ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
(1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. |
|
(2) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1986
tat-30 ta' Ġunju 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati għandhomx jiġu rrimborżati mill-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1), u b'mod partikolari l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, meta ammont mħallas indebitament lil benefiċjarju ma jistax jiġi rkuprat u dan huwa riżultat ta' difett jew negliġenza min-naħa ta' Stat Membru, l-Istat Membru jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammont kkonċernat lill-baġit tal-Unjoni. |
(2) |
Id-dokument dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati (2) ppreżentat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni lill-Kummissjoni, bħala parti mill-kontijiet annwali skont l-Artikolu 49(1)(b) u l-Artikolu 48(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 kull sena mill-2016 sa u inkluż l-2025, jistabbilixxi l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati, diżaggregati skont it-tip ta' nefqa. Dak id-dokument jenħtieġ li jinkludi wkoll informazzjoni espliċita dwar l-ammonti li, skont l-Istat Membru, ma jenħtiġux li jiġu rrimborżati lill-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' miżuri amministrattivi u legali meħuda mill-Istat Membru sabiex isegwi effettivament l-irkupru ta' ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati. Madankollu, billi dak id-dokument jirreferi għal ammonti li qabel kienu ġew inklużi f'kontijiet iċċertifikati mressqa lill-Kummissjoni, jenħtieġ li jiġi ppreżentat għall-ewwel darba fl-2017. |
(3) |
Skont il-punt (b) tal-Artikolu 33 u l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, l-ammonti mnaqqsa qabel ma jiġu ppreżentati l-kontijiet iċċertifikati ma jistgħux jitqiesu bħala rkupri jekk ikunu relatati man-nefqa inkluża fl-applikazzjoni finali għal ħlas interim ta' sena kontabilistika partikolari li għaliha jitħejjew il-kontijiet. Għalhekk jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-informazzjoni dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati ppreżentati skont dan ir-Regolament Delegat jenħtieġ li tikkonċerna biss l-ammonti diġà inklużi fil-kontijiet iċċertifikati li ġew ippreżentati qabel lill-Kummissjoni. |
(4) |
Sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati jenħtiġux li jitħallsu lura lill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru jenħtieġ li jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa, fil-livell ta' kull operazzjoni u benefiċjarju, qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-kontijiet stabbilita fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont dik id-dispożizzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi estiża l-iskadenza għad-dokument dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati. |
(5) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista' tivvaluta jekk Stat Membru għandux tort jew kienx negliġenti fl-irkupru waqt il-miżuri amministrattivi u legali. Il-preżenza ta' wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji ma jenħtieġx li tfisser awtomatikament li l-Istat Membru kellu fil-fatt tort jew kien negliġenti. |
(6) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha sa skadenza stipulata u l-Istati Membri jenħtieġ li jirreaġixxu għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni sa skadenza stipulata oħra. Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha anki meta l-Istat Membru ma jipprovdix informazzjoni addizzjonali. Madankollu, fil-każijiet ta' qabel falliment jew ta' suspett ta' frodi, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, l-iskadenzi ma jenħtieġx li japplikaw. |
(7) |
Skont it-tieni sentenza tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma jirkuprax minn benefiċjarju ammont imħallas indebitament fil-livell ta' operazzjoni fis-sena kontabilistika kkonċernata li ma jaqbiżx EUR 250, li ma jinkludix l-imgħax, f'kontribuzzjoni mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“il-Fond”). F'dan il-każ, l-ammont ma għandux għalfejn jiġi rrimborżat lill-baġit tal-Unjoni. Mhu se tintalab l-ebda informazzjoni dwar tali ammonti de minimis, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preżentazzjoni ta' informazzjoni dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati
1. Meta Stat Membru jqis li ammont imħallas indebitament lil benefiċjarju, li qabel kien inkluż fil-kontijiet iċċertifikati ppreżentati lill-Kummissjoni, ma jistax jiġi rkuprat, u fejn hi kkonkludiet li dan l-ammont ma jenħtieġx li jiġi rrimborżat lill-baġit tal-Unjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni biex tikkonferma dik il-konklużjoni.
2. L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tippreżenta talba msemmija fil-paragrafu 1, fil-livell ta' kull operazzjoni, fil-formola stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika msemmija fl-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.
3. L-Istat Membru għandu jippreżenta talba stabbilita skont il-paragrafi 1 u 2 kull sena mill-2017 sa u inkluż l-2025 sal-15 ta' Frar fir-rigward tas-snin kontabilistiċi preċedenti. Il-Kummissjoni tista' eċċezzjonalment testendi l-iskadenza sal-1 ta' Marzu, fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 2
Il-kundizzjonijiet biex jiġi ddeterminat tort jew negliġenza min-naħa tal-Istati Membri
Il-kriterji segwenti jindikaw tort jew negliġenza min-naħa tal-Istat Membru:
(a) |
l-Istat Membru ma ppreżenta l-ebda deskrizzjoni tal-miżuri amministrattivi u legali, bid-dati, meħuda mill-Istat Membru biex jirkupra l-ammont rilevanti (jew biex inaqqas jew jikkanċella l-livell ta' appoġġ jew jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn tali rtirar hu soġġett għal proċedura separata); |
(b) |
l-Istat Membru ma pprovdiex kopja tal-ewwel ordni ta' rkupru jew ordni sussegwenti (u tal-ebda kopja tad-dokument li jnaqqas jew jikkanċella l-livell ta' appoġġ jew jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn tali rtirar hu soġġett għal proċedura separata); |
(c) |
l-Istat Membru ma pprovdiex id-data tal-aħħar ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju tal-operazzjoni inkwistjoni u kopja tal-prova ta' dan il-ħlas; |
(d) |
l-Istat Membru, wara li ġiet skoperta l-irregolarità, għamel ħlas indebitu wieħed jew aktar lill-benefiċjarju fir-rigward ta' parti mill-operazzjoni li ġiet affettwata mill-irregolarità; |
(e) |
l-Istat Membru ma bagħatx id-dokument li jnaqqas il-livell ta' appoġġ jew li jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ f'konformità mal-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn tali rtirar huwa soġġett għal proċedura separata, u lanqas ma ħa xi deċiżjoni ekwivalenti fi żmien 12-il xahar minn meta ġiet skoperta l-irregolarità; |
(f) |
l-Istat Membru ma tax bidu għal proċedura ta' rkupru fi żmien 12-il xahar minn meta l-appoġġ ikun tnaqqas jew ġie kkanċellat b'mod definittiv (jew wara proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja jew permezz ta' ftehim tal-benefiċjarju); |
(g) |
l-Istat Membru ma eżawriex il-possibbiltajiet kollha ta' rkupru disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali tiegħu; |
(h) |
l-Istat Membru ma pprovdiex dokumenti relatati ma' proċeduri ta' insolvenza u ta' falliment, meta applikabbli; |
(i) |
l-Istat Membru ma weġibx għat-talba tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni skont l-Artikolu 3. |
Artikolu 3
Il-proċedura biex jiġi ddeterminat jekk ammont li ma jistax jiġi rkuprat għandux jiġi rrimborżat mill-Istati Membri
1. Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull każ sabiex tiddetermina jekk in-nuqqas li jiġi rkuprat ammont huwiex dovut għal tort jew negliġenza min-naħa tal-Istat Membru, filwaqt li tqis b'mod xieraq iċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-qafas istituzzjonali u legali tal-Istat Membru. Meta wieħed jew aktar mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 2 huma ssodisfati, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tikkonkludi li l-Istat Membru ma kellux tort jew ma kienx negliġenti.
2. Sal-31 ta' Mejju tas-sena li fiha l-kontijiet huma ppreżentati, il-Kummissjoni tista':
(a) |
titlob bil-miktub lill-Istat Membru biex jippreżenta aktar informazzjoni dwar il-miżuri amministrattivi u legali meħuda biex jirkupra kull kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa indebitament lill-benefiċjarji; jew |
(b) |
titlob bil-miktub lill-Istat Membru biex jissokta bil-proċedura ta' rkupru tiegħu. |
Meta l-Kummissjoni tkun għamlet l-għażla msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-paragrafi 5 sa 8.
3. L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2(a) u (b) ma għandhiex tapplika għall-irregolaritajiet ta' qabel falliment jew f'każijiet ta' frodi suspettati.
4. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rrimborżata mill-Istat Membru.
5. L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien tliet xhur għat-talba ta' informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.
6. Jekk l-Istat Membru ma jippreżentax aktar informazzjoni kif mitlub skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tissokta bil-valutazzjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli.
7. Fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet it-tweġiba mingħand l-Istat Membru, jew, fin-nuqqas ta' tweġiba sal-iskadenza, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fejn tikkonkludi li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi rrimborżata mill-Istat Membru filwaqt li tistabbilixxi l-bażi għall-konklużjoni tagħha, u titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fis-sentenza preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rrimborżata mill-Istat Membru.
8. Fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza għal kummenti mill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli u, meta hi ssostni l-konklużjoni tagħha li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tiġi rrimborżata mill-Istat Membru, għandha tadotta deċiżjoni. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fis-sentenza preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rrimborżata mill-Istat Membru.
Għall-iskop tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni li għandha tiġi rimborżata mill-Istat Membru, għandha tapplika r-rata ta' kofinanzjament fil-livell tal-programm operazzjonali, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba.
Artikolu 4
L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ammonti mhux irkuprati li ma jaqbżux EUR 250 f'kontribuzzjoni mill-Fond
Meta Stat Membru jiddeċiedi li ma jirkuprax minn benefiċjarju ammont imħallas indebitament fil-livell ta' operazzjoni fis-sena kontabilistika kkonċernata li ma jaqbiżx EUR 250, li ma jinkludix l-imgħax, f'kontribuzzjoni mill-Fond, ma hemm bżonn tingħata l-ebda informazzjoni lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, it-30 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) L-Appendiċi 4 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/341 tal-20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għall-preżentazzjoni ta' ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS
Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati — Programm operazzjonali għall-għajnuna alimentari u/jew materjali bażika (PO I)
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
j |
k |
l |
m |
n |
o |
p |
q |
Tip ta' nefqa (1) |
Isem l-operazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-IT |
Isem il-benefiċjarju |
Id-data u l-prova tal-aħħar ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju għall-operazzjoni kkonċernata |
In-natura tal-irregolarità (in-natura għandha tiġi ddefinita mill-Istat Membru) |
Korp li skopra l-irregolarità (indika liema: MA, CA jew AA jew ieħor, jew isem il-korp tal-UE) |
Data meta ġiet skoperta l-irregolarità (2) |
In-nefqa totali ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata |
In-nefqa pubblika korrispondenti għal ammonti ddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati |
L-ammont ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma tistax tiġi rkuprata (3) |
Is-sena jew is-snin tal-kontabilità li fihom ġiet iddikjarata n-nefqa li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma tistax tiġi rkuprata |
Id-data tat-tnedija tal-proċedimenti ta' rkupru |
Kopja tal-ewwel u kull ordni ta' rkupru sussegwenti (4) |
Id-data li fiha ġiet stabbilita l-irrikuperabbiltà |
Ir-raġuni għall-irrikuperabbiltà (5) |
Id-dokumenti relatati ma' proċeduri ta' falliment, meta applikabbli |
Indika jekk jenħtieġx li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni titħallas mill-baġit tal-Unjoni (IVA/LE) (6) |
<type="S" maxlength="500" input="S"> |
<type="S" maxlength="250" input="M"> (7) |
<type="S" maxlength="250" input="M"> |
<type="D" input="M"> + <ATT> |
<type="S" maxlength="250" input="M"> |
<type="S" maxlength="250" input="M"> |
<type="D" input="M"> |
<type="Cu" input="M"> |
<type="Cu" input="M"> |
<type="Cu" input="M"> |
<type="D" input="S"> |
<type="D" input="M"> |
<ATT> |
<type="D" input="M"> |
<type="S" maxlength="500" input="M"> |
<ATT> |
<type="B" input="M"> |
Għajnuna Teknika |
Għażla 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għażla 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
|||||||||||
Tip ta' għajnuna materjali 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
|||||||||||
Tip ta' għajnuna materjali 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
|||||||||||
Tip ta' għajnuna materjali n |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
|||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
Total |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati — Inklużjoni soċjali tal-programm operazzjonali għall-persuni l-aktar fil-bżonn (PO II)
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
j |
k |
l |
m |
n |
o |
p |
q |
Tip ta' nefqa (8) |
L-isem tal-operazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-IT |
Isem il-benefiċjarju |
Id-data u l-prova tal-aħħar ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju għall-operazzjoni kkonċernata |
In-natura tal-irregolarità (in-natura għandha tiġi ddefinita mill-Istat Membru) |
Korp li skopra l-irregolarità (indika liema: MA, CA jew AA jew ieħor, jew isem il-korp tal-UE) |
Data meta ġiet skoperta l-irregolarità (9) |
Nefqa totali ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata |
In-nefqa pubblika korrispondenti għal ammonti ddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati |
L-ammont ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma tistax tiġi rkuprata (10) |
Is-sena jew is-snin tal-kontabilità li fihom ġiet iddikjarata n-nefqa li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma tistax tiġi rkuprata |
Id-data tat-tnedija tal-proċedimenti ta' rkupru |
Kopja tal-ewwel u kull ordni ta' rkupru sussegwenti (11) |
Id-data li fiha ġie ddikjarat li l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati |
Ir-raġuni għall-irrikuperabbiltà (12) |
Id-dokumenti relatati ma' proċeduri ta' falliment, meta applikabbli |
Indika jekk jenħtieġx li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni titħallas mill-baġit tal-Unjoni (IVA/LE) (13) |
<type="S" maxlength="500" input="S"> |
<type="S" maxlength="250" input="M"> (14) |
<type="S" maxlength="250" input="M"> |
<type="D" input="M"> + <ATT> |
<type="S" maxlength="250" input="M"> |
<type="S" maxlength="250" input="M"> |
<type="D" input="M"> |
<type="Cu" input="M"> |
<type="Cu" input="M"> |
<type="Cu" input="M"> |
<type="D" input="S"> |
<type="D" input="M"> |
<ATT> |
<type="D" input="M"> |
<type="S" maxlength="500" input="M"> |
<ATT> |
<type="B" input="M"> |
Għajnuna teknika |
Għażla 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għażla 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
|||||||||||
Tip ta' azzjoni 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
|||||||||||
Tip ta' azzjoni 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
|||||||||||
Tip ta' azzjoni n |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
|||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
Total |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
<type="Cu" input="G"> |
|
(1) Li tikkorrispondi għall-informazzjoni mogħtija fil-kontijiet, f'konformità mal-Appendiċi 4 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/341. Ir-rapportar għandu jkun skont it-tip ta' għajnuna materjali u skont l-operazzjoni.
(2) Id-data li fiha ġiet stabbilita l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja tal-irregolarità.
(3) Ikkalkulat skont ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell tal-programm operazzjonali, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba.
(4) Barra minn hekk, meta applikabbli, kopja tad-dokument li jnaqqas/jikkanċella l-livell ta' appoġġ u/jew jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.
(5) Indika jekk ir-raġuni għall-irrekuperabbiltà hix il-falliment tal-benefiċjarju. Jekk le, indika r-raġuni applikabbli.
(6) Meta ssir talba li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li titħallas mill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru jikkonferma li hu eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha ta' rkupru disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali tiegħu.
(7) Didaskalija għall-karatteristiċi tal-oqsma: tip: N = Numru, D = Data, S = String, Cu = Munita. B = Boolean - input: M = Manwali, S = Selezzjoni, G = Iġġenerat mis-sistema - “tulmassimu” = Numru massimu ta' karattri inklużi l-ispazji - ATT: Dokumenti mehmużin.
(8) Li tikkorrispondi għall-informazzjoni mogħtija fil-kontijiet, f'konformità mal-Appendiċi 4 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/341. Ir-rapportar għandu jkun skont it-tip ta' azzjoni u skont l-operazzjoni.
(9) Id-data li fiha ġiet stabbilita l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja tal-irregolarità.
(10) Ikkalkulat skont ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell tal-programm operazzjonali, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba.
(11) Barra minn hekk, meta applikabbli, kopja tad-dokument li jnaqqas/jikkanċella l-livell ta' appoġġ u/jew jirtira d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 32(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.
(12) Indika jekk ir-raġuni għall-irrekuperabbiltà hix il-falliment tal-benefiċjarju. Jekk le, indika r-raġuni applikabbli.
(13) Meta ssir talba li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li titħallas mill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru jikkonferma li hu eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha ta' rkupru disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali tiegħu.
(14) Didaskalija għall-karatteristiċi tal-oqsma: tip: N = Numru, D = Data, S = String, Cu = Munita. B = Boolean - input: M = Manwali, S = Selezzjoni, G = Iġġenerat mis-sistema - “tulmassimu” = Numru massimu ta' karattri inklużi l-ispazji - ATT: Dokumenti mehmużin.
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1987
tal-14 ta' Novembru 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-14 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
100,9 |
ZZ |
100,9 |
|
0707 00 05 |
TR |
146,7 |
ZZ |
146,7 |
|
0709 93 10 |
MA |
112,1 |
TR |
142,9 |
|
ZZ |
127,5 |
|
0805 20 10 |
MA |
88,2 |
ZZ |
88,2 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
PE |
122,6 |
TR |
67,2 |
|
ZZ |
94,9 |
|
0805 50 10 |
AR |
67,2 |
CL |
69,9 |
|
TR |
83,6 |
|
ZZ |
73,6 |
|
0806 10 10 |
BR |
300,5 |
IN |
164,3 |
|
PE |
292,1 |
|
TR |
139,5 |
|
US |
334,6 |
|
ZA |
345,1 |
|
ZZ |
262,7 |
|
0808 10 80 |
CL |
174,1 |
NZ |
139,2 |
|
ZA |
122,8 |
|
ZZ |
145,4 |
|
0808 30 90 |
CN |
104,9 |
TR |
168,6 |
|
ZZ |
136,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1988
tat-8 ta' Novembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/678/UE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tkompli tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 395 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/737/KE (2), l-Italja kienet awtorizzata, bħala miżura ta' deroga, biex teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”), sal-31 ta' Diċembru 2010, lill-persuni taxxabbli li jkollhom fatturat annwali ta' mhux aktar minn EUR 30 000 (“il-miżura ta' deroga”). L-applikazzjoni tal-miżura ta' deroga ġiet sussegwentement estiża sal-31 ta' Diċembru 2013 permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/688/UE (3) u sal-31 ta' Diċembru 2016 permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/678/UE (4) li, barra minn hekk, żiedet il-limitu massimu awtorizzat tal-eżenzjoni għal fatturat annwali ta' EUR 65 000. |
(2) |
Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fil-5 ta' April 2016, l-Italja talbet awtorizzazzjoni biex testendi l-miżura ta' deroga. |
(3) |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn, permezz ta' ittra ddatata l-21 ta' Ġunju 2016, bit-talba tal-Italja. Permezz ta' ittra ddatata t-22 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għarrfet lill-Italja li hija kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba. |
(4) |
Taħt l-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li m'għamlux użu mill-Artikolu 14 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE (5) jistgħu jeżentaw persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx ogħla minn EUR 5 000. Il-miżura ta' deroga tidderoga mill-Artikolu 285 fl-applikazzjoni tagħha għall-Italja biss sa fejn il-limitu tal-fatturat annwali jeċċedi EUR 5 000. |
(5) |
Il-miżura ta' deroga hija konformi mal-għanijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 msejħa ' “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa'. |
(6) |
Minħabba li l-miżura ta' deroga wasslet għal tnaqqis tal-obbligi tal-VAT għal dawk in-negozji iżgħar li li ma għażlux l-arranġamenti regolari tal-VAT taħt l-Artikolu 290 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja għandha tkun awtorizzata biex tkompli tapplika l-miżura ta' deroga għal perjodu limitat ieħor. Il-persuni taxxabbli xorta waħda għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT. |
(7) |
Jenħtieġ li l-miżura ta' deroga tkun għal żmien limitat bil-għan li jiġi vvalutat jekk hija tibqax adatta u effettiva. Barra minn hekk, l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar skema speċjali għall-impriżi żgħar qed jiġu riveduti. Għalhekk, il-miżura ta' deroga għandha tkun soġġetta wkoll għal klawżola ta' skadenza awtomatika. |
(8) |
Mill-informazzjoni li pprovdiet l-Italja, il-miżura ta' deroga se jkollha impatt negliġibbli fuq l-ammont globali ta' dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju finali tal-konsum. |
(9) |
Il-miżura ta' deroga m'għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni derivanti mill-VAT. |
(10) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/678/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/678/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Din id-Deċiżjoni tapplika sad-dħul fis-seħħ ta' direttiva li temenda l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar, jew sal-31 ta' Diċembru 2019, skont liema data tiġi l-ewwel.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KAŽIMÍR
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/737/KE tal-15 ta' Settembru 2008 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 249, 18.9.2008, p. 13).
(3) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/688/UE tal-15 ta' Ottubru 2010 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tkompli tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 294, 12.11.2010, p. 12).
(4) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/678/UE tal-15 ta' Novembru 2013 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tkompli tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 316, 27.11.2013, p. 35).
(5) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat - Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/13 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1989
tal-11 ta' Novembru 2016
li tikkostitwixxi rakkomandazzjoni għall-estensjoni ta' kontroll temporanju fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen f'riskju
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, fit-12 ta' Mejju 2016 il-Kunsill adotta Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni li tikkostitwixxi Rakkomandazzjoni għal kontroll temporanju fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen f'riskju. |
(2) |
Il-Kunsill irrakkomanda lil ħames Stati ta' Schengen (l-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja) sabiex iżommu kontrolli proporzjonali temporanji fil-fruntieri għal massimu ta' sitt xhur mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, biex jindirizzaw it-theddida serja għall-ordni pubblika jew għas-sigurtà interna li tqum f'dawn l-Istati permezz tal-ikkombinar ta' nuqqasijiet f'kontroll fil-fruntiera esterna fil-Greċja u l-movimenti sekondarji ta' migranti irregolari li deħlin mill-Greċja u li beħsiebhom jiċċaqilqu lejn Stati ta' Schengen oħra. |
(3) |
Fit-28 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni ħarġet it-Rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Hija kkonkludiet li l-kontrolli fil-fruntieri interni mwettqa mill-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja kienu proporzjonali u f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Kummissjoni kkonkludiet ulterjorment li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u r-rapporti riċevuti mill-Istati kkonċernati, hija ma rat ebda bżonn li tipproponi emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni fiż-żmien ta' rapportar. |
(4) |
Fit-18 u l-21 ta' Ottubru 2016, l-Istati ta' Schengen ikkonċernati rraportaw għat-tieni darba lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. L-informazzjoni pprovduta ssegwi xejra simili għad-data pprovduta għall-ewwel rapport (tnaqqis fin-numru ta' persuni li jiġu miċħuda dħul, kif ukoll fin-numru ta' applikazzjonijiet ta' asil riċevuti) u għalhekk turi stabbilizzazzjoni progressiv tas-sitwazzjoni. |
(5) |
Madankollu, minkejja tnaqqis qawwi fin-numru ta' wasliet ta' migranti irregolari u applikanti għall-asil fl-Unjoni Ewropea, numru importanti ta' migranti irregolari jibqa' xorta waħda fil-Greċja kif ukoll fl-Istati Membri l-aktar affettwati mill-movimenti sekondarji ta' migranti irregolari li joriġinaw mill-Greċja. Abbażi tax-xejriet osservati fil-passat, huwa ġġustifikat li jkun mistenni li dawn il-persuni jistgħu jridu jiċċaqilqu irregolarment lejn Stati Membri oħra meta l-kontrolli fil-fruntiera, li jipprekludu l-moviment sekondarju tagħhom, jiġu mneħħija. |
(6) |
In-numru akkumulat ta' applikazzjonijiet għall-asil riċevuti sa mill-bidu tal-kriżi migratorja u l-applikazzjonijiet li għadhom deħlin għamel pressjoni sinifikanti fuq l-amministrazzjonijiet u s-servizzi nazzjonali kollha tal-UE u speċifikament fl-Istati ta' Schengen ikkonċernati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(7) |
Il-kontrolli fil-fruntieri interni ma jistgħux jiġu meqjusa f'iżolament minn fatturi importanti oħra. Fil-Komunikazzjoni tagħha “Lura lejn Schengen — Pjan Direzzjonali” (2), il-Kummissjoni identifikat id-diversi politiki li għandhom jiġu implimentati għal Żona Schengen li tiffunzjona bis-sħiħ. |
(8) |
Il-Pjan Direzzjonali inkluda notevolment l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (3) li daħal fis-seħħ fis-6 ta' Ottubru 2016, f'perjodu ta' żmien ta' disa' xhur mill-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, u wera l-impenn tal-atturi kollha involuti. Huwa mistenni li l-gruppi ta' reazzjoni rapida, li jkopru kemm ir-riżorsi umani u t-tagħmir tekniku, u l-gruppi ta' ritorn rapidu ser ikunu stabbiliti u operazzjonali sas-7 ta' Diċembru 2016 u sas-7 ta' Jannar 2017 rispettivament. |
(9) |
Element ieħor mhux identifikat fil-Pjan Direzzjonali “Lura lejn Schengen” hija l-implimentazzjoni b'suċċess tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija. Filwaqt li l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni, kif stabbilita fit-tielet rapport ta' progress (4), tkompli tagħti r-riżultati, huwa importanti li jitkompla li jiġi żgurat li d-Dikjarazzjoni tiffunzjona fuq bażi sostenibbli. Barra minn dan, jibqa' bżonn kontinwu għall-kooperazzjoni miftehma fil-laqgħa tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent. |
(10) |
Jirriżulta minn dak li ntqal hawn fuq li minkejja l-progress kontinwu u importanti fl-oqsma identifikati mill-Pjan Direzzjonali “Lura lejn Schengen” u stabbilizzazzjoni progressiva tas-sitwazzjoni, dawn l-azzjonijiet xorta jridu jiġu implimentati fis-sħiħ u r-riżultati korrispettivi jiġu kkonfermati. |
(11) |
Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku u s-sigurtà interna u li jpoġġu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen kollha għalhekk għadhom hemm. |
(12) |
Minħabba s-sitwazzjoni fraġli attwali fil-Greċja u r-residwu ta' pressjoni li għad hemm fl-Istati Membri l-aktar affettwati bil-movimenti sekondarji ta' migranti irregolari li ġejjin mill-Greċja, jidher għalhekk iġġustifikat li titħalla estensjoni proporzjonali tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni mill-Istati ta' Schengen li attwalment qegħdin iwettqu dawn il-kontrolli bħala miżura aħħarija f'rispons għal theddida serja għall-ordni pubblika jew għas-sigurtà interna, b'mod partikolari l-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u l-Istat assoċjat tan-Norveġja, f'konformità mal-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen. |
(13) |
Abbażi tal-indikaturi fattwali disponibbli f'dan l-istadju, jeħtieġ li din l-estensjoni ma teċċedix tliet xhur mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(14) |
L-Istati Membri li jiddeċiedu li jwettqu kontroll fil-fruntieri interni wara din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jeħtieġu li jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kif xieraq. |
(15) |
Qabel ma jagħżlu t-tali kontrolli, l-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu li jeżaminaw jekk miżuri alternattivi oħra għal kontroll fil-fruntieri jistgħux jintużaw effettivament biex tiġi rrimedjata t-theddida identifikata. L-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu jinformaw bl-eżitu ta' din ir-riflessjoni u r-raġunijiet għaliex għażlu l-kontrolli fil-fruntieri fin-notifiki tagħhom. |
(16) |
Kif ddikjarat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-migrazzjoni tal-20 ta' Ottubru 2016, il-proċess ta' “lura lejn Schengen” jinkludi l-aġġustament tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni biex jiġu riflessi l-bżonnijiet attwali. Il-kontrolli taħt din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jeħtieġu jiġu mwettqa biss sal-limitu meħtieġ, b'mod ristrett fl-intensifikar tagħhom għal minimu assolut meħtieġ. Pereżempju, meta matul perjodu partikolari jkun hemm fluss insinifikanti, il-kontrolli f'xi sezzjonijiet tal-fruntieri jistgħu għalhekk lanqas ikunu meħtieġa. Sabiex jiġi prekluż kemm jista' ikun il-qsim tal-fruntieri interni rilevanti għall-pubbliku inġenerali, biss il-kontrolli mmirati, il-kontrolli ta' analiżi tar-riskju u dawk bbażati fuq l-intelliġenza jistgħu jkollhom lok. Barra minn dan, il-bżonn ta' dawn il-kontrolli fis-sezzjonijiet tal-fruntieri rilevanti jeħtieġ li jiġi eżaminat u evalwat mill-ġdid b'mod regolari f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kollha affettwati bl-għan li dawn il-kontrolli jiġu mnaqqsa. |
(17) |
Fl-aħħar ta' kull xahar ta' implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, rapport komplut dwar ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa jeħtieġ li jintbagħat lill-Kummissjoni, flimkien ma' valutazzjoni tal-bżonn kontinwu tagħhom fejn applikabbli. Dan ir-rapport jeħtieġ jinkludi n-numru totali ta' persuni kkontrollati, in-numru totali ta' rifjuti ta' dħul wara l-kontrolli, in-numru totali ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa wara l-kontrolli u n-numru totali ta' applikazzjonijiet għall-asil riċevuti fil-fruntieri interni fejn il-kontrolli jkunu saru. |
(18) |
Il-Kunsill jieħu nota li l-Kummissjoni ddikjarat li hija ser tissorvelja mill-qrib l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, |
B'DAN JIRRAKKOMANDA LI:
1. |
L-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja jestendu l-kontrolli proporzjonali u temporanji fil-fruntieri għal perjodu massimu ta' tliet xhur, li jibda mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, fil-fruntieri interni li ġejjin:
|
2. |
Qabel jiġu estiżi dawn il-kontrolli, l-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu jagħmlu skambju ta' fehmiet mal-Istat(i) Membru/i rilevanti bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-kontrolli fil-fruntieri interni jsiru biss fejn huwa meqjus neċessarju u proporzjonat. Barra minn dan, l-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu li jiżguraw li l-kontrolli fil-fruntieri interni huma mwettqa biss bħala miżura aħħarija meta miżuri alternattivi oħra ma jistgħux jiksbu l-istess effett, u biss f'dawk il-partijiet tal-fruntiera interna fejn huwa meqjus neċessarju u proporzjonat, f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen. L-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu li jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kif xieraq. |
3. |
Il-kontroll fil-fruntiera jeħtieġ jibqa' immirat, ikun ibbażat fuq analiżi tar-riskju u intelliġenza u jkun limitat fl-iskop, fil-frekwenza, fil-post u fil-ħin, għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-indirizzar tat-theddid serju u s-salvagwardja tal-ordni pubbliku u s-sigurtà interna. L-Istat Membru li jwettaq kontrolli fil-fruntieri interni skont din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jeħtieġ li jirrevedi regolarment il-ħtieġa, il-frekwenza, il-post u l-ħin tal-kontrolli, jaġġusta l-intensifikar tal-kontrolli għal-livell tat-theddida indirizzata, filwaqt li jneħħihom b'mod progressiv kull fejn xieraq, u jirrapporta lill-Kummissjoni kull xahar. |
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(2) COM(2016) 120 final.
(3) ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
(4) It-Tielet Rapport dwar il-Progress imwettaq fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija (COM(2016) 634).
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1990
tal-14 ta' Novembru 2016
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*) (EULEX KOSOVO)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (1). |
(2) |
Fl-14 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/947 (2), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, estendiet il-mandat ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2018 u pprovdiet ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo sal-14 ta' Diċembru 2016 u biex tappoġġa l-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru sal-14 ta' Ġunju 2017. |
(3) |
Ammont ta' referenza ġdid għandu jiġi pprovdut għall-implimentazzjoni tal-mandat ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2017. |
(4) |
Xejn f'din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat fis-sens li jippreġudika l-indipendenza u l-awtonomija tal-imħallfin u l-prosekuturi. |
(5) |
Minħabba l-karattru speċjali tal-attivitajiet ta' EULEX KOSOVO b'appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru, huwa adatt li jiġi identifikat f'din id-Deċiżjoni l-ammont previst biex ikopri l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru u biex tiġi prevista l-implimentazzjoni ta' dik il-parti tal-baġit permezz ta' għotja. |
(6) |
Ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist tal-Missjoni u r-regoli tal-oriġini applikabbli għall-merkanzija li hi tixtri għandhom jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet għal missjonijiet ċivili oħra tal-PSDK. |
(7) |
L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata skont dan. |
(8) |
EULEX KOSOVO ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej “1. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti, lin-NATO/KFOR, lill-partijiet terzi assoċjati ma' din l-Azzjoni Konġunta u lill-Frontex informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti ġġenerati għall-finijiet ta' EULEX KOSOVO sal-livell tal-klassifikazzjoni rilevanti rispettivament għal kull wieħed minnhom, skont id-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom isiru arranġamenti tekniċi lokali sabiex dan jiġi ffaċilitat.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/947 tal-14 ta' Ġunju 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 26).
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1991
tal-4 ta' Lulju 2016
dwar il-miżuri SA.41614 — 2015/C (ex SA.33584 — 2013/C (ex 2011/NN)) implimentati min-Netherlands favur il-klabb tal-futbol professjonali FC Den Bosch f''s-Hertogenbosch
(notifikata bid-dokument C(2016) 4089)
(Il-verżjoni Netherlandiża biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Fl-2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata minn ċittadin u minn rapporti fl-istampa li n-Netherlands implimentat miżura ta' għajnuna għall-klabb tal-futbol professjonali FC Den Bosch f''s-Hertogenbosch. Fl-2010 u fl-2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata miċ-ċittadini wkoll dwar il-miżuri favur klabbs tal-futbol professjonali oħra fin-Netherlands, jiġifieri Willem II f'Tilburg, MVV f'Maastricht, PSV f'Eindhoven u NEC f'Nijmegen. Fuq talba tal-Kummissjoni, in-Netherlands ipprovdiet informazzjoni dwar il-miżuri fir-rigward ta' FC Den Bosch b'ittra tal-1 ta' Settembru 2011. |
(2) |
B'ittra tas-6 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni infurmat lin-Netherlands li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-miżuri favur Willem II, NEC, MVV, PSV u FC Den Bosch. |
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (minn hawn 'il quddiem: “id-deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni. |
(4) |
In-Netherlands issottomettiet osservazzjonijiet fil-qafas tal-proċedura rigward il-miżuri favur FC Den Bosch b'ittri tal-31 ta' Mejju 2013 u s-7 ta' Novembru 2013, u f'laqgħa tat-13 ta' Ottubru 2014. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati rigward il-miżuri favur FC Den Bosch. |
(5) |
Wara d-deċiżjoni tal-ftuħ, u bi qbil man-Netherlands, l-investigazzjonijiet għall-klabbs differenti twettqu b'mod separat. L-investigazzjoni rigward FC Den Bosch ġiet irreġistrata taħt in-numru tal-każ SA.41614. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
2.1. Benefiċjarju, objettiv u baġit
(6) |
Il-federazzjoni tal-futbol nazzjonali Koninklijke Nederlandse Voetbal Bond (minn hawn 'il quddiem: il-“KNVB”) hija l-organizzazzjoni umbrella għall-kompetizzjoni tal-futbol professjonali u amatorjali. Il-futbol professjonali fin-Netherlands huwa organizzat f'sistema ta' żewġ saffi. Fl-istaġun 2014/2015, din is-sistema kienet tinvolvi 38 klabb, li minnhom 18 kienu fl-ogħla lig (eredivisie) u 20 fil-lig inferjuri (eerste divisie). |
(7) |
FC Den Bosch ilu jilgħab fil-lig inferjuri mill-2004/2005, meta kien lagħab għall-aħħar darba fl-ogħla lig Netherlandiż. Il-klabb qatt ma lagħab f'turnew Ewropew. Skont l-informazzjoni sottomessa min-Netherlands, FC Den Bosch huwa intrapriża żgħira; fl-istaġun 2011/2012 kellu 31 impjegat. Il-fatturat u t-total tal-karta tal-bilanċ tiegħu baqa' madwar EUR 3 miljun fis-sentejn li huma. Għalhekk huwa intrapriża żgħira (3). L-istejdjum li qed juża FC Den Bosch huwa proprjetà tal-muniċipalità ta' 's-Hertogenbosch “il-muniċipalità”), li tirċievi kirja għall-użu mill-klabb. |
(8) |
Fl-2010, il-muniċipalità saret konxja li FC Den Bosch kien qed iħabbat wiċċu ma' diffikultajiet finanzjarji ħorox, li kienu qed jipperikolaw il-kontinwazzjoni tal-liċenzja tiegħu biex jilgħab futbol professjonali, u saħansitra anke l-eżistenza tiegħu. Fit-30 ta' Ġunju 2010, FC Den Bosch kellu ekwità proprja negattiva ta' EUR 4,6 miljun; sena wara dan tela' għal EUR 5,4 miljun. Kif tixhed kumpanija tal-kontabbiltà indipendenti, dan kellu telf dejjem jikber (EUR 0,168 miljun f'Ġunju 2009, EUR 0,612 miljun f'Ġunju 2010 u EUR 0,744 miljun f'Ġunju 2011), fatturat dejjem jonqos (minn EUR 3,736 miljun għal EUR 2,771 miljun mill-2009 għall-2011) u dejn dejjem jiżdied. Wieħed mill-kredituri tal-klabb kienet il-muniċipalità, li kellha pretensjoni subordinata ta' EUR 1,65 miljun. |
(9) |
Fil-ħarifa tal-2010, ġiet imnedija inizjattiva mill-partitarji, kumpaniji u sponsers biex jimpedixxu l-falliment ta' FC Den Bosch. Din l-inizjattiva wasslet għal pjan ta' ristrutturar biex titjieb is-sitwazzjoni finanzjarja ta' FC Den Bosch u biex dan jinbidel fi klabb tal-futbol professjonali vijabbli bi struttura legali ġdida, li ssir proprjetà tal-partitarji tiegħu. F'Ġunju 2011, il-muniċipalità u l-kredituri l-oħra tal-klabb qablu fuq inizjattiva konġunta biex jibdlu s-self tagħhom f'ishma tal-klabb. Bħala parti mir-ristrutturar, fit-30 ta' Ġunju 2011 FC Den Bosch, li kellu l-istatus legali ta' assoċjazzjoni (Vereniging), ġie ttrasformat fil-kumpanija b'responsabbiltà limitata (naamloze vennootschap) FC Den Bosch N.V. |
(10) |
Intlaħaq qbil li l-pretensjoni tal-muniċipalità tiġi ttrasformata f'parteċipazzjoni azzjonarja ta' 60 % tal-ishma tal-kumpanija ġdida b'responsabbiltà limitata FC Den Bosch N.V. L-40 % tal-ishma tal-klabb li jkun għad baqa' jiġu akkwistati mill-kredituri l-kbar l-oħra tal-klabb li bidlu d-dejn mal-ekwità, iżda bi proporzjon ta' dejn u ishma aktar baxx mill-muniċipalità. Kredituri aktar żgħar irrinunzjaw partijiet mill-pretensjonijiet tagħhom. Wara dan il-qbil fost il-kredituri, il-muniċipalità ttrasferiet il-pretensjoni tagħha għall-ekwità li tirriżulta mis-selfa tagħha ta' EUR 1,65 miljun għal EUR 1 lill-fondazzjoni Stichting Met Heel Mijn Hart. Il-fondazzjoni ġiet imwaqqfa minn klabbs tal-partitarji u partitarji individwali ta' FC Den Bosch u mhi qed tfittex li timpenja ruħha fl-ebda attività kummerċjali. |
(11) |
Il-muniċipalità qablet ukoll li tħallas is-somma ta' EUR 1,4 miljun lil FC Den Bosh li jħalli l-faċilitajiet tat-taħriġ (4), li kienu jinsabu fuq art proprjetà tal-muniċipalità. |
2.2. Raġunijiet biex jingħata bidu għall-proċedura
(12) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, safejn għandu x'jaqsam mal-miżuri favur FC Den Bosch, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-muniċipalità kienet ipprovdiet vantaġġ selettiv lil FC Den Bosch bl-użu ta' riżorsi tal-Istat u b'hekk ipprovdiet għajnuna lill-klabb tal-futbol. |
(13) |
Fir-rigward tad-deċiżjoni li tbigħ il-pretensjoni ta' EUR 1,65 miljun għal EUR 1 lil partitarji organizzati, il-Kummissjoni sabet li n-Netherlands ma setgħetx issostni li l-muniċipalità aġixxiet bħalma kieku kien jaġixxi kreditur privat f'pożizzjoni simili. Il-Kummissjoni nnutat li kredituri kbar oħra ttrasformaw il-pretensjonijiet tagħhom f'parteċipazzjonijiet azzjonarji fl-istruttura legali l-ġdida, filwaqt li l-muniċipalità biegħet il-pretensjonijiet tagħha u ma kisbet xejn minn dan il-bejgħ. Fir-rigward tal-akkwist tal-blokk tat-taħriġ u taż-żgħażagħ għal EUR 1,4 miljun, il-Kummissjoni nnutat li dan il-prezz kien stmat minn espert estern bħala l-valur ta' sostituzzjoni għall-blokk. Hija ddubitat li l-valur ta' sostituzzjoni ta' bini huwa l-istess bħall-prezz tas-suq tiegħu. |
(14) |
Il-Kummissjoni adottat ukoll il-pożizzjoni li l-miżuri ta' għajnuna lill-klabbs tal-futbol professjonali aktarx ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(15) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà ta' għajnuna possibbli lil FC Den Bosch, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tal-ftuħ innutat li fiż-żmien li fih ingħatat l-għajnuna, il-klabb tal-futbol kien qed iħabbat wiċċu ma' diffikultajiet finanzjarji. Sabiex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultà (5) (minn hawn 'il quddiem: “il-Linji gwida”), il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti kollha stipulati fil-Linji gwida. |
(16) |
Il-Kummissjoni b'mod partikolari ma kinitx kapaċi tivverifika jekk il-kundizzjonijiet fil-punti 34 sa 37 tal-Linji gwida dwar in-natura u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar ġewx irrispettati. Barra minn hekk kien meħtieġ li jintwera li l-għajnuna kienet limitata għall-minimu neċessarju, li l-benefiċjarju nnifsu jkun ħallas kontribuzzjoni proprja adegwata għar-ristrutturar tiegħu u li l-prinċipju “darba waħda, l-aħħar darba” ġie rispettat. |
3. KUMMENTI MIN-NETHERLANDS
3.1. Preżenza tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat
(17) |
In-Netherlands ma qablitx mas-sejba preliminari tal-Kummissjoni li l-miżuri fir-rigward ta' FC Den Bosch jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Fil-fehma tan-Netherlands, il-muniċipalità, li kellha pretensjoni subordinata fuq kumpanija f'xifer il-falliment, aġixxiet f'konformità mal-prinċipju tal-kreditur f'ekonomija tas-suq billi rrinunzjat il-pretensjoni tagħha fl-2011. |
(18) |
Skont in-Netherlands, fil-każ tal-falliment ta' FC Den Bosch, il-muniċipalità mingħajr dubju ma kienet tirkupra xejn mill-pretensjoni subordinata tagħha. Fl-ittra tagħha tas-7 ta' Novembru 2013, in-Netherlands invokat ukoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpanija Belġjana Sonaca (6), fejn sabet li bidla ta' selfa pubblika f'ekwità ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Li kieku FC Den Bosch ma kienx kapaċi jirrimedja għas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu f'Ġunju 2011, kien jitlef il-liċenzja tiegħu biex jilgħab futbol professjonali skont ir-regoli tal-KNVB. Fir-rigward tal-akkwist tal-faċilitajiet tat-taħriġ, in-Netherlands sostniet li dan l-akkwist seħħ bil-valur stabbilit minn għarfien espert estern, li kopra wkoll l-ispiża ta' sostituzzjoni ta' FC Den Bosch. In-Netherlands issostni li aġixxiet f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ tal-art (7) (minn hawn 'il quddiem: “il-Komunikazzjoni dwar il-bejgħ tal-art”). |
(19) |
Min-naħa l-oħra, in-Netherlands sostniet li anke jekk kellu jitqies li l-miżuri taw vantaġġ selettiv lil FC Den Bosch, dawn ma kinux ifixklu l-kompetizzjoni jew jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. In-Netherlands tenfasizza l-pożizzjoni dgħajfa ta' FC Den Bosch fil-futbol professjonali nazzjonali, li tagħmel il-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet fil-livell Ewropew xi ħaġa diffiċli biex isseħħ. Hija tqis ukoll li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex turi li l-għajnuna lil FC Den Bosch tfixkel il-kompetizzjoni jew taffettwa l-kummerċ fi kwalunkwe suq imsemmi fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
(20) |
Bħala argument sussidjarju, in-Netherlands sostniet li jekk il-miżuri kellhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn kienu jkunu kompatibbli mal-Linji gwida, u b'hekk mas-suq intern. |
(21) |
Fl-2010, FC Den Bosch kien qed iħabbat wiċċu ma' sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Fl-2011, kellu ekwità proprja negattiva bi djun ta' EUR 5,97 miljun u djun ta' EUR 7 miljun, b'fatturat ta' madwar EUR 3 miljun. Il-kredituri u d-djun tal-klabb jidhru fit-Tabella 1. Tabella 1 Il-kredituri u d-djun ta' FC Den Bosch
|
(22) |
Il-KNVB indikat li jekk sat-30 ta' Ġunju 2011 l-ekwità proprja xorta waħda tibqa' waħda negattiva, il-klabb jitlef il-liċenzja tal-futbol professjonali tiegħu. Dan ifisser li l-klabb jiġi relagat għal status amatorjali. |
(23) |
Għalhekk, f'Ġunju 2011 FC Den Bosch u l-KNVB fasslu pjan ta' ristrutturar. Skont il-pjan, il-klabb inbidel f'kumpanija b'responsabbiltà limitata (NV). Id-djun (mhux garantiti) tad-diversi kredituri kbar ġie ttrasformat f'ishma tal-klabb kif stipulat fit-Tabella 2. Tabella 2 Proporzjonijiet ta' bdil ta' dejn u ekwità
|
(24) |
Iż-0.1 % ta' ishma li kien għad baqa' ġew distribwiti lil membri superjuri tal-klabb tal-futbol. Dan juri li l-muniċipalità nnegozjat biex tirċievi 54 % tal-ishma tal-klabb għal sehem ta' 38 % fid-djun tal-klabb. |
(25) |
Barra minn hekk, selfa kummerċjali ta' EUR 100 000 kienet appoġġata minn garanzija minn parti terza, filwaqt li partijiet privati oħra pprovdew EUR 300 000 f'kapital frisk. Selfa fuq terminu qasir ta' EUR 250 000 ġiet ittrasformata f'selfa fuq terminu twil. Id-djun lill-kumpanija li topera l-istejdjum muniċipali BIM għall-kiri tal-istejdjum huma assigurati minn dritt tal-BIM li taħtaf l-introjtu tad-drittijiet tat-trażmissjoni tat-TV. |
(26) |
Il-muniċipalità qieset is-selfa tagħha ta' EUR 1,65 miljun bħala waħda li mhix rikoverabbli. Fil-baġit tal-2010 tal-muniċipalità is-selfa kienet diġà ġiet immarkata bħala mhux rikoverabbli minħabba li FC Den Bosch ma baqax jagħmel pagamenti fuqha. F'Ġunju 2011, il-muniċipalità talbet lill-kumpanija tal-kontabilità Ernst & Young, li fi Frar u f'Marzu 2011 kienet analizzat is-sitwazzjoni finanzjarja ta' FC Den Bosch, biex tivvaluta r-rekuperabilità tas-selfa lil FC Den Bosch. Hi sabet li fis-snin li ġejjin, wieħed ma setax b'mod raġonevoli jistenna pagament mill-ġdid tas-selfa jew tal-pagamenti tal-interess, anke jekk il-klabb jiġi ristrutturat minħabba r-rinunzja tad-djun fuq terminu twil mill-kredituri akbar tiegħu. Din is-sejba tagħmel sens ukoll jekk wieħed iqis li l-klabb ma għandu l-ebda proprjetà immobbli proprja jew makkinarju li jistgħu jinbiegħu jew jiġu likwidati għar-ripagament tad-djun. |
(27) |
Il-muniċipalità, fil-kuntest tal-ftehim bejn il-kredituri, iddeċidiet li tittrasferixxi l-pretensjoni tagħha għal 54 % tal-ishma għal EUR 1 lill-fondazzjoni “Met Heel Mijn Hart”. B'dan, il-fondazzjoni saret azzjonista tal-klabb - minflok il-muniċipalità li ma esprimiet l-ebda interess li tkun involuta fl-amministrazzjoni tal-klabb - bl-istess mod bħall-kredituri l-kbar l-oħra, u kif ġie miftiehem magħhom u l-muniċipalità fil-ftehim ta' ristrutturar. Il-fondazzjoni se tbigħ abbażi ta' dawn l-ishma, ċertifikati għal EUR 100. |
(28) |
Meta mqabbel mal-kredituri l-oħra, l-interess akbar partikolari tal-muniċipalità li tevita l-likwidazzjoni tal-klabb jew ir-relegazzjoni tiegħu għal status amatorjali kien li titlef, għall-anqas għal ftit żmien, l-utent prinċipali u l-pagatur tat-tariffa tal-kiri tal-istejdjum tagħha. F'dak ir-rigward kien fl-interess ekonomiku tal-muniċipalità li l-klabb ikompli jilgħab futbol professjonali. |
(29) |
Fir-rigward tal-art taħt il-kumpless tat-taħriġ, żona ta' 36 000 m2, l-informazzjoni sottomessa min-Netherlands turi li l-art kienet diġà proprjetà tal-muniċipalità. Din kienet qed tintuża minn FC Den Bosch, li kien bena l-kumpless tal-isport bil-bini u l-grawnds tal-isport minn butu fis-sena 2000 u wettaq xi bidliet fih fl-2006 u l-2007. Ma kien hemm l-ebda fond lokatizju twil (erfpacht) (8) bejn il-muniċipalità u FC Den Bosch. Il-muniċipalità f'din il-proprjetà tista' twettaq il-bini ta' djar u appartamenti. Għalhekk, fi kwalunkwe każ kellha interess li l-klabb iħalli l-bini u ħatfet l-opportunità li tfaċċat bil-ħtiġijiet ta' likwidità tal-klabb. B'hekk kellha l-ħsieb li tikkumpensa l-klabb għat-tbattil tal-post bħal fil-każ ta' esproprjazzjoni mhux ikkontestata tal-bini u talbet biex issir valutazzjoni tal-bini u l-installazzjonijiet fuq il-post abbażi tal-liġi Netherlandiża dwar l-esproprjazzjonijiet għal tali każ. |
(30) |
Dan il-prezz għall-akkwist kien ġie ddeterminat minn valutazzjoni tal-kumpless tal-isport minn espert tat-tassazzjoni tal-art rikonoxxut u indipendenti. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq il-valur ta' sostituzzjoni aġġustat, li huwa deskritt bħala l-ammont neċessarju għall-ksib ta' oġġetti tal-istess valur f'termini ta' tip, kwalità, stat u età. Dan l-ammont għalhekk mhuwiex biss il-valur tal-kumpless tal-isport fid-daqs partikolari tiegħu. Huwa aġġustat skont l-istat tekniku u l-età tiegħu. Tali valutazzjoni hija imposta mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 40b tal-liġi dwar l-esproprjazzjoni Netherlandiża (Onteigeningswet) għall-każijiet ta' esproprjazzjoni konsenswali, li skont in-Netherlands kienet applikabbli għal din is-sitwazzjoni. Għalhekk, in-Netherlands tqis li l-Kummissjoni ma kinitx korretta meta qieset li r-rapport ta' valutazzjoni kien jirreferi biss għall-valur ta' sostituzzjoni bħala l-bażi għall-valutazzjoni. Fil-prattika tal-valutazzjoni Netherlandiża, oġġetti li mhumiex konvenzjonali, bħal knejjes, monumenti, jew kumplessi tal-isport, huma vvalutati bil-valur ta' sostituzzjoni aġġustat, deskritt bħala l-prezz li xerrej indipendenti jkun lest li jħallas fil-każ ta' esproprjazzjoni jew rilokazzjoni tas-sid attwali. |
(31) |
Fir-rigward tal-osservazzjoni tal-Kummissjoni li l-valur iddeterminat mill-valutazzjoni kien ogħla mill-valur kontabilistiku fil-kontijiet ta' FC Den Bosch, in-Netherlands issostni li l-l-valur kontabilistiku ta' biċċa art normalment ma jirriflettix il-valur tas-suq attwali tagħha. Dan jiġi ddeterminat minn diversi fatturi oħra barra mill-valur tiegħu fi tranżazzjoni kummerċjali, bħall-prezz tal-akkwist storiku jew id-deprezzament. |
(32) |
Il-klabb kompla l-attivitajiet ta' taħriġ tiegħu xi mkien ieħor, fl-istejdjum u f'kumpless tat-taħriġ tal-futbol ieħor fil-belt li kien għad kellu kapaċità addizzjonali. In-Netherlands sostniet li l-prezz tal-kumpless tat-taħriġ kien iddeterminat mingħajr ma tqiesu l-ħtiġijiet finanzjarji possibbli ta' FC Den Bosch. Parti mill-ammont li rċieva talli ħalla l-kumpless tat-taħriġ tiegħu, il-klabb użah biex jakkomoda l-faċilitajiet tat-taħriġ alternattivi. Dan l-introjtu intuża wkoll biex jitħallas id-dejn tal-kera tal-istejdjum lill-BIM. |
3.2. Kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat
(33) |
Min-naħa l-oħra, in-Netherlands sostniet li anke jekk il-miżura kellha tikkostitwixxi għajnuna, din kienet tkun kompatibbli mas-suq intern. Fir-rigward tar-ristrutturar ta' FC Den Bosch, in-Netherlands iddeskriviet is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb kif stipulat fil-premessa 8. |
(34) |
Kull klabb tal-futbol professjonali Netherlandiż jeħtieġ liċenzja mill-KNVB, li jirċievi biss jekk jikkonforma ma' diversi obbligi. Wieħed mill-obbligi taħt is-sistema jikkonċerna s-saħħa finanzjarja tal-klabb. Jekk il-klabb ma jissodisfax l-obbligu, il-KNVB tista' tirtira l-liċenzja. Jekk jitwaqqaf klabb suċċessur, dan ma jitħalliex jidħol fil-ligs tal-futbol professjonali direttament, iżda jkollu jibda mit-tieni l-ogħla lig amatorjali. Bid-diffikultajiet tiegħu, id-Den Bosch irriskja li jitlef il-liċenzja tiegħu biex jipparteċipa f'kompetizzjonijiet professjonali. |
(35) |
In-Netherlands issuġġeriet li fid-dawl ta' dawn id-diffikultajiet id-deċiżjoni tal-muniċipalità li tirrinunzja selfa u li tikkumpensa lil FC Den Bosch għat-tbattil tal-kumpless tat-taħriġ użat minnu kienet subordinata għal numru ta' kundizzjonijiet stipulati fil-pjan ta' ristrutturar li ntlaħaq qbil bejn il-muniċipalità, il-kredituri l-oħra u FC Den Bosch. |
(36) |
Il-pjan ta' ristrutturar ġab miegħu struttura legali ġdida għal FC Den Bosch. Dan ġie ttrasformat minn klabb għal kumpanija b'responsabbiltà limitata (naamloze vennootschap (NV)), tnaqqis fin-numru tal-persunal u fil-grupp tal-plejers. Huwa ppreveda li n-numru ta' plejers b'kuntratt jitnaqqas għall-minimu impost mill-KNVB ta' 16. FC Den Bosch mhux se jixtri plejers fuq is-suq tat-trasferiment iżda se jikkuntratta biss plejers trasferibbli mingħajr ħlas. Dan wassal għal tnaqqis tal-ispiża tal-persunal u l-plejers ta' 17 %. |
(37) |
Kif stipulat fil-premessa 22, il-kredituri ta' FC Den Bosch b'kollox irrinunzjaw EUR 5,337 miljun fi djun għall-ekwità. Barra minn hekk, il-muniċipalità kkumpensat lill-klabb talli ħalla l-kumpless tat-taħriġ li kien uża sa dak iż-żmien b'ammont ta' EUR 1,4 miljun. B'dawn il-miżuri l-ekwità negattiva tal-klabb inbidlet f'ekwità moderatament pożittiva ta' EUR 0,63 miljun li ppermettiet it-trasformazzjoni tiegħu f'kumpanija b'responsabbiltà limitata. |
(38) |
Il-pjan kien maħsub biex iwassal għal pożizzjoni finanzjarja stabbli fuq perjodu ta' 3 snin. Huwa ppreveda telf dejjem jonqos fis-sena finanzjarja 2011/2012 u l-2012/2013 u profitt żgħir ta' EUR 0,1 miljun għas-sena finanzjarja 2013/2014. Dan ma jagħtix lok lil FC Den Bosch biex jikseb plejers tat-trasferiment. Fil-fatt, fis-sena tal-kontabilità 2011/2012, FC Den Bosch kien kapaċi jagħmel profitt ta' EUR 0,103 miljun, anke minħabba kuntratti ta' sponsorizzazzjoni aqwa milli previsti. |
4. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
4.1. Preżenza tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat
(39) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, l-għajnuna mill-Istat hija għajnuna li tingħata lil Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li tfixkel jew tipperikola li tfixkel jew thedded il-kompetizzjoni billi tipprovdi vantaġġ ekonomiku lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti beni sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi u b'hekk, biex miżura tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet kollha jridu jiġu ssodisfati. |
(40) |
Abbażi tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni se tivvaluta d-deċiżjoni tal-muniċipalità tal-21 ta' Ġunju 2011 li tirrinunzja pretensjoni subordinata ta' EUR 1,65 miljun fuq FC Den Bosch u li tikkumpensa lil FC Den Bosch b'EUR 1,4 miljun talli ħalla l-faċilitajiet tat-taħriġ tiegħu. Il-Kummissjoni tinnota li ż-żewġ azzjonijiet ġew ippreżentati flimkien u ġew deċiżi fl-istess laqgħa tal-kunsill muniċipali u li huma marbuta mill-qrib mil-lat tal-għan tagħhom u s-sitwazzjoni ta' FC Den Bosch f'dak iż-żmien. |
(41) |
Konsegwentement, dawn iż-żewġ miżuri għandhom jiġu vvalutati flimkien (9). F'dan il-każ, madanakollu, mill-valutazzjoni li ssegwi jidher ċar li ż-żewġ miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat meta jitqiesu b'mod separat. Inevitabbilment dan jimplika li l-miżuri jikkostitwixxu wkoll għajnuna mill-Istat meta jiġu vvalutati flimkien bħala miżura unika. |
4.1.1. L-użu tar-riżorsi tal-Istat
(42) |
Iż-żewġ miżuri ġew deċiżi mill-muniċipalità u dawn għandhom konsegwenzi finanzjarji għal din il-muniċipalità li jammontaw għal EUR 3,1 miljun. B'hekk jinvolvu l-użu tar-riżorsi tal-Istat u jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat. It-trasferiment tar-riżorsi tal-Istat jista' jieħu ħafna xejriet, bħal għotjiet diretti, self, garanziji, investiment dirett fil-kapital tal-intrapriżi u benefiċċji in natura. Ir-rinunzja tal-pretensjonijiet tal-Istat tikkostitwixxi wkoll trasferiment tar-riżorsi tal-Istat. |
4.1.2. Vantaġġ selettiv għal FC Den Bosch
(43) |
Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' intrapriża tittejjeb minħabba l-intervent tal-Istat ikun hemm vantaġġ. Sabiex dan jiġi vvalutat, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-intrapriża li ssegwi l-miżura għandha tiġi mqabbla mas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha f'każ li l-miżura ma tkunx ġiet introdotta. Bla dubju li s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ta' FC Den Bosch tjiebet sew permezz tal-miżuri li qed jiġu investigati. |
(44) |
Vantaġġ, fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li intrapriża ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet tas-suq normali (10),, jiġifieri fl-assenza ta' intervent tal-Istat li mhux iggwidat minn prinċipji kummerċjali. |
(45) |
In-Netherlands issostni li t-titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' FC Den Bosch huwa riżultat tat-tranżazzjonijiet ta' konformità tas-suq u b'hekk ma seħħx mingħajr ebda raġuni. Skont in-Netherlands, il-muniċipalità aġixxiet f'konformità mal- prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (minn hawn 'il quddiem: l-“MEIP”). |
4.1.2.1.
(46) |
Kif stipulat hawn fuq, id-deċiżjoni li tiġi rrinunzjata l-pretensjoni subordinata ta' EUR 1,65 miljun tinvolvi bidla ta' dejn ma' ekwità, segwita minn trasferiment ta' pretensjoni li tirriżulta għall-ekwità għal EUR 1. |
(47) |
Għalhekk l-ewwel jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk kreditur privat kienx jibdel id-djun mal-ekwità, bl-istess mod bħalma għamlet il-muniċipalità. Fil-każ ta' intrapriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-falliment, il-kreditur privat għandu żewġ opzjonijiet. Jew li jipproċedi bil-likwidazzjoni tal-intrapriża bil-għan li tal-anqas jirkupra parti mis-selfa tiegħu, jew inkella jista' jibdel is-selfa f'ishma biex jippermetti lill-intrapriża tkompli topera, bil-għan li ssir profittabbli għal darb'oħra, biex b'hekk l-ishma tagħha jiżdiedu fil-valur. Li kieku l-kredituri privati aġixxew bl-istess mod bħall-muniċipalità, u għal parti sinifikanti tad-djun ta' FC Den Bosch, wieħed seta' jassumi li l-imġiba tal-muniċipalità ssegwi l-MEIP. |
(48) |
Ir-rispett tal-MEIP jista' jiġi stabbilit meta tranżazzjoni titwettaq skont l-istess termini u kundizzjonijiet (u għalhekk bl-istess livell ta' riskju u gwadanji) u fl-istess ħin minn korpi pubbliċi u operaturi pubbliċi li qegħdin f'sitwazzjoni komparabbli (tranżazzjoni “pari passu”). F'dan il-każ jista' jiġi inferit li tali tranżazzjoni hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq (11). Huwa wkoll ta' importanza jekk l-intervent tal-operaturi privati għandux impatt ekonomiku reali u mhuwiex sempliċiment simboliku jew marġinali (12) u jekk il-punt tal-bidu tal-entitajiet pubbliċi u l-operaturi privati involuti huwiex komparabbli fir-rigward tat-tranżazzjoni. Min-naħa l-oħra, jekk il-korpi pubbliċi u l-operaturi privati li jinsabu f'sitwazzjoni simili jieħdu sehem fl-istess tranżazzjoni fl-istess ħin iżda taħt termini jew kundizzjonijiet differenti, dan normalment jindika li l-intervent tal-korp pubbliku mhuwiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. |
(49) |
Fil-każ taħt kunsiderazzjoni, il-punt tal-bidu tal-entitajiet pubbliċi u l-operaturi privati involuti kien komparabbli fir-rigward tat-tranżazzjoni. Il-kredituri kollha involuti fit-tranżazzjoni kellhom self mhux żgurat u mhux rikoverabbli. L-involviment tas-settur privat kien ukoll wieħed sinifikanti. Madanakollu, l-operaturi l-oħra mhumiex operaturi tas-suq sempliċi, kif diġà ġie indikat; jidher li kollha kemm huma huma marbuta b'xi mod jew ieħor mal-klabb. B'hekk ma jistax jiġi preżunt li aġixxew bil-ħsieb li jagħmlu profitt; il-partitarji pereżempju mhumiex operaturi tas-suq razzjonali li qed ifittxu li jagħmlu profitt. |
(50) |
Huwa ċar ukoll li t-tranżazzjoni seħħet taħt termini jew kundizzjonijiet differenti. Il-muniċipalità talbet aktar mill-kredituri l-oħra għar-rinunzja tad-dejn. Kif jidher fit-Tabella 2, b'sehem għal kull EUR 26,7 hija rċeviet relattivament aktar ishma mill-kredituri kummerċjali jew mingħajr skop ta' qligħ kollha l-oħra. Barra minn hekk, ir-ristrutturar tad-dejn ippermetta lil FC Den Bosch iħallas l-arretrati tal-kera tal-istejdjum lill-BIM: il-kumpanija li topera l-istejdjum li hija proprjetà tal-muniċipalità. Min-naħa l-oħra, il-kreditur […] irċieva ishma preferenzjali li jistgħu jagħtuh prijorità biex jirċievi dividendi possibbli aktar tard. Dan ifisser li mhuwiex eskluż li tal-anqas attur privat wieħed kiseb kundizzjonijiet aħjar mill-muniċipalità. L-evidenza ma tippermettix il-konklużjoni li l-muniċipalità aġixxiet pari passu mal-operaturi tal-ekonomija tas-suq meta qablet mal-bidla. |
(51) |
Mhuwiex ukoll probabbli li investitur privat kien jaqbel li jbigħ is-selfa mhux rikoverabbli tiegħu li tinbidel f'ekwità għall-prezz ta' EUR 1 lil fondazzjoni li tippjana li tbigħ ċertifikati għal dawn l-ishma għal EUR 100 għal kull sehem. Billi ma żammitx l-ishma, il-muniċipalità ħelset lilha nnifisha mill-uniku raġuni kummerċjali għal bidla ta' dejn ma' ekwità, it-tama jew l-aspettazzjoni, żgħira kemm hi żgħira li tara l-ishma jiksbu valur. Hija tat lil parti terza l-opportunità li tiġbor il-fondi billi tbigħ iċ-ċertifikati tal-ishma minflok li tagħmel dan hi stess jew li tal-anqas teħtieġ li jkollha sehem fl-introjtu tal-bejgħ (13). F'dak il-każ l-Istat żamm l-ishma tiegħu u kien ikun raġonevoli li jistenna profitt fil-futur. |
(52) |
Għalhekk, ir-rinunzja tad-dejn subordinat ma tistax tiġi marbuta mal-imġiba ta' operatur tas-suq razzjonali u tat vantaġġ lil FC Den Bosch li kieku ma kienx ikun jista' jikseb b'termini tas-suq. |
4.1.2.2.
(53) |
Fir-rigward tal-kumpless tat-taħriġ, in-Netherlands issostni li l-kumpens ta' EUR 1,4 miljun ġie kkalkulat f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-bejgħ tal-art u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpens tal-ispiża tas-sostituzzjoni, u b'hekk ma pprovdiex vantaġġ lil FC Den Bosch. Skont dik il-Komunikazzjoni, il-bejgħ tal-art u l-bini minn awtorità pubblika ma jikkostitwixxix għajnuna, l-ewwel meta l-awtorità pubblika taċċetta l-ogħla jew l-unika offerta wara l-proċedura tal-offerti mingħajr kundizzjoni, u t-tieni meta fl-assenza ta' tali proċedura tal-offerti il-prezz tal-bejgħ jiġi stabbilit tal-anqas għall-valur stabbilit minn valutazzjoni tal-espert indipendenti. |
(54) |
Il-gwida pprovduta mill-Komunikazzjoni tal-bejgħ tal-art, kif iddikjarat fl-introduzzjoni tagħha, “tikkonċerna biss il-bejgħ ta' art u bini li diġà kienu proprjetà tal-pubbliku. Din ma tikkonċernax l-akkwist pubbliku tal-art u l-bini jew is-self jew il-kiri tal-art u l-bini mill-awtoritajiet pubbliċi. Tali tranżazzjonijiet jistgħu jinkludu wkoll elementi ta' għajnuna tal-Istat.” |
(55) |
Fi kwalunkwe każ, il-mekkaniżmi stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-bejgħ tal-art huma biss għodod għall-istabbiliment dwar jekk l-Istat aġixxiex bħala investitur f'ekonomija tas-suq u għalhekk huma eżempji speċifiċi għall-applikazzjoni tat-test tal-MEIP għat-tranżazzjonijiet tal-art bejn entitajiet pubbliċi u privati (14). Għalhekk mhuwiex rilevanti jekk il-valutazzjoni tal-evalwazzjoni u l-akkwist tal-art issirx skont il-Komunikazzjoni tal-bejgħ tal-art jew mingħajr referenza għaliha. |
(56) |
Fil-każ tal-kumpless tal-isport li FC Den Bosch illibera, il-valutazzjoni tal-art, eżerċitata minn espert indipendenti kienet ibbażata fuq il-valur ta' sostituzzjoni aġġustat. Skont l-ispjegazzjonijiet tan-Netherlands, dan huwa l-valur li l-Istat ikollu jħallas fil-każ tar-rilokazzjoni tas-sid, abbażi tar-regoli legali għall-evalwazzjoni tal-proprjetà soġġetta għal eżerċizzju ta' esproprjazzjoni mhux ikkontestat. Dan mhuwiex konvinċenti. Il-bini u l-installazzjonijiet tal-kumpless, li nbnew minn FC Den Bosch, kienu diġà proprjetà tal-muniċipalità. FC Den Bosch użahom mingħajr fond lokatizju fit-tul. Il-valutazzjoni għalhekk ma kellhiex isseħħ abbażi ta' xenarju fejn FC Den Bosch kien ikun is-sid tal-bini. Barra minn hekk, il-valur ta' sostituzzjoni aġġustat jista' jvarja sew mill-valur tas-suq ta' ass. |
(57) |
Jidher ukoll li l-muniċipalità ma kellhiex pjanijiet speċifiċi għal dik l-art fil-mument tat-tranżazzjoni. Jidher b'mod ċar li t-tranżazzjoni kienet parti mill-miżuri ta' ristrutturar deċiżi mill-muniċipalità u kellha l-għan prinċipali evidenti li tipprovdi lil FC Den Bosch b'likwidità. Mhuwiex probabbli li l-muniċipalità kienet tidħol f'dan l-eżerċizzju f'dak il-punt fiż-żmien mingħajr dak l-objettiv. Wieħed jista' jsostni li bl-għibien tal-klabb tal-futbol fil-każ ta' falliment il-kumpless tal-isport ikun liberat mingħajr ebda indennizz. |
(58) |
Għalhekk jista' jiġi ddubitat li operatur tas-suq ieħor seta' kkonvinċa lill-muniċipalità biex tiżborżja EUR 1,4 miljun biex tillibera l-proprjetà li għaliha dan l-operatur lanqas biss kellu fond lokatizju fit-tul. Fi kwalunkwe każ l-ammont kien ikun ħafna aktar baxx. |
4.1.2.3.
(59) |
Għalhekk il-miżuri jagħtu vantaġġ selettiv lil FC Den Bosch fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
4.1.3. Effett fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni
(60) |
In-Netherlands iddubitat mill-impatt tal-għajnuna possibbli fuq is-suq intern għall-klabbs li ma jilagħbux futbol fil-livell Ewropew. Madanakollu, il-klabbs tal-futbol professjonali jitqiesu bħala impriżi u huma soġġetti għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Il-futbol professjonali joffri impjieg bi qligħ u jipprovdi servizzi għar-remunerazzjoni. Huwa żviluppa livell għoli ta' professjonaliżmu u b'hekk żied l-impatt ekonomiku tiegħu (15). |
(61) |
Għalkemm FC Den Bosch ma jipparteċipax f'kompetizzjonijiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali, bħala klabb tal-futbol huwa jagħmel użu minn attivitajiet ekonomiċi f'diversi swieq oħra, bħas-suq għat-trasferimenti għall-plejers professjonali, ir-reklamar, l-isponsorizzazzjoni, il-merchandising jew il-kopertura tal-midja. L-għajnuna lil klabb tal-futbol professjonali ssaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f'kull wieħed minn dawk is-swieq, li l-biċċa l-kbira tagħhom ikopru diversi Stati Membri. Għaldaqstant, jekk ir-riżorsi tal-Istat jintużaw biex jipprovdu vantaġġ selettiv lil klabb tal-futbol professjonali, irrispettivament mil-lig li jilgħab fih, tali għajnuna aktarx ikollha l-potenzjal li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (16). |
4.2. Valutazzjoni skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat
(62) |
Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-miżura ta' għajnuna favur FC Den Bosch tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. L-ebda waħda mid-derogi msemmija fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat ma tapplika għall-miżura ta' għajnuna inkwistjoni. Fir-rigward tad-derogi previsti fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tinnota li l-ebda wieħed mir-reġjuni tan-Netherlands ma jaqa' taħt id-deroga fl-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat. Il-miżura ta' għajnuna inkwistjoni la tippromwovi proġett importanti ta' interess Ewropew komuni, u lanqas ma sservi ta' rimedju għal disturb serju fl-ekonomija tan-Netherlands fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. Barra minn hekk, ma jistax jingħad li l-miżura ta' għajnuna tippromwovi l-konservazzjoni tal-kultura jew il-patrimonju fis-sens tal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat. |
4.2.1. Linji gwida applikabbli
(63) |
Fir-rigward tad-deroga fl-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat favur l-għajnuna biex ikun iffaċilitat l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi, tali għajnuna tista' tkun kompatibbli fejn ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali sa ċertu punt b'kuntrarju għall-interess komuni. |
(64) |
Għall-valutazzjoni tagħha tal-miżuri ta' għajnuna skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, il-Kummissjoni ħarġet għadd ta' Regolamenti, Oqfsa, Linji gwida u Komunikazzjonijiet dwar il-forom ta' għajnuna u l-għanijiet orizzontali jew tas-settur li għalihom tingħata l-għajnuna. Peress li FC Den Bosch fiż-żmien li ttieħdu l-miżuri kien qed iħabbat wiċċu ma' diffikultajiet finanzjarji u li l-għajnuna ngħatat mill-muniċipalità biex tindirizza dawk id-diffikultajiet, huwa xieraq li jiġi vvalutat jekk il-kriterji stipulati fil-Linji gwida (17) japplikawx u humiex issodisfati. |
(65) |
F'Lulju 2014, il-Kummissjoni ppubblikat il-Linji gwida l-ġodda tal-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' intrapriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (18). Madanakollu, dawn mhumiex applikabbli għal din l-għajnuna mhux notifikata mogħtija fl-2011. Skont il-punt 137 tal-linji l-gwida l-ġodda, dan ikun biss il-każ għal kull għajnuna ta' salvataġġ jew ristrutturar li tingħata mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel jekk parti mill-għajnuna jew l-għajnuna kollha tingħata wara l-pubblikazzjoni ta' dawk il-linji gwida f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-punt 138 tal-linji l-gwida l-ġodda, fil-każijiet kollha l-oħra l-Kummissjoni se twettaq l-eżami abbażi tal-linji gwida li kienu japplikaw dak iż-żmien li ngħatat l-għajnuna, u b'hekk, f'dan il-każ, dawk applikabbli qabel l-2014. |
4.2.2. FC Den Bosch bħala kumpanija f'diffikultà
(66) |
Skont il-punt 11 tal-Linji gwida, kumpanija tista' titqies f'diffikultà meta s-sinjali tas-soltu ta' ditta li tkun f'diffikultà jkunu preżenti, bħal telf dejjem jiżdied, fatturat jonqos, inventarji tal-istokk dejjem jikbru, kapaċità żejda, fluss tal-flus dejjem jonqos, jew dejn dejjem jiżdied. Kif stipulat fil-premessa 8, uħud minn dawn is-sinjali huma preżenti fil-każ ta' FC Den Bosch. Għalhekk kienet kumpanija f'diffikultà u l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat se tiġi vvalutata skont il-Linji gwida. |
4.2.3. Irkupru tal-vijabbiltà fuq terminu twil
(67) |
Fit-Taqsima 3.2, il-Linji gwida jitolbu li l-għotja tal-għajnuna trid tkun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar. Kif indikat fil-premessa 7, FC Den Bosch jikkwalifika bħala intrapriża żgħira. Skont il-punt 59 tal-Linji gwida, il-Kummissjoni tinnota li n-Netherlands ikkomunikat pjan ta' ristrutturar li jindirizza l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 34 sa 37 tal-Linji gwida. |
(68) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjoni tal-muniċipalità li tirrinunzja s-selfa tagħha lil FC Den Bosch u tħallsu biex jillibera l-kumpless tal-isport tiegħu segwiet analiżi dwar in-natura u l-kawżi tad-diffikultajiet ta' FC Den Bosch. L-għotja kienet subordinata għal numru ta' kundizzjonijiet bil-għan li jirkupraw il-vijabbiltà fuq terminu twil tad-ditta f'perjodu ta' żmien raġonevoli ta' tliet snin u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-KNVB biex ikompli jagħti l-liċenzja lil FC Den Bosch għal kompetizzjonijiet professjonali. Il-pjan ta' ristrutturar kien jinvolvi maniġment ġdid, tnaqqis fil-persunal u fil-grupp tal-plejers. Dan ikopri l-abbandun ta' kumpless tat-taħriġ kbir. B'hekk FC Den Bosch jipprevedi t-tfaddil fl-attività ewlenija tiegħu. Il-pjan ta' ristrutturar ma jiddependix fuq fatturi esterni li FC Den Bosch jista' jsegwi iżda ma jkollux kompletament taħt il-kontroll tiegħu, bħat-tisjib ta' sponsers ġodda u ż-żieda fin-numru ta' spettaturi. It-titjib kontinwu tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb hija prevista kif ukoll l-operat kontinwu tiegħu bħala klabb tal-futbol professjonali. L-iżvilupp kif stipulat fil-premessa 35 juri li l-pjan kien fil-fatt wieħed realistiku. |
4.2.4. Miżuri ta' kumpens
(69) |
Il-Punti 38 sa 42 tal-Linji gwida jitolbu li jittieħdu miżuri ta' kumpens minn benefiċjarju sabiex jitnaqqas l-effett tat-tfixkil tal-għajnuna u l-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali. Madanakollu, din il-kundizzjoni ma tapplikax għal intrapriżi żgħar. Kif stipulat fil-premessa 7, FC Den Bosch huwa intrapriża żgħira. |
4.2.5. Għajnuna limitata għall-inqas livell
(70) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-pjan ta' ristrutturar sa ċertu punt huwa ffinanzjat minn entitajiet privati esterni minbarra t-tfaddil intern li sar, f'konformità mal-punti 43 u 44 tal-Linji gwida. Diversi entitajiet privati qablu li jirrinunzjaw id-djun tagħhom ukoll. Il-kontribuzzjoni globali tal-kredituri u l-muniċipalità għall-finanzjament mill-ġdid ta' FC Den Bosch kienet ta' EUR 6,737 miljun (EUR 5.337 miljun ta' djun irrinunzjati flimkien ma' EUR 1,4 miljun għall-kumpless tat-taħriġ, jekk l-ammont kollu għall-kumpless tat-taħriġ jitqies bħala għajnuna). Il-25 % tal-kontribuzzjoni proprja meħtieġa għall-intrapriżi żgħar tkun ta' massimu ta' EUR 1,685. Entitajiet oħra minbarra l-Istat ikkontribwew EUR 3,687 miljun billi rrinunzjaw id-djun tagħhom (EUR 5,337 miljun bi tnaqqis tas-selfa tal-muniċipalità ta' EUR 1,65 miljun), fosthom intrapriża kummerċjali rrinunzjat EUR 1,865 miljun, li huwa aktar mill-25 % meħtieġ. |
(71) |
L-ammont tal-għajnuna kien meħtieġ. Skont il-pjan ta' ristrutturar dan kellu jwassal għal telf iżgħar fl-istaġuni tal-2011/2012 u l-2012/2013 u għal riżultati pożittivi moderati aktar tard. Dan ma kienx jippermetti lil FC Den Bosch jixtri plejers ġodda jew jattirahom b'salarji ogħla. |
4.2.6. Monitoraġġ u Rapport annwali
(72) |
Il-Punt 49 tal-Linji gwida jitlob lill-Istat Membru jikkomunika dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-pjan ta' ristrutturar permezz ta' rapporti dettaljati regolari. Il-Punt 51 jistabbilixxi kundizzjonijiet anqas stretti għall-SMEs, fejn it-trażmissjoni ta' kopji annwali tal-karta tal-bilanċ u r-rapporti tal-introjtu normalment jitqiesu suffiċjenti. In-Netherlands impenjat ruħha li tissottometti dawn ir-rapporti. |
4.2.7. Darba waħda, l-aħħar darba
(73) |
Skont il-Punti 72 sa 77 tal-Linji gwida, in-Netherlands speċifikat li FC Den Bosch ma rċeviex għajnuna ta' salvataġġ jew ta' ristrutturar fl-10 snin qabel l-għoti ta' din l-għajnuna. Barra minn hekk, impenjat ruħha li ma tagħtix għajnuna ġdida ta' salvataġġ jew ristrutturar lil FC Den Bosch matul perjodu ta' 10 snin. |
4.3. Konklużjoni
(74) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta' ristrutturar tad-dejn fir-rigward ta' FC Den Bosch jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Madanakollu, l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mill-muniċipalità lil FC Den Bosch tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Linji gwida u għalhekk ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt kuntrarju għall-interess komuni. Għalhekk, l-għajnuna hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
5. KONKLUŻJONI
(75) |
Il-Kummissjoni sabet li n-Netherlands implimentat illegalment l-għajnuna lil FC Den Bosch bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madanakollu, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil FC Den Bosch fl-2011 li tammonta għal EUR 1,65 miljun fil-forma ta' rinunzja tad-dejn ta' EUR 1,4 miljun imħallsa b'kunsiderazzjoni tat-tluq mill-kumpless tat-taħriġ tiegħu tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għajnuna għar-ristrutturar fil-Linji gwida u tista' titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li n-Netherlands implimentat favur il-klabb tal-futbol FC Den Bosch f''s-Hertogenbosch, u li tammonta għal EUR 3,05 miljun, hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.33584 (2013/C) (ex 2011/NN) – l-għajnuna tan-Netherlands għal ċerti klabbs tal-futbol professjonali Netherlandiżi bejn l-2008 u l-2011 – Stedina għas-sottomissjoni ta' kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 116, 23.4.2013, p. 19).
(2) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.
(3) L-Artikolu 2(2) tal-anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id- definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36) (intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 persuna u li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun).
(4) Tinsab f'Jan Sluyterstraat f''s-Hertogenbosch.
(5) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2); l-applikazzjoni ta' dawk il-linji gwida ġiet prolungata mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà tal-1 ta' Ottubru 2004 (ĠU C 296, 2.10.2012, p. 3).
(6) Il-Kawża SA.35131 (2013/N).
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-elementi tal-għajnuna fil-bejgħ tal-art mill-awtoritajiet pubbliċi (ĠU C 209, 10.7.1997, p. 3).
(*) Informazzjoni kunfidenzjali.
(8) Skont l-Artikolu 5:85 tal-Kodiċi Ċivili Netherlandiż, erfpacht (fond lokatizju twil) huwa dritt ta' proprjetà limitat li jagħti lill-propjetarju tagħha, “id-detentur ta' fond lokatizju”, id-dritt li jżomm u juża proprjetà immobbli ta' ħaddieħor.
(9) Il-Kawża T-11/95 BP Chemicalsv il-Kummissjoni EU:T:1998:199, il-paragrafi 170 ff; il-Kawża C-399/10 P u C-401/10 P Bouygues u Bouygues Télécom v il-Kummissjoni u Oħrajn EU:C:2013:175, il-paragrafi 103-104; u l-Każ T-1/12 Franza v il-Kummissjoni EU:T:2015:17, il-paragrafu 37.
(10) Il-Kawża C-39/94 l-SFEI u Oħrajn, ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 60; il-Kawża C-342/96 Spanja v il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41.
(11) F'dak ir-rigward, ara l-Kawża T-296/97 Alitalia v il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2000:289, il-punt 81.
(12) Pereżempju, fil-każ ta' Citynet Amsterdam, il-Kummissjoni qieset li żewġ operaturi privati li jieħdu terz tal-investimenti tal-ekwità totali f'kumpanija (meta wieħed iqis ukoll l-istruttura ta' parteċipazzjoni azzjonarja b'mod ġenerali u li l-ishma huma suffiċjenti biex jiffurmaw minoranza tal-imblukkar fir-rigward ta' kwalunkwe deċiżjoni strateġika tal-kumpanija) jistgħu jitqiesu bħala ekonomikament sinifikanti (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/729/KE tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-każ tal-għajnuna mill-Istat C53/06 (ex N 262/05, ex CP 127/04), investment mill-belt ta' Amsterdam fin-netwerk tat-tip fibre-to-the-home (FttH) (ĠU L 247, 16.9.2008, p. 27), il-premessi 96-100).
(13) Għalhekk ir-rinunzja tad-dejn mill-muniċipalità ma tistax tiġi mqabbla mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpanija Belġjana Sonaca fil-Kawża SA.35131 (2013/N).
(14) Skont dan it-test, l-ebda għajnuna mill-Istat ma tkun involuta meta f'ċirkostanzi simili investitur privat li jopera f'kundizzjonijiet tas-suq normali f'ekonomija tas-suq seta' ntalab jipprovdi l-miżuri inkwistjoni lill-benefiċjarju.
(15) Il-Kawża C-325/08 Olympique Lyonnais ECLI:EU:C:2010:143, il-punti 27 u 28; il-Kawża C519/04 P Meca-Medina and Majcen v Commission ECLI:EU:C:2006:492, il-punt 22; il-Kawża C-415/93 Bosman ECLI:EU:C:1995:463, il-punt 73.
(16) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-Ġermanja tal-20 ta' Marzu 2013 dwar il- Multifunktionsarena der Stadt Erfurt (Il-Kawża SA.35135 (2012/N)), il-punt 12, u Multifunktionsarena der Stadt Jena (Il-Kawża SA.35440 (2012/N)), avviżi fil-qosor f'ĠU C 140, 18.5.2013, p. 1, u tat-2 ta' Ottubru 2013 dwar il- Fußballstadion Chemnitz (Il-Kawża SA.36105 (2013/N)), avviż fil-qosor f'ĠU C 50, 21.2.2014, p. 1, il-punti 12-14; id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward Spanja tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-għajnuna possibbli mill-Istat lil erba' klabbs tal-futbol professjonali Spanjoli (Il-Kawża SA.29769 (2013/C)), il-punt 28, Real Madrid CF (Il-Kawża SA.33754 (2013/C)), il-punt 20, u għajnuna allegata favur tliet klabbs tal-futbol ta' Valencia (Il-Kawża SA.36387 (2013/C)), il-punt 16, ippubblikat f'ĠU C 69, 7.3.2014, p. 99.
(17) Ara l-premessa 15 u n-nota f'qiegħ il-paġna 5.
(18) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/30 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1992
tal-11 ta' Novembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2416 li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire
(notifikata bid-dokument C(2016) 7151)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2416 (2) tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire. |
(2) |
Informazzjoni reċenti ppreżentata mill-Istati Uniti tal-Amerika turi li ċerti żoni tat-territorju tagħhom li attwalment huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire issa ma għadhomx ħielsa minn dan l-organiżmu ta' ħsara. |
(3) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti tat informazzjoni li tindika li l-kontea ta' Chester f'Tennessee hija ħielsa minn dan l-organiżmu ta' ħsara. |
(4) |
Fid-dawl ta' dik l-informazzjoni, il-lista rispettiva taż-żoni rikonoxxuti bħala ħielsa minn dak l-organiżmu ta' ħsara għandha tiġi emendata. |
(5) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2416 għandha tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2416 huwa emendat b'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2416 tas-17 ta' Diċembru 2015 li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 128).
ANNESS
LISTA TA' ŻONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2416 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt 2(f), il-Kontej (Parroċċi) f'Louisiana, jitħassru l-entrati li ġejjin: Caldwell, Franklin, Winn. |
(2) |
Fil-punt 2(h), il-Kontej f'Minnesota, titħassar l-entrata li ġejja: Wabasha. |
(3) |
Fil-punt 2(i), il-Kontej f'Nebraska, jitħassru l-entrati li ġejjin: Antelope, Boone, Burt, Butler, Cedar, Colfax, Cuming, Dakota, Dixon, Dodge, Fillmore, Gage, Hamilton, Jefferson, Lancaster, Madison, Merrick, Nance, Platte, Polk, Saline, Saunders, Seward, Stanton, Thurston, York. |
(4) |
Fil-punt 2(l), il-Kontej f'Tennessee, l-entrata li ġejja tiddaħħal qabel Crockett: Chester |
(5) |
Fil-punt 2(m), il-Kontej f'Texas, jitħassru l-entrati li ġejjin: Anderson, Camp, Cherokee, Delta, Franklin, Gregg, Henderson, Hopkins, Lamar, Morris, Nacogdoches, Rains, Red River, Rusk, Sabine, San Augustine, Shelby, Smith, Titus, Upshur, Van Zandt, Wood. |
LINJI GWIDA
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/32 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/1993 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta' Novembru 2016
li tistabbilixxi l-prinċipji għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-monitoraġġ ta' skemi ta' protezzjoni istituzzjonali inklużi istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti (BĊE/2016/37)
Il-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 6(1) u (7) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2) u b'mod partikolari l-Artikoli 8(4), 49(3), 113(7), 422(8) u 425(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal- 10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 33(2)(b) u l-Artikolu 34(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skema ta' protezzjoni istituzzjonali (IPS) hija msemmija fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala arranġament kuntrattwali jew statutorju li jipproteġi l-istituzzjonijiet membri tagħha u b'mod partikolari tiżgura li għandhom il-likwidità u s-solvenza meħtieġa biex jevitaw il-falliment meta meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8(4), 49(3), 113(7), 422(8) u 425(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 33(2)(b) u l-Artikolu 34(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, ineħħu ċerti rekwiżiti prudenzjali biex jippermettu ċerti derogi għall-membri IPS. Barra minn hekk, l-Artikolu 113(7)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprovdi li l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tapprova u timmonitorja f'intervalli regolari l-adegwatezza tas-sistemi IPS għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju u l-Artikolu 113(7)(d) jeħtieġ lill-IPS tagħmel ir-reviżjoni tar-riskju tagħha stess. |
(2) |
Deċiżjonijiet minn awtoritajiet kompetenti biex jagħtu permessi u derogi fit-tifsira tal-Artikoli 8(4), 49(3), 113(7), 422(8) u 425(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 33(2)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u kull deċiżjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ tal-IPSs huma immirati lejn istituzzjonijiet ta' kreditu individwali. Bħala tali, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), bħala l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (4), huwa resonsabbli għall-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet sottomessi minn istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti u l-monitoraġġ ta' IPSs li jinkluduhom, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs) huma responsabbli għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi minn istituzzjonijiet ta' kreditu inqas sinifikanti u l-monitoraġġ ta' IPSs li jinkluduhom. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti ta' istituzzjonijiet ta' keditu sinifikanti u inqas sinifikanti li huma membri ta' IPSs fl-MSU u titħeġġeġ konsistenza fid-deċiżjonijiet addottati mill-BĊE u l-NCAs, il-BĊE adotta l-Linja Gwida (UE) 2016/1994 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/38) (5). Madankollu, huwa neċessarju li jiġi stabbilit proċess ikkoordinat għal deċiżjonijiet dwar membri tal-istess IPS li tikkonsisti minn istituzzjonijiet sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti, u biex il-BĊE u l-NCAs jadottaw approċċ ikkoordinat għall-monitoraġġ ta' dak l-IPS, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fost id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' istituzzjonijiet sinifikanti inqas sinifikanti li huma membri tal-istess IPS (iktar 'il quddiem imsejħin bħala “IPS ibrida”), |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din il-Linja Gwida tistabbilixxi l-prinċipji għall-koordinazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fir-rigward tal-valutazzjoni tal-IPSs għall-finijiet tal-għoti ta' permessi u derogi prudenzjali lil membri IPS, bis-saħħa tal-Artikoli 8(4), 49(3), 113(7), 422(8) u 425(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 33(2)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, u għall-monitoraġġ tal-IPSs li ġew irrikonoxxuti għall-finijiet prudenzjali.
2. Il-proċess ta' koordinazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-BĊE għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet superviżorji prudenzjali rilevanti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti, u r-responsabbiltà tal-NCAs għall-adozzjoni ta' tali deċiżjonijiet għal istituzzjoni ta' kreditu inqas sinifikanti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) għandhom japplikaw flimkien mad-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“tim ta' reviżjoni” jfisser tim kompost minn rappreżentanti tal-BĊE u tal-NCA li huwa s-superviżur dirett tal-membri IPS rilevanti. Dan it-tim huwa mwaqqaf għall-finijiet tal-koordinazzjoni tar-reviżjoni magħmula skont l-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(b) |
“koordinatur tat-tim tar-reviżjoni” tfisser membru tal-persunal tal-BĊE u membru tal-persunal tal-NCA appuntat skont l-Artikolu 6 u li jwettaq il-kompiti stabbiliti fl- Artikolu 8; |
(c) |
“applikant” ifisser membru IPS jew grupp ta' membri IPS rappreżentati minn entità waħda li tissottometti lill-BĊE jew l-NCA rilevanti applikazzjoni li titlob permess jew deroga bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1(1); |
(d) |
“IPS ibdrida” tfisser IPS komposta minn istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti u inqas sinifikanti; |
(e) |
“awtoritajiet kompetenti tal-MSU” tfisser il-BĊE u l-NCAs tal-Istati Membri parteċipanti. |
Artikolu 3
Livell ta' applikazzjoni
Meta kemm istituzzjoniijet ta' kreditu sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti li huma membri tal-istess IPS ibrida jissottomettu simultanjament applikazzjonijiet għall-permessi u derogi lill-BĊE, fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti, u lill-NCAs rilevanti, fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu inqas sinifikanti, il-BĊE u l-NCA rilevanti għandhom japplikaw il-proċess ta' koordinazzjoni u d-dispożizzjonijiet fuq il-monitoraġġ stabbiliti fil-Linja Gwida, inkluż kwalunkwe standard li jimmoniterja attivitajiet relatati ma' dak l-IPS.
KAPITOLU II
KOORDINAZZJONI TAL-VALUTAZZJONI IPS
Artikolu 4
Valutazzjoni kkoordinata
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-BĊE u tal-NCAs li jagħtu permessi u derogi msemmija fl-Artikolu 1(1), il-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet sottomessi simultanjament minn istituzzjoniijet ta' kreditu sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti, li huma membri tal-istess IPS ibrida, għandhom isiru konġuntament mill-BĊE u l-NCA relevanti.
Artikolu 5
Tim ta' reviżjoni
1. Għall-finijiet tal-koordinazzjoni tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi simultanjament minn istituzzjoniijet ta' kreditu sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti, li huma membri tal-istess IPS ibrida, għandu jitwaqqaf tim ta' reviżjoni meta l-BĊE u l-NCA rilevanti jirċievu applikazzjonijiet għal permess jew deroga bis-saħħa tad-dispożizzjoni applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2. Il-BĊE u l-NCA relevanti għandhom jaħtru superviżuri responsabbli għas-superviżjoni ta' kuljum tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jissottomettu l-applikazzjonijiet skont il-paragrafu 1 u membri tal-persunal li jwettqu sorveljanza ġenerali tal-funzjonament tas-sistema bħala membri tat-tim ta' reviżjoni. Il-kompożizzjoni tat-tim ta' reviżjoni u n-numru tal-membri tiegħu għandhom jiddependu fuq in-numru ta' membri IPS u l-importanza tal-istituzzjonijiet sinifikanti rilevanti.
3. It-tim ta' reviżjoni għandu jibqa' fis-seħħ sakemm id-deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet għall-permess jew għar-revoka jiġu adottati mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 6
Koordinaturi tat-tim ta' reviżjoni
1. Il-BĊE u l-NCA li tkun responsabbli għas-superviżjoni diretta tal-membri tal-IPS rilevanti għandhom jaħtru kull wieħed koordinatur wieħed sabiex jiġġestixxi l-proċess ta' valutazzjoni fir-rigward tal-applikazzjonijiet.
2. Jekk istituzzjonijiet sinifikanti li jiġu ssorveljati minn timijiet superviżorji konġunti differenti (JSTs) ikunu applikaw għall-istess permess jew deroga fost dawk elenkati fl-Artikolu 1(1), dawk il-JSTs jistgħu jiddeċiedu li jaħtru koordinatur komuni.
3. Il-koordinaturi għandhom ikunu responsabbli biex jaqblu fuq skeda ta' żmien u l-azzjonijiet neċessarji sabiex tiġi żviluppata fehma komuni fi ħdan it-tim ta' reviżjoni.
Artikolu 7
Notifika ta' applikazzjoni u twaqqif ta' tim ta' reviżjoni
1. Il-BĊE u l-NCA relevanti għandhom jinnotifikaw lil xulxin meta jirċievu kwalunkwe applikazzjoni minn istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti u inqas sinifikanti, li huma membri ta' IPS ibrida.
2. Meta jirċievu applikazzjonijiet sottomessi simultanjament il-BĊE u l-NCA għandhom jaħtru l-membri tagħhom tat-tim ta' reviżjoni.
Artikolu 8
Valutazzjoni tal-applikazzjonijiet
1. Il-kompletezza u l-idonjetà tal-applikazzjonijiet għandhom jiġu vvalutati indipendentement mill-BĊE u l-NCA relevanti. Jekk tkun meħtieġa iktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-applikant jipprovdi dik l-informazzjoni.
2. Il-BĊE u l-NCA għandhom jagħmlu valutazzjoni preliminari tal-applikazzjonijiet rispettivi separatament.
3. It-tim ta' reviżjoni għandu jiddiskuti l-eżitu preliminari tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet u jiftiehmu fuq l-eżitu finali, wara li jieħdu inkunsiderazzjoni kwalunkwe skadenza li tinsab fid-dritt amministrattiv nazzjonali jekk ikun xieraq.
4. Jekk it-tim ta' reviżjoni jaqbel li l-applikazzjonijiet u l-qafas organizzattiv tal-IPS jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 1(1), għandu jħejji nota li tiddeskrivi l-eżitu tal-valutazzjoni u jikkonferma li r-rekwiżiti huma ssodisfatti. Il-valutazzjoni tat-tim ta' reviżjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni mill-BĊE u l-NCAs meta jadottaw d-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom dwar jekk jagħtux permessi jew derogi.
5. Jekk ma tkunx tista' tintlaħaq fehma komuni fit-tim ta' reviżjoni dwar il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-kwistjoni tista' tintbagħat quddiem il-Bord Superviżorju għad-diskussjoni. Ir-riżultat tad-diskussjoni tal-Bord Superviżorju huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-BĊE u tan-NCA li jiddeċiedu jagħtux permess jew deroga.
Artikolu 9
Deċiżjonijiet
1. L-abbozz ta' deċiżjonijiet ippreparati mill-BĊE u l-NCA relevanti bbażati fuq l-eżiti miftiehma tal-valutazzjoni konġunta għandhom jintbagħtu għall-approvazzjoni lill-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti, jiġifieri l-Kunsill Governattiv tal-BĊE għal applikazzjonijiet sottomessi minn istituzzjoni ta' kreditu sinifikanti u l-korpi tan-NCAs rilevanti li jieħdu deċiżjonijiet għal applikazzjonijiet sotomessi minn istituzzjonijiet ta' kreditu inqas sinifikanti.
2. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-finijiet tal-monitoraġġ kontinwu tal-membri tal-IPS mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali li l-BĊE u l-NCA relevanti jistgħu jimponu fuq istituzzjoni ta' kreditu matul il-monitoraġġ.
KAPITOLU III
MONTORAĠĠ IPS
Artikolu 10
Koordinazzjoni tal-monitoraġġ
1. Il-BĊE u l-NCA responsabbli għas-superviżjoni ta' membru IPS tiegħu għandhom jimmonitorjaw f'intervalli regolari l-adegwatezza tas-sistemi IPS għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju bis-saħħa tal-Artikolu 113(7)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-IPS tagħmel ir-reviżjoni tar-riskju tagħha stess bis-saħħa tal-Artikolu 113(7)(d) tiegħu.
2. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-monitoraġġ u l-applikazzjoni ta' standards għoljin ta' superviżjoni il-BĊE u l-NCA relevanti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' monitoraġġ tagħhom. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu prodotti listi aġġornati ta' membri tal-persunal mill-BĊE u l-NCA.
3. Il-BĊE u l-NCA għandhom jaqblu fuq kwalunkwe skadenza u azzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ. Il-monitoraġġ għandu jsir tal-inqas kull sena, wara li jsiru disponibbli r-rapporti finanzjarji konsolidati jew aggregati mis-sena finanzjarja ta' qabel, ippreparati bis-saħħa tal-Artikolu 113(7)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 11
Monitoraġġ
1. Il-BĊE u l-NCA relevanti għandhom, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jagħmlu ġeneralment monitoraġġ permezz ta' attivitajiet mhux fis-sit. Meta jkun meħtieġ, il-BĊE u l-NCA relevanti jistgħu, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiddeċiedu li jagħmlu spezzjonijiet mmirati fis-sit fl-istituzzjonijiet ta' kreditu, li huma membri tal-IPSs, sabiex jivvalutaw l-konformità kontinwata tagħhom mal-kundizzjonijiet għall-permessi u d-derogi msemmija fl-Artikolu 1(1).
2. Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-IPS il-BĊE u l-NCA għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni superviżorja disponibbli fuq il-membri IPS, bħar-reviżjoni superviżorja u r-riżultati tal-proċess ta' valutazzjoni u r-rapportar superviżorju regolari.
3. Il-BĊE u l-NCA għandhom ta' kull sena jirrevedu r-rapport konsolidat/aggregat meħtieġ bis-saħħa tal-Artikolu 113(7)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li jagħtu attenzjoni b'mod partikoli għall-fondi IPS disponibbli.
Artikolu 12
Monitoraġġ tal-eżiti
1. Il-BĊE u l-NCA rilevanti għandhom jiftiehmu fuq ir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-monitoraġġ u, fejn ikun rilevanti, fuq kull miżura ta' aġġornament neċessarja, inkluża intensifikazzjoni tal-monitoraġġ.
2. Jekk ma tkunx tista' tintlaħaq fehma komuni bejn il-BĊE u l-NCA relevanti, il-kwistjoni tista' tintbagħat quddiem il-Bord Superviżorju għad-diskussjoni. Ir-riżultat tad-diskussjoni tal-Bord Superviżorju huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-BĊE u tan-NCA għas-superviżjoni prudenzjali tal-membri IPS rispettivi.
3. Jekk hemm elementi li jindikaw li r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 1(1) ma humiex iktar ssodisfatti u li l-eliġibbiltà tal-IPS jew uħud mill-membri tagħha u/jew il-permess jew derogi mogħtija jista' jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid, il-BĊE u l-NCA għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom li tista' tinkludi, kif ikun adatt, ir-revoka jew l-assenza ta' applikazzjoni tal-permessi u/jew derogi.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti tal-MSU.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-MSU.
2. L-awtoritajiet kompetenti MSU għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mit-2 ta' Diċembru 2016.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(5) Linja Gwida (UE) 2016/1994 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Novembru 2016 dwar l-approċċ għar-rikonoxximent ta' skemi ta' protezzjoni istituzzjonali għall-finijiet prudenzjali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bis-saħħa tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 (BĊE/2016/38) (ara l-paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/37 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/1994 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta' Novembru 2016
dwar l-approċċ għar-rikonoxximent ta' skemi ta' protezzjoni istituzzjonali għal skopijiet prudenzjali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (BĊE/2016/38)
Il-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(5)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 113(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skema ta' protezzjoni istituzzjonali (IPS) hija msemmija fl-Artikolu 113(7) fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala arranġament kuntrattwali jew statutorju li jipproteġi l-istituzzjonijiet membri tagħha u tiżgura li għandhom il-likwidità u s-solvenza meħtieġa biex jevitaw il-falliment meta meħtieġ. Skont dik id-dispożizzjoni,l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ineħħu ċerti rekwiżiti prudenzjali jew jippermettu ċerti eżenzjonijiet għal membri IPS. |
(2) |
Il- Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħala l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti, huwa responsabbli għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi minn dawk l-istituzzjonijiet. |
(3) |
Il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-IPSs għall-finijiet prudenzjali huma stipulati fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan ir-Regolament jagħti ftit diskrezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti meta jiżviluppaw il-valutazzjoni superviżorja meħtieġa għad-determinazzjoni jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, l-effettività u t-trasparenza, il-BĊE żied kapitolu ġdid fil-“Gwida tal-BĊE dwar opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fid-dritt tal-Unjoni” dwar l-approċċ għar-rikonoxximent ta' skemi ta' protezzjoni istituzzjonali (IPS) għall-finijiet prudenzjali (3) li tispeċifika kif il-BĊE se jivvaluta l-konformità tal-IPSs u l-membri tagħhom mal-kundizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq. |
(4) |
Il-BĊE huwa responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-MSU u, bħala parti mill-kompiti tas-sorveljanza tiegħu, għandu jiżgura l-konsistenza tal-eżiti superviżorji. F'dan il-kuntest, il-BĊE jista' joħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs), li f'konformità magħhom għandhom jitwettqu kompiti superviżorji adottati fir-rigward ta' istituzzjonijiet inqas sinifikanti. |
(5) |
Billi l-IPS tista' tikkonsisti minn istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti, huwa importanti li jiġi żgurat it-trattament konsistenti tal-membri tagħhom fi ħdan l-MSU, biex titrawwem il-konsistenza fid-deċiżjonijiet adottati mill-BĊE u l-NCAs. Għal IPS li l-membri tagħha jinkludu istituzzjonijiet ta' kreditu kemm sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti, huwa partikolarment importanti li kemm l-BĊE, li huwa responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet sinifikanti, u l-NCAs, li huma responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet inqas sinifikanti, jużaw l-istess speċifikazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà. L-użu tal-istess speċifikazzjonijiet mill-NCAs huwa meħtieġ wkoll fil-valutazzjoni tal-IPSs li jikkonsistu biss minn istituzzjonijiet inqas sinifikanti, billi l-kompożizzjoni tal-IPSs, kif ukoll il-klassifikazzjoni tal-membri tagħhom bħala sinifikanti jew inqas sinifikanti, tista' tinbidel maż-żmien. |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Din il- Linja Gwida tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-konformità tal-IPSs u l-membri tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex jiġi ddeterminat jekk il-permess fit-tifsira ta' dak l-Artikolu jistax jingħata lil istituzzjonijiet individwali. L-NCAs għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' istituzzjonijiet inqas sinifikanti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, id-definizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) għandhom japplikaw.
KAPITOLU II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-VALUTAZZJONI BIS-SAĦĦA TAL-ARTIKOLU 113(7) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 575/2013
Artikolu 3
L-Artikolu 113(7)(a) flimkien mal-Artikolu 113(6)(a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: valutazzjoni tal-istatus prudenzjali u d-domiċilju legali
Skont l-Artikolu 113(7)(a) flimkien mal-Artikolu 113(6)(a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġi vvalutat l-istatus prudenzjali u d-domiċilju legali tal-kontroparti l-NCAs għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk:
(a) |
il-kontroparti hijiex istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi ancillari suġġetta għal rekwiżit prudenzjali xierqa. |
(b) |
il-kontroparti li titlob il-permess hijiex stabbilita fl-istess Stat Membru. |
Artikolu 4
L- Artikolu 113(7) (a) meħud flimkien mal-Artikolu 113(6)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew ħlas mill-ġdid ta' obbligazzjonijiet mill-kontroparti lill-membri
Meta jivvalutaw jekk hemmx impediment materjali, prattiku jew legali kurrenti jew prevedibbli għat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet mill-kontroparti lill-membri skont l-Artikolu 113(7)(a) flimkien mal-Artikolu 113(6)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-NCAs għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk:
(a) |
l-azzjonijiet jew l-istruttura ġuridika tal-membri jistgħux jostakolaw it-trasferibbiltà ta' fondi proprji jew il-ħlas lura ta' obbligazzjonijiet; |
(b) |
il-proċess formali ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar it-trasferiment ta' fondi proprji bejn membri jiżgurax trasferimenti fil-pront; |
(c) |
ir-regolamenti (by-laws) tal-membri, kull ftehim tal-azzjonist, jew kull ftehim magħruf ieħor fihomx xi dispożizzjonijiet li jistgħu jostakolaw it-trasferiment ta' fondi proprji jew il-ħlas lura ta' obbligazzjonijiet mill-kontroparti; |
(d) |
kienx hemm diffikultajiet serji ta' ġestjoni jew kwistjonijiet ta' governanza korporattiva dwar il-membri, li jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq it-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew il-ħlas lura ta' obbligazzjonijiet; |
(e) |
kwalunkwe terza parti (6) tistax teżerċita kontroll fuq jew tipprevjeni t-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew il-ħlas lura ta' obbligazzjonijiet; |
(f) |
hemmx ebda indikazzjoni mill-passat dwar flussi ta' fondi bejn membri li juru l-kapaċità li fondi jiġu ttrasferiti fil-pront jew li jsir ħlas lura tal-obbligazzjonijiet. |
Ir-rwol u r-responsabbiltà ta' intermedjazzjoni tal-ġestjoni tal-kriżi tal-IPS biex tipprovdi fondi għall-appoġġ ta' membri fil-perikolu huwiex ikkunsidrat bħala fundamentali.
Artikolu 5
L-Artikolu 113(7)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kapaċità ta' IPS li tagħti l-appoġġ neċessarju fl-impenn tagħha
Meta jivvalutaw jekk hemmx arranġamenti fis-seħħ li jiżguraw li IPS tkun tista' tagħti l-appoġġ li impenjat ruħha li tagħti minn fondi li għandha faċilment disponibbli taħt l-Artikolu 113(7)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-NCAs għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk:
(a) |
l-arranġamenti jinkludux firxa wiesgħa ta' miżuri, proċessi u mekkaniżmi, li jikkostitwixxu l-qafas li fih topera IPS; Dan il-qafas għandu jinkludi serje ta' azzjonijiet possibbli, minn dawk inqas intrużivi għal miżuri iktar sostanzjali li huma proporzjonati ma' kemm hemm riskju fl-istituzzjoni benefiċjarja u kemm huma severi r-restrizzjonijiet finanzjarji, inkluż kapital dirett u appoġġ ta' likwidità. L-appoġġ jista' jkun kundizzjonali, pereżempju dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri ta' rkupru u ristrutturar mill-istituzzjoni; |
(b) |
l-istruttura ta' governanza tal-IPS u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq miżuri ta' appoġġ jippermettu li jingħata appoġġ fil-ħin; |
(c) |
jeżisti impenn ċar li jiġi pprovdut appoġġ meta, minkejja monitoraġġ preċedenti tar-riskji u miżuri ta' intervent kmieni, membru huwa, jew x'aktarx se jkun insolventi jew illikwidu u biex jiġi żgurat li l-membri tagħha jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji ta' fondi proprji u likwidità rilevanti; |
(d) |
l-IPS tagħmel testijiet ta' stress f'intervalli regolari għall-kwantifikazzjoni ta' kapital potenzjali u miżuri ta' appoġġ ta' likwidità; |
(e) |
il-kapaċità ta' assorbiment tar-riskju tal-IPS (li tikkonsisti minn fondi mħallsin, kontribuzzjonijiet potenzjali ex post u impenji paragunabbli) hija biżżejjed biex tkopri miżuri ta' appoġġ potenzjali meħuda fir-rigward tal-membri tagħha; |
(f) |
inħoloq fond ex ante sabiex jiġi żgurat li l-IPS għandha fondi għal miżuri ta' appoġġ faċilment disponibbli, u
|
L-IPSs jistgħu jiġu rrikonoxxuti bħala skemi ta' garanzija tad-depożiti bis-saħħa tad-Direttiva 2014/49/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u jistgħu jiġu permessi taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali biex jużaw l-mezzi finanzjarji disponibbli għal miżuri alternattivi sabiex jipprevjenu l-falliment ta' istituzzjoni ta' kreditu. F'dan il-każ l-NCAs għandhom jikkunsidraw il-mezzi finanzjarji disponibbli meta jivvalutaw id-disponibbiltà ta' fondi biex jagħtu appoġġ, wara li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iskopijiet differenti tal-IPSs, li għandhom l-għan li jipproteġu l-membri tagħhom, u l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, li l-kompitu ewlieni tagħhom huwa l-protezzjoni tad-depożituri kontra l-konsegwenzi tal-insolvenza ta' istituzzjoni ta' kreditu.
Artikolu 6
Artikolu 113(7)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Sistemi IPS għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju
L-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprovdi li IPS għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha sistemi adegwati u stipulati b'mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju, li jagħtu stampa sħiħa tas-sitwazzjonijiet ta' riskju tal-membri individwali kollha u tal-IPS inġenerali, b'possibbiltajiet korrispondenti ta' intervent; u dawk is-sistemi għandhom jimmonitorjaw b'mod adegwat l-iskoperturi inadempjenti skont l-Artikolu 178(1) tal-istess Regolament. Fil-valutazzjoni tal-konformità ma' din il-kundizzjoni, l-NCAs għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk:
(a) |
il-membri IPS humiex obbligati li jipprovdu l-korp ta' ġestjoni prinċipali tal-IPS b'dejta aġġornata dwar is-sitwazzjonijiet ta' riskju tagħhom f'intervalli regolari, inkluża informazzjoni fuq il-fondi proprji tagħhom u r-rekwiżiti tal-fondi proprji; |
(b) |
humiex fis-seħħ flussi ta' dejta xierqa korrispondenti u sistemi IT; |
(c) |
il-korp ta' ġestjoni prinċipali IPS jistabbilixxix standards uniformi u metodoloġiji għall-qafas tal-ġestjoni tar-riskju li għandu jiġi applikat mill-membri; |
(d) |
għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni ta' riskju mill-IPS hemmx definizzjoni komuni tar-riskji, humiex immoniterjati l-istess kategoriji tar-riskju għall-membri kollha, u l-istess livell ta' konfidenza u perjodu ta' żmien jintużax għall-kwantifikazzjoni tar-riskji; |
(e) |
is-sistemi IPS għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni ta' riskji jikklassifikawx il-membri skont is-sitwazzjoni ta' riskju tagħhom, jiġifieri l-IPS ddefinixxiet kategoriji differenti fejn tpoġġi l-membri tagħha biex tippermetti intervent bikri; |
(f) |
l-IPS tistax tinfluwenza s-sitwazzjoni tar-riskju tal-membri tagħha billi toħroġilhom struzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet, eċċ, pereżempju sabiex jiġu ristretti ċerti attivitajiet jew biex jenħtieġ tnaqqis ta' ċerti riskji. |
Artikolu 7
Artikolu 113(7)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Reviżjoni tar-riskju proprju tal-IPS
Meta tivvaluta jekk IPS tagħmilx il-valutazzjoni ta' riskju tagħha stess, li jiġi kkomunikat lill-membri individwali skont l-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-NCAs għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk:
(a) |
l-IPS vvalutatx f'intervalli regolari r-riskji u l-vulnerabbiltajiet tas-settur li jappartjenu għalih il-membri tiegħu; |
(b) |
ir-riżultati tar-reviżjoni tar-riskju humiex miġbura fil-qasir f'rapport jew dokument ieħor u huma ddistribwiti lill-korpi deċiżjonali rilevanti tal-IPS u/jew il-membri ftit wara li jkunu ġew iffinalizzati; |
(c) |
il-membri humiex informati bir-riskju ta' klassifikazzjoni tagħhom mill-IPS kif meħtieġ mill-Artikolu 113(7)(c). |
Artikolu 8
Artikolu 113(7)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rapport konsolidat jew aggregat IPS
L-Artikolu 113(7)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprovdi li IPS għandha tfassal u tippubblika fuq bażi annwali, rapport konsolidat li jinkludi l-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, li jirrigwarda l-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali inġenerali, jew rapport li jinkludi l-karta tal-bilanċ aggregata, il-kont tal-qligħ u t-telf aggregat, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, fir-rigward tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali inġenerali. Fil-valutazzjoni tal-konformità ma' din il-kundizzjoni, l-NCAs għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk:
(a) |
ir-rapport konsolidat jew aggregat huwiex ivverifikat minn awditur estern indipendenti fuq il-bażi ta' qafas ta' kontabbiltà rilevanti jew, jekk ikun applikabbli, il-metodu ta' aggregazzjoni; |
(b) |
l-awditur estern huwiex meħtieġ li jipprovdi opinjoni ta' verifika; |
(c) |
il-membri IPS kollha u kull sussidjarja, kull struttura intermedjarja bħal kumpanniji holding u l-entità li tiġġestixxi l-IPS innifisha (jekk hija entità ġuridika) humiex inklużi fl-ambitu tal- konsolidazzjoni/aggregazzjoni; |
(d) |
fil-każijiet fejn IPS tirrediġi rapport li jinkludi karta tal-bilanċ aggregata u kont tal-qligħ u t-telf aggregat, il-metodu ta' aggregazzjoni jistax jiżgura li l-iskoperturi intragrupp kollha humiex eliminati. |
Artikolu 9
Artikolu 113(7)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: avviż bil-quddiem tat-terminazzjoni ta' membru
L-NCAs għandhom jivverifikaw jekk il-kuntratt jew arranġamenti statutorji jinkludux dispożizzjoni li tobbliga lil membri tal-IPS li jagħtu avviż bil-quddiem tal-inqas ta' 24 xahar jekk jixtiequ jtemmu l-iskema.
Artikolu 10
Artikolu 113(7)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eliminazzjoni ta' użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu ta' fondi proprji
L-Artikolu 113(7)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprovdi li l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu ta' fondi proprji (“multiple gearing”) u kull ħolqien mhux xieraq ta' fondi proprji bejn membri IPS għandhom jiġu eliminati. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità ma' dan ir-rekwiżit, l-NCAs għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk:
(a) |
awditur estern li huwa responsabbli għall-verifika tar-rapport finanzjarju konsolidat jew aggregat jistax jikkonferma li dawn il-prattiki ġewx eliminati; |
(b) |
kull tranżazzjoni mill-membri waslitx għall-ħolqien mhux xieraq ta' fondi proprji fil-livell individwali, subkonsolidat jew kkonsolidat. |
Artikolu 11
Artikolu 113(7)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: sħubija wiesgħa
Meta tiġi vvalutata l-konformità mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 113(7)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġifieri li l-IPS għandha tkun ibbażata fuq sħubija wiesgħa tal-istituzzjonijiet ta' kreditu bi profil tan-negozju omogenju predominanti, l-NCAs għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni:
(a) |
jekk l-IPS għandhiex biżżejjed membri (fost l-istituzzjonijiet li huma potenzjalment eliġibbli għas-sħunija) biex ikopru kull miżura ta' appoġġ li jkollha timplimenta; |
(b) |
il-mudelli tan-negozju, l-istrateġiji tan-negozju, id-daqsijiet, il-klijenti, l-enfasi reġjonali, il-prodotti, l-istrutturi ta' finanzjament, il-kategoriji ta' riskju materjali, il-kooperazzjoni tal-bejgħ u l-ftehim ta' servizz tal-membri ma' membri IPS oħra eċċ; |
(c) |
jekk id-diversi profili ta' negozju tal-membri jippermettux il-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' riskju tagħhom bl-użu ta' sistemi stipulati li l-IPS għandha fis-seħħ bis-saħħa tal-Artikolu 113(7)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(d) |
is-setturi IPS huma ta' spiss ibbażati fuq kollaborazzjoni, li jfisser li istituzzjonijiet ċentrali u istituzzjonijiet speċjalizzati oħra fin-netwerk IPS joffru prodotti u servizzi lill-membri IPS oħra. Meta tiġi vvalutata l-omoġenjetà tal-profili tan-negozju l-NCA għandha tikkunsidra sa fejn l-attivitajiet tan-negozju tal-Membri huma relatati man-netwerk (prodotti u servizzi pprovduti lil banek lokali, servizzi lil klijenti kondiviżi, attivitajiet tas-suq kapitali, eċċ.). |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-NCAs.
2. L-NCAs għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mit-2 ta' Diċembru 2016..
Artikolu 13
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-NCAs.
Magħmula fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(3) Dan il-kapitolu tal-Gwida ġie adottat f'Lulju 2016. Il-verżjoni kkonsolidata tal-“Gwida tal-BĊE dwar opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fid-dritt tal-Unjoni” hija disponibbli fis- sit elettroniku tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarjafi www.bankingsupervision.europa.eu
(4) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(6) Parti terza hijiex kwalunkwe parti li ma hijiex parent, sussidjarja, membru ta' korp li jieħu deċiżjonijiet jew azzjonist ta' membru.
(7) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).