ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 216

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
11 ta' Awwissu 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1363 tal-24 ta' Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

3

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1364 tal-10 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1365 tad-9 ta' Awwissu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 98/536/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza (notifikata bid-dokument C(2016) 5053)  ( 1 )

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1366 tal-10 ta' Awwissu 2016 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Estonja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali

23

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1367 tal-10 ta' Awwissu 2016 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 5278)  ( 1 )

26

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1177 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE ( ĠU L 195, 20.7.2016 )

29

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1363

tal-24 ta' Ġunju 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ittrasferixxa r-referenza għar-Repubblika tal-Gżejjer Marshall mill-Anness I għall-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).

(2)

Dik ir-referenza għar-Repubblika tal-Gżejjer Marshall hija akkumpanjata minn nota f'qiegħ il-paġna li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.

(3)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Gżejjer Marshall għall-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (il-“Ftehim”).

(4)

In-negozjati dwar il-Ftehim infetħu fis-17 ta' Diċembru 2014 u ġew iffinalizzati b'suċċess permezz tal-inizjalar tagħhom, permezz ta' skambju ta' ittri, fil-11 ta' Diċembru 2015 mir-Repubblika tal-Gżejjer Marshall u fit-13 ta' Jannar 2016 mill-Unjoni.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, u d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim għandhom jiġu approvati, f'isem l-Unjoni. Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhux marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tieħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu (5), sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-UE”, u

IR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Gżejjer Marshall”,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

BIL-ĦSIEB LI jiġu żviluppati ulterjorment relazzjonijiet ta' ħbiberija bejn il-Partijiet Kontraenti u bix-xewqa li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar billi jiġi żgurat dħul u soġġorn għal perijodu qasir mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (1) billi, inter alia, 19-il pajjiż terz, inklużi l-Gżejjer Marshall, ġew ittrasferiti għal-lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa ta' viża għal soġġorni qosra fl-Istati Membri,

FILWAQT LI HUMA KONXJI li l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 509/2014 jistipula li għal dawk id-19-il pajjiż, l-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni,

FILWAQT LI JIXTIEQU li jitħares il-prinċipju ta' trattament indaqs taċ-ċittadini kollha tal-UE,

FILWAQT LI JQISU li l-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn qasir tagħhom mhumiex koperti minn dan il-Ftehim u għalhekk għal dik il-kategorija r-regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u tal-liġi nazzjonali tal-Gżejjer Marshall dwar l-obbligu tal-viża jew l-eżenzjoni minnha u dwar l-aċċess għal impjieg jibqgħu japplikaw,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u għall-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jipprovdi għal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tal-Gżejjer Marshall meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għall-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

“Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda;

(b)

“ċittadin tal-Unjoni” tfisser ċittadin ta' Stat Membru kif definit fil-punt (a);

(c)

“ċittadin tal-Gżejjer Marshall” tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza tal-Gżejjer Marshall;

(d)

“żona Schengen” tfisser iż-żona mingħajr fruntieri interni li tinkludi t-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (a) li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ minn Stat Membru, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Gżejjer Marshall għall-perijodu ta' soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(1).

Iċ-ċittadini tal-Gżejjer Marshall li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ mill-Gżejjer Marshall, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Istati Membri għall-perijodu ta' soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(2).

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għall-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas.

Għal dik il-kategorija ta' persuni, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi b'mod individwali li jimponi l-ħtieġa ta' viża fuq iċ-ċittadini tal-Gżejjer Marshall jew li jirtiraha f'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).

Għal dik il-kategorija ta' persuni, il-Gżejjer Marshall jistgħu jiddeċiedu dwar il-ħtieġa ta' viża jew l-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini ta' kull Stat Membru b'mod individwali f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

3.   L-eżenzjoni mill-viża prevista minn dan il-Ftehim tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-Partijiet Kontraenti dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tas-soġġorn qasir. L-Istati Membri u l-Gżejjer Marshall jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul u s-soġġorn qasir fit-territorji tagħhom jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx issodisfata.

4.   L-eżenzjoni mill-viża tapplika irrispettivament mill-mezz ta' trasport użat biex jinqasmu l-fruntieri tal-Partijiet Kontraenti.

5.   Kwistjonijiet li mhumiex koperti minn dan il-Ftehim għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u mil-liġi nazzjonali tal-Gżejjer Marshall.

Artikolu 4

Tul ta' żmien tas-soġġorn

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Gżejjer Marshall għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

2.   Iċ-ċittadini tal-Gżejjer Marshall jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum. Dak il-perijodu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini tal-Gżejjer Marshall jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, indipendentement mill-perijodu ta' soġġorn ikkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

3.   Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà għall-Gżejjer Marshall u għall-Istati Membri li jestendu l-perijodu ta' soġġorn għal aktar minn 90 jum f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 5

Applikazzjoni territorjali

1.   Fir-rigward tar-Repubblika Franċiża, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Repubblika Franċiża.

2.   Fir-rigward tar-Renju tan-Netherlands, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Renju tan-Netherlands.

Artikolu 6

Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta' esperti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u minn rappreżentanti tal-Gżejjer Marshall. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Il-Kumitat għandu jkollu, inter alia, il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

li jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim;

(c)

li jsolvi tilwimiet li jfeġġu mill-interpretazzjoni jew mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

3.   Il-Kumitat għandu jitlaqqa' kull meta jkun meħtieġ, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

4.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 7

Ir-relazzjoni ta' dan il-Ftehim ma' ftehimiet bilaterali eżistenti ta' eżenzjoni mill-viża bejn l-Istati Membri u l-Gżejjer Marshall

Dan il-Ftehim għandu jkollu preċedenza fuq kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri individwali u l-Gżejjer Marshall, sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti f'konformità mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-aħħar waħda miż-żewġ notifiki li permezz tagħhom il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li dawk il-proċeduri jkunu tlestew.

Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu.

2.   Dan il-Ftehim qed jiġi konkluż għal perijodu indefinit, sakemm ma jiġix itterminat f'konformità mal-paragrafu 5.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi ftehim bil-miktub tal-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan l-iskop.

4.   Kull Parti Kontraenti tista' tissospendi l-Ftehim kollu jew parti minnu, b'mod partikolari, għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew protezzjoni tas-saħħa pubblika, immigrazzjoni illegali jew l-introduzzjoni mill-ġdid tal-ħtieġa tal-viża minn waħda mill-Partijiet Kontraenti. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Parti Kontraenti l-oħra mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ippjanat tagħha. Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf minnufih lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.

5.   Kull Parti Kontraenti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim jieqaf milli jibqa' fis-seħħ 90 jum wara.

6.   Il-Gżejjer Marshall jistgħu jissospendu jew jitterminaw dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha.

7.   L-Unjoni tista' tissospendi jew tittermina dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha tagħha.

Magħmul f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull test ugwalment awtentiku.

Съставено в Женева на двадесет и седми юни през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Ginebra el veintisiete de junio de dos mil dieciséis.

V Ženevě dne dvacátého sedmého června dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Genève den syvogtyvende juni to tusind og seksten.

Geschehen zu Genf am siebenundzwanzigsten Juni zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta juunikuu kahekümne seitsmendal päeval Genfis.

Έγινε στη Γενεύη στις είκοσι εφτά Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Geneva on the twenty seventh day of June in the year two thousand and sixteen.

Fait à Genève, le vingt sept juin deux mille seize.

Sastavljeno u Ženevi dvadeset sedmog lipnja godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Ginevra, addì ventisette giugno duemilasedici.

Ženēvā, divi tūkstoši sešpadsmitā gada divdesmit septītajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų birželio dvidešimt septintą dieną Ženevoje.

Kelt Genfben, a kétezer-tizenhatodik év június havának huszonhetedik napján.

Magħmul f'Ġinevra fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Ġunju fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Genève, zevenentwintig juni tweeduizend zestien.

Sporządzono w Genewie dnia dwudziestego siódmego czerwca roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Genebra, em vinte e sete de junho de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Geneva, la douăzeci și șapte iunie două mii șaisprezece.

V Ženeve dvadsiateho siedmeho júna dvetisícšestnásť.

V Ženevi, dne sedemindvajsetega junija leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Genevessä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Genève den tjugosjunde juni år tjugohundrasexton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Република Маршалови острови

Por la República de las Islas Marshall

Za Republiku Marshallovy ostrovy

For Republikken Marshalløerne

Für die Republik Marshallinseln

Marshalli Saarte Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία των Νήσων Μάρσαλ

For the Republic of the Marshall Islands

Pour la République des Îles Marshall

Za Republiku Maršalove Otoke

Per la Repubblica delle Isole Marshall

Māršala salu vārdā –

Maršalo Salų Respublikos vardu

A Marshall-szigeteki Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Gżejjer Marshall

Voor de Republiek der Marshalleilanden

W imieniu Republiki Wysp Marshalla

Pela República das Ilhas Marshall

Pentru Republica Insulelor Marshall

Za Republiku Marshallových ostrovov

Za Republiko Marshallovi otoki

Marshallinsaarten tasavallan puolesta

För Republiken Marshallöarna

Image


(1)  ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD TAL-IŻLANDA, TAN-NORVEĠJA, TAL-IŻVIZZERA U TAL-LIECHTENSTEIN

Il-Partijiet Kontraenti jirrimarkaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.

F'ċirkostanzi bħal dawn huwa mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein, min-naħa, u l-Gżejjer Marshall, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir f'termini simili għal dawk ta' dan il-Ftehim.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-KATEGORIJA TA' PERSUNI LI JIVVJAĠĠAW BIL-GĦAN LI JWETTQU ATTIVITÀ BI ĦLAS KIF PREVIST MILL-ARTIKOLU 3(2) TA' DAN IL-FTEHIM

Bix-xewqa li tkun żgurata interpretazzjoni komuni, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, il-kategorija ta' persuni li jwettqu attività bi ħlas tkopri lill-persuni li jidħlu fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bil-għan li jkollhom impjieg bi qligħ jew iwettqu attività b'remunerazzjoni bħala impjegati jew fornituri ta' servizz.

Din il-kategorija ma għandhiex tkopri:

persuni tan-negozju, jiġifieri persuni li jivvjaġġaw bil-għan ta' deliberazzjoni ta' negozju (mingħajr ma jkunu impjegati fil-pajjiż tal-Parti Kontraenti l-oħra),

persuni li jieħdu sehem fl-isport jew artisti tal-ispettaklu li jwettqu attività fuq bażi ad hoc,

ġurnalisti mibgħuta mill-midja tal-pajjiż ta' residenza tagħhom, u,

apprendisti intrakorporattivi.

L-implimentazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni għandha tkun immonitorjata mill-Kumitat Konġunt fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim, li jista' jipproponi modifiki meta, abbażi tal-esperjenzi tal-Partijiet Kontraenti, iqis li jkunu meħtieġa.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-PERIJODU TA' 90 JUM FI KWALUNKWE PERIJODU TA' 180 JUM KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 4 TA' DAN IL-FTEHIM

Il-Partijiet Kontraenti jifhmu li l-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum kif previst fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ifisser soġġorn kontinwu jew bosta soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien totali tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perijodu ta' referenza “mobbli” ta' 180 jum, billi titqies b'lura kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk l-obbligu tad-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum ikunx baqa' jiġi ssodisfat. Inter alia, dan ifisser li assenza għal perijodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti li jkun hemm soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INFURMAR TAĊ-ĊITTADINI DWAR IL-FTEHIM TA' EŻENZJONI MILL-VIŻA

Filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza tat-trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini tal-Gżejjer Marshall, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jiżguraw it-tixrid totali tal-informazzjoni dwar il-kontenut u l-konsegwenzi tal-ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża u kwistjonijiet relatati, bħall-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju.


REGOLAMENTI

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1364

tal-10 ta' Awwissu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

163,3

ZZ

163,3

0707 00 05

TR

116,3

ZZ

116,3

0709 93 10

TR

136,4

ZZ

136,4

0805 50 10

AR

177,4

CL

151,6

MA

101,7

TR

157,0

UY

164,1

ZA

166,8

ZZ

153,1

0806 10 10

EG

223,7

MA

178,5

TR

158,2

ZZ

186,8

0808 10 80

AR

117,0

BR

102,1

CL

107,9

CN

62,4

NZ

146,9

PE

106,8

US

167,6

UY

92,2

ZA

100,8

ZZ

111,5

0808 30 90

AR

220,2

CL

151,0

TR

151,5

ZA

123,3

ZZ

161,5

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

137,4

ZZ

137,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/12


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1365

tad-9 ta' Awwissu 2016

li temenda d-Deċiżjoni 98/536/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza

(notifikata bid-dokument C(2016) 5053)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u tal-gruppi ta' residwi mniżżlin fl-Anness I tagħha.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 96/23/KE kull Stat Membru għandu jaħtar tal-inqas laboratorju nazzjonali wieħed ta' referenza, li għandu jkun responsabbli għal ċertu xogħlijiet stipulati f'dik id-Direttiva. L-istess Artikolu jistipula wkoll li għandha titħejja lista mill-Kummissjoni ta' dawn il-laboratorji.

(3)

Il-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza għas-sejba ta' residwi bħalissa hija stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE (2).

(4)

Diversi Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni li l-gruppi ta' residwi mmonitorjati minn ċerti laboratorji li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni 98/536/KE nbidlu. Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza u tal-konsistenza tad-dritt tal-Unjoni, jixraq li l-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni tiġi aġġornata.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 98/536/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 98/536/KE qed jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE tat-3 ta' Settembru 1998 li tistabilixxi l-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza għar-rivelazzjoni ta' residwi (ĠU L 251, 11.9.1998, p. 39).


ANNESS

“ANNESS

LABORATORJI NAZZJONALI TA' REFERENZA

Stat Membru

Laboratorji ta' referenza

Gruppi tar-residwi

Il-Belġju

Association momentanée ILVO-CER

ILVO (Eenheid Technologie en Voeding) — CER Groupe (Département Santé)

ILVO (Eenheid Technologie en Voeding)

Brusselsesteenweg 370

9090 MELLE

CER (Département Santé)

Rue du Point du Jour 8

6900 MARLOIE

A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2d, B2e, B2f u B3e

Wetenschappelijk Instituut Volksgezondheid/Institut scientifique de la Santé Publique

Rue J. Wytsman/J. Wytsmanstraat 14

1050 Brussel/Bruxelles

B2c, B3a (pestiċidi organoklorurati) u B3b

Centre of Analytical Research and Technology (CART), Université de Liège

Allée de la Chimie 3, B6C (Sart-Tilman)

4000 Liège

B3a (NDL-PCB)

Centre of Analytical Research and Technology (CART), Université de Liège

Allee de la Chimie 3, B6C (Sart-Tilman)

4000 Liège

Federaal Laboratorium voor de Veiligheid van de Voedselketen — FLVVT/Laboratoire fédérale pour la Sécurité de la Chaîne alimentaire — FLVVT

Leuvensesteenweg 17

3080 Tervuren

B3a (diossini u DL-PCB)

Centrum voor Onderzoek in Diergeneeskunde en Agrochemie (CODA)/Centre d'Étude et de Recherches Vétérinaires et Agrochimiques (CERVA)

Leuvensesteenweg 17

3080 Tervuren

B3c u B3d

Il-Bulgarija

Централна лаборатория по ветеринарно-санитарна експертиза и екология

ул. ‘Искърско шосе’ 5

1528 София

(Laboratorju Ċentrali tal-Kontroll Veterinarju u tal-Ekoloġija, 5 Iskarsko shousse Str., 1528 Sofia)

A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2c, B2d, B2e, B3a, B3b, B3c, B3d, B3e u B3f

Ir-Repubblika Ċeka

Národní referenční laboratoř pro sledování reziduí veterinárních léčiv

Ústav pro státní kontrolu veterinárních biopreparátů a léčiv Brno

Hudcova 56 A

CZ-621 00 Brno

A1, A2, A3, A4, A5, A6 u B2d

Národní referenční laboratoř pro rezidua pesticidů a PCB

Státní veterinární ústav Praha

Sídlištní 136/24

CZ-165 03 Praha

B3a, B3b u B3f

Národní referenční laboratoř pro chemické prvky

Státní veterinární ústav Olomouc, laboratoř

Kroměříž

Hulínská 2286

CZ-767 60 Kroměříž

B3c

Národní referenční laboratoř pro mykotoxiny a další přírodní toxiny, barviva, antibakteriální (inhibiční) látky a rezidua veterinárních léčiv

Státní veterinární ústav Jihlava

Rantířovská 93

CZ-586 05 Jihlava

B1, B2 (ħlief B2d), B3d u B3e

Id-Danimarka

National Food Institute

DTU Food

Mørkhøj Bygade 19

DK-2860 Søborg

Il-metodi kimiċi għall-gruppi A1, A2, A3, A4, A5, A6, B3

Danish Veterinary and Food Administration

Division of Residues

Søndervang 4

DK-4100 Ringsted

Il-metodi kimiċi għall-gruppi B1, B2a, B2b, B2c, B2d, B2e, B2f

Il-Ġermanja

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit

Postfach 110260

10832 Berlin

Il-gruppi kollha

L-Estonja

Veterinaar- ja Toidulaboratoorium

Kreutzwaldi 30,

Tartu 51006

A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2d, B2e, B2f, B3c u B3e

Terviseameti Tartu labor

Põllu 1 A

Tartu 50303

B2c, B3a u B3b

Põllumajandusuuringute Keskus

Teaduse 4/6

Saku

Harjumaa 75501

B3d

L-Irlanda

State Laboratory

Young's Cross

Celbridge

Co Kildare

A1, A3, A4, A6 (in-nitromidażoli u l-klorpromażina), B2b (in-nitromidażoli biss), B2d, B2e, B2f (il-kortikosterojdi) u B3d

Veterinary Public Health Regulatory Laboratory

Young's Cross

Celbridge

Co Kildare

A2, A5, A6, (ħlief il-klorpromażina, in-nitrofurani u n-nitromidażoli), B1, B2f (il-karbadoks biss) u B3c (ħlief il-prodotti tal-akkwakultura)

Teagasc Food Research Centre, Teagasc

Ashtown

Dublin 15

A6 (in-nitrofurani), B2a (l-antelmintiċi ħlief l-emamektina), B2b (il-koċċidjostatiċi) u B2c

Marine Institute

Rinville,

Oranmore

Galway

B2a (l-emamektina), B2f (it-teflubenżuron u d-diflubenżuron), B3c (il-prodotti tal-akkwakultura biss), B3e (l-Aħdar Malakit, l-Aħdar Lewkomalakit, l-Aħdar Brillanti, il-Kristalvjola, il-Lewkokristalvjola u l-blu Vittorja biss)

Pesticide Control Laboratory

Young's Cross

Celbridge

Co Kildare

B3a (il-pestiċidi organoklorurati u 7 PCBs), B3b u B3f

Il-Greċja

Κτηνιατρικό Εργαστήριο Σερρών

Τέρμα Ομονοίας

621 10 Σέρρες

(Il-Laboratorju Dijanjostiku Veterinarju ta' Serres, Terma Omonias, 621 10 Serres)

A1, A3, A4, A6 (id-dapson), B2f (il-karbadoks u l-olakwindoks) u B3a

Διεύθυνση Κτηνιατρικού Κέντρου Αθηνών

Τμήμα Τοξικολογίας, Καταλοίπων και Περιβαλλοντικών Ρυπαντών

Νεαπόλεως 25

153 10, Αγ. Παρασκευή

Αθήνα

(Iċ-Ċentru Veterinarju ta' Ateni

id-Dipartiment tat-Tossikoloġija, tar-Residwi u tal-Kontaminanti Ambjentali, Neapoleos 25, 153 10, Aghia Paraskevi, Ateni, il-Greċja)

A2, A5, A6 (il-klorpromażina u n-nitromidażoli), B1 (ħlief l-għasel), B2a, B2b, B2d, B2e, B3b, B3c, B3d u B3e

Κτηνιατρικό Εργαστήριο Τρίπολης

Πέλαγος Αρκαδίας

22100 Τρίπολη

(Il-Laboratorju Veterinarju ta' Tripolis, Pelagos Arkadias, 22100 Tripolis, il-Greċja)

A6 (il-kloramfenikol u n-nitrofurani) u B2c

Κτηνιατρικό Εργαστήριο Χανίων

Μ. Μπότσαρη 66

73100, Χανιά

(Il-Laboratorju Veterinarju ta' Chania, Μ. Botsari 66, 73100 Chania, il-Greċja)

B1 fl-għasel

Spanja

Centro Nacional de Alimentación (Agencia Española de Consumo, Seguridad Alimentaria y Nutrición)

Carretera Pozuelo-Majadahonda, km. 5,1

28220 Majadahonda (Madrid)

A1, A3, A4, A5, A6 (il-kloramfenikol, in-nitrofurani u d-dapson), B1, B2f (il-kortikosterojdi, il-karbadoks u l-olakwindoks), B3a, B3b, B3d, B3e u B3f

Laboratorio Central de Sanidad Animal (Ministerio de Agricultura, Alimentación y Medio Ambiente)

Camino del Jau s/n

18320 Santa Fe (Granada)

A2, A6 (in-nitromidażoli u l-kloropromażina), B2a, B2b, B2c, B2d, B2e, B2f (ħlief il-kortikosterojdi, il-karbdadoks u l-olakwindoks) u B3f

Laboratorio Arbitral Agroalimentario (Ministerio de Agricultura, Alimentación y Medio Ambiente)

Calle Aguaron 13.

Carretera de La Coruña, km 10,700

28023 Madrid

B3c u B3f

Franza

LABERCA — ONIRIS

Atlanpôle — Site de la Chantrerie — BP 50707

44307 NANTES Cedex 3

A1, A2, A3, A4, A5, B2f (il-glukokortikojdi), B3a (il-PCBs) u B3f

ANSES — Laboratoire de Fougères

La Haute Marche — Javené

BP 90203

35302 Fougères

A6, B1, B2a, B2b, B2d, B2e, B2f (ħlief il-glukokortikojdi) u B3e

ANSES — Laboratoire de sécurité des aliments de Maisons-Alfort

23, avenue du Général de Gaulle

94706 Maisons-Alfort Cedex

B2c, B3a (ħlief il-PCBs), B3b u B3c

SCL 35- Service commun des laboratoires de Rennes

26 r Antoine Joly

35000 RENNES

B3d

Il-Kroazja

Hrvatski veterinarski institut, Savska cesta 143, 10000 Zagreb, Repubblika Hrvatska

Il-gruppi kollha

L-Italja

Istituto Superiore di Sanità

Dipartimento di Sanità Pubblica Veterinaria e Sicurezza Alimentare

Viale Regina Elena, 299

00161 Roma

A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2, B3a (ħlief id-diossini u l-PCBs), B3b, B3c, B3d, B3e u B2f

Istituto Zooprofilattico Sperimentale dell'Abruzzo e del Molise ‘G. Caporale’

Via Campo Boario

64100 TERAMO

B3a (il-PCBs, id-diossini u d-DL-PCBs)

Ċipru

Γενικό Χημείο του Κράτους

Υπουργείο Υγείας

Οδός Κίμωνος 44,

1451, Λευκωσία, Κύπρος

(Il-Laboratorju Ġenerali tal-Istat, il-Ministeru tas-Saħħa, Triq il-Kimonos 44, 1451 Nikosija)

Il-gruppi kollha (ħlief l-għalf għall-annimali)

Αναλυτικά Εργαστήρια,

Τμήμα Γεωργίας, Υπουργείο Γεωργίας, Αγροτικής Ανάπτυξης και Περιβάλλοντος

Λουκή Ακρίτα, 1412 Λευκωσία

(Il-Laboratorji Analitiċi, id-Dipartiment tal-Agrikoltura, il-Ministeru tal-Agrikoltura, tal-Iżvilupp Rurali u tal-Ambjent, Vjal Loukis Akritas, 1412 Nikosija)

Il-gruppi kollha (l-għalf għall-annimali biss)

Il-Latvja

Pārtikas drošības, dzīvnieku veselības un vides zinātniskais institūts ‘BIOR’

Lejupes iela 3

LV-1076 Rīga

Il-gruppi kollha (ħlief B3e — l-akkwakultura)

Il-Litwanja

Nacionalinis maisto ir veterinarijos rizikos vertinimo institutas

J.Kairiūkščio 10,

LT — 08409 Vilnius

Il-gruppi kollha

Il-Lussemburgu

Association momentanée ILVO-CER

ILVO (Eenheid Technologie en Voeding) — CER Groupe (Département Santé)

ILVO (Eenheid Technologie en Voeding)

Brusselsesteenweg 370

9090 MELLE

CER (Département Santé)

Rue du Point du Jour 8

6900 MARLOIE

A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2c, B2d, B2e, B2f, B3a, B3b, B3d, B3e u B3f

Laboratoire National de Santé

Rue Louis Rech, 1

L-3555 DUDELANGE

B3c

L-Ungerija

Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal

Élelmiszer- és Takarmánybiztonsági Igazgatóság

Élelmiszer Toxikológiai Nemzeti Referencia Laboratórium

Mester u. 81.

L-Ungerija

H-1095

Budapest 94

POB 1740

H-1465

A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2d, B2e, B2f, B3a (id-diossini u l-PCBs biss), B3c, B3d, B3e u B3f

Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal,

Növény-, Talaj- és Agrárkörnyezet-védelmi Igazgatóság

Budaörsi út 141-145

L-Ungerija

H-1118

Budapest

B2c, B3a (ħlief id-diossini u l-PCBs) u B3b

Malta

Il-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali,

Id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima

Albertown, Il-Marsa MRS1123

Malta

Il-gruppi kollha

In-Netherlands

Wageningen UR

RIKILT Institute of food safety

Akkermaalsbos 2

Wageningen 6708WB

Il-gruppi kollha

L-Awstrija

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

Institut für Lebensmittelsicherheit Wien

Abteilung Tierarzneimittel, Hormone und Kontaminanten (THKS)

Spargelfeldstraße 191

1220 Wien

A1, A2, A3, A4, A5, A6, B1, B2a, B2b, B2d, B2e u B2f (il-kortikojdi, il-karbadoks u l-olakwindoks)

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

Institut für Lebensmittelsicherheit Innsbruck

Abteilung Pestizid- und Lebensmittelanalytik (PLMA)

Technikerstraße 70

6020 Innsbruck

B2c, B2f (l-amitraz), B3a (ħlief id-diossini u l-PCBs), B3b u B3f (in-neonikotinojdi)

Umweltbundesamt GmbH

Spittelauer Lände 5

1090 Wien

B3a (id-diossini u l-PCBs)

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

Geschäftsfeld Ernährungssicherheit

Institut für Tierernährung und Futtermittel

Wieningerstraße 8

4020 Linz

B3c

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

Institut für Lebensmittelsicherheit Linz

Abteilung Kontaminantenanalytik (KONA)

Wieningerstrasse 8

4020 Linz

B3d

Lebensmitteluntersuchungsanstalt der Stadt Wien

Henneberggasse 3

1030 Wien

B3e

Il-Polonja

Państwowy Instytut Weterynaryjny-Państwowy

Instytut Badawczy w Puławach

Al. Partyzantów 57

24-100 Pulawy

Il-gruppi kollha

Il-Portugall

Instituto Nacional de Investigação Agrária e Veterinária, I.P. (INIAV)

Quinta do Marquês, Av. da Republica

2780-157 Oeiras

Il-gruppi kollha (ħlief B3a — id-diossini, B3c — l-akkwakultura u B3d — il-mikotossini fil-ħalib)

Instituto Português do Mar e da Atmosfera (IPMA)

Rua Alfredo Magalhães Ramalho, 6

1495-006 Algés

B3c (l-akkwakultura)

ASAE — Laboratório de Físico — Química (LFQ)

Estrada do Paço do Lumiar, Campus do Lumiar, 22, Edifício F — 1.o andar

1649-038 Lisboa

B3a (id-diossini) u B3d il-mikotossini fil-ħalib

Ir-Rumanija

Institute for Hygiene and Veterinary Public Health

Str. Campul Mosilor nr. 5, sect. 2,

021201 Bucuresti

A1, A4, A6 (in-nitromidażoli u n-nitrofurani), B1 (l-antibijotiċi), B2a, B2b, B2c, B2e, B2f, B3a (il-pestiċidi organoklorurati u n-ndl-PCB), B3b, B3c, B3d u B3e

Sanitary Veterinary Food Safety county Directorate

Str. Surorile Martir Caceu nr. 4,

300858 Timisoara

A2, A5 u B2d

Sanitary Veterinary Food Safety county Directorate

Sos. Mangaliei nr. 78,

900111 Constanta

A3 u A6 (il-kloramfenikol)

Sanitary Veterinary Food Safety county Directorate

Str. Piata Marasti nr.1,

400609 Cluj-Napoca

A6 (id-dapson) u B1 (is-sulfonammidi)

Sanitary Veterinary Food Safety county Directorate

Str. Ilioarei nr 16E, sect. 3,

032125 Bucuresti

B3a (id-diossini)

Is-Slovenja

Univerza v Ljubljani, Veterinarska fakulteta

Nacionalni veterinarski institut

Gerbiceva 60

1000 Ljubljana

A1, A3, A4, A5, A6 (ħlief il-kloramfenikol fl-awrina u l-kloroform fl-awrina), B1, B2a (l-avermektini), B2b, B2d, B2e, B2f, B3c (ħlief il-merkurju fl-akkwakultura), B3d u B3e

Nacionalni laboratorij za zdravje, okolje in hrano Prvomajska 1

2000 Maribor

A2, A6 (il-kloramfenikol fl-awrina u l-kloroform fl-awrina), B2a (il-benżimidażoli), B2c, B3a, B3b u B3c (il-merkurju fl-akkwakultura)

Is-Slovakkja

Štátny veterinárny a potravinový ústav — Veterinárny a potravinový ústav Bratislava

Botanická 15

842 13 Bratislava

A1, A3, A4, A5, A6 (in-nitromidażoli), B2c, B2e, B3a u B3b

Štátny veterinárny a potravinový ústav — Veterinárny a potravinový ústav Košice

Hlinkova 1B

040 01 Košice

A2, B2a, B2b, B2d, B3c u B3d

Štátny veterinárny a potravinový ústav — Veterinárny a potravinový ústav Dolný Kubín

Jánoškova 1611/58

026 01 Dolný Kubín

A6 (il-kloramfenikol u n-nitrofurani), B1, B2f u B3e

Il-Finlandja

Finnish Food Safety Authority Evira

Mustialankatu 3

00790 Helsinki

Il-gruppi kollha

L-Iżvezja

Livsmedelsverket

Box 622

751 26 Uppsala

Il-gruppi kollha

Ir-Renju Unit

Agri-Food & Biosciences Institute

Veterinary Science Division

Stoney Road

Stormont

Belfast BT4 3SD

L-Irlanda ta' Fuq

A1, A2, A3, A4, A5, A6 (in-nitrofurani ħlief fl-għasel u n-nitromidażoli), B2b (in-nikarbażina) u B2f

Fera Science Ltd

(FERA)

Sand Hutton

York

YO41 1LZ

A6 (il-kloramfenikol, in-nitrofurani fl-għasel u d-dapson). B1, B2a u B2b (il-jonofori)

LGC Ltd

Queens Road

Teddington

Middlesex TW 11 OLY

A6 (il-klorpromażina), B2c, B2d, B2e, B3a, B3b, B3c, B3d u B3e”


11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1366

tal-10 ta' Awwissu 2016

li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Estonja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 328(1) u l-Artikolu 331(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta' Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (2),

Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Estonja tal-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Lulju 2010, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza kooperazzjoni msaħħa bejn il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali.

(2)

Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1259/2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.

(3)

Fil-21 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2012/714/UE li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Litwanja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali (3).

(4)

Fis-27 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2014/39/UE li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Greċja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali (4).

(5)

L-Estonja nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali b'ittra datata t-13 ta' April 2016, li l-Kummissjoni rreġistrat li rċevietha fit-18 ta' April 2016.

(6)

Il-Kummissjoni tinnota li la d-Deċiżjoni 2010/405/UE u lanqas ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 ma jippreskrivu xi kundizzjoni partikolari għall-parteċipazzjoni f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali u jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Estonja ssaħħaħ il-benefiċċji ta' din il-kooperazzjoni msaħħa.

(7)

Jeħtieġ għalhekk li l-parteċipazzjoni tal-Estonja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali tiġi kkonfermata.

(8)

Jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta miżuri tranżitorji meħtieġa għall-Estonja għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

(9)

Jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1259/2010 jidħol fis-seħħ fl-Estonja fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni tal-Estonja f'kooperazzjoni msaħħa

1.   Il-parteċipazzjoni tal-Estonja f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni 2010/405/UE hija kkonfermata.

2.   Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għall-Estonja skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Informazzjoni li għandha tingħata mill-Estonja

Mill-11 ta' Mejju 2017 l-Estonja għandha tikkomunika lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħha, jekk ikun hemm, dwar:

(a)

ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010; kif ukoll

(b)

il-possibbiltà li tintgħażel il-liġi applikabbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji għall-Estonja

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għall-Estonja biss fir-rigward tal-proċedimenti ġuridiċi mibdija kif ukoll għall-ftehimiet tat-tip imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 konklużi mill-11 ta' Frar 2018.

Madankollu, għandu jingħata effett ukoll fl-Estonja l-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli, konkluż qabel il-11 ta' Frar 2018, sakemm ikun konformi mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

2.   Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għall-Estonja bla preġudizzju għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli konklużi skont il-liġi tal-Istat Membru li quddiem il-qorti tiegħu jittella' l-każ qabel il-11 ta' Frar 2018.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 fl-Estonja

Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu jidħol fis-seħħ fl-Estonja fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għall-Estonja mill-11 ta' Frar 2018.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 22.7.2010, p. 12.

(2)  ĠU L 343, 29.12.2010, p. 10.

(3)  ĠU L 323, 22.11.2012, p. 18.

(4)  ĠU L 23, 28.1.2014, p. 41.


11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1367

tal-10 ta' Awwissu 2016

dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2016) 5278)

(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u salvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(2)

F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent patoġeniku jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer selvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fi ħdan l-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-każ ta' tifqigħat ta' dik il-marda, fejn għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

(4)

Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

(5)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li jiġu deskritti fuq il-livell tal-Unjoni ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

(6)

Għaldaqstant, l-oqsma identifikati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Polonja għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri għandhom ikunu limitati fl-applikazzjoni biex jagħtu żmien biżżejjed għall-inkjesta epidemjoloġika u jippermettu eżami mill-ġdid tal-miżuri meħuda.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' Settembru 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).


ANNESS

Il-Polonja

Żoni kif imsemmija fl-Artikolu 1

Żona ta' protezzjoni

Il-limitu estern ta' din iż-żona ta' protezzjoni huwa magħmul minn:

(a)

mil-Lvant: mill-konfini tat-Tramuntana tar-raħal ta' Sanie Dąb il-parti tan-Nofsinhar tat-triq mir-raħal ta' Sanie Dąb għar-raħal ta' Kołaki Koscielne, bl-intersezzjoni max-xmara Dąb, imbagħad max-Xlokk tul ix-xmara Dąb, imbagħad tul il-konfini tal-foresta fil-Punent tar-raħal ta' Tybory — Olszewo, imbagħad tul it-triq mir-raħal ta' Tybory — Olszewo għar-raħal ta' Tybory — Kamianka, imbagħad il-konfini tal-Punent tar-raħal ta' Tybory — Kamianka lejn it-triq mir-raħal ta' Tybory-Kamianka lejn ir-raħal ta' Jabłonka Kościelna, imbagħad fin-Nofsinhar lejn il-mogħdija tal-ilma mill-għadira ta' Kamianka lejn ix-xmara Jabłonka, imbagħad mill-iżbokk tal-mogħdija tal-ilma għax-xmara Jabłonka, imbagħad linja dritta lejn in-Nofsinhar lejn salib it-toroq Nru 66 bit-triq mir-raħal Jabłonka Kościelna għar-raħal ta' Miodusy — Litwa;

(b)

min-Nofsinhar: it-triq Nru 66 fil-Punent tal-intersezzjoni tax-xmara Jabłonka mat-triq Nru 66, imbagħad tul il-konfini tan-Nofsinhar tar-raħal ta' Faszcze max-xmara Jabłonka, imbagħad fil-Punent tul ix-xmara Jabłonka mal-fruntiera tar-raħal ta' Wdziękoń Pierwszy u r-raħal Wdziękoń Drugi, imbagħad f'linja dritta lejn it-Tramuntana lejn it-triq Nru 66, imbagħad it-triq tal-Punent Nru 66 lejn l-intersezzjoni tal-mogħdija tal-ilma mat-triq Nru 66 fil-livell tar-raħal ta' Wdziękoń Pierwszy;

(c)

mill-Punent: lejn it-Tramuntana tul il-mogħdija tal-ilma lejn il-konfini tal-foresta, tul il-konfini tal-Lvant tar-Riżerva ta' Grabówka, imbagħad il-konfini tal-foresta fil-Lvant tat-triq mir-raħal ta' Grabówka għar-raħal ta' Wróble — Arciszewo;

(d)

mit-Tramuntana: f'linja dritta lejn il-Lvant lejn ix-xmara Dąb fin-Nofsinhar tar-raħal ta' Czarnowo Dąb, imbagħad fil-Lvant tul linja dritta lejn il-konfini tat-Tramuntana tar-raħal ta' Sanie Dąb, lejn it-triq mir-raħal ta' Sanie Dąb għar-raħal ta' Kołaki Koscielne.

Żona ta' sorveljanza

Il-limitu estern ta' din iż-żona ta' sorveljanza huwa magħmul minn:

(a)

mil-Lvant: f'linja dritta mill-konfini tad-distretti ta' wysokomazowiecki u zambrowski, fil-livell tar-raħal ta' Stare Niziołki, għall-intersezzjoni max-xmara Rokietnica bejn ir-raħal ta' Grodzkie Szczepanowięta u Nowe Grodzkie, imbagħad f'linja dritta lejn ir-raħal Wnory Wiechy, imbagħad fin-Nofsinhar tul it-triq u lejn il-Lvant tul il-konfini ta' Chojane Piecki, Kalinowo-Solki, Kalinowo Czosnowo, Buczyno Mikosy mar-raħal ta' Brzóski-Gromki, imbagħad f'linja dritta lejn in-Nofsinhar għax-xmara Brok, lejn il-konfini tal-Lvant tar-raħal Brzóski-Falki, imbagħad f'linja dritta lejn it-triq Nru 66, lejn il-konfini tat-Tramuntana tar-raħal ta' Włosty-Olszanka, imbagħad lejn in-Nofsinhar mit-triq Nru 66 lejn il-konfini tal-foresta;

(b)

min-Nofsinhar: f'linja dritta lejn il-Lbiċ tul il-konfini tan-Nofsinhar tar-raħal ta' Dąbrowa-Zabłotne, lejn il-konfini tan-Nofsinhar tar-raħal ta' Dąbrowa Wielka, imbagħad f'linja dritta lejn il-Punent fin-Nofsinhar tar-raħal ta' Krzeczkowo Mianowskie lejn il-konfini tar-reġjun ta' Podlaskie fil-livell tar-raħal ta' Zaręby-Choromany;

(c)

mill-Punent: tul il-konfini tar-reġjun ta' Podlaskie għat-triq Nru 63, imbagħad tul il-konfini tar-reġjun ta' Podlaskie u l-konfini tal-Punent tar-raħal ta' Srebrny Borek lejn it-triq Nru 8, tul il-konfini tal-Punent tar-raħal ta' Ostrożne, imbagħad lejn it-Tramuntana mal-fruntiera tal-Punent tar-raħal ta' Krajewo-Łętowo, Krajewo-Borowe, Krajewo-Ćwikły, imbagħad f'linja dritta tul il-fruntiera tal-Punent u tat-Tramuntana tar-raħal ta' Zbrzeżnica mat-triq Nru 63, imbagħad fit-Tramuntana tat-triq Nru 63 fil-latitudni tar-raħal ta' Polki-Teklin;

(d)

mit-Tramuntana: f'linja dritta lejn il-Lvant lejn il-fruntiera bejn id-distretti ta' zambrowski u łomżyński inkluż ir-raħal ta' Polki-Teklin sal-punt fil-latitudni tar-raħal ta' Kossaki-Nadbielne, imbagħad f'linja dritta fin-Nofsinhar tar-raħal ta' Kossaki-Nadbielne u 'l fuq mir-raħal ta' Kałęczyn-Walochy, imbagħad lejn salib it-toroq tat-triq Nru 679 mat-triq mir-raħal ta' Rutki-Kossaki għar-raħal ta' Kalinówka-Basie, imbagħad tul il-konfini tan-Nofsinhar tar-raħal ta' Rutki-Kossaki mal-intersezzjoni 11 tat-Triq Listopada mat-triq Nru S8, imbagħad f'linja 'l fuq mir-raħal ta' Górskie-Ponikły Stok u l-konfini tal-Lvant tar-raħal ta' Modzele-Górki u Olszewo Przyborowo mal-konfini tad-distretti ta' zambrowski u wysokomazowiecki fil-latitudni tar-raħal ta' Niziołki.


Rettifika

11.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/29


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1177 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 195 tal-20 ta' Lulju 2016 )

Il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1177 għandha tkun ikkunsidrata nulla u bla effett.