|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1434
tal-14 ta' Diċembru 2015
li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/63 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 103(7) u (8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Jidhru xi żbalji fil-lingwi kollha tat-test tal-Artikoli 5(1)(f), 5(3), 6(9), 12(1), 14(1), 20(1) u 20(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 (2). |
|
(2) |
L-Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63 bi żball fih il-kelma “oriġinali” u b'hekk inaqqas il-kamp ta' applikazzjoni tal-esklużjoni relatata mal-obbligazzjonijiet ta' banek promozzjonali. L-għan tal-politika jiġi ċċarat kieku titneħħa l-kelma “oriġinali”. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63 ir-referenza għall-Artikolu 429(6) u (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi aġġornata biex tieħu in konsiderazzjoni l-emendi introdotti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 (4). Ir-referenza għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikoli 429, 429a u 429b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(4) |
Jeħtieġ li fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63 jiġi ċċarat li jirreferi għall-aħħar rapporti finanzjarji annwali approvati disponibbli, l-aktar tard, fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel il-perjodu kontributorju, u mhux qabel il-31 ta' Diċembru. |
|
(5) |
L-Artikolu 20(1) fih żball tipografiku. L-iskadenza għandha tiġi allinjata mal-iskadenza fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u mibdula għall-1 ta' Settembru 2015. |
|
(6) |
L-Artikolu 20(5) irid jiġi allinjat mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 (5) biex tiġi żgurata l-konsistenza fis-suq intern u fil-liġi tal-Unjoni. L-għan politiku ġie rifless fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/81 iżda bi żball mhux fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63. |
|
(7) |
Jidhru xi żbalji oħra fil-verżjoni Ġermaniża tat-test tal-Artikoli 14(1), 15(2) u 16(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63. |
|
(8) |
Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) 2015/63 għandu jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(9) |
L-iżbalji fir-Regolament Delegat (UE) 2015/63 jeħtieġu korrezzjoni biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament ta' Korrezzjoni ma għandux japplika b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2015. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/63 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 5(1), il-punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Għall-għan ta' din it-Taqsima, l-ammont medju annwali, ikkalkulat fuq bażi ta' kull tliet xhur, ta' obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi jiġu vvalutati skont l-Artikoli 429, 429a u 429b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.” |
|
(3) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 9 jinbidel b'dan li ġej: “9. Għall-għanijiet tal-paragrafi 6, 7 u 8, id-determinazzjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni tibbaża fuq il-valutazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fejn disponibbli.” |
|
(4) |
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Meta istituzzjoni tkun istituzzjoni taħt superviżjoni ġdida għal parti biss minn perjodu kontributorju, il-kontribuzzjoni parzjali tiġi ddeterminata billi tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita f'din it-Taqsima għall-ammont tal-kontribuzzjoni annwali tagħha kalkulat matul il-perjodu kontributorju sussegwenti b'referenza għall-għadd ta' xhur sħaħ mill-perjodu kontributorju li tulhom l-istituzzjoni tkun taħt superviżjoni.” |
|
(5) |
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. L-istituzzjonijiet jipprovdu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bl-aħħar rapporti finanzjarji annwali approvati li kienu disponibbli, l-iktar tard, fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel il-perjodu kontributorju, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-awditur statutorju jew mill-kumpanija tal-awditjar, skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).” " |
|
(6) |
[Tikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża.] |
|
(7) |
[Tikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża.] |
|
(8) |
Fl-Artikolu 20(1),(ii) it-tielet sentenza hija mibdula b'dan li ġej: “Fl-2015 meta kwalunkwe informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 16 ma tkunx disponibbli għall-iskema tal-garanzija ta' depożitu sal-1 ta' Settembru għall-għanijiet tal-kalkolu tal-mira annwali msemmija fl-Artikolu 4(2) jew tal-kontribuzzjoni annwali bażika ta' kull istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 5, wara notifika mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti, l-istituzzjonijiet tal-kreditu rilevanti jipprovdu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni b'dik l-informazzjoni sa dik id-data.” |
|
(9) |
Fl-Artikolu 20(5), l-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej: “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, matul il-perjodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li l-assi totali tagħhom ikunu ta' EUR 3 000 000 000 jew inqas, iħallsu somma f'daqqa ta' EUR 50 000 għall-ewwel EUR 300 000 000 tal-obbligazzjonijiet totali, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 44).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta' Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 1).
|
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1435
tad-29 ta' Awwissu 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AR |
186,0 |
|
MA |
155,2 |
|
|
ZZ |
170,6 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
172,1 |
|
ZZ |
172,1 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
132,0 |
|
ZZ |
132,0 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
192,3 |
|
CL |
143,1 |
|
|
TR |
156,0 |
|
|
UY |
138,9 |
|
|
ZA |
169,5 |
|
|
ZZ |
160,0 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
230,9 |
|
TR |
132,4 |
|
|
ZZ |
181,7 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
120,9 |
|
BR |
106,9 |
|
|
CL |
145,6 |
|
|
NZ |
152,8 |
|
|
UY |
93,1 |
|
|
ZA |
93,9 |
|
|
ZZ |
118,9 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
93,2 |
|
CL |
101,2 |
|
|
TR |
139,2 |
|
|
ZA |
110,5 |
|
|
ZZ |
111,0 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
130,7 |
|
ZZ |
130,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/6 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠORDAN
tad-19 ta' Lulju 2016
li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-lista ta' ħidma jew ipproċessar meħtieġ li jrid jitwettaq fuq materjali mhux oriġinarji sabiex ċerti kategoriji ta' prodotti, manifatturati f'żoni ddedikati għall-iżvilupp u marbuta ma' żoni industrijali, u l-ħolqien ta' impjiegi għal refuġjati Sirjani u Ġordaniżi, jikseb status oriġinarju [2016/1436]
IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠORDAN,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tal-Ftehim u l-Artikolu 39 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim,
Billi:
|
(1) |
Ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (“il-Ġordan”) ippreżenta proposti lill-komunità internazzjonali għal approċċ olistiku għal rispons ekonomiku għall-kriżi tar-refuġjati Sirjani u, bħala parti minn din l-inizjattiva, għamel talba speċifika fit-12 ta' Diċembru 2015 li jiġu llaxkati r-regoli tal-oriġini applikati skont il-Ftehim sabiex jissaħħu l-esportazzjonijiet tal-Ġordan lejn l-Unjoni u jinħolqu aktar opportunitajiet ta' impjieg, speċjalment għar-refuġjati Sirjani kif ukoll Ġordaniżi. |
|
(2) |
Fil-qafas ta' Konferenza Internazzjonali dwar Sostenn għas-Sirja u r-Reġjun, li saret f'Londra fl-4 ta' Frar 2016, il-Ġordan iddikjara l-intenzjoni tiegħu li jippromwovi l-parteċipazzjoni tar-refuġjati Sirjani fis-suq formali tax-xogħol fil-Ġordan u, f'dak il-kuntest, biex jipprovdi opportunitajiet ta' xogħol għal 50 000 refuġjat Sirjan fi żmien sena mill-Konferenza u l-objettiv ġenerali li dan il-livell jiżdied għal madwar 200 000 opportunità ta' xogħol fis-snin li ġejjin. |
|
(3) |
Illaxkar temporanju tar-regoli ta' oriġini applikabbli għandu jippermetti li ċerti prodotti manifatturati fil-Ġordan ikunu soġġetti għal regoli ta' oriġini inqas stretti milli kieku kienu jiġu applikati għall-iskop tad-determinazzjoni tat-trattament preferenzjali fuq l-importazzjoni fl-Unjoni. Dan l-illaxkar temporanju tar-regoli ta' oriġini applikabbli għandu jkun parti mill-appoġġ tal-Unjoni lejn il-Ġordan fil-kuntest tal-kriżi Sirjana u bl-għan li jittaffew il-kostijiet imposti billi jiġu ospitati għadd kbir ta' refuġjati Sirjani. |
|
(4) |
L-Unjoni tikkunsidra li l-laxkar mitlub tar-regoli tal-oriġini għandu jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali li jinħolqu madwar 200 000 opportunità ta' impjiegi għar-refuġjati Sirjani. |
|
(5) |
L-illaxkar tar-regoli ta' oriġini jkun suġġett għal ċerti kondizzjonijiet bil-għan li jiġi żgurat li l-benefiċċju jmur għall-esportaturi li jikkontribwixxu għall-isforzi tal-Ġordan li jimpjega r-refuġjati Sirjani. |
|
(6) |
L-Anness għal din id-Deċiżjoni japplika għal oġġetti prodotti f'faċilitajiet ta' produzzjoni li qegħdin f'żoni ddedikati għall-iżvilupp u f'żoni industrijali fi ħdan il-Ġordan u jikkontribwixxi biex jinħolqu impjiegi għar-refuġjati Sirjani u għall-poplu Ġordaniż. |
|
(7) |
L-għan ta' din l-inizjattiva huwa li jiġu stimolati l-kummerċ u l-investiment f'dawk iż-żoni ta' żvilupp u żoni industrijali u b'hekk ikum hemm kontribut biex jitjiebu l-opportunitajiet ekonomiċi u tal-impjiegi għar-refuġjati Sirjani u għall-poplu Ġordaniż. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għall-Protokoll 3 tal-Ftehim ikun ikkumplimentat sabiex jispeċifika l-lista ta' ħidma jew ipproċessar meħtieġ li jsir fuq materjal mhux oriġinarju sabiex prodotti bħal dawn jiksbu status oriġinarju. Din il-lista komplimentari ta' ħidma jew ipproċessar jenħtieġ li tkun ibbażata fuq ir-regoli ta' oriġini applikata mill-Unjoni għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi anqas żviluppati taħt l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi/l-inizjattiva Kollox ħlief Armi. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jkun hemm il-possibilità li tiġi sospiża temporanjament l-applikazzjoni tal-Anness għal din id-Deċiżjoni, li tiġi stabbilita lista kumplimentari ta' ħidma u pproċessar fir-rigward ta' faċilità speċifika ta' produzzjoni jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1.1 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni ma jkunux issodisfati minn dik il-faċilità. |
|
(10) |
Jenħtieġ ukoll li jkun hemm il-possibilità li tiġi sospiża temporanjament l-applikazzjoni tal-Anness għal din id-Deċiżjoni fir-rigward ta' kwalunkwe mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 2 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni importati fi kwantitajiet daqstant ikbar u taħt tali kondizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, danni serji għal produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jikkompetu direttament fit-territorju kollu tal-Unjoni jew parti minnu jew jikkawżaw disturbi serji f'xi qasam tal-ekonomija tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikoli 24 u 26 tal-Ftehim. |
|
(11) |
Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun valida għal perijodu limitat ta' żmien biżżejjed biex tipprovdi inċentiv għal investiment addizzjonali u l-ġenerazzjoni tal-impjiegi u għalhekk jenħtieġ li tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2026. L-Unjoni u l-Ġordan ser iwettqu rieżami f'nofs il-perijodu skont l-Artikolu 1.7 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni, u jistgħu jemendaw l-Anness għal din id-Deċiżjoni permezz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(12) |
Il-kisba mill-Ġordan tal-għan tiegħu stabbilit fil-qafas tal-Konferenza Internazzjonali tal-4 ta' Frar 2016 li joħloq madwar 200 000 opportunità ta' impjieg għar-refuġjati Sirjani jirrappreżenta pass sinifikanti wkoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, fejn l-Unjoni u l-Ġordan ser jikkunsidraw li jissimplifikaw iktar din il-miżura ta' appoġġkondizzjoni. Dan ikun jeħtieġ emenda tal-Anness għal din id-Deċiżjoni permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għall-Protokoll 3 tal-Ftehim, li fih il-lista ta' ħidma jew ipproċessar meħtieġ li jsir fuq materjal mhux oriġinarju sabiex il-prodott immanifatturat ikun jista' jikseb status oriġinarju, huwa emendat u kkumplimentat bl-Anness II(a) għall-Protokoll 3 tal-Ftehim, li jinsab fl-Annessgħal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II (a) għall-Protokoll 3 tal-Ftehim, li jinsab fl-Annessgħal din id-Deċiżjoni, jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-lista ta' ħidma jew ipproċessar meħtieġ li jsir fuq materjal mhux oriġinarju sabiex il-prodott immanifatturat f'żoni ġeografiċi speċifiċi marbuta ma' impjiegi addizzjonali ta' refuġjati Sirjani jkun jista' jikseb status oriġinarju.
Artikolu 3
L-Anness għandu jifforma parti integrali ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.
Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2026.
Magħmul f'Amman, id-19 ta' Lulju 2016.
Għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ġordan,
S. AL-KHARABSHEH
ANNESS
“ANNESS II(a)
LISTA TA' ĦIDMA JEW IPPROĊESSAR LI HUWA MEĦTIEĠ LI JSIR FUQ MATERJALI LI MHUMIEX ORIĠINARJI BIEX IL-PRODOTT MANIFATTURAT IKUN JISTA' JIKSEB STATUS ORIĠINARJU
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet komuni
A. Definizzjoni ta' oriġini
|
1. |
Għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 2, ir-regoli li ġejjin jistgħu japplikaw ukoll minflok ir-regoli elenkati fl-Anness II tal-Protokoll 3 sakemm prodotti bħal dawn jirrispettaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
|
2. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan għandhom jissorveljaw ir-rispett tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jagħtu lil esportatur ta' prodotti li jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet numru ta' awtorizzazzjoni u għandhom jirtiraw minnufih tali awtorizzazzjoni meta dawn il-kondizzjonijiet ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
B. Prova tal-oriġini
|
3. |
Prova tal-oriġini maħruġa skont dan l-Anness għandu jkollha l-istqarrija li ġejja bl-Ingliż: ‘Derogation — Annex II(a) of Protocol 3 — name of the Development Zone or industrial area and authorisation number granted by the competent authorities of Jordan’. |
C. Kooperazzjoni amministrattiva
|
4. |
Meta, skont l-Artikolu 33(5) ta' dan il-Protokoll, kif emendat bid-deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ġordan (1), l-awtoritajiet doganali tal-Ġordan jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-awtoritajiet doganali rikjedenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (l-‘Istati Membri’) dwar ir-riżultati tal-verifika, dawn għandhom jispeċifikaw li l-prodotti elenkati fl-Artikolu 2 jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. |
|
5. |
Meta l-proċedura ta' verifika jew kull informazzjoni oħra disponibbli tidher li tindika li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 mhumiex issodisfati, il-Ġordan għandu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, iwettqu inkjesti xierqa jew jirranġa sabiex dawn l-inkjesti jitwettqu b'urġenza kif mistħoqq sabiex jidentifikaw u jipprevjenu dawn il-kontravenzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fl-inkjesti. |
D. Rapport, monitoraġġ u rieżami
|
6. |
Kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Anness, il-Ġordan għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat u l-effetti ta' dan l-Anness, inkluża l-istatistika tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni fil-livell ta' 8 ċifri jew l-ogħla livell ta' dettall disponibbli, u lista li tidentifika kumpaniji li jipproduċu fiż-Żoni ta' Żvilupp u ż-Żoni Industrijali u li jispeċifikaw il-perċentwal ta' refuġjati Sirjani li kull waħda minnhom tkun ħaddmet fuq bażi ta' sena b'sena. Il-Partijiet għandhom flimkien jirrieżaminaw dawn ir-rapporti u kull kwistjoni marbuta mal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' dan l-Anness fil-qafas ta' korpi eżistenti maħluqa mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u b'mod partikolari fis-sottokumitat dwar l-industrija, il-kummerċ u s-servizzi. Il-Partijiet għandhom jikkunsidraw ukoll l-involviment ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-Bank Dinji, fil-proċess ta' monitoraġġ. |
|
7. |
Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Anness, il-Partijiet għandhom iwettqu rieżami ta' nofs it-terminu biex jiġi deċiż jekk għandhomx isiru xi modifiki fid-dawl tal-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' dan l-Anness u l-evoluzzjoni tal-konflitt fis-Sirja. Abbażi ta' dan ir-rieżami ta' nofs it-terminu, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jikkunsidra emendi possibbli għal dan l-Anness. |
|
8. |
Ladarba l-Ġordan jilħaq il-mira tiegħu li jiffaċilita parteċipazzjoni akbar ta' refuġjati Sirjani fis-suq formali tax-xogħol billi joħroġ għadd totali ta' madwar 200 000 permess tax-xogħol lir-refuġjati Sirjani, il-Partijiet ser jikkunsidraw li jissimplifikaw aktar id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness b'konsiderazzjoni tal-iżviluppi fil-kriżi tar-refuġjati Sirjanikondizzjoni. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jemenda dan l-Anness għal dan l-għan. |
E. Sospensjoni temporanja
|
9. |
|
F. Mekkaniżmu ta' salvagwardja
|
10. |
Meta prodott elenkat fl-Artikolu 2 li jibbenefika mill-applikazzjoni ta' dan l-Anness jiġi importat fi kwantitajiet daqstant ikbar u b'kondizzjonijiet tali li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, danni serji għal produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jikkompetu direttament fit-territorju kollu tal-Unjoni jew parti minnu jew jikkawżaw disturbi serji f'xi qasam tal-ekonomija tal-Unjoni, skont l-Artikoli 24 u 26 tal-Ftehim, l-Unjoni tista' tirreferi l-kwistjoni għal stħarriġ li jsir mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Jekk fi żmien 90 jum wara li l-kwistjoni tkun ġiet riferita lilu, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jonqos milli jadotta deċiżjoni li ttemm tali dannu serju jew theddida ta' dannu jew disturbi serji jew jekk ma tkun instabet ebda soluzzjoni sodisfaċenti, l-applikazzjoni ta' dan l-Anness għandha tiġi sospiża fir-rigward ta' dak il-prodott, sakemm il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jadotta deċiżjoni li tiddikjara li jkunu temmew jew sakemm tkun intlaħqet soluzzjoni sodisfaċenti mill-Partijiet u jiġi nnotifikat lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. |
G. Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
11. |
Dan l-Anness għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li tkun marbuta miegħu u sal-31 ta' Diċembru 2026. |
Artikolu 2
Lista ta' prodotti u ta' ħidma u pproċessar meħtieġ
Il-lista tal-prodotti li japplika għalihom dan l-Anness u r-regoli tal-ħidma u l-ipproċessar li jista' jiġi applikat bħala alternattiva għal dawk elenkati fl-Anness II huma mniżżla hawn taħt.
L-Anness I għall-Protokoll 3 tal-Ftehim li jinkludi n-noti introduttorji għal-lista fl-Anness II għall-Protokoll 3 tal-Ftehim japplika mutatis mutandis għal-lista t'hawn taħt, soġġett għall-emendi li ġejjin:
|
Fin-Nota 5.2, il-materjali bażiċi li ġejjin jiddaħħlu fit-tieni paragrafu:
|
|
Fin-Nota 7.3, it-test huwa sostitwit b'dan li ġej: Għall-finijiet tal-intestaturi ex 2707 u 2713, operazzjonijiet sempliċi, bħat-tindif, it-tferriegħ, it-tneħħija tal-imluħa, is-separazzjoni tal-ilma, it-tisfija, l-għoti tal-kulur, l-immarkar, il-ksib ta' kontenut ta' kubrit bħala riżultat ta' taħlit ta' prodotti b'kontenuti differenti ta' kubrit, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn l-operazzjonijiet jew operazzjonijiet simili, ma jagħtux l-oriġini.
|
(1) Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ġordan tal-15 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Protokoll 3 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 30).
(2) Għall-kundizzjonijiet speċjali relatati ma' “proċessi speċifiċi”, ara n-Noti Introduttorji 7.1 u 7.3.
(3) Għall-kundizzjonijiet speċjali relatati ma' “proċessi speċifiċi”, ara n-Nota Introduttorja 7.2.
(4) “Grupp” jitqies bħala kwalunkwe parti tal-intestatura sseparata mill-kumplament permezz ta' semikowlin.
(5) Fil-każ tal-prodotti magħmula minn materjal ikklassifikat fi ħdan kemm l-intestaturi minn 3901 sa 3906, minn naħa waħda, kif ukoll fl-intestaturi minn 3907 sa 3911, minn naħa oħra, din ir-restrizzjoni tapplika biss għal dak il-grupp ta' materjal li jippredomina fil-prodott bħala piż.
(6) Il-fojls li ġejjin għandhom jitqiesu bħala trasparenti ħafna: fuljetti rqaq, li l-optical dimming tagħhom, imkejjel skont l-ASTM-D 1003-16 minn Gardner Hazemeter (jiġifieri Hazefactor), huwa inqas minn 2 %.
(7) Għall-kundizzjonijiet speċjali marbuta ma' prodotti magħmula minn taħlita ta' materjali tat-tessuti, ara n-Nota Introduttorja 5.
(8) Ara n-Nota Introduttorja 6.
(9) Għal oġġetti maħduma bil-labar jew bil-ganċ, li mhumiex tal-lastku jew bil-gomma, miksuba bil-ħjata jew bl-immuntar ta' tessuti maħduma bil-labar jew bil-ganċ (maqtugħa jew maħduma bil-labar direttament fil-forma), ara n-Nota Introduttorja 6.
(10) SEMII — Istitut Inkorporat Tagħmir u Materjal Semikonduttur”