ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 235

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
1 ta' Settembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1442 tal-31 ta' Awwissu 2016 li jimplimenta l-Artikolu 17(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1443 tad-29 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-inklużjoni ta' ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta' sustanzi skedati ( 1 )

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1444 tal-31 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza hydrocortisone aceponate ( 1 )

8

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1445 tal-31 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1446 tal-31 ta' Awwissu 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

13

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1442

tal-31 ta' Awwissu 2016

li jimplimenta l-Artikolu 17(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 224/2014.

(2)

Fit-23 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2127 (2013), żied żewġ persuni fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif ukoll aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1.


ANNESS

I

L-entrati li ġejjin ġew miżjuda mal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014:

A.   Persuni

“10.

Ali KONY (Magħruf ukoll bħala: a) Ali Lalobo b) Ali Mohammad Labolo c) Ali Mohammed d) Ali Mohammed Lalobo e) Ali Mohammed Kony f) Ali Mohammed Labola g) Ali Mohammed Salongo h) Ali Bashir Lalobo i) Ali Lalobo Bashir j) Otim Kapere k) ‘Bashir’ l) ‘Caesar’ m) ‘One-P’ n) ‘1-P’

Deżinjazzjoni: Viċi, Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1994 b) 1993 c) 1995 d) 1992

Indirizz: Kafia Kingi, (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat).

Elenkat fi:23 ta' Awwissu 2016.

Informazzjoni oħra:

Ali Kony huwa viċi fl-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony (CFi.009), individwu ddeżinjat. Ali kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA bbażati ma' Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ali Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13(d) u (g) tar-riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li ‘ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA;’‘li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inkluż djamanti, deheb, annimali selvaġġi kif ukoll prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;’‘li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni jew li pprovda appoġġ għal, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', individwu jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni,, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn individwu jew entità ddeżinjata.’

Ali Kony huwa meqjus bħala suċċessur potenzjali ta' Joseph Kony bħala kap tal-LRA. Ali huwa dejjem aktar involut fl-ippjanar operazzjonali tal-LRA u huwa meqjus bħala l-aċċess għal Joseph Kony. Ali huwa wkoll uffiċjal tal-intelligence tal-LRA u għandu sa 10 uffiċjali taħtu.

Ali u ħuh Salim Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma parti miċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.

Ali Kony huwa responsabbli biex jinnegozja l-prezzijiet tal-avorju u t-tpartit tal-avorju man-negozjanti. Ali jiltaqa' darba jew darbtejn fix-xahar ma' negozjanti biex jinnegozja l-prezz tal-avorju tal-LRA f'dollari Amerikani jew liri Sudaniżi, jew biex ipartat ma' armi, munizzjon, u ikel. Joseph Kony ordna lil Ali biex juża l-akbar nejbiet tal-iljunfanti għax-xiri ta' mini kontra l-persuni biex idawru l-kamp ta' Kony. F'Lulju 2014, Ali Kony mexxa l-operazzjoni għall-ġarr ta' 52 biċċa tal-avorju biex waslu għand Joseph Kony u finalment inbiegħu.

F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' għoxrin biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi. F'dak l-istess żmien, Ali ltaqa' man-negozjanti biex jixtri provvisti u jippjana laqgħa fil-futur biex iwettaq aktar tranżazzjonijiet u jiftiehem dwar il-kondizzjonijiet ta' xiri f'isem l-LRA għal dak li kien stmat li kien l-avorju li Salim kien qed jeskorta.

Individwi u entitajiet elenkati relatati:

 

Joseph Kony, elenkat fis-7 ta' Marzu 2016

 

Salim Kony, elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016

 

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA), elenkata fis-7 ta' Marzu 2016

11.

Salim KONY (Magħruf ukoll bħala: a) Salim Saleh Kony b) Salim Saleh c) Salim Ogaro d) Okolu Salim e) Salim Saleh Obol Ogaro f) Simon Salim Obol)

Deżinjazzjoni: Viċi, Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1992 b) 1991 c) 1993

Indirizz: a) Kafia Kingi, (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat) b) Repubblika Ċentru-Afrikana

Elenkat fi:23 ta' Awwissu 2016

Informazzjoni oħra:

Ali Kony huwa viċi fl-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony (CFi.009), individwu ddeżinjat. Salim kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA bbażati ma' Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Salim Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13(d) u (g) tar-riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li ‘ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA);’‘li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, annimali selvaġġi u prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;’‘li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni, jew li pprovda appoġġ, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', individwu jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn individwu jew entità ddeżinjata.’

Salim Kony huwa l-kap kmandant tal-‘kwartieri ġenerali’ tal-LRA u b'mod konġunt ippjana attakki tal-LRA u miżuri difensivi ma' Joseph Kony sa minn età bikrija. Preċedentement, Salim mexxa grupp li jipprovdi sigurtà għal Joseph Kony. Aktar reċentement, Joseph Kony fada lil Salim bil-ġestjoni tan-netwerks finanzjarji u loġistiċi tal-LRA.

Salim u ħuh Ali Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma membri taċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, li huma responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' Joseph Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Salim huwa rrapportat li qatel membri tal-LRA li kellhom l-intenzjoni jiddiżertaw, u rrapporta l-attivitajiet tal-grupp u tal-membri lill-Joseph Kony.

Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.

Salim spiss jibgħat fil-fruntiera tal-RĊA madwar tużżana ġellieda biex jiltaqgħu u jeskortaw gruppi oħra tal-LRA li jġorru l-avorju lejn it-Tramuntana minn Garamba. F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' għoxrin biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi.

Preċedentement, f'Ġunju 2014, Salim qasam lejn ir-RDK ma' grupp ta' ġellieda tal-LRA biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti f'Garamba. Joseph Kony kien inkariga wkoll lil Salim bl-eskorta ta' żewġ kmandanti tal-LRA lejn Garamba biex isibu avorju li ġie moħbi hemmhekk snin qabel. F'Lulju 2014, Salim iltaqa' mat-tieni grupp tal-LRA biex jittrasportaw l-avorju, b'kollox 52 biċċa, lejn Kafia Kingi. Salim kien responsabbli għal rendikont dwar l-avorju lil Joseph Kony u biex jgħaddi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet tal-avorju lil gruppi tal-LRA.

Individwi u entitajiet elenkati relatati:

 

Joseph Kony, elenkat fis-7 ta' Marzu 2016

 

Salim Kony, elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016

 

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA), elenkata fis-7 ta' Marzu 2016”

II

L-informazzjoni li ġejja dwar l-entrata Oumar Younous Abdoulay, l-entrata numru 6 fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014, tiżdied taħt “Informazzjoni oħra”:

“Allegatament miet fil-11 ta' Ottubru 2015.”


1.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1443

tad-29 ta' Ġunju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-inklużjoni ta' ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta' sustanzi skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabblixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 30a tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 fihom lista ta' sustanzi skedati li huma soġġetti għal għadd ta' miżuri ta' kontroll u ta' monitoraġġ armonizzati previsti f'dawn ir-Regolamenti.

(2)

Is-sustanzi skedati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 huma maqsuma f'kategoriji li għalihom japplikaw miżuri differenti, sabiex jintlaħaq bilanċ proporzjonat bejn il-livell ta' riskju ppreżentat minn kull sustanza speċifika u l-piż fuq kummerċ leċitu.

(3)

Huma stipulati miżuri stretti ta' kontroll u ta' monitoraġġ fir-rigward tas-sustanzi skedati fil-kategorija 1. L-operaturi u l-utenti jridu jkollhom liċenzja sabiex ikollhom pussess ta' dawk is-sustanzi u biex iwettqu kull tip ta' tranżazzjoni li tinvolvi lilhom.

(4)

Huwa possibbli li wieħed jikkonverti l-kloroefedrina u l-kloropsewdoefedrina direttament f'metamfetamina u b'rata ta' rendiment għoli. L-Istati Membri wrew li sa mill-2013 u kloroefedrina u kloropsewdoefedrina ntużaw f'diversi okkażjonijiet fl-Unjoni bħala prekursuri għall-manifattura illeċita ta' metamfetamina (magħruf ukoll bħala crystal meth). Barra minn hekk, ġew irrappurtati diversi każijiet ta' użu ta' dawn iż-żewġ sustanzi għall-produzzjoni tal-metamfetamina barra l-Unjoni.

(5)

Il-kummerċ u l-pussess ta' kloroefedrina u ta' kloropsewdoefedrina bħalissa mhumiex suġġetti għal xi restrizzjonijiet legali, u l-kontroll tagħhom huwa limitat għal impenn volontarju minn operaturi tal-Unjoni biex jimmonitorjaw il-kummerċ u jirrappurtaw tranżazzjonijiet suspettużi li jinvolvu tali sustanzi.

(6)

Ma kienx hemm użu illeċitu sinifikanti identifikat ta' kloroefedrina u ta' kloropsewdoefedrina matul il-konsultazzjoni tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-industrija kimika. Fl-2013 u fl-2014 ġew ikkonfiskati aktar minn 3 tunnellati ta' dawn is-sustanzi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jimpedixxu l-użu tagħhom għall-manifattura illeċita tal-metamfetamina.

(7)

Fid-dawl tar-riskju għoli tad-diverżjoni tal-kloropsewdoefedrina ta' kloroefedrina, u meta jitqies li l-iskedar tagħhom mhu se jkollu l-ebda impatt sinifikanti fuq kummerċ leċitu, dawk is-sustanzi għandhom jiġu elenkati fil-kategorija 1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 flimkien jimplimentaw ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi tad-19 ta' Diċembru 1988 (3). Fid-dawl tar-rabta materjali mill-qrib bejn dawn ir-regolamenti huwa ġġustifikat li l-emendi jiġu adottati permezz ta' att delegat uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 273/2004

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, fit-tabella għal sustanzi skedati tal-Kategorija 1, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“(1R,2S)-(-)-kloroefedrina

 

2939 99 00

110925-64-9

(1S,2R)-(+)-kloroefedrina

 

2939 99 00

1384199-95-4

(1S,2S)-(+)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

73393-61-0

(1R,2R)-(-)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

771434-80-1”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 111/2005

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, fit-tabella għal sustanzi skedati tal-Kategorija 1, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“(1R,2S)-(-)-kloroefedrina

 

2939 99 00

110925-64-9

(1S,2R)-(+)-kloroefedrina

 

2939 99 00

1384199-95-4

(1S,2S)-(+)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

73393-61-0

(1R,2R)-(-)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

771434-80-1”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 326, 24.11.1990, p. 56.


1.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1444

tal-31 ta' Awwissu 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “hydrocortisone aceponate”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-limitu massimu ta' residwi (MRL) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali għandu jiġi stabbilit f'Regolament.

(2)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Il-“hydrocortisone aceponate” għadu mhux inkluż f'din it-tabella.

(4)

Lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) intbagħtitilha applikazzjoni biex jiġu stabbiliti MRLs għall-“hydrocortisone aceponate” fl-ispeċijiet bovini.

(5)

Abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, l-EMA rrakkomandat li jiġi stabbilit MRL għall-“hydrocortisone aceponate” fit-tessuti bovini u fil-ħalib u llimitat l-użu tiegħu għall-użu intramammarju biss.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA għandha tqis li tuża l-MLRs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li jkun ġej mill-istess speċi, jew tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn.

(7)

L-EMA qieset li l-estrapolazzjoni tal-MRL għall-“hydrocortisone aceponate” mill-ħalib tal-bovini għall-ħalib tar-ruminanti u tal-ekwidi kollha hija xierqa, filwaqt li mhux meħtieġ li jiġi stabbilit MRL għall-“hydrocortisone aceponate” fit-tessuti kollha l-oħra tar-ruminanti u tal-ekwidi kollha għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.

(8)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Huwa xieraq li l-partijiet ikkonċernati jingħataw perjodu ta' żmien raġonevoli biex jadottaw il-miżuri li jistgħu jkollhom bżonn biex jikkonformaw mal-MRL il-ġdid.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-31 ta' Ottubru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, tiddaħħal entrata f'ordni alfabetika għal din is-sustanza:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċijiet tal-Annimali

L-MRL

Tessuti kkonċernati

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Hydrocortisone aceponate

It-total ta' ‘hydrocortisone’ u tal-esteri tiegħu wara l-idroliżi alkalina espress bħala ‘hydrocortisone’

Ir-ruminanti, l-Equidae kollha

10 μg/kg

Ħalib

Għall-użu intramammarju biss

Kortikosterojdi”

MHUX APPLIKABBLI

Ir-ruminanti, l-Equidae kollha

Mhux meħtieġ MRL għat-tessuti kollha ħlief għall-ħalib

MHUX APPLIKABBLI


1.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1445

tal-31 ta' Awwissu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

139,2

ZZ

139,2

0707 00 05

TR

141,4

ZZ

141,4

0709 93 10

TR

135,1

ZZ

135,1

0805 50 10

AR

182,6

CL

111,7

MA

157,0

TR

156,0

UY

186,2

ZA

160,5

ZZ

159,0

0806 10 10

EG

168,7

TR

127,6

ZZ

148,2

0808 10 80

AR

120,9

BR

106,9

CL

143,7

CN

98,0

NZ

136,5

ZA

93,6

ZZ

116,6

0808 30 90

AR

93,2

CL

105,3

TR

136,7

ZA

110,0

ZZ

111,3

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

131,0

ZZ

131,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

1.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/13


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1446

tal-31 ta' Awwissu 2016

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK.

(2)

Fit-23 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2127 (2013), żied żewġ persuni fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif ukoll aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.


ANNESS

I

L-entrati li ġejjin ġew miżjuda mal-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK:

A.   Persuni

“10.

Ali KONY (Magħruf ukoll bħala: a) Ali Lalobo b) Ali Mohammad Labolo c) Ali Mohammed d) Ali Mohammed Lalobo e) Ali Mohammed Kony f) Ali Mohammed Labola g) Ali Mohammed Salongo h) Ali Bashir Lalobo i) Ali Lalobo Bashir j) Otim Kapere k) ‘Bashir’ l) ‘Caesar’ m) ‘One-P’ n) ‘1-P’

Deżinjazzjoni: Viċi, Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1994 b) 1993 c) 1995 d) 1992

Indirizz: Kafia Kingi, (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat).

Elenkat fi:23 ta' Awwissu 2016.

Informazzjoni oħra:

Ali Kony huwa viċi fl-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony (CFi.009), individwu ddeżinjat. Ali kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA bbażati ma' Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ali Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13(d) u (g) tar-riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li ‘ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA;’‘li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inkluż djamanti, deheb, annimali selvaġġi kif ukoll prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;’‘li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni jew li pprovda appoġġ għal, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', persuna jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna jew entità ddeżinjata.’

Ali Kony huwa meqjus bħala suċċessur potenzjali ta' Joseph Kony bħala kap tal-LRA. Ali huwa dejjem aktar involut fl-ippjanar operazzjonali tal-LRA u huwa meqjus bħala l-aċċess għal Joseph Kony. Ali huwa wkoll uffiċjal tal-intelligence tal-LRA u għandu sa 10 uffiċjali taħtu.

Ali u ħuh Salim Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma parti miċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.

Ali Kony huwa responsabbli biex jinnegozja l-prezzijiet tal-avorju u t-tpartit tal-avorju man-negozjanti. Ali jiltaqa' darba jew darbtejn fix-xahar ma' negozjanti biex jinnegozja l-prezz tal-avorju tal-LRA f'dollari Amerikani jew liri Sudaniżi, jew biex ipartat ma' armi, munizzjon, u ikel. Joseph Kony ordna lil Ali biex juża l-akbar nejbiet tal-iljunfanti għax-xiri ta' mini kontra l-persuni biex idawru l-kamp ta' Kony. F'Lulju 2014, Ali Kony mexxa l-operazzjoni għall-ġarr ta' 52 biċċa tal-avorju biex waslu għand Joseph Kony u finalment inbiegħu.

F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' għoxrin biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi. F'dak l-istess żmien, Ali ltaqa' man-negozjanti biex jixtri provvisti u jippjana laqgħa fil-futur biex iwettaq aktar tranżazzjonijiet u jiftiehem dwar il-kondizzjonijiet ta' xiri f'isem l-LRA għal dak li kien stmat li kien l-avorju li Salim kien qed jeskorta.

Individwi u entitajiet elenkati relatati:

 

Joseph Kony, elenkat fis-7 ta' Marzu 2016

 

Salim Kony, elenkati fit-23 ta' Awwissu 2016

 

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA), elenkata fis-7 ta' Marzu 2016

11.

Salim KONY (Magħruf ukoll bħala: a) Salim Saleh Kony b) Salim Saleh c) Salim Ogaro d) Okolu Salim e) Salim Saleh Obol Ogaro f) Simon Salim Obol)

Deżinjazzjoni: Viċi, Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur

Data tat-twelid: a) 1992 b) 1991 c) 1993

Indirizz: a) Kafia Kingi, (territorju fuq il-fruntiera bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li l-istatus finali tiegħu għad irid jiġi determinat) b) Repubblika Ċentru-Afrikana

Elenkat fi:23 ta' Awwissu 2016

Informazzjoni oħra:

Ali Kony huwa viċi fl-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA) (CFe.002), entità ddeżinjata, u iben il-mexxej tal-LRA Joseph Kony (CFi.009), individwu ddeżinjat. Salim kien inkorporat fil-ġerarkija ta' tmexxija tal-LRA fl-2010. Huwa jagħmel parti mill-grupp ta' uffiċjali għolja tal-LRA bbażati ma' Joseph Kony.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Salim Kony ġie elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016 skont il-paragrafi 12 u 13(d) u (g) tar-riżoluzzjoni 2262 (2016) bħala li ‘ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA);’‘li jipprovdi appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar jew il-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inklużi djamanti, deheb, annimali selvaġġi u prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;’‘Li hu mexxej ta' entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni, jew li pprovda appoġġ għal, jew aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', individwu jew entità ddeżinjata mill-Kumitat skont il-paragrafi 36 jew 37 tar-riżoluzzjoni 2134 (2014) jew din ir-riżoluzzjoni, jew entità li tkun il-proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna jew entità ddeżinjata.’

Salim Kony huwa l-Kap Kmandant tal-‘kwartieri ġenerali’ tal-LRA u b'mod konġunt ippjana attakki tal-LRA u miżuri difensivi ma' Joseph Kony sa minn età bikrija. Preċedentement, Salim mexxa grupp li jipprovdi sigurtà għal Joseph Kony. Aktar reċentement, Joseph Kony fada lil Salim bil-ġestjoni tan-netwerks finanzjarji u loġistiċi tal-LRA.

Salim u ħuh Ali Kony kienu t-tnejn responsabbli għall-infurzar tad-dixxiplina fi ħdan l-LRA. Iż-żewġt aħwa huma magħrufa li huma membri taċ-ċirku intern ta' tmexxija ta' Joseph Kony, li huma responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' Joseph Kony. It-tnejn li huma ħadu deċiżjonijiet dixxiplinarji li jikkastigaw jew joqtlu membri tal-LRA li ma obdewx ir-regoli tal-LRA. Salim huwa rrapportat li qatel membri tal-LRA li kellhom l-intenzjoni jiddiżertaw, u rrapporta l-attivitajiet tal-grupp u tal-membri lill-Joseph Kony.

Fuq ordnijiet ta' Joseph Kony, Salim u Ali huma involuti fit-traffikar tal-avorju mill-Park Nazzjonali ta' Garamba fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li jgħaddi mir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) għar-reġjun ikkontestat ta' Kafia Kingi għall-bejgħ jew kummerċ ma' negozjanti lokali.

Salim spiss jibgħat fil-fruntiera tal-RĊA madwar tużżana ġellieda biex jiltaqgħu u jeskortaw gruppi oħra tal-LRA li jġorru l-avorju lejn it-Tramuntana minn Garamba. F'April 2015, Salim telaq minn Kafia Kingi biex iġib kunsinna ta' nejbiet tal-iljunfanti. F'Mejju, Salim ħa sehem fil-ġarr ta' għoxrin biċċa tal-avorju mir-RDK għal Kafia Kingi.

Preċedentement, f'Ġunju 2014, Salim qasam lejn ir-RDK ma' grupp ta' ġellieda tal-LRA biex jikkaċċaw illegalment iljunfanti f'Garamba. Joseph Kony kien inkariga wkoll lil Salim bl-eskorta ta' żewġ kmandanti tal-LRA lejn Garamba biex isibu avorju li ġie moħbi hemmhekk snin qabel. F'Lulju 2014, Salim iltaqa' mat-tieni grupp tal-LRA biex jittrasportaw l-avorju, b'kollox 52 biċċa, lejn Kafia Kingi. Salim kien responsabbli għal rendikont dwar l-avorju lil Joseph Kony u biex jgħaddi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet tal-avorju lil gruppi tal-LRA.

Individwi u entitajiet elenkati relatati:

 

Joseph Kony, elenkat fis-7 ta' Marzu 2016

 

Salim Kony, elenkat fit-23 ta' Awwissu 2016

 

L-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA), elenkata fis-7 ta' Marzu 2016”

II

L-informazzjoni li ġejja dwar l-entrata Oumar Younous Abdoulay, l-entrata numru 6 fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK, tiżdied taħt “Informazzjoni oħra”:

“Allegatament miet fil-11 ta' Ottubru 2015.”