ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 197

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
22 ta' Lulju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1193 tat-12 ta' Lulju 2016 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2016)

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1194 tat-12 ta' Lulju 2016 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2016)

3

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1195 tal-4 ta' Lulju 2016 li teżenta s-servizzi tal-kurriera u servizzi oħra għajr is-servizzi postali fil-Polonja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (notifikata bid-dokument C(2016) 3986)  ( 1 )

4

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1196 tal-20 ta' Lulju 2016 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2007/275/KE dwar il-listi ta' annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (notifikata bid-dokument C(2016) 4494)  ( 1 )

10

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/1193

tat-12 ta' Lulju 2016

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2016)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani, (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-17 ta' Frar 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/381 (2), li taħtar lis-Sur Rodolphe MAUGET bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS mis-16 ta' Frar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015.

(3)

Fis-7 ta' Lulju 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1129 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Rodolphe MAUGET bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016.

(4)

Fis-7 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1108 (4), li testendi l-mandat ta' EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Rodolphe MAUGET bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Rodolphe MAUGET bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b'dan estiż sat-30 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2016.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/381 tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2015) (ĠU L 64, 7.3.2015, p. 37).

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1129 tas-7 ta' Lulju 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/2/2015) (ĠU L 184, 11.7.2015, p. 17).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1108 tas-7 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 183, 8.7.2016, p. 65).


22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/1194

tat-12 ta' Lulju 2016

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2016)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-7 ta' Lulju 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EU BAM Rafah/1/2015 (2), li taħtar is-Sinjura Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni tal-EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016.

(3)

Fis-7 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1107 (3), li testendi l-mandat tal-EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017.

(4)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sinjura Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni tal-EUBAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni tal-EUBAM Rafah huwa b'dan estiż mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2016.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1128 tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2015) (ĠU L 184, 11.7.2015, p. 16).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1107 tas-7 ta' Lulju 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 183, 8.7.2016, p. 64).


22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/4


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1195

tal-4 ta' Lulju 2016

li teżenta s-servizzi tal-kurriera u servizzi oħra għajr is-servizzi postali fil-Polonja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE

(notifikata bid-dokument C(2016) 3986)

(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 34 u 35,

Wara li kkunsidrat it-talba li tressqet bil-posta mill-President tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi f'isem Poczta Polska S.A. u li waslitilha fit-2 ta' Frar 2016,

Billi:

I.   IL-FATTI

(1)

Fit-2 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet bil-posta talba formali min-naħa tal-President tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi f'isem Poczta Polska S.A. (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2014/25/UE. It-talba kienet akkumpanjata mill-opinjoni tal-President tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi li s-servizzi elenkati jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni tagħhom abbażi tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din l-opinjoni ma tikdkwalifikax bħala pożizzjoni motivata u ġġustifikata fis-sens tal-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, billi hija dikjarazzjoni sempliċi li l-kundizzjonijiet imsemmija huma ssodisfati mingħajr ma ġie pprovdut l-ebda argument li jappoġġa dik id-dikjarazzjoni. Skont it-talba, il-Kummissjoni ntalbet tistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE, u l-proċeduri ta' akkwist previsti f'dik id-Direttiva, ma applikawx għal servizzi tal-kurriera u għal servizzi oħra għajr servizzi postali fil-Polonja.

(2)

It-talba kienet ippreżentata mill-awtorità kompetenti — il-President tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, skont l-Artikolu 138f tad-dritt dwar l-akkwist pubbliku (2), fuq talba ta' Poczta Polska S.A. bħala entità kontraenti, bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f'Varsavja, u mbagħad ġiet maqbula mal-President tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni u l-Ħarsien tal-Konsumatur (UOKiK) u mal-President tal-Uffiċċju tal-Akkwist Pubbliku (UZP).

(3)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali, permezz ta' ittra elettronika bid-data tad-19 ta' Frar 2016. Din l-informazzjoni tressqet mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi permezz ta' ittra elettronika fis-26 ta' Frar 2016, fi żmien l-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni.

(4)

Skont il-punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni għandha 105 ijiem ta' xogħol biex tadotta d-deċiżjoni. L-iskadenza tagħlaq fis-7 ta' Lulju 2016.

II.   IL-QAFAS ĠURIDIKU

(5)

Skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, il-kuntratti maħsuba sabiex jippermettu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14 ta' dik id-Direttiva mhumiex soġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru li fih titwettaq, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta' kriterji oġġettivi, li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. Aċċess għal suq partikolari jitqies li mhuwiex ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ftuħ tas-suq rilevanti kif stabbilit fl-Anness III tad-Direttiva 2014/25/UE. Skont il-Punt F ta' dak l-Anness, id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (minn hawn 'il quddiem “id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali”) (kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)) tikkostitwixxi l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-ftuħ tas-suq tas-servizzi postali.

(6)

Il-Polonja implimentat id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali bil-Liġi tat-23 ta' Novembru 2012 — il-Liġi Postali (6) li bdiet tapplika mill-1 ta' Jannar 2013, fir-rigward tas-servizzi tal-ġbir, tal-issortjar, tat-trasport u tat-tqassim ta' oġġetti u servizzi bil-kurriera fir-rigward ta' oġġetti postali mingħajr indirizz. Għal dawn is-servizzi, il-Polonja laħqet livell suffiċjenti ta' ftuħ tas-suq u l-aċċess għas-suq ma għandux jitqies li huwa ristrett skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE.

(7)

Jista' jiġi osservat ukoll li l-ebda servizz minn dawk li għalihom tressqet it-talba ma kien soġġett għal monopolju legali fil-passat. Is-servizzi postali definiti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/67/KE kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE u bid-Direttiva 2008/6/KE biss ġew riżervati għal fornituri nnominati ta' servizz universali. Bl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/6/KE l-Istati Membri kollha, inkluża l-Polonja, illiberalizzaw għalkollox is-swieq postali tagħhom, u bl-eċċezzjoni tas-servizzi skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva msemmija hawn fuq, l-ebda servizz postali ma għandu jkun soġġett għal monopolju legali.

(8)

It-talba tkopri attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-forniment ta' servizzi postali u ta' servizzi oħra għajr servizzi postali, bil-kundizzjoni li dawn is-servizzi jiġu pprovduti minn entità li tipprovdi wkoll servizzi postali, li huma elenkati bħala rilevanti skont id-Direttiva 2004/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li kienet il-bażi ġuridika li fuqha ġiet ibbażata t-talba. Dawn is-servizzi huma:

(1)

il-ġbir, l-issortjar, it-trasport u t-tqassim ta' oġġetti bil-kurriera,

(2)

is-servizzi tal-istampar u tal-ippakkjar

(3)

is-servizzi fir-rigward ta' oġġetti postali mingħajr indirizz,

(4)

is-servizzi fir-rigward ta' ordnijiet ta' flus internazzjonali,

(5)

is-servizzi fir-rigward ta' ħlasijiet lejn kont bankarju,

(6)

is-servizzi tal-kambju tal-munita,

(7)

is-servizzi ta' senserija fir-rigward tal-ħlas tal-benefiċċji tal-pensjoni,

(8)

is-servizzi fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti bankarji,

(9)

is-servizzi fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti tal-assigurazzjoni,

(10)

is-servizzi fir-rigward tal-ġbid ta' flus kontanti permezz tal-kards tal-ħlas,

(11)

is-servizzi tal-ġarr tal-flus kontanti,

(12)

is-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq,

(13)

is-servizzi ta' ħżin fl-imħażen;

(9)

Fost is-servizzi, għajr is-servizzi postali, koperti minn din it-talba, jiġi nnutat li s-servizzi elenkati mill-punt 4 sa 13 tal-premessa preċedenti, għalkemm huma fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE, mhumiex koperti mid-Direttiva 2014/25/UE. Għal dawn is-servizzi l-leġiżlatur diġà eżamina s-sitwazzjoni kompetittiva u sab li huwa l-każ li d-dixxiplina ta' din l-aħħar Direttiva ma għadhiex meħtieġa fir-rigward tal-akkwisti magħmula għat-twettiq ta' dawn l-attivitajiet li kienu konsegwentement esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(10)

L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni f'suq partikolari huwa evalwat abbażi ta' diversi kriterji, u l-ebda wieħed minnhom ma hu, fih innifsu, deċiżiv. Fir-rigward tas-swieq koperti b'din it-talba, is-sehem mis-suq tal-atturi ewlenin f'suq partikolari jikkostitwixxi kriterju wieħed li għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni. Fl-aħħar nett, il-kwistjoni ta' ostakli possibbli għad-dħul tista' tkun rilevanti wkoll. Billi l-kundizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li huma milqutin mit-talba, l-eżaminazzjoni tas-sitwazzjoni kompetittiva għandha tikkunsidra s-sitwazzjonijiet differenti fi swieq differenti.

(11)

Din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni. B'mod partikolari, il-kriterji u l-metodoloġija li ntużaw biex jiġi vvalutat l-esponiment dirett għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE, mhumiex neċessarjament identiċi għal dawk li ntużaw biex titwettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (8).

III.   IL-VALUTAZZJONI

(12)

L-applikant, Poczta Polska S.A., huwa entità kontraenti fit-tifsira ta' entità kontraenti fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2014/25/UE li twettaq attività marbuta mas-servizzi postali msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/25/UE.

(13)

Impriżi assoċjati mal-entità kontraenti, li l-applikant qed iressaq din it-talba fuq talba tagħhom, u li jwettqu l-attività li hija l-bażi tat-talba huma l-impriżi li ġejjin: Pocztowe Towarzystwo Ubezpieczeń Wzajemnych, Pocztowa Agencja Usług Finansowych S.A., Pocztylion-Arka Powszechne Towarzystwo Emerytalne S.A., Bank Pocztowy S.A.

(14)

Għall-fini tal-valutazzjoni, l-attivitajiet rilevanti huma dawn li ġejjin:

(a)

is-servizzi tal-ġbir, tal-issortjar, tat-trasport u tat-tqassim ta' oġġetti bil-kurriera,

(b)

is-servizzi fir-rigward ta' oġġetti postali mingħajr indirizz

(c)

is-servizzi tal-istampar u tal-ippakkjar,

Servizzi tal-ġbir, tal-issortjar, tat-trasport u tat-tqassim ta' oġġetti bil-kurriera,

(15)

F'deċiżjonijiet preċedenti il-Kummissjoni sostniet li s-suq tas-servizzi tat-tqassim tal-posta jista' jinqasam f'servizz tal-posta bażiku u servizz tal-posta express jew bil-kurriera (9). Minbarra li jipprovdi servizz aktar mgħaġġel u aktar affidabbli tal-ġbir, tat-trasport u tat-tqassim, is-servizz tal-posta express huwa kkaratterizzat minn provvista ta' servizzi addizzjonali, bħall-garanzija tat-tqassim sa ċertu data, it-tqassim lill-persuna indirizzata nnifisha jew is-sejbien u t-traċċar tal-oġġetti postali matul il-proċess ta' tad-distribuzzjoni. Id-definizzjoni proposta mill-applikant hija konformi mal-preċedenti tal-Kummissjoni. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, is-suq rilevanti tal-prodotti huwa definit bħala d-distribuzzjoni ta' oġġetti bil-kurriera.

(16)

F'dak li jirrigwarda s-suq ġeografiku, fid-Deċiżjonijiet preċedenti tagħha, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kamp ta' applikazzjoni tas-swieq għas-servizzi postali, li setgħu jinkludu swieq aktar stretti (eż. servizzi ta' ittri tal-posta; servizzi tat-tqassim ta' pakketti żgħar) deher li huwa nazzjonali (10). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li pereżempju s-suq tat-tqassim internazzjonali ta' pakketti żgħar kellu dimensjoni nazzjonali (11). Id-definizzjoni proposta mill-applikant hija konsistenti mal-preċedenti tal-Kummissjoni. Minħabba li ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi kamp ta' applikazzjoni usa' jew idjaq tas-suq, għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni tas-suq ġeografiku għas-servizzi tal-kurriera huwa nazzjonali.

(17)

Fir-rigward tal-valutazzjoni dwar jekk l-attività hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant u anki meta wieħed iħares lejn l-aħħar rapport tas-swieq postali fil-Polonja (12), jista' jiġi stabbilit li hemm diversi operaturi attivi fis-suq għal servizzi express u bil-kurriera, inklużi s-sussidjarji tal-integraturi l-kbar kollha (jiġifieri UPS; DHL; FedEx), is-sussidjarji li għandhom l-operaturi postali nazzjonali attivi f'dan is-segment tas-suq postali (eż. DPD; GLS) u fornituri nazzjonali (eż: InPost; K-EX). Skont l-informazzjoni disponibbli (13), is-sehem mis-suq ta' Poczta Polska f'dan is-segment tas-suq kien ta' kważi 12 % f'termini ta' volum u ta' 9 % f'termini ta' fatturat fl-2014, meta mqabbel ma' kważi 3 % f'termini ta' volum u 5 % f'termini ta' fatturat fl-2013.

(18)

Jidher li l-ishma mis-suq tal-kompetituri ta' Poczta Polska S.A. huma ogħla jew komparabbli għal dawk ta' Poczta Polska S.A. L-ishma mis-suq tal-akbar kompetituri f'termini ta' fatturat huma rispettivament: […] [… %] fl-2013 u […] fl-2014; […] [… %] fl-2013 u [… %] fl-2014; […] [… %] fl-2013 u [… %] fl-2014; […] [… %] fl-2013, [… %] fl-2014; […] [… %] fl-2013 u [… %] fl-2014 (14);

(19)

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, il-fatturi elenkati fil-premessi 15 sa 18 għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta' esponiment għall-kompetizzjoni ta' din l-attività fil-Polonja. Konsegwentement, minħabba li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE huma ssodisfati, għandu jiġi stabbilit li d-Direttiva 2014/25/UE ma tapplikax għall-kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta' din l-attività fil-Polonja.

Servizzi ta' oġġetti postali mingħajr indirizz

(20)

Il-posta ta' reklamar mingħajr indirizz hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' indirizz ta' destinazzjoni partikolari li jidentifika lid-destinatarju individwali finali. Hija posta ta' reklamar mhux mitlub, li tissodisfa ċerti kriterji bħalma huma: il-piż, il-format, il-kontenut u l-preżentazzjoni uniformi għad-distribuzzjoni lejn grupp ta' destinatarji.

(21)

F'deċiżjonijiet preċedenti il-Kummissjoni sostniet li s-suq għas-servizzi ta' tqassim tal-posta jista' jinqasam fi swieq tal-posta bl-indirizz u swieq tal-posta mingħajr indirizz (15).

(22)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-UKE u filwaqt li titqies il-prattika eżistenti tal-Kummissjoni, għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, is-suq rilevanti tal-prodotti huwa definit bħala servizzi relatati mad-distribuzzjoni ta' oġġetti postali mingħajr indirizz.

(23)

Skont il-prassi preċedenti tal-Kummissjoni, it-tqassim ta' posta mingħajr indirizz ġeografiku huwa nazzjonali fil-prinċipju, peress li n-netwerks tat-tqassim huma organizzati fil-livell nazzjonali, aktarx hemm differenzi fil-prezzijiet bejn l-Istati Membri differenti u l-parti l-kbira tal-oġġetti postali mingħajr indirizz huma materjal ta' reklamar, fejn il-lingwa hija fattur importanti għall-udjenza fil-mira (= id-destinatarji). Id-definizzjoni proposta mill-applikant hija konsistenti mal-preċedenti tal-Kummissjoni. Minħabba li ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi kamp ta' applikazzjoni usa' jew idjaq tas-suq, għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni tas-suq ġeografiku għas-servizzi ta' oġġetti postali mingħajr indirizz huwa nazzjonali.

(24)

Jidher li l-ishma mis-suq tal-kompetituri ta' Poczta Polska S.A. huma ogħla jew komparabbli għal dawk ta' Poczta Polska S.A. L-ishma mis-suq tal-akbar kompetituri f'termini ta' fatturat huma rispettivament: […] f'termini ta' fatturat [… %] fl-2013, fi [… %] fl-2014; […] [… %] fl-2013, [… %] fl-2014; […] [… %] fl-2013, [… %] fl-2014; Is-sehem mis-suq ta' Poczta Polska S.A. kien baxx meta mqabbel mal-kompetituri tagħha u kien jammonta għal 6,2 % f'termini ta' volum u għal 13,94 % f'termini ta' fatturat fl-2014 (16).

(25)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba u filwaqt li jitqies ir-rapport tal-UKE tal-2014, jidher li f'dan is-suq Poczta Polska għandha ħafna kompetituri. Billi Poczta Polska kellha sehem stabbli mis-suq fl-2013 u fl-2014 u fid-dawl tal-fatt li ma hemm kważi l-ebda ostaklu għad-dħul f'dan is-suq, wieħed jista' jassumi b'ċertezza li bħalissa hija esposta għal kompetizzjoni diretta u se jkollha tħabbat wiċċha ma' restrizzjonijiet kompetittivi anke fil-futur qarib.

(26)

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, il-fatturi elenkati fil-premessi 20 sa 25 għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta' esponiment għall-kompetizzjoni ta' din l-attività fil-Polonja. Konsegwentement, minħabba li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE huma ssodisfati, għandu jiġi stabbilit li d-Direttiva 2014/25/UE ma tapplikax għall-kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta' din l-attività fil-Polonja.

Servizzi tal-istampar u tal-ippakkjar

(27)

Is-servizzi tal-istampar u tal-ippakkjar jiġu offruti bħala pakkett ta' servizzi għall-forniment fi kwantitajiet kbar, u din hija prattika komuni marbuta ma' kwantitajiet kbar ta' korrispondenza. Il-pakkett jinkludi, fost affarijiet oħra, ir-riċevuta tad-dokumenti, l-istampar, l-għata u l-kisi, l-ippakkjar.

(28)

Sabiex tiżdied il-kosteffiċjenza, proċessi interni bħal dawn ta' sikwit jiġu esternalizzati minn kumpaniji lil partijiet terzi.

(29)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-UKE u filwaqt li titqies il-prattika eżistenti tal-Kummissjoni (17), għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, is-suq rilevanti tal-prodotti huwa definit bħala servizzi relatati mal-istampar u mal-ippakkjar ta' oġġetti postali.

(30)

Skont il-preċedenti tal-Kummissjoni, is-suq tat-tqassim għas-servizzi tal-istampar u tal-ippakkjar fil-prinċipju huwa nazzjonali. Qabelxejn, il-faċilità tal-istampar hija organizzata fuq livell nazzjonali, minkejja li jista' jkun il-każ li xi stampar isir barra t-territorju nazzjonali. Barra minn hekk, hemm differenzi fil-prezzijiet bejn Stati Membri differenti. Kif ukoll, il-biċċa l-kbira ta' dawn is-servizzi jitwettqu għal spedituri nazzjonali attwali jew potenzjali bl-għan li jottimizzaw il-proċessi interni tagħhom u jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom.

(31)

Id-definizzjoni proposta mill-applikant hija konsistenti mal-preċedenti tal-Kummissjoni. Minħabba li ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi kamp ta' applikazzjoni usa' jew idjaq tas-suq, għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni tas-suq ġeografiku għas-servizzi tal-istampar u tal-ippakkjar huwa nazzjonali.

(32)

Is-sehem mis-suq ta' Poczta Polska S.A. huwa baxx ħafna u kien jammonta għal 1,17 % biss fl-2014 (18).

(33)

L-ishma mis-suq tal-kompetituri ta' Poczta Polska S.A. huma ogħla b'mod sinifikanti. L-ishma mis-suq tal-akbar atturi f'termini ta' fatturat huma kif ġej: Emerson Polska sp. z o.o. S.K.A. 28,4 % fl-2013 u 24,6 % fl-2014; Unizeto Technologies S.A. 21,2 % fl-2013 u 21,0 % fl-2014; Inforsys S.A. 17,8 % fl-2013 u 20,7 % fl-2014 (19).

(34)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba u filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-rapport tal-UKE tal-2014, jista' jiġi konkluż li bħalissa Poczta Polska S.A. hija esposta għal kompetizzjoni diretta u se jkollha tħabbat wiċċha ma' restrizzjonijiet kompetittivi anke fil-futur prevedibbli.

(35)

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni, il-fatturi elenkati fil-premessi 27 sa 34 għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta' esponiment għall-kompetizzjoni ta' din l-attività fil-Polonja. Konsegwentement, minħabba li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE huma ssodisfati, għandu jiġi stabbilit li d-Direttiva 2014/25/UE ma tapplikax għall-kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta' din l-attività fil-Polonja.

IV.   IL-KONKLUŻJONI

(36)

Minħabba l-fatturi eżaminati fil-premessi 3 sa 35, il-kundizzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni stipulata fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, għandha titqies li hija ssodisfata fil-Polonja, fir-rigward tas-servizzi li ġejjin:

(a)

il-ġbir, l-issortjar, it-trasport u t-tqassim ta' oġġetti bil-kurriera,

(b)

l-oġġetti postali mingħajr indirizz,

(c)

is-servizzi tal-istampar u tal-ippakkjar,

(37)

Minħabba li l-kundizzjoni ta' aċċess mhux ristrett għas-suq titqies li ġiet issodisfata, id-Direttiva 2014/25/UE la għandha tapplika meta l-entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti maħsuba biex jippermettu l-għoti tas-servizzi tal-ġbir, tal-issortjar, tat-trasport u tat-tqassim ta' oġġetti bil-kurriera, is-servizzi tal-istampar u tal-ippakkjar, is-servizzi tal-oġġetti postali mingħajr indirizz fil-Polonja, u lanqas meta jiġu organizzati konkorsi tad-disinn għat-twettiq ta' tali attività f'dik iż-żona ġeografika.

(38)

Din id-Deċiżjoni hi bbażata fuq is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali kif kienet mit-2 ta' Frar 2016 sat-23 ta' Marzu 2016, kif toħroġ mill-informazzjoni mressqa mill-applikant, u mir-rapport tal-UKE tal-2014. Din tista' tiġi reveduta, jekk bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni ġuridika jew fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE ma jibqgħux issodisfati.

(39)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2014/25/UE ma għandhiex tapplika għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u li huma maħsuba biex jippermettu l-għoti tas-servizzi segwenti fil-Polonja:

(a)

il-ġbir, l-issortjar, it-trasport u t-tqassim ta' oġġetti bil-kurriera,

(b)

l-oġġetti postali mingħajr indirizz,

(c)

is-servizzi tal-istampar u tal-ippakkjar,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(2)  Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2013, il-punt 907, kif emendat.

(3)  Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(4)  Id-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 176, 5.7.2002, p. 21).

(5)  Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3).

(6)  Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2012, il-punt 1529.

(7)  Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/16/KEE tal-20 ta' Diċembru 1989 dwar il-provvista fil-Pajjiżi l-Baxxi tas-servizz tal-posta rapida (ĠU L 10, 12.1.1990, p. 47) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/456/KEE tal-1 ta' Awwissu 1990 dwar il-provvista fi Spanja ta' servizzi ta' posta rapida internazzjonali (ĠU L 233, 28.8.1990, p. 19).

(10)  Il-Każ Nru COMP/M.2908 Deutsche Post/DHL (II), il-premessa 20 u l-Każ Nru COMP/M.5152- Posten AB/Post Danmark A/S, il-premessi 64-74, COMP/M.6570 — UPS/TNT Express, il-premessa 243, il-Każ Nru COMP 39562 Slovak Post.

(11)  Il-Każ Nru COMP/M.5152 — Posten AB/Post Danmark A/S, il-premessa 74.

(12)  It-tabella 17, p. 35 tar-rapport ta' Urzad Komunikacji Elektronicznej tal-2014.

(13)  Raport o stanie rynku pocztowego za rok 2014, p. 44.

(14)  […] informazzjoni kunfidenzjali.

(15)  Il-Każ Nru COMP/M.5152- Posten AB/Post DanmarkA/S.

(16)  It-tabella 20, p. 46 tar-rapport ta' Urząd Komunikacji Elektronicznej tal-2014

(17)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/184/UE tat-2 ta' April 2014 li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (ĠU L 101, 4.4.2014, p. 4), il-premessa 76.

(18)  Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-applikant.

(19)  Ibid.


22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/10


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1196

tal-20 ta' Lulju 2016

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2007/275/KE dwar il-listi ta' annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE

(notifikata bid-dokument C(2016) 4494)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (3) tistipula li l-annimali u l-prodotti elenkati fl-Anness I tagħha għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli veterinarji fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE (“il-kontrolli veterinarji”). Id-Deċiżjoni 2007/275/KE tistipula wkoll deroga minn kontrolli veterinarji bħal dawn dan għal ċerti prodotti komposti u għall-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness II tagħha.

(2)

Il-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE telenka l-annimali u l-prodotti skont in-Nomenklatura Magħquda (“NM”), kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (4). Din il-lista tintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bħala l-ewwel pass fl-għażla tal-kunsinni li jridu jiġu sottomessi għall-kontrolli veterinarji.

(3)

Sa mid-data meta ġiet adottata d-Deċiżjoni 2007/275/KE, il-kodiċijiet NM stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ġew aġġornati bosta drabi, u l-aktar emendi reċenti huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 (5). Billi saru bosta emendi fil-kodiċijiet NM għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali, jenħtieġ li l-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE tiġi aġġornata sabiex tqis dawk l-emendi.

(4)

F'diversi titli tan-NM u kodiċijiet tan-NM elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jirrappreżentaw biss parti żgħira tal-prodotti inklużi fit-titlu jew fil-kodiċi rilevanti tan-NM. F'każijiet bħal dawn, il-kolonna 3 tal-lista msemmija hawn fuq tirreferi għal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni applikabbli u tipprovdi dettalji tal-annimali u tal-prodotti li jridu jiġu soġġetti għal kontrolli veterinarji. Filwaqt li jitqiesu t-terminoloġija u r-referenzi f'leġiżlazzjoni veterinarja oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk ir-referenzi fid-Deċiżjoni 2007/275/KE jiġu aġġornati sabiex ikunu allinjati mal-leġiżlazzjoni veterinarja attwali tal-Unjoni.

(5)

Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li l-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE tiġi aġġornata sabiex tqis l-emendi li saru fil-kodiċijiet NM u fil-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-prodotti komposti u l-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/275/KE ma għandhomx jiġu sottomessi għal kontrolli veterinarji. Għaldaqstant, dawn jenħtieġ li jkunu identifikabbli b'mod ċar u għandhom jintrabtu mal-kodiċijiet NM tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li ċerti prodotti komposti u oġġetti tal-ikel jitħassru mil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/275/KE. Għaldaqstant, jenħtieġ li dik il-lista tiġi emendata skont dan.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/275/KE tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2007/275/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 dwar il-listi ta' annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE. (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-6 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 285, 30.10.2015, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2007/275/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-KAPITOLU 2, it-tabella hi ssostitwita b'dan li ġej:

“Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

0201

Laħam ta' annimali bovini, frisk jew imkessaħ

Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta minn dan il-kodiċi.

0202

Laħam ta' annimali bovini, iffriżat

Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta minn dan il-kodiċi.

0203

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta minn dan il-kodiċi.

0204

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta minn dan il-kodiċi.

0205 00

Laħam taż-żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tal-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta minn dan il-kodiċi.

0206

Ġewwieni li jittiekel ta' annimali bovini, majjali, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tal-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta minn dan il-kodiċi.

0207

Laħam u ġewwieni li jittiekel, tat-tjur tat-titolu 0105 , frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta minn dan il-kodiċi.

0208

Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew iffriżat.

Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta minn dan il-kodiċi.

Dan ikopri materja prima oħra għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-kollaġen għall-konsum mill-bniedem. Ikopri l-laħam u l-ġewwieni li jittiekel kollu mis-sottotitoli li ġejjin:

 

0208 10 (tal-fniek jew tal-liebri)

 

0208 30 00 (tal-primati)

 

0208 40 (tal-balieni, tad-dniefel u tal-foċeni (mammiferi tal-ordni Cetacea); tal-lamantini u tad-dugongi (mammiferi tal-ordni Sirenia); tal-foki, tal-iljuni tal-baħar u tal-odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia)).

 

0208 50 00 (tar-rettili, inklużi s-sriep u l-fkieren)

 

0208 60 00 (tal-iġmla u kamelidi oħra (Camelidae))

 

0208 90 (oħrajn: tal-ħamiem domestiku, tal-annimali tal-kaċċa għajr tal-fniek jew tal-liebri): ikopri l-laħam tas-summien, tar-renna jew ta' kull speċi oħra ta' mammiferi. Ikopri s-saqajn taż-żrinġijiet taħt il-kodiċi NM 0208 90 70 .

0209

Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tal-pollam, mhux immaċinat jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat.

Kollha, ikopri kemm xaħam kif ukoll xaħam ipproċessat kif deskritt fil-kolonna 2, anki jekk adattat biss għall-użu industrijali (mhux adattat għall-konsum mill-bniedem).

0210

Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittieklu.

Kollha, ikopri l-laħam, il-prodotti tal-laħam u prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali.

Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum mill-bniedem mhijiex koperta minn dan il-kodiċi.

Ikopri l-proteini pproċessati tal-annimali u l-widnejn tal-qażquż imnixxfin għall-konsum mill-bniedem. Anki meta t-tali widnejn tal-qażquż imnixxfin jintużaw bħala għalf għall-annimali, l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2006 (*) jikkjarifika li dawn jistgħu jiġu koperti mill-kodiċi 0210 99 49 . Madankollu, il-fdalijiet u l-widnejn tal-qażquż imnixxfin li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem jaqgħu taħt il-kodiċi 0511 99 85 .

L-għadam għall-konsum mill-bniedem huma koperti taħt it-titolu 0506 .

Iz-zalzett huwa kopert taħt it-titolu 1601 .

L-estratti u s-sugu tal-laħam huma koperti taħt it-titolu 1603 .

Il-qrieqeċ huma koperti taħt it-titolu 2301 .

(b)

Fil-KAPITOLU 5, it-tabella qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

L-entrata għat-titolu 0506 qed tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“0506

Għadam u ċ-ċentri tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, sempliċement ippreparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), ittrattati bl-aċidu jew deġelatinizzati; it-trab u l-fdal ta' dawn il-prodotti.

Ikopri l-għadam użat bħala mgħid tal-klieb u l-għadam għall-produzzjoni tal-ġelatina, jew tal-kollaġen jekk ikunu derivati minn karkassi li jkunu nqatlu għall-konsum mill-bniedem.

Id-dqiq tal-għadam għall-konsum mill-bniedem huwa koperti taħt it-titolu 0410 .

Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti bħal dawn mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fir-Ringiela 6 (trofej tal-kaċċa) u fir-Ringiela 11 (għadam u prodotti tal-għadam (għajr l-għadam mitħun), qrun u prodotti tal-qrun (għajr il-qrun mitħun) u qwieqeb u prodotti tal-qwieqeb (għajr qwieqeb mitħuna) għal użijiet minbarra bħala materjal ta' għalf, fertilizzant organiku jew materjal li jtejjeb il-ħamrija) u r-Ringiela 12 (affarijiet tat-tgerrim mill-klieb) tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.”

(ii)

L-entrata għall-kodiċi NM 0508 00 00 hi ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 0508 00 00

Korall u materjal simili, mhux maħdumin jew sempliċiment ippreparati iżda mhux maħdumin mod ieħor; qxur ta' molluski, krustaċji jew ekinodermi u għadam tas-siċċ, mhux maħduma jew sempliċement ippreparati iżda mhumiex maqtugħin għall-forma, trab u fdal li joħroġ minnhom.

Qxur vojta għall-użu fl-ikel u għall-użu bħala materja prima għall-glukożammina.

Barra minn hekk, il-qxur, inkluż l-għadam tas-siċċ, b'laħam jew tessut artab, kif imsemmi fil-punt (k)(i) tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 huma koperti.”

(iii)

L-entrata għat-titolu ex 0511 qed tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 0511

Il-prodotti mill-annimali mhux speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem.

Kollha, ikopri s-sottotitoli 0511 10 sa 0511 99 .

Ikopri materjal ġenetiku (semen u embrijuni li ġejjin mill-annimali bħall-ispeċi bovina, ovina, kaprina, ekwina u porċina) u prodotti sekondarji tal-annimali ta' materjali tal-Kategoriji 1 u 2, kif imsemmi fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' prodotti mill-annimali li jaqgħu taħt is-sottotitoli 0511 10 sa 0511 99 :

 

0511 10 00 (semen bovina).

 

0511 91 (prodotti tal-ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn): kollha, ikopri bajd tal-ħut għat-tifqis, annimali mejta, prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta' ikel għall-annimali domestiċi u għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra. Ikopri annimali mejtin kif imsemmi fil-Kapitolu 3, mhux tajbin biex jittieklu jew ikklassifikati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, pereżempju, daphnids, magħrufin bħala briegħed tal-ilma, u ostrakoda jew fillopodi oħrajn, imnixxfa, biex jitimgħu ħut tal-akkwarju; ikopri l-lixka tal-ħut.

 

ex 0511 99 10 (ligamenti jew għeruq; bċejjeċ u skart simili ta' ġlud mhux maħdumin).

Il-kontrolli veterinarji huma meħtieġa għall-ġlud mhux maħdumin kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

 

ex 0511 99 31 (sponoż naturali mhux ipproċessati li joriġinaw mill-annimali): kollha, jekk għall-konsum mill-bniedem; jekk mhux għall-konsum mill-bniedem, dawk intiżi għall-annimali domestiċi biss. Rekwiżiti speċifiċi għal nuqqas ta' konsum mill-bniedem huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

 

ex 0511 99 39 (għajr sponoż naturali mhux ipproċessati li joriġinaw mill-annimali): kollha, jekk għall-konsum mill-bniedem; jekk mhux għall-konsum mill-bniedem, dawk intiżi għall-annimali domestiċi biss. Rekwiżiti speċifiċi għall-konsum mhux mill-bniedem huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

 

0511 99 85 (prodotti mill-annimali oħra mhux speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem): kollha: l-embrijuni, l-ova, is-semen u l-materjal ġenetiku mhux kopert mill-kodiċi 0511 10 u tal-ispeċijiet għajr l-annimali bovini li jaqgħu taħt dan t-titolu. Ikopri l-prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta' ikel tal-annimali domestiċi jew prodotti tekniċi oħrajn.

Ikopri xagħar taż-żiemel mhux trattat, prodotti ta' apikultura għajr xama' għall-apikultura jew użu tekniku, spermaċeti għal użu tekniku, annimali mejta msemmija fil-Kapitolu 1 li ma jittiklux jew li mhumiex għall-konsum mill-bniedem (pereżempju: klieb, qtates, insetti), materjal tal-annimali fejn il-karatteristiċi essenzjali ma jkunux tbiddlu, u d-demm tal-annimali li jittiekel li mhux derivat mill-ħut, għall-konsum mill-bniedem.”

(c)

Qed jiddaħħal il-KAPITOLU 6 li ġej:

“KAPITOLU 6

Siġar ħajjin u pjanti oħra; basal, għeruq u bħalhom; fjuri maqtugħin u weraq ornamentali

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri spawn għall-faqqiegħ f'kompost ta' demel sterilizzat li ġej mill-annimali.

Estratt min-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

0602 90 10 Spawn għall-faqqiegħ:

Spawn għall-faqqiegħ huwa t-terminu mogħti lil xibka ta' ħjut fraġli (Thallus jew Mycelium), li ħafna drabi tinsab taħt l-art, li tgħix u tikber fuq is-superfiċje ta' materjal ta' annimali jew veġetali li jkun qed jiddekomponi u li tiżviluppa fit-tessuti nnifishom u tipproduċi l-faqqiegħ.

Dan is-sottotitolu jinkludi wkoll prodott magħmul minn spawn għall-faqqiegħ, mhux kompletament żviluppat, li jitqiegħed f'ammonti mikroskopiċi fuq strat ta' ħbub tal-qamħ magħluqin f'kompost ta' demel taż-żwiemel sterilizzat (taħlita ta' tiben u demel taż-żwiemel).

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

ex 0602 90 10

Spawn għall-faqqiegħ

Biss, jekk ikun fih demel ipproċessat li joriġina mill-annimali u r-regoli speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.”

(d)

Fil-KAPITOLU 12, it-titolu huwa emendat kif ġej:

“Żrieragħ u frott żejtnin; diversi qmuħ, żrieragħ u frott; pjanti industrijali jew mediċinali; tiben u magħlef”

(e)

Il-KAPITOLU 15 huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-“Kummenti ġenerali”, fit-Taqsima bit-titolu “Estratt min-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata”, qed jiġu miżjuda l-paragrafi li ġejjin:

“It-titolu 1518 ikopri taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta' xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex jew ta' frazzjonijiet ta' xaħmijiet jew żjut differenti tal-Kapitolu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra.

Din il-parti tkopri, inter alia, iż-żejt tal-qali użat li fih, pereżempju, żejt tal-kolza, żejt tas-sojja u kwantità żgħira ta' xaħam tal-annimali, għall-użu fil-preparazzjoni tal-għalf tal-annimali.”

(ii)

It-tabella hija emendata kif ġej:

l-entrata għall-kodiċi NM 1505 00 hija ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“1505 00

Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmin derivati minnu (inkluża l-lanolina).

Kollha, xaħam tas-suf importat bħala xaħam imdewweb (grass immaċinat) kif stabbilit fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jew il-lanolina importata bħala prodott intermedju kif stabbilit fl-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.”

l-entrati għall-kodiċijiet NM 1518 00 95 u 1518 00 99 huma ssostwiti b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 1518 00 95

Taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta' xaħmijiet u żjut tal-annimali jew tal-annimali u tal-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom.

Xaħmijiet u preparazzjonijiet ta' żjut, grass immaċinat u d-derivattivi derivati mill-annimali; inkluż iż-żejt tat-tisjir użat, maħsub biex jintuża skont il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

ex 1518 00 99

Oħrajn

Jekk ikun fih ix-xaħam mill-annimali biss.”

(f)

Fil-KAPITOLU 16, fit-tabella, l-entrata għall-kodiċi NM 1603 00 u għat-titoli 1604 u 1605 huma ssostwiti b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“1603 00

Estratti u sugu tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta' invertebrati akkwatiċi oħrajn.

Kollha, ikopri l-estratti tal-laħam u konċentrati tal-laħam, ikopri l-proteini tal-ħut f'forma ta' ġel sew jekk imkessħin sew jekk iffriżati, ikopri l-qarquċa tal-klieb il-baħar.

ex 1604

Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut:

Kollha, preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li fihom il-ħut jew il-prodotti tas-sajd jew imħallta magħhom. Ikopri s-surimi bil-kodiċi NM 1604 20 05 .

Ikopri ħut fil-laned u kavjar fil-laned f'kontenituri bla arja, kif ukoll sushi (sakemm dawn ma jridux jiġu kklassifikati taħt kodiċi NM imsemmi fil-Kapitolu 19).

Il-prodotti tal-ħut imħallta bl-għaġin huma koperti mit-titolu 1902 .

L-hekk imsejħa skewers tal-ħut (laħam tal-ħut/gambli mhux ipproċessat bil-ħaxix ippreżentati fuq stikka tal-injam) huma kklassifikati bil-kodiċi NM 1604 19 97 .

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.

ex 1605

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, ippreparati jew ippreservati:

Kollha, inkluż il-bebbux ippreparat b'mod sħiħ jew ippreparat minn qabel. Ikopri l-krustaċji fil-laned, jew invertebrati akkwatiċi oħra kif ukoll trab tal-maskli.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.”

(g)

Fil-KAPITOLU 17, fit-tabella, l-entrata għall-kodiċi NM 1702 11 00 hija ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 1702

Zokkrijiet oħra, inklużi l-lattożju, il-maltożju, il-glukożju u l-fruttożju kimikament puri, f'forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx taħwir jew koloranti miżjudin; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat jew le ma' għasel naturali.

Għasel artifiċjali, lattożju, taħlitiet ta' għasel naturali u artifiċjali u taħlitiet li fihom il-lattożju.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.”

(h)

Qed jiddaħħal il-KAPITOLU 18 li ġej:

“KAPITOLU 18

Kawkaw u preparazzjonijiet tal-kawkaw

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti mill-annimali u l-prodotti komposti li fihom prodotti mill-annimali pproċessati.

Noti tal-Kapitolu 18 (estratt min-Noti ta' dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

Dan il-kapitolu ma jkoprix il-preparazzjonijiet tat-titli 0403, 1901, 1904, 1905, 2105, 2202, 2208, 3003 jew 3004.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

ex 1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet tal-ikel oħra li fihom il-kawkaw.

Li fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali, pereżempju, prodotti tal-ħalib.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.”

(i)

Fil-KAPITOLU 19, it-tabella qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

L-entrata għat-titolu 1901 qed tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 1901

Estratt tax-xgħir; il-preparazzjonijiet tal-ikel mid-dqiq, mill-groats (xgħir u barli mitħun oħxon), mill-pasta, mil-lamtu jew mill-estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; preparazzjonijiet tal-ikel mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas min 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.

Dawk li fihom inqas minn 20 % ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali biss, ikopri l-ikel tat-trabi abbażi tal-ħalib, ikopri pizez mhux imsajrin li l-ingredjenti ta' fuqhom joriġinaw mill-annimali.

Il-preparazzjonijiet kulinari huma koperti mill-Kapitoli 16 and 21.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.”

(ii)

L-entrata li ġejja qed tiddaħħal wara l-entrata għall-kodiċi NM ex 1902 40 u qabel l-entrata għall-kodiċi NM ex 1904 90 10:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 1904 10 10

Ikel ippreparat miksub billi jintefaħ jew jinxtewa l-qamħirrum.

Dawk li fihom inqas minn 20 % ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali biss, pereżempju, dawk imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 443/2013 (**), u li huma soġġetti għal kontrolli veterinarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni.

(iii)

L-entrata għat-titolu ex 1905 qed tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 1905

Patisseries.

Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom inqas minn 20 % ta' laħam jew prodotti mill-annimali oħra, pereżempju:

 

ex 1905 32 91 : Waffles u wejfers mimlija bil-laħam jew bil-ġobon (pereżempju: burek);

 

ex 1905 32 99 : waffles u wejfers mimlija bi prodotti mill-annimali minbarra l-laħam jew il-ġobon;

 

ex 1905 90 : pizza jew quiche imsajra jew imsajra minn qabel, mimlija jew miksija bi prodotti mill-annimali;

 

ex 1905 90 90 : Jekk ma jistax jinħażen fit-tul.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.”

(j)

Il-KAPITOLU 21 huwa emendat kif ġej:

(i)

Fin-“Noti tal-Kapitolu 21”, qed jiżdiedu n-noti addizzjonali li ġejjin:

“Noti addizzjonali

….

5.

Preparazzjonijiet tal-ikel oħra ppreżentati f'dożi mkejla, bħal pereżempju, kapsuli, pastilji u pilloli, u li huma maħsuba biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel għandhom ikunu kklassifikati taħt it-titolu 2106, sakemm ma jkunux speċifikati jew inklużi band'oħra.”

(ii)

It-tabella hija emendata kif ġej:

l-entrata għat-titolu ex 2104 hija ssostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 2104

Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati.

Ikopri preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali, inkluż l-ikel għat-trabi f'kontenituri b'kontenut ta' piż nett li ma jaqbiżx 250 g.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.”

l-entrati għall-kodiċi NM 2106 90 92 u ex 2106 90 98 huma ssostwiti b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 2106 90 92

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn mhux speċifikati jew inklużi band'oħra, li ma fihom ebda xaħam tal-ħalib, sukrożju, iżoglukożju, glukożju jew lamtu jew li fihom, bil-piż, anqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew iżoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu.

Ikopri preparazzjonijiet tal-ikel (pereżempju, supplimenti tal-ikel) li jkun fihom prodotti mill-annimali, pereżempju, iżolat ta' proteina tax-xorrox, kondrojtina, glukożammina, kitosan, karbonat tal-kalċju, isfar tal-bajd likwidu, immellaħ u pasturizzat, żjut tal-annimali (pereżempju, żejt tal-ħut f'kapsuli), b'sustanzi oħra jew mingħajrhom.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.

ex 2106 90 98

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra.

Ikopri preparazzjonijiet tal-ikel (pereżempju: supplimenti tal-ikel, fondue tal-ġobon) li jkun fihom prodotti mill-annimali, pereżempju l-kondrojtina, il-glukożammina, iż-żjut tal-annimali (pereżempju, iż-żejt tal-ħut f'kapsuli).

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.”

(k)

Fil-KAPITOLU 22, fit-tabella, l-entrata għall-kodiċi NM ex 2202 90 hija ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 2202 90 91

Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009 u li fih inqas minn 0,2 % bil-piż ta' xaħam miskub mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 .

Ikopri xorb mhux alkoħoliku li fih prodotti pproċessati mill-annimali, pereżempju, xarbiet tal-jogurt b'biċċiet taċ-ċereali, kafè jew xarbiet taċ-ċikkulata.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.

ex 2202 90 95

Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009 u li fih 0,2 % jew aktar iżda inqas minn 2 % bil-piż ta' xaħam miskub mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 .

Ikopri xorb mhux alkoħoliku li fih prodotti pproċessati mill-annimali, pereżempju, xarbiet tal-jogurt b'biċċiet taċ-ċereali, kafè jew xarbiet taċ-ċikkulata.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.

ex 2202 90 99

Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009 u li fih 2 % jew aktar bil-piż ta' xaħam miskub mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 .

Ikopri xorb mhux alkoħoliku li fih prodotti pproċessati mill-annimali, pereżempju, xarbiet tal-jogurt b'biċċiet taċ-ċereali, kafè jew xarbiet taċ-ċikkulata.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.

ex 2208 70

Likuri u kordjali

Il-likuri li jinkludu l-ispirti, li jikkonsistu f'emulsjonijiet tal-ispirtu bi prodotti mill-annimali bħalma huma l-isfar tal-bajd jew il-krema.

Għal prodotti komposti, ara l-Artikoli 4 u 6 ta' din id-Deċiżjoni.”

(l)

Fil-KAPITOLU 23, fit-tabella, l-entrata għat-titolu ex 2309 hija ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 2309

Preparazzjonijiet ta' tip li jintużaw fl-għalf tal-annimali.

Kollha, jekk ikun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali, għajr is-sottotitoli 2309 90 20 u 2309 90 91 .

Ikopri, fost affarijiet oħra, ikel tal-klieb jew tal-qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut (bis-sottotitolu 2309 10 ), li jkun fih prodotti mill-annimali u sustanzi li jinħallu tal-ħut jew tal-mammiferi tal-baħar (bil-kodiċi NM 2309 90 10 ). Prodotti għal finijiet ta' għalf tal-annimali, inklużi taħlitiet ta' pasti (bħal qawqab u qrun).

Dan it-titolu jkopri ħalib likwidu, kolostru u prodotti li fihom prodotti tal-ħalib, kolostru jew karboidrati, ilkoll mhux għall-konsum mill-bniedem iżda għall-għalf tal-annimali.

Ikopri l-ikel tal-annimali domestiċi, il-mgħid tal-klieb u t-taħlitiet ta' pasti, it-taħlitiet jistgħu jinkludu insetti mejta.

Rekwiżiti speċifiċi għall-ikel tal-annimali domestiċi inkluż il-mgħid tal-klieb huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Ikopri prodotti tal-bajd mhux għall-konsum mill-bniedem u prodotti pproċessati oħra li joriġinaw mill-annimali li mhumiex għall-konsum mill-bniedem.

Ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti tal-bajd huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.”

(m)

Fil-KAPITOLU 29, fit-tabella, l-entrata għall-kodiċi NM ex 2932 99 00 hija ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 2922 49

Amminoaċidi oħra, ħlief dawk li fihom aktar minn tip wieħed ta' funzjoni ta' ossiġenu, u l-esteri tagħhom; il-melħ tagħhom.

Il-materja prima li toriġina mill-annimali biss użata għas-supplimenti tal-ikel jew għall-għalf tal-annimali.

ex 2925 29 00

Imini oħra u d-derivattivi tagħhom għajr il-Klordimeform (ISO); il-melħ tagħhom.

Kreatina li toriġina mill-annimali.

ex 2930

Komposti organiċi bil-kubrit:

Ċerti amminoaċidi li joriġinaw mill-annimali:

 

ex 2930 90 13 Ċisteina u ċistina;

 

ex 2930 90 16 Derivattivi taċ-ċisteina jew taċ-ċistina.

ex 2932 99 00

Komposti eteroċikliċi oħra b'eteroatomu(i) tal-ossiġnu biss.

Jekk joriġinaw mill-annimali biss, pereżempju, il-glukożammina, il-glukożammina-6-fosfat u s-sulfati tagħhom.

ex 2942 00 00

Komposti organiċi oħrajn

Jekk joriġinaw mill-annimali biss.”

(n)

Fil-KAPITOLU 30, it-tabella qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

L-entrata għall-kodiċi NM 3001 90 91 hi ssostwita b'dan li ġej

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 3001 90 91

Sustanzi tal-annimali ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi: l-eparina u l-melħ tagħha.

Il-prodotti kollha tal-annimali, li huma maħsuba għal aktar ipproċessar skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 sabiex jikkonformaw mad-definizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 33 tal-istess Regolament.”

(ii)

L-entrata għall-kodiċi NM ex 3002 10 99 hi ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 3002 10 98

Frazzjonijiet oħra tad-demm u prodotti immunoloġiċi, sew jekk modifikati jew miksuba permezz ta' proċessi bijoteknoloġiċi sew jekk le

Materjal li ġej mill-annimali biss.”

(o)

Fil-KAPITOLU 31, fit-tabella, l-entrata għall-kodiċi NM ex 3101 00 00 hija ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 3101 00 00

Fertilizzanti tal-annimali jew veġetali, sew jekk imħalltin flimkien jew trattati kimikament sew jekk le; fertilizzanti prodotti permezz tat-taħlit jew tat-trattament kimiku ta' prodotti mill-annimali jew prodotti veġetali.

Prodotti dderivati mill-annimali biss f'forma mhux adulterata.

Ikopri l-gwanu għajr il-gwanu mineralizzat.

Ikopri d-demel imħallat bi proteina pproċessata mill-annimali, jekk jintuża bħala fertilizzant. iżda t-taħlitiet tad-demel u tas-sustanzi kimiċi użati bħala fertilizzanti huma esklużi (ara t-titolu 3105 , li jkopri biss il-fertilizzanti minerali jew kimiċi).

Ir-rekwiżiti speċifiċi għad-demel, għad-demel ipproċessat jew għall-prodotti tad-demel ipproċessat huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

ex 3105 10 00

L-oġġetti ta' dan il-kapitolu f'għamla ta' pilloli jew forom simili jew f'imballaġġ ta' piż gross li ma jaqbiżx l-10 kg.

Fertilizzanti li jkun fihom prodotti dderivati mill-annimali biss.

Ir-rekwiżiti speċifiċi għad-demel, għad-demel ipproċessat jew għall-prodotti tad-demel ipproċessat huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.”

(p)

Qed jiddaħħlu l-KAPITOLU 32 u 33 li ġejjin:

“KAPITOLU 32

Estratti għall-ikkonzar jew għall-kolorazzjoni; tannini u d-derivattivi tagħhom; żebgħat, pigmenti u koloranti oħra; żebgħat u verniċi; stokk u mastiċi oħra; linek

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

ex 3204

Kolorant organiku sintetiku, sew jekk definit kimikament sew jekk le; preparazzjonijiet kif speċifikati fin-nota 3 għal dan il-kapitolu bbażati fuq kolorant organiku sintetiku; prodotti organiċi sintetiċi ta' tip użati bħala aġenti brillaturi fluworexxenti jew bħala luminofori, sew jekk definiti kimikament sew jekk le.

Id-dispersjonijiet tal-kulur fil-bażi tax-xaħam fil-ħalib biss, użati għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf.

KAPITOLU 33

Żjut essenzjali u reżinojdi; preparazzjonijiet ta' fwejjaħ, kożmetiċi jew tat-twaletta

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

ex 3302

Taħlitiet ta' sustanzi li jfewħu u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b'bażi ta' wieħed jew aktar minn dawn is-sustanzi, tat-tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħra bbażati fuq sustanzi li jfewħu, tat-tip użati għall-manifattura tax-xorb.

It-taħwir fil-bażi tax-xaħam fil-ħalib biss, użat għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf.”

(q)

Fil-KAPITOLU 35, it-tabella qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

L-entrata għall-kodiċi NM ex 3503 00 hija ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“3503 00

Ġelatina (inkluża l-ġelatina f'folji rettangolari [inklużi dawk kwadri], sew jekk bil-wiċċ maħdum jew ikkulurit sew jekk le) u d-derivattivi tal-ġelatina; isinglass; kolol oħra li joriġinaw mill-annimali, għajr il-kolol tal-kaseina tat-titolu 3501 .

Ikopri l-ġelatina għall-konsum mill-bniedem u għall-industrija tal-ikel.

Il-ġelatina kklassifikata bit-titolu 3913 (il-proteini mwebbsa) u bit-titolu 9602 (ġelatina maħduma u mwebbsa u oġġetti ta' ġelatina mhux imwebbsa), pereżempju, kapsuli vojta jekk mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, huma esklużi mill-kontrolli veterinarji.

Ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata mhux għall-konsum mill-bniedem u fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV ta' dak ir-Regolament għall-fotoġelatina.”

(ii)

Qed tiżdied l-entrata li ġejja:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 3507 90 90

Enzimi oħra minbarra kimożina u konċentrati tagħhom jew lipoproteina lipażi jew proteażi alkalina tal-aspergillus.

Jekk ikunu joriġinaw mill-annimali u jintużaw fl-industrija tal-ikel, pereżempju, pepsin jew enzimi b'45 % ta' lattożju.”

(r)

Il-KAPITOLU 38 huwa emendat kif ġej:

(i)

In-Noti li ġejjin qed jiddaħħlu wara t-titolu u qabel it-tabella:

“Noti tal-Kapitolu 38 (estratt min-Noti ta' dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

4.

Fin-nomenklatura kollha, “skart muniċipali” tfisser skart ta' tip li jinġabar mid-djar, lukandi, ristoranti, sptarijiet, ħwienet, uffiċċji, eċċ., knis tat-triq u tal-bankina, kif ukoll skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ. L-iskart muniċipali ġeneralment ikun fih varjetà kbira ta' materjali bħal plastik, gomma, injam, karta, tessuti, ħġieġ, metalli, materjali tal-ikel, għamara mkissra u oġġetti oħrajn imkissrin jew mormijin. ….”

(ii)

It-tabella hija emendata kif ġej:

L-entrati għall-kodiċi NM 3822 00 00 u ex 3825 10 00 huma ssostwiti b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 3822 00 00

Reaġenti dijanjostiċi jew tal-laboratorju fuq rinforz, reaġenti ppreparati dijanjostiċi jew tal-laboratorju sew jekk fuq rinforz sew jekk le, għajr dawk tat-titolu 3002 jew 3006 ; materjali ta' referenza ċċertifikati.

Li ġejjin minn prodotti tal-annimali biss, ħlief mezz mediku kif definit fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (***) u mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 98/79/KE (****).

ex 3825 10 00

Skart muniċipali.

L-iskart tal-kejtering li fih prodotti tal-annimali biss, jekk dan ikun jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (g) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għajr l-iskart tal-kejtering li joriġina direttament minn mezzi ta' trasport li joperaw internazzjonalment u li jintrema skont l-Artikolu 12(d) tal-istess Regolament.

Żejt tal-ikel użat huma maħsub biex jintuża fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, pereżempju, għall-fertilizzant organiku jew għall-bijogass, jista' jkun kopert minn dan il-kodiċi NM.

L-entrata għall-kodiċi NM 3826 00 qed titħassar.

(s)

Fil-KAPITOLU 39, it-tabella qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

L-entrata għall-kodiċi NM ex 3913 90 00 fit-tabella hija ssostwita b'dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 3913 90 00

Polimeri naturali oħra (għajr l-aċidu alġiniku, il-melħ u l-esteri tiegħu) u polimeri naturali modifikati (pereżempju, proteini mwebbsa, derivattivi kimiċi ta' gomma naturali), mhux speċifikati jew inklużi band'oħra, f'forom primarji.

Derivati minn prodotti tal-annimali biss, pereżempju, sulfat tal-kondrojtin, kitosan, ġelatina mwebbsa.”

(ii)

Qed jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

“ex 3926 90 92

Oġġetti oħrajn tal-plastiks u oġġetti ta' materjali oħrajn tat-titli 3901 sa 3914 magħmula mill-folja.

Kapsuli vojta ta' ġelatina mwebbsa għall-konsum mill-annimali; ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

ex 3926 90 97

Oġġetti oħrajn tal-plastiks u oġġetti ta' materjali oħrajn tat-titli 3901 sa 3914 li mhumiex magħmula mill-folja.

Kapsuli vojta ta' ġelatina mwebbsa għall-konsum mill-annimali; ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.”

(t)

Il-KAPITOLU 71 li ġej qed jiddaħħal wara l-KAPITOLU 67:

“KAPITOLU 71

Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semiprezzjuż, metalli prezzjużi, metalli miksijin b'metall prezzjuż, u oġġetti magħmula minnhom; ġojjelli artifiċjali; muniti

Opinjoni ta' Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata 7101.21/1: Il-gajdri li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem, li fihom perla kultivata waħda jew aktar, ippreservati fis-salmura u mqiegħda f'kontenituri tal-metall mitbuqa.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

ex 7101 21 00

Perli kultivati mhux maduma.

Jinkludu gajdri li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem, li fihom perla kultivata waħda jew aktar, ippreservati fis-salmura jew b'metodi differenti, ippakkjati f'kontenituri mitbuqa.

Perli kultivati mhux maħduma kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 sakemm ma jkunux esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 kif stipulat fil-punt (f) tal-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament.”

(u)

Il-KAPITOLU 96 li ġej qed jiddaħħal wara l-KAPITOLU 95:

“KAPITOLU 96

Oġġetti mmanifatturati varji

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

ex 9602 00 00

Ġelatina maħduma, mhux imwebbsa (għajr il-ġelatina tat-titolu 3503 ) u oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa.

Kapsuli vojta ta' ġelatina mhux imwebbsa għall-ikel għall-konsum mill-annimali; ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-konsum mill-annimali.”

(v)

Il-KAPITOLU 99 qed jinbidel b'dan li ġej:

“KAPITOLU 99

Kodiċijiet tan-nomenklatura kkombinati speċjali

Subkapitolu II

Kodiċijiet statistiċi għal ċerti movimenti speċifiċi tal-merkanzija

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-annimali, l-ikel li joriġina mill-annimali, il-prodotti komposti u l-prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn pajjiżi terzi u li jitwasslu lil bastimenti u inġenji tal-ajru fi ħdan l-Unjoni Ewropea skont il-proċedura ta' tranżitu doganali (T1). Deroga mill-kundizzjonijiet tal-importazzjoni dwar is-saħħa pubblika tal-Unjoni Ewropea hija applikabbli għall-ikel li joriġina mill-annimali u għall-prodotti komposti, li jitwasslu lill-bastimenti skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 97/78/KE, b'ħażna temporanja jew mingħajrha f'żoni liberi approvati, fi mħażen liberi jew doganali.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

ex 9930 24 00

L-oġġetti tal-Kapitoli 1 sa 24 tan-NM li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru.

L-ikel li joriġina mill-annimali, inklużi l-prodotti komposti maħsuba għall-provvista lill-bastimenti kif stipulat fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 97/78/KE.

ex 9930 99 00

Oġġetti kklassifikati band'oħra li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru.

L-ikel li joriġina mill-annimali, inklużi l-prodotti komposti maħsuba għall-provvista lill-bastimenti kif stipulat fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 97/78/KE.”

(2)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test li ġej:

“ANNESS II

Lista ta' prodotti komposti u prodotti alimentari mhux soġġetti għal kontrolli veterinarji kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(b) ta' din id-Deċiżjoni

Din il-lista tistabbilixxi l-prodotti komposti u l-prodotti alimentari skont in-nomenklatura tal-merkanzija li qed tintuża fl-Unjoni li ma jridux jgħaddu minn kontrolli veterinarji f'post ta' spezzjoni fil-fruntiera.

Noti li jirrigwardaw it-tabella:

Kolonna (1) — il-kodiċi NM

Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (SA) imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li saret l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali, konkluża fi Brussell, fl-14 ta' Ġunju 1983, u approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni 87/369/KEE (“il-Konvenzjoni SA”). In-NM tirriproduċi t-titoli u s-sottotitoli tas-SA sa sitt figuri, u s-seba' u t-tmien figuri biss joħolqu sottotitoli ulterjuri li huma speċifiċi għaliha.

Meta jintuża kodiċi b'erba' figuri: sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prodotti komposti u l-prodotti alimentari kollha prefissi b'dawn l-erba' figuri jew koperti minnhom, mhumiex meħtieġa jgħaddu minn kontrolli veterinarji f'post ta' spezzjoni fil-fruntiera.

Meta jkunu biss ċerti prodotti speċifikati taħt kwalunkwe kodiċi ta' erba', sitt jew tmien figuri li fihom prodotti tal-annimali u fin-NM ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi, il-kodiċi jiġi mmarkat ex (pereżempju, ex 2001 90 65: il-kontrolli veterinarji mhumiex meħtieġa għall-prodotti deskritti fil-Kolonna (2)).

Kolonna (2) — Spjegazzjoni

Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-prodotti komposti u l-prodotti alimentari koperti bid-deroga mill-kontrolli veterinarji fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera. Meta jkun meħtieġ, il-veterinarji uffiċjali fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera jridu jevalwaw l-ingredjenti ta' prodott kompost u ta' prodott alimentari u jispeċifikaw, jekk il-prodott mill-annimali li hemm fil-prodott kompost u fil-prodott alimentari huwiex ipproċessat biżżejjed li ma jkunx jeħtieġ il-kontrolli veterinarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Kodiċi NM

Spjegazzjonijiet

(1)

(2)

1704 , 1806 20 , 1806 31 , 1806 32 , 1806 90 11 , 1806 90 19 , 1806 90 31 , 1806 90 39 , 1806 90 50

Ħlewwiet (inkluż il-ħelu) u ċikkulata, li fihom inqas minn 50 % ta' prodotti tal-bajd u tal-ħalib ipproċessati u ttrattati kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(a) ta' din id-Deċiżjoni.

1902 19 , 1902 30 , 1902 40

Għaġin u taljarini mhux imħallta jew mimlija bi prodotti tal-laħam; li fihom inqas minn 50 % ta' prodotti tal-bajd u tal-ħalib ipproċessati u ttrattati kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(a) ta' din id-Deċiżjoni.

1905 10 , 1905 20 , 1905 31 , 1905 32 , 1905 40 , 1905 40 10 , 1905 90 10 , 1905 90 20 , 1905 90 30 , 1905 90 45 , 1905 90 55 , 1905 90 60 , ex 1905 90 90 ;

Ħobż, kejkijiet, gallettini, waffles u wejfers, biskuttelli, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili; li fihom inqas minn 20 % ta' prodotti tal-bajd u tal-ħalib ipproċessati u ttrattati kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(a) ta' din id-Deċiżjoni.

1905 90 ikopri biss prodotti nixfin u li jitfarrku malajr.

ex 2001 90 65 , ex 2005 70 00

ex 1604

Żebbuġ mimli b'inqas minn 20 % ta' ħut

Żebbuġ mimli b'aktar minn 20 % ta' ħut

ex 2104 10 u ex 2104 20

Stokkijiet u ħwawar tas-sopop ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom anqas minn 50 % ta' żjut tal-ħut, trab tal-ħut jew estratti tal-ħut u ttrattati kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(a) ta' din id-Deċiżjoni.

ex 2106 10 , ex 2106 90

Supplimenti tal-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom ammonti żgħar (inqas minn 20 % b'kollox) ta' prodotti pproċessati mill-annimali (inkluż il-glukożammina, il-kondrojtin u/jew il-kitosan) għajr il-prodotti tal-laħam.”


(*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2006 tal-21 ta' Lulju 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 3).”

(**)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 443/2013 tas- 7 ta' Mejju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 130, 15.5.2013, p. 17).”

(***)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).

(****)  Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).”