ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 275

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
12 ta' Ottubru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1798 tat-30 ta' Settembru 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [ข้าวสังข์หยดเมืองพัทลุง (Khao Sangyod Muang Phatthalung) (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799 tas-7 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għar-riskju tal-kreditu b'konformità mal-Artikoli 136(1) u 136(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 tal-11 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1801 tal-11 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffissar tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għat-titolizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

27

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1802 tal-11 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti bijoċidali li huma konformi mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

34

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1803 tal-11 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

37

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1804 tal-10 ta' Ottubru 2016 dwar ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (notifikata bid-dokument C(2016) 6351)  ( 1 )

39

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/868 tas-26 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar- Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-livelli massimi ta' residwi għat-2,4,5-T, il-barban, il-binapakril, il-bromofos-etil, il-kamfeklor (toksafen), il-klorbufam, il-kloroksuron, il-klożolinat, id-DNOC, id-diallat, id-dinoseb, id-dinoterb, id-dioksatijon, l-ossidu tal-etilen, l-aċetat tal-fentin, l-idrossidu tal-fentin, il-fluċikloksuron, il-fluċitrinat, il-formotijon, il-mekarbam, il-metakrifos, il-monolinuron, il-fenotrin, il-profam, il-pirażofos, il-kinalfos, ir-resmetrina, it-teknażen u l-vinklożolin f'ċerti prodotti jew fuqhom ( ĠU L 145, 10.6.2015 )

54

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1798

tat-30 ta' Settembru 2016

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [ข้าวสังข์หยดเมืองพัทลุง (Khao Sangyod Muang Phatthalung) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-punt a) tal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tat-Tajlandja biex id-denominazzjoni “ข้าวสังข์หยดเมืองพัทลุง” (Khao Sangyod Muang Phatthalung) tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “ข้าวสังข์หยดเมืองพัทลุง” (Khao Sangyod Muang Phatthalung) għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni“ข้าวสังข์หยดเมืองพัทลุง” (Khao Sangyod Muang Phatthalung) (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati, tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 188, 27.5.2016, p. 50.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


12.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1799

tas-7 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għar-riskju tal-kreditu b'konformità mal-Artikoli 136(1) u 136(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 136(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 136(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw l-immappjar ta' valutazzjonijiet tar-riskju tal-kreditu, bl-eċċezzjoni ta' dawk assenjati għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni. Biex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn dawk suġġetti għal dawk l-obbligi, ikun tajjeb li jiġu inklużi l-istandards tekniċi implementattivi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'dak li jirrigwarda l-immappjar tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-kreditu, bl-eċċezzjoni ta' dawk assenjati għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni f'Regolament wieħed.

(2)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jesiġi l-ispeċifikazzjoni, għall- Istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (“ECAIs”) kollha, tal-korrispondenza tal-valutazzjonijiet tal-kreditu rilevanti maħruġa minn ECAI għall-iskaluni tal-kwalità kreditizja stabbiliti fit-Taqsima 2 ta' dak ir-Regolament (“immappjar”). ECAIs huma aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jkunu ġew irreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew bank ċentrali li joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma eżentati mill-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(3)

Ċerti termini u kunċetti simili użati fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jkunu s-suġġett ta' konfużjoni. “Valutazzjoni tal-kreditu” huwa t-terminu użat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex jirreferi kemm għat-“tikketti” tal-kategoriji differenti ta' klassifikazzjonijiet minn ECAIs, kif ukoll għall-assenjazzjoni ta' klassifikazzjoni waħda minn dawn għal element partikolari. Madankollu, il-punti (h) u (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jagħmlu distinzjoni ċara bejn dawn iż-żewġ kunċetti bl-użu tat-termini “kategorija tal-klassifikazzjoni” u “klassifikazzjoni tal-kreditu”, rispettivament. Biex tiġi evitata l-konfużjoni, minħabba l-ħtieġa li ssir referenza għal dawn iż-żewġ kunċetti partikolari separatament, u minħabba l-kumplimentarjetà taż-żewġ Regolamenti, għandha tkun użata t-terminoloġija tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 billi din hija aktar speċifika.

(4)

Minħabba li l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jippermetti l-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu għal skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment biss jekk jinħarġu minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Unjoni u rreġistrati f'konformità ma' dak ir-Regolament, l-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs għandu jkopri valutazzjonijiet tal-kreditu li jikkonformaw mad-definizzjoni ta' “klassifikazzjoni tal-kreditu” skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament. Barra minn hekk, peress li, skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, immappjar huwa meħtieġ għall-ECAIs kollha, li d-definizzjoni tagħhom tinkludi, skont l-Artikolu 4(1)(98) ta' dak ir-Regolament, ukoll klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn banek ċentrali eżentati mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-immappjar tal-kategoriji ta' klassifikazzjoni tal-ECAIs għandu jkopri wkoll dawn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jimpedixxi l-użu ta' klassifikazzjonijiet ta' kreditu għal ċerti klassijiet ta' assi (bħall-ekwità) skont l-Approċċ Standardizzat. Għalhekk, fir-rigward ta' valutazzjonijiet għal impriżi ta' investiment kollettiv ta' introjtu fiss (CIUs), huma biss dawk li jiddependu unikament fuq il-kwalità kreditizja tal-assi sottostanti li għandhom ikunu koperti mill-immappjar tal-valutazzjonijiet ta' kreditu tal-ECAIs.

(5)

L-immappjar għandu l-objettiv li jassenja l-piżijiet tar-riskju xierqa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-klassifikazzjonijiet ta' kreditu tal-ECAIs. Għalhekk, għandu jkun kapaċi jidentifika mhux biss differenzi relattivi tar-riskju iżda wkoll il-livelli assoluti tar-riskju ta' kull kategorija tal-klassifikazzjoni, u jiżgura livelli xierqa ta' kapital skont l-Approċċ Standardizzat.

(6)

Minħabba l-firxa wiesgħa ta' metodoloġiji fost l-ECAIs, l-oġġettività u l-konsistenza tal-metodoloġija tal-immappjar huma aspetti ewlenin biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-istituzzjonijiet kif ukoll l-ekwità fit-trattament għall-ECAIs. Għal din ir-raġuni, meta wieħed ikun qed ifassal regoli dwar l-użu ta' fatturi kwantitattivi u kwalitattivi u l-paragun tagħhom mal-punt ta' riferiment, huwa meħtieġ li jibni fuq il-qafas regolatorju preċedenti, jiġifieri l-Parti 3 tal-“Linji Gwida riveduti dwar l-għarfien tal-Istituzzjonijiet tal-Valutazzjoni tal-Kreditu Esterni”, bid-data tat-30 ta' Novembru 2010, bil-ħsieb li tiġi żgurata tranżizzjoni bla intoppi lejn l-immappjar stabbilit f'dan ir-Regolament. Dan għandu jiżgura wkoll konsistenza mal-istandards internazzjonali f'dan il-qasam, riflessi, min-naħa tagħhom, fl-Anness 2 ta' “Basel II: Konverġenza Internazzjonali ta' Standards tal-Kejl tal-Kapital u Standards tal-Kapital: Qafas Rivedut — Verżjoni Komprensiva” datat Ġunju 2006.

(7)

Id-definizzjonijiet ta' inadempjenza użati mill-ECAIs jistgħu jvarjaw minn dik ippreżentata fl-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif riflessa fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 kif ukoll fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2 (3). Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-livell kumplessiv ta' kapital meħtieġ biex l-iskoperturi jiġu kklassifikati esternament ma jinbidilx, it-tipi ta' avvenimenti ta' inadempjenza użati għall-kalibrazzjoni tal-punt ta' riferiment imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jintużaw bħala d-definizzjoni ta' inadempjenza għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(8)

L-immappjar għandu jinftiehem bħala l-korrispondenza tal-kategoriji ta' klassifikazzjoni ta' ECAI ma' skala regolatorja li ġiet iddefinita għal skopijiet prudenzjali. Għalhekk għandu jitqies bħala kunċett distint minn dak li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) hija meħtieġa li tipprovdi fil-forma ta' rapport, abbażi tal-Artikolu 21(4b) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 bil-għan li l-investituri jkunu jistgħu faċilment iqabblu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kollha li jeżistu fir-rigward ta' entità klassifikata speċifika. Barra minn hekk, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-“immappjar” ma jirreferix għal immappjar żviluppat f'oqfsa oħra, bħalma huwa l-Qafas tal-Valutazzjoni tal-Kreditu tal-Ewrosistema, peress li dawn jistgħu joperaw fuq metodoloġiji u definizzjonijiet differenti.

(9)

Immappjar differenti għandu jsir għal kull sett rilevanti ta' kategoriji ta' klassifikazzjoni (“skala ta' klassifikazzjoni”). Meta l-iskala tal-klassifikazzjoni ta' ECAI tkun l-istess fost il-klassijiet ta' skopertura, l-immappjar ma għandux ikun differenti sabiex tiġi garantita d-differenzjazzjoni tal-piżijiet tar-riskju fost il-klassijiet ta' skopertura stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta ECAI ikollha diversi skali tal-klassifikazzjoni, ir-relazzjoni stabbilita mill-ECAI fosthom għandha titqies għall-immappjar.

(10)

Klassifikazzjonijiet mhux mitluba, kif imsemmija fil-punt (x) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, jenħtieġ li jiġu inklużi fl-immappjar ta' ECAI sakemm dawn il-klassifikazzjonijiet jistgħu jintużaw għal skopijiet regolatorji f'konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tkun ikkonfermat li ma jkunux differenti fil-kwalità minn klassifikazzjonijiet ta' kreditu mitluba ta' din l-ECAI skont l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(11)

Għandhom jintużaw fatturi kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi biex jiġi prodott immappjar, fejn il-fatturi kwalittattivi jitqiesu fi stadju ulterjuri, kif u meta jkun meħtieġ u b'mod speċjali fejn fatturi kwantitattivi ma jkunux adegwati. Bħala riżultat ta' dan, fatturi kwalitattivi għandhom jgħinu fir-rieżami, fil-korrezzjoni u fit-titjib tal-immappjar inizjali magħmul abbażi ta' fatturi kwantitattivi, fejn tali rieżami jkun ġustifikat u meħtieġ. Dan l-approċċ f'żewġ stadji huwa meħtieġ sabiex jikkontribwixxi għall-oġġettività tal-immappjar u sabiex jiżgura li l-immappjar effettivament jirrappreżenta l-korrispondenza tal-kategoriji ta' klassifikazzjoni ta' ECAI ma' skala regolatorja li ġiet definita għal skopijiet prudenzjali.

(12)

Jeħtieġ li jiġi evitat li jiġi kkawżat żvantaġġ materjali mhux dovut għal dawk l-ECAIs li, minħabba d-dħul aktar riċenti tagħhom fis-suq, jippreżentaw informazzjoni kwantitattiva limitata, bil-għan li jiġu bbilanċjati kunsiderazzjonijiet prudenzjali ma' dawk tas-suq. Għalhekk, ir-rilevanza tal-fatturi kwantitattivi għad-derivazzjoni tal-immappjar għandha tkun imħaffa. Aġġornamenti għall-immappjar għandhom isiru kull meta dan ikun meħtieġ biex jirrifletti informazzjoni kwantitattiva miġbura wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(13)

Ir-rata ta' inadempjenza assoċjata ma' oġġetti assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni għandha titqies bħala l-aktar fattur kwantitattiv rappreżentattiv, u għandha tiġi kkalkulata minn dejta tal-inadempjenza li tikkorrispondi ma' dawn l-elementi. Fejn ma tkunx disponibbli dejta suffiċjenti tal-inadempjenza li tikkorrispondi ma' dawn l-elementi, stima tar-rata tal-inadempjenza xorta waħda għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-opinjoni tal-ECAI rilevanti u ta' kull evidenza ta' inadempjenza assoċjata mal-elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni li għaliha jkun qed isir l-immappjar.

(14)

L-ikkalkular tar-rata tal-inadempjenza għandu jissodisfa ċerti rekwiżiti sabiex jiġi żgurat li jkun paragunabbli fost l-ECAIs. Pereżempju, għandu jitkejjel fuq orizzont ta' żmien ta' tliet snin sabiex tkun possibbli l-osservazzjoni ta' għadd sinifikanti ta' inadempjenzi meta r-riskju jkun baxx ħafna u għandu jqis l-irtirar sabiex tiġi evitata sottovalutazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, la għandu jinkludi klassifikazzjonijiet tas-settur pubbliku u lanqas klassifikazzjonijiet tal-ħarġiet, minħabba l-iskarsezza ta' inadempjenzi għall-ewwel tip ta' klassifikazzjonijiet, u sabiex jiġi evitat li r-rati ta' inadempjenza jiġu ppreġudikati favur emittenti b'numru akbar ta' ħarġiet bl-użu tal-klassifikazzjonijiet imsemmija l-aħħar.

(15)

Ir-rati ta' inadempjenza għandhom jiġu kkalkulati għal kull kategorija tal-klassifikazzjoni sa fejn hu possibbli fuq perjodu ta' osservazzjoni twil u qasir. Tal-ewwel għandu jipprovdi l-bażi għall-immappjar, filwaqt li tal-aħħar għandu jipprovdi twissija bikrija dwar żieda, jew tnaqqis potenzjali fil-livell ta' riskju tal-kategorija tal-klassifikazzjoni. Fejn ma jkunx disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet ta' kreditu, għandha titqies biss ir-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien minħabba l-livell għoli ta' inċertezza rigward l-ikkalkular ta' rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien. F'dan il-każ, twissija dwar żieda potenzjali fil-livell ta' riskju tal-kategorija tal-klassifikazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-fatturi kwalitattivi.

(16)

Id-definizzjoni ta' inadempjenza stabbilita mill-ECAI biex tiġi kkalkulata r-rata ta' inadempjenza assoċjata mal-elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni hija element ewlieni tal-immappjar. Definizzjoni aktar stretta ta' inadempjenza tista' twassal għal rati ta' inadempjenza ogħla meta mqabbla ma' definizzjonijiet oħra ta' inadempjenza anqas stretti. Għalhekk għandu jiġi kkalkulat l-impatt tad-definizzjoni ta' inadempjenza fuq l-ikkalkular tar-rata ta' inadempjenza sabiex ikun żgurat immappjar preċiż.

(17)

Meta tkun disponibbli biss informazzjoni skarsa dwar l-inadempjenzi, l-orizzont ta' żmien ikkunsidrat f'kategorija tal-klassifikazzjoni għandu jitqies għall-finijiet tal-immappjar sabiex tiġi żgurata konsistenza fost l-ECAIs. B'hekk, meta jkun intgħażel orizzont b'terminu qasir, xi elementi jistgħu jikkwalifikaw għal livell partikolari ta' riskju. Madankollu, dawn l-istess elementi jistgħu jirrappreżentaw livell ta' riskju konsiderevolment differenti jekk jiġu evalwati fuq l-orizzont ta' żmien ta' tliet snin użat għall-ikkalkular tar-rata ta' inadempjenza. Dan il-fattur għandu jiġi rikonoxxut u rifless adegwatament fl-immappjar.

(18)

It-tifsira tal-kategorija tal-klassifikazzjoni u l-pożizzjoni relattiva tagħha fl-iskala ta' klassifikazzjoni għandha tkun partikolarment utli meta ma jkunx hemm fattur kwantitattiv disponibbli u l-immappjar tal-kategorija tal-klassifikazzjoni ta' biswit tkun magħrufa. Għal dan l-għan, l-iskaluni tal-kwalità kreditizja għandhom ikunu kklassifikati f'termini ta' aspetti bħall-kapaċità tal-emittent li jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu, is-sensittività tiegħu għas-sitwazzjoni ekonomika jew il-prossimità għall-istatus ta' inadempjenza.

(19)

Għandhom jitqiesu wkoll fatturi ġenerali li jiddeterminaw ir-riskju tal-elementi assenjati għal kategorija tal-klassifikazzjoni. Id-daqs u l-livell ta' diversifikazzjoni tal-attività tal-elementi assenjati għal kategorija tal-klassifikazzjoni għandhom jitqiesu bħala indikaturi rilevanti tal-profil ta' riskju sottostanti tagħhom. Għandu jkun ukoll possibbli li jiġu kkunsidrati bħala fatturi kwalitattivi miżuri oħrajn tal-affidabbiltà kreditizja assenjati għal elementi tal-istess kategorija tal-klassifikazzjoni, sabiex tingħata informazzjoni addizzjonali rigward l-imġiba tal-inadempjenza tal-kategorija rilevanti ta' klassifikazzjoni. Ir-rilevanza, l-oġġettività u l-affidabbiltà tal-kejl differenti tal-affidabbiltà kreditizja għandhom jiġu analizzati bir-reqqa qabel l-applikazzjoni tagħhom għall-finijiet tal-eżerċizzju ta' mmappjar.

(20)

Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza mal-istandards internazzjonali, il-punti ta' riferiment tar-rati ta' inadempjenza fuq medda ta' żmien twila u qasira pprovduti fid-dokument “Basel II: Konverġenza Internazzjonali ta' Standards tal-Kejl tal-Kapital u Standards tal-Kapital: Qafas Rivedut — Verżjoni Komprensiva” datat Ġunju 2006, għandhom jintużaw għall-finijiet tal-eżerċizzju ta' mmappjar. Madankollu, għandhom jiġu pprovduti regoli aktar dettaljati sabiex jitqiesu l-varjetà ta' ECAIs li bħalissa joperaw fis-suq tal-UE u li r-rati ta' inadempjenza tagħhom jistgħu jiddevjaw b'mod sinifikanti mix-xejriet tal-ECAIs internazzjonali li fuqhom huwa bbażat il-punt ta' riferiment kurrenti. B'mod aktar konkret, il-punt ta' riferiment fuq medda twila ta' żmien għandu jkun definit f'termini ta' intervalli sabiex ikun rikonoxxut li firxa ta' valuri tista' tkun kompatibbli ma' kull skaluna tal-kwalità kreditizja.

(21)

Il-kategoriji tal-klassifikazzjoni inizjalment għandhom ikunu mmappjati ma' skaluna tal-kwalità kreditizja abbażi tal-paragun tar-rata tal-inadempjenza fit-tul tagħhom mal-punt ta' riferiment fit-tul u l-informazzjoni pprovduta mill-fatturi kwalitattivi.

(22)

Skont l-Artikolu 136(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 l-adegwatezza tal-immappjar għandha tiġi rieżaminata ta' spiss minħabba li r-rata tal-inadempjenza fuq perjodu twil tista' tinbidel u ssir rappreżentattiva ta' skaluna differenti tal-kwalità kreditizja. Għal dak l-għan, rati ta' inadempjenza riċenti fuq medda qasira ta' żmien esperjenzati f'kategorija tal-klassifikazzjoni għandhom jiġu regolarment ikkonfrontati mal-punti ta' riferiment rilevanti tagħhom fuq medda qasira ta' żmien (il-livelli ta' “monitoraġġ” u ta' “attivazzjoni”). Ksur tal-punti ta' riferiment fuq medda qasira ta' żmien għal perjodu konsekuttiv ta' sentejn jista' jindika li l-istandards ta' valutazzjoni ddgħajfu, li jista' jimplika li r-rata ta' inadempjenza sottostanti l-ġdida fuq medda twila ta' żmien tkun rappreżentattiva ta' skaluna anqas favorevoli tal-kwalità kreditizja. Dan is-sinjal ikun aktar rilevanti fejn jinkiser il-livell ta' attivazzjoni minflok il-livell ta' monitoraġġ. B'mod partikolari, element uniku inadempjenti assoċjat mal-ogħla kategoriji ta' klassifikazzjoni jista' jiskatta kunsiderazzjoni tar-rieżami tal-immappjar assenjat għall-ECAI unika li tkun ikklassifikat dak l-element.

(23)

Abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi riveduti għandhom jiġu ppreżentati meta meħtieġ biex ECAIs stabbiliti reċentement jiġu inklużi fl-immappjar.

(24)

Billi hija meħtieġa f'kull waqt il-konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa neċessarju li l-prestazzjoni tal-immappjar tiġi mmonitorjata fuq bażi kontinwa.

(25)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi implimentattivi ppreżentat mill-EBA, l-ESMA u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) flimkien (l-“Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ESAs)”) lill-Kummissjoni.

(26)

Fid-29 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Kumitat Konġunt tal-ESAs bl-intenzjoni tagħha li tapprova l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi bl-emendi sabiex tiżgura bilanċ bejn approċċ prudenzjali solidu u l-ħtieġa li tiġi evitata konċentrazzjoni ulterjuri f'suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu diġà kkonċentrat ħafna li hu ddominat mit-tliet ECAIs il-kbar li bejniethom għandhom sehem mis-suq ta' madwar 90 %. Fin-notifika tagħha, il-Kummissjoni enfasizzat b'mod partikolari l-ħtieġa li tiġi evitata l-applikazzjoni awtomatika wara tliet snin ta' mmappjar aktar konservattiv tal-ECAIs kollha li ma jkunux ipproduċew biżżejjed klassifikazzjonijiet u irrispettivament mill-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tagħhom, billi dan l-approċċ jirriskja li joħloq ostaklu regolatorju għad-dħul fis-suq u jdgħajjef il-pożizzjoni kompetittiva ta' ECAIs iżgħar/aktar ġodda sempliċiment minħabba li jipproduċu anqas klassifikazzjonijiet mill-kumpaniji kbar stabbiliti. Fl-opinjoni formali tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016, il-Kumitat Konġunt tal-ESAs ikkonferma l-pożizzjoni inizjali tiegħu u ma reġax ippreżenta mill-ġdid standards tekniċi implimentattivi emendati b'mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni.

(27)

Sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn approċċ prudenzjali solidu u l-kompetizzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-abbozz tal-istandards tekniċi implimentattivi għandu jiġi emendat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jistgħu jikkawżaw żvantaġġ materjali mhux dovut għall-ECAIs iżgħar/ġodda minħabba d-dħul aktar riċenti tagħhom fis-suq, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' trattament aktar konservattiv f'każ ta' dejta limitata, id-dħul fis-seħħ ta' mmappjar ġdid awtomatikament mill-2019, id-dispożizzjoni li tikkonċerna r-rieżami tal-immappjar kif ukoll it-tabelli tal-immappjar applikabbli mill-2019.

(28)

L-EBA, l-ESMA u l-EIOPA wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi implementattivi li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); u l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

FATTURI KWANTITATTIVI, FATTURI KWALITATTIVI U PUNT TA' RIFERIMENT

KAPITOLU 1

Fatturi kwantitattivi

Artikolu 1

Fatturi kwantitattivi tal-immappjar ta' kategorija tal-klassifikazzjoni

Il-fatturi kwantitattivi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu r-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira u twila ta' żmien assoċjati mal-elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni, kif stipulat fl-Artikoli 2 sa 6.

Artikolu 2

Elementi użati għall-ikkalkular tal-fatturi kwantitattivi

L-ikkalkular tar-rati ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 1 għal kull kategorija tal-klassifikazzjoni għandu jsir biss abbażi ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni mill-istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) li għaliha jkun qed isir l-immappjar, fejn dawn l-elementi jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

ikunu jappartjenu għall-“klassifikazzjonijiet korporattivi” msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2 u jkunu assenjati fuq il-bażi tal-emittent;

(b)

ikunu assenjati xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

klassifikazzjoni tal-kreditu mitluba;

(ii)

klassifikazzjoni tal-kreditu mhux mitluba li tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Taqsima 1

Ikkalkular tal-fatturi kwantitattivi ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Artikolu 3

Determinazzjoni ta' jekk ikunx hemm numru kbir biżżejjed ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

1.   Għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien, in-numru ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni mill-ECAI li għaliha jkun qed isir l-immappjar għandu jitqies kbir biżżejjed, fejn dawn l-elementi jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

ikunu suffiċjenti fir-rigward tal-profil tar-riskju pperċepit tal-kategorija tal-klassifikazzjoni, meta jitqies bħala indikatur in-numru ta' elementi li jirrappreżentaw l-invers tal-punt ta' riferiment tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien tal-kategorija tal-klassifikazzjoni, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 14;

(b)

ikunu rappreżentattivi tal-aktar ġabra riċenti ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien, in-numru ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni mill-ECAI li għaliha jkun qed isir l-immappjar għandu jitqies kbir biżżejjed fejn bħala minimu jkunu disponibbli l-aktar 10 rati ta' inadempjenza riċenti fuq medda qasira ta' żmien kif imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

1.   Fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu skont l-Artikolu 3(1), ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu kkalkulati bil-mod deskritt fil-paragrafi 2 sa 5.

2.   Ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni għandhom jiġu kkalkulati fuq orizzont ta' żmien ta' tliet snin bħala proporzjon fejn:

(a)

id-denominatur jirrappreżenta n-numru ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni preżenti fil-bidu tal-orizzont ta' żmien;

(b)

in-numeratur jirrappreżenta l-għadd ta' elementi msemmija fil-punt (a) li jkunu saru inadempjenti qabel tmiem l-orizzont ta' żmien.

3.   Elementi rtirati qabel tmiem l-orizzont ta' żmien u mhux inadempjenti għandhom jikkontribwixxu biss għad-denominatur tar-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 b'piż ta' 50 %. Kull element li għalih ikun hemm evidenza li jkun ġie rtirat qabel ma tkun seħħet inadempjenza għandu jitqies bħala element inadempjenti.

4.   L-elementi għandhom jitqiesu li jkunu elementi inadempjenti li għandhom ikunu inklużi fin-numeratur speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 2 fejn ikun seħħ xi wieħed minn dawn it-tipi ta' avveniment:

(a)

dikjarazzjoni ta' falliment jew likwidazzjoni legali li x'aktarx ikunu se jikkawżaw nuqqas ta' ħlas jew dewmien ta' ħlas fir-rigward ta' pagamenti futuri kuntrattwalment vinkolanti ta' servizz tad-dejn;

(b)

żborż maqbuż jew li jsir tard ta' pagament kuntrattwalment vinkolanti ta' imgħax jew kapital, sakemm il-ħlasijiet ma jsirux fi żmien perjodu ta' grazzja permess mill-kuntratt;

(c)

skambju f'diffikultà jekk l-offerta tkun timplika li l-investitur ikun se jirċievi inqas valur mill-wegħda tat-titoli oriġinali;

(d)

l-entità kklassifikata tkun taħt forma sinifikanti ta' superviżjoni regolatorja minħabba l-kundizzjoni finanzjarja tagħha.

5.   Ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien għandhom jiġu kkalkulati għal kull ġabra disponibbli ta' punti assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni f'perjodi ta' kull sitt xhur ibbażati fuq l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Lulju ta' kull sena.

Artikolu 5

Ir-rati ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

1.   Fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu skont l-Artikolu 3, ir-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi kkalkulata bil-mod deskritt fil-paragrafi 2 sa 4.

2.   Ir-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja ponderata ta' mill-inqas l-aħħar 20 rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ikkulkalata skont l-Artikolu 4(1). Jekk ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien disponibbli jkunu jkopru perjodu itwal u jkunu rilevanti, għandhom jintużaw ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien għal dak il-perjodu itwal. Fejn ikunu disponibbli anqas minn 20 rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ikkalkulati skont l-Artikolu 4(1), ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien li jkun fadal għandhom jiġu stmati li jkopru l-20 rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien.

3.   Għall-fini tal-produzzjoni tal-medja ponderata msemmija fil-paragrafu 2, ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien, ikkalkulati skont l-Artikolu 4 għandhom jinkludu l-aktar perjodu riċenti ta' reċessjoni. Dan il-perjodu ta' reċessjoni għandu jkun ikopri sitt xhur jew aktar ta' rati ta' tkabbir negattivi tal-prodott domestiku gross fiż-żoni ġeografiċi ta' referenza ewlenin tal-elementi klassifikati.

4.   Għall-finijet tal-produzzjoni tal-medja ponderata msemmija fil-paragrafu 2, għandu japplika dan li ġej:

(a)

ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ikkalkulati skont l-Artikolu 4(1) għandhom ikunu ponderati skont in-numru ta' elementi speċifikati fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2);

(b)

ir-rati ta' inadempjenza stmati fuq medda qasira ta' żmien għandhom ikunu ponderati skont l-istimi tan-numru ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni preżenti fil-bidu tal-orizzont ta' żmien.

Il-piżijiet għandhom jiżguraw rappreżentanza adegwata ta' snin ta' reċessjoni u ta' snin mhux ta' reċessjoni f'ċiklu ekonomiku sħiħ.

Taqsima 2

Ikkalkular tal-fatturi kwantitattivi ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ma jkunx disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Artikolu 6

L-elementi użati u r-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ma jkunx disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Fejn ma jkunx disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 3, l-ikkalkular tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien speċifikata fl-Artikolu 1 għandu jitwettaq skont dawn li ġejjin:

(a)

huwa għandu jkun ibbażat fuq l-istima pprovduta mill-ECAI tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien assoċjata mal-elementi kollha assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni, skont il-punt (a) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

l-istima msemmija fil-punt (a) għandha tkun ikkumplementata bin-numru ta' elementi inadempjenti u mhux inadempjenti assenjati għall-kategorija tal-klassifikazzjoni mill-ECAI li għaliha jkun qed isir l-immappjar.

KAPITOLU 2

Fatturi Kwalitattivi

Artikolu 7

Fatturi kwalitattivi tal-immappjar ta' kategorija tal-klassifikazzjoni

Il-fatturi kwalittattivi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu:

(a)

id-definizzjoni ta' inadempjenza kkunsidrata mill-ECAI, kif deskritta fl-Artikolu 8;

(b)

l-orizzont ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni kkunsidrat mill-ECAI, kif deskritt fl-Artikolu 9;

(c)

it-tifsira ta' kategorija tal-klassifikazzjoni u l-pożizzjoni relattiva tagħha fl-iskala ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-ECAI, kif deskritta fl-Artikolu 10;

(d)

l-affidabbiltà kreditizja tal-elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni, kif deskritta fl-Artikolu 11;

(e)

l-istima pprovduta mill-ECAI tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien assoċjata mal-elementi kollha assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni, skont il-punt (a) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif deskritta fl-Artikolu 12;

(f)

ir-relazzjoni stabbilita mill-ECAI (“immappjar intern”), fejn disponibbli, bejn, fuq naħa, il-kategorija tal-klassifikazzjoni li qed tiġi mmappjata, u, fuq in-naħa l-oħra, kategoriji ta' klassifikazzjoni oħra magħmula mill-istess ECAI, fejn immappjar għal dawn l-aħħar kategoriji diġà ġie stabbilit skont dan ir-Regolament, kif deskritta fl-Artikolu 13;

(g)

kull informazzjoni rilevanti oħra li tista' tiddeskrivi l-grad ta' riskju espress minn kategorija tal-klassifikazzjoni.

Artikolu 8

Definizzjoni ta' inadempjenza użata mill-ECAI

It-tip ta' avvenimenti meqjusa mill-ECAI sabiex tistabbilixxi jekk element ikunx f'sitwazzjoni ta' inadempjenza għandu jitqabbel ma' dawk speċifikati fl-Artikolu 4(4) bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli. Fejn il-paragun ikun jindika li l-ECAI ma tkunx qieset dawn it-tipi kollha ta' avvenimenti ta' inadempjenza, il-fatturi kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu aġġustati skont dan.

Artikolu 9

L-orizzont ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni

L-orizzont ta' żmien meqjus mill-ECAI għall-assenjazzjoni ta' kategorija tal-klassifikazzjoni għandu jipprovdi indikazzjoni rilevanti ta' jekk il-livell tar-riskju ta' dik il-kategorija tal-klassifikazzjoni jkunx sostenibbli fuq l-orizzont ta' żmien speċifikat fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 10

Tifsira u pożizzjoni relattiva ta' kategorija tal-klassifikazzjoni

1.   It-tifsira tal-kategoriji ta' klassifikazzjoni stabbiliti mill-ECAI għandha tkun stabbilita skont il-karatteristiċi tal-kapaċità tal-impenji finanzjarji kif riflessi f'li l-elementi li jiġu assenjati għal din il-kategorija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jiġu onorati, u b'mod partikolari l-grad ta' sensittività tagħha għall-ambjent ekonomiku u l-grad ta' prossimità tagħha għas-sitwazzjoni ta' inadempjenza.

2.   It-tifsira ta' kategorija tal-klassifikazzjoni għandha titqabbel ma' dik stabbilita għal kull skaluna tal-kwalità kreditizja, kif deskritt fl-Artikolu 15.

3.   It-tifsira ta' kategorija tal-klassifikazzjoni għandha titqies flimkien mal-pożizzjoni relattiva tagħha fl-iskala ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-ECAI.

Artikolu 11

L-affidabbiltà kreditizja tal-elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni

1.   L-affidabbiltà kreditizja ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni għandha tiġi determinata billi jitqiesu mill-anqas id-daqs tagħhom u l-grad ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-attività tan-negozju tagħhom.

2.   Miżuri differenti ta' affidabbiltà kreditizja assenjati għal elementi tal-istess kategorija tal-klassifikazzjoni jistgħu jintużaw, sa fejn ikun xieraq, biex jikkumplimentaw l-informazzjoni pprovduta mill-fatturi kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 1 fejn dawn ikunu ta' min jorbot fuqhom u rilevanti għall-immappjar.

Artikolu 12

Stima mogħtija mill-ECAI tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien assoċjata mal-elementi kollha assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni

L-istima pprovduta mill-ECAI tar-rata tal-inadempjenza fuq medda twila ta' żmien assoċjata mal-elementi kollha assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni għandha titqies għall-finijiet tal-immappjar sakemm tkun ġiet iġġustifikata b'mod adegwat.

Artikolu 13

Immappjar intern ta' kategorija tal-klassifikazzjoni stabbilita mill-ECAI

L-iskaluna korrispondenti ta' kwalità kreditizja ta' kategoriji tal-klassifikazzjoni oħra magħmula mill-istess ECAI li għalihom ikun jeżisti mmappjar intern skont il-punt (f) tal-Artikolu 7 għandha tintuża bħala indikazzjoni rilevanti tal-livell ta' riskju tal-kategorija tal-klassifikazzjoni li tkun qed tiġi mmappjata.

KAPITOLU 3

Tqabbil u referenzi relatati

Artikolu 14

Punt ta' riferiment

Il-punt ta' riferiment imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jkun distint f'dawn li ġejjin:

(a)

rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien ta' referenza għal kull skaluna tal-kwalità kreditizja kif stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness I;

(b)

punt ta' riferiment tar-rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien għal kull skaluna tal-kwalità kreditizja kif stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness I.

Artikolu 15

Tifsira ta' referenza tal-kategorija tal-klassifikazzjoni għal kull skaluna tal-kwalità kreditizja

It-tifsira ta' referenza tal-kategorija tal-klassifikazzjoni li tikkorrispondi ma' kull skaluna tal-kwalità kreditizja hija stabbilita fl-Anness II.

TITOLU II

TABELLI TAL-IMMAPPJAR

Artikolu 16

Tabelli tal-immappjar

Il-korrispondenza tal-kategoriji ta' klassifikazzjoni ta' kull ECAI mal-iskaluni tal-kwalità kreditizja stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija dik stabbilita fl-Anness III.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Caude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2 tat-30 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f'repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 2, 6.1.2015, p. 24).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


ANNESS I

Parametri referenzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 14

Tabella 1

Parametru referenzjarju fit-tul

(perjodu ta' tliet snin)

Skala tal-Kwalità Kreditizja

Parametru referenzjarju fit-tul

Valur medju

Livell inferjuri

Livell superjuri

1

0,10 %

0,00 %

0,16 %

2

0,25 %

0,17 %

0,54 %

3

1,00 %

0,55 %

2,39 %

4

7,50 %

2,40 %

10,99 %

5

20,00 %

11,00 %

26,49 %

6

34,00 %

26,50 %

100,00 %


Tabella 2

Parametri referenzjarji fit-tul

(perjodu ta' tliet snin)

Skala tal-Kwalità Kreditizja

Parametri referenzjarji fil-qosor

Livell ta' monitoraġġ

Livell tal-iskattar

1

0,80 %

1,20 %

2

1,00 %

1,30 %

3

2,40 %

3,00 %

4

11,00 %

12,40 %

5

28,60 %

35,00 %

6

mhux applikabbli

mhux applikabbli


ANNESS II

It-tifsira ta' referenza tal-kategorija ta' klassifikazzjoni għal kull skala tal-kwalità kreditizja għall-iskopijiet tal-Artikolu 15

Skala tal-Kwalità Kreditizja

Tifsira tal-kategorija tal-klassifikazzjoni

1

L-entità kklassifikata għandha kapaċità estremanent qawwija/qawwija ħafna biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha u hija suġġetta għal riskju ta' kreditu minimu/baxx ħafna.

2

L-entità kklassifikata għandha kapaċità qawwija biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha u hija suġġetta għal riskju ta' kreditu baxx iżda hija kemxejn aktar suxxettibli għall-effetti kuntrarji ta' bidliet f'ċirkostanzi u kundizzjonijiet ekonomiċi milli huma l-entitajiet ikklassifikati fis-CQS 1.

3

L-entità kklassifikata għandha kapaċità adegwata biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha u hija suġġetta għal riskju ta' kreditu moderat.

Madankollu, kundizzjonijiet ekonomiċi kuntrarji jew tibdil fiċ-ċirkostanzi huma aktarx li aktar iwasslu għal kapaċità mdgħajjfa tal-entità kklassifikata sabiex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha.

4

L-entità kklassifikata għandha l-kapaċità biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha iżda hija suġġetta għal riskju ta' kreditu sostanzjali.

Hija tiffaċċja inċertezzi maġġuri kurrenti u espożizzjoni għal kundizzjonijiet kuntrarji ta' negozju, finanzi, jew kundizzjonijiet ekonomiċi, li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata tal-entità kklassifikata sabiex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha.

5

L-entità kklassifikata għandha l-kapaċità biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha iżda hija suġġetta għal riskju ta' kreditu għoli.

Kundizzjonijiet kuntrarji kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi x'aktarx li jxekklu l-kapaċità jew ir-rieda tal-entità kklassifikata biex tissoddisfa l-impenji finanzjarji tagħha.

6

L-entità kklassifikata hija preżentament vulnerabbli jew vulnerabbli ħafna u hija suġġetta għal riskju ta' kreditu għoli ħafna, inkluż fi jew qrib ħafna ta' inadempjenza.

Hija dipendenti fuq kundizzjonijiet favorevoli kummerċjali, finanzjarji u ekonomiċi biex tkun tista' tissoddisfa l-impenji finanzjarji tagħha.


ANNESS III

Tabelli tal-immappjar għall-finijiet tal-Artikolu 16

Skala tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

4

5

6

AM Best Europe-Rating Services Ltd.

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq l-emittenti fuq terminu twil

aaa, aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, rs

Skala ta' klassifikazzjoni ta' dejn fuq terminu twil

aaa, aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, d

Skala ta' klassifikazzjoni tas-saħħa finanzjarja

A++, A+

A, A-

B++, B+

B, B-

C++, C+

C, C-, D, E, F, S

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu qasir

AMB-1+

AMB-1-

AMB-2, AMB-3

AMB- 4

 

 

ARC Ratings S.A.

Skala ta' klassifikazzjoni dwar emittenti fuq terminu medju u terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni dwar ħruġ fuq terminu medju u terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni fuq emittenti fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjonijiet fuq ħruġ fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

ASSEKURATA Assekuranz Rating-Agentur GmbH

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC/C, D

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu qasir

A++

A

 

B, C, D

 

 

Axesor SA

Skala ta' klassifikazzjoni globali

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D, E

BCRA — Credit Rating Agency AD

Skala ta' klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

C, D

Skala ta' klassifikazzjoni għall-assigurazzjoni fuq terminu twil

iAAA, iAA

iA

iBBB

iBB

iB

iC, iD

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-muniċipalità fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-muniċipalità fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Banque de France

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu globali fuq l-emittenti fuq terminu twil

3++

3+, 3

4+

4, 5+

5, 6

7, 8, 9, P

Capital Intelligence Ltd

Skala ta' klassifikazzjoni internazzjonali dwar emittenti fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

C, RS, SD, D

Skala ta' klassifikazzjoni internazzjonali dwar ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni internazzjonali dwar emittenti fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni internazzjonali dwar ħruġ fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Cerved Rating Agency S.p.A.

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu twil

A1.1, A1.2, A1.3

A2.1, A2.2, A3.1

B1.1, B1.2

B2.1, B2.2

C1.1

C1.2, C2.1

Creditreform Ratings AG

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

C, D

CRIF S.p.A.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, D1, D2

Dagong Europe Credit Rating

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir

A-1

 

A-2, A-3

B, C, D

 

 

DBRS Ratings Limited

Skala tal-klassifikazzjoni tal-obbligi fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Karta kummerċjali u skala ta' klassifikazzjoni ta' dejn fuq terminu qasir

R-1 H, R-1 M

R-1 L

R-2, R-3

R-4, R-5, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-abilità ta' pagament ta' talbiet

IC-1

IC-2

IC-3

IC-4

IC-5

D

European Rating Agency, a.s.

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu twil

 

AAA, AA

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjonijiet fuq terminu qasir

 

S1

S2

S3, S4, NS

 

 

EuroRating Sp. z o.o.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Euler Hermes Rating GmbH

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, SD, D

FERI EuroRating Services AG

Skala tal-klassifikazzjoni EuroRating FERI

AAA, AA

A

 

BBB, BB

B

CCC, CC, D

Il-klassifikazzjonijiet ta' Fitch

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq l-emittenti fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, RD, D

Obbligi tal-finanzi korporattivi — Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil

AAA AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala ta' klassifikazzjoni IFS internazzjonali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu qasir

F1+

F1

F2, F3

B, C, RD, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni IFS fuq terminu qasir

F1+

F1

F2, F3

B, C

 

 

GBB-Rating Gesellschaft für Bonitätsbeurteilung GmbH

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

 

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

ICAP Group S.A

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

 

AA, A

BB, B

C, D

E, F

G, H

Japan Credit Rating Agency Ltd

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, LD, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni dwar l-emittent fuq terminu qasir

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, LD, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq ħruġ fuq terminu qasir

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, D

 

 

Kroll Bond Rating Agency

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir

K1+

K1

K2, K3

B, C, D

 

 

Moody' s Investors Service

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

Aaa, Aa

A

Baa

Ba

B

Caa, Ca, C

Skala ta' klassifikazzjoni ta' fondi ta' bonds

Aaa-bf, Aa-bf

A-bf

Baa-bf

Ba-bf

B-bf

Caa-bf, Ca-bf, C-bf

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir

P-1

P-2

P-3

NP

 

 

Standard & Poor's Ratings Services

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq l-emittenti fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, R, SD/D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tas-saħħa finanzjarja tal-assiguratur

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, SD/D, R

Skala tal-klassifikazzjoni ta' kwalità ta' kreditu tal-fond

AAAf, AAf

Af

BBBf

BBf

Bf

CCCf

Skala ta' klassifikazzjoni tal-Evalwazzjoni tas-Suq ta' Nofs it-Terminu

 

MM1

MM2

MM3, MM4

MM5, MM6

MM7, MM8, MMD

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq l-emittent fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, R, SD/D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq ħruġ fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Scope Ratings AG

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC,C, D

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir

S-1+

S-1

S-2

S-3, S-4

 

 

Spread Research

Skala ta' klassifikazzjoni dwar ħruġ internazzjonali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

The Economist Intelligence Unit Ltd

Skala ta' klassifikazzjoni sovrana

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D


12.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1800

tal-11 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u partikolarment l-Artikolu 109a(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 111(1)(n) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs — External Credit Assessment Institutions) ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu għall-finijiet tal-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza (l-“allokazzjoni”) trid tkun konsistenti mal-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni mill-ECAIs fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799 (3) jistabbilixxi l-metodoloġija tal-immappjar għall-użu ta' valutazzjonijiet tal-kreditu esterni mill-ECAIs fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikolari r-regoli dwar kif isiru l-valutazzjonijiet rilevanti tal-kreditu skont is-sitt klassijiet tal-mertu tal-kreditu stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

Għall-finijiet tal-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (4) jipprovdi li l-allokazzjoni hija suġġetta għal sistema ta' seba' klassijiet tal-mertu tal-kreditu b'kuntrast mas-sitt klassijiet tal-mertu tal-kreditu stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u użati fil-metodoloġija tal-immappjar għal istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji.

(4)

Sabiex tinkiseb il-konsistenza meħtieġa skont l-Artikolu 111(1)(n) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-allokazzjoni hija bbażata fuq il-metodoloġija tal-immappjar għal istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għal alterazzjoni, fejn adatt, waqt li jkun ikkunsidrat il-klassi addizzjonali stabbilita fis-sistema tal-mertu tal-kreditu rilevanti għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

(5)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi arranġament ta' allokazzjoni, li jikkunsidra l-fatturi kwantitattivi u kwalitattivi. Jeħtieġ li jiġi evitat li jkun ikkawżat żvantaġġ materjali mhux dovut fuq dawk l-ECAIs li, minħabba d-dħul aktar riċenti tagħhom fis-suq, għandhom informazzjoni kwantitattiva limitata, bl-għan li jkun ibbilanċjat it-tħassib prudenzjali ma' dak tas-suq. Għalhekk, fejn ma tantx hemm informazzjoni kwantitattiva, ir-rilevanza tal-fatturi kwantitattivi għad-derivazzjoni tal-immappjar għandha tkun imħaffa. Aġġornamenti għall-immappjar għandhom isiru kull meta dan isir meħtieġ biex tkun riflessal-informazzjoni kwantitattiva miġbura wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(6)

L-arranġamenti ta' allokazzjoni japplikaw għal valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAIs, li huma l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huma rreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew banek ċentrali li joħorġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma eżenti mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll għall-valutazzjonijiet tal-kreditu endorsjati minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ESAs — European Supervisory Authorities) (l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) lill-Kummissjoni.

(8)

Fid-29 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Kumitat Konġunt tal-ESA bl-intenzjoni tagħha li tendorsja l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni bl-emendi sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn approċċ prudenzjali solidu u l-ħtieġa li tkun evitata konċentrazzjoni ulterjurif'suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu diġà kkonċentrat ħafna dominat minn tliet ECAIs kbar b'sehem tas-suq kombinat ta' madwar 90 %. Fin-notifika tagħha, il-Kummissjoni enfasizzat b'mod partikolari l-ħtieġa li tkun evitata l-applikazzjoni awtomatika wara tliet snin ta' mmappjar aktar konservattiv għall-ECAIs kollha li ma jipproduċux klassifikazzjonijiet biżżejjed u irrispettivament mill-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tagħhom, peress li dan l-approċċ jirriskja li joħloq ostaklu regolatorju għad-dħul fis-suq u jfixkel il-pożizzjoni kompetittiva ta' ECAIs iżgħar/aktar ġodda sempliċiment minħabba li ma jipproduċux klassifikazzjonijiet daqs kumpaniji kbar stabbiliti. Fl-opinjoni formali tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016, il-Kumitat konġunt tal-ESMA kkonferma l-pożizzjoni inizjali tiegħu u ma reġax ippreżentat standards tekniċi ta' implimentazzjoni emendati b'mod konformi mal-emendi proposti tal-Kummissjoni.

(9)

Sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn approċċ prudenzjali solidu u l-kompetizzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandu jiġi emendat fir-rigward ta' dispożizzjonijiet li jistgħu jikkawżaw żvantaġġ materjali żejjed għall-ECAIs iżgħar/aktar ġodda minħabba d-dħul aktar riċenti tagħhom fis-suq, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' trattament aktar konservattivi f'każ ta' dejta limitata, id-dħul fis-seħħ awtomatiku ta' mmappjar ġdid mill-2019, id-dispożizzjoni li tikkonċerna r-rieżami tal-immappjar u tat-tabelli tal-immappjar applikabbli mill-2019.

(10)

L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għal skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu għandha tkun dik stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799 tas-7 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għar-riskju ta' kreditu skont l-Artikoli 136(1) u 136(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

L-allokazzjoni tal-valutazzjoni tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu fi skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu

Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

AM Best Europe-Rating Services Ltd.

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

aaa

aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, rs

Skala tal-klassifikazzjonijiet tad-dejn fuq terminu ta' żmien twil

aaa

aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, d

Skala tal-klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja

 

A++, A+

A, A-

B++, B+

B, B-

C++, C+

C, C-, D, E, F, S

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir

 

AMB-1+

AMB-1-

AMB-2, AMB-3

AMB- 4

 

 

ARC Ratings S.A.

Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien medju u twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien medju u twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

ASSEKURATA Assekuranz Rating-Agentur GmbH

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC/C, D

Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien qasir

 

A++

A

 

B, C, D

 

 

Axesor SA

Skala tal-klassifikazzjoni globali

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D, E

BCRA — Credit Rating Agency AD

Skala tal-klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-assigurazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

iAAA

iAA

iA

iBBB

iBB

iB

iC, iD

Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Banque de France

Skala globali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

 

3++

3+, 3

4+

4, 5+

5, 6

7, 8, 9, P

Capital Intelligence

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

C, RS, SD, D

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Cerved Rating Agency S.p.A.

Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien twil

A1.1

A1.2, A1.3

A2.1, A2.2, A3.1

B1.1, B1.2

B2.1, B2.2

C1.1

C1.2, C2.1

Creditreform Ratings AG

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

C, D

CRIF S.p.A.

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, D1, D2

Dagong Europe Credit Rating

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1

 

A-2, A-3

B, C, D

 

 

DBRS Ratings Limited

Skala tal-klassifikazzjoni tal-obbligi fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-karta kummerċjali u tad-dejn fuq perjodu ta' żmien qasir

 

R-1 H, R-1 M

R-1 L

R-2, R-3

R-4, R-5, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-abilità ta' pagament ta' pretensjonijiet

 

IC-1

IC-2

IC-3

IC-4

IC-5

D

European Rating Agency

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

 

 

AAA, AA, A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir

 

 

S1

S2

S3, S4, NS

 

 

EuroRating Sp. z o.o.

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Euler Hermes Rating

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, SD, D

Feri EuroRating Services AG

Skala tal-klassifikazzjoni ta' FERI EuroRating

AAA

AA

A

 

BBB, BB

B

CCC, CC, D

Fitch France S.A.S., Fitch Deutschland GmbH, Fitch Italia S.p.A., Fitch Polska S.A., Fitch Ratings España S.A.U., Fitch Ratings Limited UK, Fitch Ratings CIS Limited

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, RD, D

Obbligi korporattivi ta' finanzjament — Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir

 

F1+

F1

F2, F3

B, C, RD, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu ta' żmien qasir

 

F1+

F1

F2, F3

B, C

 

 

GBB-Rating Gesellschaft für Bonitätsbeurteilung GmbH

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

 

A, BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

ICAP Group S.A

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

 

 

AA, A

BB, B

C, D

E, F

G, H

Japan Credit Rating Agency Ltd

Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, LD, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir

 

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, LD, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, D

 

 

Kroll Bond Rating Agency

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien qasir

 

K1+

K1

K2, K3

B, C, D

 

 

Moody's Investors Service Cyprus Ltd, Moody's France S.A.S., Moody's Deutschland GmbH, Moody's Italia S.r.l., Moody's Investors Service España S.A., Moody's Investors Service Ltd

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

Aaa

Aa

A

Baa

Ba

B

Caa, Ca, C

Skala tal-klassifikazzjoni tal-fondi tal-bonds

Aaa-bf

Aa-bf

A-bf

Baa-bf

Ba-bf

B-bf

Caa-bf, Ca-bf, C-bf

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien qasir

 

P-1

P-2

P-3

NP

 

 

Standard & Poor's Credit Market Services France S.A.S., Standard & Poor's Credit Market Services Italy S.r.l., Standard & Poor's Credit Market Services Europe Limited

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, R, SD/D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja tal-assiguratur

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, SD/D, R

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-fondi

AAAf

AAf

Af

BBBf

BBf

Bf

CCCf

Skala tal-klassifikazzjoni għall-evalwazzjoni ta' nofs is-suq

 

 

MM1

MM2

MM3, MM4

MM5, MM6

MM7, MM8, MMD

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, R, SD/D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Scope Rating

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC,C, D

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien qasir

 

S-1+

S-1

S-2

S-3, S-4

 

 

Spread Research

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

The Economist Intelligence Unit Ltd

Skala gradwatorja tal-klassifikazzjoni sovrana

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D


12.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1801

tal-11 ta' Ottubru 2016

dwar l-iffissar tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għat-titolizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 270 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 270 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi l-ispeċifikazzjoni għall-istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs), tal-korrispondenza tal-valutazzjonijiet tal-kreditu rilevanti maħruġa minn ECAI skont il-passi tal-kwalità kreditizja stabbiliti fil-Kapitolu 5 ta' dak ir-Regolament (“immappjar”). L-ECAIs huma aġenziji li jiggradaw il-kreditu li jkunu rreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew bank ċentrali li joħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu li jkunu eżenti mill-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ċerti termini u kunċetti simili użati fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jkunu s-suġġett ta' konfużjoni. “Valutazzjoni tal-kreditu” huwa terminu użat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jirreferi kemm għat-“tikketti” tal-kategoriji differenti tal-gradazzjonijiet mill-ECAIs, u għall-assenjazzjoni ta' gradazzjoni ta' dan it-tip għal element partikolari. Madankollu, il-punti (h) u (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jiddistingwu b'mod ċar bejn iż-żewġ kunċetti bl-użu tat-termini “kategorija ta' gradazzjoni” u “gradazzjoni ta' kreditu”, rispettivament. Biex tiġi evitata l-konfużjoni u minħabba l-ħtieġa ta' referenza għal dawn iż-żewġ kunċetti partikolari separatament u minħabba l-komplementarjetà taż-żewġ Regolamenti, dawk it-termini jenħtieġ li japplikaw f'dan ir-Regolament fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

(3)

L-Artikolu 267 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti l-użu tal-gradazzjoni tal-kreditu biex jiġi ddeterminat il-fattur ta' ponderazzjoni tar-riskju ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni biss meta dik il-gradazzjoni tal-kreditu tkun inħarġet jew tkun ġiet endorsjata minn ECAI b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Barra minn hekk, il-punt (b) tal-Artikolu 268 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħmel l-użu ta' gradazzjoni tal-kreditu ta' ECAI kundizzjonali għall-pubblikazzjoni mill-ECAI tal-proċeduri, il-metodoloġiji, il-preżunzjonijiet u l-elementi ewlenin li jirfdu l-valutazzjoni, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Barra minn hekk, l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistipula li l-kategoriji tal-gradazzjoni li jiġu attribwiti lil prodotti finanzjarji strutturati huma differenzjati b'mod ċar mill-kategoriji ta' gradazzjoni użati għal kwalunkwe entità oħra. Għalhekk, huwa xieraq li tkun speċifikata biss il-korrispondenza tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs għall-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti fil-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal dawk il-kategoriji ta' gradazzjoni għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet kollha.

(4)

L-immappjar tal-gradazzjonijiet tal-kreditu għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jenħtieġ li jikkunsidra l-fatturi kwantitattivi bħall-inadempjenza u r-rati ta' telf u l-prestazzjoni storika tal-gradazzjoni tal-kreditu, kif ukoll il-fattur kwalitattiv bħall-firxa tat-tranżazzjonijiet, il-metodoloġiji u t-tifsira tal-kategoriji tal-gradazzjoni. Madankollu, ta' min jinnota li l-gradazzjonijiet tal-kreditu tat-titolizzazzjoni japplikaw għal firxa wiesgħa ta' tranżazzjonijiet, li storikament kellhom prestazzjonijiet materjalment eteroġenji matul il-kriżi finanzjarja tal-2007-2009. Barra minn hekk, minħabba l-kriżi, kemm il-metodoloġiji tal-ECAIs u kemm l-approċċ regolatorju tal-Unjoni għat-titolizzazzjoni qed jgħaddu minn bidliet u l-qafas tat-titolizzazzjoni huwa wkoll l-oġġett ta' diskussjonijiet fil-livell internazzjonali. Sabiex dawn l-iżviluppi jiġu kkunsidrati fil-qafas regolatorju u l-prestazzjoni eteroġenja tal-gradazzjonijiet tal-kreditu tat-titolizzazzjoni u biex jiġi evitat ix-xkiel lis-suq tat-titolizzazzjoni, hemm bżonn li jiġu enfasizzati l-aspetti kwalitattivi tal-analiżi tad-dejta kwantitattiva disponibbli.

(5)

Fil-kuntest ta' analiżi kwalitattiva, sabiex tkun żgurata determinazzjoni oġġettiva u konsistenti tal-immappjar, u bil-ħsieb li tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel għas-suq, hemm bżonn li wieħed joqgħod fuq l-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu għall-iskali tal-kwalità tal-kreditu li nħarġu fl-2006 fuq il-bażi tal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dak l-immappjar applikat għall-ECAIs li joħorġu l-gradazzjonijiet tat-titolizzazzjoni f'dak il-mument ma kinux ibbażati biss fuq metodoloġija ta' mmappjar kwantitattiv imma wkoll fuq evidenza storika relatata mal-prestazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu qabel il-kriżi finanzjarja. Dak l-immappjar kien imfassal biex jiżgura oġġettività u konsistenza kumplessivi fost il-gradi relattivi tar-riskji espressi mill-gradi differenti użati fil-gradazzjoni biex jiġu assenjati gradazzjonijiet tal-kreditu mill-ECAIs li joperaw f'dak il-mument fis-suq tat-titolizzazzjoni.

(6)

ECAIs ġodda li daħlu fis-suq tat-titolizzazzjoni wara l-iżvilupp tal-immappjar fl-2006 fuq il-bażi tal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2006/48/KE ma assenjawx għadd suffiċjenti ta' gradazzjonijiet biex il-prestazzjoni storika ta' dawk il-gradazzjonijiet tiġi vvalutata b'fiduċja statistika. Madankollu, hemm bżonn li jiġi estiż l-immappjar tal-valutazzjoni tal-kreditu mal-iskali tal-kwalità kreditizja li jkunu assenjati lil ECAIs li ilhom stabbiliti lil ECAIs ġodda, sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn l-iżvilupp ta' mmappjar prudenti għall-ECAIs kollha u l-evitar tal-ikkawżar ta' żvantaġġi kompetittivi sostanzjali.

(7)

Peress li japplikaw skali tal-kwalità kreditizja separati għall-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat għat-titolizzazzjoni skont l-Artikolu 251 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li huma differenti minn dawk li japplikaw għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni skont il-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 261 ta' dak ir-Regolament, jinħtieġ li jkun ipprovdut immappjar separat għall-Approċċ Standardizzat u għall-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet.

(8)

Kemm l-Artikolu 251 u kemm l-Artikolu 261 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinkludu referenzi għall-iskali tal-kwalità kreditizja għall-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni. Minħabba f'hekk, il-qafas tat-titolizzazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikopri wkoll il-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni. Għalhekk l-immappjar jenħtieġ li jkopri l-gradazzjonijiet tal-kreditu assenjati lill-pożizzjoni kemm ta' titolizzazzjoni u kemm ta' rititolizzazzjoni.

(9)

Wara t-tlestija tar-riformi regolatorji li għaddejjin bħalissa relatati mar-rekwiżiti ta' kapital applikabbli għat-titolizzazzjonijiet, u bl-għan li tiġi kkunsidrata evidenza storika ġdida li tkopri storja tad-dejta post-kriżi twila, l-immappjar jinħtieġ li jiġi aġġornat fejn l-informazzjoni disponibbli tista' tikkontribwixxi għal tfassil imtejjeb ta' metodoloġija ta' mmappjar kwantitattiv kompletament konsistenti u oġġettiva, konformi mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 270 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u b'kunsiderazzjoni dejjem tiżdied ta' evidenza kwantitattiva.

(10)

Minħabba l-enfasi fuq l-aspetti kwalitattivi tal-analiżi tal-prestazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu, hemm bżonn li d-dejta rrappurtata tkun immonitorizzata regolarment biex ikun ikkunsidrat il-mertu ta' reviżjoni tal-immappjar assenjat, fejn tkun osservata l-inadempjenza tal-pożizzjonijiet osservati, u jkun ikkunsidrat l-emendar tad-determinazzjoni tal-immappjar, kif xieraq, b'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 270 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(11)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) lill-Kummissjoni.

(12)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit b'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tabelli ta' mmappjar skont l-Approċċ Standardizzat

Il-korrispondenza tal-kategoriji tal-gradazzjoni ta' kull ECAI għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni suġġetti għall-Approċċ Standardizzat bl-iskali tal-kwalità kreditizja skont l-Approċċ Standardizzat stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Artikolu 251 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija dik stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Tabelli ta' mmappjar skont il-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet

Il-korrispondenza tal-kategoriji tal-gradazzjoni ta' kull ECAI għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni suġġetti għall-approċċ IRB bl-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Artikolu 261(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija dik stabbilita fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

Tabella ta' mmappjar skont l-Approċċ Standardizzat kif imsemmi fl-Artikolu 1

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

L-oħrajn kollha

ARC Ratings S.A.

Emissjonijiet fuq Terminu Medju u Twil

Minn AAASF sa AA-SF

Minn A+SF sa A-SF

Minn BBB+SF sa BBB-SF

Minn BB+SF sa BB-SF

Taħt BB-SF

Emissjonijiet fuq Terminu Qasir

A-1+SF, A-1SF

A-2SF

A-3SF

 

Taħt A-3SF

Axesor SA

Skala tal-klassifikazzjoni ta' finanzjamenti strutturati

Minn AAA(sf) sa AA-(sf)

Minn A+(sf) sa A-(sf)

Minn BBB+(sf) sa BBB-(sf)

Minn BB+(sf) sa BB-(sf)

Taħt BB-(sf)

Credit reform Ratings AG

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil

AAA sf, AA- sf

Minn A+ sf sa A- sf

Minn BBB+ sf sa BBB- sf

Minn BB+ sf sa BB- sf

Taħt BB- sf

DBRS Ratings Limited

Skala ta' klassifikazzjoni ta' obbligi ta' terminu twil

Minn AAA (sf) sa AA (low) (sf)

Minn A (high) (sf) sa A (low) (sf)

Minn BBB (high) (sf) sa BBB (low) (sf)

Minn BB (high) (sf) sa BB (low) (sf)

Taħt BB (low) (sf)

Skala ta' klassifikazzjoni ta' dejn għal karta kummerċjali u dejn b'terminu qasir

Minn R-1 (high) (sf) sa R-1 (low) (sf)

Minn R-2 (high) (sf) sa R-2 (low) (sf)

R-3 (sf)

 

Taħt R-3 (sf)

FERI EuroRating Services AG

Skala ta' klassifikazzjoni

Minn AAAsf sa AA-sf

Minn A+sf sa A-sf

Minn BBB+sf sa BBB-sf

Minn BB+sf sa BB-sf

Taħt BB-sf

Fitch Ratings

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu twil

Minn AAAsf sa AA-sf

Minn A+sf sa A-sf

Minn BBB+sf sa BBB-sf

Minn BB+sf sa BB-sf

Taħt BB-sf

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir

F1+sf, F1sf

F2sf

F3sf

 

Taħt F3sf

Japan Credit Rating Agency Ltd

Skala ta' klassifikazzjoni ta' emittent ta' terminu twil

Minn AAA sa AA-

Minn A+ sa A-

Minn BBB+ sa BBB-

Minn BB + sa BB-

Taħt BB-

Skala ta' klassifikazzjoni ta' emittent ta' terminu qasir

J-1+, J-1

J-2

J-3

 

Taħt J-3

Kroll Bond Rating Agency

Kreditu ta' Terminu Twil

Minn AAA (sf) sa AA- (sf)

Minn A+ (sf) sa A- (sf)

Minn BBB+ (sf) sa BBB- (sf)

Minn BB+ (sf) sa BB- (sf)

Taħt BB- (sf)

Kreditu ta' Terminu Qasir

K1+ (sf), K1 (sf)

K2 (sf)

K3 (sf)

 

Taħt K3 (sf)

Moody's Investors Service

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil globali

Minn Aaa(sf) sa Aa3(sf)

Minn A1(sf) sa A3(sf)

Minn Baa1(sf) sa Baa3(sf)

Minn Ba1(sf) sa Ba3(sf)

Taħt Ba3(sf)

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir globali

P-1(sf)

P-2(sf)

P-3(sf)

 

NP(sf)

Standard & Poor's Ratings Services

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu twil

Minn AAA (sf) sa AA- (sf)

Minn A+ (sf) sa A- (sf)

Minn BBB+ (sf) sa BBB- (sf)

Minn BB+ (sf) sa BB- (sf)

Taħt BB- (sf)

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu qasir

A-1+ (sf), A-1 (sf)

A-2 (sf)

A-3 (sf)

 

Taħt A-3 (sf)

Scope Rating AG

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil globali

Minn AAASF sa AA-SF

Minn A+SF sa A-SF

Minn BBB+SF sa BBB-SF

Minn BB+SF sa BB-SF

Taħt BB-SF

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir globali

S-1+SF, S-1SF

S-2SF

S-3SF

 

S-4SF


ANNESS II

Tabella ta' mmappjar skont il-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 2

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

L-oħrajn kollha

ARC Ratings S.A.

Emissjonijiet fuq Terminu Medju u Twil

AAASF

Minn AA+SF sa AA-SF

A+SF

ASF

A-SF

BBB+SF

BBBSF

BBB-SF

BB+SF

BBSF

BB-SF

Taħt BB-SF

Emissjonijiet fuq Terminu Qasir

A-1+SF, A-1SF

A-2SF

A-3SF

 

 

 

 

 

 

 

 

Taħt A-3SF

Axesor SA

Skala tal-klassifikazzjoni ta' finanzjamenti strutturati

AAA(sf)

Minn AA+(sf) sa AA-(sf)

A+(sf)

A(sf)

A-(sf)

BBB+(sf)

BBB(sf)

BBB-(sf)

BB+(sf)

BB(sf)

BB-(sf)

Taħt BB-(sf)

Credit reform Ratings AG

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil

AAA sf

Minn AA+sf sa AA- sf

A+ sf

A sf

A- sf

BBB+ sf

BBB sf

BBB- sf

BB+ sf

BB sf

BB- sf

Taħt BB- sf

DBRS Ratings Limited

Skala ta' klassifikazzjoni ta' obbligi ta' terminu twil

AAA (sf)

Minn AA (high) (sf) sa AA (low) (sf)

A (high) (sf)

A (sf)

A (low) (sf)

BBB (high) (sf)

BBB (sf)

BBB (low) (sf)

BB (high) (sf)

BB (sf)

BB (low) (sf)

Taħt BB (low) (sf)

Skala ta' klassifikazzjoni ta' dejn għal karta kummerċjali u dejn b'terminu qasir

Minn R-1 (high) (sf) sa R-1 (low) (sf)

Minn R-2 (high) (sf) sa R-2 (low) (sf)

R-3 (sf)

 

 

 

 

 

 

 

 

Taħt R-3 (sf)

FERI EuroRating Services AG

Skala ta' klassifikazzjoni

AAAsf

Minn AA+sf sa AA-sf

A+sf

Asf

A-sf

BBB+sf

BBBsf

BBB-sf

BB+sf

BBsf

BB-sf

Taħt BB-sf

Fitch Ratings

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu twil

AAAsf

Minn AA+sf sa AA-sf

A+sf

Asf

A-sf

BBB+sf

BBBsf

BBB-sf

BB+sf

BBsf

BB-sf

Taħt BB-sf

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir

F1+sf, F1sf

F2sf

F3sf

 

 

 

 

 

 

 

 

Taħt Bsf

Japan Credit Rating Agency Ltd

Skala ta' klassifikazzjoni ta' emittent ta' terminu twil

AAA

Minn AA+ sa AA-

A+

A

A-

BBB+

BBB

BBB-

BB+

BB

BB-

Taħt BB-

Skala ta' klassifikazzjoni ta' emittent ta' terminu qasir

J-1+, J-1

J-2

J-3

 

 

 

 

 

 

 

 

Taħt J-3

Kroll Bond Rating Agency

Kreditu ta' Terminu Twil

AAA (sf)

Minn AA+ (sf) sa AA- (sf)

A+ (sf)

A (sf)

A- (sf)

BBB+ (sf)

BBB (sf)

BBB- (sf)

BB+ (sf)

BB (sf)

BB- (sf)

Taħt BB- (sf)

Kreditu ta' Terminu Qasir

K1+ (sf), K1 (sf)

K2 (sf)

K3 (sf)

 

 

 

 

 

 

 

 

Taħt K3 (sf)

Moody's Investors Service

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil globali

Aaa(sf)

Minn Aa1(sf) sa Aa3(sf)

A1(sf)

A2(sf)

A3(sf)

Baa1(sf)

Baa2(sf)

Baa3(sf)

Ba1(sf)

Ba2(sf)

Ba3(sf)

Taħt Ba3(sf)

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir globali

P-1(sf)

P-2(sf)

P-3(sf)

 

 

 

 

 

 

 

 

NP(sf)

Standard & Poor's Ratings Services

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu twil

AAA (sf)

Minn AA+ (sf) sa AA- (sf)

A+ (sf)

A (sf)

A- (sf)

BBB+ (sf)

BBB (sf)

BBB- (sf)

BB+ (sf)

BB (sf)

BB- (sf)

Taħt BB- (sf)

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu qasir

A-1+ (sf), A-1 (sf)

A-2 (sf)

A-3 (sf)

 

 

 

 

 

 

 

 

Taħt A-3 (sf)

Scope Rating AG

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil globali

AAASF

Minn AA+SF sa AA-SF

A+SF

ASF

A-SF

BBB+SF

BBBSF

BBB-SF

BB+SF

BBSF

BB-SF

Taħt BB-SF

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir globali

S-1+SF, S-1SF

S-2SF

S-3SF

 

 

 

 

 

 

 

 

S-4SF


12.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/34


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1802

tal-11 ta' Ottubru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti bijoċidali li huma konformi mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) huwa neċessarju li jiġi ċċarat li prodott individwali kopert b'awtorizzazzjoni ta' familja ta' prodotti bijoċidali huwa eliġibbli wkoll bħala prodott ta' referenza bil-ħsieb li tinkiseb awtorizzazzjoni tal-istess prodott.

(2)

Ir-referenzi għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni issa ma għadhomx jintużaw, peress li mindu ġiet revokata d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) din il-proċedura ma għadhiex tapplika u, għaldaqsant, dawn ir-referenzi għandhom jitħassru.

(3)

Biex jirrispondi għall-bżonnijiet tal-operaturi ekonomiċi, b'mod speċjali l-intrapriżi żgħar u medji, l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013 għandu jipprevedi l-possibiltà li ssir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni nazzjonali tal-istess prodotti f'każijiet fejn il-prodott ta' referenza korrispondenti jkun ġie awtorizzat mill-awtorizazzjoni tal-Unjoni jew ikun is-suġġett ta' applikazzjoni għal awtorizazzjoni bħal din.

(4)

Huwa neċessarju li tiġi identifikata b'mod ċar u li tiġi speċifikata l-proċedura tas-sottomisjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-istess prodott u għall-aċċettazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet fejn il-prodott ta' referenza relatat ikun ġie awtorizzat taħt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni simplifikata stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew ikun suġġett ta' applikazzjoni għal awtorizazzjoni bħal din.

(5)

Sabiex ikun hemm aktar prevedibbiltà, għandhom jiġu żviluppati linji gwida mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) dwar id-dettalji relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet koperti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013; dawn il-linji gwida għandhom dejjem jiġu aġġornati abbażi tal-esperjenza u tal-progress xjentifiku jew tekniku.

(6)

Sabiex it-test ikun aktar ċar u mhux ambigwu, il-kliem tal-Artikoli 5 u 6 għandu jiġi emendat.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċedura applikabbli meta tintalab awtorizzazzjoni għal prodott (‘l-istess prodott’) li jkun identiku għal prodott bijoċidali uniku ieħor, għal familja ta' prodotti bijoċidali oħra, jew għal prodott individwali ieħor ta' familja ta' prodotti bijoċidali li jkun ġie awtorizzat jew irreġistrat skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) jew ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, jew li tkun tressqet applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni għalih (il-“prodott ta' referenza relatat”), fir-rigward tal-informazzjoni riċenti kollha sottomessa b'rabta mal-awtorizzazzjoni jew mar-reġistrazzjoni, għajr fir-rigward ta' informazzjoni li tista' tkun is-suġġett ta' bidla amministrattiva skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (*2).

(*1)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta' April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).” "

(2)

Fl-Artikolu 3, jidħol il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Fejn il-prodott ta' referenza korrispondenti jkun ġie awtorizzat minn awtorizzazzjoni tal-Unjoni jew huwa s-suġġett ta' applikazzjoni għat-tali awtorizzazzjoni, l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-istess prodott (ta' prodott li jkun l-istess għandhom jiġu sottomessi f'konformità mal-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun qed tintalab l-awtorizzazzjoni nazzjonali.”.

(3)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikolu 4a u l-Artikolu 4b li ġejjin:

“Artikolu 4a

Sottomissjoni u aċċettazzjoni ta' applikazzjonijiet taħt il-proċedura simplifikata

1.   Fejn il-prodott ta' referenza korrispondenti jkun ġie awtorizzat f'konformità mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew huwa s-suġġett ta' applikazzjoni għat-tali awtorizzazzjoni, applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' prodott li jkun l-istess għandhom jiġu sottomessi skont l-Artikolu 26(1) ta' dak ir-Regolament lill-awtorità kompetenti li tkun tat jew li tkun qed tintalab tagħti l-awtorizzazzjoni nazzjonali tal-prodott ta' referenza relatat.

2.   L-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Artikolu 4b

Gwida dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-istess prodotti.

1.   Wara li tikkonsulta mal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u mal-partijiet interessati, l-Aġenzija għandha tfassal il-linji gwida dwar id-dettalji relatati mal-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

2.   Fejn neċessarju, dawk il-linji gwida għandhom jiġu aġġornati b'mod regolari, filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll dwar il-progress xjentifiku u tekniku.”.

(4)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Evalwazzjoni u deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni nazzjonali

B'deroga mill-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti li tirċievi għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' prodott li jkun l-istess f'konformità mal-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament fi żmien 60 jum mill-validazzjoni tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 3 jew, fejn ikun applikabbli, mid-data sussegwenti tal-adozzjoni ta' meta tiġi adottata d-deċiżjoni korrispondenti dwar il-prodott ta' referenza korrispondenti.”.

(5)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Jekk l-Aġenzija tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali, l-opinjoni għandha tinkludi tal-anqas iż-żewġ elementi li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ġewx issodisfati, u abbozz ta' sommarju tal-karatteristiki tal-prodotti bijoċidali, kif imsemmija fl-Artikolu 22(2) ta' dak ir-Regolament;

(b)

fejn rilevanti, id-dettalji ta' kwalunkwe patti u kundizzjonijiet li għandhom jiġu imposti fuq it-tqegħid fis-suq jew fuq l-użu tal-istess prodott.”.

(6)

Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

“Artikolu 6a

Evalwazzjoni u deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet taħt il-proċedura simplifikata

1.   B'deroga mill-Artikolu 26(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti li tirċievi għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' prodott li jkun l-istess, u dan f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament fi żmien 60 jum mill-aċċetazzjoni tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 4a(2) ta' dan ir-Regolament jew, fejn ikun applikabbli, mid-data sussegwenti meta tiġi adottata d-deċiżjoni korrispondenti dwar il-prodott ta' referenza relatat.

2.   L-evalwazzjoni għandha tinkludi verifika li l-informazzjoni indikata fl-Artikolu 2 tkun tressqet u li d-differenzi proposti bejn il-prodott li huwa l-istess u l-prodott ta' referenza relatat jikkonċernaw sempliċiment informazzjoni li tista' tkun is-suġġett ta' bidla amministrattiva f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013.

3.   Fejn il-prodott awtorizzat permezz ta' din il-proċedura huwa intenzjonat li jkun disponibbli fis-swieq ta' Stati Membri oħra, għandu japplika l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta' Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


12.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1803

tal-11 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

173,9

ZZ

173,9

0707 00 05

TR

132,0

ZZ

132,0

0709 93 10

TR

131,1

ZZ

131,1

0805 50 10

AR

92,8

CL

103,2

TR

104,3

UY

51,2

ZA

104,2

ZZ

91,1

0806 10 10

BR

285,5

EG

206,9

TR

146,1

US

210,1

ZZ

212,2

0808 10 80

AR

100,0

BR

100,2

CL

154,6

NZ

142,5

US

141,5

ZA

112,9

ZZ

125,3

0808 30 90

CN

101,3

TR

134,9

ZZ

118,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/39


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1804

tal-10 ta' Ottubru 2016

dwar ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 34 u 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

(notifikata bid-dokument C(2016) 6351)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(6) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat ta' Konsultazzjoni għall-Kuntratti Pubbliċi

Billi:

(1)

Minħabba l-iskadenzi stabbiliti għat-twettiq tal-proċedura skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE, jeħtiġ li jiġi stipulat li t-talbiet rigward l-applikabilità tal-Artikolu 34 tagħha jridu jinkludu tagħrif utli u rilevanti għall-evalwazzjoni tat-talba. Għal dan il-għan għandha tiġi stabbilita lista tat-tagħrif li għandu jiġi inkluż f'dawn it-talbiet kif ukoll proċeduri oħra prattiċi rigward dawn it-talbiet.

(2)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u għal finijiet ta' trasparenza, notifiki tal-wasla jew irtirar ta' talbiet dwar l-applikabilità tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, notifiki ta' estensjoni jew sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-atti ta' implimentazzjoni dwar tali talbiet u notifiki ta' applikabbiltà tal-Artikolu 34 fejn ma ġie adottat ebda att ta' implimentazzjoni fi ħdan l-iskadenza għandhom jiġu ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li jiġi stipulat ukoll it-tagħrif li għandu jingħata f'dawn in-notifiki.

(3)

Fir-rigward, b'mod partikolari, tal-informazzjoni li għandha tiġi mitluba u l-formulazzjoni tan-notifiki, din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/15/KE (2), li stabbilixxiet regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), peress li l-kundizzjonijiet materjali għall-eżenzjoni ta' attività mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE huma sostanzjalment l-istess bħal dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE.

(4)

Ta' min iffakkar li l-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista' titwettaq fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-kompetizzjoni.

(5)

Din id-Deċiżjoni għandha tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2005/15/KE li ġiet adottata abbażi tad-Direttiva 2004/17/KE. Għalhekk id-Deċiżjoni 2005/15/KE għandha titħassar.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   It-talbiet dwar l-applikabilità tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE mressqa skont l-Artikolu 35 ta' dik id-Direttiva (“it-talbiet dwar l-applikabilità tal-Artikolu 34”) għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. Għandhom isegwu l-istruttura tal-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Fejn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata tkun adottat pożizzjoni raġunata u sostanzjata kif imsemmi fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE, dik il-pożizzjoni għandha takkumpanja t-talba.

3.   Għajr fiċ-ċirkustanzi partikolari msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 40(1) u meta l-użu ġeneralizzat ta' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni jkun ġie postpost skont l-Artikolu 106(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, it-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu trażmessi b'mezzi elettroniċi fl-indirizz tal-posta elettronika indikat għal dan l-iskop fuq is-sit web tal-Kummissjoni u jiġu kkomunikati lill-Istati Membri.

4.   Meta talba kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew pożizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 tiġi trażmessa permezz ta' mezzi oħra għajr mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni skont l-Artikolu 40(1) jew l-Artikolu 106(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, dawn għandhom jintbagħtu fi tliet kopji bil-posta jew b'mezz ta' ġarr adatt ieħor fl-indirizz tal-Kummissjoni ppubblikat fuq is-sit web tagħha u jiġu kkomunikati lill-Istati Membri.

Artikolu 2

1.   Meta l-Kummissjoni tirċievi talba rigward l-applikabilità tal-Artikolu 34 u l-aċċess għas-suq jitqies li m'għandux jiġi ristrett skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE, għandha tippubblika avviż li jinkludi t-tagħrif stabbilit fil-Parti A tal-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Meta l-Kummissjoni tirċievi talba rigward l-applikabilità tal-Artikolu 34 u ma jistax jiġi preżunt l-aċċess liberu għas-suq skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE, għandha tippubblika avviż li jinkludi t-tagħrif stabbilit fil-Parti B tal-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Meta l-perjodu għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE jiġi estiż skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż li jinkludi t-tagħrif stipulat fil-Parti A tal-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

3.   Meta l-perjodu għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE jiġi sospiż skont il-paragrafu 2 tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż li jinkludi t-tagħrif stipulat fil-Parti B tal-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż li jinkludi t-tagħrif stabbilit fil-Parti C tal-Anness III ta' din id-Deċiżjoni meta s-sospensjoni tintemm.

4.   Meta t-talba fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tiġi rtirata mill-applikant, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż li jinkludi t-tagħrif stabbilit fil-Parti D tal-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

5.   Meta kuntratti maħsuba biex permezz tagħhom isseħħ attività partikolari u tfassal kompetizzjonijiet organizzati għat-twettiq ta' attività bħal din ma jibqgħux suġġetti għad-Direttiva 2014/25/UE minħabba li l-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att ta' implimentazzjoni fil-perjodu previst fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika li tinkludi t-tagħrif imniżżel fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

6.   It-tagħrif previst fin-notifiki stabbiliti fl-Annessi II, III u IV jista' jiġi mibdul u jsiru żidiet fih kif xieraq, pereżempju fejn talba ppreżentata qabel tiġi modifikat b'mod sostanzjali skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2014/25/UE.

7.   In-notifiki stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2005/15/KE titħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/15/KE tas-7 ta' Jannar 2005 rigward il-modalitajiet ta' applikazzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-setturi tas-servizzi postali (ĠU L 7, 11.1.2005, p. 7).

(3)  Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS I

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FIT-TALBIET RIGWARD L-APPLIKABILITÀ TAL-ARTIKOLU 34 TAD-DIRETTIVA 2014/25/UE

1.   Sezzjoni 1 — Identità u status tal-applikant

L-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li t-talbiet dwar l-applikabilità tal-Artikolu 34 iridu jsiru mill-Istati Membri jew, jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru konċernat tippermetti, mill-entitajiet kontraenti. Skont il-każ, il-terminu “l-applikant” għalhekk jista' jirreferi kemm għall-Istat Membru kif ukoll għall-entitajiet kontraenti. Jintuża biss bil-għan li t-test jiġi ssemplifikat.

1.1.   Isem u indirizz sħiħ tal-applikant:

Fil-każ fejn l-attività koperta minn din it-talba titwettaq minn impriżi affiljati (1) mal-applikant, it-terminu “applikant” jinftiehem kemm bħala l-entità msemmija fil-punt 1.1 kif ukoll bħala l-impriżi affiljati kkonċernati. Għalhekk, b'mod partikolari għas-sezzjonijiet 5 u 6 ta' hawn taħt, ikun meħtieġ li l-“applikant” jipprovdi l-informazzjoni mitluba skont din id-definizzjoni.

1.2.   Status tal-applikant: awtorità kontraenti (2), impriża pubblika (3) jew impriża privata?

1.3.   Għall-awtoritajiet kontraenti: it-talba qed ssir għal u f'isem l-Istat Membru tagħkom?

Jekk iva, jekk jogħġbok ehmeż l-informazzjoni prevista għal kull punt tas-sezzjonijiet minn 2 sa 6. B'mod partikolari fis-sezzjonijiet 5 u 6, jekk jogħġbok ehmeż l-informazzjoni mitluba għal kull waħda mill-entitajiet li jwettqu l-attività msemmija f'din it-talba. Madankollu, jekk ikun hemm għadd kbir ta' entitajiet bħal dawn, l-informazzjoni tista' tiġi limitata għal dawk l-entitajiet li jkopru mill-anqas 10 % tas-suq ġeografiku kkonċernat (4). Jekk xi informazzjoni tkun tixxiebaħ jew tkun l-istess għal aktar minn entità waħda, din tista' tinġabar flimkien, basta jiġi speċifikat.

1.4.   Għall-awtoritjiet kontraenti (l-awtoritajiet kontraenti, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fid-Direttiva 2014/25/UE (5)): Jekk jogħġbok għid biċ-ċar liema parti tal-liġi nazzjonali tipprevedi li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħmlu t-talba skont l-Artikolu 35.

2.   Sezzjoni 2 — Deskrizzjoni tal-attività koperta minn din it-talba

2.1.   Iddeskrivi l-attività li għaliha, fl-opinjoni tiegħek, (6) japplikaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 34(1). L-attività kkonċernata tista' tagħmel parti minn settur (7) ikbar jew tiġi eżerċitata biss f'ċerti partijiet tal-Istat Membru kkonċernat.

2.2.   Fejn dan huwa differenti mit-territorju nazzjonali fis-sħiħ tiegħu, indika ż-żona li fiha titwettaq l-attività koperta minn din it-talba. Semmi biss iż-żona li fiha taħseb li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 34(1) huma sodisfatti.

3.   Sezzjoni 3 — Is-suq rilevanti

Suq tal-prodotti rilevanti jinvolvi dawk il-prodotti u/jew servizzi kollha li jitqiesu bħala interskambjabbli jew sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-prezzijiet tagħhom u l-użu maħsub tagħhom (8).

Il-fatturi li ġejjin huma normalment ikkunsidrati rilevanti biex ikun determinat is-suq tal-prodott rilevanti u għandhom jitqiesu fl-analiżi (9):

l-elastiċitajiet proprji u ta' bejn prezz u ieħor tad-domanda tal-prodotti u/jew tas-servizzi rilevanti,

kwalunkwe differenza fl-użu aħħari li jsir mill-prodotti,

id-differenza fil-prezz bejn żewġ prodotti,

l-ispiża meta wieħed jaqleb minn prodott għal ieħor jekk dawn ikunu żewġ prodotti li potenzjalment jikkompetu,

il-preferenzi stabbiliti jew intrinsiċi tal-konsumaturi għal tip jew kategorija partikolari ta' prodott,

il-klassifikazzjoni tal-prodotti (klassifikazzjonijiet tal-korpi kummerċjali, eċċ).

Is-suq ġeografiku rilevanti jinkludi ż-żona fejn l-entitajiet ikkonċernati jkunu involuti fil-provvista u d-domanda ta' prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma omoġenji biżżejjed u li jistgħu jkunu distinti minn żoni ġirien minħabba li, b'mod partikolari, il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma differenti b'mod sinifikanti f'dawk iż-żoni (10).

Fost il-fatturi rilevanti għall-valutazzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti hemm (11):

in-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati,

l-eżistenza tal-ostakoli għad-dħul,

il-preferenzi tal-konsumaturi,

id-differenzi kbar fis-sehem mis-suq jew id-differenzi kbar fil-prezzijiet bejn it-territorji ġirien,

l-ispejjeż tat-trasport.

3.1.   Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, jekk jogħġbok spjega d-definizzjoni tas-suq jew swieq tal-prodotti rilevanti li, fl-opinjoni tiegħek, għandha tkun il-bażi tal-analiżi tal-Kummissjoni.

Fir-risposta tiegħek, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għas-suppożizzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħek, mirfuda b'evidenza (12) empirika xierqa, u spjega kif ikkunsidrajt il-fatturi deskritti fil-qosor hawn fuq. Jekk jogħġbok, indika b'mod partikolari l-prodotti jew is-servizzi speċifiċi milquta direttament jew indirettament minn din it-talba u identifika l-kategoriji ta' prodotti meqjusa bħala li jistgħu jiġu sostitwiti fid-definizzjoni tas-suq tiegħek.

Fid-domandi li ġejjin, din (jew dawn) id-definizzjoni/jiet tissemma/jissemmew bħala “is-suq/swieq tal-prodotti rilevanti”.

3.2.   Jekk jogħġbok spjega d-definizzjoni mogħtija għas-suq/swieq ġeografiku/ċi rilevanti li fuqha l-Kummissjoni għandha, fl-opinjoni tiegħek, tibbaża l-analiżi tagħha. Fir-risposta tiegħek, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għas-suppożizzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħek, mirfuda b'evidenza (13) empirika xierqa, u spjega kif ikkunsidrajt il-fatturi deskritti fil-qosor hawn fuq. Jekk jogħġbok indika b'mod partikolari ż-żona ġeografika li fiha l-entità jew l-entitajiet ikkonċernati minn din it-talba huma attivi fis-suq/swieq rilevanti, u jekk taħseb li s-suq ġeografiku rilevanti hu akbar minn Stat Membru wieħed, agħti r-raġunijiet għal dan.

Fid-domandi li ġejjin, din (jew dawn) id-definizzjoni/jiet tissemma/jissemmew bħala “is-suq/swieq ġeografiku/ċi rilevanti”.

4.   Sezzjoni 4 — Applikabilità tal-atti leġislattivi msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2014/25/UE.

4.1.   L-attività msemmija f'din it-talba hi soġġetta għal wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2014/25/UE (14)? Jekk iva, indika l-att jew l-atti tal-leġislazzjoni nazzjonali li tittrasponi/jittrasponu l-leġislazzjoni tal-Unjoni kkonċernata.

5.   Sezzjoni 5 — Informazzjoni rigward is-suq rilevanti u l-aċċess għal dak is-suq

Din is-sezzjoni trid timtela', tkun xi tkun ir-risposta għall-punt 4.1 hawn fuq.

Ċerti punti jistgħu ma jkunux rilevanti għal xi attivitajiet jew għas-sitwazzjoni fattwali ta' applikant partikolari — f'tali każijiet, jekk jogħġbok indika dan, punt punt.

L-applikant jista' jillimita ruħu li jagħti referenza preċiża punt punt lill-parti (jiet) rilevanti ta' pożizzjoni raġunata u ssostanzjata kif imsemmi fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, fejn il-punt ikkonċernat huwa analizzat.

5.1.   Jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex tqis li l-aċċess għas-suq rilevanti mhux ristrett.

5.2.   Għal kull suq rilevanti, għal kull sena minn dawn l-aħħar tliet snin finanzjarji (15), u għal kull wieħed mit-territorji li ġejjin:

(a)

it-territorju taż-ŻEE,

(b)

l-UE fis-sħiħ tagħha;

(c)

it-territorju kollu tal-Istati tal-EFTA

(d)

kull Stat Membru u kull Stat tal-EFTA fejn l-applikant iwettaq attività, u

(e)

is-suq ġeografiku rilevanti (16), jekk l-applikant iqis li dan hu suq differenti,

jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni mniżżla fil-punti 5.2.1 sa 5.2.9:

5.2.1.

stima tad-daqs totali tas-suq f'termini tal-valur ta' bejgħ (f'Euro) u tal-volum (f'unitajiet) (17), billi tindika l-bażi tal-kalkoli u s-sorsi użati, u fejn hu possibbli, billi tipprovdi d-dokumenti biex dawn il-kalkoli jiġu kkonfermati;

5.2.2.

il-bejgħ bħala valur u bħala volum, kif ukoll stima tas-sehem tas-suq li għandu l-applikant;

5.2.3.

stima tas-sehem tas-suq, bħala valur (u jekk ikun il-każ, bħala volum) tal-kompetituri kollha (inkluż l-importaturi) li għandhom mill-anqas 10 % tas-suq ġeografiku meqjus. Ipprovdi dokumenti, jekk dawn ikunu disponibbli, biex il-kalkolu ta' dawn l-ishma tas-suq ikun ikkonfermat u agħti l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u n-numru tal-fax ta' dawn il-kompetituri, kif ukoll il-persuna xierqa ta' kuntatt;

5.2.4.

stima tal-valur u tal-volum totali u s-sors tal-importazzjonijiet minn barra t-territorju taż-ŻEE u identifika:

(a)

is-sehem ta' dawn l-importazzjonijiet attribwibbli għall-applikant;

(b)

stima ta' sa fejn kwoti, tariffi u ostakli nontariffarji għall-kummerċ jikkostitwixxu ostakli għal dawn l-importazzjonijiet; kif ukoll

(c)

stima ta' kemm l-ispejjeż tat-trasport u spejjeż oħrajn jaffettwaw dawn l-importazzjonijiet.

5.2.5.

sa fejn il-kummerċ bejn l-Istati fi ħdan it-territorju taż-ŻEE huwa ostakolat minn:

(a)

trasportazzjoni u spejjeż oħrajn; kif ukoll

(b)

ostakli nontariffarji oħra għall-kummerċ;

5.2.6.

il-mod kif l-applikant jipproduċi u jbiegħ il-prodotti jew is-servizzi: pereżempju, jekk humiex manifatturati lokalment, jew jekk jinbiegħux permezz ta' netwerks ta' distribuzzjoni lokali;

5.2.7.

tqabbil bejn il-livelli tal-prezzijiet tal-applikant u dawk tal-kompetituri tiegħu f'kull Stat Membru u f'kull Stat tal-EFTA u tqabbil simili tal-livelli tal-prezzijiet bejn l-UE, l-Istati tal-EFTA u żoni oħra fejn isiru dawn il-prodotti (pereżempju, l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Ġappun jew kull reġjun ieħor rilevanti);

5.2.8.

in-natura u l-grad ta' integrazzjoni vertikali tal-applikant imqabbla mal-kompetituri prinċipali;

5.2.9.

informazzjoni dwar l-istruttura tal-kost tal-applikant (18). Speċifika wkoll xi assijiet jew infrastruttura użati flimkien ma' entitajiet oħra jew użati fit-twettiq ta' aktar minn attività waħda koperti mid-Direttiva 2014/25/UE. Jekk jogħġbok speċifika fejn l-użu ta' dawn l-assijiet jew infrastrutturi huwa soġġett għal kundizzjonijiet speċjali, bħal obbligi ta' servizz universali jew drittijiet speċjali.

5.3.   Agħti l-informazzjoni li ġejja:

5.3.1.   Matul dawn l-aħħar ħames snin, kien hemm dħul importanti fis-suq/swieq ġeografiku/ġeografiċi għall-prodotti rilevanti (19)? Jekk “iva”, ipprovdi fejn hu possibbli, l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax tal-impriża kkonċernata, kif ukoll il-persuna xierqa ta' kuntatt, u stima tas-sehem tas-suq attwali tagħhom.

5.3.2.   Fl-opinjoni tal-applikant, hemm xi impriżi (inklużi dawk li bħalissa joperaw biss fuq is-swieq barra mill-UE jew barra miż-ŻEE) li jistgħu jidħlu fs-suq? Jekk “iva”, jekk jogħġbok spjega għaliex, u identifika dawn l-impriżi bl-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax kif ukoll il-persuna xierqa ta' kuntatt, u agħti stima ta' f'kemm żmien jista' jseħħ dan id-dħul fis-suq.

5.3.3.   Iddeskrivi l-fatturi varji li jinfluwenzaw id-dħul fis-swieq rilevanti f'dan il-każ, kemm mill-aspett ġeografiku kif ukoll minn dak tal-prodott. Meta tagħmel dan, fejn xieraq, qis dan li ġej:

(a)

il-kosti totali tad-dħul fis-suq (riċerka u żvilupp, sistemi ta' distribuzzjoni meħtieġa, promozzjoni, reklami, servizzi li jingħataw wara l-bejgħ, eċċ.) fuq skala ekwivalenti għal dik ta' kompetitur vijabbli u importanti, b'indikazzjoni tas-sehem tas-suq ta' dan il-kompetitur;

(b)

xi ostakli legali jew regolamentari għad-dħul, bħal awtorizzazzjoni tal-gvern jew l-eżistenza ta' xi normi;

(c)

xi restrizzjonijiet li jinħolqu mill-eżistenza ta' privattivi, ta' kompetenzi u ta' drittijiet oħra ta' proprjetà intellettwali f'dawn is-swieq kif ukoll xi restrizzjonijiet li jinħolqu minn liċenzji ta' tali drittijiet;

(d)

sa liema punt l-applikant huwa detentur ta' liċenzja jew liċenzjatur ta' privattivi, kompetenzi jew drittijiet oħra fis-swieq rilevanti;

(e)

l-importanza tal-ekonomiji ta' skala għall-produzzjoni ta' prodotti fis-swieq rilevanti;

(f)

l-aċċess għas-sorsi ta' provvista, bħad-disponibilità tal-materja prima.

IR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP

5.3.4.   Agħti deskrizzjoni tal-importanza tar-riċerka u tal-iżvilupp fil-kapaċità ta' impriża li topera fis-suq/swieq rilevanti li tikkompeti fuq medda twila ta' żmien. Spjega n-natura tar-riċerka u l-iżvilupp imwettqa mill-applikant fis-swieq rilevanti.

Meta tagħmel dan, fejn xieraq, qis dan li ġej:

(a)

ix-xejriet u l-intensità tar-riċerka u tal-iżvilupp (20) f'dawn is-swieq u għall-applikant:

(b)

l-iżviluppi tat-teknoloġija f'dawn is-swieq matul perjodu determinat (b'mod partikolari l-iżviluppi ta' prodotti u/jew ta' servizzi, ta' proċeduri ta' produzzjoni, ta' sistemi ta' distribuzzjoni, eċċ.);

(c)

l-innovazzjonijiet ewlenin li saru f'dawn is-swieq u l-impriżi responsabbli għal dawn l-innovazzjonijiet;

(d)

iċ-ċiklu ta' innovazzjoni f'dawn is-swieq u l-fażi taċ-ċiklu ta' innovazzjoni li fiha jinsabu l-partijiet.

FTEHIMIET TA' KOOPERAZZJONI

5.3.5.   Sa liema punt jeżistu ftehimiet ta' kooperazzjoni (orizzontali jew vertikali) fis-swieq rilevanti?

5.3.6.   Agħti dettalji dwar il-ftehimiet ta' kooperazzjoni l-aktar importanti konklużi mill-applikant fis-swieq rilevanti, bħall-ftehimiet ta' riċerka u żvilupp, ta' liċenzjar, ta' produzzjoni konġunta, ta' speċjalizzazzjoni, ta' distribuzzjoni, ta' forniment fuq medda twila ta' żmien u ta' skambju ta' informazzjoni.

6.   Sezzjoni 6 — L-espożizzjoni għall-kompetizzjoni

Ċerti punti jistgħu ma jkunux rilevanti għal xi attivitajiet jew għas-sitwazzjoni fattwali ta' applikant partikolari — f'tali każijiet, jekk jogħġbok indika dan, punt punt.

L-applikant jista' jillimita ruħu li jagħti referenza preċiża punt punt lill-parti (jiet) rilevanti ta' pożizzjoni raġunata u ssostanzjata kif imsemmi fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, fejn il-punt ikkonċernat huwa analizzat.

Skont l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, sabiex jiġi determinat jekk attività hix esposta direttament għall-kompetizzjoni, wieħed irid jibbaża fuq kriterji li huma konformi mad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni tat-TFUE, bħall-karattersitiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati, l-eżistenza ta' prodotti jew servizzi alternattivi, il-prezzijiet, u l-preżenza, reali jew potenzjali, ta' aktar minn fornitur wieħed tal-oġġetti jew servizzi kkonċernati.

6.1.   Spjega għaliex taħseb li l-attività koperta minn din it-talba hi esposta bis-sħiħ għall-kompetizzjoni fis-suq tal-prodott rilevanti fis-suq/swieq ġeografiku/ġeografiċi rilevanti. B'mod partikolari, agħti l-informazzjoni li ġejja:

KONDIZZJONIJIET ĠENERALI FUQ IS-SUQ RILEVANTI

6.1.1.   Identifika l-ħames fornituri indipendenti prinċipali (21) tal-applikant u s-sehem individwali tagħhom tax-xiri tal-applikant (ta' materja prima jew ta' oġġetti użati għall-produzzjoni tal-prodotti rilevanti). Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-fax ta' dawn il-fornituri, kif ukoll il-persuna xierqa ta' kuntatt.

Jekk jogħġbok identifika wkoll l-impriżi affiljati mal-applikant u l-ishma individwali tagħhom tax-xiri tal-applikant (ta' materja prima jew ta' oġġetti użati fil-produzzjoni tal-prodotti rilevanti). Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-fax ta' dawn l-impriżi, kif ukoll il-persuna xierqa ta' kuntatt.

STRUTTURA TAL-OFFERTA FIS-SWIEQ RILEVANTI

6.1.2.   Iddeskrivi l-kanali ta' distribuzzjoni u n-netwerks tas-servizzi wara l-bejgħ li jeżistu fis-swieq rilevanti. Inti u tagħmel dan ikkunsidra l-punti li ġejjin, fejn xieraq:

(a)

is-sistemi ta' distribuzzjoni eżistenti u l-importanza tagħhom f'dawn is-swieq. Sa liema punt id-distribuzzjoni sseħħ permezz ta' partijiet terzi jew permezz ta' impriżi affiljati mal-applikant?

(b)

in-netwerks tas-servizzi wara l-bejgħ (pereżempju, is-servizzi ta' manutenzjoni u tiswija) u l-importanza tagħhom f'dawn is-swieq. Sa liema punt iseħħu dawn is-servizzi permezz ta' partijiet terzi jew permezz ta' impriżi affiljati mal-applikant?

6.1.3.   Fejn xieraq, ipprovdi stima tal-kapaċità totali, kemm fuq il-livell tal-UE kif ukoll fuq il-livell tal-EFTA għal dawn l-aħħar tliet snin. Matul dan il-perjodu x'kienet il-kapaċità tal-applikant u x'kienet ir-rata tal-użu tal-kapaċità tiegħu?

6.1.4.   Jekk jogħġbok indika xi konsiderazzjonijiet oħra marbuta mal-provvista li jidhirlek li huma rilevanti.

STRUTTURA TAD-DOMANDA FIS-SWIEQ RILEVANTI

6.1.5.   Identifika l-ħames klijenti indipendenti prinċipali tal-applikant fis-suq rilevanti u l-ishma individwali tagħhom mill-bejgħ totali tal-prodotti rilevanti mill-applikant. Jekk jogħġbok indika biċ-ċar l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax kif ukoll il-persuna xierqa ta' kuntatt, ta' kull wieħed minn dawn il-klijenti.

6.1.6.   Jekk jogħġbok fiehem it-tqassim tad-domanda billi tindika b'mod preċiż:

(a)

il-fażijiet differenti li minnhom jgħaddu s-swieq, pereżempju: bidu, espansjoni, maturità u telf tas-saħħa, kif ukoll ir-rata prevedibbli ta' tkabbir tad-domanda;

(b)

l-importanza tal-preferenzi tal-klijenti, fil-qafas ta' lealtà lejn marka partikolari, tad-differenzjazzjoni bejn il-prodotti u d-disponibilità ta' firxa sħiħa ta' prodotti;

(c)

il-grad ta' konċentrazzjoni jew frammentazzjoni tas-suq minn naħa tad-domanda;

(d)

it-tqassim tal-klijentela fost gruppi differenti, bid-deskrizzjoni tal-“klijent tipiku” ta' kull grupp;

(e)

l-importanza tal-kuntratti ta' distribuzzjoni esklussiva u ta' tipi oħra ta' kuntratti fuq medda twila ta' żmien;

(f)

kemm l-awtoritajiet kontraenti, l-intrapriżi Statali jew korpi simili, huma importanti bħala sors ta' domanda.

6.1.7.   Jekk jogħġbok agħti l-istimi tal-grad ta' attività tal-konsumaturi fil-qafas tal-bdil tal-fornituri jew tan-negozjati mill-ġdid tal-kuntratti matul dawn l-aħħar ħames snin. Jekk jogħġbok indika wkoll is-sorsi użati għal dan il-għan u ressaq, jekk huma disponibbli, id-dokumenti meħtieġa sabiex din l-istima tiġi kkonfermata.


(1)  Fis-sens tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, impriża affiljata “tfisser kwalunkwe impriża li l-kontijiet annwali tagħha huma konsolidati ma' dawk tal-entità kontraenti f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/34/UE” tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19). L-Artikolu 29(2) iżid li “fil-każ ta' entitajiet, li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE, “impriża affiljata” għandha tfisser kwalunkwe impriża li:

(a)

tista' tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;

(b)

tista' teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti; jew

(c)

li l-istess bħall-entità kontraenti, hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta' impriża oħra permezz ta' sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.”

(2)  Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/25/UE, “ “awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, il-korpi rregolati mil-liġi pubblika jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew aktar minn dawn l-awtoritajiet jew wieħed jew aktar minn dawn il-korpi rregolati mil-liġi pubblika.

“Korpi rregolati mil-liġi pubblika” tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

huma stabbiliti għall-iskop speċifiku li jaqdu l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li ma jkollhomx natura industrijali jew kummerċjali;

(b)

ikollhom personalità ġuridika; u

(c)

huma ffinanzjati, fil-biċċa l-kbira, mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew korpi oħra regolati mil-liġi pubblika; jew huma soġġetti għas-sorveljanza maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew korpi; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, b'aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra regolati mil-liġi pubblika.”

(3)  Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/25/UE “ “Impriża pubblika” tfisser kull impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tas-sjieda li għandhom tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha.

Influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti għandha ssir fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk l-awtoritajiet, b'mod dirett jew indirett:

(a)

ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;

(b)

ikunu jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbuta ma' ishma maħruġa mill-impriża,

(c)

ikunu jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża”.

(4)  Ara s-sezzjoni 3.

(5)  L-attivitajiet jew setturi rilevanti jistgħu jinġabru fi gruppi kif ġej:

elettriku (produzzjoni, trażmissjoni, distribuzzjoni); gass (produzzjoni, trasport, distribuzzjoni); sħana (produzzjoni, trasport, distribuzzjoni); idrokarburi (estrazzjoni); faħam u fjuwils solidi oħra (esplorazzjoni u estrazzjoni); ilma tajjeb għax-xorb (produzzjoni, trasport, distribuzzjoni); trasport urban (karozzi tal-linja, metro, eċċ.); ferrovija (trasport ta' persuni u merkanzija; disponibbiltà ta' infrastruttura u ġestjoni/operat ta' servizzi ta' trasport attwali); portijiet (portijiet fuq il-baħar jew portijiet interni, infrastruttura li trid issir disponibbli u gestjoni/operat tal-infrastruttura); ajruporti (disponibbiltà ta' infrastruttura u ġestjoni/operat tal-infrastruttura); u servizzi postali. Għal definizzjoni eżatta tal-attivitajiet imsemmija, ara l-Artikoli 7 sa 14 tad-Direttiva 2014/25/UE.

(6)   “Kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta' disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f'dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva. …”

(7)  Eżempju jista' jkun il-produzzjoni tal-elettriku b'mezzi konvenzjonali biss, li hija parti minn settur akbar tal-elettriku.

(8)  Skont il-każ, speċifika wkoll jekk il-prodotti humiex faċilment sostitwibbli; sostituti perfetti; sostituti inqas perfetti jew sostituti parzjali.

Għal kull prodott partikolari (għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, il-kelma “prodott” tirreferi għall-prodotti jew għas-servizzi) teżisti varjetà ta' sostituti. Din il-varjetà tinkludi s-sostituti kollha li wieħed jista' jimmaġina tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri l-prodotti kollha li, bejn wieħed u ieħor, jissodisfaw il-bżonnijiet tal-konsumatur. Il-medda ta' sostituti tifrex minn sostituti eżatti ħafna (jew perfetti) (prodotti li l-konsumaturi jixtru minnufih jekk ikun hemm, pereżempju, żieda żgħira ħafna fil-prezz tal-prodott ikkonċernat) sa sostituti li huma ineżatti (jew imperfetti) (prodotti li l-konsumaturi jixtru biss jekk ikun hemm żieda kbira ħafna fil-prezz tal-prodott ikkonċernat).

Meta l-Kummissjoni tiddefinixxi s-suq rilevanti, tikkunsidra biss il-prodoti li huma faċilment sostitwibbli għall-prodotti ikkonċernati. Prodotti li huma faċilment sostitwibbli huma dawk li l-konsumaturi jixtru jekk ikun hemm żieda żgħira iżda konsiderevoli fil-prezz tal-prodott rilevanti (pereżempju ta' 5 %). Dan jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta s-sitwazzjoni kompetittiva fil-kuntest ta' suq rilevanti magħmul mill-prodotti kollha li l-konsumaturi tal-prodotti kkonċernati faċilment jixtru.

Iżda, dan ma jfissirx li l-Kummissjoni tonqos milli tqis ir-restrizzjonijiet fuq l-imġiba kompetittiva tal-entitajiet ikkonċernati li jirriżultaw minħabba l-eżistenza tas-sostituti imperfetti (dawk li konsumatur ma jixtrix jekk ikun hemm żieda modesta iżda sinifikanti fil-prezz tal-prodott rilevanti (pereżempju 5 %). Dawn l-effetti jitqiesu la darba s-suq ikun ġie ddefinit u s-sehem mis-suq ikkwantifikat.

Huwa għalhekk importanti għall-Kummissjoni li jkollha informazzjoni kemm dwar il-prodotti faċilment sostitwibbli mal-prodotti kkonċernati kif ukoll dwar sostituti inqas perfetti. [Eżempju ta' sostituzzjoni perfetta minn naħa tad-domanda: elettriku prodott mill-faħam u dak prodott minn sorsi rinnovabbli].

Jitqiesu bħala sostituti parzjali dawk il-prodotti u s-servizzi li jistgħu jieħdu post xulxin biss fi ħdan ċerta żona ġeografika, waqt parti mis-sena biss jew għal ċerti użi biss [Eżempju: fil-ġarr tal-passiġġieri, il-ferrovija, il-metro, it-tramm u l-karozza tal-linja huma biss parzjalment interskambjabbli fil-livell nazzjonali billi dawn il-forom ta' trasport jeżistu biss f'żona ġeografika partikolari. Madankollu, fi ħdan din iż-żona, jistgħu jitqiesu bħala sostituti perfetti.]

(9)  Din il-lista mhijiex eżawrjenti. l-applikant jista' jirreferi għal fatturi oħra.

(10)  Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2014/25/UE.

(11)  Din il-lista mhijiex eżawrjenti. l-applikant jista' jirreferi għal fatturi oħra.

(12)  Jiġifieri fatti u evidenza li jistgħu jiġu vverifikati indipendentement. L-analiżijiet kollha mwettqa jridu jkunu replikabbli b'mod indipendenti. B'mod partikolari, fil-każ ta' għoti ta' evidenza ta' appoġġ li tkun ġejja minn analiżi empirika, l-applikant irid jipprovdi s-sorsi, id-dejta mhux ipproċessata u d-dettalji kollha dwar il-passi tekniċi speċifiċi meħuda sabiex jintlaħqu l-konklużjonijiet finali.

(13)  Jiġifieri fatti u evidenza li jistgħu jiġu vverifikati indipendentement. L-analiżijiet kollha mwettqa jridu jkunu replikabbli b'mod indipendenti. B'mod partikolari, fil-każ ta' għoti ta' evidenza ta' appoġġ li tkun ġejja minn analiżi empirika, l-applikant irid jipprovdi s-sorsi, id-dejta mhux ipproċessata u d-dettalji kollha dwar il-passi tekniċi speċifiċi meħuda sabiex jintlaħqu l-konklużjonijiet finali.

(14)  L-Anness III jaqra kif ġej:

A.

Trasport jew distribuzzjoni ta' gass jew tisħin

Id-Direttiva 2009/73/KE

B.

Produzzjoni, trasmissjoni jew distribuzzjoni ta' enerġija elettrika

Id-Direttiva 2009/72/KE

C.

Produzzjoni, trasport jew tqassim tal-ilma tajjeb għax-xorb

[Ebda entrata]

D.

Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi tal-ferroviji

Trasport tal-Merkanzija bil-Ferroviji

Id-Direttiva 2012/34/UE

Trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferroviji

Id-Direttiva 2012/34/UE

Trasport nazzjonali tal-passiġġieri bil-ferroviji

[Ebda entrata]

E.

Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' servizzi urbani tal-ferrovija, tat-trammijiet, tat-trolleybus jew tal-motor bus

[Ebda entrata]

F.

Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi postali

Id-Direttiva 97/67/KE

G.

Estrazzjoni ta' żejt jew gass

Id-Direttiva 94/22/KE

H.

Esplorazzjoni għal u estrazzjoni ta' faħam jew fjuwils solidi oħra

[Ebda entrata]

I.

Entitajiet kontraenti fil-qasam tal-portijiet tal-baħar jew interni jew tagħmir ieħor ta' terminals.

[Ebda entrata]

J.

Entitajiet kontraenti fil-qasam tal-istallazzjonijiet tal-ajruporti

[Ebda entrata]

(15)  L-informazzjoni mitluba fl-intestaturi 5.2.1 u 5.2.2 hawn taħt għandha tingħata lit-territorji kollha msemmija fil-punti (a), (b), (c), (d) u (e).

(16)  Ara s-sezzjoni 3.

(17)  Il-valur u l-volum ta' suq għandhom jirriflettu l-produzzjoni, bl-importazzjonijiet miżjuda u l-esportazzjonijiet imnaqqsa, għaż-żoni ġeografiċi kkonċernati.

(18)  Fejn xieraq, din għandha tqis sinerġiji li jistgħu jirriżultaw (eż. fil-każ ta' produzzjoni konġunta ta' diversi prodotti jew l-użu mill-ġdid ta' prodotti sekondarji), bi kwantifikazzjoni tad-daqs tagħhom. Barra minn hekk, fejn huwa possibbli, l-informazzjoni għandha tinkludi stima tal-pożizzjoni tal-applikant fis-suq f'termini ta' effiċjenza fl-infiq (eż. bi tqabbil tal-istruttura tal-kost tal-applikant ma' dik ta' kompetituri qrib u/jew ma' dawk li joperaw fl-istess industrija jew settur).

(19)  Ara s-sezzjoni 3.

(20)  L-intensità tar-riċerka u l-iżvilupp hi definita bħala nefqa ta' riċerka u żvilupp bħala proporzjon tal-fatturat.

(21)  Fornituri indipendenti huma fornituri li mhumiex impriżi affiljati mal-applikant. Għal definizzjoni ta' impriżi affiljati, ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1 fil-punt 1.1.


ANNESS II

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINSAB FL-AVVIŻI FORMALI TAT-TALBIET RIGWARD L-APPLIKABILITÀ TAL-ARTIKOLU 34 TAD-DIRETTIVA 2014/25/UE

A.   L-aċċess għas-suq għandu jitqies li mhuwiex ristrett skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba [minn Stat Membru/magħmula minn entità kontraenti (1)]

Fi […], il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba hija […].

Din it-talba, magħmula minn [isem tal-Istat Membru kkonċernat/isem tal-entità kontraenti kkonċernata] (3), hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[dak il-pajjiż/indika l-Istat Membru kkonċernat]. L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li “kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettqet fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta' disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f'dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva.” Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista' titwettaq fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha żmien stipulat ta' [90 (4)/105 (5)(6) ġranet tax-xogħol li jibda jgħodd mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk iż-żmien stipulat jiskadi fi […].

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, it-talbiet ġodda li jikkonċernaw [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività kkonċernata] f'[indikazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat], li jitressqu qabel l-iskadenza taż-żmien stipulat previst għal din it-talba, ma jitqisux bħala li jagħtu lok għal proċeduri ġodda u se jkunu trattati fil-qafas ta' din it-talba.

B.   L-aċċess ħieles għas-suq ma jistax jiġi preżunt abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba [minn Stat Membru/magħmula minn entità kontraenti (7)]

Fi […], il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba hija […].

Din it-talba, magħmula minn [isem tal-Istat Membru kkonċernat/isem tal-entità kontraenti kkonċernata] (9), hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[dak il-pajjiż/indika l-Istat Membru kkonċernat]. L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li “kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettqet fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta' disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f'dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva.” Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista' titwettaq fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha żmien stipulat ta' [130 (10)/145 (11)(12) ġranet tax-xogħol li jibda jgħodd mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk iż-żmien stipulat jiskadi fi […].

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, it-talbiet ġodda li jikkonċernaw [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività kkonċernata] f'[indikazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat], li jitressqu qabel l-iskadenza taż-żmien stipulat previst għal din it-talba, ma jitqisux bħala li jagħtu lok għal proċeduri ġodda u se jkunu trattati fil-qafas ta' din it-talba.


(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(3)  Ħassar kif xieraq.

(4)  Skont il-paragrafu 1 a tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE.

(5)  Skont il-paragrafu 1 a tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE flimkien mat-tieni subparagrafu tal-imsemmi paragrafu 1.

(6)  Ħassar kif xieraq: il-105 ġurnata tax-xogħol japplikaw fejn it-talba ma tkunx akkumpanjata minn pożizzjoni motivata u sostanzjata, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, li tanalizza bir-reqqa l-kundizzjonijiet għall-applikabilità possibbli tal-Artikolu 34(1) għall-attività kkonċernata.

(7)  Ħassar kif xieraq.

(8)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(9)  Ħassar kif xieraq.

(10)  Skont il-paragrafu 1 b tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE.

(11)  Skont il-paragrafu 1 b tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE flimkien mat-tieni subparagrafu tal-imsemmi paragrafu 1.

(12)  Ħassar kif xieraq: il-145 ġurnata tax-xogħol japplikaw fejn it-talba ma tkunx akkumpanjata minn pożizzjoni motivata u sostanzjata, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, li tanalizza bir-reqqa l-kundizzjonijiet għall-applikabilità possibbli tal-Artikolu 34(1) għall-attività kkonċernata.


ANNESS III

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F'AVVIŻI FORMALI TA' TALBIET DWAR L-APPLIKABILITÀ TAL-ARTIKOLU 34 TAD-DIRETTIVA 2014/25/UE — ESTENSJONI JEW SOSPENSJONI TA' PERJODI GĦALL-ADOZZJONI TA' ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI JEW L-IRTIRAR TA' TALBA

A.   Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni

Talba [minn Stat Membru/magħmula minn entità kontraenti (1)] — estensjoni tal-iskadenza

Fi […], il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Din it-talba, magħmula minn [isem tal-Istat Membru kkonċernat/isem tal-entità kontraenti kkonċernata] (3), hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[dak il-pajjiż/indika l-Istat Membru kkonċernat]. L-avviż rilevanti ġie ppubblikata fil-paġna numru […] tal-ĠUUE C numru […] ta' […]. L-iskadenza [inizjali/mtawwla] (4) kienet […].

Skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, l-iskadenza tista' tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-kunsens ta' dawk li għamlu t-talba għall-eżenzjoni kkonċernata. Fid-dawl tal-fatt li [motivazzjoni fil-qosor tar-raġunijiet tal-estensjoni] u bil-kunsens ta' [isem l-Istat Membru kkonċernat/isem tal-entità kontraenti kkonċernata] (5), il-perjodu disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba qiegħed jiġi estiż b' […] ġurnata tax-xogħol.

L-iskadenza finali għalhekk hija fi […].

B.   Sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni

Fi […], il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE (6). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet […] u l-perjodu inizjali disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba kien ta' [90/105/130/145] (7) ġurnata tax-xogħol.

Din it-talba, magħmula minn [isem tal-Istat Membru kkonċernat/isem tal-entità kontraenti kkonċernata] (8), hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[dak il-pajjiż/indika l-Istat Membru kkonċernat]. L-avviż rilevanti ġie ppubblikata fil-paġna numru […] tal-ĠUUE C numru […] ta' […]. L-iskadenza [inizjali/mtawwla] (9) kienet […].

Skont il-paragrafu 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista' teħtieġ li l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernata jew l-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti, jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew li jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f'limitu ta' żmien addattat. Fi […] il-Kummissjoni talbet lil […] biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali mhux aktar tard minn […].

Fil-każ ta' tweġibiet li jaslu tard jew mhux sħaħ (10), l-iskadenza inizjali għandha tiġi sospiża għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta' żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta.

Għaldaqstant, l-iskadenza finali se tkun wara [… (11)] ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta u korretta.

C.   Tmiem is-sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni

Fi […], il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Din it-talba, magħmula minn [isem tal-Istat Membru kkonċernat/isem tal-entità kontraenti kkonċernata] (13), hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[dak il-pajjiż/indika l-Istat Membru kkonċernat]. L-avviż rilevanti ġie ppubblikata fil-paġna numru […] tal-ĠUUE C numru […] ta' […].

Fi […] il-Kummissjoni talbet lil […] biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali mhux aktar tard minn […]. Kif imħabbar fl-avviż formali li ġie ppubblikat fil-paġna numru […] tal-ĠUUE C in-numru […] ta' […], l-iskadenza finali ġiet imtawwla għal […] ġranet tax-xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta. L-informazzjoni kompluta u korretta waslet fi […].

L-iskadenza finali għalhekk hija fi […].

D.   Irtirar ta' talba rigward l-applikabilità tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Fi […], il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

Din it-talba, magħmula minn [isem tal-Istat Membru kkonċernat/isem tal-entità kontraenti kkonċernata] (15), hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[dak il-pajjiż/indika l-Istat Membru kkonċernat]. L-avviż formali rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna numru […] tal-ĠUUE C numru […] ta' […]. L-iskadenza (16) [inizjali/mtawwla] kienet fi […].

Fi […], l-applikant irtira din it-talba, li għandha titqies bħala nulla u bla effett. Għalhekk ma hemm l-ebda raġuni biex jiġi deċiż jekk l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE japplikax għal [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[dak il-pajjiż/indikazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat]. Għalhekk, id-Direttiva 2014/25/UE tkompli tapplika f'konformità mad-dispożizzjonijiet tagħha stess meta l-entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti għat-twettiq ta' [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[indikazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat] u meta dawn jorganizzaw kompetizzjonijiet ta' disinn għat-twettiq ta' din attività f'dik iż-żona ġeografika.


(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(3)  Ħassar kif xieraq.

(4)  Ħassar kif xieraq.

(5)  Ħassar kif xieraq.

(6)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(7)  Ħassar kif xieraq.

(8)  Ħassar kif xieraq.

(9)  Ħassar kif xieraq.

(10)  Ara t-tieni sentenza tal-paragrafu 2 tal-imsemmi Anness IV.

(11)  L-għadd ta' ġranet tax-xogħol inizjali disponibbli wara li jitnaqqas l-għadd ta' ġranet tax-xogħol bejn l-ewwel ġurnata tax-xogħol wara li tkun waslet it-talba għal eżenzjoni u l-iskadenza għall-provvista tal-informazzjoni addizzjonali.

(12)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(13)  Ħassar kif xieraq.

(14)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(15)  Ħassar kif xieraq.

(16)  Ħassar kif xieraq.


ANNESS IV

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F'AVVIŻI FORMALI TA' TALBIET DWAR L-APPLIKABILITÀ TAL-ARTIKOLU 34 TAD-DIRETTIVA 2014/25/UE — APPLIKABILITÀ TAL-ARTIKOLU 34(1) TAD-DIRETTIVA FEJN EBDA ATT TA' IMPLIMENTAZZJONI MA ĠIE ADOTTAT FI ĦDAN L-ISKADENZA.

Talba [minn Stat Membru/magħmula minn entità kontraenti (1)]

Fi […], il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Din it-talba, magħmula minn [isem tal-Istat Membru kkonċernat/isem tal-entità kontraenti kkonċernata] (3), hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[dak il-pajjiż/indika l-Istat Membru kkonċernat]. L-avviż rilevanti ġie ppubblikata fil-paġna numru […] tal-ĠUUE C numru […] ta' […]. L-iskadenza [inizjali/mtawwla] (4) kienet […].

Peress li l-perjodu għall-adozzjoni ta' deċiżjoni skada fil-[…] mingħajr ma ġiet adottata deċiżjoni, għandu japplika l-Artikolu 34(1) tal-imsemmija Direttiva. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE ma japplikawx għall-għoti ta' kuntratti għat-twettiq ta' [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew tal-attività rilevanti] f'[indikazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat] u lanqas għall-kompetizzjonijiet ta' disinn għat-twettiq ta' din attività f'dik iż-żona ġeografika.


(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(3)  Ħassar kif xieraq.

(4)  Ħassar kif xieraq.


Rettifika

12.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/54


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/868 tas-26 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar- Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-livelli massimi ta' residwi għat-2,4,5-T, il-barban, il-binapakril, il-bromofos-etil, il-kamfeklor (toksafen), il-klorbufam, il-kloroksuron, il-klożolinat, id-DNOC, id-diallat, id-dinoseb, id-dinoterb, id-dioksatijon, l-ossidu tal-etilen, l-aċetat tal-fentin, l-idrossidu tal-fentin, il-fluċikloksuron, il-fluċitrinat, il-formotijon, il-mekarbam, il-metakrifos, il-monolinuron, il-fenotrin, il-profam, il-pirażofos, il-kinalfos, ir-resmetrina, it-teknażen u l-vinklożolin f'ċerti prodotti jew fuqhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 145 tal-10 ta' Ġunju 2015 )

F'paġna 3, fl-ewwel paragrafu tal-Anness li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005:

minflok:

“(1)

Fl-Anness II, jitħassru l-kolonni għas-sustanzi 2,4,5-T, barban, binapakril, bromofos-etil, kamfeklor (toksafen), klorbufam, kloroksuron, klożolinat, DNOC, diallat, dinoseb, dinoterb, dioksatijon, ossidu tal-etilen, aċetat tal-fentin, idrossidu tal-fentin, fluċikloksuron, formotijon, mekarbam, metakrifos, monolinuron, profam, pirażofos, kinalfos, resmetrina u teknażen”,

aqra:

“(1)

Fl-Anness II, jitħassru l-kolonni għas-sustanzi 2,4,5-T, barban, binapakril, bromofos-etil, kamfeklor (toksafen), klorbufam, kloroksuron, klożolinat, DNOC, diallat, dinoseb, dinoterb, dioksatijon, ossidu tal-etilen, aċetat tal-fentin, idrossidu tal-fentin, fluċitrinat, formotijon, mekarbam, metakrifos, monolinuron, profam, pirażofos, kinalfos, resmetrina u teknażen”.