ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 308

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
16 ta' Novembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1995 tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1996 tal-15 ta' Novembru 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1997 tal-15 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 fir-rigward tal-emenda tal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-monitoraġġ ta' azzjonijiet biex tiġi appoġġata l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u li tikkoreġi dak ir-Regolament

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1998 tal-15 ta' Novembru 2016 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

8

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1999 tal-15 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2000 tal-15 ta' Novembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2001 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar kontribut tal-Unjoni għall-istabbiliment u l-ġestjoni sigura ta' Bank tal-Uranju b'Arrikkiment Baxx (LEU) taħt il-kontroll tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

22

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2002 tat-8 ta' Novembru 2016 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE, l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE dwar il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali ovini u kaprini u ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (notifikata bid-dokument C(2016) 7026)  ( 1 )

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2003 tal-14 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti (notifikata bid-dokument C(2016) 7218)  ( 1 )

59

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2004 tal-14 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/780/UE li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta' Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka (notifikata bid-dokument C(2016) 7181)

62

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1995

tal-11 ta' Novembru 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma' ċerti Membri oħra tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, fil-kuntest tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni f'konformità mad-direttivi ta' negozjar adottati mill-Kunsill.

(3)

Dawk in-negozjati ġew konklużi u Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-12 ta' Lulju 2016.

(4)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta' dak il-Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1996

tal-15 ta' Novembru 2016

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

(2)

Żewġ entitajiet jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif stipulat fit-Taqsima B tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

I.   

L-entitajiet li ġejjin u l-entrati relatati jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima B tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

55.

Tri-Ocean Trading

55a.

Tri-Ocean Energy


16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1997

tal-15 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 fir-rigward tal-emenda tal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-monitoraġġ ta' azzjonijiet biex tiġi appoġġata l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u li tikkoreġi dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12, l-Artikolu 66(5), l-Artikolu 67 u l-Artikolu 75(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (2) jistabbilixxi l-għadd massimu ta' emendi fil-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni. L-esperjenza wriet li l-għadd massimu ta' emendi fil-programm għandu jiżdied biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissottomettu għadd limitat ta' emendi addizzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Il-każijiet li fihom l-għadd massimu ta' emendi fil-programm ma japplikax għandhom jiġu ċċarati u għandhom jinkludu l-emendi marbuta mal-adozzjoni ta' ċerti miżuri ta' emerġenza jew mad-delimitazzjoni l-ġdida taż-żoni li jaffaċċaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti msemmija fl-Artikolu 32(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(2)

Is-suċċess tal-programmi tal-iżvilupp rurali jiddependi mhux biss minn amministrazzjoni tajba u mill-implimentazzjoni kompluta tagħhom, iżda wkoll minn prontezza li jadattaw għal sfidi ġodda u ċirkostanzi li jinbidlu bħall-kriżi tal-migrazzjoni. Sabiex tkun żgurata koordinazzjoni tajba tal-mekkaniżmi eżistenti kollha ta' intervent, l-appoġġ tal-FAEŻR għal azzjonijiet immirati lejn l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandu jiġi mmonitorjat fil-livell tal-UE.

(3)

Fil-punt 1 tal-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014, bi żball ma ddaħħalx il-logo ta' LEADER. Dan għandu jiġi kkorreġut. Fil-punt 1 tal-Anness IV, ir-referenza għal żoni inqas iffavoriti għandha tiġi kkoreġuta. Għandha tinbidel b'referenza għal żoni li jaffaċċaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħrajn speċifiċi.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4(2) jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-emendi fil-programm tat-tip imsemmi fl-Artikolu 11(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ma jistgħux jiġu proposti aktar minn tliet darbiet tul il-perjodu ta' programmazzjoni.

Għat-tipi l-oħrajn kollha ta' emendi kkombinati:

(a)

tista' tiġi sottomessa proposta waħda għal emenda kull sena kalendarja u għal kull programm, bl-eċċezzjoni tas-sena 2023 f'liema sena tista' tiġi sottomessa aktar minn proposta waħda għall-emendi li jikkonċernaw b'mod esklussiv l-adattament tal-pjan ta' finanzjament, inkluż kwalunkwe tibdil li jirriżulta fil-pjan indikatur;

(b)

jistgħu jiġu sottomessi tliet proposti addizzjonali għal emenda għal kull programm tul il-perjodu ta' programmazzjoni.

L-għadd massimu ta' emendi msemmi fl-ewwel u t-tieni sottoparagrafi ma japplikax:

(a)

f'każ li jridu jittieħdu miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi rikonoxxuti minn awtorità pubblika nazzjonali kompetenti, jew minħabba bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew reġjun, inkluż bidliet demografiċi sinifikanti u f'daqqa li jirriżultaw minn migrazzjoni jew riċeviment ta' refuġjati;

(b)

f'każ li hija meħtieġa emenda wara bidla fil-qafas legali tal-Unjoni;

(c)

wara l-analiżi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(d)

f'każ ta' bidla fil-kontribuzzjoni ppjanata tal-FAEŻR għal kull sena msemmija fl-Artikolu 8(1)(h)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li tirriżulta minn żviluppi marbuta mat-tqassim annwali ta' kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 58(7) ta' dak ir-Regolament; l-emendi proposti jistgħu jinkludu bidliet konsegwenzjali fid-deskrizzjoni tal-miżuri;

(e)

f'każ ta' bidliet marbuta mal-introduzzjoni ta' strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; jew

(f)

f'każ ta' bidliet marbuta mal-introduzzjoni tad-delimitazzjoni l-ġdida msemmija fl-Artikolu 32(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.”

(2)

L-Artikolu 5(4) jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Ħlief f'każijiet ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi formalment rikonoxxuti mill-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti, jew minħabba bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew reġjun, inkluż bidliet demografiċi sinifikanti u f'daqqa li jirriżultaw minn migrazzjoni jew riċeviment ta' refuġjati, bidliet fil-qafas legali, jew bidliet li jirriżultaw mill-analiżi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, it-talbiet għall-emenda tal-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu sottomessi darba biss għal kull sena kalendarja qabel l-1 ta' April. Permezz ta' deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 4(2), bidliet fil-programmi li jirriżultaw minn reviżjoni ta' dan it-tip jistgħu jsiru b'żieda mal-proposti għal emenda sottomessi f'konformità ma' dak is-sottoparagrafu.”

(3)

L-Artikolu 14(4) jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Għat-tipi ta' operazzjonijiet li għalihom tkun identifikata kontribuzzjoni potenzjali għall-oqsma ta' fokus imsemmija fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (2)(a), l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punti (5)(a) sa (d), u l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jew għal tipi ta' operazzjonijiet fejn tkun identifikata kontribuzzjoni potenzjali għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ir-rekord elettroniku tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jinkludi marka/i għall-identifikazzjoni ta' dawk il-każijiet li fihom l-operazzjoni jkollha komponent li jikkontribwixxi lejn qasam ta' fokus wieħed jew aktar.”

(4)

L-Annessi III, IV u VII huma emendati kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).


ANNESS

L-Annessi III, IV u VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 huma emendati kif ġej:

(1)

Fil-punt 1 tal-Parti 2 tal-Anness III, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

għall-azzjonijiet u l-miżuri ffinanzjati minn LEADER, il-logo ta' LEADER:

Image 1

(2)

Fil-punt 1 tal-Anness IV, l-indikatur C32 jinbidel b'dan li ġej:

“C32.

Żoni li qed jaffaċċaw limitazzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi”

(3)

Fil-punt 1(b) tal-Anness VII, l-entrata “Tabella C” tinbidel b'dan li ġej:

“—

Tabella C: Tqassim għall-eżiti u l-miżuri rilevanti skont it-tip ta' qasam, sess u/jew età, u skont l-operazzjonijiet li jikkontribwixxu lejn l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.”


16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1998

tal-15 ta' Novembru 2016

li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 ddwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

Infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (“moduli”) u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlet. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju.

(4)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari l-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn:

(a)

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, Suntech Power Co. Ltd, Wuxi Sunshine Power Co. Ltd, Luoyang Suntech Power Co. Ltd, Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd u Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC.: B796 (“Wuxi Suntech”);

(b)

Jinko Solar Co. Ltd, Jinko Solar Import and Export Co. Ltd, ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD u ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B845 (“Jinko Solar”);

(c)

Risen Energy Co., Ltd,, flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni Ewropea, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B868 (“Risen Energy”);

(d)

JingAo Solar Co. Ltd, Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd, JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd, Hefei JA Solar Technology Co. Ltd u Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħhom fl-Unjoni, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B794 (“JA Solar”); kif ukoll

(e)

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd u Phono Solar Technology Co. Ltd, flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni Ewropea, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B866 (“Sumec”).

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) maħdumin mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa “miżuri”.

(7)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi.

(8)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(9)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (12) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi.

(10)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(11)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kompensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(12)

Il-Kummissjoni bdiet rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u l-miżuri kompensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (15) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(13)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (16) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(14)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (17), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew ikkunsinnati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkunsunnati mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(15)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 (18), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew ikkunsinnati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkunsinnati mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(16)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (19) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(17)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (20) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

(18)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402 (21) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi oħra.

B.   TERMINI TAL-IMPENN U RTIRAR VOLONTARJU

(19)

Bħal kull impriża, kull produttur esportatur jista' jirtira volontarjament l-impenn tiegħu fi kwalunkwe ħin matul l-applikazzjoni tiegħu.

(20)

Wuxi Suntech innotifikat lill-Kummissjoni f'Awwissu 2016 li xtaqet tirtira mill-impenn tagħha.

(21)

Jinko Solar, Risen Energy, JA Solar and Sumec innotifikaw lill-Kummissjoni f'Settembru 2016 li huma wkoll xtaqu jirtiraw mill-impenn tagħhom.

C.   RTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI

(22)

Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping, l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, kif ukoll b'konformità mat-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Wuxi Suntech, Jinko Solar, Risen Energy, JA Solar u Sumec għandha tiġi rtirata.

(23)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet li joriġinaw jew ikkunsinnati mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat u li hu maħdum minn Wuxi Suntech (kodiċi addizzjonali TARIC: B796), Jinko Solar (kodiċi addizzjonali TARIC: B845), Risen Energy (kodiċi addizzjonali TARIC: B868), JA Solar (kodiċi addizzjonali TARIC: B794), u sumec (kodiċi addizzjonali TARIC: B866) mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(24)

Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament telenka l-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mhijiex affettwata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward ta':

(a)

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, Suntech Power Co. Ltd, Wuxi Sunshine Power Co. Ltd, Luoyang Suntech Power Co. Ltd, Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd u Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B796 (“Wuxi Suntech”);

(b)

Jinko Solar Co. Ltd, Jinko Solar Import and Export Co. Ltd, ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD u ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fir-RPĊ u fl-Unjoni Ewropea, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B845 (“Jinko Solar”);

(c)

Risen Energy Co., Ltd,, flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni Ewropea, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B868 (“Risen Energy”);

(d)

JingAo Solar Co. Ltd, Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd, JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd, Hefei JA Solar Technology Co. Ltd u Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħhom fl-Unjoni, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B794 (“JA Solar”); kif ukoll

(e)

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd u Phono Solar Technology Co. Ltd, flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni Ewropea, b'mod konġunt koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B866 (“Sumec”).

hija b'dan irtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)   ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(4)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(5)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

(6)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(7)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(8)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(9)   ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(10)   ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.

(11)   ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.

(12)   ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.

(13)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.

(14)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.

(15)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.

(16)   ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.

(17)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.

(18)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.

(19)   ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.

(20)   ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.

(21)   ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16.


ANNESS

Lista tal-kumpaniji

Isem tal-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Anhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

B804

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

B812

CSG PVtech Co. Ltd

B814

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

B809

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Zhejiang Era Solar Technology Co. Ltd

B818

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd

B821

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

GCL Solar System (Shuzhou) Limited

GCL System Integration Technology Co. Ltd

B850

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

B824

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co. Ltd

Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd

Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

B793

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Co. Ltd

Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd

Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd

Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd

B842

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

B851

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd

B856

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B872

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST Solar Co. Ltd

Jiangsu ST Solar Co. Ltd

B876

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Leshan Topray Cell Co. Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

China Machinery Engineering Wuxi Co. Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

B797

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

B900

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922


16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1999

tal-15 ta' Novembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

92,9

ZZ

92,9

0707 00 05

TR

141,4

ZZ

141,4

0709 93 10

MA

105,4

TR

102,4

ZZ

103,9

0805 20 10

MA

88,2

ZZ

88,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

PE

122,6

TR

67,3

ZZ

95,0

0805 50 10

AR

67,2

CL

69,9

TR

83,0

ZZ

73,4

0806 10 10

BR

293,4

IN

166,9

PE

319,6

TR

136,7

US

353,3

ZA

345,1

ZZ

269,2

0808 10 80

CL

174,1

NZ

139,2

ZA

122,8

ZZ

145,4

0808 30 90

CN

44,3

TR

168,6

ZZ

106,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/20


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2000

tal-15 ta' Novembru 2016

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(2)

Jenħtieġ li ż-żewġ entitajiet jitneħħew mil-lista ta' entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fit-Taqsima B tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)   ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

I.   

L-entitajiet li ġejjin u l-entrati relatati jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima B tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

55.

Tri-Ocean Trading

55a.

Tri-Ocean Energy


16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2001

tal-15 ta' Novembru 2016

dwar kontribut tal-Unjoni għall-istabbiliment u l-ġestjoni sigura ta' Bank tal-Uranju b'Arrikkiment Baxx (LEU) taħt il-kontroll tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva ('l-Istrateġija'), li l-Kapitolu III tagħha fiha lista ta' miżuri biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni u li jenħtieġ li jittieħdu kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi.

(2)

L-Unjoni qiegħda timplimenta attivament l-Istrateġija u qiegħda tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b'mod partikolari bir-rilaxx ta' riżorsi finanzjarji biex tappoġġa proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali, bħall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA).

(3)

L-Artikolu IV tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) jistipula d-dritt inaljenabbli tal-Partijiet kollha għat-TNP li jiżviluppaw ir-riċerka, il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija nukleari għal finijiet paċifiċi mingħajr diskriminazzjoni u f'konformità mal-Artikoli I u II tat-TNP. Jistipula wkoll li l-Partijiet kollha għat-TNP jimpenjaw rwieħhom li 'jikkooperaw fil-kontribut, waħidhom jew flimkien ma' Stati jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, għall-iżvilupp ulterjuri tal-applikazzjonijiet tal-enerġija nukleari għal finijiet paċifiċi, speċjalment fit-territorji tal-Istati Partijiet għat- Trattat li ma għandhomx armi nukleari, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ħtiġijiet taż-żoni fid-dinja li qegħdin jiżviluppaw'.

(4)

L-approċċi multilaterali għaċ-ċiklu ta' kombustibbli nukleari għandhom il-potenzjal li jipprovdu lill-pajjiżi li ddeċidew li jirrikorru għall-enerġija nukleari għal użi paċifiċi b'alternattiva għall-iżvilupp ta' ċikli nazzjonali ta' kombustibbli nukleari, filwaqt li jiġu evitati riskji ta' proliferazzjoni.

(5)

Taħt l-Artikolu III tal-Istatut tagħha, l-IAEA hija awtorizzata li twettaq kwalunkwe operazzjoni, inkluż l-akkwist ta' kombustibbli, servizzi u tagħmir nukleari, u li tistabbilixxi l-faċilitajiet u l-impjanti tagħha, sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni prattika tal-enerġija nukleari għal finijiet paċifiċi.

(6)

F'Settembru 2006, l-Inizjattiva dwar it-Theddid Nukleari (NTI), organizzazzjoni mhux governattiva indipendenti bbażata fl-Istati Uniti, offriet għotja ta' USD 50 000 000 lill-IAEA biex tgħin toħloq ħażna ta' uranju b'arrikkiment baxx li tkun tal-IAEA u tkun ġestita minnha bil-kondizzjoni li l-Aġenzija tkun tista' tiġbor ammont addizzjonali ta' USD 100 000 000, inklużi għotjiet minn Stati Membri oħrajn tal-IAEA u donaturi oħrajn, u tistabbilixxi riserva ta' kombustibbli nukleari.

(7)

Fit-8 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jappoġġaw l-istabbiliment u l-ġestjoni sigura ta' bank ta' kombustibbli nukleari mqiegħed taħt il-kontroll tal-IAEA. Huwa ddikjara wkoll li l-Unjoni kienet qiegħda tippjana li tikkontribwixxi sa EUR 25 000 000 għal dak il-proġett, ladarba l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet għall-Bank ikunu ġew definiti u approvati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA. Il-Kummissjoni Ewropea diġà pprovdiet EUR 20 000 000 għall-akkwist tal-LEU.

(8)

Fit-3 ta' Diċembru 2010, il-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA adotta r-riżoluzzjoni GOV/2010/70 li tapprova l-istabbiliment ta' Bank tal-Uranju b'Arrikkiment Baxx (LEU) tal-IAEA u afferma li l-operazzjonijiet tal-Bank tal-LEU tal-IAEA jkunu ffinanzjati esklużivament permezz ta' kontributi mhux derivanti mill-baġit.

(9)

Il-paragrafu 15 tal-GOV/2010/67, bit-titlu 'Assigurazzjoni ta' Forniment: L-istabbiliment ta' Bank tal-Uranju b'Arrikkiment Baxx (LEU) tal-IAEA għall-Forniment ta' LEU lill-Istati Membri' jipprevedi li l-Aġenzija 'għandha tkun is-sid tal-LEU fil-Bank tal-LEU tal-IAEA u l-LEU għandu jkun taħt il-kontroll tiegħu u fil-pussess legali formali tiegħu. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ħażna u l-protezzjoni tal-materjali fil-pussess tagħha billi tiżgura, permezz ta' kwalunkwe Ftehim dwar l-Istat Ospitanti, li l-LEU jkun imħares minn perikli naturali u perikli oħra, tneħħija jew devjazzjoni mhux awtorizzati, ħsara jew qerda, inkluż sabutaġġ, u qbid bil-forza. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tiżgura, permezz ta' kwalunkwe Ftehim dwar l-Istat Ospitanti, l-applikazzjoni tas-salvagwardji tal-IAEA għal-LEU fil-bank tal-LEU tal-IAEA, kif ukoll l-applikazzjoni tal-istandards u l-miżuri ta' sikurezza, u l-miżuri għall-protezzjoni fiżika mill-Istat jew Stati Ospitanti'. Il-paragrafu 16 tal-GOV/2010/67 jipprevedi wkoll li 'l-Aġenzija, bl-approvazzjoni tal-Bord, għandha tikkonkludi ma' kwalunkwe Stat Ospitanti Ftehim dwar l-Istat Ospitanti, simili għall-Ftehim preżenti tal-IAEA dwar il-Kwartieri Ġenerali, li għandu jipprevedi s-sikurezza u s-sigurtà u l-kopertura tar-responsabbiltà xierqa tal-faċilità ta' ħażna u għandu jagħti lill-Aġenzija dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma neċessarji għall-operazzjoni indipendenti tal-bank tal-LEU tal-IAEA, inkluż id-dritt li l-LEU jiġi trasportat minn u lejn il-bank tal-LEU tal-IAEA kif determinat mill-Aġenzija f'konformità mal-Istatut u l-ftehim dwar l-Istat jew Stati Ospitanti. Barra minn hekk, jekk meħtieġa, għandhom jiġu konklużi arranġamenti ta' transitu garantiti mal-Istati li huma l-ġirien tal-Istat Ospitanti'.

(10)

Il-Bank tal-LEU tal-IAEA ser ikun ħażna ta' mhux aktar minn 60 ċilindru tat-Tip 30B li jkun fihom l-eżafluworur standard kummerċjali tal-uranju b'arrikkiment baxx. Il-Bank tal-LEU tal-IAEA ser jinsab fil-faċilità ta' ħażna għall-LEU tal-IAEA, ikun operat mill-Impjant Metallurġiku Ulba, u jkun regolat mill-Kumitat għas-Superviżjoni u l-Kontroll tal-Enerġija Atomika tar-Repubblika tal-Każakistan.

(11)

Il-qafas legali bażiku bejn l-IAEA u l-Istat ospitanti, il-Każakistan, ġie konkluż. Il-Ftehim dwar it-Transitu mal-Federazzjoni Russa, approvat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA (GOV/2015/36), ġie ffirmat. Id-disinn ta' faċilità ta' ħażna ġdida għall-LEU tal-IAEA tlesta u l-IAEA kkonkludiet li dan jissodisfa d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards tas-sikurezza u l-gwida għas-sigurtà tal-IAEA. Twettqet stima dettaljata tal-kostijiet tal-faċilità ta' ħażna l-ġdida għall-LEU tal-IAEA u ġiet vvalidata b'mod indipendenti. Ġie ffinalizzat Ftehim ta' Sħubija bejn l-IAEA u l-operatur ta' faċilità li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-bini tal-Faċilità ta' Ħażna għal-LEU tal-IAEA. L-IAEA issa qiegħda tippjana attivitajiet bi tħejjija għall-akkwist tal-LEU.

(12)

Skont il-Pjan tal-Proġett u Finanzjarju kif deskritt fir-rapport aġġornat mid-Direttur Ġenerali tal-IAEA (GOV/INF/2016/8) 'Assigurazzjoni ta' Forniment: L-istabbiliment ta' Bank tal-Uranju b'Arrikkiment Baxx (LEU) tal-IAEA għall-Forniment ta' LEU lill-Istati Membri', il-kost totali tal-proġett tal-LEU huwa mistenni li jkun EUR 118 863 000,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet ta' implimentazzjoni immedjata u prattika ta' xi elementi tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-ġestjoni sikura ta' Bank tal-Uranju b'Arrikkiment Baxx (LEU) imqiegħed taħt il-kontroll tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika ('IAEA', jew 'l-Aġenzija') sabiex jitnaqqsu r-riskji dejjem jikbru ta' proliferazzjoni li huma kaġun tat-tixrid ta' teknoloġiji sensittivi marbuta maċ-ċiklu tal-kombustibbli nukleari. L-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex tappoġġa l-Bank tal-LEU tal-IAEA, fil-forma ta' riżerva tal-LEU bl-objettivi li ġejjin:

(a)

biex il-pajjiżi jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu IV tat-TNP filwaqt li jiġu evitati riskji ta' proliferazzjoni; u

(b)

biex dan iservi bħala mekkaniżmu tal-aħħar għażla li jappoġġa s-suq kummerċjali mingħajr id-distorsjoni tiegħu, f'każ li l-provvista tal-LEU ta' stat membru tal-IAEA tiġi mfixkla u ma tistax tiġi stabbilita permezz ta' mezzi kummerċjali u li tali stat membru tal-IAEA jissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità.

2.   Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-ġestjoni sigura tal-Bank tal-Uranju b'Arrikkiment Baxx, taħt il-kontroll tal-IAEA, billi tiffinanzja attivitajiet relatati mas-sigurtà, inkluż il-protezzjoni fiżika, it-trasport, il-ħarsien sikur, u l-kontributi lejn il-ġestjoni sigura tal-Bank tal-LEU. Il-proġett għandu jitwettaq għall-benefiċċju tal-pajjiżi kollha li jkunu ddeċidew li jirrikorru għall-enerġija nukleari għal użi paċifiċi.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-IAEA. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tar-RGħ. Għal dan l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-IAEA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 4 362 200.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun ġestita skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ġestjoni korretta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-IAEA. Il-ftehim għandu jistipula li l-IAEA għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill dwar kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-IAEA. Dawk ir-rapporti mill-IAEA għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni li titwettaq mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 60 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk sa dakinhar ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


ANNESS

Kontribut tal-Unjoni għall-istabbiliment u l-ġestjoni sigura ta' Bank tal-Uranju b'Arrikkiment Baxx (LEU) taħt il-kontroll tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

I.   INTRODUZZJONI

Kuntest

F'Diċembru 2010, id-Direttur Ġenerali tal-IAEA rċieva mandat mill-Bord tal-Gvernaturi biex iniedi l-istabbiliment ta' Bank tal-Uranju b'Arrikkiment Baxx (LEU) u ppreżenta pjan dettaljat għall-istabbiliment u l-ġestjoni sigura tiegħu.

Fl-20 ta' Diċembru 2011, l-IAEA kkonfermat lill-Missjoni Permanenti tal-Każakistan għall-IAEA li, abbażi tal-informazzjoni pprovduta lill-Aġenzija mill-Każakistan fl-'Espressjoni ta' Interess' tiegħu u b'referenza għar-rekwiżiti mniżżla fid-dokument GOV/INF/2011/7, l-Impjant Metallurġiku Ulba (UMP) kien adattat bħala sit ospitanti għall-Bank tal-LEU tal-IAEA.

Bejn l-2011 u l-2016 twettqu diversi missjonijiet mill-IAEA fil-Każakistan, bl-għan li jivvalutaw il-faċilità UMP u l-qafas regolatorju nazzjonali, biex jiġi żgurat li l-Bank tal-LEU jkun kapaċi jissodisfa d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA. Il-valutazzjonijiet saru fl-oqsma tas-sikurezza tal-faċilità, is-sikurezza sismika, l-istat ta' tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi, is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport, u l-protezzjoni fiżika.

Ġie ffirmat Ftehim dwar l-Istat Ospitanti (HSA) bejn l-IAEA u l-Każakistan fis-27 ta' Awwissu 2015. Dak il-ftehim jistabbilixxi lill-Każakistan bħala l-Istat ospitanti għall-Bank tal-LEU tal-IAEA, u jipprovdi l-qafas legali biex il-Każakistan jiżgura li l-Bank tal-LEU tal-IAEA jiġi ġestit u regolat skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Każakistan u f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA.

Ġie ffirmat ftehim dwar l-operatur tal-faċilità bejn l-IAEA u l-UMP fis-27 ta' Awwissu 2015. Dak il-ftehim jistabbilixxi lill-UMP bħala l-faċilità li fiha ser ikun jinsab il-Bank tal-LEU tal-IAEA, u jipprovdi l-qafas legali biex l-UMP jopera u jiġġestixxi l-Bank tal-LEU tal-IAEA, skont il-liċenzja tiegħu, il-qafas regolatorju nazzjonali, u d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA.

Barra minn hekk, l-IAEA u l-Ministeru għall-Enerġija tal-Każakistan iffirmaw il-Ftehim Tekniku dwar l-arranġamenti speċifiċi li għandhom jiġu implimentati għall-istabbiliment tal-Bank tal-LEU tal-IAEA fil-Każakistan ('il-Ftehim Tekniku'). Il-Ftehim Tekniku jiżgura li kull parti tipprovdi r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet rispettivi tagħha għall-istabbiliment f'waqtu tal-Bank tal-LEU tal-IAEA, inklużi attivitajiet li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA. Taħt il-Ftehim Tekniku, il-partijiet stabbilixxew kumitat konġunt ta' koordinazzjoni (JCC) biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Ftehim Tekniku u approvaw pjan ta' attivitajiet speċifiċi (PSA), biex jiġi żgurat l-istabbiliment u t-tħaddim tal-Bank tal-LEU tal-IAEA f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA. Il-Ftehim Tekniku jesiġi li l-attivitajiet jitlestew fuq perijodu ta' sentejn wara l-iffirmar tal-ftehimiet legali, jew sa Settembru 2017.

F'Novembru 2015, l-UMP beda jiddisinja faċilità ġdida ta' ħażna għall-LEU tal-IAEA biex tilqa' fiha l-Bank tal-LEU tal-IAEA. Missjoni tal-IAEA żaret lill-UMP mid-29 ta' Frar sal-4 ta' Marzu 2016 biex teżamina l-progress tad-disinn. Il-missjoni tal-IAEA eżaminat jekk id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA ġewx meqjusa kif meħtieġ fil-proċess tad-disinn. L-eżami tal-missjoni tal-IAEA ffoka fuq ħames oqsma tekniċi: l-istruttura tal-bini, l-analiżi tas-sikurezza, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, l-istat ta' tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi u s-sigurtà nukleari. L-eżami tad-disinn propost u d-dokumentazzjoni ta' sostenn rilevanti wasslu għall-konklużjoni ġenerali li d-disinn jipprovdi miżuri adegwati biex jiżguraw sikurezza nukleari u gwida għas-sigurtà.

Wara l-ikkompletar tad-disinn u l-eżami tiegħu mill-IAEA, f'Mejju 2016 ġie ffirmat ftehim ta' sħubija bejn l-IAEA u l-UMP. Dak il-ftehim jipprevedi termini tekniċi u finanzjarji fir-rigward tal-istabbiliment tal-Faċilità ta' Ħażna għall-LEU tal-IAEA. Huwa jindika pass importanti fl-istabbiliment tal-Bank tal-LEU tal-IAEA.

F'Mejju 2016, ir-rapport tal-Bord tal-Gvernaturi GOV/INF/2016/8 enfasizza l-progress sinifikanti li sar. Huwa jipprovdi wkoll l-ewwel Proġett bażi komprensiv u l-Pjan Finanzjarju.

Id-dokument GOV/2010/67 tal-Bord tal-Gvernaturi, awtorizza lid-Direttur Ġenerali tal-IAEA biex jistabbilixxi l-Bank tal-LEU tal-IAEA, kif ukoll esiġa li l-ispejjeż (inklużi l-ispejjeż marbuta mar-riżorsi umani) relatati mal-istabbiliment u t-tħaddim tal-Bank tal-LEU tal-IAEA għandhom ikunu koperti esklużivament minn kontribuzzjonijiet volontarji ekstrabaġitarji, bl-ebda impatt għall-baġit regolari tal-IAEA. Għal dak l-għan, il-proġett tal-Bank tal-LEU tal-IAEA jirrimborża lil diversi diviżjonijiet tal-IAEA għall-kontribut u l-appoġġ tekniku mogħtija lill-esperti u speċjalisti tal-proġett permezz tal-użu ta' Ftehimiet dwar il-Livell ta' Servizz (FLS). Dawk il-ftehimiet, li jiddefinixxu s-servizzi li għandhom jingħataw mid-diviżjonijiet lill-proġett biex jiġi eżegwit il-pjan tal-proġett (inkluż il-PSA), kif ukoll l-ispejjeż għal-livell ta' appoġġ mogħti minn kull Diviżjoni, ġew finalizzati u maqbula f'Marzu 2016.

Mill-1 ta' April 2016, għadd ta' Stati Membri, il-Kummissjoni, l-Inizjattiva dwar it-Theddid Nukleari (NTI), u l-Istitut Dinji tat-Trasport Nukleari (WNTI) wiegħdu fondi li jlaħħqu madwar USD 124 900 000 u EUR 25 000 000, u l-kontribuzzjonijiet riċevuti mill-Aġenzija sa din id-data huma ta' USD 124 900 000 u EUR 20 000 000. Ingħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Inizjattiva dwar it-Theddid Nukleari (USD 50 000 000), l-Istati Uniti (USD 50 000 000), l-Emirati Għarab Magħquda (USD 10 000 000), in-Norveġja (USD 5 000 000), il-Kuwajt (USD 10 000 000), id-WNTI (EUR 10 000) u l-Każakistan (USD 400 000). EUR 20 000 000 mogħtija mill-Kummissjoni huma ddedikati għax-xiri ta' LEU għall-Bank tal-LEU tal-IAEA u sa EUR 5 000 000 ġew imwiegħda għal titjib relatat mas-sigurtà. Il-fondi għal titjib relatat mas-sigurtà (sa EUR 5 000 000) huma soġġetti għal dan l-Anness.

L-istadji prinċipali li jmiss għall-Bank tal-LEU tal-IAEA huma:

(a)

Il-finalizzazzjoni tal-istabbiliment tal-faċilità ta' ħażna għall-LEU tal-IAEA, inkluż it-tlestija tal-kostruzzjoni; konferma li l-bini u t-tagħmir jikkorrispondu għall-intenzjoni tad-disinn u d-dispożizzjonijiet ta' sigurtà u ta' sikurezza applikabbli

(b)

Ftehim dwar programm għall-ġestjoni taċ-ċilindri mal-UMP biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà fit-tul taċ-ċilindri u l-istat tagħhom ta' tlestija għat-trasport

(c)

L-ikkummissjonar tal-faċilità

(d)

L-akkwist tal-LEU tal-IAEA u t-trasport tiegħu lejn il-faċilità ta' ħażna

(e)

Il-bidu tal-operazzjonijiet

Objettivi tal-proġett

Biex jingħata kontribut għall-istabbiliment u l-ġestjoni sigura tal-Bank tal-LEU tal-IAEA, b'mod partikolari billi jiġu żgurati livelli għoljin ta' sigurtà u sikurezza waqt it-trasport u l-ħażna, f'konformità mal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA.

Benefiċċji

Ser jinkisbu l-benefiċċji li ġejjin:

(a)

assigurazzjoni aħjar tal-provvista ta' kombustibbli nukleari b'mod sigur u sikur; u

(b)

tingħata assistenza lill-IAEA biex tiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tat-trasport ta' LEU mill-mument ta' akkwist sa dak tal-provvista, kif ukoll matul il-ħażna fis-sit tal-Bank tal-LEU.

II   DESKRIZZJONI TAL-ATTIVITAJIET

Il-Bank tal-LEU

Il-Bank tal-LEU tal-IAEA ser ikun jikkonsisti minn stokk fiżiku ta' madwar 90 tunnellata ta' LEU, il-kwantità meħtieġa għal tagħbija waħda inizjali għal reattur modern ta' ilma ħafif (ekwivalenti għal madwar 3 rikarigi ewlenin) għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, flimkien ma' tagħmir u servizzi relatati. L-istokk ikun proprjetà tal-IAEA. Il-Bank tal-LEU tal-IAEA ser jopera skont ċerti kriterji nondiskriminatorji għar-rilaxx tal-LEU għal pajjiż riċevitur. Dawk il-kriterji huma kompatibbli b'mod sħiħ mal-Istatut tal-IAEA u ġew approvati mill-Bord tal-Gvernaturi. Il-faċilità nukleari li tuża l-LEU għandha tkun koperta minn ftehim dwar salvagwardji mal-IAEA, u tkun f'konformità sħiħa ma' dak il-ftehim.

Appoġġ tal-Unjoni

L-Unjoni ser tappoġġa lill-Bank tal-LEU tal-IAEA b'mod komplementari permezz ta' strumenti differenti. Kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 20 000 000 għall-akkwist ta' LEU kienet diġà ngħatat fl-2011 mill-Istrument għall-Istabbiltà.

Din id-Deċiżjoni ser tikkontribwixxi għall-operazzjoni u l-ġestjoni sikura u sigura tal-Bank tal-LEU tal-IAEA. Attivitajiet rilevanti previsti mill-IAEA, li għalihom din id-Deċiżjoni ser tikkontribwixxi finanzjarjament, jistgħu jinkludu:

1.   L-appoġġ tal-Istabbiliment Sikur u Sigur ta' ħażna għad-90 tunnellata ta' LEU

Dan il-punt ikopri l-ispiża tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-pjan tal-proġett, inkluż il-pjan ta' attivitajiet speċifiċi (PSA) għas-sena 2017 u l-attivitajiet ta' segwitu fl-2018. Il-PSA, miftiehem bejn l-IAEA, l-UMP, u l-Kumitat għall-Enerġija Atomika u s-Superviżjoni u l-Kontroll tal-Każakistan, huwa lista ta' attivitajiet meqjusa meħtieġa għat-titjib ta' faċilitajiet, tagħmir, proċeduri, u prattiki biex jiġi żgurat li l-Bank tal-LEU tal-IAEA jiġi stabbilit, maħżun, operat, u protett skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA. Dawn l-attivitajiet ġew żviluppati abbażi ta' diversi valutazzjonijiet, li saru bejn l-2012 u l-2016. B'mod partikolari, f'Jannar 2016 missjoni tal-Aġenzija identifikat ukoll xi tagħmir estrinsiku ieħor li ser ikun meħtieġ biex il-faċilità ta' ħażna tkun tista' tiġi operata skont l-Istandards tal-IAEA għal stat ta' tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi.

L-attivitajiet jinkludu l-iżvilupp ta' proċeduri għal operazzjonijiet sikuri u siguri, l-akkwist ta' tagħmir għal stat ta' tħejjija u rispons għall-emerġenzi u tagħmir għall-protezzjoni mir-radjazzjoni, u li jingħata taħriġ assoċjat; it-twettiq ta' sessjonijiet ta' ħidma dwar temi ta' sigurtà rilevanti għall-Bank tal-LEU tal-IAEA (eż., il-kultura tas-sigurtà nukleari); l-osservazzjoni ta' eżerċizzji ta' emerġenza fil-faċilità; u attivitajiet ta' valutazzjoni ta' segwitu biex tiġi vvalidata l-konformità tat-titjib mal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA qabel l-ikkummissjonar.

Il-LEU ser jitqiegħed fil-faċilità ta' ħażna għall-LEU tal-IAEA biss meta l-IAEA tkun sodisfatta li l-Bank tal-LEU tal-IAEA jkun ġie stabbilit u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA. Għalhekk, l-Aġenzija ser twettaq missjoni ta' konferma, ippjanata għas-sajf tal-2017, sabiex tikkonferma li l-bini kkompletat u t-tagħmir ewlieni tiegħu jikkorrispondu għall-intenzjoni tad-disinn u li tkun f'postha l-infrastruttura kollha meħtieġa biex ikunu sodisfatti d-dispożizzjonijiet ta' sikurezza u sigurtà applikabbli.

Fuq perijodu ta' sentejn il-baġit ser jinkludi l-ispejjeż tal-ippjanar, l-eżekuzzjoni, l-appoġġ, u r-rapportar dwar il-pjan tal-proġett u l-attivitajiet tal-PSA, li jinkludu l-ispejjeż li jkopru r-riżorsi umani tal-IAEA biex jiġi żgurat li, f'konformità mal-mandat tal-proġett tal-Bank tal-LEU tal-IAEA, ma jintuża l-ebda fond mill-baġit regolari.

2.   L-iżgurar tat-trasport sigur ta' 90 tunnellata ta' LEU

Huwa mistenni li 90 tunnellata ta' LEU ser jiġu ttrasportati mill-faċilità tal-bejjiegħ, jew bejjiegħa, għall-Impjant Metallurġiku Ulba, f'Oskemen, il-Każakistan, fejn ser ikun jinsab il-Bank tal-LEU tal-IAEA. Il-vjeġġi ta' LEU li jgħaddu minn diversi ġurisdizzjonijiet iridu jissodisfaw kull rekwiżit ta' dokumentazzjoni, assigurazzjoni, approvazzjoni ta' transitu, u ta' mmarkar, inkluż ir-rekwiżiti tal-Istati marbuta mal-protezzjoni fiżika li jinsabu fil-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti żviluppati taħt il-patroċinju tal-IAEA, u r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). L-infiq assoċjat mat-trasport tal-LEU ser jiddependi fuq il-pożizzjoni ġeografika tal-bejjiegħ tal-LEU u d-distanzi tat-trasport fuq l-art u dak marittimu bejn il-bejjiegħ u l-Impjant Metallurġiku Ulba (UMP) fil-Każakistan, u l-għadd ta' portijiet ta' waqfa u transiti transkonfinali meħtieġa biex titwettaq il-konsenja. Dan il-punt jinkludi l-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet tekniċi mal-uffiċjali tal-IAEA u l-kontribut ta' esperti esterni speċjalizzati; l-ippjanar u s-sorveljanza tat-trasport; l-assigurazzjoni; il-kiri ta' bastiment għat-trasport marittimu għal sigurtà msaħħa; konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji ta' sigurtà tar-rotot tat-trasport u l-ippjanar; kif ukoll il-gwardja matul it-trasport marittimu, il-portijiet ta' waqfa u l-postijiet ta' transitu.

3.   L-iżgurar tal-ħżin fit-tul tad-90 tunnellata ta' LEU

L-LEU ser ikun jinsab f'faċilità ta' ħażna ddedikata fit-territorju tal-UMP, li jinsab f'Oskemen, il-Każakistan. L-LEU tal-IAEA għandu jinħażen f'ċilindri 30B. L-operatur tal-faċilità, f'isem l-IAEA, ser ikun responsabbli għall-ħżin u l-protezzjoni tal-LEU, f'konformità mal-Istandards ta' Sikurezza u l-Linji Gwida tas-Sigurtà tal-IAEA. Dan jinkludi x-xiri taċ-ċilindri 30B, li ser jipprovdu l-ħżin fiżikament sikur u sigur tal-LEU. L-istudji dwar is-sikurezza jindikaw li dawn ir-reċipjenti jipprovdu ħżin robust u sikur sa 50 sena. Barra milli tipprovdi s-sikurezza, il-ħxuna tal-ħitan taċ-ċilindri u d-disinn ġenerali taċ-ċilindri jikkontribwixxu għall-protezzjoni fiżika minn sabutaġġ u serq.

Attività ewlenija biex jiġi żgurat il-ħżin fit-tul tal-LEU hija l-implimentazzjoni ta' programm għall-ġestjoni taċ-ċilindri, inkluż l-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid regolari taċ-ċilindri 30B fil-ħażna, għall-konformità mal-istandard tal-ISO 7195, kif ukoll għall-assigurazzjoni tat-tlestija għal trasport lejn l-Istati Membri. Dan jeħtieġ l-akkwist ta' servizzi għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid taċ-ċilindri minn spetturi awtorizzati kif ukoll servizzi minn persunal tal-UMP biex jappoġġaw l-eżekuzzjoni tal-ittestjar.

Barra minn hekk, matul il-ħżin fit-tul tal-LEU tal-IAEA, l-IAEA ser twettaq attivitajiet ta' monitoraġġ u oħrajn ad hoc regolari, inkluż l-irċevuta, ir-rieżami u l-verifika tar-rapporti annwali tal-UMP. Dawn ser jinkludu laqgħat annwali mal-UMP biex jiġu analizzati l-attivitajiet ta' sikurezza u ta' sigurtà marbuta mal-Bank tal-LEU tal-IAEA, kif ukoll tipi oħra ta' missjonijiet fl-UMP biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istandards ta' sikurezza u l-linji gwida tas-sigurtà tal-IAEA jibqgħu jiġu applikati lill-Bank tal-LEU tal-IAEA.

Dan il-punt ser ikopri perijodu ta' 5 snin.

III.   DURATA

Il-perijodu stmat għall-implimentazzjoni tal-proġett huwa ta' 60 xahar, li jibdew mal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3.

IV.   BENEFIĊJARJI

Il-benefiċjarji tal-proġett f'din id-Deċiżjoni huma kollha stati riċevituri eliġibbli għas-servizzi tal-Bank tal-LEU tal-IAEA, u jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-Bank tal-LEU kif stabbilit mill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA.

V.   ENTITÀ TA' IMPLIMENTAZZJONI

L-IAEA ser tiġi nkarigata bl-implimentazzjoni teknika tal-proġett, kif deskritta hawn fuq, taħt il-kontroll tar-RGħ. Il-proġett ser jiġi implimentat direttament minn persunal tal-IAEA, esperti minn awtoritajiet nukleari nazzjonali oħra, u minn kuntratturi. Fil-każ ta' kuntratturi, l-akkwist ta' kwalunkwe prodott, xogħol jew servizz mill-IAEA fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni ser isir kif deskritt fil-ftehim ta' finanzjament li ser jiġi konkluż mill-Kummissjoni mal-IAEA.

VI.   RAPPURTAR

L-entità ta' implimentazzjoni ser tħejji:

(a)

rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-proġett;

(b)

rapport finali mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem tal-implimentazzjoni tal-proġett.

Ir-rapporti ser jintbagħtu lir-RGħ.


16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2002

tat-8 ta' Novembru 2016

li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE, l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE dwar il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali ovini u kaprini u ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

(notifikata bid-dokument C(2016) 7026)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b'mod partikolari r-raba' inċiż tal-Artikolu 11(2), l-Artikolu 17(2)(b), l-ewwel inċiż tal-Artikolu 18(1) u l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/68/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fi ħdan l-Unjoni. Hija tipprovdi, fost l-oħrajn, li waqt it-trasport sad-destinazzjoni tagħhom, l-annimali ovini u kaprini jridu jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-Mudell I, II jew III stabbilit fl-Anness E tagħha.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) f'annimali bovini, ovini u kaprini. L-Anness VII ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri għall-kontroll u l-qerda tat-TSEs. Barra minn hekk, il-Kapitolu A tal-Anness VIII ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet għall-kummerċ intra-Unjoni f'annimali ħajjin.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 ġie riċentement emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 (4). Dawn l-emendi jipprovdu, fost l-oħrajn, għal eżenzjoni mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 4.1 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, li għandhom l-għan li jipprevjenu t-tixrid tal-iscrapie klassika fl-annimali miżmuma għal skopijiet ta' trobbija fl-azjendi agrikoli, għal annimali ovini u kaprini mċaqilqa esklussivament bejn korpi, istituti jew ċentri kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 92/65/KEE.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2016/1396 jintroduċi wkoll kundizzjonijiet speċifiċi għall-kummerċ intra-Unjoni f'annimali ovini u kaprini ta' razez rari li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-punt 4.1 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi kienu introdotti sabiex tinżamm il-possibbiltà għal skambju regolari ta' dawn l-annimali bejn l-Istati Membri sabiex jiġi evitat it-tnissil konsangwinju u biex tiġi ppreservata d-diversità ġenetika f'popolazzjonijiet tar-razez rari.

(5)

Għalhekk, iċ-ċertifikati tas-saħħa li jikkonformaw mal-Mudelli II u III stabbiliti fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu r-rekwiżiti relatati mal-kummerċ intra-Unjoni tal-annimali ovini u kaprini ta' razez rari jew ta' dawk li jiġu mċaqilqa bejn korpi, istituti jew ċentri approvati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat permezz tar-Regolament (UE) 2016/1396.

(6)

Barra minn hekk, xi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar problemi relatati max-xogħol amministrattiv addizzjonali kkawżat mill-obbligu li fil-punt I.31 taċ-ċertifikati tas-saħħa li jikkonformaw mal-Mudelli I, II u III stabbiliti fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE jiġu pprovduti dettalji bħar-razza u l-kwantità tal-annimali li jiffurmaw il-kunsinna. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-veterinarji uffiċjali, huwa xieraq li mill-punt I.31 ta' dawk il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa titneħħa l-informazzjoni dwar ir-razza, billi tali informazzjoni mhijiex meħtieġa fir-rigward tal-istatus tas-saħħa tal-annimali fil-kunsinna, u dwar il-kwantità ta' dawk l-annimali, billi tali informazzjoni diġà hija ddikjarata fil-punt I.20 u numru tal-identifikazzjoni uffiċjali ta' kull annimal individwali jrid jiġi pprovdut fil-punt I.31.

(7)

Barra minn hekk, sabiex jiġu ddikjarati b'mod aktar preċiż il-kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni individwali tal-annimali fil-punti II.5 u II.6 taċ-ċertifikati tas-saħħa li jikkonformaw mal-Mudelli II u III fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, huwa neċessarju li f'dawk il-punti tiddaħħal referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (5).

(8)

Id-Direttiva 91/68/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(9)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kummerċ u l-importazzjoni fl-Unjoni, fost l-oħrajn, tas-semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina.

(10)

L-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE (6) jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, f'kunsinni ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina. Il-Parti A ta' dak l-Anness tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għas-semen miġbur wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħut minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen.

(11)

L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE (7) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni, ta' kunsinni ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina. Is-Sezzjoni A tal-Parti 2 ta' dak l-Anness tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għas-semen mibgħut minn ċentru tal-ġbir tas-semen tal-oriġini approvat tas-semen.

(12)

Il-punt 4.2 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet relatati mal-iscrapie li għandhom jiġu ssodisfati għall-kummerċ intra-Unjoni ta' semen ta' annimali ovini u kaprini. Il-Kapitolu H tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet relatati mal-iscrapie li għandhom jiġu ssodisfati għall-importazzjoni ta' semen ta' annimali ovini u kaprini.

(13)

Ir-Regolament (UE) 2016/1396 jintroduċi kundizzjonijiet speċifiċi għaċ-ċentri tal-ġbir tas-semen fost il-kundizzjonijiet li azjenda trid tissodisfa biex tiġi rikonoxxuta bħala li għandha riskju negliġibbli jew riskju kkontrollat tal-iscrapie klassika fil-punti 1.2 u 1.3 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, minħabba li r-riskju li l-iscrapie tinxtered permezz ta' annimali ovini u kaprini maskili miżmuma f'ċentri tal-ġbir tas-semen approvati u sorveljati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE huwa limitat. Referenza għal dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi ġiet introdotta wkoll fil-kundizzjonijiet għall-kummerċ u l-importazzjoni ta' semen ta' annimali ovini u kaprini stabbiliti fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 rispettivament.

(14)

Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ intra-Unjoni f'kunsinni ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina stabbilit fil-Parti A tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/470/UE u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni, ta' kunsinni tas-semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina, stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/472/UE għalhekk għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu r-rekwiżiti relatati maċ-ċentri tal-ġbir tas-semen stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat permezz tar-Regolament (UE) 2016/1396,

(15)

Barra minn hekk, il-Kapitolu H tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (UE) 2016/1396, jistipula li d-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun għandu jinftiehem kif iddefinit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (8), pjuttost milli fil-punt 27 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2011 (9).

(16)

Għalhekk, il-punt II.4.10.4 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni, ta' kunsinni ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina, stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/472/UE, għandu jiġi emendat skont id-dispożizzjonijiet emendati tal-Kapitolu H tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(17)

Id-Deċiżjonijiet 2010/470/UE u 2010/472/UE għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan.

(18)

Ir-Regolament (UE) 2016/1396 jipprevedi li l-emendi magħmula fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u relatati mal-importazzjoni ta' ċerti komoditajiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' kunsinni ta' semen ta' annimali ovini u kaprini, l-użu taċ-ċertifikati maħruġa skont id-Deċiżjoni 2010/472/UE kif applikabbli qabel l-emendi li qed jiġu introdotti b'din id-Deċiżjoni, għandu jiġi awtorizzat matul perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(19)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE huwa emendat f'konformità mal-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/470/UE huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/472/UE huwa emendat skont l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.

Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni tas-semen ta' annimali ovini u kaprini, akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa maħruġ skont il-mudell stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/472/UE, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula b'din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni bil-kundizzjoni li ċ-ċertifikat inħareġ mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(2)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 76).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta' Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE tas-26 ta' Awwissu 2010 dwar l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 74).

(8)  http://www.oie.int/index.php?id=169&L=0&htmfile=glossaire.htm

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).


ANNESS I

L-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS E

MUDELL I

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

MUDELL II

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

MUDELL III

Image 11

Test ta 'immaġni

Image 12

Test ta 'immaġni

Image 13

Test ta 'immaġni

Image 14

Test ta 'immaġni

Image 15

Test ta 'immaġni
Image 16
Test ta 'immaġni

ANNESS II

Fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/470/UE, il-Parti A hija sostitwita b'dan li ġej:

“Parti A

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIIA għall-kummerċ fl-Unjoni f'kunsinni ta' semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn ċentru tal-ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen

Image 17

Test ta 'immaġni

Image 18

Test ta 'immaġni

Image 19

Test ta 'immaġni
Image 20
Test ta 'immaġni

ANNESS III

Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/472/UE, it-Taqsima A hija sostitwita b'dan li ġej:

“Taqsima A

Mudell 1 – Ċertifikat tas-saħħa għas-semen mibgħut minn ċentru tal-ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen

Image 21

Test ta 'immaġni

Image 22

Test ta 'immaġni

Image 23

Test ta 'immaġni

Image 24

Test ta 'immaġni

Image 25

Test ta 'immaġni

Image 26

Test ta 'immaġni
Image 27
Test ta 'immaġni

16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2003

tal-14 ta' Novembru 2016

li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti

(notifikata bid-dokument C(2016) 7218)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE (2) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE (3) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE (4) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE (5) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE (6) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE (7) tiskadi fl-14 ta' Novembru 2016.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE (8) tiskadi fl-14 ta' Novembru 2016.

(8)

Saret valutazzjoni li tikkonferma r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE. Billi għadha għaddeja r-reviżjoni tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti f'dawk id-Deċiżjonijiet, jixraq li l-perjodi ta' validità ta' dawk il-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika jittawlu sal-31 ta' Diċembru 2017. Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet Nri 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “televiżjonijiet”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 2

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/263/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti”, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 3

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/264/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ”, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 4

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/382/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 5

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/383/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji”, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 6

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2012/720/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-platti bil-magni industrijali u istituzzjonali awtomatiċi”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 7

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2012/721/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 25).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 38).


16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/62


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2004

tal-14 ta' Novembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/780/UE li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta' Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka

(notifikata bid-dokument C(2016) 7181)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE tipprevedi miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ta' organiżmi li huma perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/780/UE (2) jipprevedi deroga mill-miżuri protettivi tad-Direttiva 2000/29/KE u jawtorizza lill-Istati Membri jippermettu l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta' injam isserrat mingħajr qoxra tal-Quercus L., tal-Platanus L. u tal-Acer saccharum Marsh., li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, mingħajr ma jkollu miegħu ċertifikat fitosanitarju, sat-30 ta' Novembru 2016, dejjem jekk dan l-injam jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/893 (3) tistipula r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' injam isserrat mingħajr qoxra tal-Platanus L. u tal-Acer spp. li joriġina minn pajjiżi terzi. Huwa meqjus li dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa għall-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-organiżmu Anoplophora glabripennis (Motschulsky) u ma jista' jkun hemm ebda deroga minn dan li tista' tiġi ġġustifikata. Għaldaqstant, dawk l-ispeċijiet ta' injam isserrat mingħajr qoxra ma għandhomx jibqgħu suġġetti tad-deroga prevista fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/780/UE.

(3)

Fid-dawl tal-informazzjoni li jibagħtu perjodikament l-Istati Membri lill-Kummissjoni, wieħed jista' jikkonkludi li l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/780/UE hija biżżejjed biex timpedixxi l-introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu japplikaw dawk il-kundizzjonijiet rigward l-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Quercus L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni teknika li tressqet mill-Istati Uniti turi li l-Programm ta' Ċertifikazzjoni tat-Tnixxif fil-Fran ta' Injam Iebes Isserrat (Kiln Drying Hardwood Lumber Certificate (“Certificate of Kiln Drying”)), imsemmi fl-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/780/UE, qiegħed jaħdem b'mod effikaċi.

(4)

Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tad-deroga dwar l-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Quercus L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka għandha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2026 biex ikun evitat kull tfixkil bla bżonn tan-negozju ta' dak l-injam.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/780/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/780/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/780/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“B'deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex jippermettu l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta' Quercus L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka u li hu kopert mill-kodiċi NM u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima I(6) tal-Parti B tal-Anness V ta' dik id-Direttiva, mingħajr ma jkollu miegħu ċertifikat fitosanitarju, dejjem jekk dan l-injam jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.”

(2)

Fl-Artikolu 3 id-data tat-“30 ta' Novembru 2016” hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2026”.

Artikolu 2

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/780/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta' Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 61).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/893 tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar miżuri biex l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) ma jiddaħħalx fl-Unjoni u ma jinxteridx fi ħdanha ĠU L 146, 11.6.2015, p. 16.