ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 274

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
11 ta' Ottubru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1790 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut tal-1958)

2

 

 

Ftehim dwar l-adozzjoni ta' Regolamenti tekniċi armonizzati tan-Nazzjonijiet Uniti għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn ir-Regolamenti tan-Nazzjonijiet Uniti

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1791 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

31

 

 

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

33

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1792 tad-29 ta' Settembru 2016 li jissostitwixxi l-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment

35

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1793 tal-10 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-ġelatina u l-kollaġen u tal-materja prima ttrattata għal dawn il-prodotti mit-Tajwan ( 1 )

48

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1794 tal-10 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

50

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1795 tad-29 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) u għar-Regolamenti Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1796 tas-7 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE biex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tas-sustanzi (notifikata bid-dokument C(2016) 4131)  ( 1 )

55

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra tal-15 ta' Settembru 2016 dwar id-data tal-bidu tal-iskema tal-liċenzji għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) [2016/1797]

62

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/143/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tad-delega tad-doveri tal-ittestjar fil-laboratorju ( ĠU L 318, 4.12.2009 )

64

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, u r-Renju tas-Swaziland innotifikaw it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (1), f'konformità mal-Artikolu 113 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika proviżorjament mill-10 ta' Ottubru 2016 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, u r-Renju tas-Swaziland. Bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 12(4) ma għandux jiġi applikat proviżorjament. Fl-10 ta' Ottubru 2016, għall-prodotti li joriġinaw fil-Botswana, in-Namibja u s-Swaziland, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” ser jieħu post id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament imsemmi.


(1)   ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3.

(2)   ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1.

(3)   ĠU L 185, 8.7.2016, p. 1.


11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1790

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 dwar l-adeżjoni mill-Komunità Ewropea għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet minnhom li jistgħu jitwaħħlu ma' u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha u l-punt 3 tal-Anness III għaliha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Il-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet minnhom li jistgħu jitwaħħlu ma' u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fis-16 ta' Ottubru 1995.

(2)

L-Artikolu 13 tal-Ftehim jipprovdi għal emendi li jikkonċernaw il-Ftehim innifsu u l-Appendiċijiet tiegħu li għandhom jiġu adottati permezz ta' notifika, minn Parti Kontraenti, tat-test tal-emendi proposti lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandu jgħaddih lill-Partijiet Kontraenti kollha. Jekk l-ebda Parti Kontraenti ma tesprimi oġġezzjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' trażmissjoni tal-emendi proposti mis-Segretarju Ġenerali, l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti kollha tliet xhur wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' sitt xhur.

(3)

Id-WP.29 qabel, fil-150 sessjoni tiegħu li saret f'Marzu 2010, li jistabbilixxi grupp informali bl-għan li dan jgħin lid-WP.29 biex jikkunsidra azzjonijiet dwar id-direzzjoni futura għall-armonizzazzjoni tar-regolamenti dwar il-vetturi skont il-Ftehim. Din id-direzzjoni futura għandu jkollha l-għan li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta' iżjed pajjiżi u organizzazzonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali fl-attivitajiet tal-Forum Dinji u li żżid in-numru ta' Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, billi jittejbu l-funzjonament u l-affidabbiltà tiegħu, u b'hekk jiġi żgurat li l-Ftehim jibqa' l-qafas internazzjonali ewlieni għall-armonizzazzjoni tar-regolamenti tekniċi fis-settur tal-karozzi.

(4)

Fil-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati fi ħdan id-WP.29 biex jiġi emendat il-Ftehim. Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, proposti għall-emendar ta' dan il-Ftehim fi ħdan il-grupp informali stabbilit mid-WP.29.

(5)

Id-WP.29, fil-162 sessjoni tiegħu li saret f'Marzu 2014, ħa nota tal-proposti għar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim imħejjija mill-grupp informali, u stieden lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim biex jibdew il-proċeduri nazzjonali tagħhom ta' eżaminazzjoni tal-proposti biex jiġi emendat il-Ftehim.

(6)

Fil-164 sessjoni tiegħu, li saret f'Novembru 2014, id-WP.29 ħa nota ta' proposta mressqa minn għadd ta' Partijiet Kontraenti għall-Ftehim biex il-livell limitu tal-votazzjoni b'maġġoranza għall-istabbiliment ta' Regolamenti tan-NU ġodda u għall-emendi ta' Regolamenti tan-NU eżistenti jiżdied minn maġġoranza ta' żewġ terzi għal maġġoranza ta' erbgħa minn kull ħames voti. Ir-rappreżentant tal-Unjoni Ewropea ħabbar l-intenzjoni li tiġi stabbilita pożizzjoni koordinata tal-Istati Membri tal-UE dwar din il-proposta.

(7)

Il-proposti għar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim u biex il-livell limitu tal-votazzjoni b'maġġoranza jiżdied minn maġġoranza ta' żewġ terzi għal maġġoranza ta' erbgħa minn kull ħames voti jilħqu l-objettivi ta' negozjar speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati fi ħdan id-WP.29 għar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim.

(8)

Għalhekk, l-Artikoli 1 sa 15 u l-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

(9)

Dawn l-emendi għall-Ftehim għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

(10)

Id-WP.29 għandu jorganizza votazzjoni informali biex jiġi vverifikat jekk jistax jinkiseb il-kunsens tal-Partijiet kontraenti kollha għal dawk l-emendi għall-Ftehim, qabel ma jniedi l-proċedura speċifikata fl-Artikolu 13 tiegħu biex jiġi emendat. L-Unjoni għandha tivvota favur dawk il-modifiki.

(11)

Wara li l-vot informali fi ħdan id-WP.29 jkun ikkonferma li l-kunsens tal-Partijiet Kontraenti kollha dwar l-emendi proposti għall-Ftehim ikun inkiseb, il-President tal-Kunsill għandu jinnomina rappreżentant tal-Unjoni li jingħata s-setgħa li jinnotifika, kif previst fil-punt 3 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 97/836/KE, it-test tal-emendi proposti lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13.1 tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet hija b'dan approvata f'isem l-Unjoni.

It-test tar-Reviżjoni 3 jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna li tingħata s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 13.1 tal-Ftehim, sabiex tibda l-proċedura għall-konklużjoni tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim u sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bir-Reviżjoni 3 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)   ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

(2)  Kunsens tas-7 ta' Ġunju 2016 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/4


FTEHIM

dwar l-adozzjoni ta' Regolamenti tekniċi armonizzati tan-Nazzjonijiet Uniti għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn ir-Regolamenti tan-Nazzjonijiet Uniti (1)

Reviżjoni 3

IL-PARTIJIET KONTRAENTI,

WARA LI DDEĊIDEW li jemendaw il-Ftehim Dwar l-Adozzjoni ta' Kundizzjonijiet Uniformi ta' Approvazzjoni u Rikonoxximent Reċiproku għal Tagħmir u Partijiet ta' Vetturi bil-Mutur, magħmul f'Ġinevra fl-20 ta' Marzu 1958, kif emendat fis-16 ta' Ottubru 1995, u

XEWQANA li jnaqqsu l-ostakli tekniċi għall-kummerċ internazzjonali billi jiddefinixxu Regolamenti tekniċi armonizzati tan-NU hekk li jkun biżżejjed għal ċerti vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jissodisfawhom sabiex jiġu użati fil-pajjiżi jew reġjuni tagħhom,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tas-sikurezza, tal-ħarsien tal-ambjent, tal-effiċjenza enerġetika u tal-prestazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni mis-serq ta' vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti, għall-iżvilupp ta' regolamenti li jkunu teknikament u ekonomikament fattibbli u adattati għall-progress tekniku,

XEWQANA li japplikaw dawn ir-Regolamenti tan-NU kull meta jkun possibbli fil-pajjiżi u r-reġjuni tagħhom,

XEWQANA li jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni fil-pajjiżi tagħhom ta' vetturi, tagħmir u partijiet, meta jkunu approvati skont dawn ir-Regolamenti tan-NU mill-awtoritajiet kompetenti ta' Parti Kontraenti oħra,

XEWQANA li jistabbilixxu skema tal-Approvazzjoni tat-Tip Internazzjonali ta' Vettura Sħiħa (IWVTA) fi ħdan il-qafas tal-Ftehim biex jiżdiedu l-vantaġġi tar-Regolamenti individwali tan-NU annessi mal-Ftehim u b'hekk jinħolqu opportunitajiet biex jissimplifikaw l-implimentazzjoni mill-Partijiet Kontraenti u l-adozzjoni usa' ta' rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet tat-tip għal vetturi sħaħ, u,

XEWQANA biex iżidu n-numru ta' Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, billi jittejbu l-funzjonament u l-affidabbiltà tiegħu, u b'hekk jiġi żgurat li dan il-Ftehim jibqa' l-qafas internazzjonali ewlieni għall-armonizzazzjoni tar-regolamenti tekniċi fis-settur tal-karozzi,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu, permezz ta' Kumitat Amministrattiv magħmul mill-Partijiet Kontraenti kollha skont ir-regoli ta' proċedura stabbilita fl-appendiċi ta' dan il-Ftehim u abbażi tal-Artikoli u l-paragrafi li ġejjin, ir-Regolamenti tan-NU għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti. Il-kundizzjonijiet sabiex jiġu mogħtija l-approvazzjonijiet tat-tip u r-rikonoxximent reċiproku tagħhom ser jiġu inklużi għall-użu mill-Partijiet Kontraenti li jagħżlu li jimplimentaw ir-Regolamenti permezz tal-approvazzjoni tat-tip.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

 

Il-frażi “vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet” għandha tinkludi kull vettura bir-roti, tagħmir u partijiet li l-karatteristiċi tagħhom huma relatati mas-sikurezza tal-vettura, il-ħarsien tal-ambjent, l-iffrankar enerġetiku u l-prestazzjoni tat-teknoloġija ta' protezzjoni mis-serq;

 

Il-frażi “approvazzjoni tat-tip skont Regolament tan-NU” tindika proċedura amministrattiva li permezz tagħha l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta' Parti Kontraenti jiddikjaraw, wara li jkunu għamlu l-verifiki neċessarji li t-tip ta' vettura, tagħmir jew parti sottomessi mill-manifattur jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU inkonsiderazzjoni. Wara dan il-manifattur jiċċertifika li kull vettura, tagħmir jew partijiet mqiegħda fis-suq ġew manifatturati b'mod li jkunu identiċi għall-prodott approvat.

 

Il-frażi “approvazzjoni tat-tip ta' vettura sħiħa” tindika li l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont ir-Regolamenti tan-NU applikabbli għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet ta' vettura huma integrati f'approvazzjoni tal-vettura sħiħa skont id-dispożizzjonijiet amministrattivi tas-sistema IWVTA.

 

Il-frażi “verżjoni ta' Regolament tan-NU” tindika li Regolament tan-NU, wara li jkun ġie adottat u stabbilit, jista' sussegwentement jiġi emendat skont il-proċeduri deskritti f'dan il-Ftehim, b'mod partikolari l-Artikolu 12. Ir-Regolament tan-NU mhux emendat kif ukoll ir-Regolament tan-NU, wara l-integrazzjoni ta' kwalunkwe emenda/i sussegwenti, jitqiesu bħala verżjonijiet differenti ta' dak ir-Regolament tan-NU.

 

Il-frażi “applikazzjoni ta' Regolament tan-NU” tindika li r-Regolament tan-NU jidħol fis-seħħ għal Parti Kontraenti. Meta jagħmlu dan, il-Partijiet Kontraenti jkollhom il-possibbiltà li jżommu l-leġislazzjoni nazzjonali/reġjonali tagħhom stess. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu jissostitwixxu l-leġislazzjoni nazzjonali/reġjonali tagħhom bir-rekwiżiti tar-Regolamenti tan-NU li jkunu qed japplikaw, iżda skont il-Ftehim mhumiex marbuta li jagħmlu dan. Madankollu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaċċettaw, bħala alternattiva għall-parti rilevanti tal-leġislazzjoni nazzjonali/reġjonali tagħhom, approvazzjonijiet tat-tip tan-NU mogħtija skont l-aktar verżjoni reċenti tar-Regolamenti tan-NU applikati fil-pajjiż/reġjun tagħhom. Id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti li japplikaw Regolament tan-NU huma deskritti fid-dettall f'diversi Artikoli ta' dan il-Ftehim.

Għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tan-NU jista' jkun hemm diversi proċeduri amministrattivi alternattivi għall-approvazzjoni tat-tip. L-unika proċedura alternattiva magħrufa b'mod ġenerali u applikata f'ċerti stati membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa hija l-awtoċertifikazzjoni mill-manifattur, li permezz tagħha l-manifattur jiċċertifika, mingħajr ebda kontroll amministrattiv preliminari, li kull prodott imqiegħed fis-suq huwa konformi mar-Regolament tan-NU partikolari; l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti jistgħu jivverifikaw, permezz ta' kampjunar aleatorju fis-suq, li l-prodotti awtoċertifikati huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU partikolari.

2.   Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkun kompost mill-Partijiet Kontraenti kollha skont ir-regoli ta' proċedura stabbiliti fl-appendiċi.

Regolament tan-NU, wara li jkun ġie stabbilit skont il-proċedura indikata fl-appendiċi, għandu jiġi kkomunikat mill-Kumitat Amministrattiv lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Segretarju Ġenerali”. Wara, kemm jista' jkun malajr, is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha b'dan ir-Regolament tan-NU.

Ir-Regolament tan-NU għandu jitqies li ġie adottat sakemm, f'perjodu ta' sitt xhur mid-data tan-notifika tiegħu mis-Segretarju Ġenerali, aktar minn wieħed minn kull ħamsa tal-Partijiet Kontraenti fid-data tan-notifika ma jkunux informaw lis-Segretarju-Ġenerali li ma jaqblux mar-Regolament tan-NU.

Ir-Regolament tan-NU għandu jkopri dawn l-oqsma:

(a)

Il-vetturi bir-roti, it-tagħmir jew l-partijiet ikkonċernati;

(b)

Ir-rekwiżiti tekniċi, li kull fejn ikun xieraq għandhom ikunu ffokati fuq il-prestazzjoni, u ma jkollhomx restrizzjonijiet mid-disinn, għandhom iqisu b'mod oġġettiv it-teknoloġiji disponibbli, l-ispejjeż u l-benefiċċji kif xieraq, u li jistgħu jinkludu xi varjanti alternattivi;

(c)

Il-metodi ta' ttestjar li permezz tagħhom għandhom jintwerew ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni;

(d)

Il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni tat-tip u r-rikonoxximent reċiproku, inkluż dispożizzjonijiet amministrattivi, kwalunkwe marki tal-approvazzjoni u l-kundizzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;

(e)

Id-data/i li fiha/fihom jidħol fis-seħħ ir-Regolament tan-NU, inkluż id-data meta l-Partijiet Kontraenti li japplikawh jistgħu joħorġu approvazzjonijiet skont dak ir-Regolament tan-NU, u d-data (jekk differenti) minn meta dawn għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet;

(f)

Dokument ta' informazzjoni li għandu jiġi pprovdut mill-manifattur.

Ir-Regolament tan-NU jista', jekk ikun meħtieġ, jinkludi referenzi għal-laboratorji akkreditati mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni li fihom għandhom jitwettqu t-testijiet tal-aċċettazzjoni tat-tipi tal-vetturi bir-roti, tagħmir jew partijiet sottomessi għall-approvazzjoni.

Minbarra r-regolamenti tan-NU msemmija hawn fuq, dan il-Ftehim jipprevedi l-istabbiliment ta' Regolament tan-NU biex jintroduċi sistema ta' Approvazzjoni tat-Tip ta' Vettura Sħiħa. Dan ir-Regolament tan-NU għandu jistabbilixxi l-ambitu, il-proċeduri amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi li jistgħu jinkludu livelli differenti ta' strettezza f'verżjoni waħda ta' dan ir-Regolament tan-NU.

Minkejja dispożizzjonijiet oħra tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 12, Parti Kontraenti li tapplika r-Regolament tan-NU dwar l-IWVTA għandha tkun obbligata biss taċċetta dawk l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont l-ogħla livell ta' strettezza tal-aħħar verżjoni tal-imsemmi Regolament tan-NU.

Dan il-Ftehim jinkludi wkoll Skedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali applikabbli għar-Regolamenti tan-NU kollha annessi ma' dan il-Ftehim u għall-Partijiet Kontraenti kollha li japplikaw Regolament tan-NU wieħed jew aktar.

3.   Wara li jiġi adottat Regolament tan-NU, is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika dan kemm jista' jkun malajr lill-Partijiet Kontraenti kollha, u jispeċifika liema huma l-Partijiet Kontraenti li oġġezzjonaw, jew li nnotifikaw li minkejja l-qbil tagħhom ma għandhomx l-intenzjoni li jibdew japplikaw ir-Regolament tan-NU fid-data tad-dħul fis-seħħ, u li għalihom ir-Regolament tan-NU mhux se jidħol fis-seħħ.

4.   Ir-Regolament tan-NU li jkun ġie adottat għandu jidħol fis-seħħ fid-data/i speċifikata/i fih bħala Regolament tan-NU anness ma' dan il-Ftehim ghall-Partijiet Kontraenti kollha li ma jkunux innotifikaw in-nuqqas ta' qbil tagħhom jew l-intenzjoni tagħhom li ma japplikawhx f'dik id-data.

5.   Meta tiddepożita l-istrument tal-adeżjoni tagħha, kwalunkwe Parti Kontraenti ġdida tista' tiddikjara li mhijiex se tapplika ċerti Regolamenti tan-NU li f'dak iż-żmien ikunu annessi ma' dan il-Ftehim jew li mhi se tapplika l-ebda wieħed minnhom. Jekk, f'dak iż-żmien, il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 3, u 4 ta' dan l-Artikolu tkun qiegħda tiġi applikata għal abbozz ta' Regolament tan-NU jew għal Regolament tan-NU adottat, is-Segretarju Ġenerali għandu jikkomunika dan l-abbozz jew Regolament tan-NU adottat lill-Parti Kontraenti ġdida u dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħala Regolament tan-NU għall-Parti Kontraenti ġdida sakemm din il-Parti Kontraenti ġdida ma tinnotifikax li ma taqbilx mar-Regolament tan-NU adottat sa sitt xhur minn meta tiddepożita l-istrument tal-adeżjoni tagħha. Is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha bid-data ta' dan id-dħul fis-seħħ. Is-Segretarju Ġenerali għandu jikkomunikalhom ukoll id-dikjarazzjonijiet kollha dwar in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' ċerti Regolamenti tan-NU li kwalunkwe Parti Kontraenti tista' tagħmel skont it-termini ta' dan il-paragrafu.

6.   Kwalunkwe Parti Kontraenti li tapplika Regolament tan-NU tista' fi kwalunkwe mument, tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali, suġġett għal avviż formali ta' sena, bl-intenzjoni tagħha li tieqaf tapplika dak ir-Regolament tan-NU. Din in-notifika għandha tiġi komunikata mis-Segretarju Ġenerali lill-Partijiet Kontraenti l-oħra.

L-approvazzjonijiet mogħtija qabel skont dak ir-Regolament tan-NU minn dik il-Parti Kontraenti għandhom jibqgħu validi sakemm ma jiġux irtirati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4.

Jekk xi Parti Kontraenti tieqaf toħroġ approvazzjonijiet skont Regolament tan-NU din għandha:

(a)

Iżżomm sorveljanza adegwata għall-konformità tal-produzzjoni tal-prodotti li preċedentement kienet inħarġitilhom approvazzjoni tat-tip;

(b)

Tieħu l-passi neċessarji stabbiliti fl-Artikolu 4 meta tiġi mgħarrfa b'nuqqas ta' konformità minn xi Parti Kontraenti li tkompli tapplika r-Regolament tan-NU;

(c)

Tkompli tinnotifika lill-Partijiet Kontraenti l-oħra bl-irtirar tal-approvazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 5;

(d)

Tkompli tagħti estensjonijiet għal approvazzjonijiet eżistenti.

7.   Kwalunkwe Parti Kontraenti li ma tapplikax Regolament tan-NU tista' fi kwalunkwe mument, tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali li għandha l-intenzjoni li tapplikah minn dakinhar 'il quddiem, u r-Regolament tan-NU għandu jidħol fis-seħħ għal din il-Parti fis-sittin jum wara din in-notifika. Is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha b'kull dħul fis-seħħ ta' Regolament tan-NU għal Parti Kontraenti ġdida effettwat skont it-termini ta' dan il-paragrafu.

8.   Il-Partijiet Kontraenti li għalihom ikun fis-seħħ Regolament tan-NU għandhom, minn hawn 'il quddiem jissejħu “il-Partijiet Kontraenti li japplikaw Regolament tan-NU”.

Artikolu 2

1.   Kull Parti Kontraenti li tapplika Regolamenti tan-NU l-aktar permezz tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti l-approvazzjonijiet tat-tip u l-marki tal-approvazzjoni deskritti fi kwalunkwe Regolament tan-NU għat-tipi ta' vetturi bir-roti, tagħmir jew partijiet inklużi fir-Regolament tan-NU, sakemm din ikollha l-kompetenza teknika u tkun issodisfata bl-arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-prodott mat-tip approvat. Kull Parti Kontraenti li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandha tieħu l-miżuri neċessarji kif stipulati fl-Iskeda 1 annessa ma' dan il-Ftehim sabiex tivverifika li jkunu saru l-arranġamenti adegwati biex jiġi żgurat li l-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet jiġu mmanifatturati f'konformità mat-tip approvat.

2.   Kull Parti Kontraenti li toħroġ approvazzjonijiet tat-tip skont Regolament tan-NU għandha tispeċifika awtorità tal-approvazzjoni għar-Regolament tan-NU. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tassumi r-responsabbiltà għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament tan-NU. Din l-awtorità tal-approvazzjoni tista' taħtar Servizzi Tekniċi biex f'isimha jwettqu t-testijiet u l-ispezzjonijiet neċessarji għall-verifiki meħtieġa fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li dawn is-Servizzi Tekniċi jiġu vvalutati, iddeżinjati u nnotifikati skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Iskeda 2 annessa ma' dan il-Ftehim.

3.   L-approvazzjonijiet tat-tip, il-marki ta' approvazzjoni u l-identifikaturi għat-tipi ta' vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet għandhom jiġu speċifikati fir-Regolament tan-NU u mogħtija skont il-proċeduri stabbiliti fl-Iskedi 3 sa 5 annessi ma' dan il-Ftehim.

4.   Kull Parti Kontraenti li tapplika Regolament tan-NU għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjonijiet tat-tip u l-marki tal-approvazzjoni koperti fir-Regolament tan-NU jekk il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jiġux imħarsa.

Artikolu 3

1.   Vetturi bir-roti, tagħmir jew partijiet li għalihom ikunu ħarġu approvazzjonijiet tat-tip minn Parti Kontraenti skont l-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu kkunsidrati li huma konformi mal-parti rilevanti tal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti kollha li japplikaw l-imsemmi Regolament tan-NU.

2.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw Regolamenti tan-NU għandhom, permezz ta' rikonoxximent reċiproku, jaċċettaw għat-tqegħid fuq is-swieq tagħhom, u suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1, 8 u 12 kif ukoll kwalunkwe dispożizzjonijiet speċjali f'dawn ir-Regolamenti tan-NU, l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont dawn ir-Regolamenti tan-NU, mingħajr ma jirrikjedu aktar ittestjar, dokumentazzjoni, ċertifikazzjoni jew immarkar dwar dawn l-approvazzjonijiet tat-tip.

Artikolu 4

1.   F'każ li xi Parti Kontraenti li tapplika Regolament tan-NU ssib li ċerti vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jkollhom fuqhom marki tal-approvazzjoni maħruġa, minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, skont ir-Regolament tan-NU msemmi ma jikkonformawx mat-tipi approvati, din għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni.

Il-Parti Kontraenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni għandha tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura li n-nuqqas ta' konformità jiġi rrettifikat.

2.   Meta n-nuqqas ta' konformità jkun minħabba nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tekniċi speċifikati f'Regolament tan-NU, kif imsemmija fl-Artikolu 1.2.(b), il-Parti Kontraenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni għandha tinforma minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra b'din is-sitwazzjoni u għandha tinnotifika regolarment lill-Partijiet Kontraenti dwar il-passi li qed tieħu, li jistgħu jinkludu, jekk ikun meħtieġ, l-irtirar tal-approvazzjoni.

Wara li jitqies l-impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-vetturi, il-ħarsien tal-ambjent, l-iffrankar enerġetiku jew il-prestazzjoni tat-teknoloġija ta' protezzjoni mis-serq, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprojbixxu l-bejgħ u l-użu ta' tali vetturi bir-roti, tagħmir jew partijiet fit-territorju tagħhom sakemm dan in-nuqqas ta' konformità jiġi rrettifikat. F'dak il-każ, dawn il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħarrfu lis-segretarjat tal-Kumitat Amministrattiv bil-miżuri li jkunu ttieħdu. Għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn il-Partijiet Kontraenti, għandha tiġi applikata l-proċedura prevista fl-Artikolu 10.4.

3.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jekk prodott mhux konformi, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ma jkunx sar konformi f'perjodu ta' tliet xhur, il-Parti Kontraenti responsabbli għall-approvazzjoni għandha tirtira l-approvazzjoni temporanjament jew b'mod permanenti. B'eċċezzjoni, dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur sakemm Parti Kontraenti waħda jew aktar li japplikaw ir-Regolament tan-NU kkonċernat ma joġġezzjonawx. Meta l-perjodu jkun qed jiġi estiż, il-Parti Kontraenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni għandha, fi żmien l-ewwel tliet xhur, tinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha li japplikaw ir-Regolament tan-NU kkonċernat dwar l-intenzjoni tagħha li testendi l-perjodu li fih in-nuqqas ta' konformità għandu jiġi rrettifikat u tipprovdi ġustifikazzjoni għal tali estensjoni.

4.   Meta n-nuqqas ta' konformità jkun minħabba nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet amministrattivi, il-marki ta' approvazzjoni, il-kundizzjonijiet għall-konformità tal-produzzjoni jew id-dokument ta' informazzjoni speċifikati f'Regolament tan-NU, kif imsemmi fl-Artikolu 1.2.(d) u 1.2.(f), il-Parti Kontraenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni għandha tirtira l-approvazzjoni temporanjament jew b'mod permanenti jekk in-nuqqas ta' konformità ma jkunx ġie rrettifikat f'perjodu ta' sitt xhur.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu japplikaw ukoll fis-sitwazzjoni fejn il-Parti Kontraenti responsabbli għall-ħruġ ta' approvazzjoni nnifisha ssib li ċerti vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jkollhom fuqhom marki ta' approvazzjoni ma jkunux jikkonformaw mat-tipi approvati jew mar-rekwiżiti ta' Regolament tan-NU.

Artikolu 5

1.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta' kull Parti Kontraenti li tapplika Regolamenti tan-NU għandhom jibagħtu meta jintalbu mill-Partijiet Kontraenti l-oħra, lista tal-vetturi bir-roti, tagħmir jew partijiet li għalihom l-awtorità tkun irrifjutat li tagħti l-approvazzjoni jew li tkun irtirat l-approvazzjonijiet tagħhom.

2.   Barra minn hekk, meta tirċievi rikjesta minn Parti Kontraenti oħra li tapplika Regolament tan-NU, l-awtorità għandha tibgħat minnufih, skont id-dispożizzjonijiet tal-Iskeda 5 annessa ma' dan il-Ftehim, lil dik il-Parti Kontraenti kopja tal-informazzjoni kollha rilevanti li fuqha tkun ibbażat id-deċiżjoni li tagħti, tirrifjuta li tagħti, jew tirtira l-approvazzjoni ta' vettura bir-roti, tagħmir jew parti skont dak ir-Regolament tan-NU.

3.   Il-kopja bil-miktub tista' tiġi sostitwita b'fajl elettroniku skont l-Iskeda 5 annessa ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, il-pajjiżi li jkunu fil-Kummissjoni f'kapaċità konsultattiva skont il-paragrafu 8 tat-Termini ta' Referenza tal-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali stabbiliti minn stati membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa li lilhom l-istati membri tagħhom ikunu ttrasferew setgħat fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim, inkluża s-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet vinkolanti fuq l-Istati membri tagħhom, jistgħu jsiru Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim.

Sabiex jiġi ddeterminat l-għadd ta' voti msemmi fl-Artikolu 1, paragrafu 2 u fl-Artikolu 12 paragrafu 2, l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali jivvotaw bl-għadd ta' voti tal-istati membri tagħhom li jkunu membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa.

2.   L-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti li jistgħu jipparteċipaw f'ċerti attivitajiet tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa skont il-paragrafu 11 tat-Termini ta' Referenza tal-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali ta' dawk il-pajjiżi li lilhom l-Istati Membri tagħhom ikunu ttrasferew setgħat fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim, inkluża s-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet vinkolanti fuq l-Istati Membri tagħhom, jistgħu jsiru Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim.

Sabiex jiġi ddeterminat l-għadd ta' voti msemmi fl-Artikolu 1 paragrafu 2 u fl-Artikolu 12 paragrafu 2, l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali jivvotaw bl-għadd ta' voti tal-istati membri tagħhom li jkunu membri tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.   L-adeżjoni ma' dan il-Ftehim mill-Partijiet Kontraenti li mhumiex Parti għall-Ftehim tal-1958 għandha titwettaq bid-depożitu ta' strument lis-Segretarju Ġenerali, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 7

1.   Dan il-Ftehim għandu jitqies li jidħol fis-seħħ disa' xhur wara d-data li fiha s-Segretarju Ġenerali jittrażmettih lill-Partijiet Kontraenti kollha għall-Ftehim tal-1958.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitqies li ma jidħolx fis-seħħ jekk ikun hemm xi oġġezzjoni mill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li tiġi espressa fi żmien sitt xhur wara d-data li fiha s-Segretarju Ġenerali jittrażmettih lilhom.

3.   Għal kwalunkwe Parti Kontraenti ġdida li taderixxi ma' dan il-Ftehim, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fis-sittin jum wara d-depożitu tal-istrument tal-adeżjoni.

Artikolu 8

1.   Kwalunkwe Parti Kontraenti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali.

2.   Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ tnax-il xhar wara d-data li fiha s-Segretarju Ġenerali jirċievi din in-notifika.

3.   Kwalunkwe approvazzjonijiet tat-tip mogħtija mill-Parti Kontraenti għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta' tnax-il xahar wara li d-denunzja tkun daħlet fis-seħħ skont l-Artikolu 8.2.

Artikolu 9

1.   Kwalunkwe Parti Kontraenti kif definit fl-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim tista', fil-mument tal-adeżjoni jew fi kwalunkwe ħin wara, tiddikjara permezz ta' notifika indirizzata lis-Segretarju Ġenerali li dan il-Ftehim għandu jkun estiż għat-territorji kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom li hi tkun responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom. Il-Ftehim għandu jiġi estiż għat-territorju jew territorji msemmija fin-notifika mis-sittin jum wara li s-Segretarju Ġenerali jkun irċiviha.

2.   Kwalunkwe Parti Kontraenti kif definit fl-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim li tkun għamlet dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li testendi dan il-Ftehim għal kwalunkwe territorju li hi tkun responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu tista' tiddenunzja dan il-Ftehim separatament fir-rigward ta' dak it-territorju, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.

Artikolu 10

1.   Kwalunkwe tilwima bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha, jekk ikun possibbili, tiġi solvuta permezz ta' negozjati bejniethom.

2.   Kwalunkwe tilwima li ma tiġix solvuta bin-negozjati għandha tmur għall-arbitraġġ jekk waħda mill-Partijiet Kontraenti titlob hekk u għandha tiġi referuta lil arbitru wieħed jew aktar magħżul/a bi ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti li bejniethom ikun hemm it-tilwima. Jekk fi żmien tliet xhur minn meta ssir it-talba għall-arbitraġġ il-Partijiet fit-tilwima ma jkunux jistgħu jaqblu fuq l-għażla ta' arbitru jew arbitri, kwalunkwe Parti tista' titlob lis-Segretarju Ġenerali biex jaħtar arbitru wieħed li t-tilwima tintbagħat lilu għal deċiżjoni.

3.   Id-deċiżjoni tal-arbitru jew arbitri maħtur/a skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu tkun torbot lill-Partijiet Kontraenti li bejniethom ikun hemm it-tilwima.

4.   Kwalunkwe tilwima bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' Regolamenti tan-NU annessi ma' dan il-Ftehim għandha tiġi solvuta permezz ta' negozjati skont il-proċedura stipulata fl-Iskeda 6 annessa ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 11

1.   Kwalunkwe Parti Kontraenti tista', fil-mument tal-adeżjoni ma' dan il-Ftehim, tiddikjara li ma tqisx lilha nfisha marbuta bil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 10 tal-Ftehim. Il-Partijiet Kontraenti l-oħra m'għandhomx ikunu marbuta bil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 10 fir-rigward ta' kwalunkwe Parti Kontraenti li tkun għamlet tali riżerva.

2.   Kwalunkwe Parti Kontraenti li tkun għamlet riżerva kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi kwalunkwe ħin, tista' tirtira tali riżerva billi tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali.

3.   L-ebda riżerva oħra għal dan il-Ftehim, l-Appendiċi, l-Iskedi u r-Regolamenti tan-NU annessi miegħu ma tista' issir; iżda kwalunkwe Parti Kontraenti tista', skont it-termini tal-Artikolu 1, il-paragrafu 5, tiddikjara li hi ma għandhiex l-intenzjoni li tapplika ċerti Regolamenti tan-NU jew li hi għandha l-intenzjoni li ma tapplika l-ebda wieħed minnhom.

Artikolu 12

Ir-Regolamenti tan-NU annessi ma' dan il-Ftehim jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura li ġejja:

1.

L-emendi ta' Regolamenti tan-NU għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat Amministrattiv kif deskritt fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 u skont il-proċedura indikata fl-appendiċi.

L-emenda tar-Regolament tan-NU, wara li tkun ġiet stabbilita, għandha tiġi kkomunikata mill-Kumitat Amministrattiv lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti. Mill-aktar fis possibbli wara dan, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jagħti n-notifika ta' dan il-Ftehim lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU u lis-Segretarju Ġenerali.

2.

L-emenda ta' Regolament tan-NU titqies bħala adottata sakemm, fi żmien sitt xhur minn meta tiġi nnotifikata mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, aktar minn wieħed minn kull ħamsa tal-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament tan-NU fi żmien in-notifika ma jkunux informaw lis-Segretarju Ġenerali li ma jaqblux ma' din l-emenda. Meta emenda ta' Regolament tan-NU tiġi adottata, is-Segretarju Ġenerali għandu mill-aktar fis possibbli jiddikjara l-emenda bħala adottata u vinkolanti fuq dawk il-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament tan-NU.

3.

L-emendi ta' Regolament tan-NU jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tan-NU emendat, id-data sa meta l-Partijiet Kontraenti għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet skont verżjoni preċedenti tar-Regolament tan-NU u d-data minn meta l-Partijiet Kontraenti m'għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont verżjoni preċedenti tar-Regolament tan-NU emendat.

4.

Minkejja li d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fi kwalunkwe verżjoni ta' Regolamenti tan-NU jistgħu jkunu stipulaw mod ieħor, il-Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim li japplikaw Regolamenti tan-NU jistgħu, suġġetti għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2, xorta waħda joħorġu approvazzjonijiet tat-tip skont verżjonijiet preċedenti ta' Regolamenti tan-NU. Madankollu, suġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw Regolament tan-NU m'għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont dawn il-verżjonijiet preċedenti.

5.

Il-Partijiet Kontraenti kollha li japplikaw Regolament tan-NU, ħlief għall-Partijiet Kontraenti li jkunu nnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali bl-intenzjoni tagħhom li jieqfu japplikaw ir-Regolament tan-NU, għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet mogħtija skont l-aħħar verżjoni ta' dak ir-Regolament tan-NU. Parti Kontraenti li tkun innotifikat lis-Segretarju Ġenerali bl-intenzjoni tagħha li tieqaf tapplika Regolament tan-NU għandha, matul il-perjodu ta' sena msemmi fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 1, taċċetta l-approvazzjonijiet mogħtija skont il-verżjoni(jiet) tar-Regolament tan-NU applikabbli għal dik il-Parti Kontraenti fil-mument tan-notifika tagħha lis-Segretarju Ġenerali.

6.

Parti Kontraenti li tapplika Regolament tan-NU tista' tagħti approvazzjoni b'deroga skont Regolament tan-NU għal tip wieħed ta' vetturi bir-roti, tagħmir jew parti li tkun ibbażata fuq teknoloġija ġdida, meta din it-teknoloġija ġdida ma tkunx koperta bir-Regolament tan-NU eżistenti, u tkun inkompatibbli ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament tan-NU. F'dak il-każ, il-proċeduri stipulati fl-Iskeda 7 annessa ma' dan il-Ftehim għandhom japplikaw.

7.

F'każ li Parti Kontraenti ġdida taderixxi ma' dan il-Ftehim fiż-żmien ta' bejn in-notifika tal-emenda ta' xi Regolament tan-NU mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dħul fis-seħħ tiegħu, ir-Regolament tan-NU inkwistjoni għandu jidħol fis-seħħ għal dik il-Parti Kontraenti, sakemm, f'perjodu ta' sitt xhur min-notifika ta' adeżjoni tagħha mis-Segretarju Ġenerali, dik il-Parti ma tkunx informat lis-Segretarju Ġenerali li ma taqbilx mal-emenda.

Artikolu 13

It-test tal-Ftehim innifsu u l-appendiċi tiegħu jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura li ġejja:

1.

Kwalunkwe Parti Kontraenti tista' tipproponi emenda waħda jew iktar għal dan il-Ftehim u l-appendiċi tiegħu. It-test ta' kwalunkwe emenda proposta għal dan il-Ftehim u l-appendiċi tiegħu għandhom jiġu trażmessi lis-Segretarju Ġenerali, li għandu jittrażmettihom lill-Partijiet Kontraenti kollha u jinforma lill-pajjiżi kollha l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 6 tiegħu.

2.

Kwalunkwe emenda proposta u ċirkolata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha titqies bħala aċċettata jekk l-ebda Parti Kontraenti ma tesprimi oġġezzjoni fi żmien disa' xhur mid-data taċ-ċirkolazzjoni tal-emenda proposta mis-Segretarju Ġenerali.

3.

Is-Segretarju Ġenerali għandu, mill-aktar fis possibbli, jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha jekk tkunx ġiet espressa xi oġġezzjoni għall-emenda proposta. Jekk tkun ġiet espressa oġġezzjoni għall-emenda proposta, l-emenda titqies bħala mhux aċċettata u tkun bla ebda effett. Jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti kollha tliet xhur wara li jgħaddi l-perjodu ta' disa' xhur imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 13 bis

1.   L-Iskedi tad-Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali annessi ma' dan il-Ftehim jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura li ġejja:

1.1.

L-emendi tal-Iskedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat Amministrattiv kif imsemmi fl-Artikolu 1.1 u skont il-proċedura indikata fl-Artikolu 7 tal-appendiċi ta' dan il-Ftehim.

1.2.

Emenda tal-Iskedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali għandha tiġi kkomunikata mill-Kumitat Amministrattiv lis-Segretarju Ġenerali. Mill-aktar fis possibbli wara dan, is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika dan il-Ftehim lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw Regolament tan-NU wieħed jew aktar.

2.   Emenda tal-Iskedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali titqies li ġiet adottata jekk, f'perjodu ta' sitt xhur mid-data tan-notifika tagħha mis-Segretarju Ġenerali, ebda Parti Kontraenti li tapplika Regolament tan-NU wieħed jew aktar ma tkun informat lis-Segretarju Ġenerali li ma taqbilx mal-emenda.

3.   Is-Segretarju Ġenerali għandu, mill-aktar fis possibbli, jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim kollha li japplikaw Regolament tan-NU wieħed jew aktar jekk tkunx ġiet espressa xi oġġezzjoni għall-emenda proposta. Jekk tkun ġiet espressa oġġezzjoni għall-emenda proposta, l-emenda għandha titqies bħala li ma ġietx aċċettata u tkun bla ebda effett. Jekk ma jkun hemm l-ebda tali oġġezzjoni, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti kollha li japplikaw Regolament tan-NU wieħed jew aktar tliet xhur wara li jgħaddi l-perjodu ta' sitt xhur imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.   Skeda ġdida għandha titqies bħala emenda tal-Iskedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali u, għalhekk, stabbilita skont l-istess proċedura kif speċifikat f'dan l-Artikolu.

Artikolu 14

1.   Skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti dwar:

(a)

Adeżjonijiet skont l-Artikolu 6;

(b)

Id-dati tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim skont l-Artikolu 7;

(c)

Id-denunzji skont l-Artikolu 8;

(d)

In-notifiki rċevuti skont l-Artikolu 9;

(e)

Id-dikjarazzjonijiet u n-notifiki rċevuti skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 11;

(f)

Id-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe Regolament tan-NU ġdid u kwalunkwe emenda ta' Regolament tan-NU eżistenti skont il-paragrafi 2, 3, 5 u 7 tal-Artikolu 1, u l-paragrafu 2 tal-Artikolu 12;

(g)

Id-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe emenda tal-Ftehim, l-appendiċi jew tal-Iskedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali tagħha skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 13 jew il-paragrafu 3 tal-Artikolu 13bis, rispettivament;

(h)

Il-waqfien ta' applikazzjoni ta' Regolamenti tan-NU mill-Partijiet Kontraenti skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 1.

2.   Skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u l-Iskedi ta' dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali annessi, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jinnotifika:

(a)

Lis-Segretarju Ġenerali u l-Partijiet Kontraenti bl-istabbiliment ta' emenda ta' Regolament tan-NU skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 12;

(b)

Lill-Partijiet Kontraenti bid-deċiżjoni tal-Kumitat Ammisitrattiv dwar talba għal approvazzjoni b'deroga u, sussegwentement, bl-adozzjoni tagħha skont il-paragrafu 5 tal-Iskeda 7.

Artikolu 15

1.   Jekk fid-data li fiha d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jidħlu fis-seħħ il-proċeduri previsti fl-Artikolu 1, il-paragrafi 3 u 4 tal-verżjoni preċedenti tal-Ftehim ikunu qegħdin jiġu applikati għall-adozzjoni ta' Regolament tan-NU ġdid, dan ir-Regolament tan-NU ġdid għandu jidħol fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu.

2.   Jekk fid-data li fiha d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jidħlu fis-seħħ, il-proċeduri previsti fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 tal-verżjoni preċedenti tal-Ftehim ikunu qegħdin jiġu applikati għall-adozzjoni ta' xi emenda ta' Regolament tan-NU, dik l-emenda għandha tidħol fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu.

3.   Jekk il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim kollha jaqblu, kwalunkwe Regolament tan-NU adottat skont it-termini tal-verżjoni preċedenti tal-Ftehim jista' jitqies bħallikieku kien Regolament tan-NU adottat skont it-termini tad-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq.

Artikolu 16

Dan il-Ftehim sar f'Ġinevra f'kopja waħda bl-Ingliż, bil-Franċiż u bir-Russu, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.


(1)  Titli preċedenti tal-Ftehim:

 

Ftehim li jikkonċerna l-Adozzjoni ta' Kundizzjonijiet Uniformi ta' Approvazzjoni u Rikonoxximent Reċiproku ta' Approvazzjoni għal Tagħmir u Partijiet ta' Vetturi bil-Mutur, magħmul f'Ġinevra fl-20 ta' Marzu 1958 (il-verżjoni oriġinali);

 

Ftehim dwar l-Adozzjoni ta' Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew ikunu Użati fuq Vetturi u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija Abbażi ta' dawn id-Dispożizzjonijiet, magħmul f'Ġinevra fil-5 ta' Ottubru 1995 (ir-Reviżjoni 2).


APPENDIĊI

Kompożizzjoni u regoli ta' proċedura tal-Kumitat Amministrattiv

Artikolu 1

Il-membri tal-Kumitat Amministrattiv għandhom ikunu komposti mill-Partijiet Kontraenti kollha għall-Ftehim emendat.

Artikolu 2

Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jipprovdi lill-Kumitat b'servizzi ta' segretarjat.

Artikolu 3

Il-Kumitat għandu, fl-ewwel sessjoni tiegħu ta' kull sena, jeleġġi President u viċi-President.

Artikolu 4

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jlaqqa' l-Kumitat taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa kull meta jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti Regolament ġdid tan-NU, emenda ta' Regolament tan-NU, notifika skont il-proċedura ta' approvazzjoni b'deroga għal teknoloġiji ġodda (stipulata fl-Iskeda 7) jew emenda tal-Iskedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali.

Artikolu 5

Ir-Regolamenti tan-NU ġodda proposti għandhom jitqiegħdu għall-vot. Kull pajjiż, Parti Kontraenti għall-Ftehim għandu jkollhom vot wieħed. Sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet huwa meħtieġ kworum ta' mhux anqas minn nofs il-Partijiet Kontraenti. Sabiex jiġi ddeterminat il-kworum, l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali, bħala Partijiet Kontraenti, jivvotaw bl-għadd ta' voti tal-istati membri tagħhom. Ir-rappreżentant ta' organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali jista' jagħti l-voti tal-pajjiżi sovrani kostitwenti tagħha. L-abbozzi għal Regolamenti tan-NU ġodda għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' maġġoranza ta' erbgħa minn kull ħamsa ta' dawk preżenti li jistgħu jivvotaw.

Artikolu 6

Emendi proposti għal Regolamenti tan-NU għandhom jitqiegħdu għall-vot. Kull pajjiż, Parti Kontraenti għall-Ftehim, li jkun qiegħed japplika dan ir-Regolament tan-NU għandu jkollu vot wieħed. Sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet huwa meħtieġ kworum ta' mhux anqas minn nofs il-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament tan-NU. Sabiex jiġi ddeterminat il-kworum, l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali, bħala Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, jivvotaw bl-għadd ta' voti tal-istati membri tagħhom. Ir-rappreżentant ta' organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali jista' jagħti l-voti ta' dawk il-pajjiżi sovrani kostitwenti tagħha li japplikaw ir-Regolament tan-NU. Abbozzi ta' emendi għar-Regolamenti tan-NU għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' maġġoranza ta' erbgħa minn kull ħamsa ta' dawk preżenti li jistgħu jivvotaw.

Artikolu 7

Emendi proposti għall-Iskedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali annessi ma' dan il-Ftehim għandhom jitqiegħdu għall-votazzjoni. Kull Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika Regolament tan-NU wieħed jew aktar għandu jkollha vot wieħed. Sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet huwa meħtieġ kworum ta' mhux anqas minn nofs il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw Regolament tan-NU wieħed jew aktar. Sabiex jiġi ddeterminat il-kworum, l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali, bħala Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, jivvotaw bl-għadd ta' voti tal-istati membri tagħhom. Ir-rappreżentant ta' organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali jista' jagħti l-voti ta' dawk il-pajjiżi sovrani kostitwenti tagħha li japplikaw Regolament tan-NU wieħed jew aktar. L-abbozzi ta' emendi tal-Iskedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali għandhom jiġu stabbiliti b'vot unanimu ta' dawk preżenti li jistgħu jivvotaw.

Artikolu 8

It-talba minn Parti Kontraenti għall-awtorizzazzjoni biex tagħti approvazzjoni b'deroga proposta fir-rigward ta' teknoloġiji ġodda għandha titqiegħed għall-votazzjoni. Kull Parti Kontraenti li tapplika r-Regolament tan-NU għandu jkollha vot wieħed. Sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet huwa meħtieġ kworum ta' mhux anqas minn nofs il-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament tan-NU. Sabiex jiġi ddeterminat il-kworum, l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali, bħala Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, jivvotaw bl-għadd ta' voti tal-istati membri tagħhom. Ir-rappreżentant ta' organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali jista' jagħti l-voti ta' dawk il-pajjiżi sovrani kostitwenti tagħha li japplikaw ir-Regolament tan-NU. L-awtorizzazzjoni biex tingħata approvazzjoni b'deroga lill-Parti Kontraenti msemmija għandha tiġi stabbilita permezz ta' maġġoranza ta' erbgħa minn kull ħamsa ta' dawk preżenti li jistgħu jivvotaw.

Skedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali

Dawn l-Iskedi ta' Dispożizzjonijiet Amministrattivi u Proċedurali (SAPP) huma annessi mal-Ftehim tal-1958 (1) u jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet amministrattivi u proċedurali kollha applikabbli għar-Regolamenti tan-NU annessi mal-Ftehim tal-1958:

Skeda 1

Proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni

Skeda 2

Valutazzjoni, deżinjazzjoni u notifika tas-Servizzi Tekniċi

Skeda 3

Proċeduri għall-approvazzjonijiet tat-tip tan-NU

Skeda 4

Numerazzjoni għall-approvazzjonijiet tat-tip tan-NU

Skeda 5

Ċirkolazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni

Skeda 6

Proċeduri għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet ta' interpretazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' Regolamenti tan-NU u l-għoti ta' approvazzjonijiet skont dawn ir-Regolamenti tan-NU

Skeda 7

Proċedura għall-approvazzjonijiet b'deroga fir-rigward ta' teknoloġiji ġodda

Skeda 8

Kundizzjonijiet ġenerali għall-metodi ta' ttestjar virtwali

Skeda 1

Proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni

Għanijiet

Il-proċedura tal-konformità tal-produzzjoni għandha l-għan li tiżgura li kull vettura bir-roti, tagħmir jew parti jkunu f'konformità mat-tip approvat.

Il-proċeduri jinkludu, b'mod inseparabbli, il-valutazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità, li hawn taħt tissejjaħ “valutazzjoni inizjali” u l-verifika tas-suġġett tal-approvazzjoni u l-kontrolli relatati mal-prodott, imsejħa “arranġamenti tal-konformità tal-prodott”.

1.   Valutazzjoni inizjali

1.1.   L-awtorità tal-approvazzjoni ta' Parti Kontraenti għandha tivverifika — qabel ma tagħti l-approvazzjoni tat-tip tan-NU — jekk ikunx hemm arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti sabiex jiġi żgurat il-kontroll effettiv li l-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jkunu qed jiġu manifatturati, ikunu konformi mat-tip approvat.

1.2.   Gwida għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tinsab fl-istandard internazzjonali ISO 19011:2002 — Linji gwida għall-verifiki tas-sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità u/jew dawk ambjentali.

1.3.   Ir-rekwiżit tal-paragrafu 1.1 għandu jiġi verifikat għas-sodisfazzjon tal-awtorità li tkun qed tagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-NU.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tagħti approvazzjonijiet tat-tip tan-NU għandha tkun sodisfatta bil-valutazzjoni inizjali u bl-arranġamenti tal-konformità tal-prodott imsemmija fit-Taqsima 2 ta' hawn taħt, filwaqt li tqis bħala neċessarju wieħed mill-arranġamenti deskritti fil-paragrafi 1.3.1 sa 1.3.3, jew kombinazzjoni ta' dawk l-arranġamenti b'mod sħiħ jew parzjali skont il-każ.

1.3.1.   Il-valutazzjoni inizjali attwali u/jew il-verifika tal-arranġamenti tal-konformità tal-prodott għandhom jitwettqu mill-awtorità tal-approvazzjoni li tagħti l-approvazzjonijiet tat-tip tan-NU jew mis-Servizz Tekniku ddeżinjat biex jaġixxi f'isem dik l-awtorità tal-approvazzjoni.

1.31.1.   Filwaqt li tqis sa fejn għandha tasal il-valutazzjoni inizjali, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tqis l-informazzjoni disponibbli relatata ma':

(a)

Iċ-ċertifikazzjoni tal-manifattur deskritta fil-paragrafu 1.3.3 ta' hawn taħt, li ma ġietx ikkwalifikata jew rikonoxxuta skont dak il-paragrafu;

(b)

Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip tan-NU ta' tagħmir jew partijiet, il-valutazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità mwettqa mill-manifattur(i) tal-vetturi, fil-bini tal-manifattur(i) tat-tagħmir jew tal-partijiet, skont waħda jew aktar mill-ispeċifikazzjonijiet tas-settur tal-industrija li jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-istandard internazzjonali ISO 9001:2008.

1.3.2.   Il-valutazzjoni inizjali attwali u/jew il-verifika tal-arranġamenti tal-konformità tal-prodott jistgħu jitwettqu wkoll mill-awtorità tal-approvazzjoni ta' Parti Kontraenti oħra, jew mis-Servizz Tekniku ddeżinjat għal dan l-għan minn din l-awtorità tal-approvazzjoni, sakemm din il-Parti Kontraenti tapplika mill-inqas l-istess Regolamenti tan-NU li fuqhom tkun ġiet ibbażata l-approvazzjoni tat-tip tan-NU.

1.3.2.1   F'dak il-każ, l-awtorità tal-approvazzjoni tal-Parti Kontraenti l-oħra għandha tħejji dikjarazzjoni ta' konformità li fiha tispjega l-oqsma u l-faċilitajiet tal-produzzjoni li hi tkun kopriet bħala rilevanti għall-prodott(i) li jrid(u) jiġi/u approvat(i) għat-tip u għar-Regolamenti tan-NU li skonthom dawn il-prodotti għandhom jiġu approvati għat-tip.

1.3.2.2.   Meta tirċievi applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' konformità mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ta' Parti Kontraenti li tagħti approvazzjonijiet tat-tip tan-NU, l-awtorità tal-approvazzjoni ta' Parti Kontraenti oħra għandha tibgħat minnufih id-dikjarazzjoni ta' konformità jew tavża li mhix f'pożizzjoni li tipprovdi tali dikjarazzjoni.

1.3.2.3.   Id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

Il-grupp jew il-kumpanija (eż. XYZ Automotive)

(b)

L-organizzazzjoni partikolari (eż. diviżjoni reġjonali)

(c)

L-impjanti/siti ta' produzzjoni (eż. impjant tal-magni 1 (fil-pajjiż A) — impjant tal-vetturi 2 (fil-pajjiż B));

(d)

Il-medda tal-Vetturi/Komponenti (eż. il-mudelli kollha tal-kategorija M1)

(e)

Iż-żoni vvalutati (eż. tal-assemblaġġ tal-magna, tal-ippressar u l-assemblaġġ tal-body, tal-assemblaġġ tal-vettura)

(f)

Id-dokumenti eżaminati (eż. il-manwal u l-proċeduri ta' ġestjoni tal-kwalità tal-kumpanija u tas-sit)

(g)

Id-data tal-valutazzjoni (eż. il-verifika twettqet bejn jj/xx/ssss u jj/xx/ssss);

(h)

Iż-żjara ta' monitoraġġ ippjanata (eż. xx/ssss);

1.3.3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tista' taċċetta wkoll iċ-ċertifikazzjoni tal-manifattur skont l-istandard internazzjonali ISO 9001:2008 (l-ambitu ta' din iċ-ċertifikazzjoni għandu jkopri l-prodott(i) li għandhom jiġu approvati) jew standard ta' akkreditament ekwivalenti li jissodisfa r-rekwiżiti tal-valutazzjoni inizjali tal-paragrafu 1.1. Il-manifattur għandu jipprovdi d-dettalji taċ-ċertifikazzjoni u jimpenja ruħu li jgħarraf lill-awtorità tal-approvazzjoni bi kwalunkwe reviżjoni għall-validità jew l-ambitu li ssirilha.

1.4.   Għall-fini tal-Approvazzjoni tat-Tip Internazzjonali ta' Vettura Sħiħa, il-valutazzjonijiet inizjali mwettqa għall-għoti ta' approvazzjonijiet tan-NU għal tagħmir u partijiet tal-vettura ma hemmx għalfejn jiġu ripetuti, iżda għandhom jiġu kkompletati b'valutazzjoni li tkopri ż-żoni mhux koperti mill-valutazzjonijiet preċedenti, b'mod partikolari, fir-rigward tal-assemblaġġ tal-vettura sħiħa.

2.   Arranġamenti tal-konformità tal-prodott

2.1.   Kull vettura, tagħmir jew parti approvata skont Regolament tan-NU anness mal-Ftehim tal-1958 għandha tiġi manifatturata b'mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti ta' din l-Iskeda u tal-imsemmi Regolament tan-NU.

2.2.   L-awtorità tal-approvazzjoni ta' Parti Kontraenti li tagħti approvazzjonjiet tat-tip skont Regolament tan-NU anness mal-Ftehim tal-1958 għandha tivverifika jekk ikunx hemm arranġamenti adegwati u pjanijiet ta' kontroll dokumentati, li jridu jiġu miftiehma mal-manifattur għal kull approvazzjoni, biex f'intervalli speċifikati jitwettqu t-testijiet jew l-kontrolli assoċjati meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità kontinwa mat-tip approvat, inkluż, speċifikament, fejn applikabbli, it-testijiet speċifikati fl-imsemmi Regolament tan-NU.

2.3.   Id-detentur tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU għandu, b'mod partikolari:

2.31.

Jiżgura l-eżistenza u l-applikazzjoni tal-proċeduri għall-kontroll effettiv tal-konformità tal-prodotti (vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet) mat-tip approvat;

2.3.2.

Ikollu aċċess għat-tagħmir tal-ittestjar jew għal tagħmir xieraq ieħor meħtieġ għall-kontroll tal-konformità ma' kull tip approvat;

2.3.3.

Jiżgura li d-data tar-riżultati tal-ittestjar jew tal-kontrolli jkunu reġistrati u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li jiġi ddeterminat bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni. Dan il-perjodu ma jistax jaqbeż l-10 snin;

2.3.4.

Janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test jew kontroll, sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li jippermetti tolleranza għall-varjazzjoni tal-produzzjoni industrijali;

2.3.5.

Jiżgura li għal kull tip ta' prodott, mill-anqas jitwettqu l-kontrolli previsti f'din l-Iskeda u t-testijiet previsti fir-Regolamenti tan-NU applikabbli;

2.3.6.

Jiżgura li kull sett ta' kampjuni jew kampjuni għat-test li jagħtu evidenza ta' nuqqas ta' konformità fit-tip ta' test inkwistjoni jwasslu għal kampjunar u ttestjar ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa kollha biex tiġi restawrata l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti;

3.   Arranġamenti ta' verifiki kontinwi

3.1.   L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tan-NU tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni.

3.1.1.   L-arranġamenti normali għandhom isiru biex tiġi mmonitorjata l-effettività kontinwa tal-proċeduri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 (valutazzjoni inizjali u arranġamenti tal-konformità tal-prodott) ta' din l-Iskeda.

3.1.1.1.   L-attivitajiet ta' sorveljanza mwettqa mis-Servizzi Tekniċi (kwalifikati jew rikonoxxuti kif meħtieġ fil-paragrafu 1.3.3) għandhom jiġu aċċettati bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.1.1 fir-rigward tal-proċeduri stabbiliti fil-valutazzjoni inizjali.

3.1.1.2.   Il-frekwenza normali tal-verifiki mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip (minbarra dawk imsemmija fil-punt 3.1.1.1) għandha tkun tali li tiżgura li l-kontrolli rilevanti applikati skont il-paragrafi 1 u 2 ta' din l-Iskeda jiġu rieżaminati f'intervalli abbażi tal-metodoloġija ta' valutazzjoni tar-riskji skont l-istandard internazzjonali ISO 31000:2009 — Ġestjoni tar-Riskji — Prinċipji u linji gwida u, fil-każijiet kollha, bi frekwenza minima ta' darba kull tliet snin. Din il-metodoloġija għandha tqis, b'mod partikolari, kwalunkwe nuqqas ta' konformità indikata mill-Partijiet Kontraenti skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim tal-1958.

3.2.   F'kull rieżami, ir-rekords tat-testijiet u tal-kontrolli u r-rekords tal-produzzjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispettur; b'mod partikolari, ir-rekords ta' dawk it-testijiet jew kontrolli dokumentati kif meħtieġ fil-paragrafu 2.2.

3.3.   L-ispettur jista' jagħżel kampjuni b'mod aleatorju biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur jew fil-faċilitajiet tas-Servizz Tekniku. F'dak il-każ għandhom jitwettqu biss testijiet fiżiċi. In-numru minimu ta' kampjuni jista' jiġi ddeterminat skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.

3.4.   Meta l-livell tal-kontroll jidher li mhux sodisfaċenti, jew meta jkun jidher li tkun meħtieġa verifika tal-validità tat-testijiet imwettqa b'applikazzjoni tal-paragrafu 3.2, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li jridu jintbagħtu lis-Servizz Tekniku biex iwettaq it-testijiet fiżiċi.

3.5.   F'każijiet fejn, matul spezzjoni jew rieżami ta' monitoraġġ, joħorġu riżultati mhux sodisfaċenti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi restawrata l-konformità tal-produzzjoni mill-aktar fis possibbli.

Skeda 2

L-Ewwel parti

Valutazzjoni, deżinjazzjoni u notifika tas-Servizzi Tekniċi

1.   Deżinjazzjoni tas-Servizzi Tekniċi

1.1.   Meta Awtorità tal-Approvazzjoni taħtar Servizz Tekniku, dan tal-aħħar għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din l-Iskeda.

1.2.   Is-Servizzi Tekniċi għandhom iwettqu jew jagħmlu superviżjoni tat-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni jew l-ispezzjonijiet speċifikati f'Regolamenti tan-NU, għajr meta jkunu speċifikament permessi proċeduri alternattivi. Huma ma jistgħux iwettqu testijiet jew spezzjonijiet li għalihom ma ġewx iddeżinjati kif dovut.

Il-prestazzjoni tas-Servizzi Tekniċi u l-kwalità tat-testijiet u tal-ispezzjonijiet li jwettqu għandhom jiżguraw li l-prodotti li għalihom tintalab l-approvazzjoni tat-tip tan-NU jiġu vverifikati għall-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tar-Regolamenti tan-NU applikabbli li s-Servizzi Tekniċi ġew iddeżinjati għalihom.

1.3.   Is-Servizzi Tekniċi għandhom jiġu ddeżinjati f'waħda jew aktar minn dawn l-erba' kategoriji ta' attivitajiet, skont il-qasam ta' kompetenza tagħhom:

(a)

Kategorija A: Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet imsemmija f'Regolamenti tan-NU fil-faċilitajiet tagħhom stess;

(b)

Kategorija B: Servizzi Tekniċi li jagħmlu superviżjoni tat-testijiet imsemmija fir-Regolamenti tan-NU, liema testijiet jitwettqu fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta' parti terza;

(c)

Kategorija C: Servizzi Tekniċi li jivvalutaw u jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-proċeduri tal-manifattur għall-kontroll tal-konformità tal-produzzjoni;

(d)

Kategorija D: Servizzi Tekniċi li jagħmlu superviżjoni jew iwettqu testijiet jew spezzjonijiet fil-qafas tas-sorveljanza tal-konformità tal-produzzjoni.

1.4.   Is-Servizzi Tekniċi għandhom juru ħiliet xierqa, għarfien tekniku speċifiku u esperjenza fl-oqsma speċifiċi koperti bir-Regolamenti tan-NU li huma jkunu ddeżinjati għalihom.

Barra minn hekk, is-Servizzi Tekniċi għandhom jikkonformaw mal-istandards elenkati fit-Tieni parti ta' din l-Iskeda li jkunu rilevanti għall-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikunu ddeżinjati, iżda mhux neċessarjament jiġu approvati/akkreditati skont dawn l-istandards.

Is-Servizzi tekniċi għandhom jiżguraw li jkunu ħielsa minn kwalunkwe kontroll u influwenza ta' partijiet interessati li jistgħu jaffettwaw b'mod ħażin l-imparzjalità u l-kwalità ta' dawn it-testijiet u spezzjonijiet.

Is-Servizzi Tekniċi għandu jkollhom aċċess għall-faċilitajiet tal-ittestjar u l-apparati tal-kejl meħtieġa għas-superviżjoni jew it-twettiq tat-testijiet jew spezzjonijiet imsemmija fir-Regolamenti tan-NU li s-Servizzi Tekniċi ġew iddeżinjati għalihom.

1.5.   Awtorità tal-approvazzjoni tista' taġixxi bħala Servizz Tekniku għal waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.3. Meta awtorità tal-approvazzjoni li taġixxi bħala Servizz Tekniku tkun ġiet maħtura bil-liġi nazzjonali ta' Parti Kontraenti u tkun iffinanzjata minn din il-Parti Kontraenti, id-dispożizzjonijiet ta' din l-Iskeda jew regoli ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1, 2 u 3.4 ta' din l-Iskeda għandhom jiġu mħarsa. Dan japplika wkoll għas-Servizzi Tekniċi li jkunu ġew maħtura bil-liġi nazzjonali ta' Parti Kontraenti u li jkunu suġġetti għal kontroll finanzjarju u amministrattiv mill-Gvern ta' dik il-Parti Kontraenti. Ir-regoli ekwivalenti għandhom jiggarantixxu l-istess livell ta' prestazzjoni u indipendenza.

1.6.   Minkejja l-paragrafu 3.3, il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu li jaġixxi f'ismu jista' jiġi ddeżinjat bħala Servizz Tekniku għall-attivitajiet tal-kategorija A għal dawk ir-Regolamenti tan-NU li jipprevedu tali deżinjazzjoni biss. F'dan il-każ, u minkejja l-paragrafu 1.4, dan is-Servizz Tekniku għandu jiġi akkreditat skont l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1 tat-Tieni parti ta' din l-Iskeda.

1.7.   L-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1.5 u 1.6 għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

2.   Valutazzjoni tal-ħiliet tas-Servizzi Tekniċi

2.1.   Il-ħiliet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintwerew permezz ta' rapport tal-valutazzjoni stabbilit minn awtorità kompetenti (2). Dan jista' jinkludi ċċertifikat ta' akkreditazzjoni maħruġ minn entita ta' akkreditazzjoni.

2.2.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.1 għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Tielet parti ta' din l-Iskeda.

Ir-rapport tal-valutazzjoni għandu jiġi rivedut wara perjodu massimu ta' tliet snin.

2.3.   Ir-rapport tal-valutazzjoni għandu jiġi kkomunikat lis-Segretarjat tan-NU/KEE u lill-Partijiet Kontraenti fuq talba.

2.4.   L-awtorità tal-approvazzjoni li taġixxi bħala Servizz Tekniku għandha turi konformità permezz ta' evidenza dokumentata.

Din tinkludi valutazzjoni li għandha titwettaq minn awdituri indipendenti mill-attività li tkun qed tiġi vvalutata. Dawn l-awdituri jistgħu jkunu mill-istess organizzazzjoni sakemm huma jkunu indipendenti mill-persunal li jwettaq l-attività vvalutata.

2.5.   Il-manifattur, jew ir-rappreżentant tiegħu li jaġixxi f'ismu, iddeżinjat bħala s-Servizz Tekniku għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafu 2.

3.   Proċeduri għan-notifika

3.1.   Il-Partijiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lis-segretarjat tan-NU/KEE bl-isem, l-indirizz, inkluż l-indirizz elettroniku u l-kategorija tal-attivitajiet fir-rigward ta' kull Servizz Tekniku ddeżinjat. Huma għandhom jinnotifikaw ukoll lis-Segretarjat tan-NU/KEE bi kwalunkwe modifikazzjonijiet sussegwenti għalihom.

L-att ta' notifika għandu jiddikjara r-Regolamenti tan-NU li għalihom ġew iddeżinjati s-Servizzi Tekniċi.

3.2.   Servizz tekniku jista' jwettaq l-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 1 għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU biss jekk dan ikun ġie notifikat minn qabel lis-segretarjat tan-NU/KEE.

3.3.   L-istess Servizz Tekniku jista' jiġi ddeżinjat u nnotifikat minn diversi Partijiet Kontraenti, irrispettivament mill-kategorija tal-attivitajiet li jwettaq.

3.4.   Is-segretarjat tan-NU/KEE għandu jippubblika l-lista u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-Servizzi Tekniċi fuq is-sit elettroniku tiegħu.

It-Tieni parti

Standards li s-Servizzi Tekniċi, imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3.4 tal-Ewwel parti ta' din l-Iskeda, għandhom jikkonformaw magħhom

1.   L-attivitajiet ta' ttestjar għall-approvazzjoni tat-tip tan-NU, li għandhom jitwettqu skont ir-regolamenti tan-NU

1.1.   Kategorija A (testijiet imwettqa fil-faċilitajiet tagħhom stess):

ISO/IEC 17025:2005 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar.

Servizz Tekniku ddeżinjat għall-attivitajiet tal-kategorija A jista' jwettaq jew jagħmel superviżjoni tat-testijiet skont ir-Regolamenti tan-NU li għalihom ġie ddeżinjat, fil-faċilitajiet tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu.

1.2.   Kategorija B (superviżjoni ta' testijiet imwettqa fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet tar-rappreżentant tiegħu):

ISO/IEC 17020:2012 dwar il-kriterji ġenerali għall-operazzjoni ta' tipi differenti ta' entitajiet li jwettqu spezzjoni.

Qabel iwettaq jew jagħmel superviżjoni ta' kwalunkwe test fil-faċilitajiet ta' manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu, is-Servizz Tekniku għandu jivverifika li l-faċilitajiet tal-ittestjar u l-apparati tal-kejl jikkonformaw mar-rekwiżiti xierqa tal-paragrafu 1.1.

2.   Attivitajiet relatati mal-Konformità tal-Produzzjoni

2.1.   Kategorija C (proċedura għall-valutazzjoni inizjali u verifiki ta' sorveljanza tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tal-manifattur):

ISO/IEC 17021:2011 dwar ir-rekwiżiti għall-entitajiet li jipprovdu verifika u ċertifikazzjoni ta' sistemi tal-ġestjoni.

2.2.   Kategorija D (spezzjoni jew ittestjar ta' kampjuni tal-produzzjoni jew superviżjoni tagħhom):

ISO/IEC 17020:2012 dwar il-kriterji ġenerali għall-operazzjoni ta' tipi differenti ta' entitajiet li jwettqu spezzjoni.

It-Tielet parti

Proċedura għall-valutazzjoni tas-Servizzi Tekniċi

1.   Għan

1.1.   Din il-parti tal-Iskeda 2 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom għandha titwettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tas-Servizzi Tekniċi mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 tal-Ewwel parti ta' din l-Iskeda.

1.2.   Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għas-Servizzi Tekniċi kollha, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom (organizzazzjoni indipendenti, manifattur jew awtorità tal-approvazzjoni li taġixxi bħala Servizz Tekniku).

2.   Prinċipji ta' valutazzjoni

Il-valutazzjoni għandha tkun karatterizzata mill-ħarsien ta' għadd ta' prinċipji:

(a)

L-indipendenza, li hija l-bażi għall-imparzjalità u l-oġġettività tal-konklużjonijiet;

(b)

Approċċ ibbażat fuq l-evidenza, li jiggarantixxi konklużjonijiet affidabbli u riproduċibbli.

L-awdituri għandhom juru affidabbiltà u integrità, u għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità u d-diskrezzjoni. Huma għandhom jirrappurtaw b'mod onest u preċiż il-fatti misjuba u l-konklużjonijiet.

3.   Ħiliet tal-awditur

3.1.   Il-valutazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss minn awdituri li jkollhom l-għarfien tekniku u amministrattiv xieraq għal dawn il-finijiet.

3.2.   L-awdituri għandhom ikunu tħarrġu speċifikiment għall-attivitajiet ta' valutazzjoni. Barra minn hekk, huma għandu jkollhom l-għarfien speċifiku tal-qasam tekniku li fih is-Servizz Tekniku se jeżerċita l-attivitajiet tiegħu.

3.3.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.1 u 3.2 ta' hawn fuq, il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.5 tal-Ewwel parti ta' din l-Iskeda għandha titwettaq minn awdituri indipendenti mill-attivitajiet li għalihom qed titwettaq il-valutazzjoni.

4.   Applikazzjoni għal deżinjazzjoni

4.1.   Rappreżentant tas-Servizz Tekniku applikant, awtorizzat kif xieraq, għandu jippreżenta applikazzjoni formali lill-awtorità kompetenti. L-applikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

Karatteristiċi ġenerali dwar is-Servizz Tekniku, inkluż l-entità korporattiva, l-isem, l-indirizzi, l-istatus legali u r-riżorsi umani u tekniċi;

(b)

Deskrizzjoni dettaljata li tinkludi curriculum vitae tal-persunal inkarigat mill-ittestjar u tal-persunal maniġerjali li turi l-ħiliet edukattivi u professjonali;

(c)

Barra minn dan, is-Servizzi Tekniċi li jużaw metodi ta' ttestjar virtwali għandhom jipprovdu xhieda tal-abbiltà tagħhom li jaħdmu f'ambjent megħjun bil-kompjuter;

(d)

Informazzjoni ġenerali li tikkonċerna s-Servizz Tekniku, bħall-attivitajiet tiegħu, ir-relazzjoni tiegħu f'entità korporattiva akbar, jekk ikun il-każ, u l-indirizzi tal-post(ijiet) fiżiċi kollha li jridu jiġu koperti mill-ambitu tad-deżinjazzjoni;

(e)

Qbil biex is-Servizz Tekniku jissodisfa r-rekwiżiti għad-deżinjazzjoni u l-obbligi l-oħra tiegħu kif applikabbli fir-Regolamenti tan-NU rilevanti li għalihom ikun ġie ddeżinjat;

(f)

Deskrizzjoni tas-servizzi ta' valutazzjoni tal-konformità li s-Servizz Tekniku jimpenja ruħu għalihom fil-qafas tar-Regolamenti tan-NU applikabbli u lista tar-Regolamenti tan-NU li għalihom is-Servizz Tekniku japplika biex jinħatar, inkluż il-limiti tal-kapaċità tiegħu fejn applikabbli;

(g)

Kopja tal-manwal ta' garanzija tal-kwalità jew tar-regoli operattivi komparabbli tas-Servizz Tekniku.

4.2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel rieżami dwar l-adegwatezza, l-informazzjoni li tingħata mis-Servizz Tekniku.

4.3.   Is-Servizz Tekniku għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni bi kwalunkwe modifika fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 4.1.

5.   Rieżami tar-riżorsi

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel rieżami tal-abbiltà tagħha li twettaq il-valutazzjoni tas-Servizz Tekniku, fir-rigward tal-politika tagħha, il-kompetenza tagħha u d-disponibbiltà ta' awdituri u esperti xierqa.

6.   Sottokuntrattar tal-valutazzjoni

6.1.   L-awtorità kompetenti tista' tagħti b'sottokuntratt partijiet tal-valutazzjoni lil awtorità ddeżinjata oħra jew titlob għal sostenn minn esperti tekniċi pprovduti minn awtoritajiet kompetenti oħra. Is-sottokuntratturi u l-esperti għandhom jiġu aċċettati mis-Servizz Tekniku applikant.

6.2.   L-awtorità kompetenti għandha tqis iċ-ċertifikati ta' akkreditazzjoni pertinenti sabiex tkun tista' tiffinalizza l-valutazzjoni globali tagħha tas-Servizz Tekniku.

7.   Preparazzjoni għall-valutazzjoni

7.1.   L-awtorità kompetenti għandha taħtar tim ta' valutazzjoni formalment. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dan it-tim ikollu l-kompetenza xierqa biex iwettaq kull kompitu. B'mod partikolari, fl-intier tiegħu, it-tim:

(a)

Għandu jkollu l-għarfien xieraq dwar l-ambitu speċifiku li għalih qed tintalab id-deżinjazzjoni; u

(b)

Għandu jkun intiż biżżejjed biex ikun jista' jagħmel valutazzjoni affidabbli tal-kompetenza tas-Servizz Tekniku li jopera fl-ambitu tad-deżinjazzjoni.

7.2.   L-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi b'mod ċar il-kompitu mogħti lit-tim ta' valutazzjoni. Il-kompitu tat-tim ta' valutazzjoni hu li jeżamina d-dokumenti miġbura mis-Servizz Tekniku applikant u li jwettaq valutazzjoni fuq il-post.

7.3.   L-awtorità kompetenti għandha taqbel, flimkien mas-Servizz tekniku u t-tim ta' valutazzjoni assenjat, dwar id-data u l-iskeda għall-valutazzjoni. Madankollu, tibqa' r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tfittex data li tkun konformi mal-pjan ta' sorveljanza u rivalutazzjoni.

7.4.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-tim ta' valutazzjoni jkun fornut bid-dokumenti ta' kriterji xierqa, rekords ta' valutazzjonijiet preċedenti, u d-dokumenti u r-rekords rilevanti tas-Servizz Tekniku.

8.   Valutazzjoni fuq il-post

It-tim ta' valutazzjoni għandu jwettaq il-valutazzjoni tas-Servizz Tekniku fuq il-post tas-Servizz Tekniku li minnu titwettaq attività ewlenija waħda jew iżjed u, fejn rilevanti, għandu jagħmel valutazzjoni ta' xhieda fuq il-post f'postijiet oħra magħżula li minnhom jopera s-Servizz Tekniku.

9.   Analiżi tas-sejbiet u rapport tal-valutazzjoni

9.1.   It-tim tal-valutazzjoni għandu janalizza l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti kollha miġbura waqt ir-rieżami tad-dokumenti u r-rekords u l-valutazzjoni fuq il-post. Din l-analiżi għandha tkun suffiċjenti biex tippermetti lit-tim jiddetermina l-livell tal-kompetenza u tal-konformità tas-Servizz Tekniku mar-rekwiżiti għad-deżinjazzjoni.

9.2.   Il-proċeduri ta' rappurtar tal-awtorità kompetenti għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li ġejjin ikunu ssodisfati.

9.2.1.   Għandha ssir laqgħa bejn it-tim tal-valutazzjoni u s-Servizz Tekniku qabel jitilqu minn fuq il-post. F'din il-laqgħa, it-tim tal-valutazzjoni għandu jipprovdi rapport bil-miktub u/jew orali dwar is-sejbiet miksuba mill-analiżi. Is-Servizz Tekniku għandu jingħata l-opportunità li jagħmel mistoqsijiet dwar is-sejbiet, inkluż dwar in-nuqqasijiet ta' konformità, jekk ikun il-każ, u l-bażi tagħhom.

9.2.2.   Rapport bil-miktub dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni għandu jiġi ppreżentat mill-ewwel lis-Servizz Tekniku. Dan ir-rapport tal-valutazzjoni għandu jinkludi kummenti dwar il-kompetenza u l-konformità, u għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' konformità, jekk ikun il-każ, li jridu jiġu solvuti sabiex tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti kollha tad-deżinjazzjoni.

9.2.3.   Is-Servizz Tekniku għandu jiġi mistieden jirrispondi għar-rapport tal-valutazzjoni u jiddeskrivi l-azzjonijiet speċifiċi meħuda jew ippjanati li jittieħdu, fi żmien definit, biex kwalunkwe nuqqas ta' konformità identifikat jiġi solvut.

9.3.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-risposti tas-Servizz Tekniku jkunu effettivi u suffiċjenti biex isolvu n-nuqqasijiet ta' konformità. Jekk jinsab li r-risposti tas-Servizz Tekniku ma jkunux suffiċjenti, għandha tintalab informazzjoni ulterjuri. Barra minn hekk, tista' tintalab evidenza tal-implimentazzjoni effettiva ta' azzjonijiet meħuda, jew tista' titwettaq valutazzjoni b'segwitu biex tivverifika l-implimentazzjoni effettiva ta' azzjonijiet korrettivi.

9.4.   Ir-rapport tal-valutazzjoni għandu jinkludi, bħala minimu:

(a)

L-identifikazzjoni unika tas-Servizz Tekniku;

(b)

Id-data/i tal-valutazzjoni fuq il-post;

(c)

L-isem/ismijiet tal-awditur(i) u/jew esperti involuti fil-valutazzjoni;

(d)

L-identifikazzjoni unika tal-postijiet kollha vvalutati;

(e)

L-ambitu propost tad-deżinjazzjoni li ġiet ivvalutata;

(f)

Dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-organizzazzjoni interna u tal-proċeduri adottati mis-Servizz Tekniku li jixhdu l-kompetenza tiegħu, kif stabbilita permezz tal-issodisfar tar-rekwiżiti għad-deżinjazzjoni;

(g)

L-informazzjoni dwar is-soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta' konformità kollha;

(h)

Rakkomandazzjoni dwar jekk l-applikant għandux jiġi ddeżinjat jew ikkonfermat bħala Servizz Tekniku u, jekk iva, l-ambitu tad-deżinjazzjoni.

10.   Għoti/ konferma tad-deżinjazzjoni

10.1.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu d-deċiżjoni dwar jekk tagħtix, tikkonfermax jew testendix id-deżinjazzjoni ta' Servizz Tekniku abbażi tar-rapport(i) u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

10.2.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tipprovdi ċertifikat lis-Servizz Tekniku. Dan iċ-ċertifikat għandu jidentifika dan li ġej:

(a)

L-identità u l-logo tal-awtorità tal-approvazzjoni;

(b)

L-identità unika tas-Servizz Tekniku ddeżinjat;

(c)

Id-data effettiva tal-għoti tad-deżinjazzjoni u d-data tal-iskadenza;

(d)

Indikazzjoni fil-qosor jew referenza tal-ambitu tad-deżjinazzjoni (Regolamenti tan-NU applikabbli, jew partijiet minnhom);

(e)

Dikjarazzjoni ta' konformità u referenza għal din l-Iskeda.

11.   Rivalutazzjoni u sorveljanza

11.1.   Ir-rivalutazzjoni hija simili għal valutazzjoni inizjali, iżda hawn trid titqies l-esperjenza miksuba waqt il-valutazzjonijiet preċedenti. Il-valutazzjonijiet ta' sorveljanza fuq il-post huma anqas estensivi mir-rivalutazzjonijiet.

11.2.   L-awtorità kompetenti għandha tfassal il-pjan tagħha għar-rivalutazzjoni u s-sorveljanza ta' kull Servizz Tekniku ddeżinjat biex jiġu vvalutati, fuq bażi regolari, kampjuni rappreżentattivi tal-ambitu tad-deżinjazzjoni.

L-intervall bejn il-valutazzjonijiet fuq il-post, kemm ir-rivalutazzjonijiet u kemm is-sorveljanza, jiddependi fuq l-istabbiltà b'attestazzjoni li jkun kiseb is-Servizz Tekniku.

11.3   Meta, waqt is-sorveljanza jew ir-rivalutazzjonijiet, jiġu identifikati xi nuqqasijiet ta' konformità, l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi limiti ta' żmien stretti għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi.

11.4.   Meta l-azzjonijiet korrettivi jew ta' titjib ma jkunux twettqu fil-qafas ta' żmien miftiehem jew jitqiesu li mhumiex suffiċjenti, l-awtorità kompetenti għandha tadotta miżuri xierqa bħal, twettiq ta' valutazzjoni ulterjuri, is-sospensjoni/l-irtirar tad-deżinjazzjoni għal waħda jew iżjed mill-attivitajiet li għalihom is-Servizz Tekniku ġie ddeżinjat.

11.5.   Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tissospendi jew tirtira d-deżinjazzjoni ta' Servizz Tekniku, din għandha tinformah permezz ta' ittra reġistrata, u għandha tinforma lis-segretarjat tan-NU/KEE b'dan. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tadotta l-miżuri kollha neċessarji biex tiżgura l-kontinwità tal-attivitajiet diġà mibdija mis-Servizz Tekniku.

12.   Rekords dwar is-Servizzi Tekniċi ddeżinjati

12.1.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords dwar is-Servizzi Tekniċi biex turi li r-rekwiżiti għad-deżinjazzjoni, inkluż il-kompetenza, ġew issodisfati effettivament.

12.2.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm ir-rekords dwar is-Servizzi Tekniċi b'mod sikur biex tiżgura l-kunfidenzjalità.

12.3.   Rekords dwar is-Servizzi Tekniċi għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(a)

Korrispondenza rilevanti;

(b)

Rekords u rapporti tal-valutazzjoni;

(c)

Kopji taċ-ċertifikati tad-deżinjazzjoni.

Skeda 3

Proċeduri għall-approvazzjonijiet tat-tip tan-NU

1.   Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tan-NU u l-proċedura tagħha

1.1.   L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tan-NU għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni ta' Parti Kontraenti mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tagħhom (minn hawn' il quddiem imsejjaħ “l-applikant”).

1.2.   Applikazzjoni waħda biss tista' tiġi ppreżentata għal tip partikolari ta' vettura, tagħmir jew parti u dan jista' jsir biss f'Parti Kontraenti waħda li tapplika r-Regolamenti tan-NU skont l-approvazzjoni tat-tip tan-NU li tintalab. Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni separata għal kull tip li jrid jiġi approvat.

1.3.   L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bl-informazzjoni kif speċifikat fir-Regolamenti tan-NU, skont l-approvazzjoni tintalab. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi tat-tip li għandu jiġi approvat, inkluż tpinġijiet, dijagrammi u stampi, skont ma jkun meħtieġ.

1.4.   L-awtorità tal-approvazzjoni tista', permezz ta' talba motivata, titlob lill-applikant jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar it-testijiet tal-approvazzjoni meħtieġa jew biex jitħaffef it-twettiq ta' dawk it-testijiet.

1.5.   L-applikant għandu jagħmel disponibbli lill-awtorità tal-approvazzjoni l-vetturi bir-roti, it-tagħmir jew il-partijiet kollha li jkunu meħtieġa għat-twettiq tat-testijiet li jirrikjedu r-Regolamenti tan-NU li skonthom qed tintalab l-approvazzjoni.

1.6.   Il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolamenti tan-NU għandha tiġi ppruvata permezz ta' testijiet xierqa mwettqa fuq vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jkunu rappreżentattivi tat-tip li jrid jiġi approvat.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tapplika l-prinċipju ta' “l-agħar xenarju”, billi, għat-test, tagħżel il-varjant jew il-verżjoni tat-tip speċifikat li tirrappreżenta t-tip li għandu jiġi approvat fl-agħar kundizzjonijiet. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu flimkien mal-ġustifikazzjoni tagħhom għandhom jiġu rreġistrati fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni.

Madankollu, l-applikant jista' jagħżel, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, vettura, tagħmir jew parti li, minkejja li ma jkunux rappreżentattivi tat-tip li jrid jiġi approvat, jgħaqqdu flimkien għadd ta' karatteristiċi mill-anqas favorevoli fir-rigward tal-livell tal-prestazzjoni meħtieġ mir-Regolamenti tan-NU (l-agħar xenarju). Biex tittieħed deċiżjoni dwar l-għażla tal-agħar xenarju, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar virtwali.

1.7.   It-testijiet tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu jew jiġu ssorveljati mis-Servizzi Tekniċi. Il-proċeduri tal-ittestjar li jridu jiġu applikati u t-tagħmir u l-għodod speċifiċi li jridu jintużaw għandhom ikunu dawk speċifikati fir-Regolamenti tan-NU.

1.8.   Bħala alternattiva għall-proċeduri tal-ittestjar imsemmija fil-paragrafi 1.6 u 1.7 ta' hawn fuq, fuq talba tal-applikant jista' jintuża ttestjar virtwali, sakemm dan ikun previst fir-Regolamenti tan-NU rilevanti u sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ġenerali kif stipulat fl-Iskeda 8 annessa mal-Ftehim tal-1958.

1.9.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip biss, meta tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-konformità tal-produzzjoni tal-Iskeda 1 annessa mal-Ftehim tal-1958.

1.10.   Meta t-testijiet tal-approvazzjoni jkunu wrew li t-tip huwa konformi mar-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament tan-NU, l-approvazzjoni ta' dak it-tip għandha tingħata, għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni skont l-Iskeda 4 annessa mal-Ftehim tal-1958 u għandha tiġi assenjata marka tal-approvazzjoni lil kull tip skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament tan-NU kkonċernat.

1.11.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li dawn l-elementi jkunu inklużi fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni:

(a)

Rekord dwar l-għażla tal-agħar xenarju u l-ġustifikazzjoni għal dik l-għażla. Dan jista' jinkludi informazzjoni pprovduta mill-manifattur;

(b)

Rekord ta' kwalunkwe interpretazzjoni teknika sinifikanti li ssir, tal-metodi differenti ta' ttestjar applikati, jew ta' teknoloġiji ġodda introdotti;

(c)

Rapport tat-test mis-Servizz Tekniku li jinkludi l-valuri rreġistrati miksuba waqt il-kejl u t-testijiet meħtieġa mir-Regolament tan-NU;

(d)

Dokumenti ta' informazzjoni mill-manifattur, li jispeċifikaw il-karatteristiċi tat-tip li jrid jiġi approvat;

(e)

Dikjarazzjoni ta' konformità fir-rigward tal-konformità tar-rekwiżiti tal-produzzjoni fl-Iskeda 1 annessa mal-Ftehim tal-1958, li tagħti dettalji dwar liema mill-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1.3 tal-Iskeda 1 annessa mal-Ftehim tal-1958 ġew meqjusa bħala l-bażi għall-valutazzjoni inizjali kif ukoll id-data tal-valutazzjoni inizjali u kwalunkwe attività ta' sorveljanza;

(f)

Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

2.   Emendi tal-approvazzjonijiet tat-tip tan-NU

2.1.   Il-manifatturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip tan-NU għall-vettura, għat-tagħmir jew għall-partijiet tagħhom għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Parti Kontraenti li tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip tan-NU bi kwalunkwe bidla fil-karatteristiċi tat-tip kif ġew irreġistrati fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.3.

2.2.   Il-Parti Kontraenti għandha tiddeċiedi liema waħda miż-żewġ proċeduri għall-emendar tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU, kif stipulati fil-paragrafi 2.5 u 2.6 għandha tiġi segwita. Fejn ikun meħtieġ, il-Parti Kontraenti tista' tiddeċiedi, f'konsultazzjoni mal-manifattur, li għandu mnejn ikun meħtieġ li tinħareġ approvazzjoni tat-tip tan-NU ġdida.

2.3.   Applikazzjoni għall-emendar ta' approvazzjoni tat-tip tan-NU tista' tiġi ppreżentata biss lill-Parti Kontraenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tan-NU oriġinali.

2.4.   Jekk il-Parti Kontraenti tqis li, għall-fini tal-emendar tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU jkun meħtieġ li jitwettqu spezzjonijiet jew testijiet, din għandha tinforma lill-manifattur b'dan.

2.5.   Meta l-karatteristiċi tat-tip kif irreġistrati fid-dokumenti ta' informazzjoni u r-rapporti tat-test ikunu nbidlu u l-Parti Kontraenti tqis li l-bidliet aktarx ma jkollhomx effett avvers apprezzabbli fuq il-prestazzjoni ambjentali u/jew tas-sikurezza funzjonali, u li fi kwalunkwe każ it-tip xorta għadu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolamenti tan-NU kkonċernati, il-modifika tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU għandha tiġi identifikata bħala “reviżjoni”.

F'każ bħal dan, il-Parti Kontraenti għandha toħroġ il-paġni riveduti tad-dokumenti ta' informazzjoni u tar-rapporti tat-test kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b'mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata aġġornata tad-dokumenti ta' informazzjoni u tar-rapporti tat-test, flimkien ma' deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit.

2.6.   L-emenda ta' approvazzjoni tat-tip tan-NU għandha tissejjaħ “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla tad-data rreġistrata fid-dokumenti ta' informazzjoni:

(a)

Ikunu meħtieġa aktar spezzjonijiet jew testijiet; jew

(b)

Tinbidel xi informazzjoni dwar id-dokument ta' komunikazzjoni (bl-eċċezzjoni ta' partijiet annessi magħha); jew

(c)

Approvazzjoni ta' serje ta' emendi aktar tard tintalab wara d-dħul fis-seħħ tagħha, li tista' tingħata bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti ta' serje ta' emendi aktar tard jiġu ssodisfati.

2.7.   Il-konferma jew ir-rifjut tal-emendar tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU, flimkien mal-ispeċifikazzjoni tal-bidliet, għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw ir-Regolament tan-NU permezz ta' formola ta' komunikazzjoni. Barra minn hekk, l-indiċi tad-dokumenti ta' informazzjoni u tar-rapporti tat-test, mehmuż mad-dokument ta' komunikazzjoni, għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jindika d-data tal-aktar reviżjoni jew estensjoni reċenti.

2.8.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tagħti l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha taġġorna n-numru tal-approvazzjoni b'numru ta' estensjoni, inkrementat skont in-numru ta' estensjonijiet suċċessivi diġà mogħtija skont l-Iskeda 4 annessa mal-Ftehim tal-1958, u toħroġ il-formola ta' komunikazzjoni riveduta ddenotata b'dan in-numru ta' estensjoni.

Skeda 4

Numerazzjoni tal-approvazzjonijiet tat-tip tan-NU

1.   id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-1958, il-Partijiet Kontraenti għandhom joħorġu numru ta' approvazzjoni tat-tip skont il-paragrafu 1.10 tal-Iskeda 3 għal kull approvazzjoni tat-tip ġdida u kull estensjoni ta' approvazzjoni bħal din.

2.   Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-1958 u minkejja li d-dispożizzjonijiet dwar il-marki tal-approvazzjoni fi kwalunkwe verżjoni ta' Regolamenti tan-NU jistgħu jkunu stipulaw mod ieħor, il-manifattur għandu jwaħħal marka tal-approvazzjoni, jekk mitluba, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tan-NU rilevanti, madankollu, f'dik il-marka għandu juża l-ewwel żewġ ċifri tat-Taqsima 2 u ċ-ċifri tat-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni kif imsemmi f'din l-Iskeda bħala n-numru ta' approvazzjoni għal kull vettura bir-roti, tagħmir jew parti li lilhom tkun ingħatat approvazzjoni ġdida jew li għalihom ikunu ġew estiżi dawn l-approvazzjonijiet. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta Regolament tan-NU jkun jeħtieġ li fil-marka tal-approvazzjoni jintuża kodiċi tal-approvazzjoni jew kodiċi tal-identifikazzjoni minflok in-numru tal-approvazzjoni. Iż-żerijiet ta' quddiem iċ-ċifri tat-Taqsima 3 jistgħu jitħallew barra.

3.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. In-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun magħmul minn 4 taqsimiet. Kull taqsima għandha tkun separata bis-simbolu “*”.

Taqsima 1

L-ittra kapitali “E” segwita bin-numru distintiv tal-Parti Kontraenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip.

Taqsima 2

In-numru tar-Regolament tan-NU rilevanti, segwit bl-ittra “R”, segwiti suċċessivament b':

(a)

Żewġ ċifri (b'żerijiet fuq quddiem, kif applikabbli) li jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora d-dispożizzjonijiet tekniċi tar-Regolament tan-NU applikata għall-approvazzjoni (00 għar-Regolament tan-NU fil-forma oriġinali tiegħu);

(b)

Linja mmejla u żewġ ċifri (b'żerijiet fuq quddiem, kif applikabbli) li jindikaw in-numru tas-suppliment għas-serje ta' emendi applikata għall-approvazzjoni (00 għas-serje ta' emendi fil-forma oriġinali tagħha),

(c)

Linja mmejla u karattru wieħed jew tnejn li jindikaw l-istadju ta' implimentazzjoni, jekk applikabbli.

Taqsima 3

Numru sekwenzjali b'erba' ċifri (b'żerijiet fuq quddiem, kif applikabbli). Is-sekwenza għandha tibda minn 0001.

Taqsima 4

Numru sekwenzjali b'żewġ ċifri (b'żerijiet fuq quddiem, jekk applikabbli) biex jindikaw l-estensjoni. Is-sekwenza għandha tibda minn 00.

Iċ-ċifri kollha għandhom ikunu ċifri Għarab.

1.   L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil approvazzjoni oħra.

Eżempji:

 

Eżempju tat-tieni estensjoni għar-raba' approvazzjoni tat-tip maħruġa minn Netherlands skont ir-Regolament tan-NU Nru 58 fil-verżjoni oriġinali tagħha:

E4*58R00/00*0004*02

 

Eżempju tal-ewwel estensjoni għall-2 439 approvazzjoni tat-tip maħruġa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għal approvazzjoni ta' vettura skont ir-Regolament tan-NU Nru 83, it-tielet serje ta' emendi, verżjoni għal vettura tal-kategorija M, N1 Klassi I fir-rigward tal-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna:

E11*83R03/00J*2439*01

Skeda 5

Ċirkolazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni

1.   Meta awtorità tal-approvazzjoni tkun meħtieġa jew tintalab tipprovdi kopja tal-approvazzjoni u tal-hemżiet għaliha, din għandha tibgħat id-dokumenti bħala kopji stampati, jew permezz tal-posta elettronika f'format elettroniku, jew bl-użu ta' database fuq sit tal-internet sikur stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

2.   Id-dokumenti maħżuna fid-database fuq sit tal-internet sikur għandhom ikunu, minn tal-inqas, id-dokumenti speċifikati f'kull Regolament tan-NU. Dawn għandhom jinkludu dokumentazzjoni li tikkomunika lill-Partijiet Kontraenti l-avviż tal-approvazzjoni, tal-estensjoni, tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' vetturi bir-roti, tagħmir jew partijiet skont ir-Regolament tan-NU.

3.   Jekk l-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal vetturi bir-roti, tagħmir jew partijiet ikunu maħżuna fid-database fuq sit tal-internet sikur, il-marki tal-approvazzjoni meħtieġa mir-Regolamenti tan-NU jistgħu jiġu sostitwiti b'Identifikatur Uniku(UI) preċedut bis-simbolu

Image 1
, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fir-Regolamenti tan-NU. Dan l-identifikatur uniku għandu jiġi ġġenerat awtomatikament mid-databse.

4.   Il-Partijiet Kontraenti kollha li japplikaw Regolament tan-NU għandu jkollhom aċċess, billi jużaw l-Indentifikatur Uniku, għall-informazzjoni dwar dak ir-Regolament tan-NU li tinsab fid-database, u dan għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjoni(jiet) speċifiċi.

5.   Ir-Regolamenti tan-NU annessi mal-Ftehim tal-1958 jistgħu jeħtieġu ċ-ċirkolazzjoni ta' approvazzjonijiet tat-tip permezz ta' kopji elettroniċi bl-użu tad-database fuq sit tal-internet sikur, fejn dan ikun meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tal-proċess tal-approvazzjoni, suġġett għal drittijiet ta' aċċess kif definit mill-Partijiet Kontraenti.

Skeda 6

Proċeduri għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet ta' interpretazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' Regolamenti tan-NU u l-għoti ta' approvazzjonijiet skont dawn ir-Regolamenti tan-NU

1.   Kwistjonijiet ta' interpretazzjoni, qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip tan-NU

Meta applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tan-NU tesiġi li l-awtorità tal-approvazzjoni tagħti interpretazzjoni sinifikanti dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tan-NU, jew jekk dan jintalab mill-applikant għall-approvazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lil awtoritajiet tal-approvazzjoni oħra u titlob parir mingħandhom, qabel ma tieħu deċiżjoni.

L-awtorità tal-approvazzjoni kkonċernata għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni l-oħra li japplikaw ir-Regolament tan-NU bil-kwistjoni u bis-soluzzjoni proposta tagħhom għall-interpretazzjoni, inkluż kwalunkwe informazzjoni ta' sostenn mingħand il-manifattur. Bħala regola ġenerali, dan għandu jsir permezz ta' mezzi elettroniċi. Għandu jingħata perjodu ta' erbatax-il jum għat-tweġibiet mill-awtoritajiet l-oħra tal-approvazzjoni.

(a)

Wara li tqis il-kummenti kollha li tirċievi, l-awtorità tal-approvazzjoni tkun tista' tagħti l-approvazzjonijiet skont l-interpretazzjoni l-ġdida.

(b)

Jekk ma jkunx possibbli li tieħu deċiżjoni skont il-kummenti li tirċievi, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob kjarifika ulterjuri permezz tal-proċedura deskritta fil-paragrafu 3 ta' hawn taħt.

2.   Kwistjonijiet ta' interpretazzjoni, wara li tingħata l-approvazzjoni tat-tip tan-NU

F'sitwazzjonijiet fejn Partijiet Kontraenti jkollhom interpretazzjonijiet differenti, iżda wara li tkun inħarġet l-approvazzjoni, għandhom jiġu segwiti l-proċeduri li ġejjin.

L-ewwel nett, il-Partijiet Kontraenti kkonċernati għandhom jippruvaw isolvu l-kwistjoni bi ftehim reċiproku. Dan jirrikjedi kollaborazzjoni, u kull Parti Kontraenti jkollha tirrevedi l-proċeduri użati għall-ittestjar u l-approvazzjoni tal-vetturi bir-roti, tat-tagħmir u tal-partijiet li jkunu s-suġġett tal-kwistjoni ta' interpretazzjoni. Għandhom jiġu applikati l-proċeduri li ġejjin:

(a)

F'każ li awtorità tal-approvazzjoni tirrikonoxxi żball, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tieħu azzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-1958, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu;

(b)

Meta jintlaħaq ftehim li jkun jeħtieġ interpretazzjoni ġdida jew differenti ta' prassi eżistenti (minn kwalunkwe Parti Kontraenti), dan għandu jiġi kkomunikat lil Partijiet Kontraenti oħra li japplikaw ir-Regolament tan-NU kkonċernat bħala kwistjoni ta' urġenza. Il-Partijiet l-oħra għandhom jingħataw perjodu ta' erbatax-il jum għall-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni, u mbagħad, wara li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jkunu qiesu l-kummenti kollha li rċevew, dawn ikunu jistgħu joħorġu approvazzjonijiet tat-tip tan-NU skont l-interpretazzjoni l-ġdida;

(c)

Meta ma jkunx jista' jintlaħaq qbil, il-Partijiet Kontraenti kkonċernati għandhom jagħmlu reviżjoni ulterjuri permezz tal-proċess ta' arbitraġġ deskritt fil-paragrafu 3 ta' hawn taħt;

(d)

Fi kwalunkwe każ, il-kwistjoni għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-Grupp ta' Ħidma kompetenti sussidjarju tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi (WP. 29). Jekk jitqies meħtieġ, il-Grupp ta' Ħidma sussidjarju għandu jippreżenta proposti lid-WP.29 għal emendi regolatorji xierqa biex jissolvew il-problemi ta' interpretazzjonijiet differenti.

3.   Il-proċess ta' arbitraġġ permezz tad-WP.29 u l-Gruppi ta' Ħidma sussidjarji tiegħu

Il-Presidenti tal-Gruppi ta' Ħidma sussidjarji għandhom jidentifikaw il-kwistjonijiet li jirriżultaw mill-interpretazzjonijiet diverġenti tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-applikazzjoni ta' Regolamenti tan-NU u l-għoti ta' approvazzjonijiet tat-tip tan-NU skont dawn ir-Regolamenti tan-NU, bil-għan li jiġu stabbiliti miżuri mill-aktar fis possibbli sabiex isolvu l-problemi ta' interpretazzjonijiet differenti.

Il-Presidenti tal-Gruppi ta' Ħidma għandhom jiżviluppaw proċeduri xierqa li jindirizzaw tali kwistjonijiet ta' interpretazzjoni, sabiex ikunu jistgħu juru lid-WP.29 li:

(a)

L-opinjonijiet differenti tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Partijiet Kontraenti kkonċernati jitqiesu fis-sħiħ, kif jitqiesu wkoll l-opinjonijiet ta' Partijiet Kontraenti oħra li japplikaw ir-Regolament tan-NU;

(b)

Id-deċiżjonijiet huma bbażati fuq pariri tekniċi xierqa, fejn jitqiesu l-aspetti kollha tas-suġġett inkonsiderazzjoni;

(c)

Kull meta jkun possibbli, tittieħed deċiżjoni unanima; u

(d)

Il-proċeduri huma trasparenti u verifikabbli.

Jekk hu neċessarju li tiġi solvuta l-kwistjoni, il-President jista' jippreżenta punt ġdid dwar il-kwistjoni għall-aġenda tal-ewwel sessjoni li jmiss tal-Grupp ta' Ħidma sussidjarju, mingħajr il-ħtieġa li jikseb l-approvazzjoni bil-quddiem tad-WP.29. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-President għandu jirrapporta dwar il-progress li jkun sar lid-WP.29 mal-ewwel opportunità possibbli.

Fi tmiem il-proċess ta' arbitraġġ, il-President għandu jipprovdi rapport lid-WP.29.

3.1   .Meta l-kwistjoni tista' tiġi solvuta fil-qafas regolatorju attwali:

L-interpretazzjoni tar-Regolament tan-NU kif adottata fil-Grupp ta' Ħidma għandha tiġi implimentata u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom joħorġu approvazzjonijiet tat-tip tan-NU skont dan.

3.2.   Meta l-kwistjoni ma tkunx tista' tiġi solvuta fil-qafas regolatorju attwali:

Id-WP.29 għandu jiġi mgħarraf b'dan u għandu jitlob lill-Grupp ta' Ħidma sussidjarju rilevanti biex iqis din il-kwistjoni bħala punt ta' prijorità fis-sessjoni li jkun imiss tiegħu. L-aġenda tas-sessjoni għandha tiġi emendata skont dan.

Il-Grupp ta' Ħidma sussidjarju għandu jqis kwalunkwe proposta dwar il-kwistjoni tal-interpretazzjoni u għandu jippreżenta proposti formali lid-WP.29 għall-emendar tar-Regolament tan-NU kkonċernat skont il-proċeduri normali. Id-WP.29 għandu jqis din il-kwistjoni bħala punt ta' prijorità fis-sessjoni li jkun imiss tiegħu.

Skeda 7

Proċedura għall-approvazzjonijiet b'deroga fir-rigward ta' teknoloġiji ġodda

1.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw Regolament tan-NU jistgħu, meta ssir applikazzjoni mill-manifattur, jagħtu approvazzjoni b'deroga skont ir-Regolament tan-NU fir-rigward ta' vettura, tagħmir jew parti li tinkorpora teknoloġiji li jkunu inkompatibbli ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament tan-NU, suġġett għall-għoti ta' awtorizzazzjoni mill-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim tal-1958 skont il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 sa 12 ta' din l-Iskeda.

2.   Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar jekk tingħatax l-awtorizzazzjoni għal tali approvazzjoni b'deroga, il-Parti Kontraenti li tapplika r-Regolament tan-NU tista' tagħti approvazzjoni proviżorja lit-territorju tagħha biss. Partijiet Kontraenti oħra li japplikaw dak ir-Regolament tan-NU jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw din l-approvazzjoni proviżorja fit-territorju tagħhom.

3.   Il-Parti Kontraenti li tagħti l-approvazzjoni proviżorja msemmija fil-paragrafu 2 ta' din l-Iskeda għandha tinnotifika lill-Kumitat Amministrattiv bid-deċiżjoni tagħha u tippreżenta fajl b'dan li ġej:

(a)

Ir-raġunijiet għaliex it-teknoloġiji jew il-kunċett ikkonċernati jagħmlu l-vettura, it-tagħmir jew il-parti inkompatibbli mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU;

(b)

Deskrizzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali, ta' sikurezza jew konsiderazzjonijiet oħra, u tal-miżuri meħuda;

(c)

Deskrizzjoni tat-testijiet u r-riżultati, li juru li, imqabbel mar-rekwiżiti li għalihom qed tintalab id-deroga, huwa żgurat livell ta' sikurezza u ta' protezzjoni ambjentali li huwa mill-inqas ekwivalenti;

(d)

Talba għall-awtorizzazzjoni biex tingħata approvazzjoni b'deroga għar-Regolament tan-NU għat-tip ta' vettura, tagħmir jew parti.

4.   Il-Kumitat Amministrattiv għandu jqis in-notifika sħiħa msemmija fil-paragrafu 3 ta' din l-Iskeda fis-sessjoni li jmiss tiegħu wara li jirċievi n-notifika, sakemm din in-notifika tkun waslet mill-inqas tliet xhur qabel is-sessjoni. Wara li jqis in-notifika, il-Kumitat Amministrattiv jista' jiddeċiedi li jawtorizza jew jirrifjuta l-għoti tal-approvazzjoni b'deroga jew li jirreferi l-kwistjoni lill-Grupp ta' Ħidma sussidjarju kompetenti.

5.   Id-deċiżjoni tal-Kumitat Amministrattiv għandha tiġi stabbilita skont il-proċedura indikata fl-Artikolu 8 tal-Appendiċi.

6.   L-approvazzjoni b'deroga mitluba skont ir-Regolament tan-NU, imsemmija fil-paragrafu 3 ta' din l-Iskeda, għandha titqies li tkun awtorizzata sakemm, f'perjodu ta' xahar minn meta s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti jiġi nnotifikat bid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni tal-Kumitat Amministrattiv, aktar minn wieħed minn kull ħamsa tal-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament tan-NU fi żmien in-notifika ma jkunux infurmaw lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li ma jaqblux mal-awtorizzazzjoni tal-approvazzjoni b'deroga.

7.   Meta tiġi adottata l-awtorizzazzjoni għall-għoti tal-approvazzjoni b'deroga, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għandu, mill-aktar fis possibbli, jinnotifika b'din l-adozzjoni lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament tan-NU kkonċernat.

Mid-data ta' dik in-notifika, il-Parti Kontraenti msemmija fil-paragrafu 3 ta' din l-Iskeda tista' mbagħad tagħti l-approvazzjoni b'deroga skont ir-Regolament tan-NU. L-approvazzjoni b'deroga għandha tiġi aċċettata mill-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament tan-NU, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jkunu nnotifikaw in-nuqqas ta' qbil tagħhom, jew l-intenzjoni tagħhom li ma jaċċettawx l-approvazzjoni b'deroga immedjatament, lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Partijiet Kontraenti li jkunu nnotifikaw in-nuqqas ta' qbil tagħhom, jew l-intenzjoni tagħhom li ma jaċċettawx l-approvazzjoni b'deroga immedjatament, jistgħu, bl-awtorizzazzjoni tal-Kumitat Amministrattiv, jaċċettaw l-approvazzjoni b'deroga f'data aktar tard billi jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

8.   Fid-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni, il-Kumitat Amministrattiv għandu jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni. Il-limiti ta' żmien ma għandhomx ikunu inqas minn sitta u tletin xahar. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU għandhom jaċċettaw l-approvazzjoni b'deroga tal-anqas sakemm jiskadi l-limitu ta' żmien, jekk ikun hemm, jew, meta r-Regolament tan-NU inkwistjoni jiġi emendat sussegwentement skont il-paragrafi 9 u 10 ta' din l-Iskeda sabiex titqies it-teknoloġija koperta mill-approvazzjoni b'deroga, sad-data li minnha l-Partijiet Kontraenti jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjonijiet tal-verżjoni preċedenti tar-Regolament tan-NU, skont liema minn dawn iż-żewġ dati tiġi l-ewwel.

Il-Parti Kontraenti awtorizzata biex tagħti l-approvazzjoni b'deroga għandha tiżgura li l-manifattur jikkonforma bis-sħiħ mar-restrizzjonijiet kollha assoċjati ma' din l-approvazzjoni u li l-formola ta' komunikazzjoni tindika b'mod ċar li hija bbażata fuq deroga awtorizzata mill-Kumitat Amministrattiv.

9.   Il-Kumitat Amministrattiv għandu fl-istess ħin jinforma lill-Grupp ta' Ħidma sussidjarju responsabbli għar-Regolament tan-NU dwar l-awtorizzazzjoni li tingħata l-approvazzjoni b'deroga.

Il-Parti Kontraenti awtorizzata biex tagħti l-approvazzjoni b'deroga għandha tippreżenta lill-Grupp ta' Ħidma sussidjarju responsabbli mir-Regolament tan-NU proposta għall-emendar tar-Regolament tan-NU li għalih intalbet l-approvazzjoni b'deroga, sabiex dan jiġi adattat għall-iżvilupp teknoloġiku. Din il-preżentazzjoni għandha ssir mhux aktar tard mis-sessjoni li jmiss tal-Grupp ta' Ħidma sussidjarju ta' wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni tal-Kumitat Amministrattiv skont il-paragrafu 6 ta' din l-Iskeda.

10.   Hekk kif ir-Regolament tan-NU jiġi emendat biex jitqies l-iżvilupp teknoloġiku li għalih tkun ingħatat l-approvazzjoni b'deroga, u jidħol fis-seħħ, il-manifattur għandu jkun awtorizzat biex japplika għall-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament tan-NU emendat, b'sostituzzjoni tal-approvazzjoni b'deroga mogħtija qabel għal dak ir-Regolament tan-NU. L-awtorità tal-approvazzjoni li tagħti dik l-approvazzjoni tat-tip għandha, kemm jista' jkun malajr, tirtira l-approvazzjoni b'deroga jew tinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni b'deroga li din l-approvazzjoni b'deroga għandha tiġi rtirata.

11.   Jekk il-proċedura tal-emendar tar-Regolament tan-NU ma titlestiex qabel jiskadi l-limitu ta' żmien definit fil-paragrafu 8 ta' din l-Iskeda, il-validità tal-approvazzjoni b'deroga tista' tiġi estiża, fuq talba tal-Parti Kontraenti li tkun tat l-approvazzjoni b'deroga, suġġett għal deċiżjoni li tiġi adottata skont il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 u 3 ta' din l-Iskeda. Jekk, madankollu, il-Parti Kontraenti li tkun ġiet awtorizzata tagħti l-approvazzjoni b'deroga tonqos milli tippreżenta proposta għall-emendar tar-Regolament tan-NU qabel l-iskadenza speċifikata fil-paragrafu 9 ta' din l-Iskeda, dik il-Parti Kontraenti għandha minnufih tirtira din l-approvazzjoni b'deroga, fejn iżda għandha tqis il-limitu ta' żmien kif definit fil-paragrafu 8 ta' din l-Iskeda. Il-Parti Kontraenti li tkun irtirat l-approvazzjoni b'deroga għandha tinforma lill-Kumitat Amministrattiv b'dan fis-sessjoni li jmiss tiegħu.

12.   Jekk il-Kumitat Amministrattiv jiddeċiedi li jirrifjuta awtorizzazzjoni għall-għoti ta' approvazzjoni b'deroga, il-Parti Kontraenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni proviżorja msemmija fil-paragrafu 2 ta' din l-Iskeda tista' tirtira din l-approvazzjoni proviżorja. F'dan il-każ, dik il-Parti Kontraenti għandha tinnotifika minnufih lid-detentur tal-approvazzjoni proviżorja li din l-approvazzjoni proviżorja, mogħtija skont il-paragrafu 2 ta' din l-Iskeda, tkun ser tiġi rtirata sitt xhur wara d-data tad-deċiżjoni, fejn jitqies ukoll li l-approvazzjoni proviżorja għandha tkun valida mill-inqas għal tnax-il xahar mid-data tal-għoti tagħha.

Skeda 8

Kundizzjonijiet ġenerali għall-metodi ta' ttestjar virtwali

1.   Skema ta' test virtwali

L-iskema li ġejja għandha tintuża bħala struttura bażika għad-deskrizzjoni u t-twettiq tal-ittestjar virtwali:

(a)

Għan;

(b)

Mudell tal-istruttura;

(c)

Kundizzjonijiet tal-limiti;

(d)

Suppożizzjonijiet ta' tagħbija;

(e)

Kalkolu;

(f)

Valutazzjoni;

(g)

Dokumentazzjoni.

2.   Prinċipji ewlenin ta' simulazzjoni u kalkolu bil-kompjuter

2.1.   Mudell matematiku

Il-mudell matematiku għandu jiġi pprovdut mill-manifattur. Dan għandu jirrifletti l-kumplessità tal-istruttura tal-vettura bir-roti, tat-tagħmir u tal-partijiet li jkunu se jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU kkonċernat u l-kundizzjonijiet tal-limiti tiegħu.

L-istess dispożizzjonijiet għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-ittestjar ta' komponenti indipendenti mill-vettura.

1.1.   Proċess ta' validazzjoni tal-mudell matematiku

Il-mudell matematiku għandu jiġi vvalidat b'paragun mal-kundizzjonijiet tat-test attwali.

Għal dan il-għan, għandu jitwettaq test fiżiku kif xieraq sabiex ir-riżultati miksuba meta jintuża l-mudell matematiku jkunu jistgħu jiġu pparagunati mar-riżultati ta' test fiżiku. Il-komparabbiltà tar-riżultati tat-test għandha tiġi ppruvata. Il-manifattur jew is-Servizz Tekniku għandu jfassal ir-rapport tal-validazzjoni u jippreżentah lill-awtorità tal-approvazzjoni.

Kwalunke bidla li ssir lill-mudell matematiku jew lis-softwer li x'aktarx tinvalida r-rapport tal-validazzjoni għandha titressaq għall-attenzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni li tista' tesiġi li jitwettaq proċess ta' validazzjoni ġdid.

2.3   Dokumentazzjoni

Id-data u l-għodod awżiljarji użati għas-simulazzjoni u l-kalkolu għandhom ikunu disponibbli mill-manifattur u jiġu dokumentati kif meħtieġ għas-servizz tekniku.

3.   Għodod u sostenn

Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni jew tas-Servizz Tekniku, il-manifattur għandu jforni jew jipprovdi aċċess għall-għodod neċessarji, inkluż is-softwer xieraq.

Barra minn hekk, il-manifattur għandu jipprovdi sostenn xieraq lill-awtorità tal-approvazzjoni jew lis-Servizz Tekniku.

L-għoti tal-aċċess u sostenn lil Servizz Tekniku ma jneħħix l-obbligi tas-Servizz Tekniku fir-rigward tal-ħiliet tal-persunal tiegħu, tal-ħlas tad-drittijiet tal-liċenzja u tar-rispett tal-kunfidenzjalità.


(1)  Ftehim dwar l-Adozzjoni ta' Regolamenti Tekniċi Armonizzati tan-NU għall-Vetturi bir-Roti, it-Tagħmir u l-Partijiet li jistgħu Jintramaw u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija Abbażi ta' dawn ir-Regolamenti tan-NU.

(2)   “Awtorità kompetenti” tfisser jew l-awtorità tal-approvazzjoni jew awtorità ddeżinjata, jew entità ta' akkreditazzjoni xierqa li taġixxi f'isimha, rispettivament;


11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1791

tat-12 ta' Lulju 2016

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610/PESK (1) dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA), li tipprovdi li l-istatus tal-unitajiet u tal-persunal immexxija mill-Unjoni, inklużi l-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra neċessarji għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom, ikun is-suġġett ta' ftehim konkluż taħt l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

Konsegwentement għall-adozzjoni, ukoll fid-19 ta' April 2016, ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà nnegozjat, f'konformità mal-Artikolu 37 TUE, Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus fir-Repubblika Ċentru-Afrikana tal-EUTM RCA.

(3)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma tipparteċipax fit-tfassil u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet fil-qasam tad-difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' din il-missjoni.

(4)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽMIR


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21).


11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/33


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

L-Eċċellenza Tiegħu l-Professur Faustin-Archange TOUADERA

President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana

Bangui

Repubblika Ċentru-Afrikana

Brussell, it-12 ta' Lulju 2016

Sur President,

Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 li tistabbilixxi Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA). Issa huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat l-istatus tal-EUTM RCA u tal-persunal tagħha permezz ta' ftehim internazzjonali bejn pajjiżek u l-Unjoni Ewropea.

Permezz tal-ittra tiegħek tat-30 ta' Marzu 2016, inti ġentilment għażilt li tagħti unilateralment lill-EUTM RCA, b'mod partikolari, il-privileġġi u l-immunitajiet li kienu ngħataw, fil-kuntest tal-operazzjoni EUFOR Tchad/RCA, lill-forza tal-Unjoni Ewropea u lill-persunal tagħha permezz tal-ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana fis-16 ta' April 2008.

Kif kienet ix-xewqa tiegħek u kif qbilna għall-EUFOR RCA u għall-EUMAM RCA, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUTM RCA, bil-ftehim li:

kull referenza għall-EUFOR fl-Artikoli msemmija titqies bħala referenza għall-EUTM RCA;

kull referenza għall-kmandant tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea titqies bħala referenza għall-kmandant tal-missjoni EUTM RCA;

il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikoli 1(3)(a), 3(2) u 4(3) jitqiesu li jinkludu mhux biss il-mezzi tat-trasport tal-kontinġenti nazzjonali li jifformaw l-EUMAM RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUMAM RCA;

ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1(3)(b) titqies bħala referenza għall-iskambju ta' ittri tagħna tad-29 u t-30 ta' Marzu 2016, kif ukoll għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 li tistabbilixxi l-EUTM RCA.

Inkun grat jekk jogħġbok tgħarrafni jekk dawn il-proposti humiex aċċettabbli għalik. Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, ikunu jikkostitwixxu ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUTM RCA, li jidħol fis-seħħ fid-data tar-riċezzjoni tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.

Ippermettili nesprimi, Sur President, l-ikbar stima u rispett min-naħa tiegħi.

Għall-Unjoni Ewropea

Federica MOGHERINI

B.   Ittra tar-Repubblika Ċentru-Afrikana

Is-Sinjura Federica MOGHERINI

Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Bangui, il-21 ta' Lulju 2016

Sinjura Rappreżentant Għoli,

Nirringrazzjak tal-ittra tiegħek tat-12 ta' Lulju 2016 dwar l-EUTM RCA li tgħid dan li ġej:

“Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 li tistabbilixxi Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA). Issa huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat l-istatus tal-EUTM RCA u tal-persunal tagħha permezz ta' ftehim internazzjonali bejn pajjiżek u l-Unjoni Ewropea.

Permezz tal-ittra tiegħek tat-30 ta' Marzu 2016, inti ġentilment għażilt li tagħti unilateralment lill-EUTM RCA, b'mod partikolari, il-privileġġi u l-immunitajiet li kienu ngħataw, fil-kuntest tal-operazzjoni EUFOR Tchad/RCA, lill-forza tal-Unjoni Ewropea u lill-persunal tagħha permezz tal-ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana fis-16 ta' April 2008.

Kif kienet ix-xewqa tiegħek u kif qbilna għall-EUFOR RCA u għall-EUMAM RCA, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUTM RCA, bil-ftehim li:

kull referenza għall-EUFOR fl-Artikoli msemmija titqies bħala referenza għall-EUTM RCA;

kull referenza għall-kmandant tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea titqies bħala referenza għall-kmandant tal-missjoni EUTM RCA;

il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikoli 1(3)(a), 3(2) u 4(3) jitqiesu li jinkludu mhux biss il-mezzi tat-trasport tal-kontinġenti nazzjonali li jifformaw l-EUMAM RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUMAM RCA;

ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1(3)(b) titqies bħala referenza għall-iskambju ta' ittri tagħna tad-29 u t-30 ta' Marzu 2016, kif ukoll għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 li tistabbilixxi l-EUTM RCA.

Inkun grat jekk jogħġbok tgħarrafni jekk dawn il-proposti humiex aċċettabbli għalik. Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, ikunu jikkostitwixxu ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUTM RCA, li jidħol fis-seħħ fid-data tar-riċezzjoni tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.”

Għandi l-unur ngħarrfek li naqbel mat-termini ssuġġeriti fl-ittra tiegħek.

Ippermettili nesprimi l-ikbar stima min-naħa tiegħi.

Għar-Repubblika Ċentru-Afrikana

Pr. Faustin-Archange TOUADERA


REGOLAMENTI

11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1792

tad-29 ta' Settembru 2016

li jissostitwixxi l-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 jelenkaw id-deżinjazzjonijiet mogħtija fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri lill-proċedimenti u lil-likwidaturi li għalihom japplika dak ir-Regolament. L-Anness A jelenka l-proċedimenti ta' falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a), l-Anness B jelenka l-proċedimenti ta' għeluq (stralċ) imsemmijin fl-Artikolu 2(c) u l-Anness C jelenka l-likwidaturi msemmijin fl-Artikolu 2(b) ta' dak ir-Regolament.

(2)

Is-Slovakkja u l-Polonja, fit-28 ta' Ottubru 2014 u fl-4 ta' Diċembru 2015 rispettivament, innotifikaw lill-Kummissjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C ta' dak ir-Regolament. Dawk l-emendi jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dak ir-Regolament. Billi dawk l-emendi diġà huma fis-seħħ, dan ir-Regolament għandu għalhekk jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(3)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 u, bis-saħħa tal-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament, qegħdin għalhekk jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(4)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(5)

L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 huma sostitwiti bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)   ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.


ANNESS

“ANNESS A

Proċedimenti ta' falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a)

BELGIQUE/BELGIË

Het faillissement/La faillite

De gerechtelijke reorganisatie door een collectief akkoord/La réorganisation judiciaire par accord collectif

De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice

De collectieve schuldenregeling/Le règlement collectif de dettes

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire

De voorlopige ontneming van beheer, bepaald in artikel 8 van de faillissementswet/Le dessaisissement provisoire, visé à l'article 8 de la loi sur les faillites

БЪЛГАРИЯ

Производство по несъстоятелност

ČESKÁ REPUBLIKA

Konkurs

Reorganizace

Oddlužení

DEUTSCHLAND

Das Konkursverfahren

Das gerichtliche Vergleichsverfahren

Das Gesamtvollstreckungsverfahren

Das Insolvenzverfahren

EESTI

Pankrotimenetlus

ÉIRE/IRELAND

Compulsory winding-up by the court

Bankruptcy

The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

Winding-up in bankruptcy of partnerships

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court)

Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution

Company examinership

Debt Relief Notice

Debt Settlement Arrangement

Personal Insolvency Arrangement

ΕΛΛΑΔΑ

Η πτώχευση

Η ειδική εκκαθάριση εν λειτουργία

Σχέδιο αναδιοργάνωσης

Απλοποιημένη διαδικασία επί πτωχεύσεων μικρού αντικειμένου

ESPAÑA

Concurso

FRANCE

Sauvegarde

Redressement judiciaire

Liquidation judiciaire

HRVATSKA

Stečajni postupak

ITALIA

Fallimento

Concordato preventivo

Liquidazione coatta amministrativa

Amministrazione straordinaria

ΚΥΠΡΟΣ

Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο

Εκούσια εκκαθάριση από μέλη

Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές

Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου

Διάταγμα Παραλαβής και πτώχευσης κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος

Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα

LATVIJA

Tiesiskās aizsardzības process

Juridiskās personas maksātnespējas process

Fiziskās personas maksātnespējas process

LIETUVA

Įmonės restruktūrizavimo byla

Įmonės bankroto byla

Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka

Fizinio asmens bankroto byla

LUXEMBOURG

Faillite

Gestion contrôlée

Concordat préventif de faillite (par abandon d'actif)

Régime spécial de liquidation du notariat

Procédure de règlement collectif des dettes dans le cadre du surendettement

MAGYARORSZÁG

Csődeljárás

Felszámolási eljárás

MALTA

Xoljiment

Amministrazzjoni

Stralċ volontarju mill-membri jew mill-kredituri

Stralċ mill-Qorti

Falliment f'każ ta' negozjant

NEDERLAND

Het faillissement

De surséance van betaling

De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

Das Konkursverfahren (Insolvenzverfahren)

Das Sanierungsverfahren ohne Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren)

Das Sanierungsverfahren mit Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren)

Das Schuldenregulierungsverfahren

Das Abschöpfungsverfahren

Das Ausgleichsverfahren

POLSKA

Postępowanie naprawcze

Upadłość obejmująca likwidację

Upadłość z możliwością zawarcia układu

Upadłość

Przyspieszone postępowanie układowe

Postępowanie układowe

Postępowanie sanacyjne

PORTUGAL

Processo de insolvência

Processo especial de revitalização

ROMÂNIA

Procedura insolvenței

Reorganizarea judiciară

Procedura falimentului

SLOVENIJA

Stečajni postopek

Skrajšani stečajni postopek

Postopek prisilne poravnave

Prisilna poravnava v stečaju

SLOVENSKO

Konkurzné konanie

Reštrukturalizačné konanie

Oddlženie

SUOMI/FINLAND

Konkurssi/konkurs

Yrityssaneeraus/företagssanering

SVERIGE

Konkurs

Företagsrekonstruktion

UNITED KINGDOM

Winding-up by or subject to the supervision of the court

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court)

Administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court

Voluntary arrangements under insolvency legislation

Bankruptcy or sequestration

“ANNESS B

Proċedimenti ta' għeluq imsemmija fl-Artikolu 2(c)

BELGIQUE/BELGIË

Het faillissement/La faillite

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire

De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice

БЪЛГАРИЯ

Производство по несъстоятелност

ČESKÁ REPUBLIKA

Konkurs

DEUTSCHLAND

Das Konkursverfahren

Das Gesamtvollstreckungsverfahren

Das Insolvenzverfahren

EESTI

Pankrotimenetlus

ÉIRE/IRELAND

Compulsory winding-up

Bankruptcy

The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

Winding-up in bankruptcy of partnerships

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court)

Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution

ΕΛΛΑΔΑ

Η πτώχευση

Η ειδική εκκαθάριση

Απλοποιημένη διαδικασία επί πτωχεύσεων μικρού αντικειμένου

ESPAÑA

Concurso

FRANCE

Liquidation judiciaire

HRVATSKA

Stečajni postupak

ITALIA

Fallimento

Concordato preventivo

Liquidazione coatta amministrativa

Amministrazione straordinaria

ΚΥΠΡΟΣ

Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο

Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου

Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές, με επιβεβαίωση του Δικαστηρίου

Πτώχευση

Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα

LATVIJA

Juridiskās personas maksātnespējas process

Fiziskās personas maksātnespējas process

LIETUVA

Įmonės bankroto byla

Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka

LUXEMBOURG

Faillite

Régime spécial de liquidation du notariat

Liquidation judiciaire dans le cadre du surendettement

MAGYARORSZÁG

Felszámolási eljárás

MALTA

Stralċ volontarju

Stralċ mill-Qorti

Falliment inkluż il-ħruġ ta' mandat ta' qbid mill-Kuratur f'każ ta' negozjant fallut

NEDERLAND

Het faillissement

De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

Das Konkursverfahren (Insolvenzverfahren)

POLSKA

Upadłość obejmująca likwidację

Upadłość

PORTUGAL

Processo de insolvência

ROMÂNIA

Procedura falimentului

SLOVENIJA

Stečajni postopek

Skrajšani stečajni postopek

SLOVENSKO

Konkurzné konanie

SUOMI/FINLAND

Konkurssi/konkurs

SVERIGE

Konkurs

UNITED KINGDOM

Winding-up by or subject to the supervision of the court

Winding-up through administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court)

Bankruptcy or sequestration

“ANNESS C

Likwidaturi imsemmija fl-Artikolu 2(b)

BELGIQUE/BELGIË

De curator/Le curateur

De gedelegeerd rechter/Le juge-délégué

De gerechtsmandataris/Le mandataire de justice

De schuldbemiddelaar/Le médiateur de dettes

De vereffenaar/Le liquidateur

De voorlopige bewindvoerder/L'administrateur provisoire

БЪЛГАРИЯ

Назначен предварително временен синдик

Временен синдик

(Постоянен) синдик

Служебен синдик

ČESKÁ REPUBLIKA

Insolvenční správce

Předběžný insolvenční správce

Oddělený insolvenční správce

Zvláštní insolvenční správce

Zástupce insolvenčního správce

DEUTSCHLAND

Konkursverwalter

Vergleichsverwalter

Sachwalter (nach der Vergleichsordnung)

Verwalter

Insolvenzverwalter

Sachwalter (nach der Insolvenzordnung)

Treuhänder

Vorläufiger Insolvenzverwalter

EESTI

Pankrotihaldur

Ajutine pankrotihaldur

Usaldusisik

ÉIRE/IRELAND

Liquidator

Official Assignee

Trustee in bankruptcy

Provisional Liquidator

Examiner

Personal Insolvency Practitioner

Insolvency Service

ΕΛΛΑΔΑ

Ο σύνδικος

Ο εισηγητής

Η επιτροπή των πιστωτών

Ο ειδικός εκκαθαριστής

ESPAÑA

Administradores concursales

FRANCE

Mandataire judiciaire

Liquidateur

Administrateur judiciaire

Commissaire à l'exécution du plan

HRVATSKA

Stečajni upravitelj

Privremeni stečajni upravitelj

Stečajni povjerenik

Povjerenik

ITALIA

Curatore

Commissario giudiziale

Commissario straordinario

Commissario liquidatore

Liquidatore giudiziale

ΚΥΠΡΟΣ

Εκκαθαριστής και Προσωρινός Εκκαθαριστής

Επίσημος Παραλήπτης

Διαχειριστής της Πτώχευσης

LATVIJA

Maksātnespējas procesa administrators

LIETUVA

Bankroto administratorius

Restruktūrizavimo administratorius

LUXEMBOURG

Le curateur

Le commissaire

Le liquidateur

Le conseil de gérance de la section d'assainissement du notariat

Le liquidateur dans le cadre du surendettement

MAGYARORSZÁG

Vagyonfelügyelő

Felszámoló

MALTA

Amministratur Proviżorju

Riċevitur Uffiċjali

Stralċjarju

Manager Speċjali

Kuraturi f'każ ta' proċeduri ta' falliment

NEDERLAND

De curator in het faillissement

De bewindvoerder in de surséance van betaling

De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

Masseverwalter

Sanierungsverwalter

Ausgleichsverwalter

Besonderer Verwalter

Einstweiliger Verwalter

Sachwalter

Treuhänder

Insolvenzgericht

Konkursgericht

POLSKA

Syndyk

Nadzorca sądowy

Zarządca

Nadzorca układu

Tymczasowy nadzorca sądowy

Tymczasowy zarządca

Zarządca przymusowy

PORTUGAL

Administrador de insolvência

Administrador judicial provisório

ROMÂNIA

Practician în insolvență

Administrator judiciar

Lichidator

SLOVENIJA

Upravitelj prisilne poravnave

Stečajni upravitelj

Sodišče, pristojno za postopek prisilne poravnave

Sodišče, pristojno za stečajni postopek

SLOVENSKO

Predbežný správca

Správca

SUOMI/FINLAND

Pesänhoitaja/boförvaltare

Selvittäjä/utredare

SVERIGE

Förvaltare

Rekonstruktör

UNITED KINGDOM

Liquidator

Supervisor of a voluntary arrangement

Administrator

Official Receiver

Trustee

Provisional Liquidator

Judicial factor

.

11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/48


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1793

tal-10 ta' Ottubru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-ġelatina u l-kollaġen u tal-materja prima ttrattata għal dawn il-prodotti mit-Tajwan

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 (3) jinkludi listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-ġelatina u l-kollaġen.

(2)

Għall-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti III tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 taqsam f'erba' kategoriji l-ispeċijiet li minnhom joriġinaw il-ġelatina u l-kollaġen. Għall-materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti V ta' dak l-Anness tinkludi bl-istess mod diviżjoni ta' dan it-tip. F'dawk il-Partijiet, it-Tajwan mhuwiex inkluż fil-lista għall-importazzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen li ġejjin mit-tjur inklużi l-għasafar li ma jtirux u t-tjur tal-kaċċa, u lanqas għall-importazzjoni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tat-tali ġelatina jew kollaġen.

(3)

It-Tajwan jikkonforma mal-kundizzjonijiet biex jiġi elenkat għall-importazzjoni fl-Unjoni tat-tali ġelatina u kollaġen u għall-importazzjoni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tat-tali ġelatina jew kollaġen stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u għalhekk jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista rilevanti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 jiġi emendat skont dan.

(5)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil tal-importazzjoni wara d-data msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti III, it-Taqsima B hija sostitwita b'dan li ġej:

“TAQSIMA B

Il-ġelatina u l-kollaġen li ġejjin mit-tjur inklużi l-għasafar li ma jtirux u t-tjur tal-kaċċa

Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ/TERRITORJU

TW

It-Tajwan”

(b)

Fil-Parti V, it-Taqsima B hija sostitwita b'dan li ġej:

“TAQSIMA B

Il-materja prima ttrattata li ġejja mit-tjur inklużi l-għasafar li ma jtirux u t-tjur tal-kaċċa

Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ/TERRITORJU

TW

It-Tajwan”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 13).


11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1794

tal-10 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

184,0

ZZ

184,0

0707 00 05

TR

128,9

ZZ

128,9

0709 93 10

TR

136,2

ZZ

136,2

0805 50 10

AR

75,0

CL

97,4

TR

86,7

UY

50,0

ZA

109,2

ZZ

83,7

0806 10 10

BR

285,5

EG

206,9

TR

136,5

US

210,1

ZZ

209,8

0808 10 80

AR

100,0

BR

100,2

CL

139,7

NZ

142,7

US

141,5

ZA

118,5

ZZ

123,8

0808 30 90

CN

74,4

TR

133,6

ZZ

104,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1795

tad-29 ta' Settembru 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) u għar-Regolamenti Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-azzjoni mill-Unjoni fis-settur tat-trasport tal-oġġetti perikolużi għandha timmira lejn it-titjib tas-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport, il-protezzjoni tal-ambjent u l-faċilitazzjoni tat-trasport internazzjonali.

(2)

L-Unjoni mhijiex Parti Kontraenti tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (l-“ADR”) u tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġ tal-Ilma Interni (l-“ADN”). Madankollu, l-Istati Membri kollha huma Partijiet Kontraenti tal-ADR, u 13-il Stat Membru huma Partijiet Kontraenti tal-ADN.

(3)

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistabbilixxi rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi tal-ilma interni fl-Istati Membri jew bejniethom. Tagħmel dan permezz ta' referenza għall-ADR, għar-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija li jidhru fl-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) (l-“RID”) u l-ADN. Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/68/KE jistipula “It-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti tal-ADR, l-RID jew l-ADN, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi.”.

(4)

Bejn l-2014 u l-2016, il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15 u l-Kumitat Amministrattiv tal-ADN, f'konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 14 tal-ADR u l-Artikolu 20 tal-ADN rispettivament, żviluppaw ċerti emendi li huma mistennija li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017.

(5)

Dawk l-emendi, li jikkonċernaw standards tekniċi u preskrizzjonijiet tekniċi uniformi, għandhom l-għan li jiżguraw it-trasport sigur u effiċjenti ta' oġġetti perikolużi filwaqt li jieħdu kont tal-progress xjentifiku u tekniku fis-settur u tal-iżvilupp ta' sustanzi u oġġetti ġodda li jippreżentaw perikolu matul it-trasport tagħhom. L-iżvilupp tat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq u bil-passaġġi tal-ilma interni, kemm fl-Unjoni kif ukoll bejn l-Unjoni u pajjiżi ġirien, huwa komponent ewlieni tal-politika komuni tat-trasport u jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-oqsma tal-industrija kollha li jipproduċu jew li jużaw oġġetti klassifikati bħala perikolużi skont l-ADR u l-ADN.

(6)

L-emendi kollha proposti huma ġustifikati u ta' benefiċċju, u għandhom jiġu appoġġati. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita din il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar l-emendi proposti għall-Annessi tal-ADR u għar-Regolamenti Annessi tal-ADN, kif indikat fl-Anness,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea rigward l-emendi proposti għall-Annessi tal-ADR u r-Regolamenti Annessi tal-ADN għandha tkun f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Jista' jintlaħaq qbil dwar bidliet formali u minuri għall-emendi proposti għall-ADR u l-ADN imsemmija fl-ewwel paragrafu, mibgħuta mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni tal-Unjoni kif indikata fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti tal-ftehimiet imsemmija f'dak l-Artikolu, waqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

Artikolu 3

Referenza għall-emendi aċċettati għall-Annessi tal-ADR u għar-Regolamenti Annessi tal-ADN għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b'indikazzjoni tad-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).


ANNESS

Proposta

Dokument ta' referenza

Notifika

Suġġett

Kummenti

Pożizzjoni tal-UE

1

ECE/TRANS/WP.15/231

C.N.443.2016.TREATIES-XI.B.14

Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR

Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15.

Taqbel mal-emendi.

2

ECE/TRANS/WP.15/231/Corr.1

C.N.443.2016.TREATIES-XI.B.14

Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR

Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15.

Taqbel mal-emendi.

3

ECE/TRANS/WP.15/231/Add.1

C.N.443.2016.TREATIES-XI.B.14

Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR

Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15.

Taqbel mal-emendi.

4

ECE/ADN/36

C.N.444.2016.TREATIES-XI.D.6

Abbozz ta' emendi għar-Regolamenti annessi mal-ADN

Kunsens tekniku fil-Kumitat Amministrattiv

Taqbel mal-emendi.

5

ECE/ADN/36/Add.1

C.N.607.2016.TREATIES-XI.D.6

Abbozz ta' emendi għar-Regolamenti annessi mal-ADN

Kunsens tekniku fil-Kumitat Amministrattiv

Taqbel mal-emendi.


11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1796

tas-7 ta' Lulju 2016

li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE biex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tas-sustanzi

(notifikata bid-dokument C(2016) 4131)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 l-Ekotikketta tal-UE ma tistax tingħata għal oġġetti li jkun fihom sustanzi jew preparazzjonijiet/taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi tossiċi, perikolużi għall-ambjent, karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew għall-oġġetti li fihom is-sustanzi msemmijin fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri biex tagħti d-derogi mill-Artikolu 6(6) ta' dan ir-Regolament għal kategoriji speċifiċi ta' oġġetti li fihom dawk is-sustanzi, fejn mhuwiex fattibbli teknikament li dawk l-oġġetti jiġu sostitwiti għal kollox jew permezz li jintużaw materjali jew disinji alternattivi, jew fil-każ ta' prodotti li għandhom prestazzjoni ambjentali ġeneralment aħjar minn oġġetti oħra tal-istess kategorija.

(3)

Is-subtiliżina hija sustanza perikoluża b'klassifikazzjoni armonizzata skont l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Dan jinkludi dawn il-klassijiet ta' periklu li ġejjin: Sensitizzazzjoni respiratorja, Kategorija 1, Ħsara serja għall-għajnejn Kategorija 1, Irritazzjoni tal-ġilda, Kategorija 2, u Tossiċità Speċifika għall-Organi fil-Mira — Esponiment wieħed għal kanal respiratorju, Kategorija 3.

(4)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/263/UE (4) u 2011/264/UE (5), kif emendati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/49/UE (6) jinkludu diġà deroga għall-enżima subtiliżina, ikklassifikata bħala H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi, skont kriterji ekoloġiċi stabbiliti, għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti u tal-ħasil tal-ħwejjeġ, peress li s-subtiliżina kienet ġiet rikonoxxuta bħala ingredjent importanti ta' dawn id-deterġenti u kienet diġà ġiet derogata. Barra minn hekk, għall-istess għan li s-subtiliżina tiġi permessa fi prodotti bl-Ekotikketta tal-UE, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2012/720/UE (7) u 2012/721/UE (8) ippermettew lill-enżimi kklassifikati bħala H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi fid-deterġenti tal-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u d-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali. Dawn id-derogi kienu ngħataw wara li ġiet rikonoxxuta l-funzjoni importanti tas-subtiliżina fil-gruppi ta' deterġenti msemmija hawn fuq u l-livell għoli ta' degradazzjoni/inattivazzjoni fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi u waqt l-użu u t-trasport tad-diterġenti lejn sistemi ta' dranaġġ. Id-derogi kienu meħtieġa għaliex is-subtiliżina kienet ikklassifikata bħala Akkwatiku Akut 1 (Fattur M 1) (H400) bl-awtoklassifikazzjoni meta ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u dan ma kienx jippermetti li tintuża f'prodotti li għandhom l-Ekotikketta tal-UE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 (9). L-emendi fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 saru applikabbli għas-sustanzi mill-1 ta' Diċembru 2012, u għat-taħlitiet mill-1 ta' Ġunju 2015. Ir-Regolament (UE) Nru 286/2011 żied kriterji ġodda għall-klassifikazzjoni ta' periklu għall-ilma fuq tul ta' żmien abbażi tad-dejta dwar it-tossiċità akkwatika kronika u l-bijodegradabbiltà. Abbażi tal-kriterji l-ġodda, studju reċenti mwettaq minn REACH SIEF għas-subtiliżina indika li s-subtiliżina trid tiġi kklassifikata wkoll bħala perikoluża għall-ambjent akkwatiku (periklu kroniku), Kategorija 2. Is-sustanza hija bijodegradabbli faċilment u ma għandhiex toħloq riskju għall-ambjent għax din kważi tiġi ddiżattivata kompletament fl-impjanti tad-drenaġġ. Bħala riżultat ta' din il-klassifikazzjoni, is-subtiliżina tkun pprojbita milli tintuża fil-prodotti li jkollhom l-Ekotikketta tal-UE. Minħabba f'hekk ikun diffiċli li l-kriterji ekoloġiċi stabbiliti għall-għotja tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, lid-deterġenti tal-ħwejjeġ, lid-deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali, jikkorrispondu b'mod indikattiv mal-aħjar 10 sa 20 % tad-deterġenti u prodotti tat-tindif disponibbli fis-suq tal-Unjoni f'termini ta' prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom.

(6)

Is-subtiliżina ttejjeb il-prestazzjoni tat-tindif tad-deterġenti billi effettivament tkisser il-komponenti proteiniċi tat-tbajja'. L-enżima tagħti prestazzjoni eċċellenti anki f'temperaturi baxxi bid-dożaġġ meħtieġ li tippermetti ir-rispett tat-temperatura l-baxxa, mal-kompattazzjoni, u mal-kriterji ta' prestazzjoni fl-iskema tal-Ekotikketta tal-UE. Fil-mument, ma hemm l-ebda ingredjent jew teknoloġija alternattiva. Enzimi oħrajn b'attivitajiet katalitiċi differenti, eż. l-alfa-amilażi, il-lipażi, il-ljasi tal-pektati jistgħu jneħħu tipi oħra ta' depożiti u tbajja', eż. tbajja' tal-lamtu, tax-xaħam u tal-pektin, iżda ma jistgħux ineħħu t-tebgħat tal-proteini.

(7)

Ir-reviżjoni tal-kriterji għall-għotja tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti u lid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2011/263/UE u 2011/264/UE, u l-iżvilupp tal-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u lil deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali u l-emendi relatati ma ħadux inkunsiderazzjoni l-kriterji l-ġodda għall-klassifikazzjoni ambjentali introdotti bir-Regolament (UE) Nru 286/2011.

(8)

Din l-emenda tapplika retroattivament mill-1 ta' Diċembru 2012, biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-validità tal-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti, lid-deterġenti tal-ħwejjeġ, lid-deterġenti tal-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u lid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali.

(9)

Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/263/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/264/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/720/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/721/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Diċembru 2012.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/49/UE tas-26 ta' Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE u 2011/264/UE sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tal-enzimi skont l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 36).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 25).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 38).

(9)  Ir-Regolament tal-kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal-10 ta' Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 83, 30.3.2011, p. 1).


ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/263/UE huwa emendat kif ġej:

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tinbidel it-tabella kollha tad-derogi fil-ħames paragrafu, tal-punt (b) tal-Kriterju 2, bit-tabella li ġejja li tieħu kont tal-bidliet introdotti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/313/UE (1):

“Subtiliżina

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H411: Tossika għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R50-53

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 %

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*1)

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (*2)

H410: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R50-53

H411: Tossiċi għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R51-53

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Fwejjaħ

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Enżimi (*3)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (*4)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/313/UE tat-28 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE biex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tas-sustanzi (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 74).

(*1)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm jiddegradaw malajr u jiddegradaw anaerobikament.

(*2)  Imsemmija fil-Kriterju 2(e). Din id-deroga hija applikabbli sakemm il-potenzjalitajiet ta' bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi jkunu karatterizzati mil-log Pow (koeffiċjent ta' partizzjoni ottanol/ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' ≤ 100 ddeterminat bl-esperimenti.

(*3)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(*4)  F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.”


ANNESS II

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/264/UE huwa emendat kif ġej:

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tinbidel it-tabella kollha tad-derogi fil-ħames paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 4 bit-tabella li ġejja li tieħu kont tal-bidliet introdotti mid-Deċiżjoni 2014/313/UE:

“Subtiliżina

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H411: Tossika għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R50-53

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 %

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*1)

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (*2)

H410: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R50-53

H411: Tossiċi għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R51-53

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Fwejjaħ

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Enżimi (*3)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Katalisti tal-bliċ (*3)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (*4)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

Luminanti (għad-deterġenti qawwijin tal-ħwejjeġ biss)

H413: Jistgħu jikkawżaw effetti fit-tul għall-organiżmi akkwatiċi

R53


(*1)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm jiddegradaw malajr u jiddegradaw anaerobikament.

(*2)  Imsemmija fil-kriterju 4(e). Din id-deroga hija applikabbli sakemm il-potenzjalitajiet ta' bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi jkunu karatterizzati mil-log Pow (koeffiċjent ta' partizzjoni ottanol/ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' ≤ 100 ddeterminat bl-esperimenti.

(*3)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(*4)  F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.”


ANNESS III

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/720/UE huwa emendat kif ġej:

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tinbidel it-tabella kollha tad-derogi fis-sitt paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 3,, bit-tabella li ġejja li tieħu kont tal-bidliet introdotti mid-Deċiżjoni 2014/313/UE:

“Subtiliżina

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H411: Tossika għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R50-53

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 15 %

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 %

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (*1)

(għal-likwidi biss b'pH ta' bejn 2 u 12 u massimu ta' 0,10 % tal-piż (w/w) tal-materjal attiv)

H331: Tossiċi jekk jinxtamm

R23

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Enżimi (*2)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (*3)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40


(*1)  Deroga mill-kriterju 3(b) biss. Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 3(d).

(*2)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(*3)  F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.”


ANNESS IV

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/721/UE huwa emendat kif ġej:

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tinbidel it-tabella kollha tad-derogi fis-sitt paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 4, bit-tabella li ġejja:

“Subtiliżina

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H411: Tossika għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R50-53

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 20 %

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*1)

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (*2)

(għal-likwidi biss b'pH ta' bejn 2 u 12 u massimu ta' 0,10 % tal-piż (w/w) tal-materjal attiv)

H331: Tossiċi jekk jinxtamm

R23

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Enżimi (*3)

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Katalisti tal-bliċ (*3)

H400: Tossiċiakkwa ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (*4)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40


(*1)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm l-aġenti tensjoattivi jikkonformaw mal-kriterju 3(a) u jkunu degradabbli anaerobikament.

(*2)  Deroga mill-kriterju 4(b) biss. Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 4(e).

(*3)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(*4)  F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.”


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/62


Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra

tal-15 ta' Settembru 2016

dwar id-data tal-bidu tal-iskema tal-liċenzji għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) [2016/1797]

IL-KUMITAT KONĠUNT TA' IMPLIMENTAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li, wara r-ratifika min-naħa tal-Partijiet, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014,

Billi:

(1)

Il-Ftehim jipprovdi fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5(e) li l-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni għandu jaqbel dwar id-data li minnha se tibda titħaddem l-iskema tal-liċenzjar FLEGT wara evalwazzjoni tal-funzjonament tas-sistema Indoneżjana ta' Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII.

(2)

Valutazzjoni indipendenti konġunta tat-TLAS Indoneżjana kkonkludiet li it-TLAS Indoneżjana hija sistema robusta u li s-sistema tissodisfa l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-operabbiltà tagħha stabbiliti fl-Anness VIII ta' dan il-Ftehim.

(3)

Iż-żewġ Partijiet temmew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom u nnotifikaw lil xulxin permezz tal-JIC dwar li huma lesti li jibdew is-sistema tal-Liċenzjar FLEGT.

(4)

Il-JIC se jkompli jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-Partijiet identifikaw l-azzjonijiet konġunti li jridu jiġu prijoritizzati matul l-2017 sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iskema tal-liċenzjar FLEGT għandha tibda fil-15 ta' Novembru 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha titfassal f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u bl-Indoneżjan, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku. F'każ ta' diverġenza fl-interpretazzjoni, għandu jipprevali t-test bl-Ingliż.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Novembru 2016.

Magħmul f'Yogyakarta, l-Indoneżja, il-15 ta' Settembru 2016.

Għar-Repubblika tal-Indoneżja

IB Putera PARTHAMA, PhD.

Id-Direttur Ġenerali għall-Immaniġġjar Sostenibbli tal-Foresti, il-Ministeru tal-Ambjent u l-Foresterija, l-Indoneżja

Għall-Unjoni Ewropea

Charles-Michel GEURTS

Deputat Kap tal-Missjoni,

Id-Delegazzjoni tal-UE għall-Indoneżja u l-Brunej


Rettifika

11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/64


Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/143/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tad-delega tad-doveri tal-ittestjar fil-laboratorju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 318 tal-4 ta' Diċembru 2009 )

Fil-paġna 23, it-titolu tad-Direttiva:

Minflok:

“Direttiva tal-Kunsill 2009/143/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2009/29/KE fir-rigward tad-delega tad-doveri tal-ittestjar fil-laboratorju”;

Aqra:

“Direttiva tal-Kunsill 2009/143/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tad-delega tad-doveri tal-ittestjar fil-laboratorju”.