|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1675
tal-14 ta' Lulju 2016
li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni trid tiżgura mekkaniżmi ta' ħarsien effikaċi għas-suq intern kollu, bil-għan li tiżdied iċ-ċertezza ġuridika għall-operaturi ekonomiċi u l-partijiet interessati b'mod ġenerali fir-relazzjonijiet tagħhom ma' ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi. L-integrità tas-swieq finanzjarji u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern inġenerali huma mhedda serjament minn ġuriżdizzjonijiet b'nuqqasijiet strateġiċi fl-oqfsa nazzjonali tagħhom tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Dawk il-ġuriżdizzjonijiet li jkollhom fis-seħħ oqfsa ġuridiċi u istituzzjonali defiċjenti bi standards baxxi biex jikkontrollaw il-flussi ta' flus huma ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-entitajiet obbligati kollha tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/849 jeħtieġ li japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta msaħħa fir-relazzjoni tagħhom ma' persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi terzi b'riskju kbir, u b'hekk jiżguraw rekwiżiti ekwivalenti għal parteċipanti tas-suq madwar l-Unjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 jistipula l-kriterji li fuqhom l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi bbażata, u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir, b'kont meħud ta' dawk il-kriterji. |
|
(4) |
L-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir trid tkun ibbażata fuq valutazzjoni oġġettiva u ċara li tiffoka fuq il-konformità ta' ġuriżdizzjoni mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849 rigward il-qafas legali u istituzzjonali tagħha tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT), is-setgħat u l-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-effikaċja tas-sistema tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) fl-indirizzar tar-riskji tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu tal-pajjiż terz. |
|
(5) |
Jeħtieġ li s-sejbiet kollha li fuqhom id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinkludi ġuriżdizzjoni fil-lista ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir għandha tkun ibbażata, jkunu dokumentati b'informazzjoni soda, verifikabbli u aġġornata. |
|
(6) |
Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tirrikonoxxi b'mod sħiħ il-ħidma relevanti li diġà saret f'livell internazzjonali sabiex jiġi identifikati l-pajjiżi terzi b'riskju kbir, b'mod partikolari t-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF). Bil-għan li tiġi żgurata l-integrità tas-sistema finanzjarja globali, huwa ta' importanza kbira li l-lista ta' pajjiżi terzi stabbilita fil-livell tal-Unjoni tkun konformi mill-qrib, kif xieraq, ma' dawk il-listi maqbula internazzjonalment. Billi tippromwovi approċċ globali fil-livell internazzjonali, l-Unjoni tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-integrità finanzjarja dinjija u l-ħarsien aħjar tas-sistema finanzjarja internazzjonali minn pajjiżi b'riskju kbir. Tali approċċ globali huwa utli sabiex jinkisbu kundizzjonijiet ekwi għal entitajiet obbligati u jevita kull effett ta' tfixkil fuq is-sistema finanzjarja internazzjonali. |
|
(7) |
F'konformità mal-kriterji stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/849, il-Kummissjoni qieset l-evalwazzjonijiet esperti disponibbli kollha ta' fatturi li jikkontribwixxu lejn pajjiż jew ġuriżdizzjoni partikolarment vulnerabbli għall-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu jew attività finanzjarji illeċiti oħra. B'mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat, kif xieraq, d-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF, id-dokumenti tal-FATF (It-Titjib tal-Konformità Globali mal-AML / CFT: proċess li għadu għaddej), ir-rapporti tal-FATF dwar l-Analiżi tal-Kooperazzjoni Internazzjonali, u r-rapport ta' evalwazzjonijiet reċiproċi l-iktar riċenti maħruġ mill-FATF u Korpi Reġjonali mmudellati fuq l-FATF f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji li jirriżultaw minn pajjiżi terzi individwali f'konformità mal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849. |
|
(8) |
Meta jitqiesu l-livell għoli ta' integrazzjoni tas-sistema finanzjarja internazzjonali, ir-rabta stretta ta' operaturi tas-suq, il-volum għoli ta' tranżazzjonijiet transfruntiera minn / lejn l-UE, kif ukoll il-grad ta' ftuħ tas-suq, huwa għaldaqstant meqjus li kull theddida AML / CFT ippreżentata mis-sistema finanzjarja internazzjonali tirrappreżenta wkoll theddida għas-sistema finanzjarja tal-UE. |
|
(9) |
Skont l-aħħar informazzjoni rilevanti, l-analiżi tal-Kummissjoni kkonkludiet li jeħtieġ li l-Afganistan, il-Bosnja u Ħerzegovina, il-Guyana, l-Iraq, il-Laos PDR, is-Sirja, l-Uganda, il-Vanwatu u l-Jemen jitqiesu bħala ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom ta' AML / CFT li huma ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Dawn il-pajjiżi terzi b'riskju għoli pprovdew impenn politiku ta' livell għoli bil-miktub sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u żviluppaw pjan ta' azzjoni mal-FATF, li se jippermettilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/849. |
|
(10) |
Skont l-aħħar informazzjoni relevanti, bl-istess mod, l-analiżi tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-Iran jeħtieġ li jitqies bħala ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li għandha nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħha ta' AML / CFT li hija ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Dan il-pajjiż, identifikat mid-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF, ipprovda impenn politiku ta' livell għoli sabiex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati, u ddeċieda li jfittex assistenza teknika fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-FATF, li tippermettilu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/849. |
|
(11) |
Skont l-aħħar informazzjoni rilevanti, bl-istess mod, l-analiżi tal-Kummissjoni kkonkludiet li jeħtieġ li r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK) tiġi kkunsidrata bħala ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li għandha nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML / CFT tagħha li hija ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Dan il-pajjiż, identifikat mid-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF, jippreżenta riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu sostanzjali u attwali, u naqas ripetutament milli jindirizza n-nuqqasijiet identifikati. |
|
(12) |
Huwa essenzjali li l-Kummissjoni testendi stedina lill-ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi identifikati bħala riskju kbir sabiex jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni u korpi internazzjonali bil-ħsieb li jaqblu u jimplimentaw b'mod effettiv miżuri għall-korrezzjoni tan-nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. |
|
(13) |
Huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni tissorvelja b'mod permanenti l-iżviluppi fil-valutazzjoni ta' oqfsa ġuridiċi u istituzzjonali fis-seħħ f'pajjiżi terzi, is-setgħat u l-proċeduri ta' awtoritajiet kompetenti, u l-effettività tar-reġimi AML / CFT tagħhom bil-għan li taġġorna l-lista ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista ta' ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li huma ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni (“pajjiżi terzi b'riskju kbir”) hija stabbilita fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
Pajjiżi terzi b'riskju kbir
I. Pajjiżi terzi b'riskju kbir li taw impenn politiku ta' livell għoli bil-miktub sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u li żviluppaw pjan ta' azzjoni mal-FATF.
|
Nru |
Pajjiż terz b'riskju kbir |
|
1 |
L-Afganistan |
|
2 |
il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
3 |
Guvana |
|
4 |
L-Iraq |
|
5 |
Il-Laos PDR |
|
6 |
Is-Sirja |
|
7 |
L-Uganda |
|
8 |
Il-Vanuatu |
|
9 |
Il-Jemen |
II. Pajjiżi terzi b'riskju kbir li taw impenn politiku ta' livell għoli sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u ddeċidew li jfittxu assistenza teknika fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-FATF, li huma identifikati permezz tad-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF.
|
Nru |
Pajjiż terz b'riskju kbir |
|
1 |
L-Iran |
III. Pajjiżi terzi b'riskju kbir li jirrappreżentaw riskji attwali u sostanzjali ta' ħasil tal-flus u finanzjament ta' terroristi, wara li repetutament naqsu milli jindirizzaw in-nuqqasijiet idenitifikati u li huma identifikati permezz tad-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF
|
Nru |
Pajjiż terz b'riskju kbir |
|
1 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) |
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1676
tas-7 ta' Settembru 2016
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Saucisson sec d'Auvergne/Saucisse sèche d'Auvergne (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Saucisson sec d'Auvergne”/“Saucisse sèche d'Auvergne” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma saret l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Saucisson sec d'Auvergne”/“Saucisse sèche d'Auvergne” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Saucisson sec d'Auvergne”/“Saucisse sèche d'Auvergne” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 160, 4.5.2016, p. 14.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1677
tal-14 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-iskampi fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
25/TQ72 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk |
NEP/8ABDE. |
|
Speċi |
Skampu (Nephrops Norvegicus) |
|
Żona |
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
|
Data tal-għeluq |
20.8.2016 |
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1678
tal-14 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tal-merluzz fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
26/TQ72 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk |
HKE/8ABDE. |
|
Speċi |
Merluzz (Merluccius merluccius) |
|
Żona |
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
|
Data tal-għeluq |
20.8.2016 |
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1679
tal-14 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIII, IX u X; tal-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
27/TQ72 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk |
PLE/8/3411 |
|
Speċi |
Il-Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) |
|
Żona |
VIII, IX u X; tal-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant 34.1.1 |
|
Data tal-għeluq |
20.8.2016 |
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1680
tal-14 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
28/TQ72 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk |
SOL/8AB. |
|
Speċi |
Il-lingwata komuni (solea solea) |
|
Żona |
VIIIa u VIIIb |
|
Data tal-għeluq |
20.8.2016 |
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1681
tal-14 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-megrim fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
29/TQ72 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk |
LEZ/*8ABDE |
|
Speċi |
Il-megrim (Lepidorhombus spp.) |
|
Żona |
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
|
Data tal-għeluq |
20.8.2016 |
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1682
tal-14 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-petriċa fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
30/TQ72 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk |
ANF/*8ABDE |
|
Speċi |
Il-petriċa (Lophiidae) |
|
Żona |
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
|
Data tal-għeluq |
20.8.2016 |
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1683
tad-19 ta' Settembru 2016
li jemenda għall-253 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Settembru 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda żewġ entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Strumenti
ANNESS
L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 qed jiġu emendati kif ġej:
|
(a) |
“Ali Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Zoubair). Data tat-twelid: 9.3.1986. Post tat-twelid: Ariana, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: W342058 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-14.3.2011, jiskadi fit-13.3.2016). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 08705184 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fl-24.2.2011). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Mar. 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Mar. 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 171 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.4.2015” jinbidel b'dan li ġej: “Ali Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Zoubair). Data tat-twelid: 9.3.1986. Post tat-twelid: Ariana, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: W342058 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-14.3.2011, jiskadi fit-13.3.2016). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 08705184 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fl-24.2.2011). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Mar. 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Mar. 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 171 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Allegatament irrapurtat maqtul f'attakk tal-ajru f'Mosul, l-Iraq, f'Ġunju 2015. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 10.4.2015.” |
|
(b) |
“Tarak Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Omar Al Tounisi). Data tat-twelid: 3.5.1982. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija; Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: Z050399 (Passaport Tuneżin, maħruġ fid-9.12.2003, skada fit-8.12.2008). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 04711809 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fit-13.11.2003). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Marzu 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Marzu 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 172 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.4.2015” jinbidel b'dan li ġej: “Tarak Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Omar Al Tounisi). Data tat-twelid: 3.5.1982. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija; Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: Z050399 (Passaport Tuneżin, maħruġ fid-9.12.2003, skada fit-8.12.2008). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 04711809 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fit-13.11.2003). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Marzu 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Marzu 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 172 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Allegatament irrapurtat maqtul fis-Sirja, f'Ġunju 2015. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 10.4.2015.” |
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1684
tad-19 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
180,4 |
|
ZZ |
180,4 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
116,3 |
|
ZZ |
116,3 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
136,2 |
|
ZZ |
136,2 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
105,8 |
|
CL |
129,5 |
|
|
MA |
81,7 |
|
|
TR |
132,7 |
|
|
UY |
87,3 |
|
|
ZA |
119,5 |
|
|
ZZ |
109,4 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
265,2 |
|
TR |
132,3 |
|
|
ZZ |
198,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
181,9 |
|
BR |
97,9 |
|
|
CL |
134,5 |
|
|
NZ |
124,1 |
|
|
US |
141,5 |
|
|
ZA |
101,2 |
|
|
ZZ |
130,2 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
168,5 |
|
CL |
101,2 |
|
|
TR |
135,7 |
|
|
ZA |
126,0 |
|
|
ZZ |
132,9 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
134,2 |
|
ZZ |
134,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
20.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/22 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1685
tas-16 ta' Settembru 2016
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jew li huma magħmula jew prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat bit-tgħaqqid ta' tnejn jew tlieta mill-eventi Bt11, MIR162, MIR604 u GA21, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/892/UE, 2011/893/UE u 2011/894/UE
(notifikata bid-dokument C(2016) 5746)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3), 9(2), 19(3) u 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta' Frar 2009, Syngenta France SAS ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Ġermanja, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ta' ingredjenti tal-ikel u tal-għalf li fihom, il-qamħirrum Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21 jew li huma magħmula, jew prodotti minnu (“l-applikazzjoni”). |
|
(2) |
L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21 fi prodotti li huma magħmula minnu jew li fihom minnu għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kull tip ta' qamħirrum ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni tinkludi d-dejta u l-informazzjoni meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stabbiliti fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. L-applikazzjoni tinkludi wkoll pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE. |
|
(4) |
Fil-5 ta' Lulju 2013, Syngenta wessgħet l-ambitu tal-applikazzjoni għas-sottokumbinazzjonijiet kollha tal-avveniment uniku ta' modifika ġenetika li jikkostitwixxu l-qamħirrum Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21 (“sottokumbinazzjonijiet”), inklużi l-qamħirrum Bt11 × GA21, il-qamħirrum MIR604 × GA21, il-qamħirrum Bt11 × MIR604, u l-qamħirrum Bt11 × MIR604 × GA21, li huma diġà awtorizzati rispettivament bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/426/UE (3), 2011/892/UE (4), 2011/893/UE (5) u 2011/894/UE (6). Syngenta talbet lill-Kummissjoni biex tħassar dawk l-erba' Deċiżjonijiet ladarba tingħata l-awtorizzazzjoni għall-qamħirrum Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21 u s-sottokumbinazzjonijiet kollha. |
|
(5) |
Fis-7 ta' Diċembru 2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (7). Din ikkonkludiet li l-qamħirrum ġenetikament immodifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa daqstant bla periklu u nutrittiv bħall-kontraparti konvenzjonali tiegħu, u ma ġie identifikat ebda tħassib għal ebda waħda mis-sottokumbinazzjonijiet tiegħu. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u l-kwistjonijiet speċifiċi kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(7) |
L-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali, li jikkonsisti minn pjan ta' sorveljanza ġenerali, u li ssottometta l-applikant, jaqbel mal-użi maħsuba tal-prodotti. |
|
(8) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA tirrakkomanda li tinġabar l-informazzjoni rilevanti dwar il-livelli ta' espressjoni tal-proteini espressi mill-ġdid, kieku s-sottokumbinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × MIR604, MIR162 × MIR604 × GA21, Bt11 × MIR162, MIR162 × MIR604 u/jew MIR162 × GA21 kellhom jinħolqu permezz ta' metodi ta' tnissil immirati, u jiġu kkummerċjalizzati. B'konformità ma' din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għal dak l-għan. |
|
(9) |
Meta jitqies dan kollu, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għall-prodotti li fihom, jew jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti mill-kumbinazzjonijiet ta' qamħirrum immodifikat ġenetikament Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, Bt11 × MIR162 × MIR604, Bt11 × MIR162 × GA21, Bt11 × MIR604 × GA21, MIR162 × MIR604 × GA21, Bt11 × MIR162, Bt11 × MIR604, Bt11 × GA21, MIR162 × MIR604, MIR162 × GA21 u MIR604 × GA21. |
|
(10) |
Id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/892/UE, 2011/893/UE u 2011/894/UE li jawtorizzaw il-qamħirrum Bt11 × GA21, il-qamħirrum MIR604 × GA21, il-qamħirrum Bt11 × MIR604, u l-qamħirrum Bt11 × GA21 × MIR604 għandhom jitħassru. |
|
(11) |
Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu ġenetikament modifikat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “OĠM”) kif previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (8). |
|
(12) |
Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżit tat-tikkettar speċifiku, għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidher li huwa meħtieġ għall-ikel, għall-ingredjenti tal-ikel u għall-għalf li fihom, jew li huma magħmula, jew prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, inklużi l-kumbinazzjonijiet kollha possibbli tal-eventi uniċi ta' modifikazzjoni ġenetika. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li dawk il-prodotti jintużaw fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b'din id-Deċiżjoni, mat-tikkettar tal-prodotti li fihom jew li huma magħmula mill-qamħirrun Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21 u s-sottokumbinazzjonijiet ta' dawn, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-ikel, għandha tiżdied indikazzjoni ċara li l-prodotti inkwistjoni mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni. |
|
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jistipula r-rekwiżiti tat-tikkettar fl-Artikolu 4(6) għall-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti dwar it-traċċabbiltà ta' dawk il-prodotti qegħdin stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 4 u r-rekwiżiti dwar it-traċċabbiltà tal-għalf u tal-ikel li jiġu prodotti mill-OĠM qegħdin stipulati fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. |
|
(14) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu wkoll iressaq ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ tal-effetti ambjentali lill-Kummissjoni. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (10). L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta' kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta' ekosistemi/ambjenti u/jew żoni ġeografiċi, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(15) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu wkoll iressaq lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-kundizzjonijiet speċifiċi ta' din l-awtorizzazzjoni. |
|
(16) |
L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikat previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(17) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz tal-Clearing-House tal-Bijosikurezza lill-Partijiet tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
|
(18) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Tqies li kien meħtieġ att ta' implimentazzjoni u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat tal-appel ma tax opinjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku
1. L-identifikaturi uniċi għall-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) ġew assenjati b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:
|
(a) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21; |
|
(b) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR162 × MIR604; |
|
(c) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR162 × GA21; |
|
(d) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR604 × GA21; |
|
(e) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MIR162 × MIR604 × GA21; |
|
(f) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR162; |
|
(g) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × MIR604; |
|
(h) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) Bt11 × GA21; |
|
(i) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MIR162 × MIR604; |
|
(j) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MIR162 × GA21; |
|
(k) |
l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MIR604 × GA21. |
2. Il-kumbinazzjonijiet ta' qamħirrum imsemmijin fil-paragrafu 1 qegħdin speċifikati fil-punt (b) tal-Anness.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:
|
(a) |
l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom, jew li huma magħmulin jew prodotti mill-OĠM msemmija fl-Artikolu 1; |
|
(b) |
għalf li fih, jew li huwa magħmul jew prodott mill-OĠM msemmija fl-Artikolu 1; |
|
(c) |
l-OĠM msemmija fl-Artikolu 1 f'prodotti li fihom minnhom jew li huma magħmula minnhom għal kull użu ieħor għajr dak previst fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
Tikkettar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “l-isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
2. Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom l-OĠM msemmija fl-Artikolu 1, jew li huma magħmula minnhom, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.
Artikolu 4
Monitoraġġ tal-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu wkoll iressaq ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet speċifiċi, imsemmija fil-punt (g) tal-Anness, jiġu implimentati.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jressaq ir-rapporti annwali dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-kundizzjonijiet speċifiċi ta' din l-awtorizzazzjoni sakemm tibqa' sseħħ l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 6
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikat previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Sygenta France SAS, li tirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, tal-Iżvizzera.
Artikolu 8
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/892/UE, 2011/893/UE u 2011/894/UE huma mħassra.
Artikolu 9
Validità
Din id-Deċiżjoni tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 10
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Syngenta France SAS, 12, Chemin de l'Hobit, 31790 Saint-Sauveur, Franza
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/426/UE tat-28 ta' Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11 × GA21 (SYN-BTØ11-1 × MON-ØØØ21-9), jew li jikkonsistu minnu jew huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 31.7.2010, p. 36).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/892/UE tat-22 ta' Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li għandhom fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament immodifikat MIR604 × GA21 (SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21- 9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 55).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/893/UE tat-22 ta' Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11 × MIR604 (SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5) jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 59).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/894/UE tat-22 ta' Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR604 × GA21 (SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØØ21-9) jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 64).
(7) Il-Bord tal-OĠM tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2015. Opinjoni Xjentifika dwar applikazzjoni minn Syngenta (EFSA-GMO-DE-2009-66) għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21 u sottokumbinazzjonijiet li huma tolleranti għall-erbiċidi u reżistenti għall-insetti, indipendentement mill-oriġini tagħhom, għall-użi ta' ikel u ta' għalf, għall-importazzjoni u għall-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. EFSA Journal 2015;13(12):4297, 34 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4297
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta' identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta' prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).
ANNESS
|
(a) |
L-applikant u d-detentur tal-awtorizzazzjoni:
F'isem Syngenta Crop Protection AG, Schwarzwaldallee 215, CH-4058 Basel, l-Iżvizzera. |
|
(b) |
Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:
il-qamħirrum SYN-BTØ11-1 jesprimi l-proteina Cry1Ab li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta' ħsara lepidotterani u l-proteina PAT, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċidi tal-ammonju tal-glufosinat. il-qamħirrum SYN-IR162-4 jesprimi l-proteina Vip3Aa20 li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta' ħsara lepidotterani u l-proteina PAT, li tintuża bħala markatur selezjonabbli. il-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 jesprimi l-proteina Cry3 A li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta' ħsara koleotterani u l-proteina PMI, li tintuża bħala markatur selezjonabbli. il-qamħirrun MON-ØØØ21-9 jesprimi l-proteina mEPSPS li tikkonferixxi tolleranza għall-erbiċidi tal-glifosat. |
|
(c) |
It-tikkettar:
|
|
(d) |
Il-metodu ta' detezzjoni:
|
|
(e) |
L-identifikatur uniku:
|
|
(f) |
L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika [Clearing House tal-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat]. |
|
(g) |
Il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti: Il-kundizzjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6(5)(e) u l-Artikolu 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003:
|
|
(h) |
Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE [Link: il-pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati]. |
|
(i) |
Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem: Mhux meħtieġa. |
Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.