|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1661
tal-15 ta' Settembru 2016
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
Il-Kunsill irreveda d-deżinjazzjonijiet individwali indikati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(3) |
L-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
ANNESS
I.
L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa sostitwiti b'dawn li ġejjin:LISTA TA' PERSUNI
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
2. |
Vladimir Andreevich KONSTANTINOV (Владимир Андреевич Константинов |
Data tat-Twelid: 19.11.1956 Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova |
Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-indipendenza tal-Krimea fir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Mis-17 ta' Marzu 2014 'l hawn, “President” tal-“Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.. |
17.3.2014 |
|
3. |
Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (Рустам Ильмирович Темиргалиев) |
Data tat-Twelid: 15.8.1976 Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja) |
Bħala ex Viċi Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” dwar ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
4. |
Denis Valentinovich BEREZOVSKIY (Денис Валентинович Березовский) |
Data tat-Twelid: 15.7.1974 Post tat-Twelid: Kharkiv, SSR tal-Ukrajna |
Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta' Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b'hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna. Imbagħad inħatar Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa. |
17.3.2014 |
|
6. |
Pyotr Anatoliyovych ZIMA (Пётр Анатольевич Зима) |
Data tat-Twelid: 29.3.1965 |
Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (FSB). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata minn ex uffiċjali tas-SBU tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
9. |
Viktor Alekseevich OZEROV (Виктор Алексеевич Озеров) |
Data tat-Twelid: 5.1.1958 Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia |
President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
10. |
Vladimir Michailovich DZHABAROV (Владимир Михайлович Джабаров) |
Data tat-Twelid: 29.9.1952 |
L-ewwel Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Dzhabarov, f'isem il-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
11. |
Andrei Aleksandrovich KLISHAS (Андрей Александрович Клишас) |
Data tat-Twelid: 9.11.1972 Post tat-Twelid: Sverdlovsk |
President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
12. |
Nikolai Ivanovich RYZHKOV (Николай Иванович Рыжков) |
Data tat-Twelid: 28.9.1929 Post tat-Twelid: Dyleevka, reġjun ta' Donetsk, SSR tal-Ukrajna |
Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014, Ryzhkov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
13. |
Evgeni Viktorovich BUSHMIN (Евгений Викторович Бушмин) |
Data tat-Twelid: 4.10.1958 Post tat-Twelid: Lopatino, reġjun ta' Sergachiisky, RSFSR |
Viċi Speaker tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Bushmin appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
14. |
Aleksandr Borisovich TOTOONOV (Александр Борисович Тотоонов) |
Data tat-Twelid: 3.4.1957 Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, Tramuntana ta' Ossetia |
Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
15. |
Oleg Evgenevich PANTELEEV (Олег Евгеньевич Пантелеев) |
Data tat-Twelid: 21.7.1952 Post tat-Twelid: Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan |
L-ex l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament,fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Attwalment l-Ewwel Viċi Gvernatur tal-Oblast ta' Kurgan u l-Kap tad-delegazzjoni tal-Gvern tal-Oblast ta' Kurgan għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. |
17.3.2014 |
|
16. |
Sergei Mikhailovich MIRONOV (Сергей Михайлович Миронов) |
Data tat-Twelid: 14.2.1953 Post tat-Twelid: Pushkin, reġjun ta' Leningrad |
Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; Mexxej tal-fazzjoni Fair Russia fid-Duma tal-Federazzjoni Russa. Oriġinatur tal-liġi li tippermetti lill-Federazzjoni Russa tinkludi fil-kompożizzjoni tagħha, taħt il-pretest tal-protezzjoni ta' ċittadini Russi, territorji ta' pajjiż barrani mingħajr il-kunsens ta' dak il-pajjiż jew ta' trattat internazzjonali. |
17.3.2014 |
|
17. |
Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK (Сергей Владимирович Железняк) |
Data tat-Twelid: 30.7.1970 Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
18. |
Leonid Eduardovich SLUTSKI (Леонид Эдуардович Слуцкий) |
Data tat-Twelid: 4.1.1968 Post tat-Twelid: Moska |
President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa (membru tal-LDPR). Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
19. |
Aleksandr Viktorovich VITKO (Александр Викторович Витко) |
Data tat-Twelid: 13.9.1961 Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja) |
Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
20. |
Anatoliy Alekseevich SIDOROV (Анатолий Алексеевич Сидоров) |
Data tat-Twelid: 2.7.1958 Post tat-Twelid: Siva, reġjun ta' Perm, USSR |
Ex Kmandant, Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma skjerati fil-Krimea. Kien responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Minn Novembru 2015 il-Kap tal-Persunal Konġunt tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO). |
17.3.2014 |
|
21. |
Aleksandr Viktorovich GALKIN (Александр Викторович Галкин) |
Data tat-Twelid: 22.3.1958 Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, ASSR tat-Tramuntana ta' Ossetia |
Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja, li wħud mill-forzi tiegħu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed tiġi taħt il-kmand ta' Galkin; ħafna mill-moviment tal-forza fil-Krimea seħħ minn ġewwa d-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi ta' SMD huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-Flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett. |
17.3.2014 |
|
22. |
Dmitry Olegovich ROGOZIN (Дмитрий Олегович Рогозин) |
Data tat-Twelid: 21.12.1963 Post tat-Twelid: Moska |
Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
|
23. |
Sergey Yurievich GLAZYEV (Сергей Юрьевич Глазьев) |
Data tat-Twelid: 1.1.1961 Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna) |
Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
|
24. |
Valentina Ivanova MATVIYENKO (twieldet TYUTINA) (Валентина Ивановна Матвиенко (twieldet Тютина)) |
Data tat-Twelid: 7.4.1949, Post tat-Twelid: Reġjun ta' Shepetovka, Khmelnitsky (Kamenets-Podolsky) (SSR tal-Ukrajna) |
Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġat pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
21.3.2014 |
|
25. |
Sergei Evgenevich NARYSHKIN (Сергей Евгеньевич Нарышкин) |
Data tat-Twelid: 27.10.1954 Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Speaker tad-Duma tal-Istat. Appoġġa pubblikament l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Appoġġa pubblikament it-trattat ta' riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata. |
21.3.2014 |
|
27. |
Alexander Mihailovich NOSATOV (Александр Михайлович Носатов) |
Data tat-Twelid: 27.3.1963 Post tat-Twelid: Sevastopol, (SSR tal-Ukrajna) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. |
21.3.2014 |
|
28. |
Valery Vladimirovich KULIKOV (Валерий Владимирович Куликов) |
Data tat-Twelid: 1.9.1956 Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna) |

29. |
Vladislav Yurievich SURKOV (Владислав Юрьевич Сурков) |
Data tat-Twelid: 21.9.1964, Post tat-Twelid: Solntsevo, reġjun ta' Lipetsk |
Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet sabiex jheddu l-awtoritajiet tal-Ukrajna fil-Krimea. |
21.3.2014 |
|
30. |
Mikhail Grigorievich MALYSHEV (Михаил Григорьевич Малышев) |
Data tat-Twelid: 10.10.1955 Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea |
President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum. |
21.3.2014 |
|
31. |
Valery Kirillovich MEDVEDEV (Михаил Григорьевич Малышев) |
Data tat-Twelid: 21.8.1946 Post tat-Twelid: Shmakovka, reġjun ta' Primorsky |
President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum. |
21.3.2014 |
|
32. |
Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK (Игорь Николаевич Турченюк) |
Data tat-Twelid: 5.12.1959 Post tat-Twelid: Osh, SSR tal-Kirgiżistan |
Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. |
21.3.2014 |
|
34. |
Dmitry Nikolayevich KOZAK (Дмитрий Николаевич Козак) |
Data tat-Twelid: 7.11.1958 Post tat-Twelid: Bandurovo, reġjun ta' Kirovograd, SSR tal-Ukrajna |
Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
|
35. |
Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV (Олег Евгеньевич Пантелеев) |
Data tat-Twelid: 15.9.1949 Post tat-Twelid: Moska |
Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
|
37. |
Sergei Ivanovich MENYAILO (Сергей Иванович Меняйло) |
Data tat-Twelid: 22.8.1960 Post tat-Twelid: Alagir, Tramuntana ta' Ossetia SSR Awtonoma, RSFSR |
Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta' Sevastopol. |
29.4.2014 |
|
38. |
Olga Fedorovna KOVITIDI (Ольга Фёдоровна Ковитиди) |
Data tat-Twelid: 7.5.1962 Post tat-Twelid: Simferopol, SSR tal-Ukrajna |
Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
|
40. |
Sergei Ivanovich NEVEROV (Сергей Иванович Неверов) |
Data tat-Twelid: 21.12.1961 Post tat-Twelid: Tashtagol, USSR |
Viċi President tad-Duma tal-Istat, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
|
42. |
Valery Vasilevich GERASIMOV (Валерий Васильевич Герасимов) |
Data tat-Twelid: 8.9.1955 Post tat-Twelid: Kazan |
Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-iskjerament massiv ta' truppi Russi tul il-fruntiera mal-Ukrajna u naqas milli jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni. |
29.4.2014 |
|
43. |
German PROKOPIV (Герман Прокопив) |
|
Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Lugansk. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”. |
29.4.2014 |
|
44. |
Valeriy Dmitrievich BOLOTOV (Валерий Дмитриевич Болотов) |
Data tat-Twelid: 13.2.1970 Post tat-Twelid: Stakhanov, Lugansk |
Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali. |
29.4.2014 |
|
45. |
Andriy Yevgenovych PURGIN (Андрiй Eвгенович Пургiн), Andrei Evgenevich PURGIN (Андрей Евгеньевич Пургин) |
Data tat-Twelid: 26.1.1972 Post tat-Twelid: Donetsk |
Parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, bħalissa “l-Ewwel Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri”. |
29.4.2014 |
|
49. |
Vyacheslav Viktorovich VOLODIN (Вячеслав Викторович Володин) |
Data tat-Twelid: 4.2.1964 Post tat-Twelid: Alekseevka, reġjun ta' Saratov. |
L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukren tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
|
50. |
Vladimir Anatolievich SHAMANOV (Владимир Анатольевич Шаманов) |
Data tat-Twelid: 15.2.1957 Post tat-Twelid: Barnaul. |
Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea. |
12.5.2014 |
|
51. |
Vladimir Nikolaevich PLIGIN (Владимир Николаевич Плигин) |
Data tat-Twelid: 19.5.1960 Post tat-Twelid: Ignatovo, Oblast ta' Vologodsk, USSR. |
President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
|
53. |
Oleg Grigorievich KOZYURA (Олег Григорьевич Козюра) |
Data tat-Twelid: 19.12.1962 Post tat-Twelid: Zaporozhye |
L-ex Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol. Bħalissa assistent tad-Deputat tal-Kunsill Muniċipali ta' Sevastopol, Mikhail Chaly. |
12.5.2014 |
|
54. |
Viacheslav PONOMARIOV, VyacheslavVolodymyrovich PONOMARYOV (В'ячеслав Володимирович Пономарьов), Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV (Вячеслав Владимирович Пономарëв) |
Data tat-Twelid: 2.5.1965 Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk) |
L-ex “Sindku tal-Poplu” awtodikjarat ta' Slaviansk (sal-10 ta' Ġunju 2014). Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov kienu involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lill-attivist Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti. |
12.5.2014 |
|
55. |
Igor Nikolaevich BEZLER (magħruf ukoll bħala Bes (devil)) (Игорь Николаевич Безлер) |
Data tat-Twelid: 30.12.1965 Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea |
Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukrajna għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fil-belt ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Ihor Strielkov li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU. |
12.5.2014 |
|
56. |
Igor Evgenevich KAKIDZYANOV (Игорь Евгеньевич Какидзянов), Igor Evegenevich KHAKIMZYANOV (Игорь Евгеньевич Хакимзянов) |
Data tat-Twelid: 25.7.1980 Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk) |
Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tal-awtoproklamata “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.5.2014 |
|
58. |
Roman Viktorovich LYAGIN (Роман Викторович Лягин) |
Data tat-Twelid: 30.5.1980, Post tat-Twelid: Donetsk, Ukrajna |
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ex “Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali”. |
12.5.2014 |
|
59. |
Aleksandr Sergeevich MALYKHIN, Alexander Sergeevich MALYHIN (Александр Сергеевич Малыхин) (Олександр Сергійович Малихін) |
Data tat-Twelid: 12.1.1981 |
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. |
12.5.2014 |
|
60. |
Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA (Наталья Владимировна Поклонская) |
Data tat-Twelid: 18.3.1980 Post tat-Twelid: Mikhailovka, reġjun ta' Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna |
Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja. |
12.5.2014 |
|
61. |
Igor Sergeievich SHEVCHENKO (Игорь Сергеевич Шевченко) |
Post tat-Twelid: Sevastopol, il-Krimea |
Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja. |
12.5.2014 |
|
64. |
Alexandr Arkadievich KALYUSSKY (Александр Аркадьевич Калюсский) Oleksandr Arkadiyovych KALYUSSKIY (Олександр Аркадійович Калюський) |
Data tat-Twelid: 9.10.1975 |
L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru de facto għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.7.2014 |
|
65. |
Alexander KHRYAKOV, Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV (Александр Витальевич Хряков), Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV (Олександр ВiTалiйович Хряков) |
Data tat-Twelid: 6.11.1958 Post tat-Twelid: Donetsk |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.7.2014 |
|
67. |
Vasyl NIKITIN, Vasilii Aleksandrovich NIKITIN (Василий Александрович Никитин) |
Data tat-Twelid: 25.11.1971 Post tat-Twelid: Shargun (Użbekistan) |
L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” (l-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, u ex kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”). Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus il-“ġdid” tar-reġjun. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. |
12.7.2014 |
|
68. |
Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN (Алексей Вячеславович Карякин) |
Data tat-Twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979 Post tat-Twelid: Stakhanov (oblast ta' Lugansk) |
Sal-25 ta' Marzu 2016 l-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”. |
12.7.2014 |
|
71. |
Nikolay Ivanovich KOZITSYN (Николай Иванович Козицын) |
Data tat-Twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956 Post tat-Twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk |
Kmandant tal-forzi Kosakki. Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren. |
12.7.2014 |
|
78. |
Sergei Orestovoch BESEDA (Сергей Орестович Беседа) |
Data tat-Twelid: 17.5.1954 |
Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala uffiċjali għoli tal-FSB (Kurunell-Ġenerali), huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali. |
25.7.2014 |
|
82. |
Pavel Yurievich GUBAREV (Павел Юрьевич Губарев) Pavlo Yuriyovich GUBARIEV (Павло Юрійович Губарєв) |
Data tat-Twelid: 10.2.1983 Post tat-Twelid: Sievierodonetsk |
Wieħed minn dawk li jiddefinixxu lilhom infushom mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fil-Lvant tal-Ukrajna, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Gubarev kien responsabbli għar-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti. Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”. Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jilgħab rwol prominenti fl-attivitajiet separatisti, u għaldaqstant immina l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
83. |
Ekaterina Yurievna GUBAREVA (Екатерина Юрьевна Губарева), Katerina Yuriyovna GUBARIEVA (Катерина Юрiйовнa Губарева) |
Data tat-Twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983 Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson) |
Fil-kapaċità tagħha bħala l-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
25.7.2014 |
|
86. |
Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK (Сергей Анатольевич Здрилюк) |
Data tat-Twelid: 23.6.1972 Post tat-Twelid: Reġjun ta' Vinnytsia |
Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
87. |
Vladimir ANTYUFEYEV Владимир Антюфеев (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV) (Владимир Антюфеев) |
Data tat-Twelid: 19.2. 1951 Post tat-Twelid: Novosibirsk |
Ex “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat” fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Ex viċi Prim Ministru tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, huwa kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” tas-separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
25.7.2014 |
|
89. |
Oksana TCHIGRINA, Oksana Aleksandrovna CHIGRINA (Оксана Александровна Чигрина) |
Data tat-Twelid: possibbilment 23.7.1981 |
Kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukren, it-teħid ta' ostaġġi, attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali, li bħala konsegwenza dgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna. |
30.7.2014 |
|
93. |
Konstantin Valerevich MALOFEEV (Константин Валерьевич Малофеев) |
Data tat-Twelid: 3.7.1974 Post tat-Twelid: Puschino |
Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukreni fil-Lvant tal-Ukrajna u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukren fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti. Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukrajna fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukrajna kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukrajna)”. Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna. |
30.7.2014 |
|
96. |
Alexander Vladimirovich ZAKHARCHENKO (Александр Владимирович Захарченко) |
Data tat-Twelid: 26.6.1976 Post tat-Twelid: Donetsk |
Mis-7 ta' Awwissu 2014 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Bħalissa l-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
97. |
Vladimir KONONOV (magħruf ukoll bħala “Tsar”) (Владимир Петровнч Кононов) |
Data tat-Twelid: 14.10.1974 Post tat-Twelid: Gorsky |
Mill-14 ta' Awwissu 2014 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 2014 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
98. |
Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Мирослав Владимирович Руденко) |
Data tat-Twelid: 21.1.1983 Post tat-Twelid: Debaltsevo |
Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.9.2014 |
|
99. |
Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV, Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV, (Геннадий Николаевич ЦыПкалов) |
Data tat-Twelid: 21.6.1973 Post tat-Twelid: Oblast ta' Rostov (Russja) |
L-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fil-milizzja tal-“Armata tax-Xlokk”. Tsypkalov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. |
12.9.2014 |
|
101. |
Oleg Vladimirovich BEREZA (Олег Владимирович Берëза) |
Data tat-Twelid: 1.3.1977 |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Interni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
103. |
Aleksandr Akimovich KARAMAN (Александр Акимович Караман), Alexandru CARAMAN |
Data tat-Twelid: 26.7.1956 jew 26.6.1956 Post tat-twelid, Cioburciu, distrett ta' Slobozia, issa r-Repubblika tal-Moldova |
L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin. Kap tal-“Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.9.2014 |
|
120. |
Sergey Yurievich KOZYAKOV (Сергей Юрьевич Козьяков) Serhiy Yurievich KOZYAKOV (Сергій Юрійович Козьяков) |
Data tat-Twelid: 29.9.1982 jew 23.9.1982 |
Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. F'Ottubru 2015 inħatar bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
121. |
Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV) (Олег Константинович Акимов) |
Data tat-Twelid: 15.9.1981 Post tat-Twelid: Lugansk |
Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Sa mill-2014 'l hawn huwa l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema” u membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
124. |
Aleksandr Igorevich KOFMAN (magħruf ukoll bħala Oleksandr KOFMAN) (Александр Игоревич Кофман) |
Data tat-Twelid: 30.8.1977 Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk) |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” u l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. |
29.11.2014 |
|
125. |
Ravil Zakarievich KHALIKOV (Равиль Закариевич Халиков) |
Data tat-Twelid: 23.2.1969 Post tat-Twelid: villaġġ ta' Belozere, Romodanovskiy rayon, USSR |
L-hekk imsejjaħ ex “L-Ewwel Viċi Prim Ministru u l-'Prosekutur Ġenerali” preċedenti tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
127. |
Oleg Evgenevich BUGROV (Олег Евгеньевич Бугров) |
Data tat-Twelid: 29.8.1969 |
L-ex “Ministru għad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
128. |
Lesya Mikhaylovna LAPTEVA (Леся Михайловна Лаптева) |
Data tat-Twelid: 11.3.1976 Post tat-Twelid: Dzhambul/Jambul (Każakistan), bħalissa magħruf bħala Taraz |
L-ex “Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
129. |
Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Eduardovych Mychaylov) (Евгений Эдуардович Михайлов) |
Data tat-Twelid: 17.3.1963 Post tat-Twelid: Arkhangelsk |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Kunsill tal-Ministri” (kap tal-amministrazzjoni għall-affarijiet governattivi) tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
130. |
Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK) (Игорь Владимирович Костенок) |
Data tat-twelid: 1961 |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Edukazzjoni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
131. |
Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych Orlov) (Евгений Вячеславович Орлов) |
Data tat-Twelid: 10.5.1980 |
Membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
134. |
Alexey Yurevich MILCHAKOV (magħruf ukoll bħala Fritz, Serbian) (Алексей Юрьевич МИЛЬЧАКОВ) |
Data tat-Twelid: 30.4.1991 Post tat-Twelid: San Pietruburgu |
Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna. F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
137. |
Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович Басурин) |
Data tat-Twelid: 27.6.1966 Post tat-Twelid: Donetsk |
L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
140. |
Sergey Yurevich IGNATOV (magħruf ukoll bħala KUZOVLEV) (Сергей Юрьевич ИГНАТОВ) |
Data tat-Twelid: 7.1.1967 |
L-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż. |
16.2.2015 |
|
142. |
Aleksandr Yurievich TIMOFEEV (Александр Юрьевич ТИМОФЕЕВ) |
Data tat-Twelid: 27.1.1974 |
L-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Dħul u t-Taxxi” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż. |
16.2.2015 |
|
144. |
Viktor Vyacheslavovich YATSENKO (Виктор Вячеславович ЯЦЕНКО) |
Data tat-Twelid: 22.4.1985 Post tat-Twelid: Kherson |
L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Komunikazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
145. |
Olga Igoreva BESEDINA (Ольга Игорева БЕСЕДИНА) |
Data tat-Twelid: 10.12.1976 Post tat-Twelid: Lugansk |
L-hekk imsejħa ex “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
146. |
Zaur Raufovich ISMAILOV (Заур Рауфович ИСМАИЛОВ) |
Data tat-Twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975) Post tat-Twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad, reġjun ta' Lugansk |
L-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
LISTA TA' ENTITAJIET
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
6. |
Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army” Международный Союз Общественных Объединений “Всевеликое Войско Донское” |
Sit elettroniku uffiċjali: http://xn--80aaaajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/ Numru tat-telefon: +7-8-908-178-65-57 Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard Indirizz: 346465 Russia Rostov Region. October (C) District. St Zaplavskaya. Str Shosseynaya 1 |
Il-“Great Don Army” stabbiliet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll thedded l-istabbilta jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Assoċjata mas-Sur Nikolay KOZITSYN, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-Gvern Ukren. |
25.7.2014 |
|
11. |
“Battaljun Vostok” “Батальон Восток” |
Media soċjali: http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas |
Grupp separatista armat illegali li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant. Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Ipparteċipa b'mod attiv f'operazzjonijiet militari li wasslu għall-ħtif tal-Ajruport ta' Donetsk. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
25.7.2014 |
|
19. |
Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (qabel magħrufa bħala l-“Intrapriża statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid” Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”) |
|
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ «НАЦИОНАЛЬНЫЙ НАУЧНО-ИССЛЕДОВАТЕЛЬСКИЙ ИНСТИТУТ ВИНОГРАДА И ВИНА «МАГАРАЧ»). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ). Wara deċiżjoni tal-hekk imsejjaħ “Kabinett tal-Ministri” tar-Repubblika tal-Krimea, l-istatus tal-kumpanija f'Jannar 2016 ġie mibdul mill-intrapriża statali“Agrofirma Magarach” għall intrapriża unitarja statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Kumpanija Agrarja tal-Magarach”. |
25.7.2014 |
|
29. |
Gwardja Nazzjonali Kosakka Казачья Национальная Гвардия |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Nikolay KOZITSYN. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” |
16.2.2015 |
|
30. |
Battaljun Sparta Батальон “Спарта” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Arseny PAVLOV. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” |
16.2.2015 |
|
31. |
Battaljun Somalu Батальон “Сомали” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Mikhail TOLSTYKH (magħruf ukoll bħala Givi). Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” |
16.2.2015 |
|
32. |
Battaljun Zarya Батальон “Заря” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” |
16.2.2015 |
|
33. |
Brigata Prizrak Бригада “Призрак” |

Battaljun Oplot Батальон “Оплот” |
Media soċjali: http://vk.com/oplot_info |
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” |
16.2.2015 |
|
35. |
Battaljun Kalmius Батальон “Кальмиус” |

36. |
Battaljun tal-Mewt Батальон “Смерть” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” |
16.2.2015 |
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1662
tat-12 ta' Settembru 2016
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Sicilia (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu (1),
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Sicilia” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Sicilia” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Sicilia” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 186, 25.5.2016, p. 15.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1663
tat-13 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għas-salamun tal-Atlantiku fis-subdiviżjonijiet 22-31 tal-ilmijiet tal-Unjoni minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 tas-17 ta' Novembru 2015 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014 u (UE) 2015/104 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
20/TQ2072 |
|
Stat Membru |
L-Iżvezja |
|
Stokk |
SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31. |
|
Speċi |
Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-31 |
|
Data tal-Għeluq |
18.7.2016 |
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1664
tat-13 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żona NAFO 1F u fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żona XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
21/TQ72 |
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|
Stokk |
COD/N1GL14 |
|
Speċi |
Bakkaljaw (Gadus morhua) |
|
Żona |
L-ilmijiet ta' Greenland tan-NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland ta' XIV |
|
Data tal-Għeluq |
19.8.2016 |
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1665
tat-13 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fiż-żoni IIa u IV tal-ilmijiet tal-Unjoni minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
22/TQ72 |
|
Stat Membru |
Franza |
|
Stokk |
SRX/2AC4-C |
|
Speċi |
Rebekkini u raj (rajiformes) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV |
|
Data tal-għeluq |
18.8.2016 |
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1666
tat-13 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
24/TQ72 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk |
SRX/89-C. |
|
Speċijiet |
Rebekkini u raj (rajiformes) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX |
|
Data tal-għeluq |
20.8.2016 |
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1667
tal-15 ta' Settembru 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
160,4 |
|
ZZ |
160,4 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
116,3 |
|
ZZ |
116,3 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
136,2 |
|
ZZ |
136,2 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
129,3 |
|
CL |
130,0 |
|
|
MA |
81,7 |
|
|
TR |
105,4 |
|
|
UY |
159,8 |
|
|
ZA |
114,3 |
|
|
ZZ |
120,1 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
265,2 |
|
TR |
130,4 |
|
|
ZZ |
197,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
165,9 |
|
BR |
97,9 |
|
|
CL |
134,1 |
|
|
NZ |
130,7 |
|
|
US |
141,5 |
|
|
ZA |
101,6 |
|
|
ZZ |
128,6 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
168,5 |
|
CL |
108,1 |
|
|
TR |
137,5 |
|
|
ZA |
141,4 |
|
|
ZZ |
138,9 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
134,2 |
|
ZZ |
134,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/31 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1668
tal-15 ta' Settembru 2016
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
|
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 (f'perċentwali) |
|
09.4410 |
0,152133 |
|
09.4411 |
0,153652 |
|
09.4412 |
0,157135 |
|
09.4420 |
0,161564 |
|
09.4421 |
— |
|
09.4422 |
0,159085 |
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/34 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1669
tal-15 ta' Settembru 2016
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitlub, ikkalkolat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
|
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
|
(4) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sat-31 ta' Diċembru 2016 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 (f'kg) |
|
09.4067 |
1,600004 |
— |
|
09.4068 |
0,459349 |
— |
|
09.4069 |
0,166975 |
— |
|
09.4070 |
— |
890 500 |
DEĊIŻJONIJIET
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1670
tat-12 ta' Settembru 2016
li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Nhar is-16 ta' Diċembru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2361 (4), is-Sur Antonio DECARO ġie sostitwit mis-Sur Andrea BALLARÈ bħala membru supplenti. |
|
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sur Piero FASSINO (Sindaco del Comune di Torino) ġie propost. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sur Andrea BALLARÈ (Sindaco di Novara) ġie propost. |
|
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Francesca BALZANI, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2361 tas-16 ta’ Diċembru 2015 li taħtar membru Taljan u membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 331, 17.12.2015, p. 29).
|
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1671
tal-15 ta' Settembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
|
(2) |
Fl-10 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/359 (2),biex b'hekk ġedded il-miżuri għal sitt xhur oħra. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-imminar jew it-theddid kontinwu tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi mġedda għal sitt xhur oħra. |
|
(4) |
Il-Kunsill irriveda d-deżinjazzjonijiet individwali indikati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Dak l-Anness għandu jiġi emendat. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2017.”; |
|
(2) |
l-Anness huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359 tal-10 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 67, 12.3.2016, p. 37).
ANNESS
I.
L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:LISTA TA' PERSUNI
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
2 |
Vladimir Andreevich KONSTANTINOV (Владимир Андреевич Константинов) |
Data tat-Twelid: 19.11.1956 Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova |
Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-indipendenza tal-Krimea fir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Mis-17 ta' Marzu 2014 'l hawn, “President” tal-“Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
3. |
Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (Рустам Ильмирович Темиргалиев) |
Data tat-Twelid: 15.8.1976 Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (Russian SFSR) |
Bħala ex Viċi Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” dwar ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
4. |
Denis Valentinovich BEREZOVSKIY (Денис Валентинович Березовский) |
Data tat-Twelid: 15.7.1974 Post tat-Twelid: Kharkiv, Ukrainian SSR |
Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta' Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b'hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna. Imbagħad inħatar Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa. |
17.3.2014 |
|
6. |
Pyotr Anatoliyovych ZIMA (Пётр Анатольевич Зима) |
Data tat-Twelid: 29.3.1965 |
Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (FSB). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata minn ex uffiċjali tas-SBU tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
9. |
Viktor Alekseevich OZEROV (Виктор Алексеевич Озеров) |
Data tat-Twelid: 5.1.1958 Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia |
President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
10. |
Vladimir Michailovich DZHABAROV (Владимир Михайлович Джабаров) |
Data tat-Twelid: 29.9.1952 |
L-ewwel Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Dzhabarov, f'isem il-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
11. |
Andrei Aleksandrovich KLISHAS (Андрей Александрович Клишас) |
Data tat-Twelid: 9.11.1972 Post tat-Twelid: Sverdlovsk |
President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
12. |
Nikolai Ivanovich RYZHKOV (Николай Иванович Рыжков) |
Data tat-Twelid: 28.9.1929 POB: Dyleevka, reġjun ta' Donetsk, SSR tal-Ukrajna |
Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014, Ryzhkov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
13. |
Evgeni Viktorovich BUSHMIN (Евгений Викторович Бушмин) |
Data tat-Twelid: 4.10.1958 Post tat-Twelid: Lopatino, reġjun ta' Sergachiisky, RSFSR |
Viċi Speaker tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Bushmin appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
14. |
Aleksandr Borisovich TOTOONOV (Александр Борисович Тотоонов) |
Data tat-Twelid: 3.4.1957 Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, Tramuntana ta' Ossetia |
Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
15. |
Oleg Evgenevich PANTELEEV (Олег Евгеньевич Пантелеев) |
Data tat-Twelid: 21.7.1952 Post tat-Twelid: Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan |
L-ex l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament,fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Attwalment l-Ewwel Viċi Gvernatur tal-Oblast ta' Kurgan u l-Kap tad-delegazzjoni tal-Gvern tal-Oblast ta' Kurgan għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. |
17.3.2014 |
|
16. |
Sergei Mikhailovich MIRONOV (Сергей Михайлович Миронов) |
Data tat-Twelid: 14.2.1953 Post tat-Twelid: Pushkin, reġjun ta' Leningrad |
Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; Mexxej tal-fazzjoni Fair Russia fid-Duma tal-Federazzjoni Russa. Oriġinatur tal-liġi li tippermetti lill-Federazzjoni Russa tinkludi fil-kompożizzjoni tagħha, taħt il-pretest tal-protezzjoni ta' ċittadini Russi, territorji ta' pajjiż barrani mingħajr il-kunsens ta' dak il-pajjiż jew ta' trattat internazzjonali. |
17.3.2014 |
|
17. |
Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK (Сергей Владимирович Железняк) |
Data tat-Twelid: 30.7.1970 Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
18. |
Leonid Eduardovich SLUTSKI (Леонид Эдуардович Слуцкий) |
Data tat-Twelid: 4.1.1968 Post tat-Twelid: Moska |
President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa (membru tal-LDPR). Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
19. |
Aleksandr Viktorovich VITKO (Александр Викторович Витко) |
Data tat-Twelid: 13.9.1961 Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja) |
Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
20. |
Anatoliy Alekseevich SIDOROV (Анатолий Алексеевич Сидоров) |
Data tat-Twelid: 2.7.1958 Post tat-Twelid: Siva, reġjun ta' Perm, USSR |
Ex Kmandant, Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma skjerati fil-Krimea. Kien responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Minn Novembru 2015 il-Kap tal-Persunal Konġunt tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO). |
17.3.2014 |
|
21. |
Aleksandr Viktorovich GALKIN (Александр Викторович Галкин) |
Data tat-Twelid: 22.3.1958 Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, ASSR tat-Tramuntana ta' Ossetia |
Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja, li wħud mill-forzi tiegħu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed tiġi taħt il-kmand ta' Galkin; ħafna mill-moviment tal-forza fil-Krimea seħħ minn ġewwa d-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi ta' SMD huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-Flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett. |
17.3.2014 |
|
22. |
Dmitry Olegovich ROGOZIN (Дмитрий Олегович Рогозин) |
Data tat-Twelid: 21.12.1963 Post tat-Twelid: Moska |
Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
|
23. |
Sergey Yurievich GLAZYEV (Сергей Юрьевич Глазьев) |
Data tat-Twelid: 1.1.1961 Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna) |
Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
|
24. |
Valentina Ivanova MATVIYENKO (twieldet TYUTINA) (Валентина Ивановна Матвиенко (twieldet Тютина)) |
Data tat-Twelid: 7.4.1949, Post tat-Twelid: Reġjun ta' Shepetovka, Khmelnitsky (Kamenets-Podolsky) (SSR tal-Ukrajna) |
Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġat pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
21.3.2014 |
|
25. |
Sergei Evgenevich NARYSHKIN (Сергей Евгеньевич Нарышкин) |
Data tat-Twelid: 27.10.1954 Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Speaker tad-Duma tal-Istat. Appoġġa pubblikament l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Appoġġa pubblikament it-trattat ta' riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata. |
21.3.2014 |
|
27. |
Alexander Mihailovich NOSATOV (Александр Михайлович Носатов) |
Data tat-Twelid: 27.3.1963 Post tat-Twelid: Sevastopol, (SSR tal-Ukrajna) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. |
21.3.2014 |
|
28. |
Valery Vladimirovich KULIKOV (Валерий Владимирович Куликов) |
Data tat-Twelid: 1.9.1956 Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. |
21.3.2014 |
|
29. |
Vladislav Yurievich SURKOV (Владислав Юрьевич Сурков) |
Data tat-Twelid: 21.9.1964, Post tat-Twelid: Solntsevo, reġjun ta' Lipetsk |
Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet sabiex jheddu l-awtoritajiet tal-Ukrajna fil-Krimea. |
21.3.2014 |
|
30. |
Mikhail Grigorievich MALYSHEV (Михаил Григорьевич Малышев) |
Data tat-Twelid: 10.10.1955 Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea |
President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum. |
21.3.2014 |
|
31. |
Valery Kirillovich MEDVEDEV (Валерий Кириллович Медведев) |
Data tat-Twelid: 21.8.1946 Post tat-Twelid: Shmakovka, reġjun ta' Primorsky |
President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- referendum. |
21.3.2014 |
|
32. |
Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK (Игорь Николаевич Турченюк) |
Data tat-Twelid: 5.12.1959 Post tat-Twelid: Osh, SSR tal-Kirgiżistan |
Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. |
21.3.2014 |
|
34. |
Dmitry Nikolayevich KOZAK (Дмитрий Николаевич Козак) |
Data tat-Twelid: 7.11.1958 POB: Bandurovo, reġjun ta' Kirovograd, SSR tal-Ukrajna |
Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
|
35. |
Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV (Олег Евгеньевич Белавенцев) |
Data tat-Twelid: 15.9.1949 Post tat-Twelid: Moska |
Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
|
37. |
Sergei Ivanovich MENYAILO (Сергей Иванович Меняйло) |
Data tat-Twelid: 22.8.1960 Post tat-Twelid: Alagir, Tramuntana ta' Ossetia SSR Awtonoma, RSFSR |
Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta' Sevastopol. |
29.4.2014 |
|
38. |
Olga Fedorovna KOVITIDI (Ольга Фёдоровна Ковитиди) |
Data tat-Twelid: 7.5.1962 Post tat-Twelid: Simferopol, SSR tal-Ukrajna |
Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
|
40. |
Sergei Ivanovich NEVEROV (Сергей Иванович Неверов) |
Data tat-Twelid: 21.12.1961 Post tat-Twelid: Tashtagol, USSR |
Viċi President tad-Duma tal-Istat, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
|
42. |
Valery Vasilevich GERASIMOV (Валерий Васильевич Герасимов) |
Data tat-Twelid: 8.9.1955 Post tat-Twelid: Kazan |
Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-iskjerament massiv ta' truppi Russi tul il-fruntiera mal-Ukrajna u naqas milli jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni. |
29.4.2014 |
|
43. |
German PROKOPIV (Герман Прокопив) |
|
Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Lugansk. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”. |
29.4.2014 |
|
44. |
Valeriy Dmitrievich BOLOTOV (Валерий Дмитриевич Болотов) |
Data tat-Twelid: 13.2.1970 Post tat-Twelid: Stakhanov, Lugansk |
Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali. |
29.4.2014 |
|
45. |
Andriy Yevgenovych PURGIN (Андрiй Eвгенович Пургiн), Andrei Evgenevich PURGIN (Андрей Евгеньевич Пургин) |
Data tat-Twelid: 26.1.1972 Post tat-Twelid: Donetsk |
Parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, bħalissa “l-Ewwel Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri”. |
29.4.2014 |
|
49. |
Vyacheslav Viktorovich VOLODIN (Вячеслав Викторович Володин) |
Data tat-Twelid: 4.2.1964 Post tat-Twelid: Alekseevka, reġjun ta' Saratov. |
L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukren tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
|
50. |
Vladimir Anatolievich SHAMANOV (Владимир Анатольевич Шаманов) |
Data tat-Twelid: 15.2.1957 Post tat-Twelid: Barnaul. |
Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea. |
12.5.2014 |
|
51. |
Vladimir Nikolaevich PLIGIN (Владимир Николаевич Плигин) |
Data tat-Twelid: 19.5.1960 Post tat-Twelid: Ignatovo, Oblast ta' Vologodsk, USSR. |
President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
|
53. |
Oleg Grigorievich KOZYURA (Олег Григорьевич Козюра) |
Data tat-Twelid: 19.12.1962 Post tat-Twelid: Zaporozhye |
L-ex Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol. Bħalissa assistent tad-Deputat tal-Kunsill Muniċipali ta' Sevastopol, Mikhail Chaly. |
12.5.2014 |
|
54. |
Viacheslav PONOMARIOV, Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV (В'ячеслав Володимирович Пономарьов), Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV (Вячеслав Владимирович Пономарëв) |
Data tat-Twelid: 2.5.1965 Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk) |
L-ex “Sindku tal-Poplu” awtodikjarat ta' Slaviansk (sal-10 ta' Ġunju 2014). Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov kienu involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lill-attivist Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti. |
12.5.2014 |
|
55. |
Igor Nikolaevich BEZLER (magħruf ukoll bħala Bes (devil)) (Игорь Николаевич Безлер) |
Data tat-Twelid: 30.12.1965 Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea |
Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukrajna għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fil-belt ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Ihor Strielkov li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU. |
12.5.2014 |
|
56. |
Igor Evgenevich KAKIDZYANOV (Игорь Евгеньевич Какидзянов), Igor Evegenevich KHAKIMZYANOV (Игорь Евгеньевич Хакимзянов) |
Data tat-Twelid: 25.7.1980 Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk) |
Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tal-awtoproklamata “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.5.2014 |
|
58. |
Roman Viktorovich LYAGIN (Роман Викторович Лягин) |
Data tat-Twelid: 30.5.1980, Post tat-Twelid: Donetsk, Ukrajna |
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ex “Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali”. |
12.5.2014 |
|
59. |
Aleksandr Sergeevich MALYKHIN, Alexander Sergeevich MALYHIN (Александр Сергеевич Малыхин) (Олександр Сергійович Малихін) |
Data tat-Twelid: 12.1.1981 |
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. |
12.5.2014 |
|
60. |
Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA (Наталья Владимировна Поклонская) |
Data tat-Twelid: 18.3.1980 POB: Mikhailovka, reġjun ta' Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna |
Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja. |
12.5.2014 |
|
61. |
Igor Sergeievich SHEVCHENKO (Игорь Сергеевич Шевченко) |
Post tat-Twelid: Sevastopol, il-Krimea |
Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja. |
12.5.2014 |
|
64. |
Alexandr Arkadievich KALYUSSKY (Александр Аркадьевич Калюсский) Oleksandr Arkadiyovych KALYUSSKIY (Олександр Аркадійович Калюський) |
Data tat-Twelid: 9.10.1975 |
L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru de facto għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.7.2014 |
|
65. |
Alexander KHRYAKOV, Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV (Александр Витальевич Хряков), Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV (Олександр ВiTалiйович Хряков) |
Data tat-Twelid: 6.11.1958 Post tat-Twelid: Donetsk |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.7.2014 |
|
67. |
Vasyl NIKITIN, Vasilii Aleksandrovich NIKITIN (Василий Александрович Никитин) |
Data tat-Twelid: 25.11.1971 Post tat-Twelid: Shargun (Użbekistan) |
L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” (l-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, u ex kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”). Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus il-“ġdid” tar-reġjun. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. |
12.7.2014 |
|
68. |
Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN (Алексей Вячеславович Карякин) |
Data tat-Twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979 Post tat-Twelid: Stakhanov (oblast ta' Lugansk) |
Sal-25 Marzu 2016 l-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”. |
12.7.2014 |
|
71. |
Nikolay Ivanovich KOZITSYN (Николай Иванович Козицын) |
Data tat-Twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956 Post tat-Twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk |
Kmandant tal-forzi Kosakki. Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren. |
12.7.2014 |
|
78. |
Sergei Orestovoch BESEDA (Сергей Орестович Беседа) |
Data tat-Twelid: 17.5.1954 |
Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala uffiċjali għoli tal-FSB (Kurunell-Ġenerali), huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali. |
25.7.2014 |
|
82. |
Pavel Yurievich GUBAREV (Павел Юрьевич Губарев) Pavlo Yuriyovich GUBARIEV (Павло Юрійович Губарєв) |
Data tat-Twelid: 10.2.1983 Post tat-Twelid: Sievierodonetsk |
Wieħed minn dawk li jiddefinixxu lilhom infushom mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fil-Lvant tal-Ukrajna, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Gubarev kien responsabbli għar-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti. Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”. Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jilgħab rwol prominenti fl-attivitajiet separatisti, u għaldaqstant immina l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
83. |
Ekaterina Yurievna GUBAREVA (Екатерина Юрьевна Губарева), Katerina Yuriyovna GUBARIEVA (Катерина Юрiйовнa Губарева) |
Data tat-Twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983 Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson) |
Fil-kapaċità tagħha bħala l-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
25.7.2014 |
|
86. |
Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK (Сергей Анатольевич Здрилюк) |
Data tat-Twelid: 23.6.1972 Post tat-Twelid: Reġjun ta' Vinnytsia |
Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
87. |
Vladimir ANTYUFEYEV (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV) (Владимир Антюфеев) |
Data tat-Twelid: 19.2.1951 Post tat-Twelid: Novosibirsk |
Ex “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat” fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Ex viċi Prim Ministru tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, huwa kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” tas-separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
25.7.2014 |
|
89. |
Oksana TCHIGRINA, Oksana Aleksandrovna CHIGRINA (Оксана Александровна Чигрина) |
Data tat-Twelid: possibbilment 23.7.1981 |
Kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukren, it-teħid ta' ostaġġi, attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali, li bħala konsegwenza dgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna. |
30.7.2014 |
|
93. |
Konstantin Valerevich MALOFEEV (Константин Валерьевич Малофеев) |
Data tat-Twelid: 3.7.1974 Post tat-Twelid: Puschino |
Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukreni fil-Lvant tal-Ukrajna u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukren fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti. Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukrajna fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukrajna kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukrajna)”. Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna. |
30.7.2014 |
|
96. |
Alexander Vladimirovich ZAKHARCHENKO (Александр Владимирович Захарченко) |
Data tat-Twelid: 26.6.1976 Post tat-Twelid: Donetsk |
Mis-7 ta' Awwissu 2014 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Bħalissa l-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
97. |
Vladimir KONONOV (magħruf ukoll bħala “Tsar”) (Владимир Петровнч Кононов) |
Data tat-Twelid: 14.10.1974 Post tat-Twelid: Gorsky |
Mill-14 ta' Awwissu 2014 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 2014 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
98. |
Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Мирослав Владимирович Руденко) |
Data tat-Twelid: 21.1.1983 Post tat-Twelid: Debaltsevo |
Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.9.2014 |
|
99. |
Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV, Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV (Геннадий Николаевич ЦыПкалов) |
Data tat-Twelid: 21.6.1973 Post tat-Twelid: Oblast ta' Rostov (Russja) |
L-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fil-milizzja tal-“Armata tax-Xlokk”. Tsypkalov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. |
12.9.2014 |
|
101. |
Oleg Vladimirovich BEREZA (Олег Владимирович Берëза) |
Data tat-Twelid: 1.3.1977 |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Interni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
103. |
Aleksandr Akimovich KARAMAN (Александр Акимович Караман), Alexandru CARAMAN |
Data tat-Twelid: 26.7.1956 jew 26.6.1956 Post tat-twelid, Cioburciu, distrett ta' Slobozia, issa r-Repubblika tal-Moldova |
L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin. Kap tal-“Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.9.2014 |
|
120. |
Sergey Yurievich KOZYAKOV (Сергей Юрьевич Козьяков) Serhiy Yurievich KOZYAKOV (Сергій Юрійович Козьяков) |
Data tat-Twelid: 29.9.1982 jew 23.9.1982 |
Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. F'Ottubru 2015 inħatar bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
121. |
Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV) (Олег Константинович Акимов) |
Data tat-Twelid: 15.9.1981 Post tat-Twelid: Lugansk |
Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Sa mill-2014 'l hawn huwa l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema” u membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
124. |
Aleksandr Igorevich KOFMAN (magħruf ukoll bħala Oleksandr KOFMAN) (Александр Игоревич Кофман) |
Data tat-Twelid: 30.8.1977 Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk) |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” u l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. |
29.11.2014 |
|
125. |
Ravil Zakarievich KHALIKOV (Равиль Закариевич Халиков) |
Data tat-Twelid: 23.2.1969 Post tat-Twelid: villaġġ ta' Belozere, Romodanovskiy rayon, USSR |
L-hekk imsejjaħ ex “L-Ewwel Viċi Prim Ministru u l-'Prosekutur Ġenerali” preċedenti tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
127. |
Oleg Evgenevich BUGROV (Олег Евгеньевич Бугров) |
Data tat-Twelid: 29.8.1969 |
L-ex “Ministru għad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
128. |
Lesya Mikhaylovna LAPTEVA (Леся Михайловна Лаптева) |
Data tat-Twelid: 11.3.1976 Post tat-Twelid: Dzhambul/Jambul (Każakistan), bħalissa magħruf bħala Taraz |
L-ex “Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
129. |
Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Eduardovych Mychaylov) (Евгений Эдуардович Михайлов) |
Data tat-Twelid: 17.3.1963 POB: Arkhangelsk |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Kunsill tal-Ministri” (kap tal-amministrazzjoni għall-affarijiet governattivi) tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
130. |
Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK) (Игорь Владимирович Костенок) |
Data tat-twelid: 1961 |
L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Edukazzjoni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
131. |
Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV) (Евгений Вячеславович Орлов) |
Data tat-Twelid: 10.5.1980 |
Membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
134. |
Alexey Yurevich MILCHAKOV (magħruf ukoll bħala Fritz, Serbian) (Алексей Юрьевич МИЛЬЧАКОВ) |
Data tat-Twelid: 30.4.1991 Post tat-Twelid: San Pietruburgu |
Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna. F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
137. |
Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович Басурин) |
Data tat-Twelid: 27.6.1966 POB: Donetsk |
L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
140. |
Sergey Yurevich IGNATOV (magħruf ukoll bħala KUZOVLEV) (Сергей Юрьевич ИГНАТОВ) |
Data tat-Twelid: 7.1.1967 |
L-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż. |
16.2.2015 |
|
142. |
Aleksandr Yurievich TIMOFEEV (Александр Юрьевич ТИМОФЕЕВ) |
Data tat-Twelid: 27.1.1974 |
L-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Dħul u t-Taxxi” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż. |
16.2.2015 |
|
144. |
Viktor Vyacheslavovich YATSENKO (Виктор Вячеславович ЯЦЕНКО) |
Data tat-Twelid: 22.4.1985 Post tat-Twelid: Kherson |
L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Komunikazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
145. |
Olga Igoreva BESEDINA (Ольга Игорева БЕСЕДИНА) |
Data tat-Twelid: 10.12.1976 Post tat-Twelid: Lugansk |
L-hekk imsejħa ex “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
146. |
Zaur Raufovich ISMAILOV (Заур Рауфович Исмаилов) |
Data tat-Twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975) Post tat-Twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad, reġjun ta' Lugansk |
L-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
LISTA TA' ENTITAJIET
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
6. |
Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army” Международный Союз Общественных Объединений “Всевеликое Войско Донское” |
Sit elettroniku uffiċjali: http://xn--80aaaajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/ Numru tat-telefon: +7-8-908-178-65-57 Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard Indirizz: 346465 Russia Rostov Region. October (C) District. St Zaplavskaya. Str Shosseynaya 1 |
Il-“Great Don Army” stabbiliet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll thedded l-istabbilta jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Assoċjata mas-Sur Nikolay KOZITSYN, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-Gvern Ukren. |
25.7.2014 |
|
11. |
“Battaljun Vostok” “Батальон Восток” |
Media soċjali: http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas |
Grupp separatista armat illegali li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant. Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Ipparteċipa b'mod attiv f'operazzjonijiet militari li wasslu għall-ħtif tal-Ajruport ta' Donetsk. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
25.7.2014 |
|
19. |
Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (qabel magħrufa bħala l-“Intrapriża statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid” Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”) |
|
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ «НАЦИОНАЛЬНЫЙ НАУЧНО-ИССЛЕДОВАТЕЛЬСКИЙ ИНСТИТУТ ВИНОГРАДА И ВИНА «МАГАРАЧ»). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ). Wara deċiżjoni tal-hekk imsejjaħ “Kabinett tal-Ministri” tar-Repubblika tal-Krimea, l-istatus tal-kumpanija f'Jannar 2016 ġie mibdul mill-intrapriża statali“Agrofirma Magarach” għall intrapriża unitarja statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Kumpanija Agrarja tal-Magarach”. |
25.7.2014 |
|
29. |
Gwardja Nazzjonali Kosakka Казачья Национальная Гвардия |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Nikolay KOZITSYN. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” |
16.2.2015 |
|
30. |
Battaljun Sparta Батальон “Спарта” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Arseny PAVLOV. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” |
16.2.2015 |
|
31. |
Battaljun Somalu Батальон “Сомали” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Mikhail TOLSTYKH (magħruf ukoll bħala Givi). Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” |
16.2.2015 |
|
32. |
Battaljun Zarya Батальон “Заря” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” |
16.2.2015 |
|
33. |
Brigata Prizrak Бригада “Призрак” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” |
16.2.2015 |
|
34. |
Battaljun Oplot Батальон “Оплот” |
Media soċjali: http://vk.com/oplot_info/ |