ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/1106 tas-7 ta' Lulju 2016 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
* |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1110 tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta' nikil fl-għalf ( 1 ) |
|
|
* |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1111 tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-monitoraġġ tan-nikil fl-ikel ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
8.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1103
tal-24 ta' Ġunju 2016
li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/954 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
L-Unjoni għamlet objettiv tagħha li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(2) |
F'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), tali miżuri jistgħu jinkludu miżuri mmirati biex jiżguraw il-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri fir-rigward tal-konflitt tal-liġijiet u tal-ġurisdizzjoni. |
(3) |
Waqt il-laqgħa tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew approva l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u ta' deċiżjonijiet oħra ta' awtoritajiet ġudizzjarji bħala s-sisien tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw programm ta' miżuri bl-għan li dak il-prinċipju jiġi implimentat. |
(4) |
Ġie adottat, fit-30 ta' Novembru 2000, abbozz ta' programm ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali (3), komuni għall-Kummissjoni u għall-Kunsill. Dak il-programm jidentifika miżuri dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-konflitti tal-liġijiet bħala miżuri li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet u jipprevedi t-tfassil ta' strument f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali. |
(5) |
Il-Kunsill Ewropew, waqt il-laqgħa tiegħu li saret fi Brussell fl-4 u l-5 ta' Novembru 2004, adotta programm ġdid imsejjaħ “Il-Programm tal-Aja: it-tisħiħ tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea” (4). F'dan il-programm, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta Green Paper dwar il-konflitt tal-liġijiet f'materji li jikkonċernaw reġimi ta' proprjetà matrimonjali, inkluża l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent reċiproku. Il-programm enfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi adottat strument f'dan il-qasam. |
(6) |
Fis-17 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni adottat il-Green Paper dwar il-kunflitti tal-liġijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, inkluża b'mod partikolari l-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent reċiproku. Din il-Green Paper nediet konsultazzjonijiet wiesgħa dwar l-aspetti kollha tad-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-koppji fl-Ewropa meta jiġu għal-likwidazzjoni tal-patrimonju komuni tagħhom u r-rimedji legali disponibbli. Il-Green Paper indirizzat ukoll il-kwistjonijiet kollha tad-dritt internazzjonali privat li jiffaċċjaw il-koppji f'unjonijiet għajr żwiġijiet, inklużi koppji bi sħubijiet irreġistrati, u kwistjonijiet speċifiċi għalihom. |
(7) |
Fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fl-10 u l-11 ta' Diċembru 2009 il-Kunsill Ewropew adotta programm pluriennali ġdid imsejjaħ “Il-Programm ta' Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini” (5). F'dak il-programm il-Kunsill Ewropew qies li r-rikonoxximent reċiproku għandu jiġi estiż għal oqsma li għadhom mhumiex koperti, iżda li huma essenzjali għall-ħajja ta' kuljum, pereżempju d-drittijiet dwar il-proprjetà matrimonjali, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sistemi legali tal-Istati Membri, inkluż l-ordni pubbliku (ordre publique), u t-tradizzjonijiet nazzjonali f'dan il-qasam. |
(8) |
Fir-“Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Iżżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE”, li ġie adottat fis-27 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni ħabbret li għandha tadotta proposta għal leġiżlazzjoni biex jiġu eliminati l-ostakoli għall-moviment liberu tal-persuni, b'mod partikolari d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom koppji fl-amministrazzjoni jew fid-diviżjoni tal-proprjetà tagħhom. |
(9) |
Fis-16 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali u proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati. |
(10) |
Fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill ikkonkluda li ma ntlaħqetx unanimità għall-adozzjoni tal-proposti għar-regolamenti dwar reġimi ta' proprjetà matrimonjali u l-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati u li għalhekk ma kienx possibbli li jinkisbu l-objettivi ta' kooperazzjoni f'dan il-qasam fi żmien raġonevoli mill-Unjoni bħala entità waħda. |
(11) |
Minn Diċembru 2015 sa Frar 2016, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Iżvezja indirizzaw talbiet lill-Kummissjoni biex indikaw li xtaqu jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tar-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali u, speċifikament, tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali u tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, u talbu li l-Kummissjoni tippreżenta proposta lill-Kunsill għal dak l-għan. B'ittra lill-Kummissjoni f'Marzu 2016, Ċipru indika x-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-istabbiliment ta' kooperazzjoni msaħħa; Ċipru tenna din ix-xewqa matul ix-xogħol tal-Kunsill. |
(12) |
Fid-9 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2016/954 li awtorizzat tali kooperazzjoni msaħħa. |
(13) |
Taħt l-Artikolu 328(1) tat-TFUE, meta tkun qed tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, din għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, bil-kondizzjoni li jiġu rispettati l-kondizzjonijiet eventwali tal-parteċipazzjoni stabbiliti mid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni. Il-koperazzjoni msaħħa għandha tkun miftuħa għalihom ukoll fi kwalunkwe ħin ieħor, bil-kondizzjoni li, minbarra dawk il-kondizzjonijiet imsemmija, jiġu rispettati l-atti diġà adottati f'dak il-qafas. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti f'koperazzjoni msaħħa għandhom jassiguraw li jippromwovu l-parteċipazzjoni mill-ikbar għadd possibbli ta' Stati Membri. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament biss fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/954, jew permezz ta' deċiżjoni adotatta taħt it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-TFUE. |
(14) |
F'konformità mal-Artikolu 81 tat-TFUE, dan ir-Regolament għandu japplika fil-kuntest ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali. |
(15) |
Sabiex tingħata ċertezza legali lill-koppji miżżewġa rigward il-proprjetà tagħhom u sabiex tingħatalhom ċerta prevedibbiltà, jeħtieġ r-regoli kollha applikabbli għar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali jkunu koperti fi strument wieħed. |
(16) |
Sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, dan ir-Regolament għandu jiġbor flimkien dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent jew, skont il-każ, l-aċċettazzjoni, l-eżegwibbiltà u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet, strumenti awtentiċi u transazzjonijiet ġudizzjarji. |
(17) |
Dan ir-Regolament ma jiddefinixxix iż-“żwieġ”, li huwa definit mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri. |
(18) |
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jinkludi l-aspetti kollha tal-liġi ċivili tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali, kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-proprjetà matrimonjali kif ukoll il-likwidazzjoni tar-reġim, li tirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni tal-koppja jew mill-mewt ta' konjuġi. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “reġim tal-proprjetà matrimonjali” għandu jiġi interpretat b'mod awtonomu u għandu jinkludi mhux biss ir-regoli li minnhom il-konjuġi ma jkunux jistgħu jidderogaw iżda wkoll kwalunkwe regola fakultattiva li l-konjuġi jistgħu jaqblu dwarha skont il-liġi applikabbli, kif ukoll kwalunkwe regola awtomatika tal-liġi applikabbli. Dan jinkludi mhux biss l-arranġamenti relatati mal-proprjetà li huma speċifikament u esklużivament previsti minn ċerti sistemi legali nazzjonali fil-każ ta' żwieġ iżda wkoll kwalunkwe relazzjoni ta' proprjetà, bejn il-konjuġi u fir-relazzjonijiet tagħhom ma' partijiet terzi, li tirriżulta direttament mir-relazzjoni matrimonjali, jew ix-xoljiment tagħha. |
(19) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza, għadd ta' kwistjonijiet li jistgħu jitqiesu li għandhom rabta ma' materji tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali għandhom jiġu espliċitament esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(20) |
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwistjonijiet ta' kapaċità legali ġenerali tal-konjuġi; madankollu, din l-esklużjoni ma għandhiex tkopri is-setgħat speċifiċi u d-drittijiet ta' kwalunkwe mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma fir-rigward tal-proprjetà, kemm jekk bejniethom jew fir-rigward ta' partijiet terzi, billi dawn is-setgħat għandhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(21) |
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwistjonijiet preliminari oħrajn bħall-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta' żwieġ, li jibqgħu jiġu koperti mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, inkluż ir-regoli tagħhom dwar id-dritt internazzjonali privat. |
(22) |
Minħabba li l-obbligi ta' manteniment bejn il-konjuġi huma regolati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (6), dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll kwistjonijiet relatati ma' suċċessjoni fir-rigward tal-patrimonju ta' konjuġi deċedut, billi huma koperti bir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(23) |
Il-kwistjonijiet rigward intitolamenti għal trasferiment jew aġġustament bejn il-konjuġi ta' drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar jew ta' diżabbiltà, irrispettivament min-natura tagħhom, akkumulati matul iż-żwieġ u li ma ġġenerawx dħul ta' pensjoni matul iż-żwieġ, huma materji li għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tas-sistemi speċifiċi eżistenti fl-Istati Membri. Madankollu, din l-esklużjoni għandha tiġi interpretata b'mod strett. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jirregola b'mod partikolari l-kwistjoni tal-klassifikazzjoni tal-assi tal-pensjoni, l-ammonti li diġà tħallsu lil xi konjuġi matul iż-żwieġ, u l-kumpens possibbli li jingħata fil-każ ta' pensjoni sottoskritta b'assi komuni. |
(24) |
Dan ir-Regolament għandu jippermetti l-ħolqien jew trasferiment li jirriżulta mir-reġim ta' proprjetà matrimonjali ta' dritt fi proprjetà immobbli jew mobbli kif previst fil-liġi applikabbli għar-reġim ta' proprjetà matrimonjali. Madankollu dan ma għandux jaffettwa l-għadd limitat (“numerus clausus”) ta' drittijiet in rem magħrufa fil-liġi nazzjonali ta' xi Stati Membri. Stat Membru ma għandux ikun meħtieġ jirrikonoxxi dritt in rem relatat ma' proprjetà li tinsab f'dak l-Istat Membru jekk id-dritt in rem ikkonċernat ma jkunx magħruf fil-liġi tiegħu. |
(25) |
Madankollu, biex il-konjuġi jitħallew igawdu fi Stat Membru ieħor id-drittijiet li nħolqu jew ġew trasferiti lilhom bħala riżultat tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-adattament ta' dritt in rem mhux magħruf għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru l-ieħor. Fil-kuntest ta' tali adattament għandhom jitqiesu l-għanijiet u l-interessi segwiti bid-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu. Għall-finijiet li jiġi determinat l-eqreb dritt nazzjonali ekwivalenti, l-awtoritajiet jew il-persuni kompetenti tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikata għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali jistgħu jiġu kkuntattjati biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar in-natura u l-effetti tad-dritt. Għal dak il-għan, jistgħu jintużaw in-netwerks eżistenti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali, kif ukoll kwalunkwe mezz disponibbli ieħor li jiffaċilita l-fehim tal-liġi barranija. |
(26) |
L-adattament ta' drittijiet in rem mhux magħrufa kif ipprovdut b'mod espliċitu f'dan ir-Regolament m'għandux jipprekludi forom oħrajn ta' adattament fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(27) |
Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni f'reġistru ta' dritt fi proprjetà immobbli jew mobbli għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru (għal proprjetà immobbli, il-lex rei sitae) li tiddetermina taħt liema kondizzjonijiet legali, u kif, għandha ssir ir-reġistrazzjoni u liema awtoritajiet, bħal reġistri tal-artijiet jew nutara, huma responsabbli li jivverifikaw li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha u li d-dokumentazzjoni ppreżentata jew stabbilita tkun biżżejjed jew li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja. B'mod partikolari, l-awtoritajiet jistgħu jikkontrollaw li d-dritt ta' konjuġi għall-proprjetà msemmi fid-dokument ippreżentat għar-reġistrazzjoni ikun dritt li jkun reġistrat bħala tali fir-reġistru jew li huwa muri mod ieħor skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru. Sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni ta' dokumenti, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni għandhom jaċċettaw tali dokumenti, mfasslin fi Stat Membru ieħor mill-awtoritajiet kompetenti li ċ-ċirkolazzjoni tagħhom hija prevista minn dan ir-Regolament. Dan ma għandux jipprekludi lill-awtoritajiet involuti fir-reġistrazzjoni milli jitolbu lill-persuna li tapplika għar-reġistrazzjoni biex tipprovdi tali informazzjoni addizzjonali, jew tippreżenta tali dokumenti addizzjonali, li skont kif ikunu meħtieġa taħt il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru, pereżempju, informazzjoni jew dokumenti relatati mal-ħlas ta' xi boll. L-awtorità kompetenti tista' tindika lill-persuna li tapplika għar-reġistrazzjoni kif tista' tiġi pprovduta l-informazzjoni nieqsa jew id-dokumenti neqsin. |
(28) |
L-effetti tar-reġistrar ta' dritt f'reġistru għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru li tiddetermina jekk effettivament ir-reġistrar huwiex, pereżempju, dikjaratorju jew kostituttiv. B'hekk, fejn pereżempju, l-akkwist ta' dritt fi proprjetà immobbli jeħtieġ li jiġi rreġistrat f'reġistru taħt il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru sabiex jiġi żgurat l-effett erga omnes tar-reġistri jew biex jiġu protetti t-tranżazzjonijiet legali, il-mument ta' tali akkwist għandu jkun regolat mil-liġi ta' dak l-Istat Membru. |
(29) |
Dan ir-Regolament għandu jirrispetta s-sistemi differenti biex jiġu ttrattati kwistjonijiet tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali applikati fl-Istati Membri. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” għandu għalhekk jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fis-sens strett tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, iżda wkoll pereżempju n-nutara f'xi Stati Membri li, f'ċerti materji ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħal qrati, u n-nutara u l-professjonisti legali li, f'xi Stati Membri, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji f'reġim tal-proprjetà matrimonjali speċifiku permezz ta' delega ta' setgħa minn qorti. Il-qrati kollha kif iddefiniti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu marbutin bir-regoli tal-ġuriżdizzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament. Kuntrarjament, it-terminu “qorti” ma għandux ikopri l-awtoritajiet mhux ġudizzjarji ta' Stat Membru mogħtija s-setgħa taħt il-liġi nazzjonali li jittrattaw materji ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali, bħan-nutara fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn huma ma jeżerċitawx funzjonijiet ġudizzjarji. |
(30) |
Dan ir-Regolament għandu jippermetti lin-nutara kollha li għandhom kompetenza f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali fl-Istati Membri biex jeżerċitaw tali kompetenza. Jekk in-nutara fi Stat Membru partikolari jkunux marbutin jew le bir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament għandu jiddependi minn jekk ikunux koperti jew le mit-terminu “qorti” għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(31) |
L-atti maħruġin min-nutara f'materji tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali fl-Istati Membri għandhom jiċċirkolaw skont dan ir-Regolament. Meta n-nutara jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji huma għandhom ikunu marbutin mir-regoli ta' ġuriżdizzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament, u d-deċiżjonijiet li jagħtu għandhom jiċċirkolaw skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar ir-rikonoxximent, l-eżekutorjetà u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet. Meta n-nutara ma jeżerċitawx funzjonijiet ġudizzjarji, huma m'għandhomx ikunu marbutin minn dawk ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni, u l-istrumenti awtentiċi li huma joħorġu għandhom jiċċirkolaw skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar strumenti awtentiċi. |
(32) |
Sabiex jirriflettu l-mobbiltà miżjuda tal-koppji matul il-ħajja taż-żwieġ tagħhom u jiffaċilitaw l-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja, ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jippermettu li ċ-ċittadini jkollhom il-proċedimenti relattivi differenti tagħhom trattati mill-qrati tal-istess Stat Membru. Għal dak il-għan, dan ir-Regolament għandu jikkonċentra l-ġuriżdizzjoni dwar ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu jiġu inkarigati biex jittrattaw is-suċċessjoni ta' konjuġi skont ir-Regolament (UE) Nru 650/2012, jew id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (8). |
(33) |
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi li, meta l-proċedimenti dwar is-suċċessjoni ta' konjuġi jkunu pendenti quddiem il-qorti ta' Stat Membru inkarigata bil-każ taħt ir-Regolament (UE) Nru 650/2012, il-qrati ta' dak l-Istat għandhom ikollhom ġuriżdizzjoni biex jagħtu sentenzi dwar materji ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali li jirriżultaw b'konnessjoni ma' dak il-każ ta' suċċessjoni. |
(34) |
Bl-istess mod, kwistjonijiet ta' reġimi matrimonjali li jirriżultaw b'konnessjoni ma' proċeduri li jkunu pendenti quddiem qorti ta' Stat Membru inkarigata għal divorzju, separazzjoni legali jew annullament ta' żwieġ taħt ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003, għandhom jiġu ttrattati mill-qrati ta' dak l-Istat Membru sakemm il-ġuriżdizzjoni biex jagħtu sentenzi dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ ma tkunx tista' tibbaża biss fuq raġunijiet speċifiċi ta' ġuriżdizzjoni. F'tali każijiet, il-konċentrazzjoni tal-ġuriżdizzjoni ma għandhiex tkun permessa mingħajr il-qbil tal-konjuġi. |
(35) |
Fejn materji tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali ma jkunux marbuta mal-proċedimenti pendenti quddiem il-qorti ta' Stat Membru dwar is-suċċessjoni ta' persuna miżżewġa jew dwar divorzju, separazzjoni legali jew annullament ta' żwieġ, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal skala ta' fatturi ta' konnessjoni għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni, li tibda mir-residenza abitwali tal-konjuġi fil-mument li l-qorti tkun inkarigata. Dawn il-fatturi ta' konnessjoni huma stabbiliti fid-dawl tal-mobbiltà taċ-ċittadini li qiegħda tiżdied u sabiex jiżguraw li jeżisti fattur ġenwin ta' konnessjoni bejn il-konjuġi u l-Istat Membru li fih tiġi eżerċitata l-ġuriżdizzjoni. |
(36) |
Sabiex jiżdiedu ċ-ċertezza legali, il-prevedibbiltà u l-awtonomija tal-partijiet, dan ir-Regolament għandu jippermetti, taħt ċerti ċirkostanzi, li l-partijiet ikunu jistgħu jagħmlu ftehim ta' għażla ta' qrati, favur dawk tal-Istat Membru tal-liġi applikabbli jew dawk tal-Istat Membru fejn jiġi konkluż iż-żwieġ. |
(37) |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u sabiex ikopri s-sitwazzjonijiet kollha possibbli, l-Istat Membru fejn jiġi konkluż iż-żwieġ għandu jkun l-Istat Membru li quddiem l-awtoritajiet tiegħu jiġi konkluż iż-żwieġ. |
(38) |
Il-qrati ta' Stat Membru jistgħu jsostnu li, taħt il-liġi internazzjonali privata tagħhom, iż-żwieġ inkwistjoni ma jistax jiġi rikonoxxut għall-finijiet ta' proċedimenti tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali. F'tali każ, jista' jkun meħtieġ f'każijiet eċċezzjonali li l-ġuriżdizzjoni tiġi rifjutata taħt dan ir-Regolament. Il-qrati għandhom jaġixxu malajr u l-parti kkonċernata għandu jkollha l-possibbiltà li tissottometti l-każ fi kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkollu fattur ta' konnessjoni li jagħti ġuriżdizzjoni, irrispettivament mill-ordni tar-raġunijiet ta' ġuriżdizzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tkun rispettata l-awtonomija tal-partijiet. Kwalunkwe qorti inkarigata wara li tiġi rifjutata l-ġuriżdizzjoni minbarra l-qrati tal-Istat Membru fejn jiġi konkluż iż-żwieġ, jista' jkollha f'każijiet eċċezzjonali tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet. Il-kumbinazzjoni tar-regoli differenti tal-ġuriżdizzjoni għandhom, madankollu, jiżguraw li l-partijiet ikollhom il-possibbiltajiet kollha li jinkarigaw il-qrati ta' Stat Membru li jaċċettaw il-ġuriżdizzjoni sabiex jagħtu effett lir-reġim tagħhom tal-proprjetà matrimonjali. |
(39) |
Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill-partijiet milli jittransiġu l-każ dwar ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali b'mod amikevoli barra l-qorti, bħal pereżempju, quddiem nutar, fi Stat Membru tal-għażla tagħhom fejn dan ikun possibbli taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru. Dan għandu jkun il-każ anki jekk il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali ma tkunx il-liġi ta' dak l-Istat Membru. |
(40) |
Sabiex ikun żgurat li l-qrati tal-Istati Membri kollha jkunu jistgħu, għall-istess raġunijiet, jeżerċitaw ġuriżdizzjoni fir-rigward tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali tal-konjuġi, dan ir-Regolament għandu jelenka b'mod eżawrjenti r-raġunijiet li għalihom tista' tiġi eżerċitata tali ġuriżdizzjoni sussidjarja. |
(41) |
Sabiex ikun hemm rimedju, partikolarment, għal sitwazzjonijiet ta' ċaħda ta' ġustizzja, dan ir-Regolament għandu jipprevedi forum necessitatis li jippermetti qorti ta' Stat Membru, fuq bażi eċċezzjonali, tieħu deċiżjonijiet dwar reġim tal-proprjetà matrimonjali li jkun konness mill-qrib ma' Stat terz. Tali bażi eċċezzjonali tista' titqies li teżisti meta l-proċedimenti jirriżultaw impossibbli fl-Istat terz ikkonċernat, pereżempju, minħabba gwerra ċivili, jew meta konjuġi ma tistax tkun raġonevolment mistennija li tibda jew tmexxi proċedimenti f'dak l-Istat. Madankollu, il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-forum necessitatis għandha tiġi eżerċitata biss jekk il-kawża tkun konnessa biżżejjed mal-Istat Membru tal-qorti inkarigata. |
(42) |
Fl-interessi tal-funzjonament armonjuż tal-ġustizzja, l-għoti ta' deċiżjonijiet irrekonċiljabbli fi Stati Membri differenti għandu jiġi evitat. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament għandu jipprevedi regoli proċedurali ġenerali simili għal dawk ta' strumenti oħrajn tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili. Waħda mit-tali regoli proċedurali hija r-regola lis pendens li ssir applikabbli jekk l-istess kawża ta' reġim ta' proprjetà matrimonjali titressaq quddiem qrati differenti fi Stati Membri differenti. Dik ir-regola tiddetermina liema qorti għandha tipproċedi biex tittratta l-kawża ta' reġim ta' proprjetà matrimonjali. |
(43) |
Sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu, biċ-ċertezza legali kollha, mill-vantaġġi offruti mis-suq intern, dan ir-Regolament għandu jippermetti l-konjuġi jkunu jafu minn qabel liema liġi tkun applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tagħhom. Għalhekk għandhom jiġu introdotti regoli armonizzati ta' kunflitti ta' liġijiet biex jiġu evitati riżultati kontradittorji. Ir-regola prinċipali għandha tiżgura li r-reġim tal-proprjetà matrimonjali jkun regolat minn liġi prevedibbli li magħha jkun marbut mill-qrib. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali, il-liġi applikabbli għal reġim tal-proprjetà matrimonjali għandha tirregola dak ir-reġim fl-intier tiegħu, jiġifieri l-proprjetà kollha koperta minn dak ir-reġim, irrispettivament min-natura tal-beni u minkejja irrispettivament jekk il-beni jkunux jinsabu fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz. |
(44) |
Il-liġi determinata minn dan ir-Regolament għandha tapplika anke jekk ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru. |
(45) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni mill-konjuġi tal-proprjetà tagħhom, jinħtieġ li dan ir-Regolament jawtorizzahom jagħżlu l-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tagħhom, indipendentement min-natura tal-proprjetà jew mill-post fejn tinsab, minn fost il-liġijiet li magħhom huma jkollhom rabta mill-qrib minħabba r-residenza abitwali jew iċ-ċittadinanza tagħhom. Din l-għażla tkun tista' ssir fi kwalunkwe mument, qabel iż-żwieġ, meta jiġi konkluż iż-żwieġ jew matul il-ħajja miżżewġa. |
(46) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali tat-tranżazzjonijiet u biex jiġi evitat li ssir kwalunkwe bidla fil-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali mingħajr ma jkunu ġew informati dwarha l-konjuġi, ma għandha ssir ebda bidla fil-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali ħlief jekk il-partijiet ikunu talbuha espressament. Tali bidla mill-konjuġi ma għandhiex ikollha effett retroattiv sakemm huma ma jistipulawx hekk espressament. Irrispettivament x'ikun il-każ, hija ma tistax tikser id-drittijiet ta' terzi persuni. |
(47) |
Ir-regoli dwar il-validità materjali u formali ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandhom ikunu stabbiliti sabiex l-għażla informata tal-konjuġi tkun faċilitata u l-kunsens tagħhom rispettat bil-għan li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali kif ukoll aċċess aħjar għall-ġustizzja. Sa fejn hija kkonċernata l-validità formali, għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu konxji tal-implikazzjonijiet tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu tal-anqas ikun espress bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ partijiet. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tistabbilixxi regoli formali addizzjonali, dawk ir-regoli għandhom jiġu rispettati. Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, il-konjuġi jkunu residenti abitwali fi Stati Membri differenti li jistabbilixxu regoli formali differenti, għandu jkun biżżejjed li jiġu rrispettati r-regoli formali ta' wieħed minn dawn l-Istati. Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, wieħed mill-konjuġi biss ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru li jistabbilixxi regoli formali addizzjonali, dawk ir-regoli għandhom jiġu rrispettati. |
(48) |
Ftehim dwar proprjetà matrimonjali huwa tip ta' dispożizzjoni dwar proprjetà matrimonjali li l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tiegħu tvarja fost l-Istati Membri. Sabiex ikun aktar faċli biex drittijiet ta' reġim matrimonjali akkwistati permezz ta' ftehim dwar il-proprjetà matrimonjali jkunu aċċettati fl-Istati Membri, għandhom jiġu definiti regoli dwar il-validità formali ta' ftehim dwar il-proprjetà matrimonjali. Il-ftehim għandu tal-anqas ikun espress bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ partijiet. Madankollu, il-ftehim għandu jissodisfa wkoll rekwiżiti addizzjonali formali ta' validità stabbiliti fil-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali kif determinat minn dan ir-Regolament u fil-liġi tal-Istat Membru li fih il-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom. Dan ir-Regolament għandu jiddetermina wkoll liema liġi għandha tirregola l-validità materjali ta' tali ftehim. |
(49) |
Fejn ebda liġi applikabbli ma tintgħażel, u bil-għan ta' rikonċiljazzjoni tal-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali mal-kunsiderazzjoni tal-ħajja li effettivament tkun tgħix il-koppja, dan ir-Regolament għandu jintroduċi regoli armonizzati dwar il-kunflitti tal-liġijiet li jiddeterminaw il-liġi applikabbli għall-proprjetà kollha tal-konjuġi fuq il-bażi ta' skala ta' fatturi ta' konnessjoni. L-ewwel residenza abitwali komuni tal-konjuġi ftit wara ż-żwieġ għandha tikkostitwixxi l-ewwel kriterju, li jkollu preċedenza fuq il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-konjuġi fil-mument taż-żwieġ tagħhom. Jekk ebda wieħed minn dawn il-kriterji ma japplika, jew fin-nuqqas tal-ewwel residenza abitwali komuni f'każijiet ta' ċittadinanza doppja komuni tal-konjuġi fil-mument li jiġi konkluż iż-żwieġ, it-tielet kriterju għandu jkun il-liġi tal-Istat li miegħu għandhom l-aktar rabtiet stretti ż-żewġ konjuġi. Fl-applikazzjoni tat-tielet kriterju għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha u għandu jsir ċar li dawn ir-rabtiet għandhom ikunu kkunsidrati kif kienu fil-mument li jiġi konkluż iż-żwieġ. |
(50) |
Fejn dan ir-Regolament jirreferi għaċ-ċittadinanza bħala fattur ta' konnessjoni, il-kwistjoni kif tiġi kkunsidrata persuna li jkollha ċittadinanzi multipli hija kwistjoni preliminari li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha titħalla għal-liġi nazzjonali, inklużi, fejn applikabbli, konvenzjonijiet internazzjonali, b'rispett sħiħ lejn il-prinċipji ġenerali tal-Unjoni. Din il-kunsiderazzjoni m'għandu jkollha l-ebda effett fuq il-validità ta' għażla tal-liġi li ssir skont dan ir-Regolament. |
(51) |
Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi u ta' ftehim dwar il-proprjetà matrimonjali, l-awtorità ġudizzjarja ta' Stat Membru, fuq talba ta' kwalunkwe mill-konjuġi, għandha, f'każijiet eċċezzjonali — fejn il-konjuġi jkunu marru jgħixu fl-Istat tar-residenza abitwali tagħhom għal żmien twil — tkun tista' tasal għall-konklużjoni li tista' tapplika l-liġi ta' dak l-Istat jekk il-konjuġi jkunu serrħu fuqha. Irrispettivament x'ikun il-każ, hija ma tistax tikser id-drittijiet ta' terzi persuni. |
(52) |
Il-liġi determinata bħala l-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali għandha tirregola r-reġim tal-proprjetà matrimonjali mill-klassifikazzjoni tal-proprjetà ta' konjuġi jew tat-tnejn li huma f'kategoriji differenti matul iż-żwieġ u wara x-xoljiment tiegħu, sal-likwidazzjoni tal-proprjetà. Hija għandha tinkludi l-effetti tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali fuq relazzjoni legali bejn konjuġi u partijiet terzi. Madankollu, il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tista' tiġi invokata minn konjuġi kontra parti terza biex tirregola tali effetti biss meta r-relazzjonijiet legali bejn il-konjuġi u l-parti terza jkunu bdew f'mument fejn il-parti terza kienet taf jew kellha tkun taf b'dik il-liġi. |
(53) |
Kunsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku, bħall-protezzjoni tal-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika ta' Stat Membru, għandhom jiġġustifikaw l-għoti lill-qrati u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri l-possibbiltà, f'każijiet eċċezzjonali, li japplikaw eċċezzjonijiet fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti. Għaldaqstant, il-kunċett ta' “dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti” għandu jkopri r-regoli ta' natura imperattiva bħar-regoli għall-protezzjoni tad-dar tal-familja. Madankollu, din l-eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali teħtieġ interpretazzjoni stretta sabiex tibqa' kompatibbli mal-objettiv ġenerali ta' dan ir-Regolament. |
(54) |
F'ċirkustanzi eċċezzjonali, kunsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku għandhom jippermettu lill-qrati u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn, meta jittrattaw materji ta' reġim tal-proprjetà matrimonjali fl-Istati Membri, li jinjoraw ċerti dispożizzjonijiet ta' liġi barranija fejn, f'każ partikolari, l-applikazzjoni ta' tali dispożizzjonijiet tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (ordre publique) tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti oħrajn ma għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iqisu bħala bla effett liġi ta' Stat Membru ieħor jew jirrifjutaw li jirrikonoxxu, — jew, kif jista' jkun il-każ, li jaċċettaw — jew li jeżegwixxu deċiżjoni, strument awtentiku jew tranżazzjoni bil-qorti derivanti minn Stat Membru ieħor jekk tali att imur kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropew (il-“Karta”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha dwar il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. |
(55) |
Peress li hemm xi Stati Membri li fihom jeżistu flimkien żewġ sistemi legali jew aktar jew żewġ ġabriet ta' regoli jew aktar li jittrattaw materji regolati minn dan ir-Regolament, tinħtieġ dispożizzjoni li tirregola l-limitu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-unitajiet territorjali differenti ta' dawk l-Istati Membri. |
(56) |
Fid-dawl tal-objettiv ġenerali tiegħu, li huwa r-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri f'materji tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli relatati mar-rikonoxximent, l-eżekutorjetà u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet simili għal dawk ta' strumenti oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili. |
(57) |
Sabiex jitqiesu s-sistemi differenti għat-trattament ta' materji ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura l-aċċettazzjoni u l-eżekutorjetà fl-Istati Membri kollha ta' strumenti awtentiċi f'materji ta' reġim tal-proprjetà matrimonjali. |
(58) |
L-istrumenti awtentiċi għandu jkollhom l-istess effetti evidenzjarji fi Stat Membru ieħor bħal ma jkollhom fl-Istat Membru tal-oriġini, jew l-aktar effetti komparabbli. Meta jkunu qegħdin jiġu ddeterminati l-effetti evidenzjarji ta' strument awtentiku partikolari fi Stat Membru ieħor jew l-aktar effetti komparabbli, għandha ssir referenza għan-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-effetti evidenzjarji tal-istrument awtentiku fl-Istat Membru tal-oriġini. L-effetti evidenzjarji li strument awtentiku partikolari għandu jkollu fi Stat Membru ieħor għaldaqstant jiddependu mil-liġi tal-Istat Membru ta' oriġini. |
(59) |
L-“awtentiċità” ta' strument awtentiku għandha tkun kunċett awtonomu li jkopri elementi bħall-ġenwinità tal-istrument, il-prerekwiżiti formali tal-istrument, is-setgħat tal-awtorità li tfassal l-istrument u l-proċedura li taħtha jitfassal l-istrument. Huwa għandu jkopri wkoll l-elementi fattwali reġistrati fl-istrument awtentiku mill-awtorità kkonċernata, bħall-fatt li l-partijiet indikati jkunu dehru quddiem dik l-awtorità fid-data indikata u li jkunu għamlu d-dikjarazzjonijiet indikati. Parti li tixtieq tikkontesta l-awtentiċità ta' strument awtentiku għandha tagħmel dan quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tal-istrument awtentiku taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru. |
(60) |
It-terminu “l-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku” għandu jkun interpretat bħala referenza għall-kontenuti fis-sens sostantiv reġistrati fl-istrument awtentiku. Parti li tixtieq tikkontesta l-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku għandha tagħmel dan quddiem il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni taħt dan ir-Regolament, li għandhom jiddeċiedu dwar il-kontestazzjoni f'konformità mal-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali. |
(61) |
Jekk kwistjoni relatata mal-atti legali jew relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku titqajjem bħala kwistjoni sekondarja fi proċedimenti quddiem qorti ta' Stat Membru, dik il-qorti għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni. |
(62) |
Strument awtentiku li jiġi kkontestat ma għandu jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru għajr fl-Istat Membru ta' oriġini sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti. Jekk il-kontestazzjoni tikkonċerna biss kwistjoni speċifika relatata mal-atti legali jew relazzjonijiet legali reġistrati fl-istrument awtentiku, l-istrument awtentiku inkwistjoni ma għandux jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru għajr fl-Istat Membru ta' oriġini fir-rigward tal-materja li qiegħda tiġi kkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti. Strument awtentiku li ġie ddikjarat invalidu bħala riżultat ta' kontestazzjoni, ma għandu jibqa' jipproduċi ebda effett evidenzjarju. |
(63) |
Jekk awtorità, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tiġi ppreżentata b'żewġ strumenti awtentiċi inkompatibbli, din għandha tivvaluta l-kwistjoni dwar liema strument awtentiku għandu, jekk ikun hemm, jingħata prijorità b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari. Fejn, minn dawk iċ-ċirkostanzi, ma jkunx ċar liema strument awtentiku, jekk ikun hemm, għandu jingħata prijorità, il-kwistjoni għandha tiġi ddeterminata mill-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni taħt dan ir-Regolament, jew, fejn il-kwistjoni titqajjem bħala kwistjoni sekondarja matul il-proċedimenti, mill-qorti inkarigata b'dawk il-proċedimenti. F'każ ta' inkompatibbiltà bejn strument awtentiku u deċiżjoni, għandhom jiġu kkunsidrati r-raġunijiet tan-non-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet taħt dan ir-Regolament. |
(64) |
Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni dwar reġim tal-proprjetà matrimonjali taħt dan ir-Regolament ma għandhomx fi kwalunkwe mod jimplikaw ir-rikonoxximent taż-żwieġ sottostanti għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali li wassal għad-deċiżjoni. |
(65) |
Għandha tiġi speċifikata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u l-konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali dwar ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali li għalihom l-Istati Membri jkunu partijiet. |
(66) |
Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi Stati Membri li huma partijiet għall-Konvenzjoni tas-6 ta' Frar 1931 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja li fiha dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali dwar iż-żwieġ, l-adozzjoni u t-tutela, kif riveduta fl-2006; għall-Konvenzjoni tad-19 ta' Novembru 1934 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja li fiha dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali privat dwar suċċessjoni, testmenti u amministrazzjoni patrimonjali, kif riveduta f'Ġunju 2012; u għall-Konvenzjoni tal-11 ta' Ottubru 1977 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili, milli jkomplu japplikaw ċerti dispożizzjonijiet ta' dawn il-Konvenzjonijiet, sa fejn dawn jipprovdu għal proċeduri simplifikati u aktar spediti għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali. |
(67) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġi previst obbligu li jeħtieġ lill-Istati Membri li jikkomunikaw ċerta informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri tagħhom relatati mar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (9). Sabiex tkun tista' tiġi ppubblikata f'waqtha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-informazzjoni kollha b'relevanza għall-applikazzjoni prattika ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ukoll tali informazzjoni lill-Kummissjoni qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament. |
(68) |
Ugwalment, kemm biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll biex ikunu jistgħu jintużaw teknoloġiji moderni ta' komunikazzjoni, għandhom jiġu preskritti formoli standard għall-attestazzjonijiet li għandhom jingħataw b'rabta mal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà ta' deċiżjoni, strument awtentiku jew tranżazzjoni bil-qorti. |
(69) |
Meta jiġu kkalkulati l-perjodi u l-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament, ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (10) għandu japplika. |
(70) |
Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-forom relatati mad-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà ta' deċiżjonijiet, tranżazzjonijiet bil-qorti u strumenti awtentiċi. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
(71) |
Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli previsti f'dan ir-Regolament. |
(72) |
L-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni, l-opportunità għall-konjuġi li jorganizzaw ir-relazzjonijiet patrimonjali tagħhom fir-rigward tagħhom stess u fir-rigward ta' oħrajn matul ħajjithom bħala koppja u meta ssir il-likwidazzjoni tal-proprjetà tagħhom, u iktar prevedibbiltà u iktar ċertezza legali, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, fejn xieraq permezz tal-kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri. F'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għalhekk għandha l-kompetenza li taġixxi. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(73) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b'mod partikolari, l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 dwar, rispettivament, ir-rispett lejn il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għat-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt għall-proprjetà, il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti u għal proċess imparzjali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati u awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Il-kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali.
Huwa m'għandux japplika għall-materji fiskali, doganali jew amministrattivi.
2. Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:
(a) |
il-kapaċità legali tal-konjuġi, |
(b) |
l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta' żwieġ, |
(c) |
l-obbligi ta' manteniment, |
(d) |
is-suċċessjoni għall-patrimonju ta' konjuġi deċedut, |
(e) |
is-sigurtà soċjali, |
(f) |
l-intitolament għal trasferiment jew aġġustament bejn konjuġi, fil-każ ta' divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ, ta' drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar jew ta' diżabbiltà akkumulati matul iż-żwieġ u li ma ġġenerawx dħul ta' pensjoni matul iż-żwieġ, |
(g) |
in-natura tad-drittijiet in rem marbuta ma' proprjetà, u |
(h) |
kwalunkwe reġistrar f'reġistru ta' drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal tali reġistrar, u l-effetti tar-reġistrar jew tan-nuqqas ta' reġistrar ta' tali drittijiet f'reġistru. |
Artikolu 2
Kompetenza f'materji ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali fl-Istati Membri
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jittrattaw materji ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) |
“reġim tal-proprjetà matrimonjali” tfisser sett ta' regoli li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet dwar il-proprjetà bejn il-konjuġi u fir-relazzjonijiet tagħhom ma' partijiet terzi, b'riżultat taż-żwieġ jew tax-xoljiment tiegħu; |
(b) |
“ftehim dwar il-proprjetà matrimonjali” tfisser kull ftehim bejn il-konjuġi jew persuni li se jiżżewġu li permezz tiegħu jorganizzaw ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali tagħhom; |
(c) |
“strument awtentiku” tfisser dokument f'materja ta' reġim tal-proprjetà matrimonjali li jkun tfassal jew ġie rreġistrat formalment bħala strument awtentiku fi Stat Membru u li l-awtentiċità tiegħu:
|
(d) |
“deċiżjoni” tfisser kwalunkwe deċiżjoni f'reġim tal-proprjetà matrimonjali mogħtija minn qorti ta' Stat Membru, irrispettivament mill-isem li jingħatalha, inkluża deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-ispejjeż jew l-infiq minn uffiċjal tal-qorti; |
(e) |
“tranżazzjoni bil-qorti” tfisser tranżazzjoni fi kwistjoni relatata mar-reġim tal-proprjetà matrimonjali li kienet approvata minn qorti jew konkluża quddiem qorti matul il-proċedimenti; |
(f) |
“Stat Membru tal-oriġini” tfisser l-Istat Membru li fih ingħatat id-deċiżjoni, jew ġie mfassal l-istrument awtentiku, jew ġiet approvata jew konkluża t-tranżazzjoni bil-qorti; |
(g) |
“Stat Membru tal-eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li fih issir it-talba għar-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, jew għall-istrument awtentiku jew għat-tranżazzjoni bil-qorti. |
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” jfisser kwalunkwe awtorità ġudizzjarja u l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn kollha b'kompetenza f'materji ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaġixxu taħt delega ta' setgħa minn xi awtorità ġudizzjarja jew jaġixxu taħt il-kontroll tagħha, dment li tali awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn joffru garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u tad-dritt tal-partijiet kollha li jinstemgħu, u dment li d-deċiżjonijiet tagħhom taħt il-liġi tal-Istat Membru li fih joperaw:
(a) |
jistgħu jkunu s-suġġett ta' appell jew reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja; u |
(b) |
għandhom forza u effett simili bħal deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja dwar l-istess materja. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn imsemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 64.
KAPITOLU II
ĠURIŻDIZZJONI
Artikolu 4
Ġuriżdizzjoni f'każ ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi
Fejn qorti ta' Stat Membru tkun inkarigata fi kwistjonijiet tas-suċċessjoni ta' konjuġi skont ir-Regolament (UE) Nru 650/2012, il-qrati ta' dak l-Istat għandu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar kwistjonijiet tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali li jirriżultaw b'konnessjoni ma' dak il-każ ta' suċċessjoni.
Artikolu 5
Ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ
1. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, fejn qorti ta' Stat Membru tkun inkarigata biex tagħti sentenza fuq applikazzjoni għal divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003, il-qrati ta' dak l-Istat għandu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jagħtu sentenzi dwar kwistjonijiet tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali li jirriżultaw b'konnessjoni ma' dik l-applikazzjoni.
2. Il-ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali taħt il-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-qbil tal-konjuġi fejn il-qorti li tkun inkarigata biex tagħti sentenza dwar l-applikazzjoni għal divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ:
(a) |
tkun il-qorti ta' Stat Membru li fih l-applikant ikun resident abitwali u l-applikant ikun għex hemmhekk għal mill-inqas sena immedjatament qabel ma tkun saret l-applikazzjoni, skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003; jew |
(b) |
tkun il-qorti ta' Stat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin u l-applikant ikun resident abitwali hemmhekk u jkun għex hemmhekk għal mill-inqas sitt xhur immedjatament qabel ma tkun saret l-applikazzjoni, skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003; jew |
(c) |
tkun inkarigata skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 f'każijiet ta' konverżjoni tas-separazzjoni legali f'divorzju; jew |
(d) |
tkun inkarigata skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 f'każijiet ta' ġuriżdizzjoni residwa. |
3. Jekk il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jiġi konkluż qabel ma l-qorti tiġi inkarigata biex tiddeċiedi dwar materji ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali, il-ftehim għandu jikkonforma mal-Artikolu 7(2).
Artikolu 6
Ġuriżdizzjoni f'każijiet oħrajn
Fejn ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha l-ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 4 u 5 jew f'każijiet minbarra dawk previsti f'dawk l-Artikoli, il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar materja relatata mar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tal-konjuġi għandha tkun dik tal-qrati tal-Istat Membru:
(a) |
li fit-territorju tiegħu l-konjuġi jkunu residenti abitwali fil-mument li fih tiġi inkarigata l-qorti, jew jekk dan ma jirriżultax, |
(b) |
li fit-territorju tiegħu l-konjuġi kienu residenti abitwali l-aħħar, sa fejn konjuġi minnhom ikun għadu jirrisjedi hemmhekk fil-mument li fih tiġi inkarigata l-qorti, jew jekk dan ma jirriżultax, |
(c) |
li fit-territorju tiegħu l-konvenut ikun residenti abitwali fil-mument li fih tiġi inkarigata l-qorti, jew jekk dan ma jirriżultax, |
(d) |
li tiegħu il-konjuġi għandhom ċittadinanza komuni fil-mument li fih tiġi inkarigata l-qorti. |
Artikolu 7
L-għażla ta' qorti
1. F'każijiet li huma koperti bl-Artikolu 6, il-partijiet jistgħu jaqblu li l-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli skont l-Artikolu 22, jew il-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 26(1), jew il-qrati tal-Istat Membru li fih jiġi konkluż iż-żwieġ għandu jkollhom ġuriżdizzjoni esklussiva biex jiddeċiedu dwar materji li jikkonċernaw ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali tagħhom.
2. Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi espress bil-miktub u ddatat u ffirmat mill-partijiet. Kwalunkwe komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi reġistrazzjoni dejjiema tal-ftehim għandha titqies ekwivalenti għal kitba.
Artikolu 8
Ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-preżenza tal-konvenut
1. Apparti mill-ġuriżdizzjoni derivanti minn dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan ir-Regolament, qorti ta' Stat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli skont l-Artikolu 22 jew il-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 26(1), u li quddiemha l-konvenut jidher, għandha jkollha l-ġuriżdizzjoni. Din ir-regola m'għandhiex tapplika fejn id-dehra tkun saret biex tkun ikkontestata l-ġuriżdizzjoni, jew fil-każijiet koperti bl-Artikolu 4 jew bl-Artikolu 5(1).
2. Qabel ma tassumi ġuriżdizzjoni skont il-paragrafu 1, il-qorti għandha tiżgura li l-konvenut ikun informat bid-dritt tiegħu li jikkontesta l-ġuriżdizzjoni u bil-konsegwenzi jekk jidher jew jekk ma jidhirx quddiemha.
Artikolu 9
Ġuriżdizzjoni alternattiva
1. Bħala eċċezzjoni, jekk qorti tal-Istat Membru li jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 4, 6, 7 jew 8 tiddeċiedi li, taħt id-dritt internazzjonali privat tagħha, iż-żwieġ inkwistjoni mhuwiex rikonoxxut għall-finijiet ta' proċedimenti tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali, hija tista' tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni. Jekk il-qorti tiddeċiedi li tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni, hija għandha tagħmel dan mingħajr dewmien bla bżonn.
2. Fejn qorti li jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 6 tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni u fejn il-partijiet jaqblu li jikkonferixxu l-ġuriżdizzjoni lill-qrati ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 7, il-ġuriżdizzjoni għad-deċiżjoni fuq ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali għandha tkun tal-qrati ta' dak l-Istat Membru.
F'każijiet oħrajn, il-ġuriżdizzjoni għad-deċiżjoni fuq ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali għandha tkun tal-qrati ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 8, jew tal-qrati tal-Istat Membru li fih jiġi konkluż iż-żwieġ.
3. Dan l-Artikolu ma għandux japplika meta l-partijiet ikunu kisbu divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ li jistgħu jiġu rikonoxxuti fl-Istat Membru tal-forum.
Artikolu 10
Ġuriżdizzjoni sussidjarja
Fejn ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 4, 5, 6, 7 jew 8 jew meta l-qrati kollha skont l-Artikolu 9 jkunu rrifjutaw il-ġuriżdizzjoni u l-ebda qorti ma jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 9(2), ikollhom il-ġuriżdizzjoni l-qrati ta' Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab xi proprjetà immobbli ta' kwalunkwe mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma, iżda f'dan il-każ il-qorti inkarigata għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi biss fir-rigward tal-proprjetà immobbli inkwistjoni.
Artikolu 11
Forum necessitatis
Fejn ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8 jew 10, jew meta l-qrati kollha skont l-Artikolu 9 jkunu rrifjutaw il-ġuriżdizzjoni, u l-ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 9(2) jew l-Artikolu 10, il-qrati ta' Stat Membru jistgħu, fuq bażi eċċezzjonali, jiddeċiedu dwar każ ta' reġim tal-proprjetà matrimonjali jekk il-proċedimenti ma jkunux raġonevolment jistgħu jitressqu jew jitmexxew, jew ikunu impossibbli fi Stat terz li miegħu jkun marbut mill-qrib il-każ.
Il-każ għandu jkollu rabta suffiċjenti mal-Istat Membru tal-qorti inkarigata.
Artikolu 12
Kontrotalbiet
Il-qorti li fiha jkunu pendenti l-proċedimenti skont l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 9(2), 10 jew 11 għandu jkollha ġuriżdizzjoni wkoll biex tiddeċiedi dwar kontrotalba jekk din taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Limitazzjoni tal-proċedimenti
1. Fejn il-patrimonju tad-deċedut li s-suċċessjoni tiegħu taqa' taħt ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 ikun fih assi li jinsabu fi Stat terz, il-qorti inkarigata biex tiddeċiedi dwar ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali tista', fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet, tiddeċiedi li ma tagħtix deċiżjoni dwar wieħed jew aktar minn tali assi jekk jista' jkun mistenni li d-deċiżjoni tagħha fir-rigward ta' dawk l-assi ma tiġix rikonoxxuta u, fejn applikabbli, ma tiġix dikjarata eżekutorja f'dak l-Istat terz.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa d-dritt tal-partijiet li jillimitaw l-ambitu tal-proċedimenti taħt il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti inkarigata.
Artikolu 14
Inkarigar ta' qorti
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, qorti tkun ikkunsidrata inkarigata:
(a) |
fil-mument meta d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġi ppreżentat lill-qorti, dment li l-applikant ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-passi li huwa kien meħtieġ jieħu biex id-dokument ikun notifikat lill-konvenut; |
(b) |
jekk id-dokument għandu jkun innotifikat qabel ma jiġi ppreżentat lill-qorti, f'mument li fih jasal għand l-awtorità responsabbli għan-notifika, dment li l-applikant ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu biex id-dokument jiġi ppreżentat lill-qorti; jew |
(c) |
jekk il-proċedimenti jinfetħu mill-qorti ex officio, fil-mument meta d-deċiżjoni li jinfetħu l-proċedimenti tittieħed mill-qorti, jew, fejn tali deċiżjoni ma tkunx meħtieġa, fil-mument meta l-każ jiġi rreġistrat mill-qorti. |
Artikolu 15
Verifika tal-ġuriżdizzjoni
Fejn qorti ta' Stat Membru tiġi inkarigata b'każ ta' reġim tal-proprjetà matrimonjali li fuqu ma jkollha ebda ġuriżdizzjoni taħt dan ir-Regolament, hija għandha ex officio tiddikjara li m'għandha l-ebda ġuriżdizzjoni.
Artikolu 16
Verifika tal-ammissibbiltà
1. Fejn konvenut li jkollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat minbarra l-Istat Membru fejn tiġi istitwita l-azzjoni ma jidhirx, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament għandha tissospendi l-proċedimenti sakemm ma jintweriex li l-konvenut seta' jirċievi d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti biex iħejji d-difiża tiegħu, jew li ttieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dak il-għan.
2. L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għandu japplika minflok il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jiġi trażmess minn Stat Membru wieħed għal ieħor f'konformità ma' dak ir-Regolament.
3. Fejn ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 ma jkunx japplika, għandu japplika l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 dwar il-komunikazzjoni u n-notifika barra mill-pajjiż ta' atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali jekk id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jiġi trażmess 'il barra mill-pajjiż f'konformità ma' dik il-Konvenzjoni.
Artikolu 17
Lis pendens
1. Fejn jiġu istitwiti proċedimenti li jinvolvu l-istess suġġett tal-kawża u li jkunu bejn l-istess partijiet fil-qrati ta' Stati Membri differenti, kull qorti, ħlief il-qorti li ġiet inkarigata l-ewwel, għandha tissospendi l-proċedimenti ex officio sakemm tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-ewwel qorti inkarigata.
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, fuq talba minn qorti inkarigata bid-disputa, kwalunkwe qorti oħra inkarigata għandha mingħajr dewmien tinforma lill-ewwel qorti bid-data li fiha ġiet inkarigata.
3. Fejn tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tkun ġiet inkarigata l-ewwel, kull qorti ħlief l-ewwel qorti inkarigata għandha tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni favur dik il-qorti.
Artikolu 18
Kawżi relatati
1. Fejn ikunu pendenti kawżi relatati fi qrati ta' Stati Membri differenti, kull qorti ħlief l-ewwel qorti inkarigata għandha tissospendi l-proċedimenti tagħha.
2. Fejn il-kawżi msemmija fil-paragrafu 1 jkunu pendenti fl-ewwel istanza, kull qorti ħlief l-ewwel qorti inkarigata tista' wkoll, fuq applikazzjoni minn waħda mill-partijiet, tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni jekk l-ewwel qorti inkarigata jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-kawżi inkwistjoni u l-liġi tagħha tkun tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.
3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, kawżi huma meqjusa li jkunu relatati fejn ikunu konnessi hekk mill-qrib li jkun espedjenti li jinstemgħu u jiġu determinati flimkien biex ikun evitat ir-riskju ta' deċiżjonijiet irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.
Artikolu 19
Miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi
Tista' ssir applikazzjoni fil-qrati ta' Stat Membru li titlob tali miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi, li jistgħu jkunu disponibbli taħt il-liġi ta' dak l-Istat, anke jekk, taħt dan ir-Regolament, il-qrati ta' Stat Membru ieħor ikollhom il-ġuriżdizzjoni dwar il-mertu tal-każ.
KAPITOLU III
LIĠI APPLIKABBLI
Artikolu 20
Applikazzjoni universali
Il-liġi speċifikata bħala applikabbli minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata kemm jekk hi l-liġi ta' Stat Membru kif ukoll jekk mhijiex.
Artikolu 21
L-unità tal-liġi applikabbli
Il-liġi applikabbli għal reġim ta' proprjetà matrimonjali skont l-Artikolu 22 jew l-Artikolu 26 għandha tapplika għall-assi kollha li jaqgħu taħt dak ir-reġim, irrispettivament minn fejn jinsabu l-assi.
Artikolu 22
L-għażla tal-liġi applikabbli
1. Il-konjuġi jew persuni li se jiżżewġu jistgħu jiftiehmu li jispeċifikaw, jew li jbiddlu, il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tagħhom, sakemm dik il-liġi tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-liġi tal-Istat fejn il-konjuġi jew persuni li se jiżżewġu, jew kwalunkwe minnhom, ikunu abitwalment residenti fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, jew |
(b) |
il-liġi tal-Istat taċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe mill-konjuġi jew mill-persuni li se jiżżewġu fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim. |
2. Sakemm il-konjuġi ma jiftehmux mod ieħor, bidla fil-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali matul il-ħajja miżżewġa għandu jkollha effett prospettiv biss.
3. Kull bidla retroattiva fil-liġi applikabbli taħt il-paragrafu 2 ma għandhiex taffettwa negattivament id-drittijiet ta' partijiet terzi derivanti minn dik il-liġi.
Artikolu 23
Validità formali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli
1. Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 22 għandu jkun espress bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kwalunkwe komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi reġistrazzjoni durabbli tal-ftehim għandha titqies ekwivalenti għall-kitba.
2. Jekk il-liġi tal-Istat Membru li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tistabbilixxi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet dwar il-proprjetà matrimonjali, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
3. Jekk, fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, il-konjuġi jkunu residenti abitwali fi Stati Membri differenti u l-liġijiet ta' dawk l-Istati jipprevedu rekwiżiti formali differenti għal ftehimiet dwar il-proprjetà matrimonjali, il-ftehim għandu jkun formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta' kwalunkwe waħda minn dawk il-liġijiet.
4. Jekk, fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, konjuġi wieħed biss ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru u dak l-Istat ikun jipprevedi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet dwar il-proprjetà matrimonjali, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 24
Kunsens u validità materjali
1. L-eżistenza u l-validità ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi jew ta' kwalunkwe terminu tiegħu għandhom jiġu determinati mil-liġi li tirregolah skont l-Artikolu 22 kieku l-kuntratt jew it-terminu kienu validi.
2. Madankollu, konjuġi jista', sabiex jistabbilixxi li ma tax il-kunsens tiegħu, jiddependi fuq il-liġi tal-pajjiż fejn ikollu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument li tiġi inkarigata l-qorti jekk miċ-ċirkostanzi jkun jidher li ma jkunx raġonevoli li jiġi determinat l-effett tal-imġiba tiegħu skont il-liġi speċifikata fil-paragrafu 1.
Artikolu 25
Validità formali ta' ftehim dwar il-proprjetà matrimonjali
1. Il-ftehim dwar il-proprjetà matrimonjali għandu jkun espress bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kwalunkwe komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi reġistrazzjoni durabbli tal-ftehim għandha titqies ekwivalenti għall-kitba.
2. Jekk il-liġi tal-Istat Membru li fih ż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tistabbilixxi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet dwar il-proprjetà matrimonjali, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, il-konjuġi jkunu residenti abitwali fi Stati Membri parteċipanti differenti u l-liġijiet ta' dawk l-Istati jipprevedu rekwiżiti formali differenti għal ftehimiet dwar il-proprjetà matrimonjali, il-ftehim għandu jkun formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta' waħda minn dawk il-liġijiet.
Jekk, fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, konjuġi wieħed biss ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru u dak l-Istat jipprevedi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet dwar il-proprjetà matrimonjali, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
3. Jekk il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali timponi rekwiżiti formali addizzjonali, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 26
Il-liġi applikabbli fin-nuqqas ta' għażla mill-partijiet
1. Fin-nuqqas ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi skont l-Artikolu 22, il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali għandha tkun il-liġi tal-Istat:
(a) |
tal-ewwel residenza abitwali komuni tal-konjuġi wara li jiġi konkluż iż-żwieġ, jew, fin-nuqqas ta' din, |
(b) |
taċ-ċittadinanza komuni tal-konjuġi fil-mument li jiġi konkluż iż-żwieġ, jew, fin-nuqqas ta' din, |
(c) |
li miegħu il-konjuġi flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib fil-mument li jiġi konkluż iż-żwieġ, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi kollha. |
2. Jekk il-konjuġi jkollhom iżjed minn ċittadinanza komuni waħda fil-mument li jiġi konkluż iż-żwieġ, għandhom japplikaw biss il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1.
3. Bħala eċċezzjoni u fuq applikazzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-konjuġi, l-awtorità ġudizzjarja li jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi dwar kwistjonijiet tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tista' tiddeċiedi li l-liġi ta' Stat, li ma jkunx l-Istat li l-liġi tiegħu hija applikabbli skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, għandha tirregola r-reġim tal-proprjetà matrimonjali jekk l-applikant juri li:
(a) |
il-konjuġi kellhom l-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom f'dak l-Istat l-ieħor għal perjodu ta' żmien b'mod sinifikanti ferm itwal milli fl-Istat speċifikat skont il-punt (a) tal-paragrafu 1; u |
(b) |
iż-żewġ konjuġi ddependew fuq il-liġi ta' dak l-Istat l-ieħor fl-arranġament jew l-ippjanar tar-relazzjonijiet tal-proprjetà tagħhom. |
Il-liġi ta' dak l-Istat l-ieħor għandha tapplika mill-mument li jiġi konkluż iż-żwieġ, ħlief jekk wieħed mill-konjuġi ma jaqbilx. Fil-każ tal-aħħar, il-liġi ta' dak l-Istat l-ieħor għandu jkollha effett mill-istabbiliment tal-aħħar residenza abitwali komuni f'dak l-Istat l-ieħor.
L-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat l-ieħor ma għandhiex taffettwa negattivament id-drittijiet ta' partijiet terzi derivanti mil-liġi applikabbli skont il-punt (a) tal-paragrafu 1.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta l-konjuġi jkunu kkonkludew ftehim dwar il-proprjetà matrimonjali qabel l-istabbiliment tal-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom f'dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 27
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi applikabbli
Il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali skont dan ir-Regolament għandha tirregola, inter alia:
(a) |
il-klassifikazzjoni tal-proprjetà ta' kwalunkwe mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma f'kategoriji differenti matul u wara ż-żwieġ, |
(b) |
it-trasferiment ta' proprjetà minn kategorija waħda għall-oħra, |
(c) |
ir-responsabbiltà ta' konjuġi għall-passiv u d-djun tal-konjuġi l-ieħor, |
(d) |
is-setgħat, id-drittijiet u l-obbligi ta' kwalunkwe mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma fir-rigward tal-proprjetà, |
(e) |
ix-xoljiment tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali u d-diviżjoni, id-distribuzzjoni jew il-likwidazzjoni tal-proprjetà, |
(f) |
l-effetti tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali fuq relazzjoni legali bejn kwalunkwe mill-konjuġi u terzi persuni, u |
(g) |
il-validità materjali ta' ftehim dwar il-proprjetà matrimonjali. |
Artikolu 28
Effetti fil-konfront ta' partijiet terzi
1. Minkejja l-punt (f) tal-Artikolu 27, il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali bejn il-konjuġi ma tistax tiġi invokata minn konjuġi kontra parti terza f'disputa bejn il-parti terza u kwalunkwe mill-konjuġi jew iż-żewġ konjuġi ħlief jekk il-parti terza kienet taf jew, fl-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta, kellha tkun taf dwar dik il-liġi.
2. Il-parti terza titqies li jkollha konoxxenza tal-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali jekk:
(a) |
dik il-liġi tkun il-liġi:
jew |
(b) |
kwalunkwe mill-konjuġi kkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għad-divulgazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali speċifikati mil-liġi:
|
3. Fejn il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali bejn il-konjuġi ma tistax tiġi invokata minn konjuġi kontra parti terza permezz tal-paragrafu 1, l-effetti tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali fir-rigward tal-parti terza għandhom ikunu regolati:
(a) |
mil-liġi tal-Istat li l-liġi tiegħu tapplika għat-tranżazzjoni bejn kwalunkwe mill-konjuġi u l-parti terza; jew |
(b) |
f'każijiet li jinvolvu proprjetà immobbli jew assi reġistrati jew drittijiet, mil-liġi tal-Istat fejn tinsab dik il-proprjetà jew fejn ikunu reġistrati l-assi jew id-drittijiet. |
Artikolu 29
Adattament ta' drittijiet in rem
Fejn persuna tinvoka dritt in rem li tkun intitolata għalih taħt il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali, u l-liġi tal-Istat Membru fejn id-dritt ikun invokat ma jirrikonoxxix id-dritt in rem inkwistjoni, dak id-dritt għandu, jekk meħtieġ u sa fejn possibbli, jiġi adattat għall-eqreb dritt ekwivalenti taħt il-liġi ta' dak l-Istat, b'kont meħud tal-għanijiet u tal-interessi segwiti mid-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu.
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti
1. Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti tal-liġi tal-forum.
2. Id-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti huma dispożizzjonijiet li r-rispett tagħhom ikun meqjus bħala kruċjali minn Stat Membru għas-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tiegħu, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, tant li dawn ikunu applikabbli fi kwalunkwe sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi li b'xi mod ieħor tkun applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali skont dan ir-Regolament.
Artikolu 31
Ordni pubbliku (ordre publique)
L-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tal-liġi ta' kwalunkwe Stat speċifikata minn dan ir-Regolament tista' tiġi rifjutata biss jekk tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (ordre publique) tal-forum.
Artikolu 32
Esklużjoni ta' renvoi
L-applikazzjoni tal-liġi ta' kwalunkwe Stat speċifikata minn dan ir-Regolament tfisser l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f'dak l-Istat minbarra r-regoli tad-dritt internazzjonali privata tiegħu.
Artikolu 33
Stati b'aktar minn sistema legali waħda — kunflitti territorjali ta' liġijiet
1. Fejn il-liġi speċifikata minn dan ir-Regolament tkun dik ta' Stat li jinkludi diversi unitajiet territorjali fejn kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha rigward ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali, ir-regoli interni dwar il-kunflitt tal-liġijiet ta' dak l-Istat għandhom jiddeterminaw l-unità territorjali rilevanti li r-regoli tal-liġi tagħha għandhom japplikaw.
2. Fin-nuqqas ta' tali regoli interni dwar il-kunflitt tal-liġijiet:
(a) |
kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirreferu għar-residenza abitwali tal-konjuġi, titqies bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali li fiha l-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom; |
(b) |
kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirreferu għaċ-ċittadinanza tal-konjuġi, titqies bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali li magħha l-konjuġi jkollhom l-akbar rabta; |
(c) |
kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tirreferi għal elementi oħrajn bħala fatturi ta' konnessjoni, titqies bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali li fiha jinsab l-element rilevanti. |
Artikolu 34
Stati b'aktar minn sistema legali waħda— kunflitti ta' liġijiet interpersonali
Fir-rigward ta' Stat li jkollu żewġ sistemi legali jew aktar jew żewġ ġabriet ta' regoli jew aktar applikabbli għal kategoriji differenti ta' persuni fir-rigward tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali, kwalunkwe referenza għal-liġi ta' tali Istat għandha titqies bħala li tirreferi għas-sistema legali jew ġabra ta' regoli determinati mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta' tali regoli, għandhom japplikaw is-sistema ta' liġijiet jew il-ġabra ta' regoli li magħhom il-konjuġi jkollhom l-akbar rabta.
Artikolu 35
Non-applikazzjoni ta' dan ir-Regolamenti għal kunflitti ta' liġijiet interni
Stat Membru li jkollu diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom ikollha r-regoli ta' liġi proprji tagħha fir-rigward tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali ma għandux ikun meħtieġ li japplika dan ir-Regolament għal kunflitti tal-liġijiet li jirriżultaw bejn dawn l-unitajiet territorjali biss.
KAPITOLU IV
RIKONOXXIMENT, EŻEKUTORJETÀ U EŻEKUZZJONI TA' DEĊIŻJONIJIET
Artikolu 36
Rikonoxximent
1. Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħrajn mingħajr il-ħtieġa ta' ebda proċedura speċjali.
2. Kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent ta' deċiżjoni bħala l-kwistjoni prinċipali f'disputa tista', skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 44 sa 57, tapplika sabiex id-deċiżjoni tiġi rikonoxxuta.
3. Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi mid-determinazzjoni ta' kwistjoni inċidentali ta' rikonoxximent, dik il-qorti għandu jkollha ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.
Artikolu 37
Raġunijiet għal non-rikonoxximent
Deċiżjoni ma għandhiex tiġi rikonoxxuta:
(a) |
jekk tali rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku (ordre publique) fl-Istat Membru li fih intalab ir-rikonoxximent; |
(b) |
fejn tkun ingħatat f'kontumaċja, jekk il-konvenut ma kienx ġie nnotifikat bid-dokument li istitwixxa l-proċedimenti jew b'dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'tali mod li b'hekk seta' jħejji d-difiża tiegħu, sakemm il-konvenut ma jkunx naqas milli jibda proċedimenti biex jikkontesta s-sentenza meta kien possibbli għalih jagħmel hekk; |
(c) |
jekk tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija fi proċedimenti bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent; |
(d) |
jekk tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija aktar kmieni fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz li involviet l-istess suġġett tal-kawża u kienet bejn l-istess partijiet, dment li dik id-deċiżjoni aktar kmieni tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent. |
Artikolu 38
Drittijiet fundamentali
L-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament għandu jkun applikat mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri f'konformità mad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b'mod partikolari fl-Artikolu 21 tagħha dwar il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni.
Artikolu 39
Il-projbizzjoni ta' reviżjoni ta' ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-oriġini
1. Il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini ma tistax tiġi riveduta.
2. Il-kriterju tal-ordni pubbliku (ordre publique) imsemmi fl-Artikolu 37 ma għandux japplika għar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni disposti fl-Artikoli 4 sa 11.
Artikolu 40
Ebda reviżjoni fir-rigward tal-mertu
Taħt l-ebda ċirkostanza deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ma tista' tiġi riveduta fir-rigward tal-mertu tagħha.
Artikolu 41
Sospensjoni ta' proċedimenti dwar rikonoxximent
Qorti ta' Stat Membru li ssirilha talba għal rikonoxximent ta' deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti jekk ikun ġie ppreżentat fl-Istat Membru ta' oriġini appell ordinarju kontra d-deċiżjoni.
Artikolu 42
Eżekutorjetà
Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u eżekutorji f'dak l-Istat għandhom ikunu eżekutorji fi Stat Membru ieħor meta, fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessata, ikunu ġew dikjarati eżekutorji hemmhekk skont il-proċedura prevista fl-Artikoli 44 sa 57.
Artikolu 43
Id-determinazzjoni tad-domiċilju
Sabiex jiġi ddeterminat jekk, għall-finijiet tal-proċedura prevista fl-Artikoli 44 sa 57, parti hijiex domiċiljata fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, il-qorti inkarigata għandha tapplika l-liġi interna ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 44
Ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali
1. L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandha tiġi ppreżentata lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni kkomunikata minn dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.
2. Il-ġuriżdizzjoni lokali għandha tiġi determinata b'referenza għal post tad-domiċilju tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni, jew għall-post tal-eżekuzzjoni.
Artikolu 45
Proċedura
1. Il-proċedura ta' applikazzjoni għandha tkun regolata mil-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.
2. L-applikant ma għandux ikun meħtieġ li jkollu indirizz postali jew rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.
3. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
(a) |
kopja tad-deċiżjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; |
(b) |
l-attestazzjoni maħruġa mill-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46. |
Artikolu 46
Nuqqas ta' preżentazzjoni tal-attestazzjoni
1. Jekk l-attestazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(3) ma tiġix preżentata, il-qorti jew l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika żmien għall-preżentazzjoni tagħha jew taċċetta dokument ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li għandha informazzjoni suffiċjenti quddiemha, tgħaddi mingħajrha.
2. Jekk il-qorti jew awtorità kompetenti titlob dan, għandha tiġi ppreżentata traduzzjoni jew trażlitterazzjoni tad-dokumenti. It-traduzzjoni għandha ssir minn persuna kkwalifikata biex tittraduċi f'wieħed mill-Istati Membri.
Artikolu 47
Dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà
Id-deċiżjoni għandha tiġi ddikjarata eżekutorja immedjatament wara li jitlestew il-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 45 mingħajr ebda reviżjoni taħt l-Artikolu 37. Il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni ma għandhiex f'dan l-istadju tal-proċedimenti tkun intitolata tagħmel xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.
Artikolu 48
Notifika tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà
1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandha tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-applikant skont il-proċedura stabbilita bil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
2. Id-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandha tiġi notifikata lill-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni, akkumpanjata mid-deċiżjoni, jekk ma tkunx diġà ġiet notifikata lil dik il-parti.
Artikolu 49
Appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà
1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà tista' tiġi appellata minn kwalunkwe parti.
2. L-appell għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.
3. L-appell għandu jiġi ttrattat skont ir-regoli li jirregolaw il-proċedura f'materji kontradittorji.
4. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tonqos milli tidher quddiem il-qorti tal-appell fi proċedimenti dwar appell imressaq mill-applikant, għandu japplika l-Artikolu 16 anki meta l-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni ma tkunx domiċiljata f'ebda wieħed mill-Istati Membri.
5. Appell kontra d-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandu jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum min-notifika tiegħu. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tkun domiċiljata fi Stat Membru differenti minn dak li fih tkun ingħatat id-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà, iż-żmien għal appell għandu jkun ta' 60 jum u għandu jibda jiddekorri mid-data tal-għoti tan-notifika, kemm jekk liha personalment jew fir-residenza tagħha. Ma tista' tingħata l-ebda estensjoni minħabba d-distanza.
Artikolu 50
Proċedura biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell
Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss permezz tal-proċedura kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.
Artikolu 51
Rifjut jew revoka ta' dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà
Il-qorti ppreżentata b'appell taħt l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 50 għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà biss għal xi waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 37. Hija għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien.
Artikolu 52
Sospensjoni tal-proċedimenti
Il-qorti ppreżentata b'appell taħt l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 50 għandha, fuq applikazzjoni mill-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni, tissospendi l-proċedimenti jekk l-eżekutorjetà tad-deċiżjoni tiġi sospiża fl-Istat Membru tal-oriġini minħabba appell.
Artikolu 53
Miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi
1. Meta deċiżjoni tkun trid tiġi rikonoxxuta skont dan il-Kapitolu, xejn ma għandu jimpedixxi lill-applikant milli jagħmel użu minn miżuri provviżorji, inklużi miżuri protettivi, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà taħt l-Artikolu 46.
2. Id-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandha simultanjament tikkonferixxi, b'effett tal-liġi, is-setgħa li wieħed jipproċedi għal kwalunkwe miżura protettiva.
3. Matul iż-żmien speċifikat għal appell taħt l-Artikolu 49(5) kontra d-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà u sa meta jkun determinat kwalunkwe tali appell, ma tista' tittieħed l-ebda miżura ta' eżekuzzjoni ħlief miżuri protettivi kontra l-proprjetà tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni.
Artikolu 54
Eżekutorjetà parzjali
1. Fejn tkun ingħatat deċiżjoni fir-rigward ta' diversi materji u d-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà ma tistax tingħata għalihom kollha, il-qorti jew l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha għal waħda minnhom jew aktar.
2. Applikant jista' jitlob dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà limitata għal partijiet minn deċiżjoni.
Artikolu 55
Għajnuna legali
Applikant li, fl-Istat Membru tal-oriġini, jkun ibbenefika bis-sħiħ jew parzjalment mill-għajnuna legali jew minn eżenzjoni mill-ispejjeż jew l-infiq għandu jkun intitolat, fi kwalunkwe proċediment għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà, li jibbenefika mill-għajnuna legali l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estiża mill-ispejjeż jew l-infiq kif previst mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
Artikolu 56
Ebda garanzija, rahan jew depożitu
L-ebda garanzija, rahan jew depożitu, irrispettivament mid-deskrizzjoni, ma għandhom ikunu meħtieġa minn parti li fi Stat Membru tapplika ghal rikonoxximent, eżekutorjetà jew eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor minħabba li tkun ċittadin barrani jew li ma tkunx domiċiljata jew residenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
Artikolu 57
Ebda imposta, dazju jew onorarju
Fil-proċedimenti għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà, ma għandhom jiġu imposti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni l-ebda imposta, dazju jew onorarju kkalkulati b'referenza għall-valur tal-materja inkwistjoni.
KAPITOLU V
STRUMENTI AWTENTIĊI U TRANŻAZZJONIJIET BIL-QORTI
Artikolu 58
Aċċettazzjoni ta' strumenti awtentiċi
1. Strument awtentiku stabbilit fi Stat Membru għandu jkollu l-istess effetti evidenzjarji fi Stat Membru ieħor kif ikollu fl-Istat Membru tal-oriġini, jew l-aktar effetti komparabbli, dment li dan ma jkunx manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (ordre publique) fl-Istat Membru kkonċernat.
Persuna li tixtieq tagħmel użu minn strument awtentiku fi Stat Membru ieħor tista' titlob lill-awtorità li tistabbilixxi l-istrument awtentiku fl-Istat Membru tal-oriġini biex timla l-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2) li tiddeskrivi l-effetti evidenzjarji li l-istrument awtentiku jipproduċi fl-Istat Membru tal-oriġini.
2. Kwalunkwe kontestazzjoni relattiva għall-awtentiċità ta' strument awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta' oriġini u għandha tiġi deċiża taħt il-liġi ta' dak l-Istat. L-istrument awtentiku kkontestat ma għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ieħor sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.
3. Kwalunkwe kontestazzjoni relattiva għall-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni taħt dan ir-Regolament u għandha tiġi deċiża taħt il-liġi applikabbli skont il-Kapitolu III. L-istrument awtentiku kkontestat ma għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ħlief l-Istat Membru tal-oriġini fir-rigward tal-materja li tkun ikkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.
4. Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi fuq id-determinazzjoni ta' kwistjoni sekondarja relatata mal-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali reġistrati fi strument awtentiku f'materji ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali, dik il-qorti għandu jkollha ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.
Artikolu 59
Eżekutorjetà ta' strumenti awtentiċi
1. Strument awtentiku li jkun eżekutorju fl-Istat Membru tal-oriġini għandu jiġi ddikjarat bħala eżekutorju fi Stat Membru ieħor fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessata f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 44 sa 57.
2. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45(3), l-awtorità li stabbilixxiet l-istrument awtentiku għandha, fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessati, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2).
3. Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell taħt l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 50 għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà biss jekk l-eżekuzzjoni tal-istrument awtentiku tkun manifestament kuntrarja għall-ordni pubbliku (ordre publique) fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
Artikolu 60
Eżekutorjetà ta' tranżazzjonijiet bil-qorti
1. It-tranżazzjonijiet bil-qorti li huma eżekutorji fl-Istat Membru tal-oriġini għandhom jiġu ddikjarati bħala eżekutorji fi Stat Membru ieħor fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessata f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 44 sa 57.
2. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45(3), il-qorti li approvat it-tranżazzjoni jew li quddiemha ġiet konkluża t-tranżazzjoni għandha, fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessata, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2).
3. Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell taħt l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 50 għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà biss jekk l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni bil-qorti tkun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (ordre publique) fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 61
Legalizzazzjoni u formalitajiet simili oħra
L-ebda legalizzazzjoni jew formalità simili oħra ma għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dokumenti maħruġa fi Stat Membru fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 62
Relazzjonijiet ma' konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti
1. Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali li għalihom Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri jkunu partijiet meta jiġi adottat dan ir-Regolament jew ta' deċiżjoni skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-TFUE u li jikkonċernaw materji koperti minn dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt l-Artikolu 351 tat-TFUE.
2. Minkejja l-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu, bejn l-Istati Membri, jieħu preċedenza fuq konvenzjonijiet konklużi bejniethom sa fejn tali konvenzjonijiet jikkonċernaw materji regolati minn dan ir-Regolament.
3. Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tas-6 ta' Frar 1931 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja li fiha dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali privat dwar iż-żwieġ, l-adozzjoni u t-tutela, kif riveduta fl-2006; għall-Konvenzjoni tad-19 ta' Novembru 1934 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja inkużi dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali privat dwar suċċessjoni, testmenti u amministrazzjoni tal-patrimonju, kif riveduta f'Ġunju 2012; u għall-Konvenzjoni tal-11 ta' Ottubru 1977 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili, mill-Istati Membri li għaliha huma partijiet, sa fejn dawn jipprovdu għal proċeduri simplifikati u aktar spediti għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali.
Artikolu 63
Informazzjoni disponibbli għall-pubbliku
L-Istati Membri għandhom, bil-ħsieb li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarju qasir tal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali tagħhom li jirrigwardaw ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali, inkluża informazzjoni dwar it-tip ta' awtorità li għandha kompetenza fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali u dwar l-effetti fir-rigward ta' partijiet terzi msemmija fl-Artikolu 28.
L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni permanentement aġġornata.
Artikolu 64
Informazzjoni dwar dettalji ta' kuntatt u proċeduri
1. Sad-29 ta' April 2018, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2); |
(b) |
il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50. |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għal din l-informazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-indirizzi u dettalji ta' kuntatt oħrajn tal-qrati u l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha kkomunikata skont il-paragrafu 1 pubblikament disponibbli bi kwalunkwe mezz xieraq, b'mod partikolari bin-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.
Artikolu 65
Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-lista li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' notifiki mill-Istati Membri, tistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2).
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet sussegwenti għall-informazzjoni li tinsab f'dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista skont kif ikun meħtieġ.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u kwalunkwe emendi sussegwenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni kollha nnotifikata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor li jkun adattat, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.
Artikolu 66
Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(3) u fl-Artikoli 58, 59 u 60
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(3) u fl-Artikoli 58, 59 u 60. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2).
Artikolu 67
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 68
Klawżola ta' reviżjoni
1. Sad-29 ta' Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-emendar ta' dan ir-Regolament.
2. Sad-29 ta' Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 9 u 38 ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jevalwa b'mod partikolari l-limitu sa fejn dawn l-Artikoli żguraw aċċess għall-ġustizzja.
3. Għall-finijiet tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-qrati tagħhom.
Artikolu 69
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-proċedimenti legali istitwiti, għal strumenti awtentiċi mfassla formalment jew reġistrati u għal tranżazzjonijiet bil-qorti approvati jew konklużi fi jew wara d-29 ta' Jannar 2019, soġġett għall-paragrafi 2 u 3.
2. Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija wara dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.
3. Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli għall-koppji li jiżżewġu jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali wara d-29 ta' Jannar 2019.
Artikolu 70
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, kif awtorizzata mid-Deċiżjoni (UE) 2016/954.
Huwa għandu japplika mid-29 ta' Jannar 2019, ħlief għall-Artikoli 63 u 64 li għandhom japplikaw mid-29 ta' April 2018, u l-Artikoli 65, 66 u 67 li għandhom japplikaw mid-29 ta' Lulju 2016. Għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa permezz ta' deċiżjoni adottata skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-TFUE, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data indikata fid-deċiżjoni kkonċernata.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri parteċipanti skont it-Trattati.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) ĠU L 159, 16.6.2016, p. 16.
(2) L-Opinjoni tat-23 ta' Ġunju 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati ma' obbligi ta' manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25).
(10) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).
8.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/30 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1104
tal-24 ta' Ġunju 2016
li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/954 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
L-Unjoni għamlet objettiv tagħha li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(2) |
F'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), tali miżuri jistgħu jinkludu miżuri mmirati biex jiżguraw il-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri fir-rigward tal-konflitt tal-liġijiet u tal-ġuriżdizzjoni. |
(3) |
Waqt il-laqgħa tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew approva l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u ta' deċiżjonijiet oħra ta' awtoritajiet ġudizzjarji bħala s-sisien tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw programm ta' miżuri bl-għan li dak il-prinċipju jiġi implimentat. |
(4) |
Ġie adottat, fit-30 ta' Novembru 2000, abbozz ta' programm ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali (3), komuni għall-Kummissjoni u għall-Kunsill. Dak il-programm jidentifika miżuri dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-konflitti tal-liġijiet bħala miżuri li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet u jipprevedi t-tfassil ta' strument f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali u tal-konsegwenzi patrimonjali tas-separazzjoni ta' koppji mhux miżżewġa. |
(5) |
Il-Kunsill Ewropew, waqt il-laqgħa tiegħu li saret fi Brussell fl-4 u l-5 ta' Novembru 2004, adotta programm ġdid imsejjaħ “Il-Programm tal-Aja: it-tisħiħ tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea” (4). F'dan il-programm, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta Green Paper dwar il-konflitt tal-liġijiet f'materji li jikkonċernaw reġimi ta' proprjetà matrimonjali, inkluża l-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent reċiproku. Il-programm enfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi adottat strument f'dan il-qasam. |
(6) |
Fis-17 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni adottat il-Green Paper dwar il-kunflitti tal-liġijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, inkluża b'mod partikolari l-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent reċiproku. Din il-Green Paper nediet konsultazzjonijiet wiesgħa dwar l-aspetti kollha tad-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-koppji fl-Ewropa meta jiġu għal-likwidazzjoni tal-patrimonju komuni tagħhom u r-rimedji legali disponibbli. Il-Green Paper indirizzat ukoll il-kwistjonijiet kollha tad-dritt internazzjonali privat li jiffaċċjaw il-koppji f'unjonijiet għajr żwiġijiet, inklużi koppji bi sħubijiet irreġistrati, u kwistjonijiet speċifiċi għalihom. |
(7) |
Fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fl-10 u l-11 ta' Diċembru 2009 il-Kunsill Ewropew adotta programm pluriennali ġdid imsejjaħ “Il-Programm ta' Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini” (5). F'dak il-programm il-Kunsill Ewropew qies li r-rikonoxximent reċiproku għandu jiġi estiż għal oqsma li għadhom mhumiex koperti, iżda li huma essenzjali għall-ħajja ta' kuljum, bħala eżempju, il-konsegwenzi patrimonjali tas-separazzjoni tal-koppji, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sistemi legali tal-Istati Membri, inkluż l-ordni pubbliku (ordre publique), u t-tradizzjonijiet nazzjonali f'dan il-qasam. |
(8) |
Fir-'Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Iżżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE', li ġie adottat fis-27 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni ħabbret li għandha tadotta proposta għal leġiżlazzjoni biex jiġu eliminati l-ostakoli għall-moviment liberu tal-persuni, b'mod partikolari d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom koppji fl-amministrazzjoni jew fid-diviżjoni tal-proprjetà tagħhom. |
(9) |
Fis-16 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali u proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati. |
(10) |
Fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill ikkonkluda li ma ntlaħqetx unanimità għall-adozzjoni tal-proposti għar-regolamenti dwar reġimi ta' proprjetà matrimonjali u l-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati u li għalhekk ma kienx possibbli li jinkisbu l-objettivi ta' kooperazzjoni f'dan il-qasam fi żmien raġonevoli mill-Unjoni bħala entità waħda. |
(11) |
Minn Diċembru 2015 sa Frar 2016, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Iżvezja indirizzaw talbiet lill-Kummissjoni biex indikaw li xtaqu jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tar-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali u, speċifikament, tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali u tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, u talbu li l-Kummissjoni tippreżenta proposta lill-Kunsill għal dak l-għan. B'ittra lill-Kummissjoni f'Marzu 2016, Ċipru indika x-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-istabbiliment ta' kooperazzjoni msaħħa; Ċipru tenna din ix-xewqa matul ix-xogħol tal-Kunsill. |
(12) |
Fid-9 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2016/954 li awtorizzat tali kooperazzjoni msaħħa. |
(13) |
Taħt l-Artikolu 328(1) tat-TFUE, meta tkun qed tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, din għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, bil-kondizzjoni li jiġu rispettati l-kondizzjonijiet eventwali tal-parteċipazzjoni stabbiliti mid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni. Il-koperazzjoni msaħħa għandha tkun miftuħa għalihom ukoll fi kwalunkwe ħin ieħor, bil-kondizzjoni li, minbarra dawk il-kondizzjonijiet imsemmija, jiġu rispettati l-atti diġà adottati f'dak il-qafas. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti f'koperazzjoni msaħħa għandhom jassiguraw li jippromwovu l-parteċipazzjoni mill-ikbar għadd possibbli ta' Stati Membri. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament biss fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/954, jew permezz ta' deċiżjoni adotatta taħt it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-TFUE. |
(14) |
F'konformità mal-Artikolu 81 tat-TFUE, dan ir-Regolament għandu japplika fil-kuntest tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali. |
(15) |
Sabiex tingħata ċertezza legali lill-koppji miżżewġa rigward il-proprjetà tagħhom u sabiex tingħatalhom ċerta prevedibbiltà, jeħtieġ r-regoli kollha applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati jkunu koperti fi strument wieħed. |
(16) |
Il-mod kif forom ta' unjoni għajr iż-żwieġ huma previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri jvarja minn Stat Membru għal ieħor, u għandha ssir distinzjoni bejn koppji li l-unjoni tagħhom tkun sanzjonata istituzzjonalment permezz tar-reġistrazzjoni tas-sħubija tagħhom ma' awtorità pubblika u koppji f'koabitazzjoni de facto. Filwaqt li xi Stati Membri fil-fatt jipprovdu għal tali unjonijiet de facto, dawn għandhom jiġu kkunsidrati separatament mas-sħubijiet reġistrati, li għandhom natura uffiċjali li tippermetti li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u li jiġu stabbiliti regoli dwar is-suġġett fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sabiex is-suq intern jiffunzjona mingħajr problemi, jeħtieġ li jitneħħew l-ostakoli għall-moviment liberu tal-persuni li jkunu daħlu fi sħubija reġistrata, b'mod partikolari dawk li joħolqu diffikultajiet għal tali koppji fl-amministrazzjoni u d-diviżjoni tal-proprjetà tagħhom. Sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, dan ir-Regolament għandu jiġbor flimkien dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent jew, skont il-każ, l-aċċettazzjoni, l-eżegwibbiltà u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet, strumenti awtentiċi u transazzjonijiet ġudizzjarji. |
(17) |
Dan ir-Regolament għandu jkopri materji li jirriżultaw mill-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati. Il-kunċett ta' “sħubija reġistrata” hawnhekk għandu jiġi definit biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Is-sustanza attwali tal-kunċett għandha tibqa' definita fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri. Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jobbliga Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tinkludix l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata sabiex jipprovdi għaliha fil-liġi nazzjonali tiegħu. |
(18) |
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jinkludi l-aspetti kollha tal-liġi ċivili tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-proprjetà tas-sħab kif ukoll il-likwidazzjoni tagħha, b'mod partikolari minħabba s-separazzjoni tal-koppja jew il-mewt ta' kwalunkwe mis-sħab. |
(19) |
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oqsma tal-liġi ċivili għajr il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għadd ta' kwistjonijiet li jistgħu jitqiesu li għandhom rabta mal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati għandhom jiġu espliċitament esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(20) |
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwistjonijiet ta' kapaċità legali ġenerali tas-sħab; madankollu, din l-esklużjoni ma għandhiex tkopri is-setgħat speċifiċi u d-drittijiet ta' kwalunkwe mis-sħab jew tat-tnejn li huma fir-rigward tal-proprjetà, kemm jekk bejniethom jew fir-rigward ta' partijiet terzi, billi dawn is-setgħat għandhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(21) |
Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal kwistjonijiet preliminari oħra bħall-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta' sħubija reġistrata, li hija koperta mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi r-regoli tad-dritt internazzjonali privat. |
(22) |
Minħabba li l-obbligi ta' manteniment bejn il-konjuġi huma regolati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (6), dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll kwistjonijiet relatati ma' suċċessjoni fir-rigward tal-patrimonju ta' sieħeb deċedut, billi huma koperti bir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(23) |
Il-kwistjonijiet rigward intitolamenti għal trasferiment jew aġġustament bejn is-sħab tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar jew ta' diżabbiltà, irrispettivament min-natura tagħhom, akkumulati matul is-sħubija reġistrata u li ma ġġenerawx dħul ta' pensjoni matul is-sħubija reġistrata, huma materji li għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tas-sistemi speċifiċi eżistenti fl-Istati Membri. Madankollu, din l-esklużjoni għandha tiġi interpretata b'mod strett. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jirregola, b'mod partikolari, il-kwistjoni tal-klassifikazzjoni tal-assi tal-pensjoni, l-ammonti li diġà tħallsu lil sieħeb wieħed matul is-sħubija reġistrata, u l-kumpens possibbli li jingħata fil-każ ta' pensjoni sottoskritta b'assi komuni. |
(24) |
Dan ir-Regolament għandu jippermetti l-ħolqien jew it-trasferiment li jirriżulta mill-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati ta' dritt fil-proprjetà immobbli jew mobbli kif previst fil-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati. Madankollu dan ma għandux jaffettwa l-għadd limitat (“numerus clausus”) ta' drittijiet in rem magħrufa fil-liġi nazzjonali ta' xi Stati Membri. Stat Membru ma għandux ikun meħtieġ jirrikonoxxi dritt in rem relatat ma' proprjetà li tinsab f'dak l-Istat Membru jekk id-dritt in rem ikkonċernat ma jkunx magħruf fil-liġi tiegħu. |
(25) |
Madankollu, biex is-sħab jitħallew igawdu fi Stat Membru ieħor id-drittijiet li nħolqu jew ġew trasferiti lilhom bħala riżultat tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-adattament ta' dritt in rem mhux magħruf għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru l-ieħor. Fil-kuntest ta' tali adattament għandhom jitqiesu l-għanijiet u l-interessi segwiti bid-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu. Għall-finijiet li jiġi determinat l-eqreb dritt nazzjonali ekwivalenti, l-awtoritajiet jew il-persuni kompetenti tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikata għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata jistgħu jiġu kkuntattjati biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar in-natura u l-effetti tad-dritt. Għal dak il-għan, jistgħu jintużaw in-netwerks eżistenti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali, kif ukoll kwalunkwe mezz disponibbli ieħor li jiffaċilita l-fehim tal-liġi barranija. |
(26) |
L-adattament ta' drittijiet in rem mhux magħrufa kif ipprovdut b'mod espliċitu f'dan ir-Regolament m'għandux jipprekludi forom oħrajn ta' adattament fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(27) |
Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni f'reġistru ta' dritt fi proprjetà immobbli jew mobbli għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru (għal proprjetà immobbli, il-lex rei sitae) li tiddetermina taħt liema kondizzjonijiet legali, u kif, għandha ssir ir-reġistrazzjoni u liema awtoritajiet, bħal reġistri tal-artijiet jew nutara, huma responsabbli li jivverifikaw li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha u li d-dokumentazzjoni ppreżentata jew stabbilita tkun biżżejjed jew li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja. B'mod partikolari, l-awtoritajiet jistgħu jikkontrollaw li d-dritt ta' sieħeb għal proprjetà msemmija fid-dokument ippreżentat għar-reġistrazzjoni jkun dritt li jkun irreġistrat bħala tali fir-reġistru jew li huwa muri mod ieħor skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru. Sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni ta' dokumenti, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni għandhom jaċċettaw tali dokumenti, mfasslin fi Stat Membru ieħor mill-awtoritajiet kompetenti li ċ-ċirkolazzjoni tagħhom hija prevista minn dan ir-Regolament. Dan ma għandux jipprekludi lill-awtoritajiet involuti fir-reġistrazzjoni milli jitolbu lill-persuna li tapplika għar-reġistrazzjoni biex tipprovdi tali informazzjoni addizzjonali, jew tippreżenta tali dokumenti addizzjonali, li skont kif ikunu meħtieġa taħt il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru, pereżempju, informazzjoni jew dokumenti relatati mal-ħlas ta' xi boll. L-awtorità kompetenti tista' tindika lill-persuna li tapplika għar-reġistrazzjoni kif tista' tiġi pprovduta l-informazzjoni nieqsa jew id-dokumenti neqsin. |
(28) |
L-effetti tar-reġistrar ta' dritt f'reġistru għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru li tiddetermina jekk effettivament ir-reġistrar huwiex, pereżempju, dikjaratorju jew kostituttiv. B'hekk, fejn pereżempju, l-akkwist ta' dritt fi proprjetà immobbli jeħtieġ li jiġi rreġistrat f'reġistru taħt il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru sabiex jiġi żgurat l-effett erga omnes tar-reġistri jew biex jiġu protetti t-tranżazzjonijiet legali, il-mument ta' tali akkwist għandu jkun regolat mil-liġi ta' dak l-Istat Membru. |
(29) |
Dan ir-Regolament għandu jirrispetta s-sistemi differenti biex jiġu ttrattati materji tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati applikati fl-Istati Membri. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” għandu għalhekk jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fis-sens strett tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, iżda wkoll pereżempju n-nutara f'xi Stati Membri li, f'ċerti materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħal qrati, u n-nutara u l-professjonisti legali li, f'xi Stati Membri, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji meta jittrattaw l-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati permezz ta' delega tas-setgħa minn qorti. Il-qrati kollha kif iddefiniti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu marbutin bir-regoli tal-ġuriżdizzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament. Kuntrarjament, it-terminu “qorti” ma għandux ikopri l-awtoritajiet mhux ġudizzjarji ta' Stat Membru mogħtija s-setgħa taħt il-liġi nazzjonali li jittrattaw materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, bħan-nutara fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn huma ma jeżerċitawx funzjonijiet ġudizzjarji. |
(30) |
Dan ir-Regolament għandu jippermetti lin-nutara kollha li għandhom kompetenza f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati fl-Istati Membri biex jeżerċitaw tali kompetenza. Jekk in-nutara fi Stat Membru partikolari jkunux marbutin jew le bir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament għandu jiddependi minn jekk ikunux koperti jew le mit-terminu “qorti” għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(31) |
L-atti maħruġin min-nutara f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati fl-Istati Membri għandhom jiċċirkolaw skont dan ir-Regolament. Meta n-nutara jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji huma għandhom ikunu marbutin mir-regoli ta' ġuriżdizzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament, u d-deċiżjonijiet li jagħtu għandhom jiċċirkolaw skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar ir-rikonoxximent, l-eżekutorjetà u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet. Meta n-nutara ma jeżerċitawx funzjonijiet ġudizzjarji, huma m'għandhomx ikunu marbutin minn dawk ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni, u l-istrumenti awtentiċi li huma joħorġu għandhom jiċċirkolaw skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar strumenti awtentiċi. |
(32) |
Sabiex jirriflettu l-mobbiltà miżjuda tal-koppji u biex tiġi faċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni f'dan ir-Regolament għandhom jippermettu liċ-ċittadini jressqu diversi proċeduri assoċjati, quddiem il-qrati tal-istess Stat Membru. Għal dak il-għan, dan ir-Regolament għandu jikkonċentra l-ġuriżdizzjoni dwar il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu jiġu inkarigati biex jittrattaw is-suċċessjoni ta' sieħeb skont ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 jew ix-xoljiment jew l-annullament tas-sħubija reġistrata. |
(33) |
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi li, meta l-proċedimenti dwar is-suċċessjoni ta' sieħeb ikunu pendenti quddiem il-qorti ta' Stat Membru li quddiemha titressaq il-kawża skont ir-Regolament (UE) Nru 650/2012, il-qrati ta' dak l-Istat għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni li jiddeċiedu fuq materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati li jirriżultaw b'rabta ma' dak il-każ ta' suċċessjoni. |
(34) |
Bl-istess mod, kwistjonijiet tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati li jinħolqu b'rabta mal-proċedimenti pendenti quddiem il-qorti ta' Stat Membru li quddiemha titressaq applikazzjoni għax-xoljiment jew l-annullament ta' sħubija reġistrata għandhom ikunu mismugħa mill-qrati ta' dak l-Istat Membru, jekk is-sħab jiftiehmu hekk. |
(35) |
Fejn materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati ma jkunux marbuta mal-proċedimenti pendenti quddiem il-qorti ta' Stat Membru dwar is-suċċessjoni ta' sieħeb jew ix-xoljiment jew l-annullament tas-sħubija reġistrata, dan ir-Regolament għandu jipprevedi skala ta' fatturi ta' konnessjoni sabiex tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni, li tibda mir-residenza abitwali tas-sħab fil-mument li l-qorti tkun assumiet il-kompetenza. L-aħħar skalun fl-iskala ta' fatturi ta' konnessjoni tal-ġuriżdizzjoni għandu jindika dak l-Istat Membru li skont il-liġi tiegħu tkun saret ir-reġistrazzjoni obbligatorja tas-sħubija bl-iskop li tiġi stabbilita. Dawn il-fatturi ta' konnessjoni huma stabbiliti fid-dawl tal-mobbiltà taċ-ċittadini li qiegħda tiżdied u sabiex jiżguraw li jeżisti fattur ta' konnessjoni ġenwin bejn is-sħab u l-Istat Membru li fih tiġi eżerċitata l-ġuriżdizzjoni. |
(36) |
Ladarba l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata mhijiex prevista fl-Istati Membri kollha, il-qrati ta' Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tipprovdix għall-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata, jistgħu b'mod eċċezzjonali jkollhom jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni taħt dan ir-Regolament. F'dan il-każ, il-qrati għandhom jaġixxu malajr u l-parti kkonċernata għandu jkollha l-possibbiltà li tippreżenta l-każ fi kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkollu fattur ta' konnessjoni li jagħti l-ġuriżdizzjoni, irrispettivament mill-ordni tar-raġunijiet għall-ġuriżdizzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jirrispetta l-awtonomija tal-partijiet. Kwalunkwe qorti inkarigata wara rifjut tal-ġuriżdizzjoni, ħlief għall-qrati tal-Istat Membru li fih tkun inħolqot is-sħubija reġistrata skont il-liġi tiegħu, li jkollha ġuriżdizzjoni abbażi ta' ftehim dwar l-għażla tal-qorti jew il-preżenza tal-konvenut, jista' jkollha wkoll il-ħtieġa, b'mod eċċezzjonali, li tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni skont l-istess kundizzjonijiet. Fl-aħħar nett, jekk l-ebda qorti ma jkollha l-ġuriżdizzjoni sabiex tittratta s-sitwazzjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li tiġi inkluża regola ta' ġuriżdizzjoni sussidjarja f'dan ir-Regolament sabiex jiġi evitat kull riskju li tinċaħad il-ġustizzja. |
(37) |
Sabiex jiżdiedu ċ-ċertezza legali, il-prevedibbiltà u l-awtonomija tal-partijiet, dan ir-Regolament għandu jippermetti, taħt ċerti ċirkostanzi, li l-partijiet ikunu jistgħu jagħmlu ftehim ta' għażla ta' qrati, favur dawk tal-Istat Membru tal-liġi applikabbli jew dawk tal-Istat Membru li taħt il-liġi tiegħu tkun inħolqot is-sħubija reġistrata. |
(38) |
Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill-partijiet milli jittransiġu l-każ b'mod amikevoli barra l-qorti, pereżempju quddiem nutar, fi Stat Membru tal-għażla tagħhom, fejn dan ikun possibbli skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru. Dan għandu jkun il-każ anki jekk il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata ma tkunx il-liġi ta' dak l-Istat Membru. |
(39) |
Sabiex ikun żgurat li l-qrati tal-Istati Membri kollha jkunu jistgħu, għall-istess raġunijiet, jeżerċitaw ġuriżdizzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi b'mod eżawrjenti r-raġunijiet li għalihom tista' tiġi eżerċitata tali ġuriżdizzjoni sussidjarja. |
(40) |
Sabiex ikun hemm rimedju, partikolarment, għal sitwazzjonijiet ta' ċaħda ta' ġustizzja, dan ir-Regolament għandu jipprevedi forum necessitatis li jippermetti qorti ta' Stat Membru, fuq bażi eċċezzjonali, tieħu deċiżjonijiet dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata li tkun konnessa mill-qrib ma' Stat terz. Tali bażi eċċezzjonali tista' titqies li teżisti meta l-proċedimenti jkunu impossibbli fl-Istat terz ikkonċernat, pereżempju minħabba gwerra ċivili, jew meta sieħeb ma jkunx jista' raġonevolment ikun mistenni li jibda jew iwettaq proċedimenti f'dak l-Istat. Madankollu, ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-forum necessitatis għandha tiġi eżerċitata biss jekk il-kawża tkun konnessa b'mod suffiċjenti mal-Istat Membru tal-qorti inkarigata. |
(41) |
Fl-interess tal-funzjonament armonjuż tal-ġustizzja, l-għoti ta' deċiżjonijiet irrikonċiljabbli fi Stati Membri differenti għandu jiġi evitat. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament għandu jipprevedi regoli proċedurali ġenerali simili għal dawk ta' strumenti oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Waħda mit-tali regoli proċedurali hija regola lis pendens, li tidħol fis-seħħ jekk l-istess każ dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata jitressaq quddiem qrati differenti fi Stati Membri differenti. Dik ir-regola konsegwentement tiddetermina liema qorti għandha tipproċedi biex tittratta l-każ. |
(42) |
Sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu, biċ-ċertezza legali kollha, mill-vantaġġi offruti mis-suq intern, dan ir-Regolament għandu jippermetti lis-sħab li jkunu jafu minn qabel liema liġi tkun se tapplika għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom. Għalhekk, għandhom jiġu introdotti regoli armonizzati dwar il-kunflitt ta' liġijiet biex jiġu evitati riżultati kontradittorji. Ir-regola prinċipali għandha tiżgura li l-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata jkunu regolati minn liġi prevedibbli li magħha tkun marbuta mill-qrib. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni, il-liġi applikabbli għandha tirregola l-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata fl-intier tagħha, jiġifieri, il-konsegwenzi patrimonjali kollha koperti mis-sħubija reġistrata, irrispettivament min-natura tal-beni u indipendentement minn jekk il-beni jkunux jinsabu fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz. |
(43) |
Il-liġi determinata minn dan ir-Regolament għandha tapplika anke jekk ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru. |
(44) |
Sabiex jiffaċilita l-ġestjoni tal-beni mis-sħab, dan ir-Regolament għandu jippermettilhom li jagħżlu l-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom, irrispettivament min-natura tal-beni jew mill-post fejn ikunu jinsabu, minn fost il-liġijiet li magħhom ikollhom rabtiet mill-qrib pereżempju minħabba r-residenza abitwali tagħhom jew in-nazzjonalità tagħhom. Madankollu, sabiex jiġi evitat li tiġi mċaħħda l-għażla tal-liġi ta' kwalunkwe effett u b'hekk is-sħab jitħallew f'lakuna ġuridika, din l-għażla tal-liġi għandha tiġi limitata għal liġi li torbot il-konsegwenzi patrimonjali mas-sħubijiet reġistrati. Din l-għażla tista' ssir fi kwalunkwe mument, qabel ir-reġistrazzjoni tas-sħubija, fil-waqt tar-reġistrazzjoni tas-sħubija jew matul is-sħubija reġistrata. |
(45) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali tat-tranżazzjonijiet u biex jiġi evitat li ssir kwalunkwe bidla fil-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati mingħajr ma jkunu ġew informati s-sħab dwar dan, ma għandha ssir l-ebda bidla tal-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati ħlief jekk il-partijiet ikunu talbuha espressament. Tali bidla deċiża mis-sħab ma għandhiex ikollha effett retroattiv sakemm huma ma jistipulawx hekk espressament. Irrispettivament x'ikun il-każ, hija ma tistax tikser id-drittijiet ta' terzi persuni. |
(46) |
Ir-regoli dwar il-validità materjali u formali ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandhom ikunu stabbiliti sabiex l-għażla informata tas-sħab u jiġi rispettat il-kunsens tagħhom bil-għan li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali kif ukoll aċċess aħjar għall-ġustizzja. Sa fejn hija kkonċernata l-validità formali, għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li s-sħab ikunu konxji tal-implikazzjonijiet tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu tal-anqas ikun bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ partijiet. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru li fih iż-żewġ sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tistabbilixxi regoli formali addizzjonali, dawn ir-regoli għandhom jiġu rrispettati. Pereżempju, tali regoli formali addizzjonali jistgħu jkunu jeżistu fi Stat Membru fejn il-ftehim ikun inkluż fi ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija. Jekk, fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, is-sħab ikunu residenti abitwali fi Stati Membri differenti li jistabbilixxu regoli formali differenti, għandu jkun biżżejjed li jiġu rrispettati r-regoli formali ta' wieħed minn dawn l-Istati. Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, sieħeb wieħed biss ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru li jistabbilixxi regoli formali addizzjonali, dawn ir-regoli għandhom jiġu rrispettati. |
(47) |
Ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija huwa tip ta' trasferiment tal-proprjetà tas-sħab li l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tiegħu jvarjaw fost l-Istati Membri. Sabiex issir aktar faċli li d-drittijiet għall-proprjetà miksuba b'riżultat ta' ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija jiġu aċċettati fl-Istati Membri, għandhom jiġu definiti regoli dwar il-validità formali tal-ftehimiet dwar il-patrimonju tas-sħubija. Tal-anqas, il-ftehim għandu jiġi espress bil-miktub, ikun iddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet. Madankollu, il-ftehim għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti formali addizzjonali dwar il-validità stipulati fil-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata kif determinat minn dan ir-Regolament u fil-liġi tal-Istat Membru fejn is-sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom. Dan ir-Regolament għandu jiddetermina wkoll liema liġi għandha tirregola l-validità materjali ta' tali ftehim. |
(48) |
Fejn ebda liġi applikabbli ma tintgħażel, u bil-għan ta' rikonċiljazzjoni tal-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali mal-kunsiderazzjoni tal-ħajja li effettivament tkun tgħix il-koppja, dan ir-Regolament għandu jipprovdi li l-liġi tal-Istat li taħt il-liġi tiegħu tkun saret ir-reġistrazzjoni obbligatorja tas-sħubija sabiex tiġi stabbilita għandha tapplika għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata. |
(49) |
Fejn dan ir-Regolament jirreferi għaċ-ċittadinanza bħala fattur ta' konnessjoni, il-kwistjoni kif tiġi kkunsidrata persuna li jkollha ċittadinanzi multipli hija kwistjoni preliminari li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha titħalla għal-liġi nazzjonali, inklużi, fejn applikabbli, konvenzjonijiet internazzjonali, b'rispett sħiħ lejn il-prinċipji ġenerali tal-Unjoni. Din il-kunsiderazzjoni m'għandu jkollha l-ebda effett fuq il-validità ta' għażla tal-liġi li ssir skont dan ir-Regolament. |
(50) |
Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi u ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija, l-awtorità ġudizzjarja ta' Stat Membru, fuq talba ta' wieħed mis-sħab għandha, f'każijiet eċċezzjonali — fejn is-sħab ikunu marru jgħixu fl-Istat tar-residenza abitwali għal żmien twil — tkun tista' tasal għall-konklużjoni li l-liġi ta' dak l-Istat tista' tapplika jekk is-sħab ikunu użaw lilha. Irrispettivament x'ikun il-każ, hija ma tistax tikser id-drittijiet ta' partijiet terzi. |
(51) |
Il-liġi determinata bħala l-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata għandha tirregola dawn l-effetti mill-klassifikazzjoni tal-proprjetà ta' wieħed mis-sħab jew tat-tnejn li huma f'kategoriji differenti matul is-sħubija reġistrata u wara x-xoljiment tagħha, sal-likwidazzjoni tal-proprjetà. Hija għandha tinkludi l-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata fuq ir-relazzjoni legali bejn sieħeb u partijiet terzi. Madankollu, il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati tista' tiġi invokata minn sieħeb kontra parti terza biex jiġu regolati dawn l-effetti biss meta r-relazzjonijiet legali bejn is-sieħeb u l-parti terza jkunu bdew f'mument fejn il-parti terza kienet taf jew kellha tkun taf b'dik il-liġi. |
(52) |
Kunsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku, bħall-protezzjoni tal-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika ta' Stat Membru, għandhom jiġġustifikaw l-għoti lill-qrati u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri l-possibbiltà, f'każijiet eċċezzjonali, li japplikaw eċċezzjonijiet fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti. Għaldaqstant, il-kunċett ta' “dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti” għandu jkopri r-regoli ta' natura imperattiva bħar-regoli għall-protezzjoni tad-dar tal-familja. Madankollu, din l-eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata teħtieġ interpretazzjoni stretta sabiex tibqa' kompatibbli mal-objettiv ġenerali ta' dan ir-Regolament. |
(53) |
F'ċirkustanzi eċċezzjonali, kunsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku għandhom jippermettu lill-qrati u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn, meta jittrattaw materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati fl-Istati Membri, li jinjoraw ċerti dispożizzjonijiet ta' liġi barranija fejn, f'każ partikolari, l-applikazzjoni ta' tali dispożizzjonijiet tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (ordre publique) tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti oħrajn ma għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iqisu bħala bla effett liġi ta' Stat Membru ieħor jew jirrifjutaw li jirrikonoxxu, jew, kif jista' jkun il-każ, li jaċċettaw, jew li jeżegwixxu deċiżjoni, strument awtentiku jew tranżazzjoni bil-qorti derivanti minn Stat Membru ieħor jekk tali att imur kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropew (il-“Karta”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha dwar il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. |
(54) |
Peress li hemm xi Stati Membri li fihom jeżistu flimkien żewġ sistemi legali jew aktar jew żewġ ġabriet ta' regoli jew aktar li jittrattaw materji regolati minn dan ir-Regolament, tinħtieġ dispożizzjoni li tirregola l-limitu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-unitajiet territorjali differenti ta' dawk l-Istati Membri. |
(55) |
Fid-dawl tal-objettiv ġenerali tiegħu, li huwa r-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli relatati mar-rikonoxximent, l-eżekutorjetà u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet simili għal dawk ta' strumenti oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili. |
(56) |
Sabiex jitqiesu s-sistemi differenti għat-trattament ta' materji tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura l-aċċettazzjoni u l-eżekutorjetà fl-Istati Membri kollha ta' strumenti awtentiċi f'materji ta' reġim tal-proprjetà matrimonjali. |
(57) |
L-istrumenti awtentiċi għandu jkollhom l-istess effetti evidenzjarji fi Stat Membru ieħor bħal ma jkollhom fl-Istat Membru tal-oriġini, jew l-aktar effetti komparabbli. Meta jkunu qegħdin jiġu ddeterminati l-effetti evidenzjarji ta' strument awtentiku partikolari fi Stat Membru ieħor jew l-aktar effetti komparabbli, għandha ssir referenza għan-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-effetti evidenzjarji tal-istrument awtentiku fl-Istat Membru tal-oriġini. L-effetti evidenzjarji li strument awtentiku partikolari għandu jkollu fi Stat Membru ieħor għaldaqstant jiddependu mil-liġi tal-Istat Membru ta' oriġini. |
(58) |
L-“awtentiċità” ta' strument awtentiku għandha tkun kunċett awtonomu li jkopri elementi bħall-ġenwinità tal-istrument, il-prerekwiżiti formali tal-istrument, is-setgħat tal-awtorità li qed tfassal l-istrument u l-proċedura li biha jitfassal l-istrument. Huwa għandu jkopri wkoll l-elementi fattwali rreġistrati fl-istrument awtentiku mill-awtorità kkonċernata, bħall-fatt li l-partijiet indikati jkunu dehru quddiem dik l-awtorità fid-data indikata u li jkunu għamlu d-dikjarazzjonijiet indikati. Parti li tixtieq tikkontesta l-awtentiċità ta' strument awtentiku għandha tagħmel dan quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tal-istrument awtentiku skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru. |
(59) |
It-terminu “l-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku” għandhom jiġu interpretati bħala referenza għall-kontenuti fis-sens sostantiv reġistrati fl-istrument awtentiku. Parti li tixtieq tikkontesta l-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku għandha tagħmel dan quddiem il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni taħt dan ir-Regolament, li għandhom jiddeċiedu dwar il-kontestazzjoni f'konformità mal-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata. |
(60) |
Jekk kwistjoni relatata mal-atti legali jew relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku titqajjem bħala kwistjoni sekondarja fi proċedimenti quddiem qorti ta' Stat Membru, dik il-qorti għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni. |
(61) |
Strument awtentiku li jiġi kkontestat ma għandu jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru għajr fl-Istat Membru ta' oriġini sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti. Jekk il-kontestazzjoni tikkonċerna biss kwistjoni speċifika relatata mal-atti legali jew relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku, l-istrument awtentiku inkwistjoni ma għandu jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru għajr fl-Istat Membru ta' oriġini fir-rigward tal-materja li tkun qed tiġi kkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti. Strument awtentiku li jkun ġie ddikjarat invalidu bħala riżultat ta' kontestazzjoni, ma għandu jibqa' jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju. |
(62) |
Jekk awtorità, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tiġi ppreżentata b'żewġ strumenti awtentiċi inkompatibbli, din għandha tivvaluta l-kwistjoni dwar liema strument awtentiku għandu, jekk ikun hemm, jingħata prijorità b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari. Fejn, minn dawk iċ-ċirkostanzi, ma jkunx ċar liema strument awtentiku, jekk ikun hemm, għandu jingħata prijorità, il-kwistjoni għandha tiġi ddeterminata mill-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni taħt dan ir-Regolament, jew, fejn il-kwistjoni titqajjem bħala kwistjoni sekondarja matul il-proċedimenti, mill-qorti inkarigata b'dawk il-proċedimenti. F'każ ta' inkompatibbiltà bejn strument awtentiku u deċiżjoni, għandhom jiġu kkunsidrati r-raġunijiet tan-non-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet taħt dan ir-Regolament. |
(63) |
Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata taħt dan ir-Regolament ma għandhomx fi kwalunkwe mod jimplikaw ir-rikonoxximent tas-sħubija reġistrata li wasslet għal din id-deċiżjoni. |
(64) |
Għandha tiġi speċifikata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u l-konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali dwar il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati li għalihom l-Istati Membri jkunu partijiet. |
(65) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġi previst obbligu li jeħtieġ lill-Istati Membri li jikkomunikaw ċerta informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri tagħhom relatati mal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (8). Sabiex tkun tista' tiġi ppubblikata f'waqtha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-informazzjoni kollha b'relevanza għall-applikazzjoni prattika ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ukoll tali informazzjoni lill-Kummissjoni qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament. |
(66) |
Ugwalment, kemm biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll biex ikunu jistgħu jintużaw teknoloġiji moderni ta' komunikazzjoni, għandhom jiġu preskritti formoli standard għall-attestazzjonijiet li għandhom jingħataw b'rabta mal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà ta' deċiżjoni, strument awtentiku jew tranżazzjoni bil-qorti. |
(67) |
Meta jiġu kkalkulati l-perjodi u l-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament, ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (9) għandu japplika. |
(68) |
Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-forom relatati mad-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà ta' deċiżjonijiet, tranżazzjonijiet bil-qorti u strumenti awtentiċi. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(69) |
Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli previsti f'dan ir-Regolament. |
(70) |
L-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni, l-opportunità għas-sħab li jorganizzaw ir-relazzjonijiet patrimonjali tagħhom bejniethom stess u fir-rigward ta' oħrajn matul ħajjithom bħala koppja u meta ssir il-likwidazzjoni tal-proprjetà tagħhom, u iktar prevedibbiltà u iktar ċertezza legali, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, fejn xieraq permezz tal-kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri. F'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għalhekk għandha l-kompetenza li taġixxi. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(71) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b'mod partikolari, l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 dwar, rispettivament, ir-rispett lejn il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għat-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt għall-proprjetà, il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti u għal proċess imparzjali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati u awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal materji tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati.
Huwa m'għandux japplika għal materji fiskali, doganali jew amministrattivi.
2. Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:
(a) |
il-kapaċità ġuridika tas-sħab, |
(b) |
l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta' sħubija reġistrata, |
(c) |
l-obbligi ta' manteniment, |
(d) |
is-suċċessjoni għall-patrimonju ta' sieħeb deċedut, |
(e) |
is-sigurtà soċjali; |
(f) |
l-intitolament għal trasferiment jew aġġustament bejn is-sħab fil-każ ta' xoljiment jew annullament tas-sħubija reġistrata, tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar jew ta' diżabbiltà akkumulati matul is-sħubija reġistrata u li ma ġġenerawx dħul pensjonabbli matul is-sħubija reġistrata, |
(g) |
in-natura tad-drittijiet in rem relatati ma' proprjetà, u |
(h) |
kwalunkwe reġistrar f'reġistru tad-drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal tali reġistrar, u l-effetti tar-reġistrar jew tan-nuqqas ta' reġistrar ta' tali drittijiet f'reġistru. |
Artikolu 2
Kompetenza f'materji ta' konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati fl-Istati Membri
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jittrattaw materji ta' konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) |
“sħubija reġistrata” tfisser is-sistema li tirregola l-ħajja komuni bejn żewġ persuni, prevista mil-liġi, li r-reġistrazzjoni tagħha hija obbligatorja skont dik il-liġi u li tissodisfa l-formalitajiet legali kollha rikjesti minn dik il-liġi għall-ħolqien tagħha; |
(b) |
“konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata” tfisser il-ġabra tar-regoli li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet patrimonjali tas-sħab, bejniethom u fil-konfront ta' partijiet terzi, b'riżultat tar-relazzjoni legali li tinħoloq bir-reġistrazzjoni tas-sħubija jew mix-xoljiment tagħha; |
(c) |
“ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija” tfisser kwalunkwe ftehim bejn is-sħab jew sħab futuri li permezz tiegħu jiġu organizzati l-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom; |
(d) |
“strument awtentiku” tfisser dokument f'materja tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata li jkun tfassal jew ġie rreġistrat formalment bħala strument awtentiku fi Stat Membru u li l-awtentiċità tiegħu:
|
(e) |
“deċiżjoni” tfisser kwalunkwe deċiżjoni f'materja tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata mogħtija minn qorti ta' Stat Membru, irrispettivament mill-isem li jingħatalha, inkluża deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-ispejjeż jew l-infiq minn uffiċjal tal-qorti; |
(f) |
“tranżazzjoni bil-qorti” tfisser tranżazzjoni fi kwistjoni relatata mal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata li kienet approvata minn qorti jew li kienet konkluża quddiem qorti matul il-proċedimenti; |
(g) |
“Stat Membru tal-oriġini” tfisser l-Istat Membru li fih ingħatat id-deċiżjoni, jew ġie mfassal l-istrument awtentiku, jew ġiet approvata jew konkluża t-tranżazzjoni bil-qorti; |
(h) |
“Stat Membru tal-eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li fih issir it-talba għar-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, jew għall-istrument awtentiku jew għat-tranżazzjoni bil-qorti. |
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” jfisser kwalunkwe awtorità ġudizzjarja u l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn kollha b'kompetenza f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaġixxu taħt delega ta' setgħa minn xi awtorità ġudizzjarja jew jaġixxu taħt il-kontroll tagħha, dment li tali awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn joffru garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u tad-dritt tal-partijiet kollha li jinstemgħu, u dment li d-deċiżjonijiet tagħhom taħt il-liġi tal-Istat Membru li fih joperaw:
(a) |
jistgħu jkunu s-suġġett ta' appell jew reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja; u |
(b) |
għandhom forza u effett simili bħal deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja dwar l-istess materja. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn imsemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 64.
KAPITOLU II
ĠURIŻDIZZJONI
Artikolu 4
Ġuriżdizzjoni f'każ ta' mewt ta' wieħed mis-sħab
Fejn qorti ta' Stat Membru tkun inkarigata fi kwistjonijiet tas-suċċessjoni ta' wieħed mis-sħab reġistrati taħt ir-Regolament (UE) Nru 650/2012, il-qrati ta' dak l-Istat għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar kwistjonijiet tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata relatati ma' dik il-kawża ta' suċċessjoni.
Artikolu 5
Ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' xoljiment jew annullament
1. Fejn qorti ta' Stat Membru tkun inkarigata biex tiddeċiedi fuq ix-xoljiment jew l-annullament ta' sħubija reġistrata, il-qrati ta' dak l-Istat għandu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata li jinħolqu b'rabta ma' dak il-każ ta' xoljiment jew annullament, fejn ikun hemm il-qbil tas-sħab dwar dan.
2. Jekk il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiġi konkluż qabel ma l-qorti tkun ġiet inkarigata biex tiddeċiedi dwar materji tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata, il-ftehim għandu jikkonforma mal-Artikolu 7.
Artikolu 6
Ġuriżdizzjoni f'każijiet oħra
Fejn ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha l-ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 4 jew 5 jew f'każijiet għajr dawk previsti f'dawk l-Artikoli, il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata għandha tkun tal-qrati tal-Istat Membru:
(a) |
li fit-territorju tiegħu s-sħab ikunu residenti abitwali fil-mument li fih tiġi inkarigata l-qorti, jew jekk dan ma jirriżultax, |
(b) |
li fit-territorju tiegħu s-sħab kienu residenti abitwali l-aħħar, sa fejn wieħed minnhom ikun għadu jirrisjedi hemmhekk fil-mument li fih tiġi inkarigata l-qorti, jew jekk dan ma jirriżultax, |
(c) |
li fit-territorju tiegħu l-konvenut ikun residenti abitwali fil-mument li fih tiġi inkarigata l-qorti, jew jekk dan ma jirriżultax, |
(d) |
li tiegħu s-sħab għandhom ċittadinanza komuni fil-mument li fih tiġi inkarigata l-qorti, jew jekk dan ma jirriżultax, |
(e) |
li taħt il-liġi tiegħu nħolqot is-sħubija reġistrata. |
Artikolu 7
Għażla tal-qorti
1. Fil-każijiet li huma koperti mill-Artikolu 6, il-partijiet jistgħu jaqblu li l-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli skont l-Artikolu 22 jew l-Artikolu 26(1) jew il-qrati tal-Istat Membru li taħt il-liġi tiegħu tkun inħolqot is-sħubija reġistrata għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklussiva li jiddeċiedu fuq il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom.
2. Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi espress bil-miktub u ddatat u ffirmat mill-partijiet. Kwalunkwe komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi reġistrazzjoni dejjiema tal-ftehim għandha titqies ekwivalenti għal kitba.
Artikolu 8
Ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-preżenza tal-konvenut
1. Apparti mill-ġuriżdizzjoni derivanti minn dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, qorti ta' Stat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli skont l-Artikolu 22 jew l-Artikolu 26(1), u li quddiemha l-konvenut jidher, għandha jkollha l-ġuriżdizzjoni. Din ir-regola m'għandhiex tapplika fejn id-dehra tkun saret biex tkun ikkontestata l-ġuriżdizzjoni, jew f'każijiet koperti mill-Artikolu 4.
2. Qabel ma tassumi ġuriżdizzjoni skont il-paragrafu 1, il-qorti għandha tiżgura li l-konvenut ikun informat bid-dritt tiegħu li jikkontesta l-ġuriżdizzjoni u bil-konsegwenzi jekk jidher jew jekk ma jidhirx quddiemha.
Artikolu 9
Ġuriżdizzjoni alternattiva
1. Jekk qorti tal-Istat Membru li jkollu ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 4, 5, jew il-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 6 tiddeċiedi li l-liġi tagħha ma tipprevedix l-istituzzjoni ta' sħubija reġistrata, din tista' tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni. Jekk qorti tiddeċiedi li tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni, hija għandha tagħmel dan mingħajr dewmien bla bżonn.
2. Fejn qorti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni u fejn il-partijiet jaqblu li jikkonferixxu l-ġuriżdizzjoni lill-qrati ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 7, il-ġuriżdizzjoni għad-deċiżjoni dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati għandha tkun tal-qrati ta' dak l-Istat Membru.
F'każijiet oħrajn, il-ġuriżdizzjoni għad-deċiżjoni dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati għandha tkun tal-qrati ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 8.
3. Dan l-Artikolu m'għandux japplika meta l-partijiet ikunu kisbu x-xoljiment jew l-annullament tas-sħubija reġistrata li jistgħu jiġu rikonoxxuti fl-Istat Membru tal-forum.
Artikolu 10
Ġuriżdizzjoni sussidjarja
Fejn ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 8, jew meta l-qrati kollha skont l-Artikolu 9 jkunu rrifjutaw il-ġuriżdizzjoni u l-ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont il-punt (e) tal-Artikolu 6, jew l-Artikoli 7 jew 8, għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni l-qrati ta' Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab xi proprjetà immobbli ta' kwalunkwe mis-sħab jew tat-tnejn li huma, iżda f'dak il-każ il-qorti inkarigata għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi biss fir-rigward tal-proprjetà immobbli inkwistjoni.
Artikolu 11
Forum necessitatis
Fejn ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8 jew 10, jew meta l-qrati kollha skont l-Artikolu 9 jkunu rrifjutaw il-ġuriżdizzjoni u l-ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont il-punt (e) tal-Artikolu 6, jew l-Artikoli 7, 8 jew 10, il-qrati ta' Stat Membru jistgħu, fuq bażi eċċezzjonali, jiddeċiedu dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata jekk il-proċedimenti ma jkunux raġonevolment jistgħu jitressqu jew jitmexxew, jew ikunu impossibbli fi Stat terz li miegħu jkun marbut mill-qrib il-każ.
Il-każ għandu jkollu rabta suffiċjenti mal-Istat Membru tal-qorti inkarigata.
Artikolu 12
Kontrotalbiet
Il-qorti li fiha jkunu pendenti l-proċedimenti skont l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 10 jew 11, għandu jkollha ġuriżdizzjoni wkoll biex tiddeċiedi dwar kontrotalba jekk din taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Limitazzjoni tal-proċedimenti
1. Fejn il-patrimonju tad-deċedut li s-suċċessjoni tiegħu taqa' taħt ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 ikun fih assi li jinsabu fi Stat terz, il-qorti inkarigata biex tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata tista', fuq talba ta' waħda mill-partijiet, tiddeċiedi li ma tagħtix deċiżjoni dwar wieħed jew aktar minn tali assi jekk jista' jkun mistenni li d-deċiżjoni tagħha fir-rigward ta' dawk l-assi ma tiġix rikonoxxuta u, fejn applikabbli, ma tiġix dikjarata eżekutorja f'dak l-Istat terz.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa d-dritt tal-partijiet li jillimitaw l-ambitu tal-proċedimenti skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti inkarigata.
Artikolu 14
Inkarigar ta' qorti
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, qorti tkun ikkunsidrata inkarigata:
(a) |
fil-mument meta d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġi ppreżentat lill-qorti, dment li l-applikant ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-passi li huwa kien meħtieġ jieħu biex id-dokument ikun notifikat lill-konvenut; |
(b) |
jekk id-dokument għandu jkun innotifikat qabel ma jiġi ppreżentat lill-qorti, f'mument li fih jasal għand l-awtorità responsabbli għan-notifika, dment li l-applikant ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu biex id-dokument jiġi ppreżentat lill-qorti; jew |
(c) |
jekk il-proċedimenti jinfetħu mill-qorti ex officio, fil-mument meta d-deċiżjoni li jinfetħu l-proċedimenti tittieħed mill-qorti, jew, fejn tali deċiżjoni ma tkunx meħtieġa, fil-mument meta l-każ jiġi rreġistrat mill-qorti. |
Artikolu 15
Verifika tal-ġuriżdizzjoni
Fejn qorti ta' Stat Membru tiġi inkarigata b'każ dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata li fuqu ma jkollha ebda ġuriżdizzjoni taħt dan ir-Regolament, hija għandha ex officio tiddikjara li m'għandha l-ebda ġuriżdizzjoni.
Artikolu 16
Verifika tal-ammissibbiltà
1. Fejn konvenut li jkollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat minbarra l-Istat Membru fejn tiġi istitwita l-azzjoni ma jidhirx, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament għandha tissospendi l-proċedimenti sakemm ma jintweriex li l-konvenut seta' jirċievi d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti biex iħejji d-difiża tiegħu, jew li ttieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dak il-għan.
2. L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għandu japplika minflok il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jiġi trażmess minn Stat Membru wieħed għal ieħor f'konformità ma' dak ir-Regolament.
3. Fejn ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 ma jkunx japplika, għandu japplika l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 dwar il-komunikazzjoni u n-notifika barra mill-pajjiż ta' atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali jekk id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jiġi trażmess 'il barra mill-pajjiż f'konformità ma' dik il-Konvenzjoni.
Artikolu 17
Lis pendens
1. Fejn jiġu istitwiti proċedimenti li jinvolvu l-istess suġġett tal-kawża u li jkunu bejn l-istess partijiet fil-qrati ta' Stati Membri differenti, kull qorti, ħlief il-qorti li ġiet inkarigata l-ewwel, għandha tissospendi l-proċedimenti ex officio sakemm tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-ewwel qorti inkarigata.
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, fuq talba minn qorti inkarigata bid-disputa, kwalunkwe qorti oħra inkarigata għandha mingħajr dewmien tinforma lill-ewwel qorti bid-data li fiha ġiet inkarigata.
3. Fejn tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tkun ġiet inkarigata l-ewwel, kull qorti ħlief l-ewwel qorti inkarigata għandha tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni favur dik il-qorti.
Artikolu 18
Kawżi relatati
1. Fejn ikunu pendenti kawżi relatati fi qrati ta' Stati Membri differenti, kull qorti ħlief l-ewwel qorti inkarigata għandha tissospendi l-proċedimenti tagħha.
2. Fejn il-kawżi msemmija fil-paragrafu 1 ikunu pendenti fl-ewwel istanza, kull qorti ħlief l-ewwel qorti inkarigata tista' wkoll, fuq applikazzjoni minn waħda mill-partijiet, tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni jekk l-ewwel qorti inkarigata jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-kawżi inkwistjoni u l-liġi tagħha tkun tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.
3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, kawżi huma meqjusa li jkunu relatati fejn ikunu konnessi hekk mill-qrib li jkun espedjenti li jinstemgħu u jiġu determinati flimkien biex ikun evitat ir-riskju ta' deċiżjonijiet irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.
Artikolu 19
Miżuri provviżorji, inklużi miżuri protettivi
Tista' ssir applikazzjoni fil-qrati ta' Stat Membru li titlob tali miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi, li jistgħu jkunu disponibbli taħt il-liġi ta' dak l-Istat, anke jekk, taħt dan ir-Regolament, il-qrati ta' Stat Membru ieħor ikollhom il-ġuriżdizzjoni dwar il-mertu tal-każ.
KAPITOLU III
LIĠI APPLIKABBLI
Artikolu 20
Applikazzjoni universali
Il-liġi speċifikata bħala applikabbli minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata kemm jekk hi l-liġi ta' Stat Membru kif ukoll jekk mhijiex.
Artikolu 21
Unità tal-liġi applikabbli
Il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata għandha tapplika għall-assi kollha li jkunu soġġetti għal dawk il-konsegwenzi, irrispettivament minn fejn jinsabu l-assi.
Artikolu 22
Għażla tal-liġi applikabbli
1. Is-sieħeb jew sħab futuri jistgħu jaqblu li jagħżlu jew li jibdlu l-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom, sakemm dik il-liġi torbot konsegwenzi patrimonjali mal-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata u dik il-liġi tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-liġi tal-Istat fejn is-sħab jew sħab futuri, jew wieħed minnhom, ikollu r-residenza abitwali tiegħu jew tagħhom fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, |
(b) |
il-liġi ta' Stat taċ-ċittadinanza ta' xi wieħed mis-sħab jew ta' sieħeb futur fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, jew |
(c) |
il-liġi tal-Istat li taħt il-liġi tiegħu tkun inħolqot is-sħubija reġistrata. |
2. Sakemm is-sħab ma jiftehmux mod ieħor, bidla fil-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom, li ssir matul is-sħubija, għandu jkollha biss effett prospettiv.
3. Kull bidla retroattiva fil-liġi applikabbli taħt il-paragrafu 2 ma għandhiex taffettwa negattivament id-drittijiet ta' partijiet terzi derivanti minn dik il-liġi.
Artikolu 23
Validità formali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli
1. Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 22 għandu jkun espress bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ sħab. Kwalunkwe komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi reġistrazzjoni durabbli tal-ftehim għandha titqies ekwivalenti għall-kitba.
2. Jekk il-liġi tal-Istat Membru li fih iż-żewġ sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tistabbilixxi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet dwar il-patrimonju tas-sħubija, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
3. Jekk, fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, is-sħab ikunu residenti abitwali fi Stati Membri differenti u l-liġijiet ta' dawk l-Istati jipprevedu rekwiżiti formali differenti għall-ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija, il-ftehim għandu jkun formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta' kwalunkwe waħda minn dawk il-liġijiet.
4. Jekk, fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, sieħeb wieħed biss ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru u dak l-Istat jipprevedi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet dwar il-patrimonju tas-sħubija, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 24
Kunsens u validità materjali
1. L-eżistenza u l-validità ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi jew ta' kwalunkwe terminu tiegħu għandhom jiġu determinati mil-liġi li tirregolah skont l-Artikolu 22 kieku l-kuntratt jew it-terminu kienu validi.
2. Madankollu, sieħeb jista', sabiex jistabbilixxi li ma tax il-kunsens tiegħu, jiddependi fuq il-liġi tal-pajjiż fejn ikollu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument li tiġi inkarigata l-qorti jekk miċ-ċirkostanzi jkun jidher li ma jkunx raġonevoli li jiġi determinat l-effett tal-imġiba tiegħu skont il-liġi speċifikata fil-paragrafu 1.
Artikolu 25
Validità formali ta' ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija
1. Il-ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija għandu jkun espress bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ sħab. Kwalunkwe komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi reġistrazzjoni durabbli tal-ftehim għandha titqies ekwivalenti għall-kitba.
2. Jekk il-liġi tal-Istat Membru li fih iż-żewġ sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tistabbilixxi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet dwar il-patrimonju tas-sħubija, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
Jekk, fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, is-sħab ikunu residenti abitwali fi Stati Membri differenti u l-liġijiet ta' dawk l-Istati jipprevedu rekwiżiti formali differenti għal ftehimiet dwar il-patrimonju tas-sħubija, il-ftehim għandu jkun formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta' waħda minn dawk il-liġijiet.
Jekk, fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, sieħeb wieħed biss ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru u dak l-Istat jipprevedi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet dwar il-patrimonju tas-sħubija, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
3. Jekk il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata timponi rekwiżiti formali addizzjonali, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 26
Il-liġi applikabbli fin-nuqqas ta' għażla mill-partijiet
1. Fin-nuqqas ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi skont l-Artikolu 22, il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati għandha tkun il-liġi tal-Istat li taħt il-liġi tiegħu s-sħubija reġistrata tkun inħolqot.
2. Bħala eċċezzjoni u fuq applikazzjoni minn kwalunkwe sieħeb, l-awtorità ġudizzjarja li jkollha l-ġuriżdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata tista' tiddeċiedi li l-liġi ta' Stat, li ma jkunx l-Istat li l-liġi tiegħu hija applikabbli skont il-paragrafu 1, għandha tirregola l-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata jekk il-liġi tal-Istat l-ieħor torbot konsegwenzi patrimonjali mal-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata u jekk l-applikant juri li:
(a) |
is-sħab kellhom l-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom f'dak l-Istat l-ieħor għal perjodu ta' żmien twil b'mod sinifikanti; u |
(b) |
iż-żewġ sħab ddependew fuq il-liġi ta' dak l-Istat l-ieħor fl-arranġament jew l-ippjanar tar-relazzjonijiet patrimonjali tagħhom. |
Il-liġi ta' dak l-Istat l-ieħor għandha tapplika mill-ħolqien tas-sħubija reġistrata, ħlief jekk sieħeb minnhom ma jaqbilx. Fil-każ tal-aħħar, il-liġi ta' dak l-Istat l-ieħor għandu jkollha effett mill-istabbiliment tal-aħħar residenza abitwali komuni f'dak l-Istat l-ieħor.
L-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat l-ieħor m'għandhiex taffettwa negattivament id-drittijiet tal-partijiet terzi derivanti mil-liġi applikabbli skont il-paragrafu 1.
Dan il-paragrafu m'għandux japplika meta s-sħab ikunu kkonkludew ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija qabel l-istabbiliment tal-aħħar residenza abitwali komuni f'dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 27
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi applikabbli
Il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati skont dan ir-Regolament għandha tirregola, inter alia:
(a) |
il-klassifikazzjoni tal-proprjetà ta' wieħed jew taż-żewġ sħab f'kategoriji differenti matul u wara s-sħubija reġistrata, |
(b) |
it-trasferiment tal-proprjetà minn kategorija għall-oħra, |
(c) |
ir-responsabbiltà ta' sieħeb wieħed għall-obbligazzjonijiet u d-djun tas-sieħeb l-ieħor, |
(d) |
is-setgħat, drittijiet u obbligi ta' wieħed mis-sħab jew tat-tnejn li huma fir-rigward tal-proprjetà, |
(e) |
id-diviżjoni, id-distribuzzjoni jew il-likwidazzjoni tal-proprjetà fil-mument tax-xoljiment tas-sħubija reġistrata, |
(f) |
l-effetti tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati fuq relazzjoni legali bejn sieħeb u partijiet terzi, u |
(g) |
il-validità materjali ta' ftehim dwar il-patrimonju tas-sħubija. |
Artikolu 28
Effetti fil-konfront ta' partijiet terzi
1. Minkejja l-punt (f) tal-Artikolu 27, il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata bejn is-sħab ma tistax tiġi invokata minn sieħeb kontra parti terza f'tilwima bejn il-parti terza u wieħed mis-sħab jew it-tnejn li huma, sakemm il-parti terza ma kinitx taf jew, fl-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta, kellha tkun taf b'dik il-liġi.
2. Il-parti terza titqies li jkollha konoxxenza tal-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata, jekk:
(a) |
dik il-liġi tkun il-liġi:
jew |
(b) |
kwalunkwe mis-sħab ikun ikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għad-divulgazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata speċifikati mil-liġi:
|
3. Fejn il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata ma tkunx tista' tiġi invokata minn sieħeb kontra parti terza permezz tal-paragrafu 1, il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata fir-rigward tal-parti terza għandhom ikunu regolati:
(a) |
mil-liġi tal-Istat li l-liġi tiegħu tapplika għat-tranżazzjoni bejn sieħeb u l-parti terza; jew |
(b) |
f'każijiet li jinvolvu proprjetà immobbli jew assi jew drittijiet reġistrati, permezz tal-liġi tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà jew fejn ikunu reġistrati l-assi jew id-drittijiet. |
Artikolu 29
Adattament ta' drittijiet in rem
Fejn persuna tinvoka dritt in rem li hija tkun intitolata għalih skont il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata, u l-liġi tal-Istat Membru fejn id-dritt ikun invokat ma jirrikonoxxix id-dritt in rem inkwistjoni, dak id-dritt għandu, jekk meħtieġ u sa fejn possibbli, jiġi adattat għall-eqreb dritt ekwivalenti taħt il-liġi ta' dak l-Istat, b'kont meħud tal-għanijiet u tal-interessi segwiti mid-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu.
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti
1. Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti tal-liġi tal-forum.
2. Id-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti huma dispożizzjonijiet li r-rispett tagħhom ikun meqjus bħala kruċjali minn Stat Membru għas-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tiegħu, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, tant li dawn ikunu applikabbli fi kwalunkwe sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi li b'xi mod ieħor tkun applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubija reġistrata skont dan ir-Regolament.
Artikolu 31
Ordni pubbliku (ordre publique)
L-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tal-liġi ta' kwalunkwe Stat speċifikata minn dan ir-Regolament tista' tiġi rifjutata biss jekk tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (ordre publique) tal-forum.
Artikolu 32
Esklużjoni ta' renvoi
L-applikazzjoni tal-liġi ta' kwalunkwe Stat speċifikata minn dan ir-Regolament tfisser l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f'dak l-Istat minbarra r-regoli tad-dritt internazzjonali privata tiegħu.
Artikolu 33
Stati b'aktar minn sistema legali waħda — kunflitti territorjali tal-liġijiet
1. Fejn il-liġi speċifikata minn dan ir-Regolament tkun dik ta' Stat li jinkludi diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha rigward il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, ir-regoli interni dwar il-kunflitt tal-liġijiet ta' dak l-Istat għandhom jiddeterminaw l-unità territorjali rilevanti li r-regoli tal-liġi proprji tagħha għandhom japplikaw.
2. Fin-nuqqas ta' tali regoli interni dwar il-kunflitt tal-liġijiet:
(a) |
kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirreferu għar-residenza abitwali tas-sħab, titqies bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali fejn is-sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom; |
(b) |
kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirreferu għan-nazzjonalità tas-sħab, titqies bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali li s-sħab ikollhom l-akbar rabta magħha; |
(c) |
kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tirreferi għal elementi oħrajn bħala fatturi ta' konnessjoni, titqies bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali fejn jinsab l-element rilevanti. |
Artikolu 34
Stati b'aktar minn sistema legali waħda — kunflitti interpersonali tal-liġijiet
Fir-rigward ta' Stat li jkollu żewġ sistemi legali jew aktar jew żewġ ġabriet ta' regoli jew aktar applikabbli għal kategoriji differenti ta' persuni fir-rigward tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, kwalunkwe referenza għal-liġi ta' tali Istat għandha titqies bħala li tirreferi għas-sistema legali jew ġabra ta' regoli determinati mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta' tali regoli, għandhom japplikaw is-sistema ta' liġijiet jew il-ġabra ta' regoli li magħhom s-sħab ikollhom l-akbar rabta.
Artikolu 35
Non-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal kunflitti interni tal-liġijiet
Stat Membru li jkollu diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha fir-rigward tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati ma għandux ikun meħtieġ li japplika dan ir-Regolament għal kunflitti tal-liġijiet li jirriżultaw bejn dawk l-unitajiet territorjali biss.
KAPITOLU IV
RIKONOXXIMENT, EŻEKUTORJETÀ U EŻEKUZZJONI TA' DEĊIŻJONIJIET
Artikolu 36
Rikonoxximent
1. Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħrajn mingħajr il-ħtieġa ta' ebda proċedura speċjali.
2. Kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent ta' deċiżjoni bħala l-kwistjoni prinċipali f'disputa tista', skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 44 sa 57, tapplika sabiex id-deċiżjoni tiġi rikonoxxuta.
3. Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi mid-determinazzjoni ta' kwistjoni inċidentali ta' rikonoxximent, dik il-qorti għandu jkollha ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.
Artikolu 37
Raġunijiet għal non-rikonoxximent
Deċiżjoni ma għandhiex tiġi rikonoxxuta:
(a) |
jekk tali rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku (ordre publique) fl-Istat Membru li fih intalab ir-rikonoxximent; |
(b) |
fejn tkun ingħatat f'kontumaċja, jekk il-konvenut ma kienx ġie nnotifikat bid-dokument li istitwixxa l-proċedimenti jew b'dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'tali mod li b'hekk seta' jħejji d-difiża tiegħu, sakemm il-konvenut ma jkunx naqas milli jibda proċedimenti biex jikkontesta s-sentenza meta kien possibbli għalih jagħmel hekk; |
(c) |
jekk tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija fi proċedimenti bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent; |
(d) |
jekk tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija aktar kmieni fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz li involviet l-istess suġġett tal-kawża u kienet bejn l-istess partijiet, dment li dik id-deċiżjoni aktar kmieni tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent. |
Artikolu 38
Drittijiet fundamentali
L-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament għandu jkun applikat mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri f'konformità mad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b'mod partikolari fl-Artikolu 21 tagħha dwar il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni.
Artikolu 39
Il-projbizzjoni ta' reviżjoni ta' ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-oriġini
1. Il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini ma tistax tiġi riveduta.
2. Il-kriterju tal-ordni pubbliku (ordre publique) imsemmi fl-Artikolu 37 ma għandux japplika għar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni disposti fl-Artikoli 4 sa 12.
Artikolu 40
Ebda reviżjoni fir-rigward tal-mertu
Taħt l-ebda ċirkostanza deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ma tista' tiġi riveduta fir-rigward tal-mertu tagħha.
Artikolu 41
Sospensjoni ta' proċedimenti dwar rikonoxximent
Qorti ta' Stat Membru li ssirilha talba għal rikonoxximent ta' deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti jekk ikun ġie ppreżentat fl-Istat Membru ta' oriġini appell ordinarju kontra d-deċiżjoni.
Artikolu 42
Eżekutorjetà
Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u eżekutorji f'dak l-Istat għandhom ikunu eżekutorji fi Stat Membru ieħor meta, fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessata, ikunu ġew dikjarati eżekutorji hemmhekk skont il-proċedura prevista fl-Artikoli 44 sa 57.
Artikolu 43
Id-determinazzjoni tad-domiċilju
Sabiex jiġi ddeterminat jekk, għall-finijiet tal-proċedura prevista fl-Artikoli 44 sa 57, parti hijiex domiċiljata fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, il-qorti inkarigata għandha tapplika l-liġi interna ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 44
Ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali
1. L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandha tiġi ppreżentata lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni kkomunikata minn dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.
2. Il-ġuriżdizzjoni lokali għandha tiġi determinata b'referenza għal post tad-domiċilju tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni, jew għall-post tal-eżekuzzjoni.
Artikolu 45
Proċedura
1. Il-proċedura ta' applikazzjoni għandha tkun regolata mil-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.
2. L-applikant ma għandux ikun meħtieġ li jkollu indirizz postali jew rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.
3. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
(a) |
kopja tad-deċiżjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; |
(b) |
l-attestazzjoni maħruġa mill-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini bl-użu tal-formola stabbilita permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46. |
Artikolu 46
Nuqqas ta' preżentazzjoni tal-attestazzjoni
1. Jekk l-attestazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(3) ma tiġix preżentata, il-qorti jew l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika żmien għall-preżentazzjoni tagħha jew taċċetta dokument ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li għandha informazzjoni suffiċjenti quddiemha, tgħaddi mingħajrha.
2. Jekk il-qorti jew awtorità kompetenti titlob dan, għandha tiġi ppreżentata traduzzjoni jew trażlitterazzjoni tad-dokumenti. It-traduzzjoni għandha ssir minn persuna kkwalifikata biex tittraduċi f'wieħed mill-Istati Membri.
Artikolu 47
Dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà
Id-deċiżjoni għandha tiġi ddikjarata eżekutorja immedjatament wara li jitlestew il-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 45 mingħajr ebda reviżjoni taħt l-Artikolu 37. Il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni ma għandhiex f'dan l-istadju tal-proċedimenti tkun intitolata tagħmel xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.
Artikolu 48
Notifika tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà
1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandha tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-applikant skont il-proċedura stabbilita bil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
2. Id-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandha tiġi notifikata lill-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni, akkumpanjata mid-deċiżjoni, jekk ma tkunx diġà ġiet notifikata lil dik il-parti.
Artikolu 49
Appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà
1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà tista' tiġi appellata minn kwalunkwe parti.
2. L-appell għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.
3. L-appell għandu jiġi ttrattat skont ir-regoli li jirregolaw il-proċedura f'materji kontradittorji.
4. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tonqos milli tidher quddiem il-qorti tal-appell fi proċedimenti dwar appell imressaq mill-applikant, għandu japplika l-Artikolu 16 anki meta l-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni ma tkunx domiċiljata f'ebda wieħed mill-Istati Membri.
5. Appell kontra d-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandu jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum min-notifika tiegħu. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tkun domiċiljata fi Stat Membru differenti minn dak li fih tkun ingħatat id-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà, iż-żmien għal appell għandu jkun ta' 60 jum u għandu jibda jiddekorri mid-data tal-għoti tan-notifika, kemm jekk liha personalment jew fir-residenza tagħha. Ma tista' tingħata l-ebda estensjoni minħabba d-distanza.
Artikolu 50
Proċedura biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell
Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss permezz tal-proċedura kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.
Artikolu 51
Rifjut jew revoka ta' dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà
Il-qorti ppreżentata b'appell taħt l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 50 għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà biss għal xi waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 37. Hija għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien.
Artikolu 52
Sospensjoni tal-proċedimenti
Il-qorti ppreżentata b'appell taħt l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 50 għandha, fuq applikazzjoni mill-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni, tissospendi l-proċedimenti jekk l-eżekutorjetà tad-deċiżjoni tiġi sospiża fl-Istat Membru tal-oriġini minħabba appell.
Artikolu 53
Miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi
1. Meta deċiżjoni tkun trid tiġi rikonoxxuta skont dan il-Kapitolu, xejn ma għandu jimpedixxi lill-applikant milli jagħmel użu minn miżuri provviżorji, inklużi miżuri protettivi, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà taħt l-Artikolu 47.
2. Id-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà għandha simultanjament tikkonferixxi, b'effett tal-liġi, is-setgħa li wieħed jipproċedi għal kwalunkwe miżura protettiva.
3. Matul iż-żmien speċifikat għal appell taħt l-Artikolu 49(5) kontra d-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà u sa meta jkun determinat kwalunkwe tali appell, ma tista' tittieħed l-ebda miżura ta' eżekuzzjoni ħlief miżuri protettivi kontra l-proprjetà tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni.
Artikolu 54
Eżekutorjetà parzjali
1. Fejn tkun ingħatat deċiżjoni fir-rigward ta' diversi materji u d-dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà ma tistax tingħata għalihom kollha, il-qorti jew l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha għal waħda minnhom jew aktar.
2. Applikant jista' jitlob dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà limitata għal partijiet minn deċiżjoni.
Artikolu 55
Għajnuna legali
Applikant li, fl-Istat Membru tal-oriġini, jkun ibbenefika bis-sħiħ jew parzjalment mill-għajnuna legali jew minn eżenzjoni mill-ispejjeż jew l-infiq għandu jkun intitolat, fi kwalunkwe proċediment għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà, li jibbenefika mill-għajnuna legali l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estiża mill-ispejjeż jew l-infiq kif previst mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
Artikolu 56
Ebda garanzija, rahan jew depożitu
L-ebda garanzija, rahan jew depożitu, irrispettivament mid-deskrizzjoni, ma għandhom ikunu meħtieġa minn parti li fi Stat Membru tapplika ghal rikonoxximent, eżekutorjetà jew eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor minħabba li tkun ċittadin barrani jew li ma tkunx domiċiljata jew residenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
Artikolu 57
Ebda imposta, dazju jew onorarju
Fil-proċedimenti għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà, ma għandhom jiġu imposti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni l-ebda imposta, dazju jew onorarju kkalkulati b'referenza għall-valur tal-materja inkwistjoni.
KAPITOLU V
STRUMENTI AWTENTIĊI U TRANŻAZZJONIJIET BIL-QORTI
Artikolu 58
Aċċettazzjoni ta' strumenti awtentiċi
1. Strument awtentiku stabbilit fi Stat Membru għandu jkollu l-istess effetti evidenzjarji fi Stat Membru ieħor kif ikollu fl-Istat Membru tal-oriġini, jew l-aktar effetti komparabbli, dment li dan ma jkunx manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (ordre publique) fl-Istat Membru kkonċernat.
Persuna li tixtieq tagħmel użu minn strument awtentiku fi Stat Membru ieħor tista' titlob lill-awtorità li tistabbilixxi l-istrument awtentiku fl-Istat Membru tal-oriġini biex timla l-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2) li tiddeskrivi l-effetti evidenzjarji li l-istrument awtentiku jipproduċi fl-Istat Membru tal-oriġini.
2. Kwalunkwe kontestazzjoni relattiva għall-awtentiċità ta' strument awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta' oriġini u għandha tiġi deċiża taħt il-liġi ta' dak l-Istat. L-istrument awtentiku kkontestat ma għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ieħor sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.
3. Kwalunkwe kontestazzjoni relattiva għall-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni taħt dan ir-Regolament u għandha tiġi deċiża taħt il-liġi applikabbli skont il-Kapitolu III. L-istrument awtentiku kkontestat ma għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ħlief l-Istat Membru tal-oriġini fir-rigward tal-materja li tkun ikkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.
4. Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi fuq id-determinazzjoni ta' kwistjoni sekondarja relatata mal-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali reġistrati fi strument awtentiku f'materji ta' konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, dik il-qorti għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.
Artikolu 59
Eżekutorjetà ta' strumenti awtentiċi
1. Strument awtentiku li jkun eżekutorju fl-Istat Membru tal-oriġini għandu jiġi ddikjarat bħala eżekutorju fi Stat Membru ieħor fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessata f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 44 sa 57.
2. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45(3), l-awtorità li stabbilixxiet l-istrument awtentiku għandha, fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessati, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2).
3. Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell taħt l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 50 għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà biss jekk l-eżekuzzjoni tal-istrument awtentiku tkun manifestament kuntrarja għall-ordni pubbliku (ordre publique) fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
Artikolu 60
Eżekutorjetà ta' tranżazzjonijiet bil-qorti
1. It-tranżazzjonijiet bil-qorti li huma eżekutorji fl-Istat Membru tal-oriġini għandhom jiġu ddikjarati bħala eżekutorji fi Stat Membru ieħor fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessata f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 44 sa 57.
2. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45(3), il-qorti li approvat it-tranżazzjoni jew li quddiemha ġiet konkluża t-tranżazzjoni għandha, fuq applikazzjoni minn kwalunkwe parti interessata, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2).
3. Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell taħt l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 50 għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà biss jekk l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni bil-qorti tkun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (ordre publique) fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 61
Legalizzazzjoni u formalitajiet simili oħra
L-ebda legalizzazzjoni jew formalità simili oħra ma għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dokumenti maħruġa fi Stat Membru fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 62
Relazzjonijiet mal-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti
1. Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali li għalihom Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri jkunu partijiet meta jiġi adottat dan ir-Regolament jew ta' deċiżjoni skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-TFUE u li jikkonċernaw materji koperti minn dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt l-Artikolu 351 tat-TFUE.
2. Minkejja l-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu, bejn l-Istati Membri, jieħu preċedenza fuq konvenzjonijiet konklużi bejniethom sa fejn tali konvenzjonijiet jikkonċernaw materji regolati minn dan ir-Regolament.
Artikolu 63
Informazzjoni disponibbli għall-pubbliku
L-Istati Membri għandhom, bil-ħsieb li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarju qasir tal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali tagħhom li jirrigwardaw il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, inkluża informazzjoni dwar it-tip ta' awtorità li għandha kompetenza f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati u dwar l-effetti fir-rigward tal-partijiet terzi msemmija fl-Artikolu 28.
L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni permanentement aġġornata.
Artikolu 64
Informazzjoni dwar dettalji ta' kuntatt u proċeduri
1. Sad-29 ta' April 2018, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2); |
(b) |
il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50. |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għal din l-informazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-indirizzi u dettalji ta' kuntatt oħrajn tal-qrati u l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha kkomunikata skont il-paragrafu 1 pubblikament disponibbli bi kwalunkwe mezz xieraq, b'mod partikolari bin-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.
Artikolu 65
Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-lista li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' notifiki mill-Istati Membri, tistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2).
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet sussegwenti għall-informazzjoni li tinsab f'dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista skont kif ikun meħtieġ.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u kwalunkwe emendi sussegwenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni kollha nnotifikata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor li jkun adattat, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.
Artikolu 66
Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(3) u fl-Artikoli 58, 59 u 60
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(3) u fl-Artikoli 58, 59 u 60. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 67(2).
Artikolu 67
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 68
Klawżola ta' reviżjoni
1. Sad-29 ta' Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-emendar ta' dan ir-Regolament.
2. Sad-29 ta' Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 9 u 38 ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jevalwa b'mod partikolari l-limitu sa fejn dawn l-Artikoli żguraw aċċess għall-ġustizzja.
3. Għall-finijiet tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-qrati tagħhom.
Artikolu 69
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-proċedimenti legali istitwiti, għal strumenti awtentiċi mfassla formalment jew reġistrati u għal tranżazzjonijiet bil-qorti approvati jew konklużi fi jew wara d-29 ta' Jannar 2019, soġġett għall-paragrafi 2 u 3.
2. Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija wara dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.
3. Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli biss għas-sħab li jirreġistraw is-sħubija tagħhom jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom wara d-29 ta' Jannar 2019.
Artikolu 70
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, kif awtorizzata mid-Deċiżjoni (UE) 2016/954.
Huwa għandu japplika mid-29 ta' Jannar 2019, ħlief għall-Artikoli 63 u 64 li għandhom japplikaw mid-29 ta' April 2018, u l-Artikoli 65, 66 u 67 li għandhom japplikaw mid-29 ta' Lulju 2016. Għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa permezz ta' deċiżjoni adottata skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-TFUE, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data indikata fid-deċiżjoni kkonċernata.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri parteċipanti skont it-Trattati.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) ĠU L 159, 16.6.2016, p. 16.
(2) L-Opinjoni tat-23 ta' Ġunju 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati ma' obbligi ta' manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25).
(9) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).
8.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/57 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1105
tas-7 ta' Lulju 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
150,6 |
ZZ |
150,6 |
|
0709 93 10 |
TR |
135,9 |
ZZ |
135,9 |
|
0805 50 10 |
AR |
191,9 |
BO |
220,8 |
|
CL |
185,5 |
|
TR |
134,0 |
|
UY |
143,3 |
|
ZA |
149,7 |
|
ZZ |
170,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
155,3 |
BR |
97,7 |
|
CL |
127,3 |
|
CN |
116,1 |
|
NZ |
145,7 |
|
US |
149,7 |
|
UY |
67,7 |
|
ZA |
109,4 |
|
ZZ |
121,1 |
|
0808 30 90 |
AR |
195,3 |
CL |
124,9 |
|
CN |
91,9 |
|
ZA |
119,6 |
|
ZZ |
132,9 |
|
0809 10 00 |
TR |
208,5 |
ZZ |
208,5 |
|
0809 29 00 |
TR |
326,5 |
ZZ |
326,5 |
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
126,8 |
ZZ |
126,8 |
|
0809 40 05 |
TR |
160,5 |
ZZ |
160,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
8.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/59 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1106
tas-7 ta' Lulju 2016
li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Sar progress fl-għarfien xjentifiku dwar il-kundizzjonijiet mediċi li jaffettwaw l-idoneità għas-sewqan sa minn meta ġiet adottata d-Direttiva 2006/126/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-istima kemm tar-riskji għas-sikurezza stradali assoċjati mal-kundizzjonijiet mediċi kif ukoll tal-effettività tat-trattament biex jiġu evitati dawk ir-riskji. |
(2) |
It-test preżenti tad-Direttiva 2006/126/KE ma għadux jirrifletti l-aħħar għarfien dwar mard li jaffettwa l-qalb u l-vażijiet tad-demm li jippreżntaw riskju attwali jew potenzjali, avveniment sinifikanti f'daqqa li jikkawża diżabilità, jew li jfixkel lil individwu milli jikkontrolla l-vettura tiegħu b'mod sikur, jew li jwassal għaż-żewġ konsegwenzi. |
(3) |
Il-Kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan stabbilixxa Grupp ta' Ħidma dwar is-Sewqan u l-Mard Kardjovaskulari bl-għan li jivvaluta r-riskji għas-sikurezza fit-toroq assoċjati ma' mard kardjovaskulari minn perspettiva medika attwali u biex jifformula linji gwida xierqa. Ir-rapport (2) maħruġ mill-grupp ta' ħidma juri għaliex huwa meħtieġ li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar il-mard kardjovaskulari fl-Anness III tad-Direttiva 2006/126/KE. Dan jipproponi li jitqies l-aħħar għarfien mediku u li jkun indikat b'mod ċar għal liema kundizzjonijiet is-sewqan għandu jkun permess u f'liema sitwazzjonijiet il-liċenzji tas-sewqan ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu. Barra minn hekk, ir-rapport jinkludi informazzjoni dettaljata dwar kif id-dispożizzjonijiet aġġornati dwar il-mard kardjovaskolari għandu jiġi applikat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(4) |
L-għarfien u l-metodi għad-dijanjosi u t-trattament tal-ipogliċemija avvanzaw sa mill-aħħar aġġornament tad-dispożizzjonijiet dwar id-dijabete fl-Anness III tad-Direttiva 2006/126/KE fl-2009. Il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Dijabete, stabbilit mill-Kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan, ikkonkluda li dawk l-iżviluppi għandhom jitqiesu billi jiġu aġġornati dawk id-dispożizzjonijiet, b'mod partikolari dwar ir-rilevanza tal-ipogliċemija li sseħħ waqt l-irqad u t-tul tal-projbizzjoni tas-sewqan wara ipogliċemija rikorrenti severa għal sewwieqa tal-grupp 1. |
(5) |
Biex jitqiesu sew l-ispeċifiċitajiet individwali u biex ikun hemm adattament tajjeb għal żviluppi futuri f'dawn l-oqsma mediċi, l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li l-awtoritajiet mediċi nazzjonali kompetenti jippermettu s-sewqan f'każijiet individwali ġustifikati. |
(6) |
Għaldaqstant id-Direttiva 2006/126/KE għandha tiġi emendata. |
(7) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (3), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri tagħhom ta' traspożizzjoni b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2006/126/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 l-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Huma japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2018.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.
(2) New Standards for Driving and Cardiovascular Diseases, Rapport tal-Grupp Espert dwar is-Sewqan u l-Mard Kardjovaskulari, Brussell, Ottubru 2013.
(3) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
ANNESS
L-Anness III mad-Direttiva 2006/126/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Taqsima 9 (“IL-MARD KARDJOVASKOLARI”) tinbidel b'li ġej: “IL-MARD KARDJOVASKOLARI 9. Il-kundizzjonijiet jew il-mard kardjovaskulari jistgħu jwasslu għal indeboliment tal-funzjonijiet ċelebrali li jsarrfu f'periklu għas-sikurezza stradali. Dawn il-kundizzjonijiet jikkostitwixxu bażi biex jiġu stabbiliti restrizzjonijiet temporanji jew permanenti għas-sewqan. 9.1. Għall-kundizzjonijiet kardjovaskolari li ġejjin, il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu għal applikanti jew sewwieqa fil-gruppi indikati biss wara li din il-kundizzjoni tkun ġiet trattata effettivament u soġġett għal awtorizzazzjoni medika kompetenti u jekk xieraq, valutazzjoni medika regolari:
9.2. Għall-kundizzjonijiet kardjovaskulari li ġejjin, il-liċenzji tas-sewqan ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu fil-gruppi indikati:
Il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu f'każijiet eċċezzjonali, sakemm dan jiġi ġustifikat minn opinjoni medika kompetenti u soġġett għal valutazzjoni medika regolari biex ikun żgurat li l-persuna tkun għadha kapaċi ssuq il-vettura b'mod sikur meta jitqiesu l-effetti tal-kundizzjoni medika. 9.3. Kardjomijopatiji oħra Ir-riskju ta' avvenimenti f'salt diżabilitanti għandu jiġi evalwat f'applikanti jew sewwieqa b'kardjomijopatiji deskritti sew (pereżempju kardjomijopatija aritmoġenika fil-ventriku tal-lemin, kardjomijopatija mingħajr kompazzjoni, takikardja ventrikulari polimorfika katekolaminerġika u sindromu ta' QT qasira) jew b'kardjomijopatiji ġodda li jistgħu jiġu skoperti. Hija meħtieġa evalwazzjoni bir-reqqa minn speċjalista. Jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-elementi prognastiċi tal-kardjomijopatija partikulari. 9.4. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-ħruġ jew it-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan għal applikanti jew sewwieqa b'mard kardjovaskulari ieħor.”; |
(2) |
Il-punt 10.2 tat-taqsima 10 (“DIJABETE MELLITUS”) tinbidel b'li ġej: 10.2. Applikant jew sewwieq b'dijabete trattata b'mediċina li għandha r-riskju li twassal għall-ipogliċemija għandu juri għarfien tar-riskju tal-ipogliċemija u kontroll xieraq tal-kundizzjoni. Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew sewwieqa li għandhom għarfien mhux xieraq tal-ipogliċemija. Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew sewwieqa li għandhom ipogliċemija severa rikurrenti, sakemm mhux bl-appoġġ ta' opinjoni medika kompetenti u valutazzjoni medika regolari. Ma għandhiex tinħareġ jew tiġġedded liċenzja f'każ ta' ipogliċemiji severi rikurrenti waqt li wieħed ikun imqajjem sa 3 xhur mill-aħħar episodju. Il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu f'każijiet eċċezzjonali, sakemm dan ikun ġustifikat minn opinjoni medika kompetenti u soġġett għal valutazzjoni medika regolari biex ikun żgurat li l-persuna tkun għadha kapaċi ssuq il-vettura b'mod sikur meta jitqiesu l-effetti tal-kundizzjoni medika.” |
DEĊIŻJONIJIET
8.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1107
tas-7 ta' Lulju 2016
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1). |
(2) |
Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1065 (2) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u li estendietha sat-30 ta' Ġunju 2016. |
(3) |
Konsegwentement għar-Reviżjoni Strateġika Intermedja tal-EUBAM Rafah, jeħtieġ li l-Missjoni tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2017. |
(4) |
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
(5) |
L-EU BAM Rafah ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 għandu jkun ta' EUR 1 545 000.”; |
(2) |
fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2017.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2016.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1065 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 174, 3.7.2015, p. 23).
8.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/65 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1108
tas-7 ta' Lulju 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1) li kompliet l-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2013. |
(2) |
Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1064 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u estendiet l-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016. |
(3) |
Konsegwentement għall-Analiżi Strateġika Intermedja tal-EUPOL COPPS, jeħtieġ li l-Missjoni tiġi estiża għal perijodu addizzjonali ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2017. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(5) |
L-EUPOL COPPS ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 12(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 għandu jkun EUR 10 320 000”; |
(2) |
fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2017.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2016.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1064 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 174, 3.7.2015, p. 21).
8.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/66 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1109
tas-6 ta' Lulju 2016
dwar talba mill-Italja għal deroga skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità
(innotifikata bid-dokument C(2016) 4137)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 98/41/KE għandha l-għan li ttejjeb is-sikurezza u l-possibbiltajiet ta' salvataġġ tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ abbord il-vapuri tal-passiġġieri u li tiżgura li t-tfittix u s-salvataġġ u l-konsegwenzi ta' kull inċident jistgħu jiġi ttrattati b'mod aktar effettiv. |
(2) |
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/41/KE jeżiġi li trid tiġi reġistrata ċertu informazzjoni dwar kull vapur tal-passiġġieri li jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru biex jagħmel vjaġġ ta' aktar minn għoxrin mil mill-punt tat-tluq. |
(3) |
Bl-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 98/41/KE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal deroga minn dan ir-rekwiżit. |
(4) |
B'ittra datata t-3 ta' Marzu 2015, ir-Repubblika Taljana talbet lill-Kummissjoni għal deroga mir-rekwiżit li tirreġistra l-informazzjoni dwar il-persuni abbord kif jispeċifika l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/41/KE fejn jidħlu l-vapuri kollha tal-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq dawn ir-rotot: (a) Termoli — il-Gżejjer Tremiti u bil-kontra; (b) Terracina — Ponza u bil-kontra; u (c) Ponza — Ventotene u bil-kontra. |
(5) |
Fl-4 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari mingħand ir-Repubblika Taljana biex tkun tista' tivvaluta t-talba. L-Italja ppreżentat it-tweġiba tagħha fl-10 ta' Novembru 2015. |
(6) |
Fil-31 ta' Marzu 2016, ir-Repubblika Taljana biddlet l-ambitu tat-talba għal deroga rigward ċertu eżenzjonijiet għall-kategoriji ta' persuni abbord li jrid jiġi rreġistrat l-għadd tagħhom. |
(7) |
Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EMSA, ivvalutat id-deroga mitluba abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha. |
(8) |
Ir-Repubblika Taljana tat din l-informazzjoni: (1) il-probabbiltà annwali li l-għoli sinifikattiv tal-mewġ jaqbeż iż-żewġ metri hija inqas minn 10 % fir-rotot identifikati; (2) il-vapuri li d-deroga tapplika għalihom ibaħħru b'servizz regolari; (3) il-vjaġġi ma jaqbżux it-tletin mil mill-punt tat-tluq; (4) iż-żona tal-baħar fejn ibaħħru l-vapuri tal-passiġġieri għandha sistemi ta' gwida navigazzjonali bbażati fuq il-kosta, servizzi ta' tbassir tat-temp, u faċilitajiet permanenti għat-tiftix u s-salvataġġ tal-Gwardja tal-Kosta Taljana; (5) hemm nuqqas ta' infrastruttura ta' lqugħ u nuqqas ta' faċilitajiet tal-port li huma meħtieġa biex tiġi rreġistrata l-informazzjoni fuq il-passiġġieri b'tali mod li tkun kompatibbli mal-iskedi tal-vjaġġi u mas-sinkronizzazzjoni mat-trasport fuq l-art. (6) it-talba għal deroga tapplika għal kull operatur li jbaħħar fuq rotot speċifiċi; u (7) id-deroga ma għandhiex tapplika għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar l-għadd ta' tfal abbord u, meta jaċċetta l-passiġġier, dwar il-bżonn għall-għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. |
(9) |
L-eżitu aħħari tal-valutazzjoni juri li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-approvazzjoni tad-deroga. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. It-talba għal deroga mir-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 98/41/KE fejn tidħol ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar il-persuni abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jbaħħru b'servizz regolari fuq ir-rotot li ġejjin: Termoli — il-Ġżejjer Tremiti u bil-kontra, Terracina — Ponza u bil-kontra, Ponza — Ventotene u bil-kontra, hija approvata.
2. Id-deroga prevista fil-paragrafu 1 ma tapplikax għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar l-għadd ta' tfal abbord u, meta jaċċetta l-passiġġier, dwar il-bżonn għall-għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
8.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/68 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1110
tat-28 ta' Ġunju 2016
dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta' nikil fl-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-preżenza ta' nikil (Ni) fl-għalf tista' tirriżulta kemm minn sorsi naturali kif ukoll minn sorsi antropoġeniċi. Barra minn hekk, ċerti materjali tal-għalf fihom nikil mettaliku, peress li dan jintuża bħala katalizzatur fil-produzzjoni tagħhom. |
(2) |
Il-Bord tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (il-Bord CONTAM) ipprovda opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa tal-annimali, għas-saħħa pubblika u għall-ambjent li ġġib magħha l-preżenza ta' Ni fl-għalf (1). |
(3) |
Il-Bord CONTAM ikkonkluda li mhuwiex probabbli li jkun hemm impatti negattivi fuq annimali bovini, ħnieżer, fniek, papri, ħut, klieb, tiġieġ, żwiemel, nagħaġ, mogħoż u qtates ikkawżati minn Ni fl-għalf. Rigward il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem ikkawżati mill-preżenza ta' Ni f'ikel li joriġina mill-annimali, il-Bord CONTAM ikkonkluda li fil-popolazzjoni medja l-livelli attwali ta' esponiment kroniku għan-Ni jistgħu jkunu ta' tħassib potenzjali fost il-popolazzjoni żagħżugħa meta jitqies biss ikel li joriġina mill-annimali. Rigward l-esponiment akut fid-dieta, il-Bord CONTAM ikkonkluda li individwi sensittivi għan-nikil jinsabu wkoll f'riskju li jiżviluppaw reazzjonijiet ta' infjammazzjoni ekżematika bħala riżulat tal-konsum ta' ikel li joriġina mill-annimali. Għalhekk, il-kontribuzzjoni ta' ikel li joriġina mill-annimali lejn l-esponiment għan-Ni fid-dieta tal-bniedem m'għandhiex tiġi sottovalutata, b'mod partikolari fi klassijiet ta' età b'livell għoli ta' esponiment fid-dieta għan-Ni. Madankollu, mid-dejta disponibbli ma kienx possibbli li jiġu ddeterminati r-rati ta' trażmissjoni mill-għalf lejn ikel li joriġina mill-annimali. |
(4) |
Ġie osservat li d-dejta dwar l-okkorrenza ta' Ni fl-għalf li ntuża fl-opinjoni xjentifika tal-EFSA kien joriġina prinċipalment minn Stat Membru wieħed, u għalhekk mhuwiex neċessarjament rappreżentattiv għall-preżenza ta' Ni fl-għalf fl-UE. |
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li l-preżenza ta' Ni fl-għalf tiġi sorveljata fl-UE kollha qabel ma jiġi kkunsidrat l-iffissar ta' livelli massimi ta' Ni fl-għalf jew qabel ma jiġu kkunsidrati kwalunkwe miżuri ta' mmaniġġjar tar-riskji meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
L-Istati Membri, bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozju tal-għalf, għandhom iwettqu monitoraġġ għall-preżenza ta' Ni fl-għalf. |
2. |
Sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-lott ikkampjunat, l-Istati Membri għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2). |
3. |
Fuq bażi regolari u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2017, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati analitiċi jiġu pprovduti lill-EFSA fil-format tal-preżentazzjoni tad-dejta tal-EFSA f'konformità mar-rekwiżiti tal-Gwida tal-EFSA “Guidance on Standard Sample Description (SSD) for Food and Feed” (3) u mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tar-rappurtar tal-EFSA. |
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel tal-EFSA), 2015. “Scientific Opinion on the risks to animal and public health and the environment related to the presence of nickel in feed” (Opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa pubblika u għall-ambjent b'rabta mal-preżenza ta' nikil fl-għalf). EFSA Journal 2015;13(4):4074, 76 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4074 www.efsa.europa.eu/efsajournal
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(3) http://www.efsa.europa.eu/en/datex/datexsubmitdata.htm
8.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/70 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1111
tas-6 ta' Lulju 2016
dwar il-monitoraġġ tan-nikil fl-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
In-nikil huwa metall li jokkorri b'mod mifrux fil-wiċċ tad-dinja. In-nikil huwa preżenti fl-ikel u fl-ilma tax-xorb minħabba attività naturali u antropoġenika. |
(2) |
L-Awtorità Ellenika tal-Ikel talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) biex tevalwa r-riskju għas-saħħa umana mill-preżenza tan-nikil fl-ikel, b'mod partikolari fil-ħxejjex. |
(3) |
Il-Panel Xjentifiku tal-EFSA dwar il-Kontaminati fil-Katina tal-Ikel (il-Panel CONTAM) ddeċieda li jestendi l-valutazzjoni tar-riskju għall-ilma tax-xorb u adotta l-Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika relatati mal-preżenza tan-nikil fl-ikel u fl-ilma tax-xorb (1). Din l-opinjoni identifikat it-tossiċità riproduttiva u tal-iżvilupp bħala l-effett kritiku għall-karatterizzazzjoni tar-riskju tal-esponiment orali kroniku għan-nikil. Ir-reazzjonijiet ta' infjammazzjoni tal-ekżema u meta r-reazzjonijiet allerġiċi jsiru agħar ġew identifikati bħala l-effett kritiku mill-esponiment orali akut għan-nikil ta' umani li huma sensittivi għan-nikil. |
(4) |
Id-dejta relatata mal-okkorrenza tan-nikil fl-ikel u fl-ilma tax-xorb inġabret minn 15-il pajjiż Ewropew differenti. Madankollu, minħabba l-fatt li 80 % tad-dejta kollha miġbura nġabret fi Stat Membru wieħed, se jkun meħtieġ sett tad-dejta iktar mifrux għall-verifika tal-okkorrenza tan-nikil fl-ikel madwar l-Unjoni. |
(5) |
Għal ċerti gruppi tal-ikel li huma kkunsidrati bħala l-kontributuri ewlenin għall-esponiment dijetetiku fl-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA, kienet disponibbli dejta limitata tal-okkorrenza biss. Minħabba l-possibbiltà ta' miżuri ta' ġestjoni tar-riskju fil-futur, ikun siewi li jkun hemm fehim aħjar tal-kontenut tan-nikil fil-komoditajiet tal-ikel li jappartjenu għal dawn il-gruppi tal-ikel, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
L-Istati Membri għandhom, bl-involviment attiv tal-operaturi tal-kummerċ tal-ikel u partijiet interessati oħrajn, iwettqu monitoraġġ tal-preżenza tan-nikil fl-ikel matul l-2016, l-2017 u l-2018. Il-monitoraġġ għandu jiffoka fuq iċ-ċereali, il-prodotti bbażati fuq iċ-ċereali, il-formula (tal-ikel) tat-trabi, il-ħalib tat-trab għat-trabi (minn erba' xhur 'il fuq), l-ikel ibbażat fuq iċ-ċereali pproċessat għat-trabi u t-tfal żgħar, l-ikel tat-trabi, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali intenzjonati speċifikament għat-trabi u t-tfal żgħar, is-supplimenti tal-ikel, il-legumi, il-lewż u ż-żrieragħ taż-żejt, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, ix-xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku, iz-zokkor u l-ħelu (inkluż il-kawkaw u ċ-ċikkulata), il-frott, il-ħxejjex u l-prodotti veġetali (inkluż il-faqqiegħ), il-weraq nexfin tat-te, partijiet nexfin ta' pjanti oħrajn użati għall-infużjonijiet erbali u l-molluski bivalvi. |
2. |
Il-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (2) sabiex ikun żgurat li l-kampjuni huma rappreżentattivi tal-lott tal-kampjun. |
3. |
Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati skont kif jiġu kummerċjalizzati. L-analiżi tan-nikil totali għandha titwettaq f'konformità mal-istandard EN 13804:2013, “Foodstuffs — Determination of elements and their chemical species — General considerations and specific requirements”, preferibbilment billi jsir użu ta' metodu analitiku bbażat fuq l-ispettrometrija tal-assorbiment atomiku permezz ta' fjamma FAAS jew l-ispettrometrija tal-assorbiment atomiku bl-użu ta' forn tal-grafit (GFAAS), l-ispettrometrija tal-emissjoni ottika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-OES) jew l-ispettrometrija ta' massa (ICP-MS). |
4. |
L-Istati Membri, l-operaturi tal-kummerċ tal-ikel u partijiet interessati oħrajn għandhom jipprovdu lill-EFSA id-dejta ta' monitoraġġ espressa abbażi tal-piż sħiħ bl-informazzjoni u fil-format ta' rapportar elettroniku kif stipulat mill-EFSA għall-ġabra f'bażi tad-dejta waħda sal-1 ta' Ottubru tal-2016, l-2017 u l-2018. Id-dejta tal-okkorrenza disponibbli mis-snin preċedenti li għadha ma ġietx fornuta għandha tiġi trażmessa skont l-istess modalitajiet malajr kemm jista' jkun. |
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) EFSA CONTAM Panel (EFSA Panel on Contaminants in the Food Chain), 2015. Scientific Opinion on the risks to public health related to the presence of nickel in food and drinking water. EFSA Journal 2015;13(2):4002, 202 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4002
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).