|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1093
tas-6 ta' Lulju 2016
li japprova l-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip 8, bħalma huma l-preservattivi tal-injam, kif iddefinit fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu għall-prodotti tat-tip 8 ddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
L-Italja ġiet maħtura bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fl-20 ta' Novembru 2007 ressqet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, fit-8 ta' Diċembru 2015 il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali fformula l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
|
(5) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tip 8 u li fihom il-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, sakemm ikun hemm konformità ma' ċerti kundizzjonijiet dwar l-użu tiegħu. |
|
(6) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-użu tal-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 jiġi approvat, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
|
(7) |
Qabel ma tiġi approvata sustanza attiva għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għal prodotti tat-tip 8, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta' Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||
|
Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju |
Isem tal-IUPAC: Propjonat tal-alfa-[2-(dideċilmetilammonju)etil]-.omega.-idrossi-poli(ossi-1,2-etanediil) Nru tal-KE: Xejn assenjat Nru tas-CAS: 94667-33-1 |
86,1 % w/w (piż xott) |
L-1 ta' Jannar 2018 |
Il-31 ta' Diċembru 2027 |
8 |
L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret f'konformità mal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista' tkun tal-istess purità jew ta' purità differenti jekk ikun intwera li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1094
tas-6 ta' Lulju 2016
li japprova r-ram, f'għamla ta' granuli, bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 90(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta' Awwissu 2013, Franza rċeviet applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva ram, f'għamla ta' granuli, fl-Anness I tagħha, għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preżervattivi tal-injam, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu għall-prodotti tat-tip 8 kif deskritti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(2) |
Fit-3 ta' April 2015, f'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, Franza ressqet rapport ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha. |
|
(3) |
L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fid-9 ta' Diċembru 2015 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-valutazzjoni. |
|
(4) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li huma fil-kategorija tal-prodotti tat-tip 8 u li fihom ir-ram, f'għamla ta' granuli, jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jixraq li l-użu tar-ram, f'għamla ta' granuli, għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 jiġi approvat, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
|
(6) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-ram, f'għamla ta' granuli, huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta' Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||
|
Ram, f'għamla ta' granuli |
Isem tal-IUPAC: Ram Nru tal-KE: 231-159-6 Nru tal-CAS: 7440-50-8 |
99 % w/w |
fl-1 ta' Jannar 2017. |
fil-31 ta' Diċembru 2026. |
8 |
L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva li ntuża għall-valutazzjoni li saret b'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat teknikament li din hija ekwivalenti għas-sustanza attiva vvalutata.
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1095
tas-6 ta' Lulju 2016
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fih previst l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-komposti taż-żingu Aċetat diidrat taż-żingu, Ossidu taż-żingu, Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 (3) u (KE) Nru 479/2006 (4) b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Dawn il-prodotti mbagħad ġew irreġistrati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-Klorur taż-żingu anidru bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikanti talbu li dawk l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-1 ta' Frar 2012 (5), it-8 ta' Marzu 2012 (6), it-23 ta' Mejju 2012 (7), il-15 ta' Novembru 2012 (8), it-12 ta' Settembru 2013 (9) u t-12 ta' Marzu 2015 (10) li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina ma għandhom l-ebda effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem u, sakemm jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa, m'għandu jkun hemm l-ebda tħassib dwar is-sigurtà fost l-utenti. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-impatti fuq l-ambjent, b'mod partikolari d-drenaġġ u ż-żingu li jiskula fl-ilma tal-wiċċ, l-Awtorità rrakkomandat fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014 (11) li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-kontenut massimu ta' żingu fl-għalf komplet għal diversi speċijiet fil-mira. Madankollu, sabiex ma jkunx hemm riskju li ma jiġux issodisfati l-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-annimali anki f'perjodi speċjali ta' ħajjithom jew kwalunkwe impatt negattiv ieħor fuq is-saħħa tal-annimali, it-tnaqqis tal-kontenut ta' żingu rrakkomandat mill-Awtorità, ma jenħtieġx li jiġi introdott fi stadju wieħed. Sabiex jiżguraw tnaqqis ulterjuri, l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-istituti tar-riċerka għandhom jitħeġġu jiġbru dejta xjentifika ġdida dwar il-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-ispeċijiet differenti tal-annimali. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina huma sorsi effettivi ta' żingu. Meta wieħed iqis il-karatteristiċi kimiċi tal-Kelat taż-żingu tal-aċidi amminiċi, l-Awtorità tirrakkomanda d-diviżjoni ta' dan fiż-żewġ gruppi li ġejjin: il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrolisati tal-proteina. Barra minn hekk, fil-każ tal-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina ġew ivvalutati żewġ forom differenti, dik solida u l-oħra likwida. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjon, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-“Aċetat diidrat taż-żingu”, l-“Ossidu taż-żingu”, l-“Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Monoidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi” u l-“Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina” permezz ta' dan ir-Regolament, l-entrati dwar dawn is-sustanzi fir-Regolamenti (KE) Nru 479/2006 u (KE) Nru 1334/2003 m'għadhomx jgħoddu u għalhekk għandhom jitħassru. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 (12) u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012 (13) u (UE) Nru 636/2013 (14) awtorizzaw għadd ta' komposti taż-żingu bħala addittivi nutrittivi tal-għalf. Sabiex jitqiesu l-konklużjonijiet tal-Awtorità fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014, li kienu wkoll il-bażi xjentifika għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-total tal-kontenut ta' żingu f'għalf kompost għall-addittivi awtorizzati minn dan ir-Regolament u li jirreferu l-aktar għall-impatt ambjentali tas-supplimentazzjoni tal-għalf biż-żingu, jixraq li jiġu allinjati il-kontenuti massimi taż-żingu fir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-kontenut taż-żingu f'għalf kompost. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(10) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeżiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina u l-komposti taż-żingu awtorizzati bir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1334/2003
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003, mill-entrata E6 dwar l-element Żingu-Zn l-addittivi li ġejjin: l-“Aċetat diidrat taż-żingu”, l-“Ossidu taż-żingu”, l-“Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Monoidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi” u l-formoli u d-deskrizzjonijiet kimiċi jitħassru.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 479/2006
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 479/2006, l-entrata E6 dwar l-addittiv “Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina” titħassar.
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 335/2010
Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 335/2010, fil-linja 3b6.10 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:
“Klieb u qtates: 200 (totali)
Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)
Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)
Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012
Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012, fil-linja 3b609 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:
“Klieb u qtates: 200 (totali)
Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)
Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)
Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.
Artikolu 6
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 636/2013
Fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013, fil-linja 3b611 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:
“Klieb u qtates: 200 (totali)
Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)
Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)
Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.
Artikolu 7
Miżuri tranżizzjonali
1. L-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina u l-komposti taż-żingu awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom hemm dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Jannar 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-6 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' numru ta' addittivi fi ħwejjeġ tal-ikel li jappartjenu għall-grupp ta' oligoelementi (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 fir-rigward ta' ċerti addittivi li jagħmlu parti mill-grupp tal-komposti tal-oligoelementi (ĠU L 86, 24.3.2006, p. 4).
(5) EFSA Journal 2012;10(2):2572.
(6) EFSA Journal 2012;10(3):2621.
(7) EFSA Journal 2012;10(6):2734.
(8) EFSA Journal 2012;10(11):2970.
(9) EFSA Journal 2013;11(10):3369.
(10) EFSA Journal 2015;13(4):4058.
(11) EFSA Journal 2014;12(5):3668.
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 tat-22 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 22).
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 18).
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013 tal-1 ta' Lulju 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-metijonina (1:2) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 3).
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
Kontenut tal-element (Zn) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
3b601 |
— |
Diidrat tal-aċetat taż-żingu |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat diidrat taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 29,6 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(CH3COO)2 · 2H2O Numru CAS: 5970-45-6 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-aċetat diidrat taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b602 |
— |
Klorur taż-żingu anidru |
Kompożizzjoni tal-addittiv Klorur taż-żingu anidru, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 46,1 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: ZnCl2 Numru CAS: 7646-85-7 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-klorur taż-żingu anidru fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b603 |
— |
Ossidu taż-żingu |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ossidu taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 72 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: ZnO Numru CAS: 1314-13-2 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-ossidu taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b604 |
— |
Sulfat taż-żingu ettaidrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Sulfat taż-żingu ettaidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 22 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: ZnSO4 · 7H2O Numru CAS: 7446-20-0 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tas-sulfat taż-żingu ettaidrat fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b605 |
— |
Sulfat taż-żingu monoidrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Sulfat taż-żingu monoidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 34 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: ZnSO4 · H2O Numru CAS: 7446-19-7 Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tas-Sulfat taż-żingu monoidrat fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b606 |
— |
Kelat taż-żingu tal-idrat tal-amino aċidi |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kumpless taż-żingu tal-aċidi amminiċi li fih iż-żingu u l-aċidi, li huma derivati mill-proteina tas-sojja, jiġu kelati permezz ta' rabtiet kovalenti koordinati, bħala trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 10 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja. Mhux aktar minn 10 % tal-molekuli jaqbżu 1 500 Da. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b612 |
— |
Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 10 % Minimu ta' 85 % kelat taż-żingu. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' idrolisati tal-proteina li fihom kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-idrolisati tal-proteina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-kontenut taż-Żingu kelat fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b607 |
— |
Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (solidu) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kelat taż-żingu tal-gliċina, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 15 %. Umidità: massimu ta' 10 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
|
3b608 |
— |
Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (likwidu) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kelat taż-żingu tal-gliċina likwidu, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 7 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (totali) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali) Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali) |
|
Is-27 ta' Lulju 2026 |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1096
tas-6 ta' Lulju 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 rigward ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta' kunsinni ta' ċerti speċijiet ta' ħut maħsuba għall-Istati Membri jew għal partijiet tagħhom li għandhom miżuri nazzjonali rigward l-alfavirus tas-salmonidi (SAV) approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 61(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (2) jistipula l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-annimali tal-akkwakultura fl-Istati Membri jew f'partijiet tagħhom li huma suġġetti għal miżuri nazzjonali approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (3). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2010/221/UE tippermetti lill-Istati Membri li huma elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II li jimponu l-kundizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u fuq l-importazzjoni ta' speċijiet ta' ħut li huma suxxettibbli għall-alfavirus tas-salmonidi (SAV) f'żoni li huma meqjusa ħielsa minn dik il-marda jew li huma koperti minn programm ta' sorveljanza approvat. Il-konsenji tal-ispeċijiet ta' ħut li huma suxxettibbli għall-SAV maħsubin għat-trobbija, għal żoni ta' żamma, għal meded ta' ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, għal faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid, għandhom joriġinaw minn żoni fejn l-istatus tas-saħħa huwa ekwivalenti, u għandhom ikollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jiċċertifika l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti. |
|
(3) |
Biex ikun aċċertat li dawn ir-rekwiżiti jkunu rispettati, jixraq li fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 ikun hemm referenza għall-SAV. |
|
(4) |
Il-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 telenka l-ispeċijiet suxxettibbli għall-mard li dwaru ġew approvati l-miżuri nazzjonali skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE. Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akwatiċi (il-Kodiċi Akwatiku) u l-Manwal għat-Testijiet Dijanjostiċi tal-Annimali Akwatiċi (il-Manwal Akwatiku) adottati mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) preżentament jelenkaw is-Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), it-trota qawsalla (Oncorynchus mykiss) u t-trota kannella (Salmo trutta) bħala speċijiet li huma suxxettibbli għall-SAV. Għall-fini taċ-ċarezza legali dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, għandha tiddaħħal referenza għall-SAV u għall-ispeċijiet tal-ħut li huma suxxettibbli għal dan il-virus fil-Parti C tal-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Għaldaqstant ir-Regolment (KE) Nru 1251/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Jixraq li l-Istati Membri u l-industrija jingħataw biżżejjed żmien biex jattwaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Partijiet A u C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 qed jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta' April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi f'konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti A tinbidel b'dan li ġej: “PARTI A Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta' annimali tal-akkwakultura għat-trobbija, għaż-żoni ta' żamma, għal meded ta' ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, għal faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid
|
|
(2) |
Il-parti C tinbidel b'dan li ġej: “PARTI C Lista ta' speċijiet suxxettibbli għall-mard li għalih il-miżuri nazzjonali huma approvati skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE
|
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/37 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1097
tas-6 ta' Lulju 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
136,2 |
|
ZZ |
136,2 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
136,6 |
|
ZZ |
136,6 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
153,4 |
|
BO |
231,1 |
|
|
CL |
185,5 |
|
|
UY |
183,3 |
|
|
ZA |
182,0 |
|
|
ZZ |
187,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
180,7 |
|
BR |
99,6 |
|
|
CL |
126,6 |
|
|
CN |
116,1 |
|
|
NZ |
135,5 |
|
|
US |
149,7 |
|
|
UY |
67,7 |
|
|
ZA |
110,8 |
|
|
ZZ |
123,3 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
197,6 |
|
CL |
125,3 |
|
|
CN |
91,9 |
|
|
ZA |
132,2 |
|
|
ZZ |
136,8 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
209,4 |
|
ZZ |
209,4 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
326,2 |
|
ZZ |
326,2 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
126,8 |
|
ZZ |
126,8 |
|
|
0809 40 05 |
TR |
160,5 |
|
ZZ |
160,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1098
tal-4 ta' Lulju 2016
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”) jistipula li l-Annessi Ia, Ib, II, III, IV u VI tiegħu jistgħu jiġu riveduti, rieżaminati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni min-naħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni AKP-UE għall-Finanzjament tal-Iżvilupp. |
|
(2) |
L-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista' jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE. |
|
(3) |
Fid-39 sessjoni tiegħu li saret fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2014 f'Nairobi, il-Kenya, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE qabel, f'Dikjarazzjoni Konġunta, li jipproċedi bl-għeluq ordnat taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (“ĊŻI”) u għall-emendar tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u għal dan il-għan, li jagħti delega ta' setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex imexxi l-materja 'l quddiem bil-ħsieb li jiġu adottati d-deċiżjonijiet neċessarji, inkluża l-emenda rilevanti f'dak l-Anness III. |
|
(4) |
L-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandu jiġi emendat sabiex jiġi stabbilit il-qafas legali ġdid taċ-ĊŻI biex jeżisti biss għall-finijiet tal-likwidazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tar-rieżami tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
2. Bidliet tekniċi żgħar għall-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Ftehim iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3), kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u bil-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru … /2016 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
ta' …
fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE
Il-KUMITATTAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”), u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Annessi Ia, Ib, II, III, IV u VI tiegħu jistgħu jiġu riveduti, rieżaminati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni min-naħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni AKP-UE għall-Finanzjament tal-Iżvilupp. |
|
(2) |
L-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jistipula li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista' jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE. |
|
(3) |
L-Artikolu 2 tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jikkonċerna ċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (“ĊŻI”). Taħt il-punt (a) tal-Artikolu 2(6) ta' dak l-Anness III, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jinħatar bħala l-awtorità superviżorja taċ-ĊŻI bi, fost affarijiet oħrajn, ir-responsabbiltà li jistabbilixxi l-istatuti taċ-ĊŻI, li kienu ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (2) (“l-Istatuti taċ-ĊŻI”). Taħt il-punt (a) tal-Artikolu 2(7) tal-Anness III, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI jkun, fost affarjiet oħrajn, responsabbli għall-adozzjoni tar-regolament finanzjarju u r-regolamenti tal-persunal taċ-ĊŻI. |
|
(4) |
L-Artikolu 1 tal-Istatuti taċ-ĊŻI jiddefinixxi l-prinċipju tal-personalità ġuridika taċ-ĊŻI. |
|
(5) |
L-Artikoli 9 u 10 tal-Istatuti taċ-ĊŻI jiddefinixxu l-mandat u l-kompożizzjoni tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI. |
|
(6) |
Fid-39 sessjoni tiegħu li saret fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2014 f'Nairobi, il-Kenya, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE qabel, f'Dikjarazzjoni Konġunta, li jipproċedi bl-għeluq ordnat taċ-ĊŻI u għall-emendar tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u għal dan il-għan, li jagħti delega ta' setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE bil-ħsieb li jiġu adottati d-deċiżjonijiet neċessarji, inkluża l-emenda rilevanti f'dak l-Anness III. |
|
(7) |
Dik id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE stabbilixxiet il-Grupp ta' Ħidma Konġunt AKP-UE biex jiżgura li ċ-ĊŻI jingħalaq taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli. |
|
(8) |
Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, fid-Deċiżjoni Nru 4/2014 (3) tiegħu awtorizza lill-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI biex jieħu kull miżura xierqa biex iħejji għall-għeluq taċ-ĊŻI. Sussegwentement, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI iffirma kuntratt ma' Kuratur sal-31 ta' Diċembru 2016. |
|
(9) |
F'konformità mal-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni Nru 4/2014, il-pjan tal-għeluq jipprevedi l-finalizzazzjoni tal-għeluq sal-31 ta' Diċembru 2016 (“il-fażi tal-għeluq”). Bl-approvazzjoni li tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI tal-pjan tal-għeluq definittiv bejn id-29 u t-30 ta' Ġunju 2015, iċ-ĊŻI daħal fil-fażi tal-għeluq tiegħu. |
|
(10) |
Il-fażi tal-għeluq għandha tiġi segwita minn “fażi passiva” li fiha ċ-ĊŻI ser jeżisti biss għall-finijiet tal-likwidazzjoni tiegħu. Din il-fażi passiva, li ser tiġi ġestita minn Kuratur, tista' tinkludi kompiti amministrattivi, fost affarijiet oħrajn, iż-żamma tal-arkivji taċ-ĊŻI, ir-rispons għal kull formalità amministrattiva, jew il-ġestjoni ta' litigazzjonijiet residwi li ma setgħux jingħalqu waqt il-fażi tal-għeluq. Il-fażi passiva għandha tibda fil-jum wara l-fażi tal-għeluq, jiġifieri fl-1 ta' Jannar 2017. Il-fażi passiva għandha tintemm wara perijodu ta' erba' snin, jew meta ċ-ĊŻI jkun salda l-obbligazzjonijiet tiegħu kollha u rrealizza l-assi kollha tiegħu, skont liema jseħħ l-ewwel. |
|
(11) |
Taħt l-Artikolu 26(1) tar-Regolament Finanzjarju taċ-ĊŻI, adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 5/2004 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (4), il-kontijiet taċ-ĊŻI għandhom jingħalqu fi tmiem is-sena finanzjarja sabiex jitfasslu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji taċ-ĊŻI. Għalhekk, l-awditu statutorju tas-sena 2016 relatat mal-fażi tal-għeluq jinħtieġ li jiġi ffinalizzat sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017. |
|
(12) |
L-emendi fl-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jikkonċernaw it-tneħħija tar-referenzi għaċ-ĊŻI. Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-qafas legali l-ġdid taċ-ĊŻI mill-bidu tal-fażi passiva, jiġifieri mill-1 ta' Jannar 2017. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 95(1) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-Ftehim ser jiskadi fl-2020. L-istrutturi ta' governanza applikabbli għall-funzjonament taċ-ĊŻI fil-fażi passiva għalhekk għandhom ikunu determinati wkoll għall-perijodu wara d-29 ta' Frar 2020, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Sabiex jiġi rifless il-waqfien mill-attivitajiet taċ-ĊŻI sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu tal-Anness III huwa sostitwit b'dan li ġej: “Appoġġ Istituzzjonali” |
|
(2) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Il-kooperazzjoni għandha tappoġġa l-mekkaniżmu istituzzjonali għall-promozzjoni tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali. F'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni għandha tgħin fit-tisħiħ u r-rafforzar tar-rwol taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) fl-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-AKP, partikolarment l-amministrazzjoni tal-informazzjoni, sabiex jittejjeb l-aċċess għal teknoloġiji għaż-żieda fil-produttività agrikola, il-kummerċjalizzazzjoni, is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali.”. |
|
(3) |
l-Artikolu 2 jitħassar. |
|
(4) |
l-Artikolu 3 huwa rinumerat bħala l-Artikolu 2. |
Artikolu 2
1. Qabel tmiem il-fażi tal-għeluq, jiġifieri fil-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkuntratta Kuratur biex jiżgura l-implimentazzjoni tal-fażi passiva mill-1 ta' Jannar 2017 għal perijodu ta' erba' snin, jew sa meta ċ-ĊŻI jkun salda l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu u rrealizza l-assi kollha tiegħu, skont liema jseħħ l-ewwel.
2. Ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni tal-fażi passiva għandha tkun f'idejn il-Kuratur. Il-Kuratur għandu jipprovdi rapporti annwali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-fażi passiva.
Artikolu 3
1. L-Istatuti taċ-ĊŻI, ir-Regolament Finanzjarju taċ-ĊŻI u r-Regolament tal-Persunal taċ-ĊŻI għandhom jibqgħu fis-seħħ sa tmiem il-fażi tal-għeluq.
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-qafas legali ġdid taċ-ĊŻI mill-1 ta' Jannar 2017.
2. Mill-1 ta' Jannar 2017 il-personalità ġuridika taċ-ĊŻI, kif definita fl-Artikolu 1 tal-Istatuti taċ-ĊŻI, għandha tinżamm biss għall-finijiet tal-likwidazzjoni taċ-ĊŻI.
3. Waqt il-fażi passiva, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tal-Istatuti taċ-ĊŻI, ser ikompli jeżisti sad-data tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar il-proposta għall-kwittanza skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 4/2014.
Mill-fażi passiva 'l quddiem, il-kompiti tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI għandhom ikunu limitati għall-approvazzjoni tar-rapport tal-għeluq, l-adozzjoni tal-kontijiet relatati mal-fażi tal-għeluq u t-trażmissjoni ta' proposta ta' kwittanza lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għal deċiżjoni. Mill-1 ta' Jannar 2017, huwa ma għandux ikollu iktar minn laqgħa waħda fis-sena. Dan ma jeskludix il-possibbiltà għall-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI li jiddeċiedi permezz ta' proċedura bil-miktub.
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, il-kwittanza titqies li ġiet approvata tliet xhur wara d-data tat-trażmissjoni tal-proposta ta' kwittanza, jew sal-31 ta' Diċembru 2017, skont liema taħbat l-ewwel.
4. Il-kosti relatati mal-fażi passiva għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp.
5. L-intitolamenti taċ-ĊŻI fir-rigward ta' partijiet terzi u l-intitolament ta' partijiet terzi fir-rigward taċ-ĊŻI għandhom ikunu soġġetti għal perijodu ta' limitazzjoni ta' tliet snin mill-1 ta' Jannar 2017.
Artikolu 4
L-inkarigu tal-Grupp Konġunt ta' Ħidma AKP-UE dwar l-għeluq taċ-ĊŻI, kif stabbilit mid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tad-19-20 ta' Ġunju 2014, għandu jintemm mad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar il-proposta ta' kwittanza skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 4/2014.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ hekk kif tiġi adottata, ħlief l-Artikolu 1 li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017.
Magħmul fi …,
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
(1) Ftehim iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3), kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u bil-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
(2) Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-20 ta' Lulju 2005 dwar l-Istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĠU L 66, 8.3.2006, p. 16).
(3) Deċiżjoni Nru 4/2014 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-23 ta' Ottubru 2014 rigward il-mandat li għandu jingħata lill-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 61).
(4) Deċiżjoni Nru 5/2004 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-17 ta' Diċembru 2004 dwar ir-Regolament Finanzjarju għaċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 52).
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1099
tal-5 ta' Lulju 2016
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2016
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif l-aħħar emendat (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim Intern”) u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha sal-15 ta' Ġunju 2016 tressaq proposta li tispeċifika (a) l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2016, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2016, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, fit-28 ta' April 2016, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti skont l-istrumenti li jiġġestixxi. |
|
(3) |
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi fil-qafas tal-10 FEŻ |
|
(4) |
Il-Kunsill adotta fl-24 ta' Novembru 2015, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li jistabbilixxi li l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 ikun ta' EUR 3 450 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 150 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment. |
|
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE (4), il-Kunsill adotta l-ħolqien tal-Faċilità Tranżitorja fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tieni ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati skont il-Faċilità Tranżitorja, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali tal-2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).
ANNESS
|
STATI MEMBRI |
Taqsim tal-10 FEŻ % |
It-tieni ħlas parzjali tal-2016 (EUR) |
||
|
imħallas lill-BEI l-10 FEŻ |
imħallas lill-Kummissjoni l-10 FEŻ |
Total |
||
|
IL-BELĠJU |
3,53 |
3 530 000,00 |
35 300 000,00 |
38 830 000,00 |
|
IL-BULGARIJA |
0,14 |
140 000,00 |
1 400 000,00 |
1 540 000,00 |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
0,51 |
510 000,00 |
5 100 000,00 |
5 610 000,00 |
|
ID-DANIMARKA |
2,00 |
2 000 000,00 |
20 000 000,00 |
22 000 000,00 |
|
IL-ĠERMANJA |
20,50 |
20 500 000,00 |
205 000 000,00 |
225 500 000,00 |
|
L-ESTONJA |
0,05 |
50 000,00 |
500 000,00 |
550 000,00 |
|
L-IRLANDA |
0,91 |
910 000,00 |
9 100 000,00 |
10 010 000,00 |
|
IL-GREĊJA |
1,47 |
1 470 000,00 |
14 700 000,00 |
16 170 000,00 |
|
SPANJA |
7,85 |
7 850 000,00 |
78 500 000,00 |
86 350 000,00 |
|
FRANZA |
19,55 |
19 550 000,00 |
195 500 000,00 |
215 050 000,00 |
|
L-ITALJA |
12,86 |
12 860 000,00 |
128 600 000,00 |
141 460 000,00 |
|
ĊIPRU |
0,09 |
90 000,00 |
900 000,00 |
990 000,00 |
|
IL-LATVJA |
0,07 |
70 000,00 |
700 000,00 |
770 000,00 |
|
IL-LITWANJA |
0,12 |
120 000,00 |
1 200 000,00 |
1 320 000,00 |
|
IL-LUSSEMBURGU |
0,27 |
270 000,00 |
2 700 000,00 |
2 970 000,00 |
|
L-UNGERIJA |
0,55 |
550 000,00 |
5 500 000,00 |
6 050 000,00 |
|
MALTA |
0,03 |
30 000,00 |
300 000,00 |
330 000,00 |
|
IN-NETHERLANDS |
4,85 |
4 850 000,00 |
48 500 000,00 |
53 350 000,00 |
|
L-AWSTRIJA |
2,41 |
2 410 000,00 |
24 100 000,00 |
26 510 000,00 |
|
IL-POLONJA |
1,30 |
1 300 000,00 |
13 000 000,00 |
14 300 000,00 |
|
IL-PORTUGALL |
1,15 |
1 150 000,00 |
11 500 000,00 |
12 650 000,00 |
|
IR-RUMANIJA |
0,37 |
370 000,00 |
3 700 000,00 |
4 070 000,00 |
|
IS-SLOVENJA |
0,18 |
180 000,00 |
1 800 000,00 |
1 980 000,00 |
|
IS-SLOVAKKJA |
0,21 |
210 000,00 |
2 100 000,00 |
2 310 000,00 |
|
IL-FINLANDJA |
1,47 |
1 470 000,00 |
14 700 000,00 |
16 170 000,00 |
|
L-IŻVEZJA |
2,74 |
2 740 000,00 |
27 400 000,00 |
30 140 000,00 |
|
IR-RENJU UNIT |
14,82 |
14 820 000,00 |
148 200 000,00 |
163 020 000,00 |
|
TOTAL UE-27 |
100,00 |
100 000 000,00 |
1 000 000 000,00 |
1 100 000 000,00 |
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/47 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1100
tal-5 ta' Lulju 2016
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Costa Rica, tal-Ġermanja, tal-Litwanja, tan-Namibja u ta' Spanja
(innotifikata bid-dokument C(2016) 4134)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (“il-pajjiżi jew ir-reġjuni”) għandhom jiġu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'waħda minn tliet kategoriji: riskju negliġibbli tal-BSE, riskju kkontrollat tal-BSE, u riskju indeterminat tal-BSE. |
|
(2) |
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) jelenka l-istatus tal-BSE ta' pajjiżi jew ta' reġjuni skont ir-riskju tal-BSE tagħhom. |
|
(3) |
L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta' Pajjiżi Membri u żoni tal-OIE skont ir-riskju tal-BSE tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (il-Kodiċi Terrestri (3)). |
|
(4) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, l-Assemblea Dinjija tal-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 20 bit-titolu “Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta' Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri” (4). Minbarra dawk il-pajjiżi li qabel kienu rikonoxxuti bħala pajjiżi li għandhom status ta' riskju negliġibbli tal-BSE, dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet il-Costa Rika, il-Ġermanja, il-Litwanja, in-Namibja u Spanja bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli tal-BSE. |
|
(5) |
Il-lista ta' pajjiżi jew reġjuni fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex tirrikonoxxi l-istatus tar-riskju tal-BSE negliġibbli ta' dawn il-pajjiżi. |
|
(6) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(3) http://www.oie.int/international-standard-setting/terrestrial-code/access-online/
(4) http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/2016_A20_RESO_BSE.pdf
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS
LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI
A. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju negliġibbli tal-BSE
Stati Membri
|
— |
Il-Belġju |
|
— |
Il-Bulgarija |
|
— |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
— |
Id-Danimarka |
|
— |
Il-Ġermanja |
|
— |
L-Estonja |
|
— |
Il-Kroazja |
|
— |
L-Italja |
|
— |
Ċipru |
|
— |
Il-Latvja |
|
— |
Il-Litwanja |
|
— |
Il-Lussemburgu |
|
— |
L-Ungerija |
|
— |
Malta |
|
— |
In-Netherlands |
|
— |
L-Awstrija |
|
— |
Il-Portugall |
|
— |
Ir-Rumanija |
|
— |
Is-Slovenja |
|
— |
Is-Slovakkja |
|
— |
Spanja |
|
— |
Il-Finlandja |
|
— |
L-Iżvezja |
Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
|
— |
L-Iżlanda |
|
— |
Il-Liechtenstein |
|
— |
In-Norveġja |
|
— |
L-Iżvizzera |
Pajjiżi terzi
|
— |
L-Arġentina |
|
— |
L-Awstralja |
|
— |
Il-Brażil |
|
— |
Iċ-Ċilì |
|
— |
Il-Kolombja |
|
— |
Il-Costa Rica |
|
— |
L-Indja |
|
— |
L-Iżrael |
|
— |
Il-Ġappun |
|
— |
In-Namibja |
|
— |
New Zealand |
|
— |
Il-Panama |
|
— |
Il-Paragwaj |
|
— |
Il-Perù |
|
— |
Singapore |
|
— |
L-Istati Uniti |
|
— |
L-Urugwaj |
B. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju kkontrollat tal-BSE
Stati Membri
|
— |
L-Irlanda |
|
— |
Il-Greċja |
|
— |
Franza |
|
— |
Il-Polonja |
|
— |
Ir-Renju Unit |
Pajjiżi terzi
|
— |
Il-Kanada |
|
— |
Il-Messiku |
|
— |
In-Nikaragwa |
|
— |
Il-Korea t'Isfel |
|
— |
It-Tajwan |
C. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju indeterminat tal-BSE
|
— |
Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.” |
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/51 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1101
tal-5 ta' Lulju 2016
li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u tar-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fil-Ġermanja
(innotifikata bid-dokument C(2016) 4135)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(2) u (3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva jipprevedi li Stat Membru li għandu programm nazzjonali obbligatorju ta' kontroll għar-rinotrakeite bovina infettiva jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ fl-Unjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jqis li t-territorju tiegħu, jew parti minnu, jkun ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' sostenn xierqa lill-Kummissjoni. Dak l-Artikolu jipprevedi wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ fl-Unjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tal-infezzjoni bil-herpesvirus bovin tat-tip 1 (BHV1) ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha għar-reġjuni elenkati f'dak l-Anness u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
|
(4) |
L-Istati Federali ta' Hamburg, it-Tramuntana tar-Renu-Westfalja, Rhineland-Palatinate, Saarland u Schleswig-Holstein tal-Ġermanja fil-preżent huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE. |
|
(5) |
Il-Ġermanja ppreżentat id-dokumentazzjoni ta' sostenn lill-Kummissjoni biex l-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u r-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fl-Istat Federali tat-Tramuntana tar-Renu-Westfalja jiġu meqjusa bħala ħielsa mill-BHV1 u biex il-garanziji addizzjonali previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE japplikaw għal dawn l-istati. |
|
(6) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mill-Ġermanja, l-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u r-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fl-Istat Federali tat-Tramuntana tar-Renu-Westfalja ma għandhomx jibqgħu elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok għandhom jiġu elenkati fl-Anness II tal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni tal-garanziji addizzjonali previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża biex tinkludihom. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2004/558/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jinbidlu bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).
ANNESS
“ANNESS I
|
Stati Membri |
Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE |
||||||||
|
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha |
||||||||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha |
||||||||
|
Il-Ġermanja |
L-Istati Federali ta':
Dawn ir-Regierungsbezirke fit-Tramuntana tar-Renu-Westfalja:
|
||||||||
|
L-Italja |
Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento |
“ANNESS II
|
Stati Membri |
Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Ġermanja |
L-Istati Federali ta':
Dawn ir-Regierungsbezirke fit-Tramuntana tar-Renu-Westfalja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Italja |
Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Awstrija |
Ir-reġjuni kollha |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/55 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1102
tal-5 ta' Lulju 2016
li tapprova l-programmi nazzjonali għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura ppreżentati mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(innotifikata bid-dokument C(2016) 4133)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri kollha bagħtu lill-Kummissjoni l-programmi trijennali nazzjonali tagħhom għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2017, 2018 u 2019. |
|
(2) |
It-28 programm jissodisfaw l-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u fihom l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 (2). |
|
(3) |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lil kull programm nazzjonali għandha tiġi deċiża f'konformità mal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mal-Artikolu 4 u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 (3). |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-programmi nazzjonali għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2017, 2018 u 2019 ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati.
Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun limitata għall-ammonti massimi kif stipulati fl-Anness għas-snin tal-apikultura 2017, 2018 u 2019.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 tal-11 ta' Mejju 2015 l li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 3).
ANNESS
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi nazzjonali tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2017, 2018 u 2019
|
(f'EUR) |
|||
|
|
Is-sena tal-apikultura 2017 |
Is-sena tal-apikultura 2018 |
Is-sena tal-apikultura 2019 |
|
Il-Belġju |
249 313 |
249 313 |
249 313 |
|
Il-Bulgarija |
1 216 533 |
1 216 534 |
1 216 533 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
1 250 510 |
1 250 511 |
1 250 509 |
|
Id-Danimarka |
174 202 |
174 202 |
174 202 |
|
Il-Ġermanja |
1 645 049 |
1 645 050 |
1 645 048 |
|
L-Estonja |
82 800 |
82 800 |
82 800 |
|
L-Irlanda |
36 333 |
36 333 |
36 333 |
|
Il-Greċja |
3 632 500 |
3 632 500 |
3 632 500 |
|
Spanja |
5 634 999 |
5 635 001 |
5 634 999 |
|
Franza |
3 783 641 |
3 783 645 |
3 783 640 |
|
Il-Kroazja |
1 127 767 |
1 127 767 |
1 127 767 |
|
L-Italja |
3 045 356 |
3 045 357 |
3 045 354 |
|
Ċipru |
100 000 |
100 000 |
100 000 |
|
Il-Latvja |
193 810 |
193 810 |
193 810 |
|
Il-Litwanja |
324 090 |
324 090 |
324 090 |
|
Il-Lussemburgu |
18 049 |
18 049 |
18 049 |
|
L-Ungerija |
2 517 625 |
2 517 627 |
2 517 624 |
|
Malta |
8 333 |
8 333 |
8 333 |
|
In-Netherlands |
173 986 |
173 971 |
174 000 |
|
L-Awstrija |
870 712 |
870 712 |
870 711 |
|
Il-Polonja |
2 961 910 |
2 961 911 |
2 961 908 |
|
Il-Portugall |
1 299 259 |
1 299 259 |
1 299 259 |
|
Ir-Rumanija |
3 584 747 |
3 584 749 |
3 584 744 |
|
Is-Slovenja |
382 814 |
382 814 |
382 814 |
|
Is-Slovakkja |
589 423 |
589 423 |
589 422 |
|
Il-Finlandja |
115 637 |
115 637 |
115 637 |
|
L-Iżvezja |
346 911 |
346 911 |
346 911 |
|
Ir-Renju Unit |
633 691 |
633 691 |
633 690 |
|
UE-28 |
36 000 000 |
36 000 000 |
36 000 000 |
Rettifika
|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/58 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/175 tat-8 ta' Frar 2016 dwar miżura meħuda minn Spanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' tip ta' apparat għall-ħasil bil-pressa
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 33 tal-10 ta' Frar 2016 )
F'paġna 12, fil-premessa 4,
minflok:
|
“(4) |
Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-KE maħruġa mill-mannifattur għall-apparat tal-ħasil bil-pressa għamlet referenza, fost l-oħrajn, għall-istandard armonizzat EN 60335-2-67:2009 ‘Household and similar electrical appliances — Safety — Part 2-67: Particular requirements for floor treatment and floor cleaning machines for commercial use (IEC 60335-2-67:2002 (Modified) + A1:2005 (Modified))’.”, |
aqra:
|
“(4) |
Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-KE maħruġa mill-manifattur għall-apparat tal-ħasil bil-pressa għamlet referenza, fost l-oħrajn, għall-istandard armonizzat EN 60335-2-79:2009 ‘Household and similar electrical appliances — Safety — Part 2-79: Particular requirements for high pressure cleaners and steam cleaners (IEC 60335-2-79:2002 + A1:2004 + A2:2007, modified)’.”. |
F'paġna 12, fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet inċiż tal-premessa (5),
minflok:
“EN 60335-2-67:2009”,
aqra:
“EN 60335-2-79:2009”.
F'paġna 13, fil-premessa (8):
minflok:
“EN 60335-2-67”,
aqra:
“EN 60335-2-79”.