|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
10.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1962
tas-7 ta' Novembru 2016
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u partikolarment l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||
|
Bibien tad-doċċa żarmati, iddisinjati biex jiġu mmuntati u jitwaħħlu mal-ħajt, li jikkonsistu mill-komponenti li ġejjin:
Il-ħġieġ għandu protezzjoni, billi li jkun ġie mgħaddas f'likwidu u pproċessat kontra l-ġir, il-ħmieġ u l-ħsara mir-residwi tal-aġenti tat-tindif. Aara l-istampa tal-oġġett diġà immuntat (*1). |
7020 00 80 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a), 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 7020 00 u 7020 00 80 . L-oġġett huwa prodott kompost, ippreżentat żarmat, magħmul minn komponenti differenti. Billi l-profili jinsabu fuq naħa waħda biss ta' kull panew, il-prodott ma jitqiesx li għandu jitqiegħed fi frejm (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-Kapitolu 70, Ġenerali, it-tieni paragrafu). Il-profili, il-mezzi ta' rbit, il-viti, it-tappijiet, is-siġilli, eċċ. huma komponenti ta' natura subordinata. Għalhekk, huwa l-ħġieġ li jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7326 , bħala prodott ieħor magħmul mill-azzar jew taħt l-intestatura 7610 bħala frejms magħmula mill-aluminju hija għalhekk eskluża. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7013 bħala oġġetti tal-ħġieġ ta' tip użat għat-twaletta jew għanijiet simili hija eskluża, minħabba li huma koperti biss oġġetti mobbli żgħar (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 7013 , l-ewwel paragrafu, punt (2)). Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7007 bħala ħġieġ ta' sikurezza hija eskluża minħabba li din l-intestatura tkopri ħġieġ ta' sikurezza iżda mhux oġġetti magħmulin minnu. Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 7020 00 80 , bħala oġġetti oħrajn tal-ħġieġ. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.
|
10.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1963
tad-9 ta' Novembru 2016
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 fir-rigward tal-formoli standard u tal-arranġamenti lingwistiċi li għandhom jintużaw b'rabta mad-Direttivi tal-Kunsill (UE) 2015/2376 u (UE) 2016/881
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(5) u (6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8a tad-Direttiva 2011/16/UE jistipula li għandu jkun hemm skambju awtomatiku u obbligatorju ta' deċiżjonijiet antiċipati transfruntiera u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment. Għal dawn l-iskambji għandha tintuża formola standard, li tinkludi l-arranġamenti lingwistiċi, flimkien ma' direttorju ċentrali sigur tal-Istati Membri fejn għandha tiġi żviluppata l-informazzjoni li tiġi rreġistrata. |
|
(2) |
L-Artikolu 8aa tad-Direttiva 2011/16/UE jistipula li għandu jkun hemm skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni rigward ir-rapporti għal kull pajjiż. Għandhom jiġu adottati arranġamenti lingwistiċi fir-rigward tal-forma li għandha tintuża għall-iskambji. |
|
(3) |
Għaldaqstant ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 (2) għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta' koerenza u ta' ċertezza legali, huwa xieraq li d-dati ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġu allinjati mad-dati sa meta għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fl-Istati Membri li huma meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 8a u 8aa tad-Direttiva 2011/16/UE. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej: “Artikolu 2a Formoli standard, li jinkludu l-arranġamenti lingwistiċi, għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' deċiżjonijiet antiċipati transfruntiera u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment 1. Fir-rigward tal-formoli li għandhom jintużaw, “komponent” u “qasam” ifissru dak il-post fil-formola li fih tista' tiġi rreġistrata l-informazzjoni li trid tiġi skambjata skont id-Direttiva 2011/16/UE. 2. Il-formola li għandha tintuża għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' deċiżjonijiet antiċipati transfruntiera u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment skont l-Artikolu 8a tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness VII ta' dan ir-Regolament. 3. L-elementi ewlenin imsemmija fl-Artikolu 20(5) tad-Direttiva 2011/16/UE huma l-komponenti elenkati fil-punti (b), (h) u (i) tal-Artikolu 8a(6) ta' dik id-Direttiva u dawk l-elementi ewlenin għandhom jintbagħtu wkoll bl-Ingliż.” |
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 2b li ġej: “Artikolu 2b L-arranġamenti lingwistiċi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni rigward ir-rapport għal kull pajjiż L-elementi ewlenin imsemmija fl-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2011/16/UE huma l-informazzjoni jew l-ispjegazzjoni inkluża fit-Tabella 3 tat-Taqsima III tal-Anness III ta' dik id-Direttiva u dawk l-elementi ewlenin għandhom jintbagħtu wkoll bl-Ingliż, sakemm ma jkunx ġie miftiehem li tintuża lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni bejn l-Istat Membru emittenti u l-Istati Membri kollha l-oħra li tintbagħtilhom l-informazzjoni skont l-Artikolu 8aa(2) tad-Direttiva 2011/16/UE.” |
|
(3) |
L-Anness VII huwa miżjud skont kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Madankollu, l-Artikolu 1(2) għandu jibda japplika mill-5 ta' Ġunju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012 (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 19).
ANNESS
Fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 jiżdied l-Anness li ġej:
“ANNESS VII
Formola msemmija fl-Artikolu 2a
Flimkien mal-komponenti elenkati fl-Artikolu 8a(6) tad-Direttiva 2011/16/UE, il-formola għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' deċiżjonijiet antiċipati transfruntiera u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment skont l-Artikolu 8a tal-istess Direttiva tinkludi wkoll il-qasam li ġej:
|
(a) |
Referenza tad-Deċiżjoni.” |
|
10.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1964
tad-9 ta' Novembru 2016
dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' preparat tad-dolomit-manjeżit għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin u ta' preparat tal-montmorillonit-illit għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bħala addittivi tal-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 l-applikazzjonijiet ġew sottomessi għall-awtorizzazzjonijiet ta' preparat tad-dolomit-manjeżit u ta' preparat tal-montmorillonit-illit. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ta' preparat tad-dolomit-manjeżit għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin u ta' preparat tal-montmorillonit-illit bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
|
(4) |
Fl-Opinjoni tagħha tal-1 ta' Diċembru 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat tad-dolomit-manjeżit ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li hija effikaċi bħala antiagglomerant. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf sottomess mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Minħabba s-similarità fiżjoloġika tal-baqar tal-ħalib mar-ruminanti kollha għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, jixraq li l-użu ta' dan l-addittiv jiġi estiż għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib. |
|
(6) |
Fl-Opinjonijiet tagħha tat-30 ta' Ottubru 2014 u tal-10 ta' Settembru 2015 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-preparat tal-montmorillonit-illit ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li hija effikaċi bħala antiagglomerant u bħala legant. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf sottomess mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tal-preparat ta' dolomit-manjeżit u tal-preparat ta' montmorillonit-illit turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawk il-preparati għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Annessi ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparat speċifikat fl-Anness I, li huwa parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “antiagglomeranti”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-preparat speċifikat fl-Anness II, li huwa parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “antiagglomeranti” u “leganti”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2016;14(1):4341
(3) EFSA Journal 2014;12(11):3904 u EFSA Journal 2015;13(9):4237
ANNESS I
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta' analiżi |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Addittivi teknoloġiċi: antiagglomeranti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1g598 |
Dolomit-Manjeżit |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tħejjija ta' taħlita naturali ta' dolomit u manjeżit ≥ 40 % (b'kontenut minimu ta': karbonati 24 %). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Dolomit:
Manjeżit:
Talk (silikati idrati tal-manjeżju):
Klorit (aluminju–manjeżju):
Metodu analitiku (1) Karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
Baqar tal-ħalib u ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib Ħnienes tal-fatma Ħnieżer għat-tismin |
— |
5 000 |
20 000 |
|
it-30 ta' Novembru 2026 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ANNESS II
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta' analiżi |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Addittivi teknoloġiċi: leganti |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1g557 |
Montmorillonit-Illit |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tħejjija ta' saff imħallat tal-mineral tat-tafal montmorillonit-illit: fillosilikati ≥ 75 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Fillosilikati ≥ 75 %:
Kwarz ≤ 20 % Ħadid (strutturali) 3,6 % (medja) Mingħajr asbestos Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
10 000 |
20 000 |
|
it-30 ta' Novembru 2026 |
||||||||||||||||||||||||
|
Addittivi teknoloġiċi: antiagglomerant |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1g557 |
Montmorillonit-Illit |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tħejjija ta' saff imħallat tal-mineral tat-tafal montmorillonit-illit: fillosilikati ≥ 75 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Fillosilikati ≥ 75 %:
Kwarz ≤ 20 % Ħadid (strutturali) 3,6 % (medja) Mingħajr asbestos Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
20 000 |
20 000 |
|
it-30 ta' Novembru 2026 |
||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
10.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1965
tad-9 ta' Novembru 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
97,4 |
|
ZZ |
97,4 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
141,2 |
|
ZZ |
141,2 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
55,7 |
|
TR |
139,3 |
|
|
ZZ |
97,5 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
88,4 |
|
ZZ |
88,4 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
JM |
103,8 |
|
PE |
122,6 |
|
|
TR |
67,9 |
|
|
ZZ |
98,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
67,2 |
|
BR |
79,0 |
|
|
CL |
69,9 |
|
|
TR |
93,7 |
|
|
UY |
38,4 |
|
|
ZA |
65,7 |
|
|
ZZ |
69,0 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
318,3 |
|
IN |
166,0 |
|
|
PE |
373,7 |
|
|
TR |
141,0 |
|
|
US |
380,6 |
|
|
ZZ |
275,9 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
260,6 |
|
AU |
236,5 |
|
|
CL |
139,2 |
|
|
NZ |
139,2 |
|
|
ZA |
139,5 |
|
|
ZZ |
183,0 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
82,6 |
|
TR |
179,1 |
|
|
ZZ |
130,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
10.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1966
tal-20 ta' Settembru 2016
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE (Sistema ta' Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
L-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(7) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi (ĠU L 171, 2.7.2015, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru
ta' …
li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti modalitajiet tranżizzjonali speċifiċi sa meta issir l-implimentazzjoni sħiħa tal-funzjoni tat-traduzzjoni tal-pjattaforma tas-soluzzjoni online għat-tilwim (ODR, online dispute resolution) imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 fir-rigward tal-lingwa Iżlandiża. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
L-Anness XIX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIX tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 7d (id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, emendat permezz ta':
|
|
2. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 7f (ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 7i (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 524/2013, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1051 u d-Direttiva 2013/11/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1.
(3) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63.
(*1) [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
|
10.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/21 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1967
tat-8 ta' Novembru 2016
li temenda l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/757/KE dwar miżuri fitosanitarji proviżorji ta' emerġenza sabiex ma jitħalliex id-dħul u l-firxa fil-Komunità tal-Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in 't Veld sp. nov.
(notifikata bid-dokument C(2016) 7075)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE (2), il-pjanti u l-injam suxxettibbli jistgħu jiddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni biss jekk ikunu jikkonformaw mal-miżuri fitosanitarji ta' emerġenza li jinsabu fil-punti 1a u 2 tal-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni. It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2002/757/KE jipprevedi deroga għall-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Acer macrophyllum Pursh u tal-Quercus spp. L., li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka. Dan jista' jiddaħħal fl-Unjoni sat-30 ta' Novembru 2016 mingħajr ma jkun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 2 tal-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni sakemm ikun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/893 (3) tistipula r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' injam isserrat mingħajr qoxra tal-Acer spp. li joriġina minn pajjiżi terzi. Huwa meqjus li dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa għall-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-organiżmu Anoplophora glabripennis (Motschulsky) u ma jista' jkun hemm ebda deroga minn dan li tista' tiġi ġġustifikata. Għaldaqstant, dik l-ispeċi ta' injam isserrat mingħajr qoxra ma għandhiex tibqa' suġġetta tad-deroga prevista fid-Deċiżjoni 2002/757/KE. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-informazzjoni li jibagħtu perjodikament l-Istati Membri lill-Kummissjoni, wieħed jista' jikkonkludi li l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/757/KE hija biżżejjed biex timpedixxi l-introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu japplikaw dawk il-kundizzjonijiet rigward l-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Quercus spp. L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni teknika li tressqet mill-Istati Uniti turi li l-Programm ta' Ċertifikazzjoni tat-Tnixxif fil-Fran ta' Injam Iebes Isserrat (Kiln Drying Hardwood Lumber Certificate (“Certificate of Kiln Drying”)), imsemmi fl-Artikolu 6 a (3) tad-Deċiżjoni 2002/757/KE, qiegħed jaħdem b'mod effikaċi. |
|
(4) |
Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni tad-deroga dwar l-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Quercus spp. L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka għandha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2026 biex ikun evitat kull tfixkil bla bżonn tan-negozju ta' dak l-injam. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2002/757/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda tad-Deċiżjoni 2002/757/KE
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2002/757/KE hija emendata b'dan li ġej:
“B'deroga mill-ewwel sottoparagrafu, sal-31 ta' Diċembru 2026, l-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Quercus spp. L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, jista' jiddaħħal fl-Unjoni mingħajr ma jikkonforma mal-punt 2 tal-Anness I ta' din id-Deċiżjoni, dejjem jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.”
Artikolu 2
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE tad-19 ta' Settembru 2002 dwar miżuri fitosanitarji proviżorji ta' emerġenza biex jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa fil-Komunità ta' Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in 't Veld sp. nov. (ĠU L 252, 20.9.2002, p. 37).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/893 tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar miżuri biex l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) ma jiddaħħalx fl-Unjoni u ma jinxteridx fi ħdanha (ĠU L 146, 11.6.2015, p. 16).
|
10.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/23 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1968
tad-9 ta' Novembru 2016
li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Ungerija
(notifikata bid-dokument C(2016) 7245)
(Il-verżjoni Ungeriża biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, li tinkludi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza avjarja fit-tjur domestiċi jagħtu lok għal żewġ forom ta' dik il-marda li jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment, it-tip b'patoġeniċità baxxa jwassal għal sintomi ħfief biss, filwaqt li t-tip b'patoġeniċità għolja jirriżulta f'rati għoljin ferm ta' mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur. Dik il-marda jista' jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur. |
|
(2) |
Minkejja li l-influwenza avjarja tinstab primarjament fl-għasafar, l-infezzjoni bil-vajrus kawżattiv okkorriet okkażjonalment u taħt ċerti ċirkostanzi fil-bnedmin ukoll. |
|
(3) |
F'każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm ir-riskju li l-aġent patoġeniku jista' jinxtered f'azjendi agrikoli oħrajn fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għal Stati Membri oħrajn jew għal pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fit-tjur ħajjin jew f'għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq jew fil-prodotti tagħhom. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi marbutin mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi ta' kontroll li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fit-tjur jew f'għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq. Dik id-Direttiva tipprevedi l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza f'każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. |
|
(5) |
L-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda agrikola fit-territorju tagħha fejn jinżammu tjur jew għasafar oħra miżmuma fil-magħluq u ħadet il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda agrikola fejn ġiet ikkonfermata tifqigħa. |
|
(7) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu definiti malajr fil-livell tal-Unjoni, b'kollaborazzjoni mal-Istat Membru affettwat, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Ungerija. |
|
(8) |
Għaldaqstant, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Ungerija, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jiġu ddefiniti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Ungerija għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Partijiet A u B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
ANNESS
PARTI A
Iż-żona ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:
|
ISO Kodiċi tal-pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta dan jibqa' applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
HU |
L-Ungerija |
|
L-erja li tinkludi: |
|
|
|
|
|
Il-partijiet tad-distrett ta' Orosháza tal-kontea ta' Békés u l-partijiet tad-distrett ta' Makó tal-kontea ta' Csongrád li jinsabu f'radjus ta' 3 kilometri, bil-koordinati tal-GPS iċċentrati fuq N46.39057; E20.74251; issuplimentati bl-erjas kompletament mibnija tal-lokalitajiet ta' Tótkomlós u Nagyér |
27.11.2016 |
PARTI B
Iż-żona ta' sorveljanza kif imsemmija fl-Artikolu 1:
|
ISO Kodiċi tal-pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta dan jibqa' applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
HU |
L-Ungerija |
|
L-erja li tinkludi: |
|
|
|
|
|
L-erja tal-partijiet tad-distretti ta' Orosháza u Mezőkovácsháza tal-kontea ta' Békés u l-erja tal-partijiet tad-distrett ta' Makó tal-kontea ta' Csongrád lil hinn mill-erja deskritta fiż-żona ta' protezzjoni u fir-radjus ta' 10 kilometri, bil-koordinati tal-GPS iċċentrati fuq N46.39057; E20.74251; issuplimentati bl-erjas kompletament mibnija tal-lokalitajiet ta' Békéssámson, Kaszaper, Végegyháza u Mezőhegyes |
6.12.2016 |
|
|
Il-partijiet tad-distrett ta' Orosháza tal-kontea ta' Békés u l-partijiet tad-distrett ta' Makó tal-kontea ta' Csongrád li jinsabu f'radjus ta' 3 kilometri, bil-koordinati tal-GPS iċċentrati fuq N46.39057; E20.74251; issuplimentati bl-erjas kompletament mibnija tal-lokalitajiet ta' Tótkomlós u Nagyér |
28.11.2016-6.12.2016 |
Rettifika
|
10.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/26 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/900 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Product Sp. Z o. o.)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 152 tad-9 ta' Ġunju 2016 )
F'paġna 18, fit-tielet linja tat-Titolu:
minflok:
“… Product Sp. z o. o. …”
aqra:
“… Products Ltd. …”
Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, fit-tieni kolonna:
minflok:
“… Sp. z o.o. …”
aqra:
“… Ltd. …”