ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 297

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
4 ta' Novembru 2016


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1920 tad-19 ta' Ottubru 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Hånnlamb (DOP))

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1921 tal-20 ta' Ottubru 2016 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Štajersko prekmursko bučno olje (IĠP)]

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1922 tal-20 ta' Ottubru 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Poularde du Périgord (IĠP))

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1923 tal-24 ta' Ottubru 2016 li japprova modifika mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Karp zatorski (DPO)]

13

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1924 tat-3 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1925 tal-31 ta' Ottubru 2016 li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/17 li tawtorizza lir-Renju Unit biex jipprojbixxi l-użu ta' varjetà ta' qanneb elenkata fil-Katalgu Komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli fuq it-territorju tiegħu, skont id-Direttiva 2002/53/KE (notifikata bid-dokument C(2016) 6860)

16

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1926 tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

18

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

4.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/1


DIRETTIVA (UE) 2016/1919 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ottubru 2016

dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 82(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiġi żgurata l-effikaċja tad-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat kif previst fid-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) billi titqiegħed l-assistenza ta' avukat imħallas mill-Istati Membri għad-dispożizzjoni ta' persuni ssuspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali u ta' persuni rijkesti li huma soġġetti għal proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (4) (persuni rikjesti).

(2)

Permezz tal-istabbiliment ta' regoli minimi komuni dwar id-dritt għal għajnuna legali għal persuni ssuspettati jew akkużati u persuni rikjesti, din id-Direttiva għandha l-għan li ssaħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta' xulxin, u b'hekk ittejjeb ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonjiet f'materji kriminali.

(3)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), l-Artikolu 6(3)(c) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Artikolu 14(3)(d) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) jinkorporaw id-dritt għalgħajnuna legali fi proċedimenti kriminali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet. Il-Karta għandha l-istess valur ġuridiku bħat-Trattati, u l-Istati Membri huma partijiet għall-KEDB u l-ICCPR. Madankollu, l-esperjenza wriet li dan waħdu mhux dejjem jipprovdi livell suffiċjenti ta' fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta' Stati Membri oħra.

(4)

Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill adotta Riżoluzzjoni dwar Pjan Direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni ssuspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali (5) (“il-Pjan Direzzjonali”). Permezz ta' approċċ gradwali, il-Pjan Direzzjonali jappella għall-adozzjoni ta' miżuri rigward id-dritt għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni (miżura A), id-dritt għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-informazzjoni dwar l-akkużi (miżura B), id-dritt għall-parir legali u l-għajnuna legali (miżura C), id-dritt li persuna tikkomunika mal-qraba, ma' min iħaddem u mal-awtoritajiet konsulari (miżura D), u garanziji speċjali għal persuni ssuspettati jew akkużati li jkunu vulnerabbli (miżura E).

(5)

Fil-11 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill Ewropew laqa' l-Pjan Direzzjonali u inkludih bħala parti mill-Programm ta' Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (6) (punt 2.4). Il-Kunsill Ewropew enfasizza l-karattru mhux eżawrjenti tal-Pjan Direzzjonali billi stieden lill-Kummissjoni teżamina elementi ulterjuri ta' drittijiet proċedurali minimi għall-persuni ssuspettati u akkużati, u tivvaluta jekk hemmx bżonn jiġu indirizzati kwistjonijiet oħra, pereżempju l-preżunzjoni ta' innoċenza, sabiex tiġi promossa kooperazzjoni aħjar f'dak il-qasam.

(6)

Ħames miżuri dwar id-drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali ġew adottati s'issa skont il-Pjan Direzzjonali, speċifikament id-Direttivi 2010/64/UE (7), 2012/13/UE (8), 2013/48/UE, (UE) 2016/343 (9) u (UE) 2016/800 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(7)

Din id-Direttiva hija relatata mat-tieni parti tal-miżura C tal-Pjan Direzzjonali, fir-rigward tal-għajnuna legali.

(8)

L-għajnuna legali għandha tkopri l-ispejjeż tad-difiża ta' persuni ssuspettati jew akkużati u persuni rikjesti. Meta jagħtu l-għajnuna legali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu li persuni ssuspettati jew akkużati jew persuni rikjesti jħallsu parti minn dawk l-ispejjeż huma stess, skont ir-riżorsi finanzjarji tagħhom.

(9)

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/800, din id-Direttiva m'għandhiex tapplika fejn persuni ssuspettati jew akkużati, jew persuni rikjesti jkunu rrinunzjaw għad-dritt tagħhom ta' aċċess għal avukat skont rispettivament, l-Artikolu 9 jew l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2013/48/UE, u ma jkunux irrevokaw tali rinunzja, jew fejn l-Istati Membri jkunu applikaw id-derogi temporanji skont l-Artikolu 3(5) jew (6) tad-Direttiva 2013/48/UE, għat-tul ta' żmien ta' tali deroga.

(10)

Fejn persuna li ma kinitx inizjalment persuna ssuspettata jew akkużata, bħal xhud, issir persuna ssuspettata jew akkużata, dik il-persuna għandu jkollha dritt li ma tinkriminax lilha nnifisha u d-dritt li tibqa' siekta, skont il-liġi tal-Unjoni u l-KEDB, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Qorti tal-Ġustizzja) u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB). Għaldaqstant din id-Direttiva tagħmel referenza espliċita għas-sitwazzjoni prattika fejn tali persuna ssir persuna ssuspettata jew akkużata matul l-interrogazzjoni mill-pulizija jew minn awtorità oħra ta' infurzar tal-liġi fl-ambitu ta' proċedimenti kriminali. Fejn, matul tali interrogazzjoni, persuna li ma tkunx persuna ssuspettata jew akkużata ssir persuna ssuspettata jew akkużata, l-interrogazzjoni għandha tiġi sospiża minnufih. Madankollu, għandu jkun possibbli li titkompla l-interrogazzjoni fejn il-persuna kkonċernata tkun ġiet infurmata li saret persuna ssuspettata jew akkużata u dik il-persuna tkun tista' teżerċita kompletament id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva.

(11)

F'xi Stati Membri awtorità li ma tkunx qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali jkollha l-kompetenza li timponi sanzjonijiet għajr iċ-ċaħda tal-libertà fir-rigward ta' reati relattivament minuri. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, fir-rigward ta' reati tat-traffiku li jitwettqu fuq skala kbira u li jista' jkun li jiġu stabbiliti b'segwitu għal kontroll tat-traffiku. F'tali sitwazzjonijiet, ma jkunx raġonevoli li l-awtoritajiet kompetenti jiġu rikjesti jiżguraw id-drittijiet kollha previsti f'din id-Direttiva. Fejn il-liġi ta' Stat Membru tipprevedi l-impożizzjoni ta' sanzjoni minn tali awtorità fir-rigward ta' reati minuri u jkun hemm dritt ta' appell jew il-possibilità li l-każ jiġi rinvijat b'xi mod ieħor quddiem qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali, din id-Direttiva għandha għaldaqstant tapplika biss għall-proċedimenti li jinġiebu quddiem dik il-qorti b'segwitu għal tali appell jew rinviju.

(12)

F'xi Stati Membri, ċerti reati minuri, b'mod partikolari reati minuri tat-traffiku, reati minuri fir-rigward ta' regolamenti muniċipali ġenerali u reati minuri kontra l-ordni pubbliku, jitqiesu bħala reati kriminali. F'tali sitwazzjonijiet, ma jkunx raġonevoli li l-awtoritajiet kompetenti jiġu rikjesti jiżguraw id-drittijiet kollha previsti taħt din id-Direttiva. Fejn il-liġi ta' Stat Membru tipprevedi li fir-rigward ta' reati minuri ma tistax tiġi imposta ċ-ċaħda tal-libertà bħala sanzjoni, din id-Direttiva għandha għaldaqstant tapplika biss għall-proċedimenti quddiem qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali.

(13)

L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal reati minuri hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jkunu jistgħu japplikaw test tal-mezzi, test tal-mertu, jew it-tnejn li huma sabiex jiddeterminaw jekk l-għajnuna legali għandhiex tingħata. Sakemm dan jikkonforma mad-dritt għal proċess ġust, jista' jitqies li t-test tal-mertu ma ġiex sodisfatt fir-rigward ta' ċerti reati minuri.

(14)

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' ċerti reati minuri ma għandux jaffettwa l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-KEDB li jiżguraw id-dritt għal proċess ġust, inkluż il-ksib ta' assistenza ta' avukat.

(15)

Sakemm dan ikun kompatibbli mad-dritt għal proċess ġust, is-sitwazzjonijiet li ġejjin ma jikkostitwixxux ċaħda tal-libertà fi ħdan it-tifsira ta' din id-Direttiva: l-identifikazzjoni tal-persuna ssuspettata jew akkużata; id-determinazzjoni ta' jekk għandhiex tinbeda investigazzjoni; il-verifika tal-pussess ta' armi jew kwistjonijiet simili oħra ta' sikurezza; it-twettiq ta' atti investigattivi jew atti ta' ġbir ta' provi apparti dawk speċifikament imsemmija f'din id-Direttiva, bħal tfittxijiet fuq il-persuna, eżamijiet fiżiċi, testijiet tad-demm, testijiet għall-alkoħol jew testijiet simili, jew it-teħid ta' ritratti jew tal-marki tas-swaba; it-tressiq tal-persuna ssuspettata jew akkużata quddiem awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali.

(16)

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħtu għajnuna legali f'sitwazzjonijiet li ma jkunux koperti minn din id-Direttiva, pereżempju meta jitwettqu atti investigattivi jew atti ta' ġbir ta' provi apparti dawk speċifikament imsemmija f'din id-Direttiva.

(17)

Skont l-Artikolu 6(3)(c) tal-KEDB, il-persuni ssuspettati jew akkużati li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi biex iħallsu għall-assistenza ta' avukat għandu jkollhom id-dritt għal għajnuna legali meta l-interessi tal-ġustizzja jirrikjedu dan. Din ir-regola minima tippermetti li l-Istati Membri japplikaw test tal-mezzi, test tal-mertu jew it-tnejn li huma. L-applikazzjoni ta' dawk it-testijiet m'għandhiex tintroduċi limiti għal, jew derogi minn, id-drittijiet jew il-garanziji proċedurali li huma żgurati mill-Karta u l-KEDB, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-QEDB.

(18)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti prattiċi fir-rigward tal-għoti ta' għajnuna legali. Tali arranġamenti jistgħu jistabbilixxu li l-għajnuna legali tingħata b'segwitu għal talba minn persuna ssuspettata, persuna akkużata jew persuna rikjesta. Minħabba, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet ta' persuni vulnerabbli, tali talba m'għandhiex, madankollu, tkun kundizzjoni sostantiva għall-għoti tal-għajnuna legali.

(19)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu għajnuna legali mingħajr dewmien żejjed u sa mhux aktar tard mill-interrogazzjoni tal-persuna kkonċernata mill-pulizija, minn awtorità oħra ta' infurzar tal-liġi jew minn awtorità ġudizzjarja, jew qabel l-atti investigattivi jew l-atti ta' ġbir ta' provi speċifiċi msemmija f'din id-Direttiva jitwettqu. Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jagħmlu dan, huma għandhom mill-inqas jagħtu għajnuna legali urġenti jew proviżorja qabel ma jseħħ tali interrogatorju jew qabel tali atti investigattivi jew atti ta' ġbir ta' provi jitwettqu.

(20)

Fid-dawl tal-ispeċifiċità tal-proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirrigwardaw biss persuni rikjesti għandha tqis din l-ispeċifiċità u m'għandha bl-ebda mod tippreġudika l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva.

(21)

Il-persuni rikjesti għandu jkollhom id-dritt għall-għajnuna legali fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni. Barra minn hekk, persuna rikjesta li tkun soġġetta għal proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew sabiex titmexxa prosekuzzjoni kriminali u li teżerċita d-dritt tagħha li tqabbad avukat fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-mandat skont id-Direttiva 2013/48/UE għandu jkollha d-dritt għal għajnuna legali f'dak l-Istat Membru għall-finijiet ta' tali proċedimenti fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, sa fejn l-għajnuna legali tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja, kif stipulat fl-Artikolu 47 tal-Karta. Dan ikun il-każ fejn l-avukat fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ma jkunx jista' jwettaq il-kompiti tiegħu fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew b'mod effikaċi u effiċjenti mingħajr l-assistenza ta' avukat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat. Kwalunkwe deċiżjoni fir-rigward tal-għoti ta' għajnuna legali fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat għandha tittieħed minn awtorità li tkun kompetenti biex tieħu tali deċiżjonijiet f'dak l-Istat Membru, abbażi ta' kriterji stabbiliti minn dak l-Istat Membru meta jimplimenta din id-Direttiva.

(22)

Biex jiżguraw aċċess effettiv għas-servizzi ta' avukat minn persuni rikjesti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni rikjesti jkollhom dritt għall-għajnuna legali sakemm jiġu konsenjati jew sakemm id-deċiżjoni biex ma jiġux konsenjati ssir finali.

(23)

Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw rispett għad-dritt fundamentali għall-għajnuna legali kif previst mill-Karta u mill-KEDB. Meta jagħmlu dan, għandhom jirrispettaw il-Prinċipji u l-Linji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Aċċess għall-Għajnuna Legali fis-Sistemi tal-Ġustizzja Kriminali.

(24)

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-preżenza obbligatorja ta' avukat, awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi, mingħajr dewmien żejjed, jekk għandhiex tingħata għajnuna legali jew le. L-awtorità kompetenti għandha tkun awtorità indipendenti li hija kompetenti biex tieħu d-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' għajnuna legali, jew qorti, inklużi dawk komposti minn imħallef wieħed. F'sitwazzjonijiet urġenti, l-involviment temporanju tal-pulizija u l-prosekuzzjoni għandu madankollu jkun ukoll possibbli sa fejn dan ikun meħtieġ biex l-għajnuna legali tingħata f'waqtha.

(25)

Fejn tkun ingħatat għajnuna legali lil persuna ssuspettata, persuna akkużata jew persuna rikjesta, mod wieħed kif tiġi żgurata l-effikaċja u l-kwalità tagħha hu billi tiġi ffaċilitata l-kontinwità fir-rappreżentanza legali tagħha. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kontinwità tar-rappreżentanza legali matul il-proċedimenti kriminali kollha, kif ukoll — fejn ikun rilevanti — fl-ambitu tal-proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew.

(26)

Għandu jiġi pprovdut taħriġ adegwat lill-persunal involut fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-għajnuna legali fil-proċedimenti kriminali u fil-proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jitolbu li dawk responsabbli għat-taħriġ tal-imħallfin jipprovdu tali taħriġ lill-qrati u l-imħallfin li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' għajnuna legali.

(27)

Il-prinċipju tal-effikaċja tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jimplimentaw rimedji adegwati u effikaċi fil-każ li jkun hemm ksur ta' dritt mogħti lil individwi skont il-liġi tal-Unjoni. Għandu jkun hemm rimedju effikaċi disponibbli fejn id-dritt għal għajnuna legali jkun imminat jew l-għoti ta' għajnuna legali jiddewwem jew jiġi miċħud kompletament jew parzjalment.

(28)

Sabiex tiġi sorveljata u evalwata l-effikaċja ta' din id-Direttiva, hemm bżonn li tinġabar id-data rilevanti mid-data disponibbli fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. Din id-data tinkludi, fejn ikun possibbli, l-għadd ta' talbiet għal għajnuna legali fi proċedimenti kriminali, kif ukoll fil-proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew fejn l-Istat Membru kkonċernat jaġixxi bħala l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jew dak li joħroġ il-mandat, l-għadd tal-każijiet meta tkun ingħatat l-għajnuna legali, u l-għadd ta' każijiet fejn tkun ġiet miċħuda talba għal għajnuna legali. Għandha tinġabar ukoll data dwar l-ispejjeż għall-għoti ta' għajnuna legali lill-persuni ssuspettati jew akkużati u lill-persuni rikjesti sa fejn ikun possibbli.

(29)

Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni ssuspettati, persuni akkużati u persuni rikjesti irrispettivament mill-istatus legali, miċ-ċittadinanza jew min-nazzjonalità tagħhom. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw u jiggarantixxu d-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, mingħajr ebda diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe motivazzjoni bħar-razza, il-kulur, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, il-lingwa, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew ta' tip ieħor, in-nazzjonalità, l-oriġini etnika jew soċjali, il-proprjetà, id-diżabilità jew it-twelid. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali rikonoxxuti mill-Karta u mill-KEDB, inklużi l-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-integrità tal-persuna, id-drittijiet tat-tfal, l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess imparzjali, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f'konformita' ma' dawk id-drittijiet u prinċipji.

(30)

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jestendu d-drittijiet stipulati f'din id-Direttiva bil-għan li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Tali livell ogħla ta' protezzjoni ma għandux jikkostitwixxi ostakolu għar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi ġudizzjarji li dawk ir-regoli minimi huma mfassla biex jiffaċilitaw. Il-livell ta' protezzjoni provdut mill-Istati Membri qatt ma għandu jkun inqas mill-istandards previsti mill-Karta jew mill-KEDB, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-QEDB.

(31)

Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-iffissar ta' regoli minimi komuni dwar id-dritt ta' għajnuna legali għall-persuni ssuspettati jew akkużati u persuni rikjesti, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, din tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan.

(32)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbutin minnha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(33)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u għalhekk mhijiex marbuta minnha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi komuni dwar id-dritt għal għajnuna legali għal:

(a)

persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali; u

(b)

persuni li jkunu soġġetti għal proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew skont id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI (persuni rikjesti).

2.   Din id-Direttiva tikkomplementa d-Direttivi 2013/48/UE u (UE) 2016/800. Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jiġi interpretat bħala limitazzjoni tad-drittijiet previsti f'dawk id-Direttivi.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali li jkollhom dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat skont id-Direttiva 2013/48/UE u li:

(a)

jiġu mċaħħda mil-libertà;

(b)

jkunu meħtieġa li jiġu assistiti minn avukat skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali; jew

(c)

jkunu meħtieġa jew permessi li jattendu għal att investigattiv jew att ta' ġbir ta' provi, inkluż bħala minimu dawn li ġejjin:

(i)

l-identifikazzjoni ta' persuni speċifiċi minn fost oħrajn;

(ii)

konfrontazzjonijiet;

(iii)

rikostruzzjonijiet tax-xena ta' reat.

2.   Din id-Direttiva tapplika wkoll, fil-mument tal-arrest fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, għall-persuni rikjesti, li jkollhom dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fis-sens tad-Direttiva 2013/48/UE.

3.   Din id-Direttiva tapplika wkoll, bl-istess kundizzjonijiet kif previst fil-paragrafu 1, għall-persuni li ma kinux inizjalment persuni ssuspettati jew akkużati iżda li jsiru persuni ssuspettati jew akkużati matul l-interrogazzjoni mill-pulizija jew awtorità oħra ta' infurzar tal-liġi.

4.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal proċess ġust, fir-rigward ta' reati minuri:

(a)

fejn il-liġi ta' Stat Membru tipprevedi l-impożizzjoni ta' sanzjoni minn awtorità li ma tkunx qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali, u quddiem jew lil tali qorti jkun jista' jsir appell kontra l-impożizzjoni ta' tali sanzjoni jew ir-rinviju tagħha; jew

(b)

fejn iċ-ċaħda tal-libertà ma tkunx tista' tiġi imposta bħala sanzjoni,

din id-Direttiva tapplika biss għall-proċedimenti quddiem qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali.

Fi kwalunkwe każ, din id-Direttiva tapplika meta tittieħed deċiżjoni dwar id-detenzjoni, u matul id-detenzjoni, fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti sal-konklużjoni tal-proċedimenti.

Artikolu 3

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “għajnuna legali” tfisser il-finanzjament minn Stat Membru tal-assistenza minn avukat, biex ikun possibbli l-eżerċitar tad-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat.

Artikolu 4

Għajnuna legali fi proċedimenti kriminali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ssuspettati u akkużati li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi biex iħallsu għall-assistenza ta' avukat ikollhom id-dritt għal għajnuna legali fejn l-interessi tal-ġustizzja jirrikjedu dan.

2.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw test tal-mezzi, test tal-mertu, jew it-tnejn li huma sabiex jiddeterminaw jekk l-għajnuna legali għandhiex tingħata skont il-paragrafu 1.

3.   Fejn Stat Membru japplika test tal-mezzi, huwa għandu jqis il-fatturi rilevanti u oġġettivi kollha, bħad-dħul, il-kapital u s-sitwazzjoni tal-familja tal-persuna kkonċernata, kif ukoll l-ispejjeż tal-assistenza minn avukat, u l-istandard tal-għajxien f'dak l-Istat Membru, sabiex jiġi determinat jekk, f'konformita' mal-kriterji applikabbli f'dak l-Istat Membru, persuna ssuspettata jew akkużata għandhiex biżżejjed riżorsi biex tħallas għall-assistenza minn avukat.

4.   Fejn Stat Membru japplika test tal-mertu, huwa għandu jqis il-gravità tar-reat kriminali, il-kumplessità tal-każ u s-severità tas-sanzjoni li tista' tiġi imposta, sabiex jiġi determinat jekk l-interessi tal-ġustizzja jirrikjedux l-għoti ta' għajnuna legali. Fi kwalunkwe każ, għandu jitqies li t-test tal-mertu jkun ġie sodisfatt fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn titressaq persuna ssuspettata jew akkużata quddiem qorti jew imħallef kompetenti sabiex tittieħed deċiżjoni dwar id-detenzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva; u

(b)

matul id-detenzjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna legali tingħata mingħajr dewmien żejjed, u sa mhux aktar tard minn qabel l-interrogazzjoni mill-pulizija, minn awtorità oħra ta' infurzar tal-liġi jew minn awtorità ġudizzjarja, jew qabel li l-atti investigattivi jew l-atti ta' ġbir ta' provi previsti fl-Artikolu 2(1)(c) jitwettqu.

6.   L-għajnuna legali għandha tingħata għall-finijiet biss tal-proċedimenti kriminali fejn il-persuna kkonċernata tkun issuspettata jew akkużata b'reat kriminali.

Artikolu 5

L-għajnuna legali fil-proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew

1.   L-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jiżgura li l-persuni rikjesti jkollhom dritt għal għajnuna legali malli jiġu arrestati b'mandat ta' arrest Ewropew sal-mument tal-konsenja tagħhom, jew sa meta ssir finali d-deċiżjoni li l-konsenja ma ssirx.

2.   L-Istat Membru li joħroġ il-mandat għandu jiżgura li l-persuni rikjesti li jkunu soġġetti għall-proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew sabiex titmexxa prosekuzzjoni kriminali u li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jqabbdu avukat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat biex jassisti lill-avukat fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 10(4) u (5) tad-Direttiva 2013/48/UE jkollhom id-dritt għal għajnuna legali fl-Istat Membru li joħorġ il-mandat għall-finijiet ta' tali proċedimenti fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, sa fejn l-għajnuna legali tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja.

3.   Id-dritt għal għajnuna legali msemmi fil-paragrafi 1 u 2 jista' jiġi soġġett għal test tal-mezzi skont l-Artikolu 4(3), li għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 6

Deċiżjonijiet rigward l-għoti ta' għajnuna legali

1.   Deċiżjonijiet dwar jekk għandhiex tingħata għajnuna legali jew le u dwar l-assenjar ta' avukati għandhom jittieħdu, mingħajr dewmien żejjed, minn awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtorità kompetenti tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b'mod diliġenti, filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ssuspettati jew akkużati u persuni rikjesti jiġu infurmati bil-miktub jekk it-talba tagħhom għall-għajnuna legali tiġi miċħuda totalment jew parzjalment.

Artikolu 7

Il-kwalità tas-servizzi ta' għajnuna legali u t-taħriġ

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri meħtieġa, inkluż fir-rigward tal-finanzjament, biex jiżguraw li:

(a)

ikun hemm sistema effikaċi ta' għajnuna legali li tkun ta' kwalità adegwata; u

(b)

is-servizzi ta' għajnuna legali jkunu ta' kwalità adegwata biex jiggarantixxu l-ekwità tal-proċedimenti, filwaqt li tiġi rispettata kif dovut l-indipendenza tal-professjoni legali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata taħriġ adegwat lill-persunal involut fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-għajnuna legali fi proċedimenti kriminali u fil-proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew.

3.   Filwaqt li jirrispettaw kif dovut l-indipendenza tal-professjoni legali u r-rwol ta' dawk responsabbli għat-taħriġ tal-avukati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu l-għoti ta' taħriġ adegwat għall-avukati li jipprovdu servizzi ta' għajnuna legali.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ssuspettati jew akkużati u persuni rikjesti jkollhom id-dritt, fuq talba tagħhom, li l-avukat assenjat lilhom biex jipprovdi servizzi ta' għajnuna legali jiġi sostitwit, fejn iċ-ċirkustanzi speċifiċi jiġġustifikaw dan.

Artikolu 8

Rimedji

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ssuspettati jew akkużati u persuni rikjesti jkollhom rimedju effettiv taħt il-liġi nazzjonali f'każ ta' ksur ta' drittijiethom taħt din id-Direttiva.

Artikolu 9

Persuni vulnerabbli

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bżonnijiet partikolari ta' persuni ssuspettati jew akkużati u persuni rikjesti vulnerabbli jitqiesu fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 10

L-għoti ta' dejta u rapport

1.   Sal-25 ta' Mejju 2021 u kull tliet snin wara din id-data, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-dejta disponibbli lill-Kummissjoni li turi kif ġew implimentati d-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   Sal-25 ta' Mejju 2022 u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward tad-dritt għal għajnuna legali fi proċedimenti kriminali u fil-proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew.

Artikolu 11

Nonregressjoni

L-ebda dispożizzjoni f'din id-Direttiva ma għandha tiġi interpretata bħala limitazzjoni jew deroga minn kwalunkwe wieħed mid-drittijiet u s-salvagwardji proċedurali żgurati taħt il-Karta, il-KEDB, jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt internazzjonali jew tal-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru li jipprovdu livell ta' protezzjoni ogħla.

Artikolu 12

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-25 ta' Mejju 2019. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

.Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jigu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta' Ottubru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. LESAY


(1)  ĠU C 226, 16.7.2014, p. 63.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 13 ta' Ottubru 2016.

(3)  Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

(4)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(5)  ĠU C 295, 4.12.2009, p. 1.

(6)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(7)  Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

(8)  Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

(9)  Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

(10)  Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1920

tad-19 ta' Ottubru 2016

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Hånnlamb (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Iżvezja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Hånnlamb” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Hånnlamb” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Hånnlamb” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.1. Laħam (u l-ġewwieni) frisk imniżżel fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 239, 1.7.2016, p. 22.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


4.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1921

tal-20 ta' Ottubru 2016

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Štajersko prekmursko bučno olje (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tas-Slovenja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-indikazzjoni ġeografika protetta “Štajersko prekmursko bučno olje”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2012 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Štajersko prekmursko bučno olje” (IĠP) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2012 tat-2 ta' Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Štajersko prekmursko bučno olje (IĠP)] (ĠU L 268 3.10.2012, p. 3).

(3)  ĠU C 225, 22.6.2016, p. 11.


4.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1922

tal-20 ta' Ottubru 2016

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Poularde du Périgord (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Poularde du Périgord” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Poularde du Périgord” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Chapon du Périgord” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.1. Laħam (u l-ġewwieni) frisk imniżżel fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 228, 24.6.2016, p. 3.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


4.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1923

tal-24 ta' Ottubru 2016

li japprova modifika mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Karp zatorski (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Polonja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Karp zatorski”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2011 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Karp zatorski” (DPO) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2011 tat-18 ta' Mejju 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Karp zatorski (DPO)] (ĠU L 133, 20.5.2011, p. 6).

(3)  ĠU C 225, 22.6.2016, p. 6.


4.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1924

tat-3 ta' Novembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

104,9

ZZ

104,9

0707 00 05

TR

142,5

ZZ

142,5

0709 93 10

MA

91,2

TR

148,9

ZZ

120,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

PE

132,9

TR

74,7

ZZ

103,8

0805 50 10

AR

67,2

BR

79,0

CL

77,0

TR

87,7

ZA

65,7

ZZ

75,3

0806 10 10

BR

307,6

PE

304,9

TR

151,1

ZZ

254,5

0808 10 80

AR

260,6

AU

236,5

CL

139,2

NZ

145,3

ZA

126,7

ZZ

181,7

0808 30 90

TR

176,8

ZZ

176,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

4.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1925

tal-31 ta' Ottubru 2016

li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/17 li tawtorizza lir-Renju Unit biex jipprojbixxi l-użu ta' varjetà ta' qanneb elenkata fil-Katalgu Komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli fuq it-territorju tiegħu, skont id-Direttiva 2002/53/KE

(notifikata bid-dokument C(2016) 6860)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 32(6) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistipula li biex jiġi evitat l-appoġġ għall-produzzjoni ta' wċuħ tar-raba' illegali, iż-żoni li jintużaw għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu eliġibbli biss jekk il-varjetajiet imkabbrin ikollhom kontenut ta' tetraidrokannabinol (THC) li ma jkunx iżjed minn 0,2 %.

(2)

L-Artikolu 45(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (3) jistabbilixxi li jekk, għat-tieni sena, il-medja tal-kampjuni kollha ta' varjetà partikolari tal-qanneb taqbeż il-kontenut tat-THC kif stipulat fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istat Membru għandu jitlob awtorizzazzjoni biex jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta' din il-varjetà skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/53/KE.

(3)

Fit-28 ta' April 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand ir-Renju Unit għall-awtorizzazzjoni biex jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni tal-varjetà tal-qanneb Finola, billi l-kontenut ta' tetraidrokannabinol tiegħu qabeż l-ammont tal-kontenut awtorizzat ta' 0,2 % għat-tieni sena konsekuttiva.

(4)

Wara din it-talba, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/17 (4) u awtorizzat lir-Renju Unit biex jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta' dik il-varjetà tal-qanneb fit-territorju tiegħu.

(5)

Fil-15 ta' Marzu 2016, ir-Renju Unit informa uffiċjalment lill-Kummissjoni li wara ttestjar ulterjuri ta' kampjuni tal-varjetà tal-qanneb Finola, ġie skopert li l-kontenut ta' THC għall-2014 ma kien jaqbeż il-limitu ta' 0.2 % kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

(6)

F'dan ir-rigward, ir-Renju Unit talab li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/17 titħassar.

(7)

Għalhekk, dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha titħassar.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tħassir tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/17

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/17 titħassar.

Artikolu 2

L-Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/17 tas-7 ta' Jannar 2016 li tawtorizza lir-Renju Unit biex jipprojbixxi l-użu ta' varjetà ta' qanneb elenkata fil-Katalgu Komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli fuq it-territorju tiegħu, skont id-Direttiva 2002/53/KE (ĠU L 5, 8.1.2016, p. 7).


4.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/18


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1926

tat-3 ta' Novembru 2016

dwar l-approvazzjoni tas-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni mressqa mill-fornitur a2solar Advanced and Automotive Solar Systems GmbH (“l-applikant”) fl-4 ta' Frar 2016 għall-approvazzjoni tas-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija bħala ekoinnovazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (3).

(2)

L-informazzjoni li nbagħtet fl-applikazzjoni turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati. Bħala riżultat, is-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija propost mill-applikant għandu jiġi approvat bħala teknoloġija innovattiva.

(3)

Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/806/UE (4) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/279 (5), il-Kummissjoni approvat żewġ applikazzjonijiet fir-rigward ta' soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batterija. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni ta' dawk l-applikazzjonijiet u mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni attwali, intwera b'mod sodisfaċenti u konklużiv li saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u jipprovdi tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 ta' mill-inqas 1 g ta' CO2 meta mqabbel ma' vettura tax-xenarju bażi. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-kapaċità ta' din it-teknoloġija innovattiva li tnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2 tiġi rikonoxxuta u kkonfermata b'mod ġenerali, b'konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u li tiġi pprovduta metodoloġija ġenerika tal-ittestjar għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2.

(4)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw il-possibbiltà li jiċċertifikaw l-iffrankar ta' CO2 minn soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batteriji li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li jkunu biss soqfa fotovoltajċi li huma konformi ma' dawk il-kundizzjonijiet li jiġu proposti għaċ-ċertifikazzjoni, il-manifattur għandu jipprovdi rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti u ċertifikat li jikkonferma l-konformità tal-komponent mal-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li s-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar għandha tiġi miċħuda.

(6)

Huwa xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi approvata biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batteriji.

(7)

Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tas-CO2 minn saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija, jeħtieġ li tiġi ddefinita l-vettura tax-xenarju bażi li magħha għandha titqabbel l-effiċjenza tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva kif previst fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-vettura tax-xenarju bażi għandha tkun varjant li fl-aspetti kollha hija l-istess bħall-vettura ekoinnovattiva, bl-eċċezzjoni tas-saqaf fotovoltajku u, fejn applikabbli, mingħajr batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u l-ħażna tiegħu.

(8)

F'konformità mal-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, għandu jintwera li s-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija huwa intrinsiku għat-tħaddim b'mod effiċjenti tal-vettura. Dan ifisser li l-enerġija ġġenerata mis-saqaf fotovoltajku m'għandhiex, pereżempju, tintuża biss għal tagħmir maħsub biex itejjeb il-kumdità fil-vettura.

(9)

Sabiex jiġi ffaċilitat użu usa' ta' soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batterija f'vetturi ġodda, manifattur għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi soqfa fotovoltajċi għall-iċċarġjar tal-batterija permezz ta' applikazzjoni waħda għal ċertifikazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li fejn tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva biss l-użu ta' dawk is-sistemi ta' soqfa fotovoltajċi li joffru l-ogħla effiċjenza.

(10)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni

Is-saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija kif deskritt minn a2solar Advanced and Automotive Solar Systems GmbH fl-applikazzjoni huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Artikolu 2

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   Il-manifattur jista' japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn sistema ta' saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija maħsuba għall-użu f'vetturi M1 konvenzjonali b'magna bil-kombustjoni, li tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

saqaf fotovoltajku;

(b)

tagħmir meħtieġ għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u għall-ħżin tagħha;

(c)

kapaċità ta' ħżin iddedikata.

2.   Il-massa totali ta' dawn il-komponenti għandha tiġi verifikata u kkonfermata f'rapport minn korp indipendenti u ċertifikat.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta' sistemi ta' saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija msemmija fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

2.   Meta manifattur jippreżenta applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn aktar minn sistema waħda ta' saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mis-soqfa li jkunu ġew ittestjati jrendi l-inqas iffrankar ta' CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip. Dak il-valur għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 4

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 21 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.

(3)  https://circabc.europa.eu/w/browse/f3927eae-29f8-4950-b3b3-d2e700598b52

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/806/UE tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 332, 19.11.2014, p. 34).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/279 tad-19 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Asola bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 26).

(6)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI DDETERMINAT L-IFFRANKAR TA' CO2 MINN SOQFA FOTOVOLTAJĊI GĦALL-IĊĊARĠJAR TAL-BATTERIJI

1.   INTRODUZZJONI

Sabiex jiġi kkalkulat it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu ta' saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija f'vettura tat-tip M1, jeħtieġ li jiġu speċifikati dawn li ġejjin:

(1)

il-kundizzjonijiet tal-ittestjar

(2)

it-tagħmir tat-testijiet;

(3)

id-determinazzjoni tal-output ta' potenza massima;

(4)

il-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2;

(5)

il-kalkolu tal-marġni statistika tal-iffrankar ta' CO2.

2.   SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET

Simboli bil-Latin

Formula

Iffrankar ta' CO2 [g CO2/km]

CO2

Diossidu tal-karbonju

CF

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [gCO2/l] kif definit fit-Tabella 3

M

Il-kilometraġġ medju annwali [km/sena] kif definit fit-Tabella 4

Formula

L-output medju mkejjel tal-potenza massima [W] tas-saqaf solari fotovoltajku

n

L-għadd ta' kemm il-darba sar il-kejl tal-output tal-potenza massima tas-saqaf solari fotovoltajku, li huwa ta' mill-inqas 5

SCC

Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni solari [-] kif definit fit-Tabella 1

Formula

Il-marġni statistiku tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km]

SIR

Irradjazzjoni solari medja annwali Ewropea [W/m2], li hi ta' 120 W/m2

SIR_STC

Irradjazzjoni globali f'Kondizzjonijiet Standard tal-Ittestjar (STC) [W/m2], li hi ta' 1 000 W/m2

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output tal-potenza massima tas-saqaf solari fotovoltajku [W]

UFIR

Il-fattur tal-użu (l-effett tad-dell), li hu ta' 0,51

VPe

Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif definit fit-Tabella 2

Image

Is-sensittività tal-iffrankar ta' CO2 ikkalkulat b'rabta mal-output medju mkejjel tal-potenza massima tas-saqaf solari fotovoltajku

Simboli Griegi

ΔCO2m

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-CO2 minħabba massa żejda tas-sistema solari [g CO2/km] kif definit fit-Tabella 5

Δm

Massa żejda minħabba l-istallazzjoni tas-sistema solari [kg]

ηA

L-effiċjenza tal-alternatur [%], li hi ta' 67 %

ηSS

L-effiċjenza tas-sistema solari [%], li hi ta' 76 %

Φ

L-inklinazzjoni fit-tul tal-pannell solari [°]

Indikazzjonijiet taħt il-vers

L-indiċi (i) jirreferi għall-kejl tal-output tal-potenza massima tas-saqaf solari fotovoltajku

3.   KEJL U DETERMINAZZJONI TAL-OUTPUT TAL-POTENZA MASSIMA

L-output medju tal-potenza massima Formula tas-saqaf fotovoltajku għandu jiġi ddeterminat b'mod sperimentali għal kull varjant ta' vettura. L-istabbilizzazzjoni tat-tagħmir għall-ittestjar għandu jsir skont il-metodoloġija speċifikata fl-istandard internazzjonali IEC 61215-2:2016 (1). Il-kejl tal-output tal-potenza massima għandu jsir f'kondizzjonijiet ta' ttestjar standard kif definit fl-istandard internazzjonali IEC/TS 61836:2007 (2).

Għandu jintuża saqaf PV komplet żarmat. Il-punti tal-erba' kantunieri tal-panell għandhom imissu mal-pjan tal-kejl.

Il-kejl tal-output tal-potenza massima għandu jsir mill-inqas ħames darbiet u għandha tiġi kkalkulata l-medja aritmetika (Formula).

4.   IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA' CO2

L-iffrankar tas-CO2 tas-saqaf PV għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 1 (3).

Formula 1

Formula

Fejn:

Formula

:

Iffrankar ta' CO2 [g CO2/km]

SIR

:

Irradjazzjoni solari medja annwali Ewropea [W/m2], li hi ta' 120 W/m2

UFIR

:

Il-fattur tal-użu (l-effett tad-dell) [-], li hu ta' 0,51

ηSS

:

L-effiċjenza tas-sistema fotovoltajka [%], li hi ta' 76 %

Formula

:

L-output medju mkejjel tal-potenza massima [W] tas-saqaf fotovoltajku

SIR_STC

:

Irradjazzjoni globali f'Kondizzjonijiet Standard tal-Ittestjar (STC) [W/m2], li hi ta' 1 000 W/m2

SCC

:

Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni solari [-] kif definit fit-Tabella 1. Il-kapaċità totali tal-ħżin disponibbli tas-sistema tal-batterija jew il-valur SCC għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur tal-vettura.

Tabella 1

Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni solari

Il-kapaċità totali tal-ħżin disponibbli (12 V) tas-sistema tal-batterija/l-output medju mkejjel tal-potenza massima tas-saqaf fotovoltajku [Ah/W] (4)

0,10

0,20

0,30

0,40

0,50

0,60

> 0,666

Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni solari (SCC)

0,481

0,656

0,784

0,873

0,934

0,977

1

VPe

:

Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif definit fit-Tabella 2

Tabella 2

Il-konsum tal-potenza effettiva

It-tip ta' magna

Il-konsum ta' potenza effettiva (VPe)

[l/kWh]

Petrol

0,264

Petrol bit-Turbo

0,280

Diżil

0,220

ηA

:

L-effiċjenza tal-alternatur [%], li hi ta' 67 %;

CF

:

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [gCO2/l] kif definit fit-Tabella 3

Tabella 3

Il-fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil

Tip ta' karburant

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) (CF)

[gCO2/l]

Petrol

2 330

Diżil

2 640

M

:

Il-kilometraġġ medju annwali [km/sena] kif definit fit-Tabella 4

Tabella 4

Il-kilometraġġ medju annwali għall-vetturi M1

Tip ta' karburant

Il-kilometraġġ medju annwali (M) [km/sena]

Petrol

12 700

Diżil

17 000

Φ

:

L-inklinazzjoni fit-tul tal-pannell solari [°]. Dan il-valur għandu jiġi pprovdut mill-manifattur tal-vettura

ΔCO2m

:

Koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda tas-saqaf solari u, fejn applikabbli, il-batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni ta' enerġija solari f'elettriku u l-ħażna tiegħu [g Co2/km] kif definit fit-Tabella 5.

Tabella 5

Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda

Tip ta' karburant

Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda (ΔCO2m)

[g CO2/km]

Petrol

0,0277 · Δm

Diżil

0,0383 · Δm

Fit-Tabella 5, Δm hija l-massa żejda minħabba l-installazzjoni tas-sistema fotovoltajka, magħmula mis-saqaf fotovoltajku u, fejn applikabbli, mill-batterija addizzjonali u minn tagħmir ieħor meħtieġ b'mod speċifiku għall-konverżjoni tal-enerġija solari f'elettriku u l-ħażna tiegħu.

B'mod partikolari, Δm hija d-differenza pożittiva bejn il-massa tas-sistema fotovoltajka u l-massa ta' saqaf standard tal-azzar. Il-massa ta' saqaf standard tal-azzar titqies li hi ta' 12 kg. F'każ li l-piż tas-sistema solari jkun ta' inqas minn 12 kg, ma għandha ssir l-ebda korrezzjoni għall-bidla fil-massa.

5.   IL-KALKOLU TAL-MARĠNI STATISTIKA

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output tal-enerġija massima għandha tiġi kkalkulata permezz tal-Formula 2.

Formula 2

Formula

Fejn:

Formula

:

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output ta' potenza massima [W]

Formula

:

Il-valur tal-kejl tal-output ta' enerġija massima [W]

Formula

:

Il-medja aritmetika tal-output ta' potenza massima [W]

n

:

L-għadd ta' kemm il-darba sar il-kejl tal-output tal-potenza massima, li huwa ta' mill-inqas 5

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output tal-potenza massima tas-saqaf fotovoltajku twassal għal marġni statistika fl-iffrankar tas-CO2 Formula. Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 3.

Formula 3

Image

6.   SINIFIKAT STATISTIKU

Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra b'saqaf fotovoltajku għall-iċċarġjar tal-batterija għandu jintwera li l-limitu minimu ta' 1 gCO2/km ikun inqabeż b'mod statistikament sinifikanti, kif speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 725/2011. Bħala konsegwenza, għandha tintuża l-Formula 4.

Formula 4

Formula

Fejn:

MT

:

Il-limitu minimu [g CO2/km], li huwa ta' 1 g CO2/km

Formula

:

Il-marġni statistiku tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km]

Meta l-iffrankar fl-emissjonijiet tas-CO2, bħala riżultat tal-kalkolu permezz tal-Formula 4, ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 725/2011, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.


(1)  L-istandard tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC), IEC 61215-2:2016 għal “Moduli fotovoltajċi (PV) terrestri — kwalifikazzjoni tad-disinn u approvazzjoni tat-tip”

(2)  L-istandard tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC), IEC 61836-2007 għal “Sistemi ta' enerġija solari fotovoltajċi — Termini, definizzjonijiet u simboli”

(3)  Il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 https://circabc.europa.eu/sd/a/bbf05038-a907-4298-83ee-3d6cce3b4231/Technical%20Guidelines%20October%202015.pdf

(4)  Il-kapaċità totali tal-ħżin tinkludi kapaċità ta' ħżin medja li tista' intuża tal-batterija tal-istartjar b'kapaċità ta' 10 Ah (12 V). Il-valuri kollha jirreferu għal radjazzjoni solari medja annwali ta' 120 W/m2, sehem ta' dell ta' 0,49 u medja ta' ħin ta' sewqan tal-vettura ta' siegħa kuljum għal qawwa elettrika meħtieġa ta' 750 W.