ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1735
tad-29 ta' Settembru 2016
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
Żewġ persuni ma għandhomx jinżammu iktar fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (“il-lista”). |
(3) |
Jenħtieġ li titneħħa entrata duplikata mil-lista. |
(4) |
Jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni li tirrigwarda ċerti persuni fuq il-lista. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
ANNESS
It-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Jitneħħew l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:
|
(2) |
Titneħħa l-entrata li ġejja:
|
(3) |
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1736
tad-29 ta' Settembru 2016
li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011. |
(2) |
Fil-21 ta' Lulju u fis-7 ta' Settembru 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
ANNESS
I. L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin.
A. Individwi assoċjati mat-Taliban
(13) |
Mohammad Shafiqullah Ahmadi Fatih Khan(magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Shafiq Ahmadi, (b) Mullah Shafiqullah). Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1956.-1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Charmistan, Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Marghi, Distrett ta' Nawa, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament mill-Provinċja ta' Ghazni, iżda aktar tard għex f'Uruzgan, (b) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta' Paktika minn tmiem l-2012. (c) Iservi bħala membru tal-Kummissjoni Militari minn Lulju 2016., (d) Jappartjeni lit-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001. |
(35) |
Shahabuddin Delawar Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) 1957, (b) 1953. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport Afgan OA296623. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap tal-Ambaxxata tat-Taliban f'Riyadh, l-Arabja Sawdija sal-25 ta' Settembru 1998. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001. |
(44) |
Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad) Titlu: Qari. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b)1.1.1969 (bħala Iadena Mohammad). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Shakarlab, Distrett ta' Yaftali Pain, Provinċja ta' Badakhshan, l-Afganistan, (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Takhar u Badakhshan. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(53) |
Sayyed Mohammed Haqqani (magħruf ukoll bħala Sayyed Mohammad Haqqani). Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Kap tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Chaharbagh, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Gradwat tal-Madrassa ta' Haqqanija f'Akora Khattak, il-Pakistan, (b) Maħsub li kellu relazzjonijiet mill-qrib mal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammad Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban sa Ġunju 2010, (e) Jappartjeni lit-tribù Barakzay. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Maħsub li ilu mejjet minn Jannar 2016. Data tan-nomina tan-NU:31.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Sayyed Mohammed Haqqani huwa alleat ma' Gulbbudin Hekmatyar u ilu bosta snin jappoġġa lil Mullah Mohammad Omar. Bħala Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim tat-Taliban, huwa ddistribwixxa karti tal-identità Afgani lil barranin marbuta ma' Al-Qaida li ġġieldu fl-Afganistan u ġabar ammont sinifikanti ta' fondi minn għandhom. Sayyed Mohammed Haqqani ltaqa' diversi drabi ma' Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri u Farhad, is-segretarju ta' Mohammed Omar, fl-2003 u l-2004. Huwa fetaħ ħanut tal-kotba fil-bażar ta' Qissa Khwani, f'Peshawar, il-Pakistan, li kien implikat fil-finanzjament tat-Taliban. Sa Marzu 2009, hu kien għadu mexxej attiv tar-ribelli Talibani. |
(64) |
Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Khairullah Khairkhwah (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa). Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Herat (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1963 (b) 1 ta' Jannar 1967 (taħt l-isem Khirullah Said Wali Khairkhwa). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Poti, Distrett ta' Arghistan, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Kandahar, Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjeni lit-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(66) |
Jan Mohammad Madani Ikram. Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Chargé d'Affaires, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1954- 1955. Post tat-twelid: Raħal ta' Siyachoy, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni lit-tribù Alizai. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(72) |
Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom). Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Viċi Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Fazl Mohammed Mazloom kien assoċjat qrib ta' Mohammed Omar u għenu jistabbilixxi l-Gvern tat-Taliban. Mazloom kien fil-kamp ta' taħrig ta' Al-Farouq stabbilit minn Al-Qaida. Huwa kellu għarfien li t-Taliban ipprovda għajnuna lill-Moviment Iżlamiku tal-Użbekistan fil-forma ta' appoġġ finanzjarju, armi u appoġġ loġistiku bi skambju għall-forniment ta' suldati lit-Taliban. Huwa kien kmandant ta' madwar 3 000 suldat Taliban front-line fil-provinċja ta' Takhar, f'Ottubru 2001. |
(82) |
Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb). Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru taħt Komunikazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Ghorak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Nesh, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni lit-tribù Popalzai. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Ilu mejjet minn Novembru 2015. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(88) |
Nurullah Nuri (magħruf ukoll bħala Norullah Noori). Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntana taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1958, (b) 1 ta' Jannar 1967. Post tat-twelid: Distrett ta' Shahjoe, Provinċja ta' Zabul, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjeni lit-tribù Tokhi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(90) |
Mohammed Omar Ghulam Nabi Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul- Mumineen”), Afganistan. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1966, (b) 1960, (c) 1953. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Noori, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Missieru jismu Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir, (b) L-għajn tax-xellug nieqsa, (c) Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni li Maħsub li ilu mejjet minn April 2013. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Mohammad Omar għandu t-titolu ta' “Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan” u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden u lin-netwerk tal-Al-Qaida tiegħu fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa kien ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001. Mohammed Omar jikkmanda l-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani. Gulbuddin Hekmatyar ikkoopera wkoll ma' Mohammed Omar u t-Taliban. |
(97) |
Mohammad Hasan Rahmani (magħruf ukoll bħala Gud Mullah Mohammad Hassan). Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandahar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan (b) Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (c) Distrett ta' Charchino, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Għandu riġlu l-leminija prostetika, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban min-nofs l-2013, u aġixxa bħala viċi ta' Mullah Mohammed Omar f'Marzu 2010, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (d) Jappartjeni lit-tribù ta' Achekzai. Ilu mejjet mid-9 ta' Frar 2016. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001. |
(113) |
Sher Mohammad Abbas Stanekzai Padshah Khan. Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Viċi Ministru tas-Saħħa Pubblika taħt ir-reġim Taliban, (b) Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Qala-e-Abbas, iż-żona Shah Mazar, Distrett ta' Baraki Barak, Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(119) |
Abdul-Haq Wassiq (magħruf ukoll bħala: (a) Abdul-Haq Wasseq, (b) Abdul Haq Wasiq). Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1975, (b) 1971. Data tat-twelid: Raħal ta' Gharib, Distrett ta' Khogyani, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma' Gulbuddin Hekmatyar. Taħt ir-reġim Taliban, kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta' Nimroz u Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence, u kien jaħdem għal Qari Ahmadullah. F'din il-funzjoni, huwa kien responsabbli milli jieħu ħsieb ir-relazzjonijiet ma' ġellieda barranin marbuta mal-Al-Qaida u l-kampijiet ta' taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-opponenti tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan. |
(123) |
Mohammad Zahid. (magħruf ukoll bħala (a) Jan Agha Ahmadzai (b) Zahid Ahmadzai) Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: It-Tielet Segretarju, Ambaxxata Talibana, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-Passaport: D 001206 (maħruġ fis-17.7.2000). Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(139) |
Rahmatullah Shah Nawaz Isem (bil-kitba oriġinali): Titlu: Alhaj Deżinjazzjoni: m/d DTT: (a) 1981 (b) 1982 PTT: Shadal (varjant Shadaal) Bazaar, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan Psewdonimu affidabbli.: (a) Qari Rahmat (qabel kien elenkat hekk) (b) Kari Rahmat Psewdonimu inqas affidabbli: m/d Nazzjonalità: Afgana Nru. tal-passaport: m/d Nru. tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d Indirizz: (a) Kamkai Village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan (b) Kamkai Village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan (c) Surkhel village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan (d) Batan village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan Elenkat fi:21 ta' Awwissu 2014 (emendat fil-21 ta' Lulju 2016) Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella, kulur tax-xagħar: iswed, piż: 77-81 kg, tul: 178 cm daqna sewda qasira-medja, xagħar iswed qasir. Jappartjeni għat-tribù Shinwari, is-sottotribù Sepahi. Kmandant tat-Taliban tal-inqas minn Frar 2010. Jiġbor taxxi u jxaħħam f'isem it-Taliban minn April 2015. Jikkoordina ma' u jipprovdi lill-aġenti tat-Taliban fil-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, informazzjoni, gwida, akkomodazzjoni u armi u qiegħed apparat esplożiv improvviżat (IED) u mexxa attakki kontra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF) u l-forzi Afgani. Data tan-nomina min-NU: 21.8.2014. |
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1737
tad-29 ta' Settembru 2016
li jimplimenta l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014. |
(2) |
Fis-26 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni marbuta ma' żewġ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) ĠU L 365, 19.12.2014, p. 60.
ANNESS
Fil-lista ta' persuni u entitajiet, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1352/2014, l-entrati Nru 2 u Nru 4 taħt it-Taqsima A “Persuni” huma sostitwiti bis-segwenti:
|
|
|
|
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1738
tat-28 ta' Settembru 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6), il-punt (a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontroll regolari tad-dejta li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom jiġu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
114,0 |
0 |
AR |
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
119,8 |
0 |
AR |
145,9 |
0 |
BR |
||
0207 14 10 |
Qatgħat mingħajr għadam tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, iffriżati |
288,3 |
4 |
AR |
181,2 |
39 |
BR |
||
278,6 |
6 |
CL |
||
218,1 |
25 |
TH |
||
0207 27 10 |
Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjani, iffriżati |
385,5 |
0 |
BR |
335,8 |
0 |
CL |
||
0408 91 80 |
Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef |
350,0 |
0 |
AR |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ |
201,7 |
26 |
BR |
(1) In-Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” ifisser “oriġnijiet oħrajn”.”
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1739
tad-29 ta' Settembru 2016
li jemenda għall-254 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fl-24 ta' Settembru 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) iddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:
|
“Muhammad Abdallah Hasan Abu-Al-Khayr (alias (a) Mohammed Abdullah Hassan Abdul-Khair, (b) Muhammad Abdallah Hasan Abu-al-Khayr, (c) Muhammad Bin-‘Abdullah Bin-Hamd Abu-al-Khayr’, (d) Abdallah al-Halabi, (e) ‘Abdallah al-Halabi al-Madani’, (f) Abdallah al-Makki, (g) Abdallah el-Halabi, (h) Abdullah al-Halabi, (i) Abu ‘Abdallah al-Halabi’, (j) Abu Abdallah al-Madani, (k) Muhannad al-Jaddawi). Indirizz: il-Jemen. Data tat-twelid: (a) 19.6.1975, (b) 18.6.1975. Post tat-twelid: Madinah al-Munawwarah, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 1006010555. Numru tal-Passaport: A741097 (Passaport Sawdi maħruġ fl-14 ta' Novembru 1995 u li skada fid-19 ta' Settembru 2000). Tagħrif ieħor: Jidher fuq elenku tal-2009 ta' 85 persuna mfittxija mill-Gvern tal-Arabja Sawdija. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.8.2010.” |
|
“Hassan Muhammad Abu Bakr Qayed (alias (a) Hasan Muhammad Abu Bakr Qa'id, (b) Al-Husain Muhammad Abu Bakr Qayid, (c) Muhammad Hassan Qayed, (d) Mohammad Hassan Abu Bakar, (e) Hasan Qa'id, (f) Muhammad Hasan al-Libi, (g) Abu Yahya al-Libi, (h) Abu Yahya, (i) Sheikh Yahya, (j) Abu Yahya Yunis al Sahrawi, (k) Abu Yunus Rashid, (l) al-Rashid, (m) Abu al-Widdan, (n) Younes Al-Sahrawi, (o) Younes Al-Sahraoui). Indirizz: Wadi 'Ataba, Libja (il-lok ta' qabel fl-2004). Data tat-twelid: (a) 1963, (b) 1969. Post tat-twelid: Marzaq, il-Ġamaħirija Għarbija Libjana. Nazzjonalità: Libjana. Numru tal-Passaport: 681819/88 (Passaport Libjan). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 5617/87 (Identifikazzjoni nazzjonali Libjana). Tagħrif ieħor: (a) Mexxej ta' livell għoli tal-Al-Qaida li, sa l-aħħar tal-2010, kien responsabbli għas-superviżjoni ta' uffiċjali għolja oħrajn tal-Al-Qaida; (b) Mill-2010, il-kmandant tal-Al-Qaida fil-Pakistan u fornitur ta' assistenza finanzjarja lill-ġellieda tal-Al-Qaida fl-Afganistan, (c) Kien ukoll wieħed mill-ogħla strategi tal-Al-Qaida u kmandant fuq il-kamp tal-battalja fl-Afganistan, u istruttur fil-kamp tat-taħriġ tal-Al-Qaida; (d) Isem ommu huwa Al-Zahra Amr Al-Khouri (alias al Zahra' 'Umar). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.9.2011.” |
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1740
tat-29 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
135,3 |
ZZ |
135,3 |
|
0707 00 05 |
TR |
125,7 |
ZZ |
125,7 |
|
0709 93 10 |
AR |
162,6 |
TR |
137,7 |
|
ZZ |
150,2 |
|
0805 50 10 |
AR |
103,1 |
CL |
118,4 |
|
TR |
85,3 |
|
UY |
55,7 |
|
ZA |
105,3 |
|
ZZ |
93,6 |
|
0806 10 10 |
EG |
264,7 |
TR |
132,4 |
|
ZZ |
198,6 |
|
0808 10 80 |
AR |
106,0 |
BR |
97,9 |
|
CL |
127,5 |
|
NZ |
128,1 |
|
US |
144,0 |
|
ZA |
115,5 |
|
ZZ |
119,8 |
|
0808 30 90 |
CL |
126,9 |
CN |
92,9 |
|
TR |
134,0 |
|
ZA |
155,4 |
|
ZZ |
127,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1741
tal-20 ta' Settembru 2016
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea, mar-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”). |
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2377 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u japplika fuq bażi proviżorja mit-8 ta' Diċembru 2015. |
(3) |
Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) Kunsens mogħti fit-8 ta' Ġunju 2016 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2377 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 11).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1742
tal-20 ta' Settembru 2016
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea mar-Renju ta' Tonga, dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”). |
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2226 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u japplika fuq bażi proviżorja mill-21 ta' Novembru 2015. |
(3) |
Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) Kunsens mogħti fit-8 ta' Ġunju 2016 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2226 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 317, 3.12.2015, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1743
tal-20 ta' Settembru 2016
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea, mar-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”). |
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2399 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u japplika fuq bażi proviżorja mit-3 ta' Diċembru 2015. |
(3) |
Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) Kunsens mogħti fit-8 ta' Ġunju 2016 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2399 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1744
tal-20 ta' Settembru 2016
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea, mar-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”). |
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/437 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u japplika fuq bażi proviżorja mill-15 ta' Marzu 2016. |
(3) |
Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) Kunsens mogħti fil-5 ta' Lulju 2016 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/437 tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 78, 24.3.2016, p. 2).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1745
tad-29 ta' Settembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi. |
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sal-31 ta' Ottubru 2017. |
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2017.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37).
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/30 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1746
tad-29 ta' Settembru 2016
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. |
(2) |
Żewġ persuni ma għandhomx jinżammu iktar fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK (“il-lista”). |
(3) |
Jenħtieġ li titneħħa entrata duplikata mil-lista. |
(4) |
Jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni li tirrigwarda ċerti persuni fuq il-lista. |
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata kif skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
ANNESS
It-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
Jitneħħew l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:
|
(2) |
Titneħħa l-entrata li ġejja:
|
(3) |
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/36 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1747
tad-29 ta' Settembru 2016
li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK. |
(2) |
Fis-26 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni marbuta ma' żewġ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/932/PESK għandu għalhekk jiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/932/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.
ANNESS
Fil-lista ta' persuni u entitajiet, li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/932/PESK, l-entrati Nru 2 u Nru 4 taħt it-taqsima “Persuni” huma sostitwiti bis-segwenti:
|
|
|
|
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/38 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1748
tad-29 ta' Settembru 2016
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK. |
(2) |
Fis-7 ta' Settembru 2016 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.
ANNESS
I. L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati kif jinsabu hawn taħt.
“A. Individwi assoċjati mat-Taliban
(13) |
Mohammad Shafiqullah Ahmadi Fatih Khan(magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Shafiq Ahmadi, (b) Mullah Shafiqullah). Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Charmistan, Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Marghi, Distrett ta' Nawa, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament mill-Provinċja ta' Ghazni, iżda aktar tard għex f'Uruzgan, (b) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta' Paktika minn tmiem l-2012. (c) Iservi bħala membru tal-Kummissjoni Militari minn Lulju 2016., (d) Jappartjeni lit-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001. |
(35) |
Shahabuddin Delawar Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) 1957, (b) 1953. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport Afgan OA296623. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap tal-Ambaxxata tat-Taliban f'Riyadh, l-Arabja Sawdija sal-25 ta' Settembru 1998. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001. |
(44) |
Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad) Titlu: Qari. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b)01.01.1969 (bħala Iadena Mohammad). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Shakarlab, Distrett ta' Yaftali Pain, Provinċja ta' Badakhshan, l-Afganistan, (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Takhar u Badakhshan. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(53) |
Sayyed Mohammed Haqqani (magħruf ukoll bħala Sayyed Mohammad Haqqani). Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Kap tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Chaharbagh, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Gradwat tal-Madrassa ta' Haqqanija f'Akora Khattak, il-Pakistan, (b) Maħsub li kellu relazzjonijiet mill-qrib mal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammad Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban sa Ġunju 2010, (e) Jappartjeni lit-tribù Barakzay. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Maħsub li ilu mejjet minn Jannar 2016. Data tan-nomina tan-NU:31.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Sayyed Mohammed Haqqani huwa alleat ma' Gulbbudin Hekmatyar u ilu bosta snin jappoġġa lil Mullah Mohammad Omar. Bħala Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim tat-Taliban, huwa ddistribwixxa karti tal-identità Afgani lil barranin marbuta ma' Al-Qaida li ġġieldu fl-Afganistan u ġabar ammont sinifikanti ta' fondi minn għandhom. Sayyed Mohammed Haqqani ltaqa' diversi drabi ma' Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri u Farhad, is-segretarju ta' Mohammed Omar, fl-2003 u l-2004. Huwa fetaħ ħanut tal-kotba fil-bażar ta' Qissa Khwani, f'Peshawar, il-Pakistan, li kien implikat fil-finanzjament tat-Taliban. Sa Marzu 2009, hu kien għadu mexxej attiv tar-ribelli Talibani. |
(64) |
Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Khairullah Khairkhwah (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa). Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Herat (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1963 (b)1 ta' Jannar 1967 (taħt l-isem Khirullah Said Wali Khairkhwa). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Poti, Distrett ta' Arghistan, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Kandahar, Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjeni lit-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(66) |
Jan Mohammad Madani Ikram. Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Chargé d'Affaires, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1954- 1955. Post tat-twelid: Raħal ta' Siyachoy, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni lit-tribù Alizai. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. |
(72) |
Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom). Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Viċi Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Fazl Mohammed Mazloom kien assoċjat qrib ta' Mohammed Omar u għenu jistabbilixxi l-Gvern tat-Taliban. Mazloom kien fil-kamp ta' taħrig ta' Al-Farouq stabbilit minn Al-Qaida. Huwa kellu għarfien li t-Taliban ipprovda għajnuna lill-Moviment Iżlamiku tal-Użbekistan fil-forma ta' appoġġ finanzjarju, armi u appoġġ loġistiku bi skambju għall-forniment ta' suldati lit-Taliban. Huwa kien kmandant ta' madwar 3 000 suldat Taliban front-line fil-provinċja ta' Takhar, f'Ottubru 2001. |
(82) |
Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb). Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru taħt Komunikazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Ghorak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Nesh, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni lit-tribù Popalzai. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Ilu mejjet minn Novembru 2015. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(88) |
Nurullah Nuri (magħruf ukoll bħala Norullah Noori). Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntana taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1958, (b) 1 ta' Jannar 1967. Post tat-twelid: Distrett ta' Shahjoe, Provinċja ta' Zabul, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjeni lit-tribù Tokhi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(90) |
Mohammed Omar Ghulam Nabi Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul- Mumineen”), Afganistan. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1966, (b) 1960, (c) 1953. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Noori, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Missieru jismu Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir, (b) L-għajn tax-xellug nieqsa, (c) Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni li Maħsub li ilu mejjet minn April 2013. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Mohammad Omar għandu t-titolu ta' “Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan” u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden u lin-netwerk tal-Al-Qaida tiegħu fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa kien ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001. Mohammed Omar jikkmanda l-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani. Gulbuddin Hekmatyar ikkoopera wkoll ma' Mohammed Omar u t-Taliban. |
(97) |
Mohammad Hasan Rahmani (magħruf ukoll bħala Gud Mullah Mohammad Hassan). Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandahar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan (b) Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (c) Distrett ta' Charchino, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Għandu riġlu l-leminija prostetika, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban min-nofs l-2013, u aġixxa bħala viċi ta' Mullah Mohammed Omar f'Marzu 2010, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (d) Jappartjeni lit-tribù ta' Achekzai. Ilu mejjet mid-9 ta' Frar 2016. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001. |
(113) |
Sher Mohammad Abbas Stanekzai Padshah Khan. Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Viċi Ministru tas-Saħħa Pubblika taħt ir-reġim Taliban, (b) Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Qala-e-Abbas, iż-żona Shah Mazar, Distrett ta' Baraki Barak, Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(119) |
Abdul-Haq Wassiq (magħruf ukoll bħala: (a) Abdul-Haq Wasseq, (b) Abdul Haq Wasiq). Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) bejn wieħed u ieħor fl-1975, (b) 1971. Data tat-twelid: Raħal ta' Gharib, Distrett ta' Khogyani, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Qatar. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma' Gulbuddin Hekmatyar. Taħt ir-reġim Taliban, kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta' Nimroz u Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence, u kien jaħdem għal Qari Ahmadullah. F'din il-funzjoni, huwa kien responsabbli milli jieħu ħsieb ir-relazzjonijiet ma' ġellieda barranin marbuta mal-Al-Qaida u l-kampijiet ta' taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-opponenti tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan. |
(123) |
Mohammad Zahid. (magħruf ukoll bħala (a) Jan Agha Ahmadzai (b) Zahid Ahmadzai) Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: It-Tielet Segretarju, Ambaxxata Talibana, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-Passaport: D 001206 (maħruġ fis-17.7.2000). Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001. |
(139) |
Rahmatullah Shah Nawaz Isem (bil-kitba oriġinali): Titlu: Alhaj Deżinjazzjoni: m/d DTT: (a) 1981 (b) 1982 PTT: Shadal (varjant Shadaal) Bazaar, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan Psewdonimu affidabbli.: (a) Qari Rahmat (qabel kien elenkat hekk) (b) Kari Rahmat Psewdonimu inqas affidabbli: m/d Nazzjonalità: Afgana Nru. tal-passaport: m/d Nru. tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d Indirizz: (a) Kamkai Village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan (b) Kamkai Village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan (c) Surkhel village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan (d) Batan village, Achin District, Nangarhar Province, l-Afganistan Elenkat fi:21 ta' Awwissu 2014 (emendat fil-21 ta' Lulju 2016) Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella, kulur tax-xagħar: iswed, piż: 77-81 kg, tul: 178 cm daqna sewda qasira-medja, xagħar iswed qasir. Jappartjeni għat-tribù Shinwari, is-sottotribù Sepahi. Kmandant tat-Taliban tal-inqas minn Frar 2010. Jiġbor taxxi u jxaħħam f'isem it-Taliban minn April 2015. Jikkoordina ma' u jipprovdi lill-aġenti tat-Taliban fil-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, informazzjoni, gwida, akkomodazzjoni u armi u qiegħed apparat esplożiv improvviżat (IED) u mexxa attakki kontra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF) u l-forzi Afgani. Data tan-nomina min-NU:21.8.2014.” |