ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 203

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
28 ta' Lulju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta' Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas (Il-każ SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN)) (notifikata bid-dokument C(2015) 9526)  ( 1 )

1

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1209 tat-12 ta' Lulju 2016 li tissostitwixxi l-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE dwar il-Manwal SIRENE u miżuri oħra ta' implimentazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (notifikata bid-dokument C(2016) 4283)

35

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1208

tat-23 ta' Diċembru 2015

dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas (Il-każ SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN))

(notifikata bid-dokument C(2015) 9526)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 108(2)(1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni jew id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Il-Kummissjoni saret taf mill-istampa u mill-paġna tas-sit elettroniku tal-Bank Tercas-Cassa di Risparmio della Provincia di Teramo S.p.A. u tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti (“sistema di garanzia dei depositi italiano” — “DGS”), jiġifieri l-Fond Interbankarju għall-Protezzjoni tad-Depożiti (Fondo Interbancario di Tutela dei Depositi — “l-FITD” jew “il-Fond”), dwar l-intervent ta' appoġġ tal-FITD favur dan il-bank.

(2)

Fit-8 ta' Awwissu 2014 u fl-10 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Taljani, li bagħtu t-tweġiba tagħhom fis-16 ta' Settembru 2014 u fl-14 ta' Novembru 2014.

(3)

Bl-ittra tas-27 ta' Frar 2015 (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”), il-Kummissjoni għarrfet lill-Italja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat rigward l-għajnuna inkwistjoni.

(4)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-24 ta' April 2015 (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna.

(5)

Fit-2 ta' April 2015 il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-Italja.

(6)

Fit-22 ta' Mejju 2015 il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti ta' żewġ partijiet interessati, jiġifieri Tercas-Cassa di Risparmio della Provincia di Teramo S.p.A. u l-Banca Popolare di Bari S.C.p.A. (“BPB”).

(7)

Fl-istess jum irċeviet il-kummenti tal-Banca d'Italia (“BOI”) u tal-FITD.

(8)

Fid-9 ta' Ġunju 2015 il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lill-Italja, li ngħatat il-possibbiltà li twieġeb għalihom. L-Italja infurmat lill-Kummissjoni li ma kellha ebda kumment x'tagħmel dwar il-kummenti li ntbagħtulha.

(9)

Fit-13 ta' Awwissu u fis-17 ta' Settembru 2015 saru żewġ laqgħat mal-awtoritajiet Taljani u l-partijiet interessati, li fihom l-Italja spjegat fid-dettall l-argumenti li kienet ressqet fil-komunikazzjonijiet uffiċjali preċedenti tagħha.

2.   SFOND

2.1.   Tercas

(10)

Tercas — Cassa di Risparmio della Provincia di Teramo S.p.A. hija l-kumpanija ewlenija ta' grupp ta' banek (“Tercas”) li topera prinċipalment fir-Reġjun ta' Abruzzo. Fl-aħħar tal-2011, l-azzjonista ewlenija tal-kumpanija ewlenija kienet il-Fondazione Tercas, li dak iż-żmien kellha sehem ta' 65 % fil-kumpanija ewlenija.

(11)

Fl-aħħar tal-2011, Tercas kienet tinkludi lill-Banca Caripe S.p.A. (“Caripe”), bank reġjonali attiv l-aktar fir-Reġjun ta' Abruzzo u li kien inxtara minn Tercas fl-aħħar tal-2010 (b'sehem ta' 90 %) u integrat fir-rapport finanzjarju konsolidat ta' Tercas. Tercas kellu kapital ta' EUR 50 miljun u EUR 311 miljun f'riżervi.

(12)

Fl-aħħar tal-2011, Tercas irreġistrat total ta' assi konsolidati ta' EUR 5,3 biljun, EUR 4,5 biljun ta' self nett lill-klijenti, EUR 2,7 biljun f'dejn mal-klijenti, 165 sussidjarja u 1 225 impjegat.

(13)

Fis-17 ta' April 2012, wara spezzjoni għand Tercas (3), il-Banca d'Italia pproponiet lill-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi biex jissottometti lil Tercas għal amministrazzjoni straordinarja skont l-Artikolu 70 tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek (Testo Unico Bancario — “TUB”).

(14)

Fit-30 ta' April 2012, il-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi adotta digriet biex iqiegħed lill-Banca Tercas taħt amministrazzjoni straordinarja (4). Il-Banca d'Italia ħatret Kummissarju speċjali biex jivverifika s-sitwazzjoni, itemm l-irregolaritajiet u jissuġġerixxi soluzzjonijiet utli fl-interess tad-depożitanti.

(15)

Il-Kummissarju speċjali ta' Tercas ivvaluta diversi għażliet biex itemm id-diffikultajiet ta' Tercas. Għall-bidu ġew ikkunsidrati żewġ għażliet għar-rikapitalizzazzjoni ta' Tercas, jiġifieri l-intervent tal-Fondazione Tercas (l-azzjonista ewlenija ta' Tercas) jew inkella tal-Credito Valtellinese (li kellha sehem ta' 7,8 %), iżda dawn l-għażliet li twarrbu aktar tard.

(16)

F'Ottubru 2013, bi ftehim mal-Banca d'Italia, il-Kummissarju speċjali ta' Tercas stabbilixxa kuntatti ma' BPB, li wera interess li jinjetta kapital f'Tercas sakemm l-assi ta' Tercas u Caripe jiġu soġġetti għal investigazzjoni ta' diliġenza dovuta u l-FITD ikopri d-defiċit kapitali sħiħ ta' Tercas.

(17)

Fil-25 ta' Ottubru 2013, skont l-Artikolu 29 tal-Istatut tal-FITD, il-Kummissarju speċjali ta' Tercas bagħat lill-FITD talba għal intervent ta' appoġġ ta' mhux aktar minn EUR 280 miljun, li kien jinkludi rikapitalizzazzjoni li tkopri d-defiċit kapitali ta' Tercas fit-30 ta' Settembru 2013 u l-impenn tal-FITD li jixtri l-assi f'diffikultà.

(18)

Waqt il-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-FITD iddeċieda li jintervjeni insostenn ta' Tercas skont l-Artikolu 96(b)(1)(d) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, għal ammont massimu ta' EUR 280 miljun. Fid-29 ta' Ottubru 2013 id-deċiżjoni favur l-intervent ġiet ratifikata mill-Kunsill tal-FITD.

(19)

Fit-30 ta' Ottubru 2013, l-FITD talab lill-Banca d'Italia l-awtorizzazzjoni biex jimplimenta dan l-intervent ta' appoġġ, li l-Banca d'Italia tat fl-4 ta' Novembru 2013. Madankollu, finalment l-FITD ma wettaqx dan l-intervent ta' appoġġ.

(20)

Fit-18 ta' Marzu 2014, l-investigazzjoni ta' diliġenza dovuta dwar l-assi ta' Tercas ingħalqet b'nuqqas ta' qbil bejn l-esperti tal-FITD u dawk tal-grupp bankarju (“BPB”) ikkontrollat mill-grupp ewlieni Banca Popolare di Bari S.C.p.A. Il-kwistjoni ssolviet mill-partijiet li qablu fuq l-intervent ta' arbitru propost mill-Banca d'Italia. Mid-diliġenza dovuta ħarġu aġġustamenti tal-ipprezzar oħrajn fuq l-assi.

(21)

Fl-1 ta' Lulju 2014, l-FITD bagħat talba oħra lill-Banca d'Italia ta' awtorizzazzjoni biex iwettaq intervent ta' appoġġ favur Tercas, iżda b'xi tibdil fil-kundizzjonijiet.

(22)

Il-Banca d'Italia awtorizzat dan l-intervent ta' appoġġ b'xi tibdil fil-kundizzjonijiet (5) fis-7 ta' Lulju 2014.

(23)

Il-Banca d'Italia awtorizzat lill-Kummissarju speċjali ta' Tercas biex isejjaħ laqgħa straordinarja tal-azzjonisti ta' Tercas fis-27 ta' Lulju 2014, bl-għan li jiddeċiedu dwar il-kopertura tat-telf li seħħ waqt l-amministrazzjoni straordinarja u dwar żieda simultanja ta' kapital ta' EUR 230 miljun, riżervata għal BPB.

(24)

It-telf ta' Tercas relatat mal-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Marzu 2014 kien jammonta għal EUR 603 miljun. Wara l-valwazzjoni negattiva sħiħa tal-pożizzjoni tal-investiment residwa ta' EUR 337 miljun, fil-31 ta' Marzu 2014 il-valur nett ta' Tercas kien għalhekk negattiv u kien jammonta għal EUR -266 miljun (6).

(25)

Fis-27 ta' Lulju 2014, il-laqgħa ġenerali tal-membri ta' Tercas (7) iddeċidiet kif ġej:

(1)

il-kopertura parzjali tat-telf, li fost affarijiet oħrajn tikkanċella l-kapital u tannulla l-ishma ordinarji pendenti kollha, u

(2)

iż-żieda tal-kapital sa EUR 230 miljun bil-ħruġ ta' ishma ordinarji ġodda riżervat għal BPB. Din iż-żieda tal-kapital saret fis-27 ta' Lulju 2014 u tħallset b'kumpens parzjali ta' kreditu ta' EUR 480 miljun minn BPB lil Tercas (li jikkorrispondi għal finanzjament ipprovdut minn BPB fil-5 ta' Novembru 2013).

(26)

F'Settembru 2014 Tercas irrikapitalizza lis-sussidjarja tiegħu Caripe b'injezzjoni ta' kapital ta' EUR 75 miljun.

(27)

Fl-1 ta' Ottubru 2014, ingħalqet l-amministrazzjoni straordinarja ta' Tercas u BPB ħatar il-korpi korporattivi l-ġodda.

(28)

Fit-30 ta' Settembru 2014, fi tmiem perjodu ta' amministrazzjoni straordinarja, Tercas kellu EUR 2 994 miljun f'assi, EUR 2 198 miljun f'debiti lejn il-klijenti, EUR 1 766 miljun f'self nett in bonis, EUR 716-il miljun f'kontijiet ta' provvedimenti għal self mhux produttiv u EUR 182 miljun ta' kapital totali tal-Grad 1 (8).

(29)

F'Marzu 2015 BPB issottoskriva żieda ġdida fil-kapital ta' Tercas li tammonta għal EUR 135,4 miljun (li minnhom EUR 40,4 miljun għas-sussidjarja Caripe), bl-għan li jlaħħqu ma' telf ulterjuri li sofrew fir-raba' kwart tal-2014, ikopru l-ispejjeż ta' ristrutturar fl-2015 u fl-2016 u jtejbu l-proporzjonijiet ta' kapital ta' Tercas.

2.2.   BPB

(30)

Il-Banca Popolare di Bari S.C.p.A. huwa l-kumpanija ewlenija tal-grupp bankarju BPB. BPB jopera l-aktar fin-Nofsinhar tal-Italja. Fi tmiem l-2013, BPB kien jippreżenta total ta' EUR 10,3 biljun f'assi, 6,9 biljun f'self lill-klijenti, 6,6 biljun depożiti ta' klijenti, 247 sussidjarja u 2 206 impjegat, proporzjon tal-Grad 1 ta' 8,1 % u proporzjon ta' kapital totali ta' 11,1 %.

(31)

F'Diċembru 2014, BPB wettaq żieda fil-kapital ta' EUR 500 miljun, li tinkludi l-ħruġ ta' ishma ġodda sa EUR 300 miljun u l-ħruġ ta' self subordinat ta' Grad 2 sa EUR 200 miljun. Iż-żieda fil-kapital serviet biex issaħħaħ il-proporzjonijiet ta' kapital ta' BPB li ġew affettwati bl-akkwist ta' Tercas.

2.3.   Il-kuntest tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti Taljani u l-FITD

(32)

Skont id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), fis-seħħ meta sar l-intervent tal-FITD għal Tercas, l-ebda istituzzjoni ta' kreditu ma tista' taċċetta depożiti jekk ma tkunx issegwi skema ta' garanzija tad-depożiti rikonoxxuta b'mod uffiċjali (10). L-Artikolu 96 tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek jgħid hekk: “Il-banek Taljani għandhom isegwu waħda mill-iskemi ta' garanzija tad-depożitanti stabbiliti u rikonoxxuti fl-Italja. Il-banek ta' kreditu kooperattivi għandhom isegwu l-iskema ta' garanzija tad-depożitanti stabbilita fil-qasam tagħhom” (11).

(33)

Fil-preżent fl-Italja hemm żewġ skemi ta' garanzija tad-depożiti:

(1)

L-FITD, rikonoxxut bħala skema ta' garanzija tad-depożiti fl-10 ta' Diċembru 1996, li għandu l-forma ta' konsorzju obbligatorju privat (12). Fil-preżent l-FITD huwa l-unika skema ta' garanzija tad-depożiti stabbilita u rikonoxxuta fl-Italja li s-sħubija fiha hija miftuħa għal banek differenti mill-banek ta' kreditu kooperattiv (13). Skont l-Artikolu 2 tal-Istatut tal-FITD, approvat mill-Banca d'Italia: “Għandhom jissieħbu mal-Fond il-banek Taljani, ħlief il-banek ta' kreditu kooperattiv.”

(2)

Fond ta' Garanzija tad-Depożitanti tal-Kreditu Kooperattiv (Fondo di Garanzia dei Depositanti del Credito Cooperativo — “FGDCC”), skema ta' garanzija tad-depożiti stabbilita bil-liġi li s-sħubija fiha hija riservata, kif ukoll imposta, għall-banek tal-kreditu kooperattiv.

(34)

Skont l-Artikolu 96(a) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek u l-Artikolu 29 tal-Istatut tal-FITD, dan tal-aħħar jista' jimplimenta, taħt ċerti kundizzjonijiet, interventi ta' appoġġ favur membri tal-konsorzju soġġetti għal amministrazzjoni straordinarja.

(35)

Dawn l-interventi jkunu ffinanzjati ex post mill-konstribuzzjonijiet obbligatorji tal-banek membri. Il-kontribuzzjonijiet individwali huma kkwantifikati abbażi tad-dispożizzjonijiet statutorji rilevanti (14) fi proporzjon għall-ammont ta' depożiti garantiti miżmuma minn kull bank. Il-kontribuzzjonijiet ma jiġux irreġistrati direttament fir-rapporti finanzjarji tal-FITD, iżda jidhru f'kontijiet separati għal kull intervent li jirreferu għalih.

(36)

Id-deċiżjonijiet dwar l-interventi ta' appoġġ jittieħdu miż-żewġ korpi governattivi tal-FITD:

(1)

Il-Kunsill (15), li jaġixxi b'mapporanza assoluta tal-membri li jkunu preżenti fil-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni. Il-President tal-Kunsill jiġi elett mill-membri tal-Kunsill. Il-membri l-oħrajn tal-Kunsill jintgħażlu fi proporzjon mal-ammont ta' depożiti garantiti miżmuma minn kull bank, u b'hekk huma ffavoriti dawk li jħallsu l-aktar kontribuzzjonijiet, iżda xorta waħda hija garantita r-rappreżentanza ta' banek ta' daqs iżgħar (16). Il-membri l-oħrajn tal-Kunsill, li fil-preżent huma 23, huma fil-parti l-kbira rappreżentanti tal-banek ewlenin membri tal-konsorzju (17), fil-preżent b'żewġ rappreżentanti ta' Unicredit, Intesa Sanpaolo u Monte dei Paschi di Siena. Anki l-President tal-Associazione Bancaria Italiana (ABI) huwa membru tal-Kunsill.

(2)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni (18), li jaġixxi b'maġġoranza tal-membri li jkunu preżenti għal-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni. Il-Kumitat ta' Ġestjoni jikkonsisti fil-President tal-Kunsill, il-Viċi President tal-Kunsill, b'funzjoni ta' Viċi President tal-istess Kumitat, u minn sitt membri oħrajn tal-Kunsill.

(37)

Il-Kumitat ta' ġestjoni għandu setgħa deċiżjonali għall-interventi ta' appoġġ fil-forma ta' finanzjamenti u garanziji (19), filwaqt li għal investimenti fil-forma ta' ishma azzjonarji u forom tekniki oħrajn ta' appoġġ is-setgħa deċiżjonali hija f'idejn il-Kunsill, fuq proposta tal-Kumitat ta' Ġestjoni (20).

3.   IL-MIŻURI

(38)

L-intervent ta' appoġġ tal-FITD awtorizzat mill-Banca d'Italia fis-7 ta' Lulju 2014 jipprovdi l-miżuri li ġejjin:

(1)    Miżura 1 : EUR 265 miljun fil-forma ta' kontribut mhux ripagabbli biex ikopri d-defiċit tal-ekwità tal-Bank Tercas;

(2)    Miżura 2 : EUR 35 miljun bħala garanzija (għal tliet snin) biex ikopru r-riskju ta' kreditu assoċjat ma' ċerti skoperturi ta' Tercas lejn […] (21). L-iskoperturi (żewġ finanzjamenti “bullet” (b'saldu uniku) li jimmaturaw fil-31 ta' Marzu 2015) ġew rimborżati kompletament mid-debituri fil-maturità u għalhekk il-garanzija skadiet mingħajr ma ġiet infurzata.

(3)    Miżura 3 : sa EUR 30 miljun bħala garanzija biex tkopri l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-pagamenti tat-taxxa fuq il-miżura 1. Dawn il-pagamenti tat-taxxa jkunu meħtieġa jekk il-miżura 1 ma tkunx eżentata mit-taxxa taħt il-leġiżlazzjoni Taljana (*). Din l-eżenzjoni speċifika tat-taxxa għall-interventi ta' appoġġ tal-FITD skont il-liġijiet rilevanti trid tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni Ewropea. F'dan il-każ, l-FITD ħallset l-ammont sħiħ ta' EUR 30 miljun lil Tercas qabel ma l-Kummissjoni ħadet deċiżjoni dwar l-eżenzjoni mit-taxxa.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(39)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet, b'mod preliminari, li l-miżuri mhux notifikati jistgħu jinvolvu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107 tat-Trattat, u qajmu dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern.

(40)

B'mod preliminari, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-intervent ta' appoġġ tal-FITD huwa attribwibbli lill-Istat Taljan u li r-riżorsi tal-FITD huma soġġetti għall-kontroll pubbliku. B'mod aktar speċifiku, l-interventi tal-FITD isegwu mandat pubbliku stabbilit mill-Istat: il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek hija l-bażi għar-rikonoxximent tal-FITD bħala skema obbligatorja ta' garanzija tad-depożiti; l-Artikolu 96(a) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek jawtorizza lill-FITD biex jintervjeni b'metodi oħrajn minbarra r-rimborż tad-depożitanti f'każ ta' stralċ; l-Istatut tal-FITD huwa approvat mill-Banca d'Italia. Barra minn hekk, jekk l-FITD jintervjeni f'każijiet differenti għajr l-istralċ u b'mezzi oħrajn, dawn l-interventi huma dejjem soġġetti għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Taljan permezz tal-Banca d'Italia.

(41)

Fir-rigward tal-eżistenza ta' vantaġġ selettiv, il-Kummissjoni nnutat li fl-interventi l-FITD ma aġixxiex fil-kwalità tiegħu ta' operatur f'ekonomija tas-suq, peress li l-FITD ta' appoġġ permezz ta' kontribut mhux ripagabbli biex ikopri defiċit fl-ekwità u ma applika ebda kummissjoni għall-garanziji maħruġa favur Tercas. Dawn il-miżuri ppermettew li Tercas ma joħroġx mis-suq, għall-kuntrarju ta' dak li kien jiġri fin-nuqqas ta' dan l-appoġġ.

(42)

B'mod preliminari, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri huma selettivi minħabba li jirreferu biss għal Tercas u għandhom effett ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni billi jevitaw il-falliment u l-ħruġ mis-suq tal-benefiċjarju. Fl-istess ħin, Tercas huwa f'kompetizzjoni ma' impriżi barranin, u għalhekk huwa affettwat ukoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(43)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk il-miżuri 1, 2 u 3 kellhom jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, ikunu ngħataw bi ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

5.   IL-KUMMENTI TAL-ITALJA U TAL-PARTIJIET INTERESSATI

5.1.   Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat

5.1.1.   Il-kummenti tal-Italja  (22)

(44)

L-Italja tikkunsidra li l-miżuri relatati mal-intervent ta' appoġġ mhumiex obbligatorji peress li l-FITD kellu l-libertà sħiħa li jiddeċiedi f'liema stadju jintervjeni, safejn jintervjeni u b'liema mezzi konkreti. Barra minn hekk, dawn il-miżuri ma jirriżultawx minn relazzjoni ta' funġibbiltà diretta mal-għanijiet obbligatorji previsti fil-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, iżda għandhom l-għan li jsegwu direttament skop differenti jew tal-inqas ulterjuri, li huwa preċiżament l-irkupru tal-bank f'diffikultà. Kwalunkwe għan li seta' kkoinċida ma' dak tal-protezzjoni tad-depożitanti kien ikollu biss karattru każwali. F'dan il-kuntest ir-referenza tal-Kummissjoni għall-kawża Austrian Green Electricity Act  (23) mhijiex rilevanti. Il-każ ikkwotat kien jirrigwarda regola li tistabbilixxi l-eżenzjoni mit-taxxa, li għandha natura pubblika b'definizzjoni u li tiġġustifika l-preżunzjoni ta' imputabbiltà tal-miżura lill-Istat.

(45)

L-Italja ssostni wkoll li l-interpretazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni, li hija bbażata fuq speċi ta' preżunzjoni tal-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat f'każ ta' kwalunkwe intervent ta' skema ta' garanzija tad-depożiti, mhijiex ibbażata fuq id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) (li kienet għadha ma ġietx trasposta u li l-iskadenza tat-traspożizzjoni tagħha kien għadu ma skadiex meta ġew adottati l-miżuri). Din l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni lanqas ma hija bbażata fuq il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 (25). B'mod speċifiku, skont il-paragrafu 63 ta' din il-Komunikazzjoni, l-imputabbiltà eventwali lill-Istat tad-deċiżjonijiet rigward l-użu ta' fondi ta' garanzija tad-depożiti hija soġġetta għal valutazzjoni ta' każ b'każ, filwaqt li l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/49/UE ma jiddeterminax l-obbligu ġenerali ta' notifika minn qabel ta' kwalunkwe intervent mill-fondi ta' garanzija. Notifika minn qabel lill-Kummissjoni tkun meħtieġa biss f'każ li wara verifika konkreta jiġi stabbilit li miżura ta' appoġġ hija għajnuna mill-Istat.

(46)

F'dak li jirrigwarda l-imputabbiltà tal-intervent tal-FITD lill-Italja, l-awtoritajiet Taljani jibbażaw l-analiżi tagħhom fuq il-kriterju ta' imputabbiltà żviluppat fil-kuntest tal-Kawża Stardust Marine  (26), li mhuwiex issodisfat f'dan il-każ għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, l-FITD huwa entità privata li taġixxi biss permezz tal-Assemblea u l-korpi governattivi tagħha, li l-membri tagħhom huma kollha rappreżentanti tal-banek membri u jaġixxu b'mod awtonomu għal kollox. Il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-interventi ta' appoġġ kien totalment indipendenti, mingħajr ma kien previst ebda involviment attiv tal-Banca d'Italia jew ta' kwalunkwe entità pubblika oħra. Il-fatt li rappreżentant tal-Banca d'Italia jieħu sehem fil-laqgħat tal-korpi governattivi tal-FITD ma jistax jitqies bħala prova tal-parteċipazzjoni kondiviża attiva tal-Banca d'Italia fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Fond, peress li r-rwol ta' rappreżentanza kien totalment limitat għar-rwol passiv ta' osservatur.

(47)

L-Italja targumenta wkoll li s-setgħa tal-Banca d'Italia li tapprova l-Istatut tal-FITD u kull emenda li ssirlu kif ukoll li tawtorizza l-interventi individwali ma taffettwax l-awtonomija tal-FITD peress li hija limitata għal sempliċi azzjoni ta' awtorizzazzjoni sussegwenti, imwettqa minnu bħala awtorità li tissorvelja u tidderieġi l-ġestjoni tal-kriżijiet skont il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek. Id-deċiżjoni tal-Banca d'Italia tikkostitwixxi miżura ta' ratifika limitata għal superviżjoni formali sussegwenti tal-legalità ta' azzjoni privata li diġà twettqet fl-intier tagħha. Din l-analiżi hija kkonfermata mill-fatti, b'mod partikolari l-miżura ta' awtorizzazzjoni invokata mill-Banca d'Italia fir-rigward tal-FITD, fejn il-Bank irrikonoxxa li ma jispezzjonax l-għażliet magħmulin mill-FITD. Bħala appoġġ għal dan l-argument, l-Italja targumenta li l-każ preżenti għandu similaritajiet ċari mal-każ Sicilcassa  (27), fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li l-intervent ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-parteċipazzjoni deċiżiva ta' entitajiet privati.

(48)

Fir-rigwarda tal-provi li tirreferi għalihom il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, skont l-Italja ma jurux l-indħil tal-Banca d'Italia fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-FITD. Skont l-Italja, il-Kummissarju speċjali, għalkemm maħtur mill-Banca d'Italia, ma għandux is-setgħa li jinfluwenza direttament id-deċiżjoni meħuda mill-FITD li talloka fondi lil bank f'diffikultà. Minflok il-Kummissarju aġixxa fir-rwol tiegħu ta' servizzjant u rappreżentant legali tal-bank f'amministrazzjoni straordinarja u mhux f'isem il-Banca d'Italia. Fi kliem ieħor, assuma s-setgħat kollha tal-liġi privata tal-korpi governattivi xolti. It-tieni nett, l-Italja tikkontesta l-preżenza ta' ħjiel ta' interferenza mill-Banca d'Italia. L-Italja ssostni li s-silta minn nota tad-direttur ġenerali tal-FITD, li tmur lura għat-28 ta' Mejju 2014 u li fiha jissemma li r-rappreżentant tal-Banca d'Italia “talab lill-Fond biex isib ftehim bilanċjat ma' BPB għall-kopertura tad-defiċit ta' kapital (…)”, għandha tiġi interpretata bħala xewqa u mhux ordni. Fl-aħħar nett, skont l-Italja fl-ebda minuta dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-korpi governattivi tal-FITD dwar l-intervent favur Tercas ma jinstab xi teħid ta' pożizzjoni tal-Banca d'Italia li ġġiegħlek taħseb li dan kellu xi influwenza fuq il-Fond.

5.1.2.   Il-kummenti tal- Banca d'Italia  (28)

(49)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Banca d'Italia tiċħad li l-intervent ta' appoġġ tal-FITD huwa attribwibbli għall-Istat, peress li:

(1)

l-FITD ma jobdix mandat ta' politika pubblika fil-qafas tal-appoġġ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu;

(2)

il-Banca d'Italia ma tiddeċidix flimkien mal-FITD, la b'mod ġenerali u lanqas fil-każ inkwistjoni, dwar l-interventi ta' appoġġ favur impriżi speċifiċi u ma timmonitorjax il-konformità tal-operat tal-FITD mal-mandati pubbliċi li jistgħu jiġu kkonferiti lilha;

(3)

il-każ inkwistjoni huwa ferm differenti mill-miżuri ta' għajnuna mill-Istat meħudin mid-Danimarka, minn Spanja u mill-Polonja, imsemmija fin-nota ta' qiegħ il-paġna 28 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, li dwarhom il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li r-riżorsi użati fl-interventi tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti kienu disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċu u li għalhekk l-interventi kienu imputabbli lill-Istat.

(50)

Fir-rigward tal-ewwel punt, skont il-Banca d'Italia l-uniku mandat pubbliku tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti kien irrappreżentat mir-rimborż tad-depożitanti: l-aħħar sentenza tal-Artikolu 96(a)(1), tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, li tawtorizza lill-FITD jintervjeni b'mod differenti mir-rimborż tad-depożitanti f'każ ta' stralċ, la jista' jikkostitwixxi xi sinjal ta' imputabbiltà lill-Istat tal-interventi tal-FITD li mhumiex rimborżi tad-depożitanti, u lanqas xi għoti ta' mandat ta' politika pubblika lill-FITD. Din id-dispożizzjoni sempliċiment tippermetti l-użu ta' forom oħrajn ta' intervent.

(51)

Ir-referenza magħmula fid-Direttiva 2014/49/UE għall-falliment tal-istituzzjoni ta' kreditu tindika biss li l-miżuri ġeneralment għandhom ir-rwol li jikkontrollaw l-ispejjeż tal-intervent tal-iskemi ta' garanzija billi jipprevjenu r-rimborż tad-depożitanti u allura l-falliment tal-banek. Il-fatt li d-Direttiva 2014/49/UE ma tistabbilixxix il-kundizzjoni li l-miżuri ta' appoġġ tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jridu jkunu soġġetti għall-Kummissjoni jimplika li l-eżerċitar tad-diskrezzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-miżuri ma jistax fih innifsu jikkostitwixxi prova tal-għoti ta' mandat pubbliku lill-iskema ta' garanzija tad-depożiti.

(52)

Barra minn hekk il-Banca d'Italia issostni li l-Artikolu 29 tal-Istatut tal-FITD li jgħid li din tal-aħħar tista' tintervjeni insostenn ta' bank soġġett għall-amministrazzjoni straordinarja biss “meta jkun hemm prospetti ta' rkupru u fejn ikunu mistennija inqas spejjeż minn dawk li jinħolqu bl-intervent fl-eventwalità ta' stralċ” jgħid l-oppost dwar is-silta tad-deċiżjoni tal-ftuħ li fiha l-Kummissjoni sostniet li l-Italja ppermettiet lill-iskema ta' garanzija tad-depożiti tagħha biex tintervjeni sabiex “tipprevjeni l-falliment ta' istituzzjoni ta' kreditu”.

(53)

Fl-aħħar nett, il-fatt li l-Banca d'Italia trid tawtorizza l-interventi ta' appoġġ tal-FITD ma jindikax li l-FITD qiegħed isegwi xi għan ta' interess pubbliku. Jekk jiġi sostnut il-kuntrarju jkun ifisser li l-attivitajiet bankarji kollha soġġetti għas-superviżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew jew tal-Banca d'Italia huma attivitajiet iddeterminati mill-interess pubbliku. Il-Banca d'Italia hija wkoll obbligata li taġixxi b'mod indipendenti mill-Istat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (29).

(54)

Rigward it-tieni punt, il-Banca d'Italia sempliċiment teżerċita s-setgħat superviżorji fir-rigward tal-għanijiet ta' protezzjoni ta' min ifaddal, tal-istabilità tas-sistema bankarja u tal-ġestjoni soda u prudenti tal-banek (l-Artikolu 5 tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek). Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 96(b)(1)(b) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, li tgħid li l-Banca d'Italia “tikkoordina l-attività tal-iskemi ta' garanzija mad-dixxiplina tal-kriżijiet bankarji u mal-attività ta' sorveljanza”, tagħti biss lill-Banca d'Italia is-setgħa ġenerali li tiżgura l-konsistenza tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti mal-attività ta' sorveljanza; din is-setgħa tista' tiġi eżerċitata biss permezz tal-awtorizzazzjoni tal-intervent.

(55)

Minħabba li l-Banca d'Italia hija obbligata li taġixxi b'mod indipendendi mill-Istat, l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha fuq l-FITD fil-kuntest ta' intervent ta' appoġġ lil xi bank ma jistax jitqies bħala kontroll pubbliku fuq ir-riżorsi jew li huwa marbut ma' xi mandat pubbliku. Għal din ir-raġuni dan il-każ partikolari eżaminat jippreżenta xebh evidenti mal-kawża Doux Élevage  (30).

(56)

Barra minn hekk, il-Banca d'Italia ssostni li ma tikkontribwixxix la fit-tfassil u lanqas fl-implimentazzjoni tal-intervent ta' appoġġ tal-FITD u li kwalunkwe kuntatt bejn il-Bank u l-FITD fil-fażi ta' qabel il-formalizzazzjoni tat-talba għall-awtorizzazzjoni tal-FITD lill-Banca d'Italia ma jistax jiġi kklassifikat bħala kontribut f'dawn il-miżuri. Il-Banca d'Italia sempliċiment ipprovdiet gwida inizjali, esklussivament fid-dawl tal-parametri regolatorji li kellhom jiggwidaw l-intervent sussegwenti ta' awtorizzazzjoni.

(57)

Il-fatt li l-Banca d'Italia ħatret lill-Kummissarju speċjali u tissorvelja l-attivitajiet tiegħu huwa irrilevanti f'dan il-każ, ġaladarba il-kompiti u l-għanijiet ta' Kummissarju speċjali huma sostanzjalment simili għal dawk ta' amministratur ordinarju ta' impriża privata fi kriżi u dan il-Kummissarju għalhekk ma aġixxiex f'isem il-Banca d'Italia.

(58)

Ir-rappreżentant tal- Banca d'Italia jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill u tal-Kumitat ta' ġestjoni tal-FITD biss bħala osservatur u mingħajr dritt għal vot. Il-fatt li tilwima bejn l-FITD u l-BPB dwar l-ammont tad-defiċit tal-kapital ta' Tercas issolviet minn arbitru maħtur mill-Banca d'Italia huwa irrilevanti, ladarba kienu l-partijiet, b'mod indipendenti u bi qbil reċiproku, li talbu lill-Banca d'Italia tissuġġerilhom persuna li wara huma stess ħatru bħala arbitru. Il-BPB ma kienx ikun lest li jitlob lill-Banca d'Italia taħtar arbitru kieku dan tal-aħħar kien ser ikollu rwol “ta' ġestjoni u gwida” tal-FITD.

(59)

Rigward it-tielet punt, il-każ inkwistjoni huwa differenti minn dawk imsemmija fil-punt 44 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li l-interventi tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti fir-ristrutturar u fl-istralċ jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(60)

Fil-każ tal-iskema ta' għajnuna Daniża għall-istralċ (31), (1) ir-regoli interni irregolaw fid-dettall il-kundizzjonijiet għall-interventi ta' appoġġ, (2) il-kumitat inkarigat mill-valutazzjoni tal-ispejjeż tad-diversi għażliet inħatar mill-Ministru tal-Ekonomija u tal-Affarijiet Kummerċjali, (3) l-istess Kumitat kellu jivvaluta jekk ix-xerrej kienx kapaċi jamministra l-bank fi kriżi u jekk is-soluzzjoni kinitx sostenibbli mill-aspett kummerċjali, (4) id-deċiżjoni tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni u fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat imsemmi hawn fuq, (5) il-Bord tad-Diretturi tal-iskema ta' ġestjoni tad-depożiti inħatar mill-Ministru tal-Ekonomija u tal-Affarijiet Kummerċjali u (6) dan tal-aħħar kellu wkoll japprova l-ftehim bejn il-bank xerrej u l-iskema ta' garanzija tad-depożiti.

(61)

Fil-każ li kien jirrigwarda l-iskema ta' stralċ tal-għaqdiet ta' kreditu Pollakki (32), l-inċentivi pprovduti mill-iskema ta' garanzija tad-depożiti kienu jiffurmaw parti integrali minn skema ta' stralċ tal-għaqdiet ta' kreditu, li ġiet imfassla mill-awtoritajiet Pollakki u notifikata lill-Kummissjoni bħala għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti kienet “soġġetta għall-kontroll tal-gvern permezz ta' drittijiet ta' vot fil-Kunsill tal-Fond u permezz ta' sensiela ta' ċirkustanzi li fihom il-Ministru tal-Finanzi kellu d-dritt li jintervjeni u jieħu deċiżjonijiet diretti li jaffettwaw il-funzjonament tal-Fond”. Il-President tal-Kunsill tal-Fond, maħtur mill-Ministru tal-Finanzi, kellu wkoll ir-responsabbiltà tal-vot deċiżiv fil-każ ta' voti ndaqs.

(62)

Fir-rigward tad-deċiżjoni dwar ir-ristrutturar tal-bank Spanjol CAM u ta' Banco CAM (33), l-awtoritajiet Spanjoli għamlu użu mill-għajnuna finanzjarja tal-Fond għar-ristrutturar ordnat tal-banek (34), fond iddedikat għall-għajnuna għall-istralċ kkontrollat mill-Istat u mill-fond ta' garanzija tad-depożiti Spanjol. Id-deċiżjoni tal-fond favur l-intervent ma kinitx ibbażata fuq deċiżjoni awtonoma tiegħu, peress li l-intervent ta' dan il-fond kien jaqa' fl-ambitu ta' operazzjoni ta' salvataġġ usa', li kienet deċiża u implimentata mill-awtoritajiet Spanjoli.

5.1.3.   Kummenti minn partijiet interessati oħrajn

(63)

L-ewwel nett, il-partijiet interessati l-oħrajn, jiġifieri l-FITD, il-BPB u Tercas, isostnu b'mod ġenerali li n-natura pubblika tar-riżorsi u l-imputabbiltà lill-Istat huma żewġ kundizzjonijiet kumulattivi separati. Għaldaqstant, ir-riżorsi li ġejjin mill-privat ma jistgħux jitqiesu pubbliċi wara valutazzjoni li l-użu ta' dawn ir-riżorsi huwa imputabbli lill-Istat.

(64)

Il-partijiet interessati l-oħrajn isostnu li l-Kummissjoni kkunsidrat b'mod żbaljat li huwa probabbli ħafna li l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti jagħtu għajnuna mill-Istat minħabba l-fatt li dawn tal-aħħar jaġixxu skont mandat pubbliku u jibqgħu taħt il-kontroll tal-awtorità pubblika. F'dan ir-rigward jindikaw li l-Komunikazzjoni tal-2013 dwar is-settur bankarju ma ssemmix it-tip ta' għajnuna mill-Istat tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, li d-Direttiva 94/19/KE ma ssemmix il-kompatibilità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-interventi alternattivi għar-rimborż tad-depożitanti u li d-Direttiva 2014/49/UE tieħu pożizzjoni newtrali rigward il-kompatibilità ta' dawn il-miżuri mal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat.

(65)

Il-partijiet interessati l-oħrajn iqisu li l-Kummissjoni waslet, b'mod preliminari, għall-konklużjoni li l-interventi tal-FITD huma imputabbli lill-Istat abbażi tas-sempliċi raġuni li dawn l-interventi huma stabbiliti bil-liġi, filwaqt li fil-KawżiPreussenElektra  (35) uDoux Élevage  (36) il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet b'mod espliċitu li l-impożizzjoni ta' miżura bħal din permezz ta' liġi tal-Istat tista' titqies bħala element adattat biex jiġi attribwit il-karattru ta' għajnuna mill-Istat lil miżura partikolari. Fil-Kawża Austrian Green Electricity Act  (37), il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni diversi elementi addizzjonali li jindikaw l-influwenza u l-kontroll “dettaljati” eżerċitati mill-Istat fuq ÖMAG (il-korporazzjoni inkarigata mill-kontroll tal-miżura inkwistjoni).

(66)

Il-partijiet interessati l-oħrajn jikkunsidraw li l-qari korrett tal-leġiżlazzjoni ta' referenza nazzjonali u tal-mekkaniżmu deċiżjonali tal-FITD rigward l-interventi ta' appoġġ tal-Fond maħsuba biex jevitaw kriżijiet bankarji irriversibbli juri li l-elementi msemmija mill-Kummissjoni biex waslet, b'mod preliminari, għall-konklużjoni li l-interventi tal-FITD jissodisfaw mandat pubbliku huma infondati. Huma jibbażaw l-argument tagħhom fuq il-fatt li l-Artikolu 96(a) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek jipprovdi biss li l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti “jistgħu jipprevedu każijiet u forom oħrajn ta' intervent” (38). Dan il-karattru mhux vinkolanti tal-intervent jiżgura li l-azzjoni tal-FITD ma tkunx relatata mal-missjoni statutorja tiegħu.

(67)

Il-partijiet interessati l-oħrajn jargumentaw li l-mezzi alternattivi ta' intervent minflok ir-rimborż tad-depożitanti ilhom preżenti mill-ħolqien tal-FITD fl-1987, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 96(a) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek.

(68)

L-FITD jindika li għandu karattru ta' entità privata, ikkontrollata u mmexxija mill-banek membri, u li jaġixxi bħala mezz għall-implimentazzjoni ta' interventi direttament attribwiti lill-membri permezz ta' riżorsi rilevanti għalihom. Barra minn hekk, id-deċiżjoni ta' appoġġ lil Tercas ittieħdet mill-korpi governattivi tal-FITD, magħmulin għal kollox mill-banek membri tal-konsorzju. Mill-evidenza tad-dokumenti jirriżulta li l-korpi governattivi tal-FITD ivvalutaw bir-reqqa l-possibbiltajiet alternattivi u l-implimentazzjoni tar-rekwiżit ta' inqas spejjeż bl-għan li jipproteġu aktar l-interessi tal-membri, bit-tnaqqis tal-ispejjeż u r-riskji ta' intervent.

(69)

Il-korp governattiv tal-FITD iddeċieda b'awtonomija sħiħa jekk, meta u kif iwettaq interventi ta' appoġġ, soġġetti biss għall-kriterju ta' “inqas spejjeż” meta mqabbel mar-rimborż tad-depożitanti. L-FITD ma jaġixxix fil-qafas ta' mandat pubbliku meta jadotta miżuri ta' appoġġ. L-Istatut tal-FITD huwa konformi bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni tas-settur anki kieku din ma kinitx tipprevedi jew tipprojbixxi b'mod espoliċitu kull forma alternattiva ta' intervent. Ebda entità pubblika ma tista' tobbliga lill-FITD jintervjeni u l-awtorizzazzjoni sussegwenti tal-Banca d'Italia kienet biss immirata biex tivverifika l-adegwatezza tal-intervent għall-bank benefiċjarju f'termini ta' superviżjoni prudenzjali, waqt li tassigura li kienet kompatibbli mar-rekwiżiti ta' protezzjoni ta' dawk li jfaddlu u ta' stabilità tas-sistema ta' kreditu.

(70)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati l-oħrajn jindikaw li skont l-Istatut, is-sħubija mal-FITD mhijiex obbligatorja u l-banek jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu skema ta' garanzija tad-depożiti alternattiva li jistgħu jikkonformaw magħha. F'dan ir-rigward jirreferu għall-eżistenza ta' skema ta' garanzija tad-depożiti (Fondo di Garanzia dei Depositanti del Credito Cooperativo — FDGCC) speċifiku għall-banek ta' kreditu kooperattiv (39) li mhumiex membri fil-konsorzju tal-FITD.

(71)

Il-partijiet interessati l-oħrajn isostnu li ma hemm ebda interferenza mill-Istat la fil-ħatra tal-membri tal-korpi governattivi tal-FITD, u lanqas fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet (il-fatt li l- Banca d'Italia tipparteċipa bħala osservatur mingħajr dritt ta' vot ma jaffettwax l-iffurmar indipendenti tad-deċiżjonijiet tal-FITD). Huma jsostnu li fid-deċiżjoni tagħha dwar is-salvataġġ tal-bank Daniż Roskilde (40), il-Kummissjoni rreferiet għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet indipendenti tal-istituzzjoni li jiggarantixxi miżura biex jeskludi li l-għoti ta' garanzija lil bank fi kriżi min-naħa ta' assoċjazzjoni magħmula u ffinanzjata biss minn banek nazzjonali bil-funzjoni li jappoġġjaw istituzzjonijiet finanzjarji jimplika l-preżenza ta' riżorsi statali. B'referenza għall-Kawża EARL Salvat père et fils  (41), il-partijiet interessati l-oħrajn isostnu li l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat tippresupponi li l-Istat innifsu huwa preżenti fil-korpi governattivi tal-organizzazzjoni u li jista' jimponi d-deċiżjonijiet tiegħu.

(72)

Il-partijiet interessati l-oħrajn isostnu li l-FITD huwa korp li jirrappreżenta l-interessi tal-banek membri tiegħu u li s-setgħat mogħtija lill-Banca d'Italia bħala parti mill-azzjonijiet tal-FITD jippermettu lill-Banca d'Italia nfisha biss li ssegwi l-għanijiet ġenerali tiegħu ta' sorveljanza jiġifieri, b'mod speċifiku, tivverifika l-ġestjoni soda u prudenti tal-istituzzjonijiet soġġetti għas-sorveljanza tiegħu u l-protezzjoni tal-interessi tad-depożitanti. Minħabba n-natura ġenerali tal-kompitu tal-Banca d'Italia li tikkoordina l-attività tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti skont ir-regoli dwar il-kriżijiet bankarji u dwar l-attività ta' sorveljanza wieħed ma jistax għalhekk jikkonkludi li r-riżorsi tal-FITD huma taħt il-kontroll kostanti tal-Istat.

(73)

Il-fatt li l-Banca d'Italia taħtar Kummissarju speċjali għall-banek fi kriżi ma jindikax konnessjoni mal-isfera pubblika peress li l-bażi ġuridika (l-Artikolu 70 u sussegwenti tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek) ta' din is-setgħa għandha matriċi purament teknika, immotivata u fondata fuq l-ispeċifiċità tas-settur. Barra minn hekk, is-sempliċi ħjiliet li miżura speċifika għandha għan ta' interess pubbliku mhumiex biżżejjed biex wieħed jasal għall-konklużjoni li b'din il-miżura qiegħda tingħata xi għajnuna mill-Istat (42).

(74)

Is-setgħa tal-awtorizzazzjoni tal-interventi individwali min-naħa tal-Banca d'Italia, skont l-Artikolu 96(b)(1)(d) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek u skont l-Artikolu (3)(2) tal-Istatut tal-FITD, ma jċaħħadx “lill-FITD mill-ġudizzju indipendenti tiegħu” dwar jekk għandux, meta, kemm u kif ikun hemm interventi alternattivi possibbli. L-awtorizzazzjoni tal-interventi tal-FITD mill-Banca d'Italia hija biss verifika ex post tad-deċiżjonijiet (meħudin liberament) tal-FITD sabiex jissalvagwardja l-interessi ġenerali li għalihom il-Bank huwa istituzzjonalment responsabbli.

(75)

Il-partijiet interessati l-oħrajn jirreferu wkoll għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tal-għajnuna lil Banco di Sicilia u lil Sicilcassa (43), li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet li l-intervent tal-FITD favur dawn il-banek ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, mingħajr ma kkunsidrat ir-rwol tal-Banca d'Italia fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa mill-FITD.

(76)

Il-partijiet interessati l-oħrajn jargumentaw li, bħal fil-Kawża Doux Élevage, il-kontroll pubbliku fuq l-FITD huwa sempliċi kontroll formali tal-validità u l-leġittimità tal-aġir tal-Fond, li jeskludi l-kontroll tal- opportunitajiet politiċi jew tal-konformità mal-politika tal-awtoritajiet pubbliċi, peress li, bħal fil-Kawża Doux Élevage, kien l-istess FITD li ddeċieda dwar l-użu tar-riżorsi proprji. Bl-istess mod, fil-Kawża Pearle  (44), il-gvern Olandiż ikkonferma li r-regolamenti adottati minn istituzzjonijiet bħall-HBA, li kienu jistabbilixxu ħlasijiet finanzjarji li kienu s-suġġett ta' din il-kawża, kellhom ikunu approvati mill-awtoritajiet pubbliċi.

(77)

L-FITD jindika li, minkejja li nħatar mill-Banca d'Italia, il-Kummissarju speċjali mhuwiex rappreżentant tal-awtorità ta' sorveljanza. Il-Kummissarju speċjali jgawdi minn grad għoli ta' awtonomija u jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess. Huwa jista' jagħmel sempliċi talba ta' intervent lill-FITD, li min-naħa tiegħu ma jkunx marbut minnha u jiddeċiedi b'mod liberu jekk jagħmilx interventi alternattivi, fl-aħjar interess tal-banek membri. F'dan il-każ, il-Kummissarju speċjali ma ħax post l-assemblea tal-bank, l-uniku korp li responsabbli li jiddeċiedi dwar l-operazzjonijiet straordinarji. Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni tal-Banca d'Italia isseħħ biss wara d-deċiżjoni tal-intervent li tkun ittieħdet b'mod awtonomu mill-FITD. Din l-awtorizzazzjoni hija parti mill-funzjonijiet normali ta' sorveljanza tal- Banca d'Italia. Ir-rappreżentant tal-Banca d'Italia jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill u tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-FITD bħala osservatur biss mingħajr ma għandu d-dritt tal-vot.

(78)

L-arbitru li daħal fit-tilwima bejn l-FITD u l-BPB dwar l-ammont tad-defiċit ta' kapital tal-Banca Tercas ma nħatarx mill-Banca d'Italia, iżda mill-partijiet infushom(FITD u BPB) fuq suġġeriment tal-Banca d'Italia. Barra minn hekk, il-ħatra tal-arbitru kienet immirata biex tissolva t-tilwima inkwistjoni, iżda kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kosteffettività tal-intervent għall-banek membri u l-kundizzjonijiet relatati baqgħet ir-responsabbiltà esklussiva tal-FITD.

(79)

Huma jżidu li l-każijiet iċċitati mill-Kummissjoni rigward l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti mhumiex paragunabbli għal dan il-każ. F'dan ir-rigward, il-partijiet interessati l-oħrajn isemmu l-istess raġunijiet tal-Italja, waqt li jżidu li kemm il-każ tal-iskema ta' għajnuna Daniża għall-istralċ, kif ukoll il-każ tal-iskema ta' stralċ tal-għaqdiet tal-kreditu Pollakki jirrigwardaw interventi ta' skemi ta' garanzija fil-qasam tal-istralċ tal-banek u mhux fil-perspettiva ta' prevenzjoni mmirata biex tirkupra fit-tul l-istituzzjoni ta' kreditu.

5.2.   Il-kriterju tal-vantaġġ

5.2.1.   Il-kummenti tal-Italja

(80)

L-Italja ssostni li l-Kummissjoni tapplika l-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, kif kien żviluppat fil-kuntest tal-aktar każijiet reċenti ta' ristrutturar tal-banek (jiġifieri l-kriterju tal-qsim tal-piżijiet), u ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-kriterju tal-qsim tal-piżijiet mhuwiex rilevanti għall-valutazzjoni tar-razzjonalità tal-aġir ta' entità privata peress li għandu l-għan li jipproteġi primarjament l-interessi tal-komunità (il-kontribwenti kollha) u mhux l-interessi speċifiċi ta' min huwa direttament espost għal bank fallut (bħall-FITD). Barra minn hekk, l-Italja hija tal-fehma li l-FITD aġixxa b'mod konformi mal-prinċipju tal-inqas piż. Meta ddeċieda dwar l-intervent ta' appoġġ lil Banca Tercas, l-FITD ipprova jsib is-soluzzjoni l-inqas għalja mill-aspett finanzjarju għall-banek membri tiegħu billi bbaża fuq l-opinjoni ta' ditta ta' konsulenza rispettatta u indipendenti (KPMG) u ddiskuta fit-tul fi ħdan il-Kunsill u l-Kumitat ta' Ġestjoni.

(81)

L-Italja temmen ukoll li l-Kummissjoni ma rreferietx għall-figuri korretti relatati mal-operazzjoni ta' rkupru ta' Banca Tercas meta mqabbla max-xenarju alternattiv tal-istralċ. Il-paragun bejn l-intervent ta' rkupru u dak tal-istralċ kien ikollu jsir wara l-pożizzjoni […], li r-riskju tagħha ma ġiex ivvalutat fl-istima tal-ispiża tal-istralċ. Jekk wieħed jikkunsidra dan it-tnaqqis jasal għal impenn ta' mhux aktar minn EUR 295 miljun għall-operazzjoni ta' rkupru, meta mqabbel ma' stima ta' EUR 333 miljun fix-xenarju tal-istralċ. Għal din ir-raġuni, l-Italja tikkonkludi li d-differenza attwali bejn iż-żewġ xenarji kienet tammonta għal kważi EUR 40 miljun u mhux EUR 3 miljun kif sostniet b'mod preliminari l-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

(82)

Fi kwalunkwe każ, l-Italja ssostni li l-intervent tal-FITD huwa konformi mal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq. L-ewwel nett, l-FITD ma setax jippreskrivi lil Tercas li jimponi l-qsim tal-piżijiet fuq il-kredituri subordinati aktar minn kemm previst fir-regolamenti kuntrattwali tas-selfiet individwali, li jipprovdu għall-valwazzjoni negattiva sħiħa biss fil-każ ta' stralċ. It-tieni nett, l-impożizzjoni tal-qsim tal-piżijiet fuq il-kredituri subordinati ma kienx jippermetti xejn li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-banek membri tal-FITD. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija vvizzjata meta tikkunsidra li l-ispejjeż tal-banek membri u allura tal-FITD kienu jkunu inqas, f'każ ta' stralċ obbligatorju amministrattiv ta' Tercas, fejn il-kredituri subordinati kienu jintalbu jġorru parti mit-telf. Abbażi tal-evidenza mill-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill u tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-FITD, l-Italja tafferma li l-intervent tal-FITD li finalment ġie implimentat evita r-riskju ta' azzjonijiet legali possibbli relatati mat-telf tad-detenturi ta' self subordinat. L-Italja tinnota wkoll li l-intervent tal-FITD evita wkoll il-problema tar-reputazzjoni tal-iskema bankarja wara n-nuqqas tar-rimborż tas-self subordinat f'każ ta' stralċ obbligatorju amministrattiv ta' Tercas.

(83)

Għalhekk, id-deċiżjoni tal-FITD li ma jinvolvix lid-detenturi tas-self subordinat kienet raġonevoli, konformi mal-prinċipju ta' operatur f'ekonomija tas-suq, u kapaċi tipprevjeni li l-FITD u l-banek membri tiegħu jkunu esposti għal spejjeż addizzjonali.

5.2.2   Il-kummenti tal-Banca d'Italia

(84)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment mingħand il-Banca d'Italia rigward il-vantaġġ selettiv tal-miżuri implimentati.

5.2.3   Il-kummenti tal-partijiet interessati l-oħrajn

(85)

F'dak li jirrigward s-saħħa ekonomika tal-intervent skont il-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, il-partijiet interessati l-oħrajn isostnu li l-intervent huwa l-espressjoni ta' għażla raġonevoli u xierqa għall-impriżi privati bħalma huma l-FITD u l-banek membri tiegħu. Skont il-partijiet interessati l-oħrajn il-każ inkwistjoni jixbah ħafna lill-każ Sicilcassa, fejn il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li l-intervent ma kienx għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-parteċipazzjoni deċiżiva ta' istituzzjonijiet privati. Bħal fil-każ ta' Sicilcassa, l-FITD żvolġa r-rwol ta' garanti għar-rimborż tad-depożitanti skont ir-regoli dwar l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, filwaqt li l-interventi tal-FITD ġew approvati mill-istess korpi governattivi u abbażi tal-istess kriterju u l-Banca d'Italia wettqet l-istess funzjonijiet. Il-partijiet interessati jemmnu wkoll li, minħabba li fl-Italja ma għadhomx jeżistu l-banek taħt kontroll pubbliku, il-banek privati issa jirrappreżentaw il-membri kollha tal-FITD. Għaldaqstant, l-FITD jista' jopera biss bħala suġġett privat.

(86)

Il-partijiet interessati l-oħrajn reġgħu eżaminaw każijiet preċedenti ta' interventi alternattivi tal-FITD (45) u l-motivazzjoni ekonomika tagħhom, u rreferew ukkoll għall-perjodu li fih il-parteċipazzjoni fi skema ta' garanzija tad-depożiti kienet purament volontarja. L-impriżi għażlu li jissieħbu fl-iskema ta' garanzija tad-depożiti anki meta ma kinux obbligati jagħmlu dan bil-liġi. Il-partijiet interessati l-oħrajn jiċħdu l-argument li operatur f'ekonomija tas-suq ma jkunx espost għall-ispejjeż marbutin mar-rimborż tad-depożitanti u ma jagħtix kontribuzzjonijietmhux ripagabbli jew garanziji mingħajr ma japplika kummissjoni, kif iddikjarat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

(87)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati l-oħrajn jenfasizzaw li l-imġiba tal-FITD u tal-banek membri tiegħu mgħandhiex tkun ivvalutata b'mod astratt (b'referenza għal xenarju ipotetiku mhux irregolat), iżda pjuttost fuq il-bażi tal-qafas regolatorju li fih joperaw. F'dan il-kuntest, jekk, bħal fil-każ inkwistjoni, il-kopertura tad-defiċit ta' kapital tkun l-orħos miżura għall-banek membri, minħabba l-qafas regolatorju li jkun jeħtieġ li jitħallsu lura d-depożiti f'ċerti limiti, dan l-intervent huwa l-aktar għażla razzjonali għal operatur privat f'ekonomija tas-suq.

(88)

Il-partijiet interessati l-oħrajn jikkontestaw l-argument tal-Kummissjoni li l-ispejjeż tar-rimborż tad-depożitanti fi proċedura ta' stralċ obbligatorju amministrattiv ma jiġux ikkunsidrati fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, peress li dawn ġejjin minn obbligazzjonijiet imposti fuq l-FITD fir-rwol tiegħu ta' skema ta' garanzija tad-depożiti li jrid jaġixxi fl-interess pubbliku billi jipproteġi lid-depożitanti. Huma jsostnu li fil-każ tar-riżoluzzjoni dwar il- Banco Espirito Santo fil-Portugall (46) il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ispejjeż li rriżultaw mir-rimborż tad-depożitanti f'każ ta' stralċ kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax tqabbel il-każ inkwistjoni mas-sentenza tal-Qorti ta-Ġustizzja fil-Kawża Land Burgenland  (47), minħabba li l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet distinzjoni bejn miżuri attribwibbli lill-Istat bħala azzjonist u prerogattivi pubbliċi ta' xort'oħra.

(89)

Il-partijiet interessati l-oħrajn jenfasizzaw ukoll li l-intervent kien imħejji fuq il-bażi tal-kriterju tal-inqas piż, bl-għajnuna ta' kumpanija magħrufa tal-awditjar u ta' konsulenza sabiex tiġi ddeterminata s-soluzzjoni l-inqas għalja u riskjuża għall-banek membri. Fuq din il-bażi l-FITD iddefinixxa intervent li kien jippermetti li jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-ispejjeż għall-banek membri, jevita r-riskji tax-xenarju tal-istralċ u jipprevjeni l-effetti negattivi possibbli li jirriżultaw minn stralċ obbligatorju amministrattiv eventwali ta' Tercas.

(90)

F'dak li jirrigwarda l-valutazzjoni maħsuba biex tiddetermina jekk l-ispejjeż totali tal-miżuri ta' appoġġ għall-FITD kinux inqas minn dawk ta' xenarju ta' stralċ ta' Tercas, il-partijiet interessati l-oħrajn jinnutaw li l-ispejjeż tal-garanzija li tkopri r-riskju ta' kreditu tal-finanzjament “bullet” (rimborż b'saldu uniku) fir-rigward tal-[…] ma kellhomx ikunu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-ispejjeż tal-miżura ta' appoġġ. Dawn l-ispejjeż ma kinux ikkunsidrati fl-istimi tal-ispejjeż tal-FITD f'każ ta' stralċ ta' Tercas. Huma jqisu għalhekk żbaljat il-kalkolu tal-Kummissjoni li fuq il-bażi tiegħu l-iffrankar tal-ispejjeż miksub permezz tal-intervent jammonta biss għal EUR 3 miljun. Fir-rapport ta' […], li identifika s-soluzzjoni l-inqas għalja u riskjuża għall-FITD u l-banek membri tiegħu, l-ispejjeż stmati tal-istralċ obbligatorju amministrattiv ma kinux jinkludu r-riskju assoċjat mas-self mogħti lil […], li jammonta għal madwar EUR 35 miljun. Biex wieħed iqabbel sew iż-żewġ xenarji ta' rimborż tad-depożitanti u ta' intervent alternattiv, il-“paragun bejn l-intervent ta' rkupru u dak fix-xenarju ta' stralċ għandu jsir wara l-pożizzjoni […], li r-riskju tagħha ma ġiex ivvalutat fl-istima tal-ispiża tal-istralċ” (48). Għalhekk, il-paragun korrett ikun dak bejn impenn “mhux aktar minn EUR 295 miljun għall-operazzjoni ta' rkupru mal-ispiża f'każ ta' stralċ stmat li jiswa EUR 333 miljun” (49). Għal din ir-raġuni l-partijiet interessati l-oħrajn isostnu li d-differenza reali bejn iż-żewġ xenarji kienet ta' mill-inqas EUR 38 miljun. Fil-fehma tagħhom din il-pożizzjoni hija kkonfermata mill-fatt li s-self kopert mill-garanzija tal-FITD kienu ġew attwalment imħallsa minn Tercas (50). L-FITD ma żborsa xejn għall-EUR 35 miljun ta' garanzija li l-Kummissjoni kkunsidrat b'mod żbaljat fil-kalkolu tal-ispiża tal-intervent.

(91)

Bl-istess mod, għall-valutazzjoni tal-“inqas spiża”, l-eżenzjoni mit-taxxa mgħandhiex tkun stmata fl-ispejjeż, għall-ammont sħiħ ta' EUR 30 miljun. L-FITD għandu jġorr dan il-piż biss f'każ ta' nuqqas ta' awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni mit-taxxa min-naħa tal-Kummissjoni.

(92)

Il-partijiet interessati l-oħrajn jirreferu għal żbors stmat ta' EUR 1,9 biljun f'każ ta' stralċ, li kien ikun biss parzjalment rkuprabbli (u li fir-rapport ta' […] huwa kkwantifikat għal EUR 1,5 biljun). Huma josservaw ukoll li l-ammont ta' EUR 1,9 biljun f'depożiti li mhuwiex kopert mis-sistema ta' rimborż f'każ ta' stralċ kien jinvolvi riskju ta' kontaġju għall-banek membri u għas-sistema bankarja inġenerali. Dan ir-riskju seta' jkollu implikazzjonijiet “potenzjalment kbar” ta' natura ġuridika u mill-aspett ta' reputazzjoni. Il-partijiet interessati l-oħrajn isostnu wkoll li, fil-każ ta' stralċ obbligatorju ta' Tercas, il-prospetti għall-irkupru ta' parti mill-ispejjeż inizjali stmali għal EUR 1,9 biljun setgħu jkunu kompromessi aktar minn talbiet ta' kumpens imressqa mill-kredituri subordinati.

(93)

Ir-rapport ta' […] li fuqu l-FITD ikkalkula l-inqas piż jirreferi għall-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2013, iżda l-BPB ippreżenta valutazzjoni aġġornata tal-impatt għall-FITD li jirriżulta mix-xenarju ta' stralċ fil-31 ta' Lulju 2014, l-istess data tal-laqgħa straordinarja ta' rikapitalizzazzjoni ta' Tercas, u li fiha ġie stabbilit l-intervent b'mod formali. L-ispejjeż stmati abbażi ta' din il-valutazzjoni aġġornata jammontaw għal EUR [350-750] miljun. Id-differenza bejn din l-istima u dik ibbażata fuq is-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2013 li tinsab fir-rapport hija dovuta għar-riklassifikazzjoni tal-pożizzjonijiet finanzjarji minn “produttivi” fil-31 ta' Diċembru 2013 għal “improduttivi” fil-31 ta' Lulju 2014 u għaż-żieda fid-depożiti li l-FITD kien ikollu jirrimborża.

(94)

Il-partijiet interessati l-oħrajn jiċħdu l-argument tal-Kummissjoni li l-ispejjeż allegati mġarrba mill-FITD fl-intervent ta' appoġġ setgħu jitnaqqsu aktar bi tniżżil fil-valur tad-dejn subordinat. Fid-data li fiha l-FITD iddeċieda li jintervjeni, l-alternattiva tar-rikapitalizzazzjoni interna tad-dejn subordinat ma kinitx tkun soluzzjoni legalment vijabbli. Il-liġi Taljana tipprovdi l-possibbiltà ta' tniżżil fil-valur tal-kontijiet biss f'każ ta' stralċ obbligatorju amminsitrattiv. Fil-każ ta' tentattiv ta' rikapitalizzazzjoni interna, il-banek membri tal-FITD kien ikollhom jiffaċċjaw żborsi immedjati enormi mingħajr ċertezza dwar il-possibbiltà ta' rkupru. It-tilwim mad-detenturi ta' self subordinat kien iżid l-ispiża tal-proċedura ta' stralċ u l-piżijiet fuq il-banek membri tal-FITD minħabba tnaqqis fil-valur tal-assi soġġetti għall-istralċ. L-effett tar-riperkussjoni li jirriżulta kien ikollu impatt negattiv fuq il-kunfidenza tal-klijenti, fuq ir-reputazzjoni u fuq l-istabilità tas-sistema bankarja nfisha. Il-partijiet interessati l-oħrajn isostnu wkoll li l-maġġoranza tal-kredituri subordinati ta' Banca Tercas kienet magħmula minn individwi li jfaddlu u li jiddepożitaw u li l-Kummissarju speċjali kien diġà adotta l-unika forma possibbli ta' qsim tal-piż min-naħa tal-kredituri subordinati, li kienet tikkonsisti fid-differiment tal-imgħax tal-bonds miżmuma minn Banco Popolare S.c.

(95)

Fl-aħħar nett, il-partijiet interessati l-oħrajn jenfasizzaw li, għall-analiżi tal-inqas piż, ix-xenarju ta' stralċ magħżul fir-rapport […] mhuwiex l-aktar wieħed pessimist. L-istima tal-ispejjeż tal-istralċ kienet ibbażata a) fuq il-possibbiltà li tiġi identifikata persuna li, għalkemm f'xenarju ta' stralċ, kienet lesta li takkwista parti mis-sussidjarji u (ii) fuq l-interruzzjoni minn qabel tal-impjiegi tal-persunal li ma jiġix trasferit flimkien ma' pagament ta' 12-il xahar paga għal kull impjegat. Ir-rapport ta' […], użat mill-FITD bħala bażi għad-deċiżjoni tiegħu li jintervjeni, kien ibbażat fuq xenarju intermedju, iżda tqiesu wkoll xenarji pessimisti alternattivi.

(96)

Barra minn hekk, wieħed għandu jassumi li l-intervent tal-FITD ma tax vantaġġ lil Tercas, peress li seħħ flimkien mal-injezzjoni ta' kapital tal-BPB f'Banca Tercas, li kienet simultanja, konsiderevoli u paragunabbli għall-intervent tal-FITD.

(97)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-intervent għandu jitqies bħala l-inqas soluzzjoni għalja u riskjuża għall-banek membri tal-FITD.

5.3.   Kompatibbiltà

5.3.1.   Il-kummenti tal-Italja

(98)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand l-Italja dwar il-kompatibilità tal-miżuri implimentati.

5.3.2.   Il-kummenti tal-Banca d'Italia

(99)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-Banca d'Italia dwar il-kompatibilità tal-miżuri implimentati.

5.3.3.   Kummenti minn partijiet interessati oħrajn

(100)

Il-partijiet interessati l-oħrajn jargumentaw li, anki jekk il-miżuri kienu għajnuna mill-Istat, ikunu kompatibbli mas-suq intern. Huma jemmnu li l-pjan ta' ristrutturar ta' Banca Tercas jippermettilu jirkupra l-vijabbiltà fit-tul tiegħu, li l-intervent tal-FITD huwa limitat għall-minimu meħtieġ u li jillimita kwalunkwe impatt fuq l-istruttura kompetittiva tas-suq.

(101)

Fir-rigward tal-vijabbiltà fit-tul, il-partijiet interessati l-oħrajn isostnu li l-Kummissarju speċjali aġixxa bl-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet fl-organizzazzjoni u fis-sistema tal-kontrolli interni ta' Tercas. Il-Kummissarju speċjali kkonċentra l-attenzjoni tiegħu fuq l-anomaliji operattivi li tfaċċaw (kreditu, ekwità, tilwim) u fuq il-valutazzjoni korretta konsegwenti tar-riskji relatati (riżultati dubjużi, tniżżil fil-valur, provvedimenti). Barra minn hekk implimenta wkoll tnaqqis progressiv tad-dejn (diżingranar) biex jibbilanċja t-tnaqqis sinifikanti tal-ġbir relatat mal-fluss tal-klijenti. Il-Kummissarju speċjali ssemplifika wkoll l-istrutturi (reviżjoni tal-mudell tan-negozju bl-opportunità konsegwenti tal-għeluq ta' xi sussidjarji, pjan ta' sensji għat-tnaqqis tal-persunal, semplifikazzjoni tal-istrutturi organizzattivi, tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi) bl-għan li jrażżan l-ispejjeż b'mod sinifikanti fuq bażi strutturali. Ir-rikapitalizzazzjoni ta' Tercas mill-FITD u mill-BPB kienet l-aħjar mod biex jinstab rimedju għan-nuqqas ta' likwidità. BPB kien ser jieħu ħsieb ir-riskju kummerċjali assoċjat mal-irkupru ta' Banca Tercas, bl-injezzjoni ta' riżorsi sostanzjali — finanzjarji, u oħrajn — bl-għan li l-proġett industrijali jkun ta' suċċess.

(102)

BPB isostni wkoll li żviluppa linja ta' intervent ibbażata fuq it-titjib tal-marġni ta' intermedjazzjoni tas-self u tad-depożiti (51), razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż (52), l-iżvilupp ta' sinerġji tal-grupp, il-monitoraġġ bir-reqqa tal-kwalità tal-kreditu, it-titjib tal-kwalità tal-kreditu, l-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tas-self improduttiv permezz taċ-ċessjoni ta' self improduttiv, interventi ta' tisħiħ tal-profili ta' likwidità (53) u l-forniment ta' riżorsi maniġerjali. BPB jindika li l-elementi strutturali tal-pjan ta' rkupru ġew żviluppati fil-Pjan tan-Negozju tiegħu għall-2015-2019. L-istess BPB isostni li dawn l-elementi juru “sekwenza konsistenti ta' impenji […] immirata għall-irkupru tal-vijabbiltà ta' Tercas”, u jsostni wkoll li n-nuqqas ta' pjan dettaljat ta' ristrutturar ma jipprekludix valutazzjoni pożittiva tal-“proġetti ġenerali” b'“direzzjoni konsistenti” min-naħa tal-Kummissjoni (54).

(103)

L-intervent kien limitat għall-minimu meħtieġ (1) għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi preċedenti minn 90 sa 93, (2) peress li kienet l-unika soluzzjoni vijabbli u (3) minħabba li l-FITD ikkontribwixxa biss parzjalment biex jagħmel tajjeb għad-defiċit ta' kapital u għall-irkupru tar-rati minimi ta' kapital. Il-partijiet interessati l-oħrajn jinnutaw kif, minħabba l-ammont ta' telf ta' Tercas, ma kien hemm ebda alternattiva inqas għalja mill-akkwist ta' Tercas minn BPB, minkejja l-isforzi tal-Kummissarju speċjali biex isib xerrejja oħrajn (55). L-isforz biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-minimu meħtieġ huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li l-partijiet, biex jaslu għal ftehim dwar l-ammont tad-defiċit ta' kapital ta' Tercas, irrikorrew għal arbitru, bi tnaqqis tas-somma mitluba minn BPB minn EUR [300-800] miljun għal EUR 265 miljun.

(104)

L-ispejjeż tal-intervent komplew jitnaqqsu bl-użu ta' miżuri ta' qsim tal-piżijiet. Il-kapital azzjonarju kien ġie kkanċellat u għalhekk l-azzjonisti tilfu l-investiment kollu tagħhom. Barra minn hekk, fejn kien possibbli, ġie sospiż il-ħlas tal-imgħax tal-bonds subordinati. Il-partijiet interessati l-oħrajn jargumentaw li ma setgħux jinstabu forom oħrajn ta' sagrifiċċju tad-detenturi tad-dejn subordinat, peress li, skont ir-regoli tal-liġi nazzjonali attwalment fis-seħħ, dawn il-persuni jistgħu jkunu mġiegħla jipparteċipaw fit-telf biss f'każ ta' stralċ obbligatorju amministrattiv. In-nuqqas ta' piżijiet oħrajn għad-detenturi ta' self subordinat madankollu ma wassalx għal xi piż akbar fuq il-finanzi pubbliċi peress li r-riżorsi għall-intervent oriġinaw totalment mill-privat. Barra minn hekk, is-sagrifiċċju tad-detenturi tad-dejn subordinat seta' ħoloq spejjeż u riskji oħrajn sinifikanti għall-banek membri tal-FITD. Dawn l-effetti negattivi kienu jirriżultaw mis-separazzjoni ta' Tercas, mir-riskju ta' azzjonijiet legali min-naħa tal-klijenti ta' Tercas u mill-impatt negattiv fuq ir-reputazzjoni ta' Tercas u fuq l-istabilità tas-sistema bankarja kollha. Fl-aħħar nett, in-nuqqas ta' piż addizzjonali fuq id-detenturi tas-self subordinat ma jwassalx għall-hekk imsejjaħ periklu morali (jiġifieri r-riskju tal-ġestjoni imprudenti), peress li l-ispejjeż assoċjati mal-kopertura tad-defiċit ta' kapital ġew assorbiti kompletament mis-sistema bankarja, mingħajr ebda spiża ulterjuri għall-kontribwenti.

(105)

Il-partijiet interessati l-oħrajn josservaw ukoll li l-fatt li d-dejn subordinat ma ġiex konvertit jew imnaqqas mill-valur huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt 42 tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju, li jikkjarifika li kwalunkwe kontribuzzjoni mitluba mingħand id-depożitanti mhijiex element obbligatorju tal-qsim tal-piż. Din l-imġiba hija wkoll konformi mal-punt 45 tal-istess komunikazzjoni, li jippermetti deroga mill-prinċipju ġenerali ta' konverżjoni jew tnaqqis fil-valur tad-dejn subordinat meta “l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri tipperikola l-istabilità finanzjarja jew twassal għal riżultati sproporzjonati”.

(106)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati l-oħrajn josservaw li n-nuqqas jew in-nuqqas ta' adegwatezza tar-remunerazzjoni għandu jitqies ammissibbli jekk, bħal fil-każ inkwistjoni, ikun ikkumpensat minn ristrutturar fil-fond u wiesa' u jkun iġġustifikat bit-tfittxija għal xerrej għall-bank f'diffikultà.

(107)

Barra minn hekk, l-intervent ma joħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni tas-suq intern minħabba:

(1)

id-daqs żgħir u l-ambitu ġeografiku limitat tal-operat ta' Tercas;

(2)

il-fatt li BPB kien l-uniku operatur li wera interess reali f'injezzjoni ta' kapital f'Tercas u l-fatt li l-Kummissjoni sabet li l-bejgħ ta' bank fil-periklu (li l-attività tiegħu tibbenefika mill-għajnuna allegata) lil operatur tas-suq privat bħala parti minn proċess ta' bejgħ “miftuħ” huwa forma ta' mitigazzjoni tad-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni (56);

(3)

il-karattru pjuttost sod tal-pjan ta' ristrutturar ta' Tercas u l-fatt li dan il-pjan jipprovdi għall-integrazzjoni ta' Tercas f'BPB.

(108)

Il-bejgħ ta' Tercas lil BPB kienet l-unika alternattiva vijabbli biex twieġeb għall-kwistjonijiet imqajmin mill-awtorità superviżorja Taljana u tipprevjeni distorsjonijiet fil-kompetizzjoni. Barra minn hekk, l-operazzjoni ta' ristrutturar kienet timplika rikapitalizzazzjoni sħiħa ta' Tercas u żieda sinifikanti fil-kapital min-naħa ta' BPB biex tiġi implimentata l-operazzjoni.

(109)

Fl-aħħar nett, b'referenza għad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni (57), il-partijiet interessati l-oħrajn isostnu li r-rikapitalizzazzjoni ta' Tercas u l-akkwist tiegħu minn BPB wara l-kopertura mhux imħallsa tad-defiċit ta' kapital mill-FITD tista' titqies ġustifikata la hija meħtieġa biex jiġi assigurat it-trasferiment tal-assi korporattivi u jsir ristrutturar bir-reqqa u kbir tal-bank. Fil-każ inkwistjoni, ebda soluzzjoni li setgħet telgħeb il-kriżi serja ta' Tercas ma kienet tiggarantixxi remunerazzjoni. Kwalunkwe talba ta' remunerazzjoni tal-FITD kienet taggrava s-sitwazzjoni tal-kapital ta' Tercasu kienet tirriżulta fi spejjeż ogħla għall-bank akkwirent.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

6.1.   L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

(110)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” Il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk dawn il-kundizzjonijiet kumulattivi humiex issodisfati għall-interventi tal-FITD.

(111)

F'dak li jirrigwarda l-iskema ta' eżenzjoni mit-taxxa msemmija fil-punt 4 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani ma nnotifikawhiex. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni li għandha bħalissal-Kummissjoni, din l-iskema ma ġietx applikata f'dan il-każ. Għaldaqstant din l-iskema mhijiex koperta minn din id-deċiżjoni.

6.1.1.   Riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

(112)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament ikkonfermat li l-mezzi kollha finanzjarji li permezz tagħhom l-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu appoġġ fittizju lill-impriżi jaqgħu taħt il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, irrispettivament minn jekk dawn il-mezzi humiex jew le assi permanenti tas-settur pubbliku. Il-kontribuzzjonijiet obbligatorji impost, amministrati u mqassma skont il-liġi jew regoli oħra pubbliċi jimplikaw il-preżenza ta' riżorsi tal-Istat anki jekk ma jkunux amministrati mill-awtoritajiet pubbliċi (58). Is-sempliċi fatt li dawn ir-riżorsi huma ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet privati mhuwiex suffiċjenti biex jeskludi l-karattru pubbliku ta' dawn ir-riżorsi. Il-fattur rilevanti mhuwiex l-oriġini diretta tar-riżorsi, iżda l-grad ta' intervent tal-awtorità pubblika fid-definizzjoni tal-miżuri u fil-mod ta' finanzjament tagħhom (59).

(113)

Barra minn hekk, kif enfasizzat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Ladbroke  (60), Stardust Marine u Doux Élevage, ir-riżorsi li jibqgħu taħt il-kontroll pubbliku u għalhekk disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi huma riżorsi tal-Istat.

(114)

Fil-Kawża Doux Élevage, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma setax jiġi stabbilit li l-attivitajiet ta' organizzazzjoni professjonali li r-riżorsi tagħha kienu jinġabru permezz ta' kontribuzzjoni magħmula obbligatorja mill-Istat kienu imputabbli għall-Istat. Insostenn ta' din il-konstatazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li l-għanijiet segwiti mill-użu tar-riżorsi kienu għal kollox stabbiliti mill-organizzazzjoni u li n-natura obbligatorja tal-kontribuzzjonijet f'dak il-każ ma kinitx tiddependi “fuq l-insegwiment ta' għanijiet ta' politika konkreti, fissi u definiti mill-awtoritajiet pubbliċi”. L-Istat ikkontrolla biss il-validità u l-leġittimità tal-ġbir tal-kontribuzzjonijiet mill-organizzazzjoni, jiġifieri l-qafas proċedurali, u ma setax jaffettwa l-amministrazzjoni tal-fondi.

(115)

Għalhekk, skont il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni, miżura hija attribwibbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta' riżorsi mill-Istat jekk ġabra ta' evidenza turi li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Istat jeżerċita kontroll u influwenza biex jassigura, bl-użu tar-riżorsi ta' entità privata, il-kisba ta' għan ta' interess pubbliku fdat lil din l-entità.

(116)

Fil-kawża Stardust Marine il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll li l-imputabbiltà lill-Istat ta' miżura ta' għajnuna meħuda minn korp prima facie indipendenti, li fih innifsu mhuwiex parti mill-organizzazzjoni statali, tista' tiġi dedotta minn sensiela ta' ħjiliet li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-każ. Ħjiel ta' dan it-tip huwa l-fatt li l-korp ikkonċernat ma jistax jadotta d-deċiżjoni kkontestata, suxxettibbli li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet jew id-direttivi tal-awtoritajiet pubbliċi. Ħjiliet oħrajn jistgħu, f'ċerti ċirkustanzi, ikunu rilevanti sabiex jiġi konkluż li miżura ta' għajnuna meħuda minn kumpanija hija imputabbli lill-Istat.

(117)

Rigward il-miżuri li għalihom il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali fil-każ inkwistjoni, ta' min ifakkar li, fid-Direttiva 94/19/KE, il-leġiżlatur tal-Unjoni introduċa l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti bl-għan politiku li jħares u jsaħħaħ “l-istabilità tas-sistema finanzjarja” (61), filwaqt li tahom mandat li jipproteġu lid-depożitanti (62). Barra minn hekk, skont dik id-Direttiva, l-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu skema waħda jew aktar ta' garanzija tad-depożiti biex jirrimborżaw lid-depożitanti f'każ ta' falliment ta' xi istituzzjoni ta' kreditu. Minħabba li d-Direttiva 94/19/KE ma tikkummentax dwar il-possibbiltà ta' interventi oħrajn, tibqa' fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jippermettu lill-iskemi ta' garanzija tad-depożiti li jmorru lil hinn mis-sempliċi funzjoni ta' rimborż u jużaw b'mod ieħor il-mezzi finanzjarji disponibbli.

(118)

Id-Direttiva 2014/49/UE ma bidlitx din is-sitwazzjoni, iżda hija aktar espliċita dwar in-natura ta' dawn il-miżuri alternattivi. L-għan ta' dawn il-miżuri għandu jkun li jipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni ta' kreditu, b'mod li jiġu evitati mhux biss “l-ispejjeż tar-rimborż tad-depożitanti”, iżda wkoll “l-ispejjeż ekonomiċi ġenerali tal-falliment ta' istituzzjoni ta' kreditu” u “effetti negattivi oħrajn”, bħal dawk “fuq l-istabilità finanzjarja u fuq il-fiduċja tad-depożitanti” (63).

(119)

Skont id-Direttiva 2014/49/UE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-attivazzjoni ta' SGD biex jippreservaw l-aċċess tad-depożitanti għad-depożiti garantiti, kemm fi stadju bikri taż-żamma tal-attivitajiet tal-istsituzzjoni, kif ukoll fil-kuntest ta' proċeduri nazzjonali ta' insolvenza (64). Il-Kummissjoni tinnota li, kuntrarjament għall-pożizzjoni tal-partijiet interessati l-oħrajn indikata fil-premessa 79, il-karattru ta' għajnuna tal-miżuri alternattivi ta' skema ta' garanzija tad-depożiti huwa indipendenti mill-fatt li din l-iskema hija mfassla biex tevita l-falliment ta' istituzzjoni ta' kreditu jew hija intervent fil-każ ta' likwisdazzjoni.

(120)

Barra minn hekk, il-protezzjoni tat-tfaddil u tad-depożitanti għandha pożizzjoni speċifika fil-liġi Taljana: skont l-Artikolu 47 tal-Kostituzzjoni Taljana r-“Repubblika […] tħares it-tfaddil fil-forom kollha tiegħu” (65). Il-Banca d'Italia, istituzzjoni pubblika li l-imġiba tagħha hija għalhekk ukoll imputabbli lill-Istat Membru u taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat minħabba li hija korp kostituzzjonalment indipendenti (66), hija responsabbli mis-salvagwardja tal-istabilità tas-sistema bankarja Taljana (67) li tipproteġi lid-depożitanti (68).

(121)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-Artikolu 96(a) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek għandu jiġi interpretat bħala definizzjoni speċifika tal-mandat pubbliku ta' protezzjoni tad-depożitanti, applikabbli għall-iskemi ta' garanzija tad-depożiti rikonoxxuti fl-Italja. Bl-inklużjoni tal-aħħar sentenza fl-Artikolu 96(a)(1), li tgħid li l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti “jistgħu jipprovdu każijiet u forom oħrajn ta' intervent” minbarra r-rimborż tad-depożitanti, l-awtoritajiet Taljani għażlu li jippermettu lill-iskemi ta' garanzija tad-depożiti tagħhom rikonoxxuti l-użu tar-riżorsi miġbura minn banek membri għal każijiet differenti ta' intervent. Għaldaqstant, l-Artikolu 96(a) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek minn naħa jirrappreżenta l-bażi għar-rikonoxximent tal-FITD bħala skema ta' garanzija tad-depożiti obbligatorja fl-Italja u, min-naħa l-oħra jagħti lill-FITD il-kompetenza biex jimplimenta interventi ta' appoġġ.

(122)

Il-fatt li l-FITD huwa organizzat bħala konsorzju privat (69) huwa irrilevanti f'dan il-kuntest, peress li s-sempliċi inkorporazzjoni fil-forma ta' korp tal-liġi komuni, ma tistax tiġi kkunsidrata suffiċjenti sabiex ikun eskluż li miżura ta' għajnuna meġuda minn istituzzjoni ta' dan it-tip tkun imputabbli lill-Istat, kif ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja f'Stardust Marine. L-għanijiet tal-FITD, jiġifieri l-insegwiment tal-interessi komuni tal-membri tiegħu permezz tal-tisħiħ tas-sigurtà tad-depożiti u l-protezzjoni tar-reputazzjoni tas-sistema bankarja, jikkoinċidu b'mod ċar mal-interessi pubbliċi. Madankollu, din il-koinċidenza mhux bilfors timplika li l-kumpanija setgħet tadotta d-deċiżjoni tagħha mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi. Barra minn hekk, mhux bilfors li l-influwenzat al-Istat ġejja minn att legalment vinkolanti ta' awtorità pubblika. L-awtonomija li ġeneralment ikollha l-kumpanija ma teskludix l-involviment konkret tal-Istat.

(123)

Fi kwalunkwe każ, il-leġiżlazzjoni Taljana u dik tal-Unjoni jagħtu lill-Banca d'Italia l-awtorità u l-mezzi biex tiggarantixxi li l-interventi kollha tal-FITD, bħala skema ta' garanzija tad-depożiti rikonoxxut skont il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, jissodisfaw dan il-mandat u jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-depożitanti. Dan huwa speċifikat b'mod ċar fis-setenza ta' introduzzjoni tal-Artikolu 96(b)(1) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, fejn il-lista tas-setgħat kollha eżerċitati mill-Banca d'Italia fir-rigward tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti Taljani hija preċeduta mid-dikjarazzjoni li dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati “b'kunsiderazzjoni lejn il-protezzjoni ta' min ifaddal u lejn l-istabilità tas-sistema bankarja”.

(124)

Taħt dawn iċ-ċirkustanzi u, b'differenza minn Doux Élevage, fejn l-iskop tal-approvazzjoni ex post mill-amministrazzjoni pubblika kien purament proċedurali, il-Banca d'Italia trid tapprova kull intervent tal-FITD f'dan ir-rigward, filwaqt li tivvaluta l-konformità tiegħu mal-mandat pubbliku skont il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek.

(125)

Id-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Taljani li, skont din il-loġika, is-sorveljanza prudenzjali għandha titqies bħala eżerċizzju tal-kontroll pubbliku fuq il-banek u, allura, ir-riżorsi tal-banek għandhom jitqiesu bħala riżorsi pubbliċi (premessa 53) huwa evidentement irrilevanti. Il-Kummissjoni tgħid biss li s-sorveljanza bankarja mill-Banca d'Italia m'għandhiex il-funzjoni li tivverifika t-twettiq ta' mandat pubbliku mogħti lill-banek soġġetti għas-sorveljanza.

(126)

Il-prijorità tal-mandat pubbliku u l-kontrolli pubbliċi relatati huma rikonoxxuti mill-Istatut tal-FITD (70), li abbażi tiegħu l-interventi kollha ta' appoġġ għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi dwar l-eżistenza ta' “prospetti ta' rkupru” u l-prevedibbiltà ta' “inqas piż minn dak li jirriżulta minn intervent fil-każ ta' stralċ” (il-“prinċipju tal-inqas piż”). Dawn il-kundizzjonijiet kumulattivi jinvolvu li d-deċiżjoni li tiġi implimentata miżura ta' appoġġ tista' tiġi adottata biss jekk tippermetti lill-FITD iwettaq il-mandat pubbliku tiegħu li jipproteġi lil min ifaddal. Il-fatt li tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-intervent mill-Banca d'Italia, skont il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, jikkonferma din il-prijorità.

(127)

Barra minn hekk, il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek jagħti lill-Banca setgħat wesgħin fuq l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti:

(1)

l-ittra (d) tal-Artikolu 96(b)(1) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek tistabbilixxi li l-Banca d'Italia “tawtorizza l-interventi tal-iskemi ta' garanzija”;

(2)

l-ittra (b) tal-Artikolu 96(b)(1) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek tistabbilixxi li l-Banca d'Italia “tikkoordina l-attivitajiet tal-iskemi ta' garanzija bid-dixxiplina tal-kriżijiet bankarji u bl-attivitajiet ta' sorveljanza” (71);

(3)

l-ittra (a) tal-Artikolu 96(b)(1) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek tistabbilixxi li l-Banca d'Italia “tirrikonoxxi l-iskemi ta' garanzija, billi tapprova l-istatuti tagħhom, diment li l-iskemi nfushom ma jkollhomx karatteristiċi li jirriżultaw fi tqassim żbilanċjat tar-riskji ta' inadempjenza fuq is-sistema bankarja” (72);

(4)

l-ittra (h) tal-Artikolu 96(b)(1) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek tistabbilixxi li l-Banca d'Italia “toħroġ dispożizzjonijiet implimentattivi tar-regoli li jinsabu fi […] Sezzjoni [IV tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek dwar l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti]” (73).

(128)

Minbarra dawn is-setgħat fuq l-FITD mogħtija lill-Banca d'Italia skont il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, il-banek soġġetti għal amministrazzjoni straordinarja biss jistgħu jibbenefikaw mill-interventi ta' appoġġ tal-FITD (74). Huwa l-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi, fuq proposta tal-Banca d'Italia, li jiddeċiedi b'digriet li jqiegħed lil bank taħt amministrazzjoni straordinarja. Imbagħad, skont l-Istatut tal-FITD, “il-Fond jintervjeni […] fil-każijiet ta' amministrazzjoni straordinarja tal-banek membri awtorizzati fl-Italja” (75). Il-Kummissarju speċjali biss jista' jibgħat lill-FITD talba ta' intervent li mbagħad trid tiġi approvata mill-assemblea tal-azzjonisti tal-bank. Fil-kapaċità tiegħu bħala uffiċjal pubbliku, il-Kummissarju speċjali jirrappreżenta l-interess pubbliku, huwa maħtur mill-Banca d'Italia u huwa soġġett għas-sorveljanza tiegħu. Il-Banca d'Italia għandha wkoll is-setgħa li tirrevoka jew tissostitwixxi lill-Kummissarju speċjali (76) u li tagħti struzzjonijiet biex timponi salvagwardji u limitazzjonijiet speċjali fil-ġestjoni tal-bank (77). Għaldaqstant, uffiċjal pubbliku taħt il-kontroll tal-Banca d'Italia għandu l-possibbiltà li jagħti bidu għal miżura ta' intervent mill-FITD.

(129)

Għal dak li jirrigwarda s-setgħa ta' awtorizzazzjoni tal-interventi tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, il-Kummissjoni tinnota li l-kunċett ta' awtorizzazzjoni jikkorrispondi għal att amministrattiv qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura li tiegħu hija l-oġġett. F'każ kuntrarju, l-eżerċizzju tas-setgħat tal- Banca d'Italia dwar l-interventi tal-FITD biex tiġi żgurata l-istabilità tas-sistema finanzjarja u l-protezzjoni ta' min ifaddal ikun null. Fil-prattika, l-awtorizzazzjoni trid isseħħ f'fażi li fiha l-FITD jkun għadu jista' jirrevedi u jemenda l-miżura proposta jekk il-Banca d'Italia toġġezzjona għaliha. Ma jistax jingħad li din l-awtorizzazzjoni tista' sseħħ wara d-deċiżjoni tal-FITD li jintervjeni (kif propost mill-awtoritajiet Taljani, l-FITD, Tercas u BPB (78)). F'dan ir-rigward, il-fatt li l-Banca d'Italia tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat kollha tal-Bord u l-Kumitat tat-Tmexxija tal-FITD (79) jidher rilevanti (għall-kuntrarju ta' dak li jaffermaw l-awtoritajiet Taljani, l-FITD, Tercas u BPB (80)) peress li wieħed jista' jassumi li jippermetti lill-Banca d'Italia tesprimi f'fażi bikrija d-dubji kollha tagħha dwar l-interventi ppjanati.

(130)

Fil-qosor, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom is-setgħa li jagħtu bidu għal intervent fuq talba proprja u, bis-saħħa tas-setgħa tagħhom li jawtorizzaw l-intervent fis-sustanza, jaffettwawh qabel ma jiġi effettivament deċiż li jiġi adottat. Fil-livell proċedurali, din l-influwenza hija aktar evidenti minħabba l-preżenza tal-awtoritajiet pubbliċi fil-laqgħat kollha fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, fejn l-istess awtoritajiet għandhom il-mezz li jesprimu d-dubji tagħhom. Madankollu, u għalkemm l-awtorizzazzjoni tal-miżura mill-Banca d'Italia għandha fil-prinċipju titqies bħala preventiva u mhux sussegwenti (81), il-Kummissjoni tfakkar li kien hemm anki kontroll sussegwenti fost il-provi ta' imputabbiltà miġbura fil-kawża Stardust Marine.

(131)

Is-setgħat li għandhom l-awtoritajiet pubbliċi ġew eżerċitati wkoll anki f'dak li jirrigwarda l-adozzjoni tal-miżuri ta' appoġġ inkwistjoni:

(1)

id-dokumenti mibgħuta mill-Italja juru li l-Banca d'Italia awtorizzat l-interventi speċifiċi favur Tercas biex tipproteġi l-interessi tad-depożitanti u tal-klijenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 96(b)(1)(d) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek (82). Għalhekk, il-Banca d'Italia awtorizzat l-interventi speċifiċi tal-FITD inkwistjoni b'rabta ma' dispożizzjonijiet speċifiċi nazzjonali tad-dritt pubbliku;

(2)

in-negozjati bejn il-Kummissarju speċjali ta' Tercas u BPB saru “f'koordinazzjoni mal-Banca d'Italia” (83);

(3)

il-Banca d'Italia “stiednet lill-Fond” [jiġifieri l-FITD] jasal għal “fehim bilanċjat” ma' BPB dwar il-kopertura tad-defiċit ta' kapital ta' Tercas, waqt li jikkunsidra l-impatt negattiv possibbli tal-istralċ ta' Tercas u tas-sussidjarja tiegħu Caripe (84).

(132)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li, għall-kuntrarju tal-kawża Doux Élevages, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-għanijiet tal-intervent kienu ġew stabbiliti kollha mill-organizzazzjoni, f'dan il-każ dawn l-għanijiet żgur mhumiex kollha stabbiliti mill-FITD. Fil-fatt huma strettament preskritti mill-mandat pubbliku tiegħu taħt il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek u, fis-sustanza, ikkontrollati mill-awtoritajiet pubbliċi. Il-Kummissjoni tinnota li s-setgħa reali tal-FITD li jżomm lura milli jintervjeni ma tippreġudikax il-konklużjoni preċedenti tagħha dwar l-interventi tal-FITD li attwalment ġew implimentati.

(133)

Minbarra l-kontroll pubbliku sostanzjali muri hawn fuq, il-Kummissjoni trid tenfasizza n-natura obbligatorja tal-kontributi għall-fondi tal-FITD użati fl-interventi.

(134)

Kif deskritt fis-sezzjoni 2.3, l-isħubija mal-FITD hija obbligatorja għall-banek Taljani (85). F'dan ir-rigward, ir-referenza għall-Fond ta' Garanzija td-Depożitanti tal-Kreditu Kooperattiv (FGDCC) (ara l-premessa 70) li kellha l-għan li tenfasizza l-allegata natura volontarja tas-sħubija mal-FITD hija żbaljata peress li, taħt il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek (86), il-banek ta' kreditu kooperattiv Taljani jridu jipprovdu skema ta' garanzija tad-depożitanti speċifika fil-qasam tagħhom: għaldaqstant, il-banek ta' kreditu kooperattiv ma jistgħux jissieħbu mal-FITD u, viċe versa, il-banek l-oħrajn ma jistgħux jissieħbu mal-FGDCC u jridu jissieħbu mal-FITD. Għalhekk, id-dispożizzjoni statutorja (87) li tippermetti lill-banek membri li joħorġu mill-FITD, enfasizzata mill-partijiet interessati fil-kummenti tagħhom (ara l-premessa 70), hija possibbiltà purament teorika u imprattikabbli, peress li dawn il-banek ma jistgħu jissieħbu ma' ebda skema oħra ta' garanzija tad-depożiti rikonoxxuta.

(135)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni li jsir intervent ta' appoġġ hija adottata mill-korpi governattivi tal-FITD. Irrispettivament mill-interessi individwali tagħhom, il-banek membri ma jistgħu la jeżerċitaw veto fuq din id-deċiżjoni, u lanqas jiddiżassjoċjaw ruħhom mill-intervent (88) u jridu jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-intervent approvat. Il-fatt li dawn ir-riżorsi mhumiex irreġistrati fir-rapport finanzjarju tal-FITD, imma f'kontijiet separati, huwa biss formalità peress li huwa l-FITD li jimmaniġġja direttament dawn ir-riżorsi.

(136)

Dan iwassal lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-intervent huwa imputabbli lill-FITD u mhux lill-banek membri, u li r-riżorsi użati biex jitwettqu l-interventi huma riżorsi tal-FITD u mhux riżorsi proprji tal-banek membri.

(137)

Għalhekk, peress li kemm is-sħubija fl-FITD kif ukoll il-kontribuzzjonijiet għall-interventi ta' appoġġ deċiżi mill-FITD huma obbligatorji, il-Kummissjoni tikkonkludi li fl-Italja, għall-banek li mhumiex banek ta' kreditu kooperattiv huwa obbligatorju, skont ir-regolamenti Taljani, li jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-interventi ta' appoġġ tal-FITD. Ir-riżorsi li jintużaw biex jiffinanzjaw dawn l-interventi ta' appoġġ huma b'mod ċar preskritti, ġestiti u mqassma skont il-liġi jew standards pubbliċi oħrajn u allura għandhom karattur pubbliku.

(138)

Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li fil-każ inkwistjoni, kemm fil-prinċipju kif ukoll fil-prattika, l-awtoritajiet Taljani jeżerċitaw kontroll kontinwu fuq il-konformità tal-użu tar-riżorsi tal-FITD mal-għanijiet ta' interess pubbliku u jinfluwenzaw l-użu ta' dawn ir-riżorsi mill-FITD.

(139)

B'mod partikolari, meta wieħed iqis li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom is-setgħa formali li jitolbu l-intervent u li japprovawh fis-sustanza f'dak li jirrigwarda l-konformità tiegħu mal-mandat pubbliku (il-premessa 126), il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rwol tal-Banca d'Italia ma jistax jitqies limitat għal sempliċi proċedura ta' natura purament għall-finijiet ta' informazzjoni u lanqas għal sempliċi kontroll formali tal-validità u tal-leġittimità (89).

(140)

B'mod partikolari, fil-kawża Doux Élevage il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li n-natura obbligatorja tal-kontribuzzjonijiet f'dak il-każ ma kinitx soġġetta “għall-insegwiment ta' għanijiet ta' politika konkreti, stabbiliti u definiti mill-awtoritajiet pubbliċi”. Madankollu, l-attivitajiet tal-FITD huma soġġetti għal għanijiet ta' interess pubbliku konkreti, stabbiliti u definiti mill-awtoritajiet pubbliċi u kkontrollati minnhom, b'mod partikolari l-għanijiet ta' interess pubbliku għall-protezzjoni tad-depożitanti.

(141)

Billi huma soġġetti għall-kontroll tal-Banca d'Italia, il-miżuri f'dan il-każ huma kkontrollati wkoll b'rigward għall-għanijiet tal-Banca d'Italia stess, fosthom dak li jippreserva l-istabilità tas-sistema finanzjarja. Dwar dan wieħed għandu jfakkar dawn l-aspetti li ġejjin:

(1)

l-importanza tar-rwol tal-Banca d'Italia fl-assigurar tal-istabilità tas-sistema bankarja Taljana u fil-protezzjoni ta' min ifaddal;

(2)

is-setgħat wesgħin tal-Banca d'Italia bl-għan li jiżguraw li l-FITD jikkunsidra dawn id-dispożizzjonijiet.

(142)

L-elementi msemmija fil-premessi preċedenti minn 127 sa 131 (regoli li jissoġġettaw lill-organizzazzjoni għal kontroll strett u koordinazzjoni effettiva mill-Banca d'Italia biex tiżgura li tikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet importanti ħafna ta' interess pubbliku) juru li l-FITD għandu status legali ta' eċċezzjoni meta mqabbel mal-konsorzji privati normali taħt il-leġiżlazzjoni Taljana u li kif, jirriżulta mill-mandat pubbliku tiegħu, l-iskop tiegħu jmur ferm lil hin, pereżempju, minn dak tas-CIDEF (90), ivvalutat fis-sentenza Doux Élevage. Dan l-istatus legali ta' eċċezzjoni huwa ħjiel rilevanti ta' imputabbiltà taħt il-kriterji żviluppati fil-kawża Stardust Marine.

(143)

Il-kontenut, l-ambitu u l-għan tal-miżuri huma tali l-elementi msemmija hawn fuq juru kemm huwa dubjuż li l-awtoritajiet pubbliċi mhumiex involuti fl-adozzjoni tagħhom. Dawn il-miżuri mhux biss taw vantaġġ kompetittiv lil impriża, iżda evitaw ukoll il-falliment tagħha bis-saħħa tal-appoġġ pubbliku pprovdut permezz tal-miżuri 1, 2 u 3 deskritti fil-premessa 38 u li jimmiraw għall-protezzjoni kemm tad-depożitanti, kemm tal-istabilità tas-sistema bankarja Taljana.

(144)

Meta tqis l-elementi msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ssostni li hemm biżżejjed evidenza biex turi li l-miżura hija imputabbli lill-Istat u hija ffinanzjata permezz ta' riżorsi pubbliċi.

(145)

Il-Kummissjoni tinnota li, anki jekk, jitqiesu waħedhom, ċerti aspetti ppreżentati minnha ma kinux suffiċjenti fihom infushom biex tikkonkludi li l-miżuri huma imputabbli lill-Istat, il-premessi minn 118 sa 144 juru li s-sensiela ta' ħjiliet ivvalutati minnha, flimkien juru li l-interventi tal-FITD huma imputabbli lill-Istat.

(146)

Fir-rigward tal-kummenti mressqa mill-Italja u mill-partijiet interessati dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna lill-Banco di Sicilia u lil Sicilcassa, il-Kummissjoni tfakkar l-ewwel nett li l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat huwa kunċett oġġettiv u li ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' allegata prassi deċiżjonali, anki jekk din tintwera. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, għall-kuntrarju tal-1999, meta ġew approvati l-miżuri ta' appoġġ lil Tercas, il-Kummissjoni kienet diġà fasslet u ppubblikat fid-dettall il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati biex l-appoġġ ipprovdut minn skema ta' garanzija tad-depożiti jkun għajnuna mill-Istat.

(147)

Barra minn hekk fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoniSicilcassa il-Kummissjoni ma kinitx aġġustat il-valutazzjoni tagħha tal-imputabbiltà skont id-dispożizzjonijiet tal-qrati tal-Unjoni stabbiliti fis-sentenza Stardust Marine u mal-ġurisprudenza sussegwenti.

(148)

Għall-kuntrarju tal-argumenti mressqa mill-Italja u mill-partijiet interessati, il-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni dwar l-interventi tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti (91) hija ferm adatta biex tipprovdi indikazzjoni rigward in-natura ta' għajnuna mill-Istat tal-intervent tal-FITD. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, id-deċiżjoni fil-każ Sicilcassa mhijiex raġuni biex wieħed jinvoka l-aspettattiva leġittima mill-Italja u mill-partijiet interessati.

6.1.2.   Vantaġġ selettiv b'distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(149)

L-interventi ta' appoġġ implimentati mill-FITD taw lil Tercas vantaġġ selettiv u, b'mod partikolari, ma twettqux mill-FITD bħala operatur f'ekonomija tas-suq. Il-miżuri 1, 2 u 3, neqsin minn kwalunkwe prospett jew possibbiltà ta' qligħ, mhumiex tipiċi ta' operatur f'ekonomija tas-suq. Dawn il-miżuri juru li l-FITD aġixxa fil-kwalità tiegħu ta' korp li jissodisfa mandat pubbliku aktar milli fil-kwalità tiegħu ta' operatur f'ekonomija tas-suq (92). Dawn l-interventi jikkorrispondu għall-għoti ta' għajnuna li ma tipprovdix l-applikazzjoni ta' kummissjonijiet u lanqas remunerazzjoni jew qligħ korrelattiv, li l-effett kombinat tagħhom kien dak li jevita l-ħruġ ta' Tercas mis-suq, għall-kuntrarju ta' dak li aktarx kien jiġri fin-nuqqas ta' dan l-appoġġ, u b'hekk ingħata vantaġġ selettiv lil Tercas.

(150)

Anki jekk wieħed jassumi li dawn il-miżuri għandhom ikunu vvalutati fid-dawl tal-imġiba ta' operatur tas-suq f'sitwazzjoni simili, madankollu, hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat li jikkomunika lill-Kummissjoni l-provi oġġettivi u verifikabbli biex juri li d-deċiżjoni tiegħu kienet ibbażata fuq valutazzjoni ekonomika preċedenti simili għal dik ta' operatur privat razzjonali f'sitwazzjoni paragunabbli, sabiex tiġi ddeterminata l-profittabbiltà futura tal-istess miżuri. Fil-każ preżenti l-Kummissjoni ma ngħatat ebda evidenza li tikkonferma li l-FITD kien talab pjan tan-negozju jew kalkolu ta' ritorn fuq l-investiment, rekwiżiti bażiċi għal kwalunke deċiżjoni ta' investiment minn operatur privat.

(151)

L-Italja u l-partijiet interessati jiddikjaraw li dawn il-miżuri kienu fil-fatt konformi mal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq (93), b'mod partikolari peress li l-intervent ippermetta lill-FITD inaqqas l-ispejjeż li kien ikun esposti għalihom b'mod ieħor, b'mod partikolari l-ispejjeż li jkollu jirrimborża l-FITD lid-depożitanti f'każ ta' stralċ obbligatorju amministrattiv ta' Tercas.

(152)

Il-partijiet interessati jiddikjaraw ukoll li l-azzjonijiet tal-FITD huma imputabbli għall-awtonomia privata tal-banek membri.

(153)

Il-Kummissjoni ssostni li l-intervent huwa imputabbli b'mod ċar lill-FITD, ikkontrollat mill-awtoritajiet pubbliċi (ara l-valutazzjoni fil-premessi minn 134 sa 136), u mhux lill-banek membri. Kwalunkwe paragun mal-interventi mwettqa mill-FITD qabel ma l-banek kienu legalment meħtieġa jkunu parti minnhom huwa irrilevanti, peress li attwalment il-banek membri ma jistgħux jiddiżassoċjaw lilhom infushom mill-implimentazzjoni ta' interventi partikolari, kif indikat fil-premessi 134 u 135. Din is-sitwazzjoni hija aggravata mill-mekkaniżmu wara d-deċiżjonijiet ta' intervent tal-FTID, kif deskritt fil-premessa 36, li jaffavorixxi lill-banek il-kbar (94), bil-possibbiltà konsegwenti li jiġu adottati deċiżjonijiet ta' intervent li jmorru kontra x-xewqa tal-parti l-kbira tal-banek membri.

(154)

L-ispejjeż inkwistjoni ġejjin għalhekk mill-obbligi imposti fuq l-FITD, bħala skema ta' garanzija tad-depożiti li topera abbażi ta' mandat pubbliku bl-għan li jipproteġi lid-depożitanti. Ebda operatur f'ekonomija tas-suq ma għandu jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn mandat pubbliku, bħal pereżempju dak li jirrimborża lid-depożitanti f'każ ta' stralċ ta' Tercas. Skont ġurisprudenza kostanti, fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn l-obbligi li jirriżultaw minn mandat pubbliku (95).

(155)

Mingħajr ma tqis l-obbligi li jirriżultaw mill-mandat pubbliku tal-FITD, il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li ebda waħda mit-tliet miżuri ma kienet tiġi adottata minn operatur f'ekonomija tas-suq. In-nuqqas ta' pjan ta' negozju jew ta' kwalunkwe prospett ta' qligħ huwa fundamentali għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni u tista' biss tikkonferma din il-konklużjoni.

(156)

Finalment, BPB u Tercas iddikkjaraw li l-kontribut tal-FITD jista' jitqies simultanju għall-intervent ta' BPB bħala operatur privat. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li investiment simultanju ta' dan it-tip irid iseħħ f'kundizzjonijiet kompletament ekwi għall-koinvestituri pubbliċi u privati. Huwa ovvju li dan ir-rekwiżit ma ġiex issodisfat. BPB kiseb is-sjieda totali ta' Tercas, filwaqt li l-FITD ma kisibx qligħ ekonomiku simili għall-investiment tiegħu.

(157)

Għar-raġunijiet indikati fil-premessi minn 149 sa 156, l-interventi tal-FITD favur Tercas taw lil dan tal-aħħar vantaġġ, b'mod partikolari kontribuzzjoni mhux ripagabbli li tkopri d-defiċit ta' kapital tiegħu, garanzija bla ħlas għal xi skoperturi ta' kreditu lil […] u kontribuzzjoni mhux ripagabbli soġġetta għal kundizzjoni, maħsuba biex ittaffi parti mill-obbligazzjonijiet ta' taxxa ta' Tercas dovuti għat-taxxa fuq id-dħul applikabbli f'dak iż-żmien. Dawn il-miżuri kollha evitaw il-ħruġ ta' Tercas mis-suq. Tercas ma kienx jibbenefika minn dawn il-miżuri f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

(158)

Il-Kummissjoni taħseb li l-interventi inkwistjoni huma selettivi minħabba l-fatt li jirreferu biss għal Tercas. Dawn l-interventi ta' appoġġ huma disponibbli biss għall-banek taħt amministrazzjoni straordinarja u biss wara eżami każ b'każ. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri vvalutati f'din id-deċiżjoni kienu maħsuba speċifikament u esklussivament għal Tercas biex ma joħroġx mis-suq u li, għaldaqstant, kienu selettivi.

(159)

Fl-aħħar nett, il-vantaġġi mogħtija lil Tercas permezz tal-interventi tal-FITD, li evitaw il-falliment u l-ħruġ mis-suq ta' Tercas għandhom effett ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni. Tercas jikkompeti ma' impriżi barranin u għalhekk hemm effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(160)

F'dak li jirrigwarda Miżura 1, is-sussidju ta' EUR 265 miljun ingħata fil-forma ġuridika ta' kontribuzzjoni mhux ripagabbli biex tkopri defiċit ta' kapital ta' Tercas mingħajr ebda komponent remunerattiv. Il-Kummissjoni tqis li l-element ta' għajnuna jikkorrispondi għall-ammont sħiħ ta' EUR 265 miljun.

(161)

F'dak li jirrigwarda l-Miżura 2, il-garanzija ta' EUR 35 miljun ingħatat għal perjodu massimu ta' tliet snin biex tkopri r-riskju ta' kreditu assoċjat ma' ċerti skoperturi ta' Tercas lejn […]. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta' garanziji (96), l-element ta' għajnuna għandu jkun ikkalkulat bħala ekwivalenti tal-għotja gross tad-differenza bejn il-kummissjoni li l-benefiċjarju kien iħallas lil operatur tas-suq biex jikseb din il-garanzija u l-kummissjoni li attwalment tħallset għall-istess garanzija għall-perjodu li attwalment gawdew minnu.

(162)

Il-Kummissjoni mgħandhiex informazzjoni dwar il-kummissjoni li operatur tas-suq kien jitlob biex jassigura l-iskopertura ta' kreditu lejn […] jew dwar il-kwalità ta' kreditu ta' […]. Madankollu, peress li l-iskopertura f'dak il-mument ma kinitx danneġġata u s-self tħallas lura fil-ħin previst, u b'kont meħud tal-ammonti ta' għajnuna ferma aktar sinifikanti pprovduti permezz tal-Miżuri 1 u 3, il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa biżżejjed li jiġi stabbilit il-limitu minimu għall-istima tal-ammont ta' għajnuna.

(163)

Dan il-limitu minimu jista' jiġi stabbilit billi wieħed jieħu bħala referenza l-medja tal-valuri tal-iswap ta' inadempjenza ta' kreditu (credit default swap — “CDS”) (97) ta' tul ta' tliet snin meta ngħatat l-għajnuna għall-kumpaniji ewlenin mhux finanzjarji bi skambji attivi ta' CDS. Il-medja hija ta' 53 punt bażi (98). Jekk wieħed iqis li l-garanzija kienet tkopri EUR 35 miljun fi skoperturi u li damet biss disa' xhur, il-valur tar-rimborż tal-kummissjoni ta' garanzija huwa ugwali għal EUR 0,14-il miljun. Peress li l-ftehimiet ma kinux jipprovdu kummissjonijiet favur l- FITD li jistgħu jitnaqqsu minn din iċ-ċifra, il-Kummissjoni tqis li EUR 0,14-il miljun jikkorrispondu wkoll għall-element ta' għajnuna.

(164)

Fir-rigward tal-Miżura 3, il-Kummissjoni tinnota li, skont ir-regolamenti Taljani, l-eżenzjoni mit-taxxa trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni Ewropea u approvata minnha. Peress li, meta saret l-għotja jew wara, il-Kummissjoni Ewropea ma kinitx adottat ebda deċiżjoni dwar il-Miżura 3, il-garanzija għandha titqies infurzata. Fil-fatt, l-eżenzjoni mit-taxxa ma kinitx ġiet innotifikata b'mod formali lill-Kummissjoni, li teskludi l-possibbiltà tal-applikazzjoni tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni mgħandhiex tqis din il-miżura bħala garanzija, iżda bħala kontribuzzjoni addizzjonali mhux ripagabbli mingħajr remunerazzjoni. Il-Kummissjoni ssostni li l-element ta' għajnuna jikkorrispondi għall-ammont sħiħ ta' EUR 30 miljun.

6.1.3.   Konklużjonijiet dwar l-eżistenza ta' għajnuna

(165)

Għar-raġunijiet elenkati fil-premessi preċedenti minn 149 sa 164, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 1 (kontribuzzjoni mhux ripagabbli ta' EUR 265 miljun), il-Miżura 2 (garanzija ta' EUR 35 miljun li tkopri l-iskoperturi ta' kreditu lejn […] b'element ta' għajnuna ta' EUR 0,14-il miljun) u l-Miżura 3 (kontribuzzjoni oħra mhux ripagabbli ta' EUR 30 miljun), għal total ta' EUR 295,14-il miljun f'għajnuna mill-Istat, ipprovduti mill-FITD, taw vantaġġ selettiv lil Tercas b'effett ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni u li affettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dan il-vantaġġ selettiv ingħata permezz ta' riżorsi statali bl-intervent tal-FITD, li huwa imputabbli lill-Istat għar-raġunijiet esposti fil-premessi minn 112 sa 148. L-għajnuna ngħatat fis-7 ta' Lulju 2014.

6.2.   Benefiċjarju tal-għajnuna

(166)

Il-Kummissjoni tfakkar li, abbażi tal-valutazzjoni tagħha, it-tliet miżuri inkwistjoni jagħtu vantaġġ lil Tercas. Il-Kummissjoni ssostni għalhekk li l-miżuri ffavorixxew l-attivitajiet ekonomiċi ta' Tercas, billi evitaw il-ħruġ tiegħu mis-suq u ppermettew li dawn l-attivitajiet ekonomiċi jitkomplew fi ħdan ix-xerrej, jiġifieri BPB.

(167)

Biex tistabbilixxi jekk il-bejgħ tal-attivitajiet tal-Bank huwiex għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju tax-xerrej, skont il-punti 79, 80 u 81 tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 u l-punt 20 tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar (99), il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk humiex issodisfati ċerti rekwiżiti, waqt li tivverifika b'mod partikolari jekk (i) il-proċess tal-bejgħ kienx miftuħ, bla kundizzjonijiet u mhux diskriminatorju; (ii) il-bejgħ sarx fil-kundizzjonijiet tas-suq u (iii) l-istituzzjoni ta' kreditu jew il-gvern immassimizzax il-prezz tal-bejgħ tal-assi u l-obbligazzjonijiet ikkonċernati.

(168)

F'konformità mal-kunsiderazzjonijiet magħmula fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma għandhiex evidenza li tippermettilha tikkonkludi li (i) il-proċess tal-bejgħ ma kienx mituħ, bla kundizzjonijiet u mhux diskriminatorju, (ii) il-bejgħ ma sarx fil-kundizzjonijiet tas-suq u (iii) l-awtoritajiet Taljani ma mmassimizzawx il-prezz tal-bejgħ ta' Tercas.

(169)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-uniku benefiċjarju tal-miżura ta' għajnuna huwa Tercas u li tista' tiġi eskluża l-preżenza ta' għajnuna favur ix-xerrej, jiġifieri BPB.

7.   IL-LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA

(170)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri identifikati huma għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat u ngħataw bi ksur tal-obbligi ta' notifika u ta' sospensjoni previsti fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Għaldaqstant il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri favur Tercas huma għajnuna mill-Istat illegali.

8.   IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

8.1.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà

(171)

L-Italja ma ddikjaratx li l-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern. L-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(2) tat-Trattat ma hija applikabbli għal dawn il-miżuri. Bl-istess mod, l-Artikolu 107(3)(a) u (d) tat-Trattat ukoll mhuwiex applikabbli għal dawn il-miżuri, filwaqt li r-rekwiżiti tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat huma aktar restrittivi minn dawk li tapplika attwalment il-Kummissjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji f'diffikultà skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni ser teżamina l-kompatibilità tal-intervent tal-FITD biss fuq il-bażi ta' din l-aħħar dispożizzjoni.

(172)

L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tiddeċiedi li għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern jekk hija maħsuba biex “tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta' Stat Membru.” Il-Kummissjoni hija konxja li l-kriżi finanzjarja dinjija tista' tfixkel serjament l-ekonomija ta' Stat Membru u li miżuri li jappoġġjaw lill-banek jistgħu jkunu xierqa biex jirrimedjaw għal dan it-tfixkil. Din il-gwida kienet sussegwentement iċċarata u żviluppata fil-komunikazzjonijiet dwar il-kriżi (100) u mtenni wkoll fil-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013, fejn il-Kummissjoni tindika r-raġunijiet għalfejn hija tqis li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) jibqgħu jiġu ssodisfati.

(173)

Biex tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, għajnuna trid tkun konformi mal-prinċipji ġenerali sottostanti għall-kompatibilità fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat, ikkunsidrati fid-dawl tal-għanijiet ġenerali tal-istess Trattat. Għaldaqstant, abbażi tal-prassi deċiżjonali (101) tal-Kummissjoni, kull għajnuna jew skema ta' għajnuna trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet: (i) adegwatezza, (ii) ħtieġa u (iii) proporzjonalità.

(174)

Il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 tapplika għal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-1 ta' Awwissu 2013. L-intervent ta' appoġġ tal-FITD kien awtorizzat mill-Banca d'Italia fis-7 ta' Lulju 2014.

(175)

Biex tiddetermina l-kompatibilità tal-intervent mal-komunikazzjonijiet rilevanti dwar il-kriżi, il-Kummissjoni sejra tivvaluta l-għajnuna mogħtija permezz tat-tliet miżuri kif ġej:

(1)    Miżura 1 : il-kontribuzzjoni mhux ripagabbli ta' EUR 265 miljun sejra tkun ittrattata bħala rikapitalizzazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni skont il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 u l-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, minkejja d-differenzi dwar miżura normali ta' rikapitalizzazzjoni, billi l-awtorità li tat l-għajnuna ma akkwistatx drittijiet u ma tħallset ebda kumpens;

(2)    Miżura 2 : il-garanzija ta' EUR 35 miljun, immirata biex tkopri r-riskju ta' kreditu assoċjat ma' ċerti skoperturi ta' Tercas lejn […] u li tinkludi element ta' għajnuna li jammonta għal EUR 0,14-il miljun, għandha l-karatteristiċi biex tiġi vvalutata bħala għajnuna għar-ristrutturar ta' Tercas skont il-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti (102), kif ukoll biex tiġi vvalutata skont il-Komunikazzjoni dwari s-settur bankarju tal-2013 u l-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar;

(3)    Miżura 3 : peress li l-Kummissjoni ma adottat ebda deċiżjoni rigward l-eżenzjoni mit-taxxa, il-garanzija ta' EUR 30 miljun sejra tkun ivvalutata bħala sostenn ulterjuri li sar permezz ta' kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Il-miżura għandha għalhekk tiġi ttrattata bħala rikapitalizzazzjoni li trid tiġi vvalutata bl-istess mod tal-Miżura 1.

(176)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni sejra tivvaluta l-ewwel il-kompatibilità tal-Miżura 2 mas-suq intern fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti u, imbagħad, tagħmel valutazzjoni kombinata tat-tliet miżuri f'daqqa skont il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 u l-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar.

8.2.   Il-kompatibilità tal-Miżura 2 mal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti

(177)

Il-Miżura 2 għandha tkun ivvalutata abbażi tal-kriterji elenkati fil-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti, peress li hija maħsuba sabiex “teżonera l-bank benefiċjarju mill-ħtieġa (jew jikkumpensaha) li jirreġistra telf jew riżerva għal telf eventwali fuq l-assi indeboliti”. Dawn il-kriterji ta' kompatibbiltà jinkludu: (i) l-eliġibbiltà tal-assi; (ii) it-trasparenza u l-iżvelar tal-indeboliment; (iii) l-amministrazzjoni tal-assi; (iv) l-approċċ korrett u konsistenti għall-valutazzjoni tal-assi; u (v) l-adegwatezza tar-remunerazzjoni u tal-qsim tal-piżijiet.

8.2.1.   L-eliġibbiltà tal-assi

(178)

Rigward l-eliġibbiltà tal-assi, is-sezzjoni 5.4 tal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti tindika li, biex tiġi żgurara l-kompatibilità, l-appoġġ għall-assi jeħtieġ identifikazzjoni ċara tal-assi indeboliti u l-applikazzjoni ta' limiti speċifiċi fir-rigward tal-eliġibbiltà.

(179)

Għalkemm il-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti tikkunsidra assi eliġibbli dawk li ħolqu l-kriżi finanzjarja, hemm ukoll il-possibbiltà li “l-eliġibbiltà tiġi estiża għal kategoriji ta' assi definiti sew li jikkorrispondu għat-theddida sistemika, bil-ġustifikazzjonijiet xierqa u mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi”. Barra minn hekk, il-punt 35 tal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti jgħid li l-assi li attwalment ma jistgħux jitqiesu indeboliti mgħandhomx jidħlu fi programm ta' appoġġ.

(180)

Fil-każ inkwistjoni, rapport tal-FITD ta' Lulju 2014 jinnota li l-iskoperturi msemmija fil-Miżura 2 jirrigwardaw self produttiv iżda problematiku. Is-self produttiv mhuwiex eliġibbli taħt il-kriterji stabbiliti fis-sezzjoni 5.4 tal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 2 ma tissodisfax il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-assi stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti.

8.2.2.   Trasparenza u informazzjoni, ġestjoni u valutazzjoni

(181)

Skont it-taqsima 5.1 tal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti, il-Kummissjoni teżiġi trasparenza sħiħa u t-trażmissjoni ta' informazzjoni kompluta ex ante dwar l-assi indebolitili għalihom ser japplikaw il-miżuri ta' appoġġ. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda informazzjoni la fuq l-iskoperturi inkwistjoni u lanqas fuq il-kumpanija sottostanti.

(182)

Barra minn hekk, la l-Istat Membru u lanqas xi waħda mill-partijiet interessati ma pprovdew valutazzjoni dwar l-assi indeboliti, kif mitlub fit-taqsima 5.5 tal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti, lanqas ma hemm informazzjoni disponibbli li jippermettu lill-Kummissjoni tassumi li, skont it-taqsima 5.6 tal-istess komunikazzjoni, l-assi kienu debitament separati fil-livell funzjonali jew organizzattiv.

(183)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterji dwar it-trasparenza u l-iżvelar ma ġewx issodisfati u li, barra minn hekk, jonqos l-evidenza li fuqha tista' tikkonkludi li l-kriterji dwar il-ġestjoni u l-valutazzjoni ġew issodisfati.

8.2.3.   Il-qsim tal-piżijiet u tar-remunerazzjoni

(184)

Fir-rigward tar-remunerazzjoni, it-taqsima 5.2 tal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti ttenni l-prinċipju ġenerali li l-banek għandhom isostnu kemm jista' jkun it-telf assoċjat mal-assi indeboliti u jiggarantixxu remunerazzjoni xierqa, b'mod li jiġu assigurati r-responsabbiltà ekwivalenti tal-azzjonisti u l-qsim tal-piżijiet.

(185)

Kif deskritt fil-premessi minn 195 sa 212, ma ġewx implimentati miżuri xierqa ta' qsim tal-piżijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ma kienet prevista ebda remunerazzjoni għall-garanzija marbuta mal-iskopertura lejn […].

(186)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 2 ma tissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti kumulattivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti. Għaldaqstant, din il-miżura ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.3.   Il-kompatibilità tal-Miżuri 1, 2 u 3 mal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 u l-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar

(187)

Rigward il-Miżuri 1 u 3, il-forma ġuridika tagħhom hija dik ta' sussidju mhux ripagabbli, jiġifieri kontribuzzjoni fi flus li ma tipprovdi ebda korrispettiv bi tpattija (fil-forma ta' proprjetà jew remunerazzjoni). Il-kriterji ta' kompatibilità stabbiliti mill-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 ma jipprovdux sussidju bħala tali.

(188)

L-unika forma ta' għajnuna simili għas-sussidju prevista fil-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 hija l-għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni. Madankollu, ir-rikapitalizzazzjoni teħtieġ l-issodisfar ta' sensiela ta' kriterji ta' kompatibilità, jiġifieri: (i) l-eżistenza ta' pjan ta' ġbir ta' kapital li jindika l-possibbiltajiet kollha disponibbli għall-bank inkwistjoni biex jiġbor kapital minn sorsi privati; (ii) pjan ta' ristrutturar li jwassal għall-irkupru tal-vijabbiltà tal-istituzzjoni finanzjarja; (iii) kontribuzzjoni suffiċjenti tal-benefiċjarju nnifsu, inkluża l-akbar kontribuzzjoni possibbli mid-detenturi tal-istrumenti ta' kapital u ta' dejn subordinat (qsim tal-piżijiet) u (iv) miżuri suffiċjenti biex jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għalkemm il-Kummissarju speċjali ta' Tercas seta' implimenta pjan ta' ġbir ta' kapital (ara l-premessa 15), il-Kummissjoni ma rċevietx evidenza li turi li r-rekwiżiti ta' kompatibilità msemmija f'dan il-punt ġew issodisfati.

(189)

Essenzjalment, il-kontribuzzjonijiet mhux ripagabbli previsti mill-Miżuri 1 u 3 ngħataw biex jiġi eliminat id-defiċit ta' kapital ta' Tercas qabel ma BPB ħa l-assi. Fil-passat il-Kummissjoni approvat operazzjonijiet simili għaliex kienu kompatibbli mas-suq intern, iżda dan għalitu biss bħala għajnuna biex tiffaċilita r-riżoluzzjoni jew bħala għajnuna biex tappoġġja l-istralċ ordnat ta' bank (103). Billi l-Italja stqarret b'mod ċar li fil-miżuri ta' għajnuna favur Tercas ma ġewx applikati la skemi ta' riżoluzzjoni jew ta' stralċ, il-Kummissjoni ma tistax tapplika l-istess raġunament fil-każ ta' Tercas. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tikkwalifika l-miżura bħala għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni.

(190)

Il-Miżura 2 ġiet maħsuba sabiex tipproteġi lil Tercas minn telf possibbli li jirriżulta mill-iskopertura tiegħu lejn […]. Bħala tali għalhekk tixbah għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni għar-ristrutturar ta' Tercas. Irrispettivament mill-konformità tagħha mal-Komunikazzjoni dwar l-assi indeboliti, biex tiġi ddikjarata kompatibbli l-Miżura 2 trid tkun ukoll kompatibbli mal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 u l-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar. Barra minn hekk ma jkunx possibbli li wieħed jivvaluta l-Miżuri 1 u 3 fid-dawl ta' dawn il-Komunikazzjonijiet mingħajr ma tiġi kkunsidrata l-Miżura 2.

8.3.1.   L-irkupru tal-vijabbiltà għal żmien twil

(191)

Il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 titlob kemm pjan ta' ġbir ta' kapital, maħsub biex jassigura li uża s-sorsi kollha ta' kapital privat qabel ma talab għajnuna mill-Istat, kif ukoll pjan ta' ristrutturar maħsub biex juri l-irkupru tal-vijabbiltà fit-tul. Il-vijabbiltà fit-tul tinkiseb biss meta bank ikun jista' jikkompeti bil-mezzi proprji fuq is-suq kapitali waqt li jikkonforma mal-obbligi regolatorji relatati. Biex jopera b'dan il-mod bank għandu jkun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jipprovdi qligħ adegwat tal-kapital, b'kunsiderazzjoni tal-profik tar-riskju tal-bank. Skont il-punt 17 tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, il-qligħ jista' jinkiseb anki jekk wieħed jagħżel li jbiegħ il-bank.

(192)

Il-partijiet interessati jsostnu li l-Kummissarju speċjali implimenta attivitajiet maħsuba biex jirrimedjaw għan-nuqqasijiet organizzattivi u tas-sistema ta' kontroll intern ta' Tercas. BPB jsostni wkoll li l-elementi strutturali tal-pjan ta' rkupru ġew żviluppati fil-Pjan tan-Negozju 2015-2019 ta' BPB.

(193)

Il-Kummissjoni tfakkar li ma rċeviet ebda pjan ta' ristrutturar jew ta' rkupru li jindika r-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul minkejja t-talba formali li saret lill-Italja biex jintbagħat tali pjan.

(194)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-possibbiltà li tikkunsidra l-pjanijiet ta' ristrutturar mibgħuta wara l-implimentazzjoni ta' miżura ta' rikapitalizzazzjoni. Il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 jipprovdi din il-possibbiltà b'mod partikolari jekk l-għajnuna tkun ġiet notifikata u implimentata bħala għajnuna għas-salvataġġ soġġetta għal kundizzjonijiet stretti. Madankollu, peress li lanqas biss ġiet notifikata miżura ta' salvataġġ u minħabba l-informazzjoni disponibbli, b'mod partikolari n-nuqqas ta' pjan ta' ristrutturar, il-Kummissjoni ma tistax tikkunsidra ssodisfat il-kriterju tal-irkupru tal-vijabbiltà fit-tul muri bil-preżenza ta' pjan dettaljat ta' ristrutturar.

8.3.2.   Għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ u l-qsim tal-piżijiet

(195)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, issupplimentata mill-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013, tindika l-ħtieġa li l-benefiċjarju jipprovdi kontribuzzjoni xierqa biex jillimita għall-minimu meħtieġ l-għajnuna u biex jillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u r-riskju morali. Għal dan il-għan tipprovdi li (i) kemm l-ispejjeż ta' ristrutturar, kif ukoll l-ammont ta' għajnuna jkunu limitati u (ii) ikun hemm l-aktar qsim possibbli tal-piżijiet mill-azzjonisti u mill-kredituri subordinati.

(196)

Skont il-punt 29 tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013, il-Kummissjoni tista' tawtorizza miżuri ta' għajnuna ladarba l-Istat Membru ikkonċernat juri li ntużaw kemm jista' jkun il-mezzi kollha possibbli biex titnaqqas l-għajnuna għall-minimu meħtieġ. Għal dan il-għan, l-Istati Membri huma mistiedna jippreżentaw pjan ta' pbir ta' kapital, qabel jew bħala parti minn pjan ta' ristrutturar.

(197)

Skont il-punt 44 tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013, “id-dejn subordinat għandu jkun konvertit jew imnaqqas, fil-prinċipju, qabel l-għoti tal-għajnuna mill-Istat. L-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tingħata qabel ma l-ekwità, il-kapital ibridu u d-dejn subordinat ikunu ntużaw kompletament biex jikkumpensaw għal kwlaunkwe telf”.

(198)

Skont il-punt 47 tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013, il-ħruġ ta' fondi għandu jiġi evitat fl-aktar fażi bikrija possibbli biex l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu meħtieġ.

(199)

Skont il-punt 52 tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013, il-Kummissjoni tawtorizza l-għajnuna għas-salvataġġ fil-forma ta' rikapitalizzazzjoni (billi taċċetta l-preżentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar wara l-implimentazzjoni tal-miżura) biss jekk il-miżuri ta' salvataġġ ma jtellfux ir-rispett tar-rekwiżiti dwar il-qsim tal-piżijiet stabbiliti fl-istess Komunikazzjoni.

(200)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kapital azzjonarju ta' Tercas kien kollu żvalutat.

(201)

Madankollu, EUR 189 miljun (fil-31 ta' Marzu 2014) f'self subordinat ta' Tercas fuq bażi konsolidata (inkluża l-kumpanija kontrollata Caripe) kellhom jiġu konvertiti jew żvalutati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 sabiex jitnaqqas id-defiċit kapitali u biex l-ammont tal-għajnuna jiġi limitat għall-minimu meħtieġ. Il-Kummissjoni tinnota li ma saret ebda konverżjoni jew żvalutazzjoni kif imsemmi hawn fuq u li, skont l-informazzjoni pprovduta minn Tercas, id-dejn subordinat maħruġ mill-kumpanija ewlenija u li jammonta għal EUR 36 miljun skada u tħallas lura f'Diċembru 2014. Il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni dwar l-iskadenza u r-rimborż tad-dejn subordinat maħruġ minn Caripe.

(202)

Il-Kummissjoni ssostni li l-fluss ta' fondi marbut mal-iskadenza ta' dan id-dejn subordinat u l-ħlas konsegwenti jikser sostanzjalment il-kundizzjonijiet li taħthom l-għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni tista' tkun kompatibbli skont il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013.

(203)

Il-partijiet interessati jsostnu li l-alternattiva tar-rikapitalizzazzjoni interna tad-dejn subordinat ma kinitx legalment fattibbli fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni Taljana u li d-dejn jista' jkun żvalutat biss f'każ ta' stralċ obbligatorju amministrattiv. Il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 tistabbilixxi l-elementi, fosthom ir-rekwiżit tar-rikapitalizzazzjoni interna, li l-Kummissjoni sejra tuża sabiex tistabbilixxi jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex kompatibbli mas-suq intern. Il-Kummissjoni tinnota li tali qsim tal-piżijiet huwa possibbli f'każ ta' stralċ, kif joħroġ ċar mill-kuntest fid-deċiżjoni adottata fil-każ ta' Banca Romagna (104), fejn l-għajnuna mogħtija mill-Italja kien approvat u ġew irrispettati ir-rekwiżiti dwar il-qsim tal-piżijiet relatati mad-dejn subordinat.

(204)

Għalkemm il-partijiet interessati jirreferu għall-punt 42 tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013, il-Kummissjoni tinnota li dan il-punt 42 jirreferi għad-detenturi ta' titoli ta' dejn tal-ewwel grad u mhux ta' dejn subordinat.

(205)

Il-partijiet interessati jindikaw ukoll bħala referenza l-punt 45 tal-istess Komunikazzjoni, li jippermetti deroga mill-prinċipju ġenerali ta' konverżjoni jew ta' żvalutazzjoni tad-dejn subordinat meta l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri tipperikola l-istabilità finanzjarja jew twassal għal riżultati sproporzjonati.

(206)

Il-Kummissjoni tinnota li l-qsim tal-piżijiet mid-detenturi tad-dejn subordinat ġie applikat fis-Slovenja f'parti kbira mis-sistema bankarja tal-Istat Membru skont il-Komunikazjzoni dwar is-settur bankarju tal-2013 (105) u fil-Portugall, għat-tielet l-akbar bank tal-pajjiż (106). Dan il-qsim ġie applikat fil-biċċa l-kbira wkoll fis-sistema bankarja Spanjola qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013, mingħajr ma pperikola l-istabilità finanzjarja u mingħajr riżultati sproporzjonati. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tirrikonoxxi li tali riskju huwa preżenti fid-dawl taċ-ċokon ta' Tercas. L-uniċi każijiet fejn il-Kummissjoni ammettiet deroga mill-qsim normali tal-piżijiet minħabba riżultati sproporzjonati mhumiex rilevanti f'dan il-każ (107).

(207)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li d-detenturi ta' titoli ta' dejn subordinat ma kkontribwewx il-massimu possibbli u l-intervent tal-FITD mhuwiex konformi ma' element fundamentali tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013.

(208)

Fil-kummenti mressqa, l-FITD jiddikjara li l-operazzjoni ta' ristrutturar ġabet rikapitalizzazzjoni sħiħa ta' Tercas, imwettqa permezz tal-intervent ta' BPB, li kkontribwixxa għaż-żieda fil-kapital billi ġabar kapital fis-suq. Min-naħa l-oħra l-punt 34 tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-defiċit kapitali residwu li għandu jkun kopert minn għajnuna mill-Istat wara li jippreżentaw il-pjan ta' ġbir ta' kapital. Madankollu, kif rikonoxxut fid-dokumenti mibgħuta minn BPB u Tercas, ir-rikapitalizzazzjoni minn BPB kienet subordinata għall-fatt li d-defiċit ta' kapital kien kopert mill-FITD qabel ir-rikapitalizzazzjoni minn BPB.

(209)

BPB u Tercas jiddikjaraw ukoll li l-intervent kien limitat għall-minnimu meħtieġ biex jinkiseb l-għan tiegħu, jiġifieri l-vijabbiltà fit-tul ta' Tercas. Huma argumentaw il-pożizzjoni tagħhom kif ġej: 1) il-kontribuzzjoni tal-FITD hija konformi mal-kriterju tal-inqas piż previst fl-Istatut tal-FITD, 2) kienet l-unika alternattiva fattibbli jekk wieħed iqis is-sitwazzjoni deterjorata ta' Tercas u l-ħtieġa li jinstab xerrej u 3) l-FITD ikkontribwixxa biss għal parti mill-irkupru tad-defiċit ta' kapital u għall-irkupru tal-proporzjonijiet ta' kapital minimi: speċifikament, ikkontribwixxa b'EUR 265 miljun (mill-EUR 495 miljun meħtieġa).

(210)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-kriterju tal-inqas piż, kif previst mill-Istatut tal-FITD, huwa irrilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżuri. F'dak li jirrigwarda l-kompatibilità, l-unika analiżi rilevanti f'dan il-kuntest hija dik li tidentifika jekk l-għajnuna mogħtija mill-Istat hijiex biżżejjed biex tirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata u hijiex limitata għall-minimu meħtieġ, bid-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni limitati biżżejjed. Id-dikjarazzjoni li l-għajnuna mogħtija kienet inqas mill-ammont mitlub biex jissodisfa r-rekwiżiti kapitali mhijiex prova li l-għajnuna kienet limitata għall-minimu meħtieġ.

(211)

Kif indikat fil-premessa 194, skont l-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni mhijiex ċerta li l-għajnuna kienet effettivament suffiċjenti biex tirrestawra l-vijabbiltà. Barra minn hekk, l-għajnuna żgura ma kinitx limitata għall-minimu meħtieġ la r-rikapitalizzazzjoni interna tas-self subordinat ma seħħitx.

(212)

Irid jingħad ukoll li kieku l-intervent tal-FITD seħħ skont il-metodu previst fil-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013, l-ispejjeż għall-FITD setgħu jkunu mnaqqsa aktar bi żvalutazzjoni tal-kontabilità kompluta tad-dejn subordinat ta' EUR 169 miljun (EUR 88 miljun għal Tercas-Cassa di Risparmio tal-Provinċja ta' Teramo S.p.A u EUR 81 miljun għal Caripe), bi tnaqqis konsegwenti tal-piż fuq l-Istat Membru. Din l-iżvalutazzjoni kienet tkun legalment eliġibbli f'każ ta' stralċ (108).

8.3.3.   Miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni

(213)

Fl-aħħar nett, is-sezzjoni 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tistabbilixxi li r-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja għandu jinkludi miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn il-miżuri jridu jkunu fformulati ad hoc biex jindirizzaw id-distorsjonijiet fuq is-suq fejn il-bank benefiċjarju jkun qed jopera wara r-ristrutturar.

(214)

Il-punt 34 tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar jipprovdi li remunerazzjoni xierqa tal-kapital pubbliku hija waħda mill-aktar limitazzjonijiet xierqa tad-distorsjoni fil-kompetizzjoni, peress li tillimita l-ammont tal-għajnuna.

(215)

Rigward it-tliet miżuri kollha, il-Kummissjoni tinnota n-nuqqas totali ta' kwalunkwe element li jinvolvi remunerazzjoni marbuta mal-kontribuzzjoni tal-FITD, jew inkella xi kummissjoni għall-garanzija, kif ukoll in-nuqqas ta' kwalunkwe tip ta' akkwist ta' drittijiet (jew ishma ordinarji) jew ta' parteċipazzjoni fi dħul futur eventwali. Lanqas ma kien hemm xi mekkaniżmu ta' rkupru li jippermetti li jerġa' jinkiseb pussess tal-għajnuna mogħtija lil Tercas wara r-ritorn għall-vijabbiltà.

(216)

L-FITD jgħid li fil-każ tal-interventi maħsuba biex ikopru d-defiċit kapitali biex jippermetti x-xiri ta' kumpanija falluta minn suġġetti oħrajn, huwa normali li ma jkun hemm ebda dispożizzjoni għal remunerazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li dawn l-interventi jikkorrispondu għall-għoti ta' għajnuna li kellha l-effett immedjat li Tercas ma joħroġx mis-suq, għall-kuntrarju ta' dak li kien jiġri mingħajr dan l-appoġġ. Għal din ir-raġuni dawn l-interventi għandhom jitqiesu bħala distorsjoni kbira tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, kif indikat fil-premessa 189, il-Kummissjoni tqis dawn il-miżuri komptabbli mas-suq intern biss jekk l-għajnuna ngħatat f'riżoluzzjoni jew biex tappoġġja stralċ ordnat.

(217)

L-FITD innota li l-Kummissjoni preċedentement ammettiet remunerazzjoni baxxa jew saħansitra nuqqas ta' remunerazzjoni, pereżempju fil-każijiet ta' Banco de Valencia (BVA) (109), Banco Portugues de Negocios (BPN) (110) jew Banco CAM (111).

(218)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li dawn id-deċiżjonijiet kollha — sakemm l-awtorizzazzjoni ma ngħatatx għall-għajnuna għar-riżoluzzjoni jew għal appoġġi għall-istralċ ordnat (premessa 189) — ittieħdu qabel id-dħul fis-seħħ tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013.

(219)

Barra minn hekk, sostanzjalment, il-Kummissjoni tfakkar li fit-tliet każijiet imsemmija mill-partijiet interessati ġew implimentati miżuri partikolarment estensivi u konformi mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar. Fit-tliet każijiet dan wassal għall-irtirar tal-bank u tal-marka tiegħu mis-suq. Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-attività ekonomika kienet partikolarment sinifikanti f'kull wieħed minn dawn il-każijiet (tnaqqis ta' ~50 % f'termini ta' kwantità ta' fergħat u ~35 % f'termini ta' impjegati f'CAM, tnaqqis ta' ~90 % f'termini ta' fergħat u ~50 % f'termini ta' impjegati f'BVA, tnaqqis ta' 65 % fil-baġit u l-għeluq tal-fergħat kollha ta' attività ħlief fil-livell tal-konsumatur f'BPN).

(220)

Il-Kummissjoni tfakkar li, f'dak li jirrigwarda lil Tercas, il-fergħat u l-impjegati sejrin jitnaqqsu b'madwar […] % kull waħda, filwaqt li l-fergħat kollha ta' attività sejrin jibqgħu operattivi. Barra minn hekk, il-marka ta' Tercas ser tibqa' teżisti u l-attivitajiet ekonomiċi sejrin ikomplu jibqgħu jiġu implimentati fil-qasam tan-negozju preċedenti tiegħu.

(221)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li, għall-kuntrarju ta' dak li qalu l-FITD, BPB u Tercas, ir-riorganizzazzjoni ta' Tercas ma tilħaqx l-iskop tal-eżempji ċċitati minnhom u ma tiġġustifikax in-nuqqas sħiħ ta' remunerazzjoni għall-miżuri.

(222)

L-FITD jiddikjara wkoll li l-impatt tal-operazzjoni fuq is-suq huwa fih innifsu limitat fil-konsiderazzjoni tad-daqs u tal-ambitu ġeografiku żgħir tal-attivitajiet ta' Tercas, li topera prinċipalment fir-reġjun ta' Abbruzzo.

(223)

Madankollu, skont l-istatistika disponibbli tal-Banca d'Italia fl-aħħar tal-2014, fir-Reġjun ta' Abbruzzo kienu attivi 12-il bank, fosthom tal-inqas istituzzjoni finanzjarja kbira Ewropea. Peress li Tercas huwa attiv fis-settur finanzjarju, b'163 fergħa fir-reġjun ta' Abbruzzo fl-2011, u huwa f'kompetizzjoni ma' sensiela ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn Ewropej li għandhom fergħat fl-istess reġjun, kwalunkwe vataġġ mogħti jirriżulta f'distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni.

(224)

Minħabba n-nuqqas ta' remunerazzjoni għall-intervent tal-FITD u t-tnaqqis relattivament moderat tal-attività ekonomika ta' Tercas, flimkien maż-żamma tal-marka Tercas, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma hemmx salvagwardji suffiċjenti biex jillimitaw distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni.

8.4.   Il-konklużjoni dwar il-kompatibbiltà

(225)

Fil-qosor, il-Kummissjoni ma tistax tidentifika ebda raġuni biex issostni li t-tliet miżuri huma kompatibbli mas-suq intern.

(226)

B'mod partikolari, id-dokumenti mibgħuta juru li l-miżuri ma jipprovdux il-qsim tal-piżijiet meħtieġ taħt il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal- 2013 u ma jissodisfawx ir-rekwiżiti kombinati meħtieġa għall-kompatibilità tal-għajnuna għar-ristrutturar, jiġifieri r-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul, il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u l-adozzjoni ta' miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

9.   IRKUPRU

(227)

Skont it-Trattat u skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, la sabet l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat ikkonċernat għandu jirtira jew jemenda l-għajnuna (112). Dejjem skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-obbligu impost fuq Stat biex jirtira għajnuna li l-Kummissjoni tqis inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal sabiex jirrestawra s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (113).

(228)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fir-rigward li dan l-għan jinkiseb ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija b'mod illegali, u b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun gawda minnu fis-suq meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu, u tiġi restawrata s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel il-ħlas tal-għajnuna (114).

(229)

F'konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 tal-Kunsill (115), jistabbilixxi li “Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju” u li “Il-Kummissjoni m'għandhiex teħtieġ li jsir irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra xi prinċipju ġenerali tal-liġi tal- Unjoni”.

(230)

La l-Italja u l-anqas il-partijiet terzi interessati ma talbu formalment li l-irkupru ma jiġix impost għaliex imur kontra xi prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni. Madankollu, fid-dawl tal-iskambji ta' informazzjoni li saru mal-Italja u l-partijiet terzi interessati, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġi eżaminat jekk, f'dan il-każ, ordni ta' rkupru jmurx kontra l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.

(231)

Fid-dawl tar-referenza għall-interventi tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti msemmija fil-punt 63 tal-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju u tal-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni (116), f'Ġunju 2014 ebda bank u ebda Stat Membru ma setgħu jibbażaw ruħhom fuq il-fatt li l-interventi tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti setgħu ma jitqiesux għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, ebda benefiċjarju ta' għajnuna illegali ma jista' jkollu xi aspettattiva leġittima rigward il-legalità tal-għajnuna qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni finali fir-rigward tagħha skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(232)

Barra minn hekk, fil-prinċipju, il-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibilità tal-miżuri ta' għajnuna fuq il-bażi tal-kriterji validi fid-data li fiha tadotta d-deċiżjoni. Il-kriterji ta' kompatibilità esposti fil-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 bdew japplikaw mill-1 ta' Awwissu 2013, jiġifieri 11-il xahar qabel ma ġew implimentati l-miżuri. Għalhekk, ma setax ikun hemm problemi ta' ċertezza legali minħabba l-fatt li l-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013 kienet ġiet adottata reċentement.

(233)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-irkupru huwa l-konsegwenza normali tad-deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali u, bħala tali, ma jistax jitqies bħala ordni sproporzjonata.

(234)

Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-UE iddefinixxiet ukoll b'mod strett il-każijiet li fihom jista' jiġi rikonoxxut li huwa assolutament impossibbli għall-Istat Membru li jwettaq l-ordni ta' rkupru. B'mod partikolari, f'każ li jiġi deċiż li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata, id-diffikultajiet finanzjarji li jkollu jiffaċċja l-benefiċjarju tal-għajnuna ma għandhomx jagħmlu l-irkupru impossibbli. Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li f'dan il-każ ma tistax tiġi invokata l-impossibbiltà tal-irkupru.

(235)

Għalhekk, peress li l-miżuri inkwistjoni ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali u inkompatibbli u peress li l-irkupru mhuwiex kuntrarju għal xi prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jeħtieġ li jsir l-irkupru biex tiġi rrestawrata s-sitwazzjoni li kienet teżisti fuq is-suq qabel ma ngħataw il-miżuri. L-irkupru jirrigwarda l-perjodu li fih il-benefiċjarju seta' jgawdi mill-vantaġġ, jiġifieri minn meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tiegħu sad-data tal-irkupru effettiv, u l-ammonti għandhom jinkludu l-imgħax akkumulat sal-irkupru effettiv. F'dan il-każ, id-data li fiha l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-kumpanija hija d-data tal-ħlas tal-kontribuzzjoni, f'dak li jirrigwarda l-Miżura 1, u d-data meta ġiet stabbilita l-garanzija, f'dak li jirrigwarda l-Miżuri 2 u 3.

10.   KONKLUŻJONI

(236)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja adottat illegalment il-Miżura 1, kontribuzzjoni mhux ripagabbli ta' EUR 265 miljun, il-Miżura 2, garanzija ta' EUR 35 miljun li tkopri l-iskoperturi ta' kreditu lejn […], b'element ta' għajnuna li jammonta għal EUR 0,14-il miljun, u l-Miżura 3, kontribuzzjoni addizzjonali mhux ripagabbli ta' EUR 30 miljun, għal total ta' EUR 295,14-il miljun f'għajnuna mill-Istat, mogħtija fis-7 ta' Lulju 2014 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant l-għajnuna illegali u inkompatibbli għandha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarju, Tercas, bl-imgħaxijiet relatati,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat mogħtija bl-adozzjoni ta' Miżura 1, kontribuzzjoni mhux ripagabbli ta' EUR 265 miljun, il-Miżura 2, garanzija ta' EUR 35 miljun li tkopri l-iskoperturi ta' kreditu lejn […], b'element ta' għajnuna li jammonta għal EUR 0,14-il miljun, u l-Miżura 3, kontribuzzjoni addizzjonali mhux ripagabbli ta' EUR 30 miljun, għal total ta' EUR 295,14-il miljun, mogħtija illegalment mill-Italja lil Tercas fis-7 ta' Lulju 2014 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

1.   L-Italja tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarju.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jinkludu l-imgħaxijiet akkumulati mid-data li fiha dawn l-ammonti tqegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru effettiv tagħhom.

3.   L-imgħaxijiet jiġu kkalkolati fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (117) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (118) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ikun immedjat u effettiv.

2.   L-Italja tiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Italja tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (kapital u imgħaxijiet) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u ta' dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

2.   L-Italja tinforma lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar rigward il-miżuri nazzjonali meħudin biex tiġi implimentata din id-deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Hija tippreżenta minnufih, sempliċement fuq talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u li kienu previsti biex tintlaħaq konformità ma' din id-Deċiżjoni. Tibgħat ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta' għajnuna u l-imgħaxijiet diġà irkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 136, 24.4.2015, p. 17.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  Bejn il-5 ta' Diċembru 2011 u t-23 ta' Marzu 2012, il-Banca d'Italia spezzjonat lil Tercas. Waqt din l-ispezzjoni il-Banca d'Italia sabet diversi irregolaritajiet u anomaliji rigward 1) il-ġestjoni u l-governanza tal-bank, 2) il-funzjoni tal-awditjar intern, 3) il-proċess tal-kreditu u 4) il-komunikazzjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet ta' ġestjoni u lill-korp ta' sorveljanza.

(4)  Minħabba irregolaritajiet amministrattivi serji u ksur serju ta' regoli.

(5)  Ara l-premessa 38.

(6)  Iċ-ċifri f'dan il-paragrafu jirreferu biss għal Tercas — Cassa di Risparmio della Provincia di Teramo S.p.A. u mhux għall-grupp kollu ta' Tercas.

(7)  Minuti tal-laqgħa, Reġistru Nru 125.149, Ġabra Nru 28.024 tad-29 ta' Lulju 2014, Nutar Dott. Vicenzo Galeota.

(8)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 6.

(9)  Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5).

(10)  Ara l-Artikolu 3, paragrafu 1, tad-Direttiva 94/19/KE.

(11)  Fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn tad-dokument, din in-nota ta' qiegħ il-paġna turi l-kwotazzjoni oriġinali bit-Taljan. Fil-verżjoni bit-Taljan in-nota nżammet għal sempliċi ħtieġa ta' korrispondenza tan-numri bejn id-diversi lingwi.

(12)  Fuq is-sit elettroniku tiegħu, l-FITD jiddeskrivi lilu nnifsu bħala konsorzju obbligatorju.

(13)  Il-banek ta' kreditu kooperattiv ma jistgħux jissieħbu fl-FITD. Dawn iridu jissieħbu fil-Fondo di Garanzia dei Depositanti del Credito Cooperativo, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti stabbilita fil-qasam tal-kreditu kooperattiv.

(14)  Ara l-Artikolu 25 tal-Istatut u l-Artikoli 9 sa 14 tal-Anness għall-Istatut.

(15)  Ara l-Artikoli minn 3 sa 15 tal-Istatut tal-FITD.

(16)  Ara l-Artikolu 12, paragrafu 3, tal-Istatut tal-FITD.

(17)  Ara l-Artikolu 13, paragrafu 10, tal-Istatut tal-FITD. Fil-preżent, Unicredit, Intesa Sanpaolo u MPS huma rrappreżentati minn żewġ membri kull wieħed. Credem, Credito Valtellinese, BNL, Deutsche Bank, Cariparma, Veneto Banca, CheBanca, BPM, Banco Desio e della Brianza, UBI, Banca di Credito Popolare Torre del Greco, Cassa di Risparmio di Rimini, Banca Popolare Pugliese, Unipol Banca, Banco popolare, Banca Popolare dell'Emilia Romagna u banca del Piemonte huma rrappreżentati minn membru kull wieħed.

(18)  Ara l-Artikoli 16 sa 18 tal-Istatut tal-FITD.

(19)  L-Artikolu 17, paragrafu 1, (a), tal-Istatut tal-FITD.

(20)  L-Artikolu 14, paragrafu 1, (e), tal-Istatut tal-FITD.

(21)  L-Artikolu 1, paragrafu 627 u paragrafu 628, tal-Liġi dwar l-Istabilità 2014 (Il-Liġi 147/2013): “627. Għall-finijiet tar-ristrutturar ekonomiku u finanzjarju tal-entitajiet f'amministrazzjoni straordinarja, l-interventi ta' appoġġ organizzati mill-Fond interbankarju ta' protezzjoni tad-depożiti ma jiffurmawx parti mid-dħul tal-istess entitajiet. 628. L-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 627 hija soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea”.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(22)  L-awtorità pubblika Taljana li ressqet il-kummenti lill-Kummissjoni hija l-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi.

(23)  Il-Kawża T-251/11, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (Austrian Green Electricity Act), ECLI:EU:T:2014:1060.

(24)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

(25)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri ta' appoġġ lill-banek matul il-kriżi finanzjara (“il-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju”) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).

(26)  Il-Kawża C-482/99, Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”), ECLI:EU:C:2002:294

(27)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/600/KE, tal-10 ta' Novembru 1999, li tapprova b'mod kondizzjonali l-għajnuna mogħtija mill-Italja lill-banek pubbliċi Sqallin Banco di Sicilia u Sicilcassa, ĠU L 256, 10.10.2000, p. 21.

(28)  Il-Banca d'Italia bagħtet il-kummenti tagħha bħala parti terza u għalhekk f'din it-taqsima tad-deċiżjoni mhumiex qegħdin jiġu ppreżentati bħala kummenti tal-Italja. Madankollu, peress li l-Banca d'Italia hija istituzzjoni pubblika li l-imġiba tagħha bħala tali tikkorrispondi ma' dik tal-Istat Membru u taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat minħabba li hija korp kostituzzjonalment indipendenti, meta fit-taqsima tad-deċiżjoni intitolata “Valutazzjoni tal-miżuri” tissemma l-Italja din tkun tinkludi wkoll lil din l-istituzzjoni.

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(30)  Il-Kawża C-677/11, Doux Élevage SNC et al. ECLI:EU:C:2013:348, b'mod partikolari l-punt 41.

(31)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar il-każ SA.33001 (11/N) — Id-Danimarka — Parti B — Emenda tal-iskema tal-kundizzjonijiet kompetittivi Daniża għall-istituzzjonijit ta' kreditu (ĠU C 271, 14.9.2011, p. 1).

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2014 dwar il-Kawża SA.37425 (13/N) — Il-Polonja — Skema ta' stralċ ordnat għall-għaqdiet ta' kreditu (ĠU C 210, 4.7.2014, p. 1).

(33)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2012 dwar il-Kawża SA.34255 (12/N) Spanja — Ir-ristrutturar ta' CAM u ta' Banco CAM (ĠU C 173, 19.6.2013, p. 1).

(34)  Fondo de Restructuración Ordenada Bancaria.

(35)  Il-Kawża C-379/98 PreussenElektra EU:C:2001:160, b'mod partikolari l-punt 61 u dawk sussegwenti

(36)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 30.

(37)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 23.

(38)  Enfasi miżjuda.

(39)  Fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn tad-dokument, din in-nota ta' qiegħ il-paġna turi l-kwotazzjoni oriġinali bit-Taljan. Fil-verżjoni bit-Taljan in-nota nżammet għal sempliċi ħtieġa ta' korrispondenza tan-numri bejn id-diversi lingwi.

(40)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2008 dwar il-Kawża NN 36/08 — Id-Danimarka — Roskilde bank A/S (ĠU C 238, 17.9.2008, p. 5).

(41)  Il-Kawża T-136/05 EARL Salvat père & fils vs Il-Kummissjoni, EU:T:2007:295, punt 154.

(42)  Il-Konklużjoni tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-Kawża Doux Élevage.

(43)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 27.

(44)  Kawża C-345/02, Pearle et al., ECLI:EU:C:2004:448.

(45)  Il-Kawżi Banca di Girgenti, Banca di Credito di Trieste SpA — Kreditna Banka (BCT) u Cassa di Risparmi e Depositi di Prato.

(46)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2014 dwar il-Kawża SA.39250 (14/N) — Il-Portugall — Riżoluzzjoni dwar Banco Espirito Santo S.A. (ĠU C 393, 7.11.2014, p. 1) premessi 75 sa 77.

(47)  Il-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, Land Burgenland et al. vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2013:682, punt 60.

(48)  Ara l-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-FITD tat-30 ta' Mejju 2014, p. 4. Rapport tad-Direttur Ġenerali tal-FITD tat-28 ta' Mejju 2014, dokument Nru. 7/2014, p. 5.

(49)  Ara r-rapport tad-Direttur Ġenerali tal-FITD tat-28 ta' Mejju 2014, dokument 7/2014, p. 5.

(50)  Ara l-komunikazzjoni mibgħuta minn Tercas lill-FITD fl-1 ta' April 2015.

(51)  […]

(52)  […]

(53)  […]

(54)  BPB jirreferi għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża T-11/95 BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, EU:T:1998:199, li tgħid “l-iżvilupp ta' pjan ta' ristrutturar mhuwiex eżerċizzju statiku” (punt 105 tas-sentenza). Bl-istess mod, skont BPB xi deċiżjonijiet reċenti tal-Kummissjoni jikkonfermaw li n-nuqqas ta' sottomissjoni fil-ħin ta' pjan ta' ristrutturar ma jipprekludix decisioniżjoni ta' kompatibilità ta' miżura partikolari mas-suq intern. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2014 fil-Kawża SA.36663(2014/NN) — Spanja — Miżuri ta' appoġġ għal SGR (ĠU C 120, 23.4.2014, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1092 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34824 (2012/C), SA.36007 (2013/NN) SA.36658 (2014/NN), SA.37156 (2014/NN), SA.34534 (2012/NN) implimentata mill-Greċja għall-Grupp National Bank of Greece relatata ma': Rikapitalizzazzjoni u ristrutturar ta' National Bank of Greece S.A.;Riżoluzzjoni ta' First Business Bank S.A. permezz ta' ordni ta' trasferiment lil National Bank of Greece S.A.;Riżoluzzjoni ta' Probank S.A. permezz ta' ordni ta' trasferiment lil National Bank of Greece S.A.Riżoluzzjoni tal-Bank Kooperattiv ta' Lesvos-Limnos, tal-Bank Kooperattiv ta' Achaia u tal-Bank Kooperattiv ta' Lamia (ĠU L 183, 10.7.2015, p. 29).

(55)  Ara l-applikazzjoni għall-intervent mibgħuta mill-Kummissarju speċjali lill-FITD fil-25 ta' Ottubru 2013, p. 3; in-“nuqqas ta' soluzzjonijiet alternattivi” għall-operazzjoni proposta minn BPB kien rikonoxxut ukoll anki fil-minuti tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-FITD tat-28 ta' Ottubru 2013, p. 4.

(56)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 31.

(57)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2012 dwar il-Kawża SA.26909 (2011/N) Il-Portugall — Banco Portuguès de Negócios (BPN), punti 247 u 248; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2014, Il-Polonja — Skema ta' stralċ tal-għaqdiet ta' kreditu, imsemmija fil-punt 65; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2012, Spanja — Ir-Ristrutturar ta' CAM u Banco CAM, imsemmija fil-punt 113; ara wkoll il-punti 119 u 120.

(58)  Il-Kawża C-173/73, L-Italja vs Il-Kummisjsoni, ECLI:EU:C:1974:71, punt 16; il-Kawżi Magħquda C-78/90 sa C-83/90, Société Compagnie Commerciale de l'Ouest et al. vs Receveur principal des douanes de La Pallice-Port, ECLI:EU:C:1992:118, punt 35; il-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord et al., ECLI:EU:C:2008:413, punti 58-74; il-Kawża T-384/08, Elliniki Nafpigokataskevastiki et al. vs Il-Kummissjoni, EU:T:2011:650, punt 87.

(59)  Il-Kawża T-139/09, Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2012:496, punti 63 u 64.

(60)  Il-Kawża C-83/98 P, Franza/Ladbroke Racing u i-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2000:248, punt 50; “[…] anki jekk is-somom […] ma jkunux miżmuma b'mod permanenti mit-Teżor, il- fatt li dawn jibqgħu b'mod kostanti taħt il-kontroll pubbliku, u għaldaqstant għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa biżżejjed biex dawn jiġu kklassifikati bħala riżorsi tal-Istat […].”

(61)  Ara, inter alia, il-premessi 1 u 16 tad-Direttiva 94/19/KE.

(62)  Ara l-Artikolu 3 u l-premessi 1, 2, 3, 11, 12, 15, 16, 20, 21, 24 u 25 tad-Direttiva 94/19/KE.

(63)  Ara, inter alia, il-premessi 3, 4 u 16 tad-Direttiva 2014/49/UE.

(64)  Ara l-Artikolu 11, paragrafi 3 u 6, tad-Direttiva 2014/49/UE.

(65)  Fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn tad-dokument, din in-nota ta' qiegħ il-paġna turi l-kwotazzjoni oriġinali bit-Taljan. Fil-verżjoni bit-Taljan in-nota nżammet għal sempliċi ħtieġa ta' korrispondenza tan-numri bejn id-diversi lingwi.

(66)  Ara l-Kawża T-358/94, Air France vs Il-Kummissjoni, EU:T:1996:194, il-punti minn 59 sa 62 li fihom, rigward il-“Caisse des Dépôts et Consignations” Franċiża, il-Qorti kkunsidrat li l-imġiba ta' entità pubblika hija neċessarjament imputabbli lill-Istat, peress li din l-entità hija parti mis-settur pubbliku, u żiedet tgħid li din il-konklużjoni ma setgħetx tkun invalidata mill-argumenti rigwardd l-awtonomija tal-entità fil-konfront ta' awtoritajiet statali oħrajn.

(67)  Skont is-sit tal-Internet tal-Banca d'Italia, “L-ordinament ġuridiku jafda lil Banca d'Italia r-responsabbiltà tas-salvagwarda tal-istabilità tas-sistema finanzjarja nazzjonali”. https://www.bancaditalia.it/compiti/stabilita-finanziaria/ Il-Banca d'Italia hija membru tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja u tal-Kumitat għall-Istabilità Finanzjarja tal-Eurosistema/Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali.

(68)  Skont is-sit tal-Internet tal-Banca d'Italia (Taqsima “Superviżjoni tas-sistema bankarja u finanzjarja”), “Il-Banca d'Italia hija fdata b'kompitit importanti marbutin mal-protezzjoni tal-klijenti tal-intermedjarji bankarji u finanzjarji li tagħmel parti mis-superviżjoni bankarja u finanzjarja, flimkien u b'mod integrat mal-għanijiet l-oħrajn ta' sorveljanza”.

(69)  L-Artikolu 1 tal-Istatut tal-FITD.

(70)  L-Artikolu 29(1).

(71)  “Il-Banca d'Italia, b'rigward għall-protezzjoni ta' min ifaddal u għall-istabilità tas-Sistema bankarja […] tikkoordina l-attività tal-iskemi ta' garanzija bid-dixxiplina tal-kriżijiet bankarji u bl-attivitajiet ta' sorveljanza”.

(72)  “Il-Banca d'Italia, b'rigward għall-protezzjoni ta' min ifaddal u għall-istabilità tas-Sistema bankarja […]tirrikonoxxi l-iskemi ta' garanzija, billi tapprova l-istatuti tagħhom, diment li l-iskemi nfushom ma jkollhomx karatteristiċi li jirriżultaw fi tqassim żbilanċjat tar-riskji ta' inadempjenza fuq is-sistema bankarja”.

(73)  “Il-Banca d'Italia, b'rigward għall-protezzjoni ta' min ifaddal u għall-istabilità tas-Sistema bankarja […] toħroġ dispożizzjonijiet implimentattivi tar-regoli li jinsabu f'din is-Sezzjoni”.

(74)  L-Artikolu 29(1) tal-Istatut tal-FITD.

(75)  Ara l-Artikolu 4 tal-Istatut tal-FITD.

(76)  Ara l-Artikolu 71(3) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek.

(77)  L-Artikolu 72(4) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek. “Il-Banca d'Italia, bi struzzjonijiet mogħtija lill-kummissarji u lill-membri tal-Kumitat ta' Monitoraġġ, tista' tistabbilixxi salvagwardji u limitazzjonijiet speċjali fil-ġestjoni tal-bank. Il-membri tal-korpi speċjali huma personalment responsabbli min-nuqqas tal-Banca d'Italia li tosserva r-regolamenti”.

(78)  Ara l-premessi 47, 56 u 69.

(79)  L-Artikolu 13(6) u l-Artikolu 16(1)(d) tal-Istatut tal-FITD.

(80)  Ara l-premessi 46, 58 u 71.

(81)  Ara pereżempju l-kumment ta' Irene Mecatti dwar l-Artikoli 96-96(c) tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, f“Il-Liġi Konsolidata dwar il-Banek, Kummentarju”, ta' Porzio M., Santoro V., Belli F., Losappio G., Rispoli Farina M., Editur Giuffrè, 2010: “… kull intervent ta' SPD għandu jkun awtorizzat b'mod preventiv mill-BI (Art. 96(b)(1)(d)”; comma 1, lettera d); l-enfażi bil-korsiv ittieħdet mit-test oriġinali.

(82)  Ara l-ittri tal-Banca d'Italia tal-4 ta' Novembru 2013 u tas-7 ta' Lulju 2014, li bihom tawtorizza lill-FITD iwettaq l-interventi ta' appoġġ inkwistjoni (Annessi 8 u 9 għat-tweġiba tal-Italja tal-14 ta' Novembru 2014 għat-talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2014).

(83)  Fir-rapport mehmuż mal-minuti tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-FITD tat-30 ta' Mejju 2014, p. 1 (Anness 3.9 għat-tweġiba tal-Italja tal-14 ta' Novembru 2014 għat-talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2014) jingħad li: “L-iżvilupp ta' dawn il-fatturi wassal għal negozjati kumplessi ma' BPB u mal-Kummissarju speċjali, f'koordinazzjoni mal-Banca d'Italia, biex jiġu identifikati modi u mezzi għall-implimentazzjoni tal-intervent tal-Fond biex jimmassimizzaw l-effettività tal-azzjoni ta' appoġġ fil-kuntest usa' tar-ristrutturar ta' Tercas, iċċentrat fuq operazzjoni ta' rikapitalizzazzjoni minn BPB”.

(84)  Fir-rapport mehmuż mal-minuti tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-FITD tat-30 ta' Mejju 2014, p. 4 (Anness 3.9 tat-tweġiba tal-Italja tal-14 ta' Novembru 2014 għat-talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2014) jingħad li: “Il-Banca d'Italia […] talbet lill-Fond isib ftehim bilanċjat ma' BPB għall-kopertura tad-defiċit ta' kapital”.

(85)  Għalkemm huwa legalment possibbli li joħorġu mill-FITD, il-banek huma meħtieġa bil-liġi li jissieħbu fi skema ta' garanzija tad-depożiti. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 33 is-sħubija fl-FITD hija obbligatorja għall-banek Taljani li mhumiex banek ta' kreditu kooperattiv, għar-raġunijiet li ġejjin: (1) minħabba li fl-Italja ma jeżistux skemi oħrajn ta' garanzija tad-depożiti disponibbli għall-banek kummerċjali, is-sħubija fl-FITD hija de facto obbligatorja; (2) l-Istatut tal-FITD jipprovdi għas-sħubija tal-banek kollha Taljani minbarra l-banek ta' kreditu kooperattiv.

(86)  L-Artikolu 96 tal-Liġi Konsolidata dwar il-Banek.

(87)  L-Artikolu 8 tal-Istatut tal-FITD.

(88)  Id-deċiżjonijiet ta' intervent huma adottati mill-Kunsill u mill-Kumitat ta' Tmexxija, skont il-kompożizzjoni indikata fil-premessa 36.

(89)  Ara l-punt 38 tas-sentenza Doux Élevage.

(90)  Comité interprofessionnel de la dinde française (CIDEF).

(91)  Ara d-deċiżjoni dwar il-każ SA.33001 (2011/N) — Id-Danimarka — Parti B — Emenda tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni Daniża għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-premessi 43 sa 49; id-deċiżjoni dwar il-każ SA.34255 (2012/N) — Spanja — Ir-Ristrutturar ta' CAM u Banco CAM, il-premessi minn 76 sa 87 u d-deċiżjoni dwar il-każ SA.37425 (2013/N) — Il-Polonja — Skema ta' stralċ ordnat tal-kooperattivi ta' kreditu, il-premessi minn 44 sa 53, id-deċiżjoni dwar il-każ NN 36/08 — Id-Danimarka — Roskilde bank A/S, il-premessi minn 28 sa 31; id-deċiżjoni dwar il-każ NN 61/09 — Spanja — Is-salvataġġ u r-ristrutturar ta' Caja Castilla-La Mancha, il-premessi minn 97 sa 106.

(92)  Ara l-Każ C-124/10 P, Il-Kummissjoni vs EDF, ECLI:EU:C:2012:318, il-punti 80 u 81.

(93)  Ara l-premessi minn 80 sa 97.

(94)  B'kollox, mal-erba' banek kbar (b'garanzija ta' parteċipazzjoni fil-Kunsill u żewġ voti kull wieħed) ikunu meħtieġa biss ħames rappreżentanti oħrajn biex jiksbu l-maġġoranza (13-il vot).

(95)  Ara l-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, Land Burgenland et al. vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2013:682, il-punt 52.

(96)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155 20.6.2008, p. 10).

(97)  Swap ta' inadempjenza ta' kreditu (CDS) huwa tip partikolari ta' swap li għandu l-funzjoni li jittrasferixxi l-iskopertura ta' kreditu ta' prodotti finanzjarji bejn żewġ partijiet jew aktar. Ix-xerrej ta' CDS jagħmel sensiela ta' pagamenti lill-bejjiegħ u bi tpattija jikseb rimborż f'każ ta' inadempjenza tal-obbligant sottostanti.

(98)  Il-valuri medji tas-CDS li jdumu tliet snin ta' ENI, ENEL, Telecom Italia u Atlantia jirreferu għall-1 ta' Lulju 2014.

(99)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (“Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”).

(100)  Il-Komunikazzjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u miżuri ta' salvagwardja kontra distorsjonijeit bla bżonn tal-kompetizzjoni (“il-Komunikazzjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni”) (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2); “Il-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar”; il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri ta' appoġġ lill-banek matul il-kriżi finanzjarja (“il-Komunikazzjoni ta' estensjoni tal-2011”) (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7) u l-Komunikazzjoni dwar is-settur bankarju tal-2013.

(101)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Settembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.37314 “Għajnuna ta' salvataġġ favur Probanka” (ĠU C 314, 29.10.2013, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Settembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.37315 “Għajnuna ta' salvataġġ favur Factor Banka” (ĠU C 314, 29.10.2013, p. 2).

(102)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta' Assi indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1).

(103)  Id-Deċiżjoni dwar il-każ SA.39250 (2014/N) — Il-Portugall — Riżoluzzjoni tal-Banco Espirito Santo, S.A., id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2015 dwar il-każ SA.41503 (2015/N) — Il-Greċja — Riżoluzzjoni tal-bank Panellinia permezz tat-trasferiment lill-bank Piraeus (ĠU C 325, 2.10.2015, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2015 dwar il-Kawża SA.41924 (2015/N) — L-Italja — Riżoluzzjoni (permezz tal-istralċ) tal-Banca Romagna Cooperativa (ĠU C 369, 6.11.2015, p. 1).

(104)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 103.

(105)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar il-każ SA.35709 (2013/N) — Is-Slovenja — Ir-ristrutturar ta' Nova Kreditna Banka Maribor d.d. (NKBM) (ĠU C 120, 23.4.2014, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/535/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33229 (2012/C) — (ex 2011/N) — Ir-Ristrutturar ta' NLB — is-Slovenja li s-Slovenja qed tippjana li timplimenta għal Nova Ljubljanska banka, d.d. (ĠU L 246, 21.8.2014, p. 28); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar il-każ SA.37690 (13/N) — Is-Slovenja — Għajnuna għas-salvataġġ favur Abanka d.d. (ĠU C 37, 7.2.2014, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar il-każ SA.37642 (13/N) — Is-Slovenja — Stralċ ordnat ta' Probanka d.d. (ĠU C 69, 7.3.2014, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar il-każ SA.37643 (2013/N) — Is-Slovenja — Stralċ ordnat ta' Factor Banka (ĠU C 69, 7.3.2014, p. 1).

(106)  Id-Deċiżjoni dwar il-każ SA.39250 (2014/N) Il-Portugall — Riżoluzzjoni ta' Banco Espirito Santo, S.A.

(107)  Is-sitwazzjoni tal-każ relatat ma' Tercas mhijiex komparabbli mad-deċiżjoni Eurobank, li fiha l-Kummissjoni ammettiet il-kriterju tar-riżultati sproporzjonati fir-rigward ta' każ li fih l-Istat iggarantixxa kompletament miżura ta' rikapitalizzazzjoni mingħajr ma kellu għalfejn jipprovdi finalment kapital, peress li l-kapital kollu nġabar minn sorsi privati. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/885/UE tad-29 ta' April 2014 dwar l-għajnuna mill-istat SA.34825 (2012/C), SA.34825 (2014/NN), SA.36006 (2013/NN) SA.34488 (2012/C) (ex 2012/NN) SA.31155 (2013/C) (2013/NN) (ex 2010/N) implimentata mill-Greċja għall-Grupp Eurobank b'rabta ma': r-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tal-Eurobank Ergasias S.A.; L-għajnuna għar-ristrutturar lil Proton bank permezz tal-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni ta' Nea Proton u r-rikapitalizzazzjoni addizzjonali tan-New Proton Bank mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja; Ir-Riżoluzzjoni tal-Hellenic Postbank permezz tal-ħolqien ta' bank tranżitorju (ĠU L 357, 12.12.2014, p. 112).

(108)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 103.

(109)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012 dwar il-każ SA.34053 (12/N) — Spanja —Rikapitalizzazzjoni ta' Banco de Valencia S.A. (ĠU C 75, 14.3.2013, p. 1).

(110)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/660/UE tas-27 ta' Marzu 2012 dwar il-miżuri SA. 26909 (2011/C) implimentati mill-Portugall fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tal-Banco Português de Negócios (il-BPN) (ĠU L 301, 30.10.2012, p. 1).

(111)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2010 dwar il-każ NN 61/09 (61/N) — Spanja — Salvataġġ u ristrutturar ta' Caja Castilla-La Mancha (ĠU C 289, 26.10.2010, p. 1).

(112)  Ara l-Kawża 70/72 Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja EU:C:1973:87, punt 13.

(113)  Ara l-Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja vs il-Kummissjoni UE:C:1994:325, punt 75.

(114)  Ara l-Kawża C-75/97 Il-Belġju vs il-Kummissjoni EU:C:1999:311 punti 64 u 65.

(115)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(116)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kawża SA.33001 (2011/N) — Id-Danimarka — Parti B — Emenda tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni Daniża għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-premessi minn 43 sa 49; id-deċiżjoni dwar il-każ SA.34255 (2012/N) — Spanja — Ir-Ristrutturar ta' CAM u Banco CAM, il-premessi minn 76 sa 87; u d-deċiżjoni dwar il-każ SA.37425 (2013/N) — Il-Polonja — Skema ta' stralċ ordnat tal-kooperattivi ta' kreditu, il-premessi minn 44 sa 53.

(117)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(118)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).


28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/35


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1209

tat-12 ta' Lulju 2016

li tissostitwixxi l-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE dwar il-Manwal SIRENE u miżuri oħra ta' implimentazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

(notifikata bid-dokument C(2016) 4283)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006, dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 8(4), 9(1), 20(3), 22(a), 36(4) u 37(7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (2), u b'mod partikulari l-Artikoli 8(4), 9(1), 20(4), 22(a), 51(4) u 52(7) tagħha,

Billi:

(1)

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) bdiet topera fid-9 ta' April 2013. Fiha biżżejjed informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna jew oġġett u l-azzjoni meħtieġa li għandha tittieħed. Barra minn hekk, biex is-SIS II tiffunzjona b'mod effettiv, l-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni supplimentari relatata mal-allerti. Dan l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari jitwettaq mill-Uffiċċji SIRENE.

(2)

Biex jitħaffef ix-xogħol tal-Uffiċċji SIRENE u tal-utenti tas-SIS II involuti f'operazzjonijiet SIRENE fix-xogħol tagħhom ta' kuljum, fl-2008 ġie adottat Manwal SIRENE permezz ta' strument legali li qabel kien taħt l-ewwel pilastru, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/333/KE (3), kif ukoll strument li qabel kien taħt it-tielet pilastru, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/334/ĠAI (4). Dawn id-Deċiżjonijiet ġew sostitwiti mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/115/UE (5) sabiex jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet operattivi tal-utenti u l-persunal involuti f'operazzjonijiet SIRENE, biex tittejjeb il-konsistenza tal-proċeduri tax-xogħol u biex ikun żgurat li r-regoli tekniċi jikkorrispondu mal-istat l-iktar avvanzat.

(3)

Ir-reviżjoni u l-aġġornament ġenerali tal-Manwal SIRENE saru fil-bidu tal-2015 bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/219 (6). Ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/219 kienu maħsuba biex jitħaffef l-iskambju ta' informazzjoni fuq suġġetti ta' kontrolli diskreti u speċifiċi involuti f'terroriżmu u delitti serji. Minħabba l-urġenza biex jiġu adottati dawn il-miżuri fid-dawl taż-żieda fit-theddida tat-terroriżmu, b'mod partikolari wara l-attakk f'Pariġi fis-7 ta' Jannar 2015, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/219 kellha tiġi adottata mingħajr il-verżjoni lingwistika Kroata kompluta. Jeħtieġ li jiġi rrimedjat dan in-nuqqas billi jerġgħu jiġu adottati r-regoli li jinsabu fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/219 fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(4)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni dwar suspettati terroristi u persuni involuti f'reati serji jeħtieġ li jitneħħew ir-regoli għall-kompatibbiltà tat-twissija fir-rigward ta' twissijiet dwar kontrolli diskreti u speċifiċi mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' prijorità dwar twissijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti aħħarin tagħhom iwettqu l-azzjoni relatata mat-twissijiet li għandhom prijorità.

(5)

Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, innotifikat permezz ta' ittra tal-15 ta' Ġunju 2007 it-traspożizzjoni ta' dan l-acquis fil-liġi nazzjonali tagħha. Id-Danimarka tipparteċipa fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI. Għalhekk hija marbuta li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(6)

Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'din id-Deċiżjoni sa fejn ma tikkonċernax l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari b'relazzjoni mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, f'konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (7).

(7)

L-Irlanda qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni sa fejn ma tikkonċernax l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari b'relazzjoni mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, f'konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (8).

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew li b'xi mod ieħor huwa relatat, mal-acquis ta' Schengen, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011 rispettivament.

(9)

Fir-rigward tal-Iżlanda u tan-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (10).

(10)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (11), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (12) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (13).

(11)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (14), li jaqa' fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE (15) u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjonit tal-Kunsill 2011/350/UE (16).

(12)

Il-miżuri li hu provdut għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u bl-Artikolu 67 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE jinbidel bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Dimitris AVRAMOPOULOS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(2)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/333/KE tal-4 ta' Marzu 2008 li tadotta l-Manwal SIRENE u miżuri ta' implimentazzjoni oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 123, 8.5.2008, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/334/ĠAI tal-4 ta' Marzu 2008 li tadotta l-Manwal SIRENE u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 123, 8.5.2008, p. 39).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/115/UE tas-26 ta' Frar 2013 dwar il-Manwal SIRENE u miżuri ta' implimentazzjoni oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 71, 14.3.2013, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/219 tad-29 ta' Jannar 2015 li tissostitwixxi l-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE dwar il-Manwal SIRENE u miżuri oħra ta' implimentazzjonitas-Sistema ta' Informazzjoni (SIS II) ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (ĠU L 44, 18.2.2015, p. 75).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(9)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(11)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-żvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-żvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(14)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat b'mod partikolari mal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-koperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


ANNESS

“ANNESS

Il-manwal SIRENE u miżuri ta' implimentazzjoni oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

WERREJ

INTRODUZZJONI 42

1.

L-UFFIĊĊJI SIRENE U INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI 44

1.1.

L-Uffiċċju SIRENE 44

1.2.

Il-Manwal SIRENE 45

1.3.

L-Appendiċi għal dan il-Manwal SIRENE 45

1.4.

Katalogu ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-acquis ta' Schengen u l-aħjar prattiki (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen) 45

1.5.

Rwol tal-Uffiċċji SIRENE fil-kooperazzjoni bejn il-pulizija fl-Unjoni Ewropea 45

1.5.1.

Trasferiment ta' dejta tas-SIS II u informazzjoni supplimentari lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali 45

1.6.

Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Europol 46

1.7.

Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Eurojust 46

1.8.

Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Interpol 46

1.8.1.

Prijorità ta' twissijiet tas-SIS II fuq twissijiet tal-Interpol 46

1.8.2.

L-għażla ta' mezz ta' komunikazzjoni 46

1.8.3.

L-użu u t-tixrid ta' diffużjonijiet tal-Interpol fl-Istati ta' Schengen 46

1.8.4.

Hit u tħassir ta' twissija 47

1.8.5.

Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs tal-Interpol 47

1.9.

L-Istandards 47

1.9.1.

Disponibbiltà 47

1.9.2.

Kontinwità 47

1.9.3.

Kunfidenzjalità 47

1.9.4.

Aċċessibbiltà 47

1.10.

Komunikazzjoni 47

1.10.1.

Il-lingwa tal-komunikazzjoni 47

1.10.2.

“Skambju ta' “Data” bejn Uffiċċji SIRENE” 47

1.10.3.

In-netwerk, messaġġi u kaxxi postali 48

1.10.4.

Komunikazzjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali 48

1.11.

Il-ktieb tal-indirizzi SIRENE (SAB) 48

1.12.

Is-sistema tal-fluss tax-xogħol SIRENE 49

1.13.

Il-limitu taż-żmien għar-risposta 49

1.13.1.

Indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE inkluż rappurtar urġenti ta' hit 49

1.14.

Regoli ta' traslitterazzjoni/traskrizzjoni 49

1.15.

Kwalità tad-dejta 49

1.16.

Arkivjar 50

1.17.

Persunal 50

1.17.1.

Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE 50

1.17.2.

Persuna ta' Kuntatt tas-SIRENE (SIRCoP) 50

1.17.3.

Għarfien 51

1.17.4.

Taħriġ 51

1.17.5.

Skambju ta' persunal 52

2.

PROĊEDURI ĠENERALI 52

2.1.

Definizzjonijiet 52

2.2.

Twissijiet multipli (l-Artikolu 34(6) tar-Regolament SIS II u 49(6) tad-Deċiżjoni SIS II) 52

2.2.1.

Kompatibbiltà tat-twissijiet 53

2.2.2.

Ordni ta' prijorità ta' twissijiet 54

2.2.3.

Kontrolli għal inkompatibbiltà u dħul ta' twissijiet multipli 55

2.2.4.

Is-sitwazzjoni speċifika tar-Renju Unit u l-Irlanda 56

2.3.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 57

2.4.

Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara hit (l-Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u l-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II) 57

2.5.

L-ipproċessar ta' dejta ħlief għall-fini li għalih tkun iddaħħlet fis-SIS II (l-Artikolu 46(5) tad-Deċiżjoni SIS II) 58

2.6.

L-immarkar 58

2.6.1.

Introduzzjoni 58

2.6.2.

Konsultazzjoni mal-Istati Membri bil-għan li tiżdied marka ta' bandiera 59

2.6.3.

Talba biex titħassar marka ta' bandiera 59

2.7.

Dejta misjuba li tkun legalment jew fattwalment skorretta (l-Artikolu 34 tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 49 tad-Deċiżjoni SIS II) 59

2.8.

Id-dritt ta' aċċess u rettifika ta' data (l-Artikoli 41 tar-Regolament SIS II u 58 tad-Deċiżjoni SIS II) 60

2.8.1.

Talbiet għal aċċess għal jew rettifika ta' dejta' 60

2.8.2.

Skambju ta' informazzjoni wara talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġin minn Stati Membri oħra 60

2.8.3.

Skambju ta' informazzjoni għal rettifika jew tħassir ta' dejta mdaħħla minn Stati Membri oħra 60

2.9.

Tħassir meta ma jibqgħux jitħarsu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija 60

2.10.

Id-dħul ta' ismijiet proprji 61

2.11.

Kategoriji differenti ta' identità 61

2.11.1.

Identità użata ħażin (l-Artikolu 36 tar-Regolament SIS II u 51 tad-Deċiżjoni SIS II) 61

2.11.2.

Id-dħul ta' isem fittizju 62

2.11.3.

Informazzjoni ulterjuri biex tiġi stabbilita l-identità ta' persuna 62

2.12.

Skambju ta' informazzjoni f'każ ta' twissijiet konnessi 63

2.12.1.

Regoli ta' tħaddim 63

2.13.

Format u kwalità ta' dejta bijometrika fis-SIS II 63

2.13.1.

Użu ulterjuri tad-dejta skambjata, inkluż l-arkivjar 63

2.13.2.

L-iskambju ta' marki tas-swaba' u ritratti 64

2.13.3.

Rekwiżiti tekniċi 64

2.13.4.

Format u kwalità ta' dejta bijometrika 64

2.14.

Tipi speċjali ta' tiftix 64

2.14.1.

Tiftix immirat b'mod ġeografiku 64

2.14.2.

Tfittxija bil-parteċipazzjoni ta' unitajiet tal-pulizija speċjali għal tfittxija mmirata (FAST) 65

3.

TWISSIJIET TA' ARREST GĦAL FINIJIET TA' KONSENJA JEW ESTRADIZZJONI (L-ARTIKOLU 26 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 65

3.1.

Id-dħul ta' twissija 65

3.2.

Twissijiet multipli 65

3.3.

Identità użata ħażin 66

3.4.

Id-dħul ta' isem fittizju 66

3.5.

Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat lill-Istati Membri 66

3.5.1.

Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat rigward arrest provviżorju 66

3.6.

Iż-żieda ta' marka ta' bandiera 67

3.6.1.

Talba sistematika biex tiżdied marka ta' bandiera ma' twissijiet dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni fejn id-Deċiżjoni 2002/584/ĠAI (1) ma tapplikax 67

3.7.

Azzjoni mill-Uffiċċju SIRENE mal-wasla ta' twissija ta' arrest 67

3.8.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 68

3.9.

Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar ċediment jew estradizzjoni 68

3.10.

Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar it-tranżitu minn Stat Membru ieħor 68

3.11.

Tħassir ta' twissijiet wara ċediment jew estradizzjoni 68

4.

TWISSIJIET TA' ĊAĦDA TA' DĦUL JEW TA' PERMANENZA (ARTIKOLU 24 TAR-REGOLAMENT SIS II) 69

4.1.

Id-dħul ta' twissija 69

4.2.

Twissijiet multipli 70

4.3.

Identità użata ħażin 70

4.4.

Id-dħul ta' isem fittizju 70

4.5.

Skambju ta' informazzjoni fil-ħruġ ta' permessi ta' residenza jew viżi 70

4.5.1.

Proċeduri speċjali kif jingħad fl-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen 70

4.5.2.

Proċeduri speċjali kif jipprovdi l-Artikolu 5(4)(a) u (c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen 71

4.6.

Regoli komuni dwar proċeduri msemmija fit-Taqsima 4.5 72

4.7.

Skambju ta' informazzjoni wara hit u meta jiġi rrifjutat dħul jew issir tkeċċija miż-żona Schengen 72

4.8.

Skambju ta' informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa benefiċjarju tad-dritt tal-moviment liberu 73

4.9.

Skambju ta' informazzjoni jekk, fin-nuqqas ta' hit, Stat Membru jiskopri li hemm twissija għal rifjut tad-dħul għal ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu 74

4.10.

Twissijiet ta' tħassir għal ċaħda għal dħul jew permanenza 74

5.

TWISSIJIET DWAR PERSUNI NEQSIN (ARTIKOLU 32 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 75

5.1.

Twissijiet multipli 75

5.2.

Identità użata ħażin 75

5.3.

Id-dħul ta' isem fittizju 75

5.4.

Iż-żieda ta' marka ta' bandiera 75

5.5.

Għoti ta' dettall deskrittiv dwar minorenni neqsin u persuni oħrajn ivvalutati bħala li qegħdin f'riskju 75

5.6.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 76

5.7.

Tħassir ta' twissijiet dwar persuni nieqsa 76

5.7.1.

Minorenni 77

5.7.2.

Adulti fejn l-ebda miżuri protettivi ma huma mitluba 77

5.7.3.

Adulti, il-miżuri protettivi mitluba 77

6.

TWISSIJIET GĦAL PERSUNI MFITTXIJA GĦAL PROĊEDURA ĠUDIZZJARJA (L-ARTIKOLU 34 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 77

6.1.

Twissijiet multipli 77

6.2.

Identità użata ħażin 77

6.3.

Id-dħul ta' isem fittizju 77

6.4.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 77

6.5.

Tħassir ta' twissijiet dwar persuni mfittxija għal proċedura ġudizzjarja 78

7.

TWISSIJIET GĦAL KONTROLLI DISKRETI U SPEĊIFIĊI (L-ARTIKOLU 36 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 78

7.1.

Twissijiet multipli 78

7.2.

Identità użata ħażin 78

7.3.

Id-dħul ta' isem fittizju 78

7.4.

Informazzjoni lil Stati Membri oħra meta jinħarġu twissijiet 78

7.5.

Iż-żieda ta' marka ta' bandiera 79

7.6.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 79

7.7.

Tħassir ta' twissijiet dwar kontrolli diskreti u speċifiċi 79

7.8.

Sistemi ta' rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi (Automatic Number Plate Recognition-ANPR) 79

8.

TWISSIJIET DWAR OĠĠETTI GĦAL QBID JEW GĦAL UŻU BĦALA PROVA (L-ARTIKOLU 38 TAD-DEĊIŻJONI SIS II) 79

8.1.

Twissijiet multipli 79

8.2.

Twissijiet dwar vetturi 80

8.2.1.

Kontrolli għal twissijiet multipli dwar vettura 80

8.2.2.

VIN-doppju 80

8.3.

L-iskambju ta' informazzjoni wara hit 81

8.4.

Tħassir ta' twissijiet dwar oġġetti għall-konfiska jew għall-użu bħala prova fi proċedimenti kriminali 81

9.

SISTEMI TA' RIKONOXXIMENT AWTOMATIKU TAL-PJANĊI (AUTOMATIC NUMBER PLATE RECOGNITION-ANPR) 82

10.

STATISTIKA 83

INTRODUZZJONI

Iż-żona Schengen

Fl-14 ta' Ġunju 1985, il-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju tan-Netherlands ffirmaw ftehim f'Schengen, belt żgħira fil-Lussemburgu, bil-għan li “(…) iċ-ċittadini kollha tal-Istati Membri jkunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri interni b'mod ħieles (…)” u biex tkun tista' ssir “ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti u s-servizzi”.

Il-ħames pajjiżi fundaturi ffirmaw il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen (2) fid-19 ta' Ġunju 1990, u aktar tard ingħaqdu magħhom ir-Repubblika Taljana fis-27 ta' Novembru 1990, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-25 ta' Ġunju 1991, ir-Repubblika Ellenika fis-6 ta' Novembru 1992, ir-Repubblika tal-Awstrija fit-28 ta' April 1995 u r-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Repubblika tal-Finlandja fid-19 ta' Diċembru 1996.

Sussegwentement, mis-26 ta' Marzu 1995, l-acquis ta' Schengen kien applikat b'mod sħiħ fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fil-Lussemburgu, fin-Netherlands, fi Spanja u fil-Portugall (3). Mill-31 ta' Marzu 1998, fl-Awstrija u fl-Italja (4); mis-26 ta' Marzu 2000, fil-Ġreċja (5) u fl-aħħar, mill-25 ta' Marzu 2001, l-acquis ta' Schengen kien japplika kollu fin-Norveġja, l-Islanda, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja (6).

Ir-Renju Unit u l-Irlanda jieħdu parti biss f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, skont id-Deċiżjonijiet 2000/365/KE u 2002/192/KE rispettivament.

Fil-każ tar-Renju Unit, id-dispożizzjonijiet li r-Renju Unit xtaq li jieħu parti fihom (bl-eċċezzjoni tas-SIS) japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005 (7).

L-acquis ta' Schengen ġie inkorporat fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-protokolli annessi mat-Trattat ta' Amsterdam (8) fl-1999. Fit-12 ta' Mejju 1999 ġiet adottata Deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew mid-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen.

Mill-1 ta' Mejju 2004, l-acquis ta' Schengen, kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea bil-Protokoll mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Protokoll ta' Schengen), u l-atti li jibnu fuqu jew b'mod ieħor għandhom x'jaqsmu miegħu, jorbtu lir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka. Dawn l-Istati Membri saru membri sħaħ taż-żona Schengen fil-21 ta' Diċembru 2007.

Ċipru huwa firmatarju tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen iżda jgawdi deroga bl-Att tal-Adeżjoni tiegħu tal-2003.

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007; minn din id-data, l-acquis ta' Schengen u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu jorbtuhom, mad-deroga provduta mill-Att ta' Adeżjoni tal-2005.

Il-Kroazja aderixxiet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Hija tapplika l-acquis ta' Schengen mad-deroga provduta bl-Att ta' Adeżjoni tagħha tal-2011.

Xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen japplikaw mal-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-UE. Dispożizzjonijiet oħra japplikaw biss f'dawn l-Istati Membri skont deċiżjoni tal-Kunsill għal dak il-fini. Fl-aħħar nett, il-Kunsill jieħu deċiżjoni fuq it-tneħħija ta' kontrolli tal-fruntieri wara verifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis imsemmi jkunu tħarsu fl-Istati Membri msemmija, skont il-proċeduri ta' valutazzjoni applikabbli ta' Schengen u wara konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Ċerti pajjiżi Ewropej oħra ngħaqdu maż-żona Schengen. Ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tal-Islanda kkonkludew Ftehim ta' Kooperazzjoni mal-Istati Membri fit-18 ta' Mejju 1999 (9) sabiex jissieħbu fil-Konvenzjoni ta' Schengen.

Fl-2004, il-Konfederazzjoni Żvizzera ffirmat ftehim mal-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea rigward l-assoċjazzjoni tagħha mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (10), li abbażi tiegħu saret membru taż-żona Schengen fit-12 ta' Diċembru 2008.

Fuq il-bażi tal-protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il- Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (11) iffirmat fl-2008, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein saret membru taż-żona Schengen fid-19 ta' Diċembru 2011.

Is-Sistema ta' Informazzjoni (SIS II) ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni

Is-SIS II, stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (Ir-Regolament SIS II) u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI (id-Deċiżjoni SIS II), dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (flimkien: l-istrumenti legali tas-SIS II) kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jikkostitwixxu sistema komuni ta' informazzjoni li tippermetti l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri biex jikkooperaw billi jiskambjaw informazzjoni, u hija għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-istrumenti sad-9 ta' April 2013, meta applikati, irrevokaw it-Titolu IV tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen. Is-SIS II tieħu post is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen li bdiet taħdem fl-1995 u kienet estiża fl-2005 u l-2007.

L-għan tas-SIS II, kif stabbilit bl-Artikolu 1 tal-atti legali tas-SIS II imsemmija hawn fuq, huwa “(…) li jkun żgurat livell għoli ta' sigurtà fi ħdan żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni Ewropea inklużi ż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, u li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ta' Parti III tat-Trattat (KE) [minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-Trattat tal-KE”] relatati mal-moviment tal-persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu ta' informazzjoni komunikata permezz ta' din is-sistema”.

B'konformità mal-istrumenti legali tas-SIS II, permezz ta' proċedura ta' konsultazzjoni awtomatizzata, is-SIS II tipprovdi aċċess għal twissijiet dwar persuni u oġġetti lill-awtoritajiet li ġejjin:

(a)

awtoritajiet responsabbli minn kontrolli fil-fruntieri, skont ir-Regolament (KE) Nru 562/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(b)

l-awtoritajiet li jwettqu u li jikkoordinaw kontrolli oħrajn tal-pulizija u tad-dwana fil-pajjiż;

(c)

awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u l-awtoritajiet tagħhom ta' koordinazzjoni;

(d)

l-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ tal-viżi, l-awtoritajiet ċentrali responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet għall-viża, l-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza u mill-amministrazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni relatata mal-moviment tal-persuni;

(e)

awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi (skont ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006.

B'konformità mad-Deċiżjoni SIS II, l-Europol u l-Eurojust ukoll għandhom aċċess għal ċerti kategoriji ta' twissijiet.

Is-SIS II hija magħmula mill-komponenti li ġejjin:

1.

sistema ċentrali (is-SIS II Ċentrali) magħmula minn:

(a)

funzjoni ta' għajnuna teknika (CS-SIS) li jkollha bażi tad-dejta, (il-bażi tad-dejta SIS II);

(b)

interface nazzjonali uniformi (NI-SIS);

2.

sistema nazzjonali (N.SIS II) f'kull wieħed mill-Istati Membri, li tkun tikkonsisti minn sistemi nazzjonali ta' dejta li jikkomunikaw mas-SIS II Ċentrali. N.SIS II jista' jkollha fajl ta' dejta (kopja nazzjonali), li jkollha kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-dejta tas-SIS II;

3.

infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS li tipprovdi netwerk virtwali kriptat dedikat għal dejta tas-SIS II u għall-iskambju ta' dejta bejn l-Uffiċċji SIRENE kif definit hawn taħt.

1.   L-UFFIĊĊJI SIRENE U INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI

1.1.   L-Uffiċċju SIRENE

Is-SIS II fiha biss l-informazzjoni indispensabbli (jiġifieri dejta ta' twissija) li tippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna jew ta' oġġett u tal-azzjoni meħtieġa li trid tittieħed. Barra minn hekk, skont l-istrumenti legali tas-SIS II, l-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni supplimentari li jkollha x'taqsam mat-twissija li tkun meħtieġa biex ikunu implimentati ċerti dispożiżżjonijiet previsti mill-istrumenti legali tas-SIS II, u biex is-SIS II tiffunzjona sewwa, fuq bażi bilaterali jew multilaterali.

Din l-istruttura, mibnija biex tieħu ħsieb l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, ingħatat l-isem ta' “SIRENE”, li huwa akronimu tad-definizzjoni tal-istruttura bl-Ingliż: Supplementary Information Request at the National Entries (Talba għal Informazzjoni Supplimentari fid-Dħul Nazzjonali).

Ikun stabbilit “Uffiċċju SIRENE” nazzjonali minn kull Stat Membru skont l-Artikolu Komuni 7(2) tal-istrumenti legali tas-SIS II. Huwa jservi bħala punt ta' kuntatt waħdieni għall-Istati Membri, ikun kompletament operattiv 24 siegħa kuljum, għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari f'konnessjoni mad-dħul ta' twissijiet u biex jippermetti li tittieħed azzjoni xierqa f'każijiet fejn persuni u oġġetti jkunu ġew imdaħħla fis-SIS II u jkunu nstabu bħala riżultat ta' hit. Il-kompiti ewlenin tal-Uffiċċji SIRENE jinkludu (14) l-iżgurar li l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari kollha jkun skont ir-rekwiżiti ta' dan il-Manwal SIRENE, kif previst fl-Artikolu 8 komuni tal-istrumenti legali tas-SIS II għall-iskopijiet li ġejjin:

(a)

biex l-Istati Membri jitħallew jikkonsultaw jew jgħarrfu lil xulxin waqt li jkunu qed idaħħlu twissija (pereż. meta jdaħħlu twissijiet ta' arrest);

(b)

wara li jkun hemm hit, biex titħalla ssir l-azzjoni xierqa (pereż. tqabbil ta' twissija li tirriżulta pożittiva);

(c)

meta l-azzjoni mitluba ma tkunx tista' tittieħed (pereż. iż-żieda ta' marka ta' bandiera);

(d)

meta tkun qed tiġi trattata l-kwalità tad-dejta tas-SIS II (pereż. meta d-dejta tkun iddaħħlet illegalment jew tkun fattwalment mhux preċiża), inkluża l-validazzjoni ta' twissijiet li ħerġin u l-verifika ta' twissijiet li deħlin, jekk dan ikun provdut mil-liġi nazzjonali;

(e)

meta jkunu qed jitqiesu l-kompatibbiltà u l-prijorità tat-twissijiet (pereż. meta wieħed ikun qed jara jekk hemmx twissijiet multipli);

(f)

meta jkunu qed jiġu ttrattati d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, b'mod partikolari d-dritt tal-aċċess għad-dejta.

L-Istati Membri huma mħeġġa jorganizzaw il-korpi nazzjonali kollha responsabbli għall-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija, inklużi l-Uffiċċji SIRENE, b'mod strutturat sabiex jevitaw il-kunflitti ta' kompetenza u d-duplikazzjoni tax-xogħol.

1.2.   Il-Manwal SIRENE

Il-Manwal SIRENE huwa sett ta' struzzjonijiet li jiddeskrivi fid-dettall ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-iskambju bilaterali jew multilaterali ta' informazzjoni supplimentari.

1.3.   L-Appendiċi għal dan il-Manwal SIRENE

Billi ċerti regoli ta' natura teknika għandhom impatt dirett fuq ix-xogħol tal-utenti fl-Istati Membri, inklużi l-Uffiċċji SIRENE, huwa xieraq li dawn ir-regoli jiġu inklużi fil-Manwal SIRENE. Għalhekk l-Appendiċijiet għal dan il-Manwal stabilixxew, fost l-oħrajn, regoli dwar it-tranżlitterazzjoni, it-tabelli tal-kodiċi, formoli għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni supplimentari u miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi oħra għall-ipproċessar tad-dejta.

1.4.   Katalogu ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-acquis ta' Schengen u l-aħjar prattiki (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen)

Il-katalgu jservi biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti legalment u l-aħjar prattiċi għall-Istati Membri fid-dawl tal-esperjenza. Iservi wkoll bħala għodda ta' referenza għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni korretta tal-istrumenti legali tas-SIS II. Għalhekk, għandu, kemm jista' jkun, ikun segwit.

1.5.   Rwol tal-Uffiċċji SIRENE fil-kooperazzjoni bejn il-pulizija fl-Unjoni Ewropea

L-iskambju ta' informazzjoni supplimentari ma jippreġudikax il-kompiti fdati lill-Uffiċċji SIRENE fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija mil-liġi nazzjonali li timplimenta strumenti legali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

L-Uffiċċji SIRENE jistgħu jiġu fdati b'kompiti addizzjonali, b'mod partikolari mil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI, mill-Artikoli 39 u 46 tal-Konvenzjoni ta' Schengen, sa fejn dawn ma ġewx sostitwiti mid-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI, mill-Artikolu 40 jew 41 tal-Konvenzjoni ta' Schengen jew jekk l-informazzjoni taqa' fl-ambitu tal-assistenza legali reċiproka.

Jekk Uffiċċju SIRENE jirċievi talba mingħand uffiċċju SIRENE ieħor li tmur lil hinn mill-kompetenza tiegħu skont il-liġi nazzjonali, huwa għandu immedjatament jgħaddiha lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-Uffiċċju SIRENE li jkun għamel it-talba bl-azzjoni tiegħu. Jekk ikun neċessarju, huwa għandu jipprovdi appoġġ lill-Uffiċċju SIRENE li jkun għamel it-talba sabiex jiffaċilita l-komunikazzjoni.

1.5.1.   Trasferiment ta' dejta tas-SIS II u informazzjoni supplimentari lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali

Skont l-Artikolu 39 tar-Regolament SIS II u 54 tad-Deċiżjoni SIS II, dejta pproċessata fis-SIS II għall-applikazzjoni ta' dawn iż-żewġ strumenti legali ma tkunx trasferita jew disponibbli għal pajjiżi terzi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali. Din il-projbizzjoni tapplika għat-trasferiment ta' informazzjoni supplimentari lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Artikolu 55 tad-Deċiżjoni tas-SIS II jipprevedi deroga minn din ir-regola ġenerali dwar l-iskambju ta' dejta mal-Interpol dwar serq, miżapproprazzjoni, telf ta' passaporti jew passaporti invalidati, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.6.   Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Europol

Il-Europol għandha d-dritt ta' aċċess u għal tiftix dirett għal dejta mdaħħla fis-SIS II skont l-Artikoli 26, 36 u 38 tad-Deċiżjoni tas-SIS II. L-Europol tista' titlob għal aktar informazzjoni mill-Istati Membri interessati skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Europol (15). B'konformità mal-liġi nazzjonali, huwa rakkomandat bil-qawwa li l-kooperazzjoni mal-Unità Nazzjonali tal-Europol (ENU) għandha tkun stabbilita biex ikun żgurat li l-Uffiċċju Sirene jkun mgħarraf b'kull skambju ta' informazzjoni supplimentari bejn il-Europol u l-ENU dwar it-twissijiet fis-SIS II. F'każijiet eċċezzjonali fejn il-komunikazzjoni f'livell nazzjonali dwar it-twissijiet tas-SIS II issir mill-ENU, il-partijiet kollha għall-komunikazzjoni, speċjalment l-Uffiċċju SIRENE, għandhom ikunu konxji dwar dan il-fatt sabiex tiġi evitata l-konfużjoni.

1.7.   Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Eurojust

Il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom għandhom id-dritt ta' aċċess u għal tiftix dirett għal dejta mdaħħla fis-SIS II skont l-Artikoli 26, 32, 34 u 38 tad-Deċiżjoni tas-SIS II. Skont il-liġi nazzjonali, għandha tkun stabbilita kooperazzjoni magħhom biex ikun żgurat skambju mingħajr diffikultà ta' informazzjoni f'każ ta' hit. B'mod partikulari, l-Uffiċċju SIRENE għandu jkun il-punt ta' kuntatt għal membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom għal informazzjoni supplimentari dwar twissijiet fis-SIS II.

1.8.   Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Interpol  (16)

Ir-rwol tas-SIS II la hu li tibdel u lanqas li tagħmel replika tar-rwol tal-Interpol. Għalkemm xi xogħlijiet jistgħu jidħlu f'xulxin, il-prinċipji li jirregolaw azzjoni jew il-kooperazzjoni bejn Stati Membri skont Schengen huma sostanzjalment differenti minn dawk tal-Interpol. Jeħtieġ, għalhekk, li jkunu stabbiliti regoli għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali (NCBs).

Japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

1.8.1.   Prijorità ta' twissijiet tas-SIS II fuq twissijiet tal-Interpol

F'każ ta' twissijiet maħruġin minn Stati Membri, it-twissijiet tas-SIS II u l-iskambju tal-informazzjoni kollha dwar dawn it-twissijiet dejjem ikollhom prijorità fuq twissijiet u informazzjoni skambjati permezz tal-Interpol. Dan huwa ta' importanza partikulari jekk it-twissijiet ikunu f'konflitt.

1.8.2.   L-għażla ta' mezz ta' komunikazzjoni

Il-prinċipju li twissijiet ta' Schengen jieħdu preċedenza fuq twissijiet tal-Interpol maħruġin minn Stati Membri jkun rispettat u jkun żgurat li NCBs ta' Stati Membri jkunu jaqblu ma' dan. Malli tinħoloq twissija tas-SIS II, il-komunikazzjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mat-twissija u l-għan u l-eżekuzzjoni ta' azzjoni li jkollha tittieħed li għalihom tkun inħolqot jingħataw mill-Uffiċċji SIRENE. Jekk Stat Membru jkun irid jibdel mezzi ta' komunikazzjoni, il-partijiet l-oħra għandhom ikunu kkonsultati minn qabel. Bidla bħal din tkun possibbli biss f'każijiet speċifiċi.

1.8.3.   L-użu u t-tixrid ta' diffużjonijiet tal-Interpol fl-Istati ta' Schengen

Minħabba l-prijorità tat-twissijiet tas-SIS fuq it-twissijiet tal-Interpol, l-użu ta' twissijiet tal-Interpol ikun ristrett għal każijiet eċċezzjonali (jiġifieri fejn ma hemmx dispożizzjoni, jew fl-istrumenti legali tas-SIS II jew f'termini tekniċi, biex tiddaħħal it-twissija fis-SIS II, jew fejn ma tkunx tista' tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinħoloq twissija tas-SIS II). Twissijiet paralleli fis-SIS II u permezz tal-Interpol fiż-żona Schengen għandhom ikunu evitati. Twissijiet li jitqassmu permezz ta' mezzi tal-Interpol u li jkopru wkoll iż-żona Schengen jew partijiet minnha jġibu l-indikazzjoni li ġejja: “ħlief għall-Istati ta' Schengen”.

1.8.4.   Hit u tħassir ta' twissija

Biex tkun żgurata l-irwol tal-Uffiċċju SIRENE bħala l-koordinatur tal-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II, l-Istati Membri jiżguraw li l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs jgħarrfu lil xulxin dwar hits u tħassir ta' twissijiet.

1.8.5.   Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs tal-Interpol

B'konformità mad-dritt nazzjonali, kull Stat Membru jieħu l-miżuri kollha xierqa biex ikun hemm skambju effettiv ta' informazzjoni fil-livell nazzjonali bejn l-Uffiċċju SIRENE tiegħu u l-NCBs.

1.9.   L-Istandards

L-istandards li fuqhom hija msejsal-kooperazzjoni permezz tal-Uffiċċji SIRENE huma dawn li ġejjin:

1.9.1.   Disponibbiltà

Kull uffiċċju SIRENE jkun operattiv b'mod sħiħ 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa sabiex ikun jista' jirreaġixxi fi żmien il-limitu ta' żmien kif meħtieġ fit-Taqsima 1.13. Il-provvediment ta' analiżi teknika u legali, għajnuna u soluzzjonijiet għandhom ukoll ikunu jistgħu jinkisbu 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

1.9.2.   Kontinwità

Kull Uffiċċju SIRENE jibni struttura interna li tiggarantixxi l-kontinwità ta' ġestjoni, staff u infrastruttura teknika.

1.9.3.   Kunfidenzjalità

Skont l-Artikolu 11 tal-istrumenti legali tas-SIS II, regoli nazzjonali rilevanti ta' segretezza professjonali jew obbligi ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità japplikaw għall-istaff kollu ta' SIRENE. Dan l-obbligu japplika wkoll wara li dawn in-nies jħallu l-uffiċċju jew l-impjieg.

1.9.4.   Aċċessibbiltà

Biex jitħares ir-rekwiżit tal-għoti ta' informazzjoni supplimentari, l-istaff ta' SIRENE jkollu aċċess dirett jew indirett għall-informazzjoni nazzjonali rilevanti u l-pariri esperti kollha.

1.10.   Komunikazzjoni

1.10.1.   Il-lingwa tal-komunikazzjoni

Biex tinkiseb l-aqwa effiċjenza f'komunikazzjoni bilaterali bejn l-Uffiċċji SIRENE, tintuża lingwa familjari għaż-żewġ partijiet.

1.10.2.   “Skambju ta' “Data” bejn Uffiċċji SIRENE”

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE huma stabbiliti fid-dokument: “Skambju ta' Dejta bejn l-Uffiċċji SIRENE (DEBS — Data exchange between SIRENE Bureaux)”, Dawn l-istruzzjonijiet jiġu rispettati.

1.10.3.   In-netwerk, messaġġi u kaxxi postali

L-Uffiċċji SIRENE jużaw esklussivament netwerk virtwali kripotografiku ddedikat għad-dejta tas-SIS II u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE, kif imsemmi fl-Artikoli komuni 4(1)(c) u 8(1) tal-istrumenti legali tas-SIS II. Huwa biss jekk dan il-mezz ma jkunx disponibbli, li jista' jintuża mezz ieħor ta' komunikazzjoni adatt u b'sigurtà adegwata. Il-ħila li jintgħażel il-mezz ifisser li l-għażla tkun stabbilita abbażi ta' każ każ, skont il-possibbiltajiet tekniċi u r-rekwiżi ta' sigurtà u kwalità li l-komunikazzjonijiet ikollhom jissodisfaw.

Messaġġi bil-miktub jinqasmu f'żewġ kategoriji: test liberu u forom standard. L-Appendiċi 3 jiddeskrivi l-formoli skambjati bejn l-Uffiċċji SIRENE u jistabbilixxu gwida dwar kontenut mistenni tal-oqsma, inkluż jekk humiex obbligatorji jew le.

Ikun hemm erba' kaxxi postali differenti fin-netwerk imsemmi hawn fuq għal messaġġi b'test ħieles u l-formoli SIRENE.

Il-kaxxa postali

L-indirizz għall-kaxxa postali

Għan

Operattiv

oper@xx.sirenemail2.eu

Jntuża għall-iskambju tal-formoli u fajls mehmuża bejn l-Uffiċċji SIRENE

Tekniku

tech@xx.sirenemail2.eu

Jintuża għall-iskambju tal-emails bejn il-persunal ta' appoġġ tekniku tal-Uffiċċji SIRENE

Il-Kap ta' SIRENE

director@xx.sirenemail2.eu

Jintuża għall-iskambju tal-emails bejn il-Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE

Email

message@xx.sirenemail2.eu

Jintuża għal iskambju ta' messaġġi ta' test liberu bejn l-Uffiċċji SIRENE

Għal skopijiet ta' ttestjar tat-tieni dominju (17) (testxx.sirenemail2.eu) li fih il-kaxxi postali elettroniċi msemmija fit-tabella ta' hawn fuq, jista' jkun irreplikat għal finijiet ta' ttestjar mingħajr ma jinterferixxu mal-messaġġi live u fl-ambjent tal-fluss tax-xogħol.

Japplikaw ir-regoli ddettaljati dwar il-kaxxi postali SIRENE u t-trażmissjoni ta' formoli SIRENE deskritti fid-DEBS.

Is-sistema tal-fluss tx-xogħol SIRENE (ara t-Taqsima 1.12) timmonitorja l-kaxxi postali operazzjonali, (“oper” u “message”) sabiex ikunu identifikati formoli deħlin, emails u fajls mehmuża. Messaġġi urġenti jintbagħtu biss lill-kaxxi postali operattivi.

1.10.4.   Komunikazzjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali

Meta ma jkunux disponibbli kanali ta' komunikazzjoni normali u jkun meħtieġ li jintbagħtu formoli pereżempju b'feks, tapplika l-proċedura deskritta f'DEBS.

1.11.   Il-ktieb tal-indirizzi SIRENE (SAB)

Id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċji SIRENE u l-informazzjoni relevanti għal komunikazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi jinġabru u huma pprovduti fil-Ktieb tal-Indirizzi SIRENE (SIRENE Address Book, SAB). Il-Kummissjoni taġġorna s-SAB. Is-SAB aġġornat jinħareġ mill-Kummissjoni għallinqas darbtejn fis-sena. Kull uffiċċju SIRENE jiżgura ruħu li:

(a)

l-informazzjoni mis-SAB ma tkunx żvelata lil partijiet terzi;

(b)

il-persunal tas-SIRENE jafu bis-SAB u jużawh;

(c)

kull aġġornament tal-informazzjoni elenkata fis-SAB ikun ipprovdut mingħajr dewmien lill-Kummissjoni.

1.12.   Is-sistema tal-fluss tax-xogħol SIRENE

L-immaniġġar effettiv tal-volum tax-xogħol tal-uffiċċji SIRENE jista' jintlaħaq l-aħjar billi kull Uffiċċju SIRENE jkollu sistema ta' mmaniġġar kompjuterizzata (sistema tal-fluss tax-xogħol), li tippermetti awtomazzjoni kbira fl-immaniġġar tal-fluss tax-xogħol ta' kuljum.

L-Uffiċċju SIRENE jista' jkollu kompjuter u sistema ta' bażi tad-dejta ta' riserva tal-fluss tax-xogħol tiegħu f'sit sekondarju f'każ ta' emerġenza gravi fl-Uffiċċju SIRENE. Dan għandu jinkludi biżżejjed provvista ta' riżerva ta' elettriku u ta' komunikazzjoni.

Għandu jkun ipprovdut appoġġ xieraq tal-IT għall-fluss tax-xogħol SIRENE sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà kbira tiegħu.

1.13.   Il-limitu taż-żmien għar-risposta

L-Uffiċċju SIRENE jirrispondi malajr kemm jista' jkun it-talbiet kollha għal informazzjoni dwar twissijiet u proċeduri ta' hit magħmula minn Stati Membri oħra permezz tal-Uffiċċji SIRENE tagħhom. F'kull każ tingħata tweġiba fi żmien 12-il siegħa. (Ara wkoll it-Taqsima 1.13.1. dwar indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE).

Il-prijoritajiet fix-xogħol ta' kuljum ikunu bbażati fuq il-kategorija ta' twissija u l-importanza tal-każ.

1.13.1.   Indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE inkluż rappurtar urġenti ta' hit

Il-formoli SIRENE li għandhom jiġu trattati mill-Uffiċċju SIRENE li rċieva t-talba bl-ikbar prijorità jistgħu jiġu mmarkati “URĠENTI”, fil-kaxxa 311 (“Avviż Importanti”) u wara tingħata r-raġuni għall-urġenza. Ir-raġuni għall-urġenza tiġi spjegata fl-oqsma xierqa tal-formoli SIRENE. Jistgħu jintużaw ukoll komunikazzjoni jew notifiki bit-telefown meta tkun meħtieġa tweġiba urġenti.

Meta ċ-ċirkustanzi ta' hit dwar twissija jiddettaw, bħal każ ġenwin ta' urġenza jew ta' importanza sinifikanti, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun qabbel it-twissija, fejn xieraq, jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti dwar il-hit permezz tat-telefown wara li jibgħat il-formola G.

1.14.   Regoli ta' traslitterazzjoni/traskrizzjoni

Id-definizzjonijiet u r-regoli tat-traslitterazzjoni u traskrizzjoni huma stabbiliti fl-Appendiċi 1. Dawn ikunu rispettati fil-komunikazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE (ara wkoll it-Taqsima 2.10 dwar l-entrati ta' ismijiet proprji).

1.15.   Kwalità tad-dejta

Skont l-Artikolu 7(2) tal-istrumenti legali tas-SIS II, l-Uffiċċji SIRENE jikkoordinaw il-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II. L-Uffiċċji SIRENE għandu jkollhom il-kompetenza nazzjonali neċessarja biex iwettqu dan ir-rwol. Għalhekk għandu jkun hemm formola adegwata ta' verifika tal-kwalità ta' dejta nazzjonali, inkluża reviżjoni tar-rata ta' twissijiet/hits u tal-konenut tad-dejta.

Biex kull Uffiċċju SIRENE jitħalla jwettaq l-irwol tiegħu ta' koordinatur tal-verifika tal-kwalità tad-data, għandhom ikunu disponibbli għajnuna ta' IT u drittijiet adatti fis-sistemi.

Għandhom jiġu stabbiliti standards nazzjonali għat-taħriġ tal-utenti finali dwar il-prinċipji u l-prassi tal-kwalità tad-dejta f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Nazzjonali SIRENE. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-persunal tal-Uffiċċji SIRENE biex ikunu involuti fit-taħriġ tal-awtoritajiet kollha li jdaħħlu twissijiet, li jenfasizzaw il-kwalità tad-dejta u l-massimizzazzjoni tal-użu tas-SIS II.

1.16.   Arkivjar

(a)

Kull Stat Membru jistabbilixxi kundizzjonijiet għal ħżin ta' informazzjoni.

(b)

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li joħroġ it-twissija jżomm l-informazzjoni kollha dwar it-twissijiet tiegħu stess disponibbli għall-Istati Membri l-oħra, inkluża referenza għad-deċiżjoni li tkun ikkawżat it-twissija;

(c)

L-arkivji ta' kull Uffiċċju SIRENE jħallu jkun hemm aċċess malajr għall-informazzjoni rilevanti biex jitħarsu l-iskadenzi tassew qosra għal trażmissjoni ta' informazzjoni.

(d)

Skont l-Artikolu 12(4) tal-istrumenti legali SIS II, id-dejta personali, miżmuma fil-fajls mill-Uffiċċju SIRENE minħabba skambju ta' informazzjoni, tinżamm biss għal dak il-perjodu ta' żmien li jista' jkun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-iskopijiet li għalihom kienet ipprovduta. Bħala regola, din l-informazzjoni titħassar mill-ewwel wara li t-twissija relatata tkun tħassret mis-SIS II, u f'kull każ mhux aktar tard minn sena wara. Madankollu, id-dejta relatata ma' twissija partikolari li Stat Membru jkun ħareġ jew ma' twissija li b'konnessjoni magħha ttieħdet azzjoni fuq it-territorju tiegħu, tista' tinħażen għal perjodu itwal ta' żmien skont il-liġi nazzjonali.

(e)

Informazzjoni supplimentari mibgħuta minn Stati Membri oħra tinħażen skont il-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Istat Membru riċevitur. L-Artikolu Komuni 12 tal-istrumenti legali tas-SIS II, id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (18), u d-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (19), japplikaw ukoll.

(f)

Wara li titħassar it-twissija relevanti, titħassar l-informazzjoni dwar identità użata ħażin.

(g)

Aċċess għal arkivji jkun irrekordjat, ikkontrollat u ristrett minn persunal maħtur apposta.

1.17.   Persunal

Livell għoli ta' staff b'esperjenza jwassal għal forza tax-xogħol li kapaċi tiffunzjona bl-inizjattiva tagħha nfisha u b'hekk tkun tista' tieħu ħsieb każijiet b'mod effiċjenti. Għalhekk tkun ħaġa mixtieqa li l-bdil ta' staff ikun baxx, u dan jirrikjedi l-appoġġ inekwivoku tal-maniġment biex joħloq ambjent ta' xogħol deċentralizzat. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jevitaw telf ta' kwalifiki u ta' esperjenza kkawżat minn tibdil fil-persunal.

1.17.1.   Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE

Il-kapijiet ta' Uffiċċji SIRENE għandhom jiltaqgħu għallinqas darbtejn fis-sena biex jivvalutaw il-kwalità tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi tagħhom, jiddiskutu miżuri tekniċi jew organizzattivi meħtieġa fil-każ ta' diffikultajiet u biex jiċċaraw proċeduri fejn ikun meħtieġ. Il-laqgħa tal-Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE tkun organizzata mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

1.17.2.   Persuna ta' Kuntatt tas-SIRENE (SIRCoP)

Fil-każijiet fejn il-proċeduri standard jistgħu ma jkunux biżżejjed, il-Persuna ta' Kuntatt SIRENE (SIRCoP) tista' tittratta fajls li l-progress tagħhom huwa kumpless, problematiku jew sensittiv u sabiex tkun solvuta l-kwistjoni, jista' jkun rikjest grad ieħor ta' assigurazzjoni tal-kwalità u/jew kuntatt b'terminu itwal ma' Uffiċċju ieħor tas-SIRENE. Is-SIRCoP mhijiex intenzjonata għal każijiet urġenti fejn fil-prinċipju jintużaw is-servizzi 24/7 tal-front desk.

Is-SIRCoP jista' jifformola proposti li jsaħħu l-kwalità u jiddeskrivu l-għażliet li jsolvu tali kwisjonijiet f'terminu ta' żmien twil.

Bħala regola ġenerali, SIRCoP jistgħu jkunu kkuntattjati biss minn SIRCoP oħra matul il-ħin tal-uffiċċju

Valutazzjoni annwali titwettaq fil-qafas ta' rappurtaġġ tal-istatistika annwali kif huwa stabbilit fl-Appendiċi 5 bbażat fuq l-indikaturi li ġejjin:

(a)

in-numru ta' interventi SIRCoP għal kull Stat Membru;

(b)

ir-raġuni għall-kuntatt;

(c)

ir-riżultat tal-intervent ibbażat fuq informazzjoni disponibbli matul il-perjodu ta' rappurtar

1.17.3.   Għarfien

Il-persunal tal-Uffiċċju SIRENE jkollu ħiliet lingwistiċi li jkopru firxa wiesgħa kemm jista' jkun ta' lingwi u membri tal-persunal fuq xogħolhom ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-Uffiċċji SIRENE kollha.

Huma jkollhom l-għarfien neċessarju dwar:

aspetti ġuridiċi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali,

l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali tagħhom, u

sistemi nazzjonali u Ewropej ta' amministrazzjoni ġudizzjarja u tal-immigrazzjoni.

Jeħtiġilhom ikollhom l-awtorità li tittratta b'mod indipendenti kull każ li jidħol.

Operaturi fuq xogħolhom barra l-ħinijiet tal-uffiċċju jkollhom l-istess kompetenza, għarfien u awtorità u għandu jkun possibbli għalihom li jirreferu għal esperti disponibbli malli jissejħu.

Fl-Uffiċċju SIRENE għandu jkun jista' jinkiseb tagħrif legali espert biex jaqdi kemm każi normali kif ukoll eċċezzjonali. Skont ix-xorta tal-każ, dan jista' jingħata minn kull membru tal-persunal li jkollu l-isfond ġuridiku meħtieġ jew minn esperti minn awtoritajiet ġudizzjarji.

1.17.4.   Taħriġ

Livell nazzjonali

Fuq livell nazzjonali, taħriġ suffiċjenti jiżgura li l-persunal jissodisfa l-istandards meħtieġa kif stabbiliti f'dan il-manwal. Qabel ma jkun awtorizzat jipproċessa dejta maħżuna fis-SIS II, il-persunal, b'mod partikulari, jirċievi taħriġ xieraq dwar regoli ta' sigurtà ta' dejta u ta' protezzjoni ta' dejta u jkun mgħarraf dwar reati u pieni kriminali rilevanti.

Livell Ewropew

Ikunu organizzati korsijiet ta' taħriġ komuni mill-anqas darba fis-sena, biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE billi jħallu staff jiltaqa' ma' kollegi minn Uffiċċji SIRENE oħra, jaqsmu informazzjoni fuq metodi nazzjonali ta' xogħol u joħolqu livell ta' għarfien konsistenti u ekwivalenti. Dan ikompli jagħmel lill-persunal konxju mill-importanza tax-xogħol tiegħu u mill-ħtieġa tas-solidarjetà reċiproka minħabba s-sigurtà komuni tal-Istati Membri.

It-taħriġ għandu jingħata f'konformità mal-Manwal SIRENE għal min iħarreġ.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) jistabbilixxi li l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (l-Aġenzija) twettaq kompiti relatati mat-taħriġ tal-użu tekniku tas-SIS II, b'mod partikolari għall-persunal tas-SIRENE.

1.17.5.   Skambju ta' persunal

Kemm jista' jkun possibbli, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jipprevedu kif jistabbilixxu skambji ta' persunal ma' Uffiċċji SIRENE oħra mill-anqas darba fis-sena. Dawn l-iskambji jkunu maħsubin biex jgħinu jtejbu l-għarfien tal-istaff dwar metodi ta' xogħol, juru kif Uffiċċji SIRENE oħra jkunu organizzati u jistabbilixxu kuntatti personali ma' kollegi fi Stati Membri oħra.

2.   PROĊEDURI ĠENERALI

Il-proċeduri deskritti hawn taħt huma applikabbli għall-kategoriji kollha ta' twissijiet. Il-proċeduri speċifiċi għal kull kategorija ta' twissija jistgħu jinstabu fil-partijiet rilevanti ta' dan il-Manwal.

2.1.   Definizzjonijiet

“Stat Membru emittenti”: L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS II;

“Stat Membru eżekutur”: Stat Membru li jieħu l-azzjonijiet meħtieġa wara hit;

“Uffiċċju SIRENE fornitur”: Uffiċċju SIRENE ta' Stat Membru li jkollu marki tas-swaba' jew stampi tal-persuna li għaliha tkun iddaħħlet twissija minn Stat Membru ieħor.

“Hit”: isseħħ f'SIS II meta:

(a)

issir tfittxija mill-utent,

(b)

it-tfittxija tiżvela twissija barranija fl-SIS II,

(c)

dejta dwar it-twissija fis-SIS II taqbel mad-dejta tar-riċerka, u

(d)

ikunu rikjesti azzjonijiet ulterjuri bħala riżultat tal-ħit

“Marka ta' bandiera”: sospensjoni tal-validità fil-livell nazzjonali li tista' tiżdied ma' twissijiet ta' arrest, twissijiet dwar persuni nieqsa u twissijiet għal kontrolli, fejn Stat Membru jqis li jekk iġib fis-seħħ twissija dan ma jkunx kompatibbli mad-dritt nazzjonali tiegħu, mal-obbligi internazzjonali tiegħu jew ma' interessi nazzjonali essenzjali. Meta t-twissija tkun indikata, l-azzjoni mitluba li jkollha tittieħed abbażi tat-twissija ma tittieħedx fit-territorju ta' dan l-Istat Membru.

2.2.   Twissijiet multipli (l-Artikolu 34(6) tar-Regolament SIS II u 49(6) tad-Deċiżjoni SIS II)

Twissija waħda biss għal kull Stat Membru tista' tiddaħħal fis-SIS II għal kull persuna waħda jew oġġett wieħed.

Għalhekk, kull fejn ikun possibbli u neċessarju, it-tieni twissija u t-twissijiet sussegwenti dwar l-istess persuna jew oġġett jinżammu disponibbli fuq livell nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jiġu introdotti meta l-ewwel twissija tiskadi jew titħassar.

Jistgħu jiddaħħlu diversi twissijiet minn Stati Membri differenti għall-istess suġġetti. Huwa essenzjali li dan ma joħloqx konfużjoni fost l-utenti aħħarin u li jkun ċar għalihom x'miżuri jkollhom jittieħdu meta jkunu jridu jdaħħlu twissija, u liema proċedura għandha tittieħed meta jkun hemm hit. Għalhekk ikunu stabbiliti proċeduri biex ikunu identifikati twissijiet multipli, u jkun stabbilit mekkaniżmu ta' prijorità biex dawn jiddaħħlu fis-SIS II.

Dan jitlob li jkun hemm:

kontrolli qabel ma tiddaħħal twissija, sabiex jiġi determinat jekk is-suġġett jinsabx diġà fis-SIS II,

konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra, meta d-dħul ta' twissija jikkawża twissijiet multipli li jkunu inkompatibbli.

2.2.1.   Kompatibbiltà tat-twissijiet

Diversi Stati Membri jistgħu jdaħħlu twissija dwar l-istess persuna jew oġġett jekk it-twissijiet ikunu kompatibbli.

L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mir-regoli dwar il-kompatibbiltà meta jippubblikaw twissija għal iċċekkjar diskret jew speċifiku, b'mod partikulari fil-każ ta' twissijiet maħruġa għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali. Din id-deroga ghandha tkun bla preġudizzju għall-ordni tat-twissijiet u l-proċedura ta' konsultazzjoni kif stipulata fit-Taqsima 2.2.2.

Tabella ta' kompatibbiltà ta' twissijiet dwar persuni

Ordni ta' importanza

Twissija ta' arrest

Twissija ta' ċaħda ta' dħul

Twissija dwar persuna nieqsa (protezzjoni)

Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

Twissija għal kontroll speċifiku

Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

Twissija għal kontroll diskret

Twissija dwar persuna nieqsa (fejn tista' tinstab)

Twissija għal proċedura ġudizzjarja

Twissija ta' arrest

iva

iva

iva

le

le

le

le

iva

iva

Twissija ta' ċaħda ta' dħul

iva

iva

le

le

le

le

le

le

le

Twissija dwar persuna nieqsa (protezzjoni)

iva

le

iva

le

le

le

le

iva

iva

Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

le

le

le

iva

iva

le

le

le

le

Twissija għal kontroll speċifiku

le

le

le

iva

iva

le

le

le

le

Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

le

le

le

le

le

iva

iva

le

le

Twissija għal kontroll diskret

le

le

le

le

le

iva

iva

le

le

Twissija dwar persuna nieqsa (fejn tista' tinstab)

iva

le

iva

le

le

le

le

iva

iva

Twissija għal proċedura ġudizzjarja

iva

le

iva

le

le

le

le

iva

iva


Tabella ta' kompatibbiltà għal twissijiet dwar oġġetti

Ordni ta' importanza

Twissija għal użu bħala prova

Id-dokument invalidat għal skopijiet ta' vjaġġar

Twissija għal qbid

Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

Twissija għal kontroll speċifiku

Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

Twissija għal kontroll diskret

Twissija għal użu bħala prova

iva

iva

iva

le

le

le

le

Id-dokument invalidat għal skopijiet ta' vjaġġar

iva

iva

iva

le

le

le

le

Twissija għal qbid

iva

iva

iva

le

le

le

le

Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

le

le

le

iva

iva

le

le

Twissija għal kontroll speċifiku

le

le

le

iva

iva

le

le

Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

le

le

le

le

le

iva

iva

Twissija għal kontroll diskret

le

le

le

le

le

iva

iva

2.2.2.   Ordni ta' prijorità ta' twissijiet

Fil-każ ta' twissijiet ta' inkompatibbiltà, l-ordni ta' prijorità għal twissijiet dwar persuni tkun kif ġej:

arrest għal għanijiet ta' rilaxx jew estradizzjoni (l-Artikolu 26),

ċaħda ta' dħul jew permanenza fit-territorju ta' Schengen (l-Artikolu 24 tar-Regolament),

għoti ta' protezzjoni (l-Artikolu 32 tad-Deċiżjoni),

għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

għal kontroll speċifiku (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

għal kontroll diskret — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

kontroll diskret (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

komunikazzjoni dwar fejn jistgħu jinsabu persuni nieqsa (l-Artikoli 32 u 34 tad-Deċiżjoni).

L-ordni ta' prijorità għal twissijiet dwar oġġetti tkun kif ġej:

għal użu bħala prova (l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni);

il-qbid tad-dokument invalidat għal skopijiet ta' vjaġġar (l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni),

għal qbid (l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni);

għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

għal kontroll speċifiku (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

għal kontroll diskret — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

kontroll diskret (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni);

Tibdil f'din l-ordni ta' prijorità jista' jsir wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri jekk ikunu f'riskju interessi nazzjonali essenzjali.

2.2.3.   Kontrolli għal inkompatibbiltà u dħul ta' twissijiet multipli

Sabiex ikunu evitati twissijiet multipli inkompatibbli, importanti li ssir distinzjoni preċiża bejn persuni jew oġġetti li għandhom karatteristiċi simili. Għalhekk il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn L-Uffiċċji SIRENE huma essenzjali, u kull Stat Membru jistabbilixxi proċeduri tekniċi adatti biex ikunu magħrufa każijiet bħal dawn qabel ma jsir dħul.

L-Uffiċċju SIRENE jiżgura li teżisti twissija waħda biss fis-SIS II f'konformità ma' proċedura nazzjonali jekk talba għal twissija tkun f'konflitt ma' twissija maħruġa mill-istess Stat Membru.

Tapplika l-proċedura li ġejja sabiex ikun ivverifikat jekk jeżistux twissijiet multipli għall-istess persuna jew l-istess oġġett.

(a)

L-elementi obbligatorji għad-deskrizzjoni tal-identità jitqabblu meta tiġi stabbilita l-eżistenza ta' twissijiet multipli:

(i)

dwar persuna:

il-kunjom,

l-isem,

id-data tat-twelid,

is-sess;

(ii)

dwar vettura:

in-numru VIN,

in-numru ta' reġistrazzjoni u l-pajjiż ta' reġistrazzzjoni,

l-għamla,

it-tip;

(iii)

dwar inġenji tal-ajru:

kategorija tal-inġenji tal-ajru,

numru ta' reġistrazzjoni ICAO;

(iv)

dwar dgħajsa:

kategorija ta' dgħajsa,

għadd ta' bwieq,

numru ta' identifikazzjoni estern tad-dgħajsa (mhux obbligatorju iżda jista' jintuża);

(v)

dwar kontejner:

in-numru tal-BIC (21).

(b)

Meta tiddaħħal twissija ġdida dwar vettura jew oġġett ieħor b'VIN jew numru tar-reġistrazzjoni, ara l-proċeduri fit-Taqsima 8.2.1.

(c)

Għal oġġetti oħra, il-kaxxi l-aktar adatti biex ikunu identifikati twissijiet multipli huma l-kaxxi obbligatorji, li kollha kemm huma għandhom jintużaw għal paragun awtomatiku permezz tas-sistema.

Il-proċeduri deskritti fit-Taqsima 8.2.1 (kontrolli ta' twissijiet multipli dwar vettura) jintużaw biex issir distinzjoni bejn kategoriji oħra ta' oġġetti f'SIS II meta jkun evidenti li żewġ oġġetti simili jkollhom l-istess numru tas-serje.

Jekk ir-riżultat tal-kontroll ikun li d-dettalji jkollhom x'jaqsmu ma' żewġ persuni jew oġġetti differenti, l-Uffiċċju SIRENE japprova t-talba biex it-twissija l-ġdida tiddaħħal (22).

Jekk il-kontroll ta' twissijiet multipli jiżvela li d-dettalji huma identiċi u huma relatati mal-istess persuna jew oġġett, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li għandu l-intenzjoni li jdaħħal twissija ġdida jikkonsulta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jekk it-twissijiet ikunu inkompatibbli.

Il-proċedura li jmiss tapplika biex tivverifika l-kompatibbiltà tat-twissijiet:

(a)

qabel ma tiddaħħal twissija huwa obbligatorju li ssir verifika li tiżgura li ma hemmx twissijiet inkompatibbli;

(b)

jekk teżisti twissija oħra li tkun kompatibbli, l-Uffiċċji SIRENE ma jkunux jeħtieġu jikkonsultaw lil xulxin. Madankollu, jekk hemm ħtieġa li jkun ikkjarifikat jekk it-twissija tirrelatax mal-istess persuna, l-Uffiċċju SIRENE jikkonsulta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti permezz tal-formola L;

(c)

jekk it-twissijiet ikunu inkompatibbli, l-Uffiċċji SIRENE jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-formola E sabiex fl-aħħar mill-aħħar tiddaħħal twissija waħda biss;

(d)

It-twissijiet għal arrest jiddaħħlu immedjatament mingħajr ma jiġi mistenni r-riżultat ta' kwalunkwe konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra.

(e)

Jekk twissija li tkun inkompatibbli ma' twissijiet eżistenti tingħata prijorità bħala r-riżultat ta' konsultazzjoni, l-Istat Membri li jkunu daħħlu s-twissijiet l-oħra jħassruhom meta tkun iddaħħlet it-twissija l-ġdida. Kull tilwima tkun irranġata minn Stati Membri permezz tal-Uffiċċji SIRENE.

(f)

Stati Membri li ma kinux jistgħu jdaħħlu twissija jistgħu jissottoskrivu biex ikunu notifikati mis-CS-SIS dwar it-tħassir tat-twissija;

(g)

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ma setax idaħħal it-twissija jista' jitlob lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija biex jgħarrfu dwar hit għal din it-twissija.

2.2.4.   Is-sitwazzjoni speċifika tar-Renju Unit u l-Irlanda

Ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx fir-Regolament tas-SIS II għalhekk ma jistgħux jiksbu aċċess għat-twissijiet dwar ċaħda ta' dħul jew soġġorn (l-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament SIS II). Huma għandhom, madankollu, ikunu marbutin bir-regoli dwar kompatibbiltà ta' twissijiet kif stabbilit fit-Taqsima 2.2 u b'mod partikolari għandhom japplikaw il-proċedura msemmija fit-Taqsima 2.2.3.

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

Jekk ir-Renju Unit jew l-Irlanda jdaħħlu twissija li potenzjalment tkun inkompatibbli ma' twissija eżistenti dwar ċaħda ta' dħul jew soġġorn skont it-Taqsima 2.2.1, is-SIS II Ċentrali tinnotifika lil dawn iż-żewġ Stati Membri dwar l-inkompatibilità potenzjali billi jiġi kkomunikat biss l-ID ta' Schengen eżistenti ta' twissija.

(b)

Jekk twissija mdaħħla mir-Renju Unit jew l-Irlanda tiġi notifikata b'inkompatibbiltà potenzjali ma' twissija ta' allarm dwar ċaħda ta' dħul jew soġġorn imdaħħla minn Stat Membru ieħor, l-Uffiċċju Sirene tar-Renju Unit jew l-Irlanda jibda konsultazzjoni mal-Istat Membru emittenti bl-użu ta' messaġġ b'test ħieles u jħassar it-twissija potenzjalment inkompatibbli matul il-konsultazzjoni.

(c)

Skont ir-riżultat tal-konsultazzjoni r-Renju Unit jew l-Irlanda jista' jerġgħu jdaħħlu twissija li tkun ġiet murija li hija kompatibbli.

2.3.   L-iskambju ta' informazzjoni wara hit

Jekk l-utent aħħari jkun jeħtieġlu informazzjoni supplimentari wara hit, l-Uffiċċju SIRENE jagħmel kuntatt mal-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti malajr kemm jista' jkun u jitlob l-informazzjoni meħtieġa. Skont il-każ, l-Uffiċċji SIRENE jagħmluha ta' medjaturi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u jagħtu u jiskambjaw informazzjoni supplimentari rilevanti għat-twissija msemmija.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-Istat Membru emittenti jiġi infurmat bil-hit u bl-eżitu tagħha (ara wkoll it-Taqsima 1.13.1 dwar indikazzjoni ta' urġenza).

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

Bla preġudizzju għat-Taqsima 2.4 ta' dan il-Manwal, hit dwar individwu jew oġġett li għalihom tkun inħarġet twissija, bħala prinċipju, tkun ikkomunikata lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti billi tintuża l-formola G.

(b)

Fin-notifika ta' hit lill-Istat Membru emittenti, fil-kaxxa 090 tal-formola G, jiġi indikat l-Artikolu applikabbli tal-istrumenti legali SIS II, inkluża informazzjoni addizzjonali jekk dan ikun neċessarju (pereż. “MINORENNI”).

Il-formola G tipprovdi kemm jista' jkun informazzjoni dwar il-hit, inkluż dwar l-azzjoni li ttieħdet fil-kaxxa 088. Fil-kaxxa 089, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista' jintalab jipprovdi informazzjoni supplimentari.

(c)

Jekk l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni biħsiebu jipprovdi iktar informazzjoni wara li tkun intbagħtet il-formola G, huwa juża l-formola M.

(d)

Jekk ikun meħtieġ, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti mbagħad jibgħat kull informazzjoni rilevanti u speċifika u jindika kull miżura partikulari li jitlob lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni biex jieħu.

Għall-proċedura ta' rappurtar dwar hits li jkunu saru permezz ta' sistemi tar-Rikonoxximent Awtomatiku tal-Pjanċa (Automatic Number Plate Recognition, ANPR)), ara t-Taqsima 9.

2.4.   Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara hit (l-Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u l-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II)

B'konformità mal-Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u mal-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II, tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

l-Istat Membru, li fuq il-bażi tal-informazzjoni ma jkunx jista' jsegwi l-proċedura jgħarraf lill-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu li huwa ma jistax iwettaq l-azzjoni mitluba, u jagħti r-raġunijiet tiegħu fil-kaxxa 083 tal-formola H;

(b)

L-Istati Membri interessati jistgħu jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom u l-istrumenti legali tas-SIS II.

2.5.   L-ipproċessar ta' dejta ħlief għall-fini li għalih tkun iddaħħlet fis-SIS II (l-Artikolu 46(5) tad-Deċiżjoni SIS II)

Id-dejta li tinsab fis-SIS II tista' tkun ipproċessata biss għall-finijiet stabbiliti għal kull kategorija ta' twissija.

Madankollu, jekk tkun inkisbet awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru emittenti, id-dejta tista' tkun ipproċessata għal skop barra minn dak li għalih tkun iddaħħlet, sabiex tkun evitata theddida gravi imminenti għall-ordni u s-sigurtà pubblika, għal raġunijiet gravi ta' sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet sabiex jiġi evitat reat kriminali serju.

Jekk Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jipproċessa dejta fis-SIS II għal finijiet barra minn dawk li għalihom tkun iddaħħlet, l-iskambju ta' informazzjoni jsir skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

Permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu, l-Istat Membru li jkollu l-intenzjoni li juża d-dejta għal skop differenti jispjega lill-Istat Membru emittenti r-raġunijiet għaliex id-dejta għandha tkun ipproċessata għal skop ieħor, billi juża l-formola I.

(b)

malajr kemm jista' jkun, l-Istat Membru emittenti jara jekk din it-talba tistax tintlaqa' u jgħarraf lill-Istat Membru l-ieħor billi juża l-formola M, permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu, bid-deċiżjoni tiegħu;

(c)

jekk ikun jeħtieġ, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista' jagħti awtorizzazzjoni suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet dwar kif id-dejta għandha tintuża. Din l-awtorizzazzjoni għandha tintbagħat bil-formola M.

Malli l-Istat Membru emittenti jkun qabel, l-Istat Membru l-ieħor juża d-dejta biss għar-raġuni li għaliha jkun kiseb awtorizzazzjoni. Huwa jqis kull kundizzjoni stabbilita mill-Istat Membru emittenti.

2.6.   L-immarkar

2.6.1.   Introduzzjoni

(a)

L-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni SIS II tipprevedi l-każijiet li ġejjin meta Stat Membru jista' jirrikjedi marka ta' bandiera.

(i)

Meta Stat Membru jikkunsidra li l-effett mogħti lil twissija mdaħħla skont l-Artikoli 26, 32 jew 36 tad-Deċiżjoni SIS II ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu, l-obbligi internazzjonali jew l-interessi nazzjonali essenzjali tiegħu, dan jista' sussegwentement jeħtieġ li tiżdied marka ta' bandiera mat-twissija bir-riżultat li l-azzjoni li għandha tittieħed abbażi tat-twissija ma tittiħidx fit-territorju tagħha. Il-marka ta' bandiera tiżdied mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti.

(ii)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu li tiżdied marka ma' twissija maħruġa skont l-Artikolu 26, l-Istati Membri kollha jiġu nnotifikati awtomatikament dwar kull twissija ġdida ta' dik il-kategorija bl-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

(iii)

Jekk f'każijiet partikolarment urġenti u serji, Stat Membru li joħroġ allert jitlob l-eżekuzzjoni tal-azzjoni, l-Istat Membru li jesegwixxi allert jeżamina jekk jistax jippermetti li tiġi rtirata l-marka ta' bandiera miżjuda fuq talba tiegħu. Jekk l-Istat Membru li jesegwixxi l-azzjoni jista' jagħmel dan, hu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-azzjoni li għandha tittieħed tista' ssir minnufih.

(b)

Proċedura alternattiva teżisti biss għal twissijiet ta' arrest (ara t-Taqsima 3.6).

(c)

Meta tiġi miżjuda marka ta' bandiera ma' twissijiet dwar persuni neqsin u twissijiet dwar kontrolli diskreti jew speċifiċi, it-twissija ma tidhirx fuq l-iskrin meta l-utent finali jikkonsulta s-sistema.

(d)

Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 3.6.1, Stat Membru ma jitlobx għal marka ta' bandiera biss fuq il-bażi li Stat Membru partikolari huwa l-Istat Membru emittenti. Il-marki jintalbu biss fuq bażi ta' każ b'każ.

2.6.2.   Konsultazzjoni mal-Istati Membri bil-għan li tiżdied marka ta' bandiera

Marka tiġi miżjuda biss meta ssir talba jew ikun hemm qbil minn Stat Membru ieħor.

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

jekk Stat Membru jitlob li tiżdied marka ta' bandiera, huwa jitlob il-marka ta' bandiera mingħand l-Istat Membru emittenti billi juża l-formola F, u jagħti r-raġuni għall-ħtieġa tal-marka ta' bandiera. Il-kaxxa 071 tintuża għal dan l-iskop, filwaqt li l-kaxxa 080 tispjega r-raġuni għal din il-marka ta' bandiera. Għal informazzjoni supplimentari oħra dwar it-twissija, tintuża l-kaxxa 083.

(b)

L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija jżid il-marka ta' bandiera mitluba immedjatament;

(c)

ladarba l-informazzjoni tkun ġiet skambjata, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fil-proċess ta' konsultazzjoni mill-Istat Membru li talab il-marka ta' bandiera, jista' jkun hemm il-ħtieġa li t-twissija tiġi emendata jew imħassra jew li t-talba tiġi rtirata u t-twissija tibqa' l-istess.

2.6.3.   Talba biex titħassar marka ta' bandiera

L-Istati Membri jitolbu t-tħassir tal-marka ta' bandiera mitluba preċedentement malli r-raġuni għall-marka ta' bandiera ma tibqax iktar valida. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun inbidlet jew jekk skambju ta' informazzjoni ulterjuri dwar il-każ ikun żvela li ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikoli 24(1), 25 tad-Deċiżjoni SIS II ma għadhomx jeżistu.

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

L-uffiċċju SIRENE li preċedentement talab li tiżdied il-marka ta' bandiera jitlob lill-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti sabiex iħassar il-marka ta' bandiera billi tintuża l-formola F. Il-kaxxa 075 tintuża għal dan l-iskop (23). Għal iktar dettalji dwar id-dritt nazzjonali, tintuża l-kaxxa 080, u fejn ikun xieraq, u sabiex tiddaħħal informazzjoni supplimentari li tispjega r-raġuni għat-tħassir tal-marka ta' bandiera u għal informazzjoni supplimentari oħra li tikkonċerna t-twissija, tintuża l-kaxxa 083.

(b)

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jħassar il-marka ta' bandiera immedjatament.

2.7.   Dejta misjuba li tkun legalment jew fattwalment skorretta (l-Artikolu 34 tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 49 tad-Deċiżjoni SIS II)

Jekk dejta tinstab li tkun skorretta fattwalment jew li tkun inħażnet illegalment fis-SIS II, allura l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari jsir skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament SIS II u fl-Artikolu 49(2) tad-Deċiżjoni SIS II, li jgħidu li l-Istati Membri biss li jkunu ħarġu t-twissija jistgħu jimmodifikaw, iżidu, jikkoreġu, jaġġornaw jew iħassru d-dejta.

L-Istat Membru li jkun sab li dejta jkollha żball jew li kienet inħażnet illegalment jgħarraf lill-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu mal-ewwel opportunità u mhux aktar tard minn għaxart ijiem kalendarji wara l-prova li turi li l-iżball kien ġie għall-attenzjoni tiegħu. L-iskambju ta' informazzjoni jsir billi tintuża l-formola J.

(a)

Wara r-riżultat tal-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru emittenti jista' jkollu jħassar jew jikkoreġi d-dejta, skont il-proċeduri nazzjonali tiegħu għall-korrezzjoni tal-punt inkwistjoni;

(b)

Jekk ma jkunx hemm qbil fi żmien xahrejn, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun sab l-iżball jew li d-dejta kienet inħażnet illegalment javża lill-awtorità responsabbli fil-pajjiż tiegħu stess biex din tgħaddi l-każ lill-Garanti Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta, li, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali interessati ta' garanzija, jagħmilha ta' medjatur.

2.8.   Id-dritt ta' aċċess u rettifika ta' data (l-Artikoli 41 tar-Regolament SIS II u 58 tad-Deċiżjoni SIS II)

2.8.1.   Talbiet għal aċċess għal jew rettifika ta' dejta'

Bla preġudizzju għal-liġi nazzjonali, meta l-awtoritajiet nazzjonali ikollhom bżonn ikunu mgħarrfa dwar talba għal aċċess jew rettifika ta' dejta, allura l-iskambju ta' informazzjoni jsir skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

Kull Uffiċċju SIRENE japplika l-liġijiet nazzjonali tiegħu fuq id-dritt ta' aċċess għal dejta personali. Skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u f'konformità mal-liġi applikabbli, l-Uffiċċji SIRENE jressqu kull talba li jirċievu għal aċċess għal jew rettifika ta' dejta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jiddeċiedu fuq dawn it-talbiet skont il-limiti tal-mandat tagħhom.

(b)

Jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti hekk jitolbu, l-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri interessati, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jgħaddulhom informazzjoni dwar l-eżerċitar tad-dritt ta' aċċess għal dejta.

2.8.2.   Skambju ta' informazzjoni wara talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġin minn Stati Membri oħra

Informazzjoni dwar talbiet għal aċċess għal twissijiet imdaħħlin fis-SIS II minn Stat Membru ieħor ikunu skambjati permezz tal-Uffiċċji SIRENE nazzjonali bl-użu tal-formola K għal persuni jew il-formola M għal oġġetti.

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

it-talba għal aċċess titressaq kemm jista' jkun malajr lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti, sabiex dan ikun jista' jieħu pożizzjoni dwar il-kwistjoni.

(b)

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun irċieva t-talba dwar il-pożizzjoni tal-aċċess tiegħu;

(c)

ir-risposta tal-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti tikkunsidra kull skadenza għall-ipproċessar tat-talba stabbilita mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li rċieva t-talba għall-aċċess;

(d)

L-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jirċievi talba mingħand individwu għal aċċess, korrezzjoni jew tħassir, jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżgura li tingħata tweġiba fil-ħin.

Jekk l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jibgħat jgħarraf bil-pożizzjoni tiegħu lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun irċieva t-talba għal aċċess, l-Uffiċċju SIRENE, skont il-liġijiet nazzjonali u skont il-limiti tal-mandat tiegħu, jiddeċiedi fuq it-talba jew jiżgura li l-pożizzjoni tintbagħat malajr kemm jista' jkun lill-awtorità responsabbli għal deċiżjoni dwar it-talba.

2.8.3.   Skambju ta' informazzjoni għal rettifika jew tħassir ta' dejta mdaħħla minn Stati Membri oħra

Meta persuna titlob biex id-dejta tiegħu jew tagħha tkun irrettifikata jew imħassra, dan jista' jsir biss mill-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija. Jekk persuna tindirizza lil Stat Membru minbarra dak li jkun daħħal it-twissija, l-Uffiċċju SIRENE li saritlu t-talba jinforma lill-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti permezz tal-formola K u għandha tapplika l-proċedura deskritta fi 2.8.2.

2.9.   Tħassir meta ma jibqgħux jitħarsu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija

Twissijiet imdaħħla fis-SIS II jinżammu għaż-żmien meħtieġ biex ikunu sodisfatti l-finijiet li għalihom ikunu ddaħħlu.

Hekk kif il-kundizzjonijiet għaż-żamma tat-twissija ma jibqgħux jiġu sodisfati, l-Istat Membru emittenti jħassar it-twissija mingħajr dewmien. Meta t-twissija jkollha data ta' skadenza, it-tneħħija sseħħ b'mod awtomatiku fis-CS-SIS. F'każ ta' hit, japplikaw il-proċeduri partikolari deskritti fit-Taqsimiet 3.11, 4.10, 5.7, 6.5, 7.7 u 8.4.

Il-messaġġ ta' tħassir mis-CS-SIS ikun ipproċessat awtomatikament mill-N.SIS II.

L-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jissottoskrivu għal notifika awtomatika ta' tħassir ta' twissija.

2.10.   Id-dħul ta' ismijiet proprji

Fil-limiti imposti minn sistemi nazzjonali għad-dħul ta' dejta u d-disponibilità tad-dejta, ismijiet proprji (ismijiet u kunjomijiet) jiddaħħlu fis-SIS II f'format (test u ortografija) f'konformità mal-format użat għal dokumenti uffiċjali tal-ivvjaġġar għall-istandards ICAU għal dokumenti tal-ivvjaġġar, li huma użati wkoll għall-funzjonalitajiet ta' translitterazzjoni u traskrizzjoni tas-SIS II Ċentrali. Fl-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, l-Uffiċċji SIRENE jużaw l-ismijiet proprji kif jiddaħħlu fis-SIS II. Kemm l-utenti kif ukoll l-Uffiċċji SIRENE fl-Istati Membri emittenti jużaw, bħala regola ġenerali, karattri Latini sabiex idaħħlu d-dejta fis-SIS II, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' traslitterazzjoni u traskrizzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 1.

Meta jkun meħtieġ li tkun skambjata informazzjoni supplimentari dwar persuna li mhijiex suġġetta għal twissija iżda li tista' tkun relatata magħha, (pereżempju persuna li tista' tkun qed takkumpanja persuni minorenni li tkun nieqsa), il-preżentazzjoni u l-ortografija tal-isem isegwu r-regoli stabbiliti fl-Appendiċi 1 u jkunu miktuba bil-karattri Latini u ppreżentati f'format oriġinali, jekk l-Istat Membru li jkun qed jipprovdi l-informazzjoni jkollu l-kapaċità li jdaħħal ukoll kull karattru speċjali fil-format oriġinali.

2.11.   Kategoriji differenti ta' identità

Identità kkonfermata

Identità konfermata tfisser li l-identità kienet ikkonfermata abbażi ta' dokumenti ġenwini ta' ID, permezz ta' passaport jew b'dikjarazzjoni minn awtoritajiet kompetenti.

Identità mhux konfermata

Identità mhux konfermata tfisser li ma jkunx hemm prova biżżejjed tal-identità.

Identità użata ħażin

Ikun hemm identità użata ħażin (kunjom, isem, data tat-twelid) jekk persuna, imdaħħla fis-SIS II tuża l-identità ta' persuna reali oħra. Dan jista' jiġri, pereżempju, meta dokument jintuża b'dannu għas-sid veru.

Psewdonimu

Isem fittizju tfisser identità preżunta użata minn persuna magħrufa b'identitajiet oħra.

2.11.1.   Identità użata ħażin (l-Artikolu 36 tar-Regolament SIS II u 51 tad-Deċiżjoni SIS II)

Minħabba l-kumplessità ta' każijiet ta' identità użata ħażin, malli jsir jaf li persuna li dwarha tkun teżisti twissija SIS II tkun qed tuża ħażin l-identità ta' ħaddieħor, l-Istat Membru emittenti jara jekk ikunx meħtieġ li tibqa' tinżamm l-identità użata ħażin fit-twissija SIS II.

Jekk il-persuna tagħti l-kunsens espliċitu tagħha, u malli jkun ċar li l-identità tal-persuna tkun ġiet użata ħażin, tiżdied dejta addizzjonali mat-twissija fis-SIS II biex ikunu evitati konsegwenzi negattivi ta' identifikazzjoni ħażina. Il-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin tista', skont proċeduri nazzjonali, tagħti lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 51(3) tad-Deċiżjoni SIS II. Kull persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin ikollha d-dritt li tirtira l-kunsens tagħha biex l-informazzjoni tkun ipproċessata.

L-Istat Membru emittenti huwa responsabbli biex idaħħal ir-rimarka “identità użata ħażin” fit-twissija u biex tiddaħħal dejta addizzjonali tal-vittma ta' identità użata ħażin bħal ritratti, marki tas-swaba' u informazzjoni dwar kwalunkwe dokument tal-identità validu.

Meta Stat Membru jsib li twissija dwar persuna maħruġa minn Stat Membru ieħor ikollha x'taqsam ma' każ ta' identità użata ħażin, u jkun stabbilit li l-identità tal-persuna tkun ġiet użata ħażin, huwa jgħarraf lill-Uffiċċju Sirene tal-Istat Membru emittenti, permezz tal-formola Q, sabiex dik id-dejta tkun tista' tiżdied mat-twissija SIS II.

B'kunsiderazzjoni għall-għan għad-dħul ta' dejta ta' din ix-xorta, meta r-ritratti u l-marki tas-swaba' tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin ikunu disponibbli, dawn jiżdiedu mat-twissija. Sabiex ikun hemm każ ta' identità użata ħażin, id-dettalji ta' persuna innoċenti għandhom jaqblu ma' identità eżistenti fit-twissija. Il-formola Q għandha tinkludi d-dettalji tal-identità inkluż numru fittizju, mit-twissija sabiex l-Istat Membru emittenti jkun jista' jaċċerta għal-liema identità fit-twissija tirreferi l-formola. Il-kaxxi obbligatorji għat-tlestija tal-formola Q f'dawn il-każijiet huma indikati fl-Appendiċi 3.

Id-dejta tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin tista' tkun disponibbli bil-għan li tkun stabbilita l-identità tal-persuna li tkun qed tiġi eżaminata u bl-ebda mod ma tkun użata għal xi skop ieħor. Informazzjoni dwar identità użata ħażin, inkluża kull marka tas-swaba' u ritratti titħassar fl-istess żmien tat-twissija jew qabel jekk il-persuna interestata titlob dan.

2.11.2.   Id-dħul ta' isem fittizju

Sabiex ikunu evitati twissijiet inkompatibbli ta' kwalunkwe kategorija minħabba li għandu jiddaħħal isem fittizju, jew sabiex ikunu evitati problemi għal vittmi innoċenti u biex tkun żgurata kwalità ta' dejta, l-Istati Membri safejn ikun possibbli jinfurmaw lil xulxin dwar ismijiet fittizji u jiskambjaw l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-identità reali tas-suġġett imfittex.

L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija jkun responsabbli biex iżid kull isem fittizju ieħor. Jekk Stat Membru ieħor jiskopri isem fittizju, huwa jinforma lill-Istat Membru emittenti permezz tal-formola M.

2.11.3.   Informazzjoni ulterjuri biex tiġi stabbilita l-identità ta' persuna

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jista' wkoll, jekk id-dejta fis-SIS II ma tkunx biżżejjed, jagħti aktar informazzjoni wara konsultazzjoni, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' Stat Membru ieħor, biex jgħin tkun stabbilita l-identità ta' persuna. Il-Formola L (u d-dokumenti mehmużin) jintużaw għal dan il-għan. Din l-informazzjoni, b'mod partikulari, tkopri dan li ġej:

l-oriġini tal-passaport jew tad-dokument ta' identità fil-pussess tal-persuna mfittxija,

in-numru ta' referenza tal-passaport jew tad-dokument tal-identità, id-data, post u awtorità tal-ħruġ kif ukoll id-data ta' skadenza,

deskrizzjoni tal-persuna mfittxija,

kunjom u isem tal-omm u tal-missier tal-persuna mfittxija,

ortografiji possibbli oħra tal-kunjom u tal-ismijiet tal-persuna mfittxija,

ritratti u marki tas-swaba' jekk disponibbli,

l-aħħar indirizz magħruf.

Kemm jista' jkun, din l-informazzjoni għandha tkun tista' tinkiseb mill-Uffiċċji SIRENE, jew tkun b'mod immedjat u permanenti aċċessibbli għalihom għal trażmissjoni malajr.

L-għan komuni jkun li jitnaqqas ir-riskju li b'mod ħażin tinżamm persuna li d-dettalji tal-identità tagħha jkunu jixbħu lil dawk tal-persuna li dwarha tkun inħarġet twissija.

2.12.   Skambju ta' informazzjoni f'każ ta' twissijiet konnessi

Kull konnessjoni tippermetti li tkun stabbilita relazzjoni bejn mill-anqas żewġ twissijiet.

Stat Membru jista' joħloq konnessjoni bejn twissijiet li huwa jdaħħal fis-SIS II u dan l-Istat Membru biss li jista' jimmodifika u jħassar il-konnessjoni. Konnessjonijiet ikunu viżibbli biss għal utenti meta jkollhom drittijiet ta' aċċess korretti għall-utent li jippermettu mill-anqas żewġ twissijiet li jkunu viżibbli għalihom fil-konnessjoni. L-Istati Membri jiżguraw li jkun possibbli biss aċċess awtorizzat għall-konnessjonijiet.

2.12.1.   Regoli ta' tħaddim

Konnessjonijiet bejn twissijiet ma jeħtiġux proċeduri speċjali għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Madankollu, jitħarsu l-prinċipji li ġejjin:

F'każ li jkun hemm hit fuq żewġ twissijiet konnessi jew iktar, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jibgħat il-formola G għal kull waħda minnhom filwaqt li fil-kaxxa 086 jindika li se jkunu ppreżentati l-formoli G l-oħra dwar it-twissijiet konnessi.

Ma jintbagħtux formoli dwar twissijiet li, għalkemm ikollhom konnessjoni ma' twissijiet li dwarhom ikun hemm hit, ma jkunux rispettivament l-oġġett tal-hit. Madankollu, jekk ikun hemm twissija konnessa ma' konsenja/estradizzjoni jew għal persuna nieqsa (għall-protezzjoni tagħhom stess jew sabiex ikunu evitati theddidiet), il-komunikazzjoni ta' din l-iskoperta ssir billi tintuża formola M jekk xieraq u jekk l-informazzjoni tkun disponibbli.

2.13.   Format u kwalità ta' dejta bijometrika fis-SIS II

Skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni SIS II, ritratti u marki tas-swaba' tal-persuna jiżdiedu mat-twissija meta dawn ikunu jistgħu jinkisbu.

L-Uffiċċji SIRENE jkunu jistgħu jiskambjaw il-marki tas-swaba' u r-ritratti għall-finijiet tat-tlestija tat-twissija u/jew sabiex tkun appoġġata l-eżekuzzjoni tal-azzjoni rikjesta li tittieħed. Meta Stat Membru jkollu ritratt jew marki tas-swaba' ta' persuna li għaliha tkun inħarġet twissija minn Stat Membru, huwa jista' jibgħat ir-ritratti u l-marki tas-swaba' permezz ta' fajl mehmuż biex iħalli lill-Istat Membru emittenti jlesti t-twissija.

Dan l-iskambju jsir bla preġudizzju għall-iskambji fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI.

2.13.1.   Użu ulterjuri tad-dejta skambjata, inkluż l-arkivjar

Limitazzjonijiet għall-użu ta' dejta provduta għal twissijiet fis-SIS II huma stipulati fl-istrumenti ġuridiċi tas-SIS II Kull użu ulterjuri ta' stampi u marki tas-swaba' skambjati, inkluż l-arkivjar, ikun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istrumenti legali tas-SIS II, mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli dwar il-ħarsien tad-dejta, skont id-Direttiva 95/46/KE u d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

Kull ħażna ta' marki tas-swaba' fil-livell nazzjonali tirrispetta bis-sħiħ ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tas-SIS II. Stat Membru jżomm dejta tal-marki tas-swaba' mniżżla minn CS-SIS separatament minn dejta nazzjonali tal-marki tas-swaba' u dejta bħal din għandha titħassar fl-istess ħin ma' twissijiet u informazzjoni supplimentari korrispondenti.

2.13.2.   L-iskambju ta' marki tas-swaba' u ritratti

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

l-Uffiċċju SIRENE fornitur jibgħat il-formola L bil-mod elettroniku tas-soltu u jsemmi fil-kaxxa 083 ta' formola L li l-marki tas-swaba' u r-ritratti jkunu qed jintbagħtu biex titlesta twissija fis-SIS II.

(b)

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jżid il-marki tas-swaba' jew ir-ritratti mat-twissija fis-SIS II, jew jibagħthom lill-awtorità kompetenti biex tlesti t-twissija.

2.13.3.   Rekwiżiti tekniċi

Il-marki tas-swaba' u r-ritratti jinġabru u jintbagħtu skont l-istandards li għandhom ikunu definiti fir-regoli ta' implimentazzjoni għad-dħul ta' dejta bijometrika fis-SIS II.

Kull uffiċċju SIRENE jissodisfa dawk l-istandards tekniċi.

2.13.4.   Format u kwalità ta' dejta bijometrika

Id-dejta bijometrika kollha mdaħħla fis-sistema tkun suġġetta għal eżami speċifiku ta' kwalità biex ikun żgurata standard ta' kwalità minimu komuni għall-utenti kollha tas-SIS II.

Qabel ma tiddaħħal, isiru verifiki fil-livell nazzjonali biex ikun żgurat li:

(a)

dejta dwar il-marki tas-swaba' għandha tkun konformi mal-format speċifikat ANSI/NIST — ITL 1-2000, kif implimentat għall-finijiet tal-Interpol u adattat għas-SIS II;

(b)

ritratti, li jintużaw biss biex jikkonfermaw l-identità ta' persuna li tkun instabet bħala riżultat ta' tfittxija alfanumerika magħmula fis-SIS II, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin: ir-rata ta' tikek tar-ritratti tal-wiċċ kollu minn quddiem tkun, jekk hu possibbli, ta' 3:4 jew 4:5. Jekk tkun tista' tinkiseb, tintuża riżoluzzjoni ta' mill-anqas 480 × 600 pixels b'24bit grad ta' kulur. Jekk ix-xbiha jkollha ssir permezz ta' skaner, il-qies tax-xbiha għandu jkun, jekk hu possibbli, anqas minn madwar 200 Kbytes.

2.14.   Tipi speċjali ta' tiftix

2.14.1.   Tiftix immirat b'mod ġeografiku

Tiftix immirat ġeografikament huwa tiftix magħmul f'sitwazzjoni fejn Stat Membru jkollu prova soda dwar fejn ikunu jistgħu jinstabu persuna jew oġġett li huma suġġetti għal twissija, imfittxija f'żona ġeografikament ristretta.

Tfittxijiet immirati ġeografikament fiż-żona Schengen isiru abbażi ta' twissija fis-SIS II. F'ċirkustanzi fejn il-post fejn jistgħu jinstabu persuna jew oġġett ikun magħruf, il-kaxxa 311 (Avviż Importanti) tista' timtela billi tkun indikata tfittxija ġeografika u billi jintgħażlu pajjiżi adattati. Barra minn hekk, jekk il-post fejn tista' tkun tinstab il-persuna jkun magħruf meta tinħareġ twissija ta' arrest, il-kaxxa 061 tal-Formola A tinkludi l-informazzjoni dwar fejn il-persuna mfittxija tista' tkun tinstab. Fil-każijiet l-oħra kollha, inklużi dawk ta' komunikazzjoni dwar fejn jistgħu jkunu jinstabu oġġetti, tintuża l-Formola M (il-kaxxa 083). Twissija għall-persuna mfittxija tiddaħħal fis-SIS II biex tiżgura li talba biex tittieħed azzjoni tkun infurzabbli immedjatament (l-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI).

Meta s-suġġett ta' tfittxija ġeografika jkun jinstab f'post li mhux dak indikat fit-tfittxija ġeografika, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jindika dan il-fatt billi juża l-formola M, lill-Istat(i) Membru(i) involut(i) fit-tfittxija ġeografika sabiex jitwaqqaf kull xogħol relatat.

2.14.2.   Tfittxija bil-parteċipazzjoni ta' unitajiet tal-pulizija speċjali għal tfittxija mmirata (FAST)

F'każijiet xierqa, l-uffiċċji SIRENE fl-Istati Membri li ssirilhom it-talba għandhom jużaw ukoll is-servizzi pprovduti minn unitajiet speċjali li jwettqu tfittxijiet immirati (FAST — Fugitive, Active Search Teams). It-twissija fis-SIS II ma għandhiex tiġi sostitwita b'kooperazzjoni internazzjonali tal-unitajiet tal-pulizija msemmija hawn fuq. Din il-kooperazzjoni ma għandhiex tikkoinċidi mar-rwol tal-uffiċċju SIRENE bħala punt fokali għat-tfittxijiet permezz tas-SIS II.

Tkun stabbilita kooperazzjoni, kif ikun xieraq, sabiex ikun żgurat li l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jkun infurmat mill-FAST nazzjonali tagħhom bi kwalunkwe operazzjoni li tkun għaddejja relatata ma' twissija li tkun iddaħħlet fis-SIS II. Fejn xieraq l-Uffiċċju SIRENE jipprovdi din l-informazzjoni lil Uffiċċji SIRENE oħra. Kull operazzjoni koordinata tal-ENFAST (Netwerk Ewropew għall-Iskwadri ta' Tiftix Attiv ta' Persuni Maħrubin) li tinvolvi l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju SIRENE tiġi rrappurtata minn qabel lill-Uffiċċju SIRENE.

L-uffiċċji SIRENEjiżguraw fluss veloċi ta' informazzjoni supplimentari, inkluża informazzjoni dwar hit, lill-FAST nazzjonali jekk din tal-aħħar tkun involuta fit-tftittxija.

3.   TWISSIJIET TA' ARREST GĦAL FINIJIET TA' KONSENJA JEW ESTRADIZZJONI (L-ARTIKOLU 26 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

3.1.   Id-dħul ta' twissija

Il-parti l-kbira tat-twissijiet ta' arrest ikunu akkumpanjati b'Mandat ta' Arrest Ewropew (European Arrest Warrant, EAW)). Madankollu, skont it-twissija għal arrest, huwa possibbli wkoll arrest provviżorju qabel ma tinkiseb talba għal estradizzjoni (ER) skont l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Estradizzjoni.

L-EAW/ER jinħarġu minn awtorità ġudizzjarja awtorizzata li teżegwixxi din il-funzjoni fl-Istat Membru emittenti.

Meta tiddaħħal twissija għal arrest għall-finijiet ta' konsenja, għandha tiddaħħal kopja tal-EAW oriġinali fis-SIS II. Tista' tiddaħħal traduzzjoni tal-EAW f'lingwa uffiċjali waħda jew iktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Barra minn hekk, ritratti u marki tas-swaba' tal-persuna jiżdiedu mas-twissija meta dawn ikunu disponibbli.

L-informazzjoni rilevanti, inklużi l-EAW jew l-ER, mogħtija fir-rigward ta' persuni mfittxija għall-finijiet ta' arrest għal konsenja jew estradizzjoni, tkun tista' tinkiseb mill-Uffiċċju SIRENE meta tiddaħħal it-twissija. Ikun hemm verifika biex ikun żgurat li l-informazzjoni tkun kompluta u ppreżentata b'mod korrett.

L-Istati Membri jkunu jistgħu jdaħħlu aktar minn EAW wieħed għal kull twissija għal arrest. Tkun ir-responsabbiltà tal-Istat Membru emittenti li jħassar EAW li ma jibqax validu u li jara jekk ikunx hemm Mandati ta' Arrest Ewropew oħra mehmuża mat-twissija u li jestendi t-twissija jekk ikun meħtieġ.

Minbarra EAW li Stat Membru jkun hemeż ma' twissija għal arrest, għandu jkun possibbli wkoll li jkunu mehmuża traduzzjonijiet tal-EAW, jekk hemm bżonn f'fajls binarji separati.

Għal dokumenti skanjati li jkollhom jinthemżu ma' twissijiet, kemm jista' jkun għandha tintuża riżoluzzjoni minima ta' 150 DPI.

3.2.   Twissijiet multipli

Għal proċeduri ġenerali ara t-Taqsima 2.2.

Barra minn dan, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

Diversi Stati Membri jistgħu jdaħħlu twissija għal arrest għall-istess persuna. Jekk Stat Membru wieħed jew aktar ikunu ħarġu twissija għall-istess persuna, id-deċiżjoni li fuqha l-mandat ikun eżegwit fil-każ ta' arrest tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni fl-Istat Membru fejn ikun se jsir l-arrest. L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jibgħat il-formola G lil kull Stat Membru kkonċernat.

3.3.   Identità użata ħażin

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.11.1.

3.4.   Id-dħul ta' isem fittizju

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.11.2.

F'każ ta' twissijiet għall-arrest, l-Uffiċċju SIRENE għandu juża l-kaxxa 011 ta' formola A  (24) (fi żmien id-dħul tat-twissija) jew sussegwentement il-formola M, meta jinforma lill-Istati Membri l-oħra bil-psewdonimi rigward twissija għal arrest, jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-uffiċċju SIRENE.

3.5.   Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat lill-Istati Membri

Meta tiddaħħal twissija, l-informazzjoni supplimentari dwar it-twissija tintbagħat lill-Istati Membri kollha.

L-informazzjoni msemmija fit-Taqsima 3.5.1 tintbagħat lill-Uffiċċji SIRENE oħrajn flimkien mal-formola A, fl-istess ħin li tiddaħħal it-twissija. Kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-finijiet ta' identifikazzjoni tintbagħat wara konsultazzjoni u/jew fuq it-talba ta' Stat Membru ieħor.

Fil-każ fejn diversi EAWs (Mandati ta' Arrest Ewropew) jew ERs (Talbiet għal Estradizzjoni) ikunu jeżistu għall-istess persuna, jimtlew formoli A separati għal kull EAW jew ER.

Ikun hemm biżżejjed dettalji fl-EAW/ER u fil-formola A (b'mod partikolari, fit-Taqsima (e) dwar il-MAE: “deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq/twettqu r-reat(i), inklużi l-ħin u l-lok” il-kaxxi 042, 043, 044, 045: “deskrizzjoni taċ-ċirkonstanzi”) għal Uffiċċji SIRENE oħrajn biex jivverifikaw it-twissija. L-Appendiċi 3 jistabbilixxi l-informazzjoni meħtieġa u r-relazzjoni tagħha mal-oqsma dwar l-EAW.

Meta EAW jiġi sostitwit jew revokat dan jiġi indikat fil-kaxxa 267 ta' Formola A (l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni tas-SIS II) jew fil-kaxxa 044 tal-formola A (Talba ta' Estradizzjoni/Twissijiet migrati) bl-użu tat-test li ġej: “Din il-formola tirrevoka l-formola (numru ta' referenza) li tirreferi għall-EAW (numru ta' referenza) maħruġ fi (data)”.

3.5.1.   Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat rigward arrest provviżorju

3.5.1.1.   Meta tiddaħħal twissija abbażi kemm ta' EAW kif ukoll ta' Talba ta' Estradizzjoni (ER)

Meta tiddaħħal twissija għal arrest b'finijiet ta' estradizzjoni, tintbagħat informazzjoni supplimentari lill-Istati Membri kollha permezz tal-formola A. Jekk id-dejta fit-twissija u l-informazzjoni supplementarja mibgħuta lill-Istati Membri rigward EAW mhumiex biżżejjed għal finijiet ta' estradizzjoni, tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali.

Fil-kaxxa 239 jiġi indikat li l-formola tikkonċerna kemm EAW kif ukoll ER.

3.5.1.2.   Meta tinħareġ twissija msejsa fuq ER biss

Meta tiddaħħal twissija għal arrest b'finijiet ta' estradizzjoni, tintbagħat informazzjoni supplimentari lill-Istati Membri kollha permezz tal-formola A.

Fil-kaxxa 239 jiġi indikat li l-formola tikkonċerna ER.

3.6.   Iż-żieda ta' marka ta' bandiera

Għar-regoli ġenerali ara t-Taqsima 2.6.

Jekk tal-anqas wieħed mill-EAWs mehmużin mat-twissija jista' jiġi esegwit, it-twissija ma jkollhiex marka ta' bandiera.

Jekk EAW ikun fih aktar minn reat wieħed u jekk il-konsenja tista' titwettaq fir-rigward ta' mill-inqas wieħed minn dawk ir-reati, it-twissija ma jkollhiex marka ta' bandiera.

Kif enfasizzat fit-Taqsima 2.6, twissija mmarkata b'marka skont l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni SIS II, għat-tul ta' żmien tal-marka tal-bandiera, titqies bħala li ddaħħlet biex tikkomunika l-post fejn tinsab il-persuna li għaliha nħarġet it-twissija.

3.6.1.   Talba sistematika biex tiżdied marka ta' bandiera ma' twissijiet dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni fejn id-Deċiżjoni 2002/584/ĠAI ma tapplikax

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

fil-każ ta' twissijiet dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni, fejn id-Deċiżjoni 2002/584/ĠAI ma tapplikax, Uffiċċju SIRENE jista' jitlob lil Uffiċċju(i) SIRENE ieħor (oħrajn) biex iżid/iżidu marka ta' bandiera b'mod sistematiku għal twissijiet imdaħħla skont l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni SIS II dwar iċ-ċittadini tiegħu;

(b)

kull Uffiċċju SIRENE li jkun jixtieq jagħmel dan jibgħat talba bil-miktub lill-Uffiċċji SIRENE l-ieħor/l-oħra.

(c)

kwalunkwe Uffiċċju SIRENE li ssirlu talba bħal din iżid minnufih il-marka ta' bandiera għall-Istat Membru kkonċernat hekk kif tinħareġ it-twissija;

(d)

il-marka ta' bandiera tibqa' sakemm l-Uffiċċju SIRENE li għamel it-talba jitlob li tiġi kkanċellata.

3.7.   Azzjoni mill-Uffiċċju SIRENE mal-wasla ta' twissija ta' arrest

Meta Uffiċċju SIRENE jirċievi l-formola A, malajr kemm jista' jkun, ifittex is-sorsi kollha disponibbli, biex jipprova jalloka s-suġġett. Jekk l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru emittenti ma tkunx biżżejjed biex tiġi aċċettata mill-Istat Membru li jirċeviha, hija ma tipprevjenix milli jsiru t-tfittxijiet. L-Istati Membri li jirċievu jwettqu tfittxijiet safejn ikun permissibbli skont il-liġi nazzjonali.

Jekk it-twissija ta' arrest tiġi vverifikata u s-suġġett jinstab jew jiġi arrestat fi Stat Membru, allura l-informazzjoni li jkun hemm fil-formola A tista' tintbagħat mill-Uffiċċju SIRENE lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jesegwixxi l-EAW jew l-ER. Jekk l-EAW jew l-ER oriġinali huwa mitlub, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' tibagħtu direttament lill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni (sakemm ma jkunux saru arranġamenti alternattivi mill-Istat Membru emittenti u/jew ta' eżekuzzjoni).

3.8.   L-iskambju ta' informazzjoni wara hit

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.3.

Barra minn hekk, tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

hit dwar individwu li għalih tkun inħarġet twissija ta' arrest dejjem tkun komunikata minnufih lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti. Barra minn hekk, wara li tinbagħat il-formola G, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jikkomunika wkoll il-hit lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru mittenti fejn xieraq, bit-telefown;

(b)

jekk ikun meħtieġ l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti mbagħad jibgħat kull informazzjoni rilevanti u speċifika dwar il-miżuri partikulari li jittieħdu mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni;

(c)

l-awtorità kompetenti li tirċievi l-EAW jew l-ER, id-dettalji ta' kuntatt kollha għal komunikazzjoni sħaħ tagħha (l-indirizz postali, in-numru tat-telefown u, jekk disponibbli, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-e-mail), in-numru ta' referenza (jekk disponibbli), il-persuna kompetenti (jekk disponibbli), il-lingwa mitluba, il-limitu ta' żmien għall-konsenja u l-forma tagħha ta' twassil ikunu pprovduti fil-kaxxa 091 tal-formola G;

(d)

barra minn hekk, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jgħarraf lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra bil-hit, billi juża l-formola M, fejn ġiet stabbilita rabta ċara ma' Stati Membri partikolari mill-fatti tal-każ u aktar inkjesti li nbdew;

(e)

l-Uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet skont l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni SIS II, u meta jagħmlu dan jistgħu jaġixxu f'isem l-awtoritajiet ġudizzjarji jekk din l-informazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' għajnuna ġudizzjarja reċiproka.

3.9.   Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar ċediment jew estradizzjoni

Meta l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jipprovdu informazzjoni lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni dwar jekk ċediment jew estradizzjoni jistgħux jieħdu post ta' persuna li għaliha nħarġet twissija għal arrest, dak l-Uffiċċju SIRENE minnufih jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti permezz tal-formola M, immarkata fil-kaxxa 083 bil-kliem “ĊEDIMENT” jew “ESTRADIZZJONI” (25). L-arranġamenti dettaljati ta' ċediment jew ta' estradizzjoni, fejn xieraq, jiġu kkomunikati permezz tal-Uffiċċji SIRENE mill-aktar fis possibbli.

3.10.   Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar it-tranżitu minn Stat Membru ieħor

Jekk tranżitu ta' persuna huwa meħtieġ, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li minnu l-persuna qed tgħaddi tranżitu jipprovdi l-informazzjoni u l-appoġġ meħtieġa, bi tweġiba għal talba mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jew l-awtorità ġudizzjarja kompetenti, mibgħuta mill-Uffiċċju SIRENE, permezz tal-formola M immarkata bil-kelma “TRANŻITU” miktuba fil-bidu tal-kaxxa 083.

3.11.   Tħassir ta' twissijiet wara ċediment jew estradizzjoni

It-tħassir ta' twissijiet għal arrest għal finijiet ta' ċediment jew ta' estradizzjoni jseħħ ladarba l-persuna tkun ġiet ikkonsenjata jew estradita lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti iżda jista' wkoll iseħħ meta d-deċiżjoni ġudizzjarja li fuqha t-twissija kienet ibbażata tkun ġiet revokata mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti skont il-liġi nazzjonali.

4.   TWISSIJIET TA' ĊAĦDA TA' DĦUL JEW TA' PERMANENZA (ARTIKOLU 24 TAR-REGOLAMENT SIS II)

Introduzzjoni

L-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li dwarhom tkun inħarġet twissija skont l-Artikolu 24 tar-Regolament SIS II jippermetti lill-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet fil-każ ta' dħul jew ta' applikazzjoni għall-viża. Jekk l-individwu jkun diġà fit-territorju tal-Istat Membru, dan jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jieħdu l-azzjoni xierqa biex jinħarġu l-permessi ta' residenza, il-viżi għal permanenza fit-tul jew biex l-individwu jitkeċċa. F'din it-taqsima referenzi għal viżi jikkonċernaw viżi għal permanenza twila, sakemm mhux spjegat b'mod ċar (pereż. viża għal dħul mill-ġdid).

It-twettiq tal-proċeduri ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(4) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen u tal-proċeduri ta' konsultazzjoni stipulati skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen, jaqa' taħt il-kompetenzi tal-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fil-fruntieri u għall-ħruġ ta' permessi ta' residenza jew ta' viżi. Fil-prinċipju, l-Uffiċċji SIRENE biss jiddaħħlu f'dawn il-proċeduri biex jittrażmettu informazzjoni supplimentari direttament relatata mat-twissijiet (pereż. notifika ta' hit, kjarifika ta' identità) jew it-tħassir ta' twissijiet.

Iżda l-Uffiċċju SIRENE jista' jkun imdaħħal ukoll fi trażmissjoni ta' informazzjoni supplimentari meħtieġa għat-tkeċċija jew għaċ-ċaħda ta' dħul ta' ċittadin ta' pajjiż terz; u jista' jkun imdaħħal fi trażmissjoni ta' kull informazzjoni supplimentari addizzjonali maħluqa minn dawn l-azzjonijiet.

Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill (26) mhijiex applikabbli fl-Iżvizzera. Għalhekk fil-każ ta' risposta pożitiva dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jkun il-benefiċjarji tad-dritt tal-moviment liberu, jitwettqu proċeduri ta' konsultazzjoni normali bejn l-Iżvizzera, l-Istat Membru emittenti u kull Stat Membru ieħor li jista' jkollu informazzjoni rilevanti dwar id-dritt taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ta' moviment liberu.

4.1.   Id-dħul ta' twissija

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament SIS II, regoli speċifiċi japplikaw għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma benefiċjarji tad-dritt tal-moviment liberu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE. L-Uffiċċju SIRENE jkun jista', kemm huwa possibbli, jagħmel disponibbli kull informazzjoni li ntużat biex jiġi eżaminat jekk twissija ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza iddaħħlitx għal benefiċjarju tad-dritt tal-moviment liberu (27). Fil-każ eċċezzjonali ta' dħul ta' twissija dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi mid-dritt għal moviment liberu, l-Uffiċċju Sirene tal-Istat Membru emittenti jibgħat formola M lill-Istati Membri l-oħra kollha, imsejsa fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità li tkun daħħlet it-twissija (ara t-Taqsimiet 4.6 u 4.7).

Barra minn dan, l-Artikolu 26 tar-Regolament SIS II jgħid li, bla preġudizzju għal ċerti kundizzjonijiet speċifiċi, jiddaħħlu twissijiet relatati ma' ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu suġġetti ta' miżura restrittiva maħsuba biex ma jitħallix isir dħul fit-territorju ta' Stati Membri jew li jkun hemm passaġġ minnu, meħudin skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (28). It-twissijiet jiddaħħlu u jinżammu aġġornati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miżura. Jekk dan l-Istat Membru ma jkollux aċċess għas-SIS II jew għat-twissijiet skont l-Artikolu 24 tar-Regolament SIS II ir-responsabbiltà tittieħed mill-Istat Membri li jkun se jkollu l-Presidenza sussegwenti u jkollu aċċess għas-SIS II, inkluż aċċess għal twissijiet skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tas-SIS II.

L-Istati Membri jistabbilixxu l-proċeduri meħtieġa għad-dħul, l-aġġornar, u t-tħassir ta' dawn it-twissijiet.

4.2.   Twissijiet multipli

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

4.3.   Identità użata ħażin

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.11.1.

Il-problemi jistgħu jinqalgħu meta ċittadin ta' pajjiż terz li huwa suġġett ta' twissija għal ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza juża illegalment l-identità ta' ċittadin ta' Stat Membru biex ifittex li jikseb id-dħul. Jekk tinqala' sitwazzjoni bħal din l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jisgħu jiġu infurmati bl-użu korrett tal-funżjoni tal-identità użata ħażin fis-SIS II. It-twissijiet għaċ-ċaħda ta' dħul ma jinħarġux fl-identità ewlenija ta' ċittadin ta' Stat Membru.

4.4.   Id-dħul ta' isem fittizju

Għar-regoli ġenerali ara t-Taqsima 2.11.2.

4.5.   Skambju ta' informazzjoni fil-ħruġ ta' permessi ta' residenza jew viżi

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

bla preġudizzju għall-proċedura speċjali dwar l-iskambju ta' informazzjoni, li jsir skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen; u bla preġudizzju għat-Taqsima 4.8, li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa l-benefiċjarju tad-dritt għal moviment liberu (li f'dan il-każ il-konsultazzjoni tas-SIRENE tal-Istat Membru emittenti hija obbligatorja); l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jista' jinforma lill-Istat Membru emittenti li t-twissija għal ċaħda ta' dħul tkun tqabblet matul il-proċedura għall-għoti ta' permess ta' residenza jew ta' viża. L-Istat Membru emittenti jista' mbagħad jinforma lill-Istati Membri l-oħra billi juża formola M jekk xieraq;

(b)

jekk jintalbu jagħmlu dan, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jgħinu fit-trażmissjoni tal-informazzjoni neċessarja lill-awtoritajiet xierqa li jkunu responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza u ta' viżi.

4.5.1.   Proċeduri speċjali kif jingħad fl-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen

Proċedura skont l-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni ta' Schengen

Jekk Stat Membru li jkun qed iqis jagħtix permess ta' residenza jew viża jsib li l-applikant ikkonċernat ikun suġġett ta' twissija ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza maħruġa minn Stat Membru ieħor, huwa jikkonsulta mal-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċji SIRENE. L-Istat Membru li qed jikkunsidra jagħtix permess ta' residenza jew viża juża l-formola N biex javża lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni li jagħti permess ta' residenza jew viża. Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li jagħti l-permess ta' residenza jew viża, it-twissija titħassar. Il-persuna, madankollu, tista' titqiegħed fuq il-lista nazzjonali ta' twissijiet għal ċaħda ta' dħul tal-Istat Membru emittenti.

Proċedura skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen

Jekk Stat Membru li daħħal twissija għal ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza jsib li l-persuna li hi s-suġġett tat-twissija tkun ingħatat permess ta' residenza jew viża, iniedi proċedura ta' konsultazzjoni mal-Istat Membru li ħareġ il-permess ta' residenza jew viża, permezz tal-Uffiċċji SIRENE. L-Istat Membru li ħareġ il-permess ta' residenza jew viża juża l-formola O biex jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni jekk għandux jiġi rtirat il-permess ta' residenza jew viża. Jekk dan l-Istat Membru jiddeċiedi li jagħti l-permess ta' residenza jew viża, it-twissija titħassar. Il-persuna tista', madankollu, titqiegħed f'lista nazzjonali ta' twissijiet ta' ċaħda ta' dħul ta' Stat Membru.

Il-konsultazzjoni permezz tal-Uffiċċji SIRENE, bl-użu tal-formola O sseħħ ukoll jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta' residenza jew viża jsib aktar tard li jkun hemm twissija ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza għal dik il-persuna li tkun iddaħħlet fis-SIS II (29).

Jekk Stat Membru terz (jiġifieri la dak li ta l-permess ta' residenza/viża u lanqas dak li jkun ħareġ it-twissija) isib li jkun hemm twissija dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jkollu permess ta' residenza jew viża minn wieħed mill-Istati Membri, huwa jinnotifika kemm lill-Istat Membru li jkun ta l-permess/viża kif ukoll lill-Istat Membru emittenti, permezz tal-Uffiċċji SIRENE, billi juża l-formola H.

Jekk il-proċedura prevista skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen tkun tfisser it-tħassir ta' twissija ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza, l-Uffiċċji SIRENE, waqt li jħarsu l-liġi nazzjonali tagħhom, joffru l-appoġġ tagħhom jekk jintalbu jagħmlu dan.

4.5.2.   Proċeduri speċjali kif jipprovdi l-Artikolu 5(4)(a) u (c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen

Proċedura f'każijiet li jaqgħu skont l-Artikolu 5(4)(a)

Skont l-Artikolu 5(4)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, ċittadin ta' pajjiż terz li huwa s-suġġett ta' twissija għal rifjut ta' dħul jew ta' permanenza u li, fl-istess ħin, għandu permess ta' residenza, viża għal soġġorn fit-tul jew viża għal dħul mill-ġdid maħruġin minn wieħed mill-Istati Membri, jitħalla jidħol għal skopijiet ta' tranżitu fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta' residenza, jew il-viża għal dħul mill-ġdid, meta jaqsam fruntiera fi Stat Membru terz. Id-dħul jista' jkun miċħud jekk dan l-Istat Membru jkun ħareġ twissija nazzjonali ta' ċaħda ta' dħul. Fiż-żewġ każijiet, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li fih il-persuna tkun qed tipprova tidħol jibgħat messaġġ lill-Uffiċċji SIRENE taż-żewġ Stati Membri inkwistjoni (il-formola H jekk it-tranżitu kien permess/il-formola G jekk id-dħul kien rifjutat) biex jinfurmahom dwar il-kontradizzjoni u jitlobhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jew titħassar it-twissija fis-SIS II jew jiġi rtirat il-permess ta' residenza/viża. Huwa jista' jitlob ukoll li jkun mgħarraf bir-riżultat ta' kull konsultazzjoni.

Jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jipprova jidħol fl-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS II, id-dħul tiegħu/tagħha jista' jiġi rifjutat minn dan l-Istat Membru. Madankollu, wara talba mill-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE ta' dak l-Istat Membru jikkonsulta mal-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta' residenza jew viża biex l-awtorità kompetenti titħalla tiddeċiedi jekk ikunx hemm raġunijiet biżżejjed għall-irtirar tal-permess ta' residenza/viża. L-Istat Membru li ħareġ il-permess ta' residenza jew viża juża l-formola O biex jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni jekk għandux jiġi rtirat il-permess ta' residenza jew viża. Jekk dan l-Istat Membru jiddeċiedi li jagħti l-permess ta' residenza jew viża, it-twissija titħassar. Il-persuna tista', madankollu, titqiegħed f'lista nazzjonali ta' twissijiet ta' ċaħda ta' dħul ta' Stat Membru.

Jekk din il-persuna tipprova tidħol fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta' residenza jew viża, hi titħalla tidħol fit-territorju iżda l-Uffiċċju SIRENE ta' dan l-Istat Membru, wara talba tal-awtorità kompetenti, jikkonsulta l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti sabiex jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jiddeċiedu dwar l-irtirar tal-permess ta' residenza jew viża jew it-tħassir tat-twissija. L-Istat Membru li ħareġ il-permess ta' residenza jew viża juża l-formola O biex jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni jekk għandux jiġi rtirat il-permess ta' residenza jew viża. Jekk dan l-Istat Membru jiddeċiedi li jżomm il-validità tal-permess ta' residenza jew viża, it-twissija titħassar. Il-persuna tista', madankollu, titqiegħed f'lista nazzjonali ta' twissijiet ta' ċaħda ta' dħul ta' Stat Membru.

Proċedura fil-każijiet li jaqgħu skont l-Artikolu 5(4)(c)

Skont l-Artikolu 5(4)(c) Stat Membru jista' jidderoga mill-prinċipju li persuna li tkun inħarġitilha twissija ta' ċaħda ta' dħul tiġi miċħuda d-dħul għal raġunijiet umanitarji, minħabba f'interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. Bit-talba tal-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ppermetta d-dħul jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti b'din is-sitwazzjoni billi juża l-formola H.

4.6.   Regoli komuni dwar proċeduri msemmija fit-Taqsima 4.5

(a)

Waħda biss mill-formola N jew il-formola O tintbagħat għal kull proċedura ta' konsultazzjoni mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ta jew ikollu l-ħsieb li jagħti jew iżomm permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul sabiex tinforma l-Istat Membru li jkun ħareġ jew li qed jippjana li joħroġ twissija ta' rifjut ta' dħul dwar id-deċiżjoni finali dwar il-ħruġ, iż-żamma jew it-tħassir ta' permess ta' residenza jew viża.

(b)

Il-proċedura ta' konsultazzjoni tkun jew proċedura għall-finijiet tal-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni ta' Schengen jew proċedura għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

(c)

Meta tintbagħat formola M, G, jew H fil-kuntest ta' proċedura ta' konsultazzjoni, tista' tkun immarkata bil-kelma ewlenija “proċedura ta' konsultazzjoni”. (il-formola M: kaxxa 083; formola G: kaxxa 086; Il-Formola H: kaxxa 083).

4.7.   Skambju ta' informazzjoni wara hit u meta jiġi rrifjutat dħul jew issir tkeċċija miż-żona Schengen

Bla preġudizzju għall-proċeduri speċjali dwar l-iskambju ta' informazzjoni, li jsir skont l-Artikolu 5(4)(a) u (c) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta' Schengen; u bla preġudizzju għat-Taqsima 4.8 li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li hu l-benefiċjarju tad-dritt għal moviment liberu (li f'dan il-każ il-konsultazzjoni tal-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċju SIRENE hija obbligatorja), Stat Membru jista' jitlob li jiġi infurmat b'kull hit dwar twissijiet għal rifjut ta' dħul jew ta' permanenza li jkun daħħal.

L-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri li jkunu ħarġu twissijiet ta' ċaħda ta' dħul ma jkunux neċessarjament mgħarrfa b'kull hit li normalment ikun hemm, iżda jistgħu jkunu mgħarrfa f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-formola G jew il-formola H, skont l-azzjoni meħuda, tista' f'kull każ tintbagħat jekk, pereżempju, tintalab informazzjoni supplimentari. Il-formola G dejjem tintbagħat meta jkun hemm hit dwar persuna li tkun qed tibbenefika mid-dritt tal-moviment liberu.

Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu ta' hawn fuq, kif stabbilit fit-Taqsima 10 l-Uffiċċji SIRENE kollha jipprovdu statistika dwar hits dwar it-twissijiet barranin kollha fit-territorju tagħhom.

Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

Stat Membru jista' jitlob li jiġi infurmat bi kwalunkwe hit fuq twissijiet għal rifjut tad-dħul jew tas-soġġorn li jkun ħareġ. Kull Stat Membru li jkun jixtieq dan jagħmel talba lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub;

(b)

L-Istat Membru tal-eżekuzzjoni jista' jieħu l-inizjattiva u jinforma lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija li tali twissija tkun ġiet imqabbla u li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma ngħatax permess jidħol jew li ġie mkeċċi mit-territorju ta' Schengen;

(c)

ladarba azzjoni tittieħed fuq il-bażi ta' hit, l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jibgħat il-formola G lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti; il-formola G tintbagħat ukoll f'każ ta' hit, meta aktar informazzjoni hija meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-miżura.

(d)

minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija:

(i)

jekk l-azzjoni titwettaq l-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat javża lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti billi juża l-formola M (mhux il-formola G oħra għall-istess hit),

(ii)

jekk l-azzjoni ma titwettaqx l-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat javża lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti billi juża l-formola H, jew

(iii)

jekk tkun meħtieġa aktar konsultazzjoni din issir bil-formola M,

(iv)

għall-iskambju tal-formoli finali fi proċedura ta' konsultazzjoni tintuża l-formola N jew O.

(e)

jekk fit-territorju tiegħu, Stat Membru jinterċetta ċittadin ta' pajjiż terz li dwaru tkun inħarġet twissija, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuna kkonċernata tiġi rritornata, jekk jintalab jagħmel dan. Skont il-ħtiġijiet tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni din l-informazzjoni, mogħtija fil-formola M, tinkludi dan li ġej:

it-tip ta' deċiżjoni u r-raġuni warajha,

l-awtorità li toħroġ id-deċiżjoni,

id-data tad-deċiżjoni,

id-data tal-ordni legali (id-data meta ntbagħtet id-deċiżjoni),

id-data tal-infurzar,

id-data li fiha d-deċiżjoni tiskadi jew it-tul tal-validità.

l-informazzjoni jekk il-persuna ġietx ikkundannata u n-natura tal-penali.

Jekk persuna li dwarha tkun inħarġet twissija hija interċettata fuq il-fruntiera, jiġu segwiti l-proċeduri stabbiliti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen u mill-Istat Membru emittenti.

Jista' jkun hemm ukoll ħtieġa urġenti għal informazzjoni supplimentari li għandha tiġi skambjata permezz tal-Uffiċċji SIRENE f'każijiet speċifiċi sabiex jiġi identifikat individwu b'ċertezza.

4.8.   Skambju ta' informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa benefiċjarju tad-dritt tal-moviment liberu

Fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE, japplikaw regoli speċjali (30).

Jekk ikun hemm hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE japplikaw regoli speċjali (iżda ara l-introduzzjoni għat-Taqsima 4 dwar il-pożizzjoni tal-Iżvizzera). Tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

wara talba tal-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jikkuntattja minnufih lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti billi juża l-formola G, sabiex jikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni, mingħajr dewmien, dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

(b)

malli jirċievi talba għal informazzjoni, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti minnufih jibda jiġbor l-informazzjoni mitluba u jibagħatha malajr kemm jista' jkun lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni,

(c)

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jivverifika mal-awtorità kompetenti, jekk din l-informazzjoni ma tkunx għadha disponibbli, jekk it-twissija tistax tinżamm skont id-Direttiva 2004/38/KE. Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li żżomm it-twissija, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jinforma lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra kollha b'dan, permezz tal-formola M;

(d)

l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jgħarraf, permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu, lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jekk l-azzjoni mitluba li kellha tittieħed kinitx eżegwita (bl-użu tal-formola M) jew le (bl-użu tal-formola H) (31).

4.9.   Skambju ta' informazzjoni jekk, fin-nuqqas ta' hit, Stat Membru jiskopri li hemm twissija għal rifjut tad-dħul għal ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu

Jekk, fin-nuqqas ta' hit, Stat Membru jiskopri li hemm twissija għal rifjut ta' dħul għal ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu, l-Uffiċċju SIRENE ta' dan l-Istat Membru, wara t-talba tal-awtorità kompetenti, jibgħat il-formola M lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti fejn jinformah b'dan.

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jivverifika mal-awtorità kompetenti, jekk din l-informazzjoni ma tkunx għadha disponibbli, jekk it-twissija tistax tinżamm skont id-Direttiva 2004/38/KE. Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li żżomm it-twissija, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jinforma lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra kollha b'dan, permezz tal-formola M.

4.10.   Twissijiet ta' tħassir għal ċaħda għal dħul jew permanenza

Bla preġudizzju għall-proċeduri speċjali previsti mill-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen u l-Artikolu 5(4)(a) u (c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen dwar twissijiet ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi titħassar meta:

(a)

l-iskadenza tal-allert;

(b)

id-deċiżjoni li titħassar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

(c)

l-iskadenza tal-limitu ta' żmien dwar ċaħda ta' dħul fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti stabbiliet data ta' skadenza għad-deċiżjoni tiegħu; jew

(d)

il-kisba ta' ċittadinanza ta' wieħed mill-Istati Membri. Jekk il-kisba taċ-ċittadinanza tiġi għall-attenzjoni ta' Uffiċċju SIRENE ta' Stat Membru ieħor għajr dak li joħroġha, dan tal-ewwel jikkonsulta l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti u, jekk meħtieġ, jibgħat il-formola J, skont il-proċedura għal rettifika u tħassir ta' dejta li tinstab li hija legalment jew fattwalment skorretta (ara t-Taqsima 2.7).

5.   TWISSIJIET DWAR PERSUNI NEQSIN (ARTIKOLU 32 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

5.1.   Twissijiet multipli

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

5.2.   Identità użata ħażin

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.11.1.

5.3.   Id-dħul ta' isem fittizju

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.11.2.

5.4.   Iż-żieda ta' marka ta' bandiera

Jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi fejn tirriżulta hit għal twissija dwar persuna nieqsa u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jiddeċiedu li l-azzjoni mitluba ma tistax tittieħed u/jew li l-ebda azzjoni ulterjuri ma hi se tittieħed dwar it-twissija. Din id-deċiżjoni tista' tittieħed anki jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti jiddeċiedu li jżommu t-twissija f'SIS II. F'ċirkostanzi bħal dawn l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jista' jitlob il-marka ta' bandiera ta' validità permezz ta' marka ta' bandiera li tkun saret il-hit. Bl-għan li tiżdied marka ta' bandiera, ikunu segwiti l-proċeduri ġenerali kif deskritti fit-Taqsima 2.6.

Ma hemmx azzjoni alternattiva x'tittieħed għal twissijiet għal persuni neqsin.

5.5.   Għoti ta' dettall deskrittiv dwar minorenni neqsin u persuni oħrajn ivvalutati bħala li qegħdin f'riskju

L-Uffiċċji SIRENE jkollhom aċċess fil-pront għall-informazzjoni supplimentari kollha rilevanti fil-livell nazzjonali dwar twissijiet għal persuni neqsin sabiex l-Uffiċċji SIRENE ikun jista' jkollhom rwol sħiħ f'li jintlaħaq riżultat pożittiv għall-każijiet, waqt li tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni tal-persuna u tkun ipprovduta informazzjoni supplimentari fil-pront dwar kwistjonijiet marbuta mal-każ. L-informazzjoni supplimentari rilevanti tista' tkopri, b'mod partikolari, id-deċiżjonijiet nazzjonali dwar il-kustodja ta' tifel/tifla jew ta' persuna vulnerabbli jew talbiet għall-użu ta' mekkaniżmi ta' “Twissijiet dwar Tfal”.

Peress li mhux il-persuni neqsin vulnerabbli kollha jaqsmu fruntieri nazzjonali, id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' informazzjoni supplimentari (dwar dettalji deskrittivi) u dwar ir-riċevituri tagħha jittieħdu każ b'każ, fejn tiġi koperta l-firxa kollha taċ-ċirkostanzi. Wara deċiżjoni fuq livell nazzjonali dwar kemm jeħtieġ li tintbagħat informazzjoni supplimentari bħal din, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti, sa fejn ikun xieraq, jieħu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

iżomm l-informazzjoni sabiex ikun jista' jgħaddi informazzjoni supplimentari meta jintalab jagħmel dan minn Stat Membru ieħor;

(b)

jgħaddi l-formola M lill-Uffiċċju SIRENE kompetenti jekk l-investigazzjonijiet jindikaw destinazzjoni probabbli għall-persuna nieqsa;

(c)

jgħaddi l-formola M lill-Uffiċċji SIRENE rilevanti kollha, fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi tal-għajbien sabiex tkun ipprovduta d-dejta kollha li tikkonċerna l-persuna f'perjodu qasir ta' żmien.

Fil-każ ta' persuna nieqsa b'riskju għoli, il-kaxxa 311 tal-formola M tibda bil-kelma “URĠENTI” u bi spjegazzjoni tar-raġuni għall-urġenza. (Meta persuna minorenni nieqsa ma tkunx akkumpanjata (32), it-terminu ta' spjegazzjoni “Minorenni mhux akkumpanjat” jiġi indikat.) Din l-urġenza tista' tissaħħaħ permezz ta' telefonata li tenfasizza l-importanza tal-formola M u n-natura urġenti tagħha.

Jintuża metodu komuni biex tiddaħħal informazzjoni supplimentari strutturata f'ordni miftiehma dwar persuna nieqsa ta' riskju għoli (33). Din tiddaħħal fil-kaxxa 083 tal-formola M.

Malli Uffiċċju SIRENE jirċievi xi informazzjoni, sabiex jimmassimizza l-opportunitajiet li l-persuna tinstab b'mod immirat u raġunat, din tiġi kkomunikata, sa fejn ikun xieraq:

(a)

lill-postijiet ta' spezzjoni tal-fruntieri rilevanti;

(b)

lill-awtoritajiet amministrattivi u tal-pulizija kompetenti sabiex jinstabu u jiġu protetti l-persuni;

(c)

l-awtoritajiet konsulari rilevanti tal-Istat Membru emittenti, wara li tinkiseb hit fis-SIS II.

5.6.   L-iskambju ta' informazzjoni wara hit

Ara l-proċedura ġenerali fis-Taqsima 2.3.

Barra minn dan, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

Kemm jista' jkun, l-Uffiċċju SIRENE jikkomunika d-dettalji mediċi meħtieġa ta' persuna(i) konċernata(i) nieqsa jekk ikollhom jittieħdu miżuri għal protezzjoni tagħha/tagħhom.

L-informazzjoni mibgħuta tinżamm biss sakemm tkun strettament meħtieġa u tintuża esklussivament għall-finijiet ta' trattament mediku mogħti lill-persuna konċernata.

(b)

L-Uffiċċju SIRENE ta'l-Istat Membru eżekutant dejjem jikkomunika fejn persuna tkun tista' tinstab lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti.

(c)

skont l-Artikolu 33(2) tad-Deċiżjoni SIS II, il-komunikazzjoni tar-reparabbiltà tal-persuna nieqsa, li tkun maġġorenni, lill-persuna li tkun irrappurtatha nieqsa tkun suġġetta għall-kunsens tal-persuna nieqsa (34). Il-kunsens ikun bil-miktub jew għall-inqas ikun disponibbli rekord bil-miktub. F'każijiet fejn il-kunsens jiġi rrifjutat, dan ikun bil-miktub jew jiġi rreġistrat uffiċjalment. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw il-fatt li t-twissija tkun tħassret wara hit, lill-persuna li rrapportat lilu jew lilha neqsin.

5.7.   Tħassir ta' twissijiet dwar persuni nieqsa

Jekk għandu jkun hemm xi dewmien sinifikanti biex titħassar it-twissija mill-Istat Membru emittenti dan id-dewmien jiġi nnotifikat lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni sabiex titqiegħed marka ta' bandierafit-twissija kif deskritt fit-Taqsima 5.4 tal-Manwal SIRENE.

5.7.1.   Minorenni

Twissija titħassar:

(a)

bir-riżoluzzjoni tal-każ (pereż. dawn il-minuri jiġu ripatrijati; l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jieħdu deċiżjoni dwar il-kura tat-tfal);

(b)

bll-iskadenza tat-twissija; jew

(c)

bid-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

5.7.2.   Adulti fejn l-ebda miżuri protettivi ma huma mitluba

Twissija titħassar fuq:

(a)

l-eżekuzzjoni tal-azzjoni li għandha tittieħed (fejn jinstabu b'mod definit mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni);

(b)

l-iskadenza tat-twissija; jew

(c)

id-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

5.7.3.   Adulti, il-miżuri protettivi mitluba

Twissija titħassar fuq:

(a)

it-twettiq tal-azzjoni li għandha tittieħed (persuna li titqiegħed taħt protezzjoni);

(b)

l-iskadenza tat-twissija; jew

(c)

id-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

Suġġett għal-liġi nazzjonali, fejn persuna tkun f'kura protettiva uffiċjali, it-twissija tista' tinżamm sakemm dik il-persuna tkun ġiet ripatrijata.

6.   TWISSIJIET GĦAL PERSUNI MFITTXIJA GĦAL PROĊEDURA ĠUDIZZJARJA (L-ARTIKOLU 34 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

6.1.   Twissijiet multipli

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

6.2.   Identità użata ħażin

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.11.1.

6.3.   Id-dħul ta' isem fittizju

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.11.2.

6.4.   L-iskambju ta' informazzjoni wara hit

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.3.

Barra minn dan, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-post veru tar-residenza jew domiċilju jinkiseb bl-użu tal-miżuri kollha permessi mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-persuna kienet tinstab;

(b)

ikun hemm proċeduri nazzjonali stabbiliti, kif ikun xieraq, biex ikun żgurat li t-twissijiet jinżammu fis-SIS biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom kienu pprovduti.

L-Uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet imdaħħla skont l-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni SIS II, u meta jagħmlu dan jistgħu jaġixxu f'isem l-awtoritajiet ġudizzjarji jekk din l-informazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' għajnuna ġudizzjarja reċiproka.

6.5.   Tħassir ta' twissijiet dwar persuni mfittxija għal proċedura ġudizzjarja

Twissija titħassar fuq:

(a)

il-komunikazzjoni dwar fejn qiegħda l-persuna lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti. Meta l-informazzjoni ppreżentata ma tistax tittieħed azzjoni dwarha (pereż. indirizz żbaljat jew il-persuna ma għandhiex domiċilju fiss) l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema;

(b)

l-iskadenza tat-twissija; jew

(c)

id-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

Meta jinstab riżultat fi Stat Membru u d-dettalji tal-indirizz ikunu tressqu quddiem l-Istat Membru emittenti u hit sussegwenti f'dak l-Istat Membru turi l-istess dettalji tal-indirizz il-hit tiġi rreġistrata fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni iżda la d-dettalji tal-indirizz u lanqas il-formola G ma jintbagħtux lill-Istat Membru emittenti. F'każijiet bħal dawn l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar ir-riżultati ripetuti, u l-Istat Membru emittenti jqis il-ħtieġa li tinżamm it-twissija.

7.   TWISSIJIET GĦAL KONTROLLI DISKRETI U SPEĊIFIĊI (L-ARTIKOLU 36 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

7.1.   Twissijiet multipli

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

7.2.   Identità użata ħażin

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.11.1.

7.3.   Id-dħul ta' isem fittizju

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.11.2.

7.4.   Informazzjoni lil Stati Membri oħra meta jinħarġu twissijiet

Meta tinħareġ twissija, l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jinforma lill-uffiċċji SIRENE l-oħra kollha billi juża l-formola M fil-każijiet li ġejjin:

(a)

twissija għal kontrolli diskreti jew speċifiċi hija maħruġa bit-talba li l-hits jiġu rapportati mingħajr dewmien lill-Uffiċċju SIRENE emittenti; fil-formola M juża l-kliem “l-ARTIKOLU 36(2) tad-Deċiżjoni tas-SIS II — azzjoni immedjata” jew “l-ARTIKOLU 36(3) tad-Deċiżjoni tas-SIS II — azzjoni immedjata” Ġustifikazzjoni għal azzjoni immedjata għandha wkoll tiġu indikata fil-kaxxa 083 tal-formola M; jew

(b)

awtorità responsabbli mis-sigurtà nazzjonali titlob il-ħruġ ta' twissija f'konformità mal-Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoni SIS II; fil-formola M tuża l-kliem “ARTIKOLU 36(3) tad-Deċiżjoni tas-SIS II”

Jekk it-twissija tinħareġ skont l-Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoni tas-SIS II, il-formola M ikun fiha, fil-kaxxa 080, l-isem tal-awtorità li titlob li tiddaħħal it-twissija, l-ewwel bil-lingwa tal-Istat Membru emittenti u mbagħad bl-Ingliż ukoll flimkien mad-dettalji ta' kuntatt tagħha fil-kaxxa 081 f'format li ma jkollux bżonn traduzzjoni.

Il-kunfidenzjalità ta' ċerta informazzjoni titħares skont il-liġi nazzjonali, li tinkludi li l-kuntatt bejn l-Uffiċċji SIRENE jinżamm separat minn kwull kuntatt bejn is-servizzi responsabbli mis-sigurtà nazzjonali.

7.5.   Iż-żieda ta' marka ta' bandiera

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.6.

Ma hemmx azzjoni alternattiva x'tittieħed għal twissijiet għal kontrolli diskreti jew speċifiċi.

Barra minn hekk, jekk l-awtorità responsabbli mis-sigurtà nazzjonali fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni tiddeċiedi li t-twissija tirrikjedi marka ta' bandiera, din tikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE nazzjonali tagħha u tinformah li l-azzjoni meħtieġa li għandha tittieħed ma tistax titwettaq. L-Uffiċċju SIRENE mbagħad jitlob għal marka ta' bandiera billi jibgħat il-formola F lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti. L-istess bħal f'talbiet oħra għall-marka ta' bandiera tingħata raġuni ġenerali. Madankollu, il-kwistjonijiet ta' natura sensittiva ma għandhomx għalfejn jiġu żvelati (ara wkoll it-Taqsima 7.6(b) hawn taħt).

7.6.   L-iskambju ta' informazzjoni wara hit

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.3.

Barra minn dan, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

Meta titwettaq hit dwar twissija maħruġa skont l-Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoni SIS II, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti dwar ir-riżultati (kontroll diskret jew kontroll speċifiku) permezz tal-formola G. Fl-istess ħin l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jinforma lill-awtorità tiegħu responsabbli mis-sigurtà nazzjonali.

(b)

Biex titħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni hija meħtieġa proċedura speċifika. Għalhekk, kull kuntatt bejn l-awtoritajiet responsabbli mis-sigurtà nazzjonali jinżamm separat mill-kuntatt bejn l-Uffiċċji SIRENE. Konsegwentement, ir-raġunijiet dettaljati għal talba għall-marka ta' bandiera jiġu diskussi direttament bejn l-awtoritajiet responsabbli mis-sigurtà nazzjonali u mhux permezz tal-Uffiċċji SIRENE.

(c)

Meta titwettaq hit dwar twissija li titlob li l-hit tiġi rrappurtata immedjatament, il-Formola G għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti.

7.7.   Tħassir ta' twissijiet dwar kontrolli diskreti u speċifiċi

Twissija titħassar:

(a)

bl-iskadenza tat-twissija; jew

(b)

bid-deċiżjoni li titħassar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

7.8.   Sistemi ta' rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi (Automatic Number Plate Recognition-ANPR)

Ara t-Taqsima 9.

8.   TWISSIJIET DWAR OĠĠETTI GĦAL QBID JEW GĦAL UŻU BĦALA PROVA (L-ARTIKOLU 38 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

8.1.   Twissijiet multipli

Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

8.2.   Twissijiet dwar vetturi

8.2.1.   Kontrolli għal twissijiet multipli dwar vettura

L-elementi ta' deskrizzjoni tal-identità obbligatorji għal kontrolli għal twissijiet multipli dwar vettura jinkludu:

(a)

il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-numru, u/jew

(b)

in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (Vehicle Identification Number — VIN).

Iż-żewġ numri jistgħu jiddaħħlu fis-SIS II.

Jekk meta tiddaħħal twissija ġdida, jinstab li l-istess VIN u/jew numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni jeżistu diġà fis-SIS II, huwa preżunt li t-twissija l-ġdida tirriżulta fi twissijiet multipli dwar l-istess vettura. Madankollu, dan il-metodu ta' verifika huwa effettiv biss fejn l-elementi ta' deskrizzjoni użati jkunu l-istess. Għalhekk mhux dejjem ikun possibbli li jitqabblu.

L-Uffiċċju SIRENE jiġbed l-attenzjoni tal-utenti għall-problemi li jistgħu jinqalgħu fejn numru wieħed biss ikun tqabbel, jew għal VIN-doppju, u l-użu mill-ġdid ta' pjanċi tal-liċenzja. Rispons pożittiv ma jfissirx awtomatikament li hemm hit, u rispons negattiv ma jfissirx li ma hemmx twissija dwar il-vettura.

L-elementi ta' deskrizzjoni tal-identità użati biex jiġi stabbilit jekk żewġ entrati dwar vetturi humiex identiċi jinsabu fid-dettall fit-Taqsima 2.2.3.

Il-proċeduri ta' konsultazzjoni għall-verifika ta' twissijiet multipli u inkompatibbli li għandhom jiġu applikati mill-Uffiċċji SIRENE għall-vetturi jkunu l-istess bħal dawk għall-persuni. Għal proċeduri ġenerali ara t-Taqsima 2.2.

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jżomm rekord ta' kwalunkwe talba biex tiddaħħal twissija ulterjuri li, wara konsultazzjoni, tkun ġiet miċħuda skont id-dispożizzjonijiet mogħtija hawn fuq, sakemm titħassar it-twissija.

8.2.2.   VIN-doppju

VIN doppju jirreferi għal vettura mdaħħla fis-SIS II, tal-istess tip bl-istess numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN) bħal vettura manifatturata oriġinali (eż. trattur u mutur bl-istess VIN ma jaqgħux f'din il-kategorija). Biex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta' qbid ripetut tal-vettura manifatturata oriġinali bl-istess VIN japplikaw ir-regoli speċifiċi li ġejjin:

(a)

Fejn tkun stabbilita l-possibbiltà ta' VIN doppju, l-Uffiċċju SIRENE, kif ikun xieraq:

(i)

jiżgura ruħu li ma hemm l-ebda żball fit-twissija fis-SIS II u li l-informazzjoni dwar it-twissija hija kemm jista' jkun kompluta;

(ii)

jikkontrolla ċ-ċirkostanzi tal-każ li qed jagħti lok għal twissija fis-SIS II;

(iii)

isir jaf l-istorja taż-żewġ vetturi sa mill-produzzjoni tagħhom;

(iv)

jitlob kontroll bir-reqqa tal-vettura maqbuda, b'mod partikolari tal-VIN tagħha, sabiex jivverifika jekk tkunx il-vettura manifatturata oriġinali.

L-Uffiċċji SIRENE kollha involuti jikkooperaw mill-qrib meta jieħdu miżuri bħal dawn.

(b)

Fejn l-eżistenza ta' VIN-doppju hija kkonfermata, l-Istat Membru emittenti jqis jekk huwiex meħtieġ li tinżamm it-twissija fis-SIS II. Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li jżomm it-twissija fis-SIS II l-Istat Membru emittenti:

(i)

iżid rimarka relatata mal-vettura “Suspett ta' klonu” (35) fit-twissija;

(ii)

jistieden lis-sid tal-vettura manifatturata oriġinali biex, suġġett għal kunsens espliċitu tiegħu u skont il-liġi nazzjonali, jipprovdi lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta' identifikazzjoni żbaljata.

(iii)

Jibgħat il-formola M permezz tal-Uffiċċju SIRENE lill-Uffiċċji l-oħra kollha, kif xieraq, bil-marki u l-karatteristikċi inklużi waqt li jiddeskrivi l-vettura manifatturata oriġinali u jiddistingwiha mill-vettura mdaħħla fis-SIS II. Il-formola M jkollha l-kliem “VETTURA MANIFATTURATA ORIĠINALI” indikati b'mod prominenti fil-kaxxa 083.

(c)

Jekk, meta s-SIS II jiġi kkonsultat, tinstab ir-rimarka relatata mal-vettura, “Suspett ta' klonu”, l-utent li jkun qiegħed iwettaq il-kontroll jikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE nazzjonali biex jikseb informazzjoni addizzjonali ħalli jikkjarifika jekk il-vettura li tkun qed tiġi spezzjonata hijiex il-vettura mfittxija jew il-vettura manifatturata oriġinali.

(d)

Jekk matul il-verifika, jinstab li l-informazzjoni fuq il-formola M ma għadhiex aġġornata l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti biex jivverifika s-sjieda legali attwali tal-vettura. L-Uffiċċju SIRENE tal-aħħar jibgħat formola M ġdida skont dan, bil-kliem “VETTURA MANIFATTURATA ORIĠINALI” indikati b'mod prominenti fil-kaxxa 083

8.3.   L-iskambju ta' informazzjoni wara hit

L-Uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet imdaħħla skont l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni SIS II, u meta jagħmlu dan jistgħu jaġixxu f'isem l-awtoritajiet ġudizzjarji jekk din l-informazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' għajnuna ġudizzjarja reċiproka skont il-liġi nazzjonali.

L-Uffiċċji SIRENE jibagħtu l-informazzjoni supplimentari malajr kemm jista' jkun permezz tal-formola P, jekk mitluba fil-kaxxa 089 tal-formola G, meta jkun hemm hit dwar twissija għal qbid jew użu bħala prova maħruġa dwar vettura, inġenju tal-ajru, dgħajsa jew tagħmir industrijali jew kontejner skont l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni SIS II.

Minħabba li t-talba tkun urġenti u minħabba li għalhekk ma jkunx possibbli li l-informazzjoni tinġabar kollha minnufih, ma jkun meħtieġ li jimtlew il-kaxex kollha tal-formola P. Madankollu, isiru sforzi biex tinġabar l-informazzjoni dwar l-intestaturi ewlenin: 041, 042, 043, 162, 164, 165, 166, 167 u 169.

Meta tinkiseb hit dwar komponent identifikabbli ta' oġġett l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit billi juża l-formola G, u jispjega fil-kaxxa 090 (Informazzjoni Addizzjonali) li l-konfiska mhijiex ta' oġġett komplut iżda ta' komponent jew komponenti. Fejn diversi komponenti jinsabu fl-istess ħin, inkwantu dawn jirrigwardaw twissija waħda, tintbagħat il-formola G biss. Kull hit dwar it-twissija tiġi nnotifikata lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija permezz tal-formola G. It-twissija ma titħassarx sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 8.4 ma jkunux issodisfati.

8.4.   Tħassir ta' twissijiet dwar oġġetti għall-konfiska jew għall-użu bħala prova fi proċedimenti kriminali

Twissija titħassar:

(a)

bis-sekwestru tal-oġġett jew miżura ekwivalenti ladarba s-segwitu meħtieġ tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE jkun seħħ jew l-oġġett isir suġġett ta' proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja oħra (pereż. proċedura ġudizzjarja fuq xiri bona fide, proprjetà kontestata jew kooperazzjoni ġudizzjarja fuq evidenza);

(b)

bl-iskadenza tat-twissija; jew

(c)

bid-deċiżjoni li titħassar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

9.   SISTEMI TA' RIKONOXXIMENT AWTOMATIKU TAL-PJANĊI (AUTOMATIC NUMBER PLATE RECOGNITION-ANPR)

Dawn is-sistemi huma rilevanti għal twissijiet skont l-Artikolu 36 u l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni SIS II. Minħabba l-użu mifrux tal-ANPR għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi hemm il-kapaċità teknika sabiex jinkisbu bosta hits dwar vettura jew pjanċa matul perjodu ta' żmien qasir.

Peress li xi siti tal-ANPR huma mgħammra bil-persunal teżisti l-possibbiltà li vettura tinstab u li tittieħed l-azzjoni miltuba. F'dan il-każ, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni, l-utenti tas-sistema ANPR jivverifikaw jekk il-hit miksuba permezz tal-ANPR hijiex relatata ma' twissija skont l-Artikolu 36 jew 38 tad-Deċiżjoni SIS II.

Madankollu, bosta siti tal-ANPR fissi mhumiex dejjem mgħammra bil-persunal. Għaldaqstant, għalkemm it-teknoloġija se tirreġistra l-passaġġ tal-vettura u se jinkiseb hit, l-azzjoni mitluba ma tistax titwettaq.

Kemm għat-twissijiet tal-Artikolu 36 kif ukoll għal dawk tal-Artikolu 38 fejn l-azzjoni mitluba ma setgħetx tittieħed tapplika l-proċedura ġenerali li ġejja:

Tintbagħat formola H waħda għall-ewwel hit. Jekk hi meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-moviment tal-vettura huwa l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti li għandu jikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni b'mod bilaterali biex jiddiskutu l-ħtiġijiet tal-informazzjoni.

Għal twissijiet skont l-Artikolu 36 tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jikseb hit jinforma lill-Uffiċċju SIRENE emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit bl-użu ta' formola G waħda, billi juża t-terminu “ANPR” fil-kaxxa 086. Jekk hi meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-moviment tal-vettura, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

(b)

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun kiseb hit dwar twissija għal kontroll speċifiku li bih l-azzjoni mitluba ma setgħetx tittieħed, jinforma lill-Uffiċċju SIRENE emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit billi juża l-formola H, bit-terminu “ANPR” fil-kaxxa 083, segwit mill-kliem li ġej: “Dan il-hit inkiseb bl-użu ta' ANPR. Għarrafna jekk pajjiżek jixtieq ikun infurmat dwar aktar hits miksuba permezz ta' ANPR għal din il-vettura jew pjanċa li għaliha l-azzjoni mitluba ma setgħetx tittieħed”;

(c)

l-Istat Membru emittenti għandu jiddeċiedi jekk it-twissija laħqitx l-iskop tagħha, jekk titħassarx jew le u jekk għandhomx isiru diskussjonijiet bilaterali dwar ħtiġijiet għall-informazzjoni.

Għal twissijiet skont l-Artikolu 38 tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

f'ċirkustanzi fejn tirriżulta hit u l-azzjoni mitluba tkun ittieħdet, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jikseb il-hit jinforma lill-Uffiċċju SIRENE emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit billi juża formola G waħda;

(b)

f'ċirkustanzi fejn tirriżulta hit u l-azzjoni mitluba ma tkunx ittieħdet, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jikseb hit jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit billi juża l-formola H u t-terminu “ANPR” fil-kaxxa 083 segwit mill-kliem li ġej; “Dan il-hit inkiseb bl-użu ta' ANPR. Għarrafna jekk pajjiżek jixtieq ikun infurmat dwar aktar hits miksuba permezz ta' ANPR għal din il-vettura jew pjanċa li għaliha l-azzjoni mitluba ma setgħetx tittieħed”;

(c)

meta jirċievi formola H bħal din, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti, li jkollhom ir-responsabbiltà li jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li jirċievu aktar formoli H jew informazzjoni mwassla bilateralment mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

10.   STATISTIKA

Darba fis-sena l-Uffiċċju SIRENE jipprovdi l-istatistika, li għandha tintbagħat lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni. L-istatistika tintbagħat ukoll, meta tintalab, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-protezzjoni tad-dejta. L-istatistika jkollha wkoll l-għadd ta' formoli ta' kull tip mibgħuta lil kull wieħed mill-Istati Membri. B'mod partikulari, l-istatistika turi l-għadd ta' hits u bandieri. Issir distinzjoni bejn hits misjuba wara twissijiet maħruġa minn Stat Membru ieħor u hits misjuba minn Stat Membru wara twissijiet maħruġa minnu.

L-Appendiċi 5 jistipula l-proċeduri u l-formati għall-provvista ta' statistiċi taħt din it-taqsima.”


(1)  Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Implimentazzjoni (SCH/Com-ex (94)29 rev. 2). (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 130).

(4)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv tas-7 ta' Ottubru 1997 (SCH/com-ex 97(27) rev. 4) għall-Italja u (SCH/com-ex 97(28) rev. 4) għall-Awstrija.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/848/KE tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen fil-Greċja, (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 58).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/777/KE tal-1 ta' Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen fid-Danimarka, il-Finlandja u l-Isvezja, u fl-Islanda u n-Norveġja (ĠU L 309, 9.12.2000, p. 24).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar id-dħul fis-seħħ ta' partijiet tal-acquis ta' Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (ĠU L 395, 31.12.2004, p. 70).

(8)  ĠU C 340, 10.11.1997,p. 92.

(9)  Ftehim mar-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' din tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36).

(10)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.

(11)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 3.

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati għar-reġistrazzjoni tal-vettura (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(14)  Dan huwa bla preġudizzju għal ħidmiet oħra mogħtija lill-Uffiċċji SIRENE ibbażati fuq leġiżlazzjoni rispettiva fil-kwadru tal-kooperazzjoni tal-pulizija, pereż. fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (il-Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).

(16)  Ara wkoll il-Katalgu Schengen, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki.

(17)  It-tieni dominju jeżisti fl-“ambjent ta' qabel il-produzzjoni” tekniku.

(18)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' dan it-tip ta' data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(19)  Id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-ħarsien ta' dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

(21)  Ċerti kumpaniji tat-trasport jużaw numri ta' referenza oħra. SIS II għandha dispożizzjoni dwar id-dħul ta' numri tas-serje li mhumiex il-BIC.

(22)  Minħabba n-nuqqas ta' standardizzazzjoni fin-numri tas-serje għal oġġetti, huwa possibbli pereżempju li, għal żewġ armi differenti ta' żewġ għamliet differenti, ikun hemm l-istess numru tas-serje. Bl-istess mod huwa possibbli li oġġett ikollu l-istess numru tas-serje bħala oġġett differenti ħafna, pereżempju, dokument maħruġ jew biċċa tagħmir industrijali. Meta huwa ċar li n-numri tas-serje huma identiċi iżda b'mod ċar l-oġġetti mhumiex l-istess, mhijiex meħtieġa konsultazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE. L-utenti jistgħu jsiru konxji li tista' tinqala' din is-sitwazzjoni. Barra minn hekk, huwa possibbli li oġġett, bħal passaport jew karozza, ikunu misruqa u rrappurtati f'pajjiż u sussegwentement ikunu rrappurtati fil-pajjiż tal-oriġini. Dan jista' jirriżulta f'żewġ twissijiet għall-istess oġġett. Jekk titfaċċa din is-sitwazzjoni, tista' tkun solvuta mill-Uffiċċji SIRENE kkonċernati.

(23)  Għall-implimentazzjoni teknika, ara d-dokument dwar l-Iskambju tad-Dejta bejn is-SIRENEs imsemmi fit-Taqsima 1.10.2.

(24)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 23.

(25)  Ara wkoll it-taqsima 1.13.1 dwar indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE.

(26)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(27)  L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/38/KE jgħid li l-persuna li lilha jkun miċħud dħul tkun notifikata bil-miktub dwar dan u mgħarrfa b' mod sħiħ bir-raġunijiet li għalihom tkun iddieħdet id-deċiżjoni sakemm dan ma jkunx kontra l-interessi tas-sigurtà tal-Istat.

(28)  L-Artikolu 26 tar-Regolament SIS II jirreferi għall-Artikolu 15 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Madankollu, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dan l-Artikolu 15 sar l-Artikolu 29 fil-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(29)  Fil-każ ta' twissijiet ta' ċaħda ta' dħul maħruġin għall-membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE, jeħtieġ jitfakkar li mhux possibbli bħala kwistjoni ta' rutina li jkun ikkonsultat is-SIS II qabel ma tinħareġ karta ta' residenza għal dik il-persuna. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38/KE għandu lista tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkiseb id-dritt ta' residenza għal aktar minn tliet xhur fi Stat Membru ospitanti minn membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni li jkunu ċittadini ta' pajjiż terz. Din il-lista, li hija eżawrjenti, ma tippermettix konsultazzzjoni ta' rutina tas-SIS qabel ma jinħarġu karti ta' residenza. L-Artikolu 27(3) ta' din id-Direttiva jispeċifika li l-Istati Membri jistgħu jitolbu, jekk iqisu li tkun essenzjali, informazzjoni minn Stati Membri oħra fir-rigward biss ta' dokumentazzjoni preċedenti tal-pulizija (jiġifieri, mhux id-dejta kollha tas-SIS II). Stħarriġ bħal dan ma jsirx bħala ħaġa ta' rutina.

(30)  Skont id-Direttiva 2004/38/KE, persuna li tibbenefika mid-dritt għal-libertà ta' moviment tista' tiġi mċaħħda mid-dħul jew mill-permanenza għal raġunijiet ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika meta l-kondotta personali tagħha tirrappreżenta theddida ġenwina, immedjata u serja biżżejjed li tolqot wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà u meta jiġu rispettati l-kriterji l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 27(2) ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 27(2) jistipula: “Miżuri meħudin għal raġunijiet ta' ordni pubbliku jew sigurtà pubblika għandhom ikunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u għandhom ikunu msejsa esklussivament fuq l-imġiba personali tal-individwu konċernat. Kundanni kriminali preċedenti fihom infushom ma għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet biex jittieħdu miżuri bħal dawn. L-imġiba personali tal-individwu konċernat għandha tirrappreżenta theddida ġenwina, preżenti u gravi biżżejjed li tolqot wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà. Ġustifikazzjonijiet li jkunu iżolati mill-partikularitajiet tal-każ jew li jistrieħu fuq kunsiderazzjonijiet ta' prevenzjoni ġenerali ma għandhomx ikunu aċċettati.” Barra minn hekk, hemm limitazzjonijiet addizzjonali għal persuni li jgawdu mid-dritt ta' residenza permanenti li jistgħu biss ikunu mċaħħda minn dħul jew permanenza minħabba raġunijiet gravi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika kif imsemmi fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2004/38/KE.

(31)  Skont id-Direttiva 2004/38/KE l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ma jistax jillimita l-moviment liberu ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jibbenefikaw mid-dritt għal moviment liberu għar-raġuni biss li l-Istat Membru emittenti jżomm it-twissija sakemm il-kondizzjonijiet imsemmija fin-nota ta' qiegħ il-paġna 29 mhumiex issodisfati.

(32)  Minorenni mhux akkumpanjati huma tfal, kif definit fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989 (CRC), li ilhom separati miż-żewġ ġenituri u qraba oħra u mhux qed jiġu kkurati minn adult li, bil-liġi jew b'użanza, huwa responsabbli għal dan.

(33)  Id-dejta dwar l-għibien:

(a)

Il-post, id-data u l-ħin tal-għajbien.

(b)

Iċ-ċirkostanzi tal-għibien.

Dettalji dwar il-persuna nieqsa:

(c)

Età apparenti.

(d)

Tul.

(e)

Kulur tal-ġilda.

(f)

Kulur u forma tax-xagħar.

(g)

Kulur tal-għajnejn.

(h)

Dettalji fiżiċi oħra (jiġifieri piercings, deformazzjonijiet, amputazzjonijiet, tatwaġġi, marki, marki oħra, eċċ.).

(i)

Partikolaritajiet psikoloġiċi: f'riskju ta'suwiċidju, mard mentali, imġiba aggressiva, eċċ.

(j)

Dettalji oħra: trattament mediku meħtieġ, eċċ.

(k)

Ħwejjeġ milbusa fiż-żmien tal-għejbien.

(l)

Ritratt: disponibbli jew le.

(m)

Forma ante-mortem: disponibbli jew le.

Informazjzoni relatata:

(n)

Il-persuna li tista' takkumpanja lilu jew lilha (u l-Identità Schengen jekk disponibbli).

(o)

Vettura/i relatat/i mal-kawża (u l-Identità Schengen jekk disponibbli).

(p)

Jekk disponibbli: numru ta' telefon ċellulari/l-aħħar “log-in”, kuntatt permezz ta' netwerks soċjali onlajn.

It-titoli differenti ta' sub-oqsma infushom ma għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-qasam 083, iżda biss l-ittra ta' referenza. Meta d-dettalji huma diġà disponibbli fl-oqsma ta' twissija, l-informazzjoni tiġi inkluża fit-twissija, inklużi l-marki tas-swaba' jew ir-ritratti.

(34)  Għal ċarezza dwar il-kunsens fi kwistjonijiet dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta, ara l-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE.

(35)  “suspett ta' klonu” tirreferi għal każijiet fejn, pereżempju, id-dokumenti ta' reġistrazzjoni ta' vettura huma misruqa u użati għar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' vettura oħra tal-istess għamla, mudell u kulur li kienet ukoll misruqa.