ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1851
tal-14 ta' Ġunju 2016
li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2019, 2020 u 2021, għall-istħarriġ kampjunarju dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7a(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 577/98, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-elementi tal-moduli ad hoc li jkopru s-snin 2019, 2020 u 2021. |
(2) |
Hemm il-ħtieġa ta' sett ta' dejta sħiħa u komparabbli dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll il-ħtieġa ta' dejta aktar dettaljata dwar il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-għanijiet komuni tal-Istrateġija Ewropa 2020. |
(3) |
Fil-kuntest tad-dibattitu li għaddej dwar il-flessigurtà (2) u l-ħtieġa espressa għal adattabilità akbar fl-Ewropa kemm tal-intrapriżi kif ukoll tal-ħaddiema, kwistjoni ewlenija enfasizzata fl-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u l-Linji Gwida tax-Xogħol, (3) jeħtieġ li jkun hemm dejta miġbura minn stħarriġ Ewropew fuq skala kbira dwar il-firxa tal-applikazzjoni ta' forom diversi ta' prassi ġodda tal-organizzazzjoni u tal-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol u tal-esperjenzi tal-ħaddiema magħhom. |
(4) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2014-2020 (4), il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza li jittejjeb il-ġbir ta' dejta statistika dwar inċidenti u mard relatati max-xogħol, dwar esponimenti okkupazzjonali u dwar in-nuqqas ta' saħħa relatat max-xogħol. Modulu ġdid ad hoc dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol u problemi tas-saħħa relatati max-xogħol għandu jagħmilha possibbli li wieħed iqabbel id-dejta trażmessa mill-Istati Membri bil-proġett tal-istatistika Ewropea dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol mas-sitwazzjoni ta' persuni fis-suq tax-xogħol, u biex tinġabar dejta dwar problemi tas-saħħa relatati max-xogħol. Barra minn hekk, għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-esponiment okkupazzjonali għal fatturi ta' riskju għas-saħħa fiżika u mentali. |
(5) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (5), il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-bżonn li jiġu żviluppati azzjonijiet strutturali marbuta mal-migrazzjoni. Għandhom jiġu promossi miżuri favur l-integrazzjoni tal-migranti inkluż inizjattivi biex itejbu l-ħiliet lingwistiċi u professjonali, u biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Barra minn hekk, wieħed mill-oqsma ewlenin fil-mira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 (6) jiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u għat-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-impjiegi għal persuni żvantaġġjati, inkluż id-distakk bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u dawk li mhumiex ċittadini tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, dejta dettaljata dwar il-qagħda tax-xogħol tal-immigranti hija meħtieġa biex tingħata bażi ta' evidenza affidabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-programm ta' moduli ad hoc għall-istħarriġ kampjunarju dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin 2019, 2020 u 2021, kif stabbilit fl-Anness, huwa b'dan adottat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Il-flessigurtà hija strateġija integrata biex ittejjeb, fl-istess ħin, il-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol. L-istrateġija tipprova tirrikonċilja l-bżonn ta' min iħaddem għal ħaddiema flessibbli mal-bżonn tas-sigurtà min-naħa tal-ħaddiema — il-fiduċja li dawn mhux se jiffaċċjaw perjodi twal ta' qgħad.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).
(4) COM(2014) 332 final, tas-6 ta' Ġunju 2014.
(5) COM(2015) 240 final, it-13 ta' Mejju 2015.
(6) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 192, 18.7.2015, p. 27).
ANNESS
STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL
Programm pluriennali għas-snin 2019 sa 2021 ta' moduli ad hoc.
Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tax-xogħol
Perjodu ta' referenza: 2019
Submoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata):
|
Is-submodulu 1: Il-flessibbiltà tal-ħinijiet tax-xogħol Għan: li jiġu pprovduti aktar dettalji dwar kif il-ħaddiema jistgħu jiddeċiedu dwar il-ħinijiet tax-xogħol u l-assenzi tagħhom, iżda wkoll dwar il-frekwenza ta' sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema huma obbligati jibdlu l-ħin tax-xogħol tagħhom. |
|
Is-submodulu 2: Metodi ta' ħidma Għan: li tinġabar l-informazzjoni dwar pressjonijiet ta' ħin, il-ġestjoni diretta u l-awtonomija fuq il-post tax-xogħol. |
|
Is-submodulu 3: Post tax-xogħol: Għan: li jiġu pprovduti aktar dettalji dwar il-post tax-xogħol u l-ħin tal-ivvjaġġar espress bħala l-ħin meħtieġ biex wieħed jasal mid-dar għax-xogħol. |
Inċidenti fuq ix-xogħol u problemi ta' saħħa marbuta max-xogħol
Perjodu ta' referenza: 2020
Submoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata):
|
Is-submodulu 1: Inċidenti fuq ix-xogħol Għan: li jiġu identifikati inċidenti fuq il-post tax-xogħol li jirriżultaw f'feriti, it-tip tagħhom u l-impatt tagħhom f'termini ta' ġranet ta' ħidma mitlufa jew ta' diżabbiltà. |
|
Is-submodulu 2: Problemi tas-saħħa relatati max-xogħol Għan: li jiġu identifikati problemi fiżiċi jew ta' saħħa mentali kkawżati jew li marru għall-agħar bix-xogħol, it-tip u l-impatt tagħhom f'termini ta' ġranet ta' ħidma mitlufa jew ta' diżabbiltà. |
|
Is-submodulu 3: Fatturi ta' riskju għas-saħħa fiżika u/jew mentali Għan: li jiġi analizzat jekk il-ħaddiema jkunux esposti għal fatturi ta' riskju li jistgħu jaffettwaw is-saħħa fiżika u/jew mentali. |
Il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom
Perjodu ta' referenza: 2021
Submoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta aktar informazzjoni):
|
Is-submodulu 1: Informazzjoni ta' sfond Għan: li jingħataw aktar dettalji dwar il-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom (1), jiġifieri dwar l-isfond edukattiv tal-ġenituri u r-raġuni prinċipali għall-migrazzjoni. |
|
Is-submodulu 2: Ħiliet lingwistiċi Għan: li tinġabar informazzjoni dwar il-ħiliet lingwistiċi perċepiti tal-immigranti. |
|
Is-submodulu 3: Ostakli u appoġġ għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol Għan: li tinġabar informazzjoni dwar l-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol (pereżempju r-rikonoxximent ta' kwalifiki miksuba barra mill-pajjiż jew ostaklu marbut ma' oriġini barranija) u dwar approċċi individwali biex wieħed isib xogħol. |
(1) Il-migranti huma hawnhekk definiti bħala persuni li twieldu barra mill-pajjiż, li jistgħu jkunu wkoll ċittadini ta' pajjiżi terzi. Id-dixxendenti immedjati tal-migranti għandha tinftiehem bħala immigranti tat-tieni ġenerazzjoni, jiġifieri persuni li twieldu fil-pajjiż b'mill-inqas wieħed mill-ġenituri mwieled barra mill-pajjiż.
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1852
tad-19 ta' Ottubru 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi l-proċeduri għall-identifikazzjoni ta' bastimenti tas-sajd involuti fis-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (“IUU”) kif ukoll il-proċeduri għall-istabbiliment ta' lista tal-Unjoni ta' dawn il-bastimenti (“il-lista tal-Unjoni”). L-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament jipprevedi li jittieħdu l-azzjonijiet kontra l-bastimenti tas-sajd elenkati f'dik il-lista. |
(2) |
Il-lista tal-Unjoni ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 468/2010 (2) u sussegwentement emendata bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 724/2011 (3), (UE) Nru 1234/2012 (4), (UE) Nru 672/2013 (5), (UE) Nru 137/2014 (6) u (UE) 2015/1296 (7). |
(3) |
Skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-bastimenti elenkati fil-listi tal-bastimenti IUU adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom jiddaħħlu fil-lista tal-Unjoni. |
(4) |
L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd kollha jipprevedu t-twaqqif u l-aġġornament regolari tal-listi tal-bastimenti tal-IUU skont ir-regoli rispettivi tagħhom (8). |
(5) |
Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, hekk kif jaslu l-listi tal-bastimenti tas-sajd meqjusa jew ikkonfermati li huma involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat mingħand l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-Unjoni. Peress li l-Kummissjoni rċeviet il-listi ġodda mingħand l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-lista tal-Unjoni issa għandha tiġi aġġornata. |
(6) |
Meta jitqies li l-istess bastiment jista' jitniżżel taħt ismijiet u/jew bnadar differenti skont iż-żmien tal-inklużjoni tiegħu fil-listi tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-lista aġġornata tal-Unjoni għandha tinkludi l-ismijiet u/jew il-bnadar differenti kif stabbiliti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 468/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010 tinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(2) ĠU L 131, 29.5.2010, p. 22.
(3) ĠU L 194, 26.7.2011, p. 14.
(4) ĠU L 350, 20.12.2012, p. 38.
(5) ĠU L 193, 16.7.2013, p. 6.
(6) ĠU L 43, 13.2.2014, p. 47.
(7) ĠU L 199, 29.7.2015, p. 12.
(8) L-aħħar aġġornamenti: CCAMLR: il-lista IUU 2015/2016 kif adottata fil-laqgħa annwali CCAMLR-XXXIV, ta' bejn id-19 u t-30 ta' Ottubru 2015; SEAFO: il-lista IUU tas-SEAFO kif adottata fit-12-il laqgħa tal-Kummissjoni, ta' bejn it-30 ta' Novembru u t-3 ta' Diċembru 2015; ICCAT: il-lista IUU 2015 kif adottata fl-24 laqgħa regolari tal-Kummissjoni, mill-10 sas-17 ta' Novembru 2015; IATTC: il-lista 2015 kif adottata fid-89 laqgħa tal-IATTC, ta' bejn id-29 ta' Ġunju u t-3 ta' Lulju 2015; NEAFC: il-lista IUU B AM 2015-07 kif adottata fl-34 laqgħa annwali, ta' bejn id-9 u t-13 ta' Novembru 2015; NAFO: il-lista 2015 kif adottata fis-37 laqgħa annwali, ta' bejn il-21 u l-25 ta' Settembru 2015; WCPFC: il-lista ta' bastimenti IUU tal-WCPFC 2016, effettiva mis-7 ta' Frar 2016 kif adottata fl-20 sessjoni regolari tal-Kummissjoni, ta' bejn it-3 u t-8 ta' Diċembru 2015; IOTC: il-lista ta' bastimenti IUU tal-IOTC, approvata waqt l-20 sessjoni tal-IOTC, ta' bejn it-23 u s-27 ta' Mejju 2016; GFCM: il-lista IUU 2016 kif adottata fl-40 sessjoni, ta' bejn it-30 ta' Mejju u t-3 ta' Ġunju 2016; SPRFMO: il-lista ta' bastimenti IUU 2016 kif adottata fir-raba' (4) laqgħa tal-Kummissjoni, ta' bejn il-25 u d-29 ta' Jannar 2016.
ANNESS
“Numru (1) ta' identifikazzjoni tal-bastiment tal-IMO/Referenza tal-RFMO |
Isem il-bastiment (isem preċedenti) (2) |
L-Istat tal-Bandiera jew it-Territorju tal-Bandiera [skont l-RFMO] (2) |
Elenkat fl-RFMO (2) |
20060010 [ICCAT] |
ACROS Nru 2 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras) |
ICCAT, GFCM |
20060009 [ICCAT] |
ACROS Nru 3 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras) |
ICCAT, GFCM |
7306570 |
ALBORAN II (WHITE ENTERPRISE [NAFO, NEAFC]/WHITE, ENTERPRISE, ENXEMBRE, ATALAYA, REDA IV, ATALAYA DEL SUR [SEAFO]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Panama, Saint Kitts u Nevis) [NAFO, NEAFC, SEAFO]/il-Panama [GFCM] |
NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM |
7424891 |
ALDABRA (OMOA I [CCAMLR, GFCM]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: it-Tanzanija, il-Honduras) [CCAMLR]/it-Tanzanija (GFCM) |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
7036345 |
AMORINN (ICEBERG II, LOME, NOEMI [CCAMLR, GFCM]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: it-Togo, il-Belize [CCAMLR]) |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
2015001[ICCAT] |
ANEKA 228 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
2015002[ICCAT] |
ANEKA 228; KM. |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
9037537 |
BAROON (LANA, ZEUS, TRITON I [CCAMLR])/LANA (ZEUS, TRITON-1, KINSHO MARU Nru 18 [GFCM]) |
It-Tanzanija (l-aħħar bnadar magħrufa: in-Niġerja, il-Mongolja, it-Togo, Sierra Leone [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/Mhux magħruf [GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
12290 [IATTC]/20110011 [ICCAT] |
BHASKARA Nru. 10 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
12291 [IATTC]/20110012 [ICCAT] |
BHASKARA Nru. 9 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
20060001 [ICCAT] |
BIGEYE |
Mhux magħruf |
ICCAT, GFCM |
20040005 [ICCAT] |
BRAVO |
Mhux magħruf |
ICCAT, GFCM |
9407 [IATTC]/20110013 [ICCAT] |
CAMELOT |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize [IATTC]) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
6622642 |
CHALLENGE (PERSEVERANCE, MILA [CCAMLR]/MILA, ISLA, MONTANA CLARA, PERSEVERANCE [GFCM]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Panama, il-Guinea Ekwatorjali, ir-Renju Unit [CCAMLR]/il-Panama [GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
20150003 [ICCAT] |
CHI TONG |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
125 [IATTC]/20110014 [ICCAT] |
CHIA HAO Nru 66 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize [IATTC, ICCAT]) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
7913622 |
DAMANZAIHAO (LAFAYETTE) |
il-Perù (l-aħħar bandiera magħrufa: ir-Russja) |
SPRFMO |
20080001 [ICCAT] |
DANIAA (CARLOS) |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Guinea) [ICCAT]/il-Guinea [GFCM] |
ICCAT, GFCM |
6163 [IATTC]/20130005 [ICCAT] |
DRAGON III |
Mhux magħruf |
IATTC, ICCAT, GFCM |
8604668 |
EROS DOS (FURABOLOS) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Panama, is-Seychelles) [NAFO, NEAFC, SEAFO]/il-Panama [GFCM] |
NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM |
20150004 [ICCAT] |
FU HSIANG FA 18 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150005 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 01 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150006 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 02 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150007 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 06 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150008 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 08 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150009 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 09 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150010 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 11 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150011 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 13 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150012 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 17 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150013 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 20 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150014 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 21 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20130003 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 21 [ICCAT, IOTC]/FU HSIANG FA [GFCM] |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT, GFCM |
20150015 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 23 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150016 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 26 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150017 [ICCAT] |
FU HSIANG FA Nru 30 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
7355662/20130001 [ICCAT]/M-01432 [WCPFC] |
FU LIEN Nru 1 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Georgia) [WCPFC]/il-Georgia [ICCAT, GFCM] |
WCPFC, ICCAT, GFCM |
20130004 [ICCAT] |
FULL RICH |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize [IOTC]) |
IOTC, ICCAT, GFCM |
20080005 [ICCAT] |
GALA I (MANARA II/ROAGAN) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Libja, Isle of Man [ICCAT]) |
ICCAT, GFCM |
6591 [IATTC]/20130006 [ICCAT] |
GOIDAU RUEY Nru 1 (GOIDAU RUEY 1 [IATTC, ICCAT]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
7020126 |
GOOD HOPE (TOTO [CCAMLR]/TOTO, SEA RANGER V [GFCM]) |
In-Niġerja |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
6719419 [NEAFC, SEAFO]/6714919 [NAFO, SEAFO] |
GORILERO (GRAN SOL) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: Sierra Leone, il-Panama [NAFO, NEAFC, GFCM]) |
NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM |
2009003 [ICCAT] |
GUNUAR MELYAN 21 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT, GFCM |
7322926 |
HEAVY SEA (DUERO, JULIUS, KETA, SHERPA UNO [CCAMLR]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Panama, Saint Kitts u Nevis, il-Belize) [CCAMLR]/il-Panama [GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
20150018 [ICCAT] |
HOOM XIANG 101 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja) |
IOTC, ICCAT |
20150019 [ICCAT] |
HOOM XIANG 103 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja) |
IOTC, ICCAT |
20150020 [ICCAT] |
HOOM XIANG 105 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja) |
IOTC, ICCAT |
20100004 [ICCAT] |
HOOM XIANG II [ICCAT, IOTC]/HOOM XIANG 11 [GFCM] |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja) |
IOTC, ICCAT, GFCM |
7332218 |
IANNIS 1 [NEAFC]/IANNIS I (MOANA MAR, CANOS DE MECA [GFCM]) [NAFO, SEAFO, GFCM] |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama [NEAFC, NAFO, SEAFO]) |
NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM |
6803961 |
ITZIAR II (SEABULL 22, CARMELA, GOLD DRAGON, GOLDEN SUN, NOTRE DAME, MARE [CCAMLR, GFCM]) |
in-Niġerja (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Mali, in-Niġerja, it-Togo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Bolivja, in-Namibja [CCAMLR]) [CCAMLR]/il-Mali [GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
9505 [IATTC]/20130007 [ICCAT] |
JYI LIH 88 |
Mhux magħruf |
IATTC, ICCAT, GFCM |
20150021 [ICCAT] |
KIM SENG DENG 3 |
Il-Bolivja |
IOTC, ICCAT |
7905443 |
KOOSHA 4 (EGUZKIA [GFCM]) |
L-Iran |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
20150022 [ICCAT] |
KUANG HSING 127 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150023 [ICCAT] |
KUANG HSING 196 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
7322897/20150024 [ICCAT] |
KUNLUN (TAISHAN, CHANG BAI, HOUGSHUI, HUANG HE 22, SIMA QIAN BARU 22, CORVUS, GALAXY, INA MAKA, BLACK MOON, RED MOON, EOLO, THULE, MAGNUS, DORITA [CCAMLR]/TAISHAN [IOTC, ICCAT]) [CCAMLR, SEAFO, IOTC, ICCAT]/HUANG HE 22 (SIMA QIAN BARU 22, DORITA, MAGNUS, THULE, EOLO, RED MOON, BLACK MOON, INA MAKA, GALAXY, CORVUS) [GFCM] |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: l-Indoneżja, it-Tanzanija, il-Korea ta' Fuq (DPRK), il-Panama, Sierra Leone, il-Guinea Ekwatorjali, Saint Vincent u l-Grenadini, l-Urugwaj) [CCAMLR]/il-Guinea Ekwatorjali [IOTC, ICCAT]/it-Tanzanija, Mhux magħruf [GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM, IOTC, ICCAT |
20060007 [ICCAT] |
LILA Nru 10 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama) |
ICCAT, GFCM |
7388267 |
LIMPOPO (ROSS, ALOS, LENA, CAP GEORGE [CCAMLR]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: it-Togo, il-Ghana, is-Seychelles, Franza [CCAMLR]/it-Togo, il-Ghana, is-Seychelles [GFCM]) |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
20150025 [ICCAT] |
MAAN YIH HSING |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20040007 [ICCAT] |
MADURA 2 |
Mhux magħruf |
ICCAT, GFCM |
20040008 [ICCAT] |
MADURA 3 |
Mhux magħruf |
ICCAT, GFCM |
7325746 |
MAINE [NAFO, NEAFC, GFCM]/MAINE, LABIKO (GUINESPA I, MAPOSA NOVENO) [SEAFO] |
il-Guinea |
NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM |
20060002 [ICCAT] |
MARIA |
Mhux magħruf |
ICCAT, GFCM |
20060005 [ICCAT] |
MELILLA Nru 101 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama) |
ICCAT, GFCM |
20060004 [ICCAT] |
MELILLA Nru 103 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama) |
ICCAT, GFCM |
7385174 |
MURTOSA |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: it-Togo [NAFO, NEAFC, SEAFO]) |
NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM |
9009918 |
MYS MARII |
Ir-Russja |
SPRFMO |
M-00545 [WCPFC]/14613 [IATTC]/C-00545, 20110003 [ICCAT] |
NEPTUNE |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Georgia) [WCPFC]/il-Georgia [IATTC, ICCAT, GFCM] |
IATTC, ICCAT, WCPFC, GFCM |
20060003 [ICCAT] |
Nru 101 GLORIA (GOLDEN LAKE) |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama) |
ICCAT, GFCM |
20060008 [ICCAT] |
Nru 2 CHOYU |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras) |
ICCAT, GFCM |
20060011 [ICCAT] |
Nru 3 CHOYU |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras) |
ICCAT, GFCM |
20040006 [ICCAT] |
OCEAN DIAMOND |
Mhux magħruf |
ICCAT, GFCM |
7826233/20090001 [ICCAT] |
OCEAN LION |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Guinea Ekwatorjali) |
IOTC, ICCAT, GFCM |
7816472 |
OKAPI MARTA |
Il-Belize |
GFCM |
11369 [IATTC]/20130008 [ICCAT] |
ORCA |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
20060012 [ICCAT] |
ORIENTE Nru 7 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras) |
ICCAT, GFCM |
5062479 |
PERLON (CHERNE, BIGARO, HOKING, SARGO, LUGALPESCA [CCAMLR]/CHERNE, SARGO, HOKING, BIGARO, UGALPESCA [GFCM]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Mongolja, it-Togo, l-Urugwaj) [CCAMLR, GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
6607666 |
RAY (KILY, CONSTANT, TROPIC, ISLA GRACIOSA [CCAMLR]/KILLY, CONSTANT, TROPIC, ISLA GRACIOSA [NEAFC, GFCM]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Belize, il-Guinea Ekwatorjali, l-Afrika t'Isfel) [CCAMLR, SEAFO]/il-Belize (il-bnadar preċedenti: l-Afrika t'Isfel, il-Guinea Ekwatorjali, il-Mongolja) [NEAFC] |
CCAMLR, NEAFC, SEAFO, GFCM |
95 [IATTC]/20130009 [ICCAT] |
REYMAR 6 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
20130013 [ICCAT] |
SAMUDERA PASIFIK Nru 18 (KAWIL Nru 03, LADY VI-T-III [ICCAT]) |
l-Indoneżja |
ICCAT, GFCM |
20150026 [ICCAT] |
SAMUDERA PERKASA 11 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150027 [ICCAT] |
SAMUDRA PERKASA 12 [IOTC]/SAMUDERA PERKASA 12 [ICCAT] |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20080004 [ICCAT] |
SHARON 1 (MANARA 1, POSEIDON) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Libja, ir-Renju Unit) |
ICCAT, GFCM |
20150028 [ICCAT] |
SHUEN SIANG |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150029 [ICCAT] |
SIN SHUN FA 6 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150030 [ICCAT] |
SIN SHUN FA 67 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150031 [ICCAT] |
SIN SHUN FA 8 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150032 [ICCAT] |
SIN SHUN FA 9 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20050001 [ICCAT] |
SOUTHERN STAR 136 (HSIANG CHANG) |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Saint Vincent u l-Grenadini) |
ICCAT, GFCM |
20150034 [ICCAT] |
SRI FU FA 168 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150035 [ICCAT] |
SRI FU FA 18 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150036 [ICCAT] |
SRI FU FA 188 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150037 [ICCAT] |
SRI FU FA 189 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150038 [ICCAT] |
SRI FU FA 286 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150039 [ICCAT] |
SRI FU FA 67 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150040 [ICCAT] |
SRI FU FA 888 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
9405 [IATTC]/20130010 [ICCAT] |
TA FU 1 |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
9179359 |
TAVRIDA (AURORA, PACIFIC CONQUEROR) |
ir-Russja (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Perù) |
SPRFMO |
6818930 |
TCHAW (REX, CONDOR, INCA, VIKING, CISNE AZUL [CCAMLR]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: it-Togo, il-Belize, is-Seychelles) [CCAMLR, GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
13568 [IATTC]/20130011 [ICCAT] |
TCHING YE Nru 6 (EL DIRIA I) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Belize, il-Costa Rica) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
20150041 [ICCAT] |
TIAN LUNG Nru12 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
7321374 |
TRINITY (ENXEMBRE, YUCUTAN BASIN, FONTE NOVA, JAWHARA [NEAFC, NAFO, SEAFO]) |
Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Ghana, il-Panama [NAFO]/il-Ghana, il-Panama, il-Marokk [NEAFC]) [NAFO, NEAFC, SEAFO]/il-Ghana [GFCM] |
NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM |
8713392 |
VIKING (OCTOPUS I, BERBER, SNAKE, PION, THE BIRD, CHU LIM, YIN PENG, THOR 33, ULYSES, GALE, SOUTH BOY, PISCIS) [CCAMLR]/OCTOPUS 1 (PISCIS, SOUTH BOY, GALE, ULYSES, THOR 33, YIN PENG, CHU LIM, THE BIRD, PION) [GFCM] |
in-Niġerja (l-aħħar bnadar magħrufa: Sierra Leone, il-Libja, il-Mongolja, il-Honduras, il-Korea ta' Fuq (DPRK), il-Guinea Ekwatorjali, l-Urugwaj [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/il-Mongolja [GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM |
8994295/129 [IATTC]/20130012 [ICCAT] |
WEN TENG Nru 688 (MAHKOIA ABADI Nru 196) |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize) |
IATTC, ICCAT, GFCM |
20140001 [ICCAT]/15579 [IATTC] |
XIN SHI JI 16 |
Fiġi |
ICCAT, IATTC |
20150042 [ICCAT] |
YI HONG 106 |
Il-Bolivja |
IOTC, ICCAT |
20150043 [ICCAT] |
YI HONG 116 |
Il-Bolivja |
IOTC, ICCAT |
20150044 [ICCAT] |
YI HONG 16 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150045 [ICCAT] |
YI HONG 3 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
20150046 [ICCAT] |
YI HONG 6 |
Il-Bolivja |
IOTC, ICCAT |
20130002 [ICCAT] |
YU FONG 168 |
It-Taipei Ċiniża |
WCPFC, ICCAT, GFCM |
20150048 [ICCAT] |
YU FONG 168 |
Mhux magħruf |
IOTC, ICCAT |
2009002 [ICCAT] |
YU MAAN WON |
Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Georgia) |
IOTC, ICCAT, GFCM |
9319856/20150033 [ICCAT] |
ZEMOUR 1 (KADEI, SONGHUA, YUNNAN, NIHEWAN, HUIQUAN, WUTAISHAN ANHUI 44, YANGZI HUA 44, TROSKY, PALOMA V [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/SONGHUA (YUNNAN) [IOTC, ICCAT]/HUIQUAN, WUTAISHAN ANHUI 44 [GFCM] |
Il-Mauritania (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Guinea Ekwatorjali, l-Indoneżja, it-Tanzanija, il-Mongolja, il-Kambodja, in-Namibja, l-Urugwaj [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Guinea Ekwatorjali) [IOTC, ICCAT]/it-Tanzanija [GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM, IOTC, ICCAT |
9042001/20150047 [ICCAT] |
ZEMOUR 2 (LUAMPA, YONGDING, CHENGDU, JIANGFENG, SHAANXI HENAN 33, XIONG NU BARU 33, DRACO I, LIBERTY, CHILBO SAN 33, HAMMER, SEO YANG No. 88, CARRAN [CCAMLR]/YONDING [SEAFO]) [CCAMLR, SEAFO]/YONGDING (JIANGFENG) [IOTC, ICCAT]/SHAANXI HENAN 33 (XIONG NU BARU 33, LIBERTY, CHILBO SAN 33, HAMMER, CARRAN, DRACO-1) [GFCM] |
Il-Mauritania (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Guinea Ekwatorjali, l-Indoneżja, it-Tanzanija, il-Panama, Sierra Leone, il-Korea ta' Fuq (DPRK), it-Togo, ir-Repubblika tal-Korea, l-Urugwaj [CCAMLR]) [CCAMLR, SEAFO]/il-Guinea Ekwatorjali [IOTC, ICCAT]/it-Tanzanija [GFCM] |
CCAMLR, SEAFO, GFCM, IOTC, ICCAT |
(1) l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
(2) Għal kull tagħrif ieħor ara s-siti web tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs).”
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1853
tad-19 ta' Ottubru 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
132,9 |
ZZ |
132,9 |
|
0707 00 05 |
TR |
149,8 |
ZZ |
149,8 |
|
0709 93 10 |
TR |
140,1 |
ZZ |
140,1 |
|
0805 50 10 |
AR |
89,1 |
CL |
113,9 |
|
IL |
72,6 |
|
TR |
104,9 |
|
UY |
36,5 |
|
ZA |
67,5 |
|
ZZ |
80,8 |
|
0806 10 10 |
BR |
289,7 |
EG |
169,2 |
|
TR |
150,3 |
|
ZZ |
203,1 |
|
0808 10 80 |
AU |
237,5 |
BR |
124,9 |
|
CL |
147,1 |
|
NZ |
138,8 |
|
ZA |
129,4 |
|
ZZ |
155,5 |
|
0808 30 90 |
CN |
58,1 |
TR |
154,5 |
|
ZZ |
106,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1854
tad-19 ta' Ottubru 2016
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2016 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tat-tewm. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin tul l-ewwel sebat ijiem kalendarji tax-xahar ta' Jannar 2016, għas-subperjodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017, għal ċerti kwoti, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni “A”, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Oriġini |
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017 (f'%) |
||
L-Arġentina |
||||
|
09.4104 |
— |
||
|
09.4099 |
— |
||
Iċ-Ċina |
||||
|
09.4105 |
— |
||
|
09.4100 |
0,459731 |
||
Pajjiżi terzi oħra |
||||
|
09.4106 |
— |
||
|
09.4102 |
— |
DIRETTIVI
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/19 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1855
tad-19 ta' Ottubru 2016
li temenda d-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/32/KE tapplika għas-solventi ta' estrazzjoni użati jew intiżi biex jintużaw fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel. Dik id-Direttiva ma tapplikax għas-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-addittivi tal-ikel, il-vitamini jew addittivi nutrizzjonali oħra, għajr jekk dawn l-addittivi tal-ikel, il-vitamini jew l-addittivi nutrizzjonali huma elenkati fl-Anness I tagħha. |
(2) |
Fid-19 ta' Awwissu 2014, tressqet applikazzjoni minn Akzo Nobel Industrial Chemicals BV b'talba li ssir bidla fil-limitu massimu ta' residwu (MRL) għall-metossimetan (DME) bħala solvent ta' estrazzjoni f'prodotti tal-proteini mill-annimali mingħajr xaħam, b'mod partikolari tal-kollaġen u d-derivattivi tal-kollaġen, minn 0,009 mg/kg sa 3 mg/kg, u użu ġdid għall-estrazzjoni ta' prodotti tal-proteini għall-produzzjoni tal-ġelatina b'MRL ta' 0,009 mg/kg. Dik l-applikazzjoni sussegwentement saret disponibbli għall-Istati Membri. |
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat mill-ġdid is-sikurezza tal-metossimetan bħala solvent ta' estrazzjoni għall-preparazzjoni ta' prodotti tal-proteini mill-annimali mingħajr xaħam — il-kollaġini u l-ġelatina — u ħarġet l-opinjoni tagħha fl-14 ta' Lulju 2015 (2). L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tal-metossimetan bħala solvent ta' estrazzjoni, skont il-kundizzjonijiet tal-użu intiżi u flimkien mal-MRLs proposti ta' 3 mg/kg fil-kollaġini u fid-derivattivi tal-kollaġini u 0,009 mg/kg fil-ġelatina mhu tal-ebda tħassib għal dik li hija sikurezza. |
(4) |
Għalhekk, huwa xieraq li jkun awtorizzat l-użu tal-metossimetan bħala solvent ta' estrazzjoni biex jitneħħa x-xaħam mill-materja prima tal-proteini mill-annimali bil-kundizzjoni ta' limitu ta' residwu massimu tal-metossimetan ta' 3 mg/kg f'kollaġini u fid-derivattivi tal-kollaġini u ta' 0,009 mg/kg fil-ġelatina. |
(5) |
Għaldaqstant id-Direttiva 2009/32/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2009/32/KE qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tinkiseb konformità mad-Direttiva sa mhux iktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun hemm fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Il-Bord dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi, l-aromatizzanti u l-aġenti tal-ipproċessar (CEF) tal-EFSA 2015. L-Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza fl-użu tal-metossimetan bħala solvent ta' estrazzjoni taħt il-kundizzjonijiet intiżi tal-użu u l-limiti massimi ta' residwi proposti. EFSA Journal 2015;13(7):4174, 13 pp.
ANNESS
Fil-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2009/32/KE, ir-ringiela għall-“metossimetan” tinbidel b'dan li ġej:
“Metossimetan |
Preparazzjoni ta' prodotti ta' proteini mill-annimali mingħajr xaħam inkluża l-ġelatina (*) |
0,009 mg/kg fil-prodotti ta' proteini mill-annimali mingħajr xaħam inkluża l-ġelatina |
Preparazzjoni tal-kollaġini (**) u d-derivattivi tal-kollaġini, ħlief għall-ġelatina. |
3 mg/kg fil-kollaġini u fid-derivattivi tal-kollaġini, ħlief għall-ġelatina |
(*) “Ġelatina” tfisser proteina naturali, solubbli, li tgħaqqad bħal ġell jew li ma tgħaqqadx bħal ġell, miksuba mill-idroliżi parzjali tal-kollaġini magħmul mill-għadam, mill-ġlud u mill-għeruq u t-tendini tal-annimali, skont ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
(**) “Kollaġini” tfisser il-prodott abbażi ta' proteina li jirriżulta minn għadam, ġlud u tendini tal-annimali mmanifatturati skont ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”
DEĊIŻJONIJIET
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/21 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/1856 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Ottubru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata assistenza lill-Greċja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali. |
(2) |
Il-Fond ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 500 000 000 (bil-prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
(3) |
Fil-5 ta' Frar 2016, il-Greċja ssottomettiet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara terremot li laqat il-Gżejjer Joniċi f'Novembru 2015. |
(4) |
L-applikazzjoni tal-Greċja tissodisfa l-kundizzjonjiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. |
(5) |
Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat biex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Greċja. |
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ġie mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-ħlas ta' avvanzi għas-sena finanzjarja 2016. Dawn l-approprjazzjonijiet intużaw biss b'mod limitat ħafna. Għaldaqstant, hemm lok għall-finanzjament tal-ammont kollu għall-mobilizzazzjoni attwali permezz tar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-ħlasijiet tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016. |
(7) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li jieħu l-Fond biex jiġi mobilizzat, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi l-ammont ta' EUR 1 651 834 lill-Greċja, f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
L-ammont tal-mobilizzazzjoni msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jiġi ffinanzjat mill-approprjazzjonijiet immobilizzati għall-pagament ta' avvanzi fil-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016. L-approprjazzjonijiet disponibbli għall-pagament ta' avvanzi għandu jitnaqqas kif meħtieġ.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-deċiżjoni tapplika mill-11 ta' Ottubru 2016.
Magħmul fi Brussel, il-11 ta' Ottubru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(4) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem (ĠU L 47, 24.2.2016, p. 5).
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/23 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/1857 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Ottubru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (wara applikazzjoni mill-Finlandja — EGF/2016/001 FI/Microsoft)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari Punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat tal-issoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(2) |
Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
(3) |
Fil-11 ta' Marzu 2016, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, fir-rigward tas-sensji f'Microsoft (Microsoft Mobile Oy) u fi 8 fornituri u produtturi downstream. Din kienet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. |
(4) |
Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 5 364 000,00 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja. |
(5) |
Sabiex jiġi minimizzat iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 5 364 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din għandha tapplika mill-11 ta' Ottubru 2016.
Magħmul fi Brussel, il-11 ta' Ottubru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/25 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/1858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Ottubru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (wara l-applikazzjoni mill-Iżvezja — EGF/2016/002 SE/Ericsson)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari Punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(2) |
Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
(3) |
Fil-31 ta' Marzu 2016, l-Iżvezja ssottomettiet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji f'Ericsson (Telefonaktiebolaget LM Ericsson) fl-Iżvezja. Kienet issupplimentata minn informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. |
(4) |
Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 3 957 918 fir-rigward tal-applikazzjoni sottomessa mill-Iżvezja. |
(5) |
Sabiex jiġi minimizzat iż-żmien meħud biex jiġi mobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni stabbilit għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 3 957 918 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din għandha tapplika mill-11 ta' Ottubru 2016.
Magħmul fi Brussel, il-11 ta' Ottubru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1859
tat-13 ta' Ottubru 2016
dwar Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/174/KE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistipula li wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni hija l-ħidma lejn ekonomija tas-suq soċjali li tkun kompetittiva ferm, bil-mira li jkun hemm impjieg sħiħ u progress soċjali |
(2) |
Meta tkun qiegħda tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni trid tqis id-dimensjoni soċjali tagħhom, b'mod partikolari r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, f'konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(3) |
L-Unjoni tirrikonoxxi u tippromwovi r-rwol tas-sħab soċjali fil-livell tagħha, u tiffaċilita d-djalogu bejniethom filwaqt li tirrispetta l-awtonomija tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 152 tat-TFUE. Għall-finijiet ta' konċertazzjoni ta' grad għoli mas-sħab soċjali Ewropej dwar l-istrateġija ġenerali stabbilita mill-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE (1) twaqqaf Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi (is-“Summit”). Is-Summit issa ġie rikonoxxut fl-Artikolu 152 tat-TFUE bħala komponent integrali tad-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni. |
(4) |
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma impenjati li jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-istrateġija Ewropea 2020, li hija strateġija integrata maħsuba biex tagħti spinta lill-potenzjal tal-Unjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi matul il-perjodu 2010-2020 (l-“istrateġija Ewropa 2020”). L-istrateġija Ewropea 2020 qed timmira biex iżżid il-koordinazzjoni bejn politiki nazzjonali u politiki Ewropej. Addizzjonalment, l-Unjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li ssaħħaħ is-sjieda u l-involviment tas-sħab soċjali f'dik l-istrateġija biex dan jippermetti lis-sħab soċjali jikkontribwixxu attivament għall-implimentazzjoni tal-objettivi ta' dik l-istrateġija. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jenfasizza li s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti fi ħdan il-qafas tas-Simestru Ewropew, fil-kwistjonijiet ta' politika ewlenija, fejn rilevanti, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u l-arranġamenti legali u politiċi nazzjonali. |
(6) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew innota li d-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għandha tiġi msaħħa, u f'dan il-kuntest enfasizza r-rwol ewlieni tas-sħab soċjali u tad-djalogu soċjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Ottubru 2013 intitolata “Tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja”, indirizzat il-kwistjoni li jiġi promoss id-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni u ħabbret proposta biex issir reviżjoni tad-Deċiżjoni 2003/174/KE b'referenza għas-Summit bħala opportunità biex jiġu involuti s-sħab soċjali fil-proċess tas-Simestru Ewropew. |
(7) |
Mit-twaqqif tiegħu taħt id-Deċiżjoni 2003/174/KE, is-Summit laħaq l-għan ewlieni tiegħu li jippermetti konċertazzjoni ta' livell għoli. Huwa kkontribwixxa b'mod pożittiv għall-iżvilupp tad-djalogu soċjali f'livell tal-Unjoni taħt l-Istrateġija ta' Lisbona matul il-perjodu 2000-2010, u taħt l-istrateġija Ewropa 2020. |
(8) |
Fid-Dikjarazzjoni konġunta tagħhom dwar l-Involviment tas-Sħab Soċjali fil-Governanza Ekonomika Ewropea tal-24 ta' Ottubru 2013, iffirmat mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) min-naħa tal-ħaddiema, u l-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej (BUSINESSEUROPE), iċ-Ċentru Ewropew ta' Intrapriżi b'Parteċipazzjoni Pubblika u ta' Intrapriżi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (CEEP) u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (UEAPME) min-naħa ta' min iħaddem, is-Sħab Soċjali Ewropej sejħu għal proċess koerenti ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u kkonfermaw l-appoġġ tagħhom għas-Summit. |
(9) |
Il-kompiti u s-sħubija tas-Summit għandhom jiġu addattati biex iqisu t-tibdiliet istituzzjonali introdotti mit-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari l-ħolqien tal-funzjoni ta' President tal-Kunsill Ewropew, kif stipulat fl-Artikolu 15 tat-TUE. |
(10) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-sistemi nazzjonali ta' relazzjonijiet industrijali u djalogu soċjali. |
(11) |
It-TUE ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, setgħat għajr dawk taħt l-Artikolu 352 tat-TUE. |
(12) |
Id-Deċiżjoni 2003/174/KE għandha għalhekk titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kompitu
Il-kompitu tas-Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi, f'konformità mat-TFUE u t-TUE u b'attenzjoni dovuta għas-setgħat tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, għandu jkun li jiżgura li jkun hemm konċertazzjoni kontinwa bejn il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sħab soċjali. Is-Summit għandu jippermetti lis-sħab soċjali fil-livell Ewropew li jikkontribwixxu, fil-kuntest tad-djalogu soċjali tagħhom, għall-komponenti diversi tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Huwa għandu jgħin jiffaċilita s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sħab soċjali bil-għan tal-promozzjoni tat-tkabbir, livell għoli ta' imjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Għal dak il-għan, għandu jibbaża fuq ix-xogħol tal-bidu u d-diskussjonijiet bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sħab soċjali fil-forums differenti ta' konċertazzjoni dwar materji ekonomiċi, soċjali u ta' impjiegi.
Artikolu 2
Sħubija
1. Is-Summit għandu jikkonsisti mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni, u, rappreżentati fl-ogħla livell, il-Presidenza attwali tal-Kunsill, iż-żewġ presidenzi sussegwenti tal-Kunsill u s-sħab soċjali. Il-Ministri mit-tliet Presidenzi tal-Kunsill u l-Kummissarju responsabbli mill-impjiegi u l-affarijiet soċjali għandhom jieħdu sehem ukoll fis-Summit. Skont l-aġenda, Ministri oħrajn mit-tliet Presidenzi tal-Kunsill u Kummissarji oħrajn jistgħu wkoll jiġu mistiedna biex jieħdu sehem fis-Summit.
2. Ir-rappreżentanti tas-sħab soċjali għandhom jiġu maqsumin f'żewġ delegazzjonijiet indaqs, waħda b'10 rappreżentanti tal-ħaddiema fiha u l-oħra b'10 rappreżentanti ta' min iħaddem fiha, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata parteċipazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa.
3. Iż-żewġ delegazzjonijiet għandhom jikkonsistu minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet transindustrijali Ewropej, jew li jirrappreżentaw l-interessi ġenerali jew l-interessi aktar speċifiċi tal-persunal ta' superviżjoni u maniġerjali u ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-livell Ewropew.
Il-koordinazzjoni teknika għandha tingħata lid-delegazzjoni tal-ħaddiema mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) u lid-delegazzjoni ta' min iħaddem mill-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej (BUSINESSEUROPE). Il-KETU u l-BUSINESSEUROPE għandhom jiżguraw li l-fehmiet espressi mill-organizzazzjonijiet speċifiċi u settorjali jkunu meqjusa bis-sħiħ fil-kontributi tagħhom u għandhom, fejn xieraq, jinkludu r-rappreżentanti ta' wħud minn dawk l-organizzazzjonijiet fid-delegazzjonijiet tagħhom.
Artikolu 3
Tħejjija
1. L-aġenda tas-Summit għandha tkun iddeterminata b'mod konġunt mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-organizzazzjonijiet transindustrijali li jirrapreżentaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem li jkunu qed jieħdu sehem fix-xogħol tas-Summit. Għal dan il-għan, għandhom isiru għadd ta' laqgħat preparatorji bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-KETU u l-BUSINESSEUROPE.
2. Il-materji fuq l-aġenda għandhom ikunu diskussi mil-laqgħa tal-Kunsill fil-konfigurazzjoni tiegħu ta' Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur skont kif xieraq mill-kontribuzzjoni tal-korpi preparatorji tiegħu.
3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ ta' segretarjat lis-Summit. Is-segretarjat għandu jiżgura b'mod partikolari li d-dokumenti jitqassmu f'ħin propizju. Għall-finijiet ta' tħejjija u l-organizzar ta' laqgħat, is-segretarjat tas-Summit għandu jistabbilixxi l-kuntatti xierqa mal-KETU u l-BUSINESSEUROPE, li t-tnejn għandhom ikunu responsabbli mill-koordinazzjoni tad-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom.
Artikolu 4
Operat
1. Is-Summit għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom isiru qabel is-seduti rispettivi tar-rebbiegħa u tal-ħarifa tal-Kunsill Ewropew.
2. Is-Summit għandu jkun presedut b'mod konġunt mill-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni, bil-parteċipazzjoni tal-Presidenza attwali tal-Kunsill.
3. Il-laqgħat tas-Summit għandhom jissejħu mill-presidenti konġunti fuq inizjattiva tagħhom stess, b'konsultazzjoni mas-sħab soċjali.
4. Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jirrapporta lill-Kunsill Ewropew dwar id-diskussjonijiet u l-eżiti tas-Summit.
Artikolu 5
Informazzjoni
Il-presidenti konġunti għandhom iħejju sommarju tad-diskussjonijiet tas-Summit biex jinfurmaw lill-konfigurazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-pubbliku ġenerali.
Artikolu 6
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2003/174/KE hija b'dan imħassra b'effett mill-21 ta' Ottubru 2016.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J. RICHTER
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE tas-6 ta' Marzu 2003 li tistabbilixxi Summit Tripartit Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol (ĠU L 70, 14.3.2003, p. 31).
(2) Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1860
tas-17 ta' Ottubru 2016
li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fis-16 ta' Diċembru 2015, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2361 (4), is-Sur Ignazio MARINO ġie sostitwit mis-Sur Antonio DECARO bħala membru u s-Sur Antonio DECARO ġie sostitwit mis-Sur Andrea BALLARÈ bħala membru supplenti. Fil-21 ta' April 2016, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 (5), is-Sur Mauro D'ATTIS ġie maħtur mill-ġdid fil-Kumitat tar-Reġjuni biex jittieħed kont tal-mandat il-ġdid tiegħu. Fit-12 ta' Settembru 2016, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1670 (6), is-Sur Andrea BALLARÈ ġie maħtur mill-ġdid fil-Kumitat tar-Reġjuni biex jittieħed kont tal-mandat il-ġdid tiegħu. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Mauro D'ATTIS u tas-Sur Antonio DECARO saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Andrea BALLARÈ bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
L. SÓLYMOS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2361 tas-16 ta' Diċembru 2015 li taħtar membru Taljan u membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 331, 17.12.2015, p. 29).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 tal-21 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 108, 23.4.2016, p. 35).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1670 tat-12 ta' Settembru 2016 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 249, 16.9.2016, p. 37).
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/33 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1861
tal-14 ta' Ottubru 2016
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012
(notifikata bid-dokument C(2016) 6477)
(It-testi bl-ilsien Bulgaru, Daniż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Spanjol, Żvediż u Taljan biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 129(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bi qbil mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri ppreżentaw il-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2012 lill-Kummissjoni, u l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba biex jitwettqu l-proġetti li hemm f'dawn il-programmi. |
(2) |
Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE (3), il-Kummissjoni ffissat l-ammont massimu u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull proġett fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, u stabbiliet il-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jingħataw dawn il-kontribuzzjonijiet. |
(3) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE jistipula li kull pagament li jintalab rimborż għalih għandu jsir mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta' Ġunju 2016, u li l-pagamenti li jsiru wara dik id-data ma jkunux eliġibbli għar-rimborż. |
(4) |
Fl-ewwel sitt xhur tal-2016, bosta Stati Membri għarrfu lill-Kummissjoni li kienu sabu diffikultà biex jilħqu dik l-iskadenza minħabba l-kriżi finanzjarja u xi diffikultajiet tekniċi li nqalgħu. |
(5) |
Biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu dawn il-proġetti u ma jagħtuhomx il-ġenb għax jieqaf ir-rimborż tal-Kummissjoni wara l-ewwel sitt xhur tal-2016, id-data tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE għandha tiġi estiża sal-31 ta' Marzu 2017 b'effett retroattiv mill-1 ta' Lulju 2016. |
(6) |
Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/830/UE, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:
“Kull pagament li jintalab rimborż għalih għandu jsir mill-Istat Membru kkonċernat sal-31 ta' Marzu 2017.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2016.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta' Malta, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Iżvezja, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/830/UE tas-7 ta' Diċembru 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012 (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 78).
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/35 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 36/16/COL
tad-9 ta' Frar 2016
li parzjalment tirrevoka d-Deċiżjoni Nru 227/04/COL rigward l-istatus tal-Iżlanda għas-Settiċemija Emorraġika Virali (VHS) [2016/1862]
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 5a tal-Parti 4.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1)), kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE mill-punt 4(d) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikoli 1(2) u 3 tal-Protokoll 1 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 494/13/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tal-11 ta' Diċembru 2013 li tagħti s-setgħa lill-Membru tal-Kulleġġ b'responsabbiltà speċjali għal kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji sabiex jieħu ċerti deċiżjonijiet f'dak il-qasam (id-Dokument Nru 683826),
Billi:
Permezz tad-Deċiżjoni Nru 227/04/COL, l-Awtorità rrikonoxxiet iż-żona kontinentali u kostali kollha tal-Iżlanda bħala pajjiż ħieles min-Nekrożi Ematopojetika Infettiva (IHN) u s-Settiċemija Emorraġika Virali (VHS).
Fit-23 ta' Ottubru 2015, l-Iżlanda nnotifikat permezz tas-Sistema ta' Notifika tal-Mard tal-Annimali tfaqqigħa tal-VHS fil-lumpfish ta' oriġini selvaġġa użati bħala ħut għat-trobbija fir-reġjun ta' Landnamsholf. Aktar informazzjoni dwar il-miżuri meħuda kienu pprovduti permezz ta' ittra tat-13 ta' Novembru 2015 (Dokument Nru 780869, ref. ANR15110004/20.5).
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-istatus ta' 'ħielsa mill-VHS' għall-Iżlanda, kif rikonoxxut mid-Deċiżjoni Nru 227/04/COL, għandu jiġi rtirat.
Ma kien hemm l-ebda bidla rigward l-istatus tal-Iżlanda għall-IHN.
Għalhekk hu xieraq li tkun irrevokata d-Deċiżjoni Nru 227/04/COL biss fir-rigward tal-istatus tal-VHS għall-Iżlanda.
Din id-Deċiżjoni hija konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Fitosanitarju u Veterinarju tal-EFTA.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
1. |
Id-Deċiżjoni Nru 227/04/COL hi revokata rigward l-istatus tal-Iżlanda għas-Settiċemija Emorraġika Virali. |
2. |
Id-Deċiżjoni Nru 227/04/COL tibqa' fis-seħħ rigward l-istatus tal-Iżlanda għan-Nekrożi Ematopojetika Infettiva. |
3. |
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżlanda. |
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2016.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Helga JÓNSDÓTTIR
Membru tal-Kulleġġ
Carsten ZATSCHLER
Direttur
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
20.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/37 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITA TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 58/16/COL-D
tat-3 ta' Marzu 2016
li tapprova l-miżuri nazzjonali tan-Norveġja li jillimitaw l-impatt tal-Gyrodactylus salaris u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 298/08/COL u Nru 299/08/COL [2016/1863]
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li qieset l-Att li ssir referenza għalih fil-punt 5a tal-Parti 4.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE (Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1)), kif adattata għall-Ftehim ŻEE bil-punt 4(d) tal-Protkoll 1 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikoli 1(2) u 3 tal-Protkoll 1 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti.
Wara li qieset id-Deċiżjoni Nru 494/13/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tal-11 ta' Diċembru 2013 li tagħti s-setgħa lill-Membri tal-Kulleġġ b'responsabbiltà speċjali għal materji veterinarji u fitosanitarji biex jieħu ċerti deċiżjonijiet u miżuri (id-Dokument Nru 683826).
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 298/08/COL (2) stabbiliet żoni mingħajr mard u garanziji addizzjonali għal Gyrodactylus salaris għan-Norveġja skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE (3) u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE (4). |
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni Nru 298/08/COL, in-Norveġja tista' tirrekjedi garanziji addizzjonali għal kunsinni ta' ħut ħaj tal-akkwakultura ta' speċi suxxettibbli intiż għat-trobbija, li għandhom jiġu introdotti fiż-żoni affettwati mid-Deċiżjoni. Dawn il-garanziji addizzjonali jikkonsistu mir-rekwiżit li dawk il-kunsinni għandhom joriġinaw minn żona li jkollha status ta' saħħa ekwivalenti għall-post ta' destinazzjoni. |
(3) |
Id-Direttiva 2006/88/KE ħassret u ssostitwiet id-Direttiva 91/67/KEE. Id-Direttiva 2006/88/KE pprovdiet ukoll li d-Deċiżjoni 2004/453/KE kellha tibqa' tapplika sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet neċessarji skont dik id-Direttiva. Tali dispożizzjonijiet kienu adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (5) li ukoll ħassret b'mod definit id-Deċiżjoni 2004/453/KE (6). Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni Nru 298/08/COL titħassar u tiġi sostitwita. |
(4) |
L-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li Stat taż-ŻEE jista' jieħu miżuri biex jipprevjeni l-introduzzjoni ta' mard, jew biex jikkontrollahom, li ma jkunux elenkati fil-Parti II tal-Anness IV tiegħu, li jkunu jikkostitwixxu riskju sinifikanti għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali ta' annimali tal-akkwakultura jew ta' annimali akkwatiċi selvaġġi f'dak l-Istat. Dawk il-miżuri ma għandhomx jeċċedu l-limiti ta' dak li huwa xieraq u neċessarju biex tiġi prevenuta l-introduzzjoni ta' tali mard, jew biex jiġi kkontrollat. |
(5) |
In-Norveġja ingħatat id-dritt li tirrekjedi garanziji addizzjonali skont id-Deċiżjoni Nru 298/08/COL u pprovdiet lill-Awtorità b'iinformazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-mard għar-rigward ta' Gyrodactylus salaris. Permezz ta' ittra tas-6 ta' Ottubru 2015 (id-Dokument Nru 775798, Nru ta' ref. 2015/193600), in-Norveġja pprovdiet informazzjoni ulterjuri dwar il-miżuri nazzjonali rigward Gyrodactylus salaris. L-informazzjoni pprovduta turi kemm hu xieraq u kemm hu neċessarji li jibqa' l-obbligu li jkun hemm miżuri nazzjonali fil-forma tat-tqegħid fis-suq, dwar l-importazzjoni u r-rekwiżiti ta' tranżitu, skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE. |
(6) |
Għaldaqstant, peress li n-Norveġja ngħatat id-dritt li takkwista garanziji addizzjonali skont id-Deċiżjoni Nru 298/08/COL għall-introduzzjoni ta' annimali tal-akkwakultura ta' speċi suxxettibbli f'żoni approvati mingħajr mard jew żoni bi programmi approvati ta' kontroll jew ta' eradikazzjoni, in-Norveġja għandha titħalla tkompli tapplika dawn il-miżuri bħala miżuri nazzjonali approvati skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE. |
(7) |
Il-miżuri nazzjonali approvati permezz ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu applikati biss sakemm dawn ikunu xierqa u neċessarji. Għalhekk, in-Norveġja għandha tibgħat rapport annwali lill-Awtorità dwar il-funzjonament tal-miżuri nazzjonali. |
(8) |
Kull suspett tal-preżenza ta' Gyrodactylus salaris fin-Norveġja, bl-eċċezzjoni taż-żoni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu investigati u matul l-investigazzjoni għandhom jiġu applikati restrizzjonijiet fuq il-moviment għall-protezzjoni ta' Stati oħra taż-ŻEE b'miżuri nazzjonali approvati għar-rigward ta' Gyrodactylus salaris. B'żieda ma' dan, sabiex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni mill-ġdid neċessarja tal-miżuri nazzjonali approvati, kull konferma sussegwenti ta' mard għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u lil Stat oħra taż-ŻEE. |
(9) |
Fl-interess taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni Nru 298/08/COL għandha espressament titħassar. |
(10) |
Barra minn dan, id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 299/08/COL (7) approvat il-programm tan-Norveġja ta' kontroll u eradikazzjoni għall-Mard Batterjali tal-Kliewi (BKD). Permezz ta' ittra tas-6 ta' Ottubru 2015, (id-Dokument Nru 775798), in-Norveġja infurmat lill-Awtorità li l-programm ta' kontroll u ta' eradikazzjoni għall-BKD kien twaqqaf. Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni Nru 299/08/COL titħassar. |
(11) |
Il-miżuri li jsir provvediment għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta' ċerti miżuri nazzjonali għal-limitazzjoni tal-impatt ta' ċertu mard mhux elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE
1. In-Norveġja, bl-eċċezzjoni taż-żoni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, għandha titqies bħala ħielsa minn Gyrodactylus salaris.
2. In-Norveġja tista' tirrekjedi li l-kunsinni li ġejjin introdotti f'żona mingħajr mard ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) għar-rigward ta' dawk iż-żoni meqjusa bħala ħielsa minn Gyrodactylus salaris:
(a) |
l-annimali tal-akwakultura intenzjonati għat-trobbija, għal żoni ta' żamma, għal meded ta' ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, għal faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid għandhom ikunu konformi ma':
|
(b) |
annimali akwatiċi ornamentali intenzjonati għal faċilitajiet ornamentali magħluqa għandhom ikunu konformi ma'
|
Artikolu 2
Rappurtar
1. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, in-Norveġja għandha tippreżenta rapport lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-miżuri nazzjonali approvati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1.
2. Ir-rapporti li jsir provvediment għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/221/UE.
Artikolu 3
Suspett u kostatazzjoni ta' mard f'żoni ħielsa mill-mard
1. Meta n-Norveġja tissuspetta l-preżenza ta' marda f'żona li tkun elenkata bħala ħielsa mill-marda Gyrodactylus salaris, in-Norveġja għandha tieħu miżuri li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28, l-Artikolu 29(2), (3) u (4) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/88/KE.
2. Meta l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma l-kostatazzjoni tal-marda li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1, in-Norveġja għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u lill-Istati l-oħra tal-EFTA dwar dan, u b'kull miżuri meħuda biex dik il-marda tiġi kkontrollata u limitata.
Artikolu 4
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet Nru 298/08/COL u Nru 299/08/COL huma mħassra.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2016.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Helga JÓNSDÓTTIR
Membru tal-Kulleġġ
Carsten ZATSCHLER
Direttur
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 298/08/COL tal-21 ta' Mejju 2008 dwar żoni mingħajr mard u garanziji addizjonali għal Gyrodactylus salaris għan-Norveġja (ĠU L 268, 9.10.2008, p. 37).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq tal-annimali u prodotti ta l-akwakultura (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta' April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE dwar miżuri kontra ċertu mard f'annimali tal-akwakultura (ĠU L 156, 30.4.2004, p.5).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta' April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b'konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7).
(6) L-Att li ssir referenza għalih fil-punt 94 tal-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 299/08/COL tal-21 ta' Mejju 2008 li japprova l-programm ta' kontroll u tal-qerda tal-Mard Batterjali tal-kliewi sottomess min-Norveġja (ĠU L 257, 25.9.2008, p. 16).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).
ANNESS
Żoni ta' limiti ta' ilma infettat |
Kontea |
Skibotnelva |
Troms |
Signaldalselva |
Troms |
Kitdalselva |
Troms |
Ranaelva |
Nordland |
Leirelva |
Nordland |
Ranelva |
Nordland |
Drevja |
Nordland |
Fusta |
Nordland |
Vefsna |
Nordland |
Hundåla |
Nordland |
Halsanelva |
Nordland |
Hestdalselva |
Nordland |
Dagsvikelva |
Nordland |
Nylandselva |
Nordland |
Batnfjordselva |
Møre og Romsdal |
Driva |
Møre og Romsdal |
Litledalselva |
Møre og Romsdal |
Usma (Øksendalselva) |
Møre og Romsdal |
Henselva |
Møre og Romsdal |
Rauma |
Møre og Romsdal |
Innfjordelva |
Møre og Romsdal |
Skorga |
Møre og Romsdal |
Måna (Måndalselva) |
Møre og Romsdal |
Breidvikelva |
Møre og Romsdal |
Lærdalselva |
Sogn og Fjordane |
Drammenselva |
Buskerud |
Lierelva |
Buskerud |
Vesleelva (Sandeelva) |
Vestfold |