ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
5.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1766
tas-26 ta' Settembru 2016
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Korčulansko maslinovo ulje (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Korčulansko maslinovo ulje” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Korčulansko maslinovo ulje” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Korčulansko maslinovo ulje” (DOP) ġiet irreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 187, 26.5.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
5.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1767
tas-27 ta' Settembru 2016
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Paška janjetina (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Paška janjetina” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Paška janjetina” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Paška janjetina” (DOP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.1. Laħam (u l-ġewwieni) frisk imniżżel fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 185, 24.5.2016, p. 11.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
5.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1768
tal-4 ta' Ottubru 2016
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 904/2009
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
L-aċidu gwanidinoaċetiku kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2009 (2). |
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u għall-ħnieżer, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-“addittivi nutrizzjonali”. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta' Jannar 2016 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti għall-użu, l-aċidu gwanidinoaċetiku ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent, u li jitqies li huwa sors ta' kreatina u għaldaqstant jista' jieħu post il-kreatina djetetika. L-Awtorità rrakkomandat li jittieħdu miżuri protettivi sabiex tiġi evitata l-inalazzjoni mill-utenti. L-Awtorità stqarret li l-livelli sikuri massimi nkisbu bis-suppożizzjoni li l-għalf fih ammonti suffiċjenti ta' donaturi tal-metil. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, l-Awtorità vverifikat ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tas-sustanza kkonċernata turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik is-sustanza jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Peress li awtorizzazzjoni ġdida tingħata skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 904/2009 jenħtieġ li jitħassar. |
(8) |
Ladarba r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jitħalla perjodu tranżizzjonali għar-rimi tal-istokkijiet eżistenti tal-addittiv u għall-pretaħlitiet u għall-għalf kompost li fihom dan l-addittiv, kif awtorizzat bir-Regolament (KE) Nru 904/2009. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 904/2009 jitħassar.
Artikolu 3
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-pretaħlitiet li fihom dik is-sustanza, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta' April 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel il-25 ta' Ottubru 2016 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati u jintużaw sakemm jiġu eżawriti l-istokkijiet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanza msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sal-25 ta' Ottubru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel il-25 ta' Ottubru 2016 u jistgħu jintużaw sakemm jiġu eżawriti l-istokkijiet eżistenti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2009 tat-28 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu guanidinoacetic bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 28).
(3) EFSA Journal 2016; 14(2):4394.
ANNESS
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
mg ta' aċidu gwanidinoaċetiku/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom |
|||||||||||||||||||||||
3c372 |
— |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Sustanza f'forma ta' trab b'kontenut minimu ta' 98 % ta' aċidu gwanidinoaċetiku (abbażi ta' materja niexfa). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b'sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Impuritajiet:
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna, ħnienes miftuma u ħnieżer tas-simna |
|
600 |
1 200 |
|
il-25 ta' Ottubru 2026 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
5.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1769
tal-4 ta' Ottubru 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
156,4 |
ZZ |
156,4 |
|
0707 00 05 |
TR |
128,9 |
ZZ |
128,9 |
|
0709 93 10 |
TR |
138,8 |
ZZ |
138,8 |
|
0805 50 10 |
AR |
90,1 |
CL |
106,5 |
|
TR |
103,5 |
|
UY |
61,2 |
|
ZA |
123,2 |
|
ZZ |
96,9 |
|
0806 10 10 |
EG |
264,7 |
TR |
135,2 |
|
US |
194,0 |
|
ZZ |
198,0 |
|
0808 10 80 |
AR |
110,6 |
BR |
97,9 |
|
CL |
157,0 |
|
NZ |
136,3 |
|
ZA |
132,2 |
|
ZZ |
126,8 |
|
0808 30 90 |
TR |
132,1 |
ZZ |
132,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
5.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/9 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1770
tat-30 ta' Settembru 2016
dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452
(notifikata bid-dokument C(2016) 6102)
(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u salvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer salvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-każ ta' tifqigħat ta' dik il-marda, fejn għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva. |
(4) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu ddefiniti fil-livell tal-Unjoni ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'konformità mad-Direttiva 2002/60/KE fil-Polonja b'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru. |
(6) |
F'Awwissu 2016, seħħet tifqigħa waħda fil-ħnieżer domestiċi fil-powiat moniecki fil-Polonja. Peress li l-Polonja qiegħda tipprovdi evidenza preliminari li din it-tifqigħa hija marbuta ma' attività umana u li hemm indikazzjonijiet li d-deni Afrikan tal-ħnieżer mhux qed jiċċirkola fil-popolazzjoni tal-ħnieżer salvaġġi fiż-żoni kkonċernati, jinħtieġu miżuri speċifiċi minbarra dawk stabbiliti mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4), filwaqt li jitqies li din hija l-ħmistax-il tifqigħa ta' din il-marda fil-ħnieżer tul din is-sena u li dawn it-tifqigħat seħħew f'żoni differenti tal-Polonja li diġà kienu taħt restrizzjoni. |
(7) |
Sabiex jingħata rispons xieraq għal din is-sitwazzjoni b'mod effiċjenti u bi prekawzjoni, huwa importanti li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi li jirrestrinġu l-moviment tal-annimali u l-prodotti tagħhom fiż-żoni deskritti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Dawn il-miżuri huma ġustifikati minħabba t-tipoloġija tat-tifqigħat irrapportati fil-ħnieżer domestiċi u l-kawżi sottostanti tagħhom. |
(8) |
Minħabba d-distanzi relattivament kbar bejn it-tifqigħat l-aktar reċenti li l-Polonja provviżorjament qed tattribwixxi għall-fattur uman, kif ukoll minħabba d-dejta epidemoloġika reċenti u sabiex jiġu evitati tifqigħat oħrajn, issa huwa meħtieġ u proporzjonat li jiġu koperti reġjuni ferm akbar. |
(9) |
Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom jikkonsistu fl-applikazzjoni tal-miżuri previsti mid-Direttiva 2002/60/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjonijiet stretti dwar il-moviment u t-trasport tal-ħnieżer kif previst fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva fiż-żoni deskritti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Polonja għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
(11) |
Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1406 (5) u (UE) 2016/1452 (6) jistabbilixxu ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja. Sa mill-adozzjoni tagħhom is-sitwazzjoni epidemjoloġika ta' din il-marda nbidlet, u jeħtieġ li l-miżuri jiġu adattati. Għaldaqstant, għal finijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452 għandhom jitħassru u jinbidlu b'din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-7 ta' Ottubru 2016.
Artikolu 3
Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452 jitħassru.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1406 tat-22 ta' Awwissu 2016 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1367 (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 46).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1452 tat-2 ta' Settembru 2016 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (ĠU L 237, 3.9.2016, p. 12).
ANNESS
Il-Polonja |
Iż-żoni kif imsemmija fl-Artikolu 1 |
Id-data sa meta japplikaw |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żona ta' protezzjoni |
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
|
Is-7 ta' Ottubru 2016 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żona ta' sorveljanza |
Iż-żona indikata hawn taħt:
|
Is-7 ta' Ottubru 2016 |
5.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/17 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1771
tat-30 ta' Settembru 2016
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għal-Litwanja u għall-Polonja
(notifikata bid-dokument C(2016) 6103)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV tiegħu, differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni fil-Polonja. |
(2) |
Qatt ma ġie rrapportat deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni li jinsabu l-aktar fit-Tramuntana tal-Polonja li bħalissa huma elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(3) |
Jeħtieġ li jitqies in-nuqqas ta' tifqigħat fiż-żoni li jinsabu l-aktar fit-Tramuntana tal-Polonja u li tiġi riveduta l-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, ċerti żoni tal-Polonja li bħalissa huma elenkati f'dik il-Parti II, issa għandhom jiġi elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness. |
(4) |
F'Settembru tal-2016, seħħet tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai fil-Litwanja f'żona li bħalissa hija elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa flimkien mal-bidla riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċerti żoni tal-Litwanja elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
(5) |
L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat fis-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex ikun hemm enfasi fuq il-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fil-Litwanja u fil-Polonja. |
(6) |
Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
ANNESS
“ANNESS
PARTI I
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-maakond ta' Hiiumaa. |
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes, |
— |
fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Bikstu, Zebrenes, Annenieku, Naudītes, Penkules, Auru u Krimūnu, Dobeles, Berzes, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Punent tat-triq P98, u l-pilsēta ta' Dobele, |
— |
fin-novads of Jelgavas, il-pagasti ta' Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas, |
— |
fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Vānes u Matkules, |
— |
fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Lubes, Īves, Valdgales, Ģibuļu, Lībagu, Laidzes, Ārlavas, Abavas, il-pilsētas ta' Sabile, Talsi, Stende u Valdemārpils, |
— |
in-novads ta' Brocēnu, |
— |
in-novads ta' Dundagas, |
— |
in-novads ta' Jaunpils, |
— |
in-novads ta' Rojas, |
— |
in-novads ta' Rundāles, |
— |
in-novads ta' Stopiņu, |
— |
in-novads ta' Tērvetes, |
— |
il-pilsēta ta' Bauska, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jelgava, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala. |
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tal-Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Punent tax-xmara Nevėžis, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis, |
— |
is-savivaldybė ta' Kalvarija, |
— |
is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda, |
— |
is-savivaldybė ta' Marijampolė. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
|
Fil-województwo podlaskie:
|
|
Fil-województwo mazowieckie:
|
|
Fil-województwo lubelskie:
|
PARTI II
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-linn ta' Kallaste, |
— |
il-linn ta' Kuressaare, |
— |
il-linn ta' Rakvere, |
— |
il-linn ta' Tartu, |
— |
il-linn ta' Viljandi, |
— |
il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija), |
— |
il-maakond ta' Ida-Virumaa, |
— |
il-maakond ta' Läänemaa, |
— |
il-maakond ta' Pärnumaa, |
— |
il-maakond ta' Põlvamaa, |
— |
il-maakond ta' Raplamaa, |
— |
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20), |
— |
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126, |
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
— |
il-vald ta' Abja, |
— |
il-vald ta' Alatskivi, |
— |
il-vald ta' Avanduse, |
— |
il-vald ta' Haaslava, |
— |
il-vald ta' Haljala, |
— |
il-vald ta' Halliste, |
— |
il-vald ta' Kambja, |
— |
il-vald ta' Karksi, |
— |
il-vald ta' Kihelkonna, |
— |
il-vald ta' Koonga, |
— |
il-vald ta' Kõpu, |
— |
il-vald ta' Lääne-Saare, |
— |
il-vald ta' Laekvere, |
— |
il-vald ta' Leisi, |
— |
il-vald ta' Luunja, |
— |
il-vald ta' Mäksa, |
— |
il-vald ta' Märjamaa, |
— |
il-vald ta' Meeksi, |
— |
il-vald ta' Muhu, |
— |
il-vald ta' Mustjala, |
— |
il-vald ta' Orissaare, |
— |
il-vald ta' Peipsiääre, |
— |
il-vald ta' Piirissaare, |
— |
il-vald ta' Pöide, |
— |
il-vald ta' Rägavere, |
— |
il-vald ta' Rakvere, |
— |
il-vald ta' Ruhnu, |
— |
il-vald ta' Saksi, |
— |
il-vald ta' Salme, |
— |
il-vald ta' Sõmeru, |
— |
il-vald ta' Torgu, |
— |
il-vald ta' Vara, |
— |
il-vald ta' Vihula, |
— |
il-vald ta' Võnnu. |
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Balvu, il-pagsti ta' Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils u Krišjāņu, |
— |
fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules, |
— |
fin-novads ta' Dobeles, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Lvant tat-triq P98, |
— |
fin-novads ta' Gulbenes il-pagasti ta' Lejasciema, Lizuma, Rankas, Druvienas, Tirzas u Līgo, |
— |
fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes u Valgundes, |
— |
fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Cēres, Kandavas, Zemītes u Zantes, il-pilsēta ta' Kandava, |
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas, |
— |
fin-novads ta' Rugāju il-pagsts ta' Lazdukalna, |
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes, |
— |
fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu u Strazdes, |
— |
in-novads ta' Ādažu, |
— |
in-novads ta' Aizkraukles, |
— |
in-novads ta' Aknīstes, |
— |
in-novads ta' Alūksnes, |
— |
in-novads ta' Amatas, |
— |
in-novads ta' Apes, |
— |
in-novads ta' Babītes, |
— |
in-novads ta' Baldones, |
— |
in-novads ta' Baltinavas, |
— |
in-novads ta' Carnikavas, |
— |
in-novads ta' Cēsu, |
— |
in-novads ta' Cesvaines, |
— |
in-novads ta' Engures, |
— |
in-novads ta' Ērgļu, |
— |
in-novads ta' Garkalnes, |
— |
in-novads ta' Iecavas, |
— |
in-novads ta' Ikšķiles, |
— |
in-novads ta' Ilūkstes, |
— |
in-novads ta' Inčukalna, |
— |
in-novads ta' Jaunjelgavas, |
— |
in-novads ta' Jaunpiebalgas, |
— |
in-novads ta' Jēkabpils, |
— |
in-novads ta' Ķeguma, |
— |
in-novads ta' Ķekavas, |
— |
in-novads ta' Kocēnu, |
— |
in-novads ta' Kokneses, |
— |
in-novads ta' Krimuldas, |
— |
in-novads ta' Krustpils, |
— |
in-novads ta' Lielvārdes, |
— |
in-novads ta' Līgatnes, |
— |
in-novads ta' Līvānu, |
— |
in-novads ta' Lubānas, |
— |
in-novads ta' Madonas, |
— |
in-novads ta' Mālpils, |
— |
in-novads ta' Mārupes, |
— |
in-novads ta' Preiļu, |
— |
in-novads ta' Neretas, |
— |
in-novads ta' Ogres, |
— |
in-novads ta' Olaines, |
— |
in-novads ta' Ozolnieki, |
— |
in-novads ta' Pārgaujas, |
— |
in-novads ta' Pļaviņu, |
— |
in-novads ta' Priekuļu, |
— |
in-novads ta' Raunas, |
— |
in-novads ta' Ropažu, |
— |
in-novads ta' Salas, |
— |
in-novads ta' Salaspils, |
— |
in-novads ta' Saulkrastu, |
— |
in-novads ta' Sējas, |
— |
in-novads ta' Siguldas, |
— |
in-novads ta' Skrīveru, |
— |
in-novads ta' Smiltenes, |
— |
in-novads ta' Tukuma, |
— |
in-novads ta' Varakļānu, |
— |
in-novads ta' Vecpiebalgas, |
— |
in-novads ta' Vecumnieku, |
— |
in-novads ta' Viesītes, |
— |
in-novads ta' Viļakas, |
— |
il-pilsēta ta' Limbaži. |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils; |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Valmiera. |
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-villaġġi ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių u Pernaravos, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Grigal tat-triq Nru 171, is-seniūnijos ta' Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių u Juodšilių, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Alytus, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio, |
— |
fil-miesto savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaunas, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Prienai, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Vilnius, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Biržai, |
— |
is-savivaldybė ta' Druskininkai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai, |
— |
is-savivaldybė ta' Birštonas, |
— |
is-savivaldybė ta' Visaginas. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-podlaskie województwo:
— |
il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki, |
— |
il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski, |
— |
il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski, |
— |
il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski. |
PARTI III
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-linn ta' Elva, |
— |
il-linn ta' Võhma, |
— |
il-maakond ta' Jõgevamaa, |
— |
il-maakond ta' Järvamaa, |
— |
il-maakond ta' Valgamaa, |
— |
il-maakond ta' Võrumaa, |
— |
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), |
— |
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126, |
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
— |
il-vald ta' Aegviidu, |
— |
il-vald ta' Anija, |
— |
il-vald ta' Kadrina, |
— |
il-vald ta' Kolga-Jaani, |
— |
il-vald ta' Konguta, |
— |
il-vald ta' Kõo, |
— |
il-vald ta' Laeva, |
— |
il-vald ta' Laimjala, |
— |
il-vald ta' Nõo, |
— |
il-vald ta' Paistu, |
— |
il-vald ta' Pihtla, |
— |
il-vald ta' Puhja, |
— |
il-vald ta' Rakke, |
— |
il-vald ta' Rannu, |
— |
il-vald ta' Rõngu, |
— |
il-vald ta' Saarepeedi, |
— |
il-vald ta' Tapa, |
— |
il-vald ta' Tähtvere, |
— |
il-vald ta' Tarvastu, |
— |
il-vald ta' Ülenurme, |
— |
il-vald ta' Väike-Maarja, |
— |
il-vald ta' Valjala. |
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Balvu, il-pagasti ta' Kubuļu u Balvu, |
— |
fin-novads ta' Gulbenes, il-pagasti ta' Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes u Stāmerienas, |
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru, |
— |
fin-novads ta' Rugāju il-pagasts ta' Rugāju, |
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas, |
— |
in-novads ta' Aglonas, |
— |
in-novads ta' Alojas, |
— |
in-novads ta' Beverīnas, |
— |
in-novads ta' Burtnieku, |
— |
in-novads ta' Ciblas, |
— |
in-novads ta' Dagdas, |
— |
in-novads ta' Daugavpils, |
— |
in-novads ta' Kārsavas, |
— |
in-novads ta' Krāslavas, |
— |
in-novads ta' Ludzas, |
— |
in-novads ta' Mazsalacas, |
— |
in-novads ta' Naukšēnu, |
— |
in-novads ta' Preiļu, |
— |
in-novads ta' Rēzeknes, |
— |
in-novads ta' Riebiņu, |
— |
in-novads ta' Rūjienas, |
— |
in-novads ta' Strenču, |
— |
in-novads ta' Valkas, |
— |
in-novads ta' Vārkavas, |
— |
in-novads ta' Viļānu, |
— |
in-novads ta' Zilupes, |
— |
il-pilsēta ta' Ainaži, |
— |
il-pilsēta ta' Salacgrīva. |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils; |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne. |
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno u Stakliškių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos u Kalesninkų, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos u Vydenių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų u Leliūnų, |
— |
is-savivaldybė ta' Elektrėnai, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Jonava, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys, |
— |
ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Trakai. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
— |
il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka fil-powiat hajnowski, |
— |
il-gminy ta' Mielnik, Nurzec-Stacja, Siemiatycze mal-belt ta' Siemiatycze fil-powiat siemiatycki, |
Fil-województwo mazowieckie:
— |
il-gminy ta' Sarnaki, Stara Kornica u Huszlew fil-powiat łosicki. |
Fil-województwo lubelskie:
— |
il-gminy ta' Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie u Terespol bil-belt ta' Terespol fil-powiat bialski, |
— |
il-powiat M. Biała Podlaska. |
PARTI IV
L-Italja
Dawn iż-żoni fl-Italja:
— |
iż-żoni kollha ta' Sardinja.” |