ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
12 ta' Novembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1977 tal-11 ta' Novembru 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1978 tal-11 ta' Novembru 2016 li japprova s-sustanza bażika żejt tal-ġirasol skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

23

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1979 tal-11 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

26

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1980 tat-8 ta' Novembru 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1981 tat-8 ta' Novembru 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tal-Iżvezja fil-Kumitat tar-Reġjuni

29

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1982 tat-8 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri ta' deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1983 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-miżura SA.33063 (2012/C, ex 2012/NN) għar-rigward ta' Trentino NGN s.r.l. wara l-irtirar tal-Italja mill-proġett (notifikata bid-dokument C(2014) 3159)  ( 1 )

32

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1977

tal-11 ta' Novembru 2016

li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu.

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Il-bidu

(1)

Fit-13 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antidumping dwar l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2). Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2016 mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tat-tubi tal-azzar mingħajr ġonġituri tal-Unjoni Ewropea (“l-ilmentaturi”). L-ilmentaturi jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni tal-pajpijiet u tat-tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm. L-ilment kien jinkludi evidenza dwar id-dumping u d-dannu materjali li jirriżultaw, li kienet biżżejjed sabiex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni.

1.2.   Il-partijiet interessati

(3)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lil importaturi magħrufa, fornituri u utenti, operaturi tas-suq, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem.

(4)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u / jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(5)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati, li hija kienet tqis lill-Ġappun, lir-Russja, lill-Korea t'Isfel u lill-Istati Uniti bħala pajjiżi terzi li potenzjalment għandhom ekonomija tas-suq (“pajjiżi analogi”), skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-produtturi ta' dawn il-pajjiżi kif ukoll lill-produtturi fil-Kanada, fl-Indja, fil-Messiku u fil-Venezwela, u stednithom biex jipparteċipaw.

1.3.   Il-kampjunar

(6)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.3.1.   It-teħid ta' kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

Fin-Notifika ta' Bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi mill-Unjoni fuq il-bażi tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dan il-kampjun provviżorju kien jikkonsisti minn erba' produtturi tal-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw 51 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-kampjun provviżorju, madankollu ma rċeviet l-ebda kumment.

(8)

L-investigazzjoni wriet li s-sitwazzjoni ekonomika u l-istruttura tal-akbar kumpanija fil-kampjun jistgħu ma jkunx jirrappreżentaw lill-industrija tal-Unjoni. Din għandha mudell kummerċjali differenti, minħabba li tiddependi fuq in-negozju taż-żejt u tal-gass għal aktar minn 60 % tal-bejgħ tagħha, u peress li tipproduċi ħafna iktar prodotti magħmulin apposta u li huma ta' kwalità għolja. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi minn (107) sa (108), il-profittabbiltà tagħha ddeterjorat b'mod konsistenti matul il-perjodu kollu li ttieħed inkonsiderazzjoni, li hija differenza oħra importanti apparagun tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni se tkompli tinvestiga jekk il-kumpanija tistax tirrappreżenta l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni. Jekk ikun f'loku, il-Kummissjoni se tikkunsidra passi oħra, anki billi tieħu inkonsiderazzjoni l-kumpaniji rilevanti.

(9)

Fi stadju provviżorju, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm din il-kumpanija fil-kampjun, iżda se terġa' tikkunsidra l-kwistjoni fid-dawl tal-kummenti li se tirċievi mingħand il-partijiet interessati.

1.3.2.   It-teħid ta' kampjuni tal-importaturi

(10)

Sabiex tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta' kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(11)

Ħames importaturi mhux relatati ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet importaturi fuq il-bażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

1.3.3.   It-teħid ta' kampjuni tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(12)

Il-Kummissjoni, sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, talbet lill-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(13)

Tnax-il produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erba' bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati rigward dan.

1.4.   Eżami individwali

(14)

Sitt produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina talbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Tlieta minnhom ġew inklużi fil-kampjun u għaldaqstant ġew eżaminati individwalment. L-eżami tat-tliet talbiet li kien fadal waqt l-istadju provviżorju tal-investigazzjoni kien ikun ta' piż bla bżonn minħabba l-iskadenzi qosra tal-investigazzjoni, ir-riżorsi limitati, u l-ammont ta' xogħol li s-servizzi tal-Kummissjoni attwalment għandhom. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk twettaqx xi eżami individwali għat-talbiet, wara l-istadju provviżorju tal-investigazzjoni.

1.5.   Formoli għal talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq

(15)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta' talba għal TES lill-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li ġew magħżula biex ikunu fil-kampjun, lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. L-ebda formola għal talba għal TES ma ġiet ppreżentata minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi.

1.6.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta' verifika

(16)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-kumpaniji kollha fil-kampjun fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu. It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand l-erba' (gruppi ta') produtturi esportaturi fil-kampjun mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li kkooperaw, l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u tliet importaturi mhux relatati. L-ebda utent ma ppreżenta ruħu.

1.7.   Żjarat ta' verifika

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja sabiex tiddetermina b'mod provviżorju d-dumping, id-dannu li jirriżulta kif ukoll l-interessi tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

ArcelorMittal Tubular products Roman, ir-Rumanija

Huta Batory, il-Polonja

Vallourec Deutschland GmbH, il-Ġermanja

Z-Group, ir-Repubblika Ċeka

(b)

Produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ):

Hubei Xinyegang Group:

Hubei Xinyegang Steel Co., Ltd. (esportatur relatat fir-RPĊ)

Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd. (produttur relatat fir-RPĊ)

Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd.

Hengyang Valin Group:

Hengyang Steel Tube Group International Trading Inc. (esportatur relatat fir-RPĊ)

Hengyang Valin MPM Co., Ltd. (produttur relatat fir-RPĊ)

Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd.

(c)

Produttur fil-pajjiż analogu:

TAMSA, il-Messiku

1.8.   Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(18)

L-investigazzjoni ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-analiżi tax-xejriet relevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2012 u tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(19)

Il-prodott ikkonċernat huma ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet 7304 19 90, ex 7304 29 90, 7304 39 98 u 7304 59 99 (“il-prodott ikkonċernat”).

(20)

Il-prodott ikkonċernat jintuża f'medda wiesgħa ta' applikazzjonijiet, pereżempju fl-industrija tal-gass u taż-żejt, f'impjanti tal-enerġija, u fil-kostruzzjoni.

2.2.   Prodott simili

(21)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Messiku, li serva bħala pajjiż analogu; kif ukoll

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(22)

F'dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Oġġezzjonijiet rigward id-definizzjoni tal-prodott

(23)

L-ebda oġġezzjoni ma saret rigward id-definizzjoni tal-prodott.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Il-pajjiż analogu

(24)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie determinat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħluq f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq ġaladarba l-ebda produttur esportatur ma ngħata TES. Għal dan il-għan, kellu jintgħażel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”).

(25)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lil partijiet interessati, li hija kienet tqis li l-Ġappun, ir-Russja, il-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti potenzjalment jistgħu jkunu pajjiżi analogi adegwati, u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

(26)

Il-Kummissjoni talbet lil tlettax-il produttur tal-prodott simili fil-Kanada, fl-Indja, fil-Ġappun, fir-Russja, fil-Korea t'Isfel, fil-Messiku, fl-Istati Uniti tal-Amerika u fil-Venezwela biex jagħtu informazzjoni. Ikkooperat kumpanija waħda biss li tinsab fil-Messiku. Din il-kumpanija wieġbet għall-kwestjonarju tal-pajjiż analogu u qablet li ssir verifika fuq il-post rigward dak li wieġbet.

(27)

Is-suq domestiku fil-Messiku għandu kompetizzjoni adegwata u d-daqs tiegħu huwa kkunsidrat bħala adegwat, u għandu firxa ta' madwar 20 000 tunnellata fis-sena. Dazju ta' 5 % huwa applikat fuq l-importazzjonijiet tal-biċċa l-kbira tal-prodotti ta' pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri li joriġinaw mill-pajjiżi kollha. Il-kumpanija li kkooperat tirrappreżenta aktar minn 60 % tas-sehem mis-suq tas-suq domestiku. Madankollu l-importazzjonijiet għandhom ukoll sehem sostanzjali mis-suq, u jirrappreżentaw aktar minn 22 % tas-suq domestiku Messikan, li juri li f'dan is-suq hemm kompetizzjoni.

(28)

F'dan l-istadju l-Kummissjoni kkonkludiet li l-Messiku hu pajjiż analogu adegwat skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.   Valur normali

(29)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi li kkooperaw fil-pajjiż analogu intużat bħala bażi sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(30)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-akkwirenti indipendenti fis-suq domestiku jkun jirrappreżenta tal-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b'esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali mill-produttur li kkoopera tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(31)

Imbagħad, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħin fuq livell domestiku fil-pajjiż analogu li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta' prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat b'bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(32)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk, il-bejgħ domestiku mill-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu ta' kull tip ta' prodott li huwa identiku jew paragunabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kienx rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-bejgħ domestiku ta' xi tip ta' prodott fil-pajjiż analogu kien jammonta għal anqas minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ bl-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' tip ta' prodott identiku jew komparabbli, u għalhekk ma kienx rappreżentattiv.

(33)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(34)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li l-bejgħ domestiku kollu ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI.

(35)

Peress li ma kienx hemm bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta' xi tipi ta' prodott bħall-prodott simili matul il-proċess normali tal-kummerċ fil-pajjiż analogu, il-Kummissjoni ħolqot il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(36)

Għat-tipi ta' prodotti mhux mibjugħin fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu, intużaw l-ispejjeż medji ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ (“SG&A” - selling, general and administrative costs) kif ukoll il-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru matul il-proċess normali tal-kummerċ fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta' prodott mhux mibjugħin fis-suq domestiku fil-pajjiż analogu, intużaw l-ispejjeż medji ponderati ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ (“SG&A”) kif ukoll il-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha li saru matul il-proċess normali tal-kummerċ fis-suq domestiku.

(37)

Għadd sinifikanti ta' tipi ta' prodott esportati mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni ma setgħux jitqabblu direttament mat-tipi ta' prodott immanifatturati fil-pajjiż analogu. Għalhekk, il-valur normali għal dawn it-tipi ta' prodott li ma jaqblux kellu jinħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-manifattura tal-produttur tal-pajjiż analogu flimkien ma' ammont raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt. Għalhekk, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku billi ġew miżjudin mal-ispiża medja tal-manifattura tat-tip ta' prodott rilevanti, l-ispejjeż medji ponderati ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ (SG&A) (4) li saru (1 % - 10 %) u l-profitt medju ponderat (4) (9 % – 19 %) li għamel il-produttur fil-pajjiż analogu mill-bejgħ domestiku fil-proċess normali tal-kummerċ matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(38)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni direttament lil konsumaturi indipendenti jew inkella permezz ta' kumpaniji esportaturi relatati li jinsabu fil-pajjiż ikkonċernat. L-ebda esportazzjoni ma saret permezz ta' importaturi relatati li jinsabu fl-Unjoni.

(39)

Billi l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li tħallas realment jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Paragun

(40)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika.

(41)

Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(42)

Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni, għall-ispejjeż anċillari, tal-immaniġġjar u tat-tagħbija li jvarjaw minn 2 % sa 12 %, għall-ispejjeż tal-kreditu li jvarjaw minn 0,01 % sa 0,3 %, għas-senseriji li jvarjaw minn 0,1 % sa 2 % u għat-tariffi bankarji li jvarjaw minn 0,02 % sa 0,3 %, meta ntwera li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezzijiet.

(43)

Iċ-Ċina tapplika l-politika tar-rimborż tal-VAT b'mod parzjali biss fil-mument tal-esportazzjoni u f'dan il-każ it-8 % VAT mhix rimborżata. Sabiex jiġi żgurat li l-valur normali ntwera bl-istess livell ta' tassazzjoni bħal tal-prezz tal-esportazzjoni, il-valur normali ġie aġġustat aktar 'il fuq permezz ta' dik il-parti tal-VAT imposta fuq l-esportazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri ta' dijametru kbir li ma ġietx mogħtija lura lill-produtturi esportaturi Ċiniżi (5).

3.5.   Marġnijiet tad-dumping

(44)

Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat ta' kull tip ta' prodott simili fil-pajjiż analogu (ara l-premessi minn (29) sa (37) iktar 'il fuq) mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(45)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, filwaqt li ġew injorati l-marġnijiet tal-produtturi esportaturi b'marġnijiet ta' dumping żero u de minimis, kif ukoll il-marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(46)

Għall-produtturi esportaturi kollha l-oħrajn fil-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġnijiet ta' dumping abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta' kooperazzjoni huwa l-volum ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' produtturi esportaturi li kkooperaw, mogħti bħala proporzjon tal-valur totali tal-esportazzjonijiet — kif irrappurtat fl-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Eurostat — mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni

(47)

Il-livell ta' kooperazzjoni f'dan il-każ huwa għoli minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu 85 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni ta' dumping residwu fil-livell tal-kumpanija bl-ogħla marġni ta' dumping inkluża fil-kampjun.

(48)

Il-marġnijiet provviżorji ta' dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni provviżorju ta' dumping (%)

Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd

45,4

Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd

103,8

Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd

43,5

Hengyang Valin MPM Co., Ltd

94,1

Il-produtturi l-oħra li kkooperaw

74,7

Il-produtturi l-oћra kollha

103,8

4.   L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

4.1.   L-industrija tal-Unjoni

(49)

Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn seba' produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dawn huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn 'il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

4.2.   Il-produzzjoni tal-Unjoni

(50)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, bħall-informazzjoni ppreżentata fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni mdaħħla fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu tal-investigazzjoni.

(51)

Abbażi ta' dan, il-produzzjoni kollha tal-Unjoni kienet stmata li hija madwar 227 000 tunnellata matul il-PI. Din iċ-ċifra tinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni, kemm tal-produtturi inklużi fil-kampjun u kemm stima tal-produzzjoni tal-produtturi mhux inklużi fil-kampjun.

4.3.   Teħid ta' kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(52)

Kif indikat fil-premessa (7), erba' produtturi tal-Unjoni ġew inklużi fil-kampjun u jirrappreżentaw 51 % tal-produzzjoni totali stmata fl-Unjoni tal-prodott simili.

5.   ID-DANNU

5.1.   Konsum tal-Unjoni

(53)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet totali. Il-konsum tal-Unjoni bejn l-2012 u l-2014 naqas, u tjieb moderatament fl-2015. Il-konsum tal-Unjoni naqas kumplessivament b'10 % waqt il-perjodu kkunsidrat.

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Konsum (f'tunnellati)

176 751

171 538

155 031

158 539

Indiċi (2012 = 100)

100

97

88

90

Sors: il-Kummissjoni Ewropea (Eurostat), l-ilment u t-tweġibiet għall-kwestjonarju.

5.2.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat

5.2.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(54)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, instab li żviluppaw f'termini ta' volum u ta' sehem mis-suq kif ġej:

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Volum (f'tunnellati)

39 195

35 337

41 590

42 539

Indiċi (2012 = 100)

100

90

106

109

Is-sehem mis-suq tal-konsum tal-UE (%)

22,2

20,6

26,8

26,8

Indiċi (2012 = 100)

100

93

121

121

Sors: il-Kummissjoni Ewropea (Eurostat), l-ilment u t-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(55)

Wara tnaqqis fl-2013, il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu b'mod qawwi fl-2014 u baqgħu stabbli fl-2015. B'mod ġenerali, l-importazzjonijiet żdiedu b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 39 000 tunnellata għal 42 500 tunnellata matul il-PI, f'kuntest ta' tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b'mod sinifikanti, minn 22,2 % għal 26,8 % matul il-perjodu kkunsidrat.

5.2.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(56)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina:

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Prezz medju f'EUR/tunnellata

913

927

965

910

Indiċi (2012 = 100)

100

102

106

100

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (Eurostat).

(57)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-istatistiċi tal-importazzjoni tal-Eurostat. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu kemm kemm ogħla fl-2014 milli fis-snin preċedenti, iżda fl-2015, il-prezzijiet reġgħu lura għal-livelli inizjali tagħhom.

(58)

Madankollu, il-medja tal-prezzijiet tal-importazzjoni jiddependu fuq it-taħlita tal-prodott, b'mod partikolari fuq il-grad tal-azzar, u dan ma jidhirx fl-istatistiki dwar il-kummerċ. Filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha kien ta' EUR 910/tunnellata waqt il-PI, l-prezz medju tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun kien ta' EUR 1 102/tunnellata, li kien ivarja minn EUR 946/tunnellata għal EUR 1 444/tunnellata.

(59)

Kif jidher fil-premessa (79), il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina baqgħu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu.

(60)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm twaqqigħ fil-prezzijiet matul il-PI, u sa liema punt il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mitlubin lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni u aġġustati għal livell mill-fabbrika billi tnaqqsu l-ispejjeż reali tal-konsenja (EUR 43,4/tunnellata), is-senseriji (EUR 51/tunnellata), l-iskontijiet differiti (EUR 132,2/tunnellata) u l-ispejjeż tal-kreditu (EUR 3,28/tunnellata), ġew imqabblin mal-prezzijiet medji ponderati korrispondenti skont it-tip ta' prodott tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, wara li ġew miżjudin l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni u tal-immaniġjar (1,82 % tal-valur CIF).

(61)

Sabiex isir paragun ġust fl-istess livell ta' kummerċ bħal dak tal-importazzjonijiet Ċiniżi, tqies biss il-bejgħ tal-Unjoni lill-operaturi tas-suq u lid-distributuri. Il-bejgħ dirett lill-utenti aħħarija ġie eskluż mill-analiżi għaliex il-bejgħ dirett lill-utenti aħħarija kien jinvolvi tipikament rekwiżiti addizzjonali speċifiċi li kienu jwasslu għal prezzijiet ogħla minn dak tal-bejgħ lill-operaturi tas-suq u lid-distributuri meta kienu jinżammu r-rekwiżiti standard. B'riżultat ta' dan, il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li ġie użat għat-tqabbil tat-twaqqigħ tal-prezzijiet kien ta' EUR 1 359/tunnellata (matul il-perjodu ta' investigazzjoni), filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ ikun ta' EUR 1 584/tunnellata meta jittieħed inkonsiderazzjoni l-bejgħ kollu.

(62)

Ir-riżultat tat-tqabbil, meta muri bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-PI wera marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezz li jvarja bejn il-15,1 % u t-30,2 %.

5.3.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.3.1.   Kummenti preliminari

(63)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping miċ-Ċina fl-industrija tal-Unjoni inkludew evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat.

(64)

Kif imsemmi fil-premessa (7), il-kampjunar intuża għall-analiżi tad-dannu possibbilment imġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(65)

Sabiex jiġi analizzat id-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Bħala indikaturi makroekonomiċi hija użat il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs reali tal-marġni ta' dumping u l-irkupru minn dumping imgħoddi. Hija analizzat ukoll il-prezzijiet medji tal-bejgħ, l-ispiża għal kull unità, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-abbiltà li jiżdied il-kapital, l-istokks u l-kost lavorattiv tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bħala indikaturi mikroekonomiċi.

(66)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara t-tnedija tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tistabbilixxi indikaturi makroekonomiċi, u b'mod partikolari d-dejta li għandha x'taqsam ma' produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun. Id-dejta statistika tal-ilmentatur ġiet ivverifikata fis-sede tal-ilmentatur.

(67)

L-indikaturi mikroekonomiċi ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata li ngħatat mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju.

5.3.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.3.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(68)

Ix-xejriet tal-produzzjoni tal-Unjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat. L-investigazzjoni wriet li ċerti linji tal-produzzjoni użati għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat kienu wkoll użati għall-produzzjoni ta' prodotti oħra, jiġifieri għal pajpijiet b'dijametru iżgħar. Għaldaqstant, it-tabella telenka l-volum totali tal-produzzjoni bi prodotti oħra inklużi, kif ukoll il-volum tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

300 714

313 941

288 749

227 023

Indiċi (2012 = 100)

100

104

96

75

Il-volum tal-produzzjoni tal-prodotti kollha (tunnellati)

404 996

415 552

378 981

321 378

Indiċi (2012 = 100)

100

103

94

79

Il-kapaċità ta' produzzjoni tal-prodotti kollha (tunnellati)

644 339

644 339

644 339

644 339

Indiċi (2012 = 100)

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità għall-prodotti kollha (%)

63

64

59

50

Indiċi (2012 = 100)

100

103

94

79

Sors: L-ilment, it-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(69)

Il-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat naqset matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fil-produzzjoni kien aktar mgħaġġel mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni.

(70)

Peress li l-istess makkinarju jista' jintuża kemm għall-produzzjoni tal-prodott simili kif ukoll għal pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri ta' dijametru iżgħar, il-kapaċità u l-użu tal-produzzjoni ġew ikkalkulati għat-tipi kollha ta' pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri. Ma hemmx makkinarju li huwa limitat biss għal pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri b'dijametru li jaqbeż l-406,4 mm li jista' jittieħed inkonsiderazzjoni sabiex jiġi kkalkulat l-użu tal-kapaċità għall-prodott simili biss. F'kull każ jidher, li t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni tal-prodotti kollha jirrifletti t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-kapaċità baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, peress li la kien hemm xi kapaċità ta' produzzjoni ġdida li qed tiġi miżjuda u lanqas xi waħda li tingħalaq. L-użu tal-kapaċità naqset, f'konformità mat-tnaqqis fil-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni.

5.3.2.2.   Il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir

(71)

Il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inkluda parti żgħira mill-bejgħ tal-kumpaniji relatati. Il-bejgħ tal-kumpaniji relatati kien jirrappreżenta 3 % tal-konsum tal-Unjoni. Il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir ġew għalhekk ivvalutati separatament għall-bejgħ relatat u għas-suq ħieles (il-bejgħ mhux relatat).

(72)

Ix-xejriet rigward il-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-volum tal-bejgħ (tunnellati)

132 241

119 894

95 054

100 975

Indiċi (2012 = 100)

100

91

72

76

Is-sehem mis-suq tal-konsum tal-UE (%)

75

70

61

64

Indiċi (2012 = 100)

100

93

82

85

Volum tal-bejgħ għall-bejgħ relatat (tunnellati)

11 505

5 689

7 171

4 971

Indiċi (2012 = 100)

100

49

62

43

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ relatat (%)

7

3

5

3

Indiċi (2012 = 100)

100

51

71

48

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (Eurostat), l-ilment, it-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(73)

Fil-kuntest ta' tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, il-volum tal-bejgħ naqas mill-2012 sal-2014, u tjieb kemm kemm fl-2015. Kollox ma' kollox, il-bejgħ tal-Unjoni naqas b'24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala riżultat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 75 % għal 64 %.

(74)

Il-bejgħ relatat naqas b'iktar min-nofs, minn 11 000 tunnellata u anqas minn 5 000 tunnellata. Is-sehem globali tal-bejgħ kien żgħir, 3 % tal-konsum tal-Unjoni fil-PI. Il-bejgħ relatat seħħ fil-kuntest ta' attività ta' negozju. Il-prodotti ġew sussegwentement mibjugħa mill-ġdid u ma kinux użati b'mod ristrett mill-kumpaniji relatati.

5.3.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(75)

L-impjiegi naqsu minn 3 256 fl-2012 għal 2 824 fil-PI (2015). L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni ġew ikkalkulati billi ttieħed inkonsiderazzjoni l-għadd ta' impjegati li jaħdmu l-prodott ikkonċernat, meta disponibbli, jew billi l-impjiegi kollha tal-produtturi ġew allokati b'mod proporzjonali għas-sehem tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-produttività, mkejla bħala l-produzzjoni f'tunnellati għal kull persuna impjegata kull sena, l-ewwel tjiebet fl-2013 meta l-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet, iżda mbagħad reġgħet naqset f'konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-produzzjoni ġiegħel lill-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas l-għadd ta' xifts għal kull ħaddiem, li jfisser li l-għadd ta' ħaddiema naqas b'mod inqas drastiku meta mqabbel mal-produzzjoni tal-Unjoni.

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Numru ta' impjegati

3 256

2 851

3 192

2 824

Indiċi (2012 = 100)

100

88

98

87

Produttività (tunnellati metriċi/impjegat)

92

110

90

80

Indiċi (2012 = 100)

100

119

98

87

Sors: L-ilment, it-tweġibiet għall-kwestjonarju

5.3.2.4.   Id-daqs reali tal-marġni ta' dumping u l-irkupru minn dumping imgħoddi

(76)

Il-marġnijiet ta' dumping ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun huma konsiderevoli (ara l-premessa (48)). Meta jitqiesu l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina diskussi hawn fuq, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies li huwa negliġibbli.

(77)

Ma nstab li seħħ l-ebda dumping qabel.

5.3.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.3.3.1.   Il-prezzijiet medji tal-bejgħ għal kull unità fis-suq tal-Unjoni u l-ispiża għal kull unità tal-produzzjoni

(78)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqsu b'14 % mill-2012 sal-PI.

(79)

Matul l-istess perjodu, l-ispejjeż tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 8 %. Dan kien prinċipalment minħabba ż-żieda fl-ispejjeż ġenerali għal kull tunnellata. Il-volum tal-bejgħ naqas, u b'konsegwenza ta' dan, l-ispejjeż ġenerali waqgħu fuq volumi ta' bejgħ iżgħar, u b'hekk żdiedu l-ispejjeż ġenerali medji għal kull tunnellata. Bħala riżultat ta' dan, l-industrija bdiet tagħmel it-telf mill-2013 'il quddiem.

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati

1 839

1 679

1 773

1 584

Indiċi (2012 = 100)

100

91

96

86

L-ispiża għal kull unità tal-merkanzija mibjugħa (EUR/tunnellata)

1 733

1 713

1 942

1 873

Indiċi (2012 = 100)

100

99

112

108

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

5.3.3.2.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' kapital

(80)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus tal-produtturi tal-Unjoni, l-investiment, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw kapital żviluppaw kif ġej:

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil akkwirenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

+ 5,7

– 2,0

– 9,5

– 18,3

Fluss tal-flus (EUR)

9 480 887

8 224 523

14 894

3 814 661

Investimenti (EUR)

2 522 406

5 241 449

2 642 167

2 465 992

Indiċi (2012 = 100)

100

208

105

98

Redditu fuq l-investiment (%)

16,6

– 6,2

– 27,7

– 53,6

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(81)

Il-profittabbiltà intweriet bħala profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lill-klijenti fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dan il-bejgħ.

(82)

Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu qed jagħmlu profitt fl-2012 (5,7 %), iżda bdew jagħmlu t-telf mill-2013 'il quddiem.

(83)

Il-fluss tal-flus, li hija l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha stess baqa' pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat iżda f'livell li ddgħajjef b'mod sinifikanti.

(84)

L-evoluzzjoni tal-profittabbiltà u tal-fluss tal-flus matul il-perjodu kkunsidrat illimitaw il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jinvestu fl-attivitajiet tagħhom, u mminat l-iżvilupp tagħhom. Madankollu, minħabba n-natura tal-industrija, l-investimenti li jsiru jintużaw għall-manifattura ta' diversi qisien ta' pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, inklużi l-prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din l-investigazzjoni. Għal din ir-raġuni ma kienx possibbli li jiġu stabbiliti direttament l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment speċifiku għall-prodott li qed jiġi investigat. Minflok l-investimenti globali tal-industrija tqiesu li kienu allokati għall-prodott ikkonċernat f'konformità mas-sehem tagħha tal-fatturat totali.

(85)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, jista' jiġi konkluż li l-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun baqgħet negattiva matul il-PI.

5.3.3.3.   L-istokks

(86)

Il-livell ta' stokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdied b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-produzzjoni tipikament issir skont l-ordnijiet, għaldaqstant il-livelli tal-istokks kienu kumplessivament żgħar, li jikkorrispondu għal 3 % tal-produzzjoni fil-PI.

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

4 129

5 619

10 107

6 821

Indiċi (2012 = 100)

100

136

245

165

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

5.3.3.4.   Kostijiet lavorattivi

(87)

Il-kost lavorattiv medju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied b'mod modest fl-2013, meta l-produzzjoni żdiedet, u mbagħad naqas fl-2014-2015 għal 8 % taħt il-livell tal-2012, wara t-tnaqqis fil-produzzjoni. Il-produtturi tal-Unjoni aġġustaw l-għadd ta' xifts skont id-domanda.

 

2012

2013

2014

PI

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

53 499

54 868

48 770

49 057

Indiċi (2012 = 100)

100

103

91

92

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju.

5.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(88)

Kif muri hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u konsegwentement l-impjiegi naqsu. L-industrija tal-Unjoni tilfet volumi ta' bejgħ u s-sehem mis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni, u b'hekk tefgħu pressjoni fuq il-prezzijiet. B'riżultat ta' dan, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu. L-aktar importanti, l-industrija bdiet tagħmel it-telf: il-profittabbiltà ddeterjorat matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqet l-agħar riżultat fil-PI b'telf ta' 18,3 %.

(89)

Fid-dawl ta' dak li ssemma, il-konklużjoni provviżorja hija li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

6.   IL-KAWŻALITÀ

6.1.   Introduzzjoni

(90)

Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping miċ-Ċina kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sal-punt li jista' jiġi kkunsidrat bħala wieħed materjali. Il-fatturi magħrufin apparti l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, li fl-istess ħin jistgħu jkunu qegħdin jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma kienx dovut għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

6.2.   L-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(91)

L-investigazzjoni wriet li l-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina żdied, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas. Kif spjegat fil-premessi (54) u (72), l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu minn 39 195 tunnellata fl-2012 għal 42 539 tunnellata fil-PI. Il-bejgħ tal-industirja tal-Unjoni waqa' minn 132 241 tunnellata fl-2012 għal 100 975 tunnellata fil-PI.

(92)

Fir-rigward tal-pressjoni fuq il-prezzijiet li teżisti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, instab li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina baqgħu kostantement aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Bit-twaqqigħ fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minn 22,2 % għal 26,8 %, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas.

(93)

Minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-volumi dejjem akbar tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkopri l-ispejjeż tagħha. L-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf fl-2013.

(94)

Il-Kummissjoni osservat li l-iżvilupp tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-iżvilupp tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma kinux jikkorrelataw sena wara sena bejn l-2012 u l-2015. Madankollu, fl-2014, is-sehem mis-suq Ċiniż żdied b'mod sinifikanti filwaqt li fl-istess waqt l-indikaturi tad-dannu wrew xejra ċara negattiva li kompliet fl-2015. Mill-2014 'il quddiem, l-Unjoni ma baqgħetx f'pożizzjoni li tegħleb is-sinjali ta' dgħufija li bdew jixirfu fl-2013.

(95)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni provviżorja hija li ż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina li huma oġġett ta' dumping bi prezzijiet li b'mod kostanti jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni, ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-effett ta' fatturi oħrajn

6.3.1.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(96)

L-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, kemm dawk li huma relatati u dawk li mhumiex, naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li l-bejgħ tal-Unjoni naqas ukoll bl-istess rata fl-istess perjodu, is-sehem tal-esportazzjonijiet xorta baqa' għoli, u naqas minn 59 % tal-bejgħ kollu fl-2012 għal 56 % tal-bejgħ kollu fil-PI. Xi bejgħ bl-esportazzjoni seħħ permezz ta' kumpaniji relatati fil-pajjiżi tal-esportazzjoni. Il-prodotti ġew sussegwentement mibjugħa mill-ġdid u ma kinux użati b'mod ristrett mill-kumpaniji relatati.

(97)

Is-sehem għoli ta' esportazzjonijiet jindika li l-industrija tal-Unjoni hija kompetittiva u tista' tbigħ il-prodotti tagħha fi swieq oħra.

(98)

It-tnaqqis fil-bejgħ bl-esportazzjoni wassal għal dannu fuq l-industrija tal-Unjoni. Skont l-industrija tal-Unjoni (6), dan it-tnaqqis fl-esportazzjonijiet seħħ fil-kuntest ta' tnaqqis ġenerali fir-ritmu fis-swieq dinjija. Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex jipprovdu aktar informazzjoni sabiex jiġi vvalutat jekk il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kinitx konformi ma' dik tas-suq dinji, jew kinitx agħar minn tas-suq dinji. F'kull każ, fl-istadju provviżorju, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet ma jistax jispjega ż-żieda qawwija fis-sehem mis-suq Ċiniż mill-2014 'il quddiem, u d-dannu li rriżulta minn dan. Għaldaqstant, it-tnaqqis fil-bejgħ bl-esportazjoni, ma jannullax ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

6.3.2.   Bejgħ lil partijiet relatati

(99)

Kif spjegat fil-premessi minn (72) sa (74), il-bejgħ tal-partijiet relatati ġewwa l-Unjoni ammonta għal 4 971 tunnellata matul il-PI, li jikkorrispondi għal 2 % tal-bejgħ kollu u għal 5 % tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Il-bejgħ relatat seħħ fil-kuntest ta' attività ta' negozju. Il-prodotti ġew sussegwentement mibjugħa mill-ġdid u ma ntużawx b'mod ristrett mill-kumpaniji relatati.

(100)

Minħabba l-volum żgħir tagħhom, il-bejgħ relatat fl-Unjoni ma jistax ikun kawża potenzjali tad-dannu.

6.3.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(101)

L-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping miċ-Ċina kkostitwixxew 74 % tal-importazzjonijiet kollha fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kien hemm sorsi oħra għall-importazzjonijiet, inkluż il-Ġappun li ġew eżaminati fil-kuntest tar-rabta ta' kawżalità.

(102)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina, meħuda flimkien, żdiedu minn 5 313-il tunnellata għal 15 024 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem tagħhom fis-suq żdied minn 3,0 % għal 9,5 %. Il-prezz medju ta' dawn l-importazzjonijiet baqa' ogħla b'mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, u ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, tal-industrija tal-Unjoni.

(103)

Il-Ġappun kien l-akbar sors ta' importazzjonijiet wara ċ-Ċina. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ġappuniżi varja bejn 1,3 % u 5,2 % tal-konsum tal-Unjoni. Matul il-PI, l-importazzjonijiet Ġappuniżi kienu jirrappreżentaw 3,6 % tal-konsum tal-Unjoni. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ġappuniżi baqgħu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(104)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra kienu saħansitra iżgħar mill-importazzjonijiet mill-Ġappun, bit-tieni l-akbar sorsi ta' importazzjonijiet (mill-Istati Uniti, mill-Korea u mir-Russja) jirrappreżentaw kull wieħed mal-1-2 % tal-konsum tal-Unjoni. Il-volumi tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi għalhekk ma kinux biżżejjed biex jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(105)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-impatt ta' dawn l-importazzjonijiet ma huwiex tali li jannulla r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

Il-pajjiż

 

2012

2013

2014

PI (2015)

Ir-RPĊ

Volum (tunnellati)

39 195

35 337

41 590

42 539

Indiċi (2012 = 100)

100

90

106

109

Is-sehem mis-suq tal-konsum tal-UE (%)

22,2

20,6

26,8

26,8

Indiċi (2012 = 100)

100

93

121

121

Il-Prezz Medju (EUR/tunnellata)

913

927

965

910

Indiċi (2012 = 100)

100

102

106

100

Il-Ġappun

Volum (tunnellati)

2 222

8 922

3 690

5 757

Indiċi (2012 = 100)

100

402

166

259

Is-sehem mis-suq tal-konsum tal-UE (%)

1,3

5,2

2,4

3,6

Indiċi (2012 = 100)

100

414

166

259

Il-Prezz Medju (EUR/tunnellata)

2 146

1 700

2 779

1 143

Indiċi (2012 = 100)

100

79

130

53

Total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief iċ-Ċina

Volum (tunnellati)

5 313

16 308

18 387

15 024

Indiċi (2012 = 100)

100

307

346

283

Is-sehem mis-suq tal-konsum tal-UE (%)

3,0

9,5

11,9

9,5

Indiċi (2012 = 100)

100

316

394

315

Il-Prezz Medju (EUR/tunnellata)

2 717

2 060

2 889

4 073

Indiċi (2012 = 100)

100

76

106

150

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (Eurostat).

6.3.4.   Tnaqqis fil-konsum minħabba l-kriżi fis-settur taż-żejt u tal-gass

(106)

It-tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt wasslu għal tnaqqis fl-investimenti fis-settur taż-żejt u tal-gass. Dan kellu impatt negattiv fuq id-domanda għal pajpijiet b'dijametru wiesa' bħala kejsing u għat-tħaffir mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant dan ikkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu dan ma jistax jispjega ż-żieda qawwija fis-sehem tas-suq Ċiniż minn 2014 'l hawn, u d-dannu li rriżulta minn dan. Għaldaqstant, il-kriżi fis-settur tal-gass u taż-żejt ma kisritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

6.4.   Id-differenzi misjuba fl-ispejjeż u fil-marġni ta' profittabbiltà fl-industrija tal-Unjoni

(107)

Il-Kummissjoni sabet li l-ispejjeż ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kienu ferm ogħla mill-ispejjeż tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-firxa ta' prodotti tiegħu hija usa' u tinkludi kategoriji ta' prodotti u tipi ta' klijenti li l-produtturi l-oħra tal-Unjoni ma għandhomx. Il-profittabbiltà marret lura b'mod konsistenti, anke meta l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qegħdin jonqsu jew baqgħu stabbli.

(108)

Ir-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni għadhom ma ġewx stabbiliti kompletament.

(109)

Il-Kummissjoni se tkompli teżamina dan il-punt bħala fattur li potenzjalment jannulla r-rabta kawżali. F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li bħala l-akbar kumpanija fil-kampjun, hija għandha influwenza qawwija fil-kunċett tad-dannu.

(110)

Jekk analiżi ulterjuri turi li (i) id-dannu kkawżat lil Vallourec Deutschland GmbH mhuwiex marbut b'mod kawżali mal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping, iżda hemm raġunijiet oħra, u (ii) li jekk fin-nuqqas ta' inklużjoni ta' Vallourec Deutschland GmbH fl-analiżi tad-dannu, is-sejba tad-dannu ma tistax tiġi sostnuta, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-impatt fuq ir-rabta kawżali wkoll apparagun tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha.

(111)

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar dan il-punt.

6.5.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(112)

Kien hemm żieda fil-volum (minn 39 195 tunnellata fl-2012 għal 42 539 tunnellata fl-2015) u fis-sehem mis-suq (minn 22,2 % fl-2012 għal 26,8 % fl-2015) tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping li oriġinaw miċ-Ċina fil-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet, kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Matul il-PI t-twaqqigħ kien ivarja minn 15,1 % sa 30,2 % fuq il-bażi tat-tipi ta' prodotti li jistgħu jitqabblu.

(113)

Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina li huma oġġett ta' dumping, seħħet fl-istess żmien meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-bejgħ u l-prezzijiet tagħha, u konsegwentement l-indikaturi finanzjarji, bħall-profittabbiltà, baqgħu negattivi.

(114)

L-analiżi tal-fatturi l-oħra magħrufa, bħall-bejgħ lil partijiet relatati, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra u t-tnaqqis fil-konsum, li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, urew li dawn il-fatturi mhumiex tali li jannullaw ir-rabta ta' kawżalità stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping miċ-Ċina u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni se tkompli tinvestiga r-raġunijiet li wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

(115)

Fuq il-bażi tal-analiżi ta' hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

7.   L-INTERESSI TAL-UNJONI

7.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(116)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja s-sejba provviżorja ta' dumping li jikkawża dannu, jeżistux raġunijiet b'saħħithom biex jiġi konkluż li f'dan il-każ partikolari mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri. L-analiżi dwar l-interessi tal-Unjoni kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti.

7.2.   L-interessi tal-industrija tal-Unjoni

(117)

L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn seba' produtturi magħrufin li jirrappreżentaw il-produzzjoni kollha tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-produtturi jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, u waqt il-PI kienu jimpjegaw direttament 2 800 persuna b'rabta mal-prodott simili. Erba' produtturi tal-Unjoni, li jirrappreżentaw 51 % tal-produzzjoni, ippreżentaw ruħhom u kkooperaw fl-investigazzjoni.

(118)

L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping miċ-Ċina. Ta' min ifakkar li l-industrija tal-Unjoni tilfet il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, u li l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni baqgħet fraġli.

(119)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' dażji antidumping trodd lura kundizzjonijiet kummerċjali ġusti fis-suq tal-Unjoni, u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni biex tallinja l-prezzijiet tagħha tal-prodott simili mal-ispejjeż tal-produzzjoni.

(120)

Huwa mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta' miżuri se tippermetti lill-industrija tal-Unjoni biex tirkupra mill-inqas il-parti tas-sehem mis-suq li ntilfet matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt pożittiv fuq il-profittabbiltà u l-qagħda finanzjarja ġenerali tagħha.

(121)

Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, huwa mistenni aktar telf fis-sehem mis-suq u l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tibqa' sejra lura.

(122)

Għaldaqstant, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.3.   L-interessi tal-utenti

(123)

L-ebda utent ma ppreżenta ruħu biex jikkoopera fl-investigazzjoni. Il-klijenti diretti tal-industrija tal-Unjoni huma ħafna drabi operaturi tas-suq u distributuri, għaldaqstant l-akkwirenti aħħarija mhux dejjem ikunu f'kuntatt dirett mal-produttur. Għal proġetti kbar ta' kostruzzjoni, bħall-impjanti tal-enerġija, l-utenti finali jistgħu jiġu f'kuntatt dirett mal-produtturi. Madankollu, jidher li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma humiex qed jikkompetu għal kuntratti bħal dawn, minħabba li l-bejgħ tagħhom isir permezz ta' operaturi tas-suq.

(124)

L-utenti se jibqa' jkollhom diversi sorsi alternattivi ta' provvista, kemm mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll minn pajjiżi esportaturi oħra, anki jekk il-miżuri provviżorji proposti kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jiġu imposti. Ma kien hemm l-ebda evidenza li turi li l-impatt tal-miżuri provviżorji proposti fuq l-utenti kienu se jkunu partikolarment serji. Għalhekk ġie konkluż provviżorjament li miżuri provviżorji proposti wisq probabbli mhux se jkollhom impatt kbir fuq l-utenti.

7.4.   L-interessi tal-importaturi

(125)

Ħames importaturi pprovdew informazzjoni marbuta mal-kampjunar. Intagħżel kampjun li kien jinkludi l-akbar tliet importaturi, li jirrappreżentaw b'kollox 10 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina.

(126)

L-importaturi inklużi fil-kampjun pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju, iżda ż-żjarat ta' verifika għadhom ma twettqux sa issa.

(127)

Abbażi tat-tweġbiet mhux ivverifikati tat-tliet importaturi inklużi fil-kampjun, il-marġni ta' profitt ivarjaw tipikament bejn 2 % u 4 %. Il-miżuri provviżorji proposti jistgħu għalhekk jikkawżaw telf lill-importaturi, b'mod partikolari jekk huma ma jkunux jistgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezz fuq il-klijenti tagħhom.

(128)

Madankollu, kull impatt negattiv fuq l-importaturi jitnaqqas bil-fatturi li ġejjin. Il-prodott ikkonċernat jirrappreżenta parti żgħira tal-bejgħ totali tal-importaturi, li jvarja bejn il-1 % u t-3 % għal żewġ importaturi, u sa mhux aktar minn 17 % għat-tielet importatur. Hemm sorsi oħrajn ta' provvista li t-tnejn huma disponibbli fl-Unjoni u f'pajjiżi esportaturi oħra, għaldaqstant l-importaturi jkunu jistgħu jkomplu bl-attività tagħhom billi jaqilbu għal sorsi oħra ta' provvista.

(129)

Abbażi ta' dan, huwa provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping provviżorji proposti mhux se jkollha effetti negattivi sostanzjali fuq l-interessi tal-importaturi.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni

(130)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, ma hemm l-ebda raġuni konvinċenti kontra l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji proposti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina.

(131)

Kwalunkwe effett negattiv fuq l-utenti mhux relatati jittaffa permezz tad-disponibbiltà ta' sorsi alternattivi ta' provvista.

(132)

Barra minn hekk, meta jiġi kkunsidrat l-impatt globali tal-miżuri antidumping fuq is-suq tal-Unjoni, l-effetti pożittivi, b'mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, jidhru li jegħlbu l-impatti potenzjalment negattivi fuq il-gruppi ta' interess l-oħra.

8.   MIŻURI ANTIDUMPING PROVVIŻORJI

(133)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex ma jsirx aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

8.1.   Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

(134)

Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(135)

Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(136)

Sabiex jiġi ddeterminat il-profitt fil-mira, il-Kummissjoni ħadet inkonsiderazzjoni l-profitti magħmula mill-bejgħ mhux relatat li jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu.

(137)

Il-marġni ta' profitt fil-mira ġie provviżorjament stabbilit għal 5,7 %, f'konformità mal-profitti mill-bejgħ mhux relatat fl-Unjoni tal-2012. Huwa meqjus li l-livell ta' profitti tal-2012 jirrifletti dak li jista' jintlaħaq b'mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, peress li l-industrija tal-Unjoni kienet f'punt fejn setgħet tkompli topera taħt kundizzjonijiet relattivament normali u tikseb qligħ raġonevoli. Dan il-punt ta' riferiment, jekk xejn, huwa konservattiv ġaladarba l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx kienu diġà preżenti. Għall-kuntrarju, is-sena 2013 ma tistax titqies bħala sena ta' referenza xierqa. Kemm il-volumi tal-bejgħ kif ukoll il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi kważi 10 %, filwaqt li l-ispejjeż tagħha baqgħu stabbli. Bħala riżultat ta' dan, l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf mill-2013 'il quddiem. Is-sitwazzjoni kompliet tmur għall-agħar fl-2014 u l-2015. Għalhekk il-profitt li realment inkiseb fl-2012, ta' 5,7 %, kien provviżorjament użat bħala l-parametru referenzjarju għall-profitt fil-mira. Il-Kummissjoni tista' tirrevedi dan il-punt jekk jinstab li Vallourec Deutschland GmbH trid tiġi eskluża mill-kampjun jew mill-analiżi tad-dannu, u din il-konklużjoni ma tapplikax fir-rigward tat-tliet kumpaniji l-oħra fil-kampjun.

(138)

Sabiex jintlaħaq paragun ġust, il-prezzijiet tal-bejgħ f'livell komparabbli ta' kummerċ biss ġew meqjusa, kif spjegat fil-premessa (61).

(139)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kkalkulat prezz tal-prodott simili li ma jikkawżax dannu lill-industrija tal-Unjoni billi naqqset il-marġni ta' qligħ reali miksub matul il-perjodu tal-investazzjoni mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni u ssostitwietu bil-marġni ta' qligħ ta' 5,7 % msemmi hawn fuq.

(140)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz medju tal-importazzjoni ponderat tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina li kkooperaw fil-kampjun, kif stabbilit għall-kalkoli ta' tnaqqis tal-prezzijiet, bil-prezz medju ponderat tal-prodott simili li ma jikkawżax dannu mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ingħatat bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(141)

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu għall-“produtturi l-oħra li kkooperaw” u għall-“produtturi kollha l-oħrajn” huwa ddefinit bl-istess mod bħall-marġnijiet tad-dumping fil-premessi minn (45) sa (47).

8.2.   Miżuri provviżorji

(142)

Miżuri antidumping provviżorji jenħtieġ li jiġu imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji jenħtieġ li jkun stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu.

(143)

Abbażi ta' dan li ntqal hawn fuq, ir-rati ta' dazju antidumping provviżorji, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dannu (%)

Marġni tad-dumping (%)

Rata tad-dazju antidumping provviżorju (%)

Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd

48,6

45,4

45,4

Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd

79,0

103,8

79,0

Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd

81,1

43,5

43,5

Hengyang Valin MPM Co., Ltd

73,3

94,1

73,3

Il-produtturi l-oħra li kkooperaw

71,8

74,7

71,8

Il-produtturi l-oћra kollha

81,1

103,8

81,1

(144)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, huma rriflettew l-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u magħmul mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu suġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Ma għandhomx ikunu suġġetti għal xi rata individwali ta' dazju antidumping.

(145)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (7). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(146)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, imma anke għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(147)

Fl-interess ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati biex iressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta dwar proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(148)

Il-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta' dazji provviżorji huma provviżorji, u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ġie impost dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li attwalment jaqgħu taħt il-Kodiċijiet NM 7304 19 90, ex 7304 29 90, 7304 39 98 u 7304 59 99 (il-kodiċi TARIC 7304299090) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, se jkunu kif ġej:

Kumpanija

Rata tad-dazju antidumping provviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd

45,4

C171

Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd

79,0

C172

Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd

43,5

C173

Hengyang Valin MPM Co., Ltd

73,3

C174

Il-produtturi l-oħra li kkooperaw

71,8

C998

Il-produtturi l-oћra kollha

81,1

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata t-tali fattura, japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għall-għoti ta' depożitu ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(a)

Jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(b)

Jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni; kif ukoll

(c)

Jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali.

2.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) ġie sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”) mill-20 ta' Lulju 2016.

(3)  Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, (ĠU C 58, 13.2.2016, p. 30).

(4)  Id-dejta eżatta tikkostitwixxi informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

(5)  Dan il-metodu ġie aċċettat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tas-16 ta' Diċembru 2011, fil-Kawża T-423/09, Dashiqiao vs il-Kunsill, ECLI:EU:T:2011:764, il-paragrafi minn 34 sa 50.

(6)  Ara pereż. Ir-Rapport Annwali tal-2015 ta' Tenaris (p.6) (http://files.shareholder.com/downloads/ABEA-2RJSJD/2778630340x0x883802/F04AA233-024A-46AA-AC58-C420E4BADFCB/TS_Annual_Report_2015.pdf).

(7)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


ANNESS

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd.

C998

Tianjin Pipe Manufacturing Co., Ltd.

C998

Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd.

C998

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd

C998

Wuxi SP. Steel Tube Manufacturing Co., Ltd

C998

Zhangjiagang Tubes China Co., Ltd.

C998

TianJin TianGang Special Petroleum Pipe Manufacture Co., Ltd

C998

Shandong Zhongzheng Steel Pipe Manufacturing Co., Ltd

C998


12.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1978

tal-11 ta' Novembru 2016

li japprova s-sustanza bażika żejt tal-ġirasol skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-4 ta' Settembru 2015 il-Kummissjoni waslitilha applikazzjoni mill-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) għall-approvazzjoni taż-żejt tal-ġirasol bħala sustanza bażika. Ma' dik l-applikazzjoni ngħatat l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għal għajnuna xjentifika. Fil-11 ta' April 2016 (2), l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar iż-żejt tal-ġirasol lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' rieżami (3) kif ukoll abbozz ta' dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fit-12 ta' Lulju 2016 u ffinalizzathom għal-laqgħa ta' dan il-Kumitat fis-7 ta' Ottubru 2016.

(3)

Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li ż-żejt tal-ġirasol jissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, is-sustanza ma tintużax b'mod predominanti għall-protezzjoni tal-pjanti, iżda madankollu hija utli għall-protezzjoni tal-pjanti fi prodott li jikkonsisti mis-sustanza u mill-ilma. Konsegwentement, għandha titqies bħala sustanza bażika.

(4)

Minn bosta eżaminazzjonijiet li saru deher li l-ż-żejt tal-ġirasol jista' jkun mistenni li jissodisfa, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li ż-żejt tal-ġirasol jiġi approvat bħala sustanza bażika.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ madankollu li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, li huma spjegati fid-dettall fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza bażika

Is-sustanza żejt tal-ġirasol kif speċifikat fl-Anness I hija approvata bħala sustanza bażika soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2016. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for sunflower oil for use in plant protection as insecticide on fruit trees, grapevine, potato, vegetables and post-harvest treatment on stored grains and as fungicide on vegetables and grapevine. EFSA supporting publication 2016:EN-1023. 51 pp.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=EN

(4)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Żejt tal-ġirasol

Nru CAS: 8001-21-6

Żejt tal-ġirasol

Grad tal-ikel

it-2 ta' Diċembru 2016

Iż-żejt tal-ġirasol jista' jintuża f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar iż-żejt tal-ġirasol (SANCO/10875/2016) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza bażika jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“12

Żejt tal-ġirasol

Nru CAS: 8001-21-6

Żejt tal-ġirasol

Grad tal-ikel

it-2 ta' Diċembru 2016

Iż-żejt tal-ġirasol jista' jintuża f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar iż-żejt tal-ġirasol (SANCO/10875/2016) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' analiżi.


12.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1979

tal-11 ta' Novembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

84,7

ZZ

84,7

0707 00 05

TR

146,7

ZZ

146,7

0709 93 10

MA

70,5

TR

142,4

ZZ

106,5

0805 20 10

MA

88,2

ZZ

88,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

PE

122,6

TR

70,2

ZZ

96,4

0805 50 10

AR

67,2

CL

69,9

TR

93,6

UY

38,4

ZZ

67,3

0806 10 10

BR

298,0

IN

164,3

PE

343,2

TR

138,3

US

336,6

ZA

345,1

ZZ

270,9

0808 10 80

CL

174,1

NZ

142,8

ZA

117,8

ZZ

144,9

0808 30 90

CN

109,8

TR

168,6

ZZ

139,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1980

tat-8 ta' Novembru 2016

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Alessandro PASTACCI, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Giuseppe RINALDI, Presidente della Provincia di Rieti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


12.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1981

tat-8 ta' Novembru 2016

li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tal-Iżvezja fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Żvediż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fl-20 ta' Lulju 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 (4), is-Sur Kenth LÖVGREN ġie sostitwita mis-Sinjura Ingeborg WIKSTEN bħala membru supplenti.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Ingeborg WIKSTEN, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Mohamad HASSAN, Ledamot i kommunfullmäktige, Uppsala kommun.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 tal-20 ta' Lulju 2015 li taħtar tliet membri Żvediżi u sitt membri supplenti Żvediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 195, 23.7.2015, p. 44).


12.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/30


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1982

tat-8 ta' Novembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri ta' deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/441/KE (2), l-Italja ġiet awtorizzata biex, sal-31 ta' Diċembru 2010, tillimita d-dritt ta' tnaqqis tal-VAT imposta fuq infiq fuq ċerti vetturi bil-mutur li ma jintużawx esklussivament għal skopijiet kummerċjali għal 40 %. Dik id-Deċiżjoni tipprovdi wkoll li l-użu għal skopijiet privati ta' tali vetturi ma għandux jiġi kkunsidrat bħala forniment bi ħlas. Barra minn hekk, ċerti kategoriji ta' vetturi u nfiq huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/441/KE kienet sussegwentament emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/748/UE (3) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/679/UE (4), li estendiet id-data ta' skadenza ta' dawk il-miżuri (il-'miżuri ta' deroga') sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

B'ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fil-31 ta' Marzu 2016, l-Italja talbet awtorizzazzjoni biex testendi l-miżuri ta' deroga.

(4)

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra, permezz tal-ittra datata t-22 ta' Ġunju 2016, bit-talba tal-Italja. Permezz ta' ittra datata t-23 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(5)

Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2007/441/KE, l-Italja ssottomettiet rapport lill-Kummissjoni li jkopri l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni, inkluża reviżjoni tar-restrizzjoni tal-persentaġġ. L-informazzjoni pprovduta mill-Italja turi li r-restrizzjoni tad-dritt għal tnaqqis għal 40 % għadha tirrifletti ċ-ċirkostanzi attwali fir-rigward tal-proporzjon ta' użu kummerċjali u użu mhux kummerċjali tal-vetturi kkonċernati.

(6)

Għalhekk l-Italja għandha tkun awtorizzata tkompli tapplika l-miżuri ta' deroga għal perjodu limitat ieħor, sal-31 ta' Diċembru 2019.

(7)

Fl-eventwalità li l-Italja titlob estensjoni oħra lil hinn mill-2019, għandu jitressaq rapport lill-Kummissjoni flimkien mat-talba għall-estensjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2019.

(8)

L-estensjoni tal-miżuri ta' deroga ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tal-VAT.

(9)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/441/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni 2007/441/KE huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Kwalunkwe talba għall-estensjoni tal-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandha ssir lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2019.

Kwalunkwe talba għall-estensjoni ta' dawk il-miżuri għandha tkun akkumpanjata minn rapport li jinkludi reviżjoni tar-restrizzjoni tal-persentaġġ applikata fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT impost fuq infiq fuq vetturi tat-triq bil-mutur li ma jintużawx esklussivament għal skopijiet kummerċjali.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2019.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/441/KE tat-18 ta' Ġunju 2007 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri ta' deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 33).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/748/UE tad-29 ta' Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta' deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 318, 4.12.2010, p. 45).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/679/UE tal-15 ta' Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta' deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 316, 27.11.2013, p. 37).


12.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1983

tas-26 ta' Mejju 2014

dwar il-miżura SA.33063 (2012/C, ex 2012/NN) għar-rigward ta' Trentino NGN s.r.l. wara l-irtirar tal-Italja mill-proġett

(notifikata bid-dokument C(2014) 3159)

(It-test Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (1),

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fl-24 ta' Mejju 2011 il-Kummissjoni rċeviet ilment mit-tliet operaturi alternattivi ewlenin tat-telekomunikazzjonijiet attivi fl-Italja (Wind, Fastweb u Vodafone). Fis-sottomissjoni dettaljata tagħhom allegaw li proġett imniedi mill-Provinċja Awtonoma Taljana ta' Trento (“il-Provinċja”) għall-iskjerament ta' infrastruttura ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss madwar it-territorju kollu tal-Provinċja kien jikkonsisti minn għajnuna mill-Istat de facto lil Telecom Italia, mogħtija bi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni kif dikjarat fil-Linji Gwida dwar il-Broadband (2). B'mod partikolari, dawk li ressqu l-ilment allegaw li huma ma ġewx infurmati jew ikkonsultati tajjeb mill-Provinċja rigward il-pjani u l-objettivi tagħha, li l-benefiċjarju kien identifikat mill-bidu, u li l-infrastruttura magħżula ma kinitx se tħalli li jkun hemm kompetizzjoni reali wara li tkun ġiet skjerata.

(2)

Wara talba għall-informazzjoni mibgħuta fit-22 ta' Ġunju 2011, l-awtoritajiet Taljani wieġbu fl-20 ta' Lulju 2011, u sostnew li l-intenzjoni tagħhom kienet dik li jsegwu l-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq, u li l-internvent tagħhom ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u għalhekk ma kienx hemm bżonn li jiġu segwiti l-kundizzjonijiet ta' kompatibilità tal-Linji Gwida dwar il-Broadband. Fl-4 ta' Novembru 2011, wara li neħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali, il-Kummissjoni għaddiet it-tweġiba mill-awtoritajiet Taljani lil dawk li lmentaw, li ppreżentaw osservazzjonijiet u dokumentazzjoni addizzjonali fid-29 ta' Novembru u fis-7 u s-16 ta' Diċembru 2011. L-awtoritajiet Taljani ssottomettew diversi elementi dettaljati ta' informazzjoni addizzjonali bejn Jannar u Mejju 2012. Bejn Frar u Mejju 2012 dawk li ressqu l-ilment ippreżentaw ukoll informazzjoni addizzjonali. Matul dan il-perjodu saru diversi laqgħat u konferenzi telefoniċi ma' kull waħda mill-partijiet involuti.

(3)

Permezz ta' deċiżjoni tal-25 ta' Lulju 2012 (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li hija kienet bdiet il-proċedura formali ta' investigazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-proġett. Wara li neħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali, il-Kummissjoni ppubblikat id-deċiżjoni tal-ftuħ f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) u stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom.

(4)

Il-Kummisjsoni rċeviet kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ mill-Italja permezz ta' ittri li jġibu d-dati tat-22 u t-23 ta' Novembru 2012. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll osservazzjonijiet minn partijiet interessati: ir-rappreżentanti ta' Telecom Italia fit-3 ta' Diċembru 2012 u r-rappreżentanti ta' Wind, Fastweb u Vodafone fis-7 ta' Diċembru 2012. Permezz ta' ittra bid-data tad-29 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni għaddiet l-osservazzjonijiet imsemmija hawn fuq, wara li neħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, lill-awtoritajiet Taljani, li ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi fil-5 ta' Marzu 2013. Bejn Marzu u Diċembru 2013, saru diskussjonijiet u skambji intensi mal-parijiet kollha kkonċernati (l-awtoritajiet Taljani, Telecom Italia, Wind, Fastweb u Vodafone) u saru diversi laqgħat u konferenza telefoniċi ma' kull waħda minnhom.

(5)

Permezz ta' ittra bid-data tal-31 ta' Jannar 2014, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tal-Provinċja li tirtira mill-Proġett. Fl-14 u l-20 ta' Marzu 2014, l-awtoritajiet Taljani pprovdew informazzjoni addizzjonali rigward l-irtirar effettiv tal-Provinċja mill-impriża konġunta Trentino NGN, b'mod partikolari fejn jolqot il-bejgħ tal-ishma tal-Provinċja f'Telecom Italia, affettwat fit-28 ta' Frar 2014.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

(6)

F'Settembru 2010, il-Provinċja fasslet strateġija biex tikseb l-objettiv ta' konnettività tagħha ta' kopertura ta' 100 % tat-territorju tagħha permezz ta' netwerk tal-fibra ultra-broadband sal-2018. L-istrateġija kienet tipprevedi żewġ tipi ta' azzjoni, waħda fiż-żoni ta' “profitabilità medja” (4) u l-oħra fiż-żoni ta' “profitabilità baxxa” tal-Provinċja. iż-żoni ta' profitabilità għolja ġew esklużi. Fir-rigward taż-żoni ta' profitabilità medja, il-Provinċja kellha l-intenzjoni li tistabbilixxi kumpanija ġdida, li kellha ġġib l-isem ta' Trentino NGN u tiftaħha għal imsieħba mis-settur privat. Fil-każ taż-żoni ta' profitabilità baxxa, il-Provinċja kellha l-intenzjoni li tieħu miżura ta' għajnuna mill-Istat ad hoc li tiġi żviluppata u nnotifikata aktar tard, probabbilment taħt is-superviżjoni tal-impriża pubblika tal-Provinċja Trentino Network, kumpanija diversa minn Trentino NGN li f'dak iż-żmien kienet inkarigata minn inizjattivi oħra li jaqgħu fl-istrateġija ġenerali tal-broadband tal-Provinċja.

(7)

Fix-xhur ta' wara, saru kuntatti separati bejn il-Provinċja u diversi operaturi privati, u fit-8 ta' Frar 2011, il-Provinċja ffirmat memorandum ta' ftehim ma' Telecom Italia biex tiġi stabbilita l-impriża konġunta Trentino NGN biex tiskjera infrastruttura mill-fibra lejn id-djar fiż-żoni ta' profitabilità medja. Skont il-ftehim inizjali, il-Provinċja rabtet ruħha li toħroġ kontribuzzjoni fi flus kontanti ta' massimu ta' EUR 60 miljun għall-kapital ta' Trentino NGN, filwaqt li Telecom Italia kellha biss tagħmel kontribuzzjonijiet materjali, li jinkludu (1) immedjatament, l-infrastruttura passiva eżistenti tagħha (kanali u arbli), u (2) iż-żarmar tan-netwerk eżistenti tal-kupru wara d-dħul fis-servizz tan-netwerk tal-fibra għad-djar. Aktar tard fl-2011, żewġ azzjonisti privati minuri oħra ffirmaw il-memorandum ta' ftehim: istituzzjoni finanzjarja, Finanziaria Trentina, kif ukoll fornitur iżgħar tal-Internet, MC-link, li t-tnejn li huma kellhom jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja iżgħar lill-kumpanija.

(8)

Sa Diċembru 2011, il-pjan ta' negozju kien iffinalizzat u tħejja rapport ta' diliġenza dovuta wara talba mill-Provinċja minn Analysys Mason. Fl-istess waqt, id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-azzjonisti ġew stabbiliti b'mod finali u l-kontribuzzjonijiet materjali minn Telecom Italia lil Trentino NGO ġew iddefiniti b'mod aktar preċiż. Ġew introdotti aktar emendi għall-ftehimiet tal-azzjonisti wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni u t-tlestija ta' rapport mill-esperti dwar il-proġett minn Analysys Mason. Sa Marzu 2012, ir-rapport obbligatorju tal-esperti dwar il-kontribuzzjoni inizjali materjali ta' Telecom Italia tħejja minn Reconta Ernst & Young, li wassal għal aġġustament ulterjuri.

(9)

Fil-bidu, il-Provinċja stabbiliet lil Trentino NGN waħedha, b' kontribuzzjoni kapitali minima ta' anqas minn EUR 100 000. Il-kumpanija kienet mistennija li tasal għall-istruttura kapitali finali tagħha permezz ta' żieda fl-ekwità li kellha tiġi implimentata wara l-finalizzazzjoni tal-ftehimiet mal-azzjonisti privati. Kien ippjanat li l-kapital azzjonarju ta' Trentino NGN jiżdied kif ġej: il-Provinċja tikkontribwixxi EUR 50 miljun (li jikkorrispondu għal sehem ta' 52,2 %), Finanziaria Trentina tikkontribwixxi EUR 5 miljun (sehem ta' 5,2 %), MC-link EUR 1,5 miljun (sehem ta' 1,56 %) (5) u Telecom Italia l-kera, permezz ta' drittijiet tal-użu impreskrittibbli, tal-infrastruttura passiva tagħha (kanali u arbli) madwar il-Provinċja kollha, għall-użu fil-kostruzzjoni tan-netwerk tal-fibra il-ġdid (“il-kontribuzzjoni inizjali”) Il-kontribuzzjoni inizjali ta' Telecom Italia kienet oriġinarjament ivvalutata fil-livell ta' EUR 39,8 miljun, iżda r-rapport ta' Ernst & Young fuq il-valur ta' din il-kontribuzzjoni kien jindika ammont ta' fatturat xi ftit anqas ta' EUR 39,3 miljun, li wassal għal aġġornament fil-ftehim (l-istima finali kienet EUR 39,448 miljun).

(10)

Fit-18 ta' Mejju 2012, ġiet stabbilita l-impriża konġunta Trentino NGN u saru l-kontribuzzjonijiet inizjali minn kull waħda mill-partijiet kif ġej: il-Provinċja ħallset biss parti mill-kontribuzzjoni f'kontanti ppjanata, jiġifieri EUR 14,845 miljun, minflok EUR 50 miljun; b'mod simili, Finanziaria Trentino kkontribwiet biss EUR 1,25 miljun minn EUR 5 miljun, u MC-link ikkontribwiet biss EUR 0,375 miljun minn EUR 1,5 miljun. Telecom Italia kkontribwiet id-drittijiet tal-użu impreskrittibbli tal-infrastruttura passiva tagħha, stmata fil-livell ta' EUR 39,448 miljun. Dan irriżulta fl-istruttura azzjonarja li ġejja: Il-Provinċja 52,16 %; Telecom Italia 41,07 %; MC-link 1,56 %; Finanziaria Trentino 5,21 %. Is-sitwazzjoni riżultanti tal-azzjonisti ta' Trentino NGN u s-sehem azzjonarju rispettiv tagħhom kien kif ġej: (matul il-perjodu bejn it-18 ta' Mejju 2012 u t-28 ta' Frar 2014).

Azzjonist

Kapital miżmum %

Kapital sottoskritt (EUR)

Kapital imħallas (EUR)

Il-Provinċja

52,16

50 095 000

14 845 000

Telecom Italia

41,07

39 448 000

39 448 000

MC-link

1,56

1 500 000

375 000

Finanziaria Trentina

5,21

5 000 000

1 250 000

Total

100,00

96 043 000

55 918 000

(11)

Il-ftehim tal-azzjonisti stipula li fi tmiem it-tielet sena mill-kontribuzzjoni inizjali, jew mal-attivazzjoni ta' mill-anqas 16 % tal-konnessjonijiet il-ġodda tal-fibra, Telecom Italia u l-Provinċja jkunu jistgħu jiddeċiedu li jinzjaw it-“tieni kontribuzzjoni” minn Telecom Italia, jiġifieri t-trasferiment lil Trentino NGN (1) tas-sjieda (kontra d-drittijiet tal-użu impreskrittibbli diġà kkonferiti) tal-infrastruttura passiva eżistenti fiż-żoni ta' profitabilità medja identifikati minn Trentino NGN u (2) is-sjieda tan-netwerk tal-kupru, bil-ħsieb li dan jiżżarma u l-klijenti kollha jiġu migrati lejn in-netwerk il-ġdid tal-fibra. L-istima preliminari tal-valur tal-kontribuzzjoni kienet ta' EUR 520 kull linja tal-kupru attiva, inkluż kemm il-linji ta' Telecom Italia għall-konsumaturi kif ukoll il-linji operati f'isem l-operaturi li kellhom aċċess diżaggregat għall-loop lokali. Dan il-valur kien stmat li kellu jissaħħaħ b'EUR 2 miljun li jikkorrispondu għall-valur tal-konverżjoni tad-drittijiet tal-użu impreskrittibbli tal-ispazju tal-kanali (jiġifieri l-kontribuzzjoni inizjali) f'sjieda. F'din it-tieni fażi, u abbażi tat-tieni kontribuzzjoni tagħha, Telecom Italia takkwista s-sehem maġġoritarju u l-kontroll ta' Trentino NGN, jekk ikun hemm bżonn permezz ta' injezzjoni kapitali addizzjonali minn Telecom Italia.

(12)

Fl-aħħar nett, il-ftehim tal-azzjonisti stipula wkoll li wara aktar minn tliet snin, jew wara li jkun intħalaq l-objettiv ta' 43 % linji attivi u konnessi, Telecom Italia jkollha d-dritt li teżerċita l-opzjoni eżerċitabbli fil-konfront tal-Provinċja u ta' MC-link biex takkwista l-ishma tagħhom fi Trentino NGN. Bi tpattija għall-konċessjoni ta' dan id-dritt lil Telecom Italia, u fil-każ li dan jiġi eventwalment eżerċitat, Telecom Italia tħallas EUR 6,5 miljun lill-Provinċja, li nofshom jitħallsu fi żmien sena u n-nofs l-ieħor fi żmien sentejn. Il-press tax-xiri tal-ishma jkun daqs il-valur tal-kontribuzzjoni, miżjud b'7,75 % netti tad-dividendi distribwiti (6). Iż-żewġ azzjonisti l-oħra, MC-link u Finanziaria Trentina, ingħataw opzjoni “put” li biha jkunu jistgħu jiddeċiedu li jbiegħu l-ishma tagħhom fi Trentino NGN lil Telecom Italia bi prezz li jkun jikkorrispondi għall-valur tal-kontribuzzjonijiet tagħhom, miżjud b'5,5 % u 7 % rispettivament kull sena.

(13)

B'żieda ma' dan, permezz ta' ftehimiet speċifiċi tal-azzjonisti, Telecom Italia inħatret ukoll bħala l-fornitur ta' Trentino NGN għall-kostruzzjoni, il-ġestjoni u l-operazzjoni tan-netwerk. It-tip ta' netwerk li kellu jiġi skjerat kien dak li jissejjaħ mudell punt għal punti multipli. Ma kienu previsti l-ebda obbligi ta' diżaggregazzjoni jew ta' aċċess. L-arkitettura magħżula kienet tipprovdi biss għall-iskjerament ta' tliet netwerks paralleli GPON (7), li tnejn minnhom ikunu disponibbli għaċ-ċessjoni lil operaturi oħra.

3.   IL-FTUĦ TAL-INVESTIGAZZJONI FORMALI

(14)

Il-Kummissjoni fetħet l-investigazzjoni formali għaliex kellha dubji serji dwar il-konformità tal-miżura mal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq, u sabiex jiġi determinat jekk, fil-każ li jinstabu elementi ta' għajnuna mill-Istat, tistax din titqies bħala kumpatibbli mas-suq intern.

(15)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha li l-involviment tal-Provinċja fi Trentino NGN kellu diversi elementi li minħabba fihom iqumu dubju dwar jekk kienx konformi mal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq u jekk il-parteċipazzjoni tal-Provinċja kinitx tabilħaqq ekwivalenti għal dik tal-imsieħba privati tagħha. Id-dubji tal-Kummissjoni kienu marbuta b'mod partikolari ma' dan il-ġej:

L-iskeda tal-proġett: Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar kemm il-Provinċja kienet aġixxiet sa mill-bidu bħala investitur fl-ekonomija tas-suq, iggwidata mhux minn objettivi ta' politika pubblika iżda minn kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u ta' profitabilità. Jidher li l-Provinċja kienet inizjat il-proġett fl-interess pubbliku, u mbagħad fasslitu bħala imrpiża konġunta ma' Telecom Italia, li kienet diġà involuta fih, u kien biss ex post li ppruvat iġġib il-proġett konformi mal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq, billi għamlet bidliet, fost affarijiet oħra, wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni, filwaqt li l-istruttura tal-inizjattiva tħalliet kif kienet.

Il-parteċipazzjoni tal-partijiet privati: Il-parteċipazzjoni ta' MC-link u ta' Finanziaria Trentina kienet negliġibbli, filwaqt li dik ta' Telecom Italia kienet sinifikanti, iżda mifruxa fuq perjodu.

Il-konkomitanza tal-investiment: Il-Provinċja kellha taġixxi immedjatament, filwaqt li l-kontribuzzjoni ta' Telecom Italia kienet mifruxa fuq perjodu u kienet tiddependi fuq ċerti ġrajjiet u proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

L-istess termini u kundizzjonijiet: Ma kienx ċar li t-termini u kundizzjonijiet li bihom kienet qed tinvesti l-Provinċja fl-impriża konġunta kinux l-istess bħal dawk tal-imsieħba privati, u b'mod aktar speċifiku, ta' Telecom Italia. Il-Kummissjoni nnutat li kien hemm diversi diskrepanzi rigward l-iskeda u l-kundizzjonalità tal-kontribuzzjonijiet ta' Telecom Italia, u l-possibilità għal Telecom Italia li takkwista l-ishma tal-Provinċja u takkwista l-kontroll sħiħ ta' Trentino NGN permezz ta' opzjoni eżerċitabbli.

Il-kontribuzzjoni inizjali ta' Telecom Italia: (8) Il-valur tal-kontribuzzjoni inizjali ta' Telecom Italia kien jidher li ġie kkalkulat abbażi ta' dokumenti, presuppożizzjonijiet, tbassir u analiżijiet finanzjarji magħmula mill-partijiet li ma kinux ġew verifikati minn espert indipendenti. Kien hemm dubji dwar kemm investitur privat kienx ikun lest jaċċetta parteċipazzjoni azzjonarja sinifikanti f'impriża konġunta, bl-iskambju għal aċċess għal ass regolat li jkun jista' jinkiseb permezz ta' mezzi kuntrattwali bi prezzijiet regolati. Ma kienx ċar jekk investitur fl-ekonomija tas-suq kienx jaċċetta li l-kera tal-infrastruttura, li kellha tiġi akkwistata għal kollox f'data sussegwenti, kienet parteċipazzjoni azzjonarja adegwata. Il-Kummissjoni kellha dubji kemm investitur fl-ekonomija tas-suq kienx jakkwista infrastruttura li ma kinitx neċessarja, peress li d-drittijiet tal-użu impreskrittibbli jkunu japplikaw għall-kanali u l-arbli ta' Telecom Italia madwar il-Provinċja kollha u mhux biss fiż-żoni li fihom Trentino NGN kellha tiskjera n-netwerk tagħha.

It-tieni kontribuzzjoni ta' Telecom Italia: (9) Kien hemm dubji rigward il-valutazzjoni futura tat-tieni kontribuzzjoni ta' Telecom Italia, li dak iż-żmien kienet ibbażata fuq metodoloġija negozjata, mingħajr opinjoni ta' espert. Ma kienx ċar jekk il-valutazzjoni preliminari tal-konverżjoni għal sjieda tad-drittijiet tal-użu impreskrittibbli kinitx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, u b'mod partikolari li ma kien hemm l-ebda dupplikazzjoni bejn il-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni inizjali (kera) u tat-tieni waħda (sjieda) meta wieħed iqis li, fil-biċċa l-kbira, id-drittijiet konċessi kienu jkopru l-istess infrastruttura. Il-Kummissjoni kellha dubji dwar kemm kienet xierqa l-metodoloġija għall-evalwazzjoni tat-trasferiment tas-sjieda tal-komponenti kollha tan-netwerk tal-kupru (10), meta jitqiesu l-kosti għolja ta' manutenzjoni, meta jitqies li l-objettiv ewlieni kien li dan jiżżarma hekk kif in-netwerk tal-fibra jibda jopera, u meta wieħed iqis l-alternattivi potenzjali għall-metodoloġija proposta.

Il-pjan ta' negozju u l-livell ta' riskju tal-partijiet: Kien hemm differenzi sinifikanti bejn il-profili ta' riskju tal-awtorità pubblika u tal-investituri privati, meta titqies in-natura differenti u l-iskeda tal-kontribuzzjonijiet tagħhom, id-drittijiet u l-obbligi differenti tal-partijiet — riskji baxxi apparenti għal Telecom Italia, kosti ta' opportunità baxxi għal Telecom Italia, riskji baxxi għan-negozju eżistenti peress li Telecom Italia żżomm kontroll fuq in-netwerk tal-kupru anki wara li tagħtih bħala kontribuzzjoni għall-impriża konġunta billi simultanjament takkwista l-kontroll tal-impriża konġunta, u l-akkwist tal-kontroll sħiħ u l-internalizzazzjoni tal-profitti permezz tal-użu tal-opzjoni eżerċitabbli jekk l-impriża konġunta tkun profittabbli; filwaqt li l-Provinċja jidher li kienet qed taġixxi bħala investitur finanzjarju fi proġett ta' titjib tal-infrastruttura, u kienet qed tistenna rendiment massimu ta' 7,75 % u EUR 6,5 miljun f'każ li tintuża l-opzjoni eżerċitabbli (11). Jista' jkun li l-kalkoli fil-pjan ta' negozju ma kinux għal kollox preċiżi, minħabba presuppożizzjonijiet ottimistiċi rigward id-domanda attwali mill-utenti aħħarija u rendimenti minn operaturi alternattivi li jattivaw il-linji GPON kollha disponibbli (12). Kien hemm riskji oħra simili: Telecom Italia tista' tiddeċiedi li tipposponi ż-żarmar tan-netwerk l-antik tal-kupru, peress li ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni kuntrattwali li tobbligaha li tagħmel dan, u dan jista' jtawwal iż-żmien biex Trentino NGN tasal fil-punt ta' bilanċ. Kien hemm nuqqas ta' ċertezza rigward ir-riżorsi finanzjarju totali neċessarji biex jiġi kkompletat l-iskjerament tan-netwerk, ikkwantifikat f'EUR 150 miljun.

Preokkupazzjonijiet oħra: l-għażla ta' Telecom Italia mingħajr offerta pubblika, u r-rimunerazzjoni tagħha bħala fornitur ta' servizzi lil Trentino NGN; il-pożizzjoni doppja ta' Telecom Italia bħala azzjonist u bħala fornitur.

4.   ID-DEĊIŻJONI TAL-PROVINĊJA LI TIRTIRA MILL-PROĠETT

(16)

Fil-31 ta' Jannar 2014, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li l-Provinċja kienet iddeċidiet li tirtira mill-proġett ta' Trentino NGN u ma tkomplix bih, bi ftehim mal-partijiet l-oħra kollha: Telecom Italia, MC-link u Finanziaria Trentina.

(17)

Fl-14 ta' Marzu 2014, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li l-Provinċja kienet biegħet il-parteċipazzjoni tagħha fi Trentino NGN lil Telecom Italia għal ħlas ta' EUR 15 852 435, li jikkorrispondu għall-valur tal-kontribuzzjoni parzjali kontanti tal-Provinċja lil Trentino NGN fl-ammont ta' EUR 14,845 miljun, kif ukoll imgħax kompost ta' 3,75 %. Skont l-awtoritajiet Taljani, Trentino NGN issa hija kkontrollata minn Telecom Italia, filwaqt li Finanziaria Trentina u MC-link inżammu bħala azzjonisti minoritarji.

(18)

L-awtoritajiet Taljani spjegaw li, għalkemm Trentino NGN kienet ġiet stabbilita u saru kontribuzzjonijiet parzjali għall-kapital tagħha fit-18 ta' Mejju 2012, fl-20 ta' Awwissu 2012 (wara d-deċiżjoni tal-ftuħ) il-Provinċja u l-partijiet oħra ta' Trentino NGN immodifikaw il-ftehim tal-azzjonisti, u l-attivitajiet kollha ta' NGN ġew sospiżi sakemm tintemm l-investigazzjoni formali tal-Kummissjoni li għaddejja. Għalhekk, il-ħlas sħiħ tal-kontribuzzjonijiet ġie sospiż (saru biss ħlasijiet parzjali) għall-partijiet kollha kkonċernati. Il-passi kollha sussegwenti li kienu previsti fil-ftehim tal-azzjonisti ġew ukoll sospiżi. Trentino NGN qatt ma bdiet tiskjera n-netwerk “mill-fibra sad-dar” ippjanat tagħha (jew xi netwerk ieħor).

(19)

L-attivitajiet ta' Trentino NGN ġew ristretti esklussivament għall-għoti tal-aċċess għal partijiet terzi tad-drittijiet tal-użu impreskrittibbli tal-infrastruttura sabiex tkun konformi mal-obbligi regolatorji. F'rabta ma' dan l-aħħar aspett, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li, peress li Telecom Italia baqgħet suġġetta għall-obbligi regolatorji ta' aċċess lejn operaturi liċenzjati oħra, wara li Telecom Italia ttrasferiet id-drittijiet ta' użu tal-infrastruttura passiva lil Trentino NGN, f'Mejju 2012, xi operaturi talbu aċċes għal dik l-infrastruttura passiva u l-aċċess ingħata. Għaldaqstant, Telecom Italia għamlet diversi ħlasijiet lil Trentino NGN bħala remunerazzjoni għax-xiri tal-aċċess għall-infrastruttura passiva minn Trentino NGN sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet ta' aċċess ta' operaturi liċenzjati oħra. Dawk il-ħlasijiet kienu jammontaw għal anqas minn EUR 15 000, u kienu jikkostitwixxu l-introjtu kollu ġġenerat minn Trentino NGN wara l-inkorporazzjoni tagħha.

(20)

L-awtoritajiet Taljani indikaw ukoll li l-Provinċja ma ħallsitx, u ma kinitx se tħallas xi penali minħabba l-irtirar minn Trentino NGN. Il-ftehim tal-azzjonisti tas-16 ta' Diċembru 2011 u l-emendi sussegwenti kien fihom dispożizzjonijiet rigward it-terminazzjoni li jippermettu lill-Provinċja tirtira minn Trentino NGN mingħajr l-ebda penali, anki fil-każ li kieku l-proġett ma jkunx implimentat, kollu jew parti minnu.

5.   EVALWAZZJONI

(21)

Għalkemm l-Italja ħadet xi passi preparatorji biex timplimenta l-proġett ta' Trentino NGN, speċjalment permezz tad-diversi ftehimiet u atti li jwasslu għall-istabiliment tal-impriża konġunta, u l-ħlas parzjali msemmi aktar 'l fuq tal-kontribuzzjoni f'kontanti mill-Provinċja (flimkien mal-kontribuzzjonijiet parzjali f'kontanti minn partijiet oħra u l-kontribuzzjoni materjali minn Telecom Italia), il-proġett ma mexiex lil hinn minn dak l-istadju.

(22)

F'relazzjoni mal-ħlas parzjali li sar mill-Provinċja fil-kapital ta' Trentino NGN, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li Trentino NGN iddepożitat l-ammonti kollha li rċeviet bħala kontribuzzjonijiet kontanti mill-azzjonisti tagħha (jiġifieri l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Provinċja, MC-link u Finanziaria Trentina, minnhom imnaqqsal-kosti u t-taxxi) f'kont bankarju li minnu qalgħet l-imgħax bir-rata ta' 2,71 % fl-2012, 1,509 % sal-1 ta' Frar 2013 u 1,524 % sal-1 ta' Frar 2013. Il-ħlasijiet parzjali (inklużi dawk tal-Provinċja) baqgħu inattivi fil-kont bankarju ta' Trentino NGN. Skont l-awtoritajiet Taljani, fit-28 ta' Frar 2014, il-Provinċja rkuprat il-kontribuzzjoni kontanti parzjali, b'żieda magħha ta' 3,75 % imgħax kompost. L-awtoritajiet Taljani spjegaw li l-imgħax kompost ta' 3,75 % kien ir-riżultat ta' ftehim negozjat bejn il-partijiet u jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor id-doppju tar-rata għal bonds tal-gvern Taljan ta' sentejn sa tliet snin, u jixbah ir-rata għal bonds ta' għaxar snin.

(23)

Il-ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni f'kontanti mill-Provinċja lil Trentino NGN kien jinvolvi trasferiment ta' riżorsi tal-Istat. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, peress li l-iskjerament tal-proġett ta' Trentino NGN ġie sospiż fl-20 ta' Awwissu 2012 u l-Provinċja effettivament irtirat mill-proġett u rkuprat il-ħlas inizjali kollu, flimkien ma' imgħax raġjonevoli, fit-28 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni hija lesta li taċċetta li dan il-ħlas parzjali ma jagħtix vantaġġ ekonomiku lil Trentino NGN jew l-azzjonisti tagħha.

(24)

Għal dak li jikkonċerna l-attività minima li wettqet Trentino NGN, jiġifieri t-tranżazzjonijiet rigward il-bejgħ ta' drittijiet ta' użu (ara l-premessa 19), dawn l-attivitajiet saru f'isem il-konformità mal-obbligi regolatorji li għadhom vinkolanti fuq Telecom Italia u li ma jidhirx li ħolqu xi vantaġġ ekonomiku għal Trentino NGN jew għall-azzjonijiet tagħha, inkluż Teleceom Italia. F'dawn iċ-ċirkostanzi, it-tranżazzjonijiet ikkonċernati ma jqajmux dubji dwar l-evalwazzjoni li saret hawn fuq.

(25)

Il-Kummissjoni għalhekk taċċetta li l-proġett ta' Trentino NGN qatt ma ġie implimentat, b'mod li wara l-irtirar tal-Provinċja mill-proġett, l-investigazzjoni preżenti ma għad għandha l-ebda skop.

6.   KONKLUŻJONI

(26)

Fid-dawl ta' dawn ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedimenti skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE peress li wara l-irtirar tal-awtoritajiet Taljani (il-Provinċja) mill-proġett Trentino NGN, il-proċedimenti ma għad għandhom l-ebda skop.

ADOTTAT ID-DEĊIŻJONI SEGWENTI:

Artikolu 1

Wara l-irtirar tal-awtoritajiet Taljani mill-proġett ta' Trentino NGN, il-proċedimenti preżenti ma għad għandhom l-ebda skop. Il-Kummisjsoni għalhekk iddeċidiet li tagħlaq il-proċedimenti inizjati skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 323, 24.10.2012, p. 6.

(2)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida Komunitarji għall-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mat-tusigħ rapidu tan-netwerks tal-faxx wiesa' (sic) (ĠU C 235, 30.9.2009, p. 7), riveduta fl-2013. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).

(3)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(4)  L-oqsma ta' profitabilità medja identifikati kienu muniċipalitajiet fejn l-ispiża biex tiġi skjerata infrastruttura mill-fibra lejn id-djar kienet tibqa' fil-livell ta' madwar EUR 1 000 kull unita domestika, jiġifieri 42 muniċipalità u 150 000 unità domestika, li jikkorrispondu għal 60 % tal-popolazzjoni fil-Provinċja.

(5)  Id-deċiżjoni tal-ftuħ kienet tgħid li MC-link tikkontribwixxi EUR 1 miljun, li jikkorrispondu għal sehem ta' 1,6 %, iżda matul l-investigazzjoni l-awtoritajiet Taljani indikaw li ċ-ċifra korretta kienet ta' EUR 1,5 miljun, li jikkorrispondu għal sehem ta' 1,56 %.

(6)  Dawn iċ-ċifri huma dawk li jirriżultaw mit-tielet emenda għall-ftehim tal-azzjonijiet, iffirmat fil-11 ta' Mejju 2012. Iċ-ċifri oriġinali kienu EUR 4,7 miljun bħala kontribuzzjoni f'kontanti u r-rata annwali li ġiet stabbilita kienet ta' 7,5 %.

(7)  Teknoloġija li tippermetti l-forniment ta' servizzi tal-Internet fuq bażi ta' punt għal punti multipli. L-operaturi interessati fil-provvista ta' servizzi jkollhom jattivaw in-netwerk kollu bl-użu ta' teknoloġija GPON.

(8)  Il-kontribuzzjoni inizjali kienet tikkonsisti mit-trasferiment tad-drittijiet tal-użu impreskrittibbli.

(9)  It-tieni kontribuzzjoni kienet tikkonsisti minn żewġ partijiet: (1) il-konverżjoni fi sjieda tad-drittijiet tal-użu impreskrittibbli (li kienu jiffurmaw il-kontribuzzjoni inizjali) fuq l-ispazju fil-kanali ta' Telecom Italia biss fiż-żoni ta' profitabilità medja fil-Provinċja (jiġifieri ż-żoni fil-mira ta' Trentino NGN); u (2) it-trasferiment tas-sjieda tal-komponenti kollha tan-netwerk tal-kupru, bil-ħsieb li dan jiżżarma wara li l-klijenti kollha jkunu nqalbu għal fuq in-netwerk tal-kupru.

(10)  Il-metodoloġija użata biex jiġi stabbilit tali valur fil-mument kienet ibbażata fuq il-valur teoretiku medju tas-sostituzzjoni tan-netwerk, abbażi tal-mudell BU-LRIC użat mill-Awtorità Regolatorja Nazzjonali Taljana AGCOM biex jiġu determinati t-tariffi ULL (aċċess diżaggregat għal-loop lokali), valur li jittieħed bħala l-valur medju madwar il-pajjiż kollu u mhux ikkalkulat b'mod speċifiku għall-Provinċja.

(11)  Ir-rimunerazjzoni massima, limitata għal redditu azzjonarju ta' 10,5 % fil-kalkoli inizjali magħmula mill-Provinċja.

(12)  Kellhom jiġu skerati tliet netwerks GPON paralleli, tnejn minnhom lil hinn mir-rekwiżiti ta' Trentino NGN u fit-teorija kellhom jinkrew biex jitħaddmu minn fornituri alternattivi.