|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
29.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1903
tat-28 ta' Ottubru 2016
li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill jadotta miżuri għall-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd, fuq proposta tal-Kummissjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jesiġi li jiġu addottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli inkluż, fejn rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u minn korpi konsultattivi oħra, kif ukoll fid-dawl ta' kwalunkwe parir mogħti minn Kunsilli Konsultattivi u rakkomandazzjonijiet konġunti li jsiru mill-Istati Membri. |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif ikun xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri b'mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk jew attività tas-sajd filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-objettiv tal-PKS ikun li tintlaħaq ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli sal-2015 safejn possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha. |
|
(5) |
Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, b'kont meħud tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll wara li jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (“il-pjan”). Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura u jżomm lill-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda f'livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Għal dak il-għan, il-mortalità mis-sajd fil-mira għall-istokkijiet ikkonċernati, espressa f'meded, għandha tintlaħaq kemm jista' jkun malajr u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sal-2020. Huwa xieraq li l-limiti ta' qbid applikabbli fl-2017 għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku jiġu stabbiliti bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan. |
|
(7) |
Skont il-Pjan, meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa ta' stokk riproduttiv ta' kwalunkwe stokk ikkonċernat tkun taħt il-punti ta' referenza għall-bijomassa ta' stokk riproduttiv stipulati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1139, kull miżura ta' rimedju xierqa għandha tiġi adottata sabiex jiġi żgurat li l-istokk ikkonċernat jitreġġa' lura malajr għal livelli ogħla minn dak li kapaċi jipproduċi rendiment massimu sostenibbli. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indika li l-bijomassa tal-istokk tal-merluzz Baltiku tal-Punent hija anqas mill-punti ta' referenza dwar konservazzjoni stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Konsegwentement, huwa xieraq li l-opportunitajiet ta' sajd għall-merluzz Baltiku tal-Punent jiġu stabbiliti taħt il-medda tal-mortalità mis-sajd fl-anness I, kolonna B, tar-Regolament (UE) 2016/1139, f'livell li jqis it-tnaqqis tal-bijomassa. Għal dak l-għan, huwa neċessarju li jitqiesu l-iskeda ta' żmien għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS b'mod ġenerali u dawk tal-pjan b'mod partikolari, l-effett mistenni tal-miżuri ta' rimedju meħuda u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta' impjieg, kif stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jittieħdu aktar miżuri ta' rimedju. Estensjoni tal-perijodu tal-għeluq biż-żieda ta' ġimagħtejn mas-sitt ġimgħat applikabbli bħalissa twassal għal iżjed protezzjoni għall-ġlejjeb tal-merluzz. Skont il-parir xjentifiku, is-sajd rikreattiv għall-merluzz Baltiku tal-Punent jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-total tal-mortalità mis-sajd ta' dak l-istokk. Filwaqt li jitqies l-istat attwali ta' dak l-istokk, huwa xieraq li jiġu adottati ċerti miżuri dwar is-sajd rikreattiv. B'mod aktar partikolari, jenħtieġ li japplika limitu tal-qabda ta' kuljum għal kull sajjied, liema limitu jenħtieġ ikun aktar restrittiv matul żmien ir-riproduzzjoni tal-ħut. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-istabbiltà relattiva applikabbli għall-attivitajiet ta' sajd kummerċjali. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-istokk tal-Lvant tal-merluzz Baltiku, minħabba bidliet fil-bijoloġija tiegħu, l-ICES ma setax jistabbilixxi punti ta' referenza bijoloġiċi u minflok ta l-parir li t-TAC għal dak l-istokk ta' merluzz ikun ibbażat fuq approċċ ta' data limitata. Huwa xieraq, għalhekk, li sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-pjan, it-TAC għall-merluzz Baltiku tal-Lvant jiġi stabbilit skont l-approċċ ta' prekawzjoni. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-aringi tal-Golf ta' Riga, il-parir xjentifiku disponibbli jindika l-preżenza ta' klassi tas-sena 2015 b'saħħitha ħafna. L-istabbiliment ta' TAC skont il-medda tal-mortalità mis-sajd stipulata fl-Anness I, kolonna A, tar-Regolament (UE) 2016/1139, twassal għal żieda konsiderevoli tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li min-naħa tagħha twassal għal kompetizzjoni għolja għall-ikel, tkabbir aktar bil-mod, fattur ta' kundizzjoni aktar baxx u kwalità inferjuri tal-ħut b'mod ġenerali. Billi l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' dan l-istokk hija ogħla mill-punt ta' referenza tal-bijomassa stipulat fl-Anness II, kolonna A, ta' dak ir-Regolament, huwa xieraq li t-TAC tiġi stabbilita skont il-meded ta' mortalità mis-sajd stipulati fl-Anness I, kolonna B, ta' dak ir-Regolament, billi dan huwa neċessarju biex jiġi evitat dannu serju lil dan l-istokk kawża tad-dinamika bejn l-individwi tal-istess speċi fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 4(4) ' dak ir-Regolament. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stipulati f'dan ir-Regolament ikun soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd, u għat-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-kodiċijiet marbuta mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni. |
|
(12) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4, dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma japplikawx l-Artikoli 3 jew 4, b'mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċenti, il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà ta' sena b'sena iddaħħal bl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef l-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li tfixkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li tiddeterjora l-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw biss għat-TACs analitiċi meta ma tintużax il-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(13) |
Abbażi ta' parir xjentifiku ġdid, TAC preliminari għall-merluzz tan-Norveġja fiż-żona tal-ICES IIIa u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIa u IV jenħtieġ li jkun stabbilit għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2016 sal-31 ta' Ottubru 2017. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/72 jiġi emendat skont dan. Sabiex tiġi evitata interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-merluzz tan-Norveġja japplikaw b'effett mill-1 ta' Novembru 2016. |
|
(14) |
Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2017. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku għall-2017.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal sajd rikreattiv meta jissemma espressament fid-dispożizzjonijiet rilevanti.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplikaw. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“suddiviżjoni” tfisser suddiviżjoni tal-ICES tal-Baħar Baltiku kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (5); |
|
(2) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista' tinqabad fuq perijodu ta' sena; |
|
(3) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz. |
|
(4) |
“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fosthom għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet marbutin b'mod funzjonali magħhom, fejn xieraq, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd
L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stipulat f'dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(d) |
kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għal ħatt l-art ta' qabdiet u ta' qabdiet aċċessorji
1. Qabdiet ta' speċi soġġetti għal limiti ta' qbid u li nqabdu f'żoni tas-sajd speċifikati fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art, kif stabbilit f'dak l-Artikolu.
2. L-istokkijiet ta' speċi mhux fil-mira fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma identifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-finijiet tad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti previsti f'dak l-Artikolu.
Artikolu 7
Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-merluzz fis-suddiviżjonijiet 22-24
1. Fis-sajd rikreattiv, mhux aktar minn ħames kampjuni ta' merluzz jistgħu jinżammu għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22-24.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, mhux aktar minn tliet kampjuni ta' merluzz jistgħu jinżammu għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22-24 fil-perijodu li jibda mill-1 ta' Frar 2017 sal-31 ta' Marzu 2017.
3. Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 8
Trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data li tirrigwarda l-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Flessibbiltà
1. Ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitika.
2. L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 10
Emenda għar-Regolament (UE) 2016/72
Fl-Anness IA tar-Regolament (UE) 2016/72, l-entrata għall-merluzz tan-Norveġja fi IIIa u fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV hija sostitwita b'dan li ġej:
|
Speċi: |
Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati Trisopterus esmarkii |
Żona: |
IIIa; Ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV (NOP/2A3A4) |
||
|
Sena |
2016 |
2017 |
|
|
|
|
Danimarka |
|
|
|||
|
Ġermanja |
|
|
|||
|
Netherlands |
|
|
|||
|
L-Unjoni |
|
|
|||
|
Norveġja |
15 000 (9) |
|
|
|
|
|
Gżejjer Faeroe |
6 000 (10) |
|
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
|
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 10, li għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).
(6) Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' ħatt l-art, il-qabdiet tal-merlangu jistgħu jingħaddu ma' mhux iżjed minn 5 % tal-kwota (OT2/* 2A3A4), dment li dawn il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kollox ma jirrappreżentawx iżjed minn 9 % ta' din il-kwota għall-merluzz tan-Norveġja.
(7) Il-kwota tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIa, IIIa u IV biss.
(8) Il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada biss mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru 2016.
(9) Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni.
(10) Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni. Tinkludi massimu ta' 15 % ta' qabdiet aċċessorji inevitabbli (NOP/*2A3A4), li għandhom jingħaddu ma' din il-kwota.
(11) Il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada mill-1 ta' Novembru 2016 sal-31 ta' Ottubru 2017.
ANNESS
IT-TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI F'ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.
L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qiegħda tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi Alfa-3 |
Isem komuni |
|
Clupea harengus |
HER |
Aringa |
|
Gadus morhua |
COD |
Merluzz |
|
Pleuronectes platessa |
PLE |
Barbun tat-tbajja' |
|
Salmo salar |
SAL |
Salamun |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 30-31 (HER/30/31.) |
|
|
Finlandja |
115 599 |
|
|
|
|
Żvezja |
25 399 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
140 998 |
|
|
|
|
TAC |
140 998 |
|
TAC analitika
|
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 22-24 (HER/3BC+24) |
|
|
Danimarka |
3 981 |
|
|
|
|
Ġermanja |
15 670 |
|
|
|
|
Finlandja |
2 |
|
|
|
|
Polonja |
3 695 |
|
|
|
|
Żvezja |
5 053 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
28 401 |
|
|
|
|
TAC |
28 401 |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika Għandu japplika l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament |
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 (HER/3D-R30) |
|
|
Danimarka |
4 205 |
|
|
|
|
Ġermanja |
1 115 |
|
|
|
|
Estonja |
21 473 |
|
|
|
|
Finlandja |
41 914 |
|
|
|
|
Latvja |
5 299 |
|
|
|
|
Litwanja |
5 580 |
|
|
|
|
Polonja |
47 618 |
|
|
|
|
Żvezja |
63 925 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
191 129 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika Għandu japplika l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament |
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjoni 28.1 (HER/03D.RG) |
|
|
Estonja |
14 350 |
|
|
|
|
Latvja |
16 724 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
31 074 |
|
|
|
|
TAC |
31 074 |
|
TAC analitika Għandu japplika l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament |
|
|
Speċi |
Merluzz Gadus morhua |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 25-32 (COD/3DX32.) |
|
|
Danimarka |
7 089 |
|
|
|
|
Ġermanja |
2 820 |
|
|
|
|
Estonja |
691 |
|
|
|
|
Finlandja |
542 |
|
|
|
|
Latvja |
2 636 |
|
|
|
|
Litwanja |
1 736 |
|
|
|
|
Polonja |
8 161 |
|
|
|
|
Żvezja |
7 182 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
30 857 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC prekawzjonarja L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
|
|
Speċi: |
Merluzz Gadus morhua |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 22-24 (COD/3BC+24) |
|
|
Danimarka |
2 444 |
|
|
|
|
Ġermanja |
1 194 |
|
|
|
|
Estonja |
54 |
|
|
|
|
Finlandja |
48 |
|
|
|
|
Latvja |
202 |
|
|
|
|
Litwanja |
131 |
|
|
|
|
Polonja |
654 |
|
|
|
|
Żvezja |
870 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
5 597 |
|
|
|
|
TAC |
5 597 (1) |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
|
|
Speċi: |
Barbun tat-tbajja' Pleuronectes platessa |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-32 (PLE/3BCD-C) |
|
|
Danimarka |
5 632 |
|
|
|
|
Ġermanja |
626 |
|
|
|
|
Polonja |
1 179 |
|
|
|
|
Żvezja |
425 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
7 862 |
|
|
|
|
TAC |
7 862 |
|
TAC analitika
|
|
|
Speċi: |
Salamun Salmo salar |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-31 (SAL/3BCD-F) |
|
|
Danimarka |
19 879 (2) |
|
|
|
|
Ġermanja |
2 212 (2) |
|
|
|
|
Estonja |
2 020 (2) |
|
|
|
|
Finlandja |
24 787 (2) |
|
|
|
|
Latvja |
12 644 (2) |
|
|
|
|
Litwanja |
1 486 (2) |
|
|
|
|
Polonja |
6 030 (2) |
|
|
|
|
Żvezja |
26 870 (2) |
|
|
|
|
L-Unjoni |
95 928 (2) |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
|
|
Speċi: |
Salamun Salmo salar |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjoni 32 (SAL/3D32.) |
|
|
Estonja |
1 075 (3) |
|
|
|
|
Finlandja |
9 410 (3) |
|
|
|
|
L-Unjoni |
10 485 (3) |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC prekawzjonarja
|
|
|
Speċi: |
Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-32 (SPR/3BCD-C) |
|
|
Danimarka |
25 745 |
|
|
|
|
Ġermanja |
16 310 |
|
|
|
|
Estonja |
29 896 |
|
|
|
|
Finlandja |
13 477 |
|
|
|
|
Latvja |
36 107 |
|
|
|
|
Litwanja |
13 061 |
|
|
|
|
Polonja |
76 627 |
|
|
|
|
Żvezja |
49 770 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
260 993 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika Għandu japplika l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament |
|
(1) Din il-kwota tista' tiġi mistada mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2017 u mill-1 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2017.
(2) Espress fl-għadd ta' ħut individwali.
(3) Espress fl-għadd ta' ħut individwali.
|
29.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/11 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1904
tal-14 ta' Lulju 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' interventi dwar prodott
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 16(8) u l-Artikolu 17(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Dan ir-Regolament jispeċifika ċerti aspetti tas-setgħat ta' intervent mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti u, f'każijiet eċċezzjonali, lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) li ġiet stabbilita u teżerċita s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (2) fir-rigward tal-kriterji u l-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fid-determinazzjoni tal-eżistenza ta' preokkupazzjoni sinifikanti fejn tidħol il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha ta' mill-inqas Stat Membru wieħed jew tal-Unjoni rispettivament. |
|
(2) |
Lista ta' kriterji u fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti u mill-EIOPA fid-determinazzjoni ta' jekk hemmx tali tħassib jew theddida għandha tiġi stabbilita biex jiġi żgurat approċċ konsistenti filwaqt li jkunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet xierqa f'każ ta' avvenimenti jew żviluppi avversi mhux previsti. L-eżistenza ta' “theddida”, wieħed mill-prerekwiżiti tal-intervent fil-perspettiva tal-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tal-komoditajiet jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, teħtieġ għatba ogħla mill-eżistenza ta' “tħassib sinifikanti”, li hija l-prerekwiżit tal-intervent għall-protezzjoni tal-investituri. Il-ħtieġa li jiġu vvalutati l-kriterji u l-fatturi kollha li jistgħu jkunu preżenti f'sitwazzjoni speċifika ma għandhiex, madankollu, tipprevjeni s-setgħa temporanja ta' intervent milli tintuża mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-EIOPA meta jkun hemm biss fattur jew kriterju wieħed li jwassal għat-tali preokkupazzjoni jew theddida. |
|
(3) |
Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib billi jittrattaw is-setgħat ta' interventi fil-prodott vestiti kemm fl-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif ukoll fl-EIOPA. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u sabiex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva għall-partijiet interessati u b'mod partikolari għall-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qegħdin jeżerċitaw is-setgħat ta' intervent, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi f'Regolament wieħed. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kriterji u fatturi għall-fini tas-setgħat temporanju ta' intervent fuq il-prodotti mill-EIOPA
(l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014)
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, l-EIOPA tivvaluta r-rilevanza tal-fatturi u l-kriterji kollha elenkati fil-paragrafu 2, u tqis il-fatturi u l-kriterji kollha rilevanti biex jiġi determinat meta l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċerti prodotti finanzjarji, jew xi tip ta' attività jew prassi finanzjarja, joħolqu preokkupazzjoni sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha.
Għall-finiijiet tal-ewwel subparagrafu, l-EIOPA tista' tiddetermina l-eżistenza ta' tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew parti minnha bbażata fuq wieħed minn dawk il-fatturi u kriterji jew aktar.
2. Il-fatturi u l-kriterji li jridu jiġu vvalutati mill-EIOPA biex tiddetermina jekk hemmx tħassib ta' protezzjoni tal-investitur sinifikanti jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew ta' parti minnha għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-livell ta' kumplessità tal-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew it-tip ta' attività jew prassi finanzjarja ta' impriża tal-assigurazzjoni jew impriża ta' riassigurazzjoni, fil-kunsiderazzjoni, b'mod partikolari:
|
|
(b) |
id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:
|
|
(c) |
it-tip ta' investituri involuti f'attività jew prassi finanzjarja jew li lilhom jiġi kkummerċjat jew mibjugħ prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, fil-kunsiderazzjoni, b'mod partikolari ta':
|
|
(d) |
il-grad ta' trasparenza tal-prodott ta' investiment jew tip ta' attività jew prassi ibbażati fuq l-assigurazzjoni, fil-kunsiderazzjoni, b'mod partikolari ta':
|
|
(e) |
il-karatteristiċi jew l-assi sottostanti partikolari tal-prodott ta' investiment, l-attività jew il-prassi finanzjarja ibbażati fuq l-assigurazzjoni, inkluż kwalunkwe ingranaġġ inkorporat, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(f) |
l-eżistenza u l-grad ta' disparità bejn ir-redditu jew profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta' telf relatat mal-prodott ta' investiment, l-attività jew il-prassi fiskali ibbażati fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(g) |
il-faċilità u l-kost għall-investituri biex ibigħu il-prodott relevanti ta' investiment ibbażat fuq l-assukurazzjoni jew li jduru għal prodott ieħor, waqt li jittieħed kont, b'mod partikolari, ta':
|
|
(h) |
l-ipprezzar u l-kosti assoċjati tal-prodott ta' investiment, attività jew prassi finanzjarja ibbażati fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(i) |
il-grad ta' innovazzjoni ta' prodott ta' investiment, attività jew prassi finanzjarja ibbażati fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(j) |
il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mal-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(k) |
is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent ta' prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(l) |
jekk l-assi sottostanti tal-prodott ta' investiment jew l-attivitajiet jew prassi finanzjarjii bbażati fuq l-assikugrazzjoni jippreżentawx riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom il-parteċipanti jew l-investituri fis-suq rilevanti; |
|
(m) |
jekk il-karatteristiċi ta' prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jagħmluhx suxxettibbli b'mod partikolari biex jintuża għall-fini ta' reati finanzjarji u, b'mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux potenzjalment jinkoraġġixxu l-użu tal-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni għal:
|
|
(n) |
jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja tkunx ta' riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew l-operat mingħajr xkiel tas-swieq; |
|
(o) |
jekk strument finanzjarju, attività jew prassi bbażati fuq l-assigurazzjoni jistgħux iwasslu għal disparità sinifikanti u artifiċjali bejn il-prezzijiet ta' derivattiv u dawk fis-suq sottostanti; |
|
(p) |
jekk prodott ta' investiment, attvità jew prassi finanzjarja, ibbażati fuq l-asikurazzjoni ikunx ta' riskju għoli għas-suq jew l-infrastruttura tas-sistemi ta' pagament, inklużi s-sistemi ta' kummerċ, ta' kklerjar u ta' saldu; |
|
(q) |
jekk prodott ta' investiment, attività jew prassi finanzjarja, ibbażati fuq l-assigurazzjoni jkunx ta' theddida għall-fiduċja tal-investituri fis-sistema ta' finanzjament; jew |
|
(r) |
jekk l-istrument finanzjarju, attività jew prassi finanzjarja bbażati fuq l-assigurazzjoni jimponix riskju għoli ta' tfixkil għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jitqiesu importanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni; |
Artikolu 2
Kriterji u fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tas-setgħat ta' intervent fuq il-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni
(l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014)
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 17(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw ir-rilevanza tal-fatturi u l-kriterji kollha elenkati fil-paragrafu 2, u jqisu l-fatturi u l-kriterji kollha rilevanti biex jiġi determinat meta l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' ċerti prodotti ta' investiment jew attività jew prassi finanzjarja, ibbażati fuq l-assigurazzjoni, joħolqu xi preokkupazzjoni sinifikanti ta' protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fi ħdan mill-anqas Stat Membru wieħed.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw l-eżistenza ta' preokkupazjoni sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew ta' theddida għall-funzjonament ordnat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fi ħdan mill-anqas Stat Membru wieħed abbażi ta' fattur jew kriterju wieħed, jew aktar, minn fost dawk.
2. Il-fatturi u l-kriterji li jridu jiġu vvalutati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiddeterminaw jekk ikunx hemm preokkupazzjoni sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew ta' theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew parti minnha f'mill-anqas Stat Memru wieħed għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-livell ta' kumplessità tal-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew it-tip ta' attività jew prassi finanzjarja ta' impriża tal-assigurazzjoni jew impriża ta' riassigurazzjoni, fil-kunsiderazzjoni, b'mod partikolari ta':
|
|
(b) |
id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, b'mod partikolari waqt li jitqiesu:
|
|
(c) |
it-tip ta' investituri involuti f'attività jew prassi finanzjarja jew li lilhom jiġi kkummerċjat jew mibjugħ prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, fil-kunsiderazzjoni, b'mod partikolari ta':
|
|
(d) |
il-grad ta' trasparenza tal-prodott ta' investiment jew tip ta' attività jew prassi ibbażati fuq l-assigurazzjoni, fil-kunsiderazzjoni, b'mod partikolari ta':
|
|
(e) |
il-karatteristiċi jew l-assi sottostanti partikolari tal-prodott ta' investiment, l-attività jew il-prassi finanzjarja ibbażati fuq l-assigurazzjoni, inkluż kwalunkwe ingranaġġ inkorporat, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(f) |
l-eżistenza u l-grad ta' disparità bejn ir-redditu jew profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta' telf relatat mal-prodott ta' investiment, l-attività jew il-prassi fiskali ibbażati fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(g) |
il-faċilità u l-kost għall-investituri biex ibigħu il-prodott relevanti ta' investiment ibbażat fuq l-assukurazzjoni jew li jduru għal prodott ieħor, waqt li jitqies, b'mod partikolari:
|
|
(h) |
l-ipprezzar u l-kosti assoċjati tal-prodott ta' investiment, attività jew prassi finanzjarja ibbażati fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(i) |
il-grad ta' innovazzjoni ta' prodott ta' investiment, attività jew prassi finanzjarja ibbażati fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(j) |
il-prattiċi ta' bejgħ assoċjati mal-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(k) |
is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent ta' prodott ta' invesiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, waqt li jitqiesu, b'mod partikolari:
|
|
(l) |
jekk l-assi sottostanti tal-prodott ta' investiment jew l-attivitajiet jew prassi finanzjarjii bbażati fuq l-assikugrazzjoni jippreżentawx riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom il-parteċipanti jew l-investituri fis-suq rilevanti; |
|
(m) |
jekk il-karatteristiċi ta' prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jagħmluhx suxxettibbli b'mod partikolari biex jintuża għall-fini ta' reati finanzjarji u, b'mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux potenzjalment jinkoraġġixxu l-użu tal-istrument finanzjarju għal:
|
|
(n) |
jekk l-attività finanzjarja jew il-prattika finanzjarja tkunx ta' riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew l-operat mingħajr xkiel tas-swieq; |
|
(o) |
jekk strument finanzjarju, attività jew prassi ibbażati fuq l-assigurazzjoni jistgħux iwasslu għal disparità sinifikanti u artifiċjali bejn il-prezzijiet ta' derivattiv u dawk fis-suq sottostanti; |
|
(p) |
jekk prodott ta' investiment, attvità jew prassi finanzjarja, ibbażati fuq l-asikurazzjoni ikunx ta' riskju għall-infrastruttura tas-sistemi tas-suq jew ta' pagament, inklużi s-sistemi ta' kummerċ, ta' kklerjar u ta' saldu; |
|
(q) |
jekk prodott ta' investiment, attività jew prassi finanzjarja, ibbażati fuq l-assigurazzjoni jkunx ta' theddida għall-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarjat; jew |
|
(r) |
jekk il-prodott ta' investiment, il-prassi jew l-attività finanzjarja, ibbażati fuq l-assigurazzjoni, ikunx ta' riskju għoli ta' tfixki għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusin importanti għas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti relevanti. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-31 ta' Diċembru 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(3) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
|
29.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1905
tat-22 ta' Settembru 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 15
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
|
(2) |
F'Mejju 2014, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ħareġ Standard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 15 ġdid intitolat Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti. Dan l-istandard għandu l-għan li jtejjeb ir-rapportar finanzjarju tad-dħul u jtejjeb il-komparabilità tal-ewwel linja fir-rapporti finanzjarji globalment. |
|
(3) |
F'Settembru 2015, l-IASB ħareġ emenda għall-IFRS 15 li tiddiferixxi d-data effettiva mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2018. |
|
(4) |
L-IFRS 15 fih xi referenzi għall-IFRS 9 li fil-preżent ma jistgħux jiġu applikati billi l-IFRS 9 ma ġiex adottat mill-Unjoni. Għaldaqstant, kull referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. |
|
(5) |
L-adozzjoni tal-IFRS 15 timplika, bħala konsegwenza, emendi fl-IFRS 1, 3 u 4, IAS 1, 2, 12, 16, 32, 34, 36, 37, 38, 39 u 40, l-Interpretazzjoni tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Interpretations Committee, IFRIC) 12, l-Interpretazzjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjoni (Standing Interpretations Committee, SIC) 27 u SIC 32 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Barra minn hekk, din timplika, bħala konsegwenza, l-irtirar tal-IAS 11 u 18, l-IFRIC 13, l-IFRIC 15 u l-IFRIC 18 u s-SIC 31. |
|
(6) |
Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju jikkonferma li l-IFRS 15 jissodisfa l-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat kif ġej:
|
(a) |
L-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti jiddaħħal kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
|
(b) |
IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju, IFRS 3 Kombinament ta' Negozji, IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzajarji, IAS 2 L-Inventarji, IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul, IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, IAS 34 Rappurtaġġ Finanzjarju Interim, IAS 36 Indeboliment tal-Assi, IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, IAS 38 Assi Intanġibbli, IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, IAS 40 Proprjetà għall-Investiment, Interpretazzjoni tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju IFRIC 12 Arranġamenti għall-konċessjoni ta' servizz, l-Interpretazzjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjoni SIC 27 Kif tiġi Evalwata s-Sustanza ta Tranżazzjonijiet fil-Forma Legali ta' Kirja, SIC 32 Assi Intanġibbli — Spejjeż tas-Siti fuq l-Internet, jiġu emendati skont l-IFRS 15 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
|
(c) |
IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni, IAS 18 Dħul, IFRIC 13 Programmi ta' Lealtà tal-Klijent, IFRIC 15 Ftehimiet għall-Kostruzzjoni ta' Proprjeta Immobbli u IFRIC 18 Trasferimenti ta' Assi mill-Klijenti u SIC-31 Dħul — Tranżazzjonijiet ta' Tpartit li Jinvolvu Servizzi ta' Riklamar jiġu sostitwiti skont l-IFRS 15 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
2. Kull referenza għall-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fil-Artikolu 1(1), sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda t-Tnejn, l-1 ta' Jannar 2018 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Standard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 15
Dħul mill-Kuntratti mal-Klijenti
Standard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 15
Dħul mill-Kuntratti mal-Klijenti
GĦAN
|
1. |
L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jiġu stabbiliti l-prinċipji li entità għandha tapplika sabiex tirrapporta informazzjoni utli lill-utenti ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji dwar in-natura, l-ammont, il-waqt u l-inċertezza ta' dħul u flussi ta' flus li jirriżultaw minn kuntratt ma' klijent. |
Biex jintlaħaq l-għan
|
2. |
Biex jintlaħaq l-għan tal-paragrafu 1, il-prinċipju fundamentali ta' dan l-Istandard huwa li entità għandha tirrikonoxxi d-dħul biex turi t-trasferiment ta' oġġetti jew servizzi mwiegħda lil klijenti f'ammont li jirrifletti l-kunsiderazzjoni li għaliha l-entità tistenna li tkun intitolata bi skambju għal dawk l-oġġetti jew servizzi. |
|
3. |
Entità għandha tikkunsidra t-termini tal-kuntratt u l-fatti rilevanti u ċ-ċirkostanzi kollha meta tapplika dan l-Istandard. Entità għandha tapplika dan l-Istandard, inkluż l-użu ta' kwalunkwe espedjent prattiku, b'mod konsistenti mal-kuntratti b'karatteristiċi simili u f'ċirkostanzi simili. |
|
4. |
Dan l-Istandard jispeċifika l-kontabbiltà għal kuntratt individwali ma' klijent. Madankollu, bħala espedjent prattiku, entità tista' tapplika dan l-Istandard għal portafoll ta' kuntratti (jew obbligi ta' prestazzjoni) b'karatteristiċi simili jekk l-entità tistenna b'mod raġonevoli li l-effetti fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-applikazzjoni ta' dan l-Istandard għall-portafoll ma jvarjawx b'mod materjali mill-applikazzjoni ta' dan l-Istandard għall-kuntratti individwali (jew obbligi ta' prestazzjoni) f'dak il-portafoll. Meta wieħed jagħmel il-kontabbiltà għal portafoll, entità għandha tuża estimi u suppożizzjonijiet li jirriflettu d-daqs u l-kompożizzjoni tal-portafoll. |
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
|
5. |
Entità għandha tapplika dan l-Istandard għall-kuntratti kollha mal-klijenti, ħlief dawn li ġejjin:
|
|
6. |
Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal kuntratt biss (minbarra kuntratt elenkat fil-paragrafu 5) jekk il-kontroparti fil-kuntratt tkun klijent. Klijent huwa parti li tkun ikkuntrattat ma' entità sabiex tikseb oġġetti jew servizzi li huma prodott tal-attivitajiet ordinarji tal-entità bi skambju għal konsiderazzjoni. Kontroparti fil-kuntratt ma tkunx klijent jekk, pereżempju, il-kontroparti kkuntrattat mal-entità sabiex tipparteċipa f'attività jew proċess li fih il-partijiet fil-kuntratt jaqsmu r-riskji u l-benefiċċji li jirriżultaw mill-attività jew mill-proċess (bħall-iżvilupp ta' assi fi ftehim ta' kollaborazzjoni) pjuttost milli biex tikseb il-prodott tal-attivitajiet ordinarji tal-entità. |
|
7. |
Kuntratt ma' klijent jista' jkun parzjalment taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard u parzjalment taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' Standards oħrajn elenkati fil-paragrafu 5.
|
|
8. |
Dan l-Istandard jispeċifika l-kontabbiltà għall-ispejjeż inkrementali tal-kisba ta' kuntratt ma' klijent u għall-ispejjeż imġarrba sabiex jitwettaq il-kuntratt ma' klijent jekk dawk l-ispejjeż ma jkunux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' Standard ieħor (ara l-paragrafi 91–104). Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi biss għall-ispejjeż imġarrba relatati ma' kuntratt ma' klijent (jew parti minn dak il-kuntratt) li huwa taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard. |
RIKONOXXIMENT
L-identifikazzjoni tal-kuntratt
|
9. |
Entità għandha tikkontabilizza kuntratt ma' klijent li huwa taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard biss meta dawn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
|
10. |
Kuntratt huwa ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar li joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli. L-infurzabbiltà tad-drittijiet u l-obbligi f'kuntratt huma kwistjoni ta' liġi. Il-kuntratti jistgħu jkunu bil-miktub, verbali jew implikati minn prattiki ta' negozju abitwali ta' entità. Il-prattiki u l-proċessi għall-istabbiliment ta' kuntratti ma' klijenti jvarjaw bejn ġurisdizzjonijiet legali, industriji u entitajiet. Barra minn hekk, jistgħu jvarjaw fi ħdan entità (pereżempju, jistgħu jiddependu fuq il-klassi ta' klijent jew in-natura tal-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda). Entità għandha tikkunsidra dawk il-prattiki u proċessi fid-determinazzjoni ta' jekk u meta ftehim ma' klijent joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli. |
|
11. |
Ċerti kuntratti ma' klijenti jistgħu ma jkollhomx terminu fiss u jistgħu jintemmew jew jiġu mmodifikati minn kwalunkwe parti fi kwalunkwe ħin. Kuntratti oħrajn jistgħu jiġġeddu b'mod awtomatiku fuq bażi perjodika li tkun speċifikata fil-kuntratt. Entità għandha tapplika dan l-Istandard għat-tul tal-kuntratt (jiġifieri l-perjodu kuntrattwali) li fih il-partijiet fil-kuntratt għandhom drittijiet u obbligi infurzabbli. |
|
12. |
Għall-finijiet ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard, kuntratt ma jeżistix jekk kull parti fil-kuntratt għandha d-dritt infurzabbli unilaterali li tittermina kuntratt mhux imwettaq kompletament mingħajr ma tikkumpensa lill-parti (jew lill-partijiet) l-oħra. Kuntratt ma jkunx imwettaq kompletament jekk iż-żewġ kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
|
13. |
Jekk kuntratt ma' klijent jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 9 mill-bidu nett tal-kuntratt, entità ma għandhiex tivvaluta dawk il-kriterji mill-ġdid diment li ma jkunx hemm indikazzjoni ta' bidla sinifikanti fil-fatti u ċ-ċirkostanzi. Pereżempju, jekk il-kapaċità ta' klijent li jħallas il-korrispettiv tiddeterjora b'mod sinifikanti, entità terġa' tivvaluta jekk hux probabbli li l-entità ser tiġbor il-korrispettiv li għalih tkun intitolata bi skambju għall-bqija tal-oġġetti jew is-servizzi li ser ikunu trasferiti lill-klijent. |
|
14. |
Jekk kuntratt ma' klijent ma jissodisfax il-kriterji fil-paragrafu 9, entità għandha tkompli tivvaluta l-kuntratt sabiex tiddetermina jekk il-kriterji fil-paragrafu 9 jiġux issodisfati sussegwentement. |
|
15. |
Meta kuntratt ma' klijent ma jissodisfax il-kriterji fil-paragrafu 9 u entità tirċievi korrispettiv mingħand il-klijent, l-entità għandha tirrikonoxxi l-korrispettiv irċevut bħala dħul biss meta jseħħ xi wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:
|
|
16. |
Entità għandha tirrikonoxxi l-korrispettiv irċevut mingħand klijent bħala obbligazzjoni sakemm iseħħ wieħed mill-avvenimenti fil-paragrafu 15 jew sakemm il-kriterji fil-paragrafu 9 ikunu sussegwentement issodisfati (ara l-paragrafu 14). Skont il-fatti u ċ-ċirkostanzi relatati mal-kuntratt, l-obbligazzjoni rikonoxxuta tirrappreżenta l-obbligu tal-entità li jew tittrasferixxi l-oġġetti jew is-servizzi fil-futur jew tħallas lura l-korrispettiv irċevut. Fi kwalunkwe każ, l-obbligazzjoni għandha titkejjel fl-ammont tal-korrispettiv irċevut mingħand il-klijent. |
Il-kombinazzjoni ta' kuntratti
|
17. |
Entità għandha tgħaqqad żewġ kuntratti jew aktar li tkun daħlet fihom fl-istess żmien mal-istess klijent (jew partijiet relatati tal-klijent) u tikkunsidra l-kuntratti bħala kuntratt wieħed jekk jiġi ssodisfat xi wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
|
Modifiki tal-kuntratti
|
18. |
Modifika ta' kuntratt hija bidla fil-kamp ta' applikazzjoni jew fil-prezz (jew it-tnejn) ta' kuntratt li hija approvata mill-partijiet fil-kuntratt. F'ċerti industriji u ġurisdizzjonijiet, modifika f'kuntratt tista' tkun deskritta bħala ordni ta' bidla, varjazzjoni jew emenda. Modifika ta' kuntratt teżisti meta l-partijiet għal kuntratt japprovaw modifika li jew toħloq drittijiet u obbligi infurzabbli ġodda tal-partijiet fil-kuntratt jew tibdilhom. Emenda ta' kuntratt tista' tkun approvata bil-miktub, bi ftehim orali jew b'mod impliċitu permezz ta' prattiki konswetudinarji. Jekk il-partijiet fil-kuntratt ma approvawx emenda għal kuntratt, entità għandha tkompli tapplika dan l-Istandard għall-kuntratt eżistenti sakemm l-emenda għall-kuntratt tiġi approvata. |
|
19. |
Emenda għal kuntratt tista' teżisti anki jekk il-partijiet fil-kuntratt ikollhom xi tilwima dwar il-kamp ta' applikazzjoni jew il-prezz (jew it-tnejn) tal-emenda jew il-partijiet approvaw bidla fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kuntratt iżda għadhom ma stabbilixxewx il-bidla korrispondenti fil-prezz. Meta tiddetermina jekk id-drittijiet u l-obbligi li jinħolqu jew jinbidlu minn emenda humiex infurzabbli, entità għandha tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha rilevanti inklużi t-termini tal-kuntratt u evidenza oħra. Jekk il-partijiet għal kuntratt ikunu approvaw bidla fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kuntratt iżda għadhom ma stabbilixxewx il-bidla korrispondenti fil-prezz, entità għandha tistma l-bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni li tinħoloq mill-modifika skont il-paragrafi 50–54 dwar l-istima tal-korrispettiv varjabbli u l-paragrafi 56–58 dwar stimi restrittivi ta' korrispettiv varjabbli. |
|
20. |
Entità għandha tikkunsidra modifika ta' kuntratt bħala kuntratt separat jekk ikun hemm iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
21. |
Jekk modifika ta' kuntratt ma tiġix ikkunsidrata bħala kuntratt separat skont il-paragrafu 20, entità għandha tikkunsidra l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda li għadhom ma ġewx trasferiti fid-data tal-modifika tal-kuntratt (jiġifieri l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda li fadal) fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-modi li huwa applikabbli:
|
L-identifikazzjoni tal-obbligi ta' prestazzjoni
|
22. |
Fil-bidu tal-kuntratt, entità għandha tivvaluta l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda f'kuntratt ma' klijent u għandha tidentifika bħala obbligu ta' prestazzjoni kull wiegħda ta' trasferiment lil klijent kemm:
|
|
23. |
Sensiela ta' oġġetti jew servizzi jkollha l-istess xejra ta' trasferiment lill-klijent jekk iż-żewġ kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
Wegħdiet f'kuntratti ma' klijenti
|
24. |
Kuntratt ma' klijent ġeneralment jiddikjara b'mod espliċitu l-oġġetti jew is-servizzi li entità twiegħed li titrasferixxi lil klijent. Madankollu, l-obbligi ta' prestazzjoni identifikati f'kuntratt ma' klijent jistgħu ma jkunux limitati għall-oġġetti jew is-servizzi li huma ddikjarati b'mod espliċitu f'dak il-kuntratt. Dan huwa għaliex kuntratt ma' klijent jista' jinkludi wkoll wegħdiet li huma impliċiti minħabba l-prattiki ta' negozju konswetudinarji ta' entità, politiki ppubblikati jew dikjarazzjonijiet speċifiċi jekk, fiż-żmien meta jiġi ffirmat il-kuntratt, dawk il-wegħdiet joħolqu aspettattiva valida tal-klijent li l-entità ser tittrasferixxi oġġett jew servizz lill-klijent. |
|
25. |
L-obbligi ta' prestazzjoni ma jinkludux attivitajiet li entità għandha twettaq sabiex tissodisfa kuntratt sakemm dawk l-attivitajiet ma jittrasferixxux oġġett jew servizz lil klijent. Pereżempju, fornitur ta' servizzi jista' jkun meħtieġ iwettaq diversi kompiti amministrattivi sabiex jagħmel kuntratt. Il-prestazzjoni ta' dawk il-kompiti ma jittrasferixxux servizz lill-klijent waqt li jkunu qegħdin jitwettqu dawk il-kompiti. Għaldaqstant, dawn l-attivitajiet ta' twaqqif mhumiex obbligu ta' prestazzjoni. |
Oġġetti jew servizzi differenti
|
26. |
Skont il-kuntratt, oġġetti jew servizzi mwiegħda jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:
|
|
27. |
Oġġett jew servizz li huwa mwiegħed lil klijent huwa differenti jekk ikunu ssodisfati ż-żewġ kriterji li ġejjin:
|
|
28. |
Klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz skont il-paragrafu 27(a) jekk l-oġġett jew is-servizz jista' jintuża, jiġi kkunsmat, mibjugħ għal ammont li huwa akbar mill-valur tar-ruttam jew miżmumin mod ieħor b'mod li jiġġenera benefiċċji ekonomiċi. Għal ċerti oġġetti jew servizzi, klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz waħdu. Għal oġġetti jew servizi oħrajn, klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz biss flimkien ma' riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. Riżorsa faċilment disponibbli li tinbiegħ separatament (mill-entità jew entità oħra) jew riżorsa li l-klijent diġà kiseb mingħand l-entità (inklużi oġġetti jew servizzi li l-entità tkun diġà trasferiet lil klijent taħt il-kuntratt) jew minn tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħrajn. Diversi fatturi jistgħu jipprovdu evidenza li l-klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz kemm waħdu kif ukoll flimkien ma' riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. Pereżempju, il-fatt li l-entità tbiegħ regolarment oġġett jew servizz b'mod separat jindika li klijent jista' jibbenefika mill-oġġett jew servizz waħdu jew b'riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. |
|
29. |
Fatturi li jindikaw li l-wegħda ta' entità li tittrasferixxi oġġett jew servizz lil klijent hija identifikabbli b'mod separat (skont il-paragrafu 27(b)) jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:
|
|
30. |
Jekk oġġett jew servizz imwiegħed ma jkunx differenti, entità għandha tgħaqqad dak l-oġġett jew servizz ma' oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn sakemm tidentifika pakkett ta' oġġetti jew servizzi li huwa differenti. F'ċerti każijiet, dan iwassal biex l-entità tikkunsidra l-oġġetti jew is-servizzi kollha mwiegħda f'kuntratt bħala obbligu ta' prestazzjoni wieħed. |
L-issodisfar ta' obbligi ta' prestazzjoni
|
31. |
Entità għandha tirrikonoxxi dħul meta (jew waqt li) l-entità tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni billi tittrasferixxi oġġett jew servizz imwiegħed (jiġifieri assi) lil klijent. Assi jiġi trasferit meta (jew waqt li) il-klijent jikseb il-kontroll ta' dak l-assi. |
|
32. |
Għal kull obbligu ta' prestazzjoni identifikat skont il-paragrafi 22–30, entità għandha tiddetermina mill-bidu nett tal-kuntratt jekk tissodisfax l-obbligu ta' prestazzjoni maż-żmien (skont il-paragrafi 35–37) jew tissodisfax l-obbligu ta' prestazzjoni f'xi punt partikolari ta' żmien (skont il-paragrafu 38). Jekk entità ma tissodisfax obbligu ta' prestazzjoni maż-żmien, l-obbligu ta' prestazzjoni jkun issodisfat f'xi punt partikolari ta' żmien. |
|
33. |
L-oġġetti u s-servizzi huma assi, anki jekk għal mument biss, meta jintlaqgħu u jintużaw (bħal fil-każ ta' bosta servizzi). Il-kontroll ta' assi jirreferi għall-kapaċità li wieħed jidderieġi l-użu tal-assi, u jikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li jifdal minnu. Il-kontroll jinkludi l-kapaċità li wieħed jipprevjeni entitajiet oħrajn milli jidderieġu l-użu tal-assi, u jiksbu l-benefiċċji li jifdal minnu. Il-benefiċċji ta' assi huma l-flussi ta' flus potenzjali (influssi jew tfaddil fil-ħruġ) li jistgħu jinkisbu direttament jew indirettament f'diversi modi, bħal pereżempju:
|
|
34. |
Biex tivvaluta jekk klijent jiksibx il-kontroll ta' assi, entità għandha tikkunsidra kwalunkwe ftehim ta' riakkwist tal-assi (ara l-paragrafi B64–B76). |
Obbligi ta' prestazzjoni ssodisfati maż-żmien
|
35. |
Entità tittrasferixxi l-kontroll ta' oġġett jew servizz maż-żmien u, għaldaqstant, tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni u tirrikonoxxi d-dħul maż-żmien, jekk jiġi ssodisfat xi wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
36. |
Assi maħluq permezz tal-prestazzjoni ta' entità m'għandux użu alternattiv għal entità jekk l-entità hija jew ristretta b'kuntratt milli tidderieġi faċilment l-assi għal użu ieħor matul il-ħolqien jew it-titjib ta' dak l-assi jew limitata b'mod prattiku milli tidderieġi faċilment l-assi fl-istat komplut tiegħu għal użu ieħor. Il-valutazzjoni ta' jekk l-assi għandux użu alternattiv ieħor għall-entità ssir fil-bidu nett tal-kuntratt. Wara l-bidu tal-kuntratt, entità m'għandhiex taġġorna l-valutazzjoni tal-użu alternattiv ta' assi sakemm il-partijiet fil-kuntratt ma japprovawx modifika tal-kuntratt li tibdel b'mod sostanzjali l-obbligu ta' prestazzjoni. Il-paragrafi B6–B8 jipprovdu gwida għall-valutazzjoni ta' jekk assi għandux użu alternattiv għal entità. |
|
37. |
Entità għandha tikkunsidra t-termini tal-kuntratt, kif ukoll kwalunkwe liġi li tapplika għall-kuntratt, meta tivvaluta jekk għandhiex dritt infurzabbli għall-ħlas għal prestazzjoni kompluta sa dak il-jum skont il-paragrafu 35(c). Id-dritt għall-ħlas għal prestazzjoni kompluta sa dak il-jum ma għandux għalfejn ikun għal ammont fiss. Madankollu, fi kwalunkwe ħin tul il-kuntratt, l-entità għandha tkun intitolata għal ammont li tal-anqas jikkumpensa lill-entità għall-prestazzjoni kompluta sa dak il-jum jekk il-kuntratt jiġi tterminat mill-klijent jew parti oħra għal raġunijiet oħrajn minbarra n-nuqqas tal-entità li twettaq il-prestazzjoni kif imwiegħed. Il-paragrafi B9–B13 jipprovdu gwida għall-valutazzjoni tal-eżistenza u l-infurzabbiltà ta' dritt għall-ħlas u jekk id-dritt għall-ħlas ta' entità jintitolax lill-entità li titħallas għall-prestazzjoni tagħha mwettqa sa dik il-jum. |
Obbligi ta' prestazzjoni ssodisfati f'xi punt partikolari ta' żmien
|
38. |
Jekk obbligu ta' prestazzjoni ma jkunx issodisfat maż-żmien skont il-paragrafi 35–37, entità tissodisfa l-obbligu ta' prestazzjoni f'punt partikolari ta' żmien. Sabiex tiddetermina l-punt partikolari ta' żmien li fih klijent jikseb kontroll ta' assi mwiegħed u l-entità tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni, l-entità għandha tikkunsidra r-rekwiżiti għall-kontroll fil-paragrafi 31–34. Barra minn hekk, entità għandha tikkunsidra indikaturi tat-trasferiment ta' kontroll, li jinkludu, iżda mhumiex limitati biss għal, dawn li ġejjin:
|
Il-kejl tal-progress lejn l-issodisfar sħiħ ta' obbligu ta' prestazzjoni
|
39. |
Għal kull obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien skont il-paragrafi 35–37, entità għandha tirrikonoxxi d-dħul maż-żmien billi tkejjel il-progress lejn l-issodisfar sħiħ ta' dak l-obbligu ta' prestazzjoni. L-għan meta jitkejjel il-progress huwa li juri l-prestazzjoni tal-entità fit-trasferiment tal-kontroll tal-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda lil klijent (jiġifieri l-issodisfar ta' obbligu ta' prestazzjoni ta' entità). |
|
40. |
Entità għandha tapplika metodu wieħed ta' kejl tal-progress għal kull obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien u l-entità għandha tapplika l-metodu b'mod konsistenti għal obbligi ta' prestazzjoni simili u f'ċirkostanzi simili. Fi tmiem kull perjodu ta' rapportar, entità għandha terġa' tkejjel il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ ta' obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien. |
Metodi ta' kejl tal-progress
|
41. |
Il-metodi xierqa ta' kejl tal-progress jinkludu metodi ta' produzzjoni u metodi ta' kontribut. Il-paragrafi B14–B19 jipprovdu gwida għall-użu ta' metodi ta' produzzjoni u metodi ta' kontribut sabiex jitkejjel il-progress ta' entità lejn l-issodisfar sħiħ ta' entità ta' obbligu ta' prestazzjoni. Meta tiddetermina l-metodu xieraq għall-kejl tal-progress, entità għandha tikkunsidra n-natura tal-oġġett jew tas-servizz li l-entità wiegħdet li tittrasferixxi lill-klijent. |
|
42. |
Meta tapplika metodu ta' kejl tal-progress, entità għandha teskludi mill-kejl tal-progress kwalunkwe oġġett jew servizz li għalih l-entità ma tittrasferixxix kontroll lil klijent. Għall-kuntrarju, entità għandha tinkludi fil-kejl tal-progress kwalunkwe oġġett jew servizz li għalih l-entità tittrasferixxi l-kontroll lil klijent meta tissodisfa dak l-obbligu ta' prestazzjoni. |
|
43. |
Peress li ċ-ċirkostanzi jinbidlu maż-żmien, entità għandha taġġorna l-kejl tal-progress tagħha sabiex tirrifletti kwalunkwe bidla fl-eżitu tal-obbligu ta' prestazzjoni. Tali bidliet fil-kejl tal-progress ta' entità għandhom jiġu kkunsidrati bħala bidla fl-istima tal-kontabbiltà skont l-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji. |
Kejl ta' progress raġonevoli
|
44. |
Entità għandha tirrikonoxxi d-dħul għal obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien biss jekk l-entità tista' raġonevolment tkejjel il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ tal-obbligu ta' prestazzjoni. Entità ma tkunx tista' tkejjel raġonevolment il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ ta' obbligu ta' prestazzjoni jekk ma jkollhiex informazzjoni affidabbli li tkun meħtieġa sabiex tapplika metodu xieraq ta' kejl tal-progress. |
|
45. |
F'ċerti ċirkostanzi (pereżempju, fl-istadji bikrija ta' kuntratt), entità tista' ma tkunx tista' tkejjel raġonevolment l-eżitu ta' obbligu ta' prestazzjoni, iżda l-entità tistenna li tirkupra l-ispejjeż imġarrba fl-issodisfar tal-obbligu ta' prestazzjoni. F'dawk iċ-ċirkostanzi, l-entità għandha tirrikonoxxi d-dħul biss sal-firxa tal-ispejjeż imġarrba sakemm tkun raġonevolment tista' tkejjel l-eżitu tal-obbligu ta' prestazzjoni. |
KEJL
|
46. |
Meta (jew waqt li) obbligu ta' prestazzjoni jkun issodisfat, entità għandha tirrikonoxxi bħala dħul l-ammont tal-prezz ta' tranżazzjoni (li jeskludi stimi ta' korrispettiv varjabbli li huma ristretti skont il-paragrafi 56–58) li huwa allokat għal dak l-obbligu ta' prestazzjoni. |
L-istabbiliment tal-prezz tat-tranżazzjoni
|
47. |
Entità għandha tikkunsidra t-termini tal-kuntratt u l-prattiki tan-negozju konswetudinarji tagħha sabiex tiddetermina l-prezz tat-tranżazzjoni. Il-prezz tat-tranżazzjoni huwa l-ammont ta' korrispettiv li għalih l-entità tistenna li tkun intitolata bi skambju għat-trasferiment tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda lil klijent, minbarra l-ammonti miġbura f'isem partijiet terzi (pereżempju, xi taxxi tal-bejgħ). Il-korrispettiv imwiegħed f'kuntratt ma' klijent jista' jinkludi ammonti fissi, ammonti varjabbli, jew it-tnejn. |
|
48. |
In-natura, il-waqt u l-ammont tal-korrispettiv imwiegħed minn klijent jaffettwaw l-istimi tal-prezz ta' tranżazzjoni. Meta tistabbilixxi l-prezz ta' tranżazzjoni, entità għandha tikkunsidra l-effetti ta' dawn kollha li ġejjin:
|
|
49. |
Bl-għan li tiddetermina l-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tassumi li l-oġġetti jew is-servizzi ser ikunu trasferiti lill-klijent kif imwiegħed skont il-kuntratt eżistenti u li l-kuntratt mhux ser ikun ikkanċellat, imġedded jew modifikat. |
Korrispettiv varjabbli
|
50. |
Jekk il-korrispettiv imwiegħed f'kuntratt jinkludi ammont varjabbli, entità għandha tistma l-ammont ta' korrispettiv li għalih l-entità tkun intitolata bi skambju għat-trasferiment tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda lil klijent. |
|
51. |
Ammont ta' korrispettiv jista' jvarja minħabba skontijiet, ribassi, rifużjonijiet, krediti, konċessjonijiet tal-prezz, inċentivi, bonusijiet tal-prestazzjoni, penalitajiet jew punti simili oħra. Il-korrispettiv imwiegħed jista' jvarja wkoll jekk l-intitolament ta' entità għall-korrispettiv huwa kontinġenti fuq l-okkorrenza jew in-nuqqas ta' okkorrenza ta' avveniment futur. Pereżempju, ammont ta' korrispettiv ikun varjabbli kemm jekk prodott inbiegħ bid-dritt li jiġi rritornat lura kif ukoll jekk ammont fiss jiġi mwiegħed bħala bonus ta' prestazzjoni mal-kisba ta' stadju speċifiku. |
|
52. |
Il-varjabbiltà relatata mal-korrispettiv imwiegħed minn klijent tista' tkun iddikjarata b'mod espliċitu fil-kuntratt. Minbarra t-termini tal-kuntratt, il-korrispettiv imwiegħed huwa varjabbli jekk teżisti xi waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
|
53. |
Entità għandha tistma ammont ta' korrispettiv varjabbli billi tuża kwalunkwe wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin, abbażi ta' liema metodu l-entità tistenna li tista' tbassar aħjar l-ammont ta' korrispettiv li għalih hija intitolata:
|
|
54. |
Entità għandha tapplika metodu wieħed b'mod konsistenti matul il-kuntratt meta tistma l-effett ta' inċertezza fuq ammont ta' korrispettiv varjabbli li għalih l-entità tkun intitolata. Barra minn hekk, entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha (storika, attwali u mbassra) li hija raġonevolment disponibbli għall-entità u għandha tidentifika numru raġonevoli ta' ammonti possibbli ta' korrispettiv. L-informazzjoni li entità tuża sabiex tistma l-ammont ta' korrispettiv varjabbli tkun ġeneralmenti simili għall-informazzjoni li l-maniġment tal-entità juża waqt il-proċess tal-offerta u proposta u fl-istabbiliment tal-prezzijiet għal oġġetti jew servizzi mwiegħda. |
Obbligazzjonijiet ta' rifużjoni
|
55. |
Entità għandha tirrikonoxxi l-obbligazzjoni ta' rifużjoni jekk l-entità tirċievi korrispettiv mingħand klijent u tistenna li tirrifondi xi ftit mill-korrispettiv jew il-korrispettiv kollu lill-klijent. Obbligazzjoni ta' rifużjoni titkejjel fl-ammont ta' korrispettiv irċevut (jew riċevibbli) li għalih l-entità ma tistenniex li hija intitolata (jiġifieri l-ammonti mhux inklużi fil-prezz tat-tranżazzjoni). L-obbligazzjoni ta' rifużjoni (u l-bidla korrispondenti fil-prezz tat-tranżazzjoni u, allura, ir-responsabbiltà tal-kuntratt) għandha tkun aġġornata fl-aħħar ta' kull perjodu ta' rapportar għal bidliet fiċ-ċirkostanzi. Biex tikkunsidra l-obbligazzjoni ta' rifużjoni relatata ma' bejgħ bi dritt ta' ritorn, entità għandha tapplika l-gwida fil-paragrafi B20–B27. |
Stimi restrittivi ta' korrispettiv varjabbli
|
56. |
Entità għandha tinkludi fil-prezz tat-tranżazzjoni parti minn ammont jew l-ammont kollu ta' korrispettiv varjabbli stmat skont il-paragrafu 53 biss diment li jkun ferm probabbli li mhux ser iseħħ treġġigħ lura sinifikanti fl-ammont ta' dħul kumulattiv rikonoxxut meta l-inċertezza assoċjata mal-korrispettiv varjabbli tkun riżolta aktar tard. |
|
57. |
Fil-valutazzjoni ta' jekk huwiex ferm probabbli li mhux ser iseħħ treġġigħ lura sinifikanti fl-ammont ta' dħul kumulattiv rikonoxxut ladarba l-inċertezza relatata mal-korrispettiv varjabbli tkun riżolta aktar tard, entità għandha tikkunsidra kemm il-probabbiltà kif ukoll il-kobor tat-treġġigħ lura tad-dħul. Fatturi li jistgħu jżidu l-probabbiltà jew il-kobor ta' treġġigħ lura tad-dħul jinkludu, iżda mhumiex biss limitati għal, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
58. |
Entità għandha tapplika l-paragrafu B63 sabiex tikkunsidra l-korrispettiv fil-forma ta' dritt tal-awtur ibbażat fuq il-bejgħ jew ibbażat fuq l-użu li huwa mwiegħed bi skambju għal liċenzja ta' proprjetà intellettwali. |
Il-valutazzjoni mill-ġdid ta' korrispettiv varjabbli
|
59. |
Fi tmiem kull perjodu ta' rapportar, entità għandha taġġorna l-prezz tat-tranżazzjoni stmat (inkluż l-aġġornament tal-valutazzjoni tagħha dwar jekk stima ta' korrispettiv varjabbli hijiex ristretta) sabiex tirrappreżenta fedelment iċ-ċirkostanzi eżistenti fl-aħħar tal-perjodu ta' rapportar u l-bidliet fiċ-ċirkostanzi matul il-perjodu ta' rapportar. L-entità għandha tikkunsidra l-bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni skont il-paragrafi 87–90. |
L-eżistenza ta' komponent ta' finanzjament sinifikanti fil-kuntratt
|
60. |
Meta tistabbilixxi l-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha taġġusta l-ammont ta' korrispettiv imwiegħed għall-effetti tal-valur ta' żmien tal-flus jekk iż-żmien tal-pagamenti miftiehem bejn il-partijiet fil-kuntratt (kemm b'mod espliċitu kif ukoll impliċitu) jipprovdi lill-klijent jew lill-entità, benefiċċju sinifikanti ta' finanzjament tat-trasferiment ta' oġġetti jew ta' servizzi lill-klijent. F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-kuntratt fih komponent sinifikanti ta' finanzjament. Komponent sinifikanti ta' finanzjament jista' jeżisti irrispettivament minn jekk il-wegħda ta' finanzjament hijiex iddikjarata b'mod speċifiku fil-kuntratt jew impliċita permezz tat-termini ta' ħlas miftiehma bejn il-partijiet fil-kuntratt. |
|
61. |
L-għan ta' entità meta taġġusta l-ammont imwiegħed ta' korrispettiv għal komponent ta' finanzjament sinifikanti huwa li tirrikonoxxi d-dħul f'ammont li jirrifletti l-prezz li klijent ikun ħallas għall-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda jekk il-klijent ikun ħallas fi flus kontanti għal dawk l-oġġetti jew is-servizzi meta (jew waqt li) jiġu trasferiti lill-klijent (jiġifieri l-prezz tal-bejgħ fi flus kontanti). Entità għandha tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha meta tivvaluta jekk kuntratt fihx komponent ta' finanzjament u jekk dak il-komponent ta' finanzjament huwiex sinifikanti għall-kuntratt, inkluż dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
62. |
Minkejja l-valutazzjoni fil-paragrafu 61, kuntratt ma' klijent ma jkollux komponent ta' finanzjament sinifikanti jekk ikun jeżisti xi wieħed mill-fatturi li ġejjin:
|
|
63. |
Bħal espedjent prattiku, entità m'għandhiex għalfejn taġġusta l-ammont imwiegħed ta' korrispettiv għall-effetti ta' komponent sinifikanti ta' finanzjament jekk l-entità tistenna, fil-bidu nett tal-kuntratt, li l-perjodu bejn meta l-entità tittrasferixxi oġġett jew servizz imwiegħed lil klijent u meta l-klijent iħallas għal dak l-oġġett jew servizz ikun ta' sena jew anqas. |
|
64. |
Biex tilħaq l-għan imsemmi fil-paragrafu 61 meta taġġusta l-ammont ta' korrispettiv imwiegħed għal komponent sinifikanti ta' finanzjament, entità għandha tuża rata ta' skont li tkun riflessa fi tranżazzjoni ta' finanzjament separata bejn l-entità u l-klijent tagħha fil-bidu nett tal-kuntratt. Dik ir-rata tkun tirrifletti l-karatteristiċi ta' kreditu tal-parti li tirċievi l-finanzjament fil-kuntratt, kif ukoll kwalunkwe kollateral jew garanzija pprovduta mill-klijent jew l-entità, inklużi assi trasferiti fil-kuntratt. Entità tkun tista' tiddetermina dik ir-rata billi tidentifika r-rata li tagħti skont fuq l-ammont nominali tal-korrispettiv imwiegħed għall-prezz li l-klijent iħallas fi flus kontanti għall-oġġetti jew għas-servizzi meta (jew waqt li) jiġu trasferiti lill-klijent. Wara l-bidu tal-kuntratt, entità m'għandhiex taġġorna r-rata ta' skont għall-bidliet fir-rati tal-imgħax jew ċirkostanzi oħrajn (bħall-bidla fil-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu tal-klijent). |
|
65. |
Entità għandha tippreżenta l-effetti ta' finanzjament (dħul mill-imgħax jew spejjeż tal-imgħax) b'mod separat mid-dħul mill-kuntratti ma' klijenti fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv. Id-dħul mill-imgħax jew l-ispejjeż tal-imgħax huma rikonoxxuti biss sa fejn assi kuntrattwali (jew riċevibbli) jew obbligazzjoni kuntrattwali hija rikonoxxuta fl-ikkunsidrar għal kuntratt ma' klijent. |
Korrispettiv mhux fi flus
|
66. |
Biex tistabbilixxi l-prezz tat-tranżazzjoni għal kuntratti li fihom klijent iwiegħed korrispettiv f'forma oħra għajr fi flus, entità għandha tkejjel il-korrispettiv mhux fi flus (jew il-wegħda ta' korrispettiv mhux fi flus) fil-valur ġust. |
|
67. |
Jekk entità ma tistax raġonevolment tistma l-valur ġust tal-korrispettiv mhux fi flus, l-entità għandha tkejjel il-korrispettiv b'mod indirett permezz ta' referenza għall-prezz tal-bejgħ awtonomu tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda lill-klijent (jew klassi ta' klijent) bi skambju għall-korrispettiv. |
|
68. |
Il-valur ġust tal-korrispettiv mhux fi flus jista' jvarja minħabba l-forma tal-korrispettiv (pereżempju, bidla fil-prezz ta' sehem li għalih l-entità hija intitolata li tirċievi mingħand klijent). Jekk il-valur ġust tal-korrispettiv mhux fi flus imwiegħed minn klijent ivarja għal raġunijiet oħra għajr il-forma biss tal-korrispettiv (pereżempju, il-valur ġust jista' jvarja minħabba l-prestazzjoni tal-entità), entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 56–58. |
|
69. |
Jekk klijent jikkontribwixxi oġġetti jew servizzi (pereżempju, materjali, tagħmir jew xogħol) sabiex jiffaċilita t-twettiq tal-kuntratt ta' entità, l-entità għandha tivvaluta jekk tiksibx kontroll ta' dawk l-oġġetti jew servizzi kontribwiti. Jekk iva, l-entità għandha tikkunsidra l-oġġetti jew is-servizzi kontribwiti bħala korrispettiv mhux fi flus kontanti irċevut mingħand il-klijent. |
Korrispettiv pagabbli lil klijent
|
70. |
Il-korrispettiv pagabbli lil klijent jinkludi ammonti ta' flus li entità tħallas, jew tistenna li tħallas, lill-klijent (jew lil partijiet oħrajn li jixtru l-oġġetti jew is-servizzi tal-entità mingħand il-klijent). Il-korrispettiv pagabbli lil klijent jinkludi wkoll kreditu jew oġġetti oħrajn (pereżempju, kupun jew vawċer) li jista' jiġi applikat bi skambju għal ammonti dovuti lill-entità (jew lil partijiet oħrajn li jixtru l-oġġetti jew is-servizzi tal-entità mingħand il-klijent). Entità għandha tikkunsidra l-korrispettiv pagabbli lil klijent bħala tnaqqis fil-prezz tat-tranżazzjoni u, allura, fid-dħul sakemm il-ħlas lill-klijent ma jkunx bi skambju għal oġġett jew servizz differenti (kif deskritt fil-paragrafi 26–30) li l-klijent jittrasferixxi lill-entità. Jekk il-korrispettiv pagabbli lil klijent jinkludi ammont varjabbli, entità għandha tistma l-prezz tat-tranżazzjoni (inkluż l-ivvalutar ta' jekk l-istima tal-korrispettiv varjabbli hijiex ristretta) skont il-paragrafi 50–58. |
|
71. |
Jekk il-korrispettiv pagabbli lil klijent huwa ħlas għal oġġett jew servizz differenti mingħand il-klijent, allura entità għandha tikkunsidra l-akkwist tal-oġġett jew tas-servizz bl-istess mod li tikkunsidra akkwisti oħrajn mingħand il-fornituri. Jekk l-ammont ta' korrispettiv pagabbli lill-klijent jaqbeż il-valur ġust tal-oġġett jew tas-servizz differenti li l-entità tirċievi mingħand il-klijent, allura l-entità għandha tikkunsidra dan l-eċċess bħala tnaqqis fil-prezz tat-tranżazzjoni. Jekk entità ma tistax raġonevolment tistma l-valur ġust tal-oġġett jew tas-servizz irċevut mingħand il-klijent, hija għandha tikkunsidra l-korrispettiv kollu pagabbli lill-klijent bħala tnaqqis fil-prezz tat-tranżazzjoni. |
|
72. |
Għaldaqstant, jekk il-korrispettiv pagabbli lil klijent jiġi kkunsidrat bħala tnaqqis fil-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tirrikonoxxi t-tnaqqis tad-dħul meta (jew waqt li) iseħħ l-aħħar wieħed minn dawn l-avvenimenti:
|
L-allokazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligi ta' prestazzjoni
|
73. |
L-għan ta' entità meta talloka l-prezz tat-tranżazzjoni huwa li talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għal kull obbligu ta' prestazzjoni (jew oġġett jew servizz differenti) f'ammont li juri l-ammont ta' korrispettiv li għalih l-entità tistenna li tkun intitolata bi skambju għat-trasferiment tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda lill-klijent. |
|
74. |
Biex tilħaq l-għan ta' allokazzjoni, entità għandha talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għal kull obbligu ta' prestazzjoni identifikat fil-kuntratt fuq bażi relattiva ta' prezz tal-bejgħ awtonomu skont il-paragrafi 76–80, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 81–83 (għall-allokazzjoni ta' skonti) u l-paragrafi 84–86 (għall-allokazzjoni ta' korrispettiv li jinkludi ammonti varjabbli). |
|
75. |
Il-paragrafi 76–86 ma japplikawx jekk kuntratt għandu biss obbligu ta' prestazzjoni wieħed. Madankollu, il-paragrafi 84–86 jistgħu japplikaw jekk entità twiegħed li tittrasferixxi sensiela ta' oġġetti jew servizzi differenti identifikati bħala obbligu ta' prestazzjoni wieħed skont il-paragrafu 22(b) u l-korrispettiv imwiegħed jinkludi ammonti varjabbli. |
Allokazzjoni bbażata fuq prezzijiet tal-bejgħ awtonomi
|
76. |
Biex talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għal kull obbligu ta' prestazzjoni fuq bażi relattiva ta' prezz tal-bejgħ awtonomu, entità għandha tiddetermina l-prezz tal-bejgħ awtonomu fil-bidu tal-kuntratt tal-oġġett jew servizz differenti sottostanti għal kull obbligu ta' prestazzjoni fil-kuntratt u talloka l-prezz tat-tranżazzjoni b'mod proporzjonat ma' dawk il-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi. |
|
77. |
Il-prezz tal-bejgħ awtonomu huwa l-prezz li fih entità tbiegħ oġġett jew servizz imwiegħed b'mod separat lil klijent. L-aqwa evidenza ta' prezz tal-bejgħ awtonomu hija l-prezz osservabbli ta' oġġett jew servizz meta l-entità tbiegħ dak l-oġġett jew servizz b'mod separat f'ċirkostanzi simili u lil klijenti simili. Prezz iddikjarat fil-kuntratt jew prezz elenkat għal oġġett jew servizz jista' jkun (iżda m'għandux ikun preżunt li hu) il-prezz tal-bejgħ awtonomu ta' dak l-oġġett jew servizz. |
|
78. |
Jekk prezz tal-bejgħ awtonomu ma jkunx direttament osservabbli, entità għandha tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu f'ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni li tissodisfa l-għan ta' allokazzjoni fil-paragrafu 73. Meta tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu, entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha (inklużi l-kundizzjonijiet tas-suq, fatturi speċifiċi għall-entità u l-informazzjoni dwar il-klijent jew klassi ta' klijenti) li hija raġonevolment disponibbli għall-entità. Meta tagħmel dan, entità għandha timmassimizza l-użu ta' kontributi osservabbli u tapplika metodi ta' stima b'mod konsistenti f'ċirkostanzi simili. |
|
79. |
Metodi xierqa għall-istima tal-prezz tal-bejgħ awtonomu ta' oġġett jew servizz jinkludu, iżda mhumiex biss limitati għal, dawn li ġejjin:
|
|
80. |
Jista' jkun meħtieġ li tintuża taħlita ta' metodi biex jiġu stmati l-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi tal-oġġetti jew servizzi mwiegħda fil-kuntratt jekk tnejn minn dawn l-oġġetti jew servizzi jew aktar għandhom prezzijiet tal-bejgħ awtonomi ferm varjabbli jew inċerti. Pereżempju, entità tista' tuża l-approċċ residwu sabiex tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu aggregat għal dawk l-oġġetti jew servizzi mwiegħda bi prezzijiet tal-bejgħ awtonomi ferm varjabbli jew inċerti u mbagħad tuża metodu ieħor sabiex tistma l-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi tal-oġġetti jew servizzi individwali relatati ma' dak il-prezz tal-bejgħ awtonomu stmat iddeterminat permezz tal-approċċ residwu. Meta entità tuża taħlita ta' metodi sabiex tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu ta' kull oġġett jew servizz imwiegħed fil-kuntratt, l-entità għandha tivvaluta jekk l-allokazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni f'dawk il-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi stmati tkunx konsistenti mal-għan ta' allokazzjoni fil-paragrafu 73 u mar-rekwiżiti għall-istima tal-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi fil-paragrafu 78. |
L-allokazzjoni ta' skont
|
81. |
Klijent jirċievi skont għax-xiri ta' pakkett ta' oġġetti jew servizzi jekk it-total tal-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi ta' dawk l-oġġetti jew servizz mwiegħda fil-kuntratt jaqbeż il-korrispettiv imwiegħed f'kuntratt. Għajr meta entità jkollha evidenza osservabbli skont il-paragrafu 82 li l-iskont sħiħ huwa relatat biss ma' obbligu ta' prestazzjoni wieħed jew aktar, iżda mhux ma' kollha, f'kuntratt, l-entità għandha talloka skont b'mod proporzjonat mal-obbligi ta' prestazzjoni kollha fil-kuntratt. L-allokazzjoni proporzjonata tal-iskont f'dawk iċ-ċirkostanzi hija konsegwenza tal-fatt li l-entità talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għal kull obbligu ta' prestazzjoni abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ awtonomi relattivi tal-oġġetti jew servizzi differenti sottostanti. |
|
82. |
Entità għandha talloka kompletament skont għal obbligu ta' prestazzjoni wieħed jew aktar, iżda mhux għal kollha, fil-kuntratt jekk dawn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
|
83. |
Jekk skont jiġi allokat kompletament għal obbligu ta' prestazzjoni wieħed jew aktar fil-kuntratt skont il-paragrafu 82, entità għandha talloka l-iskont qabel tuża l-approċċ residwu sabiex tistma l-prezz tal-bejgħ awtonomu ta' oġġett jew servizz skont il-paragrafu 79(c). |
Allokazzjoni ta' korrispettiv varjabbli
|
84. |
Korrispettiv varjabbli li jkun imwiegħed f'kuntratt jista' jkun attribwibbli għall-kuntratt sħiħ jew għal parti speċifika tal-kuntratt, bħal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
85. |
Entità għandha talloka kompletament ammont varjabbli (u bidliet sussegwenti għal dak l-ammont) għal obbligu ta' prestazzjoni jew għal oġġett jew servizz differenti li jifforma parti minn obbligu ta' prestazzjoni wieħed skont il-paragrafu 22(b) jekk iż-żewġ kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
|
86. |
Ir-rekwiżiti ta' allokazzjoni fil-paragrafi 73–83 għandhom jiġu applikati sabiex wieħed jalloka l-bqija tal-ammont tal-prezz tat-tranżazzjoni li ma tissodisfax il-kriterji fil-paragrafu 85. |
Bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni
|
87. |
Wara l-bidu tal-kuntratt, il-prezz tat-tranżazzjoni jista' jinbidel għal diversi raġunijiet, inkluża r-riżoluzzjoni ta' avvenimenti inċerti jew bidliet oħrajn fiċ-ċirkostanzi li jibdlu l-ammont ta' korrispettiv li għalih entità tistenna li tkun intitolata bi skambju għall-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda. |
|
88. |
Entità għandha talloka kwalunkwe bidla sussegwenti fil-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligi ta' prestazzjoni fil-kuntratt fuq l-istess bażi tal-bidu tal-kuntratt. Għaldaqstant, entità m'għandhiex terġa' talloka l-prezz tat-tranżazzjoni sabiex jirrifletti l-bidliet fi prezzijiet tal-bejgħ awtonomi wara l-bidu tal-kuntratt. L-ammonti allokati għal obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dħul, jew bħala tnaqqis ta' dħul, fil-perjodu li fih jinbidel il-prezz tat-tranżazzjoni. |
|
89. |
Entità għandha talloka kompletament bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni għal obbligu ta' prestazzjoni jew għal oġġett jew servizz differenti wieħed jew aktar, iżda mhux għal kollha, imwiegħda f'sensiela li tifforma parti minn obbligu ta' prestazzjoni wieħed skont il-paragrafu 22(b) biss jekk jiġu ssodisfati l-kriterji fil-paragrafu 85 dwar l-allokazzjoni ta' korrispettiv varjabbli. |
|
90. |
Entità għandha tikkunsidra bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni li tirriżulta minn modifika fil-kuntratt skont il-paragrafi 18–21. Madankollu, fil-każ ta' bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni li sseħħ wara modifika fil-kuntratt, entità għandha tapplika l-paragrafi 87–89 sabiex talloka l-bidla fil-prezz tat-tranżazzjoni bi kwalunkwe mod minn dawn li ġejjin li jkun applikabbli:
|
SPEJJEŻ TAL-KUNTRATT
Spejjeż inkrementali biex jinkiseb kuntratt
|
91. |
Entità għandha tirrikonoxxi bħala assi l-ispejjeż inkrementali biex tikseb kuntratt ma' klijent jekk l-entità tistenna li tirkupra dawk l-ispejjeż. |
|
92. |
L-ispejjeż inkrementali biex jinkiseb kuntratt huma dawk l-ispejjeż li entità ġġarrab sabiex tikseb kuntratt ma' klijent li ma kinitx iġġarrab kieku l-kuntratt ma sarx (pereżempju, kummissjoni tal-bejgħ). |
|
93. |
L-ispejjeż biex jinkiseb kuntratt li kienu jiġġarrbu rrispettivament minn jekk il-kuntratt sarx għandhom ikunu rikonoxxuti bħala nefqa meta jiġġarrbu, sakemm dawk l-ispejjeż ma jridux jitħallsu b'mod espliċitu mill-klijent irrispettivament minn jekk il-kuntratt isirx. |
|
94. |
Bħala espedjent prattiku, entità tista' tirrikonoxxi l-ispejjeż inkrementali biex tikseb kuntratt bħala nefqa meta jiġġarrbu jekk il-perjodu ta' amortizzazzjoni tal-assi li l-entità kienet inkella tirrikonoxxi huwa ta' sena jew anqas. |
Spejjeż biex jitwettaq kuntratt
|
95. |
Jekk l-ispejjeż imġarrba biex jitwettaq kuntratt ma' klijent ma jkunux jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' Standard ieħor (pereżempju, IAS 2 Inventarji, IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir jew IAS 38 Assi Intanġibbli), entità għandha tirrikonoxxi assi mill-ispejjeż imġarrba sabiex twettaq kuntratt biss jekk dawk l-ispejjeż jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
|
96. |
Għall-ispejjeż imġarrba fit-twettiq ta' kuntratt ma' klijent li huma taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' Standard ieħor, entità għandha tikkunsidra dawk l-ispejjeż skont dawk l-Istandards l-oħra. |
|
97. |
Spejjeż li huma relatati direttament ma' kuntratt (jew kuntratt antiċipat speċifiku) jinkludu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
98. |
Entità għandha tirrikonoxxi dawn l-ispejjeż li ġejjin bħala nefqa meta jiġġarrbu:
|
Amortizzazzjoni u indeboliment
|
99. |
Assi rikonoxxut skont il-paragrafu 91 jew 95 għandu jkun amortizzat fuq bażi sistematika konsistenti mat-trasferiment lill-klijent tal-oġġetti jew tas-servizzi li l-assi huwa relatat magħhom. L-assi jista' jkun relatat ma' oġġetti jew servizzi li jridu jiġu trasferiti taħt kuntratt antiċipat speċifiku (kif deskritt fil-paragrafu 95(a)). |
|
100. |
Entità għandha taġġorna l-amortizzazzjoni sabiex tirrifletti bidla konsiderevoli fil-waqt mistenni mill-entità tat-trasferiment lill-klijent tal-oġġetti jew servizzi li l-assi huwa relatat magħhom. Tali bidla għandha tkun ikkunsidrata bħala bidla fl-istima tal-kontabbiltà skont l-IAS 8. |
|
101. |
Entità għandha tirrikonoxxi telf minn indeboliment fil-profitt jew telf diment li l-ammont riportat ta' assi rikonoxxut skont il-paragrafu 91 jew 95 jaqbeż:
|
|
102. |
Biex wieħed japplika l-paragrafu 101 sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta' korrispettiv li entità tistenna li tirċievi, entità għandha tuża l-prinċipji għad-determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni (ħlief għar-rekwiżiti fil-paragrafi 56–58 dwar l-istimi restrittivi ta' korrispettiv varjabbli) u taġġusta l-ammont b'mod li jirrifletti l-effetti tar-riskju ta' kreditu tal-klijent. |
|
103. |
Qabel entità tirrikonoxxi telf minn indeboliment għal assi rikonoxxut skont il-paragrafu 91 jew 95, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment għal assi relatati mal-kuntratt li huma rikonoxxuti skont Standard ieħor (pereżempju, IAS 2, IAS 16 u IAS 38). Wara li tapplika t-test tal-indeboliment fil-paragrafu 101, entità għandha tinkludi l-ammont riportat li jirriżulta tal-assi rikonoxxut skont il-paragrafu 91 jew 95 fl-ammont riportat tal-unità li tiġġenera l-flus li jappartjeni għaliha bl-għan li tapplika l-IAS 36 Indeboliment ta' Assi għal dik l-unità li tiġġenera l-flus. |
|
104. |
Entità għandha tirrikonoxxi fil-profitt jew it-telf treġġigħ lura ta' ftit mit-telf minn indeboliment jew it-telf kollu li qabel kien rikonoxxut skont il-paragrafu 101 meta l-kundizzjonijiet tal-indeboliment ma jibqgħux jeżistu jew ikunu tjiebu. L-ammont riportat miżjud tal-assi m'għandux jaqbeż l-ammont li kien ikun iddeterminat (nett ta' amortizzazzjoni) li kieku l-ebda telf minn indeboliment ma ġie rikonoxxut qabel. |
PREŻENTAZZJONI
|
105. |
Meta kwalunkwe parti għal kuntratt tkun wettqet sehma, entità għandha tippreżenta l-kuntratt fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja bħala assi kuntrattwali jew obbligazzjoni kuntrattwali, skont ir-relazzjoni bejn il-prestazzjoni tal-entità u l-ħlas tal-klijent. Entità għandha tippreżenta kwalunkwe dritt mhux kondizzjonat għall-korrispettiv b'mod separat bħala riċevibbli. |
|
106. |
Jekk klijent iħallas il-korrispettiv, jew entità jkollha dritt għal ammont ta' korrispettiv mhux kondizzjonat (jiġifieri riċevibbli), qabel ma l-entità tittrasferixxi oġġett jew servizz lill-klijent, l-entità għandha tippreżenta l-kuntratt bħala obbligazzjoni kuntrattwali meta l-ħlas isir jew imminenti (liema minnhom jiġi l-ewwel). Obbligazzjoni kuntrattwali hija l-obbligu ta' entità li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lil klijent li għalih l-entità rċeviet korrispettiv (jew ammont ta' korrispettiv huwa dovut) mingħand il-klijent. |
|
107. |
Jekk entità twettaq sehma billi tittrasferixxi l-oġġetti jew is-servizzi lil klijent qabel ma l-klijent iħallas il-korrispettiv jew qabel ma l-ħlas ikun dovut, l-entità għandha tippreżenta l-kuntratt bħala assi kuntrattwali, waqt li teskludi kull ammont ippreżentat bħala riċevibbli. Assi kuntrattwali huwa d-dritt ta' entità għall-korrispettiv bi skambju għal oġġetti jew servizzi li l-entità ttrasferiet lil klijent. Entità għandha tivvaluta assi kuntrattwali għall-indeboliment skont l-IFRS 9. Indeboliment ta' assi kuntrattwali għandu jitkejjel, jiġi ppreżentat u żvelat fuq l-istess bażi ta' assi finanzjarju li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IFRS 9 (ara wkoll il-paragrafu 113(b)). |
|
108. |
Riċevibbli huwa d-dritt ta' entità għal korrispettiv mhux kondizzjonat. Dritt għal korrispettiv ma jkunx kondizzjonat jekk il-mogħdija taż-żmien biss tkun meħtieġa qabel ma l-ħlas ta' dak il-korrispettiv ikun dovut. Pereżempju, entità tirrikonoxxi riċevibbli jekk għandha dritt preżenti għall-ħlas anki jekk dak l-ammont jista' jkun soġġett għal rifużjoni fil-futur. Entità għandha tikkunsidra riċevibbli skont l-IFRS 9. Mar-rikonoxximent inizjali ta' riċevibbli minn kuntratt ma' klijent, kwalunkwe differenza bejn il-kejl tar-riċevibbli skont l-IFRS 9 u l-ammont korrispondenti ta' dħul rikonoxxut għandha tkun ippreżentata bħala nefqa (pereżempju, bħala telf minn indeboliment). |
|
109. |
Dan l-Istandard juża t-termini “assi kuntrattwali” u “obbligazzjoni kuntrattwali” iżda ma jipprojbixxix lil entità milli tuża deskrizzjonijiet alternattivi fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja għal dawk l-entrati. Jekk entità tuża deskrizzjoni alternattiva għal assi kuntrattwali, l-entità għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni biex utent tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkun jista' jiddistingwi bejn riċevibbli u assi kuntrattwali. |
ŻVELAR
|
110. |
L-għan tar-rekwiżiti ta' żvelar huwa li entità tiżvela biżżejjed informazzjoni biex tippermetti lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jifhmu n-natura, l-ammont, iż-żmien u l-inċertezza tad-dħul u l-flussi ta' flus li jirriżultaw mill-kuntratti ma' klijent. Biex tikseb dak l-għan, entità għandha tiżvela informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar dawn kollha li ġejjin:
|
|
111. |
Entità għandha tikkunsidra l-livell ta' dettall meħtieġ sabiex tissodisfa l-għan tal-iżvelar u kemm għandha tagħmel enfażi fuq kull wieħed mid-diversi rekwiżiti. Entità għandha taggrega jew tiddiżagrega l-iżvelar biex informazzjoni utli ma tkunx moħbija kemm bl-inklużjoni ta' ammont kbir ta' dettall bla sinifikat kif ukoll bl-aggregazzjoni tal-entrati li sostanzjalment għandhom karatteristiċi differenti. |
|
112. |
Entità m'għandhiex għalfejn tiżvela informazzjoni skont dan l-Istandard jekk tkun ipprovdiet l-informazzjoni skont Standard ieħor. |
Kuntratti ma' klijenti
|
113. |
Entità għandha tiżvela dawn l-ammonti kollha li ġejjin għall-perjodu ta' rapportar sakemm dawk l-ammonti jkunu ppreżentati b'mod separat fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv skont Standards oħrajn:
|
Diżaggregazzjoni tad-dħul
|
114. |
Entità għandha tiddiżagrega d-dħul rikonoxxut minn kuntratti ma' klijenti f'kategoriji li juru kif in-natura, l-ammont, il-waqt u l-inċertezza tad-dħul u l-flussi tal-flus huma affettwati mill-fatturi ekonomiċi. Entità għandha tapplika l-gwida fil-paragrafi B87–B89 meta tagħżel il-kategoriji li tuża sabiex tiddiżagrega d-dħul. |
|
115. |
Barra minn hekk, entità għandha tiżvela biżżejjed informazzjoni sabiex tippermetti lill-utenti ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji jifhmu r-relazzjoni bejn l-iżvelar tad-dħul diżaggregat (skont il-paragrafu 114) u informazzjoni dwar id-dħul li hija żvelata għal kull segment suġġett għar-rapportar, jekk l-entità tapplika l-IFRS 8 Segmenti Operattivi. |
Bilanċi tal-kuntratt
|
116. |
Entità għandha tiżvela dawn kollha li ġejjin:
|
|
117. |
Entità għandha tispjega kif iż-żmien tal-issodisfar tal-obbligi ta' prestazzjoni tagħha (ara l-paragrafu 119(a)) huwa relatat maż-żmien tipiku tal-ħlas (ara l-paragrafu 119(b)) u l-effett li dawk il-fatturi għandhom fuq l-assi tal-kuntratti u l-bilanċi ta' obbligazzjoni tal-kuntratt. L-ispjegazzjoni pprovduta tista' tuża l-informazzjoni kwalitattiva. |
|
118. |
Entità għandha tipprovdi spjegazzjoni tal-bidliet sinifikanti fl-assi tal-kuntratt u l-bilanċi tal-obbligazzjonijiet tal-kuntratt matul il-perjodu ta' rapportar. L-ispjegazzjoni għandha tinkludi informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva. Eżempji ta' bidliet fil-bilanċi tal-entità ta' assi kuntrattwali u obbligazzjonijiet tal-kuntratt jinkludu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
L-obbligi ta' prestazzjoni
|
119. |
Entità għandha tiżvela informazzjoni dwar l-obbligi ta' prestazzjoni tagħha f'kuntratti ma' klijenti, li tinkludi deskrizzjoni ta' dawn kollha li ġejjin:
|
Prezz tat-tranżazzjoni allokat għall-bqija tal-obbligi ta' prestazzjoni
|
120. |
Entità għandha tiżvela l-informazzjoni li ġejja dwar il-bqija tal-obbligi ta' prestazzjoni tagħha:
|
|
121. |
Bħala espedjent prattiku, entità m'għandhiex għalfejn tiżvela l-informazzjoni fil-paragrafu 120 għal obbligu ta' prestazzjoni jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun issodisfata:
|
|
122. |
Entità għandha tispjega b'mod kwalitattiv jekk hijiex qiegħda tapplika l-espedjent prattiku fil-paragrafu 121 u jekk kwalunkwe korrispettiv minn kuntratti ma' klijenti mhuwiex inkluż fil-prezz tat-tranżazzjoni u, għalhekk, mhux inkluż fl-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 120. Pereżempju, stima tal-prezz ta' tranżazzjoni ma tinkludi l-ebda ammont stmat ta' korrispettiv varjabbli li hija ristretta (ara l-paragrafi 56–58). |
Ġudizzji sinifikanti fl-applikazzjoni ta' dan l-Istandard
|
123. |
Entità għandha tiżvela l-ġudizzji, u l-bidliet fil-ġudizzji, magħmula fl-applikazzjoni ta' dan l-Istandard li jaffettwaw b'mod sinifikanti d-determinazzjoni tal-ammont u ż-żmien tad-dħul mill-kuntratti ma' klijenti. B'mod partikolari, entità għandha tispjega l-ġudizzji, u l-bidliet fil-ġudizzji, użati fid-determinazzjoni ta' dawn it-tnejn:
|
Id-determinazzjoni taż-żmien tal-issodisfar ta' obbligi ta' prestazzjoni
|
124. |
Għal obbligi ta' prestazzjoni li entità tissodisfa maż-żmien, entità għandha tiżvela dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
125. |
Għal obbligi ta' prestazzjoni ssodisfati f'xi mument fiż-żmien, entità għandha tiżvela l-ġudizzji sinifikanti magħmula fil-valutazzjoni ta' meta klijent jikseb il-kontroll ta' oġġetti jew servizzi mwiegħda. |
Id-determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni u l-ammonti allokati għall-obbligi ta' prestazzjoni
|
126. |
Entità għandha tiżvela informazzjoni dwar il-metodi, il-kontributi u s-suppożizzjonijiet użati għal dawn kollha li ġejjin:
|
Assi rikonoxxuti mill-ispejjeż biex jinkiseb jew jitwettaq kuntratt ma' klijent
|
127. |
Entità għandha tiddeskrivi dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
128. |
Entità għandha tiżvela dawn kollha li ġejjin:
|
Espedjenti prattiċi
|
129. |
Jekk entità tagħżel li tuża l-espedjent prattiku kemm fil-paragrafu 63 (dwar l-eżistenza ta' komponent sinifikanti ta' finanzjament) kif ukoll fil-paragrafu 94 (dwar l-ispejjeż inkrementali tal-kisba ta' kuntratt), l-entità għandha tiżvela dak il-fatt. |
Appendiċi A
Termini mfissra
Din l-Appendiċi hi parti integrali mill-Istandard.
|
Kuntratt |
Ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar li joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli. |
||||
|
assi kuntrattwali |
Id-dritt ta' entità għall-korrispettiv bi skambju għal oġġetti jew servizzi li l-entità ttrasferiet lil klijent meta dak id-dritt ikun kkundizzjonat minn xi ħaġa oħra għajr il-mogħdija taż-żmien (pereżempju, il-prestazzjoni futura tal-entità). |
||||
|
obbligazzjoni kuntrattwali |
L-obbligu ta' entità li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lil klijent li għalihom l-entità rċeviet korrispettiv (jew l-ammont li huwa dovut) mingħand il-klijent. |
||||
|
Klijent |
Parti li għamlet kuntratt ma' entità sabiex tikseb oġġetti jew servizzi li huma prodott tal-attivitajiet ordinarji tal-entità bi skambju għal korrispettiv. |
||||
|
Introjtu |
Żidiet fil-benefiċċji ekonomiċi waqt il-perjodu kontabilistiku fil-forma ta' influssi jew titjib fl-assi jew tnaqqis fl-obbligazzjonijiet li jirriżultaw f'żieda fl-ekwità, minbarra dawk relatati mal-kontribuzzjonijiet minn parteċipanti fl-ekwità. |
||||
|
obbligu ta' prestazzjoni |
Wegħda f'kuntratt ma' klijent tat-trasferiment lill-klijent kemm ta':
|
||||
|
Dħul |
Introjtu li jirriżulta matul l-attivitajiet ordinarji ta' entità. |
||||
|
prezz tal-bejgħ awtonomu (ta' oġġett jew servizz) |
Il-prezz li bih entità tbiegħ oġġett jew servizz imwiegħed b'mod separat lil klijent. |
||||
|
prezz tat-tranżazzjoni (għal kuntratt ma' klijent) |
L-ammont ta' korrispettiv li entità tistenna li tkun intitolata għalih bi skambju għat-trasferiment ta' oġġetti jew servizzi mwiegħda lil klijent, minbarra l-ammonti miġbura f'isem partijiet terzi. |
Appendiċi B
Gwida għall-Applikazzjoni
Din l-Appendiċi hi parti integrali mill-Istandard. Hija tiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–129 u għandha l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn tal-Istandard.
|
B1 |
Din il-gwida għall-applikazzjoni hija organizzata f'dawn il-kategoriji li ġejjin:
|
Obbligi ta' prestazzjoni ssodisfati maż-żmien
|
B2 |
Skont il-paragrafu 35, obbligu ta' prestazzjoni jkun issodisfat maż-żmien jekk xi wieħed mill-kriterji li ġejjin ikun issodisfat:
|
Il-wasla u l-konsum simultanji tal-benefiċċji tal-prestazzjoni ta' entità (il-paragrafu 35(a))
|
B3 |
Għal ċerti tipi ta' obbligi ta' prestazzjoni, il-valutazzjoni ta' jekk klijent jirċevix il-benefiċċji tal-prestazzjoni ta' entità waqt li l-entità twettaq u fl-istess waqt li tikkonsma dawk il-benefiċċji waqt li tirċevihom għandha tkun sempliċi. Eżempji jinkludu servizzi ta' rutina jew servizzi rikorrenti (bħal servizz ta' tindif) fejn huwa faċli li wieħed jidentifika li l-klijent qiegħed jirċievi u fl-istess ħin qiegħed igawdi l-benefiċċji tal-prestazzjoni tal-entità. |
|
B4 |
Għal tipi oħrajn ta' obbligi ta' prestazzjoni, entità tista' ssibha diffiċli li tidentifika faċilment jekk klijent huwiex jirċievi u jikkonsma fl-istess waqt il-benefiċċji tal-prestazzjoni tal-entità waqt li l-entità twettaq. F'dawk iċ-ċirkostanzi, obbligu ta' prestazzjoni huwa ssodisfat maż-żmien jekk entità tiddetermina li entità oħra ma jkollhiex għalfejn twettaq mill-ġdid ix-xogħol li l-entità tkun lestiet sa dak il-jum kieku dik l-entità l-oħra kellha tissodisfa l-bqija tal-obbligu ta' prestazzjoni lejn il-klijent. Meta tiddetermina jekk entità oħra ma jkollhiex għalfejn tagħmel sostanzjalment mill-ġdid ix-xogħol li l-entità tkun lestiet sa dak il-jum, entità għandha tagħmel dawn iż-żewġ suppożizzjonijiet li ġejjin:
|
Il-klijent jikkontrolla l-assi waqt li qiegħed jinħoloq jew jittejjeb (il-paragrafu 35(b))
|
B5 |
Meta tiddetermina jekk klijent jikkontrollax assi waqt li qiegħed jinħoloq jew jittejjeb skont il-paragrafu 35(b), entità għandha tapplika r-rekwiżiti għall-kontroll fil-paragrafi 31–34 u 38. L-assi li qiegħed jinħoloq jew jittejjeb (pereżempju, assi ta' xogħol li għadu għaddej) jista' jkun kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli. |
Il-prestazzjoni tal-entità ma toħloqx assi b'użu alternattiv (il-paragrafu 35(c))
|
B6 |
Meta tivvaluta jekk assi għandux użu alternattiv għal entità skont il-paragrafu 36, entità għandha tikkunsidra l-effetti ta' restrizzjonijiet kuntrattwali u limitazzjonijiet prattiċi fuq il-kapaċità tal-entità li tidderieġi faċilment dak l-assi lejn użu ieħor, bħall-bejgħ tiegħu lil klijent differenti. Il-possibbiltà li l-kuntratt mal-klijent jiġi tterminat mhijiex konsiderazzjoni rilevanti fil-valutazzjoni ta' jekk l-entità tkunx kapaċi li tidderieġi faċilment l-assi lejn użu ieħor. |
|
B7 |
Restrizzjoni kuntrattwali fuq il-kapaċità ta' entità li tidderieġi assi lejn użu ieħor għandha tkun sostantiva biex l-assi ma jkollux użu alternattiv għall-entità. Restrizzjoni kuntrattwali tkun sostantiva jekk klijent ikun jista' jinforza d-drittijiet tiegħu għall-assi mwiegħed kieku l-entità tipprova tidderieġi l-assi lejn użu ieħor. Għall-kuntrarju, restrizzjoni kuntrattwali ma tkunx sostantiva jekk, pereżempju, assi jkun pjuttost interkambjabbli ma' assi oħrajn li l-entità tista' tittrasferixxi lil klijent ieħor mingħajr ma' tikser il-kuntratt u mingħajr ma ġġarrab spejjeż sinifikanti li ma kinitx iġġarrab mod ieħor b'rabta ma' dak il-kuntratt. |
|
B8 |
Limitazzjoni prattika fuq il-kapaċità ta' entità li tidderieġi assi lejn użu ieħor teżisti jekk entità ġġarrab telf ekonomiku sinifikanti sabiex tidderieġi dak l-assi lejn użu ieħor. Telf ekonomiku sinifikanti jista' jinħoloq peress li l-entità jew iġġarrab spejjeż sinifikanti sabiex terġa' taħdem l-assi jew tkun tista' biss tbiegħ l-assi b'telf sinifikanti. Pereżempju, entità tista' tkun prattikament limitata milli tidderieġi mill-ġdid assi li jew għandhom speċifikazzjonijiet ta' disinn uniċi għal klijent jew jinsabu f'żoni mbiegħda. |
Id-dritt għall-ħlas għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum (il-paragrafu 35(c))
|
B9 |
Skont il-paragrafu 37, entità għandha d-dritt għall-ħlas għal prestazzjoni lesta sa dak il-jum jekk l-entità tkun intitolata għal ammont li tal-anqas jikkumpensa lill-entità għall-prestazzjoni tagħha sa dak il-jum f'każ li l-klijent jew parti oħra tittermina l-kuntratt għal raġunijiet oħra għajr in-nuqqas tal-entità li twettaq kif imwiegħed. Ammont li jikkumpensa lil entità għal prestazzjoni lesta sa dak il-jum ikun ammont li joqrob lejn il-prezz tal-bejgħ tal-oġġetti jew servizzi ttrasferiti sa dak il-jum (pereżempju, l-irkupru tal-ispejjeż imġarrba minn entità fl-issodisfar tal-obbligu ta' prestazzjoni flimkien ma' marġni raġonevoli ta' qligħ) pjuttost milli kumpens biss għat-telf potenzjali ta' qligħ tal-entità jekk il-kuntratt kellu jiġi tterminat. Il-kumpens għal marġni raġonevoli ta' qligħ m'għandux għalfejn ikun daqs il-marġni ta' qligħ mistenni jekk il-kuntratt twettaq kif imwiegħed, iżda entità għandha tkun intitolata għal kumpens għal kwalunkwe wieħed mill-ammonti li ġejjin:
|
|
B10 |
Id-dritt ta' entità għall-ħlas għal prestazzjoni lesta sa dak il-jum m'għandux għalfejn ikun dritt mhux kondizzjonat preżenti għall-ħlas. F'bosta każijiet, entità jkollha dritt mhux kondizzjonat għall-ħlas biss fi stadju miftiehem jew meta l-obbligu ta' prestazzjoni jiġi ssodisfat għal kollox. Fil-valutazzjoni ta' jekk għandhiex dritt għal ħlas għal prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum, entità għandha tikkunsidra jekk ikollhiex dritt infurzabbli li titlob jew iżżomm ħlas għal prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum jekk il-kuntratt kellu jkun itterminat qabel jitlesta għal raġunijiet oħra għajr in-nuqqas tal-entità li twettaq kif imwiegħed. |
|
B11 |
F'ċerti kuntratti, klijent jista' jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt biss fi żminijiet speċifiċi tul it-terminu tal-kuntratt jew il-klijent jista' ma jkollu l-ebda dritt li jittermina l-kuntratt. Jekk klijent jaġixxi sabiex jittermina kuntratt mingħajr ma jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt f'dak iż-żmien (inkluż meta klijent jonqos li jwettaq l-obbligi tiegħu kif imwiegħed), il-kuntratt (jew liġijiet oħrajn) jistgħu jintitolaw lill-entità tkompli tittrasferixxi lill-klijent l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda fil-kuntratt u teżiġi li l-klijent iħallas il-korrispettiv imwiegħed bi skambju għal dawk l-oġġetti jew servizzi. F'dawk iċ-ċirkostanzi, entità għandha d-dritt li tħallas għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum peress li l-entità għandha d-dritt li tkompli twettaq l-obbligi tagħha skont il-kuntratt u li teżiġi li l-klijent iwettaq l-obbligi tiegħu (li jinkludu l-ħlas tal-korrispettiv imwiegħed). |
|
B12 |
Fil-valutazzjoni tal-eżistenza u tal-infurzabbiltà ta' dritt għall-ħlas għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum, entità għandha tikkunsidra t-termini kuntrattwali kif ukoll kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra jew preċedent legali li jista' jissupplimenta jew jipprevali fuq dawk it-termini kuntrattwali. Din jinkludi valutazzjoni dwar jekk:
|
|
B13 |
L-iskeda ta' ħlas speċifikata f'kuntratt mhux neċessarjament tindika jekk entità għandhiex dritt infurzabbli għall-ħlas għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum. Għalkemm l-iskeda tal-ħlas f'kuntratt tispeċifika ż-żmien u l-ammont ta' korrispettiv li għandu jitħallas minn klijent, l-iskeda tal-ħlas mhux neċessarjament tipprovdi evidenza tad-dritt tal-entità għall-ħlas għall-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum. Dan għaliex, pereżempju, il-kuntratt jista' jispeċifika li l-korrispettiv irċevut mingħand il-klijent huwa rifondibbli għal raġunijiet oħra għajr li l-entità naqset li twettaq kif imwiegħed fil-kuntratt. |
Metodi għall-kejl tal-progress lejn l-issodisfar sħiħ ta' obbligu ta' prestazzjoni
|
B14 |
Il-metodi li jistgħu jintużaw biex jitkejjel il-progress ta' entità lejn l-issodisfar sħiħ ta' obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien skont il-paragrafi 35–37 jinkludu dawn li ġejjin:
|
Metodi ta' produzzjoni
|
B15 |
Il-metodi ta' produzzjoni jirrikonoxxu d-dħul fuq il-bażi ta' kejl dirett tal-valur għall-klijent tal-oġġetti jew is-servizzi ttrasferiti sa dak il-jum relattiv għall-bqija tal-oġġetti jew servizzi mwiegħda taħt il-kuntratt. Metodi ta' produzzjoni jinkludu metodi bħal stħarriġ tal-prestazzjoni mwettqa sa dak il-jum, evalwazzjonijiet tar-riżultati miksuba, l-istadji milħuqa, it-tul ta' żmien li għadda u l-unitajiet prodotti jew l-unitajiet imwassla. Meta entità tivvaluta jekk tapplikax metodu ta' produzzjoni sabiex tkejjel il-progress tagħha, l-entità għandha tikkunsidra jekk il-produzzjoni magħżula turix b'mod affidabbli l-prestazzjoni tal-entità lejn l-issodisfar sħiħ tal-obbligu ta' prestazzjoni. Metodu ta' produzzjoni ma jipprovdix stampa affidabbli tal-prestazzjoni tal-entità jekk il-produzzjoni magħżula tonqos li tkejjel xi wħud mill-oġġetti jew is-servizz li l-kontroll ġie ttrasferit lill-klijent għalihom. Pereżempju, metodi ta' produzzjoni bbażati fuq l-unitajiet prodotti jew l-unitajiet imwassla ma jurux b'mod affidabbli l-prestazzjoni ta' entità fl-issodisfar ta' obbligu ta' prestazzjoni jekk, fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportar, il-prestazzjoni tal-entità pproduċiet xogħol mhux lest jew oġġetti lesti kkontrollati mill-klijent li mhumiex inklużi fil-kejl tal-produzzjoni. |
|
B16 |
Bħala espedjent prattiku, jekk entità għandha d-dritt għall-korrispettiv mingħand klijent f'ammont li jikkorrispondi direttament għall-valur għall-klijent tal-prestazzjoni tal-entità mwettqa sa dak il-jum (pereżempju, kuntratt ta' servizz li fih entità titlob ammont fiss għal kull siegħa ta' servizz ipprovdut), l-entità tista' tirrikonoxxi d-dħul fl-ammont li għalih l-entità għandha d-dritt li tiffattura. |
|
B17 |
L-iżvantaġġi ta' metodi ta' produzzjoni huma li l-produzzjonijiet użati għall-kejl tal-progress jistgħu ma jkunux direttament osservabbli u l-informazzjoni meħtieġa biex tapplikahom tista' ma tkunx disponibbli għall-entità mingħajr spejjeż żejda. Għaldaqstant, jista' jkun meħtieġ metodu ta' kontribut. |
Metodi ta' kontribut
|
B18 |
Metodi ta' kontribut jirrikonoxxu d-dħul fuq il-bażi tal-isforzi jew tal-kontributi ta' entità għall-issodisfar ta' obbligu ta' prestazzjoni (pereżempju, ir-riżorsi użati, is-sigħat ta' xogħol maħduma, l-ispejjeż imġarrba, kemm għadda żmien jew is-sigħat ta' magni użati) relattivi għat-total ta' kontributi mistennija għall-issodisfar ta' dak l-obbligu ta' prestazzjoni. Jekk l-isforzi jew il-kontributi tal-entità jsiru b'mod uniformi matul il-perjodu ta' prestazzjoni, jista' jkun xieraq għall-entità li tirrikonoxxi d-dħul fuq bażi lineari. |
|
B19 |
Żvantaġġ tal-metodi ta' kontribut huwa li jista' ma jkunx hemm relazzjoni diretta bejn il-kontributi ta' entità u t-trasferiment tal-kontroll tal-oġġetti jew tas-servizzi lil klijent. Għaldaqstant, entità għandha teskludi minn metodu ta' kontribut l-effetti ta' kwalunkwe kontribut li, skont l-għan tal-kejl tal-progress fil-paragrafu 39, ma jurux il-prestazzjoni tal-entità fit-trasferiment tal-kontroll tal-oġġetti jew servizzi lill-klijent. Pereżempju, meta jintuża metodu ta' kontribut ibbażat fuq il-kost, jista' jkun meħtieġ aġġustament fil-kejl tal-progress fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
Bejgħ bi dritt ta' ritorn
|
B20 |
F'xi kuntratti, entità tittrasferixxi l-kontroll ta' prodott lil klijent u tagħti wkoll lill-klijent id-dritt għar-ritorn tal-prodott lill-klijent għal diversi raġunijiet (bħan-nuqqas ta' ssodisfar bil-prodott) u li jirċievi taħlita ta' dawn li ġejjin:
|
|
B21 |
Biex tikkunsidra t-trasferiment ta' prodotti bi dritt ta' ritorn (u għal ċerti servizzi li huma pprovduti soġġett għal rifużjoni), entità għandha tirrikonoxxi dawn kollha li ġejjin:
|
|
B22 |
Il-wegħda ta' entità li tkun lesta li taċċetta prodott irritornat tul il-perjodu ta' ritorn m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala obbligu ta' prestazzjoni minbarra l-obbligu li tipprovdi rifużjoni. |
|
B23 |
Entità għandha tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 47–72 (inklużi r-rekwiżiti għal stimi restrittivi ta' korrispettiv varjabbli fil-paragrafi 56–58) sabiex tiddetermina l-ammont ta' korrispettiv li għalih l-entità tistenna li tkun intitolata (jiġifieri esklużi l-prodotti mistennija li jkunu rritornati). Għal kwalunkwe ammont irċevut (jew riċevibbli) li l-entità ma tistenniex li tkun intitolata għalih, l-entità m'għandhiex tirrikonoxxi dħul meta tittrasferixxi prodotti lil klijenti iżda għandha tirrikonoxxi dawk l-ammonti irċevuti (jew riċevibbli) bħala obbligazzjoni ta' rifużjoni. Sussegwentement, fi tmiem kull perjodu ta' rapportar, l-entità għandha taġġorna l-valutazzjoni tagħha tal-ammonti li tistenna li tkun intitolata għalihom bi skambju għall-prodotti ttrasferiti u tagħmel bidla korrispondenti fil-prezz tat-tranżazzjoni u, għaldaqstant, fl-ammont ta' dħul rikonoxxut. |
|
B24 |
Entità għandha taġġorna l-kejl tal-obbligazzjoni ta' rifużjoni fi tmiem kull perjodu ta' rapportar għal bidliet fl-aspettattivi dwar l-ammont ta' rifużjonijiet. Entità għandha tirrikonoxxi l-aġġustamenti korrispondenti bħala dħul (jew tnaqqis fid-dħul). |
|
B25 |
Assi rikonoxxut għad-dritt ta' entità li tirkupra prodotti mingħand klijent meta ssolvi obbligazzjoni ta' rifużjoni għandu għall-ewwel jitkejjel b'referenza għall-ammont riportat preċedenti tal-prodott (pereżempju, inventarju) nieqes kwalunkwe spiża mistennija biex jiġu rkuprati dawk il-prodotti (inkluż tnaqqis potenzjali fil-valur għall-entità tal-prodotti rritornati). Fi tmiem kull perjodu ta' rapportar, entità għandha taġġorna l-kejl tal-assi li jirriżulta mill-bidliet fl-aspettattivi dwar il-prodotti li għandhom jiġu rritornati. Entità għandha tippreżenta l-assi b'mod separat mill-obbligazzjoni ta' rifużjoni. |
|
B26 |
Skambji mill-klijenti ta' prodott għal ieħor tal-istess tip, kwalità, kundizzjoni u prezz (pereżempju, kulur jew daqs minflok ieħor) mhumiex ikkunsidrati ritorn għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Istandard. |
|
B27 |
Kuntratti li fihom klijent jista' jirritorna prodott difettuż bi skambju għal prodott li jaħdem għandhom ikunu vvalutati skont il-gwida dwar il-garanziji fil-paragrafi B28–B33. |
Garanziji
|
B28 |
Huwa komuni għal entità li tipprovdi (skont il-kuntratt, il-liġi jew il-prattiki konswetudinarji tan-negozju tal-entità) garanzija b'konnessjoni mal-bejgħ ta' prodott (kemm jekk oġġett kif ukoll jekk servizz). In-natura ta' garanzija tista' tvarja b'mod sinifikanti bejn industrija u oħra u kuntratt u ieħor. Ċerti garanziji jipprovdu lil klijent b'assigurazzjoni li l-prodott relatat ser jiffunzjona skont kif maħsub mill-partijiet peress li dan jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma. Garanziji oħrajn jipprovdu lill-klijent b'servizz minbarra l-assigurazzjoni li l-prodott huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma. |
|
B29 |
Jekk klijent għandu l-opzjoni li jixtri garanzija separata (pereżempju, peress li l-garanzija hija pprezzata jew innegozjata b'mod separat), il-garanzija hija servizz separat peress li l-entità twiegħed li tipprovdi s-servizz lill-klijent minbarra l-prodott li għandu l-funzjonalità deskritta fil-kuntratt. F'dawk iċ-ċirkostanzi, entità għandha tikkunsidra l-garanzija mwiegħda bħala obbligu ta' prestazzjoni skont il-paragrafi 22–30 u talloka porzjon tal-prezz tat-tranżazzjoni għal dak l-obbligu ta' prestazzjoni skont il-paragrafi 73–86. |
|
B30 |
Jekk klijent m'għandux l-opzjoni li jixtri garanzija b'mod separat, entità għandha tikkunsidra l-garanzija skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti sakemm il-garanzija mwiegħda, jew parti mill-garanzija mwiegħda, tipprovdi lill-klijent b'servizz minbarra l-assigurazzjoni li l-prodott huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma. |
|
B31 |
Fil-valutazzjoni ta' jekk garanzija tipprovdix lil klijent b'servizz minbarra l-assigurazzjoni li l-prodott huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma, entità għandha tikkunsidra fatturi bħal:
|
|
B32 |
Jekk garanzija, jew parti minn garanzija, tipprovdi lil klijent b'servizz minbarra l-assigurazzjoni li l-prodott huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma, is-servizz imwiegħed huwa obbligu ta' prestazzjoni. Għaldaqstant, entità għandha talloka l-prezz tat-tranżazzjoni lill-prodott u lis-servizz. Jekk entità twiegħed kemm garanzija tat-tip ta' assigurazzjoni u garanzija tat-tip ta' servizz iżda ma tistax b'mod raġonevoli tikkunsidrahom b'mod separat, l-entità għandha tikkunsidra ż-żewġ garanziji flimkien bħala obbligu ta' prestazzjoni wieħed. |
|
B33 |
Liġi li teżiġi li entità tħallas kumpens jekk il-prodotti tagħha jikkawżaw ħsara jew dannu ma toħloqx obbligu ta' prestazzjoni. Pereżempju, manifattur jista' jbiegħ prodotti f'ġurisdizzjoni li fiha l-liġi żżomm lill-manifattur responsabbli għal kwalunkwe dannu (pereżempju, għall-proprjetà personali) li jista' jkun ikkawżat meta klijent juża prodott għall-iskop maħsub tiegħu. Bl-istess mod, il-wegħda ta' entità li tindennizza lill-klijent għar-responsabbiltajiet u d-danni li jirriżultaw minn pretensjonijiet ta' ksur ta' privattivi, drittijiet tal-awtur, marki kummerċjali jew ksur ieħor mill-prodotti tal-entità ma toħloqx obbligu ta' prestazzjoni. L-entità għandha tikkunsidra tali obbligi skont l-IAS 37. |
Korrispettivi prinċipali meta mqabbla ma' dawk tal-aġent
|
B34 |
Meta parti oħra tkun involuta fil-provvediment ta' oġġetti jew servizzi lil klijent, l-entità għandha tiddetermina jekk in-natura tal-wegħda tagħha hijiex obbligu ta' prestazzjoni li tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi hija stess (jiġifieri l-entità hija prinċipal) jew li tirranġa għall-parti l-oħra li tipprovdi dawk l-oġġetti jew servizzi (jiġifieri l-entità hija aġent). |
|
B35 |
Entità hija prinċipal jekk l-entità tikkontrolla oġġett jew servizz imwiegħed qabel l-entità tittrasferixxi l-oġġett jew is-servizz lil klijent. Madankollu, entità ma tkunx qiegħda taġixxi neċessarjament bħala prinċipal jekk l-entità tikseb titolu legali ta' prodott għal ftit biss qabel it-titolu legali jiġi ttrasferit lill-klijent. Entità li tkun prinċipal f'kuntratt tista' tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni waħedha jew tista' tqabbad parti oħra (pereżempju, sottokuntrattur) sabiex tissodisfa xi ftit mill-obbligu ta' prestazzjoni jew l-obbligu kollu f'isimha. Meta entità li tkun prinċipal tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni, l-entità tirrikonoxxi d-dħul fl-ammont gross tal-korrispettiv li tistenna li tkun intitolata għalih għal dawk l-oġġetti jew servizzi trasferiti. |
|
B36 |
Entità tkun aġent jekk l-obbligu ta' prestazzjoni tal-entità jkun li tirranġa għall-provvediment ta' oġġetti jew servizzi minn parti oħra. Meta entità li hija aġent tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni, l-entità tirrikonoxxi d-dħul fl-ammont ta' kwalunkwe miżata jew kummissjoni li hija tistenna li tkun intitolata għaliha bi skambju għal li tirranġa biex il-parti l-oħra tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi tagħha. Il-miżata jew kummissjoni ta' entità tista' tkun l-ammont nett ta' korrispettiv li l-entità żżomm wara li tkun ħallset lill-parti l-oħra l-korrispettiv irċevut bi skambju għall-oġġetti jew is-servizzi li għandhom ikunu pprovduti minn dik il-parti. |
|
B37 |
L-indikaturi li entità hija aġent (u għaldaqstant ma tikkontrollax l-oġġett jew is-servizz qabel ma jkun ipprovdut lil klijent) jinkludu dawn li ġejjin:
|
|
B38 |
Jekk entità oħra tassumi l-obbligi ta' prestazzjoni u d-drittijiet kuntrattwali fil-kuntratt tal-entità b'mod li l-entità ma tibqax obbligata li tissodisfa l-obbligu ta' prestazzjoni li tittrasferixxi l-oġġett jew is-servizz imwiegħed lill-klijent (jiġifieri l-entità ma għadhiex taġixxi bħala prinċipal), l-entità m'għandhiex tirrikonoxxi dħul għal dak l-obbligu ta' prestazzjoni. Minflok, l-entità għandha tivvaluta jekk tirrikonoxxix dħul għall-issodisfar ta' obbligu ta' prestazzjoni sabiex tikseb kuntratt għall-parti l-oħra (jiġifieri jekk l-entità hijiex taġixxi bħala aġent). |
L-għażliet tal-klijent għal oġġetti jew servizzi addizzjonali
|
B39 |
L-għażliet tal-klijenti li jakkwistaw oġġetti jew servizzi addizzjonali bla ħlas jew bi skont jiġu f'diversi forom, fosthom inċentivi ta' bejgħ, krediti (jew punti) ppremjati lill-klijent, għażliet ta' tiġdid tal-kuntratt jew skontijiet oħrajn fuq oġġetti jew servizzi futuri. |
|
B40 |
Jekk, f'kuntratt, entità tagħti lil klijent għażla li jakkwista oġġetti jew servizzi addizzjonali, dik l-għażla toħloq obbligu ta' prestazzjoni fil-kuntratt biss jekk l-għażla tagħti dritt materjali lill-klijent li ma jirċevix kieku ma jidħolx għal dak il-kuntratt (pereżempju, skont li huwa inkrementali għall-firxa ta' skontijiet tipikament mogħtija għal dawk l-oġġetti jew servizzi lil dik il-klassi ta' klijent f'dik iż-żona ġeografika jew suq). Jekk l-għażla tagħti dritt materjali lill-klijent, il-klijent fil-fatt iħallas bil-quddiem għal oġġetti jew servizzi futuri u l-entità tirrikonoxxi dħul meta dawk l-oġġetti jew servizzi futuri jiġu trasferiti jew meta l-għażla tiskadi. |
|
B41 |
Jekk klijent ikollu l-għażla li jakkwista oġġett jew servizz addizzjonali bi prezz li jirrifletti l-prezz tal-bejgħ awtonomu għal dak l-oġġett jew servizz, dik l-għażla ma tagħtix lill-klijent dritt materjali anki jekk l-għażla tista' tiġi eżerċitata biss bid-dħul f'kuntratt preċedenti. F'dawk il-każijiet, l-entità għamlet offerta kummerċjali li għandha tikkunsidra skont dan l-Istandard biss meta l-klijent jeżerċita l-għażla li jixtri l-oġġetti jew is-servizzi addizzjonali. |
|
B42 |
Il-paragrafu 74 jeħtieġ li entità talloka l-prezz tat-tranżazzjoni lill-obbligi ta' prestazzjoni fuq bażi relattiva ta' prezz tal-bejgħ awtonomu. Jekk il-prezz tal-bejgħ awtonomu għall-għażla ta' klijent li jakkwista oġġetti jew servizzi addizzjonali ma jkunx direttament osservabbli, entità għandha tistmah. Dik l-istima għandha tirrifletti l-iskont li l-klijent jikseb meta jeżerċita l-għażla, aġġustat għal dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
B43 |
Jekk klijent għandu dritt materjali li jakkwista oġġetti jew servizzi futuri u dawk l-oġġetti jew servizzi huma simili għall-oġġetti jew is-servizzi oriġinali fil-kuntratt u jiġu pprovduti skont it-termini tal-kuntratt oriġinali, allura entità tista', bħala alternattiva prattika għall-istima tal-prezz tal-bejgħ awtonomu tal-għażla, talloka l-prezz tat-tranżazzjoni għall-oġġetti jew is-servizzi fakultattivi b'referenza għall-oġġetti jew is-servizzi mistennija li jingħataw u l-korrispettiv mistenni korrispondenti. Normalment, dawk it-tipi ta' għażliet jingħataw għat-tiġdid tal-kuntratti. |
Drittijiet tal-klijenti mhux eżerċitati
|
B44 |
Skont il-paragrafu 106, malli tirċievi ħlas bil-quddiem mingħand klijent, entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni kuntrattwali fl-ammont tal-ħlas bil-quddiem għall-obbligu ta' prestazzjoni tagħha li tittrasferixxi, jew li tkun lesta biex tittrasferixxi, oġġetti jew servizzi fil-futur. Entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta' dik l-obbligazzjoni kuntrattwali (u tirrikonoxxi dħul) meta tittrasferixxi dawk l-oġġetti jew is-servizzi u, għaldaqstant, tissodisfa l-obbligu ta' prestazzjoni tagħha. |
|
B45 |
Il-ħlas bil-quddiem mhux rimborsabbli ta' klijent lil entità jagħti lill-klijent id-dritt li jirċievi oġġett jew servizz fil-futur (u jobbliga lill-entità li tkun lesta sabiex tittrasferixxi oġġett jew servizz). Madankollu, il-klijenti jistgħu ma jeżerċitawx id-drittijiet kuntrattwali kollha tagħhom. Dawk id-drittijiet mhux eżerċitati spiss jissejħu ksur. |
|
B46 |
Jekk entità tistenna li tkun intitolata għal ammont ta' ksur f'obbligazzjoni kuntrattwali, l-entità għandha tirrikonoxxi l-ammont ta' ksur mistenni bħala dħul bi proporzjon mat-tendenza tad-drittijiet eżerċitati mill-klijent. Jekk entità ma tistenniex li tkun intitolata għal ammont ta' ksur, l-entità għandha tirrikonoxxi l-ksur mistenni bħala dħul meta l-probabbiltà li l-klijent jeżerċita l-bqija tad-drittijiet tiegħu ssir remota. Biex tiddetermina jekk entità tistenniex li tkun intitolata għal ammont ta' ksur, l-entità għandha tikkunsidra r-rekwiżiti fil-paragrafi 56–58 dwar l-estimi restrittivi ta' korrispettiv varjabbli. |
|
B47 |
Entità għandha tirrikonoxxi bħala obbligazzjoni (u mhux dħul) għal kwalunkwe korrispettiv irċevut li huwa attribwibbli għad-drittijiet mhux eżerċitati ta' klijent li għalih entità hija meħtieġa tagħti lil parti oħra, pereżempju, entità governattiva skont il-liġijiet applikabbli dwar il-proprjetà mhux mitluba. |
Miżati bil-quddiem mhux rimborsabbli (u xi spejjeż relatati)
|
B48 |
F'ċerti kuntratti, entità titlob lill-klijent miżata bil-quddiem mhux rimborsabbli mat-tnedija tal-kuntratt jew qribha. Xi eżempji jinkludu miżati għas-sħubija f'kuntratti ta' klabbs tas-saħħa, miżati ta' attivazzjoni fil-kuntratti tat-telekomunikazzjoni, miżati ta' installazzjoni f'ċerti kuntratti ta' servizzi u miżati inizjali f'ċerti kuntratti ta' forniment. |
|
B49 |
Biex tidentifika obbligi ta' prestazzjoni f'kuntratti bħal dawn, entità għandha tivvaluta jekk il-miżata hijiex relatata mat-trasferiment ta' oġġetti jew servizz imwiegħed. F'bosta każijiet, anki jekk miżata bil-quddiem mhux rimborsabbli tkun relatata ma' attività li l-entità hija meħtieġa li twettaq fil-bidu tal-kuntratt jew qribu sabiex tissodisfa l-kuntratt, dik l-attività ma tirriżultax fit-trasferiment ta' oġġett jew servizz imwiegħed lill-klijent (ara l-paragrafu 25). Minflok, il-miżata bil-quddiem hija ħlas bil-quddiem għal oġġetti jew servizzi futuri u, għaldaqstant, tkun rikonoxxuta bħala dħul meta jingħataw dawk l-oġġetti jew servizzi futuri. Il-perjodu ta' rikonoxximent tad-dħul jestendi lil hinn mill-perjodu kuntrattwali inizjali jekk l-entità tagħti lill-klijent l-għażla li jġedded il-kuntratt u dik l-għażla tagħti lill-klijent dritt materjali kif deskritt fil-paragrafu B40. |
|
B50 |
Jekk il-miżata bil-quddiem mhux rimborsabbli hija relatata ma' oġġett jew servizz, l-entità għandha tivvaluta jekk sabiex tikkunsidra l-oġġett jew is-servizz bħala obbligu ta' prestazzjoni separat skont il-paragrafi 22–30. |
|
B51 |
Entità tista' titlob parti minn miżata mhux rimborsabbli bħala kumpens għall-ispejjeż imġarrba fl-istabbiliment ta' kuntratt (jew kompiti amministrattivi oħrajn kif deskritti fil-paragrafu 25). Jekk dawk l-attivitajiet ta' stabbiliment ma jissodisfawx obbligu ta' prestazzjoni, l-entità għandha tinjora dawk l-attivitajiet (u l-ispejjeż relatati) meta tkejjel il-progress skont il-paragrafu B19. Dan għaliex l-ispejjeż ta' attivitajiet ta' stabbiliment ma jurux it-trasferiment tas-servizzi lill-klijent. L-entità għandha tivvaluta jekk l-ispejjeż imġarrba fl-istabbiliment ta' kuntratt irriżultawx f'assi li għandu jkun rikonoxxut skont il-paragrafu 95. |
Ħruġ ta' liċenzji
|
B52 |
Liċenzja tistabbilixxi d-drittijiet ta' klijent għall-proprjetà intellettwali ta' entità. Il-liċenzji ta' proprjetà intellettwali jistgħu jinkludu, iżda mhumiex biss limitati għal, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
B53 |
Minbarra wegħda li tagħti liċenzja lil klijent, entità tista' wkoll twiegħed li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi oħrajn lill-klijent. Dawk il-wegħdiet jistgħu jkunu ddikjarati b'mod espliċitu fil-kuntratt jew implikati mill-prattiki tan-negozju konswetudinarji, politiki ppubblikati jew dikjarazzjonijiet speċifiċi ta' entità (ara l-paragrafu 24). Bħal fil-każ ta' tipi oħrajn ta' kuntratti, meta kuntratt ma' klijent jinkludi wegħda li tingħata liċenzja minbarra oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn, entità għandha tapplika l-paragrafi 22–30 sabiex tidentifika kull obbligu ta' prestazzjoni fil-kuntratt. |
|
B54 |
Jekk il-wegħda li tingħata liċenzja mhijiex separata minn oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn fil-kuntratt skont il-paragrafi 26–30, entità għandha tikkunsidra l-wegħda li tagħti liċenzja u dawk l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda l-oħrajn flimkien bħala obbligu ta' prestazzjoni wieħed. Eżempji ta' liċenzji li mhumiex separati minn oġġetti jew servizzi oħrajn imwiegħda fil-kuntratt jinkludu dawn li ġejjin:
|
|
B55 |
Jekk il-liċenzja ma tkunx separata, entità għandha tapplika l-paragrafi 31–38 sabiex tiddetermina jekk l-obbligu ta' prestazzjoni (li jinkludi l-liċenzja mwiegħda) huwiex obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien jew issodisfat f'punt speċifiku taż-żmien. |
|
B56 |
Jekk il-wegħda li tingħata liċenzja hija separata mill-oġġetti jew is-servizzi l-oħrajn imwiegħda fil-kuntratt u, allura, il-wegħda li tingħata l-liċenzja hija obbligu ta' prestazzjoni separata, entità għandha tiddetermina jekk il-liċenzja tittrasferixxix lil klijent f'punt partikolari taż-żmien jew maż-żmien. Meta tkun qiegħda tiddetermina dan, entità għandha tikkunsidra jekk in-natura tal-wegħda tal-entità tal-għoti tal-liċenzja lil klijent hijiex li tipprovdi lill-klijent jew:
|
Id-determinazzjoni tan-natura tal-wegħda tal-entità
|
B57 |
Biex tiddetermina jekk il-wegħda ta' entità li tagħti liċenzja tagħtix lill-klijent jew id-dritt li jaċċessal-proprjetà intellettwali ta' entità jew id-dritt li juża l-proprjetà intellettwali ta' entità, entità għandha tikkunsidra jekk il-klijent jistax jidderieġi l-użu ta' liċenzja, u jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnha, fil-punt taż-żmien li fih il-liċenzja tingħata. Klijent ma jistax jidderieġi l-użu ta' liċenzja, u jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnha, fil-punt taż-żmien li fih il-liċenzja tingħata jekk il-proprjetà intellettwali li għalih il-klijent għandu dritt tinbidel tul il-perjodu tal-liċenzja. Il-proprjetà intellettwali tinbidel (u b'hekk taffettwa l-valutazzjoni tal-entità ta' meta l-klijent jikkontrolla l-liċenzja) meta l-entità tkompli tkun involuta fil-proprjetà intellettwali tagħha u l-entità tagħmel attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali li l-klijent għandu dritt għaliha. F'dawn il-każijiet, il-liċenzja tagħti lill-klijent dritt li jaċċessal-proprjetà intellettwali tal-entità (ara l-paragrafu B58). Għall-kuntrarju, klijent jista' jidderieġi l-użu tal-liċenzja, u jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnha, fil-punt taż-żmien li fih il-liċenzja tingħata jekk il-proprjetà intellettwali li għaliha l-klijent għandu dritt ma tinbidilx (ara l-paragrafu B61). F'dawk il-każijiet, kwalunkwe attività li titwettaq mill-entità tibdel sempliċement l-assi tagħha stess (jiġifieri l-proprjetà intellettwali sottostanti), li tista' taffettwa l-kapaċità tal-entità li tagħti liċenzji futuri; madankollu, dawk l-attivitajiet ma jaffettwawx id-determinazzjoni ta' x'tagħti l-liċenzja jew x'jikkontrolla l-klijent. |
|
B58 |
In-natura tal-wegħda ta' entità fl-għoti ta' liċenzja hija wegħda li tipprovdi dritt għall-aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità jekk dawn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
|
B59 |
Fatturi li jistgħu jindikaw li klijent jista' raġonevolment jistenna li entità ser twettaq attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali jinkludu l-prattiki ta' negozju konswetudinarji, il-politiki ppubblikati jew dikjarazzjonijiet speċifiċi tal-entità. Għalkemm mhux determinanti, l-eżistenza ta' interess ekonomiku kondiviż (pereżempju, dritt tal-awtur ibbażat fuq il-bejgħ) bejn l-entità u l-klijent relatat mal-proprjetà intellettwali li għaliha l-klijent għandu dritt tista' wkoll tindika li l-klijent jista' raġonevolment jistenna li entità ser twettaq dawn l-attivitajiet. |
|
B60 |
Jekk il-kriterji fil-paragrafu B58 ikunu ssodisfati, entità għandha tikkunsidra l-wegħda li tagħti liċenzja bħala obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien peress li l-klijent ser jirċievi u jikkonsma fl-istess ħin il-benefiċċju mill-prestazzjoni tal-entità li tipprovdi aċċess għall-proprjetà intellettwali tagħha waqt li sseħħ il-prestazzjoni (ara l-paragrafu 35(a)). Entità għandha tapplika l-paragrafi 39–45 sabiex tagħżel metodu xieraq biex tkejjel il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ ta' dak l-obbligu ta' prestazzjoni li tipprovdi aċċess. |
|
B61 |
Jekk il-kriterji fil-paragrafu B58 ma jkunux issodisfati, in-natura tal-wegħda ta' entità hija li tipprovdi dritt li wieħed juża l-proprjetà intellettwali tal-entità waqt li dik il-proprjetà intellettwali tkun teżisti (f'termini ta' forma u funzjonalità) fil-punt taż-żmien li fih il-liċenzja tingħata lill-klijent. Dan ifisser li l-klijent jista' jidderieġi l-użu tal-liċenzja, u jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnha, fil-punt taż-żmien li fiha tiġi trasferita l-liċenzja. Entità għandha tikkunsidra l-wegħda li tagħti dritt għall-użu tal-proprjetà intellettwali tal-entità bħala obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat f'punt taż-żmien. Entità għandha tapplika l-paragrafu 38 sabiex tiddetermina l-punt fiż-żmien li fih il-liċenzja tiġi trasferita lill-klijent. Madankollu, ma jistax jiġi rikonoxxut dħul għal liċenzja li tagħti dritt li tintuża l-proprjetà intellettwali tal-entità qabel il-bidu tal-perjodu li fih il-klijent jista' juża u jgawdi l-liċenzja. Pereżempju, jekk perjodu ta' liċenzja ta' softwer jibda qabel entità tipprovdi (jew tagħmel disponibbli mod ieħor) lill-klijent kodiċi li jippermetti lill-klijent li juża minnufih is-softwer, l-entità ma tirrikonoxxix dħul qabel dak il-kodiċi jkun ingħata (jew magħmul disponibbli mod ieħor). |
|
B62 |
Entità għandha tinjora l-fatturi li ġejjin meta tiddetermina jekk liċenzja tagħtix dritt għall-aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità jew dritt għall-użu tal-proprjetà intellettwali tal-entità:
|
Drittijiet tal-awtur ibbażati fuq il-bejgħ jew fuq l-użu
|
B63 |
Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 56–59, entità għandha tirrikonoxxi dħul għal dritt tal-awtur ibbażat fuq il-bejgħ jew fuq l-użu mwiegħed bi skambju għal liċenzja ta' proprjetà intellettwali biss meta (jew waqt li) jseħħ l-aħħar wieħed minn dawn l-avvenimenti li ġejjin:
|
Ftehimiet ta' riakkwist
|
B64 |
Ftehim ta' riakkwist huwa kuntratt li fih entità tbiegħ assi u twiegħed ukoll jew għandha l-opzjoni (kemm fl-istess kuntratt jew f'kuntratt ieħor) li terġa' takkwista l-assi. L-assi riakkwistat jista' jkun l-assi li oriġinarjament inbiegħ lill-klijent, assi li huwa sostanzjalment l-istess bħal dak l-assi, jew assi ieħor li l-assi li nbiegħ oriġinarjament huwa komponent tiegħu. |
|
B65 |
Il-ftehimiet ta' riakkwist ġeneralment jiġu fi tliet forom:
|
Forward jew opzjoni eżerċitabbli
|
B66 |
Jekk entità jkollha obbligu jew dritt li takkwista mill-ġdid l-assi (forward jew opzjoni eżerċitabbli), klijent ma jiksibx il-kontroll tal-assi peress li l-klijent huwa limitat fil-kapaċità tiegħu li jidderieġi l-użu tal-assi u li jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnu, anki jekk il-klijent jista' jkun fil-pussess fiżiku tal-assi. Għaldaqstant, l-entità għandha tikkunsidra l-kuntratt bħala kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
B67 |
Meta tqabbel il-prezz tar-riakkwist mal-prezz tal-bejgħ, entità għandha tikkunsidra l-valur fuq iż-żmien tal-flus. |
|
B68 |
Jekk il-ftehim tar-riakkwist huwa arranġament ta' finanzjament, l-entità għandha tkompli tirrikonoxxi l-assi u tirrikonoxxi wkoll obbligazzjoni finanzjarja għal kwalunkwe korrispettiv irċevut mingħand il-klijent. L-entità għandha tirrikonoxxi d-differenza bejn l-ammont ta' korrispettiv irċevut mingħand il-klijent u l-ammont ta' korrispettiv li għandu jitħallas lill-klijent bħala imgħax u, jekk japplikaw, bħala spejjeż tal-ipproċessar jew ta' depożitu (pereżempju, assigurazzjoni). |
|
B69 |
Jekk l-opzjoni tiskadi u ma tkunx ġiet eżerċitata, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni u tirrikonoxxi dħul. |
Opzjoni put
|
B70 |
Jekk entità għandha obbligu li takkwista mill-ġdid l-assi fuq talba tal-klijent (opzjoni put) bi prezz li huwa aktar baxx mill-prezz tal-bejgħ oriġinali tal-assi, l-entità għandha tikkunsidra fil-bidu nett tal-kuntratt jekk il-klijent għandux inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita dak id-dritt. Jekk klijent jeżerċita dak id-dritt il-klijent ikun effettivament qiegħed iħallas korrispettiv lill-entità għad-dritt li juża assi speċifikat għal perjodu ta' żmien. Għaldaqstant, jekk il-klijent għandu inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita dak id-dritt, l-entità għandha tikkunsidra l-ftehim bħala kirja skont l-IAS 17. |
|
B71 |
Biex tiddetermina jekk klijent għandux inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu, entità għandha tikkunsidra diversi fatturi, inkluża r-relazzjoni tal-prezz tar-riakkwist mal-valur tas-suq mistenni tal-assi fid-data tar-riakkwist u l-ammont ta' żmien sakemm jiskadi d-dritt. Pereżempju, jekk il-prezz tar-riakkwist huwa mistenni li jaqbeż b'mod sinifikanti l-valur tas-suq tal-assi, dan jista' jindika li l-klijent għandu inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita l-opzjoni put. |
|
B72 |
Jekk il-klijent ma jkollux inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu fi prezz li huwa aktar baxx mill-prezz tal-bejgħ oriġinali tal-assi, l-entità għandha tikkunsidra l-ftehim bħallikieku kien il-bejgħ ta' prodott bid-dritt tar-ritorn kif deskritt fil-paragrafi B20–B27. |
|
B73 |
Jekk il-prezz tar-riakkwist tal-assi jkun daqs il-prezz tal-bejgħ oriġinali jew ogħla minnu u jkun ogħla mill-valur tas-suq mistenni tal-assi, il-kuntratt ikun effettivament arranġament ta' finanzjament u, allura, għandu jiġi kkunsidrat kif deskritt fil-paragrafu B68. |
|
B74 |
Jekk il-prezz tar-riakkwist tal-assi jkun daqs il-prezz tal-bejgħ oriġinali jew ogħla minnu u jkun anqas mill-valur tas-suq mistenni tal-assi jew daqsu, u l-klijent ma jkollux inċentiv ekonomiku sinifikanti sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu, allura l-entità għandha tikkunsidra l-ftehim bħallikieku jkun il-bejgħ ta' prodott bid-dritt tar-ritorn kif deskritt fil-paragrafi B20–B27. |
|
B75 |
Meta tqabbel il-prezz tar-riakkwist mal-prezz tal-bejgħ, entità għandha tikkunsidra l-valur taż-żmien tal-flus. |
|
B76 |
Jekk l-opzjoni tiskadi mingħajr ma tiġi eżerċitata, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni u tirrikonoxxi dħul. |
Arranġamenti ta' kunsinna
|
B77 |
Meta entità twassal prodott lil parti oħra (bħal negozjant jew distributur) għall-bejgħ lill-klijenti aħħarin, l-entità għandha tivvaluta jekk il-parti l-oħra kisbitx il-kontroll tal-prodott f'dak il-punt taż-żmien. Prodott li jkun twassal lil parti oħra jista' jinżamm f'arranġament ta' kunsinna jekk dik il-parti l-oħra ma tkunx kisbet kontroll tal-prodott. Għaldaqstant, entità m'għandhiex tirrikonoxxi dħul mat-twassil ta' prodott lil parti oħra jekk il-prodott imwassal jinżamm mal-kunsinna. |
|
B78 |
L-indikaturi li arranġament huwa arranġament ta' kunsinna jinkludu, iżda mhumiex biss limitati għal dawn li ġejjin:
|
Arranġamenti bill-and-hold
|
B79 |
Arranġament bill-and-hold huwa kuntratt li taħtu entità tiffattura klijent għal prodott iżda l-entità tibqa' fil-pussess fiżiku tal-prodott sakemm dan jiġi trasferit lill-klijent f'punt taż-żmien futur. Pereżempju, klijent jista' jitlob lil entità tidħol f'kuntratt bħal dan minħabba n-nuqqas ta' spazju disponibbli li għandu l-klijent għall-prodott jew minħabba dewmien fl-iskedi ta' produzzjoni tal-klijent. |
|
B80 |
Entità għandha tiddetermina meta tkun issodisfat l-obbligu ta' prestazzjoni tagħha li tittrasferixxi prodott billi tivvaluta meta klijent jikseb il-kontroll ta' dak il-prodott (ara l-paragrafu 38). Fil-każ ta' ċerti kuntratti, il-kontroll ikun trasferit jew meta l-prodott jitwassal għand il-klijent jew meta l-prodott jiġi ttrasportat, skont it-termini tal-kuntratt (inklużi t-termini ta' kunsinna u ta' tbaħħir). Madankollu, fil-każ ta' ċerti kuntratti, klijent jista' jikseb il-kontroll ta' prodott anki jekk dak il-prodott jibqa' fil-pussess fiżiku ta' entità. F'dak il-każ, il-klijent jista' jidderieġi l-użu tal-prodott, u jikseb sostanzjalment il-benefiċċji kollha li jifdal minnu, anki jekk jiddeċiedi li ma jeżerċitax id-dritt tiegħu li jieħu pussess fiżiku ta' dak il-prodott. Għaldaqstant, l-entità ma tikkontrollax il-prodott. Minflok, l-entità tipprovdi servizzi ta' kustodja lill-klijent tal-assi tal-klijent. |
|
B81 |
Minbarra li jridu jiġu applikati r-rekwiżiti fil-paragrafu 38, biex klijent jikseb kontroll ta' prodott f'arranġament bill-and-hold, għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:
|
|
B82 |
Jekk entità tirrikonoxxi dħul għall-bejgħ ta' prodott fuq bażi ta' bill-and-hold, l-entità għandha tikkunsidra jekk għadx fadlilha obbligi ta' prestazzjoni (pereżempju, għal servizzi ta' kustodja) skont il-paragrafi 22–30 li l-entità għandha talloka porzjon għalihom tal-prezz tat-tranżazzjoni skont il-paragrafi 73–86. |
L-aċċettazzjoni tal-klijent
|
B83 |
Skont il-paragrafu 38(e), l-aċċettazzjoni ta' klijent ta' assi tista' tindika li l-klijent kiseb kontroll fuq l-assi. Il-klawżoli dwar l-aċċettazzjoni tal-klijent jippermettu lil klijent li jikkanċella jew li jitlob lil entità tieħu azzjoni ta' rimedju jekk oġġett jew servizz ma jkunx jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet miftiehma. Entità għandha tikkunsidra tali klawżoli meta tivvaluta meta klijent jikseb il-kontroll ta' oġġett jew servizz. |
|
B84 |
Jekk entità tista' oġġettivament tiddetermina li l-kontroll ta' oġġett jew servizz ġie trasferit lill-klijent skont l-ispeċifikazzjonijiet miftiehma fil-kuntratt, allura l-aċċettazzjoni tal-klijent hija formalità li ma taffettwax id-determinazzjoni tal-entità ta' meta l-klijent kiseb kontroll tal-oġġett jew is-servizz. Pereżempju, jekk il-klawżola dwar l-aċċettazzjoni tal-klijent hija bbażata fuq l-issodisfar ta' karatteristiċi speċifiċi ta' daqs u piż, entità tkun tista' tiddetermina jekk dawk il-kriterji ġewx issodisfati qabel ma tirċievi konferma tal-aċċettazzjoni tal-klijent. L-esperjenza tal-entità fil-kuntratti għal oġġetti jew servizzi simili tista' tipprovdi evidenza li oġġett jew servizz ipprovdut lill-klijent huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma fil-kuntratt. Jekk id-dħul ikun rikonoxxut qabel l-aċċettazzjoni tal-klijent, l-entità xorta waħda trid tikkunsidra jekk għadx fadal xi obbligi ta' prestazzjoni (pereżempju, l-installazzjoni ta' tagħmir) u tivvaluta jekk għandhiex tikkunsidrahom separatament. |
|
B85 |
Madankollu, jekk entità ma tkunx tista' oġġettivament tiddetermina li l-oġġett jew is-servizz ipprovdut lill-klijent huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet miftiehma fil-kuntratt, allura l-entità ma tkunx tista' tikkonkludi li l-klijent kiseb kontroll sakemm l-entità ma tirċevix l-aċċettazzjoni tal-klijent. Dan għaliex f'dik iċ-ċirkostanza l-entità ma tistax tiddetermina li l-klijent għandu l-kapaċità li jidderieġi l-użu tal-oġġett jew tas-servizz u jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnu. |
|
B86 |
Jekk entità twassal prodotti lil klijent għal skopijiet ta' prova jew valutazzjoni u l-klijent mhuwiex marbut li jħallas xi korrispettiv sakemm jiskadi l-perjodu ta' prova, il-kontroll tal-prodott ma jiġix trasferit lill-klijent jew qabel ma l-klijent jaċċetta l-prodott jew qabel ma jiskadi l-perjodu ta' prova. |
L-iżvelar ta' dħul diżaggregat
|
B87 |
Il-paragrafu 114 jitlob li entità tiddiżagrega dħul minn kuntratti ma' klijenti f'kategoriji li juru kif in-natura, l-ammont, il-ħin u l-inċertezza ta' dħul u flussi ta' flus huma affettwati minn fatturi ekonomiċi. Għaldaqstant, il-punt sa fejn id-dħul ta' entità jiġi diżaggregat għall-finijiet ta' dan l-iżvelar jiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi relatati mal-kuntratti tal-entità mal-klijenti. Ċerti entitajiet jistgħu jkollhom bżonn jużaw aktar minn tip wieħed ta' kategorija sabiex jissodisfaw l-għan fil-paragrafu 114 għal dħul diżaggregat. Entitajiet oħrajn jistgħu jissodisfaw l-għan billi jużaw tip wieħed ta' kategorija sabiex jiddiżagregaw id-dħul. |
|
B88 |
Meta tagħżel dan it-tip ta' kategorija (jew kategoriji) sabiex tuża d-dħul diżaggregat, entità għandha tikkunsidra kif l-informazzjoni dwar id-dħul tal-entità ġiet ippreżentata għal finijiet oħrajn, inklużi dawn kollha li ġejjin:
|
|
B89 |
Eżempji ta' kategoriji li jistgħu jkunu xierqa jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn kollha li ġejjin:
|
Appendiċi C
Data effettiva u tranżizzjoni
Din l-Appendiċi hija parti integrali mill-Istandard u għandha l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn tal-Istandard.
DATA EFFETTIVA
|
C1 |
Entità għandha tapplika dan l-Istandard għall-perjodi ta' rapportar annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar kmieni. Jekk entità tapplika dan l-Istandard aktar kmieni, għandha tiżvela dan il-fatt. |
TRANŻIZZJONI
|
C2 |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' tranżizzjoni fil-paragrafi C3–C8:
|
|
C3 |
Entità għandha tapplika dan l-Istandard billi tuża wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin:
|
|
C4 |
Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 28 tal-IAS 8, meta dan l-Istandard jiġi applikat għall-ewwel darba, entità hija meħtieġa tippreżenta biss l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa fil-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu annwali li jiġi minnufih qabel l-ewwel perjodu annwali li għalih jiġi applikat dan l-Istandard (il-“perjodu li jiġi minnufih qabel”) u biss jekk l-entità tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv skont il-paragrafu C3(a). Entità tista' wkoll tippreżenta din l-informazzjoni għall-perjodu attwali jew għal perjodi komparattivi aktar qabel, iżda mhix meħtieġa tagħmel hekk. |
|
C5 |
Entità tista' tuża espedjent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv skont il-paragrafu C3(a):
|
|
C6 |
Għal kwalunkwe wieħed mill-espedjenti prattiċi fil-paragrafu C5 li entità tuża, l-entità għandha tapplika dak l-espedjent b'mod konsistenti għall-kuntratti kollha fil-perjodi kollha ta' rapportar ippreżentati. Barra minn hekk, l-entità għandha tiżvela l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
|
C7 |
Jekk entità tagħżel li tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv skont il-paragrafu C3(b), l-entità għandha tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali ta' dan l-Istandard bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta' ekwità, kif xieraq) tal-perjodu ta' rapportar annwali li jinkludi d-data tal-ewwel applikazzjoni. Taħt dan il-metodu ta' tranżizzjoni, entità għandha tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv biss għal kuntratti li mhumiex kuntratti kompluti fid-data tal-ewwel applikazzjoni (pereżempju, l-1 ta' Jannar 2018 għal entità bi tmiem is-sena jkun il-31 ta' Diċembru). |
|
C8 |
Għall-perjodi ta' rapportar li jinkludu d-data tal-ewwel applikazzjoni, entità għandha tiżvela dawn it-tnejn li ġejjin jekk dan l-istandard jiġi applikat b'mod retrospettiv skont il-paragrafu C3(b):
|
Referenzi għall-IFRS 9
|
C9 |
Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, kwalunkwe referenza f'dan l-Istandard għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. |
IRTIRAR TA' STANDARDS OĦRAJN
|
C10 |
Dan l-Istandard jissostitwixxi dawn l-Istandards li ġejjin:
|
Appendiċi D
Emendi għal Standards oħrajn
Din l-Appendiċi tiddeskrivi l-emendi għal Standards oħrajn li l-IASB għamel meta ffinalizza l-IFRS 15.
Din it-tabella turi kif ir-referenzi li ġejjin ġew emendati fi Standards oħrajn.
|
Referenza eżistenti għal |
tinsab fi |
f' |
hija emendata għal referenza għal |
|
IAS 18 Dħul jew IAS 18 |
IFRS 4 |
Il-paragrafi 4(a) u (c), B18(h) |
IFRS 15 Dħul minn Kuntratti minn Klijenti jew IFRS 15 |
|
IAS 16 |
Il-paragrafu 68 A |
||
|
IAS 39 |
Il-paragrafu AG2 |
||
|
IAS 40 |
Il-paragrafu 3(b) |
||
|
IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni jew IAS 11 |
SIC-32 |
Il-paragrafu 6 |
IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju
Jiżdied il-paragrafu 39X.
DATA EFFETTIVA
…
|
39X |
IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, ħassar il-paragrafu D24 u intestatura relatata tiegħu u żied il-paragrafi D34–D35 u l-intestatura relatata tagħhom. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
Fl-Appendiċi D, jiżdiedu l-paragrafi D34–D35 u l-intestatura relatata tagħhom.
Dħul
|
D34 |
Min jadottahom għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni fil-paragrafu C5 tal-IFRS 15. F'dawk il-paragrafi r-referenzi għad-“data tal-ewwel applikazzjoni” għandhom jiġu interpretati bħala l-bidu tal-ewwel perjodu ta' rapportar tal-IFRS. Jekk min jadottahom għall-ewwel darba jiddeċiedi li japplika dawk id-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni, dan għandu japplika wkoll il-paragrafu C6 tal-IFRS 15. |
|
D35 |
Min jadottahom għall-ewwel darba mhux meħtieġ li jirrapporta mill-ġdid il-kuntratti li kienu kompluti qabel l-aktar perjodu kmieni ppreżentat. Kuntratt komplut huwa kuntratt li għalih l-entità ttrasferiet l-oġġetti jew is-servizzi kollha identifikati skont il-GAAP ta' qabel. |
IFRS 3 Kombinamenti ta' Operazzjonijiet
Il-paragrafu 56 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 64K.
Obbligazzjonijiet kontinġenti
|
56. |
Wara r-rikonoxximent inizjali u sakemm l-obbligazzjoni tiġi saldata, ikkanċellata jew tiskadi, l-akkwirent għandu jkejjel obbligazzjoni kontinġenti rikonoxxuta f'kombinament ta' operazzjonijiet bħala l-ogħla minn:
Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-kuntratti li l-kontabbiltà tagħhom issir b'konformità mal-IAS 39. … |
Data effettiva
…
|
64K |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafu 56. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15. |
L-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni
Jiżdied il-paragrafu 41G.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
|
41G |
IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 4(a) u (c), B7, B18(h), B21. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
Fl-Appendiċi B, huma emendati l-paragrafi B7 u B21.
Paġamenti mhux fi flus
…
|
B7 |
L-applikazzjoni tal-IFRS għal kuntratti deskritti fil-paragrafu B6 x'aktarx ma tkunx aktar impenjattiva mill-applikazzjoni tal-Istandards ta' IFRS li jkunu applikabbli jekk kuntratti bħal dawn ma kinux jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-IFRS:
|
Eżempju ta' kuntratti tal-assigurazzjoni
…
|
B21 |
Jekk il-kuntratti deskritti fil-paragrafu B19 ma joħolqux assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji, japplika l-IFRS 15. Skont l-IFRS 15, id-dħul huwa rikonoxxut meta (jew waqt li) entità tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni billi tittrasferixxi oġġett jew servizz imwiegħed lil klijent f'ammont li jirrifletti l-korrispettiv li l-entità tistenna li tkun intitolata għalih. |
L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (Novembru 2009)
Il-paragrafi 3.1.1, 5.1.1 u 5.4.5 huma emendati u jiżdiedu l-paragrafi 5.1.2, 5.4.1 A u 8.1.5.
3.1 RIKONOXXIMENT INIZJALI TA' ASSI FINANZJARJI
|
3.1.1. |
Entità għandha tirrikonoxxi assi finanzjarju fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha meta, u biss meta, l-entità ssir parti għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-istrument (ara l-paragrafi AG34 u AG35 tal-IAS 39). Meta entità tirrikonoxxi għall-ewwel darba assi finanzjarju, hija għandha tikklassifikah skont il-paragrafi 4.1–4.5 u tkejlu skont il-paragrafi 5.1.1-5.1.2.
… |
5.1 KEJL INIZJALI
|
5.1.1. |
Ħlief fil-każ ta' riċevibbli tan-negozju li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 5.1.2, fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju fil-valur ġust tiegħu flimkien ma', fil-każ ta' assi finanzjarju mhux fil-valur ġust permezz tal-profitt u t-telf, l-ispejjeż ta' tranżazzjoni li huma direttament attribwibbli lill-akkwist tal-assi finanzjarju.
… |
|
5.1.2. |
Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1, fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel ir-riċevibbli tan-negozju li m'għandhomx komponent ta' finanzjament sinifikanti (iddeterminat skont l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti) fil-prezz tat-tranżazzjoni tagħhom (kif definit fl-IFRS 15). |
5.4 QLIGĦ U TELF
…
|
5.4.1 A |
Id-dividendi jiġu rikonoxxuti fil-qligħ u t-telf biss meta:
… |
Investimenti fi strumenti azzjonarji
…
|
5.4.5. |
Jekk entità tagħmel l-għażla fil-paragrafu 5.4.4, hija għandha tirrikonoxxi fil-profitti u t-telf dividendi minn dak l-investiment skont il-paragrafu 5.4.1 A.
… |
8.1 DATA EFFETTIVA
…
|
8.1.5. |
L-IFRS 15 IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 3.1.1, 5.1.1, 5.4.5 u B5.12 u ħassar il-paragrafu C16 u l-intestatura relatata miegħu. Żdiedu l-paragrafi 5.1.2 u 5.4.1 A, u definizzjoni għall-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
Fl-Appendiċi A, żdiedet definizzjoni.
|
dividendi |
Distribuzzjonijiet ta' profitti lid-detenturi ta' strumenti azzjonarji bi proporzjon mal-parteċipazzjonijiet tagħhom fi klassi partikolari ta' kapital. |
Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B5.12 huwa emendat.
Qligħ u telf
|
B5.12 |
Il-paragrafu 5.4.4 jippermetti lil entità tagħmel għażla irrevokabbli li tippreżenta bidliet oħrajn fid-dħul komprensiv fil-valur ġust ta' investiment fi strument azzjonarju li mhux miżmum għall-kummerċ. Din l-għażla ssir fuq bażi ta' strument bi strument (jiġifieri sehem b'sehem). L-ammonti ppreżentati fi dħul komprensiv ieħor m'għandhomx jiġu trasferiti sussegwentement għall-profitt jew it-telf. Madankollu, l-entità tista' tittrasferixxi l-qligħ jew it-telf kumulattiv fl-ekwità. Id-dividendi fuq tali investimenti huma rikonoxxuti fil-qligħ jew it-telf skont il-paragrafu 5.4.5 sakemm id-dividend ma jkunx jirrappreżenta b'mod ċar irkupru ta' parti mill-ispiża tal-investiment. |
Fl-Appendiċi C, il-paragrafu C16 u l-intestatura relatata tiegħu huma mħassra.
L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (Ottubru 2010)
Il-paragrafi 3.1.1, 4.2.1, 5.1.1, 5.2.1 u 5.7.6 huma emendati u żdiedu l-paragrafi 5.1.3, 5.7.1 A u 7.1.4.
3.1 RIKONOXXIMENT INIZJALI
|
3.1.1. |
Entità għandha tirrikonoxxi assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha meta, u biss meta, l-entità ssir parti għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-istrument (ara l-paragrafi B3.1.1 u B3.1.2). Meta entità tirrikonoxxi għall-ewwel darba assi finanzjarju, hija għandha tikklassifikah skont il-paragrafi 4.1.1–4.1.5 u tkejlu skont il-paragrafi 5.1.1–5.1.3. Meta entità tirrikonoxxi għall-ewwel darba obbligazzjoni finanzjarja, hija għandha tikklassifikaha skont il-paragrafi 4.2.1 u 4.2.2 u tkejjilha skont il-paragrafu 5.1.1.
… |
4.2 IL-KLASSIFIKAZZJONI TA' OBBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI
|
4.2.1. |
Entità għandha tikklassifika l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha kif imkejla sussegwentement fil-prezz amortizzat permezz tal-metodu ta' imgħax effettiv, ħlief fil-każ ta':
|
5.1 KEJL INIZJALI
|
5.1.1. |
Ħlief fil-każ ta' riċevibbli tan-negozju li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 5.1.3, fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust tiegħu flimkien ma' jew nieqes, fil-każ ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja mhux fil-valur ġust permezz tal-profitt u t-telf, l-ispejjeż ta' tranżazzjoni li huma direttament attribwibbli lill-akkwist jew il-ħruġ tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja.
… |
|
5.1.3. |
Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1, fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel ir-riċevibbli tan-negozju li m'għandhomx komponent ta' finanzjament sinifikanti (iddeterminat skont l-IFRS 15) fil-prezz tat-tranżazzjoni tagħhom (kif definit fl-IFRS 15). |
5.2 KEJL SUSSEGWENTI TA' ASSI FINANZJARJI
|
5.2.1. |
Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju skont il-paragrafi 4.1.1–4.1.5 fil-valur ġust jew fil-prezz amortizzat (ara l-paragrafi 9 u AG5–AG8C tal-IAS 39).
… |
5.7 QLIGĦ U TELF
…
|
5.7.1 A |
Id-dividendi jiġu rikonoxxuti fil-qligħ u t-telf biss meta:
… |
Investimenti fi strumenti azzjonarji
…
|
5.7.6. |
Jekk entità tagħmel l-għażla fil-paragrafu 5.7.5, hija għandha tirrikonoxxi fil-qligħ jew fit-telf dividendi minn dak l-investiment skont il-paragrafu 5.7.1 A.
… |
7.1 DATA EFFETTIVA
…
|
7.1.4. |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 3.1.1, 4.2.1, 5.1.1, 5.2.1, 5.7.6, B3.2.13, B5.7.1, C5 u C42 u ħassar il-paragrafu C16 u l-intestatura relatata miegħu. Żdiedu l-paragrafi 5.1.3 u 5.7.1 A, u definizzjoni għall-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
Fl-Appendiċi A, żdiedet definizzjoni.
|
dividendi |
Distribuzzjonijiet ta' profitti lid-detenturi ta' strumenti azzjonarji bi proporzjon mal-parteċipazzjonijiet tagħhom fi klassi partikolari ta' kapital. |
Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B3.2.13 u B5.7.1 huma emendati.
Involviment kontinwu f'assi ttrasferiti
|
B3.2.13 |
Dawn li ġejjin huma eżempji ta' kif entità tkejjel assi trasferit u l-obbligazzjoni assoċjata skont il-paragrafu 3.2.16. |
L-assi kollha
|
(a) |
Jekk garanzija mogħtija minn entità li tħallas għal telf minħabba inadempjenza fuq assi trasferit tipprevjeni lill-assi trasferit milli jkun irtirat ir-rikonoxximent sal-punt tal-involviment kontinwu, l-assi trasferit fid-data tat-trasferiment jitkejjel fl-aktar baxx minn (i) l-ammont riportat tal-assi u (ii) l-ammont massimu tal-korrispettiv irċevut fit-trasferiment li l-entità tista' tkun meħtieġa tħallas lura (“l-ammont garantit”). L-obbligazzjoni assoċjata titkejjel inizjalment fl-ammont tal-garanzija miżjuda bil-valur ġust tal-garanzija (li normalment ikun il-korrispettiv irċevut għall-garanzija). Sussegwentement, il-valur ġust inizjali tal-garanzija huwa rikonoxxut fil-qligħ jew it-telf meta (jew waqt li) l-obbligazzjoni tiġi ssodisfata (skont il-prinċipji tal-IFRS 15) u l-valur riportat tal-assi jitnaqqas bi kwalunkwe telf minn indeboliment. |
…
Qligħ u telf (sezzjoni 5.7)
|
B5.7.1 |
Il-paragrafu 5.7.5 jippermetti lil entità tagħmel għażla irrevokabbli li tippreżenta bidliet oħrajn fid-dħul komprensiv fil-valur ġust ta' investiment fi strument azzjonarju li mhux miżmum għall-kummerċ. Din l-għażla ssir fuq bażi ta' strument bi strument (jiġifieri sehem b'sehem). L-ammonti ppreżentati fi dħul komprensiv ieħor m'għandhomx jiġu trasferiti sussegwentement għall-profitt jew it-telf. Madankollu, l-entità tista' tittrasferixxi l-qligħ jew it-telf kumulattiv fl-ekwità. Id-dividendi fuq tali investimenti huma rikonoxxuti fil-qligħ jew it-telf skont il-paragrafu 5.7.6 sakemm id-dividend ma jkunx jirrappreżenta b'mod ċar irkupru ta' parti mill-ispiża tal-investiment. |
Fl-Appendiċi C, huma emendati l-paragrafi C5 u C42. Il-paragrafu C16 u l-intestatura relatata tiegħu huma mħassra.
IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozju
|
C5 |
Il-paragrafi 16, 42, 53, 56 u 58(b) huma emendati sabiex jaqraw kif ġej, il-paragrafu 64 A huwa mħassar u jiżdied il-paragrafu 64D:
…
… |
IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
…
|
C42 |
Fl-Appendiċi A, il-paragrafi AG3–AG4 huma emendati biex jaqraw kif ġej:
…
|
IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (Kontabbiltà għall-Hedging u emendi għall-IFRS 9, l-IFRS 7 u l-IAS 39) (1)
Il-paragrafu 5.2.1 huwa emendat.
5.2 KEJL SUSSEGWENTI TA' ASSI FINANZJARJI
|
5.2.1. |
Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju skont il-paragrafi 4.1.1–4.1.5 fil-valur ġust jew fil-prezz amortizzat (ara l-paragrafi 9 u AG5–AG8C tal-IAS 39). |
Fl-Appendiċi A, żdiedet definizzjoni.
|
dividendi |
Distribuzzjonijiet ta' profitti lid-detenturi ta' strumenti azzjonarji bi proporzjon mall-parteċipazzjonijiet tagħhom fi klassi partikolari ta' kapital. |
Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C5 u C38 huma emendati. Il-paragrafu C21 u l-intestatura relatata miegħu huma mħassra.
IFRS 3 Kombinamenti ta' Operazzjonijiet
|
C5 |
Il-paragrafi 16, 42, 53, 56 u 58(b) huma emendati sabiex jaqraw kif ġej, il-paragrafi 64 A u 64D huma mħassra u jiżdied il-paragrafu 64H:
…
… |
IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
…
|
C38 |
Fl-Appendiċi A, il-paragrafi AG3–AG4 huma emendati biex jaqraw kif ġej:
…
|
IAS 1 — Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji
Il-paragrafu 34 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 139N.
Il-kumpens
…
|
34. |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti jeħtieġ li entità tkejjel id-dħul minn kuntratti ma' klijenti fl-ammont ta' korrispettiv li għalih l-entità tistenna li tkun intitolata bi skambju għat-trasferiment tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda. Pereżempju, l-ammont ta' dħul rikonoxxut jirrifletti kwalunkwe skont kummerċjali u ribassi tal-volum li tippermetti l-entità. Matul il-kors tal-attivitajiet normali tagħha, entità tagħmel tranżazzjonijiet oħrajn li ma jiġġenerawx dħul iżda huma inċidentali għall-attivitajiet prinċipali ta' ġenerazzjoni ta' dħul. Entità tippreżenta r-riżultati ta' tranżazzjonijiet bħal dawn, meta din il-preżentazzjoni tirrifletti s-sustanza tat-tranżazzjoni jew avveniment ieħor, billi tnaqqas mid-dħul dawk l-ispejjeż marbuta mal-istess tranżazzjoni. Pereżempju:
|
TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
…
|
139N |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafu 34. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15. |
IAS 2 Inventarji
Il-paragrafi 2, 8, 29 u 37 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 40E. Jitħassar il-paragrafu 19.
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
|
2. |
Dan l-Istandard japplika għall-inventarji kollha, ħlief:
|
DEFINIZZJONIJIET
…
|
8. |
L-inventarji jkopru oġġetti mixtrija u miżmuma biex jinbiegħu mill-ġdid li jinkludu, pereżempju, merkanzija mixtrija minn bejjiegħ bl-imnut u miżmuma biex jinbiegħu mill-ġdid, jew art u proprjetà oħra miżmuma biex jinbiegħu mill-ġdid. Inventarji jkopru wkoll prodotti lesti, jew xogħol fl-idejn li qiegħed jiġi prodott, mill-entità, u jinkludu materjali u provvisti li qegħdin jistennew li jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni. L-ispejjeż imġarrba biex jiġi ssodisfat kuntratt ma' klijent li ma joħolqux inventarji (jew assi taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' Standard ieħor) jiġu kkunsidrati skont l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti.
… |
Valur nett realizzabbli
…
|
29. |
L-inventarji huma ġeneralment irreġistrati bil-valur nett realizzabbli oġġett b'oġġett. F'ċerti ċirkostanzi, madankollu, jista' jkun xieraq li oġġetti simili jew relatati jitgħaqdu fi grupp wieħed. Dan jista' jkun il-każ għal oġġetti ta' inventarju relatati mal-istess linja tal-prodotti li jkollha miri jew użi finali simili, li jkunu prodotti u kummerċjalizzati fl-istess żona ġeografika, u li ma jistgħux jiġu evalwati b'mod prattiku separatament mill-oġġetti l-oħra f'dik ir-riakkwistinja tal-prodotti. Mhux xieraq li jinkitbu inventarji fuq il-bażi ta' klassifikazzjoni ta' inventarju, pereżempju, prodotti lesti, jew l-inventarji kollha f'segment tal-operat partikolari.
… |
ŻVELAR
…
|
37. |
Informazzjoni dwar l-ammonti riportati miżmuma fil-kotba bi klassifikazzjonijiet differenti ta' inventarji u kemm dawn il-bidliet ta' dawn l-assi huma utli għal dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji. Klassifikazzjonijiet komuni ta' inventarji huma merkanzija, provvisti tal-produzzjoni, materjali, xogħol fl-idejn u prodotti lesti.
… |
DATA EFFETTIVA
…
|
40E |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 2, 8, 29 u 37 u ħassar il-paragrafu 19. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul
Il-paragrafu 59 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 98E.
Entrati rikonoxxuti fi profitt jew telf
…
|
59. |
Il-biċċa l-kbira tal-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u assi ta' taxxa differita jinqalgħu meta d-dħul jew l-ispiża jiddaħħlu fil-profitt tal-kontabbiltà f'perjodu wieħed, iżda jiġu inklużi fil-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) f'perjodu differenti. It-taxxa differita li tirriżulta tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew telf. Eżempji ta' dan huma meta:
|
DATA EFFETTIVA
…
|
98E |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafu 59. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15. |
IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir
Il-paragrafi 69 u 72 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 81J.
IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT
…
|
69. |
Id-disponiment ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir jista' jseħħ b'varjetà ta' modi (eż. bil-bejgħ, bid-dħul f'kuntratt ta' kera finanzjarja jew b'donazzjoni). Id-data tad-disponiment ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir hija d-data li fiha r-riċevitur jikseb il-kontroll ta' dak l-oġġett skont ir-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' meta obbligu ta' prestazzjoni jkun issodisfat fl-IFRS 15. L-IAS 17 tapplika għad-disponiment bil-bejgħ u kiri lura.
… |
|
72. |
L-ammont ta' korrispettiv li għandu jkun inkluż fil-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir huwa ddeterminat skont ir-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni fil-paragrafi 47–72 tal-IFRS 15. Bidliet sussegwenti fl-ammont stmat tal-korrispettiv inkluż fil-qligħ jew telf għandhom ikunu kkunsidrati skont ir-rekwiżiti għall-bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni fl-IFRS 15.
… |
DATA EFFETTIVA
…
|
81J |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 68 A, 69 u 72. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni
Jiżdied il-paragrafu 97Q.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
|
97Q |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafu AG21. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15. |
Fil-Gwida dwar l-Applikazzjoni, il-paragrafu AG21 huwa emendat.
Kuntratti biex jinxtraw u jinbiegħu prodotti mhux finanzjarji (il-paragrafi 8-10)
…
|
AG21 |
Ħlief skont kif meħtieġ mill-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, kuntratt li jinvolvi r-riċeviment jew it-twassil ta' assi fiżiċi ma joħloqx assi finanzjarju ta' parti waħda u obbligazzjoni finanzjarja tal-parti l-oħra sakemm kwalunkwe ħlas korrispondenti ma jiġix differit għal wara d-data li fiha jiġu trasferiti l-assi fiżiċi. Każ bħal dan hu x-xiri jew bejgħ ta' prodotti fuq kreditu ta' negozju. |
IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim
Il-paragrafi 15B u 16 A huma emendati u żdied il-paragrafu 55.
Avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti
…
|
15B |
Din li ġejja hija lista ta' avvenimenti u tranżazzjonijiet li jkunu jeħtieġu l-iżvelar jekk ikunu sinifikanti: il-lista mhijiex eżawrjenti.
|
Divulgazzjonijiet oħra
|
16 A |
Minbarra li għandha tiżvela avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti skont il-paragrafi 15–15C, entità għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja, fin-noti għar-rapporti finanzjarji interim, jekk ma tiġix inkluża xi mkien ieħor fir-rapport finanzjarju interim. Normalment din l-informazzjoni għandha tkun irrapportata fuq bażi ta' dik is-sena finanzjarja sal-jum attwali.
… |
DATA EFFETTIVA
…
|
55. |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 15B u 16 A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
IAS 36 Indeboliment tal-Assi
Il-paragrafu 2 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 140L.
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
|
2. |
Dan l-Istandard għandu jkun applikat fil-kontabbiltà għall-indeboliment tal-assi kollha, minbarra:
|
DISPOŻIZZJONIJIET TA' TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
…
|
140L |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafu 2. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15. |
IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti (2)
Il-paragrafu 5 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 100. Jitħassar il-paragrafu 6.
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
…
|
5. |
Meta Standard ieħor jittratta tip speċifiku ta' provvediment, obbligazzjoni kontinġenti jew assi kontinġenti, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, xi tipi ta' provvedimenti huma indirizzati fl-Istandards dwar:
… |
DATA EFFETTIVA
…
|
100. |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafu 5 u ħassar il-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
IAS 38 Assi Intanġibbli
Il-paragrafi 3, 114 u 116 huma emendati u żdied il-paragrafu 130K.
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
…
|
3. |
Jekk Standard ieħor jippreskrivi l-kontabbiltà għal tip speċifiku ta' assi intanġibbli, entità għandha tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, dan l-Istandard ma japplikax għal:
… |
IRTIRAR U DISPONIMENTI
…
|
114. |
Id-disponiment ta' assi intanġibbli jista' jseħħ b'diversi modi (eż. bil-bejgħ, bid-dħul f'kuntratt ta' kera finanzjarja, jew b'donazzjoni). Id-data tad-disponiment ta' assi intanġibbli hija d-data li fiha r-riċevitur jikseb il-kontroll ta' dak l-assi skont ir-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' meta obbligu ta' prestazzjoni jkun issodisfat fl-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti. L-IAS 17 tapplika għad-disponiment bil-bejgħ u kiri lura. |
…
|
116. |
L-ammont ta' korrispettiv li għandu jkun inkluż fil-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi intanġibbli huwa ddeterminat skont ir-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni fil-paragrafi 47–72 tal-IFRS 15. Bidliet sussegwenti fl-ammont stmat tal-korrispettiv inkluż fil-qligħ jew telf għandhom ikunu kkunsidrati skont ir-rekwiżiti għall-bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni fl-IFRS 15.
… |
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DATA EFFETTIVA
…
|
130K |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 3, 114 u 116. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
Il-paragrafi 2, 9, 43, 47 u 55 huma emendati u żdiedu l-paragrafi 2 A, 44 A, 55 A u 103T.
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
|
2. |
Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta' strument finanzjarju minbarra:
|
|
2 A |
Ir-rekwiżiti ta' indeboliment ta' dan l-Istandard għandhom ikunu applikati għal dawk id-drittijiet li l-IFRS 15 jispeċifika li huma kkunsidrati skont dan l-Istandard għall-finijiet ta' rikonoxximent ta' telf minn indeboliment.
… |
DEFINIZZJONIJIET
…
|
9. |
…
Definizzjonijiet relatati mar-rikonoxximent u l-kejl … Il-metodu tal-imgħax effettiv huwa metodu li jikkalkula l-kost amortizzat ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja (jew grupp ta' assi finanzjarji jew obbligi finanzjarji) u li jalloka l-introjtu mill-imgħax jew l-ispejjeż mill-imgħax fuq il-perjodu rilevanti. Ir-rata effettiva tal-imgħax hija r-rata li tnaqqas b'mod eżatt il-ħlasijiet ta' flus futuri stmati jew l-irċevuti matul il-perjodu mistenni tal-istrument finanzjarju jew, meta jkun xieraq, perjodu iqsar għall-ammont nett riportat tal-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Meta tiġi kkalkolata r-rata effettiva tal-imgħax, entità għandha tagħmel stima tal-flussi ta' flus billi tikkunsidra t-termini kuntrattwali tal-istrument finanzjarju (pereżempju, ħlas minn qabel, opzjonijiet msejħa u simili) iżda m'għandiex tikkunsidra telf minn kreditu fil-futur. Il-kalkolu jinkludi l-miżati u l-punti kollha mħallsin jew irċevuti bejn il-partijiet fil-kuntratt li huma parti integrali tar-rata effettiva tal-imgħax (ara l-paragrafi AG8 A–AG8B), l-ispejjeż tat-tranżazzjoni, u kull primjum jew skont ieħor. Hemm is-suppożizzjoni li l-flussi ta' flus u l-ħajja mistennija ta' grupp ta' strumenti finanzjarji simili jistgħu jiġu stmati b'mod affidabbli. Madankollu, f'dawk il-każijiet rari fejn mhux possibbli li jkun hemm stima affidabbli tal-flussi ta' flus jew tal-ħajja mistennija ta' strument finanzjarju (jew grupp ta' strumenti finanzjarji), l-entità għandha tuża l-flussi ta' flus kuntrattwali fuq it-terminu kuntrattwali sħiħ tal-istrument finanzjarju (jew grupp ta' strumenti finanzjarji). L-irtirar tar-rikonoxximent huwa t-tneħħija ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxuta qabel mir-rapport ta' entità dwar il-pożizzjoni finanzjarja. Id-dividendi huma distribuzzjonijiet ta' profitti lid-detenturi ta' strumenti azzjonarji bi proporzjon mall-parteċipazzjonijiet tagħhom fi klassi partikolari ta' kapital. Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun irċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta' obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.) … |
Kejl inizjali ta' assi finanzjarji u obbligi finanzjarji
|
43. |
Ħlief fil-każ ta' riċevibbli tan-negozju taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 44 A, meta assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja jiġu rikonoxxuti inizjalment, entità għandha tkejjilhom fil-valur ġust tagħhom flimkien ma', fil-każ ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja mhux fil-valur ġust permezz tal-profitt u t-telf, l-ispejjeż ta' tranżazzjoni li huma direttament attribwibbli lill-akkwist jew il-ħruġ tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja.
… |
|
44 A |
Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 43, fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel ir-riċevibbli tan-negozju li m'għandhomx komponent ta' finanzjament sinifikanti (iddeterminat skont l-IFRS 15) fil-prezz tat-tranżazzjoni tagħhom (kif definit fl-IFRS 15).
… |
Kejl sussegwenti ta' obbligazzjonijiet finanzjarji
|
47. |
Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha fil-kost amortizzat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv, ħlief fil-każ ta':
Obbligazzjonijiet finanzjarji li huma indikati bħala entrati hedged huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' kontabbiltà ta' hedge fil-paragrafi 89-102. … |
Qligħ u telf
|
55. |
Qligħ jew telf li jiġi minn bidla fil-valur ġust ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li mhux parti minn relazzjoni ta' hedging (ara l-paragrafi 89–102), għandhom jiġu rikonoxxuti kif ġej.
|
|
55 A |
Id-dividendi jiġu rikonoxxuti fil-qligħ u t-telf biss meta:
… |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
|
103T |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 2, 9, 43, 47, 55, AG2, AG4 u AG48 u żied il-paragrafi 2 A, 44 A, 55 A u AG8 A–AG8C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
Fl-Appendiċi A, il-paragrafi AG4 u AG48 ġew emendati u żdiedu l-paragrafi AG8 A–AG8C.
KAMP TA' APPLIKAZZJONI (IL-PARAGRAFI 2–7)
…
|
AG4 |
Kuntratti ta' garanziji finanzjarji jistgħu jieħdu għamliet legali differenti, bħal garanzija, xi tipi ta' ittri ta' kreditu, kuntratt ta' inadempjenza ta' kreditu jew kuntratt tal-assigurazzjoni. It-trattament fil-kontijiet tagħhom ma jiddependix mill-għamla legali tagħhom. Li ġejjin huma eżempji tat-trattament xieraq (ara l-paragrafi 2(e)):
… |
Rata effettiva tal-imgħax
…
|
AG8 A |
Meta tapplika l-metodu ta' imgħax effettiv, entità tidentifika miżati li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta' strument finanzjarju. Id-deskrizzjoni ta' miżati għal servizzi finanzjarji tista' ma tindikax in-natura u s-sustanza tas-servizzi pprovduti. Il-miżati li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax huma ttrattati bħala aġġustament għar-rata effettiva tal-imgħax, sakemm l-istrument finanzjarju ma jitkejjilx fil-valur ġust, bil-bidla fil-valur ġust tkun rikonoxxuta fil-qligħ u t-telf. F'dawk il-każijiet, il-miżati huma rikonoxxuti bħala dħul meta l-istrument ikun rikonoxxut inizjalment. |
|
AG8B |
Miżati li huma parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta' strument finanzjarju jinkludu:
|
|
AG8C |
Miżati li mhumiex parti integrali mir-rata effettiva tal-imgħax ta' strument finanzjarju u huma kkunsidrati skont l-IFRS 15 jinkludu:
… |
Involviment kontinwu f'assi ttrasferiti
|
AG48 |
Dawn li ġejjin huma eżempji ta' kif entità tkejjel assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata taħt il-paragrafu 30. |
L-assi kollha
|
(a) |
Jekk garanzija mogħtija minn entità li tħallas għal telf minħabba inadempjenza fuq assi trasferit jipprevjeni lill-assi trasferit milli jkun irtirat ir-rikonoxximent sal-punt tal-involviment kontinwu, l-assi trasferit fid-data tat-trasferiment jitkejjel fl-aktar baxx minn (i) l-ammont riportat tal-assi u (ii) l-ammont massimu tal-korrispettiv irċevut fit-trasferiment li l-entità tista' tkun meħtieġa tħallas lura (“l-ammont garantit”). L-obbligazzjoni assoċjata titkejjel inizjalment fl-ammont tal-garanzija miżjuda bil-valur ġust tal-garanzija (li normalment ikun il-korrispettiv irċevut għall-garanzija). Sussegwentement, il-valur ġust inizjali tal-garanzija huwa rikonoxxut fil-qligħ jew it-telf meta (jew waqt li) l-obbligazzjoni tiġi ssodisfata (skont il-prinċipji tal-IFRS 15) u l-valur riportat tal-assi jitnaqqas bi kwalunkwe telf minn indeboliment. |
…
IAS 40 Proprjetà ta' Investiment
Il-paragrafi 9, 67 u 70 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 85E.
KLASSIFIKAZZJONI TAL-PROPRJETÀ BĦALA PROPRJETÀ TA' INVESTIMENT JEW PROPRJETÀ OKKUPATA MINN SIDHA
…
|
9. |
Dawn il-ġejjin huma eżempji ta' affarijiet li mhumiex proprjetà tal-investiment u għalhekk ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Istandard:
|
ĊESSJONIJIET
…
|
67. |
Id-disponiment ta' proprjetà għall-investiment jista' jinkiseb bil-bejgħ jew billi tiġi konkluża lokazzjoni finanzjarja. Id-data tad-disponiment għall-proprjetà għall-investiment hija d-data li fiha r-riċevitur jikseb il-kontroll tal-proprjetà għall-investiment skont ir-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' meta obbligu ta' prestazzjoni jiġi ssodisfat fl-IFRS 15. L-IAS 17 japplika għal disponiment magħmul permezz tal-konklużjoni ta' lokazzjoni finanzjarja u ta' bejgħ b'lokazzjoni lura.
… |
|
70. |
L-ammont ta' korrispettiv li għandu jkun inkluż fil-qligħ jew it-telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' proprjetà għall-investiment jiġi ddeterminat skont ir-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni fil-paragrafi 47–72 tal-IFRS 15. Bidliet sussegwenti fl-ammont stmat tal-korrispettiv inkluż fil-qligħ jew telf għandhom ikunu kkunsidrati skont ir-rekwiżiti għall-bidliet fil-prezz tat-tranżazzjoni fl-IFRS 15.
… |
DATA EFFETTIVA
…
|
85E |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda l-paragrafi 3(b), 9, 67 u 70. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizzi
Taħt l-intestatura “Referenzi”, ir-referenzi għall-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni u għall-IAS 18 Dħul huma mħassra u tiżdied referenza għall-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti. Il-paragrafi 13–15, 18–20 u 27 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 28D.
Ir-rikonoxximent u l-kejl tal-korrispettiv tal-arranġament
…
|
13. |
L-operatur għandu jirrikonoxxi u jkejjel id-dħul skont l-IFRS 15 għas-servizzi li jwettaq. In-natura tal-korrispettiv tiddetermina t-trattament sussegwenti ta' kontabbiltà. Il-kontabbiltà sussegwenti għall-korrispettiv meħud bħala assi finanzjarju u bħala assi mhux tanġibbli hija deskritta fil-paragrafi 23-26 hawn taħt. |
Is-servizzi ta' kostruzzjoni jew ammeljorament
|
14. |
L-operatur għandu jikkunsidra s-servizzi ta' kostruzzjoni jew ammeljorament skont l-IFRS 15. |
Korrispettiv mogħti mill-konċessjonarju lill-operatur
|
15. |
Jekk l-operatur jipprovdi servizzi ta' kostruzzjoni jew ta' ammeljorament il-korrispettiv irċevut jew riċevibbli mill-operatur għandu jkun rikonoxxut skont l-IFRS 15. Il-korrispettiv jista' jikkonsisti minn drittijiet għal:
… |
|
18. |
Jekk l-operatur jitħallas għas-servizzi ta' kostruzzjoni parzjalment permezz ta' assi finanzjarju u parzjalment minn assi mhux tanġibbli ikun neċessarju li kull komponent mill-korrispettiv tal-operatur jitqies separatament. Il-korrispettiv irċevut jew riċevibbli għaż-żewġ komponenti għandu jkun rikonoxxut inizjalment skont l-IFRS 15. |
|
19. |
In-natura tal-korrispettiv mogħti mill-konċessjonant lill-operatur għandha tiġi ddeterminata bir-referenza għat-termini tal-kuntratt u, meta din teżisti, il-liġi rilevanti dwar il-kuntratti. In-natura tal-korrispettiv tiddetermina l-kontabbiltà sussegwenti kif deskritta fil-paragrafi 23–26. Madankollu, iż-żewġ tipi ta' korrispettiv huma kklassifikati bħala assi ta' kuntratt matul il-perjodu ta' kostruzzjoni jew ta' ammeljorament skont l-IFRS 15. |
Servizzi ta' operat
|
20. |
L-operatur għandu jikkunsidra s-servizzi ta' operat skont l-IFRS 15.
… |
Oġġetti pprovduti mill-konċessjonant lill-operatur
|
27. |
Skont il-paragrafu 11, l-oġġetti ta' infrastruttura li għalihom il-konċessjonant jagħti aċċess lill-operatur għall-finijiet tal-arranġament tas-servizz mhumiex rikonoxxuti bħala proprjetà, impjant, u makkinarju tal-operatur. Il-konċessjonant jista' jipprovdi wkoll oġġetti oħra li l-operatur jista' jżomm jew jittratta kif jixtieq. Jekk assi bħal dawn jiffurmaw parti mill-korrispettiv pagabbli mill-konċessjonant għas-servizzi, dawn mhumiex għotjiet tal-gvern kif definiti fl-IAS 20. Minflok, dawn jiġu kkunsidrati bħala parti mill-prezz tat-tranżazzjoni kif definit fl-IFRS 15.
… |
DATA EFFETTIVA
…
|
28D |
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda s-sezzjoni tar-“Referenzi” u l-paragrafi 13–15, 18–20 u 27. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15. |
SIC-27 Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Tranżazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta' Kuntratt ta' Kiri
Taħt l-intestatura “Referenzi”, ir-referenzi għall-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni u għall-IAS 18 Dħul huma mħassra u tiżdied referenza għall-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti. Il-paragrafu 8 u s-sezzjoni taħt “Data effettiva” huma emendati.
KUNSENS
…
|
8. |
Ir-rekwiżiti fl-IFRS 15 għandhom ikunu applikati għall-fatti u ċ-ċirkostanzi ta' kull arranġament meta wieħed ikun qiegħed jiddetermina jekk ħlas għandux ikun rikonoxxut bħala introjtu li Entità tista' tirċievi. Fatturi bħal jekk hemmx involviment kontinwu fil-forma ta' obbligi ta' prestazzjoni futura sinifikanti meħtieġa għall-qligħ ta' ħlas, jekk hemmx riskji miżmumin, it-termini ta' kull arranġament ta' garanzija, u r-riskju ta' rimborż tal-ħlas, għandhom ikunu kkunsidrati. L-indikaturi li b'mod individwali juru li r-rikonoxximent tal-miżata kollha bħala introjtu meta irċevuta, jekk irċevuta fil-bidu tal-arranġament, mhuwiex adatt jinkludu:
|
DATA EFFETTIVA
…
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda s-sezzjoni “Referenzi” u l-paragrafu 8. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 15.
IS-SIC-32 Assi Intanġibbli—Spejjeż tas-Siti Web
Taħt l-intestatura “Referenzi”, ir-referenzi għall-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni hija mħassra u tiżdied referenza għall-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti. Is-sezzjoni taħt “Data effettiva” hija emendata.
DATA EFFETTIVA
…
L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 5. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'Mejju 2014, emenda s-sezzjoni “Referenzi” u l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 15.
(1) L-emendi konsegwenzjali li l-IFRS 15 jagħmel għall-IFRS 9 (Kontabbiltà għall-Hedging u emendi għall-IFRS 9, l-IFRS 7 u l-IAS 39) għandhom jinqraw flimkien mal-emendi konsegwenzjali li l-IFRS 15 jagħmel għall-IFRS 9 (2010). Dan għaliex l-IFRS 9 (Kontabbiltà għall-Hedging u emendi għall-IFRS 9, l-IFRS 7 u l-IAS 39) jinkludi biss dawk il-paragrafi mill-IFRS 9 (2010) li emenda jew li kienu meħtieġa għall-faċilità ta' referenza. Għaldaqstant, ma ġiex miżjud paragrafu dwar id-data effettiva fl-IFRS 9 (Kontabbiltà għall-Hedging u emendi għall-IFRS 9, l-IFRS 7 u l-IAS 39) peress li huwa inkluż fil-paragrafu dwar id-data effettiva li qiegħed jiżdied fl-IFRS 9 (2010).
(2) Titjib Annwali għaċ-Ċiklu ta' IFRS 2010–2012, kif maħruġ f'Diċembru 2013, uża valwazzjoni pożittiva sabiex juri l-emendi magħmula għall-paragrafu 5 tal-IAS 37. Għal din il-pubblikazzjoni, dawk il-bidliet ġew aċċettati u bidliet ġodda ntwerew fil-valwazzjoni pożittiva.
|
29.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/74 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1906
tat-28 ta' Ottubru 2016
li jemenda għall-256 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-25 ta' Ottubru 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda tliet entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Id-dejta tal-identifikazzjoni tal-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 qed jiġu emendati kif ġej:
|
(a) |
“Mohamed Amin Mostafa. Indirizz: Via della Martinella 132, Parma, l-Italja. Data tat-twelid: 11.10.1975. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Taħt miżura ta' kontroll amministrattiv fl-Italja skedata li tiskadi fil-15 ta' Jannar 2012. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 12.11.2003.” huwa sostitwit b'dan li ġej: “Mohamed Amin Mostafa. Data tat-twelid: 11.10.1975. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Via della Martinella 132, Parma, l-Italja (Domiċilju). Informazzjoni oħra: Taħt miżura ta' kontroll amministrattiv fl-Italja skedata li tiskadi fil-15 ta' Jannar 2012. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.” |
|
(b) |
“Hilarion Del Rosario Santos III (alias (a) Akmad Santos, (b) Ahmed Islam, (c) Ahmad Islam Santos, (d) Abu Hamsa, (e) Hilarion Santos III, (f) Abu Abdullah Santos, (g) Faisal Santos, (h) Lakay, (i) Aki, (j) Aqi). Titlu: Amir. Indirizz: 50, Purdue Street, Cubao, il-Belt ta' Quezon, il-Filippini. Data tat-twelid: 12.3.1966. Post tat-twelid: 686 A. Mabini Street, Sangandaan, il-Belt ta' Caloocan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: AA780554 (passaport Filippin). Informazzjoni oħra: (a) Fundatur u mexxej tal-Moviment Rajah Solaiman, u għandu rabtiet mal-Grupp Abu Sayyaf. (b) Detenut fil-Filippini sa minn Mejju 2011. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 4.6.2008.” huwa sostitwit b'dan li ġej: “Hilarion Del Rosario Santos III (alias (a) Akmad Santos, (b) Ahmed Islam, (c) Ahmad Islam Santos, (d) Abu Hamsa, (e) Hilarion Santos III, (f) Abu Abdullah Santos, (g) Faisal Santos, (h) Lakay, (i) Aki, (j) Aqi). Titlu: Amir. Indirizz: 50, Purdue Street, Cubao, il-Belt ta' Quezon, il-Filippini. Data tat-twelid: 12.3.1966. Post tat-twelid: 686 A. Mabini Street, Sangandaan, il-Belt ta' Caloocan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: AA780554 (passaport Filippin). Informazzjoni oħra: (a) Fundatur u mexxej tal-Moviment Rajah Solaiman, u għandu rabtiet mal-Grupp Abu Sayyaf. (b) Detenut fil-Filippini sa minn Mejju 2011. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.6.2008.” |
|
(c) |
“Anas Hasan Khattab (alias (a) Samir Ahmed al-Khayat; (b) Hani; (c) Abu Hamzah; (d) Abu-Ahmad Hadud). Titlu: Amir. Data tat-twelid: 7.4.1986. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 00351762055. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.” huwa sostitwit b'dan li ġej: “Anas Hasan Khattab (alias (a) Samir Ahmed al-Khayat; (b) Hani; (c) Abu Hamzah; (d) Abu-Ahmad Hadud). Titlu: Amir. Data tat-twelid: 7.4.1986. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjana. Informazzjoni Oħra: Amir amministrattiv ta' Al-Nusrah Front for the People of the Levant. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.” |
|
29.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/76 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1907
tat-28 ta' Ottubru 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
118,3 |
|
ZZ |
118,3 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
147,7 |
|
ZZ |
147,7 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
91,2 |
|
TR |
154,4 |
|
|
ZZ |
122,8 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
46,2 |
|
CL |
67,0 |
|
|
IL |
44,6 |
|
|
TR |
98,6 |
|
|
UY |
84,6 |
|
|
ZA |
65,7 |
|
|
ZZ |
67,8 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
298,0 |
|
PE |
321,1 |
|
|
TR |
142,4 |
|
|
ZA |
228,5 |
|
|
ZZ |
247,5 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
260,6 |
|
AU |
218,6 |
|
|
BR |
119,9 |
|
|
CL |
139,2 |
|
|
NZ |
135,2 |
|
|
ZA |
131,7 |
|
|
ZZ |
167,5 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
58,1 |
|
TR |
154,7 |
|
|
ZA |
164,5 |
|
|
ZZ |
125,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
29.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/78 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1908
tat-28 ta' Ottubru 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1). |
|
(2) |
Fuq il-bażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2017. Il-Kunsill ser jirrevedi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi wara sitt xhur. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2017. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif ikun adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi, Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).
|
29.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/79 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1909
tat-28 ta' Ottubru 2016
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2016
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) kif l-aħħar emendat (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ, fit-28 ta' Lulju 2016, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u pagamenti skont l-istrumenti li jimmaniġġja. |
|
(2) |
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi taħt l-għaxar FEŻ. |
|
(3) |
Il-Kunsill adotta fl-24 ta' Novembru 2015, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li tistabbilixxi li l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 ikun ta' EUR 3 450 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 150 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment. |
|
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2013/759/UE, (4) il-Kunsill adotta l-ħolqien tal-Faċilità Tranżitorja fit-12 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-miżuri ta' mmaniġġjar tranżizzjonali tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati skont il-Faċilità Tranżitorja, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali tal-2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).
ANNESS
|
Stati Membri |
Taqsim tal-10 FEŻ % |
it-3et ħlas parzjali tal-2016 (EUR) |
||
|
imħallas lill-BEI l-10 FEŻ |
imħallas lill-Kummissjoni l-10 FEŻ |
Total |
||
|
Belġju |
3,53 |
1 765 000,00 |
24 710 000,00 |
26 475 000,00 |
|
Bulgarija |
0,14 |
70 000,00 |
980 000,00 |
1 050 000,00 |
|
Repubblika Ċeka |
0,51 |
255 000,00 |
3 570 000,00 |
3 825 000,00 |
|
Danimarka |
2,00 |
1 000 000,00 |
14 000 000,00 |
15 000 000,00 |
|
Ġermanja |
20,50 |
10 250 000,00 |
143 500 000,00 |
153 750 000,00 |
|
Estonja |
0,05 |
25 000,00 |
350 000,00 |
375 000,00 |
|
Irlanda |
0,91 |
455 000,00 |
6 370 000,00 |
6 825 000,00 |
|
Greċja |
1,47 |
735 000,00 |
10 290 000,00 |
11 025 000,00 |
|
Spanja |
7,85 |
3 925 000,00 |
54 950 000,00 |
58 875 000,00 |
|
Franza |
19,55 |
9 775 000,00 |
136 850 000,00 |
146 625 000,00 |
|
Italja |
12,86 |
6 430 000,00 |
90 020 000,00 |
96 450 000,00 |
|
Ċipru |
0,09 |
45 000,00 |
630 000,00 |
675 000,00 |
|
Latvja |
0,07 |
35 000,00 |
490 000,00 |
525 000,00 |
|
Litwanja |
0,12 |
60 000,00 |
840 000,00 |
900 000,00 |
|
Lussemburgu |
0,27 |
135 000,00 |
1 890 000,00 |
2 025 000,00 |
|
Ungerija |
0,55 |
275 000,00 |
3 850 000,00 |
4 125 000,00 |
|
Malta |
0,03 |
15 000,00 |
210 000,00 |
225 000,00 |
|
Netherlands |
4,85 |
2 425 000,00 |
33 950 000,00 |
36 375 000,00 |
|
Awstrija |
2,41 |
1 205 000,00 |
16 870 000,00 |
18 075 000,00 |
|
Polonja |
1,30 |
650 000,00 |
9 100 000,00 |
9 750 000,00 |
|
Portugall |
1,15 |
575 000,00 |
8 050 000,00 |
8 625 000,00 |
|
Rumanija |
0,37 |
185 000,00 |
2 590 000,00 |
2 775 000,00 |
|
Slovenja |
0,18 |
90 000,00 |
1 260 000,00 |
1 350 000,00 |
|
Slovakkja |
0,21 |
105 000,00 |
1 470 000,00 |
1 575 000,00 |
|
Finlandja |
1,47 |
735 000,00 |
10 290 000,00 |
11 025 000,00 |
|
Żvezja |
2,74 |
1 370 000,00 |
19 180 000,00 |
20 550 000,00 |
|
Renju Unit |
14,82 |
7 410 000,00 |
103 740 000,00 |
111 150 000,00 |
|
Total UE-27 |
100,00 |
50 000 000,00 |
700 000 000,00 |
750 000 000,00 |
|
29.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/82 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1910
tat-28 ta' Ottubru 2016
dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti ta' rappurtar ta' ċerti pajjiżi terzi dwar il-pagamenti lill-gvernijiet għar-rekwiżiti ta' Kapitolu 10 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-iskop ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza stabbilita fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/34/UE huwa li jitnaqqas il-piż amministrattiv u li jiġu evitati kwistjonijiet ta' rapportar doppju għal impriżi kbar u l-entitajiet ta' interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ ta' foresti primarji li jħejju u jippubblikaw rapporti dwar il-pagamenti lill-gvernijiet imsemmija fl-Artikolu 42 tad-Direttiva 2013/34/UE. Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittenti attivi fl-industrija estrattiva jew tal-qtugħ tas-siġar fil-foresti primarji għandhom iħejju wkoll, fuq bażi annwali, rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet skont il-Kapitolu 10 ta' dik id-Direttiva. |
|
(2) |
L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/34/UE jeżenta impriżi attivi fl-industrija estrattiva u l-impriżi attivi fil-qtugħ tal-foresti primarji biex iħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti lill-gvernijiet skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 10 tad-Direttiva 2013/34/UE sa fejn il-pagamenti kkonċernati huma ppubblikati mill-impriżi minħabba obbligu legali skont ir-rekwiżiti ta' rappurtar ekwivalenti ta' pajjiż terz. Tali obbligu legali jista' jkun fuq impriża prinċipali de facto minħabba s-sussidjarji. F'dak il-każ, l-impriżi għandhom jirraportaw il-pagamenti tagħhom soġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtar legali f'ċerti pajjiżi terzi skont dawk ir-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi meqjusa bħala ekwivalenti. Għall-pagamenti l-oħra li jifdal, l-impriżi għandhom jirrappurtaw skont ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni. L-impriżi kkonċernati xorta jkollhom jissodisfaw l-obbligu li jippubblikaw ir-rapport kif stabbilit bil-liġijiet ta' kull Stat Membru f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), inkluż il-perjodu ta' żmien stabbiliti mill-Istati Membri għad-disponibbiltà għall-pubbliku ta' dokumenti. |
|
(3) |
L-ekwivalenza tar-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi teħtieġ li tiġi vvalutata fir-rigward tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/34/UE. Il-kriterji jirreferu, b'mod partikolari, għal impriżi fil-mira, riċevituri ta' pagamenti fil-mira, pagamenti kkonċernati, attribuzzjoni tal-pagamenti kkonċernati, analiżi tal-pagamenti kkonċernati, fatturi ta' attivazzjoni għar-rappurtar fuq bażi kkonsolidata, mezz użat għar-rappurtar, il-frekwenza tar-rappurtar, u miżuri kontra l-evażjoni. |
|
(4) |
Il-Kanada adottat rekwiżiti ta' rappurtar dwar pagamenti lil gvernijiet (l-Att dwar il-Miżuri ta' Trasparenza fis-Settur Estrattiv tat-22 ta' Ġunju 2015 u l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi tar-Rapportar tiegħu). Wara li kkunsidra l-kriterji elenkati fl-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/34/UE, dawk ir-rekwiżiti tar-rappurtar jagħtu riżultati sostanzjali ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu 10 tad-Direttiva 2013/34/UE u fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/109/KE. Dawn ir-rekwiżiti tar-rappurtar huma indirizzati lill-impriżi u lill-emittenti attivi biss fl-industrija estrattiva. Għalhekk għandu jiġi konkluż li r-rekwiżiti ta' rappurtar tal-Kanada biex jirrappurtaw fuq il-pagamenti lill-gvernijiet magħmula minn impriżi u emittenti għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Kapitolu 10 tad-Direttiva 2013/34/UE li jirrigwardaw biss l-attivitajiet tagħhom fl-industrija estrattiva. |
|
(5) |
Ir-rieżami regolari tar-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-pagamenti lill-gvernijiet applikabbli f'pajjiżi terzi soġġetti għal din id-Deċiżjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku, fejn l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija b'din id-Deċiżjoni. Valutazzjoni mill-ġdid bħal din tista' twassal għat-tħassir tad-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2013/34/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2013/34/UE u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/109/KE, ir-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni applikabbli għall-impriżi u għall-emittenti attivi fl-industrija estrattiva, kif imsemmi fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2013/34/UE, għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti skont il-Kapitolu 10 tad-Direttiva 2013/34/UE dwar il-pagamenti lill-gvernijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.
(2) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(3) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).
ANNESS
LISTA TA' PAJJIŻI TERZI GĦALL-FINI TAL-ARTIKOLU 1 (IMPRIŻI U EMITTENTI ATTIVI FL-INDUSTRIJA ESTRATTIVA)
|
(1) |
Il-Kanada |