ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. |
|
(2) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1224
tat-18 ta' Lulju 2016
dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 tiegħu, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fl-1 ta' April 2015. |
(2) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, qed jiġi approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill, f'isem l-Unjoni ta n-notifika li ġejja:
“Minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, il-Komunità Ewropea ġiet sostitwita u saret l-Unjoni Ewropea, u minn dakinhar, bdiet teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi kollha għal ‘Komunità Ewropea’ jew għal ‘Komunità’ fit-testi tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jew tal-Protokoll huma meqjusa li huma għall-‘Unjoni Ewropea’ jew għall-‘Unjoni’.”
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Il-Protokoll jinsab mehmuż mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1225
tat-18 ta' Lulju 2016
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/268 (2), il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, (3) dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fi programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fid-9 ta' Frar 2015. |
(2) |
L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lir-Repubblika tal-Libanu tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit bil-Protokoll jistabbilixxi prinċipji għal kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika u jippermetti lir-Repubblika tal-Libanu tirċievi għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, mill-Unjoni Ewropea f'konformità ma' dawk il-programmi. Dak il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom l-atti legali kostituttivi rilevanti jipprovdu għall-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu. Għalhekk, il-konklużjoni tal-Protokoll ma tinvolvix l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali mogħtija mill-programmi, li huma eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi. |
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu f'kull programm tal-Unjoni huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 10 tal-Protokoll (5).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tistabbilixxi, f'isem l-Unjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-Libanu fi kwalunkwe programm partikolari tal-Unjoni, inkluż il-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill infurmat.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Kunsent tat-23 ta' Ġunju 2016 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/268 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Libanu fil-programmi tal-Unjoni (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 1).
(3) ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.
(4) Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 47, 20.2.2015, p. 3 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
REGOLAMENTI
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1226
tal-4 ta' Mejju 2016
li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini riżervati fakultattivi għaż-żejt taż-żebbuġa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u jistabbilixxi l-metodi għall-valutazzjoni ta' dawk il-karatteristiċi. Dawk il-metodi u l-valuri ta' limitu għall-karatteristiċi taż-żjut huma aġġornati regolarment biex jitqiesu l-żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku skont il-ħidma mwettqa fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ. |
(2) |
Fis-26 ta' Novembru 2015, il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ adotta metodu ġdid għall-valutazzjoni organolettika taż-żejt taż-żebbuġa verġni li jimmodifika t-terminoloġija fakultattiva għall-finijiet tat-tikkettar. |
(3) |
It-termini riżervati fakultattivi huma mniżżla fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2016
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).
ANNESS
“ANNESS IX
TERMINI RIŻERVATI FAKULTATTIVI
Kategorija ta' prodott (b'referenza għall-klassifikazzjoni tan-nomenklatura magħquda) |
Terminu riżervat fakultattiv |
laħam tat-tjur (kodiċijiet NM 0207 u 0210 ) |
mitmugħa bi … % ta' … wiżż mitmugħ bil-ħafur trobbija fuq ġewwa/sistema intensiva trobbija fil-beraħ trobbija fil-beraħ tradizzjonali trobbija barra — libertà totali l-età tal-qatla it-tul tal-perjodu tat-tismin |
bajd (kodiċi NM 0407 ) |
frisk aktar min-normal jew frisk aktar min-normal indikazzjoni dwar il-metodu tal-għalf tat-tiġieġ li jbidu |
żejt taż-żebbuġa (kodiċi NM 1509 ) |
l-ewwel ippressar kiesaħ estrazzjoni kiesħa aċidità qawwi it-togħma tal-frott: misjur jew aħdar qares b'saħħtu medju delikat ibbilanċjat sew żejt ta' togħma mmoderata” |
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1227
tas-27 ta' Lulju 2016
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punt (d) tal-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 91 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u jistabbilixxi l-metodi tal-valutazzjoni ta' dawk il-karatteristiċi. Dawk il-metodi jiġu aġġornati abbażi tal-opinjoni ta' esperti tal-kimiċi u huma konformi mal-ħidma mwettqa mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (minn hawn 'il quddiem l-“IOC”). |
(2) |
Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-aktar standards internazzjonali riċenti li ġew stabbiliti mill-IOC, għandhom jiġu aġġornati l-metodu li bih tiġi determinata l-aċidità libera u l-metodu marbut mal-valutazzjoni organolettika taż-żjut taż-żebbuġa verġni stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2568/91. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fi Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness II jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness XII huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).
ANNESS I
“ANNESS II
DETERMINAZZJONI TAL-AĊIDI GRASSI LIBERI, METODU FIL-KIESAĦ
1. KAMP U QASAM TAL-APPLIKAZZJONI
Dan il-metodu jiddeskrivi d-determinazzjoni tal-aċidi grassi liberi fiż-żjut taż-żebbuġa u fiż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ. Il-kontenut tal-aċidi grassi liberi huwa espress bħala aċidità kkalkolata bħala l-persentaġġ ta' aċidu olejku.
2. PRINĊIPJU
Jiddewweb kampjun f'taħlita ta' solventi u l-aċidi grassi liberi preżenti jiġu ttitrati billi tintuża soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju jew tal-idrossidu tas-sodju.
3. REAĠENTI
Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' kwalità analitika magħrufa u l-ilma użat għandu jkun distillat jew ta' purità ekwivalenti.
3.1 Etere dietiliku; 95 % etanol (v/v), taħlita ta' partijiet ugwali bil-volum.
Innewtralizza preċiżament fil-mument tal-użu b'soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (3.2) billi żżid 0,3 ml ta' soluzzjoni ta' fenolftaleina (3.3) għal kull 100 ml ta' taħlita.
Nota 1: |
L-etere dietiliku jieħu n-nar malajr ħafna u jista' jifforma perossidi splussivi. Meta jintuża, wieħed irid joqgħod attent ħafna. |
Nota 2: |
Jekk ma jkunx possibbli li jintuża l-etere dietiliku, tista' tintuża taħlita ta' solventi bl-etanol u t-toluwen. Jekk meħtieġ, l-etanol jista' jiġi sostitwit bil-propanol-2. |
3.2 Soluzzjoni etanolika jew milwiema ttitrata tal-idrossidu tal-potassju jew tal-idrossidu tas-sodju, c(KOH) [jew c(NaOH)] madwar 0,1 mol/l jew, jekk meħtieġ, c(KOH) [jew c(NaOH)] madwar 0,5 mol/l. Huma disponibbli soluzzjonijiet kummerċjali.
Il-konċentrazzjoni eżatta tas-soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (jew tas-soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju) għandha tkun magħrufa u vverifikata immedjatamement qabel tintuża. Uża soluzzjoni li tkun ġiet ippreparata tal-inqas ħamest ijiem qabel l-użu u mferrgħa ġo flixkun kannella tal-ħġieġ b'tapp tal-gomma. Is-soluzzjoni għandha tkun mingħajr kulur jew lewn it-tiben.
Jekk meta tintuża s-soluzzjoni milwiema tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) tiġi osservata separazzjoni f'fażijiet, ibdel is-soluzzjoni milwiema b'soluzzjoni etanolika.
Nota 3: |
Soluzzjoni stabbli mingħajr kulur tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) tista' titħejja kif ġej. Għalli 1 000 ml ta' etanol jew ta' ilma flimkien ma' 8 g tal-idrossidu tal-potassju (jew ta' idrossidu tas-sodju) u 0,5 g ta' ċana tal-aluminju u kompli għalli bir-rifluss għal siegħa. Iddistilla minnufih. Dewweb il-kwantità meħtieġa tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) fid-distillat. Ħalli għal diversi jiem u ferra' l-likwidu supernatanti ċar mill-preċipitat tal-karbonat tal-potassju (jew tal-karbonat tas-sodju). |
Is-soluzzjoni tista' titħejja wkoll mingħajr distillazzjoni kif ġej: żid 4 ml ta' aluminju ta' butilat tal-aluminju ma' 1 000 ml ta' etanol u ħalli t-taħlita toqgħod għal diversi jiem. Ferra' l-likwidu supernatanti u dewweb il-kwantità meħtieġa tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju). Is-soluzzjoni hija lesta biex tintuża.
3.3 Soluzzjoni ta' 10 g/l ta' fenolftaleina f'bejn 95 % sa 96 % ta' etanol (v/v) jew blu alkalin 6B, jew soluzzjoni ta' 20 g/l ta' timolftaleina f'bejn 95 % sa 96 % ta' etanol (v/v). Fil-każ ta' żjut li għandhom kulur qawwi, għandu jintuża l-blu alkalin jew it-timolftaleina.
4. APPARAT
Tagħmir normali tal-laboratorju li jinkludi:
4.1 |
Miżien analitiku; |
4.2 |
flask koniku ta' 250 ml; |
4.3 |
buretta ta' 10 ml tal-klassi A, gradata f'0,05 ml, jew buretta awtomatika ekwivalenti. |
5. PROĊEDURA
5.1 Tħejjija tal-kampjun għat-test
Il-kampjun għandu jiġi ffiltrat hekk kif jidher imċajpar.
5.2 Porzjon tat-test
Ħu kampjun skont l-aċidità preżunta f'konformità mat-tabella li ġejja:
Aċidità mistennija Aċidità olejka (g/100 g) |
Massa tal-kampjun (g) |
Preċiżjoni tal-użin (g) |
0 sa 2 |
10 |
0,02 |
> 2 sa 7,5 |
2,5 |
0,01 |
> 7,5 |
0,5 |
0,001 |
Iżen il-kampjun fil-flask koniku (4.2).
5.3 Determinazzjoni
Dewweb il-kampjun (5.2) f'bejn 50 sa 100 ml tat-taħlita nnewtralizzata minn qabel tal-etere dietiliku u l-etanol (3.1).
Ittitra filwaqt li tħawwad ma' soluzzjoni ta' 0,1 mol/l tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) (3.2) (ara n-Nota 4) sakemm l-indikatur jinbidel (il-kulur tal-indikatur kulurit jippersisti għal tal-inqas għaxar minuti).
Nota 4: |
Jekk il-kwantità tas-soluzzjoni ta' 0,1 mol/l tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) meħtieġa taqbeż 10 ml, uża s-soluzzjoni ta' 0,5 mol/l jew ibdel il-massa tal-kampjun skont l-aċidu libera mistennija u t-tabella proposta. |
Nota 5: |
Jekk is-soluzzjoni ssir imċajpra matul it-titrazzjoni, żid biżżejjed solventi (3.1) biex tikseb soluzzjoni ċara. |
Wettaq it-tieni determinazzjoni biss jekk l-ewwel riżultat ikun ogħla mil-limitu speċifikat għall-kategorija taż-żejt.
6. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
L-aċidità bħala perċentwali ta' aċidu olejku bil-piż hija ugwali għal:
fejn:
V |
= |
il-volum tas-soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) titrata użata, f'millimetri; |
c |
= |
il-konċentrazzjoni eżatta f'moli għal kull litru tas-soluzzjoni ttitrata tal-idrossidu tal-potassju (jew tal-idrossidu tas-sodju) użata; |
M |
= |
282 g/mol, il-piż molari fi grammi għal kull mol ta' aċidu olejku; |
m |
= |
il-massa tal-kampjun fi grammi. |
L-aċidità olejka hija rrappurtata kif ġej:
(a) |
sa żewġ punti deċimali għall-valuri minn 0 sa 1 (valur inkluż); |
(b) |
sa punt deċimali wieħed għall-valuri minn 1 sa 100 (valur inkluż).” |
ANNESS II
L-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt 3.3 jinbidel b'dan li ġej: “3.3. Terminoloġija fakultattiva għall-finijiet tat-tikkettar Fuq talba, il-kap tal-bord jista' jiċċertifika li ż-żjut li ġew ivvalutati huma konformi mad-definizzjonijiet u mal-gradi li jikkorrispondu biss mat-termini li ġejjin, skont l-intensità u l-perċezzjoni tal-attributi. Attributi pożittivi (togħma ta' frott, morr u punġenti): Skont l-intensità tal-perċezzjoni:
Lista ta' termini skont l-intensità tal-perċezzjoni:
|
(2) |
il-punt 9.1.1 jinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
Il-punt 9.4 jinbidel b'dan li ġej: “9.4. Il-klassifika taż-żejt Iż-żejt għandu jiġi kklassifikat kif ġej, skont il-valur medjan tad-difetti u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma tal-frott. Il-valur medjan tad-difetti huwa ddefinit bħala l-valur medjan tad-difett innutat bl-akbar intensità. Il-valur medjan tad-difetti u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma tal-frott jingħataw bħala numri b'ċifra waħda wara l-punt deċimali. Iż-żejt jiġi kklassifikat billi l-valur medjan tad-difetti u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma tal-frott jitqabblu mal-firxiet ta' valuri ta' referenza mogħtija hawn taħt. L-iżball tal-metodu tqies meta kienu qed jiġu stabbiliti l-limiti ta' dawn il-firxiet u allura dawn għandhom jitqiesu bħala assoluti. Il-pakketti ta' softwer tal-kompjuter jippermettu li l-klassifika tintwera fil-forma ta' tabella bid-dejta statistika jew fil-forma ta' graff.
|
(4) |
Jiżdied il-punt 9.5 li ġej: “9.5 Kriterji għall-aċċettazzjoni u r-rifjut ta' duplikati Għandu jintuża l-errur normalizzat, li huwa ddefinit hawn taħt, biex jiġi stabbilit jekk żewġ riżultati ta' analiżi duplikata jkunux omoġenji jew statistikament aċċettabbli:
Fejn Me1 u Me2 huma l-valuri medjani taż-żewġ duplikati (rispettivament l-ewwel u t-tieni analiżi) u U1 u U2 huma l-inċertezzi estiżi miksuba għal dawn iż-żewġ valuri, ikkalkolati hekk kif speċifikat fl-Appendiċi: U 1 = c × s* and Għall-inċertezza estiża, c = 1,96; għalhekk: U1 = 0,0196 × CVr × Me1 fejn CVr huwa l-koeffiċjent qawwi tal-varjazzjoni. Biex ikun iddikjarat li ż-żewġ valuri miksuba mhumiex statistikament differenti, En irid tkun ta' 1,0 jew inqas.” |
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1228
tas-27 ta' Lulju 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
162,7 |
ZZ |
162,7 |
|
0707 00 05 |
TR |
116,3 |
ZZ |
116,3 |
|
0709 93 10 |
TR |
140,0 |
ZZ |
140,0 |
|
0805 50 10 |
AR |
171,7 |
AU |
158,0 |
|
CL |
204,9 |
|
MA |
157,0 |
|
TR |
164,0 |
|
UY |
138,1 |
|
ZA |
182,0 |
|
ZZ |
168,0 |
|
0806 10 10 |
BR |
269,1 |
EG |
267,6 |
|
MA |
244,9 |
|
ZZ |
260,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
159,9 |
BR |
106,8 |
|
CL |
129,2 |
|
CN |
74,5 |
|
NZ |
142,7 |
|
US |
157,1 |
|
ZA |
97,9 |
|
ZZ |
124,0 |
|
0808 30 90 |
AR |
110,7 |
CL |
132,7 |
|
NZ |
171,3 |
|
TR |
175,0 |
|
ZA |
107,5 |
|
ZZ |
139,4 |
|
0809 10 00 |
TR |
198,1 |
ZZ |
198,1 |
|
0809 29 00 |
TR |
259,3 |
US |
535,2 |
|
ZA |
271,2 |
|
ZZ |
355,2 |
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
166,5 |
ZZ |
166,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1229
tas-27 ta' Lulju 2016
dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Lulju 2016 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 (2) fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jinqasam skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. |
(2) |
Lulju huwa t-tielet subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u t-tieni subperjodu għall-kwoti pprovduti skont l-Artikolu 1(1)(b), (c) u (d) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. |
(3) |
In-notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4154 u 09.4166, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet mitluba skont il-kwoti kkonċernati, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(4) |
Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4148 — 09.4149 — 09.4150 — 09.4152 u 09.4153, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli. |
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita wkoll il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4130 — 09.4148 — 09.4112 — 09.4116 — 09.4117 — 09.4118 — 09.4119 u 09.4166, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4154 u 09.4166, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u mressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2016, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti taħt il-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4130 — 09.4148 — 09.4112 — 09.4116 — 09.4117 — 09.4118 — 09.4119 u 09.4166, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' Lulju 2016 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
(a) |
Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif ipprovdut bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(b) |
Kwota ta' ross imfesdaq kopert bil-kodiċi NM 1006 20 kif ipprovdut bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(c) |
Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif ipprovdut bl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(d) |
Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif ipprovdut bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
(2) L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.
(3) L-ebda koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: ma ġiet innotifikata l-ebda applikazzjoni ta' liċenzji lill-Kummissjoni.
(4) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
(5) L-ebda koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: ma ġiet innotifikata l-ebda applikazzjoni ta' liċenzji lill-Kummissjoni.
(6) L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.
DEĊIŻJONIJIET
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1230
tat-12 ta' Lulju 2016
li tistabbilixxi li ma ttieħdet ebda azzjoni effettiva mill-Portugall b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-21 ta' Ġunju 2013
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 126 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi pubbliċi eċċessivi. |
(2) |
Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi pubbliċi sodi bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu li jwassal għall-ħolqien tal-impiegi. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (1), li kien adottat sabiex jiffavorixxi l-korrezzjoni fil-pront tad-defiċits pubbliċi eċċessivi. |
(3) |
Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, iddeċieda fit-2 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, li kien jeżisti defiċit eċċessiv fil-Portugall u ħareġ rakkomandazzjonijiet biex id-defiċit eċċessiv jiġi kkoreġut mhux aktar tard mill-2013, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 (2). Wara talba mill-awtoritajiet tal-Portugall għal assitenza finanzjarja mill-Unjoni, l-Istati Membri li għandhom il-munita euro u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), il-Kunsill ta l-assitenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (3). Il-Memorandum ta' Ftehim dwar il-Kundizzjonalità Speċifika tal-Politika Ekonomika (il-“Memorandum ta' Ftehim”) bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Portugall ġie ffirmat fis-17 ta' Mejju 2011. Minn dak iż-żmien, il-Kunsill ħareġ żewġ Rakkomandazzjonijiet lill-Portugall (fid-9 ta' Ottubru 2012 u fil-21 ta' Ġunju 2013) abbażi tal-Artikolu 126(7) tat-Trattat, li estendew l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv għall-2014 u l-2015 rispettivament. Fiż-żewġ Rakkomandazzjonijiet, il-Kunsill qies li l-Portugall kien ħa azzjoni effettiva, iżda li kienu ġraw avvenimenti ekonomiċi negattivi mhux mistennija li kellhom konsegwenzi sfavorevoli kbar għall-finanzi pubbliċi. |
(4) |
B'mod speċifiku, sabiex id-defiċit pubbliku nominali jitnaqqas għal taħt il-valur referenzjarju ta' anqas minn 3 % tal-PDG sal-2015 b'mod kredibbli u sostenibbli, saret rakkomandazzjoni lill-Portugall li: (a) iniżżel id-defiċit nominali għal 5,5 % tal-PDG fl-2013, 4,0 % tal-PDG fl-2014 u 2,5 % tal-PDG fl-2015, li kien mejqus konsistenti ma' titjib fil-bilanċ strutturali ta' 0,6 % tal-PDG fl-2013, 1,4 % tal-PDG fl-2014 u 0,5 % tal-PDG fl-2015, abbażi tal-aġġornament ta' Mejju 2013 tal-prospettiva ekonomika għall-Portugall imħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni; (b) jimplimenta miżuri li jammontaw għal 3,5 % tal-PDG biex id-defiċit tal-2013 jiġi limitat għal 5,5 % tal-PDG, inklużi l-miżuri ddefiniti fil-Liġi tal-Baġit tal-2013 kif ukoll miżuri addizzjonali inklużi fil-Baġit Supplimentari, jiġifieri, tnaqqis fil-kont tal-pagi, aktar effiċjenza fil-funzjonament tal-amministrazzjoni pubblika, anqas konsum pubbliku u użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni; (c) abbażi tal-Analiżi tan-Nefqa Pubblika (PER), jadotta miżuri ta' konsolidazzjoni permanenti ekwivalenti għal mill-anqas 2,0 % tal-PDG bil-ħsieb li jinkiseb defiċit nominali ta' 4,0 % tal-PDG fl-2014 u jimmira lejn razzjonalizzazzjoni u modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, jindirizza l-kwistjoni tal-postijiet mhux produttivi fil-funzjonijiet u l-entitajiet tas-settur pubbliku, itejjeb is-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet u jikseb nuqqas fl-ispejjeż immirat fil-ministeri kompetenti individwali; (d) jadotta l-miżuri ta' konsolidazzjoni permanenti neċessarji biex jilħaq il-mira ta' defiċit ta' 2,5 % tal-PDG fl-2015. Barra minn hekk, saret rakkomandazzjoni lill-Portugall li jżomm ir-ritmu tar-riforma fil-ġestjoni finanzjarja pubblika billi jirrevedi l-Liġi Qafas tal-Baġit sal-aħħar tal-2013 biex itejjeb aktar il-proċeduri baġitarji u l-prinċipji ta' ġestjoni, responsabbiltà, trasparenza u simplifikazzjoni fil-qasam tal-baġit u biex ikompli l-isforzi biex jillimita l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn impriżi tal-Istat u sħubiji pubbliċi-privati. |
(5) |
Skont l-aġġornament ta' Mejju 2013 tal-prospettivi ekonomiċi tal-Portugall imħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni li fuqu kienet ibbażata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, l-ekonomija Portugiża kienet prevista li tiċkien b'2,3 % fl-2013 qabel ma tikber bi 0,6 % u b'1,5 % rispettivament fis-sentejn ta' wara. It-tkabbir fil-PDG nominali kien previst fil-livell ta' – 0,6 % u 1,8 % fl-2013 u l-2014, rispettivament, u fil-livell ta' 2,7 % fis-sena ta' wara. |
(6) |
Fir-Rakkomandazzjonijiet tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill stabbilixxa l-1 ta' Ottubru 2013 bħala d-data ta' skadenza għall-adozzjoni ta' azzjoni effettiva skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. F'konformità mal-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, il-Portugall ġie eżentat minn rappurtar separat taħt il-proċedura ta' defiċit eċċessiv u rrapportata fil-qafas tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku tiegħu. |
(7) |
Ir-riskji ta' nonkonformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 ġew enfasizzati f'valutazzjonijiet sussegwenti. F'Lulju 2015, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu tal-Programm ta' Stabbiltà tal-2015, l-ewwel waħda ta' wara l-ħruġ mill-programm ta' aġġustament ekonomiku, il-Kunsill ikkonkluda li kien hemm riskju li l-Portugall ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Bl-istess mod, l-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-Portugall għall-2015 ikkonkluda li l-Portugall kien f'riskju li ma jikkonformax mar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. B'mod partikolari, il-Kummissjoni enfasizzat li kien hemm riskju għall-korrezzjoni f'waqtha tad-defiċit eċċessiv sal-2015. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrilevat ukoll in-nuqqas ta' sforz strutturali meta mqabbel ma' dak imsemmi fir-Rakkomandazzjoni, li jindika l-ħtieġa għal miżuri ta' konsolidazzjoni strutturali addizzjonali għall-2015 bħala bażi għal korrezzjoni kredibbli u sostenibbli tad-defiċit eċċessiv. |
(8) |
Valutazzjoni ġdida tal-azzjoni meħuda mill-Portugall biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2015 b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin:
|
(9) |
Dan iwassal għall-konklużjoni lil r-reazzjoni tal-Portugall għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 ma kinitx suffiċjenti. Il-Portugall ma eliminax is-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tiegħu sal-2015. L-isforz fiskali huwa sostanzjalment inqas minn dak li kien ġie rrakkomandat mill-Kunsill, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Portugall ma ħax azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KAŽIMÍR
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(2) Id-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tad-defiċit eċċessiv tal-Portugall jinsabu hawn: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/deficit/countries/portugal_en.htm
(3) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE tas-17 ta' Mejju 2011 dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88).
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1231
tat-18 ta' Lulju 2016
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji rigward it-talba tal-Georgia biex ssir Parti Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (il-“Konvenzjoni”) daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2012. |
(2) |
L-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni jistipula li parti terza tista' ssir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni, sakemm il-pajjiż jew it-territorju kandidat ikollu fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles, li jipprevedi regoli preferenzjali tal-oriġini, ma' mill-inqas waħda mill-Partijiet Kontraenti. |
(3) |
Il-Georgia ppreżentat talba bil-miktub għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni lid-depożitarju tal-Konvenzjoni fit-23 ta' Settembru 2015. |
(4) |
Il-Georgia għandha fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles ma' żewġ Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni, jiġifieri l-Unjoni u r-Repubblika tat-Turkija, u tikkonforma mal-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni biex issir Parti Kontraenti. |
(5) |
Il-punt (b) tal-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni jistipula li l-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni (il-“Kumitat Konġunt”) għandu jadotta permezz ta' deċiżjoni stediniet lil partijiet terzi biex jaderixxu mal-Konvenzjoni. |
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f-isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, rigward it-talba tal-Georgia biex issir Parti Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Tibdiliet tekniċi minuri għall-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
G. MATEČNÁ
ABBOZZ TA'
DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KONVENZJONI REĠJONALI DWAR IR-REGOLI PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI PAN-EWRO-MEDITERRANJI
ta' …
rigward it-talba tal-Georgia biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (il-“Konvenzjoni”) jistipula li parti terza tista' ssir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni, sakemm il-pajjiż jew it-territorju kandidat ikollu fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles, li jipprevedi regoli preferenzjali tal-oriġini, ma' mill-inqas waħda mill-Partijiet Kontraenti. |
(2) |
Il-Georgia ppreżentat talba bil-miktub għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni lid-depożitarju tal-Konvenzjoni fit-23 ta' Settembru 2015. |
(3) |
Il-Georgia għandha ftehim dwar il-kummerċ ħieles fis-seħħ ma' żewġ Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni, jiġifieri l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija, u tikkonforma mal-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni biex issir Parti Kontraenti. |
(4) |
Il-punt (b) tal-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni jistipula li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta permezz ta' deċiżjoni stediniet lil partijiet terzi biex jaderixxu mal-Konvenzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Georgia għandha tiġi mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1232
tat-18 ta' Lulju 2016
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra, dwar Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li tadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien mal-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 126 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), jistabbilixxi Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. |
(2) |
L-Artikolu 127(2) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu. |
(3) |
L-Artikolu 129(1) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiġi megħjun minn Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (“il-Kumitat”). |
(4) |
L-Artikolu 129(2) u (3) tal-Ftehim jipprevedi wkoll li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu, fir-regoli ta' proċedura tiegħu, jiddetermina d-dmirijiet tal-Kumitat u li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddelega kull wieħed mis-setgħat tiegħu lill-Kumitat. |
(5) |
L-Artikolu 131 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kumitati jew korpi speċjali oħrajn li jistgħu jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu. Jipprevedi wkoll li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, fir-regoli ta' proċedura tiegħu, għandu jiddetermina l-għamla u d-dmirijiet ta' dawn il-kumitati jew korpi u kif għandhom jaħdmu. |
(6) |
Huwa importanti li ssir konsultazzjoni regolari u formali mal-Istati Membri, u li jitqiesu l-fehmiet tagħhom. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiġu mistiedna jkunu parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħat kollha tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. |
(7) |
Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) ser jissorveljaw mill-qrib u kontinwament l-isforzi tal-Kosovo għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mas-Serbja u jirrappurtaw kif xieraq, u mill-inqas darbtejn fis-sena, dwar dik il-kwistjoni. |
(8) |
Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 140 tal-Ftehim jistipula li l-Unjoni tista' tieħu miżuri li tqis xierqa, inkluż is-sospensjoni tal-Ftehim kollu jew parti minnu, b'effett immedjat, fil-każ li l-Kosovo ma jikkonformax mal-prinċipji essenzjali kif jinsabu fl-Artikoli 5 u 13 tal-Ftehim. Kull rakkomandazzjoni jew deċiżjoni rilevanti mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif ukoll ir-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli dwar l-isforzi tal-Kosovo għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mas-Serbja, għandhom jitqiesu għal kwalunkwe proposta eventwali tal-Kummissjoni għas-sospensjoni tal-Ftehim abbażi tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 140 tal-Ftehim. |
(9) |
L-ebda terminu, għażla ta' kliem jew definizzjoni użata f'din id-Deċiżjoni u l-Annessi tagħha, jew fid-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet u dokumenti oħrajn, fosthom il-minuti, li jkunu ser jiġu adottati mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ma tikkostitwixxi rikonoxximent tal-Kosovo minn Stati Membri individwali f'dik il-kapaċità fejn ma jkunux ħadu tali pass. |
(10) |
Il-proċeduri interni tal-Istati Membri jistgħu japplikaw meta jiġu riċevuti dokumenti maħruġin mill-Awtoritajiet tal-Kosovo skont dan il-Ftehim. |
(11) |
Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, rigward deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. |
(12) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Artikolu 126 tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Emendi tekniċi għal dak l-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu aċċettati mingħajr deċiżjoni oħra mill-Kunsill.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jiġu mistiedna jagħmlu parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħat kollha tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandhom jirċievu wkoll id-dokumentazzjoni kollha mogħtija lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew maħruġa minnu.L-Istati Membri għandhom jagħtu lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'konformità mar-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha skont it-Trattati u l-kapaċità tiegħu jew tagħha bħala l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, l-informazzjoni meħtieġa dwar dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
G. MATEČNÁ
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-KOSOVO (*)
ta' [data]
li biha jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu
IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikoli 126, 127, 129 u 131 tiegħu,
Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2016,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Presidenza
Il-Partijiet għandu jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni b'mod alternat għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.
Artikolu 2
Laqgħat
Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' darba fis-sena f'konformità mal-prattika stabbilita għall-Kunsilli ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, inkluż b'rabta mal-livell ta' rappreżentanza u l-post. Sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jsiru fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan. Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bi qbil mal-President.
Artikolu 3
Delegazzjonijiet
Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi mgħarraf dwar l-għamla maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti. Rappreżentant tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jattendi l-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bħala osservatur, meta fl-aġenda jidhru ħwejjeġ li jikkonċernaw lill-BEI. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jistieden ukoll lil persuni oħra jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.
Artikolu 4
Segretarjat
Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea flimkien ma' uffiċjal tar-rappreżentanza tal-Kosovo fil-Belġju għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Artikolu 5
Korrispondenza
Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-indirizz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Iż-żewġ Segretarji għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tgħaddi għand il-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u, fejn xieraq, tkun tinxtered mal-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-korrispondenza li titqassam għandha tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna u r-rappreżentanza tal-Kosovo fil-Belġju.
Komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jintbagħtu miż-żewġ Segretarji lid-destinatarji u jitqassmu, fejn xieraq, lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni msemmijin fit-tieni paragrafu.
Artikolu 6
Pubbliku
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu pubbliċi.
Artikolu 7
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din tintbagħat mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmijin fl-Artikolu 5 mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom il-President ikun irċieva talba biex dawn jinżiedu fl-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-ebda punt ma għandu jitniżżel fl-aġenda proviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' appoġġ lis-Segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu dan.
2. Il-President, bi qbil maż-żewġ Partijiet, jista' jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' każ partikolari.
Artikolu 8
Minuti
L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandu jitħejja miż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:
— |
id-dokumentazzjoni mogħtija lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, |
— |
id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu, |
— |
id-deċiżjonijiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet li ntlaħaq qbil dwarhom u l-konklużjonijiet adottati. |
L-abbozz tal-minuti għandu jitressaq quddiem il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Meta approvati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u ż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom jiġu arkivjati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jkun depożitarju tad-dokumenti tal-Assoċjazzjoni. Kull wieħed mid-destinatarji msemmijin fl-Artikolu 5 għandu jingħata kopja ċċertifikata.
Artikolu 9
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi qbil komuni bejn il-Partijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 u 5 tal-Ftehim. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu dan.
2. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont l-Artikolu 128 tal-Ftehim, għandu jkollhom it-titlu ta' “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” rispettivament, segwiti minn numru tas-serje, mid-data ta' meta ġew adottati u minn deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 5. Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 10
Lingwi
Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi awtentiċi tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jsejjes id-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn il-lingwi.
Artikolu 11
Spejjeż
L-Unjoni Ewropea u l-Kosovo għandhom it-tnejn iħallsu l-ispejjeż li jġarrbu biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ispejjeż ta' vjaġġar u ta' sussistenza kif ukoll tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni. Spejjeż marbutin mal-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti kif ukoll spejjeż oħra marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandhom jiġġarrbu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.
Artikolu 12
Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
1. B'dan huwa stabbilit Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (“il-Kumitat”) sabiex jgħin lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-qadi ta' dmirijietu. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentati tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u tal-Kosovo min-naħa l-oħra, normalment fuq livell ta' impjegati anzjani taċ-ċivil.
2. Il-Kumitat għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fejn meħtieġ u, inġenerali, jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u t-tħaddim xieraq tal-Ftehim. Għandu jqis kull kwistjoni li tiġi riferuta lilu mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tqum kuljum matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandu jressaq proposti jew kull abbozz ta' deċiżjonijiet/rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni quddiem il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
3. F'każijiet fejn il-Ftehim jirriferi għal obbligu ta' konsultazzjoni jew il-possibilità ta' konsultazzjoni, din il-konsultazzjoni tista' ssir fil-Kumitat. Il-konsultazzjoni tista' tissokta fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu dan.
4. Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi
Għall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
Il-President
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ANNESS
għad-
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-KOSOVO (*)
ta' [data]
Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
Artikolu 1
Presidenza
Il-Partijiet għandu jkollhom il-presidenza tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (“il-Kumitat”) b'mod alternat għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.
Artikolu 2
Laqgħat
Il-Kumitat għandu jiltaqa' skont kif jitolbu ċ-ċirkostanzi, bil-qbil taż-żewġ Partijiet. Kull laqgħa tal-Kumitat għandha ssir fi żmien u f'post miftiehma miż-żewġ Partijiet. Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom jissejħu mill-President.
Artikolu 3
Delegazzjonijiet
Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi mgħarraf dwar l-għamla maħsuba tad-delegazzjoni għal kull Parti.
Artikolu 4
Segretarjat
Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Kosovo għandhom flimkien ikunu Segretarji tal-Kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha previsti f'din id-Deċiżjoni lill-President tal-Kumitat u mingħandu għandhom jgħaddu għand is-Segretarji tal-Kumitat u s-Segretarji u l-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Artikolu 5
Pubbliku
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi.
Artikolu 6
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kumitat lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom il-President ikun irċieva talba biex dawn jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn 35 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm ma għandhom jitniżżlu punti fuq l-aġenda proviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' appoġġ lis-Segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. Il-Kumitat jista' jitlob esperti jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu dan.
2. Il-President, bi qbil maż-żewġ Partijiet, jista' jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' każ partikolari.
Artikolu 7
Minuti
Għal kull laqgħa għandhom jittieħdu l-minuti, u għandhom jiġu bbażati fuq taqsira mill-President tal-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-Kumitat. Meta jiġu approvati mill-Kumitat, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarji u jiġu arkivjati minn kull wieħed miż-żewġ Partijiet. Kopja tal-minuti għandha tingħata lil kull wieħed mid-destinatarji msemmijin fl-Artikolu 4.
Artikolu 8
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Kumitat jingħata s-setgħa mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni skont l-Artikolu 128 tal-Ftehim li jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet, dawk l-atti jsiru skont l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Artikolu 9
Spejjeż
L-Unjoni Ewropea u l-Kosovo għandhom it-tnejn iħallsu l-ispejjeż li jġarrbu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat, kemm f'dak li għandu x'jaqsam man-nefqa tal-persunal, il-vjaġġi u s-sussistenza u n-nefqa għall-posta u t-telekomunikazzjoni. Spejjeż marbutin mal-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti kif ukoll spejjeż oħra marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandhom jiġġarrbu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.
Artikolu 10
Sottokumitati u gruppi speċjali
Il-Kumitat jista' joħloq sottokumitati u gruppi speċjali biex jaħdmu taħt l-awtorità tiegħu. Huma għandhom jirrappurtaw lill-Kumitat wara kull laqgħa li jagħmlu. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi li jneħħi kull sottokumitat jew grupp eżistenti, jistipula jew ibiddel it-termini ta' referenza tagħhom jew iwaqqaf aktar sottokumitati jew gruppi oħra biex jgħinuh fil-qadi ta' dmirijietu. Dawn is-sottokumitati u gruppi ma għandu jkollhom l-ebda setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet.
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ANNESS
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE — KOSOVO (*)
ta' [jum xahar] 2016
li toħloq sottokumitati u gruppi speċjali
IL-KUMITAT TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*), min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 130 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-regoli ta' proċedura tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Is-sottokumitati u l-gruppi speċjali mniżżla fl-Anness I huma hawnhekk maħluqa. It-termini ta' referenza tagħhom huma stipulati fl-Anness II.
Magħmul fi …, fi [jum xahar] 2016.
Għall-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
Il-President
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ANNESS I
Struttura tas-Sottokumitati Multidixxiplinari
Titolu |
Kwistjonijiet |
Artikolu tal-Ftehim |
||
|
Moviment Liberu tal-Merkanzija |
Art. 20 |
||
Prodotti Industrijali |
Art. 21-25 |
|||
Kwistjonijiet kummerċjali |
Art. 36-49 |
|||
Standardizzazzjoni, metroloġija, akkreditazzjoni, ċertifikazzjoni, analiżi tal-konformità u sorveljanza tas-suq |
Art. 80 |
|||
Kooperazzjoni industrijali |
Art. 99 |
|||
SMEs |
Art. 100 |
|||
Turiżmu |
Art. 101 |
|||
Dwana |
Art. 104 |
|||
Tassazzjoni |
Art. 105 |
|||
Regoli ta' oriġini |
Protokoll III |
|||
Assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali |
Protokoll IV |
|||
|
Prodotti agrikoli |
Art. 26, 28, 29, 33, 34 u 37 |
||
Prodotti tas-sajd |
Art. 31 u 32, Annessi IV u V |
|||
Prodotti agrikoli pproċessati |
Art. 27 u Protokoll I |
|||
Inbid |
Art. 30 u Protokoll II |
|||
Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti agrikoli u prodotti tas-sajd, u għall-prodotti tal-ikel li mhumiex inbid u spirti |
Art. 35 |
|||
Is-settur agrikolu u agroindustrijali, kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji |
Art. 102 |
|||
Kooperazzjoni fis-sajd |
Art. 103 |
|||
|
Dritt ta' stabbiliment |
Art. 50-54 |
||
Għoti ta' servizzi |
Art. 55-60 |
|||
Mistoqsijiet oħrajn relatati mat-Titolu V tal-Ftehim |
Art. 61-73 |
|||
Approssimazzjoni tal-leġislazzjoni u l-infurzar tal-liġi |
Art. 74 |
|||
Kompetizzjoni |
Art. 75-76 |
|||
Il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali |
Art. 77-78 |
|||
Akkwist pubbliku |
Art. 79 |
|||
Servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji oħra |
Art. 96 |
|||
Protezzjoni tal-konsumatur |
Art. 81 |
|||
|
Pagamenti kurrenti u l-moviment ta' kapital |
Art. 64-66 |
||
Politika ekonomika |
Art. 94 |
|||
Kooperazzjoni statistika |
Art. 95 |
|||
Promozzjoni u protezzjoni tal-investiment |
Art. 98 |
|||
|
Kooperazzjoni finanzjarja |
Art. 121-125 |
||
|
Tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-istat tad-dritt |
Art. 83 |
||
Id-drittijiet fundamentali, inkluża l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-protezzjoni tad-data |
Art. 3, 4 u 84 |
|||
Il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali |
Art. 83 |
|||
Il-viża, il-kontroll tal-fruntieri/konfini, l-asil u l-migrazzjoni |
Art. 85-86 |
|||
Prevenzjoni u kontroll tal-immigrazzjoni illegali; riammissjoni |
Art. 87-88 |
|||
Ħasil tal-flus |
Art. 89 |
|||
Drogi |
Art. 90 |
|||
Ġlieda kontra t-terroriżmu |
Art. 92 |
|||
Il-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata u attivitajiet illegali oħrajn |
Art. 91 |
|||
|
|
|
||
|
Kundizzjonijiet tax-xogħol u opportunitajiet indaqs |
Art. 82 |
||
Kooperazzjoni soċjali |
Art. 106 |
|||
L-edukazzjoni u t-taħriġ |
Art. 107 |
|||
Kooperazzjoni kulturali |
Art. 108 |
|||
Kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv |
Art. 109 |
|||
|
Is-soċjetà tal-informazzjoni |
Art. 110 |
||
|
In-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika |
Art. 111 |
||
|
L-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
Art. 112 |
||
|
Riċerka u żvilupp teknoloġiku |
Art. 118 |
||
|
Trasport |
Art. 113 |
||
|
Enerġija |
Art. 114 |
||
|
Ambjent |
Art. 115 |
||
|
Tibdil fil-klima |
Art. 116 |
||
|
Protezzjoni ċivili |
Art. 117 |
||
Żvilupp reġjonali u lokali |
Art. 119 |
L-Istruttura tal-Gruppi Speċjali
Titolu |
Kwistjonijiet |
Artikolu tal-Ftehim |
Grupp Speċjali għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika |
Riforma tal-amministrazzjoni pubblika |
Art. 120 |
Grupp Speċjali dwar in-normalizzazzjoni (1) |
Titjib viżibbli u sostenibbli tar-relazzjonijiet tal-Kosovo mas-Serbja, u kooperazzjoni effettiva mal-missjoni tal-PSDK tal-UE filwaqt li tkun fis-seħħ |
Art. 5 |
(1) Dan il-grupp speċjali ma jiħux post id-djalogu bejn Pristina u Belgrad imwettaq taħt il-patroċinju tar-Rappreżentant Għoli.
ANNESS II
Termini ta' Referenza tas-Sottokumitati u l-Gruppi Speċjali UE — Kosovo (*)
Għamla u President
Is-sottokumitati u l-gruppi speċjali dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika (RAP) u dwar in-normalizzazzjoni għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fil-każ tal-grupp speċjali dwar in-normalizzazzjoni, u r-rappreżentanti tal-Kosovo. Dawn għandhom jitmexxew miż-żewġ partijiet b'mod alternat. L-Istati Membri ser jiġu infurmati u mistiedna għal-laqgħat tas-sottokumitati u tal-gruppi speċjali dwar ir-RAP u n-normalizzazzjoni.
Segretarjat
Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea, jew tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fil-każ tal-grupp speċjali dwar in-normalizzazzjoni, u uffiċjal tal-Kosovo għandhom flimkien ikunu segretarji ta' kull wieħed mis-sottokumitati u l-gruppi speċjali.
Il-komunikazzjonijiet kollha dwar is-sottokumitati u l-gruppi speċjali għandhom jintbagħtu lis-segretarji tas-sottokumitat rilevanti u tal-grupp speċjali.
Laqgħat
Is-sottokumitati u l-gruppi speċjali għandhom jiltaqgħu kull meta ċ-ċirkustanzi jitolbu dan, bil-qbil taż-żewġ partijiet. Kull laqgħa ta' sottokumitat jew grupp speċjali għandha tinżamm f'ħin u post li jaqblu dwarhom iż-żewġ Partijiet.
Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, is-sottokumitati u l-gruppi speċjali jistgħu jistiednu esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu l-informazzjoni speċifika mitluba.
Aġenda u dokumenti ta' appoġġ
Il-President u s-Segretarji għandhom ifasslu aġenda proviżorja għal kull laqgħa mhux aktar tard minn 30 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda proviżorja għandha tinkludi punti li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 35 jum qabel il-bidu tal-laqgħa.
Wara l-qbil tal-aġenda proviżorja għal kull laqgħa u mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa s-segretarju f'isem il-Kosovo għandu jibgħat lis-segretarju, f'isem il-Kummissjoni Ewropea, jew is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna fil-każ tal-grupp speċjali dwar in-normalizzazzjoni, id-dokumentazzjoni meħtieġa bil-miktub wara l-punti miftiehma fl-aġenda proviżorja.
Jekk id-data ta' għeluq imsemmija fit-tielet paragrafu ma tiġix irrispettata, il-laqgħa titħassar awtomatikament mingħajr avviż ieħor.
Suġġetti
Is-sottokumitati għandhom jiddiskutu kwistjonijiet marbuta mal-oqsma tal-Ftehim kif imniżżla fl-istruttura tas-sottokumitat multidixxiplinari. Il-progress fl-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni għandhom jiġi evalwat fis-suġġetti kollha. Is-sottokumitati għandhom jeżaminaw kull problema li tista' tinqala' fl-oqsma rilevanti tagħhom u għandhom jissuġġerixxu passi possibbli li għandhom jittieħdu.
Is-sottokumitati għandhom iservu wkoll ta' fora fejn jiġi ċċarat aktar l-acquis u jeżaminaw il-progress li sar mill-Kosovo biex jikkonforma mal-acquis skont l-impenji li ttieħdu skont il-Ftehim.
Il-grupp speċjali għar-RAP jiddiskuti kwistjonijiet marbuta mar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u jissuġġerixxi passi possibbli li għandhom jittieħdu. Il-grupp speċjali dwar in-normalizzazzjoni għandu jiddiskuti kwistjonijiet marbutin mat-titjib viżibbli u sostenibbli tar-relazzjonijiet tal-Kosovo mas-Serbja, u kooperazzjoni effettiva mal-missjoni tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża waqt li tkun fis-seħħ, u jissuġġerixxi passi possibbli li għandhom jittieħdu.
Minuti
Wara kull laqgħa għandhom jittieħdu l-minuti u jintlaħaq qbil dwarhom. Kopja tal-minuti għandha tingħata mis-segretarju tas-sottokumitat jew tal-grupp speċjali lis-Segretarju tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Pubbliku
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati u tal-grupp speċjali ma għandhom ikunu pubbliċi.
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1233
tas-26 ta' Lulju 2016
li taħtar membru u membru supplenti proposti mir-Repubblika ta' Ċipru, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċiprijott,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Georgios GEORGIOU, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Kyriakos CHATZITTOFIS bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:
(a) |
bħala membru:
u |
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1234
tas-26 ta' Lulju 2016
li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan ġew proposti s-Sur Carlo FIDANZA (Assessore di Veleso (CO)) u s-Sur Giuseppe VARACALLI (Sindaco del Comune di Gerace (RC)), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
— |
Is-Sur Carlo FIDANZA, Consigliere del Comune di Rosazza (BI) (bidla tal-mandat), |
— |
Is-Sur Giuseppe VARACALLI, Consigliere del Comune di Gerace (RC) (bidla tal-mandat). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/43 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1235
tas-26 ta' Lulju 2016
li tawtorizza laboratorju fir-Repubblika tal-Korea jwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja
(notifikata bid-dokument C(2016) 4665)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f'Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli mill-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza. |
(2) |
Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja. |
(3) |
L-awtorizzazzjoni li ngħatat lil Choong Ang Vaccine Laboratory f'Daejeon fid-9 ta' Frar 2007 skont id-Deċiżjoni 2000/258/KE, ġiet irtirata bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE (2), wara li l-ANSES ippreżenta rapport negattiv dwar dan il-laboratorju bid-data tad-29 ta' Settembru 2015, lill-Kummissjoni. |
(4) |
L-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Korea ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid taċ-Choong Ang Vaccine Laboratory f'Daejeon, u l-ANSES stabbilixxiet rapport ta' valutazzjoni favorevoli bid-data tal-21 ta' Marzu 2016 għal dan il-laboratorju, li ssottomettietu lill-Kummissjoni. |
(5) |
Għaldaqstant, dan il-laboratorju għandu jkun awtorizzat li jwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorju msemmi hawn taħt huwa awtorizzat jwettaq it-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:
Choong Ang Vaccine laboratory |
1476-37 Yuseong-daero Yuseong-gu |
Daejeon, 34055 |
Ir-Repubblika tal-Korea |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Awwissu 2016.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta' Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta' profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija (ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19).
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/45 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1236
tas-27 ta' Lulju 2016
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għal-Latvja, għal-Litwanja u għall-Polonja
(notifikata bid-dokument C(2016) 4983)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV ta' dak l-Anness differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, tal-Latvja, tal-Litwanja u tal-Polonja. |
(2) |
F'Ġunju u f'Lulju 2016, aktar każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet ta' ħnieżer selvaġġi seħħew fiż-żoni tal-Kontea ta' Jekabpils, il-Kontea ta' Baldones u l-Kontea ta' Riga fil-Latvja, aktar każijiet fil-popolazzjonijiet ta' ħnieżer selvaġġi seħħew fiż-żoni tal-Kontea ta' Pärnu, il-Kontea ta' Harju u fil-Kontea ta' Rapla fl-Estonja u każ wieħed fil-popolazzjonijiet ta' ħnieżer selvaġġi seħħ fiż-żona ta' Czyże fil-Polonja. Dawk iż-żoni huma elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, qrib ħafna taż-żoni elenkati fil-Parti II ta' dak l-Anness. Għaldaqstant, ċerti żoni tal-Estonja, tal-Latvja u tal-Polonja mniżżla fil-Parti I għandhom issa jitniżżlu fil-Parti II u xi żoni ġodda tal-Latvja għandhom jitniżżlu fil-Parti 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(3) |
F'Ġunju u f'Lulju tal-2016, seħħew aktar tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fil-Kontea ta' Jõgeva u fil-Kontea ta' Lääne-Viru fl-Estonia, ċerti żoni tal-Estonja li attwalment huwa elenkati fil-Parti II għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(4) |
F'Ġunju u f'Lulju tal-2016, seħħew aktar tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fiż-żona ta' Elektrėnai, Anykšciu u Kruonio fil-Litwanja. Dawk iż-żoni huma attwalment imniżżla fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, fil-Litwanja, ċerti żoni elenkati fil-Parti II għandhom jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
(5) |
F'Ġunju u f'Lulju tal-2016, seħħew aktar tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fiż-żona ta' Hajnówka fil-Polonja, din iż-żona hija attwalment elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. B'hekk, fil-Polonja, il-lista eżistenti fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi estiża lejn in-nofsinhar u ċerti żoni elenkati fil-Partijiet I u II għandhom jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
(6) |
L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat fis-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, u biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja. |
(7) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
ANNESS
“ANNESS
PARTI 1
1. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes, |
— |
fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Jaunbērzes, Dobeles u Bērzes, |
— |
fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes, Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas, |
— |
fin-novads ta' Tukuma, il-pagasti ta' Slampes u Džūkstes, |
— |
in-novads ta' Engures, |
— |
in-novads ta' Rundāles, |
— |
in-novads ta' Stopiņu, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jelgava, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala, |
— |
il-pilsēta ta' Bauska. |
2. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tas-seniūnijos ta' Krekenavos li tinsab fil-punent tax-xmara Nevėžis, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis, |
— |
is-savivaldybė ta' Kalvarija, |
— |
is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda, |
— |
is-savivaldybė ta' Marijampolė. |
3. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-województwo podlaskie:
— |
il-gminy ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat augustowski, |
— |
il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki, |
— |
il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski, |
— |
il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie u l-belt ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat wysokomazowiecki. |
— |
il-powiat sejneński, |
— |
il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski, |
— |
il-gmina ta' Rutki fil-powiat zambrowski, |
— |
il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski, |
— |
il-gminy ta' Brańsk u l-belt ta' Brańsk, Boćki, Rudka, Wyszki, il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (li tmur lejn it-tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawwla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-belt ta' Bielsk Podlaski, il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat bielski, il-powiat M. Białystok, |
— |
il-powiat M. Suwałki, |
— |
il-powiat moniecki, |
— |
il-powiat siemiatycki. |
PARTI II
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-linn ta' Kallaste, |
— |
il-linn ta' Rakvere, |
— |
il-linn ta' Tartu, |
— |
il-linn ta' Viljandi, |
— |
il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija), |
— |
il-maakond ta' Ida-Virumaa, |
— |
il-maakond ta' Läänemaa, |
— |
il-maakond ta' Pärnumaa, |
— |
il-maakond ta' Põlvamaa, |
— |
il-maakond ta' Raplamaa, |
— |
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20), |
— |
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126, |
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
— |
il-vald ta' Abja, |
— |
il-vald ta' Alatskivi, |
— |
il-vald ta' Avanduse, |
— |
il-vald ta' Haaslava, |
— |
il-vald ta' Haljala, |
— |
il-vald ta' Halliste, |
— |
il-vald ta' Kambja, |
— |
il-vald ta' Karksi, |
— |
il-vald ta' Koonga, |
— |
il-vald ta' Kõpu, |
— |
il-vald ta' Laekvere, |
— |
il-vald ta' Luunja, |
— |
il-vald ta' Mäksa, |
— |
il-vald ta' Märjamaa, |
— |
il-vald ta' Meeksi, |
— |
il-vald ta' Peipsiääre, |
— |
il-vald ta' Piirissaare, |
— |
il-vald ta' Rägavere, |
— |
il-vald ta' Rakvere, |
— |
il-vald ta' Saksi, |
— |
il-vald ta' Sõmeru, |
— |
il-vald ta' Vara, |
— |
il-vald ta' Vihula, |
— |
il-vald ta' Võnnu. |
2. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules, |
— |
fin-novads ta' Jelgavas, il-pagasts ta' Valgunde, |
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas, |
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes, |
— |
in-novads ta' Ādažu, |
— |
in-novads ta' Aizkraukles, in-novads ta' Aknīstes, |
— |
in-novads ta' Alūksnes, |
— |
in-novads ta' Amatas, |
— |
in-novads ta' Apes, |
— |
in-novads ta' Babītes, |
— |
in-novads ta' Baldones, |
— |
in-novads ta' Baltinavas, |
— |
in-novads ta' Balvu, |
— |
in-novads ta' Carnikavas, |
— |
in-novads ta' Cēsu, |
— |
in-novads ta' Cesvaines, |
— |
in-novads ta' Ērgļu, |
— |
in-novads ta' Garkalnes, |
— |
in-novads ta' Gulbenes, |
— |
in-novads ta' Iecavas, |
— |
in-novads ta' Ikšķiles, |
— |
in-novads ta' Ilūkstes, |
— |
in-novads ta' Inčukalna, in-novads ta' Jaunjelgavas, |
— |
in-novads ta' Jaunpiebalgas, |
— |
in-novads ta' Jēkabpils, |
— |
in-novads ta' Ķeguma, |
— |
in-novads ta' Ķekavas, |
— |
in-novads ta' Kocēnu, |
— |
in-novads ta' Kokneses, |
— |
in-novads ta' Krimuldas, |
— |
in-novads ta' Krustpils, |
— |
in-novads ta' Lielvārdes, |
— |
in-novads ta' Līgatnes, in-novads ta' Līvānu, |
— |
in-novads ta' Lubānas, |
— |
in-novads ta' Madonas, |
— |
in-novads ta' Mālpils, |
— |
in-novads ta' Mārupes, |
— |
in-novads ta' Neretas, |
— |
in-novads ta' Ogres, |
— |
in-novads ta' Olaines, |
— |
in-novads ta' Ozolnieki, |
— |
in-novads ta' Pārgaujas, |
— |
in-novads ta' Pļaviņu, |
— |
in-novads ta' Priekuļu, |
— |
in-novads ta' Raunas, |
— |
in-novads ta' Ropažu, |
— |
in-novads ta' Rugāju, |
— |
in-novads ta' Salas, |
— |
in-novads ta' Salaspils |
— |
in-novads ta' Saulkrastu, |
— |
in-novads ta' Sējas, |
— |
in-novads ta' Siguldas, |
— |
in-novads ta' Skrīveru, |
— |
in-novads ta' Smiltenes, |
— |
in-novads ta' Varakļānu, |
— |
in-novads ta' Vecpiebalgas, |
— |
in-novads ta' Vecumnieku, |
— |
in-novads ta' Viesītes, |
— |
in-novads ta' Viļakas, |
— |
il-pilsēta ta' Limbaži. |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Valmiera. |
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius, is-seniūnijos Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės Miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių, Kuodiškių, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Alytus, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio, |
— |
fil-miesto savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaunas, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Prienai, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Vilnius, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Biržai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai, |
— |
is-savivaldybė ta' Birštonas, |
— |
is-savivaldybė ta' Visaginas. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-podlaskie województwo:
— |
il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki, |
— |
il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski, |
— |
il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski, |
— |
il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski, |
— |
il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawwla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski. |
PARTI III
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— |
il-linn ta' Elva, |
— |
il-linn ta' Võhma, |
— |
il-maakond ta' Jõgevamaa, |
— |
il-maakond ta' Järvamaa, |
— |
il-maakond ta' Valgamaa, |
— |
il-maakond ta' Võrumaa, |
— |
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), |
— |
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126, |
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
— |
il-vald ta' Aegviidu, |
— |
il-vald ta' Anija, |
— |
il-vald ta' Kadrina, |
— |
il-vald ta' Kolga-Jaani, |
— |
il-vald ta' Konguta, |
— |
il-vald ta' Kõo, |
— |
il-vald ta' Laeva, |
— |
il-vald ta' Nõo, |
— |
il-vald ta' Paistu, |
— |
il-vald ta' Puhja, |
— |
il-vald ta' Rakke, |
— |
il-vald ta' Rannu, |
— |
il-vald ta' Rõngu, |
— |
il-vald ta' Saarepeedi, |
— |
il-vald ta' Tapa, |
— |
il-vald ta' Tähtvere, |
— |
il-vald ta' Tarvastu, |
— |
il-vald ta' Ülenurme, |
— |
il-vald ta' Väike-Maarja. |
2. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru, |
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas, |
— |
in-novads ta' Aglonas, |
— |
in-novads ta' Alojas, |
— |
in-novads ta' Beverīnas, |
— |
in-novads ta' Burtnieku, |
— |
in-novads ta' Ciblas, |
— |
in-novads ta' Dagdas, |
— |
in-novads ta' Daugavpils, |
— |
in-novads ta' Kārsavas, |
— |
in-novads ta' Krāslavas, |
— |
in-novads ta' Ludzas, |
— |
in-novads ta' Mazsalacas, |
— |
in-novads ta' Naukšēnu, |
— |
in-novads ta' Preiļu, |
— |
in-novads ta' Rēzeknes, |
— |
in-novads ta' Riebiņu, |
— |
in-novads ta' Rūjienas, |
— |
in-novads ta' Strenču, |
— |
in-novads ta' Valkas, |
— |
in-novads ta' Vārkavas, |
— |
in-novads ta' Viļānu, |
— |
in-novads ta' Zilupes, |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils; |
— |
ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne. |
— |
il-pilsēta ta' Ainaži, |
— |
il-pilsēta ta' Salacgrīva. |
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno, Stakliškių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171, |
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų, Leliūnų, |
— |
is-savivaldybė ta' Elektrėnai, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Jonava, |
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys, |
— |
ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis, |
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Trakai, |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
— |
il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka u l-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka fil-powiat ta' hajnowski. |
PARTI IV
L-Italja
Dawn iż-żoni fl-Italja:
— |
iż-żoni kollha ta' Sardenja.” |
Rettifika
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/56 |
Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/973 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bislisinat taż-żingu bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 161 tat-18 ta' Ġunju 2016 )
F'paġna 23, fl-Anness, fir-raba' linja tar-raba' kolonna “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”
minflok:
“…lisina…”,
aqra:
“… lisina-HCl…”.
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/56 |
Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 333 tad-19 ta' Diċembru 2015 )
F'paġna 71, fl-Anness II:
minflok:
“ ”,
aqra:
“ ”.