ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 268

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
1 ta' Ottubru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1749 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1750 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, meta jkunu kkonċernati d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u mad-definizzjoni ta' reati kriminali

6

 

 

Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu fi Prodotti tat-Tabakk

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1751 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx

38

 

 

Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx

40

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1752 tat-30 ta' Settembru 2016 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

77

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1753 tat-30 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

80

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1754 tad-29 ta' Settembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja

82

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1755 tat-30 ta' Settembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

85

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1756 tat-28 ta' Settembru 2016 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' deċiżjoni tal-entitajiet ta' ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displays inklużi fl-Anness C tal-Ftehim ( 1 )

90

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1757 tad-29 ta' Settembru 2016 dwar it-twaqqif tal-Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMSO ERIC) (notifikata bid-dokument C(2016) 5542)  ( 1 )

113

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà ( ĠU L 208, 5.8.2002 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 07, Volum 007)

118

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1749

tas-17 ta' Ġunju 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33, 113, 114 u 207 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk (FCTC) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ġiet approvata f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE (1).

(2)

B'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/744/UE (2) u 2013/745/UE (3), il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk tad-WHO FCTC (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fl-20 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jiġi konkluż f'data aktar tard.

(3)

Il-Protokoll jirrappreżenta kontribut sinifikanti għall-isforzi internazzjonali biex tiġi eliminata kull forma ta' kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk u biex b'hekk tiġi miġġielda ċ-ċirkomvenzjoni tal-obbligi tat-taxxa u d-dazji doganali u jonqos il-forniment ta' prodotti tat-tabakk b'konformità mal-Artikolu 15 tal-FCTC tad-WHO. Il-Protokoll jagħti wkoll kontribut għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk filwaqt li jiżgura livell għoli ta' saħħa pubblika.

(4)

L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva għal numru ta' dispożizzjonijiet tal-Protokoll li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni jew f'oqsma fejn l-Unjoni stabbilixxiet regoli komuni (4). Il-Protokoll jista' jaffettwa tali regoli komuni msemmija hawn fuq jew jaltera l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Għalhekk, il-Protokoll għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni sa fejn il-Protokoll jista' jaffettwa biss dawn ir-regoli komuni jew jaltera l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

(5)

Bil-konklużjoni tal-Protokoll, l-Unjoni mhux ser tkun qed teżerċita kompetenza kondiviża, għalhekk l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom fl-oqsma koperti mill-Protokoll li ma jaffettwawx regoli komuni jew ma jalterawx il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali regoli komuni.

(6)

L-Artikoli 14, 16, 26, 29 u 30 tal-Protokoll jikkonċernaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u d-definizzjoni ta' reati kriminali, u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1750 (5), adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni, tikkonċerna dawk id-dispożizzjonijiet.

(7)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat, fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk tad-WHO, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 14, 16, 26, 29 u 30, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/persuni awtorizzata/i biex tiddepożita/jiddepożitaw f'isem l-Unjoni:

(a)

l-istrument provdut fl-Artikolu 44(1) tal-Protokoll;

(b)

id-dikjarazzjoni tal-kompetenzi stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, f'konformità mal-Artikolu 44(3) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE tat-2 ta' Ġunju 2004 tat-2 ta' Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-kontroll fuq it-Tabakk (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 8).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/744/UE tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, mad-definizzjoni ta' reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 73).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/745/UE tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, mad-definizzjoni ta' reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 75).

(4)  Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1);

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15);

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazji tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1750 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewroepa, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk (FCTC) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, rigward id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u d-definizzjoni ta' reati kriminali (ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

DIKJARAZZJONI TAL-KOMPETENZI MILL-UNJONI EWROPEA RIGWARD IL-MATERJI KOPERTI MILL-PROTOKOLL BIEX JIĠI ELIMINAT IL-KUMMERĊ ILLEĊITU TAL-PRODOTTI TAT-TABAKK

(F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 44 TAL-PROTOKOLL)

L-Unjoni Ewropea (UE) tissottometti, f'konformità mal-Artikolu 44 tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu fil-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (“il-Protokoll FCTC”), id-Dikjarazzjoni ta' Kompetenzi segwenti li tispeċifika l-kategoriji u l-oqsma ta' politika li għalihom l-Istati Membri tal-UE taw kompetenzi lill-UE fl-oqsma koperti mill-Protokoll FCTC.

1.   Prinċipji Ġenerali

Il-kategoriji u l-oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni huma stipulati fl-Artikoli 2 sa 6 TFUE. Meta t-Trattati jagħtu kompetenza esklużiva lill-UE f'qasam speċifiku, l-UE biss tista' tilleġiżla u tadotta atti legalment vinkolanti, u l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu dan biss jekk jingħataw is-setgħa mill-UE jew sabiex jimplimentaw l-atti tal-UE. Meta t-Trattati jagħtu lill-UE kompetenza kondiviża mal-Istati Membri f'qasam speċifiku, l-UE u l-Istati Membri jistgħu jilleġiżlaw u jadottaw atti legalment vinkolanti f'dak il-qasam. L-Istati Membri jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sakemm l-UE ma tkunx eżerċitat il-kompetenza tagħha. L-Istati Membri jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom mill-ġdid sakemm l-Unjoni tkun iddeċidiet li tieqaf teżerċita l-kompetenza tagħha.

Fir-rigward tal-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali, għall-oqsma ta' politika elenkati fl-Artikolu 3(1) TFUE, hija l-UE biss li għandha l-kompetenza li taġixxi. Għall-oqsma ta' politika elenkati fl-Artikolu 4(2) TFUE, l-UE tikkondividi l-kompetenza mal-Istati Membri, iżda hija l-UE biss li għandha l-kompetenza li taġixxi meta l-azzjoni maħsuba hija neċessarja biex tippermetti li l-Unjoni teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sakemm id-dispożizzjonijiet fil-ftehim jistgħu jaffettwaw regoli komuni jew jalteraw l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) TFUE; sakemm dan ma jkunx il-każ (jiġifieri il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) TFUE ma jkunux issodisfati), l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom li jaġixxu f'dawn l-oqsma ta' politika.

Il-kompetenzi li mhumiex attribwiti lill-UE mit-Trattati jaqgħu fil-kompetenzi tal-Istati Membri tal-UE.

Kif suppost, l-UE tinnotifika kwalunkwe modifika sostanzjali fil-firxa tal-kompetenzi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 44 tal-Protokoll, mingħajr ma dan jikkostitwixxi prerekwiżit għall-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha fi kwistjonijiet koperti mill-Protokoll FCTC.

2.   Kompetenza esklużiva tal-UE

2.1.   L-UE għandha kompetenza esklużiva sabiex taġixxi fir-rigward tal-materji koperti mill-Protokoll FCTC li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni tal-UE (l-Artikolu 207 tat-TFUE).

2.2.   Barra minn hekk, l-UE għandha l-kompetenza esklużiva biex taġixxi fir-rigward ta' materji koperti mill-Protokoll FCTC li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni doganali (l-Artikolu 33 TFUE), l-approssimazzjoni tal-liġijiet fis-suq intern (Artikoli 113 u 114 TFUE), il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali (Artikolu 82 TFUE) u d-definizzjoni ta' reati kriminali (Artikolu 83 TFUE), biss sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' att tal-Unjoni jistabbilixxu regoli komuni li jistgħu jiġu affettwati jew alterati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħhom permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll FCTC.

Il-lista ta' atti tal-Unjoni ta' hawn taħt turi l-punt sa fejn l-Unjoni eżerċitat il-kompetenza interna tagħha f'dawn l-oqsma f'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni li jirriżulta minn dawn l-atti jrid ikun ivvalutat b'referenza għad-dispożizzjonijiet preċiżi ta' kull miżura, u b'mod partikolari l-punt sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu regoli komuni li jirriskjaw li jiġu affettwati jew alterati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, mid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll FCTC jew xi att adottat fl-implimentazzjoni tagħhom.

Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1);

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15);

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24);

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, id-detezzjoni u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1);

L-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 li jfassal il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48).

3.   Kompetenza tal-Istati Membri

L-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex jaġixxu fir-rigward ta' kwistjonijiet oħrajn koperti mill-Protokoll FCTC li mhumiex imsemmija fit-taqsimiet 2.1 u 2.2, u li l-UE ma għandhiex il-kompetenza esklużiva biex taġixxi fuqhom.


1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1750

tas-17 ta' Ġunju 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, meta jkunu kkonċernati d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u mad-definizzjoni ta' reati kriminali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1), u l-Artikolu 83 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk (FCTC) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ġiet approvata f'isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE (1).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/744/UE (2) u 2013/745/UE (3), il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għad-WHO FCTC (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fl-20 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jiġi konkluż f'data aktar tard.

(3)

Il-Protokoll jirrappreżenta kontribut sinifikanti għall-isforzi internazzjonali biex tiġi eliminata kull forma ta' kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk, u biex b'hekk tiġi miġġielda ċ-ċirkomvenzjoni tal-obbligi tat-taxxa u d-dazji doganali u jonqos il-forniment ta' prodotti tat-tabakk, b'konformità mal-Artikolu 15 tal-FCTC tad-WHO. Il-Protokoll jagħti wkoll kontribut għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk filwaqt li jiżgura livell għoli ta' saħħa pubblika.

(4)

Il-Protokoll ikopri oqsma relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, mad-definizzjoni ta' reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija. Sa fejn l-Artikoli 14, 16, 19, 23, 26, 27, 29 u 30 tal-Protokoll jistgħu jiġu implimentati permezz ta' miżuri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk l-oqsma, dawk id-dispożizzjonijiet jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Permezz ta' atti legali, l-Unjoni stabbilixxiet regoli komuni fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u d-definizzjoni ta' reati kriminali (4). L-Artikoli 14, 16, 26, 29 u 30 tal-Protokoll jistgħu jaffettwaw ir-regoli komuni jew jibdlu il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Il-Protokoll għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni biss sa fejn il-Protokoll jista' jaffettwa tali regoli komuni jew jaltera l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

(6)

Bil-konklużjoni tal-Protokoll, l-Unjoni mhux ser tkun qed teżerċita kompetenza kondiviża, għalhekk l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom fl-oqsma koperti mill-Protokoll li ma jaffettwawx ir-regoli komuni u ma jalterawx il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali regoli komuni.

(7)

L-Irlanda hija marbuta bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 u bid-Deċiżjoni Qafas 2001/500/ĠAI, u b'hekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(8)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(9)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1749 (5) adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni, tikkonċerna l-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u mad-definizzjoni ta' reati kriminali.

(11)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk fir-rigward tal-Artikoli 14, 16, 26, 29 u 30, relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u d-definizzjoni ta' reati kriminali, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/persuni awtorizzata/i biex tiddepożita/jiddepożitaw l-istrument ta' ratifika, f'isem l-Unjoni:

(a)

l-istrument provduta fl-Artikolu 44(1) tal-Protokoll;

(b)

id-dikjarazzjoni tal-kompetenzi stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, f'konformità mal-Artikolu 44(3) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE tat-2 ta' Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-kontroll fuq it-Tabakk (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 8).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/744/UE tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, mad-definizzjoni ta' reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 73).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/745/UE tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, mad-definizzjoni ta' reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 75).

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1);

(4)  L-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 li jfassal il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1749 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-kontroll fuq it-Tabakk (FCTC) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, rigward id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u d-definizzjoni ta' reati kriminali (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

DIKJARAZZJONI TAL-KOMPETENZI MILL-UNJONI EWROPEA RIGWARD IL-MATERJI KOPERTI MILL-PROTOKOLL BIEX JIĠI ELIMINAT IL-KUMMERĊ ILLEĊITU TAL-PRODOTTI TAT-TABAKK

(F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 44 TAL-PROTOKOLL)

L-Unjoni Ewropea (UE) tissottometti, f'konformità mal-Artikolu 44 tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu fil-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (“il-Protokoll FCTC”), id-Dikjarazzjoni ta' Kompetenzi segwenti li tispeċifika l-kategoriji u l-oqsma ta' politika li għalihom l-Istati Membri tal-UE taw kompetenzi lill-UE fl-oqsma koperti mill-Protokoll FCTC.

1.   Prinċipji Ġenerali

Il-kategoriji u l-oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni huma stipulati fl-Artikoli 2 sa 6 TFUE. Meta t-Trattati jagħtu kompetenza esklużiva lill-UE f'qasam speċifiku, l-UE biss tista' tilleġiżla u tadotta atti legalment vinkolanti, u l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu dan biss jekk jingħataw is-setgħa mill-UE jew sabiex jimplimentaw l-atti tal-UE. Meta t-Trattati jagħtu lill-UE kompetenza kondiviża mal-Istati Membri f'qasam speċifiku, l-UE u l-Istati Membri jistgħu jilleġiżlaw u jadottaw atti legalment vinkolanti f'dak il-qasam. L-Istati Membri jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sakemm l-UE ma tkunx eżerċitat il-kompetenza tagħha. L-Istati Membri jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom mill-ġdid sakemm l-Unjoni tkun iddeċidiet li tieqaf teżerċita l-kompetenza tagħha.

Fir-rigward tal-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali, għall-oqsma ta' politika elenkati fl-Artikolu 3(1) TFUE, hija l-UE biss li għandha l-kompetenza li taġixxi. Għall-oqsma ta' politika elenkati fl-Artikolu 4(2) TFUE, l-UE tikkondividi l-kompetenza mal-Istati Membri, iżda hija l-UE biss li għandha l-kompetenza li taġixxi meta l-azzjoni maħsuba hija neċessarja biex tippermetti li l-Unjoni teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sakemm id-dispożizzjonijiet fil-ftehim jistgħu jaffettwaw regoli komuni jew jalteraw l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) TFUE; sakemm dan ma jkunx il-każ (jiġifieri il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) TFUE ma jkunux issodisfati), l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom li jaġixxu f'dawn l-oqsma ta' politika.

Il-kompetenzi li mhumiex attribwiti lill-UE mit-Trattati jaqgħu fil-kompetenzi tal-Istati Membri tal-UE.

Kif suppost, l-UE tinnotifika kwalunkwe modifika sostanzjali fil-firxa tal-kompetenzi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 44 tal-Protokoll, mingħajr ma dan jikkostitwixxi prerekwiżit għall-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha fi kwistjonijiet koperti mill-Protokoll FCTC.

2.   Kompetenza esklużiva tal-UE

2.1.

L-UE għandha kompetenza esklużiva sabiex taġixxi fir-rigward tal-materji koperti mill-Protokoll FCTC li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni tal-UE (l-Artikolu 207 tat-TFUE).

2.2.

Barra minn hekk, l-UE għandha l-kompetenza esklużiva biex taġixxi fir-rigward ta' materji koperti mill-Protokoll FCTC li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni doganali (Art. 33 TFUE), l-approssimazzjoni tal-liġijiet fis-suq intern (Artikoli 113 u 114 TFUE), il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali (Artikolu 82 TFUE) u d-definizzjoni ta' reati kriminali (Artikolu 83 TFUE), biss sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' att tal-Unjoni jistabbilixxu regoli komuni li jistgħu jiġu affettwati jew alterati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħhom peremzz tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll FCTC.

Il-lista ta' atti tal-Unjoni ta' hawn taħt turi l-punt sa fejn l-Unjoni eżerċitat il-kompetenza interna tagħha f'dawn l-oqsma f'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni li jirriżulta minn dawn l-atti jrid ikun ivvalutat b'referenza għad-dispożizzjonijiet preċiżi ta' kull miżura, u b'mod partikolari l-punt sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu regoli komuni li jirriskjaw li jiġu affettwati jew alterati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, mid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll FCTC jew xi att adottat fl-implimentazzjoni tagħhom.

Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1);

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15);

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24);

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, id-detezzjoni u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1);

L-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 li jfassal il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48).

3.   Kompetenza tal-Istati Membri

L-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex jaġixxu fir-rigward ta' kwistjonijiet oħrajn koperti mill-Protokoll FCTC li mhumiex imsemmija fit-taqsimiet 2.1 u 2.2, u li l-UE ma għandhiex il-kompetenza esklużiva biex taġixxi fuqhom.


1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/10


TRADUZZJONI

PROTOKOLL

biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu fi Prodotti tat-Tabakk

IL-PARTIJIET GĦAL DAN IL-PROTOKOLL,

Filwaqt li jikkunsidraw li fil-21 ta' Mejju 2003, fis-Sitta u Ħamsin Assemblea Dinjija tas-Saħħa ġiet adottata b'kunsens il-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, li daħlet fis-seħħ fis-27 ta' Frar 2005;

Filwaqt li jirrikonoxxu li l-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk hija wieħed mill-iktar trattati tan-Nazzjonijiet Uniti rratifikati malajr u għodda fundamentali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

Filwaqt li jfakkru l-Preambolu tal-Kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jiddikjara bħala dritt fundamentali ta' kull persuna mingħajr distinzjoni ta' razza, reliġjon, twemmin politiku, qagħda ekonomika u soċjali, it-tgawdija tal-ogħla standard tas-saħħa possibbli;

Filwaqt li huma determinati wkoll li jagħtu prijorità lid-dritt tagħhom li jipproteġu s-saħħa pubblika;

Filwaqt li jinsabu tassew imħassbin li l-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk qed jikkontribwixxi sabiex tinxtered l-epidemija tat-tabakk, li hija problema dinjija b'konsegwenzi serji għas-saħħa pubblika li titlob li jkun hemm reazzjonijiet domestiċi u internazzjonali effettivi, xierqa u komprensivi;

Filwaqt li jirrikonoxxu wkoll li l-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk ixekkel il-miżuri tal-prezzijiet u tat-taxxi mfasslin biex isaħħu l-kontroll fuq it-tabakk u b'hekk iżid l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti tat-tabakk;

Filwaqt li jinsabu tassew mħassbin dwar l-effetti avversi li ż-żieda fl-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti tat-tabakk ikkummerċjalizzati b'mod illeċitu għandha fuq is-saħħa pubblika u l-benesseri, b'mod partikolari taż-żgħażagħ, il-foqra u gruppi vulnerabbli oħrajn;

Filwaqt li jinsabu tassew mħassbin dwar l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali sproporzjonati tal-kummerċ illeċitu fi prodotti tat-tabakk fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u l-pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni;

Filwaqt li huma konxji tal-bżonn li tiġi żviluppata kapaċità xjentifika, teknika u istituzzjonali sabiex jiġu ppjanati u implimentati miżuri nazzjonali, reġjonali u internazzjonali xierqa bl-għan li jiġu eliminati l-forom kollha ta' kummerċ illeċitu fi prodotti tat-tabakk;

Filwaqt li jirrikonoxxu li l-aċċess għar-riżorsi u t-teknoloġiji relevanti huwa ta' importanza kbira għat-tisħiħ tal-ħila tal-Partijiet, b'mod partikolari fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni, sabiex jeliminaw il-forom kollha ta' kummerċ illeċitu fi prodotti tat-tabakk;

Filwaqt li jirrikonoxxu wkoll li għalkemm iż-żoni ħielsa huma stabbiliti biex jiffaċilitaw il-kummerċ legali, dawn intużaw sabiex jiffaċilitaw il-globalizzazzjoni tal-kummerċ illeċitu fi prodotti tat-tabakk, kemm b'relazzjoni għat-tranżitu illeċitu ta' prodotti tal-kuntrabandu kif ukoll il-manifattura ta' prodotti illeċiti tat-tabakk;

Filwaqt li jirrikonoxxu wkoll li l-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk ixekkel l-ekonomiji tal-Partijiet u jaffettwa b'mod avvers l-istabbiltà u s-sigurtà tagħhom;

Filwaqt li huma konxji wkoll li l-kummerċ illeċitu fi prodotti tat-tabakk jiġġenera profitti finanzjarji li jintużaw wkoll għall-finanzjament ta' attività kriminali transnazzjonali, li ttellef l-għanijiet tal-gvern;

Filwaqt li jirrikonoxxu li l-kummerċ illeċitu fi prodotti tat-tabakk ixekkel l-għanijiet tas-saħħa, jixħet iktar pressjoni fuq is-sistemi tas-saħħa u jikkawża telf ta' dħul għall-ekonomiji tal-Partijiet;

Filwaqt li huma konxji tal-Artikolu 5.3 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk li fih il-Partijiet jaqblu li meta jistabbilixxu u jimplimentaw il-politiki tagħhom dwar is-saħħa pubblika fir-rigward tal-kontroll fuq it-tabakk, il-Partijiet jieħdu azzjoni biex jipproteġu dawn il-politiki minn interessi kummerċjali u interessi oħrajn tal-industrija tat-tabakk b'konformità mal-liġi nazzjonali;

Filwaqt li jenfasizzaw il-bżonn li jkunu pronti għal kwalunkwe sforz mill-industrija tat-tabakk biex ixxekkel jew tiżvija strateġiji għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk u l-bżonn li jkunu mgħarrfin dwar attivitajiet tal-industrija tat-tabakk li jħallu impatt negattiv fuq l-istrateġiji għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk;

Filwaqt li jafu bl-Artikolu 6.2 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WTO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, li jħeġġeġ lill-Partijiet sabiex jipprojbixxu jew jirrestrinġu, kif xieraq, il-bejgħ lil u/jew l-importazzjoni minn vjaġġaturi internazzjonali ta' prodotti tat-tabakk ħilsin minn taxxa jew dazju;

Filwaqt li, barra minn hekk, jirrikonoxxu li t-tabakk u l-prodotti tat-tabakk fi tranżitu jew trasbord internazzjonali jsibu kanal għall-kummerċ illeċitu;

Filwaqt li jqisu li azzjoni effettiva għall-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk teħtieġ approċċ internazzjonali komprensiv għal u kooperazzjoni mill-qrib dwar l-aspetti kollha tal-kummerċ illeċitu, inkluż kif xieraq, il-kummerċ illeċitu tat-tabakk, tal-prodotti tat-tabakk u t-tagħmir tal-manifattura;

Filwaqt li jfakkru u jenfasizzaw l-importanza ta' ftehimiet internazzjonali relevanti oħrajn bħall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi u l-obbligu li l-Partijiet għal dawn il-Konvenzjonijiet japplikaw, kif xieraq, id-dispożizzjonijiet relevanti ta' dawn il-Konvenzjonijiet għall-kummerċ illeċitu tat-tabakk, prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura, u filwaqt li jħeġġu lil dawk il-Partijiet li għadhom ma sarux Partijiet għal dawn il-Ftehimiet biex jikkunsidraw li jagħmlu dan;

Filwaqt li jirrikonoxxu l-bżonn li jibnu kooperazzjoni msaħħa bejn is-Segretarjat tal-Konvenzjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Drogi u l-Kriminalità, l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali u korpi oħrajn kif xieraq;

Filwaqt li jfakkru l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WTO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, li fih il-Partijiet jirrikonoxxu li, fost l-oħrajn, l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' kummerċ illeċitu fi prodotti tat-tabakk, inkluż il-kuntrabandu u l-manifattura illeċita, hija komponent essenzjali tal-kontroll fuq it-tabakk;

Filwaqt li jqisu li dan il-Protokoll ma għandux l-għan li jindirizza kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; u

Filwaqt li huma konvinti li s-supplimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk bi protokoll komprensiv se tkun mezz b'saħħtu u effettiv għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk u l-konsegwenzi serji tiegħu,

BIL-PREŻENTI JAQBLU KIF ĠEJ:

PARTI I

INTRODUZZJONI

Artikolu 1

Użu tat-termini

1   “Senserija” tfisser azzjoni bħala aġent għal oħrajn, bħal f'kuntratti ta' negozjar, xiri jew bejgħ bi ħlas ta' tariffa jew kummissjoni.

2.   “Sigarett” tfisser romblu ta' tabakk imqatta' għat-tipjip, mibrum f'karta tas-sigaretti. Dan jeskludi prodotti speċifiċi reġjonali bħall-bidis, ang hoon, u prodotti simili oħrajn li jistgħu jitgeżwru f'karta jew weraq. Għall-fini tal-Artikolu 8, “sigarett” jinkludi wkoll tabakk fin “għat-trembil” sabiex isir sigarett.

3.   “Konfiska”, li tinkludi sekwestru fejn applikabbli, tfisser it-tiċħid permanenti ta' proprjetà b'ordni ta' qorti jew awtorità kompetenti oħra.

4.   “Kunsinna kkontrollata” tfisser it-teknika li tippermetti kunsinni illeċiti jew suspettużi li joħorġu, jgħaddu jew jidħlu fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar, bl-għarfien u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti, bl-għan ta' investigazzjoni ta' reat u l-identifikazzjoni tal-persuni involuti fit-twettiq tar-reat.

5.   “Żona ħielsa” tfisser parti mit-territorju ta' Parti fejn kwalunkwe prodott imdaħħal normalment jitqies, f'dak li għandu x'jaqsam mad-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi kkonċernati, li jinsab barra mit-territorju Doganali.

6.   “Kummerċ illeċitu” tfisser kwalunkwe prattika jew imġiba pprojbita mil-liġi u li hija relatata mal-produzzjoni, it-trasport bil-baħar, ir-riċevuta, il-pussess, id-distribuzzjoni, il-bejgħ jew ix-xiri, inkluża kwalunkwe prattika jew imġiba maħsuba biex tiffaċilita t-tali attività.

7.   “Liċenzja” tfisser permess minn awtorità kompetenti wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni meħtieġa jew dokumentazzjoni oħra lill-awtorità kompetenti.

8.

(a)

“Tagħmir tal-manifattura” tfisser makkinarju li huwa mfassal, jew adattat, sabiex jintuża biss għall-manifattura ta' prodotti tat-tabakk u huwa integrali għall-proċess ta' manifattura (1).

(b)

“Kwalunkwe parti minnu” fil-kuntest tat-tagħmir tal-manifattura tfisser kwalunkwe parti identifikabbli li hija unika għat-tagħmir tal-manifattura użat fil-manifattura ta' prodotti tat-tabakk.

9.   “Parti” tfisser Parti għal dan il-Protokoll, sakemm il-kuntest ma jindikax mod ieħor.

10.   “Dejta personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli.

11.   “Organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali” tfisser organizzazzjoni li hija msawra minn diversi stati sovrani, u li l-Istati Membri tagħha ttrasferewlha kompetenza fuq firxa ta' kwistjonijiet, inkluża l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet vinkolanti fuq l-Istati Membri tagħha fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet (2).

12.   Il-“katina tal-provvista” tkopri l-manifattura ta' prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura, u l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura; u tista' tiġi estiża, fejn relevanti, għal attività waħda jew iktar minn dawn li ġejjin meta dan jiġi deċiż minn Parti:

(a)

il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tat-tabakk;

(b)

il-kultivazzjoni tat-tabakk, minbarra l-kultivaturi, il-bdiewa u l-produtturi tradizzjonali fuq skala żgħira;

(c)

it-trasportazzjoni ta' kwantitajiet kummerċjali ta' prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura; kif ukoll

(d)

il-bejgħ bl-ingrossa, is-senserija, il-ħżin jew id-distribuzzjoni tat-tabakk u tal-prodotti tat-tabakk jew tat-tagħmir tal-manifattura.

13.   “Prodotti tat-tabakk” tfisser prodotti magħmula kompletament jew parzjalment mill-werqa tat-tabakk bħala materja prima, li huma manifatturati għat-tipjip, għall-irdigħ, għall-magħda jew għan-niskata.

14.   “Traċċar u lokalizzazzjoni” tfisser monitoraġġ sistematiku u ħolqien mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isimhom, tar-rotta jew tal-moviment li jkunu ħadu l-oġġetti permezz tal-katina tal-provvista, kif spjegat fl-Artikolu 8.

Artikolu 2

Relazzjoni bejn dan il-Protokoll u ftehimiet oħra u strumenti legali

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk li japplikaw għall-protokolli tagħha, għandhom japplikaw għal dan il-Protokoll.

2.   Il-Partijiet li daħlu fit-tipi ta' ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk jikkomunikaw it-tali ftehimiet lil-Laqgħat tal-Partijiet permezz tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni.

3.   Xejn f'dan il-Protokoll ma jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' xi Parti skont xi konvenzjoni internazzjonali, trattat jew ftehim internazzjonali oħrajn li hemm fis-seħħ għal dik il-Parti li jidhrilha li għandhom probabilità ogħla li jwasslu għall-eliminazzjoni tal-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk.

4.   Xejn f'dan il-Protokoll ma jaffettwa d-drittijiet, l-obbligi jew ir-responsabbiltajiet oħrajn tal-Partijiet skont il-liġi internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

Artikolu 3

Għan

L-għan ta' dan il-Protokoll huwa li jelimina l-forom kollha ta' kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk, b'konformità mat-termini tal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WTO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

PARTI II

OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 4

Obbligi ġenerali

1.   Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WTO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, il-Partijiet:

(a)

jadottaw u jimplimentaw miżuri effettivi li jikkontrollaw jew jirregolaw il-katina tal-provvista tal-prodotti koperti minn dan il-Protokoll sabiex jipprevjenu, jevitaw, jaqbdu, jinvestigaw u jieħdu passi kontra l-kummerċ illeċitu tat-tali prodotti, u jikkooperaw flimkien għal dan l-għan;

(b)

jieħdu kwalunkwe miżura neċessarja b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom biex iżidu l-effettività tal-awtoritajiet kompetenti u s-servizzi tagħhom, inklużi d-dwana u l-pulizija responsabbli għall-prevenzjoni, l-evitar, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' kummerċ illeċitu tal-prodotti koperti minn dan il-Protokoll;

(c)

jadottaw miżuri effettivi għall-iffaċilitar jew il-kisba ta' assistenza teknika jew appoġġ finanzjarju, il-bini ta' kapaċità u l-kooperazzjoni internazzjonali sabiex jilħqu l-għanijiet ta' dan il-Protokoll u jiżguraw id-disponibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti u l-iskambju sigur magħhom ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont dan il-Protokol;

(d)

jikkooperaw mill-qrib flimkien, b'mod konsistenti mas-sistemi legali u amministrattivi domestiċi rispettivi tagħhom, sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-azzjoni ta' infurzar tal-liġi għall-ġlieda kontra l-imġiba llegali inklużi reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikol 14 ta' dan il-Protokoll;

(e)

jikkooperaw u jikkomunikaw, kif xieraq, mal-organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali u reġjonali relevanti fl-iskambju sigur (3) ta' informazzjoni koperta minn dan il-Protokoll sabiex tiġi promossa l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Protokoll; u

(f)

bil-mezzi u r-riżorsi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom, jikkooperaw biex jiġbru riżorsi finanzjarji għall-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Protokoll permezz ta' mekkaniżmi ta' finanzjament bilaterali u multilaterali.

2.   Fl-implimentazzjoni tal-obbligazzjonijiet tagħhom skont dan il-Protokoll, il-Partijiet jiżguraw it-trasparenza massima possibbli fir-rigward ta' kwalunkwe interazzjoni li jista' jkollhom mal-industrija tat-tabakk.

Artikolu 5

Protezzjoni tad-dejta personali

Meta jimplimentaw dan il-Protokoll, il-Partijiet jipproteġu d-dejta personali tal-individwi tkun xi tkun in-nazzjonalità jew ir-residenza, soġġetti għal-liġi nazzjonali u filwaqt li jikkunsidraw l-istandards internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

PARTI III

KONTROLL TAL-KATINA TAL-PROVVISTA

Artikolu 6

Liċenzja, approvazzjoni ekwivalenti jew sistema ta' kontroll

1.   Sabiex tilħaq l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u bl-għan li telimina l-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk u t-tagħmir tal-manifattura, kull Parti tipprojbixxi t-twettiq ta' kwalunkwe waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, ħlief fil-każ ta' liċenzja jew approvazzjoni ekwivalenti (minn hawn 'il quddiem imsejħa “liċenzja”) maħruġa, jew sistema ta' kontroll implimentata, minn awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali:

(a)

il-manifattura ta' prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura; u

(b)

l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura.

2.   Kull Parti tagħmel kull sforz biex tilliċenzja, sa fejn ikun xieraq, u meta l-attivitajiet li ġejjin ma jkunux projbiti mil-liġi nazzjonali, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika involuta:

(a)

fil-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tat-tabakk;

(b)

fil-kultivazzjoni tat-tabakk, minbarra kultivaturi, bdiewa u produtturi tradizzjonali fuq skala żgħira;

(c)

fit-trasportazzjoni ta' kwantitajiet kummerċjali ta' prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura; u

(d)

fil-bejgħ bl-ingrossa, is-senserija, il-ħżin jew id-distribuzzjoni ta' tabakk u prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura.

3.   Bl-għan li tiġi żgurata sistema effettiva ta' liċenzjar, kull Parti:

(a)

tistabbilixxi jew taħtar awtorità jew awtoritajiet kompetenti biex joħorġu, iġeddu, jissospendu, jirrevokaw u/jew jikkanċellaw liċenzji, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, u b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, biex iwettqu l-attivitajiet speċifikati fil-paragrafu 1;

(b)

teħtieġ li kull applikazzjoni għal liċenzja jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa kollha dwar l-applikant, li għandha tinkludi, fejn applikabbli:

(i)

meta l-applikant ikun persuna fiżika, informazzjoni dwar l-identità tiegħu, inklużi l-isem sħiħ, l-isem kummerċjali, in-numru tar-reġistrazzjoni tan-negozju (jekk ikun hemm), in-numri tar-reġistrazzjoni tat-taxxa applikabbli (jekk ikun hemm) u kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti li tiġi identifikata;

(ii)

meta l-applikant ikun persuna ġuridika, informazzjoni dwar l-identità tiegħu, inklużi l-isem legali sħiħ, l-isem kummerċjali, in-numru tar-reġistrazzjoni tan-negozju, id-data u l-post tal-inkorporazzjoni, il-post tal-kwartieri ġenerali tal-korporazzjoni u s-sede prinċipali tan-negozju, in-numri tar-reġistrazzjoni tat-taxxa applikabbli, il-kopji tal-artikoli ta' inkorporazzjoni jew dokumenti ekwivalenti, l-affiljati korporattivi tagħha, isem id-diretturi tagħha u ta' kwalunkwe rappreżentant legali maħtur, inkluża kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti li tiġi identifikata;

(iii)

il-post preċiż tan-negozju tal-unità/ajiet tal-manifattura, il-post tal-imħażen u l-kapaċità tal-produzzjoni tan-negozju mmexxi mill-applikant;

(iv)

id-dettalji tal-prodotti tat-tabakk u t-tagħmir tal-manifattura koperti mill-applikazzjoni, bħad-deskrizzjoni tal-prodott, l-isem, il-marka kummerċjali rreġistrata jekk ikun hemm, id-disinn, id-ditta, il-mudell jew l-għamla u n-numru tas-serje tat-tagħmir tal-manifattura;

(v)

deskrizzjoni ta' fejn se jiġi installat u fejn se jintuża t-tagħmir tal-manifattura;

(vi)

id-dokumentazzjoni jew dikjarazzjoni rigward kwalunkwe rekord kriminali;

(vii)

identifikazzjoni sħiħa tal-kontijiet tal-bank li hemm il-ħsieb li jintużaw fit-tranżazzjonijiet relevanti u kwalunkwe dettalji relevanti oħra ta' ħlas; u

(viii)

deskrizzjoni tas-suq tal-użu u tal-bejgħ intenzjonat għall-prodotti tat-tabakk, b'attenzjoni partikolari li jiġi żgurat li l-produzzjoni jew il-provvista tal-prodotti tat-tabakk tkun proporzjonata għal domanda raġonevolment antiċipata;

(c)

tissorvelja u tiġbor, fejn applikabbli, kwalunkwe tariffa tal-liċenzji li tista' tkun imposta u tikkunsidra li tużahom fl-amministrazzjoni u l-infurzar effettivi tas-sistema tal-liċenzji jew għas-saħħa pubblika jew kwalunkwe attività relatata oħra b'konformità mal-liġi nazzjonali;

(d)

tieħu l-miżuri xierqa biex tipprevjeni, tidentifika u tinvestiga kwalunkwe prattika irregolari jew ta' frodi fit-tħaddim tas-sistema tal-liċenzji;

(e)

tieħu miżuri bħal reviżjoni perjodika, tiġdid, spezzjoni jew awditjar tal-liċenzji fejn xieraq;

(f)

tistabbilixxi, fejn xieraq, perjodu ta' żmien għall-iskadenza tal-liċenzji u l-applikazzjoni meħtieġa mill-ġdid jew l-aġġornament tal-informazzjoni tal-applikazzjoni;

(g)

tobbliga lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika lliċenzjata sabiex tgħarraf lill-awtorità kompetenti minn qabel dwar kwalunkwe bidla fil-post tan-negozju tagħha jew kwalunkwe bidla sinifikanti fl-informazzjoni relevanti għall-attivitajiet kif illiċenzjati;

(h)

tobbliga lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika lliċenzjata sabiex tgħarraf lill-awtorità kompetenti, għal azzjoni xierqa, dwar kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta' tagħmir tal-manifattura; u

(i)

tiżgura li l-qerda ta' kwalunkwe tagħmir tal-manifattura bħal dan jew parti minnu, issir taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

4.   Kull Parti tiżgura li ma tiġi assenjata u/jew trasferita l-ebda liċenzja jekk il-persuna lliċenzjata proposta ma tibgħatx l-informazzjoni xierqa li tinsab fil-paragrafu 3, u jekk ma jkunx hemm l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.

5.   Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-Laqgħa tal-Partijiet tiżgura fis-sessjoni li jmiss li ssir riċerka bbażata fuq evidenza biex jiġi żgurat jekk hemmx xi inputs ewlenin li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, jekk dawn humiex identifikabbli u jistgħux ikunu soġġetti għall-mekkaniżmu ta' kontroll effettiv. Fuq il-bażi tat-tali riċerka, il-Laqgħa tal-Partijiet tikkunsidra tiħux azzjoni xierqa.

Artikolu 7

Diliġenza dovuta

1.   B'konsistenza mal-liġi nazzjonali tagħha u l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, kull Parti titlob li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha involuti fil-katina tal-provvista tat-tabakk, tal-prodotti tat-tabakk u t-tagħmir tal-manifattura:

(a)

jaħdmu bid-diliġenza dovuta qabel il-bidu u matul ir-relazzjoni kummerċjali;

(b)

jissorveljaw il-bejgħ lill-klijenti tagħhom biex jaraw li l-kwantitajiet huma proporzjonati għad-domanda għat-tali prodotti fi ħdan is-suq tal-bejgħ jew l-użu intenzjonat; u

(c)

jirrapportaw għand l-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe evidenza li l-klijent huwa involut f'attivitajiet li jiksru l-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn dan il-Protokoll.

2.   Id-diliġenza dovuta skont il-paragrafu 1, kif xieraq u b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u mal-għanijiet tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, tinkludi, fost l-oħrajn, rekwiżiti għall-identifikazzjoni tal-konsumatur, bħall-kisba u l-aġġornament ta' informazzjoni relatata ma' dan li ġej:

(a)

l-istabbiliment li l-persuna fiżika jew ġuridika għandha liċenzja b'konformità mal-Artikolu 6;

(b)

meta l-klijent ikun persuna fiżika, informazzjoni rigward l-identità tiegħu, inklużi l-isem sħiħ, l-isem kummerċjali, in-numru tar-reġistrazzjoni tan-negozju (jekk ikun hemm), in-numri tar-reġistrazzjoni tax-taxxa applikabbli (jekk ikun hemm) u verifikazzjoni tal-identifikazzjoni uffiċjali tiegħu;

(c)

meta l-klijent ikun persuna ġuridika, informazzjoni rigward l-identità tiegħu inkluż l-isem sħiħ, l-isem kummerċjali, in-numru tar-reġistrazzjoni tan-negozju, id-data u l-post tal-inkorporazzjoni, il-post tal-kwartieri ġenerali tal-korporazzjoni, is-sede prinċipali tan-negozju, in-numri tar-reġistrazzjoni tat-taxxa applikabbli, kopji tal-artikoli ta' inkorporazzjoni jew dokumenti ekwivalenti, l-affiljati korporattivi tagħha, isem id-diretturi tagħha u kwalunkwe rappreżentant ġuridiku magħżul, inkluż l-ismijiet tar-rappreżentanti u l-verifika tal-identifikazzjoni uffiċjali tagħhom;

(d)

deskrizzjoni tas-suq tal-użu u tal-bejgħ intenzjonat għat-tabakk, il-prodotti tat-tabakk u t-tagħmir tal-manifattura; u

(e)

deskrizzjoni tal-post fejn se jiġi installat u fejn se jintuża t-tagħmir tal-manifattura.

3.   Id-diliġenza dovuta skont il-paragrafu 1 tista' tinkludi rekwiżiti għall-identifikazzjoni tal-klijent, bħall-kisba u l-aġġornament ta' informazzjoni relatata ma' dan li ġej:

(a)

id-dokumentazzjoni jew dikjarazzjoni dwar kwalunkwe rekord kriminali; u

(b)

l-identifikazzjoni tal-kontijiet tal-bank li hemm il-ħsieb li jintużaw fit-tranżazzjonijiet.

4.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni rrapportata fil-paragrafu 1(c), kull Parti tieħu l-miżuri neċessarji kollha li jiżguraw konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-Protokoll, li jistgħu jinkludu l-għażla ta' klijent fil-ġurisdizzjoni tal-Parti sabiex isir konsumatur imblukkat kif definit bil-liġi nazzjonali.

Artikolu 8

Traċċar u lokalizzazzjoni

1.   Għall-fini ta' sigurtà ulterjuri tal-katina tal-provvista u sabiex tiġi assistita l-investigazzjoni tal-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk, il-Partijiet jaqblu sabiex fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll jistabbilixxu skema globali ta' traċċar u lokalizzazzjoni, li tinkludi sistemi nazzjonali u/jew reġjonali ta' traċċar u lokalizzazzjoni, u punt fokali globali għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni li jkun jinsab fis-Segretarjat tal-Konvenzjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u li jkun aċċessibbli għall-Partijiet kollha sabiex jippermetti lill-Partijiet jagħmlu domandi u jirċievu informazzjoni relevanti.

2.   B'konformità ma' dan l-Artikolu, kull Parti tistabbilixxi sistema ta' traċċar u lokalizzazzjoni kkontrollata mill-Parti għall-prodotti kollha tat-tabakk li huma manifatturati jew importatati fit-territorju tagħha li tqis il-bżonnijiet nazzjonali jew reġjonali speċifiċi tagħha jew il-bżonnijiet speċifiċi reġjonali u l-aħjar prattika disponibbli.

3.   Bl-għan li tippermetti traċċar u lokalizzazzjoni effettivi, kull Parti titlob li jkun hemm marki tal-identifikazzjoni uniċi, siguri u li ma jinqalgħux (minn hawn 'il quddiem imsejħa marki tal-identifikazzjoni uniċi), bħal kodiċijiet jew timbri li jitwaħħlu ma' jew li jiffurmaw parti mill-pakketti u l-imballaġġi kollha u kwalunkwe ppakkjar fuq in-naħa ta' barra tas-sigaretti fi żmien ħames snin u għal prodotti oħra tat-tabakk fi żmien għaxar snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll għal dik il-Parti.

4.1

Għall-fini tal-paragrafu 3, u bħala parti mir-reġim globali ta' traċċar u lokalizzazzjoni, kull Parti teħtieġ li tqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni li ġejja, jew direttament jew aċċessibbli permezz ta' link, li tassisti lill-Partijiet fid-determinazzjoni tal-oriġini tal-prodotti tat-tabakk, il-punt ta' diverżjoni, fejn applikabbli, u s-sorveljanza u -kontroll tal-moviment ta' prodotti tat-tabakk u l-istatus legali tagħhom:

(a)

id-data u l-post ta' manifattura;

(b)

il-faċilità tal-manifattura;

(c)

il-magna użata għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk;

(d)

ix-xift tal-produzzjoni jew il-ħin tal-manifattura;

(e)

l-isem, il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlasijiet tal-ewwel konsumatur li mhuwiex affiljat mal-manifattur;

(f)

is-suq intenzjonat tal-bejgħ bl-imnut;

(g)

id-deskrizzjoni tal-prodott;

(h)

kwalunkwe ħażna jew trasport bil-baħar

(i)

l-identità ta' kwalunkwe xerrej sussegwenti magħruf; u

(j)

ir-rotta intenzjonata tal-vjeġġ, id-data tal-vjeġġ, id-destinazzjoni tal-vjeġġ, il-punt ta' tluq u d-destinatarju.

4.2

L-informazzjoni fis-sottoparagrafi (a), (b), (g) u fejn disponibbli (f), hija parti mill-marki ta' identifikazzjoni uniċi.

4.3

Meta l-informazzjoni fis-sottoparagrafu (f) ma tkunx disponibbli fiż-żmien tal-immarkar, il-Partijiet jitolbu l-inklużjoni tat-tali informazzjoni b'konformità mal-Artikolu 15.2(a) tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

5.   Fi ħdan il-limiti ta' żmien speċifikati f'dan l-Artikolu, kull Parti titlob sabiex l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 4 tkun irreġistrata fiż-żmien tal-produzzjoni jew fiż-żmien tal-ewwel vjeġġ minn kwalunkwe manifattur jew fiż-żmien tal-importazzjoni fit-territorju tagħha.

6.   Kull Parti tiżgura li l-informazzjoni rreġistrata skont il-paragrafu 5 tkun aċċessibbli minn dik il-Parti permezz ta' link bil-marki tal-identifikazzjoni uniċi meħtieġa skont il-paragrafi 3 u 4.

7.   Kull Parti tiżgura li l-informazzjoni rreġistrata skont il-paragrafu 5, kif ukoll il-marki ta' identifikazzjoni uniċi li jrendu t-tali informazzjoni aċċessibbli skont il-paragrafu 6, tiddaħħal f'format stabbilit jew awtorizzat mill-Parti u l-awtoritajiet kompetenti tagħha.

8.   Kull Parti tiżgura li l-informazzjoni rreġistrata skont il-paragrafu 5 tkun aċċessibbli għall-punt fokali globali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni meta ssir talba, soġġetta għall-paragrafu 9, permezz ta' interfaċċa elettronika standard sigura mal-punt ċentrali nazzjonali u/jew reġjonali. Il-punt fokali globali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jikkompila lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet u jagħmel il-lista disponibbli għall-Partijiet kollha.

9.   Kull Parti jew l-awtorità kompetenti:

(a)

ikollha aċċess għall-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 4 fil-ħin billi tressaq talba lill-punt fokali globali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

(b)

titlob tali informazzjoni biss meta jkun hemm bżonnha għall-finijiet ta' kxif jew investigazzjoni ta' kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk;

(c)

ma żżommx informazzjoni mingħajr raġuni;

(d)

twieġeb it-talbiet għal informazzjoni fir-rigward tal-paragrafu 4, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha; u

(e)

tipproteġi u tittratta bħala kunfidenzjali, kif maqbul b'mod reċiproku, kwalunkwe informazzjoni skambjata.

10.   Kull Parti tirrikjedi l-iżvilupp ulterjuri u l-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema applikabbli tat-traċċar u l-lokalizzazzjoni sakemm kull dazju, taxxa relevanti u fejn xieraq kull obbligu ieħor, ikunu ġew approvati fil-punt tal-manifattura, l-importazzjoni jew ir-rilaxx mid-dwani jew mill-kontroll tas-sisa.

11.   Il-Partijiet jikkooperaw flimkien u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, kif maqbul b'mod reċiproku, fil-kondiviżjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki għas-sistemi ta' traċċar u lokalizzazzjoni inklużi:

(a)

l-iffaċilitar tal-iżvilupp, it-trasferiment u l-akkwist ta' teknoloġija mtejba għat-traċċar u l-lokalizzazzjoni, inklużi l-għarfien, il-ħiliet, il-kapaċità u l-kompetenza;

(b)

l-appoġġ għat-taħriġ u għall-programmi għall-bini ta' kapaċità għall-Partijiet li jesprimu t-tali bżonn; u

(c)

l-iżvilupp ulterjuri tat-teknoloġija għall-immarkar u l-iskenjar ta' pakketti ta' unitajiet u imballaġġi ta' prodotti tat-tabakk sabiex jagħmlu aċċessibbli l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 4.

12.   L-obbligi assenjati lil Parti ma jitwettqux mill-industrija tat-tabakk jew jiġu delegati lilha.

13.   Kull Parti tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha, meta jieħdu sehem fl-iskema ta' traċċar u lokalizzazzjoni, jinteraġixxu mal-industrija tat-tabakk u dawk li jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija tat-tabakk safejn hu strettament neċessarju biss fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

14.   Kull Parti tista' teħtieġ li l-industrija tat-tabakk iġġarrab kwalunkwe nefqa assoċjata mal-obbligi ta' dik il-Parti skont dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Żamma ta' rekords

1.   Kull Parti teħtieġ, kif xieraq, li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha involuti fil-katina tal-provvista tat-tabakk, tal-prodotti tat-tabakk u tat-tagħmir tal-manifattura, iżommu rekords kompluti u preċiżi tat-tranżazzjonijiet kollha relevanti. It-tali rekords iridu jippermettu kontabbiltà sħiħa tal-materjali użati fil-produzzjoni tal-prodotti tat-tabakk tagħhom.

2.   Kull Parti, kif xieraq, teħtieġ li l-persuni lliċenzjati b'konformità mal-Artikolu 6, jipprovdu, wara li ssirilhom talba, l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti:

(a)

informazzjoni ġenerali dwar il-volumi tas-suq, ix-xejriet, il-previżjonijiet u informazzjoni oħra relevanti;u

(b)

il-kwantitajiet ta' prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura fil-pussess tad-detentur tal-liċenzja, f'kustodja jew kontroll fl-istokk, f'imħażen tat-taxxa u tad-dwana skont l-iskema ta' tranżitu jew trasbord jew sospenzjoni tad-dazju mid-data li fiha ssir it-talba.

3.   Fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk u t-tagħmir tal-manifattura mibjugħin jew manifatturati fit-territorju tal-Parti għall-esportazzjoni, jew soġġetti għal ċaqliq bid-dazju sospiż fit-tranżitu jew it-trasbord fit-territorju tal-Parti, kull Parti, kif xieraq, teħtieġ li l-persuni liċenzjati b'konformità mal-Artikolu 6, jipprovdu, wara li ssirilhom talba, lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż tat-tluq (b'mod elettroniku, fejn teżisti l-infrastruttura) fil-ħin tat-tluq mill-kontroll tagħhom bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data tal-vjeġġ mill-aħħar punt ta' kuntatt fiżiku tal-prodotti;

(b)

id-dettalji dwar il-prodotti trasportati (inklużi d-ditta, l-ammont, il-maħżen);

(c)

ir-rotot intenzjonati u d-destinazzjoni tal-vjeġġ;

(d)

l-identità tal-persuna/i fiżiċi jew ġuridiċi li lilhom qed jiġu trasportati l-prodotti;

(e)

il-mezz ta' trasportazzjoni, inkluża l-identità tat-trasportatur;

(f)

id-data mistennija tal-wasla tal-kunsinna fid-destinazzjoni intenzjonata tal-vjeġġ; u

(g)

is-suq tal-użu jew tal-bejgħ bl-imnut intenzjonat.

4.   Jekk dan ikun fattibbli, kull Parti teħtieġ li l-bejjiegħa bl-imnut u l-kultivaturi tat-tabakk, minbarra kultivaturi tradizzjonali li jaħdmu fuq bażi mhux kummerċjali, iżommu rekords sħaħ u preċiżi tat-tranżazzjonijiet kollha relevanti li jkunu involuti fihom, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

5.   Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, kull Parti tadotta miżuri leġiżlattivi, eżekuttivi, amministrattivi jew oħrajn effettivi li jeħtieġu li r-rekords kollha:

(a)

jinżammu għal perjodu ta' mill-inqas erba' snin;

(b)

jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti; u

(c)

jinżammu f'format, kif meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti.

6.   Kull Parti, kif xieraq u soġġetta għal-liġi nazzjonali, tistabbilixxi sistema sabiex taqsam id-dettalji li jinsabu fir-rekords kollha miżmuma skont dan l-Artikolu ma' Partijiet oħra.

7.   Il-Partijiet jagħmlu kull sforz biex jikkooperaw ma' xulxin u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-kondiviżjoni u l-iżvilupp progressivi ta' sistemi mtejba għaż-żamma ta' rekords.

Artikolu 10

Sigurtà u miżuri preventivi

1.   Kull Parti, fejn xieraq u b'konsistenza mal-liġi nazzjonali tagħha u l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, teħtieġ li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha soġġetti għall-Artikolu 6 jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu l-moviment tal-prodotti tat-tabakk lejn kanali kummerċjali illeċiti, inklużi, fost l-oħrajn:

(a)

ir-rapportar mal-awtoritajiet kompetenti:

(i)

it-trasferiment transfruntier ta' flus f'ammonti stipulati fil-liġi nazzjonali jew ta' pagamenti in natura transfruntiera; u

(ii)

kull “tranżazzjoni suspettuża”; u

(b)

il-forniment ta' prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura biss f'ammonti proporzjonati għad-domanda għat-tali prodotti fis-suq tal-użu jew tal-bejgħ bl-imnut intenzjonat.

2.   Kull Parti, kif xieraq u b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali tagħha u l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, teħtieġ li ħlasijiet għal tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għall-Artikolu 6, isiru biss fil-munita u bl-istess ammont tal-fattura, u biss permezz ta' modi legali ta' ħlas minn istituzzjonijiet finanzjarji li jinsabu fit-territorju tas-suq intenzjonat u ma jkunux operati permezz ta' xi sistema alternattiva oħra ta' rimessa.

3.   Parti tista' teħtieġ li ħlasijiet li jsiru minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għall-Artikolu 6 għal materjali użati għall-manifattura ta' prodotti tat-tabakk fil-ġurisdizzjoni tagħha jsiru biss fil-munita u bl-istess ammont tal-fattura, u jsiru biss permezz ta' modi legali ta' ħlas minn istituzzjonijiet finanzjarji li jinsabu fit-territorju tas-suq intenzjonat u ma jkunux operati permezz ta' xi sistema alternattiva oħra ta' rimessa.

4.   Kull Parti tiżgura li kwalunkwe kontravenzjoni tar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu tkun soġġetta għal proċeduri kriminali, ċivili jew amministrattivi xierqa u għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u disważivi inklużi, kif xieraq, sospensjoni jew kanċellament ta' liċenzja.

Artikolu 11

Bejgħ fuq l-Internet, telekomunikazzjonijiet jew kwalunkwe teknoloġija oħra li qed tevolvi

1.   Kull Parti teħtieġ li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha involuti fi kwalunkwe tranżazzjoni fir-rigward ta' prodotti tat-tabakk permezz ta' modi ta' bejgħ ibbażati fuq l-Internet, it-telekomunikazzjonijiet jew kwalunkwe teknoloġija oħra li qed tevolvi, jikkonformaw mal-obbligi relevanti kollha koperti minn dan il-Protokoll.

2.   Kull Parti tikkunsidra l-probizzjoni tal-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tat-tabakk permezz ta' modi ta' bejgħ ibbażati fuq l-Internet, telekomunikazzjonijiet, jew kwalunkwe teknoloġija oħra li qed tevolvi.

Artikolu 12

Żoni ħielsa u tranżitu internazzjonali

1.   Kull Parti, fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll għal dik il-Parti, timplimenta kontrolli effettivi fuq kull manifattura ta' tabakk u prodotti tat-tabakk u tranżazzjonijiet fihom, f'żoni ħielsa, bl-użu tal-miżuri kollha relevanti kif previst f'dan il-Protokoll.

2.   Barra minn hekk, it-taħlit ta' prodotti tat-tabakk ma' prodotti mhux tat-tabakk f'kontenitur uniku jew kwalunkwe unità ta' trasportazzjoni simili oħra fi żmien it-tneħħija miż-żoni ħielsa, huwa pprojbit.

3.   Kull Parti, b'konformità mal-liġi nazzjonali, tadotta u tapplika miżuri ta' kontroll u verifika għat-tranżitu u t-trasbord internazzjonali, fi ħdan it-territorju tagħha, ta' prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll sabiex tipprevjeni l-kummerċ illeċitu tat-tali prodotti.

Artikolu 13

Bejgħ ħieles mid-dazju

1.   Kull Parti timplimenta miżuri effettivi sabiex il-bejgħ ħieles mid-dazju jiġi soġġett għad-dispożizzjonijiet relevanti kollha ta' dan il-Protokoll, b'kunsiderazzjoni għall-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

2.   Mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-Laqgħa tal-Partijiet tiżgura, waqt is-sessjoni li jmiss tagħha, li ssir riċerka bbażata fuq evidenza biex tara kemm hu estiż il-kummerċ illeċitu fi prodotti tat-tabakk relatat mal-bejgħ ħieles mid-dazju tat-tali prodotti. Fuq il-bażi ta' din ir-riċerka, il-Laqgħa tal-Partijiet tikkunsidra li tieħu azzjoni ulterjuri xierqa.

PARTI IV

REATI

Artikolu 14

Imġiba illegali inklużi reati kriminali

1.   Kull Parti, soġġetta għall-prinċipji bażiċi tal-liġi domestika tagħha, tadotta miżuri leġiżlattivi u oħrajn bħal dawn, skont kif ikun neċessarju, sabiex l-imġiba li ġejja tiġi stabbilita bħala illegali skont il-liġi domestika tagħha:

(a)

il-manifattura, il-bejgħ bl-ingrossa, is-senserija, il-bejgħ, it-trasportar, id-distribuzzjoni, il-ħżin, il-vjeġġ, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tat-tabakk, prodotti tat-tabakk jew it-tagħmir tal-manifattura li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll;

(b)

(i)

il-manifattura, il-bejgħ bl-ingrossa, is-senserija, il-bejgħ, it-trasportar, id-distribuzzjoni, il-ħżin, il-vjeġġ, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tat-tabakk, prodotti tat-tabakk jew it-tagħmir tal-manifattura mingħajr ma jitħallsu d-dazji, it-taxxi jew imposti oħra applikabbli jew mingħajr ma jkollhom it-timbri fiskali, il-marki ta' identifikazzjoni uniċi jew xi marka jew tabella oħra meħtieġa;

(ii)

kwalunkwe att ieħor ta' kuntrabandu jew attentat ta' kuntrabandu tat-tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura mhux kopert bil-paragrafu (b)(i);

(c)

(i)

kwalunkwe forma oħra ta' manifattura illeċita ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura, jew pakketti tat-tabakk li jkollhom timbri fiskali, marki tal-identifikazzjoni uniċi jew kwalunkwe marka jew tabella oħra meħtieġa li jkunu foloz;

(ii)

il-bejgħ bl-ingrossa, is-senserija, il-bejgħ, it-trasportar, id-distribuzzjoni, il-ħżin, il-vjeġġ, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' tabakk, manifatturat illegalment, prodotti tat-tabakk illeċiti, prodotti li jkollhom timbri fiskali u/jew marki jew tabelli meħtieġa li jkunu foloz, jew tagħmir illeċitu għall-manifattura;

(d)

it-taħlit ta' prodotti tat-tabkk ma' prodotti mhux tat-tabakk matul il-progressjoni permezz tal-katina tal-provvista, għall-fini ta' ħabi jew simulazzjoni ta' prodotti tat-tabakk;

(e)

it-taħlit ta' prodotti tat-tabakk ma' prodotti mhux tat-tabakk bi ksur tal-Artikolu 12.2 ta' dan il-Protokoll;

(f)

l-użu ta' modi ta' bejgħ ibbażati fuq l-użu tal-Internet, it-telekomunikazzjoni jew kwalunkwe teknoloġija oħra li qed tevolvi bi ksur ta' dan il-Protokoll;

(g)

il-kisba minn persuna liċenzjata skont l-Artikolu 6, ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura minn persuna li għandha tkun iżda li mhijiex liċenzjata skont l-Artikolu 6;

(h)

it-tfixkil ta' uffiċjal pubbliku jew uffiċjal awtorizzat fit-twettiq ta' dmirijietu relatati mal-prevenzjoni, l-evitar, l-investigazzjoni jew l-eliminazzjoni ta' kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura;

(i)

(i)

li wieħed jagħmel dikjarazzjonijiet materjali li huma foloz, qarrierqa jew mhux sħaħ, jew li wieħed jonqos milli jipprovdi xi informazzjoni meħtieġa lil xi uffiċjal pubbliku jew uffiċjal awtorizzat fit-twettiq ta' dmirijietu relatati mal-prevenzjoni, l-evitar, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew l-eliminazzjoni ta' kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir għall-produzzjoni u meta dan ma jmurx kontra d-dritt kontra l-awtoinkriminazzjoni;

(ii)

dikjarazzjonijiet żbaljati fuq formoli uffiċjali dwar id-deskrizzjoni, il-kwantità jew il-valur tat-tabakk, il-prodotti tat-tabakk jew it-tagħmir tal-manifattura jew kwalunkwe informazzjoni speċifikata oħra fil-protokoll għall-finijiet ta':

(a)

evażjoni tal-ħlas ta' dazji, taxxi u imposti oħra applikabbli, jew

(b)

preġudizzju ta' xi miżura ta' kontroll għall-prevenzjoni, l-evitar, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew l-eliminazzjoni ta' kummerċ illeċitu tat-tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura;

(iii)

in-nuqqas ta' ħolqien jew żamma ta' rekords koperti minn dan il-protokoll jew iż-żamma ta' rekords foloz; kif ukoll

(j)

il-laundering ta' rikavati minn imġiba illegali stabbilita bħala reat kriminali skont il-paragrafu 2.

2.   Kull Parti, soġġetta għall-prinċipji bażiċi tal-liġi domestika tagħha, tiddetermina liema mġiba illegali stabbilita fil-paragrafu 1 jew kwalunkwe mġiba oħra relatata ma' kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura li tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, hija reat kriminali u tadotta miżuri leġiżlattivi u oħrajn skont kif ikun hemm bżonn biex jagħtu effett għal din id-determinazzjoni.

3.   Kull Parti tinnotifika lis-Segretarjat ta' dan il-Protokoll liema mill-imġiba illegali stabbilita fil-paragrafi 1 u 2, dik il-Parti ddeterminat li hija reat kriminali b'konformità mal-paragrafu 2, u tipprovdi lis-Segretarjat b'kopji tal-liġijiet tagħha, jew deskrizzjoni tagħhom, li jagħtu effett lill-paragrafu 2, kif ukoll dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fit-tali liġijiet.

4.   Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra r-reati kriminali relatati mat-tabakk, mal-prodotti tat-tabakk u t-tagħmir tal-manifattura, il-Partijiet huma mħeġġa jirrevedu l-liġijiet nazzjonali tagħhom rigward il-ħasil tal-flus, l-assistenza legali reċiproka u l-estradizzzjoni, b'kunsiderazzjoni għall-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti li huma Partijiet għaliha, biex jiżguraw li huma effettivi fl-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 15

Responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi

1.   Kull Parti tadotta tali miżuri skont kif neċessarju, b'mod konsistenti mal-prinċipji legali tagħha, biex tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi għal imġiba illegali inklużi reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14 ta' dan il-Protokoll.

2.   Skont il-prinċipji ġuridiċi ta' kull Parti, ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi tista' tkun kriminali, ċivili jew amministrattiva.

3.   It-tali responsabbiltà hija mingħajr ħsara għar-responsabbiltà tal-persuni fiżiċi li jkunu involuti fl-imġiba illegali jew li jkunu wettqu r-reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u l-Artikolu 14 ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 16

Prosekuzzjonijiet u sanzjonijiet

1.   Kull Parti tadotta t-tali miżuri skont kif ikun hemm bżonn, b'konformità mal-liġi nazzjonali, biex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi miżmuma responsabbli għal imġiba illegali inklużi reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14 ikunu soġġetti għal sanzjonijiet kriminali u mhux kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi sanzjonijiet monetarji.

2.   Kull Parti tagħmel kull sforz biex tiżgura li kwalunkwe setgħat ġuridiċi diskrezzjonarji skont il-liġi domestika relatati mal-prosekuzzjoni ta' persuni għall-imġiba illegali, inklużi reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14, huma eżerċitati biex jimmassimizzaw l-effettività tal-miżuri tal-infurzar tal-liġi fir-rigward tat-tali mġiba illegali inklużi reati kriminali, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-bżonn li jiġi evitat it-twettiq tat-tali mġiba illegali inklużi reati.

3.   Ma hemm xejn inkluż f'dan il-Protokoll li jaffettwa l-prinċipju li d-deskrizzjoni ta' imġiba illegali inklużi reati kriminali stabbilita b'konformità ma' dan il-Protokoll u tad-difiżi legali applikabbli jew prinċipji legali oħra li jikkontrollaw il-legalità tal-imġiba hija riżervata għal-liġi domestika tal-Parti u li tali mġiba illegali inklużi reati kriminali tittieħed azzjoni kontrihom u jiġu sanzjonati b'konformità ma' dik il-liġi.

Artikolu 17

Ħlasijiet permezz ta' sekwestru

B'konformità mal-liġi domestika tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw l-adozzjoni tat-tali miżuri leġiżlattivi u oħrajn skont kif ikun hemm bżonn biex jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu ammont proporzjonat għat-taxxi u d-dazji mitlufin mill-produttur, il-manifattur, id-distributur, l-importatur jew l-esportatur ta' tabakk, prodotti tat-tabakk u/jew tagħmir tal-manifattura sekwestrati.

Artikolu 18

Rimi jew qerda

It-tabakk, il-prodotti tat-tabakk u t-tagħmir tal-manifattura kollha kkonfiskati jinqerdu billi jintużaw metodi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent kemm jista' jkun, jew jintremew b'konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 19

Tekniki investigattivi speċjali

1.   Jekk il-prinċipji bażiċi tas-sistema ġuridika domestika tagħha jippermettulha, kull Parti, skont il-possibbiltajiet tagħha u skont il-kundizzjonijiet preskritti mil-liġi domestika tagħha, tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tippermetti l-użu xieraq ta' kunsinna kkontrollata u, meta tqis li huwa xieraq, l-użu ta' tekniki investigattivi speċjali, bħal forom ta' sorveljanza elettroniċi u oħrajn u operazzjonijiet pajżana mill-awtoritajiet kompetenti fit-territorju tagħha għall-fini tal-ġlieda effettiva kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk, prodotti tat-tabakk u t-tagħmir tal-manifattura.

2.   Għall-fini ta' investigazzjoni tar-reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14, il-Partijiet huma mħeġġa jikkonkludu, meta jkun hemm bżonn, ftehimiet bilaterali u multilaterali xierqa jew arranġamenti għall-użu tat-tekniki msemmija fil-paragrafu 1 fil-kuntest tal-kooperazzjoni fil-livell internazzjonali.

3.   Fin-nuqqas ta' ftehim jew arrangement kif stabbilit fil-paragrafu 2, deċiżjonijiet sabiex jintużaw it-tali tekniki investigattivi speċjali fil-livell internazzjonali jittieħdu fuq bażi ta' każ b'każ u, meta jkun hemm bżonn, jistgħu jqisu l-arranġamenti finanzjarji u l-ftehimiet fir-rigward tal-eżerċitar tal-ġurisdizzjoni mill-Partijiet ikkonċernati.

4.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza u l-bżonn tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-assistenza f'dan il-qasam u jikkooperaw flimkien u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-iżvilupp tal-kapaċità sabiex jilħqu l-għanijiet ta' dan l-Artikolu.

PARTI V

KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 20

Kondiviżjoni ta' informazzjoni ġenerali

1.   Sabiex jilħqu l-għanijiet ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet jirrapportaw, bħala parti mill-istrument tar-rapportar tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, informazzjoni, soġġetta għal-liġi domestika, u fejn xieraq, fost l-oħrajn, dwar kwistjonijiet bħal:

(a)

f'forma aggregata, id-dettalji dwar sekwestri ta' tabakk, prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura, il-kwantità, il-valur tas-sekwestri, id-deskrizzjonijiet tal-prodotti, id-dati u l-postijiet tal-manifattura u t-taxxi evażi;

(b)

l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu, it-taxxa mħallsa, il-bejgħ ħieles mid-dazju, u l-kwantità jew il-valur tal-produzzjoni tat-tabakk, tal-prodotti tat-tabakk jew tat-tagħmir tal-manifattura;

(c)

ix-xejriet, il-metodi ta' ħabi u l-modi operandi użati fil-kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura; u

(d)

kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti, kif miftiehem mill-Partijiet.

2.   Il-Partijiet jikkooperaw ma' xulxin u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti biex jibnu l-kapaċità tal-Partijiet għall-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni.

3.   Il-Partijiet iqisu din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għall-użu tal-Partijiet biss, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor mill-Parti emittenti.

Artikolu 21

Kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar l-infurzar

1.   Il-Partijiet, soġġetti għal-liġi domestika jew għal xi trattat internazzjonali applikabbli, jiskambjaw, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta ssir talba minn Parti li tipprovdi ġustifikazzjoni xierqa li t-tali informazzjoni hija meħtieġa għall-fini ta' qbid jew investigazzjoni ta' kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

rekords tal-liċenzji għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati;

(b)

informazzjoni għall-identifikazzjoni, il-monitoraġġ u l-prosekuzzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti fil-kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura;

(c)

rekords tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet;

(d)

rekords tal-ħlas għal importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew bejgħ ħieles mid-dazju ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura; u

(e)

dettalji tas-sekwestri ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura (inklużi informazzjoni ta' referenza għal każ fejn xieraq, il-kwantità, il-valur tas-sekwestru, id-deskrizzjoni tal-prodott, l-entitajiet involuti, id-data u l-post tal-manifattura) u l-modi operandi (inklużi l-mezzi ta' trasport, ħabi, rotta u detezzjoni).

2.   L-informazzjoni li tasal mill-Partijiet skont dan l-Artikolu tintuża esklużivament sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Protokoll. Il-Partijiet jistgħu jispeċifikaw li t-tali informazzjoni ma tiġix kondiviża mingħajr il-qbil tal-Parti li tkun ipprovdiet l-informazzjoni.

Artikolu 22

Kondiviżjoni tal-informazzjoni:kunfidenzjalità u protezzjoni tal-informazzjoni

1.   Kull Parti taħtar l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li lilhom tiġi pprovduta d-dejta msemmija fl-Artikoli 20, 21 u 24 u tinnotifika lill-Partijiet bit-tali ħatra permezz tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni.

2.   L-iskambju tal-informazzjoni skont dan il-Protokoll hija soġġetta għal-liġi domestika rigward il-kunfidenzjalità u l-privatezza. Il-Partijiet jipproteġu, kif miftiehem b'mod reċiproku, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tiġi skambjata.

Artikolu 23

Assistenza u kooperazzjoni: taħriġ, assistenza teknika u kooperazzjoni f'oqsma xjentifiċi, tekniċi u teknoloġiċi

1.   Il-Partijiet jikkooperaw flimkien u/jew permezz ta' organizzazzjonijiet kompetenti internazzjonali u reġjonali fil-forniment ta' taħriġ, assistenza teknika u kooperazzjoni f'oqsma xjentifiċi, tekniċi u teknoloġiċi, sabiex jilħqu l-għanijiet ta' dan il-Protokoll kif miftiehem b'mod reċiproku. Din l-assistenza tista' tinkludi t-trasferiment ta' kompetenza jew teknoloġija xierqa fl-oqsma tal-ġbir ta' informazzjoni, l-infurzar tal-liġi, it-traċċar u l-lokalizzazzjoni,l-immaniġġjar tal-informazzjoni, il-protezzjoni ta' dejta personali, l-interdizzjoni, is-sorveljanza elettronika, l-analiżi forensika, l-assistenza legali reċiproka u l-estradizzjoni.

2.   Il-Partijiet jistgħu, kif xieraq, jidħlu fi ftehimiet jew arranġamenti bilaterali, multilaterali jew kwalunkwe ftehim jew arranġament ieħor biex jippromwovu t-taħriġ, l-assistenza teknika u l-kooperazzjoni f'oqsma xjentifiċi, tekniċi u teknoloġiċi filwaqt li jqisu l-bżonnijiet ta' Partijiet li huma Pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u Partijiet b'ekonomija fi tranżizzjoni.

3.   Il-Partijiet jikkooperaw, kif xieraq, biex jiżviluppaw u jirriċerkaw il-possibbiltajiet tal-identifikazzjoni tal-oriġini ġeografika eżatta tat-tabakk jew tal-prodotti tat-tabakk sekwestrati.

Artikolu 24

Assistenza u kooperazzjoni: investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' reati

1.   Il-Partijiet, b'konformità mal-liġi domestika tagħhom, jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha, fejn xieraq, biex isaħħu l-kooperazzjoni permezz ta' arranġamenti multilaterali, reġjonali jew bilaterali għall-prevenzjoni, il-qbid, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-ikkastigar ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti f'kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura.

2.   Kull Parti tiżgura li l-awtoritajiet amministrattivi, regolatorji, tal-infurzar tal-liġi u oħrajn iddedikati għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura (minbarra, fejn permess, mil-liġi domestika, l-awtoritajiet ġudizzjarji) jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni relevanti fil-livelli nazzjonali u internazzjonali skont il-kundizzjonijiet preskritti fil-liġi domestika tagħha.

Artikolu 25

Protezzjoni tas-sovranità

1.   Il-Partijiet iwettqu l-obbligi tagħhom skont dan il-Protokoll b'mod konsistenti mal-prinċipji ta' ugwaljanza sovrana u integrità territorjali tal-Istati u dak ta' nuqqas ta' intervent fl-affarijiet domestiċi ta' Stati oħra.

2.   Xejn f'dan il-Protokoll ma jintitola lil Parti biex teżerċita ġurisdizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u biex twettaq funzjonijiet li huma riservati esklużivament għall-awtoritajiet ta' dak l-Istat mil-liġi domestika tiegħu.

Artikolu 26

Ġurisdizzjoni

1.   Kull Parti tadotta tali miżuri skont kif ikun hemm bżonn biex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tagħha fuq ir-reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14 meta:

(a)

ir-reat jitwettaq fit-territorju ta' dik il-Parti; jew

(b)

ir-reat jitwettaq abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' dik il-Parti jew inġenju tal-ajru li huwa rreġistrat skont il-liġijiet ta' dik il-Parti fiż-żmien meta jkun twettaq ir-reat.

2.   Soġġetta għall-Artikolu 25, Parti tista' tistabbilixxi wkoll il-ġurisdizzjoni tagħha fuq kwalunkwe reat kriminali bħal dan meta:

(a)

ir-reat jitwettaq kontra dik il-Parti;

(b)

ir-reat jitwettaq minn ċittadin ta' dik il-Parti jew minn persuna apolidi li għandha r-residenza abitwali tagħha fit-territorju tagħha; jew

(c)

ir-reat huwa wieħed minn dawk stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14 u jitwettaq barra mit-territorju tagħha bl-għan ta' twettiq ta' reat stabbilit b'konformità mal-Artikolu 14 fit-territorju tagħha.

3.   Għall-fini tal-Artikolu 30, kull Parti tadotta miżuri bħal dawn skont kif jeħtieġ biex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tagħha fuq ir-reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14 meta l-allegat trasgressur ikun jinsab fit-territorju tagħha u ma testradixxix lit-tali persuna fuq l-unika bażi li hija ċittadin tagħha.

4.   Kull Parti tista' tadotta wkoll miżuri bħal dawn skont kif jeħtieġ biex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tagħha fuq ir-reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14 meta l-allegat trasgessur ikun jinsab fit-territorju tagħha u ma testradixxihx.

5.   Jekk Parti li teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha skont il-paragrafu 1 jew 2 tkun ġiet notifikata jew tkun saret taf b'xi mod ieħor li Parti waħda jew iktar qed iwettqu investigazzjoni, prosekuzzjoni jew proċedura ġudizzjarja fir-rigward tal-istess imġiba, l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin kif xieraq, bl-għan li jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom.

6.   Mingħajr ħsara għan-normi tal-liġi internazzjonali ġenerali, dan il-Protokoll ma jeskludix l-eżerċitar ta' kwalunkwe ġurisdizzjoni kriminali stabbilita minn Parti b'konformità mal-liġi domestika tagħha.

Artikolu 27

Kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi

1.   Kull Parti tadotta, b'mod konsistenti mas-sistemi ġuridiċi u amministrattivi domestiċi rispettivi tagħha, miżuri effettivi biex:

(a)

issaħħaħ u, fejn hemm bżonn, tistabbilixxi kanali ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-aġenziji u s-servizzi sabiex tiffaċilita l-iskambju sigur u mgħaġġel tal-informazzjoni dwar l-aspetti kollha tar-reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14;

(b)

tiżgura kooperazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet kompetenti, l-aġenziji, id-dwana, il-pulizija u aġenziji oħrajn tal-infurzar tal-liġi;

(c)

tikkoopera ma' Partijiet oħra fit-twettiq ta' inkjesti f'każijiet speċifiċi fir-rigward tar-reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14 dwar:

(i)

l-identità, il-movimenti u l-attivitajiet tal-persuni ssuspettati li kienu involuti fit-tali reati jew il-lokalità ta' persuni oħra kkonċernati;

(ii)

iċ-ċaqliq tar-rikavati minn kriminalità jew proprjetà li ġejjin mit-twettiq tat-tali reati; u

(iii)

iċ-ċaqliq ta' proprjetà, tagħmir jew strumentalitajiet oħrajn użati jew li huma maħsubin sabiex jintużaw fit-twettiq tat-tali reati;

(d)

tipprovdi, meta dan ikun xieraq, oġġetti jew kwantitajiet ta' sustanzi neċessarji għal fini analitiċi jew investigattivi;

(e)

tiffaċilita koordinazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet kompetenti tagħha, l-aġenziji u s-servizzi u tippromwovi l-iskambju ta' persunal u esperti oħra inklużi, soġġetta għal ftehimiet jew arranġamenti bilaterali bejn il-Partijiet ikkonċernati, il-kariga ta' uffiċjal ta' kollegament;

(f)

taqsam informazzjoni relevanti ma' Partijiet oħrajn dwar mezzi u metodi speċifiċi użati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fit-twettiq tat-tali reati, inklużi fejn applikabbli, rotot u trasferimenti u l-użu ta' identitajiet foloz, dokumenti mbagħbsin jew foloz jew mezzi oħra ta' ħabi tal-attivitajiet tagħhom; u

(g)

taqsam informazzjoni relevanti u tikkoordina miżuri amministrattivi u oħrajn kif xieraq għall-fini ta' identifikazzjoni bikrija tar-reati kriminali stabbiliti skont l-Artikolu 14.

2.   Bl-għan li jagħtu effett lil dan il-Protokoll, il-Partijiet jikkunsidraw li jidħlu fi ftehimiet jew arranġamenti bilaterali u multilaterali dwar kooperazzjoni diretta bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tagħhom u, meta diġà jkunu jeżistu t-tali ftehimiet jew arranġamenti, jemendawhom kif xieraq. Fin-nuqqas tat-tali ftehimiet jew arranġamenti bejn il-Partijiet ikkonċernati, il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw dan il-Protokoll bħala l-bażi għal kooperazzjoni reċiproka fl-infurzar tal-liġi fir-rigward tar-reati koperti minn dan il-Protokoll. Meta jkun xieraq, il-Partijiet jagħmlu użu sħiħ mill-ftehimiet jew l-arranġamenti, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali, biex isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.

3.   Il-Partijiet jagħmlu kull sforz biex jikkooperaw bil-mezzi li għandhom biex jirreaġixxu għall-kummerċ illeċitu transnazzjonali ta' prodotti tat-tabakk imwettaq bl-użu ta' teknoloġija moderna.

Artikolu 28

Assistenza amministrattiva reċiproka

B'mod konsistenti mas-sistemi ġuridiċi u amministrattivi domestiċi rispettivi tagħhom, il-Partijiet jipprovdu lil xulxin, jew wara li ssir talba jew fuq inizjattiva tagħhom stess, b'informazzjoni biex jiżguraw applikazzjoni xierqa tal-liġijiet tad-dwana u liġijiet relevanti oħra fil-prevenzjoni, il-qbid, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk jew tagħmir tal-manifattura. Il-Partijiet jittrattaw l-informazzjoni msemmija bħala kunfidenzjali u għal użu ristrett, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor mill-Parti emittenti. It-tali informazzjoni tista' tinkludi:

(a)

tekniki doganali ġodda u tekniki oħrajn ta' infurzar b'effettività pprovata;

(b)

tendenzi, mezzi u metodi ġodda ta' involvement f'kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura;

(c)

oġġetti magħrufa li huma suġġetti għal kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura kif ukoll dettalji ta' deskrizzjoni, ippakkjar, trasportar u ħżin u metodi użati fir-rigward ta' dawk l-oġġetti;

(d)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi magħrufa li jkunu wettqu reat jew ikunu parti minn reat stabbilit b'konformità mal-Artikolu 14; u

(e)

kwalunkwe dejta oħra li tkun tassisti lil aġenziji speċifikati fil-valutazzjoni tar-riskji għal fini ta' kontroll u ta' infurzar oħra.

Artikolu 29

Assistenza legali reċiproka

1.   Il-Partijiet jipprovdu lil xulxin b'kemm jista' jkun assistenza legali reċiproka fl-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-proċeduri ġudizzjarji fir-rigward ta' reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14 ta' dan il-Protokoll.

2.   Assistenza legali reċiproka tingħata kemm jista' jkun skont il-liġijiet, il-ftehimiet u l-arranġamenti relevanti tal-Parti mitluba fir-rigward ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji relatati mar-reati li għalihom jistgħu jinżammu responsabbli l-persuni ġuridiċi b'konformità mal-Artikolu 15 ta' dan il-Protokoll fil-Parti rikjedenti.

3.   L-assistenza legali reċiproka li għandha tingħata b'konformità ma' dan l-Artikolu tista' tintalab għal kwalunkwe waħda minn dawn ir-raġunijiet:

(a)

sabiex jinġabru evidenza jew dikjarazzjonijiet minn persuni;

(b)

sabiex jingħata servizz ta' dokumenti ġudizzjarji;

(c)

sabiex isiru tfittxijiet u sekwestri, u ffriżar;

(d)

sabiex issir eżaminazzjoni ta' oġġetti u siti;

(e)

sabiex tiġi pprovduta informazzjoni, oġġetti ta' evidenza u evalwazzjonijiet tal-esperti;

(f)

sabiex jiġu pprovduti kopji oriġinali jew iċċertifikati ta' dokumenti jew rekords relevanti, inklużi rekords tal-gvern, tal-banek, finanzjarji, korporattivi jew kummerċjali;

(g)

sabiex jiġi identifikat jew traċċat rikavat minn reat, proprjetà, strumentalitajiet jew affarijiet oħra għall-fini ta' evidenza;

(h)

sabiex tiġi faċilitata d-dehra volontarja ta' persuni fil-Parti rikjedenti; u

(i)

għal kwalunkwe tip ta' assistenza li ma tmurx kontra l-liġi domestika tal-Parti rikjedenti.

4.   Dan l-Artikolu ma jaffettwax l-obbligi skont xi trattat bilaterali jew multilaterali li jirregola jew li se jirregola kompletament jew parzjalment l-assistenza legali reċiproka.

5.   Fuq il-bażi tar-reċiproċità, il-paragrafi 6 sa 24 japplikaw għal talbiet li jsiru b'konformità ma' dan l-Artikolu jekk il-Partijiet inkwistjoni ma jkunux marbuta bi trattat jew ftehim intergovernattiv ta' assistenza legali reċiproka. Jekk il-Partijiet ikunu marbuta minn tali trattat jew ftehim intergovernattiv, japplikaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dak it-trattat jew ftehim intergovernattiv sakemm il-Partijiet ma jaqblux li japplikaw il-paragrafi 6 sa 24 minflokhom. Il-Partijiet huma ferm imħeġġa biex japplikaw dawn il-paragrafi jekk jiffaċilitaw il-kooperazzjoni.

6.   Il-Partijiet jaħtru awtorità ċentrali li jkollha r-responsabbiltà u s-setgħa li tirċievi talbiet għal assistenza legali reċiproka u teżegwixxi t-talbiet jew tibgħathom lill-awtoritajiet kompententi rispettivi tagħhom għall-eżekuzzjoni. Meta Parti jkollha reġjun jew territorju speċjali b'sistema separata ta' assistenza legali reċiproka, tista' taħtar awtorità ċentrali separata li jkollha l-istess funzjoni għal dak ir-reġjun jew territorju. L-awtoritajiet ċentrali jiżguraw eżekuzzjoni mgħaġġla u xierqa jew trażmissjoni tat-talbiet li jkunu waslu. Meta l-awtorità ċentrali tittrażmetti t-talba lil awtorità kompetenti għal eżekuzzjoni, hija tħeġġeġ l-eżekuzzjoni mgħaġġla u tajba tat-talba mill-awtorità kompetenti. Kull Parti tinnotifika lill-Kap tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni fi żmien l-adeżjoni, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni, il-konferma formali jew ir-ratifika ta' dan il-Protokoll dwar l-awtorità ċentrali magħżula għal dan l-għan. It-trażmissjoni tat-talbiet għal assistenza legali reċiproka u kwalunkwe komunikazzjoni relatata magħha ssir bejn l-awtoritajiet ċentrali maħturin mill-Partijiet. Dan ir-rekwiżit ikun mingħajr ħsara għad-dritt li Parti teħtieġ li t-tali talbiet u komunikazzjonijiet jiġu indirizzati lilha permezz tal-kanal diplomatiku u, f'ċirkustanzi urġenti, meta l-Partijiet jaqblu hekk, permezz tal-organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa, jekk dan ikun possibbli.

7.   It-talbiet isiru bil-miktub jew, fejn possibbli, b'mezz li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub, b'lingwa aċċettabbli għall-Parti mitluba skont kundizzjonijiet li jippermettu lil Parti tistabbilixxi awtentiċità. Il-lingwa jew lingwi aċċettabbli għal kull Parti jiġu nnotifikati lil Kap tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni fi żmien l-adeżjoni, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni, il-konferma formali jew ir-ratifika ta' dan il-Protokoll. F'ċirkustanzi urġenti, u fejn dan ikun maqbul bejn il-Partijiet, it-talbiet jistgħu jsiru b'mod orali, iżda wara dawn għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub.

8.   Talba għal assistenza legali reċiproka tinkludi:

(a)

l-identità tal-awtorità li tagħmel it-talba;

(b)

is-suġġett u n-natura tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-proċedura ġudizzjarja li magħhom hija relatata t-talba, u l-isem u l-funzjonijiet tal-awtorità li twettaq it-tali investigazzjoni, prosekuzzjoni jew proċedura ġudizzjarja;

(c)

sommarju tal-fatti relevanti, minbarra fir-rigward ta' talbiet għall-fini ta' servizz ta' dokumenti ġudizzjarji;

(d)

deskrizzjoni tal-assistenza mitluba u d-dettalji dwar kwalunkwe proċedura partikolari li l-Parti rikjedenti tixtieq li tiġi segwita;

(e)

fejn possibbli, l-identità, il-lokalità u n-nazzjonalità ta' kwalunkwe persuna kkonċernata;

(f)

l-għan li għalih qed tintalab l-evidenza, l-informazzjoni jew l-azzjoni; u

(g)

id-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika li huma relevanti għar-reat kriminali u l-kastig tiegħu.

9.   Il-Parti mitluba tista' titlob informazzjoni addizzjonali meta dan jidhrilha neċessarju għall-eżekuzzjoni tat-talba b'konformità mal-liġi domestika tagħha jew meta tista' tiffaċilita tali eżekuzzjoni.

10.   Talba tiġi eżegwita b'konformità mal-liġi domestika tal-Parti mitluba u, safejn dan ma jkunx jikser il-liġi domestika tal-Parti mitluba u fejn ikun possibbli, b'konformità mal-proċeduri speċifikati fit-talba.

11.   Il-Parti rikjedenti ma tibgħatx u ma tużax informazzjoni jew evidenza pprovduta mill-Parti mitluba għal investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji minbarra dawk dikjarati fit-talba mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Parti mitluba. Xejn f'dan il-paragrafu ma jżomm lill-Parti rikjedenti milli tiddivulga fil-proċedimenti tagħha informazzjoni jew evidenza li tiskaġuna persuna akkużata. Fil-każ tal-aħħar, il-Parti rikjedenti tinnotifika lill-Parti mitluba qabel ma ssir id-divulgazzjoni u, jekk tintalab hekk, tikkonsulta lill-Parti mitluba. Jekk, f'każ eċċezzjonali, ma jkunx possibbli li jingħata avviż minn qabel, il-Parti rikjedenti tgħarraf bla dewmien lill-Parti mitluba dwar id-divulgazzjoni.

12.   Il-Parti rikjedenti tista' teħtieġ li l-Parti mitluba żżomm kunfidenzjali l-fatt u s-sustanza tat-talba, minbarra safejn hu neċessarju biex teżegwixxi t-talba. Jekk il-Parti mitluba ma tikkonformax mar-rekwiżit ta' kunfidenzjalità, għandha tgħarraf fil-pront lill-Parti rikjedenti.

13.   Kull meta dan ikun possibbli u konsistenti mal-prinċipji fundamentali tal-liġi domestika, meta individwu jkun fit-territorju ta' Parti u jkun se jinstema' bħala xhud jew espert mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta' Parti oħra, l-ewwel Parti tista', wara li ssirilha talba mill-Parti l-oħra, tippermetti li s-seduta ssir pemezz ta' konferenza bil-vidjo jekk ma jkunx possibbli jew mixtieq mill-persuna inkwistjoni li tidher personalment fit-territorju tal-Parti rikjedenti. Il-Partijiet jistgħu jaqblu li s-seduta ssir mill-awtorità ġudizzjarja tal-Parti rikjedenti u li matulha tattendi l-awtorità ġudizzjarja tal-Parti mitluba.

14.   Assistenza legali reċiproka tista' tiġi rifjutata:

(a)

jekk it-talba ma ssirx b'konformità ma' dan l-Artikolu;

(b)

jekk il-Parti mitluba tqis li l-eżekuzzjoni tat-talba aktarx tippreġudika s-sovranità, is-sigurtà, l-ordni pubblika tagħha jew interessi essenzjali oħra;

(c)

jekk l-awtoritajiet tal-Parti mitluba jkunu pprojbiti mil-liġi domestika tagħha milli jwettqu l-azzjoni mitluba fir-rigward ta' kwalunkwe reat simili, li kieku kien soġġett għal investigazzjoni, prosekuzzjoni jew proċedura ġudizzjarja fil-ġurisdizzjoni tagħhom stess;

(d)

meta t-talba tinvolvi reat li l-penali massima għalih fit-territorju tal-Parti mitluba tkun inqas minn sentejn ħabs jew forom oħra ta' ċaħda tal-libertà jew, fil-fehma tal-Parti mitluba, l-għoti tal-assistenza jimponi piż fuq ir-riżorsi tagħha li jkun sproporzjonat għall-gravità tar-reat; jew

(e)

jekk tkun tmur kontra s-sistema legali tal-Parti mitluba fir-rigward tal-assistenza legali reċiproka sabiex tintlaqa' t-talba.

15.   Jingħataw raġunijiet għal kwalunkwe ċaħda ta' assistenza legali reċiproka.

16.   Parti ma tirrifjutax milli tagħti assistenza legali reċiproka skont dan l-Artikolu fuq il-bażi ta' segretezza bankarja.

17.   Il-partijiet ma jistgħux jirrifjutaw talba għal assistenza legali reċiproka fuq l-unika bażi li r-reat huwa meqjus li jinvolvi kwistjonijiet fiskali wkoll.

18.   Il-partijiet jistgħu jirrifjutaw milli jagħtu assistenza legali reċiproka skont dan l-Artikolu fuq il-bażi ta' kriminalità doppja. Madankollu, il-Parti mitluba, meta tqis li dan huwa xieraq, tista'tipprovdi assistenza, sal-punt li hija tiddeċiedi bid-diskrezzjoni tagħha, irrispettivament minn jekk l-imġiba tikkostitwixxix reat skont il-liġi domestika tal-Parti mitluba.

19.   Il-Parti mitluba teżeġwixxi t-talba għal assistenza legali reċiproka malajr kemm jista' jkun u tikkunsidra kemm jista' jkun kwalunkwe skadenza ssuġġerita mill-Parti rikjedenti u li għaliha jingħataw raġunijiet, idealment fit-talba. Il-Parti mitluba għandha twieġeb għal talbiet raġonevoli mill-Parti rikjedenti rigward il-progress fl-indirizzar tagħha tat-talba. Il-Parti rikjedenti tgħarraf fil-pront lill-Parti mitluba meta l-assistenza mitluba ma tibqax meħtieġa.

20.   L-assistenza legali reċiproka tista' tiġi posposta mill-Parti mitluba għaliex ixxekkel investigazzjoni, prosekuzzjoni jew proċedura ġudizzjarja li tkun għaddejja.

21.   Qabel ma tirrifjuta talba skont il-paragrafu 14 jew qabel tipposponi l-eżekuzzjoni tagħha skont il-paragrafu 20, il-Parti mitluba tikkonsulta mal-Parti rikjedenti biex tikkunsidra jekk l-assistenza tistax tingħata billi tkun soġġetta għat-tali termini u kundizzjonijiet skont kif tqis li huwa neċessarju. Jekk il-Parti rikjedenti taċċetta l-assistenza soġġetta għal dawk il-kundizzjonijiet, din tikkonforma mal-kundizzjonijiet.

22.   L-ispejjeż ordinarji għall-eżekuzzjoni ta' talba jiġġarrbu mill-Parti mitluba, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor bejn il-Partijiet ikkonċernati. Jekk huma meħtieġa jew se jkunu meħtieġa spejjeż ta' natura sostanzjali jew straordinarja sabiex tiġi ssodisfata t-talba, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom se tiġi eżegwita t-talba kif ukoll il-mod li bih se jiġġarrbu l-ispejjeż.

23.   Fil-każ ta' talba, il-Parti mitluba:

(a)

tipprovdi lill-Parti rikjedenti kopji tar-rekords tal-gvern, dokumenti jew informazzjoni fil-pussess tagħha li skont il-liġi domestika tagħha huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali; u

(b)

tista', bid-diskrezzjoni tagħha, tipprovdi lill-Parti rikjedenti, bis-sħiħ, b'mod parzjali jew soġġetta għat-tali kundizzjonijiet kif tqis li huwa xieraq, b'kopji ta' kwalunkwe rekord, dokument jew informazzjoni tal-gvern fil-pussess tagħha li skont il-liġi domestika tagħha mhumiex disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

24.   Il-Partijiet iqisu, skont kif ikun hemm bżonn, il-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jservu sabiex jagħtu effett prattiku lid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jew isaħħuhom.

Artikolu 30

Estradizzjoni

1.   Dan l-Artikolu japplika għal reati kriminali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 14 ta' dan il-Protokoll meta:

(a)

il-persuna li hija s-suġġett tat-talba għal estradizzjoni tinsab fit-territorju tal-Parti mitluba;

(b)

ir-reat kriminali li għalih qed tintalab l-estradizzjoni huwa punibbli kemm skont il-liġi domestika tal-Parti rikjedenti kif ukoll dik tal-Parti mitluba; u

(c)

ir-reat huwa punibbli b'perjodu massimu ta' priġunerija jew forom oħra ta' ċaħda tal-libertà ta' mill-inqas erba' snin jew b'penali iktar severi jew b'tali perjodu iqsar kif maqbul bejn il-Partijiet ikkonċernati skont trattati bilaterali u multilaterali jew ftehimiet internazzjonali oħrajn.

2.   Kull wieħed mir-reati kriminali li għalih japplika dan l-Artikolu jitqies inkluż bħala reat li jista' jwassal għal estradizzjoni fi kwalunkwe trattat dwar l-estradizzjoni bejn il-Partijiet. Il-Partijiet jieħdu l-impenn li jinkludu dawn ir-reati bħala reati li jistgħu jwasslu għal estradizzjoni f'kull trattat dwar l-estradizzjoni li jiġi konkluż bejniethom.

3.   Jekk Parti li tagħmel l-estradizzjoni kondizzjonali għall-eżistenza ta' trattat tirċievi talba għal estradizzjoni minn Parti oħra li ma għandha ebda trattat ta' estradizzjoni magħha, din tista' tqis dan il-Protokoll bħala l-bażi legali għall-estradizzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe reat kriminali li għalih japplika dan l-Artikolu.

4.   Bejniethom, il-Partijiet li ma jagħmlux l-estradizzjoni kondizzjonali fuq l-eżistenza ta' trattat jirrikonoxxu r-reati kriminali li għalihom japplika dan l-Artikolu bħala reati li jistgħu jwasslu għal estradizzjoni.

5.   L-estradizzjoni tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet previsti fil-liġi domestika tal-Parti mitluba jew minn trattati dwar l-estradizzjoni applikabbli, inklużi fost l-oħrajn, kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżit ta' penali minima għall-estradizzjoni u l-motivi li fuqhom il-Parti mitluba tista' tiċħad l-estradizzjoni.

6.   Soġġetti għal-liġi domestika tagħhom, il-Partijiet jieħdu impenn li jħaffu l-proċeduri ta' estradizzjoni u jissimplifikaw ir-rekwiżiti ta' evidenza relatati magħhom fir-rigward ta' kwalunkwe reat kriminali li għalih japplika dan l-Artikolu.

7.   Jekk parti li l-persuna li allegatment wettqet ir-reat tinsab fit-territorju tagħha ma testradixxix lit-tali persuna fir-rigward ta' reat kriminali li għalih japplika dan l-Artikolu għall-unika raġuni li l-persuna hija waħda miċ-ċittadini tagħha, din tkun obbligata, wara li ssir talba mill-Parti li qed titlob l-estradizzjoni, tissottometti l-każ mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet kompetenti tagħha għall-fini ta' prosekuzzjoni. Dawk l-awtoritajiet jieħdu d-deċiżjoni tagħhom u jwettqu l-proċeduri tagħhom bl-istess mod bħal fil-każ ta' kwalunkwe reat ieħor ta' natura simili skont il-liġi domestika ta' dik il-Parti. Il-Partijiet ikkonċernati jikkooperaw flimkien, b'mod partikolari dwar aspetti proċedurali u ta' evidenza, biex jiżguraw l-effiċjenza tat-tali prosekuzzjoni.

8.   Kull meta Parti tkun awtorizzata skont il-liġi domestika tagħha biex testradixxi jew inkella ċċedi wieħed miċ-ċittadini tagħha bl-unika kundizzjoni li l-persuna tiġi rritornata lil dik il-Parti biex tiskonta s-sentenza imposta b'konsegwenza tal-proċess jew tal-proċedimenti li għalihom intalbet l-estradizzjoni jew iċ-ċediment tal-persuna u dik il-Parti u l-Parti li titlob l-estradizzjoni tal-persuna jaqblu ma' din l-għażla u ma' termini oħra meqjusin xierqa, it-tali estradizzjoni jew ċediment kundizzjonali jkunu biżżejjed sabiex l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 7 jitqies issodisfat.

9.   Jekk estradizzjoni, mitluba għall-fini ta' infurzar ta' sentenza, tiġi rifjutata minħabba li l-persuna mfittxija hija ċittadin tal-Parti mitluba, din tal-aħħar, jekk il-liġi domestika tippermettilha u b'konformità mar-rekwiżiti tat-tali liġi, wara li ssir applikazzjoni mill-Parti rikjedenti, tikkunsidra l-infurzar tas-sentenza imposta skont il-liġi domestika tal-Parti rikjedenti jew il-bqija tagħha.

10.   Kwalunkwe persuna li fil-konfront tagħha jkunu għaddejjin proċedimenti b'rabta ma' xi wieħed mir-reati kriminali li għalih japplika dan l-Artikolu, hija ggarantita trattament ġust fl-istadji kollha tal-proċedimenti, inkluż l-użu tad-drittijiet u l-garanziji kollha previsti fil-liġi domestika tal-Parti li dik il-persuna tinsab fit-territorju tagħha.

11.   Xejn f'dan il-Protokoll ma jiġi interpretat li jimponi obbligu ta' estradizzjoni jekk il-Parti mitluba għandha motivi sostanzjali biex temmen li t-talba saret għall-fini ta' prosekuzzjoni jew kastig ta' persuna minħabba s-sess, ir-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-oriġini etnika jew l-opinjonijiet politiċi tagħha jew li konformità ma' dik it-talba tikkawża ħsara għall-pożizzjoni ta' dik il-persuna għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet.

12.   Il-Partijiet ma jistgħux jirrifjutaw talba għal estradizzjoni għall-unika raġuni li dak ir-reat jitqies ukoll li jinvolvi kwistjonijiet fiskali.

13.   Qabel tiċħad estradizzjoni, il-Parti mitluba tikkonsulta, fejn xieraq, mal-Parti rikjedenti biex tipprovdilha opportunità raġonevoli biex tippreżenta l-opinjonijiet tagħha u biex tipprovdi informazzjoni dwar l-allegazzjoni tagħha.

14.   Il-Partijiet ifittxu li jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali u multilaterali sabiex iwettqu l-estradizzjoni jew isaħħu l-effettività tagħha. Meta l-Partijiet ikunu marbutin minn trattat eżistenti jew arranġament intergovernattiv, japplikaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dak it-trattat jew arranġament intergovernattiv, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li japplikaw il-paragrafi 1 sa 13 minflokhom.

Artikolu 31

Miżuri li jiżguraw estradizzjoni

1.   Soġġetta għal-liġi domestika tagħha u t-trattati tagħha dwar l-estradizzjoni, il-Parti mitluba, malli tkun issodisfata li ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk u huma urġenti, u wara li ssir talba mill-Parti rikjedenti, tista' tieħu taħt kustodja lill-persuna li tkun qed tintalab l-estradizzjoni tagħha u li tkun preżenti fit-territorju tagħha jew tieħu miżuri xierqa oħra biex tiżgura l-preżenza tal-persuna fil-proċedimenti ta' estradizzjoni.

2.   Miżuri meħuda b'konformità mal-paragrafu 1 jiġu nnotifikati b'konformità mal-liġi nazzjonali, kif xieraq u mingħajr dewmien, lill-Parti rikjedenti.

3.   Kwalunkwe persuna li dwarha jittieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, hija intitolata li:

(a)

tikkomunika bla dewmien mal-eqreb rappreżentant xieraq tal-Istat li dik il-persuna hija ċittadin tiegħu jew, jekk il-persuna hija apolidi, l-Istat tat-territorju li dik il-persuna tirrisjedi fih b'mod abitwali; u

(b)

issirilha żjara minn rappreżentant ta' dak l-Istat.

PARTI VI

RAPPORTAR

Artikolu 32

Rapportar u skambju ta' informazzjoni

1.   Kull Parti tissottometti lil-Laqgħa tal-Partijiet, permezz tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni, rapporti perjodiċi dwar l-implimentazzjoni tagħha ta' dan il-Protokoll.

2.   Il-format u l-kontenut tat-tali rapport jiġu determinati mil-Laqgħa tal-Partijiet. Dawn ir-rapporti ikunu parti mill-istrument ta' rapportar tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

3.   Il-kontenut tar-rapporti perjodiċi msemmija fil-paragrafu 1 jiġi determinat b'kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, għal dan li ġej:

(a)

informazzjoni dwar miżuri leġiżlattivi, eżekuttivi, amministrattivi u oħrajn meħuda biex jiġi implimentat dan il-Protokoll;

(b)

informazzjoni, kif xieraq, dwar kwalunkwe limitazzjoni jew xkiel misjub fl-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u dwar il-miżuri meħudin biex jingħeleb dan ix-xkiel;

(c)

informazzjoni, kif xieraq, dwar assistenza finanzjarja u teknika pprovduta, riċevuta jew mitluba għal attivitajiet relatati mal-eliminazzjoni tal-kummerċ illeċitu fi prodotti tat-tabakk; u

(d)

l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 20.

F'dawk il-każijiet kollha, meta d-dejta relevanti diġà tkun qed tinġabar bħala parti mill-mekkaniżmu ta' rapportar tal-Konferenza tal-Partijiet, il-Laqgħa tal-Partijiet ma għandhiex tirrepeti dan b'tali mod li tkun qed tagħmel xogħol doppju.

4.   Il-Laqgħa tal-Partijiet, skont l-Artikoli 33 u 36, għandha tikkunsidra l-arranġamenti biex tassisti lil Partijiet li huma pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u Partijiet b'ekonomija fi tranżizzjoni, wara li jagħmlu talba, sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.

5.   Ir-rapportar ta' informazjoni skont dawk l-Artikoli jkun soġġett għal-liġi nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità u l-privatezza. Il-Partijiet jipproteġu, kif miftiehem b'mod reċiproku, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li hija rapportata jew skambjata.

PARTI VII

ARRANĠAMENTI ISTITUZZJONALI U RIŻORSI FINANZJARJI

Artikolu 33

Laqgħa tal-Partijiet

1.   Bil-preżenti hija stabbilita Laqgħa tal-Partijiet. L-ewwel sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet tiġi organizzata mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni eżatt qabel jew eżatt wara s-sessjoni regolari li jkun imiss tal-Konferenza tal-Partijiet wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll.

2.   Wara, is-Segretarjat tal-Konvenzjoni jorganizza sessjonijiet regolari tal-Laqgħa tal-Partijiet, eżatt qabel jew eżatt wara s-sessjonijiet regolari tal-Konferenza tal-Partijiet.

3.   Is-sessjonijiet straordinarji tal-Laqgħa tal-Partijiet jiġu organizzati kull meta jkunu meqjusin neċessarji mil-Laqgħa jew wara li ssir talba bil-miktub minn kwalunkwe Parti, diment li, fi żmien sitt xhur mill-komunikazzjoni tat-talba lilhom mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, din tkun appoġġjata minn tal-inqas terz tal-Partijiet.

4.   Ir-Regoli ta' Proċedura u r-Regoli Finanzjarji tal-Konferenza għall-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk japplikaw, mutatis mutandis, għal-Laqgħa tal-Partijiet sakemm il-Laqgħa tal-Partijiet ma tiddeċidix mod ieħor.

5.   Il-Laqgħa tal-Partijiet tirrevedi regolarment l-implimentazzjoni tal-Protokoll u tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji biex tippromwovi l-implimentazzjoni effettiva tiegħu.

6.   Il-Laqgħa tal-Partijiet tiddeċiedi dwar l-iskala u l-mekkaniżmu tal-kontribuzzjonijiet ivvalutati b'mod volontarju mill-Partijiet għall-Protokoll għat-tħaddim ta' dan il-Protokoll kif ukoll riżorsi possibbli oħrajn għall-implimentazzjoni tiegħu.

7.   F'kull sessjoni ordinarja, il-Laqgħa tal-Partijiet tadotta b'kunsens baġit u pjan ta' ħidma għall-perjodu finanzjarju sas-sessjoni ordinarja li jmiss, li jkunu separati mill-baġit u l-pjan ta' ħidma tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

Artikolu 34

Is-Segretarjat

1.   Is-Segretarjat tal-Konvenzjoni jkun is-Segretarjat ta' dan il-Protokoll

2.   Il-funzjonijiet tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni fir-rigward tar-rwol tiegħu bħala s-segretarjat ta' dan il-Protokoll ikunu li:

(a)

jagħmel arranġamenti għal sessjonijiet tal-Laqgħa tal-Partijiet u kwalunkwe korp sussidjarju kif ukoll gruppi ta' ħidma u korpi oħrajn stabbiliti mil-Laqgħa tal-Partijiet u jipprovdilhom is-servizzi kif meħtieġa;

(b)

jirċievi, janalizza, jibgħat u jipprovdi rispons lill-Partijiet ikkonċernati skont il-bżonn u lil-Laqgħa tal-Partijiet dwar rapporti li jkunu waslulu skont dan il-Protokoll u jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Partijiet;

(c)

jipprovdi appoġġ lill-Partijiet, b'mod partikolari lill-Partijiet li huma pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jew Partijiet b'ekonomija fi tranżizzjoni, wara li ssir talba, fil-ġbir, il-komunikazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġa b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, u assistenza fl-identifikazzjoni tar-riżorsi disponibbli biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligi skont dan il-Protokoll;

(d)

iħejji rapport dwar l-attivitajiet tiegħu skont dan il-Protokoll bil-gwida tal-Laqgħa tal-Partijiet u għas-sottomissjoni tagħha;

(e)

jiżgura, bil-gwida tal-Laqgħa tal-Partijiet, il-koordinazzjoni neċessarja mal-organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali u reġjonali kompetenti u korpi oħrajn;

(f)

jidħol, bil-gwida tal-Laqgħa tal-Partijiet, f'tali arranġamenti amministrattivi jew kuntrattwali skont kif ikun hemm bżonn għar-rilaxx effettiv tal-funzjonijiet tiegħu bħala segretarjat għal dan il-Protokoll;

(g)

jirċievi u janalizza applikazzjonijiet minn organizzazzjonijiet intergovernattivi u mhux governattivi li jixtiequ jkun akkreditati bħala osservaturi waqt il-laqgħa tal-Partijiet, filwaqt li jiżgura li mhumiex affiljati mal-industrija tat-tabakk, u jippreżenta l-applikazzjonijiet analizzati lil-Laqgħa tal-Partijiet għall-kunsiderazzjoni tagħha; u

(h)

iwettaq funzjonijiet segretarjali oħrajn speċifikati minn dan il-Protokoll u funzjonijiet oħra bħal dawn determinati mil-Laqgħa tal-Partijiet.

Artikolu 35

Relazzjonijiet bejn il-Laqgħa tal-Partijiet u organizzazzjonijiet intergovernattivi

Sabiex tiġi pprovduta kooperazzjoni teknika u finanzjarja ħalli jintlaħaq l-għan ta' dan il-Protokoll, il-Laqgħat tal-Partijiet jistgħu jitolbu l-kooperazzjoni ta' organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali u reġjonali kompetenti, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji u tal-iżvilupp.

Artikolu 36

Riżorsi Finanzjarji

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol importanti li r-riżorsi finanzjarji għandhom fl-ilħuq tal-għan ta' dan il-Protokoll, u jirrikonoxxu l-importanza tal-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Konvenzjoni.

2.   Kull Parti tipprovdi appoġġ finanzjarju fir-rigward tal-attivitajiet nazzjonali tagħha intiżi biex jilħqu l-għan ta' dan il-Protokoll, b'konformità mal-pjanijiet, il-prijoritajiet u l-programmi nazzjonali.

3.   Il-Partijiet jippromwovu kif xieraq, l-użu ta' kanali bilaterali, reġjonali, sottoreġjonali u kanali multilaterali oħrajn biex jipprovdu finanzjament għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' Partijiet li huma pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u Partijiet b'ekonomija fi tranżizzjoni sabiex jilħqu l-għanijiet ta' dan il-Protokoll.

4.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 18, il-Partijiet huma mħeġġa, soġġetti għal-liġijiet u l-politiki nazzjonali u fejn dan ikun xieraq, sabiex jużaw ir-rikavat konfiskat minn delitt li ġej minn kummerċ illeċitu ta' tabakk, prodotti tat-tabakk u tagħmir tal-manifattura biex jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-Protokoll.

5.   Il-Partijiet rappreżentati f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali relevanti u istituzzjonijiet finanzjarji u tal-iżvilupp iħeġġu lil dawn l-entitajiet sabiex jipprovdu assistenza finanzjarja għal Partijiet li huma pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u Partijiet b'ekonomija fi tranżizzjoni biex jassistuhom fl-ilħuq tal-obbligi tagħhom skont dan il-Protokoll, mingħajr limitazzjoni fuq id-drittijiet tal-parteċipazzjoni f'dawn l-organizzazzjonijiet.

6.   Il-Partijiet jaqblu li:

(a)

jassistu lill-Partijiet fl-ilħuq tal-obbligi tagħhom skont dan il-Protokoll, ir-riżorsi potenzjali u eżistenti relevanti kollha disponibbli għal attivitajiet relatati mal-għan ta' dan il-Protokoll għandhom jiġu mmobilizzati u użati għall-benefiċċju tal-Partijiet kollha, speċjalment il-Partijiet li huma pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jew Partijiet b'ekonomija fi tranżizzjoni; u

(b)

is-Segretarjat tal-Konvenzjoni, meta jintalab, jagħti pariri lill-Partijiet li huma pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u lil Partijiet b'ekonomija fi tranżizzjoni, dwar sorsi disponibbli għall-finanzjament sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom skont dan il-Protokoll.

7.   Il-Partijiet jistgħu jitolbu li l-industrija tat-tabakk iġġarrab l-ispejjeż assoċjati mal-obbligi tal-Parti biex jilħqu l-għanijiet tal-Protokoll, b'konformità mal-Artikolu 5.3 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

8.   Il-Partijiet, soġġetti għal-liġi domestika tagħhom, jagħmlu kull sforz biex jiksbu awtofinanzjament tal-implimentazzjoni tal-Protokoll, inkluż permezz tal-impożizzjoni ta' taxxi u forom oħra ta' tariffi fuq prodotti tat-tabakk.

PARTI VIII

SOLUZZJONI TA' TILWIM

Artikolu 37

Soluzzjoni ta' tilwim

Is-soluzzjoni ta' tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll hija rregolata mill-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

PARTI IX

ŻVILUPP TAL-PROTOKOLL

Artikolu 38

Emendi għal dan il-Protokoll

1.   Kwalunkwe Parti tista' tipproponi emendi għal dan il-Protokoll.

2.   L-emendi għal dan il-Protokoll jiġu kkunsidrati u adottati mil-Laqgħa tal-Partijiet. It-test ta' kwalunkwe emenda proposta għal dan il-Protokoll jiġi kkomunikat lill-Partijiet mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni tal-inqas sitt xhur qabel is-sessjoni li matulha jiġi propost għall-adozzjoni. Is-Segretarjat tal-Konvenzjoni jikkomunika wkoll emendi proposti għall-firmatarji ta' dan il-Protokoll u, għall-fini ta' informazzjoni, għad-Depożitarju.

3.   Il-Partijiet jagħmlu kull sforz biex jaslu għal ftehim permezz ta' kunsens dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan il-Protokoll. Jekk ikunu saru l-isforzi kollha biex jintlaħaq kunsens u ma jintlaħaq ebda ftehim, l-emenda, bħala l-aħħar alternattiva disponibbli, tiġi adottata b'maġġoranza ta' voti ta' tliet kwarti tal-Partijiet preżenti u li jivvutaw waqt is-sessjoni. Għall-fini ta' dan l-Artikolu, il-“Partijiet preżenti u li jivvutaw” tfisser il-Partijiet li jkunu preżenti u li jixħtu l-vot ta' qbil jew le tagħhom. Kwalunkwe emenda adottata tiġi kkomunikata mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni lid-Depożitarju, li jgħaddiha lill-Partijiet kollha għal aċċettazzjoni.

4.   L-istrumenti ta' aċċettazzjoni fir-rigward ta' emenda jiġu depożitati mad-Depożitarju. Emenda adottata b'konformità mal-paragrafu 3 tidħol fis-seħħ għal dawk il-Partijiet li jkunu aċċettawha fid-90 jum wara d-data tal-wasla għand id-Depożitarju ta' strument ta' aċċettazzjoni b'tal-inqas żewġ terzi tal-Partijiet.

5.   L-emenda tidħol fis-seħħ għal kwalunkwe Parti oħra fid-90 jum wara d-data li fiha l-Parti tiddepożita mad-Depożitarju l-istrument ta' aċċettazzjoni tagħha tal-emenda msemmija.

Artikolu 39

Adozzjoni u emenda tal-annessi ta' dan il-Protokoll

1.   Kwalunkwe Parti tista' tagħmel proposti għal anness ta' dan il-Protokoll u tista' tipproponi emendi għal annessi ta' dan il-Protokoll.

2.   L-annessi jiġu ristretti għal listi, formoli u kwalunkwe materjal deskrittiv ieħor relatat ma' kwistjonijiet proċedurali, xjentifiċi, tekniċi jew amministrattivi.

3.   L-annessi għal dan il-Protokoll u l-emendi għalihom jiġu proposti, adottati u jidħlu fis-seħħ b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38.

PARTI X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 40

Riżervazzjonijiet

Ma tista' ssir ebda riżerva għal dan il-Protokoll.

Artikolu 41

Irtirar

1.   Fi kwalunkwe waqt wara sentejn mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll għal Parti, dik il-Parti tista' tirtira mill-Protokoll billi tibgħat avviż bil-miktub lid-Depożitarju.

2.   Kwalunkwe rtirar bħal dan jidħol fis-seħħ wara li tgħaddi sena mid-data tal-wasla għand id-Depożitarju tal-avviż tal-irtirar jew f'data iktar tard li tiġi speċifikata fl-avviż tal-irtirar.

3.   Kwalunkwe Parti li tirtira mill-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk titqies li rtirat minn dan il-Protokoll ukoll, b'effett mid-data tal-irtirar tagħha mill-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

Artikolu 42

Dritt għal vot

1.   Kull Parti għal dan il-Protokoll jkollha vot wieħed, ħlief kif previst fil-paragrafu 2.

2.   Organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika, f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw b'għadd ta' voti daqs l-għadd tal-Istati Membri tagħhom li huma Partijiet għal dan il-Protokoll. Tali organizzazzjoni ma teżerċitax id-dritt tagħha li tivvota jekk kwalunkwe Stat Membru tagħha jeżerċita d-dritt tiegħu, u viċi versa.

Artikolu 43

Firma

Il-Protokoll huwa miftuħ sabiex jiġi ffirmat mill-Partijiet kollha tal-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk fil-Kwartieri Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa f'Ġinevra bejn l-10 u l-11 ta' Jannar 2013, u wara fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York sad-9 ta' Jannar 2014.

Artikolu 44

Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni, konferma formali jew adeżjoni

1.   Dan il-Protokoll ikun soġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni mill-Istati u għall-konferma formali jew l-adeżjoni mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li huma Parti għall-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk. Huwa jkun miftuħ għall-adeżjoni mill-jum wara d-data li fiha l-Protokoll jingħalaq għall-firem. L-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni, konferma formali jew adeżjoni jiġu depożitati mad-Depożitarju.

2.   Kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li ssir Parti li ma jkollha ebda mill-Istati Membri tagħha li huma Parti tkun marbuta bl-obbligi kollha skont dan il-Protokoll. Fil-każ ta' organizzazzjoni waħda jew iktar li l-Istat Membru tagħha huwa Parti, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri tagħha jiddeċiedu dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom għat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan il-Protokoll. F'dawn il-każijiet, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri ma jkunux intitolati jeżerċitaw id-drittijiet skont dan il-Protokoll fl-istess ħin.

3.   Fl-istrumenti tagħhom relatati mal-konferma formali jew fl-istrumenti tagħhom għall-adeżjoni, l-organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika jiddikjaraw il-limitu tal-kompetenza tagħhom fir-rigward ta' oqsma rregolati minn dan il-Protokoll. Dawn l-organizzazzjonijiet jgħarrfu wkoll lid-Depożitarju, li min-naħa tiegħu jgħarraf lill-Partijiet, dwar kwalunkwe modifika sostanzjali fil-limitu tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 45

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data tad-depożitu tal-40 strument għar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni, il-konferma formali jew l-adeżjoni mad-Depożitarju.

2.   Għal kull Parti għall-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, li tirratifika, taċċetta, tapprova jew formalment tikkonferma dan il-Protokoll, jew taderixxi miegħu wara li tissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul fis-seħħ stabbiliti fil-paragrafu 1, dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fid-disgħin jum wara d-data tad-depożitu tal-istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni, adeżjoni jew konferma formali tagħha.

3.   Għall-fini ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe strument iddepożitat minn organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika ma jkunx jgħodd bħala addizzjonali mal-istrumenti ddepożitati mill-Istati Membri ta' dik l-organizzazzjoni.

Artikolu 46

Depożitarju

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jkun id-Depożitarju ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 47

Testi awtentiċi

L-oriġinal ta' dan il-Protokoll, li t-testi tiegħu bl-Għarbi, iċ-Ċiniż, l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu u l-Ispanjol huma awtentiċi ndaqs, jiġi ddepożitat mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Il-Partijiet jistgħu jinkludu referenza għas-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali għal dan l-għan, kull fejn applikabbli.

(2)  Fejn xieraq, nazzjonali jew domestiċi se jirreferu bl-istess mod għal organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali.

(3)  Skambju sigur ta' informazzjoni bejn il-partijiet huwa reżistenti għall-interċettazzjoni jew it-tbagħbis (falsifikazzjoni). Fi kliem ieħor, l-informazzjoni skambjata bejn iż-żewġ partijiet ma tistax tinqara jew tiġi mmodifikata minn parti terza.


1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1751

tal-20 ta' Settembru 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115, flimkien mal-punt (b) tal-Artikolu 218(6), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/242 (2), il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx ġie ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

It-test tal-Protokoll Emendatorju, li huwa r-riżultat tan-negozjati, jirrifletti b'mod korrett id-direttivi tan-negozjati maħruġin mill-Kunsill, billi jallinja l-Ftehim mal-aktar żviluppi reċenti fil-livell internazzjonali rigward l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, jiġifieri mal-Istandard Globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji fi kwistjonijiet tat-taxxa żviluppat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). L-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Prinċipat ta' Andorra pparteċipaw b'mod attiv fil-ħidma tal-Forum Globali tal-OECD immirata lejn l-għoti ta' appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' dak l-Istandard Globali. It-test tal-Ftehim, kif emendat bil-Protokoll Emendatorju, huwa l-bażi ġuridika għall-implimentazzjoni tal-Istandard Globali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra.

(3)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (3).

(4)

Il-Protokoll Emendatorju għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Protokoll Emendatorju huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll Emendatorju (4).

2.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Prinċipat ta' Andorra u lill-Istati Membri dwar in-notifiki mogħtija skont l-Artikolu 1(l)(d) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali kif tirriżulta mill-Protokoll Emendatorju.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  L-Opinjoni tad-9 ta' Marzu 2016 (għada mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/242 tat-12 ta' Frar 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx (ĠU L 45, 20.2.2016, p. 10).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/40


PROTOKOLL EMENDATORJU

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx

L-UNJONI EWROPEA,

u

IL-PRINĊIPAT TA' ANDORRA, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Andorra”,

it-tnejn imsejħa minn hawn 'il quddiem “Parti Kontraenti” jew, b'mod konġunt, “Partijiet Kontraenti”,

BL-GĦAN li jiġi implimentat l-Istandard tal-OECD għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Standard Globali”, f'qafas ta' kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti,

BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom relazzjoni fit-tul u mill-qrib f'dak li jirrigwarda l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet fiskali, b'mod partikolari b'rabta mal-applikazzjoni ta' miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx (1), u jixtiequ jtejbu l-konformità fiskali internazzjonali billi jkomplu jibnu fuq dik ir-relazzjoni,

BILLI l-Partijiet Kontraenti jixtiequ jaslu għal ftehim sabiex itejbu l-konformità fiskali internazzjonali bbażata fuq l-iskambju awtomatiku reċiproku ta' informazzjoni, soġġett għal ċerta kunfidenzjalità u protezzjonijiet oħrajn, inklużi dispożizzjonijiet li jillimitaw l-użu tal-informazzjoni skambjata,

BILLI l-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx (2), minn hawn' il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju, li attwalment jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba limitat għal imġiba li tikkostitwixxi evażjoni tat-taxxa u elementi simili biss, għandu jiġi allinjat mal-istandard tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali,

BILLI l-Partijiet Kontraenti se japplikaw il-liġijiet u l-prattiki rispettivi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta' data personali skambjata skont il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju u jintrabtu li jinnotifikaw lil xulxin mingħajr dewmien żejjed f'każ ta' kwalunkwe bidla fis-sustanza ta' dawk il-liġijiet u prattiki,

BILLI d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/625/UE tad-19 ta' Ottubru 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta' data personali pprovduta f'Andorra (3) iddikjarat li għall-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva, Andorra hija meqjusa li tipprovdi livell adegwat ta' protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea,

BILLI sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll Emendatorju, l-Istati Membri u Andorra se jkollhom (i) salvagwardji xierqa sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni irċevuta skont il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju tibqa' kunfidenzjali u tintuża biss mill-persuni jew l-awtoritajiet involuti fil-valutazzjoni jew il-ġbir jew l-irkupru tat-taxxi, fl-eżekuzzjoni jew fil-prosekuzzjoni jew fid-determinazzjoni ta' appelli relatati mal-politika fiskali, jew fis-sorveljanza ta' dawn l-impenji, għall-finijiet li għadhom kif issemmew hawn kif ukoll għal finijiet awtorizzati oħrajn, u (ii) l-infrastruttura għal relazzjoni effettiva ta' skambju (li tinkludi proċessi stabbiliti għall-iżgurar ta' skambji ta' informazzjoni f'waqthom, eżatti, siguri u kunfidenzjali, komunikazzjonijiet effettivi u affidabbli, u kapaċitajiet biex jissolvew mistoqsijiet u kwistjonijiet dwar skambji jew talbiet għal skambji u sabiex jamministraw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju),

BILLI l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, l-Awtoritajiet Kompetenti li jibagħtu u l-Awtoritajiet Kompetenti li jirċievu, bħala kontrolluri tad-data, ma għandhomx iżommu informazzjoni pproċessata b'konformità ma' dan il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju aktar milli meħtieġ biex jiksbu l-finijiet tiegħu. Minħabba d-differenzi fil-leġislazzjoni tal-Istati Membri u ta' Andorra, il-perijodu massimu ta' kemm iżommuha għandu jiġi stabbilit għal kull Parti Kontraenti b'referenza għall-istatut ta' limitazzjonijiet ipprovdut mil-leġislazzjoni nazzjonali tat-taxxa ta' kull kontrollur tad-data,

BILLI l-kategoriji ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u Kontijiet Rapportabbli koperti mill-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju huma mfassla biex jillimitaw l-opportunatijiet għal min iħallas it-taxxa biex jevitaw li jiġu rrappurtati billi jċaqilqu l-assi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji jew jinvestu fi prodotti finanzjarji li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju. Madankollu, ċertu Istituzzjonijiet Finanzjarji u kontijiet li jippreżentaw riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni. Ġeneralment, ma għandhomx jiġu inklużi limiti, għaliex dawn jistgħu faċilment jiġu elużi billi l-kontijiet jinqasmu f'Istituzzjonijiet Finanzjarji differenti. L-informazzjoni finanzjarja li jeħtieġ li tiġi rrappurtata u skambjata ma għandhiex tikkonċerna biss id-dħul rilevanti kollu (interessi, dividendi u tipi simili ta' dħul) iżda wkoll bilanċi tal-kontijiet u dħul mill-bejgħ minn Assi Finanzjarji, sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn min iħallas it-taxxa (kontribwent) jipprova jaħbi kapital li fih innifsu jirrappreżenta dħul jew assi li fir-rigward tagħhom tkun ġiet evitata t-taxxa. Għalhekk, l-ipproċessar ta' informazzjoni skont il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri u ta' Andorra jkunu jistgħu jidentifikaw b'mod korrett u inekwivoku lill-persuni li jħallsu t-taxxa kkonċernati, jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tat-taxxa tagħhom f'sitwazzjonijiet transkonfinali, jevalwaw kemm hu possibbli li ssir evażjoni tat-taxxa u jevitaw li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri li ma jkunux meħtieġa,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Titolu għandu jinbidel bi:

“Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali”;

(2)

L-Artikoli 1 sa 19 għandhom jinbidlu b'li ġej:

“Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

‘Unjoni Ewropea’ tfisser l-Unjoni kif stabbilita bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tinkludi t-territorji li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiġi applikat fihom skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat.

(b)

‘Stat Membru’ tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

(c)

‘Andorra’ tfisser il-Prinċipat ta' Andorra.

(d)

‘Awtoritajiet Kompetenti ta' Andorra’ u ‘Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri’ jfissru l-awtoritajiet elenkati fl-Anness III, taħt (a) u taħt (b) sa (ac), rispettivament. L-Anness III għandu jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim. Il-lista ta' Awtoritajiet Kompetenti fl-Anness III tista' tiġi emendata permezz ta' notifika sempliċi lill-Parti Kontraenti l-oħra, minn Andorra għall-awtorità msemmija f'(a) fl-Anness, u mill-Unjoni Ewropea għall-awtoritajiet imsemmija f'(b) sa (ac) fl-istess Anness.

(e)

‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja residenti fi Stat Membru, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra dak l-Istat Membru, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'dak l-Istat Membru, jekk dik il-fergħa tinsab f'dak l-Istat Membru.

(f)

‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' Andorra’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja residenti f'Andorra, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra Andorra, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'Andorra, jekk dik il-fergħa tinsab f'Andorra.

(g)

‘Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru jew Istituzzjoni Finanzjarja ta' Andorra, skont kif jitlob il-kuntest, li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti.

(h)

‘Kont Rapportabbli’ tfisser Kont Rapportabbli ta' Stat Membru jew Kont Rapportabbli ta' Andorra, skont kif jeħtieġ il-kuntest, dment li jkun ġie identifikat bħala tali skont proċeduri tad-diliġenza dovuta, konsistenti mal-Annessi I u II, stabbiliti f'dak l-Istat Membru jew f'Andorra.

(i)

‘Kont Rapportabbli ta' Stat Membru’ tfisser Kont Finanzjarju li jkun miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' Andorra u miżmum minn persuna jew aktar tal-Istat Membru li huma Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli ta' Stat Membru.

(j)

‘Kont Rapportabbli ta' Andorra’ tfisser Kont Finanzjarju li jkun miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' Stat Membru u miżmum minn Persuna jew aktar Persuni minn Andorra li huma Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli minn Andorra.

(k)

‘Persuna ta' Stat Membru’ tfisser individwu jew Entità identifikati minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti minn Andorra bħala residenti fi Stat Membru skont il-proċeduri tad-diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti ta' Stat Membru.

(l)

‘Persuna minn Andorra’ tfisser individwu jew Entità identifikati minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' Stat Membru bħala residenti f'Andorra skont il-proċeduri tad-diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti f'Andorra.

2.   Kwalunkwe terminu b'ittra inizjali kapitali li mhuwiex definit mod ieħor f'dan il-Ftehim għandu jkollu t-tifsira li kellu meta nkiteb, (i) fil-każ tal-Istati Membri, fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (4) jew, fejn applikabbli, fil-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru li japplika l-Ftehim, u (ii) fil-każ ta' Andorra, fil-liġijiet nazzjonali tagħha, u t-tifsira għandha tkun konsistenti mat-tifsira stipulata fl-Annessi I u II.

Kwalunkwe terminu li mhuwiex definit mod ieħor f'dan il-Ftehim jew fl-Annessi I jew II għandu jkollu, sakemm il-kuntest ma jkunx jeħtieġ mod ieħor jew sakemm l-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru u l-Awtorità Kompetenti ta' Andorra ma jaqblux dwar tifsira komuni kif stipulat fl-Artikolu 7 (b'konformità mal-liġijiet nazzjonali), it-tifsira li jkollu f'dak il-waqt skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni kkonċernata li tapplika dan il-Ftehim, (i) fil-każ tal-Istati Membri, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni jew, fejn applikabbli, il-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, u (ii) fil-każ ta' Andorra, skont il-liġi nazzjonali tagħha, bi kwalunkwe tifsira skont il-liġijiet fiskali applikabbli tal-ġurisdizzjoni kkonċernata (li tkun Stat Membru jew Andorra) tipprevali fuq tifsira mogħtija lit-terminu skont liġijiet oħrajn ta' dik il-ġurisdizzjoni.

Artikolu 2

Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Rapportabbli

1.   Skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u soġġett għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar u d-diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, li għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim, kull sena l-Awtorità Kompetenti ta' Andorra għandha tiskambja mal-Awtoritajiet Kompetenti ta' kull Stat Membru, u l-Awtoritajiet Kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiskambjaw kull sena mal-Awtorità Kompetenti ta' Andorra, fuq bażi awtomatika, l-informazzjoni miksuba skont dawn ir-regoli u li hija speċifikata fil-paragrafu 2.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli ta' Andorra, fil-każ ta' Stat Membru, u kull Kont Rapportabbli ta' kull Stat Membru fil-każ ta' Andorra, hija:

(a)

l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid (fil-każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li hija Detentur ta' Kont tal-kont u, fil-każ ta' Entità li hija Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni ta' proċeduri tad-diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, hija identifikata bħala li għandha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li hija Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz u in-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;

(b)

in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru tal-kont);

(c)

l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(d)

il-bilanċ jew il-valur tal-kont (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew ta' perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul sena jew perijodu partikolari, l-għeluq tal-kont;

(e)

fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:

(i)

l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u

(ii)

ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-amortizzazzjoni ta' Assi Finanzjarji mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;

(f)

fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew matul perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u

(g)

fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu 2(e) jew (f), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagament ta' amortizzazzjoni magħmul lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor.

Artikolu 3

Iż-Żmien u l-Mod ta' Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni fl-Artikolu 2, l-ammont u l-karatterizzazzjoni ta' pagamenti magħmula fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandhom ikunu ddeterminati b'konformità mal-prinċipji tal-liġijiet fiskali tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Andorra) li tiskambja l-informazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni fl-Artikolu 2, l-informazzjoni skambjata għandha tidentifika l-munita li fiha huwa ddenominat kull ammont rilevanti.

3.   Fir-rigward tal-Artikolu 2(2), l-informazzjoni għandha tiġi skambjata fir-rigward tal-ewwel sena sa mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016 u s-snin kollha sussegwenti, u għandha tiġi skambjata fi żmien disa' xhur wara t-tmiem tas-sena kalendarja li magħha hija relatata l-informazzjoni.

4.   L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 2 b'mod awtomatiku, permezz ta' skema ta' standard komuni ta' rappurtar f'Extensible Markup Language (XML).

5.   L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar metodu jew diversi metodi għat-trażmissjoni tad-data, inkluż dwar l-istandards ta' kriptaġġ.

Artikolu 4

Kooperazzjoni dwar il-Konformità u l-Infurzar

L-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti ta' Andorra u l-Awtorità Kompetenti ta' Andorra għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru meta l-ewwel Awtorità Kompetenti msemmija (dik li tinnotifika) jkollha raġunijiet biex tissuspetta li seta' kien hemm żball li wassal għal rappurtar ħażin jew mhux komplut ta' informazzjoni skont l-Artikolu 2, jew li seta' kien hemm nuqqas ta' konformità minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mar-rekwiżiti ta' rappurtar applikabbli u mal-proċeduri tad-diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II. L-Awtorità Kompetenti notifikata għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali tagħha sabiex tindirizza dawk l-iżbalji jew in-nuqqas ta' konformità deskritt fl-avviż.

Artikolu 5

Skambju ta' Informazzjoni fuq Talba

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u ta' kwalunkwe ftehim ieħor li jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba bejn Andoora u kwalunkwe Stat Membru, l-Awtorità Kompetenti ta' Andorra u l-Awtorità Kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru għandhom jiskambjaw fuq talba dik l-informazzjoni li tkun tidher li hi rilevanti għat-twettiq ta' dan il-Ftehim jew għall-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardaw it-taxxi ta' kull tip u deskrizzjoni imposti f'isem Andorra u l-Istati Membri, jew f'isem is-sottodiviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet lokali tagħhom, sakemm it-tassazzjoni skont dawn il-liġijiet nazzjonali ma tmurx kontra ftehim applikabbli dwar it-taxxa doppja bejn Andorra u l-Istat Membru kkonċernat.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 6 bl-ebda mod ma għandhom jinftiehmu bħala li jimponu fuq Andorra jew fuq Stat Membru l-obbligu:

(a)

li jwettqu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet u mal-prattika amministrattiva ta' Andorra jew ta' dak l-Istat Membru, rispettivament;

(b)

li jipprovdu informazzjoni li ma tistax tinkiseb jekk mhux b'konformità mal-liġijiet jew fl-andament normali tal-amministrazzjoni ta' Andorra jew ta' dak l-Istat Membru, rispettivament;

(c)

li jipprovdu informazzjoni li tiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali, tan-negozju, industrijali, jew professjonali jew proċess jew informazzjoni kummerċjali, li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).

3.   Jekk tintalab informazzjoni minn Stat Membru jew minn Andorra, li jkunu qed jaġixxu bħala l-ġurisdizzjoni li qed tagħmel it-talba skont dan l-Artikolu, Andorra jew l-Istat Membru li jkun qed jaġixxi bħala l-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba għandu juża l-miżuri ta' ġbir ta' informazzjoni tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni mitluba, anki jekk il-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba ma tkunx teħtieġ tali informazzjoni għall-iskopijiet fiskali tagħha stess. L-obbligu li jinsab fis-sentenza preċedenti huwa soġġett għal-limitazzjonijiet tal-paragrafu 2, iżda dawn il-limitazzjonijiet fl-ebda każ ma għandhom jinftiehmu bħala li jippermettu lill-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba li tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni għas-sempliċi raġuni li ma għandha l-ebda interess nazzjonali f'din l-informazzjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 fl-ebda każ ma għandhom jinftiehmu bħala li jippermettu lil Andorra jew lil Stat Membru jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni biss minħabba li l-informazzjoni tkun qed tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, persuna nominata jew persuna li taġixxi f'aġenzija jew f'kapaċità fiduċjarja, jew minħabba li hija relatata ma' interessi proprjetarji f'persuna.

5.   L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar il-forom standard li jridu jintużaw kif ukoll dwar il-metodu jew diversi metodi ta' trażmissjoni tad-data, inklużi l-istandards ta' kriptaġġ.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità u Salvagwardji tad-Data

1.   Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Andorra) skont dan il-Ftehim għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali u għandha tiġi protetta bl-istess mod li bih tiġi ttrattata u protetta l-informazzjoni miksuba skont il-liġijiet nazzjonali ta' dik il-ġurisdizzjoni u, safejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tad-data personali, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, u salvagwardji li jistgħu jkunu speċifikati mill-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali tagħha.

2.   L-informazzjoni pproċessata b'konformità ma' dan il-Ftehim ma' għandhiex tinżamm aktar milli meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet ta' dan il-Ftehim, u fi kwalunkwe każ, skont ir-regoli domestiċi ta' kull kontrollur tad-data dwar l-istatut tal-limitazzjonijiet.

3.   Tali informazzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi żvelata biss lill-persuni jew lill-awtoritajiet (inklużi l-qrati u l-korpi amministrattivi jew superviżorji) responsabbli mill-valutazzjoni, mill-ġbir jew mill-irkupru tat-taxxi, mill-eżekuzzjoni jew mill-prosekuzzjoni jew id-determinazzjoni ta' appelli b'rabta mal-politika fiskali ta' dik il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Andorra), jew mis-sorveljanza ta' dawn l-impenji. Il-persuni jew l-awtoritajiet imsemmija hawn fuq biss jistgħu jużaw l-informazzjoni u dan biss għall-finijiet spjegati fis-sentenza preċedenti. Dawn, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, jistgħu jiżvelawha fi proċeduri ta' qrati pubbliċi jew f'deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati ma' tali taxxi.

4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti, informazzjoni irċevuta minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Andorra) tista' tintuża għal skopijiet oħrajn, meta tali informazzjoni tista' tintuża hekk skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni (li tkun, rispettivament, Andorra jew Stat Membru) u l-Awtorità Kompetenti ta' dik il-ġurisdizzjoni tawtorizza dak l-użu. Informazzjoni pprovduta minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Andorra) lil ġurisdizzjoni oħra (li tkun, rispettivament, Andorra jew Stat Membru) tista' tintbagħat minn din tal-aħħar lil ġurisdizzjoni terza (li tkun Stat Membru ieħor), diment li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti tal-ewwel ġurisdizzjoni msemmija, li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni.

Informazzjoni pprovduta minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor skont il-liġijiet applikabbli tiegħu li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni tista' tintbagħat lil Andorra diment li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru li minnu tkun oriġinat l-informazzjoni.

5.   Kull Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew ta' Andorra għandha tinnotifika minnufih lill-Awtorità Kompetenti l-oħra, jiġifieri dik ta' Andorra jew tal-Istat Membru speċifiku, rispettivament, rigward kwalunkwe ksur ta' kunfidenzjalità, nuqqas ta' salvagwardji u kwalunkwe sanzjonijiet jew azzjonijiet ta' rimedju li eventwalment jistgħu jiġu imposti.

Artikolu 7

Konsultazzjonijiet u sospensjoni ta' dan il-Ftehim

1.   Jekk jitfaċċaw xi diffikultajiet fl-implimentazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe waħda mill-Awtoritajiet Kompetenti ta' Andorra jew ta' Stat Membru tista' titlob konsultazzjonijiet bejn l-Awtorità Kompetenti ta' Andorra u Awtorità Kompetenti jew diversi Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri sabiex jiġu żviluppati miżuri xierqa li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi ssodisfat. Dawk l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħhom. B'rabta ma' kwistjonijiet ta' interpretazzjoni l-Kummissjoni Ewropea tista' tieħu sehem fil-konsultazzjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Awtoritajiet Kompetenti.

2.   Jekk il-konsultazzjoni tkun relatata ma' nuqqas ta' konformità sinifikanti mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, u l-proċedura deskritta fil-paragrafu 1 ma tipprovdix soluzzjoni adegwata, l-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew ta' Andorra tista' tissospendi l-iskambju ta' informazzjoni skont dan il-Ftehim lejn, rispettivament, Andorra jew Stat Membru speċifiku, billi tavża bil-miktub lill-Awtorità Kompetenti kkonċernata l-oħra. Din is-sospensjoni għandu jkollha effett immedjat. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, nuqqas ta' konformità sinifikanti jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim dwar is-salvagwardja tal-kunfidenzjalità u tad-data, in-nuqqas tal-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew ta' Andorra li tipprovdi informazzjoni fil-ħin jew xierqa kif meħtieġ skont dan il-Ftehim jew id-definizzjoni tal-istatus ta' Entitajiet jew kontijiet bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji Mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi b'mod li jxekkel il-finijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Emendi

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin f'kull okkażjoni meta tiġi adottata bidla importanti fil-livell tal-OECD fi kwalunkwe element tal-Istandard Globali jew — jekk ikun meqjus bħala meħtieġ mill-Partijiet Kontraenti — sabiex jittejjeb il-funzjonament tekniku ta' dan il-Ftehim jew biex jiġu vvalutati u riflessi żviluppi internazzjonali oħrajn. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar minn meta ssir talba minn kwalunkwe waħda mill-Parti Kontraenti, jew mill-aktar fis possibbli f'każijiet urġenti.

2.   Abbażi ta' tali kuntratt, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex jeżaminaw jekk humiex meħtieġa bidliet f'dan il-Ftehim.

3.   Għall-finijiet tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, kull Parti Kontraenti għandha tinforma lill-Parti Kontraenti l-oħra rigward żviluppi possibbli li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament korrett ta' dan il-Ftehim. Dan għandu jinkludi wkoll kwalunkwe ftehim rilevanti bejn waħda mill-Partijiet Kontraenti u Stat terz.

4.   Wara l-konsultazzjonijiet, dan il-Ftehim jista' jiġi emendat permezz ta' protokoll jew ftehim ġdid bejn il-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 9

Terminazzjoni

Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' terminazzjoni bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Din it-terminazzjoni ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara l-iskadenza ta' perijodu ta' 12-il xahar wara d-data tal-avviż ta' terminazzjoni. Fil-każ ta' terminazzjoni, l-informazzjoni kollha riċevuta qabel skont dan il-Ftehim għandha tibqa' kunfidenzjali u soġġetta għall-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Kamp ta' Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji tal-Istati Membri li fihom jiġu applikati t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' Andorra.”

(3)

l-Annessi għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

ANNESS I

STANDARD KOMUNI DWAR IR-RAPPURTAR U D-DILIĠENZA DOVUTA GĦAL INFORMAZZJONI TA' KONT FINANZJARJU (‘STANDARD KOMUNI TA' RAPPURTAR’)

TAQSIMA I

OBBLIGI ĠENERALI TA' RAPPURTAR

A.

Soġġett għall-paragrafi C sa E, kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta lill-Awtorità Kompetenti tal-ġurisdizzjoni tagħha (li tkun Stat Membru jew Andorra) din l-informazzjoni li ġejja f'dak li jirrigwarda kull Kont Rapportabbli ta' tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti:

1.

l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru jew Andorra), in-NIT u d-data u l-post tat-twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont ta' kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tal-proċedura tad-diliġenza dovuta konsistenti mat-Taqsimiet V, VI u VII, tkun identifikata bħala li għandha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) ta' residenza u n-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru jew Andorra) ta' residenza, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;

2.

in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru ta' kont);

3.

l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

4.

il-bilanċ jew il-valur tal-kont (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew ta' perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul sena jew perijodu partikolari, l-għeluq tal-kont;

5.

fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:

(a)

l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u

(b)

ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-amortizzazzjoni ta' Assi Finanzjarji mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;

6.

fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew matul perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u

7.

fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu A(5) jew (6), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagamenti ta' tifdija magħmula lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew matul perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor.

B.

L-informazzjoni rrapportata għandha tidentifika l-munita li fiha jkun iddenominat kull ammont.

C.

Minkejja s-subparagrafu A(1), fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli li jkun Kont Preeżistenti, ma hemmx għalfejn jiġu rrapportati n-NIT jew id-data ta' twelid jekk tali NIT jew data ta' twelid ma tkunx fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u ma jkunx meħtieġ b'mod ieħor li din l-informazzjoni tinġabar minn tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-liġi nazzjonali jew kwalunkwe strument legali tal-Unjoni Ewropea (jekk applikabbli). Madankollu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tagħmel sforzi raġonevoli biex tikseb in-NIT u d-data ta' twelid fir-rigward ta' Kontijiet Preeżistenti sal-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara s-sena li fiha Kontijiet Preeżistenti jkunu ġew identifikati bħala Kontijiet Rapportabbli.

D.

Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat in-NIT jekk ma jinħariġx NIT mill-Istat Membru rilevanti, minn Andorra jew minn ġurisdizzjoni oħra ta' residenza.

E

Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat il-post ta' twelid sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx obbligata b'mod ieħor li tiksbu u tirrapportah skont il-liġijiet nazzjonali u sakemm dan ma jkunx disponibbli fid-data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.

TAQSIMA II

REKWIŻITI ĠENERALI TA' DILIĠENZA DOVUTA

A.

Kont għandu jibda jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli mid-data li fiha jiġi identifikat bħala tali skont il-proċeduri tad-diliġenza dovuta fit-Taqsimiet II sa VII u, sakemm mhux previst mod ieħor, l-informazzjoni fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandha tiġi rappurtata annwalment fis-sena kalendarja wara s-sena li għaliha tirreferi l-informazzjoni.

B.

Il-bilanċ jew il-valur ta' kont jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tas-sena kalendarja jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor.

C.

Fejn livell ta' bilanċ jew valur għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum ta' sena kalendarja, il-bilanċ jew valur rilevanti għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tal-perijodu ta' rappurtar li jintemm waqt jew fl-aħħar ta' dik is-sena kalendarja.

D.

Kull Stat Membru jew Andorra jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw fornituri ta' servizz biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta imposti fuq tali Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, kif stipulati fil-liġijiet nazzjonali, iżda dawk l-obbligi għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti.

E.

Kull Stat Membru jew Andorra jisgħu jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti japplikaw il-proċeduri ta' diliġenza dovuta għall-Kontijiet Ġodda lil Kontijiet Preeżistenti, u l-proċeduri tad-diliġenza dovuta għal Kontijiet ta' Valur Għoli lil Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Fejn Stat Membru jew Andorra jippermettu li proċeduri tad-diliġenza dovuta ta' Kont Ġdid jintużaw għal Kontijiet Preeżistenti, għandhom ikomplu japplikaw ir-regoli applikabbli għal Kontijiet Preeżistenti.

TAQSIMA III

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI PREEŻISTENTI

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli minn fost Kontijiet Individwali Preeżistenti.

A.

Kontijiet li ma Jeħtieġux Reviżjoni, Identifikazzjoni jew Rapportar. Kont Individwali Preeżistenti li huwa Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju ma' għandux għalfejn jiġi rivedut, identifikat jew rapportat, sakemm il-liġi tipprevjeni b'mod effettiv lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti milli tbiegħ tali Kuntratt lil residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

B.

Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx.

1.

Indirizz tar-Residenza. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha fir-rekords tagħha indirizz tar-residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentata, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tittratta lid-Detentur ta' Kont individwali bħala resident għal finijiet ta' taxxa tal-Istat Membru jew ta' Andorra jew ta' ġurisdizzjoni oħra li fiha jkun jinsab l-indirizz biex jiġi ddetermint jekk it-tali Detentur ta' Kont individwali jkunx Persuna Rapportabbli.

2.

Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddependix fuq indirizz ta' residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentata kif stipulat fis-subparagrafu B(1), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha twettaq rieżami tad-data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium li ġejja u tapplika s-subparagrafi B(3) sa (6):

(a)

identifikazzjoni tad-Detentur ta' Kont bħala resident ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli;

(b)

indirizz postali jew ta' residenza attwali (inkluż kaxxa postali) f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli;

(c)

numru tat-telefon wieħed jew aktar f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli u l-ebda numru tat-telefon f'Andorra jew fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ il-kuntest;

(d)

struzzjonijiet permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depożitarju) biex jiġu trasferiti fondi għal kont miżmum f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli;

(e)

prokura jew awtorità firmatarja attwalment effettiva mogħtija lil persuna b'indirizz f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew

(f)

istruzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma jkollha l-ebda indirizz ieħor fir-rekord tagħha għad-Detentur ta' Kont.

3.

Jekk fit-tiftixa b'mod elettroniku ma jiġi skopert l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2), ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri sakemm isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li twassal biex jiġi assoċjat indicium wieħed jew aktar mal-kont, jew sakemm il-kont isir Kont ta' Valur Għoli.

4.

Jekk kwalunkwe wieħed mill-indicia elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fit-tiftixa b'mod elettroniku, jew jekk isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta d-Detentur ta' Kont bħala resident għal finijiet ta' taxxa ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għaliha jkun ġie identifikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

5.

Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ tiġi skoperta fit-tiftixa b'mod elettroniku u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika, fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi, it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritta fis-subparagrafu C(2), jew tfittex li tikseb mingħand id-Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentata biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa ta' tali Detentur ta' Kont. Jekk it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta ma tistabbilixxix indicium u t-tentattiv ta' ksib tal-awtoċertifikazzjoni jew tal-Evidenza Dokumentata ma jirnexxix, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-kont lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha jew ta' Andorra, kif jitlob il-kuntest, bħala kont mhux dokumentat.

6.

Minkejja s-sejba ta' indicia mniżżla fis-subparagrafu B(2), Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex obbligata li tittratta Detentur ta' Kont bħala resident ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli jekk:

(a)

l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont ikun fiha indirizz postali jew ta' residenza attwali fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, numru tat-telefon wieħed jew aktar f'dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli (u l-ebda numru tat-telefon f'Andorra jew fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ il-kuntest) jew struzzjonijiet permanenti (fir-rigward ta' Kontijiet Finanzjarji ħlief Kontijiet Depositorji) biex jiġu ttrasferiti fondi għal kont miżmum f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew tkun rieżaminat qabel u qed iżżomm rekord ta':

(i)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli; u

(ii)

Evidenza Dokumentata li tistabbilixxi l-istatus mhux rapportabbli tad-Detentur ta' Kont;

(b)

l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont fiha prokura effettiva attwali jew awtorità firmatarja mogħtija lil persuna b'indirizz fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew tkun ġiet rieżaminata minn qabel u qed iżżomm rekord ta':

(i)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew

(ii)

Evidenza Dokumentata li tistabbilixxi l-istatus mhux rapportabbli tad-Detentur ta' Kont.

C.

Proċeduri ta' Rieżami Mtejba għal Kontijiet ta' Valur Għoli. Il-proċeduri ta' rieżami mtejba li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli.

1.

Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha twettaq rieżami ta' data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2).

2.

Tiftix fl-Arkivji Fiżiċi tal-Karta. Jekk id-databases tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li jistgħu jsiru tfittxijiet fihom b'mod elettroniku jinkludu oqsma għal, u jinkludu l-informazzjoni kollha deskritta fis-subparagrafu C(3), ma jkunx meħtieġ li ssir tiftixa ulterjuri fl-arkivji fiżiċi tal-karta. Jekk id-databases elettroniċi ma jinkludux dik l-informazzjoni kollha, fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha twettaq ukoll rieżami tal-fajl prinċipali attwali tal-klijenti u, sa fejn ma jinsabux fil-fajl prinċipali attwali tal-klijenti, id-dokumenti li ġejjin li huma assoċjati mal-kont u li jkunu ġew miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tul l-aħħar ħames snin, għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2):

(a)

l-Evidenza Dokumentata l-aktar reċenti miġbura fir-rigward tal-kont;

(b)

il-kuntratt jew id-dokumentazzjoni ta' ftuħ ta' kont l-aktar reċenti;

(c)

id-dokumentazzjoni l-aktar reċenti miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-Proċeduri tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (AML/KYC) jew għal finijiet regolatorji oħra;

(d)

kwalunkwe dokumenti ta' prokura jew ta' awtorità firmatarja attwalment fis-seħħ; u

(e)

kwalunkwe struzzjoni permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depożitarju) biex jiġu ttrasferiti fondi attwalment fis-seħħ.

3.

Eċċezzjoni Għall-Każ Fejn id-Databases Ikun Fihom Informazzjoni Suffiċjenti. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex mitluba twettaq it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritta fis-subparagrafu C(2) fil-każ li l-informazzjoni li tista' tiġi mfittxija b'mod elettroniku tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

l-istatus ta' residenza tad-Detentur ta' Kont;

(b)

l-indirizz postali u l-indirizz ta' residenza ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(c)

in-numru(i) tat-telefon ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords, jekk ikun hemm, tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(d)

fil-każ ta' Kontijiet Finanzjarji għajr Kontijiet Depożitarji, jekk ikun hemm struzzjonijiet permanenti biex jiġu ttrasferiti fondi fil-kont għal kont ieħor (inkluż kont f'fergħa oħra tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew Istituzzjoni Finanzjarja oħra);

(e)

jekk ikun hemm indirizz attwali ta' ‘in-care-of’ jew struzzjoni attwali ta' ‘hold mail’ għad-Detentur ta' Kont; u

(f)

jekk ikun hemm kwalunkwe prokura jew awtorità firmatarja għall-kont.

4.

Rikjesta tal-Maniġer tal-Kuntatti għal Għarfien Attwali. Minbarra t-tiftix b'mod elettroniku u t-tiftix fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritti fis-subparagrafi C(1) u (2), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta bħala Kont Rapportabbli kwalunkwe Kont ta' Valur Għoli assenjat lil maniġer tal-kuntatti (inkluż kwalunkwe Kont Finanzjarju aggregat ma' dak il-Kont ta' Valur Għoli) jekk il-maniġer tal-kuntatti jkollu għarfien attwali li d-Detentur ta' Kont ikun Persuna Rapportabbli.

5.

Effett ta' Sejbien ta' Indicia.

(a)

Jekk l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2) ma jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u jekk il-kont ma jiġix identifikat bħala li hu miżmum minn Persuna Rapportabbli skont is-subparagrafu C(4), ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri sakemm ma jkunx hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont.

(b)

Jekk kwalunkwe indicium elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, jew jekk ikun hemm bidla sussegwenti fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għalih indicium ikun ġie identifikat sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

(c)

Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care of’ jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb minn tali Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur ta' Kont. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx tista' tikseb tali awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja, din għandha tirrapporta l-kont lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha jew ta' Andorra, skont kif jeħtieġ il-kuntest, bħala kont mhux dokumentat.

6.

Jekk Kont Individwali Preeżistenti ma jkunx Kont ta' Valur Għoli fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, iżda jsir Kont ta' Valur Għoli fl-aħħar jum ta' sena kalendarja sussegwenti, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikkompleta l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C fir-rigward ta' tali kont fis-sena kalendarja wara s-sena li fiha l-kont isir Kont ta' Valur Għoli. Jekk, abbażi ta' dak ir-rieżami, tali kont ikun identifikat bħala Kont Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-informazzjoni meħtieġa dwar tali kont fir-rigward tas-sena li fiha jkun identifikat bħala Kont Rapportabbli u fis-snin sussegwenti fuq bażi annwali, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.

7.

Ladarba Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tapplika l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C għall-Kont ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx meħtieġa tapplika tali proċeduri mill-ġdid, minbarra r-rikjesta tal-maniġer tal-kuntatti deskritta fis-subparagrafu C(4), għall-istess Kont ta' Valur Għoli fi kwalunkwe sena sussegwenti sakemm il-kont ikun mhux dokumentat, f'liema każ l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tapplikahom mill-ġdid kull sena sakemm tali kont ma jibqax mhux dokumentat.

8.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli li twassal biex wieħed jew aktar indicia deskritti fis-subparagrafu B(2) jiġu assoċjati mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għaliha jkun ġie indikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

9.

Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha timplimenta proċeduri biex tiżgura li l-maniġer tal-kuntatti jidentifika kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi ta' kont. Pereżempju, jekk maniġer tal-kuntatti jiġi nnotifikat li d-Detentur tal-Kont ikollu indirizz postali ġdid f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun meħtieġa tittratta l-indirizz il-ġdid bħala bidla fiċ-ċirkostanzi u, jekk tagħżel li tapplika s-subparagrafu B(6), tkun meħtieġa tikseb id-dokumentazzjoni xierqa mingħand id-Detentur tal-Kont.

D.

Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Għoli għandu jitlesta fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016. Ir-Rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Inqas għandu jitlesta fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016.

E.

Kwalunkwe Kont Individwali Preeżistenti li jkun ġie identifikat bħala Kont Rapportabbli skont din it-Taqsima għandu jiġi trattat bħala Kont Rapportabbli fis-snin sussegwenti kollha, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.

TAQSIMA IV

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI ĠODDA

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli minn fost Kontijiet Individwali Ġodda.

A.

Fir-rigward ta' Kontijiet Individwali Ġodda, malli jinfetaħ il-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni tal-ftuħ tal-kont, li tippermetti lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tiddetermina r-residenza/i tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.

B.

Jekk l-awtoċertifikazzjoni tistabbilixxi li d-Detentur tal-Kont huwa residenti għal finijiet ta' taxxa f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli u l-awtoċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll in-NIT tad-Detentur tal-Kont fir-rigward ta' tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli (soġġett għall-paragrafu D tat-Taqsima I) u d-data tat-twelid.

C.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont Individwali Ġdid li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf, jew li jkollha raġuni biex tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni oriġinali hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tiddependi fuq l-awtoċertifikazzjoni oriġinali u għandha tikseb awtoċertifikazzjoni valida li tistabbilixxi r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont.

TAQSIMA V

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ PREEŻISTENTI

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli minn fost Kontijiet ta' Entità Preeżistenti.

A.

Kontijiet ta' Entità Mhux Meħtieġa li Jiġu Eżaminati, Identifikati jew Rapportati. Sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddeċidix mod ieħor, jew fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti kollha jew, separatament, fir-rigward ta' kwalunkwe grupp identifikat b'mod ċar ta' tali kontijiet, Kont ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont aggregat jew b'valur li ma jaqbiżx USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, mhuwiex meħtieġ li jiġi rieżaminat, identifikat, jew rappurtat bħala Kont Rapportabbli sakemm il-bilanċ tal-kont aggregat jew il-valur ma jaqbiżx dak l-ammont fl-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti.

B.

Kontijiet ta' Entità soġġetti għal Rieżami. Kontijiet ta' Entità Preeżistenti li għandhom bilanċ tal-kont jew valur aggregat akbar minn USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, u Kontijiet ta' Entità Preeżistenti li ma jaqbżux, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, dak l-ammont iżda l-bilanċ tal-kont jew il-valur aggregat tagħhom jaqbeż tali ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti, għandhom jiġu rieżaminati skont il-proċeduri stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu D.

C.

Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, huma biss dawk il-kontijiet li huma miżmuma minn Entità waħda jew aktar li huma Persuni Rapportabbli, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli, li għandhom jiġu ttrattati bħala Kontijiet Rapportabbli.

D.

Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet tal-Entità li fir-Rigward Tagħhom Jeħtieġ Rappurtar. Għall-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' rieżami li ġejjin biex jiġi ddeterminat jekk il-kont huwiex miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:

1.

Tiddetermina Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.

(a)

Tagħmel rieżami tal-informazzjoni li tinżamm għal finijiet regolatorji jew ta' kuntatt mal-klijent (inkluża informazzjoni miġbura skont il-Proċeduri tal-AML/KYC) biex jiġi ddeterminat jekk l-informazzjoni tindikax li d-Detentur tal-Kont huwiex residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Għal din il-fini, l-informazzjoni li tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli tinkludi post ta' inkorporazzjoni jew organizzazzjoni, jew indirizz f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

(b)

Jekk l-informazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli sakemm ma tiksibx awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont, jew b'mod raġonevoli tiddetermina, abbażi tal-informazzjoni li jkollha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont mhuwiex Persuna Rapportabbli.

2.

Tiddetermina Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar Li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Preeżistenti (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi D(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi.

(a)

Determinazzjoni ta' jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi ta' informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.

(b)

Determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.

(c)

Determinazzjoni ta' jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq:

(i)

informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC fil-każ ta' Kont ta' Entità Preeżistenti miżmum minn NFE waħda jew aktar b'bilanċ jew valur aggregat tal-kont li ma jaqbiżx USD 1 000 000, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra; jew

(ii)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti tal-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) fejn il-Persuna Kontrollanti tkun residenti għal finijiet ta' taxxa.

E.

It-Taqqit taż-żmien tar-Rieżami u ta' Proċeduri Addizzjonali Applikabbli għall-Kontijiet tal-Entità Preeżistenti.

1.

Ir-Rieżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, irid jitlesta fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ.

2.

Ir-Rieżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li ma jaqbiżx USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, iżda li jaqbeż dak l-ammont mill-31 ta' Diċembru ta' sena sussegwenti, irid jitlesta fis-sena kalendarja ta' wara s-sena li fiha l-bilanċ jew valur aggregat tal-kont jaqbeż tali ammont.

3.

Jekk isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti li bħala riżultat tagħha l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ssir taf, jew ikollha raġuni li tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni oħra assoċjata ma' kont hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tiddetermina l-istatus tal-kont skont il-proċeduri stipulati fil-paragrafu D.

TAQSIMA VI

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ ĠODDA

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli minn fost Kontijiet ta' Entità Ġodda.

A.

Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Għal Kontijiet ta' Entità Ġodda, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' rieżami li ġejjin biex jiġi determinat jekk il-kont ikunx miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:

1.

Tiddetermina Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.

(a)

Għandha tinkiseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni għall-ftuħ tal-kont, li biha l-Istituzzjoni finanzjarja Rapportanti tkun tista' tiddetermina r-residenza(i) tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'rabta mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri tal-AML/KYC. Jekk l-entità tiċċertifika li ma għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità biex tiddetermina r-residenza tad-Detentur tal-Kont.

(b)

Jekk l-awtoċertifikazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli, sakemm hija ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun disponibbli pubblikament, li d-Detentur tal-Kont huwa Persuna Rapportabbli fir-rigward ta' tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

2.

Tiddetermina Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar Li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Preeżistenti (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi A(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi.

(a)

Determinazzjoni ta' jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma jkollhiex informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li abbażi tagħha tista' tiddetermina b'mod raġonevoli li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li ma tkunx Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti.

(b)

Determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.

(c)

Determinazzjoni ta' jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għal finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti.

TAQSIMA VII

REGOLI SPEĊJALI DWAR ID-DILIĠENZA DOVUTA

Ir-regoli addizzjonali li ġejjin japplikaw fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti hawn fuq:

A.

Dipendenza fuq Awtoċertifikazzjonijiet u Evidenza Dokumentata. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax toqgħod fuq l-awtoċertifikazzjoni jew fuq l-Evidenza Dokumentata jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf jew għandha raġuni biex tkun taf li l-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata hija żbaljata jew mhux affidabbli.

B.

Proċeduri alternattivi għal Kontijiet Finanzjarji Miżmuma minn Benefiċjarji Individwali ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju u għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tippreżumi li benefiċjarju individwali (għajr is-sid) ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju li jirċievi benefiċċju tal-mewt ma jkunx Persuna Rapportabbli u tista' tittratta tali Kont Finanzjarju bħala differenti minn Kont Rapportabbli sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha għarfien dwar il-fatt, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha raġuni biex tkun taf li benefiċjarju ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju jkun Persuna Rapportabbli jekk l-informazzjoni miġbura mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u assoċjata mal-benefiċjarju jkun fiha indicia kif deskritt fil-paragrafu B tat-Taqsima III. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf biċ-ċert, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu B tat-Taqsima III.

L-Istat Membru jew Andorra għandu jkollhom l-għażla li jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti jittrattaw Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp bħala Kont Finanzjarju li ma jkunx Kont Rapportabbli qabel id-data li fiha jkun pagabbli ammont lill-impjegat/lid-detentur taċ-ċertifikat jew lill-benefiċjarju, jekk il-Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew il-Kuntratt ta' Vitalizju jinħareġ lil impjegatur u jkopri 25 impjegat/detentur ta' ċertifikat jew aktar;

(b)

l-impjegat/id-detenturi ta' ċertifikat huma intitolati li jirċievu kwalunkwe valur tal-kuntratt relatat mal-interessi tagħhom u li jinnominaw benefiċjarji għall-benefiċċju pagabbli mal-mewt tal-impjegat; u

(c)

l-ammont aggregat pagabbli lil kwalunkwe impjegat/detentur taċ-ċertifikat jew benefiċjarju ma jaqbiżx USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra.

‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp’ tfisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus li (i) jipprovdi kopertura għal individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor; u (ii) jimponi primjum fuq kull membru tal-grupp (jew membru ta' klassi fi ħdan grupp) li jkun determinat bla ma jiġu kkunsidrati l-karatteristiki individwali tas-saħħa għajr l-età, is-sess, u d-drawwiet tat-tipjip ta' membru (jew klassi ta' membri) tal-grupp.

‘Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp’ tfisser Kuntratt ta' Vitalizju skont liema l-interessati huma individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, korp kummerċjali, trade union, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil Andorra u Andorra għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lil Andorra, u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand Andorra lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew minn Andorra għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

C.

Regoli tal-Aggregat tal-Bilanċ tal-Kont u Regoli tal-Munita.

1.

Aggregat ta' Kontijiet Individwali. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn individwu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li tiġbor flimkien il-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sa fejn is-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.

2.

Aggregazzjoni ta' Kontijiet ta' Entità. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn Entità, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li tikkunsidra l-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sal-punt li s-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.

3.

Regola ta' Aggregazzjoni Speċjali Applikabbli għal Maniġers tal-Kuntatti. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn persuna biex jiġi ddeterminat jekk Kont Finanzjarju huwiex Kont ta' Valur Għoli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha wkoll, fil-każ ta' kwalunkwe Kont Finanzjarju li dwaru maniġer tal-kuntatti jkun jaf jew ikollu raġuni biex ikun jaf, li dan ikun jappartjeni b'mod dirett jew indirett lil, jew li jkun ikkontrollat, jew stabbilit (ħlief f'kapaċità fiduċjarja) mill-istess persuna, tiġbor flimkien (taggrega) dawn il-kontijiet kollha.

4.

Ammonti Moqrija bħala li Jinkludu l-Ekwivalenti f'Muniti Oħra. L-ammonti kollha denominati fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra għandhom jinqraw bħala li jinkludu ammonti ekwivalenti f'muniti oħrajn, kif iddeterminat mil-liġijiet nazzjonali.

TAQSIMA VIII

TERMINI MFISSRA

It-termini li ġejjin għandhom it-tifsiriet stipulati hawn taħt:

A.

Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti

1.

‘Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru jew Istituzzjoni Finanzjarja ta' Andorra, skont kif jitlob il-kuntest, li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti.

2.

‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, iżda t-terminu jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, jekk dik il-fergħa tkun tinsab f'dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti.

3.

‘Istituzzjoni Finanzjarja’ tfisser Istituzzjoni ta' Kustodja, Istituzzjoni Depożitorja, Entità ta' Investiment, jew Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata.

4.

‘Istituzzjoni ta' Kustodja’ tfisser Entità li żżomm, bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha, Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn. Entità żżomm, bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha, Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għaż-żamma ta' Assi Finanzjarji u servizzi finanzjarji relatati jkun ugwali jew jaqbeż l-20 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perijodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru (jew l-aħħar jum ta' perijodu tal-kontabilità ta' sena mhux kalendarja) qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perijodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti.

5.

‘Istituzzjoni Depożitorja’ tfisser kwalunkwe Entità li taċċetta depożiti bħala parti mit-twettiq ordinarju ta' negozju bankarju jew ta' negozju simili.

6.

‘Entità tal-Investiment’ tfisser kwalunkwe Entità:

(a)

li primarjament twettaq bħala negozju wieħed jew aktar mill-attivitajiet jew operazzjonijiet li ġejjin għal jew f'isem klijent:

(i)

negozjar fi strumenti tas-suq monetarju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati tad-depożitu, derivati, eċċ.); il-kambju f'valuta barranija; strumenti ta' kambju, tar-rati tal-imgħax u tal-indiċi; titoli trasferibbli; jew negozju fil-futuri ta' komoditajiet;

(ii)

Immaniġġjar ta' portafolji individwali jew kollettivi; jew

(iii)

forom oħra ta' investiment, amministrar, jew immaniġġjar ta' Assi Finanzjarji jew flus f'isem persuni oħra; jew

(b)

li l-introjtu gross tagħha jkun attribwibbli primarjament għall-investiment, l-investiment mill-ġdid jew in-negozjar f'Assi Finanzjarji, jekk l-Entità hija ġestita minn Entità oħra li tkun Istituzzjoni Depożitorja, Istituzzjoni ta' Kustodja, Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt fis-subparagrafu A(6)(a).

Entità tiġi trattata bħala li primarjament tkun qed tmexxi bħala negozju waħda jew aktar mill-attivitajiet tagħha deskritti fis-subparagrafu A(6)(a), jew introjtu gross ta' Entità jiġi primarjament attribwibbli għal investiment, investiment mill-ġdid, jew negozjar f'Assi Finanzjarji għall-finijiet tas-subparagrafu A(6)(b), jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għall-attivitajiet rilevanti jkun ugwali jew jaqbeż il-50 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perijodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perijodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti. It-terminu ‘Entità tal-Investiment’ ma jinkludix Entità li tkun NFE Attiva għaliex dik l-Entità tissodisfa xi wieħed mill-kriterji fis-subparagrafi D(9)(d) sa (g).

Dan il-paragrafu għandu jkun interpretat b'mod li jkun konsistenti ma' lingwaġġ simili stipulat fid-definizzjoni ta' ‘istituzzjoni finanzjarja’ fir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

7.

It-terminu ‘Assi Finanzjarju’ jinkludi titolu (pereżempju, sehem minn stokk f'korporazzjoni; sħubija jew interess fuq sjieda benefiċjarja fi sħubija jew fiduċjarja korporattiva b'parteċipazzjoni wiegħa jew innegozjata pubblikament; kambjala, bond, obbligazzjoni, jew evidenza oħra ta' pożizzjoni ta' dejn), interess fi sħubija, prodotti, swap (pereżempju, swaps tar-rati tal-interess, swaps ta' munita, basis swaps, limiti fuq ir-rati ta' imgħax, rati ta' imgħax minimi (interest rate floors), swaps ta' komoditajiet, swaps ta' ekwità, swaps tal-indiċi ta' ekwità, u ftehimiet simili), Kuntratt tal-Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Vitalizju, jew kwalunkwe interess (inkluż kuntratt tal-futuri jew forward, jew opzjoni forward) f'titolu, interess fi sħubija, prodott, swap, Kuntratt tal-Assigurazzjoni, jew Kuntratt ta' Vitalizju. It-terminu ‘Assi Finanzjarju’ ma jinkludix interess dirett mingħajr dejn fi proprjetà immobbli.

8.

‘Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata’ tfisser Entità li tkun kumpannija tal-assigurazzjoni (jew il-kumpannija azzjonarja ta' kumpannija tal-assigurazzjoni) li toħroġ Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, jew li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward ta' tali Kuntratti.

B.

Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti

1.

‘Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li tkun:

(a)

Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali, ħlief fir-rigward ta' pagament li huwa derivat minn obbligu li jkun hemm f'konnessjoni ma' attività finanzjarja kummerċjali tat-tip li tkun attiva fiha Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, Istituzzjoni ta' Kustodja, jew Istituzzjoni Depożitorja;

(b)

Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Wiesgħa; Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Limitata; Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali; jew Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu;

(c)

kwalunkwe Entità oħra li tippreżenta riskju baxx li tintuża għall-evażjoni tat-taxxa, b'karatteristiki sostanzjalment simili għal kwalunkwe waħda mill-Entitajiet deskritti fis-subparagrafi B(1)(a) u (b), u li hija definita fil-liġijiet nazzjonali bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti, u, fil-każ tal-Istati Membri, hija pprovduta fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikata lil Andorra, u fil-każ ta' Andorra, hija kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea, sakemm l-istatus ta' tali Entità bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti ma jfixkilx l-għanijiet tal-Ftehim;

(d)

Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat; jew

(e)

trust sal-punt li l-fiduċjarju tat-trust ikun Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u jirrapporta l-informazzjoni kollha li għandha tiġi rrappurtata skont it-Taqsima I fir-rigward tal-Kontijiet Rapportabbli kollha tat-trust.

2.

‘Entità Governattiva’ tfisser il-gvern ta' Stat Membru, ta' Andorra jew ta' ġurisdizzjoni oħra, kwalunkwe sottodiviżjoni politika ta' Stat Membru, ta' Andorra jew ta' ġurisdizzjoni oħra (li, biex jiġi evitat id-dubju, jinkludi stat, provinċja, kontea, jew muniċipalità), jew kwalunkwe aġenzija jew mezz strumentali akkwiżita totalment ta' Stat Membru, ta' Andorra jew ta' ġurisdizzjoni oħra jew ta' kwalunkwe wieħed jew iktar ta' dan ta' qabel (kull waħda minnhom, ‘Entità Governattiva’). Din il-kategorija hi magħmula mill-partijiet integrali, l-entitajiet ikkontrollati, u s-sottodiviżjonijiet politiċi ta' Stat Membru, ta' Andorra jew ta' ġurisdizzjoni oħra.

(a)

‘Parti integrali’ ta' Stat Membru, ta' Andorra jew ta' ġurisdizzjoni oħra tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni, aġenzija, bureau, fond, strument, jew korp ieħor, jissemma kif jissemma, li jikkostitwixxi awtorità governattiva ta' Stat Membru, ta' Andorra jew ta' ġurisdizzjoni oħra. Il-qligħ nett tal-awtorità governattiva għandu jiġi akkreditat lill-kont proprju jew lil kontijiet oħra tal-Istat Membru, ta' Andorra jew ta' ġurisdizzjoni oħra, u ebda sehem ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata. Parti integrali ma tinkludi ebda individwu li huwa sovran, uffiċjal, jew amministratur li jaġixxi f'kapaċità privata jew personali.

(b)

‘Entità kkontrollata’ tfisser Entità li fil-forma tagħha hija separata mill-Istat Membru, minn Andorra jew minn ġurisdizzjoni oħra, jew li b'xi mod ieħor tikkostitwixxi entità ġuridika separata, diment li:

(i)

l-Entità tappartjeni kompletament u hija kkontrollata minn Entità Governattiva waħda jew aktar direttament jew minn entità kkontrollata waħda jew aktar;

(ii)

il-qligħ nett tal-Entità jkun akkreditat fil-kont proprju jew fil-kontijiet ta' Entità Governattiva waħda jew aktar, filwaqt li ebda sehem tal-introjtu tagħha ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata; u

(iii)

mal-likwidazzjoni, l-assi tal-Entità jiġu vestiti f'Entità Governattiva waħda jew aktar.

(c)

L-introjtu ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk tali persuni jkunu l-benefiċjarji intenzjonati ta' programm governattiv, u l-attivitajiet tal-programm jitwettqu għall-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-benesseri komuni jew jirrigwardaw l-amministrazzjoni ta' xi fażi tal-gvern. Minkejja dan ta' hawn fuq, l-introjtu jitqies bħala li jkun għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk l-introjtu jkun derivat mill-użu ta' Entità Governattiva għat-tmexxija ta' negozju kummerċjali, bħal negozju bankarju kummerċjali, li jipprovdi servizzi finanzjarji lil persuni privati.

3.

‘Organizzazzjoni Internazzjonali’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali, jew aġenzija jew strument akkwiżiti totalment minnha. Din il-kategorija tinkludi kull organizzazzjoni intergovernattiva (inkluża organizzazzjoni supranazzjonali) (i) li hi primarjament magħmula minn gvernijiet; (ii) li għandha fil-fatt kwartieri ġenerali jew ftehim sostanzjalment simili mal-Istat Membru, ma' Andorra jew mal-ġurisdizzjoni l-oħra; u (iii) li l-introjtu tagħha ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati.

4.

‘Bank Ċentrali’ tfisser istituzzjoni li, bil-liġi jew sanzjoni tal-gvern, hija l-awtorità prinċipali, minbarra l-gvern tal-Istat Membru, ta' Andorra jew tal-ġurisdizzjoni l-oħra stess, li toħroġ strumenti maħsuba biex jiċċirkolaw bħala munita. Tali istituzzjoni tista' tinkludi strument li jkun separat mill-gvern tal-Istat Membru, ta' Andorra jew tal-ġurisdizzjoni l-oħra, irrispettivament minn jekk tkunx akkwiżita totalment jew parzjalment mill-Istat Membru, minn Andorra jew mill-ġurisdizzjoni l-oħra.

5.

‘Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Wiesgħa’ tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, lil benefiċjarji li attwalment huma, jew qabel kienu, impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' wieħed jew aktar impjegaturi f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm il-fond:

(a)

ma jkollux benefiċjarju wieħed bi dritt għal aktar minn 5 % tal-assi tal-fond;

(b)

huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi r-rappurtar ta' informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa; u

(c)

jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-fond ġeneralment huwa eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu mill-investiment, jew it-tali introjtu jkollu t-tassazzjoni differita jew jiġi intaxxat b'rata mnaqqsa, minħabba l-istatus tiegħu ta' pjan tal-irtirar jew tal-pensjoni;

(ii)

il-fond jirċievi tal-anqas 50 % tat-total ta' kontribuzzjonijiet tiegħu (minbarra trasferimenti ta' assi minn pjanijiet oħra deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew minn kontijiet tal-irtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) mill-impjegaturi li jkun qed jiffinanzjawh;

(iii)

id-distribuzzjonijiet jew il-ġbid ta' flus mill-fond huma permessi biss meta jseħħu avvenimenti speċifiċi relatati ma' rtirar, diżabbiltà, jew mewt (ħlief għal distribuzzjonijiet imġedda għal fondi oħrajn tal-irtirar deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew kontijiet tal-irtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)), jew japplikaw penali għal distribuzzjonijiet jew għal ġbid ta' flus li jseħħu qabel tali avvenimenti speċifikati; jew

(iv)

il-kontribuzzjonijiet (minbarra ċerti kontribuzzjonijiet make-up li jkunu permessi) mill-impjegati għall-fond huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat tal-impjegat, jew ma jistgħux ikunu ta' aktar minn USD 50 000 fis-sena, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra, bl-applikazzjoni tar-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kont u tal-qlib tal-munita.

6.

‘Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Limitata’ tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji li attwalment huma, jew qabel kienu, impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' sid wieħed jew aktar f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm:

(a)

il-fond ikollu inqas minn 50 parteċipant;

(b)

il-fond huwa ffinanzjat minn wieħed jew aktar impjegaturi li mhumiex Entitajiet tal-Investiment jew NFEs passivi;

(c)

il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u tal-impjegatur għall-fond (għajr trasferimenti ta' assi minn kontijiet tal-irtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat u l-kumpens tal-impjegati, rispettivament;

(d)

il-parteċipanti li mhumiex residenti tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Andorra) li fiha huwa stabbilit il-fond mhumiex intitolati għal aktar minn 20 % tal-assi tal-fond; u

(e)

il-fond huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi r-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa.

7.

‘Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali’ tfisser fond stabbilit minn Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali għall-provvediment ta' benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji jew parteċipanti li attwalment huma, jew qabel kienu impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati), jew li attwalment mhumiex, jew qabel ma kinux impjegati, jekk il-benefiċċji pprovduti lil tali benefiċjarji jew parteċipanti huma b'konsiderazzjoni ta' servizzi personali mwettqa għall-Entità Governattiva, l-Organizzazzjoni Internazzjonali jew il-Bank Ċentrali.

8.

‘Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu’ tfisser Istituzzjoni Finanzjarja li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-Istituzzjoni Finanzjarja tkun Istituzzjoni Finanzjarja unikament għaliex tkun emittenti ta' karti tal-kreditu li taċċetta depożiti biss meta konsumatur jagħmel pagament f'eċċess ta' bilanċ dovut fir-rigward tal-karta u l-pagament żejjed ma jiġix irritornat lill-klijent immedjatament; u

(b)

mad-dħul fis-seħħ, jew qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta politiki u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn USD 50 000 jew ta' ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, filwaqt li f'kull każ tapplika r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija.

9.

‘Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat’ tfisser Entità tal-Investiment li tkun regolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv, sakemm l-interessi kollha fil-veikolu ta' investiment kollettiv huma miżmuma minn jew permezz ta' individwi jew Entitajiet li ma jkunux Persuni Rapportabbli, ħlief NFE Passiva b'Persuni li Jikkontrollaw li jkunu Persuni Rapportabbli.

Entità tal-Investiment li hija rregolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv ma għandhiex ma tikkwalifikax skont is-subparagrafu B(9) bħala Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat, unikament minħabba li l-veikolu ta' investiment kollettiv ikun ħareġ ishma fiżiċi f'forma ta' portatur, sakemm:

(a)

il-veikolu ta' investiment kollettiv, ma jkunx ħareġ, u ma joħroġx, xi ishma fiżiċi f'forma ta' portatur wara l-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016;

(b)

il-veikolu ta' investiment kollettiv jirtira l-ishma kollha ta' dan it-tip maċ-ċessjoni;

(c)

il-veikolu ta' investiment kollettiv iwettaq il-proċeduri tad-diliġenza dovuta stipulati iktar 'il quddiem fit-Taqsimiet II sa VII u jirrapporta kwalunkwe informazzjoni li għandha tiġi rrapportata fir-rigward ta' ishma meta tali ishma jkunu ppreżentati għal amortizzazzjoni jew pagament ieħor; u

(d)

il-veikolu ta' investiment kollettiv ikollu fis-seħħ politiki u proċeduri biex jiġi żgurat li tali ishma jinfdew jew jiġu mmobilizzati kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016.

C.

Kont Finanzjarju

1.

‘Kont Finanzjarju’ tfisser kont miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, u t-terminu jinkludi Kont Depożitarju, Kont ta' Kustodja u:

(a)

fil-każ ta' Entità tal-Investiment, kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda interess ta' ekwità jew ta' dejn f'Entità li tkun Entità tal-Investiment unikament minħabba li (i) tagħti pariri dwar l-investiment, u taġixxi f'isem, jew (ii) timmaniġġja portafolji għal klijent u taġixxi f'ismu għall-finijiet ta' investiment, maniġġjar, jew amministrar ta' Assi Finanzjarji depożitati f'isem il-klijent ma' Istituzzjoni Finanzjarja għajr dik l-Entità;

(b)

fil-każ ta' Istituzzjoni Finanzjarja mhux deskritta fis-subparagrafu C(1)(a), kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja, jekk il-klassi ta' interessi kienet stabbilita għall-fini li jiġi evitat ir-rappurtar li għandu jsir skont it-Taqsima I; u

(c)

kwalunkwe Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u kwalunkwe Kuntratt ta' Vitalizju maħruġ jew miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, għajr vitalizju immedjat tal-ħajja mhux marbut ma' investiment u mhux trasferibbli li jinħareġ lil individwu u jiffissa l-valur fi flus ta' pensjoni jew benefiċċju ta' diżabbiltà previst bħala parti minn kont li jkun Kont Eskluż.

It-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda kont li jkun Kont Eskluż.

2.

It-terminu ‘Kont Depożitarju’ jinkludi kwalunkwe kont kummerċjali, taċ-ċekkijiet, ta' tifdil, fiss, jew thrift, jew kont li huwa evidenzjat minn ċertifikat ta' depożitu, ċertifikat ta' tifdil għall-irtirar, ċertifikat ta' investiment, ċertifikat ta' dejn, jew strument ieħor simili miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja matul negozju ordinarju bankarju jew wieħed simili. Kont Depożitarju jinkludi wkoll ammont miżmum minn kumpannija tal-assigurazzjoni skont kuntratt ta' investiment garantit jew ftehim simili biex jitħallas jew jiġi akkreditat interess fuqu.

3.

‘Kont ta' Kustodja’ tfisser kont (minbarra Kuntratt ta' Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Vitalizju) li jkollu Assi Finanzjarju wieħed jew aktar għall-benefiċċju ta' persuna oħra.

4.

‘Interess fuq Ekwità’, fil-każ ta' sħubija li hija Istituzzjoni Finanzjarja, tfisser jew interess fuq kapital jew interess fuq il-qligħ fis-sħubija. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja, interess fuq Ekwità hu meqjus li jkun miżmum minn kwalunkwe persuna ttrattata bħala settlor jew benefiċjarju tat-trust kollha jew ta' parti minnha, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust. Persuna Rapportabbli tiġi ttrattata bħala benefiċjarju ta' trust jekk tali Persuna Rapportabbli jkollha d-dritt li tirċievi direttament jew indirettament (pereżempju, permezz ta' nominat) distribuzzjoni mandatorja jew tista' tirċievi, direttament jew indirettament, distribuzzjoni diskrezzjonarja mit-trust.

5.

‘Kuntratt ta' Assigurazzjoni’ tfisser kuntratt (minbarra Kuntratt ta' Vitalizju) skont liema l-emittent jaqbel li jħallas ammont mal-okkorrenza ta' kontinġenza speċifikata li tinvolvi mortalità, morbożità, inċident, responsabbiltà, jew riskju tal-proprjetà.

6.

‘Kuntratt ta' Vitalizju’ tfisser kuntratt li bih l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal perijodu ta' żmien determinat bis-sħiħ jew b'mod parzjali b'referenza għall-istennija tal-ħajja ta' individwu wieħed jew aktar. It-terminu jinkludi wkoll kuntratt li huwa meqjus bħala kull Kuntratt ta' Vitalizju skont il-liġi, ir-regolament jew il-prattika tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) li fiha nħareġ il-kuntratt, u li skont liema l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal terminu ta' snin.

7.

‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus’ tfisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tar-riassigurazzjoni ta' indennizz bejn żewġ kumpanniji tal-assigurazzjoni) li għandu Valur fi Flus.

8.

‘Valur fi Flus’ tfisser l-ikbar minn (i) l-ammont li d-detentur tal-polza huwa intitolat li jirċievi meta sseħħ iċ-ċessjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt (determinat mingħajr tnaqqis għal kwalunkwe ħlas għaċ-ċediment jew self għall-polza), u (ii) l-ammont li d-detentur tal-polza jista' jissellef skont jew fir-rigward tal-kuntratt. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Valur fi Flus’ ma jinkludix ammont pagabbli skont Kuntratt tal-Assigurazzjoni:

(a)

unikament minħabba l-mewt ta' individwu assigurat skont kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;

(b)

bħala benefiċċju għal korriment personali jew għall-mard jew bħala benefiċċju ieħor li jipprovdi indennizz ta' telf ekonomiku mġarrab malli jseħħ l-avveniment kopert mill-assigurazzjoni;

(c)

bħala rifużjoni ta' primjum imħallas qabel (nieqes l-ispiża tal-ħlasijiet tal-assigurazzjoni kemm jekk attwalment imposti jew le) skont kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbut ma' investiment jew kuntratt ta' Vitalizju) minħabba kanċellazzjoni jew terminazzjoni tal-kuntratt, tnaqqis fl-espożizzjoni tar-riskju matul il-perijodu effettiv tal-kuntratt, jew b'riżultat tal-korrezzjoni ta' kollokament jew żball simili rigward il-primjum għall-kuntratt;

(d)

bħala dividend ta' dententur tal-polza (minbarra dividend tat-terminazzjoni) sakemm id-dividend jirrigwarda Kuntratt tal-Assigurazzjoni skont liema l-uniċi benefiċċji pagabbli huma deskritti fis-subparagrafu C(8)(b); jew

(e)

bħala redditu ta' primjum bil-quddiem jew depożitu tal-primjum għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni li għalih il-primjum għandu jitħallas mill-inqas annwalment jekk l-ammont tal-primjum bil-quddiem jew id-depożitu tal-primjum ma jaqbiżx il-primjum annwali li jmiss li se jkun pagabbli skont il-kuntratt.

9.

‘Kont Preeżistenti’ tfisser:

(a)

Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mill-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016;.

(b)

Stat Membru jew Andorra għandu jkollhom l-għażla li jestendu t-tifsira ta' ‘Kont Preeżistenti’ sabiex tkun tfisser ukoll kwalunkwe Kont Finanzjarju ta' Detentur ta' Kont, irrispettivament mid-data li fiha nfetaħ dan il-Kont Finanzjarju, jekk:

(i)

id-Detentur tal-Kont iżomm ukoll mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew ma' Entità Relatata fl-istess ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Andorra) bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, Kont Finanzjarju li huwa Kont Preeżistenti skont is-subparagrafu C(9)(a);

(ii)

l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u, kif applikabbli, l-Entità Relatata fl-istess ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Andorra) bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, tittratta ż-żewġ Kontijiet Finanzjarji msemmijin hawn fuq, u kwalunkwe Kont Finanzjarju ieħor tad-Detentur tal-Kont li jiġi ttrattat bħala Kont Preeżistenti skont il-punt (b), bħala Kont Finanzjarju uniku sabiex jiġu ssodisfati l-istandards tar-rekwiżiti ta' għarfien stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu A tat-Taqsima VII, u sabiex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur ta' kwalunkwe wieħed mill-Kontijiet Finanzjarji meta jiġi applikat kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-kont;

(iii)

fir-rigward ta' Kont Finanzjarju li huwa soġġett għall-Proċeduri tal-AML/KYC, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija permessa tissodisfa dawn il-Proċeduri tal-AML/KYC għall-Kont Finanzjarju billi toqgħod fuq il-Proċeduri tal-AML/KYC mwettqa għall-Kont Preeżistenti deskritt fis-subparagrafu C(9)(a); u

(iv)

il-ftuħ tal-Kont Finanzjarju ma jeħtieġx l-għoti ta' informazzjoni ġdida, addizzjonali jew emendata tal-klijent mid-Detentur tal-Kont ħlief għall-finijiet ta' dan il-Ftehim.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil Andorra u Andorra għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-punt. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lil Andorra, u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand Andorra lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew minn Andorra għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

10.

‘Kont Ġdid’ tfisser Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti miftuħ mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, jew wara, sakemm ma jkunx ittrattat bħala Kont Preeżistenti skont id-definizzjoni estiża ta' Kont Preeżistenti fis-subparagrafu C(9).

11.

‘Kont Individwali Preeżistenti’ tfisser Kont Preeżistenti miżmum minn individwu wieħed jew aktar.

12.

‘Kont Individwali Ġdid’ tfisser Kont Ġdid miżmum minn individwu wieħed jew aktar.

13.

‘Kont ta' Entità Preeżistenti’ tfisser Kont Preeżistenti miżmum minn Entità waħda jew aktar.

14.

‘Kont ta' Valur Aktar Baxx’ tfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, li ma jaqbiżx USD 1 000 000, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra.

15.

‘Kont ta' Valur Għoli’ tfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat li jaqbeż USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016 jew mill-31 ta' Diċembru ta' kwalunkwe sena sussegwenti.

16.

‘Kont ta' Entità Ġdid’ tfisser Kont Ġdid miżmum minn Entità waħda jew aktar.

17.

‘Kont Eskluż’ tfisser kwalunkwe wieħed mill-kontijiet li ġejjin:

(a)

kont tal-irtirar jew tal-pensjoni li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala kont tal-irtirar personali jew huwa parti minn pjan ta' rtirar jew pensjoni rreġistrat jew irregolat għall-provvista ta' benefiċċji ta' rtirar jew pensjoni (inklużi benefiċċji ta' diżabilità jew mewt);

(ii)

il-kont jibbenefika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);

(iii)

ir-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa huwa meħtieġ fir-rigward tal-kont;

(iv)

il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li tintlaħaq età ta' rtirar speċifika, id-diżabilità, jew il-mewt, jew penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jkun sar qabel dawn l-avvenimenti speċifiċi; u

(v)

jew (i) il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal USD 50 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra jew inqas, jew (ii) hemm limitu ta' kontribuzzjoni massima tul il-ħajja għall-kont ta' USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra jew inqas, f'kull każ japplikaw ir-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.

Kont Finanzjarju li b'mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(a)(v) mhux se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn Kont Finanzjarju wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn fond tal-irtirar jew tal-pensjoni wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).

(b)

kont li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' investiment għal finijiet oħra għajr għall-irtirar u jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit, jew il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' tfaddil għal finijiet oħra għajr għall-irtirar;

(ii)

il-kont jibbenefika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);

(iii)

il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li jissodisfa kriterji speċifiċi dwar il-fini tal-kont ta' investiment jew ta' tfaddil (pereżempju, l-għoti ta' benefiċċji edukattivi jew mediċi), jew il-penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jsir qabel dawn il-kriterji jkunu ssodisfati; u

(iv)

il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal USD 50 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra jew inqas, billi jiġu applikati r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.

Kont Finanzjarju li b'mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(b)(iv) mhux se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn Kont Finanzjarju wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn fond tal-irtirar jew tal-pensjoni wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).

(c)

kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja b'perijodu ta' kopertura li jintemm qabel ma l-individwu assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, sakemm il-kuntratt jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

primjums perjodiċi, li ma jonqsux matul iż-żmien, ikunu pagabbli mill-inqas kull sena matul il-perijodu li l-kuntratt ikun fis-seħħ jew sakemm l-assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, skont liema jkun l-iqsar;

(ii)

il-kuntratt ma għandu l-ebda valur tal-kuntratt li kwalunkwe persuna tista' taċċessa (permezz ta' ġbid ta' flus, self, jew mod ieħor) mingħajr ma jintemm il-kuntratt;

(iii)

l-ammont (minbarra benefiċċju tal-mewt) pagabbli malli jiġi kkanċellat jew malli jintemm il-kuntratt ma jistax jaqbeż l-aggregat ta' primjums imħallsa għall-kuntratt, wara li jitnaqqsu l-ammonti tal-ispejjeż ta' mortalità, morbożità, u l-ħlasijiet għal spejjeż (jekk effettivament imposti jew le) għall-perijodu jew għall-perjodi tal-eżistenza tal-kuntratt u kwalunkwe ammont imħallas qabel il-kanċellazzjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt; u

(iv)

il-kuntratt ma jinżammx minn ċessjonarju għal valur;

(d)

kont li jinżamm biss minn patrimonju jekk id-dokumentazzjoni għal kont ta' dan it-tip tinkludi kopja tat-testment jew iċ-ċertifikat tal-mewt tal-persuna mejta;

(e)

kont stabbilit b'konnessjoni ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ordni jew sentenza tal-qorti.

(ii)

bejgħ, skambju, jew kiri ta' proprjetà immobbli jew personali, sakemm il-kont jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

il-kont huwa ffinanzjat biss bi ħlas parzjali, kapparra, depożitu f'ammont xieraq biex jiġi żgurat obbligu direttament marbut mat-tranżazzjoni, jew ħlas simili, jew huwa ffinanzjat b'Assi Finanzjarju li hu ddepożitat fil-kont b'konnessjoni mal-bejgħ, l-iskambju, jew il-kiri tal-proprjetà;

il-kont huwa stabbilit u użat biss biex jiġi żgurat l-obbligu tax-xerrej li jħallas il-prezz għax-xiri tal-proprjetà, li l-bejjiegħ iħallas kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti, jew li s-sid jew il-kerrej iħallas għal kwalunkwe dannu li jirrigwarda l-proprjetà mikrija kif miftiehem skont il-kuntratt tal-kera;

l-assi tal-kont, inkluż l-introjtu rikavat fuqhom, jitħallsu jew b'xi mod ieħor jitqassmu għall-benefiċċju tax-xerrej, il-bejjiegħ, is-sid, jew il-kerrej (inkluż biex jiġi ssodisfat l-obbligu ta' din il-persuna) meta tinbiegħ, tiġi skambjata jew ċeduta l-proprjetà, jew meta tintemm il-kirja;

il-kont mhuwiex marġni jew kont simili stabbilit b'rabta ma' bejgħ jew skambju ta' Assi Finanzjarju; u

il-kont mhuwiex assoċjat ma' kont deskritt fis-subparagrafu C(17)(f);

(iii)

obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja li tagħti servizz ta' self garantit minn proprjetà immobbli biex jitwarrab fil-ġenb porzjon ta' pagament biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi jew assigurazzjoni relatata ma' proprjetà immobbli aktar tard;

(iv)

obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi aktar tard;

(f)

Kont Depożitarju li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont jeżisti biss minħabba li klijent jagħmel pagament żejjed minn bilanċ dovut fir-rigward ta' karta ta' kreditu jew ta' faċilità ta' kreditu rinnovabbli oħra u l-pagament żejjed ma jmurx immedjatament lura għand il-klijent; u

(ii)

mad-dħul fis-seħħ, jew qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn USD 50 000 jew ta' ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew ta' Andorra, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, filwaqt li f'kull każ tapplika r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija;

(g)

kwalunkwe kont ieħor li jippreżenta riskju baxx li jintuża għall-evażjoni tat-taxxa, għandu sostanzjalment karatteristiki simili għal kwalunkwe wieħed mill-kontijiet deskritti fis-subparagrafi C(17)(a) sa (f), u huwa definit fil-liġijiet nazzjonali bħala Kont Eskluż u, fil-każ tal-Istati Membri, huwa previst fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikat lil Andorra u fil-każ ta' Andorra, huwa kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea, diment li l-istatus ta' tali kont bħala Kont Eskluż ma jfixkilx l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

D.

Kont Rapportabbli

1.

‘Kont Rapportabbli’ tfisser kont miżmum minn Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li hija Persuna Rapportabbli, sakemm dan ikun ġie identifikat bħala tali skont il-proċeduri tad-diliġenza dovuta deskritti fit-Taqsimiet II sa VII.

2.

‘Persuna Rapportabbli’ tfisser Persuna ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli minbarra: (i) korporazzjoni li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b'mod regolari f'wieħed jew aktar swieq tat-titoli stabbiliti; (ii) kwalunkwe korporazzjoni li hija Entità Relatata ta' korporazzjoni deskritta fil-klawsola (i); (iii) Entità Governattiva; (iv) Organizzazzjoni Internazzjonali; (v) Bank Ċentrali; jew (vi) Istituzzjoni Finanzjarja.

3.

‘Persuna ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli’ tfisser individwu jew Entità li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont il-liġijiet tat-taxxa ta' dik il-ġurisdizzjoni, jew patrimonju ta' persuna deċeduta li kienet residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Għal din il-fini, Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili, li ma' għandhiex residenza għall-finijiet tat-taxxa għandha tkun ittrattata bħala residenti fil-ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha.

4.

‘Ġurisdizzjoni Rapportabbli’ tfisser Andorra fir-rigward ta' Stat Membru jew Stat Membru fir-rigward ta' Andorra fil-kuntest tal-obbligu li tingħata l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I.

5.

‘Ġurisdizzjoni Parteċipanti’, fir-rigward ta' Stat Membru jew ta' Andorra, tfisser:

(a)

kwalunkwe Stat Membru fir-rigward tar-rappurtar lil Andorra, jew

(b)

Andorra fir-rigward tar-rappurtar lil Stat Membru, jew

(c)

kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Istat Membru rilevanti jew Andorra, skont kif jitlob il-kuntest, għandu ftehim fis-seħħ skont liema dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata minn dak l-Istat Membru jew minn Andorra u nnotifikata lil Andorra, rispettivament lill-Kummissjoni Ewropea

(d)

fir-rigward tal-Istati Membri, kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Unjoni Ewropea għandha ftehim fis-seħħ skont liema dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea.

6.

‘Persuni Kontrollanti’ tfisser il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw kontroll fuq Entità. Fil-każ ta' trust, dak it-terminu jfisser is-settlor(s), il-fiduċjarju(i), il-protettur(i) (jekk ikun hemm), il-benefiċjarju(i) jew klassi(jiet) ta' benefiċjarji, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust, u fil-każ ta' arranġament legali għajr trust, dan it-terminu jfisser persuni f'pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili. It-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

7.

‘NFE’ tfisser kwalunkwe Entità li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja.

8.

‘NFE Passiva’ tfisser kwalunkwe: (i) NFE li mhijiex NFE Attiva; jew (ii) Entità ta' Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.

9.

‘NFE Attiva’ tfisser kwalunkwe NFE li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

inqas minn 50 % tal-introjtu gross tal-NFE għas-sena kalendarja preċedenti jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor huwa introjtu passiv u inqas minn 50 % tal-assi miżmuma mill-NFE matul is-sena kalendarja preċedenti jew għall-perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor huma assi li jipproduċu jew jinżammu għall-produzzjoni ta' introjtu passiv;

(b)

l-istokk tal-NFE jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit jew l-NFE hija Entità Relatata ta' Entità li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit;

(c)

l-NFE hija Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali, Bank Ċentrali, jew Entità akkwiżita totalment minn wieħed jew aktar minnhom;

(d)

sostanzjalment l-attivitajiet kollha tal-NFE jikkonsistu f'li din iżżomm (b'mod totali jew parzjali) l-istokk pendenti ta' waħda jew aktar sussidjarji li jidħlu f'kummerċ jew negozji oħra għajr in-negozju ta' Istituzzjoni Finanzjarja, jew f'li tipproponi finanzjament u servizzi lil dawn is-sussidjarji; Entità ma tikkwalifikax għal dan l-istatus jekk l-Entità tiffunzjona (jew isservi) bħala fond ta' investiment, bħal fond ta' ekwità privata, fond ta' kapital ta' riskju, leveraged buyout fund, jew kwalunkwe strument ta' investiment li l-għan tiegħu hu li jakkwista jew jiffinanzja kumpanniji u mbagħad ikollu interessi f'dawk il-kumpanniji bħala assi kapitali għal finijiet ta' investiment;

(e)

l-NFE għadha mhux qed topera negozju u ma għandha l-ebda storja preċedenti ta' operat, iżda qiegħda tinvesti kapital f'assi bl-intenzjoni li topera negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja, sakemm l-NFE ma tikkwalifikax għal din l-eċċezzjoni wara d-data li hija 24 xahar wara d-data tal-organizzazzjoni inizjali tal-NFE;

(f)

l-NFE ma kinitx Istituzzjoni Finanzjarja f'dawn l-aħħar ħames snin, u tinsab fil-proċess li tillikwida l-assi tagħha jew qed torganizza lilha nnifisha mill-ġdid bl-intenzjoni li tkompli jew terġa' tibda l-operazzjonijiet f'negozju ieħor għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja;

(g)

l-NFE primarjament tinvolvi ruħha fil-finanzjament u t-tranżazzjonijiet ta' hedging ma', jew għal, Entitajiet Relatati li mhumiex Istituzzjonijiet Finanzjarji, u ma tipprovdix finanzjament jew servizzi ta' hedging lil ebda Entità li mhijiex Entità Relatata, sakemm il-grupp ta' kwalunkwe tali Entità Relatata huwa primarjament involut f'negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja; jew

(h)

l-NFE tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

hija stabbilita u topera fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) esklussivament għal finijiet reliġjużi, ta' karità, xjentifiċi, artistiċi, kulturali, atletiċi, jew edukattivi; jew hija stabbilita u topera fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) u hija organizzazzjoni professjonali, league tan-negozju, kamra tal-kummerċ, organizzazzjoni tax-xogħol, organizzazzjoni agrikola jew ortikulturali, league ċiviku jew organizzazzjoni mħaddma esklussivament għall-promozzjoni tal-benesseri soċjali;

(ii)

hija eżenti mit-taxxa fuq l-introjtu fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra);

(iii)

ma għandha l-ebda azzjonist jew membru li għandu dritt jew interess benefiċjali fl-introjtu jew tal-assi tagħha;

(iv)

il-liġijiet applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE ma jippermettu li l-ebda introjtu jew assi tal-NFE ma jitqassmu lil persuna privata jew Entità mhux ta' karità, jew jintużaw għall-benefiċċju tagħhom, sakemm dan ma jsirxfil-kuntest tal-attivitajiet ta' karità tal-NFE, jew bħala ħlas ta' kumpens raġonevoli għal servizzi mogħtija, jew bħala ħlas li jirrappreżenta l-valur ġust tas-suq ta' proprjetà li tkun xtrat l-NFE; u

(v)

il-liġijiet applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE jeħtieġu li, mal-likwidazzjoni jew ix-xoljiment tal-NFE, l-assi kollha tagħha jitqassmu lil Entità Governattiva jew lil organizzazzjoni oħra mingħajr skop ta' qligħ, jew jiġu ttrasferiti lill-Gvern tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) jew lil kwalunkwe suddiviżjoni politika tagħha.

E.

Mixxellanji

1.

‘Detentur ta' Kont’ tfisser il-persuna elenkata jew identifikata bħala d-detentur ta' Kont Finanzjarju mill-Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm il-kont. Persuna, għajr Istituzzjoni Finanzjarja, li għandha Kont Finanzjarju għall-benefiċċju jew kont ta' persuna oħra bħala aġent, kustodju, persuna nominata, firmatarja, konsulent tal-investiment, jew intermedjarja, mhijiex trattata bħala detentur tal-kont għall-finijiet ta' dan l-Anness, filwaqt li din il-persuna oħra hija ttrattata bħala detentur tal-kont. Fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna intitolata li taċċessa l-Valur fi Flus jew li tibdel il-benefiċjarju tal-kuntratt. Jekk l-ebda persuna ma tkun tista' taċċessa l-Valur fi Flus jew tibdel il-benefiċjarju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna indikata bħala s-sid fil-kuntratt, u kwalunkwe persuna b'intitolament proprju għal pagament skont it-termini tal-kuntratt. Mal-maturità ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, kull persuna intitolata li tirċievi pagament skont il-kuntratt hija ttrattata bħala Detentur tal-Kont.

2.

‘Proċeduri tal-AML/KYC’tfisser proċeduri tad-diliġenza dovuta tal-klijent ta' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont ir-rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus jew rekwiżiti simili li għalihom hija soġġetta din l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.

3.

‘Entità’ tfisser persuna ġuridika jew arranġament legali, bħal korporazzjoni, sħubija, trust, jew fondazzjoni.

4.

Entità hija ‘Entità Relatata’ ta' Entità oħra jekk kwalunkwe Entità tikkontrolla lill-Entità l-oħra, jew iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f'Entità. Stat Membru jew Andorra għandu jkollhom l-opzjoni li jiddefinixxu Entità bħala ‘Entità Relatata’ ta' Entità oħra jekk (a) kwalunkwe Entità tikkontrolla lill-Entità l-oħra; (b) iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni; jew (c) iż-żewġ Entitajiet huma Entitajiet ta' Investiment deskritti fis-subparagrafu A(6)(b), taħt ġestjoni komuni, u din il-ġestjoni tissodisfa l-obbligi tad-diliġenza dovuta ta' dawn l-Entitajiet ta' Investiment. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f'Entità.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil Andorra u Andorra għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-punt. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lil Andorra, u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand Andorra lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew minn Andorra għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

5.

‘NIT’ tfisser in-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent).

6.

It-terminu ‘Evidenza Dokumentata’ jinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ċertifikat ta' residenza maħruġ minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) li l-benefiċjarju jiddikjara li hu residenti fiha;

(b)

fir-rigward ta' individwu, kwalunkwe identifikazzjoni valida maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità), li tinkludi l-isem tal-individwu tipikament tintuża għal finijiet ta' identifikazzjoni;

(c)

fir-rigward ta' Entità, kwalunkwe dokumentazzjoni uffiċjali maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) li tinkludi l-isem tal-Entità u jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha fil-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra) fejn l-Entità kienet inkorporata jew organizzata;

(d)

kwalunkwe dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, rapport tal-kreditu minn partijiet terzi, dikjarazzjoni ta' falliment, jew rapport tar-regolatur tat-titoli.

Fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti, kull Stat Membru jew Andorra għandu jkollhom l-opzjoni li jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw bħala Evidenza Dokumentata kwalunkwe klassifikazzjoni fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarj Rapportanti fir-rigward tad-Detentur ta' Kont li kien iddeterminat abbażi ta' sistema ta' kodiċi tal-industrija standardizzata, li kien irreġistrat minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti konsistenti mal-prattiki tan-negozju normali tagħha għal finijiet ta' Proċeduri tal-AML/KYC jew finijiet regolatorji oħra (ħlief għal finijiet tat-taxxa) u li ġiet implimentata minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti qabel id-data użata għall-klassifikazzjoni tal-Kont Finanzjarju bħala Kont Preeżistenti, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx taf jew ma jkollhiex raġuni biex tkun taf li din il-klassifikazzjoni hija żbaljata jew mhux affidabbli. ‘Sistema standardizzata ta' kkowdjar tal-industrija’ tfisser sistema ta' kodiċi użata għall-klassifikazzjoni ta' stabbilimenti skont it-tip ta' negozju għal finijiet oħra li mhumiex finijiet tat-taxxa.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-12 ta' Frar 2016, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil Andorra u Andorra għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-punt. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lil Andorra, u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand Andorra lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew minn Andorra għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

TAQSIMA IX

IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA

Kull Stat Membru u Andorra għandu jkollhom regoli u proċeduri amministrattivi fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-proċeduri tar-rappurtar u tad-diliġenza dovuta stabbiliti hawn fuq, u il-konformità magħhom, inkluż:

1.

regoli li jipprevjenu kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja, persuni jew intermedjarji milli jadottaw prattiki maħsuba biex jeludu l-proċeduri tar-rappurtar u tad-diliġenza dovuta;

2.

regoli li jeħtieġu li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti żżomm rekords tal-passi li ttieħdu u kwalunkwe evidenza użata għat-twettiq tal-proċeduri tar-rapportar u tad-diliġenza dovuta, u miżuri xierqa biex jinkisbu dawk ir-rekords;

3.

proċeduri amministrattivi biex tiġi vverifikata l-konformità tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mal-proċeduri tar-rappurtar u tad-diliġenza dovuta; proċeduri amministrattivi biex isir segwitu ma' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti meta jiġu rappurtati kontijiet mhux dokumentati;

4.

proċeduri amministrattivi biex jiġi żgurat li l-Entitajiet u l-kontijiet definiti fil-liġi nazzjonali bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi jibqa' jkollhom riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa; u

5.

dispożizzjonijiet ta' infurzar effettivi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità.

ANNESS II

REGOLI TA' RAPPURTAR KOMPLEMENTARI U TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAL INFORMAZZJONI TA' KONT FINANZJARJU

1.   Bidla fiċ-ċirkostanzi

‘Bidla fiċ-ċirkostanzi’ tinkludi kwalunkwe bidla li tirriżulta fiż-żieda ta' informazzjoni rilevanti għall-istatus ta' persuna jew li b'xi mod ieħor tkun f'kunflitt mal-istatus ta' dik il-persuna. Barra minn hekk, bidla fiċ-ċirkostanzi tinkludi kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fil-kont tad-Detentur tal-Kont (inkluż iż-żieda, is-sostituzzjoni, jew bidla oħra ta' Detentur tal-Kont) jew kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fi kwalunkwe kont assoċjat ma' tali kont (bl-applikazzjoni tar-regoli ta' aggregazzjoni tal-kont deskritti fis-subparagrafi C(1) sa (3) tat-Taqsima VII tal-Anness I) jekk tali bidla jew żieda ta' informazzjoni taffettwa l-istatus tad-Detentur tal-Kont.

Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun ibbażat ruħha fuq it-test tal-indirizz tar-residenza deskritt fis-subparagrafu B(1) tat-Taqsima III tal-Anness I u jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf jew ikollha raġuni biex tkun taf li l-Evidenza Dokumentata oriġinali (jew dokumentazzjoni ekwivalenti oħra) hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha, sal-iktar tard mill-aħħar jum tas-sena kalendarja rilevanti jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor, jew 90 jum kalendarju wara l-avviż jew l-iskoperta ta' tali bidla fiċ-ċirkostanzi, tikseb awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida biex tiġi stabbilita r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tikseb l-awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida sa tali data, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċedura tat-tiftix ta' rekords b'mod elettroniku deskritta fis-subparagrafi B(2) sa (6) tat-Taqsima III tal-Anness I.

2.   Awtoċertifikazzjoni għal Kontijiet ta' Entità Ġodda

Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Ġodda, għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva hijiex Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tibbaża ruħha biss fuq awtoċertifikazzjoni jew mingħand id-Detentur tal-Kont jew il-Persuna Kontrollanti.

3.   Residenza ta' Istituzzjoni Finanzjarja

Istituzzjoni Finanzjarja hija ‘residenti’ fi Stat Membru, f'Andorra jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, ta' Andorra jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (jiġifieri l-Ġurisdizzjoni Parteċipanti tista' tinforza r-rappurtar mill-Istituzzjoni Finanzjarja). B'mod ġenerali, meta Istituzzjoni Finanzjarja tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, f'Andorra jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, ta' Andorra jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra u hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru, Istituzzjoni Finanzjarja ta' Andorra jew Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja (irrispettivament minn jekk hijiex residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, f'Andorra jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), it-trust hija meqjusa li hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, ta' Andorra jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk wieħed jew aktar mill-fiduċjarji tagħha huma residenti f'dak l-Istat Membru, f'Andorra jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra ħlief jekk it-trust tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li għandha tiġi rrapportata skont dan il-Ftehim jew ftehim ieħor li jimplimenta l-Istandard Globali fir-rigward ta' Kontijiet Rapportabbli miżmuma mit-trust lil Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (li tkun Stat Membru, Andorra jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), għax hija residenti għall-finijiet ta' taxxa f'tali Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Madankollu, meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) ma għandhiex residenza għal finijiet ta' taxxa (pereżempju, għax tiġi ttrattata bħala fiskalment trasparenti, jew tinsab f'ġurisdizzjoni li ma għandhiex taxxa fuq l-introjtu), din hija meqjusa bħala li hi soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, ta' Andorra jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, u għalhekk hija Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru, ta' Andorra jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk:

(a)

hija inkorporata skont il-liġijiet tal-Istat Membru, ta' Andorra jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra;

(b)

għandha l-post ta' ġestjoni tagħha (inkluża l-ġestjoni effettiva) fl-Istat Membru, f'Andorra jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra; jew

(c)

hija soġġetta għal superviżjoni finanzjarja fl-Istat Membru, f'Andorra jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra.

Meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) hija residenti f'żewġ Ġurisdizzjonijiet Parteċipanti jew aktar (li jkunu Stat Membru, Andorra jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), tali Istituzzjoni Finanzjarja tkun soġġetta għall-obbligi tar-rappurtar u tad-diliġenza dovuta tal-Ġurisdizzjoni Parteċipanti li fiha żżomm Kont(ijiet) Finanzjarju/i.

4.   Kont miżmum

B'mod ġenerali, kont jitqies bħala li huwa miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja kif ġej:

(a)

fil-każ ta' Kont ta' Kustodja, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li jkollha kustodja fuq l-assi fil-kont (inkluża Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm assi f'isimha (in street name) għal Detentur ta' Kont f'tali istituzzjoni);

(b)

fil-każ ta' Kont Depożitarju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kont (bl-esklużjoni ta' aġent ta' Istituzzjoni Finanzjarja irrispettivament minn jekk tali aġent huwiex Istituzzjoni Finanzjarja);

(c)

fil-każ ta' kwalunkwe ekwità jew ta' interess ta' dejn f'Istituzzjoni Finanzjarja li tikkostitwixxi Kont Finanzjarju, minn tali Istituzzjoni Finanzjarja;

(d)

fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew kwalunkwe Kuntratt ta' Vitalizju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kuntratt.

5.   Trusts li huma NFEs Passivi

Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili li ma' għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, skont is-subparagrafu D(3) tat-Taqsima VIII tal-Anness I, għandha tiġi ttrattata bħala residenti f'ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. Għal dawn il-finijiet, persuna ġuridika jew arranġament legali huma meqjusa bħala li huma ‘simili’ għal sħubija u sħubija b'responsabbiltà limitata fejn din ma tiġix trattata bħala unità taxxabbli f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont il-liġijiet dwar it-taxxa ta' dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat rappurtar doppju (minħabba l-ambitu wiesa' tat-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ fil-każ ta' trusts), trust li huwa NFE Passiva ma jistax jitqies bħala li hu arranġament legali simili.

6.   Indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità

Wieħed mir-rekwiżiti deskritti fis-subparagrafu E(6)(c) tat-Taqsima VIII tal-Anness I huwa li, fir-rigward ta' Entità, id-dokumentazzjoni uffiċjali tinkludi jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità fl-Istat Membru, f'Andorra jew f'ġurisdizzjoni oħra li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru, Andorra jew ġurisdizzjoni oħra li fiha l-Entità kienet inkorporata jew organizzata. L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità ġeneralment huwa l-post fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. L-indirizz ta' Istituzzjoni Finanzjarja li magħha l-Entità żżomm kont, kaxxa postali, jew indirizz użati biss għal finijiet postali mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità sakemm dan l-indirizz ma jkunx l-uniku indirizz użat mill-Entità u jidher bħala l-indirizz reġistrat tal-Entità fid-dokumenti organizzattivi tal-Entità. Barra minn hekk, indirizz li jiġi pprovdut soġġett għall-istruzzjonijiet sabiex tinżamm il-posta kollha għal dak l-indirizz mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità.

ANNESS III

LISTA TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-PARTIJIET KONTRAENTI

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Awtoritajiet Kompetenti huma:

(a)

fil-Prinċipat ta' Andorra: El Ministre encarregat de les Finances jew rappreżentant awtorizzat,

(b)

fir-Renju tal-Belġju: De Minister van Financiën/Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat,

(c)

fir-Repubblika tal-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat,

(d)

fir-Repubblika Ċeka: Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat,

(e)

fir-Renju tad-Danimarka: Skatteministeren jew rappreżentant awtorizzat,

(f)

fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,

(g)

fir-Repubblika tal-Estonja: Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat,

(h)

fir-Repubblika Ellenika: Ο Υπουργός Οικονομίας και Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,

(i)

fir-Renju ta' Spanja: El Ministro de Economía y Hacienda jew rappreżentant awtorizzat,

(j)

fir-Repubblika Franċiża: Le Ministre chargé du budget jew rappreżentant awtorizzat,

(k)

fir-Repubblika tal-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat

(l)

fl-Irlanda: The Revenue Commissioners jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom,

(m)

fir-Repubblika Taljana: Il Direttore Generale delle Finanze jew rappreżentant awtorizzat,

(n)

fir-Repubblika ta' Ċipru: Υπουργός Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,

(o)

fir-Repubblika tal-Latvja: Finanšu ministrs jew rappreżentant awtorizzat,

(p)

fir-Repubblika tal-Litwanja: Finansų ministras jew rappreżentant awtorizzat,

(q)

fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu: Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat,

(r)

fl-Ungerija: A pénzügyminiszter jew rappreżentant awtorizzat,

(s)

fir-Repubblika ta' Malta: Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat,

(t)

fir-Renju tan-Netherlands: De Minister van Financiën jew rappreżentant awtorizzat,

(u)

fir-Repubblika tal-Awstrija: Der Bundesminister für Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,

(v)

fir-Repubblika tal-Polonja: Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat,

(w)

fir-Repubblika Portugiża: O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtorizzat,

(x)

fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat,

(y)

fir-Repubblika tas-Slovenja: Minister za finance jew rappreżentant awtorizzat,

(z)

fir-Repubblika Slovakka: Minister financií jew rappreżentant awtorizzat,

(aa)

fir-Repubblika tal-Finlandja: Valtiovarainministeriö/Finansministeriet jew rappreżentant awtorizzat,

(ab)

fir-Renju tal-Iżvezja: Chefen för Finansdepartementet jew rappreżentant awtorizzat,

(ac)

fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fit-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli r-Renju Unit: the Commissioners of Inland Revenue jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom u l-awtorità kompetenti f'Ġibiltà, li r-Renju Unit jaħtar skont l-Arranġamenti Miftiehma relatati mal-awtoritajiet ta' Ġibiltà fil-kuntest ta' strumenti tal-UE u tal-KE u trattati relatati nnotifikati lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' April 2000, li kopja tagħhom għandha tiġi notifikata lil Andorra mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u li għandhom japplikaw għal dan il-Ftehim.

”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan il-Protokoll Emendatorju jeħtieġ li jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri proprji. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija ta' dawn il-proċeduri. Il-Protokoll Emendatorju jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' Jannar wara n-notifika finali.

2.   Fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni fuq talba, l-iskambju ta' informazzjoni pprovdut f'dan il-Protokoll Emendatorju għandu japplika għat-talbiet li jsiru fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew wara fil-każ ta' informazzjoni relatata mas-snin fiskali li jibdew fl-ewwel jum ta' Jannar tas-sena tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll Emendatorju jew wara. L-Artikolu 12 tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju għandu jibqa' japplika sakemm ma japplikax l-Artikolu 5 tal-Ftehim kif emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju.

3.   It-talbiet ta' individwi skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju għandhom jibqgħu mhux affettwati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll Emendatorju.

4.   Il-Prinċipat ta' Andorra għandu jistabbilixxi kont finali sal-aħħar tal-perijodu ta' applikabbiltà tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju, għandu jagħmel ħlas finali lill-Istati Membri u għandu jirrapporta l-informazzjoni li huwa rċieva mingħand l-aġenti ta' pagament stabbiliti fil-Prinċipat ta' Andorra, skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju fir-rigward tal-aħħar sena ta' applikabbiltà tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju, jew fir-rigward ta' kwalunkwe sena preċedenti, jekk applikabbli.

Artikolu 3

Il-Ftehim huwa ssupplimentat minn Protokoll b'dan il-kontenut:

“Protokoll għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali.

Fl-okkażjoni tal-iffirmar ta' dan il-Protokoll Emendatorju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra, is-sottoskritti debitament awtorizzati qablu dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin li għandhom jiffurmaw parti integrali tal-Ftehim kif emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju:

1.

Huwa mifhum li skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim jintalab biss ladarba l-Istat rikjedenti (li jkun Stat Membru jew Andorra) ikun eżawrixxa s-sorsi kollha regolari ta' informazzjoni disponibbli skont il-proċedura ta' tassazzjoni interna.

2.

Huwa mifhum li l-Awtorità Kompetenti tal-Istat rikjedenti (li jkun Stat Membru jew Andorra) għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat li ssirlu t-talba (li jkun, rispettivament, Andorra jew Stat Membru) meta jagħmel talba għall-informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim:

(i)

l-identità tal-persuna li tkun qed tiġi eżaminata jew investigata;

(ii)

il-perijodu ta' żmien li għalih hija mitluba l-informazzjoni;

(iii)

dikjarazzjoni tal-informazzjoni mfittxija inkluża n-natura tagħha u l-forma li fiha l-Istat rikjedenti jixtieq li jirċievi l-informazzjoni mingħand l-Istat li ssirlu t-talba;

(iv)

il-fini tat-taxxa li għalih tkun qed tintalab l-informazzjoni;

(v)

safejn ikun magħruf, l-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe persuna maħsuba li għandha l-informazzjoni mitluba.

3.

Huwa mifhum li r-referenza għall-istandard ta' ‘rilevanza prevedibbli’ hija maħsuba biex tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim safejn huwa l-aktar possibbli u, fl-istess waqt, biex tiċċara li l-Istati Membri u Andorra mhumiex liberi li jagħmlu ‘fishing expeditions’ (talbiet ġeneriċi għal informazzjoni) jew li jitolbu informazzjoni li x'aktarx ma tkunx rilevanti għall-kwistjonijiet ta' taxxa ta' kontribwent partikolari. Għalkemm il-paragrafu 2 fih rekwiżiti proċedurali importanti li huma maħsuba biex jiġi żgurat li ma jsirux talbiet ġeneriċi għal informazzjoni, madankollu l-klawsoli (i) sa (v) tal-paragrafu 2 ma' għandhomx jiġu interpretati bħala li jfixklu l-iskambju effettiv ta' informazzjoni. L-istandard ta' ‘rilevanza prevedibbli’ jista' jiġi ssodisfat kemm f'każijiet li jirrigwardaw kontribwent wieħed (kemm jekk identifikat b'ismu jew b'xi mod ieħor) jew diversi kontribwenti (kemm jekk identifikati b'isimhom jew b'xi mod ieħor).

4.

Huwa mifhum li dan il-Ftehim ma jinkludix l-iskambju ta' informazzjoni fuq bażi spontanja.

5.

Huwa mifhum li f'każ ta' skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim, ir-regoli dwar il-proċeduri amministrattivi rigward id-drittijiet tal-kontribwenti pprovduti fl-Istat li ssirlu t-talba (li jkun Stat Membru jew Andorra) jibqgħu japplikaw. Huwa mifhum ukoll li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jiggarantixxu proċedura ġusta għall-kontribwent u mhux biex jipprevjenu jew itawlu b'mod muux dovut il-proċess tal-iskambju ta' informazzjoni.”.

Artikolu 4

Lingwi

Dan il-Protokoll Emendatorju huwa mfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Netherlandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, u Katalana, u kull test jitqies bħala awtentiku b'mod ugwali.

B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw dan il-Protokoll.

Съставено в Брюксел на дванадесети февруари през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el doce de febrero de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne dvanáctého února dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tolvte februar to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am zwölften Februar zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta veebruarikuu kaheteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δώδεκα Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the twelfth day of February in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le douze février deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu dvanaestog veljače godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì dodici febbraio duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada divpadsmitajā februārī.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų vasario dvyliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év február havának tizenkettedik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tnax-il jum ta’ Frar fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, twaalf februari tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwunastego lutego roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em doze de fevereiro de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la doisprezece februarie două mii șaisprezece.

V Bruseli dvanásteho februára dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne dvanajstega februarja leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenatoista päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den tolfte februari år tjugohundrasexton.

Fet a Brussel·les el dia dotze de febrer de l'any dos mil setze.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Evropsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Per la Unió Europea

Image

За Княжество Андора

Por el Principado de Andorra

Za Andorrské knížectví

For Fyrstendømmet Andorra

Für das Fürstentum Andorra

Andorra Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο της Ανδόρας

For the Principality of Andorra

Pour la Principauté d'Andorre

Za Kneževinu Andoru

Per il Principato di Andorra

Andoras Firstistes vārdā –

Andoros Kunigaikštystės vardu

Az Andorrai Hercegség részéről

Għall-Prinċipat ta' Andorra

Voor het Vorstendom Andorra

W imieniu Księstwa Andory

Pelo Principado de Andorra

Pentru Principatul Andorra

Za Andorské kniežatstvo

Za Kneževino Andoro

Andorran ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Andorra

Pel Principat d'Andorra

Image


(1)  ĠU UE L 157, 26.6.2003, p. 38; (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9 Volum 1 p. 369).

(2)  ĠU UE L 359, 4.12.2004, p. 33.

(3)  ĠU UE L 277, 21.10.2010, p. 27.

(4)  ĠU UE L 64, 11.3.2011, p. 1.


DIKJARAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET KONTRAENTI

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR ID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-PROTOKOLL EMENDATORJU

Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li huma jistennew li r-rekwiżiti kostituzzjonali ta' Andorra u r-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea rigward id-dħul fi ftehimiet internazzjonali jiġu ssodisfati fil-ħin sabiex il-Protokoll Emendatorju jkun jista' jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' Jannar 2017. Huma se jieħdu l-miżuri kollha fis-setgħa tagħhom sabiex jilħqu dan l-għan.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IL-FTEHIM U L-ANNESSI

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Annessi, li l-Kummentarji tal-Mudell ta' Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u l-Istandard Komuni ta' Rapportar għandhom ikunu sors ta' spjegazzjoni jew ta' interpretazzjoni sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 5 TAL-FTEHIM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 dwar l-Iskambju ta' Informazzjoni fuq Talba, li l-kummentarju dwar l-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni tat-Taxxa tal-OECD dwar id-Dħul u dwar il-Kapital għandu jkun sors ta' interpretazzjoni.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IT-TAQSIMA III (A) TAL-ANNESS I TAL-FTEHIM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li se jeżaminaw ir-rilevanza prattika tat-Taqsima III (A) tal-Anness I li tistipula li Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus Preeżistenti u Kuntratti ta' Vitalizju li ma jeħtieġux reviżjoni, identifikazzjoni jew rapportar, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti effettivament ma titħalliex, bil-liġi, tbiegħ tali Kuntratti lil residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom interpretazzjoni komuni li skont it-Taqsima III (A) tal-Anness I l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti effettivament ma titħalliex, bil-liġi, tbiegħ Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju lil residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli biss meta l-liġi tal-Unjoni Ewropea u dik nazzjonali tal-Istati Membri jew il-liġi ta' Andorra applikabbli għal Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti (li tkun Stat Membru jew Andorra) mhux biss effettivament tipprevjeni bil-liġi lil dik l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti milli tbiegħ Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli (li tkun, rispettivament, Andorra jew Stat Membru), iżda dawk il-liġijiet jipprevjenu wkoll b'mod effettiv lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti bil-liġi milli tbiegħ Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju lil residenti ta' dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli fi kwalunkwe ċirkostanza oħra.

F'dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika lil Andorra, f'każ li Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti f'Andorra ma jitħallewx, bil-liġi, ibiegħu tali Kuntratti — irrispettivament minn fejn ikunu ġew finalizzati — lir-residenti tagħha abbażi ta' liġi tal-Unjoni Ewropea u dik nazzjonali applikabbli f'dak l-Istat Membru. Għaldaqstant, Andorra għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika lill-Istati Membri, f'każ li Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti ta' Stat Membru wieħed jew aktar ma jitħallewx, bil-liġi, — irrispettivament minn fejn ikunu ġew finalizzati — ibiegħu tali Kuntratti lir-residenti ta' Andorra abbażi tal-liġi ta' Andorra. Dawn in-notifiki għandhom isiru qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju rigward is-sitwazzjoni legali prevista mad-dħul fis-seħħ. Fin-nuqqas ta' tali notifika jiġi kkunsidrat li l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mhumiex effettivament impediti mil-liġijiet tal-Ġurisdizzjoni Rapportabbli f'ċirkostanza waħda jew aktar milli jbiegħu Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju lir-residenti ta' dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika lil Andorra, f'każ li Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti f'dak l-Istat Membru ma jitħallewx, bil-liġi, ibiegħu tali Kuntratti — irrispettivament minn fejn ikunu ġew finalizzati — lir-residenti ta' Andorra abbażi ta' liġi tal-Unjoni Ewropea u dik nazzjonali applikabbli f'dak l-Istat Membru. Għaldaqstant, Andorra għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika lill-Istati Membri, f'każ li Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti f'Andorra ma jitħallewx, bil-liġi, irrispettivament minn fejn ikunu ġew finalizzati, ibiegħu tali Kuntratti lir-residenti ta' Stat Membru wieħed jew aktar abbażi tal-liġi ta' Andorra. Dawn in-notifiki għandhom isiru qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju rigward is-sitwazzjoni legali prevista mad-dħul fis-seħħ. Fin-nuqqas ta' tali notifika jiġi kkunsidrat li l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mhumiex effettivament impediti mil-liġijiet tal-Ġurisdizzjoni tal-Istituzzjoni Finanzjarja f'ċirkostanza waħda jew aktar milli jbiegħu Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju lir-residenti tal-Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

Fin-nuqqas ta' notifika mill-Ġurisdizzjoni tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u mill-Ġurisdizzjoni Rapportabbli fir-rigward tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u l-Kuntratt rilevanti, it-Taqsima III (A) tal-Anness I ma' għandhiex tapplika għal dik l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u Kuntratt.


DIKJARAZZJONI TA' ANDORRA DWAR L-ARTIKOLU 5 TAL-FTEHIM

Id-delegazzjoni ta' Andorra infurmat lill-Kummissjoni Ewropea li Andorra mhijiex se tiskambja informazzjoni relata ma' talba bbażata fuq data miksuba b'mod illegali. Il-Kummissjoni Ewropea ħadet nota tal-pożizzjoni ta' Andorra.


REGOLAMENTI

1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/77


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1752

tat-30 ta' Settembru 2016

li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill żied tliet persuni mal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif imniżżel fl-Annessi III għar-Regolament (UE) 2016/44. Jenħtieġ li l-informazzjoni u r-raġunijiet għal tlieta minn dawk il-persuni jiġu emendati.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif imniżżel fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

“ANNESS III

LISTA TAL-PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, L-ENTITAJIET JEW IL-KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2)

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

21.

SALEH ISSA GWAIDER, Agila

Data tat-twelid: l-1 ta' Ġunju 1942

Post tat-twelid: Elgubba, il-Libja.

Passaport: D001001 (Libja), maħruġ fit-22 ta' Jannar 2015.

Agila Saleh ilu l-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti Libjana mill-5 ta' Awwissu 2014.

Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015.

Bħala l-President tal-Kunsill tad-Deputati, Saleh fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta diversi drabi li ssir votazzjoni dwar il-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali ‘GNA’).

Fit-23 ta' Awwissu 2016, Saleh indirizza ittra lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li fiha hu kkritika l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti lill-GNA li huwa ddeskriva bħala l-impożizzjoni ta' ‘grupp ta' individwi fuq il-poplu Libjan (…) bi ksur tal-Kostituzzjoni u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti’. Huwa kkritika l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2259(2015), li approvat il-Ftehim Skhirat, u hedded li jressaq lin-Nazzjonijiet Uniti, li huwa jżomm bħala responsabbli għal appoġġ ‘bla kondizzjonijiet u mhux ġustifikat’ għal Presidenza tal-Kunsill mhux kompluta, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali għal ksur tal-Karta tan-NU, il-Kostituzzjoni Libjana u s-sovranità tal-Libja. Dawk id-dikjarazzjonijiet jimminaw l-appoġġ għall-medjazzjoni min-NU u l-Missjoni ta' Appoġġ tan-NU fil-Libja (UNSMIL), kif espress fir-Riżoluzzjonijiet kollha rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, partikolarment ir-Riżoluzzjoni 2259(2015).

Fis-6 ta' Settembru 2016, Saleh għamel żjara uffiċjali fin-Niġer ma' Abdullah Al-Thani, ‘Prim Ministru’ tal-gvern mhux rikonoxxuti ta' Tobruk, anke jekk ir-Riżoluzzjoni 2259(2015) tappella għall-waqfien ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet paralleli li jiddikjaraw li jirrappreżentaw l-awtorità leġittima iżda mhumiex partijiet għall-Ftehim u l-kuntatt uffiċjali magħhom.

1.4.2016

22.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

Data tat-twelid: l-1 ta' Jannar 1956

Post tat-twelid: Misurata, il-Libja

Nazzjonalità: Libja

Passaport: A005465 (Libja), maħruġ fit-12 ta' April 2015 u jiskadi fil-11 ta' April 2017

Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-‘President’ tal-GNC Nuri Abu Sahmain.

Bħala 'Prim Ministru' tal-GNC, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit taħt il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru tad-Difiża’ tal-GNC ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli.

Fil-31 ta' Awwissu 2016 huwa ordna lill-‘Prim Ministru’ u lill-‘Ministru tad-Difiża’ tal-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’ biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti ċaħdet il-GNA.

1.4.2016.

23.

ABU SAHMAIN, Nuri

magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori

BO SAMIN, Nuri

data tat-twelid: 16.5.1956

Zouara/Zuwara Libja

Nuri Abu Sahmain kien l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Bħala President tal-GNC, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GNA’).

Fil-15 ta' Diċembru 2015 Sahmain appella għall-posponiment tal-Ftehim Politiku dwar il-Libja li kien skedat li jiġi maqbul f'laqgħa fis-17 ta' Diċembru.

Fis-16 ta' Diċembru 2015 Sahmain ħareġ stqarrija li l-GNC ma kien awtorizza l-ebda membru tiegħu biex jipparteċipa fil-laqgħa jew biex jiffirma il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fl-1 ta' Jannar 2016 Sahmain ċaħad il-Ftehim Politiku dwar il-Libja f'taħditiet mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.

1.4.2016”


1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/80


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1753

tat-30 ta' Settembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

173,3

ZZ

173,3

0707 00 05

TR

128,9

ZZ

128,9

0709 93 10

TR

135,5

ZZ

135,5

0805 50 10

AR

94,1

CL

118,2

TR

85,3

UY

93,3

ZA

103,0

ZZ

98,8

0806 10 10

EG

264,7

TR

124,2

US

194,0

ZZ

194,3

0808 10 80

AR

110,6

BR

97,9

CL

122,7

NZ

133,6

ZA

115,9

ZZ

116,1

0808 30 90

CL

126,9

TR

132,1

ZA

155,4

ZZ

138,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/82


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1754

tad-29 ta' Settembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Abbażi tal-Artikolu 78(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kunsill adotta żewġ Deċiżjonijiet li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 (2), 40 000 applikant għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja lejn l-Istati Membri l-oħra. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 (3), 120 000 applikant għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja lejn l-Istati Membri l-oħra.

(2)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601, mis-26 ta' Settembru 2016, 54 000 applikant għandhom jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja lejn it-territorju ta' Stati Membri oħra, sakemm, skont l-Artikolu 4(3) ta' dik id-Deċiżjoni, sa dik id-data l-Kummissjoni tkun għamlet proposta biex tallokahom lil Stat Membru benefiċjarju partikolari li qed jiffaċċja sitwazzjoni ta' emerġenza kkaratterizzata minn influss mhux mistenni ta' persuni.

(3)

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tanalizza b'mod kostanti s-sitwazzjoni rigward l-influssi massivi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fi Stati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kif ikun adatt, proposti biex din id-Deċiżjoni tiġi emendata biex jittieħed kont tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fuq il-post u tal-impatt tagħha fuq il-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni, kif ukoll tal-evoluzzjoni tal-pressjoni fuq l-Istati Membri, b'mod partikolari l-Istati Membri l-aktar esposti.

(4)

Bil-għan li tintemm il-migrazzjoni irregolari mit-Turkija lejn l-UE, fit-18 ta' Marzu 2016 (4), l-UE u t-Turkija qablu dwar għadd ta' punti ta' azzjoni, inkluż li jirrisistemaw, għal kull Sirjan riammess fit-Turkija mill-gżejjer Griegi, Sirjan ieħor mit-Turkija fl-Istati Membri, fil-qafas tal-impenji eżistenti. Ir-risistemazzjoni skont dak il-mekkaniżmu għall-ewwel ser issir billi jiġu rispettati l-impenji meħuda mill-Istati Membri fil-konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill fl-20 ta' Lulju 2015. Kwalunkwe ħtieġa ulterjuri għal risistemazzjoni għandha ssir permezz ta' arranġament volontarju simili sa limitu ta' 54 000 persuna addizzjonali billi jkun permess li kwalunkwe impenn ta' risistemazzjoni meħud fil-qafas ta' dak l-arranġament jiġi kkumpensat mill-postijiet mhux allokati skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601.

(5)

Huwa mistenni li r-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja jew forom oħra ta' ammissjoni legali mit-Turkija skont skemi nazzjonali u multilaterali jtaffu l-pressjoni migratorja fuq l-Istati Membri li huma benefiċjarji tar-rilokazzjoni skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 billi jipprovdu mezz legali u sikur biex wieħed jidħol fl-Unjoni u billi jiskoraġġixxu d-dħul irregolari. Għalhekk, l-isforzi ta' solidarjetà tal-Istati Membri li jikkonsistu mill-ammissjoni volontarja fit-territorju tagħhom ta' ċittadini Sirjani li jinsabu fit-Turkija li għandhom bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali għandhom jitqiesu fir-rigward tal-54 000 applikant għall- protezzjoni internazzjonali msemmija hawn fuq. In-numru ta' persuni li jiġu ammessi minn Stat Membru b'dan il-mod mit-Turkija għandu jitnaqqas min-numru ta' persuni li għandhom jiġu rilokati f'dak l-Istat Membru skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 fir-rigward ta' dawk l-54 000 applikant.

(6)

Il-mekkaniżmi għall-ammissjoni jistgħu jinkludu r-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja jew mezzi legali oħra għall-ammissjoni ta' ċittadini Sirjani li jinsabu fit-Turkija li għandhom bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali, bħal programmi ta' viża umanitarja, trasferiment umanitarju, programmi ta' riunifikazzjoni mal-familja, proġetti ta' sponsorizzazzjoni privat, programmi ta' boroż ta' studju, skemi ta' mobbiltà tax-xogħol u oħrajn.

(7)

L-impenji li l-Istati Membri ħadu bħala parti mill-iskema ta' risistemazzjoni li kien hemm qbil dwarhom fil-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tal-20 ta' Lulju 2015 m'għandhomx jiġu affettwati minn din id-Deċiżjoni u m'għandhomx jgħoddu biex jintlaħqu l-obbligi skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601. Għalhekk, Stat Membru li jagħżel li jilħaq l-obbligi tiegħu skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 permezz tal-ammissjoni ta' Sirjani preżenti fit-Turkija permezz tar-risistemazzjoni, m'għandux ikun jista' jikkunsidra dak l-isforz bħala parti mill-impenn tiegħu skont l-iskema ta' risistemazzjoni tal-20 ta' Lulju 2015.

(8)

Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ tajjeb tas-sitwazzjoni, ladarba Stat Membru jagħmel din l-għażla, għandu kull xahar jirrapporta lill-Kummissjoni dwar is-Sirjani li jinsabu fit-Turkija li ġew ammessi fit-territorju tiegħu skont l-għażla prevista f'din l-emenda li tispeċifika taħt liema skema, nazzjonali jew multilaterali, il-persuna ġiet ammessa u l-forma ta' ammissjoni legali.

(9)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(10)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u t-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(12)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u t-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 4a ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(13)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(14)

Fid-dawl tal-urġenza tas-sitwazzjoni, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Fir-rigward tar-rilokazzjoni tal-applikanti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom bl-ammissjoni fit-territorju tagħhom ta' ċittadini Sirjani li jinsabu fit-Turkija skont l-iskemi ta' ammissjoni legali nazzjonali jew multilaterali għal persuni li għandhom bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali, minbarra l-iskema ta' risistemazzjoni li kienet is-suġġett tal-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tal-20 ta' Lulju 2015. In-numru ta' persuni ammessi b'dan il-mod minn Stat Membru għandu jwassal għal tnaqqis korrispondenti tal-obbligu tal-Istat Membru rispettiv.

L-Artikolu 10 għandu japplika mutatis mutandis għal kull ammissjoni legali bħal din li twassal għal tnaqqis tal-obbligu ta' rilokazzjoni.

L-Istati Membri li jagħżlu li jużaw l-għażla prevista f'dan il-paragrafu, għandhom jirrapportaw kull xahar lill-Kummissjoni dwar in-numru ta' persuni legalment ammessi għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, fejn jiġi indikat it-tip ta' skema li taħtha saret l-ammissjoni u l-forma ta' ammissjoni legali użata.”.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-26 ta' Settembru 2017.

3.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-persuni kollha li, għall-finijiet tal-paragrafu 3a tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601, ġew ammessi fl-Istati Membri mit-territorju tat-Turkija mill-1 ta' Mejju 2016.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 146).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 80).

(4)  Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016.


1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/85


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1755

tat-30 ta' Settembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1).

(2)

Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/478 (2) li żżid tliet persuni għal perijodu ta' 6 xhur mal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(3)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi jenħtieġ li jinżammu għal perijodu ulterjuri ta' 6 xhur, u li r-raġunijiet għal tliet persuni jenħtieġ li jiġu emendati.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 16, 17 u 18 fl-Anness II sat-2 ta' April 2017.

4.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 21, 22 u 23 fl-Anness IV sat-2 ta' April 2017.”

(2)

L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/478 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 48).


ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif imniżżel fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

“ANNESS II

LISTA TAL-PERSUNI U L-ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

16.

SALEH ISSA GWAIDER, Agila

Data tat-twelid: 1 ta' Ġunju 1942

Post tat-twelid: Elgubba, il-Libja.

Passaport: D001001 (Libja), maħruġ fit-22 ta' Jannar 2015.

Agila Saleh ilu l-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti Libjana mill-5 ta' Awwissu 2014.

Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015.

Bħala President tal-Kunsill tad-Deputati, Saleh fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta diversi drabi li ssir votazzjoni dwar il-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali (“GNA”).

Fit-23 ta' Awwissu 2016, Saleh indirizza ittra lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li fiha hu kkritika l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti lill-GNA li huwa ddeskriva bħala l-impożizzjoni ta' ‘grupp ta' individwi fuq il-poplu Libjan (…) bi ksur tal-Kostituzzjoni u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti’. Huwa kkritika l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2259(2015), li approvat il-Ftehim Skhirat, u hedded li jressaq lin-Nazzjonijiet Uniti, li huwa jżomm bħala responsabbli għal appoġġ ‘bla kondizzjonijiet u mhux ġustifikat’ għal Presidenza tal-Kunsill mhux kompluta, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali għal ksur tal-Karta tan-NU, il-Kostituzzjoni Libjana u s-sovranità tal-Libja. Dawk id-dikjarazzjonijiet jimminaw l-appoġġ għall-medjazzjoni min-NU u l-Missjoni ta' Appoġġ tan-NU fil-Libja (UNSMIL), kif espress fir-Riżoluzzjonijiet kollha rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, partikolarment ir-Riżoluzzjoni 2259(2015).

Fis-6 ta' Settembru 2016, Saleh għamel żjara uffiċjali fin-Niġer ma' Abdullah Al-Thani, ‘Prim Ministru’ tal-gvern mhux rikonoxxuti ta' Tobruk, anke jekk ir-Riżoluzzjoni 2259(2015) tappella għall-waqfien ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet paralleli li jiddikjaraw li jirrappreżentaw l-awtorità leġittima iżda mhumiex partijiet għall-Ftehim u l-kuntatt uffiċjali magħhom.

1.4.2016.

17.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1956

Post tat-twelid: Misurata, Libja

Nazzjonalità: Libjana

Passaport: A005465 (Libja), maħruġ fit-12 ta' April 2015 u jiskadi fil-11 ta' April 2017

Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (“GNC”) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal--'President' tal-GNC Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-GNC, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit taħt il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru tad-Difiża’ tal-GNC ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli.

Fil-31 ta' Awwissu 2016 huwa ordna lill-‘Prim Ministru’ u lill-‘Ministru tad-Difiża’ tal-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’ biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) ċaħdet il-GNA.

1.4.2016.

18.

ABU SAHMAIN, Nuri

magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori

BO SAMIN, Nuri

Data tat-twelid: 16.5.1956

Zouara/Zuwara Libja

Nuri Abu Sahmain kien l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (“GNC”) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Bħala ‘President’ tal-GNC, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (“GNA”).

Fil-15 ta' Diċembru 2015 Sahmain appella għall-posponiment tal-Ftehim Politiku dwar il-Libja li kien skedat li jiġi maqbul f'laqgħa fis-17 ta' Diċembru.

Fis-16 ta' Diċembru 2015 Sahmain ħareġ stqarrija li l-GNC ma kien awtorizza l-ebda membru tiegħu biex jipparteċipa fil-laqgħa jew biex jiffirma il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fl-1 ta' Jannar 2016 Sahmain ċaħad il-Ftehim Politiku dwar il-Libja f'taħditiet mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.

1.4.2016.”.

 

“ANNESS IV

LISTA TAL-PERSUNI U L-ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(2)

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

21.

SALEH ISSA GWAIDER, Agila

Data tat-twelid: 1 ta' Ġunju 1942

Post tat-twelid: Elgubba, il-Libja.

Passaport: D001001 (Libja), maħruġ fit-22 ta' Jannar 2015.

Agila Saleh ilu l-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti Libjana mill-5 ta' Awwissu 2014.

Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015.

Bħala President tal-Kunsill tad-Deputati, Saleh fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta diversi drabi li ssir votazzjoni dwar il-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali (“GNA”).

Fit-23 ta' Awwissu 2016, Saleh indirizza ittra lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li fiha hu kkritika l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti lill-GNA li huwa ddeskriva bħala l-impożizzjoni ta' ‘grupp ta' individwi fuq il-poplu Libjan (…) bi ksur tal-Kostituzzjoni u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti’. Huwa kkritika l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2259(2015), li approvat il-Ftehim Skhirat, u hedded li jressaq lin-Nazzjonijiet Uniti, li huwa jżomm bħala responsabbli għal appoġġ ‘bla kondizzjonijiet u mhux ġustifikat’ għal Presidenza tal-Kunsill mhux kompluta, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali għal ksur tal-Karta tan-NU, il-Kostituzzjoni Libjana u s-sovranità tal-Libja. Dawk id-dikjarazzjonijiet jimminaw l-appoġġ għall-medjazzjoni min-NU u l-Missjoni ta' Appoġġ tan-NU fil-Libja (UNSMIL), kif espress fir-Riżoluzzjonijiet kollha rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, partikolarment ir-Riżoluzzjoni 2259(2015).

Fis-6 ta' Settembru 2016, Saleh għamel żjara uffiċjali fin-Niġer ma' Abdullah Al-Thani, ‘Prim Ministru’ tal-gvern mhux rikonoxxuti ta' Tobruk, anke jekk ir-Riżoluzzjoni 2259(2015) tappella għall-waqfien ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet paralleli li jiddikjaraw li jirrappreżentaw l-awtorità leġittima iżda mhumiex partijiet għall-Ftehim u l-kuntatt uffiċjali magħhom.

1.4.2016.

22.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1956

Post tat-twelid: Misurata, Libja

Nazzjonalità: Libjana

Passaport: A005465 (Libja), maħruġ fit-12 ta' April 2015 u jiskadi fil-11 ta' April 2017

Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-‘President’ tal-GNC Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-GNC, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit taħt il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru tad-Difiża’ tal-GNC ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli.

Fil-31 ta' Awwissu 2016 huwa ordna lill-‘Prim Ministru’ u lill-‘Ministru tad-Difiża’ tal-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’ biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) ċaħdet il-GNA.

1.4.2016.

23.

ABU SAHMAIN, Nuri

magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori

BO SAMIN, Nuri

Data tat-twelid: 16.5.1956

Zouara/Zuwara Libja

Nuri Abu Sahmain kien l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Bħala ‘President’ tal-GNC, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GNA’).

Fil-15 ta' Diċembru 2015 Sahmain appella għall-posponiment tal-Ftehim Politiku dwar il-Libja li kien skedat li jiġi maqbul f'laqgħa fis-17 ta' Diċembru.

Fis-16 ta' Diċembru 2015 Sahmain ħareġ stqarrija li l-GNC ma kien awtorizza l-ebda membru tiegħu biex jipparteċipa fil-laqgħa jew biex jiffirma il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fl-1 ta' Jannar 2016 Sahmain ċaħad il-Ftehim Politiku dwar il-Libja f'taħditiet mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.

1.4.2016.”.


1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/90


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1756

tat-28 ta' Settembru 2016

li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' deċiżjoni tal-entitajiet ta' ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displays inklużi fl-Anness C tal-Ftehim

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/107/UE tat-13 ta' Novembru 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent (EPA) tal-Istati Uniti, jiżviluppaw u jirrevedu perjodikament l-ispeċifikazzjonijiet komuni tat-tagħmir tal-uffiċċju, biex hekk jemendaw l-Anness C tal-Ftehim.

(2)

Il-Kummissjoni tiddetermina l-pożizzjoni li trid tadotta l-Unjoni Ewropea dwar l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet.

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jqisu l-opinjoni tal-Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

L-ispeċifikazzjoni għad-displays ipprovduta fil-Parti I. tal-Anness C għandha titħassar u tiġi sostitwita bl-ispeċifikazzjonijiet annessi ma' din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar enerġetiku tat-tagħmir tal-uffiċċju, l-entitajiet ta' ġestjoni għandhom jieħdu deċiżjoni dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness C ta' dak il-Ftehim. Il-pożizzjoni li trid tadotta l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' din id-deċiżjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet għad-displays mogħtija fl-Anness C tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni mehmuż.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Caude JUNCKER


(1)  ĠU L 63, 6.3.2013, p. 5.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir tal-uffiċċju (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).


ANNESS I

 

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

ta' …

l-entitajiet ta' ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displays inklużi fl-Anness C tal-Ftehim

L-ENTITAJIET TA' ĠESTJONI,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, u b'mod partikolari l-Artikolu XII tiegħu,

Filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet għad-“displays” għandhom jiġu riveduti,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Il-Parti I. “Displays” li bħalissa hija inkluża fl-Anness C tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju għandha tiġi sostitwita bil-Parti I. “Displays” kif stabbilit hawn taħt.

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha. Id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-Kopresidenti.

Iffirmat f'Washington DC fi […] […]

f'isem l-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti

Iffirmat fi Brussell fi […] […]

f'isem l-Unjoni Ewropea


ANNESS II

ANNESS C

PARTI II TAL-FTEHIM

I.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAD-DISPLAYS (Verżjoni 7.0)

1.   Definizzjonijiet

A)

Tipi ta' Prodotti:

1.   Display Elettronika (Display): Prodott disponibbli kummerċjalment bi skrin tad-display u l-komponenti elettroniċi assoċjati, li ta' spiss ikunu integrati fi struttura unika separata, li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jipproduċi informazzjoni viżiva minn (1) kompjuter, stazzjon tax-xogħol jew server permezz ta' input wieħed jew aktar (eż., VGA, DVI, HDMI, DisplayPort, IEEE 1394, USB), (2) ħażna esterna (eż., USB flash drive, karta tal-memorja) jew (3) konnessjoni ta' netwerk.

(a)   Moniter: Display elettronika maħsuba biex tintuża f'uffiċċju minn persuna waħda.

(b)   Display tas-Sinjalar: Display elettronika maħsuba sabiex jarawha ħafna nies f'ambjenti differenti li mhumiex f'uffiċċju, bħal ħwienet bl-imnut jew ħwienet kbar, ristoranti, mużewijiet, lukandi, postijiet fuq barra, ajruporti, swali tal-konferenzi jew klassijiet. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, Display għandu jiġi kklassifikat bħala Display tas-Sinjalar jekk jissodisfa tnejn jew iktar mill-kriterji elenkati hawn taħt:

(1)

Id-daqs djagonali tal-iskrin huwa ikbar minn 30 pulzier;

(2)

Il-Luminanza Massima Rapportata hija ikbar minn 400 kandela kull metru kwadru;

(3)

Id-densità tal-pixels hija ta' 5 000 pixel għal kull pulzier kwadru jew inqas; jew

(4)

Jintbagħat għad-dispaċċ mingħajr bażi li jiġi mmuntat fuqha.

B)

Modalitajiet Funzjonali:

1.   Modalità Mixgħul: Il-modalità li fiha d-Display ikun ġie attivat, u jkun qiegħed jipprovdi l-funzjoni primarja.

2.   Modalità Stennija: Modalità li tuża biss ftit enerġija li fiha d-Display jipprovdi funzjoni waħda jew aktar protettiva mhux primarja jew funzjonijiet kontinwi.

Nota: Il-Modalità Stennija tista' sservi għall-funzjonijiet li ġejjin: tiffaċilita l-attivazzjoni tal-Modalità Mixgħul permezz ta' swiċċ mill-bogħod, Teknoloġija tal-Mess, senser intern, jew timer; tipprovdi informazzjoni jew displays tal-istatus inklużi arloġġi; funzjonijiet ta' appoġġ ibbażati fuq is-sensers; jew iżżomm preżenza tan-netwerk.

3.   Modalità Mitfi: Il-modalità li fiha d-Display huwa mqabbad ma' sors tad-dawl, ma jipproduċi l-ebda informazzjoni viżiva, u ma jistax jinqeleb għal xi modalità oħra bl-unità ta' kontroll mill-bogħod, b'sinjal intern, jew b'sinjal estern.

Nota: Id-Display jista' joħroġ minn din il-modalità biss permezz ta' attwazzjoni diretta tal-utent ta' swiċċ jew kontroll integrat tal-enerġija. Xi prodotti jista' ma jkollhomx Modalità Mitfi.

C)

Karatteristiċi Viżivi:

1.   Kundizzjonijiet tad-Dawl Ambjentali: Il-kombinazzjoni tal-illuminazzjonijiet tad-dawl fl-ambjent ta' madwar Display, bħal f'salott jew f'uffiċċju.

2.   Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC): Il-mekkaniżmu awtoattivat li jikkontrolla l-luminanza ta' Display bħala funzjoni tal-Kundizzjonijiet tad-Dawl Ambjentali.

Nota: Il-funzjonalità tal-ABC trid tkun attivata sabiex tiġi kkontrollata l-luminożità ta' Display.

3.   Firxa ta' Kulur: L-erja tal-firxa ta' kulur għandha tiġi rrapportata bħala perċentwal tal-ispazju tal-kulur CIE LUV 1976 uv′ u tiġi kkalkolata skont l-Erja tal-Gamut tat-Taqsima 5.18 tal-Information Display Measurements Standard, Verżjoni 1.03.

Nota: Kwalunkwe appoġġ tal-firxa ta' kulur f'erjas tal-kulur mhux viżibbli/inviżibbli ma jingħaddx. Id-daqs tal-firxa ta' kulur irid jingħata bħala perċentwal tal-erja tal-ispazju tal-kulur CIE LUV viżibbli biss.

4.   Luminanza: Il-kejl fotometriku tal-intensità luminuża għal kull erja ta' unità ta' dawl li sejjer f'direzzjoni partikolari, espress f'kandeli għal kull metru kwadru (cd/m2).

(a)   Luminanza Massima Rapportata: Il-luminanza massima li d-Display jista' jikseb fil-Modalità Mixgħul bis-setting issettjat minn qabel, u kif speċifikat mill-manifattur, pereżempju, fil-manwal tal-utent.

(b)   Luminanza Massima Mkejla: Il-luminanza massima mkejla li d-Display jista' jikseb permezz tal-konfigurazzjoni manwali tal-kontrolli tiegħu, bħal-luminożità u l-kuntrast.

(c)   Luminanza tal-Prodott Kif Ikkunsinnjat: Il-luminanza tad-Display fis-setting prestabbilit tal-fabbrika ssettjat minn qabel li l-manifattur jagħżel għall-użu normali fid-dar jew għal użu applikabbli fis-suq.

5.   Riżoluzzjoni Vertikali Nattiva: In-numru ta' linji fiżiċi tul l-assi vertikali tad-Displayfi ħdan l-erja viżibbli tad-Display.

Nota: Display b'riżoluzzjoni tal-iskrin ta' 1 920 × 1 080 (orizzontali × vertikali) ikollu Riżoluzzjoni Vertikali Nattiva ta' 1 080.

6.   Erja tal-Iskrin: L-erja viżibbli tad-Display li tipproduċi stampi.

Nota: L-Erja tal-Iskrin hija kkalkolata billi l-wisa' tal-istampa li tidher tiġi mmultiplikata bl-gġoli tal-istampa li tidher. Għall-iskrins li ġejjin għat-tond, kejjel il-wisa' u l-għoli tul l-ark tad-Display.

D)

Funzjonijiet u Karatteristiċi Addizzjonali:

1.   Konnessjoni Bridge: Konnessjoni fiżika bejn żewġ kontrolluri hub (jiġifieri, USB, FireWire).

Nota: Konnessjoni Bridge tippermetti l-espansjoni tal-ports tipikament għall-finijiet ta' riallokazzjoni tal-ports għal pożizzjoni aktar konvenjenti jew żieda fl-għadd ta' ports disponibbli.

2.   Konnettività Sħiħa tan-Netwerk: Il-ħila tad-Display li jżomm preżenza tan-netwerk meta jkun f'Modalità Stennija. Il-preżenza tad-Display, is-servizzi tan-netwerk tiegħu, u l-applikazzjonijiet tiegħu jinżammu, anki jekk ċerti komponenti tad-Display ikunu mitfijin. Id-Display jista' jagħżel li jibdel l-istatus tal-enerġija tiegħu meta jirċievi dejta tan-netwerk minn apparati remoti fuq in-netwerk, iżda fin-nuqqas ta' domanda għal servizzi minn apparat remot fuq in-netwerk għandu jibqa' f'Modalità Stennija.

Nota: Il-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk mhijiex limitata għal sett speċifiku ta' protokolli. Imsejħa wkoll bħala funzjonalità ta' “netwerk proxy” u deskritta fl-istandard Ecma-393.

3.   Senser tal-Preżenza: Apparat użat biex jinduna bil-preżenza umana quddiem Display jew fiż-żona ta' madwaru.

Nota: Senser tal-Preżenza normalment jintuża sabiex jaqleb Display mill-Modalità Mixgħul għall-Modalità Stennija.

4.   Teknoloġija tal-Mess: Tippermetti lill-utent jinteraġixxi ma' prodott billi jmiss partijiet fuq id-Display.

5.   Modulu Plug-in: Apparat plug-in modulari li jipprovdi funzjoni waħda jew iktar minn fost dawn li ġejjin mingħajr l-iskop espliċitu li jipprovdi funzjoni ġenerali tal-kompjuter:

(a)

Il-wiri ta' stampi, jirrifletti l-istess kontenut remot imxandar għalih, jew inkella jrendi kontenut fuq l-iskrin minn sorsi lokali jew remoti; jew

(b)

Jipproċessa sinjali bil-mess.

Nota: Moduli li jipprovdu kwalunkwe għażla addizzjonali oħra ta' input ma jitqisux li huma Moduli Plug-in għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni.

E)

Familja ta' Prodotti: Grupp ta' mudelli tal-prodotti li huma (1) magħmulin mill-istess manifattur, (2) jikkondividu l-istess Erja tal-Iskrin, Riżoluzzjoni u Luminanza Massima Rapportata, u (3) ta' disinn bażiku komuni tal-iskrin. Il-mudelli f'Familja ta' Prodotti jistgħu jvarjaw minn xulxin skont karatteristika jew funzjoni waħda jew iktar. Għad-Displays, il-varjazzjonijiet aċċettabbli f'Familja ta' Prodotti jinkludu:

1.

Kompartiment estern;

2.

Numru u tipi ta' interfaċċji;

3.

Numru u tipi ta' dejta, netwerk, jew ports periferali; u

4.

Kapaċità ta' proċessar u memorja.

F)

Mudell Rappreżentattiv: Il-konfigurazzjoni tal-prodott li huwa ttestjat għall-kwalifika ta' ENERGY STAR u li huwa maħsub biex jiġi kkummerċjalizzat u tikkettat bħala ENERGY STAR.

G)

Sors tal-Enerġija

1.   Provvista tal-Elettriku Esterna (EPS): Ċirkwit tal-provvista tal-elettriku esterna li jintuża sabiex jikkonverti l-kurrent elettriku tad-dar f'kurrent dc jew f'kurrent ac b'vultaġġ inferjuri sabiex jitħaddem prodott għall-konsumaturi.

2.   Standard dc: Metodu għat-trażmissjoni ta' enerġija dc iddefinit minn standard tat-teknoloġija ferm magħruf, li jippermetti interoperabilità plug-and-play.

Nota: Eżempji komuni huma USB u Power-over-Ethernet. Normalment Standard dc jinkludi kemm enerġija kif ukoll komunikazzjonijiet fuq l-istess kejbil, iżda bħal fil-każ ta' 380 V dc standard, dan mhuwiex meħtieġ.

2.   Kamp ta' Applikazzjoni

2.1.   Prodotti Inklużi

2.1.1.   Prodotti li jissodisfaw id-definizzjoni ta' Display kif speċifikat hawnhekk u li jieħdu l-kurrent direttament mill-mejns ac, minn Provvista tal-Elettriku Esterna jew Standard dc huma eliġibbli għat-tikketta ENERGY STAR, bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati fit-Taqsima 2.22.2. Prodotti tipiċi li jkunu eliġibbli għal kwalifika skont din l-ispeċifikazzjoni jinkludu:

i.

Moniters;

ii.

Moniters b'funzjonalità ta' swiċċjar ta' tastiera, vidjow u mouse (KVM);

iii.

Displays tas-Sinjalar, u

iv.

Displays tas-Sinjalar u Moniters b'Moduli Plug-in.

2.2.   Prodotti Esklużi

2.2.1.   Il-prodotti li huma koperti minn speċifikazzjonijiet ta' prodotti ENERGY STAR oħrajn mhumiex eliġibbli għall-kwalifikazzjoni taħt din l-ispeċifikazzjoni inklużi Televixins u Kompjuters (Terminals Ħfief, Slates/Tablets, Kompjuters Komprensivi Portabbli, Desktops Integrati). Il-lista tal-ispeċifikazzjonijiet attwalment fis-seħħ tinsab fuq http://www.eu-energystar.org/specifications.htm.

2.2.2.   Il-prodotti li ġejjin mhumiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni:

i.

Prodotti bi tuner tat-televixin integrat;

ii.

Displays b'batteriji integrati jew sostitwibbli mfasslin sabiex jappoġġjaw l-operat primarju mingħajr mejns ac jew elettriku dc estern, jew mobilità tal-apparat (eż. qarrejja elettroniċi, frejms tar-ritratti diġitali li jaħdmu bil-batterija); u

iii.

Prodotti li jridu jissodisfaw ir-regolamenti tal-UE għal apparati mediċi li jipprojbixxu l-kapaċitajiet ta' ġestjoni tal-elettriku u/jew ma għandhomx stat ta' elettriku li jissodisfa d-definizzjoni tal-Modalità Stennija.

3.   Kriterji ta' kwalifika

3.1.   Ċifri Sinifikanti u Arrotondament

3.1.1.   Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu b'valuri mkejla direttament (mhux arrotondati).

3.1.2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-konformità mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi evalwata bl-użu ta' valuri kkalkolati jew imkejla direttament mingħajr ma jsir kwalunkwe arrotondament.

3.1.3.   Il-valuri mkejla direttament jew ikkalkolati li huma sottomessi għar-rapportar lill-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu arrotondati għall-eqreb ċifra sinifikanti kif espressa fir-rekwiżiti korrispondenti tal-ispeċifikazzjoni.

3.2.   Rekwiżiti Ġenerali għall-Moniters u d-Displays tas-Sinjalar

3.2.1.   Provvisti tal-Elettriku Esterni (EPSs): L-EPSs b'Vultaġġ Wieħed jew Multiplu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-Livell VI jew ogħla skont il-Protokoll Internazzjonali tal-Immarkar tal-Effiċjenza meta ttestjati skont il-Uniform Test Method for Measuring the Energy Consumption of External Power Supplies, Appendiċi Z sa 10 CFR Parti 430.

i.

L-EPSs b'Vultaġġ Wieħed jew Multiplu għandhom jinkludu l-immarkar tal-Livell VI jew ogħla.

ii.

Informazzjoni addizzjonali dwart il-Protokoll tal-Immarkar hija disponibbli fuq http://www.regulations.gov/#!documentDetail;D=EERE-2008-BT-STD-0005-0218.

3.2.2.   Ġestjoni tal-Enerġija:

i.

Il-prodotti għandhom joffru mill-inqas element wieħed tal-ġestjoni tal-enerġija li jkollu attivazzjoni prestabbilita, u li jista' jintuża għat-tranżizzjoni awtomatika mill-Modalità Stennija għall-Modalità Mixgħul permezz ta' apparat host konness jew intern (eż. appoġġ għas-Sinjalar tad-Display tal-Ġestjoni tal-Enerġija VESA (DPMS), b'attivazzjoni prestabbilita).

ii.

Il-prodotti li jiġġeneraw kontenut għall-wiri minn sors intern wieħed jew aktar għandu jkollhom senser jew arloġġ b'attivazzjoni prestabbilita biex jattiva awtomatikament il-Modalità Stennija jew Mitfi.

iii.

Il-ħin tad-dewmien għandu jiġu rrapportat għal prodotti li jkollhom ħin tad-dewmien prestabbilit intern għat-tranżizzjonijiet tal-prodott mill-Modalità Mixgħul għall-Modalità Stennija jew Mitfi.

iv.

Il-moniters għandhom jidħlu b'mod awtomatiku fil-Modalità Stennija jew Mitfi fi żmien 5 minuti wara li jiġu skonnettjati minn kompjuter host.

3.2.3.   Id-Displays tas-Sinjalar għandu jkollhom fattur tal-enerġija vera f'Modalità Mixgħul ta' 0,7 jew iktar skont it-Taqsima 5.2(F) fil-Metodu tat-Test tal-ENERGY STAR.

3.3.   Rekwiżiti tal-Enerġija għall-Moniters tal-Kompjuter

3.3.1.   Il-Konsum Totali tal-Enerġija (TEC) f'kWh għandu jiġi kkalkolat skont l-Ekwazzjoni 1 abbażi tal-valuri mkejlin.

Ekwazzjoni 1

Kalkolu tal-Konsum Totali tal-Enerġija

ETEC = 8,76 × (0,35 × PON + 0,65 × PSLEEP )

Fejn:

ETEC hija l-kalkolu tal-Konsum Totali tal-Enerġija f'kWh;

PON hija l-Enerġija Mkejla fil-Modalità Mixgħul f'watts;

PSLEEP hija l-Enerġija Mkejla fil-Modalità Stennija f'watts; u

Ir-riżultat għandu jiġi arrotondat għall-eqreb parti minn għaxra ta' kWh għar-rapportar.

3.3.2.   It-TEC Massimu (ETEC_MAX) f'kWh għall-Moniters għandu jiġi kkalkolat skont it-Tabella 1.

Tabella 1

Kalkolu tat-TEC Massimu (ETEC_MAX) għall-Moniters f'kWh

Erja (in2)

ETEC Mass (kWh)

Fejn:

AErja tal-iskrin li tidher f'in2rRiżoluzzjoni tal-iskrin f'megapixels

Ir-riżultat għandu jiġi arrotondat għall-eqreb parti minn għaxra ta' kWh għar-rapportar

A < 130

(6,13 × r) + (0,06 × A) + 9

130 ≤ A < 150

(6,13 × r) + (0,69 × A) – 72,38

150 ≤ A < 180

(6,13 × r) + (0,21 × A) – 0,50

180 ≤ A < 200

(6,13 × r) + (0,05 × A) + 28

200 ≤ A < 230

(6,13 × r) + (0,03 × A) + 31,33

230 ≤ A < 280

(6,13 × r) + (0,2 × A) – 7

280 ≤ A < 300

(6,13 × r) + 49

300 ≤ A < 500

(6,13 × r) + (0,2 × A) – 11

A ≥ 500

(6,13 × r) + 89

3.3.3.   Għall-Moniters kollha, it-TEC Ikkalkolat (ETEC) f'kWh għandu jkun inqas minn jew daqs il-kalkolu tat-TEC Massimu (ETEC_MAX) bl-allokazzjonijiet u l-aġġustamenti applikabbli (applikati mhux iktar minn darba) skont l-Ekwazzjoni 2.

Ekwazzjoni 2

Rekwiżit ta' Konsum Totali tal-Enerġija għall-Moniters

ETEC ≤ (ETEC_MAX + EEP + EABC + EN + EOS + ET ) × effAC_DC

Fejn:

ETEC hija TEC f'kWh ikkalkolat skont l-Ekwazzjoni 1;

ETEC_MAX hija r-rekwiżit tat-TEC Massimu f'kWh ikkalkolat skont it-Tabella 1;

EEP hija l-allokazzjoni tad-display bi prestazzjoni mtejba f'kWh skont it-Taqsima 3.3.4;

EABC hija l-allokazzjoni għall-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità f'kWh skont l-Ekwazzjoni 4;

EN hija l-allokazzjoni għall-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk f'kWh skont it-Tabella 3;

EOS hija l-allokazzjoni għas-Senser tal-Okkupazzjoni f'kWh skont it-Tabella 4;

ET hija l-allokazzjoni għat-Teknoloġoija tal-Mess f'kWh skont l-Ekwazzjoni 5; u

effAC_DC hija l-aġġustament standard għat-telf fil-konverżjoni tal-enerġija ac-dc li jseħħ meta l-apparat jixgħel id-Display, u hija ta' 1,0 għad-Displays li jaħdmu bl-Ac u 0,85 għad-Displays bi Standard dc.

3.3.4.   Għal Moniters li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' display bi prestazzjoni mtejba (EPD) ta' hawn taħt, fl-Ekwazzjoni 2 għandha tintuża biss waħda mill-allokazzjonijiet li ġejjin fit-Tabella 2:

i.

Proporzjon ta' kuntrast ta' mill-inqas 60:1 imkejjel f'angolu f'dehra orizzontali ta' mill-inqas 85° mill-perpendikolari fuq skrin ċatt u tal-inqas 83° mill-perpendikolari fuq skrin li ġej għat-tond, bi ħġieġa li tgħatti l-iskrin jew mingħajr;

ii.

Riżoluzzjoni nattiva ikbar minn jew daqs 2,3 megapixels (MP); u

iii.

Firxa tal-kulur ikbar minn jew daqs 32,9 % tas-CIE LUV.

Tabella 2

Kalkolu tal-Allokazzjoni tal-Enerġija għal Displays bi Prestazzjoni Mtejba

Kriterji tal-Firxa tal-Kulur

EEP (kWh)

Fejn:

ETEC_MAX hija r-rekwiżit tat-TEC Massimu f'kWh; u

r hija r-riżoluzzjoni tal-iskrin f'megapixels

L-appoġġ tal-Firxa tal-Kulur hija ta' 32,9 % tas-CIE LUV jew ikbar.

Formula

L-appoġġ tal-Firxa tal-Kulur hija ta' 38,4 % tas-CIE LUV jew ikbar.

0,65 × (ETEC_MAX – 6,13 × r)

Nota: Mudell li jappoġġja iktar minn 99 % tal-ispazju tal-kulur sRGB jikkorrispondi għal 32,9 % tas-CIE LUV u mudell li jappoġġja iktar minn 99 % tal-Adobe RGB jikkorrispondi għal 38,4 % tas-CIE LUV.

3.3.5.   Għall-moniters b'Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC) b'attivazzjoni prestabbilita, allokazzjoni tal-enerġija (EABC), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 4, għandha tiżdied ma' ETEC_MAX fl-Ekwazzjoni 2, jekk it-tnaqqis tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul (RABC), kif ikkalkolat skont l-Ekwazzjoni 3, huwa ikbar minn jew daqs 20 %.

Ekwazzjoni 3

Kalkolu tat-Tnaqqis tal-Enerġija fil-Modalità Mixgħul bl-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita

Formula

Fejn:

RABC hija t-tnaqqis ta' perċentwal tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul minħabba l-ABC;

P300 hija l-enerġija tal-Modalità Mixgħul f'watts, kif imkejla f'livell tad-dawl ambjentali ta' 300 lux fit-Taqsima 6.4 tal-Metodu tat-Test; u

P12 hija l-enerġija tal-Modalità Mixgħul f'watts, kif imkejla f'livell tad-dawl ambjentali ta' 12-il lux fit-Taqsima 6.4 tal-Metodu tat-Test.

Ekwazzjoni 4

Allokazzjoni tal-Enerġija għall-ABC tal-Moniters (EABC)

EABC = 0,05 × ETEC_MAX

Fejn:

EABC hija l-allokazzjoni tal-enerġija għall-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità f'kWh; u

ETEC_MAX hija t-TEC Massimu f'kWh, skont it-Tabella 1.

3.3.6.   Il-prodotti b'Konnettività Sħiħa tan-Netwerk konfermati fit-Taqsima 6.7 tal-Metodu tat-Test tal-ENERGY STAR għandhom japplikaw l-allokazzjoni stipulata fit-Tabella 3.

Tabella 3

Allokazzjoni tal-Enerġija għall-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk (EN) għall-Moniters

EN (kWh)

2,9

3.3.7.   Il-prodotti ttestjati b'Senser tal-Preżenza attiv għandhom japplikaw l-allokazzjoni speċifikata fit-Tabella 4.

Tabella 4

Allokazzjoni tal-Enerġija għal Funzjonijiet Addizzjonali (EOS) għall-Moniters

Tip

Allokazzjoni (kWh)

Senser tal-Preżenza

EOS

1,7

3.3.8.   Il-prodotti ttestjati bit-Teknoloġija tal-Mess attiva fil-Modalità Mixgħul għandhom japplikaw l-allokazzjoni speċifikata fl-Ekwazzjoni 5.

Ekwazzjoni 5

Allokazzjoni tal-Enerġija għat-Teknoloġija tal-Mess (ET) għall-Moniters

ET = 0,15 × ETEC_MAX

Fejn:

ET hija l-allokazzjoni tal-enerġija għat-Teknoloġija tal-Mess f'kWh; u

ETEC_MAX hija t-TEC Massimu f'kWh, skont it-Tabella 1.

3.4.   Rekwiżiti tal-Modalità Mixgħul għad-Displays tas-Sinjalar

3.4.1.   L-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul (PON_MAX) f'watts għandha tiġi kkalkolata skont l-Ekwazzjoni 6.

Ekwazzjoni 6

Kalkolu tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul (PON_MAX) f'Watts għad-Displays tas-Sinjalar

PON MAX = (4,0 × 10– 5 ×  × A) + 119 × tanh(0,0008 × (A – 200,0) + 0,11) + 6

Fejn:

PON_MAX hija l-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul, f'watts;

A hija l-Erja tal-Iskrin f'pulzieri kwadri;

 hija l-Luminanza Massima Mkejla tad-Display f'kandeli għal kull metru kwadru, kif imkejla fit-Taqsima 6.2 tal-metodu tat-test;

tanh hija l-funzjoni tanġenti iperbolika; u

Ir-riżultat għandu jiġi arrotondat għall-eqreb parti minn għaxra ta' watt għar-rapportar.

Ekwazzjoni 7

Rekwiżit tal-Enerġija tal-Modalità Mixgħul għad-Displays tas-Sinjalar

PON PON_MAX + PABC

Fejn:

PON hija l-Enerġija tal-Modalità Mixgħul f'watts, kif imkejla fit-Taqsima 6.3 jew 6.4 tal-Metodu tat-Test;

PON_MAX hija l-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul, f'watts, skont l-Ekwazzjoni 6; u

PABC hija l-allokazzjoni tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul għall-ABC f'watts, skont l-Ekwazzjoni 8.

3.4.2.   Għad-Displays tas-Sinjalar bl-ABC b'attivazzjoni prestabbilita, allokazzjoni tal-enerġija (PABC), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 8, għandha tiżdied mal-PON_MAX, kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 6, jekk it-tnaqqis tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul (RABC), kif ikkalkolat skont l-Ekwazzjoni 3, ikun ikbar minn jew daqs 20 fil-mija.

Ekwazzjoni 8

Kalkolu tal-Allokazzjoni tal-Enerġija fil-Modalità Mixgħul għad-Displays tas-Sinjalar bl-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita

PABC = 0,05 × PON_MAX

Fejn:

PABC hija l-allokazzjoni tal-Enerġija Mkejla tal-Modalità Mixgħul għall-ABC f'watts; u

PON_MAX hija r-rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul f'watts.

3.5.   Rekwiżiti tal-Modalità Stennija għad-Displays tas-Sinjalar

3.5.1.   L-Enerġija Mkejla tal-Modalità Stennija (PSLEEP) f'watts għandha tkun inqas minn jew daqs is-somma tal-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Stennija (PSLEEP_MAX) u kwalunwke allokazzjoni (applikata mhux iktar minn darba) skont l-Ekwazzjoni 9.

Ekwazzjoni 9

Rekwiżit tal-Enerġija tal-Modalità Stennija għad-Displays tas-Sinjalar

Formula

Fejn:

PSLEEP hija l-Enerġija Mkejla tal-Modalità Stennija f'watts;

PSLEEP_MAX hija r-rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Stennija f'watts skont it-Tabella 5;

PN hija l-allokazzjoni tal-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk f'watts skont it-Tabella 6;

POS hija l-allokazzjoni tas-Senser tal-Preżenza f'watts skont it-Tabella 7; u

PT hija l-allokazzjoni tat-Teknoloġija tal-Mess f'watts skont it-Tabella 7.

Tabella 5

Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Stennija (PSLEEP_MAX) għad-Displays tas-Sinjalar

PSLEEP_MAX

(watts)

0,5

3.5.2.   Il-prodotti b'Konnettività Sħiħa tan-Netwerk konfermati fit-Taqsima 6.7 tal-Metodu tat-Test ENERGY STAR għandhom japplikaw l-allokazzjoni stipulata fit-Tabella 6.

Tabella 6

Allokazzjoni għall-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk għad-Displays tas-Sinjalar

PN

(watts)

3,0

3.5.3.   Il-prodotti ttestjati b'Senser tal-Preżenza jew b'Teknoloġija tal-Mess attivi fil-Modalità Stennija għandhom japplikaw l-allokazzjonijiet speċifikati fit-Tabella 7.

Tabella 7

Allokazzjoni tal-Enerġija għal Funzjonijiet Addizzjonali tal-Modalità Stennija għad-Displays tas-Sinjalar

Tip

Daqs tal-Iskrin

(in)

Allokazzjoni (watts)

Senser tal-Preżenza

POS

Kollha

0,3

Funzjonalità tal-Mess

PT

(applikabbli biss għad-Displays tas-Sinjalar fejn id-daqs tal-iskrin ikun ikbar minn 30 pulzier)

≤ 30

0,0

> 30

1,5

3.6.   Rekwiżiti tal-Modalità Mitfi għad-Displays kollha

3.6.1.   Ma hemmx bżonn li prodott ikollu Modalità Mitfi sabiex ikun eliġibbli għall-kwalifikazzjoni. Għall-prodotti li joffru Modalità Mitfi, l-enerġija mkejla tal-Modalità Mitfi (POFF) għandha tkun inqas minn jew daqs ir-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mitfi (POFF_MAX) fit-Tabella 8.

Tabella 8

Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mitfi (POFF_MAX)

POFF_MAX

(watts)

0,5

3.7.   Obbligi ta' Rapportar tal-Luminanza

3.7.1.   Il-Luminanza Massima Rapportata u l-Luminanza Massima Mkejla għandhom jiġu rrapportati għall-prodotti kollha; il-Luminanza tal-Prodott Kif Ikkunsinnjat għandha tkun rapportata għall-prodotti kollha ħlief għal dawk bl-ABC b'attivazzjoni prestabbilita.

4.   Rekwiżiti tat-Test

4.1.   Metodi tat-Test

4.1.1.   Il-metodi tat-test identifikati fit-Tabella 9 għandhom jintużaw sabiex jiddeterminaw il-kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR.

Tabella 9

Metodi tat-test għall-Kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR

Tip ta' Prodott

Metodu tat-Test

It-Tipi tal-Prodotti u d-Daqsijiet tal-Iskrins Kollha

Il-Metodu tat-Test tal-ENERGY STAR għad-Determinazzjoni tal-Enerġija tad-Display

Displays bi Prestazzjoni Mtejba

International Committee for Display Metrology (ICDM) Information Display Measurements Standard — Verżjoni 1.03

Displays li Jiddikjaraw Konnettività Sħiħa tan-Netwerk

CEA-2037-A, Determinazzjoni tal-Enerġija tas-Sett tat-Televixin Konsum

4.2.   Għadd ta' Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar

4.2.1.   Għall-ittestjar għandha tintgħażel unità waħda ta' Mudell Rappreżentattiv, kif definit fit-Taqsima 1.

4.2.2.   Għall-kwalifikazzjoni ta' Familja ta' Prodotti, il-konfigurazzjoni tal-prodott li tirrappreżenta l-agħar xenarju ta' domanda għall-enerġija għal kull kategorija tal-prodott fi ħdan il-Familja tal-Prodotti għandha titqies bħala l-Mudell Rappreżentattiv.

5.   Interfaċċja tal-Utent

5.1.   Il-manifatturi jitħeġġu jiddisinjaw prodotti f'konformità mal-istandard tal-interfaċċja tal-utent, IEEE P1621; Standard for User Interface Elements in Power Control of Electronic Devices Employed in Office/Consumer Environments. Għad-dettalji, ara http://energy.lbl.gov/controls/

6.   Data effettiva

6.1.   Data Effettiva: L-Ispeċifikazzjoni tad-Display tal-ENERGY STAR Verżjoni 7.0 għandha tidħol fis-seħħ fid-data effettiva tal-Ftehim. Sabiex jikkwalifika għall-ENERGY STAR, mudell ta' prodott għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR fis-seħħ fid-data tal-manifattura tiegħu. Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data li fiha unità titqies li ġiet assemblata kompletament.

6.2.   Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjoni: Il-Kummissjoni Ewropea tirriserva d-dritt li tibdel din l-ispeċifikazzjoni jekk il-bidiet teknoloġiċi u/jew tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija, jew l-ambjent. Sabiex ikun hemm konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta' diskussjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Fil-każ ta' reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni, jekk jogħġbok ħu nota li l-kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR ma tingħatax awtomatikament għat-tul tal-ħajja ta' mudell.

7.   Kunsiderazzjonijiet għal Reviżjonijet Futuri

7.1.   Limitu tal-Enerġija DC tal-Modalità Mixgħul: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea huma interessati li jikkunsidraw rekwiżit separat għall-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul għal prodotti Standard dc li ma jeħtiġux kalkolu tal-konverżjoni ac-dc. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jantiċipaw li dawn il-prodotti se jsiru iktar popolari fis-suq bl-aħħar standard tal-USB u lesti sabiex jirċievu iktar dejta diretta b'testijiet fuq dc għal dawn il-prodotti.

METODU TAT-TEST FINALI GĦAD-DISPLAYS

Rev. Settembru 2015

1.   Ħarsa ġenerali

Il-metodu tat-test li ġej għandu jintuża għd-determinazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR għad-Displays.

2.   Applikabbiltà

Il-metodu tat-test li ġej huwa applikabbli għall-prodotti kollha eliġibbli għal kwalifika skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ENERGY STAR għad-Displays.

3.   Definizzjonijiet

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it-termini kollha użati f'dan id-dokument huma konsistenti mad-definizzjonijiet fl-Ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR għad-Displays.

A)   Magna Host: Il-magna jew l-apparat użat bħala s-sors ta' sinjal vidjow/awdjo għall-ittestjar tad-Displays. Jista' jkun kompjuter jew xi apparat ieħor li kapaċi jipprovdi sinjal vidjow.

4.   Issettjar tat-test

A)

Issettjar u Strumentazzjoni tat-Test: L-issettjar u l-istrumentazzjoni tat-test għal kull parti ta' din il-proċedura għandhom ikunu f'konformità mar-rekwiżiti tal-International Electrotechnical Commission (IEC) 62301-2011, “Household electrical appliances — Measurement of standby power,” Taqsima 4, “General Conditions for Measurements,” sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan id-dokument. Fil-każ ta' rekwiżiti kunfliġġenti, il-Metodu tat-Test tal-ENERGY STAR għandu jieħu preċedenza.

B)

Enerġija tal-Input Ac: Il-prodotti li huma kapaċi jinxtegħlu mill-mejns tal-ac għandhom jitqabbdu ma' sors tal-vultaġġ adatt għas-suq fil-mira, kif speċifikat fit-Tabella 10. Jekk tiġi kkunsinjata provvista tal-elettriku esterna mal-prodott, din għandha tintuża sabiex il-prodott jitqabbad mas-sors tal-vultaġġ speċifikat.

Tabella 10

Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Input għall-Prodotti

Suq

Vultaġġ

Tolleranza tal-Vultaġġ

Distorsjoni Armonika Massima Totali

Frekwenza

Tolleranza tal-Frekwenza

L-Amerika ta' Fuq, it-Tajwan

115 V ac

+/– 1,0 %

5,0 %

60 Hz

+/– 1,0 %

L-Ewropa, l-Awstralja, New Zealand

230 V ac

+/– 1,0 %

5,0 %

50 Hz

+/– 1,0 %

Il-Ġappun

100 V ac

+/– 1,0 %

5,0 %

50 Hz jew 60 Hz

+/– 1,0 %

C)

Enerġija tal-Input dc:

1.

Il-prodotti jistgħu jiġu ttestjati b'sors dc (eż. permezz ta' netwerk jew konnessjoni tad-dejta) biss jekk dc ikun l-uniku sors disponibbli tal-enerġija għall-prodott (jiġifieri ma tiġi pprovduta ebda plakka ac jew Provvista tal-Elettriku Esterna (EPS) mal-prodott).

2.

Il-prodotti li jaħdmu b'dc għandhom jiġu installati u jitqabbdu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, billi jintuża port bl-ispeċifikazzjonijiet sħaħ rakkomandati għad-Display (eż. Universal Serial Bus (USB) 3.1 jekk applikabbli, anki jekk retrokompatibbli mal-USB 2.0).

3.

Il-kejl tal-enerġija għandu jsir bejn is-sors dc (eż. Magna Host) u l-kejbil li jintbagħat mal-prodott, inkluż it-telf introdott mill-kejbil ipprovdut. Jekk ma jiġi pprovdut ebda kejbil mal-prodott, minfloku jista' jintuża kwalunkwe kejbil bejn 2 piedi u 6 piedi. Għandha titkejjel u tiġi rrapportata r-reżistenza tal-kejbil użat sabiex jitqabbad id-Display mal-punt tal-kejl.

Nota: Ir-reżistenza mkejla tal-kejbils tal-enerġija dc tinkludi t-total tar-reżistenzi kemm tal-wajer tal-vultaġġ tal-provvista dc kif ukoll tal-wajer tal-ert.

4.

Jista' jintuża kejbil iċċombat bejn il-kejbil ipprovdut u s-sors dc sabiex jitqabbad l-apparat li jkejjel l-enerġija. Jekk jintuża dan il-metodu, iridu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-kejbil iċċombat għandu jintuża apparti l-kejbil ipprovdut deskritt fit-Taqsima 4(C)(3).

(b)

Il-kejbil iċċombat għandu jitqabbad bejn is-sors dc u l-kejbil ipprovdut.

(c)

Il-kejbil iċċombat ma għandux ikun itwal minn pied.

(d)

Għall-kejl tal-vultaġġ, l-ammont totali ta' wajers użati bejn il-kejl tal-vultaġġ u l-kejbil ipprovdut għandu jkun inqas minn 50 milli-ohm ta' reżistenza. Dan japplika biss għall-wajers li qegħdin iġorru l-kurrent tat-tagħbija.

Nota: Il-vultaġġ u l-kurrent mhux bilfors iridu jitkejlu fl-istess post, diment li l-vultaġġ jitkejjel fi ħdan 50 milli-ohm mill-kejbil ipprovdut.

(e)

Il-kejl tal-kurrent jista' jsir jew fuq il-wajer tal-ert jew fuq il-wajer tal-vultaġġ tal-provvista dc.

(f)

Figure 1 turi eżempju ta' kejbil iċċombat issettjat bl-użu ta' Display li jaħdem b'USB 2.0 imqabbad mal-Magna Host.

Illustrazzjoni 1

Eżempju ta' Arranġament ta' Kejbil USB 2.0 Iċċombat

Image

Test ta 'immaġni

D)

Temperatura Ambjentali: It-temperatura ambjentali għandha tkun ta' 23 °C ± 5 °C.

E)

Umdità Relattiva: L-umdità relattiva għandha tkun bejn 10 % u 80 %.

F)

Allinjament tal-UUT:

1.

L-erba' rkejjen tal-wiċċ tal-Unità tat-Test (UUT) għandhom ikunu ekwidistanti minn pjan ta' referenza vertikali (eż. ħajt).

2.

Iż-żewġ irkejjen tal-wiċċ tal-UUT għandhom ikunu ekwidistanti minn pjan ta' referenza orizzontali (eż. l-art).

G)

Is-Sors tad-Dawl għall-Ittestjar tal-Modalità Mixgħul:

1.

Tip ta' Lampa:

(a)

Lampa riflettur flood u aloġena bi spettru standard. Il-lampa ma għandhiex tissodisfa d-definizzjoni ta' “Spettru modifikat” kif iddefinit f'10 CFR 430.2 — Definitions (1).

(b)

Luminożità Klassifikata: 980 ± 5 % lumen.

2.

Allinjament tas-Sors tad-Dawl għall-Prodotti ta' Ttestjar bl-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita:

(a)

Ma għandu jkun hemm ebda xkiel bejn il-lampa u s-senser tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC) tal-UUT (eż. mezzi ta' diffużjoni, għotjien tal-lampa frosted, eċċ.).

(b)

Iċ-ċentru tal-lampa għandu jitqiegħed f'distanza ta' 5 piedi miċ-ċentru tas-senser tal-ABC.

(c)

Iċ-ċentru tal-lampa għandu jkun allinjat f'angolu orizzontali ta' 0° fir-rigward taċ-ċentru tas-senser tal-ABC tal-UUT.

(d)

Iċ-ċentru tal-lampa għandu jkun allinjat fl-istess għoli maċ-ċentru tas-senser tal-ABC tal-UUT fir-rigward tal-art (jiġifieri s-sors tad-dawl għandu jitqiegħed f'angolu vertikali ta' 0° fir-rigward taċ-ċentru tas-senser tal-ABC tal-UUT).

(e)

Ebda superfiċje tal-kamra tat-test (jiġifieri l-art, is-saqaf u l-ħitan) ma għandha tkun inqas minn 2 piedi miċ-ċentru tas-Senser tal-ABC tal-UUT.

(f)

Il-valuri tal-illuminanza għandhom jinkisbu billi jiġi varjat il-vultaġġ tal-input tal-lampa.

(g)

Figure 2 u Figure 3 jipprovdu iktar informazzjoni dwar l-UUT u l-allinjament tas-sors tad-dawl.

Illustrazzjoni 2

L-Issettjar tat-Test — Dehra minn Fuq

Image

Test ta 'immaġni

Noti:

D1 = D2 fir-rigward tal-pjan ta' referenza vertikali

D1 u D2 jindikaw li l-irkejjen tal-wiċċ tal-UUT għandhom ikunu tal-inqas 2 piedi mill-pjan ta' referenza vertikali

D3 u D4 jindikaw li ċ-ċentru tas-senser tad-dawl għandu jkun tal-inqas 2 piedi mill-ħitan tal-kamra

Illustrazzjoni 3

L-Issettjar tat-Test — Dehra mill-Ġenb

Image

Test ta 'immaġni

Noti:

D1 = D2 fir-rigward tal-pjan ta' referenza vertikali

D1 u D2 jindikaw li l-irkejjen tal-wiċċ tal-UUT għandhom ikunu tal-inqas 2 piedi mill-pjan ta' referenza vertikali

L-apparat li jkejjel l-illuminanza għandu jitneħħa għall-kejl tal-enerġija, wara li tinkiseb l-illuminanza fil-mira

H1 = H2 fir-rigward tal-pjan ta' referenza orizzontali (eż. l-art)

H3 u H4 jindikaw li ċ-ċentru tas-senser tad-dawl irid ikun tal-inqas 2 piedi mill-art u 2 piedi mis-saqaf

L-apparat li jkejjel l-illuminanza jitneħħa għall-kejl tal-enerġija, wara li tinkiseb l-illuminanza fil-mira

H)

L-Apparat li Jkejjel l-Enerġija: L-apparati li jkejlu l-enerġija għandu jkollhom l-attributi li ġejjin

1.

Fattur tal-Kurrent Crest:

(a)

Fattur tal-kurrent Crest disponibbli ta' 3 jew iktar bil-valur tal-medda klassifikat tiegħu; u

(b)

Limitu inferjuri fil-medda tal-kurrent ta' 10 mA jew anqas.

2.

Rispons Minimu tal-Frekwenza: 3,0 kHz

3.

Riżoluzzjoni Minima:

(a)

0,01 W għal valuri tal-kejl inqas minn 10 W jew daqsu;

(b)

0,1 W għal valuri tal-kejl minn 10 W sa 100 W; u

(c)

1,0 W għal valuri tal-kejl iktar minn 100 W.

I)

Apparati li Jkejlu l-Luminanza u l-Illuminanza:

1.

Il-kejl tal-luminanza għandu jsir permezz ta'

(a)

Apparat li jkejjel b'kuntatt; jew

(b)

Apparat li ma jkejjilx b'kuntatt.

2.

L-apparti kollha li jkejlu l-luminanza u l-illuminanza għandhom ikunu preċiżi sa ± 2 % (± 2 ċifri) tal-valur muri diġitalment.

3.

L-apparati li jkejlu l-luminanza bla kuntatt għandu jkollhom angolu ta' aċċettazzjoni ta' 3 gradi jew inqas.

Il-preċiżjoni ġenerali ta' apparat li jkejjel tinstab billi jittieħed (±) it-total assolut ta' 2 % tal-kejl u tolleranza b'2 ċifri tal-inqas figura sinifikanti tal-valur muri. Pereżempju, jekk apparat li jkejjel l-illuminanza juri “200,0” meta titkejjel il-luminożità ta' skrin ta' 200 nit, 2 % tal-200 nit jiġu 4,0 nits. L-inqas ċifra sinifikanti hija 0,1 nit. “Żewġ ċifri” timplika 0,2 nits. B'hekk, il-valur muri jkun 200 ± 4,2 nits (4 nits + 0,2 nits). Il-preċiżjoni hija speċifika għall-apparat li jkejjel l-illuminanza u ma għandhiex titqies bħala tolleranza matul il-kejl tad-dawl attwali.

J)

Preċiżjoni tal-Kejl:

1.

Il-kejl tal-enerġija b'valur ta' 0,5 W jew iktar għandu jsir b'inċertezza ta' 2 % jew inqas bil-livell ta' kunfidenza ta' 95 %.

2.

Il-kejl tal-enerġija b'valur ta' inqas minn 0,5 W għandu jsir b'inċertezza ta' 0,01 W jew inqas bil-livell ta' kunfidenza ta' 95 %.

3.

Il-valuri tad-dawl ambjentali kollha (lux imkejlin) għandhom jitkejlu fil-post tas-senser tal-ABC fuq l-UUT bid-dawl li jidħol direttament fis-senser u bil-menu ewlieni mis-sinjal tat-test minn IEC 62087:2011, “Methods of measurement for the power consumption of audio, video and related equipment” muri fuq il-prodott. Għall-prodotti li mhumiex kompatibbli mal-format tas-sinjal tat-test tal-IEC, il-valuri tad-dawl ambjentali għandhom jitkejlu bis-sinjal tat-test tal-Video Electronics Standard Association (VESA) Flat Panel Display Measurements Standard version 2.0 (FPDM2) FK li jkun qiegħed jintwera fuq il-prodott.

4.

Il-valuri tad-dawl ambjentali għandhom jitkejlu fi ħdan it-tolleranzi li ġejjin:

(a)

Fi 12-il lux, id-dawl ambjentali għandu jkun fi ħdan ± 1,0 lux; u

(b)

Fi 300 lux, id-dawl ambjentali għandu jkun fi ħdan ± 9,0 lux.

5.   It-twettiq tat-test

5.1.   Gwida għall-Kejl tal-Enerġija

A)

L-ittestjar bl-Issettjar Prestabbilit tal-Fabbrika: Il-kejl tal-enerġija għandu jsir bil-prodott f'kundizzjoni ta' kif ikkunsinjat għad-durata tal-ittestjar tal-Modalità Stennija u l-Modalità Mixgħul, bl-opzjonijiet kollha li jistgħu jiġu kkonfigurati mill-utenti ssettjati għal dawk prestabbiliti tal-fabbrika, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor minn dan il-metodu tat-test.

1.

L-aġġustamenti fil-livell tal-istampa għandhom isiru skont l-istruzzjonijiet f'dan il-metodu tat-test.

2.

Il-prodotti li jinkludu “menu obbligatorju” li jeħtieġ li jintgħażel l-issettjar tal-istampa qabel ma jixgħelu għall-ewwel darba għandhom jiġu ttestjati bl-issettjar tal-istampa “standard” jew “home”. F'każ li ma jeżisti ebda ssettjar standard jew ekwivalenti, l-issettjar prestabbilit rakkomandat mill-manifattur għandu jintuża għall-ittestjar u jiġi rreġistrat fir-rapport tat-test. Il-prodotti li ma fihomx menu obbligatorju għandhom jiġu ttesjtati bl-issettjar predefinit tal-istampa.

B)

Il-Moduli tal-Punt ta' Skjerament (POD): Ma għandhomx jiġu installati moduli fakultattivi tal-POD.

C)

Moduli Plug-in: Il-Moduli Fakultattivi Plug-in għandhom jitneħħew mid-Display jekk id-Display jista' jiġi ttestjat skont il-metodu tat-test mingħajr il-modulu installat.

D)

Modalità Stennija b'Diversi Funzjonalitajiet: Jekk il-prodott joffri diversi alternattivi għall-imġiba tal-apparat fil-Modalità Stennija (eż. biex jixgħel malajr) jew diversi metodi li bihom wieħed jista' jidħol fil-Modalità Stennija, għandha titkejjel u tiġi rreġistrata l-enerġija matul il-Modalitajiet Stennija kollha. Kull ittestjar tal-Modalità Stennija għandu jsir skont it-Taqsima 6.5.

5.2.   Kundizzjonijiet għall-Kejl tal-Enerġija

A)

Kejl tal-enerġija:

1.

Il-kejl tal-enerġija għandu jittieħed minn punt bejn is-sors tal-enerġija u l-UUT. Ma għandhomx jitqabbdu unitajiet ta' Provvista tal-Elettriku Mingħajr Interruzzjoni (UPS) u l-UUT. L-apparat li jkejjel l-enerġija għandu jibqa' fis-seħħ sakemm tiġi rreġistrata għalkollox id-dejta dwar l-enerġija fil-Modalità Mixgħul, il-Modalità Stennija u l-Modalità Mitfi.

2.

Il-kejl tal-enerġija għandu jiġi rreġistrat f'watts bħala valuri mkejlin direttament (mhux arrotondati) b'rata ta' qari 1 jew iktar fis-sekonda.

3.

Il-kejl tal-enerġija għandu jiġi rreġistrat wara li l-kejl tal-vultaġġ ikun stabbli sa 1 %.

B)

Kundizzjonijiet tal-Kamra Mudlama:

1.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-illuminanza mkejla fl-iskrin tal-UUT bil-UUT f'Modalità Mitfi għandha tkun ta' 1.0 lux jew inqas. Jekk l-UUT ma għandhiex Modalità Mitfi, l-illuminanza għandha titkejjel fl-iskrin tal-UUT bil-wajer tal-mejn tal-UUT maqlugħ.

C)

Konfigurazzjoni u Kontroll tal-UUT:

1.

Periferali u Konnessjonijiet tan-Netwerk:

(a)

Apparati periferali esterni (eż. mouse, tastiera, disk riġida esterna (HDD) eċċ.) ma għandhomx jitqabbdu ma' ports USB jew ma' ports tad-dejta oħrajn fuq l-UUT.

(b)

Bridging: Jekk l-UUT tappoġġja l-bridging skont id-definizzjoni fit-Taqsima 1 tal-ENERGY STAR Specification for Displays Verżjoni 7.0, għandha ssir konnessjoni bridge bejn l-UUT u l-Magna Host. Il-konnessjoni għandha ssir fl-ordni ta' preferenza li ġejja. Għandha ssir biss konnessjoni waħda u l-konnessjoni għandha tinżamm għad-durata tat-test.

i.

Thunderbolt

ii.

USB

iii.

Firewire (IEEE 1394)

iv.

Oħrajn

Nota: Eżempji ta' bridging għad-Displays jistgħu jinkludu:

1.

Id-Display jista' jikkonverti dejta bejn żewġ tipi ta' ports differenti (eż. Thunderbolt u Ethernet). Dan jista' jwassal biex apparat juża Thunderbolt bħala konnessjoni Ethernet jew bil-kontra.

2.

Il-possibbiltà li tastiera/mouse USB jitqabbdu ma' sistema oħra (eż. Magna Host) permezz tad-Display b'kontrollur hub USB.

(c)

Netwerking: Jekk l-UUT għandha kapaċità ta' netwerking (jiġifieri għandha l-ħila li tikseb indirizz IP meta tkun ikkonfigurata u konnessa ma' netwerk), il-kapaċità ta' netwerking għandha tkun attivata, u l-UUT għandha tkun konnessa ma' netwerk fiżiku attiv (eż. WiFi, Ethernet, eċċ.). In-netwerk fiżiku għandu jappoġġja l-ogħla u l-inqas veloċitajiet tad-dejta tal-funzjoni tan-netwerk tal-UUT. Konnessjoni attiva hija definita bħala konnessjoni fiżika attiva fuq is-saff fiżiku tal-protokoll tan-netwerking. Fil-każ tal-Ethernet, il-konnessjoni għandha ssir permezz ta' kejbil Ethernet Cat 5e standard jew aħjar ma' swiċċ jew router tal-Ethernet. Fil-każ tal-WiFi, l-apparat għandu jitqabbad u jiġi ttestjat qrib punt ta' aċċess bla fili (AP). Min jittestja għandu jikkonfigura s-saff tal-indirizz tal-protokoll, filwaqt li jqis dawn li ġejjin:

i.

Il-Protokolli tal-Internet (IP) v4 u IPv6 għandhom il-protokoll Neighbour Discovery u ġeneralment se jikkonfiguraw b'mod awtomatiku konnessjoni limitata li ma tistax tingħadda b'router.

ii.

L-IP jista' jiġi kkonfigurat b'mod manwali jew billi jintuża l-Protokoll (DHCP) Dynamic Host Configuration Protocol b'indirizz fl-ispazju tal-indirizz 192.168.1.x NAT (Network Address Translation — Traduzzjoni tal-Indirizz tan-Netwerk) jekk l-UUT ma ġġibx ruħha b'mod normali meta jintuża awtoIP. In-netwerk għandu jiġi kkonfigurat sabiex jappoġġja l-ispazju tal-indirizz tan-NAT u/jew tal-awtoIP.

iii.

L-UUT għandha żżomm din il-konnessjoni attiva man-netwerk sakemm jitlesta l-ittestjar, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Metodu tat-Test, mingħajr ma jitqiesu xi waqfiet qosra (eż. meta ssir it-tranżizzjoni bejn veloċità ta' konnessjoni għal oħra). Jekk l-UUT hija mgħammra b'diversi kapaċitajiet tan-netwerk, għandha ssir biss konnessjoni waħda fl-ordni ta' preferenza li ġejja:

a.

WiFi (Institution of Electrical and Electronics Engineers — IEEE 802.11- 2007 (2))

b.

Ethernet (IEEE 802.3). Jekk l-UUT tappoġġja l-Ethernet Effiċjenti fl-Enerġija (IEEE 802.3az-2010 (3)), għandha titqabbad ma' apparat li huwa wkoll jappoġġja IEEE 802.3az

c.

Thunderbolt

d.

USB

e.

Firewire (IEEE 1394)

f.

Oħrajn

(d)

Funzjonalità ta' Skrin tal-Mess: Jekk l-UUT għandha skrin tal-mess li jeħtieġ konnessjoni tad-dejta separata, din il-funzjoni għandha tiġi kkonfigurata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, inklużi konnessjonijiet mal-Magna Host u l-installazzjoni ta' drivers tas-softwer.

(e)

Fil-każ ta' UUT li għandha konnessjoni waħda li kapaċi twettaq diversi funzjonijiet (eż. bridging, netwerking, u/jew funzjonalità ta' skrin tal-mess), jista' jintuża konnettur wieħed sabiex jitwettqu dawn il-funzjonalitajiet diment li dan ikun l-iktar konnessjoni ppreferuta li tappoġġja l-UUT għal kull funzjonalità.

(f)

Fil-każ ta' UUT li ma jkollha ebda kapċità ta' dejta/netwerk, l-UUT għandha tiġi ttestjata kif ikkunsinnjata.

(g)

Speakers inkorporati u funzjonijiet u karatteristiċi oħrajn tal-prodotti mhux indirizzati b'mod speċifiku mill-metodu tat-test jew l-Ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR iridu jiġu kkonfigurati fil-konfigurazzjoni tal-enerġija tal-prodott kif ikkunsinnjat.

(h)

Għandha tiġi rreġistrata d-disponibbiltà ta' kapaċitajiet oħrajn bħal sensers tal-okkupazzjoni, qarrejja tal-karta tal-memorja flash/karti smart, interfaċċi tal-kamera, PictBridge.

2.

Interface tas-Sinjal:

(a)

Jekk l-UUT ikollha diversi interfaces tas-sinjal, l-UUT għandha tiġi ttestjata bl-ewwel interface disponibbli mil-lista ta' hawn taħt:

i.

Thunderbolt

ii.

DisplayPort

iii.

HDMI

iv.

DVI

v.

VGA

vi.

Interface Diġitali Ieħor

vii.

Interface Analogu Ieħor

3.

Senser tal-Preżenza: Jekk l-UUT għandha senser tal-preżenza, l-UUT għandha tiġi ttestjata bl-issettjar tas-senser tal-preżenza kkonfigurat fil-kundizzjoni kif ikkonsenjat. Għal UUTs b'senser tal-preżenza attivat kif ikkunsinjat:

(a)

Għandu jkun hemm persuna qrib is-senser tal-preżenza għall-perjodu inizjali kollu, l-istabbilizzazzjoni, l-ittestjar tal-luminanza u l-Modalità Mixgħul sabiex jiġi evitat li l-UUT tinżel f'livell li juża inqas enerġija (eż. Modalità Stennija jew Modalità Mitfi). L-UUT għandha tibqa' fil-Modalità Mixgħul għad-durata tal-perjodu inizjali, il-perjodu ta' stabbilizzazzjoni, it-test tal-luminanza u t-test tal-Modalità Mixgħul.

(b)

Ma għandu jkun hemm ebda persuna qrib is-senser tal-preżenza għad-durata tat-testijiet tal-Modalità Stennija u l-Modalità Mitfi sabiex jiġi evitat li l-UUT togħla f'livell li juża iktar enerġija (eż. Modalità Mixgħul). L-UUT għandha tibqa' fil-Modalità Stennija jew Modalità Mitfi għad-durata tat-testijiet tal-Modalità Stennija jew tal-Modalità Mitfi, rispettivament.

4.

Orjentazzjoni: Jekk l-UUT tista' tiddawwar f'orjentazzjonijiet vertikali u orizzontali, għandha tiġi ttestjata fl-orjentazzjoni orizzontali, bl-itwal dimensjoni parallela għall-wiċċ tal-mejda.

D)

Riżoluzzjoni u Frekwenza ta' Rinfriskar:

1.

Displays b'Pixels Fissi:

(a)

Il-format tal-pixels għandu jiġi kkonfigurat għal-livell nattiv kif speċifikat fil-manwal tal-prodott.

(b)

Għad-Displays mhux b'Tubu ta' Raġġi Katodiċi (CRT — Cathode Ray Tub), ir-rata ta' rinfriskar għandha tiġi stabbilita għal 60 Hz, sakemm ma tkunx speċifikata rata prestabbilita differenti ta' rinfriskar fil-manwal tal-prodotti, f'liema każ ikollha tintuża r-rata prestabbilita speċifikata ta' rinfriskar.

(c)

Għad-Displays CRT, il-format tal-pixels għandu jiġi kkonfigurat għall-ogħla riżoluzzjoni li hija mfassla sabiex titħaddem b'rata ta' rinfriskar ta' 75 Hz, kif speċifikat fil-manwal tal-prodotti. Għall-ittestjar għandhom jintużaw l-istandards tipiċi tal-industrija għall-kronometraġġ tal-format tal-pixels. Ir-rata ta' rinfriskar għandha tiġi kkonfigurata għal 75 Hz.

E)

Eżattezza tal-Livelli tas-Sinjal tal-Input: Meta jintużaw interfaces analogi, l-inputs tal-vidjow għandhom ikunu fi ħdan ± 2 % tal-livelli tal-abjad u l-iswed referenzjati. Meta jintużaw interfaces diġitali, is-sinjal tal-vidjow sors ma għandux jiġi aġġustat għall-kulur, jew modifikat minn min jittestja għal xi skop ieħor apparti l-kompressjoni/infiltrazzjoni u l-kodifikazzjoni/dekodifikazzjoni għat-trażmissjoni, skont il-bżonn.

F)

Fattur tal-Enerġija Reali: Il-Parteċipanti fil-programm għandhom jirrapportaw il-fattur tal-enerġija reali (PF) tal-UUT matul il-kejl tal-Modalità Mixgħul. Il-valuri tal-fattur tal-enerġija għandhom jiġu rreġistrata bl-istess rata li biha huwa rreġistrat il-valur tal-enerġija (PON). Għandha tinstab il-medja tal-fattur tal-enerġija rrapportat fuq id-durata sħiħa tal-ittestjar tal-Modalità Mixgħul.

G)

Materjali tat-Test:

1.

Għall-ittestjar għandu jintuża “IEC 62087:2011 Dynamic Broadcast-Content Signal” kif speċifikat fl-IEC 62087:2011, Taqsima 11.6, “On (average) mode testing using dynamic broadcast-content video signal.”

2.

“VESA FPDM2” għandu jintuża biss għall-prodotti li ma jistgħux juru l-IEC 62087:2011 Dynamic Broadcast-Content Signal.

H)

Sinjal tal-Input tal-Vidjow:

1.

Il-Magna Host għandha tiġġenera s-sinjal tal-input tal-vidjow fir-riżoluzzjoni nattiva tad-Display b'tali mod li l-erja attiva tal-vidjow timla l-iskrin sħiħ. Dan jista' jkun jeħtieġ li s-softwer li jaqra l-vidjow jaġġusta l-proporzjon tal-aspett tal-vidjow.

2.

Ir-rata tal-frame tas-sinjal tal-input tal-vidjow għandha tkun taqbel mar-rata tal-frame użata normalment fir-reġjun fejn jinbiegħ il-prodott (eż. Għall-Istati Uniti u l-Ġappun tintuża rata tal-frame ta' 60 Hz; għall-Ewropa u l-Awstralja tintuża rata tal-frame ta' 50 Hz).

3.

L-issettjar tal-awdjo fuq il-Magna Host għandu jkun diżattivat sabiex ma jiġi prodott ebda ħoss flimkien mas-sinjal tal-input tal-vidjow.

6.   Proċeduri tat-test għall-prodotti kollha

6.1.   Inizjalizzazzjoni tal-UUT Qabel it-Test

A)

Qabel il-bidu tal-ittestjar, l-UUT għandha tiġi inizjalizzata kif ġej:

1.

Issettja l-UUT skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tal-prodott ipprovdut.

2.

Qabbad apparat aċċettabbli li jkejjel il-watts mas-sors tal-enerġija u qabbad l-UUT mad-dawl fuq l-apparat li jkejjel il-watts.

3.

Bil-UUT mitfija, issettja l-livell tad-dawl ambjentali b'tali mod li l-illuminanza mkejla tal-iskrin tiġi inqas minn 1,0 lux (ara t-Taqsima 5.2(B)).

4.

Ixgħel l-UUT u wettaq il-konfigurazzjoni inizjali tas-sistema, kif applikabbli.

5.

Ara li l-issettjar tal-UUT huwa fil-konfigurazzjoni kif ikkunsinnjata, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-metodu tat-test.

6.

Ħalli l-UUT taħdem għal 20 minuta, jew il-ħin li teħtieġ l-UUT sabiex tlesti l-inizjalizzazzjoni u tkun tista' tintuża, skont liema minnhom ikun l-itwal. Il-format tas-sinjal tat-test IEC 62087:2011, kif speċifikat fit-Taqsima 5.2(G)(1), għandu jintwera għall-perjodu sħiħ ta' inizjalizzazzjoni. Displays li ma jistgħux juru l-format tas-sinjal tat-test IEC 62087:2011 għandu jkollhom is-sinjal tat-test VESA FPDM2 L80, kif speċifikat fit-Taqsima 5.2(G)(2), muri fuq l-iskrin.

7.

Irrapporta l-vultaġġ tal-input ac u l-frekwenza jew il-vultaġġ tal-input dc.

8.

Irrapporta t-temperatura ambjentali u l-umdità relattiva tal-kamra tat-test.

6.2.   Ittestjar tal-Luminanza

A)

L-ittestjar tal-luminanza għandu jsir minnufih wara l-perjodu ta' inizjalizzazzjoni u f'kundizzjonijiet ta' kamra mudlama. L-illuminanza tal-iskrin tal-prodott, kif imkejla bil-UUT fil-Modalità Mitfi, għandha tkun ta' 1,0 lux jew inqas.

B)

Il-luminanza għandha titkejjel b'mod perpendikolari għaċ-ċentru tal-iskrin tal-prodott bl-użu ta' apparat li jkejjel il-luminanza skont il-manwal tal-utenti tal-apparat li jkejjel.

C)

Il-pożizzjoni tal-apparat li jkejjel il-luminanza b'rabta mal-iskrin tal-prodott għandha tibqa' fissa matul id-durata tal-ittestjar.

D)

Għal prodotti bl-ABC, il-kejl tal-luminanza għandu jsir bl-ABC diżattivat. Jekk l-ABC ma jistax jiġi diżattivat, il-kejl tal-luminanza għandu jitkejjel b'mod perpendikolari miċ-ċentru tal-iskrin tal-prodott bid-dawl li jidħol direttament fis-senser tad-dawl ambjentali tal-UUT bi 300 lux jew iktar.

E)

Il-kejl tal-luminanza għandu jsir kif ġej:

1.

Ivverifika li l-UUT hija bil-valur tal-luminanza prestabbilit kif ikkonsenjata jew bl-issettjar tal-istampa “Home”.

2.

Uri s-sinjal tal-vidjow tat-test għall-klassi tal-prodott speċifika, kif spjegat hawn taħt:

(a)

Il-prodotti kollha, ħlief kif speċifikat f'(b): Sinjal tal-vidjow bi tliet strixxi speċifikat fl-IEC 62087:2011, Taqsima 11.5.5 (tliet strixxi ta' abjad (100 %) fuq sfond iswed (0 %)).

(b)

Prodotti li ma jistgħux juru sinjali mill-IEC 62087:2011: Sinjal tat-test tal-VESA FPDM2 L80 għar-riżoluzzjoni massima appoġġjata mill-prodott.

3.

Uri s-sinjal tal-vidjow tat-test għal xejn inqas minn 10 minuti sabiex tkun tista' tistabbilizza l-luminanza tal-UUT. Dan il-perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' 10 minuti jista' jitnaqqas jekk il-kejl tal-luminanza jkun stabbli sa 2 % tul perjodu ta' mhux inqas minn 60 sekonda.

4.

Kejjel u rreġistra l-luminanza fl-issettjar prestabbilit tal-prodott kif ikkunsinjat LAs-shipped.

5.

Issettja l-livelli tal-luminożità u l-kuntrast tal-UUT għall-valuri massimi tagħhom.

6.

Kejjel u rreġistra l-luminanza bħala LMax_Measured.

7.

Irreġistra l-luminanza massima rrapportata mill-manifattur LMax_Reported.

F)

L-issettjar tal-kuntrast għandu jitħalla fil-livell massimu għat-testijiet sussegwenti tal-Modalità Mixgħul sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

6.3.   Ittestjar tal-Modalità Mixgħul għal Prodotti mingħajr l-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita

A)

Wara l-Ittestjar tal-Luminanza u qabel il-kejl tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul, il-luminanza tal-UUT għandha tiġi stabbilita skont dawn li ġejjin:

1.

Għad-Displays tas-Sinjalar, il-prodott għandu jiġi ttestjat bil-luminanza stabbilita għal valur ta' 65 % jew iktar mil-luminanza massima rrapportata mill-manifattur (LMax_Reported). Il-valuri tal-luminanza għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 6.2. Għandu jiġi rreġistrat dan il-valur tal-luminanza LOn.

2.

Għall-prodotti kollha l-oħrajn, aġġusta l-kontrolli tal-luminanza xierqa sakemm il-luminanza tal-iskrin tiġi 200 kandela għal kull metru kwadru (cd/m2). Jekk l-UUT ma tistax tikseb din il-luminanza, issettja l-luminanza tal-prodott għall-eqreb valur possibbli. Il-valuri tal-luminanza għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 6.2. Għandu jiġi rrapportat dan il-valur tal-luminanza LOn. Il-kontrolli tal-luminanza xierqa jirreferu għal kwalunkwe kontroll li jaġġusta l-luminożità tad-Display, iżda ma jinkludux l-issettjar tal-kuntrast.

B)

Għal UUT li kapaċi turi s-sinjali IEC, l-enerġija tal-Modalità Mixgħul (PON) għandha titkejjel skont l-IEC 62087:2011 Taqsima 11.6.1 “Measurements using dynamic broadcast-content video signal.” Għal UUT li mhijiex kapaċi turi s-sinjali IEC, l-enerġija tal-Modalità Mixgħul (PON) għandha titkejjel kif ġej:

1.

Ara li l-UUT ġiet inizjalizzata skont it-Taqsima 6.1.

2.

Uri l-mudell tat-test tal-VESA FPDM2, A112-2F, SET01K (8 sfumaturi ta' griż mill-iswed sħiħ (0 volt) sal-abjad sħiħ (0,7 volts)).

3.

Ara li l-livelli tas-sinjal tal-input huma konformi mal-VESA Video Signal Standard (VSIS), Verżjoni 1.0, Rev. 2.0, ta' Diċembru 2002.

4.

Bil-kontrolli tal-luminożità u l-kuntrast ikkonfigurati għall-massimu, ara li tista' ssir distinzjoni bejn il-livelli ta' abjad u ta' griż kważi abjad. Jekk hemm bżonn, aġġusta l-kontrolli tal-kuntrast sakemm tkun tista' ssir distinzjoni bejn il-livelli ta' abjad u ta' griż kważi abjad.

5.

Uri l-kaxxa tal-mudell tat-test tal-VESA FPDM2, A112-2H, L80 (abjad sħiħ (0,7 volts) li tokkupa 80 % tal-istampa).

6.

Ara li l-erja tal-kejl tal-luminanza taqa' kollha kemm hi fi ħdan il-parti bajda tal-mudell tat-test.

7.

Aġġusta l-kontrolli tal-luminanza xierqa sakemm il-luminanza tal-erja l-bajda tal-iskrin tiġi stabbilita kif stipulat fit-Taqsima 6.3(A).

8.

Irreġistra l-luminanza tal-iskrin (LOn).

9.

Irreġistra l-enerġija tal-Modalità Mixgħul (PON) u l-format totali tal-pixels (orizzontali × vertikali). L-enerġija tal-Modalità Mixgħul għandha titkejjel tul perjodu ta' 10 minuti simili għat-test tal-kontenut dinamiku tax-xandir IEC 62087:2011.

6.4.   Ittestjar tal-Modalità Mixgħul għal Prodotti bl-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita

Il-konsum medju tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul tal-prodott għandu jiġi stabbilit bil-kontenut dinamiku tax-xandir kif iddefinit fl-IEC 62087:2011. Jekk il-prodott ma jistax juri s-sinjal tal-IEC, għandu jintuża l-mudell tat-test tal-VESA FPDM2 L80 kif deskritt fit-Taqsima 6.3(B)(5) għall-istadji kollha li ġejjin.

A)

Stabbilizza l-UUT għal 30 minuta. Dan għandu jsir bi tliet ripetizzjonijiet tas-sinjal tal-vidjow tal-kontenut dinamiku tax-xandir tal-IEC fuq 10 minuti.

B)

Issettja l-output tad-dawl tal-lampa użata għall-ittestjar għal 12-il lux kif imkejla fuq il-wiċċ tas-senser tad-dawl ambjentali.

C)

Uri s-sinjal tal-vidjow tal-kontenut dinamiku tax-xandir fuq 10 minuti. Kejjel u rreġistra l-konsum tal-enerġija, P12, matul is-sinjal tal-vidjow tal-kontenut dinamiku tax-xandir fuq 10 minuti..

D)

Erġa' agħmel il-passi 6.4(B) u 6.4(C) għal livel tad-dawl ambjentali ta' 300 lux, sabiex tkejjel il-P300.

E)

Iddiżattiva l-ABC u kejjel l-enerġija tal-Modalità Mixgħul (PON) skont it-Taqsima 6.3. Jekk l-ABC ma jistax jiġi diżattivat, il-kejl tal-enerġija għandu jsir kif ġej:

1.

Jekk il-luminożita tista' tiġi ssettjata għal valur fiss kif speċifikat fit-Taqsima 6.3, l-enerġija tal-Modalità Mixgħul għal dawn il-prodotti għandha tkun imkejla skont it-Taqsima 6.3 bid-dawl li jidħol direttament fis-senser tad-dawl ambjentali tal-UUT bi 300 lux jew ikbar.

2.

Jekk il-luminożità ma tistax tiġi ssettjata għal valur fiss, l-enerġija tal-Modalità Mixgħul għal dawn il-prodotti għandha tkun imkejla skont it-Taqsima 6.3 bid-dawl li jidħol direttament fis-senser tad-dawl ambjentali tal-UUT bi 300 lux jew ikbar u mingħajr ma tiġi modifikata l-luminożità tal-iskrin.

6.5.   Ittestjar tal-Modalità Stennija

A)

L-enerġija tal-Modalità Stennija (PSLEEP) għandha titkejjel skont l-IEC 62301:2011, bil-gwida addizzjonali fit-Taqsima 5.

B)

It-test tal-Modalità Stennija għandu jsir bil-UUT imqabbda mal-Magna Host bl-istess mod bħal fit-test tal-Modalità Mixgħul. Jekk possibbli, tista' tiġi attivata l-Modalità Stennija billi l-Magna Host tiġi ssettjata għal Modalità Stennija. Jekk il-Magna Host tkun kompjuter, il-Modalità Stennija hija ddefinita fil-Verżjoni 6.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-kompjuters tal-ENERGY STAR.

C)

Jekk il-prodott għandu firxa ta' Modalitajiet Stennija li jistgħu jintgħażlu b'mod manwali, jew jekk il-prodott jista' jidħol f'Modalità Stennija b'modi differenti (eż. b'remote control jew billi tiġi attivata l-Modalità Stennija tal-Magna Host), il-kejl għandu jsir u jiġi rreġistrat fil-Modalitajiet Stennija kollha.

Jekk il-prodott b'mod awtomatiku jgħaddi minn diversi Modalitajiet Stennija, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed sabiex tinkiseb medja tal-Modalitajiet Stennija kollha. Il-kejl xorta waħda jrid jissodisfa r-rekwiżiti (eż. l-istabbiltà, il-perjodu ta' kejl, eċċ.) spjegati fit-Taqsima 5.3 tal-IEC 62301:2011.

6.6.   Ittestjar tal-Modalità Mitfi

A)

Għall-prodotti b'kapaċità tal-Modalità Mitfi, fil-konklużjoni tat-test tal-Modalità Stennija, inizjalizza l-Modalità Mitfi bl-iktar swiċċ tad-dawl faċilment aċċessibbli.

B)

Kejjel l-enerġija tal-Modalità Mitfi (POFF) skont it-Taqsima 5.3.1 tal-IEC 62301:2011. Iddokumenta l-metodu ta' aġġustament u s-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tinkiseb Modalità Mitfi.

C)

Kwalunkwe input li jissinkronizza ċ-ċiklu ta' kontroll tas-sinjal jista' jiġi injorat meta titkejjel l-enerġija tal-Modalità Mitfi.

6.7.   Ittestjar Addizzjonali

A)

Għal prodotti b'kapaċitajiet tad-dejta/netwerking jew b'konnessjoni bridge, minbarra t-testijiet imwettqin bil-kapaċitajiet ta' dejta/netwerking attivati u b'konnessjoni bridge stabbilita (ara t-Taqsima 5.2(C)(1)), l-Ittestjar tal-Modalità Stennija għandu jsir bil-karatteristiċi tad-dejta/netwerking diżattivati u mingħajr ebda konnessjoni bridge stabbilita, skont it-Taqsima 5.2(C)(1)(b) u (c).

B)

Il-preżenza tal-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk għandha tiġi stabbilita billi jiġi ttestjat id-Display għall-attività tan-netwerk fil-Modalità Stennija skont it-taqsima 6.7.5.2 tas-CEA-2037-A, Determination of Television Set Power Consumption, bil-gwida li ġejja:

1.

Id-Display għandu jkun imqabbad ma' netwerk skont it-Taqsima 5.2(C)(1)(c) qabel it-test.

2.

Id-Display għandu jitqiegħed fil-Modalità Stennija minflok standby-attiv, baxx.


(1)  http://www.gpo.gov/fdsys/pkg/CFR-2011-title10-vol3/pdf/CFR-2011-title10-vol3-sec430-2.pdf

(2)  IEEE 802 — Telecommunications and information exchange between systems—Local and metropolitan area networks — Parti 11: Wireless LAN Medium Access Control (MAC) and Physical Layer (PHY) Specifications

(3)  Parti 3: Carrier Sense Multiple Access with Collision Detection (CSMA/CD) Access Method and Physical Layer Specifications — Emenda 5: Media Access Control Parameters, Physical Layers, and Management Parameters for Energy-Efficient Ethernet


1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/113


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1757

tad-29 ta' Settembru 2016

dwar it-twaqqif tal-Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMSO ERIC)

(notifikata bid-dokument C(2016) 5542)

(It-testi bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Portugiż, bir-Rumen u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (1), u b'mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Irlanda, il-Greċja, Franza, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit talbu lill-Kummissjoni tistabbilixxi Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMSO ERIC).

(2)

L-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit qablu li l-Italja għandha tkun l-Istat Membru ospitanti ta' ERIC EMSO.

(3)

Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, ivvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka imsejjaħ “EMSO ERIC” huwa b'dan stabbilit.

2.   L-elementi essenzjali tal-Istatuti ta' EMSO ERIC huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata, lir-Repubblika tal-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Carlos MOEDAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.


ANNESS

L-ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAL-EMSO ERIC

1.   IL-KOMPITI U L-ATTIVITAJIET

1.

Il-kompiti tal-EMSO ERIC għandhom ikunu kif ġej:

(a)

l-iżvilupp u l-provvista tal-faċilitajiet li huma l-proprjetà tal-EMSO ERIC flimkien mal-faċilitajiet kollha disponibbli għall-EMSO ERIC mill-Membri biex jiġu implimentati attivitajiet imwettqa mill-Membri sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-EMSO ERIC fil-livell Ewropew li jippermettu li l-komunitajiet xjentifiċi u partijiet interessati oħrajn ikollhom aċċess għad-data u l-faċilitajiet tal-osservatorji tal-oċean fl-Ewropa;

(b)

il-ġestjoni tal-osservatorji eżistenti tal-qigħan fondi tal-ibħra minn punti fissi u tal-kolonni tal-ilma minn punti fissi fl-Ewropa biex jikkontribwixxu għall-EMSO ERIC għal perjodi ta' żmien miftiehma għall-użu mill-EMSO ERIC, inkluż l-aċċess minn komunitajiet xjentifiċi Ewropej u internazzjonali kkwalifikati;

(c)

il-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-osservatorji eżistenti tal-qigħan fondi tal-ibħra minn punti fissi u tal-kolonni tal-ilma minn punti fissi fl-Ewropa, il-promozzjoni tal-kontinwità u l-kwalità tal-ġestjoni affidabbli tad-data fuq serje ta' perjodi;

(d)

il-provvista u r-razzjonalizzazzjoni tal-aċċess għall-infrastruttura tal-EMSO ERIC minn komunitajiet xjentifiċi Ewropej u internazzjonali kkwalifikati, li l-proġetti tagħhom għandhom jiġu evalwati għal dan il-għan;

(e)

l-appoġġ għat-tmexxija tal-Ewropa fit-teknoloġiji tal-baħar u tal-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, permezz ta' sħubija ma' industriji u ma' partijiet interessati rilevanti oħrajn;

(f)

l-integrazzjoni ta' attivitajiet ta' riċerka, taħriġ, u disseminazzjoni ta' informazzjoni. L-EMSO ERIC għandu jkun il-punt ċentrali ta' kuntatt għall-attivitajiet ta' riċerka, taħriġ, edukazzjoni u disseminazzjoni għall-osservatorji tal-oċean fl-Ewropa sabiex xjenzati u partijiet interessati oħrajn jagħmlu użu effiċjenti mill-osservatorji tal-oċean fl-Ewropa;

(g)

l-istabbiliment ta' konnessjonijiet ma' inizjattivi internazzjonali rilevanti biex tinfetaħ l-osservazzjoni tal-oċean, biex jaġixxu bħala rappreżentanti tal-Ewropa f'dawn l-oqsma f'partijiet oħrajn tad-dinja għat-twaqqif u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali f'dawn l-oqsma u;

(h)

is-sinkronizzazzjoni ta' investiment u ta' fondi operattivi, b'mod li jiġu ottimizzati r-riżorsi nazzjonali u dawk Ewropej u internazzjonali.

2.

Fit-twettiq tal-kompiti taiegħu l-EMSO ERIC għandu:

(a)

jiżgura l-kwalità għolja tas-servizzi xjentifiċi tiegħu billi:

(i)

jiddefinixxi strateġija xjentifika globali permezz tal-adozzjoni ta' Pjan Strateġiku fit-Tul li huwa aġġornat b'mod perjodiku;

(ii)

jiddeskrivi l-iżviluppi xjentifiċi futuri u jivvaluta l-kisba tal-objettivi xjentifiċi;

(iii)

jevalwa l-esperimenti proposti mill-utenti;

(iv)

jirrevedi l-objettivi xjentifiċi tas-siti; kif ukoll

(v)

jiġġestixxi l-komunikazzjoni ma' utenti xjentifiċi u oħrajn.

(b)

jippermetti aċċess għall-infrastruttura tal-EMSO, li għandu jinkludi:

(i)

l-istabbiliment ta' kriterji ta' għażla għall-aċċess li għandhom jiġu żviluppati skont il-pariri tal-komunità ta' utenti xjentifiċi rilevanti;

(ii)

il-ġestjoni ta' aċċess integrat għall-osservatorji tal-oċean fl-Ewropa;

(iii)

il-ġestjoni ta' kwistjonijiet ta' standardizzazzjoni u d-definizzjoni ta' linji gwida għall-kalibrazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' strumenti skont rekwiżiti definiti minn qabel;

(iv)

il-ħidma għall-akkwist ta' serje ta' data fuq terminu twil mill-qigħan fondi tal-ibħra u mill-kolonni tal-ilma; kif ukoll

(v)

il-koordinazzjoni tal-ħażna u tal-użu ta' data għar-riċerka xjentifika kif ukoll il-preżentazzjoni f'waqtha ta' data biex tintuża fit-twissijiet bikrija ta' periklu ġeografiku u fl-oċeanografija operattiva.

(c)

il-bini tal-kapaċità sabiex jitrawwem it-taħriġ ikkoordinat ta' xjenzati, inġiniera u utenti.

(d)

jaġixxi bħala avukat tal-komunità tax-xjenza involuta fl-osservazzjoni tal-oċean.

(e)

jippromwovi l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġija, billi jipprovdi servizzi u jipparteċipa fi sħubija mal-industrija.

(f)

iwettaq kwalunkwe attività oħra meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-EMSO ERIC.

2.   IS-SEDE STATUTORJA

Is-sede statutorja tal-EMSO ERIC għandha tkun f'Ruma fit-territorju tar-Repubblika Taljana, minn hawn 'il quddiem “il-Membru Ospitanti”.

3.   L-ISEM

Osservatorju Multidixxiplinarju Ewropew ta' Qiegħ il-Baħar u tal-Kolonni tal-Ilma — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EMSO ERIC) twaqqaf skont ir-Regolament (KE) Nru 723/2009.

4.   IT-TUL TAŻ-ŻMIEN U L-PROĊEDURA TA' STRALĊ

1.

L-EMSO ERIC għandu jiġi stabbilit sal-31 ta' Diċembru 2024.

2.

L-Assemblea tal-Membri tista' tiddeċiedi li ttemm l-EMSO ERIC b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti tal-Membri li jkunu preżenti.

3.

Notifika dwar id-deċiżjoni ta' stralċ tal-EMSO ERIC u dwar l-għeluq tal-proċedura ta' stralċ skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 għandha ssir mid-Direttur Ġenerali.

4.

L-assi li jkun għad fadal wara l-ħlas tad-djun tal-EMSO ERIC għandhom jitqassmu fost il-Membri fi proporzjon mal-kontribut akkumulat tagħhom għall-EMSO ERIC fi żmiem ix-xoljiment.

5.   IL-PRINĊIPJI BAŻIĊI

5.1.   Il-politika ta' aċċess għall-utenti

(a)

L-aċċess għad-data prodotta mill-EMSO ERIC għandu, kull meta huwa possibbli u filwaqt li tittieħed kunsiderazzjoni tal-liċenzji ta' partijiet terzi u ta' kwalunkwe arranġament eżistenti minn qabel, ikun mingħajr ħlas u miftuħ għall-membri kollha ta' istituzzjonijiet xjentifiċi u għal partijiet interessati oħrajn. Barra minn hekk, l-aċċess għall-infrastruttura tal-EMSO ERIC għandu jingħata lill-komunitajiet xjentifiċi Ewropej u internazzjonali kkwalifikati, li l-proġetti tagħhom għandhom jiġu evalwati għal dan il-għan. L-EMSO ERIC għandu jutilizza kriterji ta' għażla li għandhom jiġu żviluppati skont il-pariri tal-komunità ta' utenti xjentifiċi rilevanti. L-użu u l-ġbir tad-data huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet statutorji rilevanti tal-privatezza tad-data.

(b)

Il-Membri għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jospitaw xjenzati, inġiniera u tekniċi viżitaturi għal kollaborazzjonijiet ma' dawk direttament involuti f'attivitajiet tal-EMSO ERIC fil-laboratorji tagħhom.

5.2.   Il-politika ta' evalwazzjoni xjentifika

(a)

L-evalwazzjoni xjentifika annwali tal-attivitajiet tal-EMSO ERIC għandha titwettaq mill-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku, Tekniku u tal-Etika. Ir-rapport dwar l-evalwazzjoni għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Assemblea tal-Membri.

(b)

Reviżjoni tal-attivitajiet u t-tħaddim tal-EMSO ERIC għandha titwettaq kull 5 snin minn tim ta' esperti indipendenti li jinħatru mill-Assemblea tal-Membri, fuq proposta tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku, Tekniku u tal-Etika.

5.3.   Il-politika ta' disseminazzjoni

(a)

L-EMSO ERIC jista' jikkomunika data miġbura lil utenti oħrajn, minbarra l-membri tal-istituzzjonijiet xjentifiċi u partijiet interessati oħrajn u l-komunitajiet xjentifiċi Ewropej u internazzjonali kkwalifikati, soġġett għal evalwazzjoni ta' miżata. Din il-miżata għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-ispejjeż kollha konnessi mal-użu tal-infrastruttura tal-EMSO ERIC minn dak l-utent, b'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u liġijiet applikabbli oħrajn. Ir-rekwiżit preċedenti għal kontribuzzjoni finanzjarja ma għandux japplika fir-rigward ta' talbiet għall-aċċess tal-katalgu u, fir-rigward tat-talbiet l-oħra kollha, il-kontribuzzjoni ma għandhiex teċċedi ammont raġonevoli.

(b)

Meta d-data prodotta mill-EMSO ERIC hija kondiviża ma' partijiet terzi, l-EMSO ERIC għandu jżomm kull dritt, interess u titolu fuq din id-data.

(c)

L-utenti tal-EMSO ERIC għandhom jiġu mħeġġa jippubblikaw ir-riżultati tagħhom fil-letteratura xjentifika riveduta mill-pari, jippreżentaw komunikazzjonijiet f'konferenzi xjentifiċi, kif ukoll f'midja oħra mmirata lejn udjenzi akbar inkluż il-pubbliku ġenerali, l-istampa, il-gruppi taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni.

(d)

L-EMSO ERIC għandu jiżviluppa prodotti tad-data b'valur miżjud li jaqdu firxa wiesgħa ta' utenti privati u pubbliċi, bil-għan li jiġu żviluppati prodotti biex jilħqu l-ħtiġijiet tal-partijiet interessati.

5.4.   Il-politika dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

(a)

Il-proprjetà intellettwali għandha tfisser proprjetà skont id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967.

(b)

Kwalunkwe Dritt tal-Proprjetà Intellettwali, li huwa maħluq, miksub jew żviluppat mill-EMSO ERIC għandu jkun stabbilit fl-EMSO ERIC u jkun il-proprjetà assoluta tiegħu.

(c)

L-Assemblea tal-Membri għandha tiddetermina l-politika tal-EMSO ERIC b'rabta mal-identifikazzjoni, il-protezzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-EMSO ERIC, inkluż l-aċċess għal dawk id-drittijiet, kif stabbilit fir-Regoli ta' Implimentazzjoni tal-EMSO ERIC.

(d)

Id-Direttur Ġenerali għandu jipproponi politika ta' pprezzar ibbażata fuq l-irkupru sħiħ tal-ispejjeż b'konsultazzjoni mal-Kumitat Eżekuttiv u li tkun approvata mill-Assemblea tal-Membri.

(e)

Fir-rigward ta' kwistjonijiet tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, ir-relazzjonijiet bejn il-Membri u l-Osservaturi tal-EMSO ERIC għandhom jiġu rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettivi tal-Membri u tal-Osservaturi u minn kwalunkwe ftehim internazzjonali li l-Membri u l-Osservaturi huma parti minnu.

(f)

Id-dispożizzjonijiet ta' dawn l-Istatuti u r-Regoli ta' Implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali li oriġinarjament huma l-proprjetà tal-Membri u tal-Osservaturi.

5.5.   Il-politika dwar l-impjiegi, inklużi l-opportunitajiet indaqs

(a)

L-EMSO ERIC għandu jħaddan politika ta' opportunitajiet indaqs. Il-proċeduri għall-għażla ta' applikanti għall-pożizzjonijiet ta' persunal tal-EMSO ERIC għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u jirrispettaw l-ugwaljanza.

(b)

Il-kuntratti tal-impjieg għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli tal-pajjiż li fih il-persunal iwettaq l-attivitajiet tiegħu.

(c)

Soġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kull Membru fi ħdan il-ġurisdizzjoni tiegħu għandu jiffaċilita l-moviment u r-residenza taċ-ċittadini tal-Membri involuti fil-kompiti tal-EMSO ERIC kif ukoll tal-familjari tagħhom.

5.6.   Il-politika dwar l-akkwist li tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni

(a)

Il-politika dwar l-akkwist tal-EMSO ERIC għandha tiġi rregolata mill-prinċipji ta' tat-trasparenza, tat-trattament ugwali, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni miftuħa.

(b)

Il-politika dwar l-akkwist għandha tiġi definita fid-dettall fir-Regoli ta' Implimentazzjoni.


(1)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(2)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).


Rettifika

1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/118


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 208 tal-5 ta' Awwissu 2002 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 07, Volum 007)

It-titolu fil-paġna 3 u fil-werrej,

minflok:

“Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà”,

aqra:

“Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima”;

Fil-paġna 3, il-premessa 2,

minflok:

“Għaldaqstant hemm il-bżonn illi tiġi stabbilita fl-istruttura interna tal-Komunità struttura istituzzjonali u bilanċ ta' poteri sabiex tiġi stabbilita Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà fuq il-baħar (‘l-Agenzija’).”,

aqra:

“Għaldaqstant hemm il-bżonn illi tiġi stabbilita fl-istruttura interna tal-Komunità struttura istituzzjonali u bilanċ ta' poteri sabiex tiġi stabbilita Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (‘l-Aġenzija’).”.