruporti.

(18)  Il-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2007-2013 (ĠU L 54, 28.2.2008, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 11, 28.2.2008, p. 1).

(19)  Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (għadhom mhumiex inkorporati fil-Ftehim ŻEE).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

(21)  Ara l-Applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-għoti ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 161, 13.6.2013, p. 12, u s-Suppliment ŻEE Nru 34, 13.6.2013, p. 1) il-parti 2.1 u l-każistika assoċjata, b'mod partikolari l-Kawżi konġunti minn C-180/98 sa C-184/98 Pavlov u Oħrajn, [2000] il-Ġabra I-6451.

(22)  Il-Kawża 118/85, Il-Kummissjoni v l-Italja, [1987], il-Ġabra 2599, il-paragrafu 7; Il-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni v l-Italja [1998] il-Ġabra I-3851, il-paragrafu 36; Pavlov u Oħrajn, il-paragrafu 75.

(23)  Il-Kawżi Konġunti 209/78 sa 215/78 u 218/78 Van Landewyck, [1980] il-Ġabra 3125, il-paragrafu 88; Il-Kawża C-244/94, FFSA u Oħrajn, [1995] il-Ġabra I-4013, il-paragrafu 21; u l-Kawża C-49/07 MOTOE, [2008] il-Ġabra I-4863, il-paragrafi 27 u 28.

(24)  Il-Kawża T-128/98, Aéroports de Paris v Il-Kummissjoni [2000] il-Ġabra II-3929,ikkonfermata mill-Kawża C-82/01 [2002] il-Ġabra I-9297, il-paragrafi 75-79.

(25)  Il-Kawżi Konġunti T-443/08 u T-455/08 Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig Halle GmbH v il-Kummissjoni, (is-sentenza “l-Ajruport ta' Leipzig-Halle ”), [2011] il-Ġabra II-1311, partikolarment il-paragrafi 93 u 94; ikkonfermati mill-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle v il-Kummissjoni [2012] li għadha ma ġietx irraportata.

(26)  Ara l-punt 3 u s-sentenza ta' “ l-Ajruport ta' Leipzig-Halle ”, il-paragrafu 105.

(27)  Ara s-sentenza “l-Ajruport ta' Leipzig-Halle ”, il-paragrafu 106.

(28)  Il-kriterju rilevanti għad-data li fiha miżura ta' għajnuna possibbli qed titqies li ngħatat hija d-data tal-att legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-awtoritajiet pubbliċi jintrabtu li jippermettu lill-benefiċjarju li jibbenefika mill-miżura rilevanti. Ara l-Kawża T-358/94 Compagnie Nationale Air France v il-Kummissjoni, [1996] il-Ġabra II-2109, il-paragrafu 79, il-Kawża T-109/01, Fleuren Compost BV v il-Kummissjoni, [2004] il-Ġabra II-127, il-paragrafu 74 u l-Kawżi Konġunti T-362/05 u T-363/05 Nuova Agricast v il-Kummissjoni, [2008] il-Ġabra II-297, il-paragrafu 80, u l-Kawżi Konġunti T-427/04 u T-17/05, France u France Télécom v il-Kummissjoni, [2009] il-Ġabra II-4315, il-paragrafu 321.

(29)  Id-Deċiżjoni C 38/2008 tat-3 ta' Ottubru 2012 dwar it-Terminal 2 tal-Ajruport ta' Munich, (ĠU L 319, 29.11.2013, p. 8). il-paragrafi minn 74 sa 81.

(30)  Ara d-Direttiva 2009/12/KE, il-premessa 1.

(31)  L-ajruport jista' jkun jew jista' ma jkunx l-istess entità li tkun il-proprjetarja tal-ajruport.

(32)  L-eżerċizzju konġunt ta' attività ekonomika huwa normalment ivvalutat bl-analiżi tal-eżistenza ta' rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi bejn l-entitajiet. Ara pereżempju l-Kawża C-480/09 P AceaElectrabel Produzione SpA v Il-Kummissjoni [2010] il-Ġabra I-13355, il-paragrafi minn 47 sa 55; Il-Kawża C-222/04 Ministero dell'Economia e delle Finanze v Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn, [2006] il-Ġabra I-289, il-paragrafu 112.

(33)  Il-Kawża T-196/04 Ryanair Ltd. v il-Kummissjoni, [2008] il-Ġabra II-3643 (is-Sentenza “ Charleroi ”), il-paragrafu 88.

(34)  Is-sentenza “l-Ajruport ta' Leipzig-Halle ”, il-paragrafu 98.

(35)  Il-Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni v l-Italja, [1987] il-Gabra 2599, il-paragrafi 7 u 8, u l-Kawża C-30/87 Bodson/Pompes funèbres des régions libérées, [1988] il-Ġabra 2479, il-paragrafu 18.

(36)  Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-364/92 SAT/Eurocontrol, [1994] il-Ġabra I-43, il-paragrafu 30 u l-Kawża C-113/07 P Selex Sistemi Integrati vs il-Kummissjoni, [2009] il-Ġabra I-2207, il-paragrafu 71.

(37)  Il-Kawża C-343/95 Cali & Figli v Servizi ecologici porto di Genova, [1997] il-Ġabra I-1547. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 309/2002 tad-19 ta' Marzu 2003, sigurtà tal-Avjazzjoni — kumpens għall-kostijiet imġarrba wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 (ĠU C 148, 25.6.2003, p. 7). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 438/2002 tas-16 ta' Ottubru 2002, Għajnuna ta' sostenn tal-funzjonijiet tal-awtorità pubblika fis-settur tal-portijiet (ĠU C 284, 21.11.2002, p. 2).

(38)  Ara fost l-oħrajn il-Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser v Finanzamt Innsbruck, [2005] il-Ġabra I-01627, il-paragrafu 36, u l-ġurisprudenza ċitata f'dik is-sentenza. Ara wkoll, il-Kawża E-9/12, l-Islanda vs l-ESA, is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tat-22 ta' Lulju 2013, il-paragrafu 54.

(39)  Ara d-Deċiżjoni Nru 324/2006 tal-24 ta' Ottubru 2006 — Franza, Għajnuna ta' appoġġ għall-kiri ta' ATR 72-500 min-naħa ta' Air Caraïbes, (ĠU C 300, 9.12.2006, p. 10).

(40)  Ara l-Kawża C-126/01 Ministère de l'Économie, des Finances et de l 'Industrie v. GEMO SA [2003] il-Ġabra I-13769, il-paragrafu 29.

(41)  Ir-riżorsi ta' impriża pubblika jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat billi l-awtoritajiet pubbliċi jikkontrollaw dawn ir-riżorsi. Ara l-Kawża C-482/99 Franza v il-Kummissjoni [2002] il-Ġabra I-4397 (is-Sentenza “ Stardust Marine ”).

(42)  Il-Qorti kkonfermat li ladarba l-mezzi finanzjarji jibqgħu kostantement taħt il-kontroll pubbliku u għalhekk ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, dan ikun biżżejjed għalihom biex jaqgħu taħt il-kategorija ta' għajnuna mill-Istat, ara l-Kawża C-83/98 P Franza v. Ladbroke Racing Ltd u l-Kummissjoni, [2000] il-Ġabra I-3271, il-paragrafu 50.

(43)  Ara s-sentenza “Stardust Marine”, il-paragrafu 52.

(44)  Ara s-sentenza “Stardust Marine”, il-paragrafi 55 u 56.

(45)  Il-Kawża 78/76 Steinike & Weinlig v Il-Ġermanja, [1977] il-Ġabra 595, il-paragrafu 21.

(46)  Il-Kawża C-310/99, l-Italja v. il-Kummissjoni [2002] il-Ġabra I-2289, il-paragrafu 65.

(47)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH (is-Sentenza “Altmark”), [2003] il-Ġabra I-7747.

(48)  Ara s-Sentenza “Altmark”, il-paragrafi minn 77 sa 82.

(49)  Is-sentenza “Stardust Marine”, il-paragrafu 71. Il-Kawża C-124/10P il-Kummissjoni Ewropea vs l-EDF, [2012], li għadha mhux irrappurtata, il-paragrafi 84, 85 u 105.

(50)  Il-Kawżi T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech Stahlwerke v il-Kummissjoni, [1999], il-Ġabra II-17, il-paragrafu 120. Ara wkoll il-Kawża C-40/85, il-Belġju v il-Kummissjoni, [1986], il-Ġabra p. 02321, il-paragrafu 13.

(51)  Is-sentenza “Stardust Marine”, il-paragrafu 69. Ara wkoll il-Kawża C-303/88 L-Italja v Il-Kummissjoni [1991] il-Ġabra I-1433, il-paragrafu 20.

(52)  Il-Kawża C-305/89 l-Italja v il-Kummissjoni (is-Sentenza “ Alfa Romeo ”) [1991] il-Ġabra I-1603, il-paragrafu 20. Il-Kawża T-228/99 Westdeutsche Landesbank Girozentrale v il-Kummissjoni [2003] il-Ġabra II-435, il-paragrafi 250-270.

(53)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża C25/2007 — Il-Finlandjal-Ajruport ta' Tampere Pirkkala u Ryanair (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 27).

(54)  Il-Kawża C-124/10 P il-Kummissjoni vs l-EDF [2012], li għadha ma ġietx rappurtata, il-paragrafi 84, 85 u 105.

(55)  Il-Kawżi T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech Stahlwerke v il-Kummissjoni, [1999], il-Ġabra II-17, il-paragrafu 120. Ara wkoll il-Kawża C-40/85, il-Belġju v il-Kummissjoni, [1986] il-Ġabra 02321, il-paragrafu 13.

(56)  Id-dispożizzjonijiet rilevanti jinkludu l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim ŻEE, u d-Direttiva 2009/12/KE.

(57)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża C 12/2008 — is-SlovakkjaFtehim bejn l-ajruport ta' Bratislava u Ryanair, (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża C 25/2007 — Il-Finlandjal-Ajruport ta' Tampere Pirkkala u Ryanair, (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 27).

(58)  Marġni ta' profitt raġonevoli hija rata “normali” ta' redditu fuq il-kapital, jiġifieri rata ta' redditu li tkun meħtieġa minn kumpanija tipika għal investiment bi grad simili ta' riskju. Ir-redditu huwa mkejjel bħala Rata Interna ta' Redditu (“IRR”) fuq il-flussi ta' flus previsti provokati mill-arranġamenti mal-linja tal-ajru.

(59)  Dan ma jipprekludix il-previżjoni li benefiċċji futuri matul id-durata tal-arranġamenti jistgħu jpattu għal telf inizjali.

(60)  Kull appoġġ pubbliku, bħal pereżempju ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi direttament bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-linja tal-ajru, imfassla biex jagħmlu tajjeb għal parti mill-kostijiet normali mġarrba mill-ajruport fir-rigward tal-arranġament mal-ajruport/il-linja tal-ajru, se jiġi kkunsidrat bl-istess mod. Dan ikun irrispettivament minn jekk tali appoġġ jingħatax direttament lil-linja tal-ajru kkonċernata, jew ikunx mgħoddi mill-ajruport jew minn entità oħra.

(61)  Is-sentenza Charleroi, il-paragrafu 59.

(62)  Dak li intqal f'dan il-paragrafu dwar il-linji tal-ajru japplika bl-istess mod għal utenti oħra tal-ajruport.

(63)  Ara l-Kawżi Konġunti T-443/08 u T-455/08 Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig Halle GmbH v il-Kummissjoni, [2011] il-Ġabra II-1311, il-paragrafu 109.

(64)  Ara s-Sentenza “Altmark”, il-paragrafi minn 86 sa 93. Il-finanzjament pubbliku biex ikun ipprovdut SIEĠ ma jinvolvix vantaġġ selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jekk l-erba' kundizzjonijiet segwenti jiġu ssodisfati: (a) il-benefiċjarju ta' mekkaniżmu ta' ffinanzjar Statali għall SIEĠ irid ikun formalment fdat bil-provvediment u t-twettiq ta' SIEĠ li l-obbligi tiegħu jridu jkunu definiti b'mod ċar (b) il-parametri biex jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti; (c) il-kumpens ma jistax jeċċedi dak li hu meħtieġ biex jiġu koperti l-kostijiet kollha jew parti minnhom imġarrba mit-twettiq tas-SIEĠ, meta wieħed iqis l-irċevuti rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta' dawk l-obbligi u (d) meta l-benefiċjarju ma jintgħażilx skont proċedura ta' akkwist pubbliku, li tippermetti għall-provvista tas-servizz bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell ta' kumpens li jingħata jrid jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-kostijiet li kien ikollha impriża tipika, immexxija tajjeb, fit-twettiq ta' dawk l-obbligi, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u qligħ raġonevoli.

(65)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 21.

(66)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta' April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8), inkorporat fil-punt 1ha tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 225/2012 tal-21 ta' Marzu 2013 (ĠU L 81, 21.3.2013, p. 27 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 18, 21.3.2013, p. 32);

(67)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3), inkorporata fil-punt 1h tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 66/2012 tat-30 ta' Marzu 2012 (ĠU L 207, 2.8.2012, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 43, 2.8.2012, p. 56).

(68)  Il-Qafas għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku (ĠU L 161, 13.6.2013, p. 12 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 13.6.2013, p. 1).

(69)  Il-Kawża T-289/03 British United Provident Association Ltd (BUPA) v il-Kummissjoni [2008], il-Ġabra p. II-81, il-paragrafi 171 u 224.

(70)  Ara l-Kawżi Konġunti T-204/97 u T-270/97 EPAC — Empresa para a Agroalimentação e Cereais, SA v il-Kummissjoni [2000] il-Ġabra II-2267, il-paragrafu 126 u l-Kawża T-17/02 Fred Olsen, SA v il-Kummissjoni [2005] il-Ġabra p. II-2031, il-paragrafi 186, 188-189.

(71)  Ara l-Komunikazzjoni SIEĠ, il-paragrafu 45.

(72)  Ara d-Deċiżjoni Nru 381/04 — Franza, Proġett għal netwerk tat-telekomunikazzjoni ta' kapaċità għolja fil-Pyrénées-Atlantiques (DORSAL), (ĠU C 162, 2.7.2005, p. 5).

(73)  L-Artikoli 16, 17 u 18.

(74)  Kemm l-ajruporti ta' oriġini kif ukoll dawk ta' destinazzjoni jridu jkunu identifikati b'mod ċar, ara l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

(75)  B'mod partikolari, l-Awtorità tqis li jkun diffiċli li tiġġustifika l-OSP fuq rotta lejn ajruport partikolari jekk diġà hemm servizzi simili notevolment fir-rigward ta' ħinijiet tat-trasport, frekwenzi, livell u kwalità tas-servizz, għal ajruport ieħor li jservi fl-istess żona ta' lħuq.

(76)  Ara l-punt 70 u r-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-premessa 12 u l-Artikoli minn 16 sa 18.

(77)  Dan il-livell limitu jirreferi għal għadd lejn destinazzjoni waħda, jiġifieri passiġġier li jtir minn ajruport u lura għal dak l-ajruport jingħadd darbtejn. Jekk ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, il-volum tal-passiġġieri huwa stabbilit fuq il-bażi ta' kull ajruport individwali.

(78)  Dan il-livell limitu jirreferi għal għadd lejn destinazzjoni waħda, jiġifieri passiġġier li jtir lejn il-ġżira u lura jingħadd darbtejn. Dan japplika għal rotot individwali bejn ajruport fuq il-gżira u ajruport fuq il-kontinent.

(79)  Ara pereżempju l-Kawża C-156/98 il-Ġermanja v il-Kummissjoni [2000] il-Ġabra I-6857, il-paragrafu 78 u l-Kawża C-333/07 Régie Networks v Rhone Alpes Bourgogne [2008] il-Ġabra I-10807, il-paragrafi 94-116.

(80)  Ara l-Kawża C-225/91 Matra v il-Kummissjoni, [1993] il-Ġabra I-3203, il-paragrafu 42.

(81)  Bejn 70 % u 90 % tal-kostijiet tal-ajruporti huma fissi.

(82)  Il-kategoriji tal-ajruporti għall-finijiet ta' dawn il-linji gwida huma bbażati fuq id-dejta disponibbli tal-industrija.

(83)  Dan ma jipprekludix il-previżjoni li benefiċċji futuri jistgħu jpattu għal telf inizjali.

(84)  Il-finanzjament ta' tali attivitajiet mhux kopert b'dawn il-linji gwida, minħabba li huma ta' karattru mhux marbut mat-trasport, u għalhekk se jkun ivvalutat fuq il-bażi ta' regoli settorjali u ġenerali rilevanti.

(85)  Il-prinċipji stipulati f'dawn il-linji gwida ma japplikawx għall-għajnuna għall-provvista ta' servizzi ta' groundhandling kemm jekk ikunu pprovduti mill-ajruport, linja tal-ajru jew fornitur tas-servizzi ta' groundhandling lill-partijiet terzi u kif ukoll jekk le; tali għajnuna se tkun ivvalutata fuq il-bażi tar-regoli ġenerali rilevanti.

(86)  It-traffiku medju annwali tal-passiġġieri attwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha l-għajnuna hi nnotifikata jew attwalment mogħtija jew imħallsa fil-każ ta' għajnuna mhux innotifikata. Fil-każ ta' ajruport tal-passiġġieri magħmul ġdid, it-traffiku annwali tal-passiġġieri previst matul is-sentejn finanzjarji wara l-bidu tal-operazzjoni tat-traffiku bl-ajru kummerċjali tal-passiġġieri għandu jiġi kkunsidrat. Dan il-livell limitu jirreferi għal għadd lejn destinazzjoni waħda. Dan ifisser li pereżempju, passiġġier li jtir lejn l-ajruport u lura jingħadd darbtejn; dan japplika għal rotot individwali. Jekk ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, il-volum tal-passiġġieri huwa stabbilit fuq il-bażi ta' kull ajruport individwali.

(87)  Ara t-Taqsima 5.1.1(a).

(88)  Kieku l-għajnuna kellha tkun iddeterminata fuq il-bażi ta' kalkoli ex post (tagħmel tajjeb għal kull defiċit kif dawn jitfaċċaw), jista' jkun li l-ajruporti ma jkollhomx wisq inċentiv biex jikkontrollaw il-kostijiet u għalhekk jimponu tariffi tal-ajruport li huma adegwati biex ikopru l-kostijiet.

(89)  Ir-referenzi għad-“data tal-pubblikazzjoni” f'dawn il-linji gwida tfisser id-data ta' pubblikazzjoni fuq is-sit tal-Awtorità.

(90)  It-traffiku medju annwali tal-passiġġieri attwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha l-għajnuna hi nnotifikata jew attwalment mogħtija jew imħallsa fil-każ ta' għajnuna mhux innotifikata. F'każ ta' ajruport tal-passiġġieri magħmul ġdid it-traffiku annwali tal-passiġġieri previst matul is-sentejn wara l-bidu tal-operazzjoni tat-traffiku bl-ajru kummerċjali tal-passiġġieri għandu jkun kkunsidrat. Dan il-livell limitu jirreferi għal għadd lejn destinazzjoni waħda. Dan ifisser li passiġġier li jtir lejn l-ajruport u lura jingħadd darbtejn; dan japplika għal rotot individwali. Jekk ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, il-volum tal-passiġġieri huwa stabbilit fuq il-bażi ta' kull ajruport individwali.

(91)  Ara wkoll il-punt 91.

(92)  L-intensità ta' 50 % tikkorrispondi għad-diskrepanza tal-likwidità matul 10 snin għal ajruport li, mill-bidu tal-kopertura tal-ispiża operattiva inizjali fil-bidu tal-perjodu tranżitorju, jikseb kopertura sħiħa tal-ispejjeż operattivi wara 10 snin.

(93)  It-traffiku medju annwali tal-passiġġieri attwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha l-għajnuna hi nnotifikata jew attwalment mogħtija jew imħallsa fil-każ ta' għajnuna mhux innotifikata. Fil-każ ta' ajruport tal-passiġġieri magħmul ġdid, it-traffiku annwali tal-passiġġieri previst matul is-sentejn finanzjarji wara l-bidu tal-operazzjoni tat-traffiku bl-ajru kummerċjali tal-passiġġieri għandu jiġi ikkunsidrat. Dan il-livell limitu jirreferi għal għadd lejn destinazzjoni waħda. Dan ifisser li passiġġier li jtir pereżempju lejn l-ajruport u lura jingħadd darbtejn; dan japplika għal rotot individwali.

(94)  Id-Deċiżjoni 2006/682/KE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni Temporanja ta' Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-Istabbiliment ta' Spazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (ECAA) (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 1).

(95)  Ara wkoll in-nota 93 ta' qiegħ il-paġna.

(96)  Ara wkoll il-punt 91.

(97)  Ara pereżempju, fir-rigward tal-valutazzjoni ta' għajnuna ta' karattru soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2006, Nru 169/2006 — Ir-Renju Unit — Għajnuna ta' servizzi tal-ajru ta' karattru soċjali fil-Highlands u l-Gżejjer tal-Iskozja, (ĠU C 272, 9.11.2006, p. 10); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2007, Nru 471/2007 — Il-Portugall — Il-konċessjonijiet soċjali lill-passiġġieri u lill-istudenti li jirrisjedu fir-Reġjun Awtonomu ta' Madeira, fis-servizzi tat-trasport bl-ajru bejn il-Portugall kontinentali u r-Reġjun Awtonomu (ĠU C 46, 19.2.2008, p. 2); u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Jannar 2011, Nru 426/2010 — Franza — Għajnuna ta' karattru soċjali għal ċerti kategoriji ta' passiġġieri fuq servizzi bl-ajru bejn La Réunion u Franza metropolitana, (ĠU C 71 5.3.2011, p. 5).

(98)  Disponibbli fuq http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/procedural-rules/.

(99)  Din l-informazzjoni għandha tiġi regolarment aġġornata (pereżempju kull sitt (6) xhur) u għandha tkun disponibbli f'formati nonproprjetarji.

(100)  Metodoloġija komuni bħal din tista' tiġi pprovduta mill-Awtorità.

(101)  Ir-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illegali (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 23 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 19.3.2009, p. 1).

APPENDIĊI

SOMMARJU TAL-KUNDIZZJONIJIET TA' KUMPATIBBILTÀ

Tabella 1

Ħarsa ġenerali lejn il-kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà għall-għajnuna lill-ajruporti

Kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà

Għajnuna għall-investiment lill-ajruport

Għajnuna operatorja lill-ajruport

(a)

Kontribuzzjoni għal objettiv ta' interess komuni definit tajjeb

Iż-żieda tal-mobbiltà permezz tal-istabbiliment ta' punti ta' aċċess għat-titjiriet ġewwa ż-ŻEE

Il-ġlieda kontra l-konġestjoni f'ċentri ewlenin

L-iffaċilitar tal-iżvilupp reġjonali

Id-dupplikazzjoni tal-kapaċità tal-ajruporti u l-kapaċità mhux użata fin-nuqqas ta' prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju ma tikkontribwixxix għal objettiv ta' interess komuni definit tajjeb.

(b)

Il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat

< 3 miljun passiġġier

> 3 –5 miljun passiġġier f'ċerti ċirkustanzi speċifiċi għall-każ

> 5 miljun passiġġier f'ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna biss

< 3 miljun passiġġier

(c)

Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna

Il-miżura ta' għajnuna trid tkun strument politiku xieraq li jindirizza l-objettiv ta' interess komuni

Kunsiderazzjoni ta' strumenti ta' għajnuna inqas distorsivi (garanziji, self b'imgħax baxx, eċċ.)

Ex ante bħala somma fissa li tkopri d-diskrepanza fil-likwidità mistennija tal-ispejjeż operattivi (stabbiliti fuq il-bażi ta' pjan ta' negozju ex ante) matul perjodu tranżitorju ta' 10 snin.

d)

Effett ta' inċentiv

Bħalissa, jekk l-investiment ma jkunx ittieħed, jew sa limitu differenti (analiżi kontrofattwali jew ta' diskrepanza fil-likwidità abbażi ta' pjan ta' negozju ex ante)

Bħalissa, jekk il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport jitnaqqas b'mod sinifikanti fin-nuqqas tiegħu

(e)   

Il-proporzjonalità tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu)

L-ispejjeż eliġibbli:

Kostijiet relatati mal-investimenti fl-infrastruttura u tagħmir tal-ajruporti, għajr il-kostijiet ta' investiment għal attivitajiet mhux ajrunawtiċi

Id-diskrepanza tal-likwidità operattiva tal-ajruport

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna permissibbli:

> 3-5 miljuni

sa 25 %

Matul il-perjodu tranżitorju: 50 % tad-diskrepanza tal-likwidità operattiva medja inizjali kkalkulata bħala medja ta' ħames snin ta' qabel il-perjodu tranżitorju (2009-2013)

Wara l-perjodu tranżitorju ta' 10 snin: l-ebda għajnuna operatorja permessa (għajr jekk ingħatat taħt regoli orizzontali)

1 –3 miljuni

sa 50 %

< 1 miljun

sa 75 %

Eċċezzjonijiet:

Għall-ajruporti li jinsabu f'reġjuni remoti (irrispettivament mid-daqs tagħhom) l-intensitajiet ta' għajnuna massima għall-għajnuna ta' investiment għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruporti jistgħu jiżdiedu sa 20 %

Għall-ajruporti < 1 miljun passiġġier fis-sena li jinsabu f'reġjun periferali: l-intensità tista' taqbeż il-75 % f'ċirkustanzi eċċezzjonali soġġetti għal valutazzjoni ta' każ b'każ

Fil-każ ta' rilokazzjoni: il-proporzjonalità, il-ħtieġa u l-intensità massima tal-għajnuna se jiġu vvalutati jkun xi jkun it-traffiku medju

Għal ajruporti b'aktar minn 5 miljun passiġġier fis-sena: f'ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna biss, karatterizzati minn falliment tas-suq ċar u filwaqt li jitqies il-kobor tal-investiment u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

Għall-ajruporti b' < 700 000  passiġġier fis-sena: 80 % tad-diskrepanza tal-likwidità operattiva medja inizjali għal perjodu ta' 5 snin wara l-bidu tal-perjodu tranżitorju

(f)

L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE

Miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u mhux iddedikat għal utent speċifiku wieħed

Ajruporti b'< 5 miljun passiġġier fis-sena: ammont fiss bil-quddiem jew pagamenti akkont annwali biex jikkumpensaw għad-diskrepanza tal-likwidità fil-kostijiet kapitali li tirriżulta minn pjan ta' negozju tal-ajruporti

Valutazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

Miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u mhux iddedikat għal utent speċifiku wieħed

Ajruporti b' < 700 miljun passiġġier fis-sena: valutazzjoni ġdida erba' snin wara l-perjodu tranżitorju

Rekwiżiti ta' notifika għal skemi ta' għajnuna u miżuri ta' għajnuna individwali

Skemi ta' għajnuna:

ajruporti < 3 miljun passiġġier fis-sena

Notifiki individwali:

ajruporti b' > 3 miljun passiġġier fis-sena

għajnuna għall-investiment lil ajruport b' < 1 miljun passiġġier fis-sena li jaqbeż il-75 % tal-intensità tal-għajnuna

għajnuna għall-investiment għar-rilokazzjoni ta' ajruporti

ajruporti mħallta tal-passiġġieri/tat-trasport tal-merkanzija b' > 200 000 tunnellata ta' merkanzija matul sentejn finanzjarji qabel is-sena ta' notifika

il-ħolqien ta' ajruport ġdid tal-passiġġieri (inkluża konverżjoni tal-mitjar eżistenti)

il-ħolqien u l-iżvilupp ta' ajruport li jinsab fid-distanza ta' 100 km jew 60 minuta vjaġġar minn ajruport eżistenti

Skemi ta' għajnuna:

ajruporti b' < 3 miljun passiġġier fis-sena

Notifiki individwali:

ajruporti mħallta tal-passiġġieri/tat-trasport tal-merkanzija b' > 200 000 tunnellata ta' merkanzija matul sentejn finanzjarji qabel is-sena ta' notifika

għajnuna operatorja lil ajruport li jinsab f'distanza ta' 100 km jew 60 minuta vjaġġar minn ajruporti oħra


Tabella 2

Ħarsa ġenerali lejn il-kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà għal għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru

Kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà

Għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru

(a)

Kontribuzzjoni għal objettiv ta' interess komuni definit tajjeb

Iż-żieda tal-mobbiltà permezz tal-istabbiliment ta' punti ta' aċċess għat-titjiriet ġewwa ż-ŻEE

L-iffaċilitar tal-iżvilupp reġjonali

L-ebda dupplikazzjoni tal-konnessjoni kumparabbli eżistenti mħaddma minn servizzi tal-ferrovija b'veloċità għolja jew minn ajruport ieħor fl-istess żona ta' lħuq f'kundizzjonijiet komparabbli

(b)

Il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat

Ajruporti b' < 3 miljun passiġġier fis-sena

Ajruporti li jinsabu f'reġjuni remoti irrispettivament mid-daqs tagħhom

Ajruporti b' bejn > 3–5 miljun passiġġier fis-sena biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali

L-ebda għajnuna tal-bidu għall-konnessjonijiet tal-ajru minn ajruporti b'aktar minn 5 miljun passiġġier fis-sena

(c)

Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna

Mhijiex eliġibbli jekk ir-rotta hija diġà koperta minn servizzi tal-ferrovija b'veloċità għolja jew minn ajruport ieħor fl-istess żona ta' lħuq bl-istess kundizzjonijiet

Pjan tan-negozju ex ante li juri profittabilità tar-rotta mill-inqas wara tliet (3) snin jew impenn irrevokabbli mil-linja tal-ajru biex topera r-rotta għall-inqas għal perjodu twil daqs il-perjodu li matulu rċeviet għajnuna tal-bidu

(d)

Effett ta' inċentiv

Bħalissa, jekk fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell tal-attività ekonomika tal-linja tal-ajru fl-ajruport ikkonċernat jitnaqqas b'mod sinifikanti (pereżempju r-rotta l-ġdida ma tkunx tnediet).

Ir-rotta l-ġdida jew l-iskeda l-ġdida tista' tibda biss wara l-preżentazzjoni tal-formula ta' applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità awtorizzanti.

(e)   

Il-proporzjonalità tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu)

L-ispejjeż eliġibbli:

Tariffi tal-ajruport fir-rigward ta' rotta

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna permissibbli:

50 % għal perjodu massimu ta' tliet (3) snin

(f)

L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE

L-awtoritajiet pubbliċi jridu jagħmlu pjanijiet pubbliċi fi żmien raġonevoli biex jippermettu lil-linji tal-ajru kollha interessati biex joffru servizzi

L-ebda akkumulazzjoni ma' tipi oħrajn ta' għajnuna mill-Istat għat-tħaddim ta' rotta

Rekwiżiti ta' notifika għal skemi ta' għajnuna u miżuri ta' għajnuna individwali

Skemi ta' għajnuna

Ajruporti b' < 3 miljun passiġġier fis-sena u ajruporti li jinsabu f'reġjuni remoti

Notifiki individwali:

Ajruporti b' > 3 miljun passiġġier fis-sena, għajr ajruporti li jinsabu f'reġjuni remoti

Tabella 3

Għajnuna soċjali

Kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà

(a)

Effettivament għall-benefiċċju tal-konsumaturi aħħarin

(b)

Ta' karattru soċjali:

Tkopri biss ċerti kategoriji ta' passiġġieri (eż. bi ħtiġijiet partikolari bħat-tfal, persuni b'diżabilità, persuni bi dħul baxx, studenti, anzjani eċċ.)

Għajr: fejn ir-rotta tikkollega reġjuni remoti (eż. gżejjer, żoni skarsament popolati), l-għajnuna tista' tkopri l-popolazzjoni kollha ta' reġjun

(c)

Mingħajr diskriminazzjoni dwar l-oriġini tal-linja tal-ajru li topera s-servizzi

Tabella 4

Kumpatibbiltà tal-għajnuna fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku

Id-daqs tal-ajruport ibbażat fuq il-medja tat-traffiku (passiġġieri fis-sena)

Qafas legali applikabbli

Rekwiżit ta' notifika

Maniġers tal-ajruport f'ajruporti b'< 200 000 passiġġier fis-sena matul id-durata tal-mandat tas-SIEĠ

Linji tal-ajru fir-rigward ta' konnessjonijet bl-ajru lejn gżejjer bi traffiku ta' < 300 000 passiġġier fis-sena

L-Artikolu 59(2) tal-Ftehim ŻEE

Id-Deċiżjoni 2012/21/UE

Eżenti mir-rekwiżit ta' notifika

Ajruporti b'aktar minn 200 000 passiġġier fis-sena matul id-durata tal-mandat tas-SIEĠ

L-Artikolu 59(2) tal-Ftehim ŻEE

Qafas SGEI

Notifika meħtieġa


24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/52


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 186/16/COL

tat-12 ta' Ottubru 2016

dwar il-konformità tar-rata unitarja tan-Norveġja għall-2016 skont l-Artikolu 17 tal-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru) [2016/2052]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 66u tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (1)), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu, u l-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (2)) (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013”), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1)(d) tiegħu, it-tnejn kif adattati għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. L-iskema komuni ta' imposti hija element integrali għall-ksib tal-għanijiet tal-iskema ta' prestazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 11 tal-Att imsemmi f'punt 66t tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas) (3)) u l-att imsemmi f'punt 66xf tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (4)) (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013”).

(2)

L-Att imsemmi fil-punt 66xe tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (5)) jistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha kemm hi, fosthom il-mira tal-kosteffikaċja għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, espressa f'kosti unitarji determinati għall-forniment ta' dawn is-servizzi, għat-tieni perjodu ta' referenza, li jkopri u jinkludi s-snin mill-2015 sal-2019.

(3)

Skont l-Artikolu 17(1)(b) u (c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tivvaluta r-rati unitarji tal-2016 għaż-żoni tal-imposti ppreżentati min-Norveġja lill-Awtorità sal-1 ta' Ġunju 2015 skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1) u 9(2) ta' dak ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni tikkonċerna l-konformità ta' dawk ir-rati unitarji mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(4)

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA wettqet il-valutazzjoni tagħha tar-rati unitarji bl-appoġġ tal-Unità tar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni tal-Eurocontrol u tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti tar-Rotot, u bl-użu tad-dejta u tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta min-Norveġja kif ukoll bir-rapport tal-awtorità superviżorja nazzjonali dwar il-valutazzjoni tal-ispejjeż eżentati mill-mekkaniżmu tal-qsim tal-ispejjeż.

(5)

Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, l-Awtorità sabet, bi qbil mal-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, li r-rata għal kull unità għaż-żoni tal-imposti għall-2016 ippreżentata min-Norveġja hija konformi mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(6)

Skont l-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, in-Norveġja għandha tiġi nnotifikata dwar dik il-kostatazzjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rata unitarja en route ppreżentata min-Norveġja għall-2016, ta' NOK 381,42, hija f'konformità mal-Att imsemmi f'punt 66xf tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk) u mal-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ottubru 2016.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Sven Erik SVEDMAN

Il-President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)   ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31.

(3)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1.

(5)   ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20.