ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 175

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
30 ta' Ġunju 2016


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli ( 1 )

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2016/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 1 )

8

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/1


REGOLAMENT (UE) 2016/1033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ġunju 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (flimkien, “il-qafas legali ġdid”) huma atti leġiżlattivi finanzjarji ewlenin adottati wara l-kriżi finanzjarja rigward is-swieq tat-titoli, l-intermedjarji tal-investiment u ċ-ċentri tan-negozjar. Il-qafas legali ġdid isaħħaħ u jissostitwixxi d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(2)

Il-qafas legali ġdid jirregola r-rekwiżiti applikabbli għad-ditti ta' investiment, is-swieq regolati, il-fornituri ta' servizzi ta' rappurtar tad-data u d-ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi jew attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni. Huwa jarmonizza s-sistema ta' limiti ta' pożizzjoni għal derivattivi ta' komoditajiet biex titjieb it-trasparenza, biex jingħata sostenn għall-ipprezzar b'mod ordnat u biex jiġi evitat l-abbuż tas-suq. Huwa jintroduċi wkoll regoli dwar il-kummerċ algoritmiku ta' frekwenza għolja u jtejjeb is-superviżjoni tas-swieq finanzjarji billi jarmonizza sanzjonijiet amministrattivi. Filwaqt li jibni fuq ir-regoli diġà fis-seħħ, il-qafas legali ġdid isaħħaħ ukoll il-protezzjoni tal-investituri billi jintroduċi rekwiżiti robusti organizzattivi u ta' imġiba. Ir-regoli l-ġodda għandhom jibdew japplikaw mit-3 ta' Jannar 2017.

(3)

Il-qafas legali ġdid jeħtieġ li ċentri tan-negozjar u lill-internalizzaturi sistematiċi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti data ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji li tiddeskrivi b'mod uniformi l-karatteristiċi ta' kull strument finanzjarju li hu soġġett għad-Direttiva 2014/65/UE. Dik id-data hija użata wkoll għal skopijiet oħra, pereżempju għall-kalkolu tal-livelli ta' trasparenza u likwidità, kif ukoll għar-rappurtar tal-pożizzjoni ta' derivattivi ta' komoditajiet.

(4)

Sabiex id-data tinġabar b'mod effiċjenti u armonizzat, qiegħda tiġi żviluppata infrastruttura ġdida ta' ġbir tad-data, is-Sistema ta' Data ta' Referenza tal-Istrumenti Finanzjarji (“FIRDS”) mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (“NCAs”). Il-FIRDS ser tkopri firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u ser jgħaqqad id-data li tkun għaddejja bejn l-ESMA, l-NCAs u ċ-ċentri tan-negozjar madwar l-Unjoni. Il-maġġoranza l-kbira tas-sistemi tal-IT ġodda li jirfdu lill-FIRDS ser jeħtieġu li jinbnew mill-bidu nett, abbażi ta' parametri ġodda.

(5)

Minħabba l-kumplessità tal-qafas legali ġdid u l-ħtieġa ta' għadd kbir ħafna ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni, id-data tal-applikabilità tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ġiet posposta bi 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ. Minkejja dan il-perijodu twil aktar mis-soltu, il-partijiet ikkonċernati, bħal ma huma l-pjattaformi ta' negozjar, l-NCAs u l-ESMA mhumiex f'pożizzjoni li jiżguraw li l-infrastrutturi meħtieġa għall-ġbir tad-data jkunu f'posthom u operattivi sat-3 ta' Jannar 2017. Dan huwa dovut għad-daqs u l-kumplessità tad-data li hemm il-ħtieġa li tinġabar u tiġi pproċessata sabiex il-qafas legali ġdid isir operattiv, b'mod partikolari għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet, il-kalkolu tat-trasparenza u r-rappurtar ta' pożizzjoni f'derivattivi ta' komoditajiet.

(6)

In-nuqqas tal-infrastrutturi meħtieġa għall-ġbir tad-data jkollu implikazzjonijiet fuq l-ambitu sħiħ tal-qafas legali ġdid. Mingħajr data, ma jkunx fattibbli li tiġi stabbilita delineazzjoni preċiża ta' strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tal-qafas legali ġdid. Barra minn hekk, ma jkunx possibbli li jiġu adattati r-regoli ta' trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozju, sabiex jiġi determinat liema strumenti huma likwidi u meta għandhom jingħataw konċessjonijiet għal eżenzjonijiet jew pubblikazzjoni differita.

(7)

Fin-nuqqas ta' infrastrutturi meħtieġa għall-ġbir tad-data, iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment ma jkunux kapaċi jirrapportaw it-tranżazzjonijiet eżegwiti lill-awtoritajiet kompetenti. Fin-nuqqas ta' rappurtar tal-pożizzjonijiet ta' derivattivi ta' komoditajiet, ikun diffiċli li jiġu infurzati limiti ta' pożizzjoni fuq taliderivattivi ta' komoditajiet. Jekk ma jkun hemm l-ebda rapportar tal-pożizzjoni, ikun hemm kapaċità limitata biex ejiġu identifikati b'mod effettiv ksur tal-limiti tal-pożizzjoni. Bosta mir-rekwiżiti fir-rigward tan-negozjar algoritmiku huma wkoll dipendenti fuq id-data.

(8)

In-nuqqas ta' infrastrutturi meħtieġa għall-ġbir tad-data jagħmilha wkoll diffiċli biex ditti tal-investiment japplikaw l-aħjar regoli ta' eżekuzzjoni. Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi ma jkunux jistgħu jippubblikaw data relatata mal-kwalità ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet f'dawk iċ-ċentri. Id-ditti tal-investiment ma jiġux ipprovduti b'data importanti ta' eżekuzzjoni biex tgħinhom jiddeterminaw l-aħjar mod biex jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti.

(9)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġi evitat tfixkil potenzjali tas-suq, huwa meħtieġ u ġġustifikat li tittieħed azzjoni urġenti biex jiġi pospost il-bidu tal-applikazzjoni tal-qafas legali ġdid fl-intier tiegħu, inklużi l-atti delegati u ta' implimentazzjoni kollha adottati taħthom.

(10)

Il-proċess ta' implimentazzjoni għal infrastrutturi tal-ġbir tad-data jinvolvi ħames passi: rekwiżiti ta' negozju, speċifikazzjonijiet, żvilupp, ittestjar u tnedija. L-ESMA tistima li dawk il-passi ser jitlestew sa Jannar 2018, sakemm ikun hemm ċertezza legali dwar ir-rekwiżiti finali skont l-istandards tekniċi regolatorji rilevanti sa Ġunju 2016.

(11)

Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u sabiex l-ESMA, l-NCAs u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jtemmu l-implimentazzjoni operattiva, ikun adatt li tiġi diferita d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 bi 12-il xahar sat-3 ta' Jannar 2018. Ir-rapporti u l-analiżi għandhom jiġu diferiti skont dan.

(12)

Id-ditti tal-investiment sikwit jeżegwixxu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew f'isem il-klijenti, tranżazzjonijiet ta' derivattivi u strumenti finanzjarji jew assi oħra li jinkludu għadd ta' tranżazzjonijiet interkonnessi u kontinġenti. Tali transazzjonijiet f'pakkett jippermettu lid-ditti tal-investiment u lill-klijenti tagħhom jimmaniġġjaw aħjar ir-riskji tagħhom, peress li l-prezz ta' kull komponent tat-tranżazzjoni f'pakkett jirrifletti l-profil tar-riskju ġenerali tal-pakkett minflok il-prezz prevalenti tas-suq ta' kull komponent. It-transazzjonijiet f'pakkett jistgħu jieħdu diversi forom, bħal skambju ma' prodotti bażiċi, strateġiji tan-negozjar eżegwiti f'ċentri tan-negozjar, jew transazzjonijiet f'pakkett personalizzati, u huwa importanti li dawn il-karatteristiċi jitqiesu fil-kalibru tar-reġim ta' trasparenza applikabbli. Għaldaqstant huwa adatt li għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ir-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel in-negozjar m'għandhomx japplikaw għall-ordnijiet b'rabta ma' tali transazzjonijiet f'pakkett, u lanqas għal xi komponent individwali ta' tali ordnijiet.

(13)

Bħala korp b'kompetenzi speċjalizzati ferm, ikun effiċjenti u adatt li l-ESMA tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta' abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta' politika għall-preżentazzjoni lill-Kummissjoni rigward metodoloġija biex jiġu determinati dawk l-ordnijiet f'pakkett li għalihom hemm suq likwidu. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(14)

Hu kkunsidrat li t-transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), ma jikkontribwixxux għall-proċess ta' identifikazzjoni tal-prezz u li jkun adatt li t-Titolu II u t-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ma japplikawx għal dawk it-transazzjonijiet.

(15)

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jistabbilixxi rekwiżiti rigward il-ġbir ta' data ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji. Dik id-data, li tinġabar permezz tal-FIRDS, tintuża biex jiġu determinati l-istrumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 japplika mit-3 ta' Lulju 2016. Madankollu, il-FIRDS mhux ser tkun kompletament operazzjonali qabel Jannar 2018. Għalhekk ikun xieraq li d-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tiġi differita sat-3 ta' Jannar 2018.

(16)

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 jirreferi għad-data tal-applikazzjoni tal-qafas legali ġdid. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 għal faċilitajiet organizzati tan-negozjar, swieq ta' tkabbir tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (“SME”), kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom ma jkunux japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE, l-Artikolu 39(4) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 li jiddikjara li r-referenzi għalihom għandhom jinqraw bħala referenzi għad-Direttiva 2004/39/KE għandu jiġu aġġustat billi jiġi kkunsidrat il-posponiment tad-data tal-applikazzjoni ta' dawk l-atti.

(17)

Is-saldu ta' tranżazzjonijiet tat-titoli huwa marbut mill-qrib man-negozjar tat-titoli. Bħala tali, ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jirreferi għad-data tal-applikazzjoni tal-qafas legali ġdid. Qabel dik id-data, ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE għandhom jinqraw bħala referenzi għad-Direttiva 2004/39/KE. Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 ikompli joħloq sistema ta' tranżizzjoni għall-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dixxiplina tas-saldu għal faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (“MTFs”) li japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala swieq ta' tkabbir tal-SMEs skont id-Direttiva 2014/65/UE.

(18)

Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 2004/39/KE tiġi msemmija fir-Regolament (UE) Nru 909/2014 sad-data posposta ta' applikazzjoni tal-qafas legali ġdid u li d-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-MTFs li japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala swieq ta' tkabbir tal-SMEs skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jinżammu sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex l-MTFs japplikaw għal din ir-reġistrazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 għandu jiġi emendat.

(19)

Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 600/2014, (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 909/2014 għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   It-Titolu II u t-Titolu III ta' dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

(*)  Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r- Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).”."

(2)

Fl-Artikolu 2(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(48)

‘skambju ma' prodott bażiku’ tfisser tranżazzjoni f'kuntratt tad-derivattivi jew strument finanzjarju ieħor li tiddependi fuq l-eżekuzzjoni simultanja ta' kwantità ekwivalenti ta' ass fiżiku sottostanti;

(49)

‘ordni f'pakkett’ tfisser ordni pprezzata bħala unità waħda:

(a)

għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta' skambju ma' prodott bażiku; jew

(b)

f'żewġ strumenti finanzjarji jew aktar għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta' transazzjoni f'pakkett;

(50)

‘transazzjoni f'pakkett’ tfisser:

(a)

skambju ma' prodott bażiku; jew

(b)

transazzjoni li tinvolvi l-eżekuzzjoni ta' żewġ transazzjonijiet komponenti jew aktar fi strumenti finanzjarji u li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(i)

it-transazzjoni tiġi eżegwita bejn żewġ kontropartijiet jew aktar;

(ii)

kull komponent tat-transazzjoni ekonomika ġġorr riskju ekonomiku jew finanzjarju relatat mal-komponenti l-oħra kollha;

(iii)

l-eżekuzzjoni ta' kull komponent tkun simultanja u tiddependi mill-eżekuzzjoni tal-komponenti l-oħra kollha.”.

(3)

Fl-Artikolu 4(7), id-data t-“3 ta' Jannar 2017” tiġi ssostitwita bid-data t-“3 ta' Jannar 2018” u id-data “3 ta' Jannar 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Jannar 2020”;

(4)

Fl-Artikolu 5(8), id-data t-“3 ta' Jannar 2016” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Jannar 2017”.

(5)

Fl-Artikolu 8(1), l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tad-domanda u l-offerta u l-intensità tal-interessi ta' negozjar ta' dawk il-prezzijiet li huma reklamati permezz tas-sistemi tagħhom għall-bonds, u prodotti finanzjarji strutturati, kwoti ta' emissjonijiet, derivattivi negozjati f'ċentru tan-negozjar u ordnijiet f'pakkett.”.

(6)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(d)

ordnijiet għall-iskop ta' skambju ma' prodott bażiku;

(e)

ordnijiet f'pakkett li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

tal-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemm suq likwidu, ħlief jekk ikun hemm suq likwidu għall-ordni f'pakkett kollha kemm hi;

(ii)

tal-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun fuq skala kbira meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq, ħlief jekk ikun hemm suq likwidu għall-ordni f'pakkett kollha kemm hi;

(iii)

il-komponenti kollha tiegħhu jkunu eżegwiti abbażi ta' talba għal kwotazzjoni jew sistema ta' negozjar bil-fomm u jkunu akbar mid-daqs speċifiku tal-istrument.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw mill-obbligu msemmi fl-Artikolu 8(1) kull komponent individwali ta' ordni f'pakkett.”.

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“6.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-punti (i) u (ii) tal-paragrafu 9(1)(e), l-ESMA għandha tfassal abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiġi stabbilita metodoloġija għad-determinazzjoni ta' dawk l-ordnijiet f'pakkett li għalihom hemm suq likwidu. Meta tkun qed tiġi żviluppata tali metodoloġija biex jiġi determinat jekk hemmx suq likwidu għal ordni f'pakkett kollha kemm hi, l-ESMA għandha tivvaluta jekk il-pakketti humiex standardizzati u kummerċjalizzati ta' spiss.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Frar 2017.

Is-setgħa tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(7)

Fl-Artikolu 18, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“11.   Rigward ordni f'pakkett u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-obbligi f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ordni f'pakkett kollha kemm hi u mhux għal xi komponent tal-ordni f'pakkett separatament.”.

(8)

Fl-Artikolu 19(1), id-data t-“3 ta' Jannar 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Jannar 2020”.

(9)

Fl-Artikolu 26(10), id-data t-“3 ta' Jannar 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Jannar 2020”.

(10)

Fl-Artikolu 35(5), id-data t-“3 ta' Jannar 2017” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Jannar 2018” u d-data t-“3 ta' Lulju 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Lulju 2020”.

(11)

Fl-Artikolu 37(2), id-data t-“3 ta' Jannar 2017” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Jannar 2018”.

(12)

L-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, id-data t-“3 ta' Marzu 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Marzu 2020”;

(b)

fil-paragrafu 4, id-data t-“3 ta' Marzu 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Marzu 2020”;

(c)

fil-paragrafu 5, id-data t-“3 ta' Marzu 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Marzu 2020”;

(d)

fil-paragrafu 6, id-data t-“3 ta' Marzu 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Marzu 2020”;

(e)

fil-paragrafu 7, id-data t-“3 ta' Lulju 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Lulju 2020”;

(f)

fil-paragrafu 8, id-data t-“3 ta' Lulju 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Lulju 2020”;

(g)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9, id-data t-“3 ta' Lulju 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Lulju 2020”;

(h)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 9, id-data t-“3 ta' Lulju 2021” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Lulju 2022”;

(i)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 10, id-data t-“3 ta' Lulju 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Lulju 2020”;

(j)

fil-paragrafu 11, id-data t-“3 ta' Lulju 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Lulju 2020”;

(k)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 12, id-data t-“3 ta' Jannar 2017” tiġi ssostitwita biit-“3 ta' Jannar 2018”.

(13)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2), id-data t-“3 ta' Lulju 2019” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Lulju 2020”.

(14)

L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni paragrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.”;

(b)

ir-raba' paragrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“minkejja t-tieni paragrafu, l-Artikolu 37(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mit-3 ta' Jannar 2020”.

Artikolu 2

L-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għandu japplika mit-3 ta' Lulju 2016 ħlief għal:

(a)

l-Artikolu 4(2) u (3), li għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018; u

(b)

l-Artikolu 4(4) u (5), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 6(5) u (6), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 11(9), (10) u (11), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 13(7) u (11), l-Artikolu 16(5), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(2), l-Artikolu 17(3), (10) u (11), l-Artikolu 18(9), l-Artikolu 19(13), (14) u (15), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(9), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 26(2), l-Artikolu 32(5) u l-Artikolu 33(5), li għandhom japplikaw mit-2 ta' Lulju 2014”;

(b)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 394, id-data t-“3 ta' Jannar 2017” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Jannar 2018”;

(c)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 394, id-data t-“3 ta' Jannar 2017” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Jannar 2018”.

Artikolu 3

L-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, id-data t-“13 ta' Ġunju 2017” tiġi sostitwita bit-“13 ta' Ġunju 2018”;

(b)

fil-paragrafu 7, id-data t-“3 ta' Jannar 2017” tiġi ssostitwita bit-“3 ta' Jannar 2018”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  L-Opinjoni tad-29 ta' April 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tas-26 ta' Mejju 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2016. (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(5)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(6)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r- Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).


DIRETTIVI

30.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/8


DIRETTIVA (UE) 2016/1034 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ġunju 2016

li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (flimkien, “il-qafas legali ġdid”) huma atti leġislattivi finanzjarji ewlenin adottati wara l-kriżi finanzjarja fir-rigward tas-swieq tat-titoli, l-intermedjarji tal-investiment u ċ-ċentri tan-negozjar. Il-qafas legali ġdid isaħħaħ u jissostitwixxi d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(2)

Il-qafas legali ġdid jirregola r-rekwiżiti applikabbli għad-ditti ta' investiment, is-swieq regolati, il-fornituri ta' servizzi ta' rappurtar tad-data u d-ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi jew attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni. Huwa jarmonizza s-sistema ta' limiti ta' pożizzjoni għal derivattivi tal-komoditajiet biex titjieb it-trasparenza, biex jingħata appoġġ għall-ipprezzar b'mod ordnat u biex jiġi evitat l-abbuż tas-suq. Huwa jintroduċi wkoll regoli dwar il-kummerċ algoritmiku ta' frekwenza għolja u jtejjeb is-superviżjoni tas-swieq finanzjarji billi jarmonizza sanzjonijiet amministrattivi. Filwaqt li jibni fuq ir-regoli diġà fis-seħħ, il-qafas legali ġdid isaħħaħ ukoll il-protezzjoni tal-investituri billi jintroduċi rekwiżiti robusti organizzattivi u ta' imġiba. L-Istati Membri għandhom jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE sat-3 ta' Lulju 2016.

(3)

Il-qafas legali ġdid jeħtieġ li ċentri tan-negozjar u internalizzaturi sistematiċi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti data ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji li tiddeskrivi b'mod uniformi l-karatteristiċi ta' kull strument finanzjarju li hu soġġett għad-Direttiva 2014/65/UE. Dik id-data hija użata wkoll għal skopijiet oħra, pereżempju għall-kalkolu tal-livelli ta' trasparenza u likwidità, kif ukoll għar-rappurtar tal-pożizzjoni ta' derivattivi ta' komoditajiet.

(4)

Sabiex id-data tinġabar b'mod effiċjenti u armonizzat, qed tiġi żviluppata infrastruttura ġdida għall-ġbir tad-data, is-Sistema ta' Data ta' Referenza tal-Istrumenti Finanzjarji (“FIRDS”) mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (“NCAs”). Il-FIRDS ser tkopri firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u ser tgħaqqad id-data li tkun għaddejja bejn l-ESMA, l-NCAs u ċ-ċentri tan-negozjar madwar l-Unjoni. Il-maġġoranza l-kbira tas-sistemi l-ġodda tal-IT li jirfdu lill-FIRDS ser jeħtieġu li jinbnew mill-bidu nett, abbażi ta' parametri ġodda.

(5)

L-Istati Membri jridu japplikaw il-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE mit-3 ta' Jannar 2017. Madankollu, minħabba d-daqs u l-kumplessità tad-data li trid tinġabar u tiġi proċessata sabiex isir operazzjonali l-qafas legali ġdid, b'mod partikolari għar-rappurtar ta' tranżazzjonijiet, il-kalkoli ta' trasparenza u r-rappurtar ta' pożizzjonijiet f'derivattivi ta' komoditajiet, il-partijiet ikkonċernati, bħall-pjattaformi ta' negozjar, l-ESMA u l-NCAs mhumiex f'pożizzjoni li jiżguraw li l-infrastrutturi meħtieġa ta' ġbir tad-data jkunu fis-seħħ u jsiru operazzjonali sa dik id-data.

(6)

In-nuqqas tal-infrastrutturi meħtieġa ta' ġbir tad-data jkollu implikazzjonijiet fuq l-ambitu sħiħ tal-qafas legali ġdid. Mingħajr id-data, mhux ser ikun fattibbli li tiġi stabbilita delineazzjoni preċiża ta' strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tal-qafas legali ġdid. Barra minn hekk, ma jkunx possibbli li jiġu adattati r-regoli ta' trasparenza ta' qabel u ta' wara n-negozju, sabiex jiġi ddeterminat liema strumenti huma likwidi u meta għandhom jingħataw konċessjonijiet għal eżenzjonijiet jew pubblikazzjoni differita.

(7)

Fin-nuqqas ta' infrastrutturi meħtieġa għall-ġbir tad-data, iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment ma jkunux kapaċi jirrapportaw it-tranżazzjonijiet eżegwiti lill-awtoritajiet kompetenti. Fin-nuqqas ta' rappurtar tal-pożizzjonijiet ta' derivattivi ta' komoditajiet, ikun diffiċli li jiġu infurzati limiti ta' pożizzjoni fuq tali derivattivi ta' komoditajiet. Jekk ma jkun hemm l-ebda rapportar tal-pożizzjoni, ikun hemm kapaċità limitata biex jiġu identifikati b'mod effettiv ksur tal-limiti tal-pożizzjoni. Bosta mir-rekwiżiti fir-rigward tan-negozjar algoritmiku huma wkoll dipendenti fuq id-data.

(8)

In-nuqqas ta' infrastrutturi meħtieġa għall-ġbir tad-data jagħmilha wkoll diffiċli biex ditti tal-investiment japplikaw l-aħjar regoli ta' eżekuzzjoni. Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi ma jkunux kapaċi jippubblikaw data relatata mal-kwalità ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet f'dawk iċ-ċentri. Id-ditti tal-investiment ma jiġux ipprovduti b'data importanti ta' eżekuzzjoni biex tgħinhom jiddeterminaw l-aħjar mod biex jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti.

(9)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġi evitat tfixkil potenzjali tas-suq, huwa meħtieġ u ġġustifikat li tittieħed azzjoni urġenti biex jiġi estiż il-bidu tal-applikazzjoni tal-qafas legali ġdid fl-intier tiegħu, inklużi l-atti delegati u dawk ta' implimentazzjoni kollha adottati taħthom.

(10)

Il-proċess ta' implimentazzjoni għal infrastrutturi tal-ġbir tad-data jinvolvi ħames passi: rekwiżiti ta' negozju, speċifikazzjonijiet, żvilupp, ittestjar u tnedija. L-ESMA tistima li dawk il-passi ser jitlestew sa Jannar 2018, sakemm ikun hemm ċertezza legali dwar ir-rekwiżiti finali skont l-istandards tekniċi regolatorji rilevanti sa Ġunju 2016.

(11)

Fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta' eċċezzjoni u sabiex l-ESMA, l-NCAs u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jlestu l-implimentazzjoni operattiva, ikun adatt li tiġi ddiferita d-data sa meta l-Istati Membri jinħtieġu japplikaw il-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE u d-data sa meta jieħu effett it-tħassir tad-Direttiva 2004/39/KE bi 12-il xahar sat-3 ta' Jannar 2018. Ir-rapporti u l-analiżi għandhom jiġu diferiti skont dan. Huwa wkoll adatt li tiġi diferita d-data sa meta l-Istati Membri jeħtieġu jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE sat-3 ta' Lulju 2017.

(12)

L-eżenzjoni li tinsab fil-punt (d) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tiġi estiża biex tinkludi entitajiet mhux finanzjarji li jkunu membri jew parteċipanti f'suq regolat jew faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF), jew li jkollhom aċċess elettroniku dirett għal ċentru tan-negozjar fit-twettiq ta' transazzjonijiet f'ċentru tan-negozjar li jkunu oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji relatati direttament mal-attività kummerċjali jew l-attività ta' finanzjament tat-teżor ta' dawk l-entitajiet mhux finanzjarji jew il-gruppi tagħhom.

(13)

Id-Direttiva 2014/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2014/65/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1), il-punt (d)(ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

ikunu membri ta' jew parteċipanti f'suq regolat jew MTF, min-naħa waħda, jew ikollhom aċċess elettroniku dirett għal ċentru tan-negozjar, min-naħa l-oħra, għajr għal entitajiet mhux finanzjarji li jeżegwixxu transazzjonijiet f'ċentru tan-negozjar li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta' finanzjament tat-teżor ta' dawk l-entitajiet mhux finanzjarji jew il-gruppi tagħhom.”.

(2)

Fil-punt (a) tal-Artikolu 25(4), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Għall-fini ta' dan il-punt, suq ta' pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat jekk ir-rekwiżiti u l-proċedura stabbiliti taħt it-tielet u r-raba' subparagrafi jiġu sodisfatti.

Fuq talba mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' ekwivalenza f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 89a(2), waqt li tiddikjara jekk il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz jiżgura li suq regolat awtorizzat f'dak il-pajjiż terz jikkonforma ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li, għall-fini tal-applikazzjoni ta' dan il-punt, ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, mit-Titolu III ta' din id-Direttiva, mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mid-Direttiva 2004/109/KE, u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz. L-awtorità kompetenti għandha tindika r-raġuni għaliex tikkunsidra li l-qafas legali u superviżorju tal-pajjiż terz konċernat għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti u għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti għal dak il-għan.

Tali qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti meta dak il-qafas ikun jissodisfa tal-anqas dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

is-swieq huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;

(ii)

is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tat-titoli għan-negozjar sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli;

(iii)

l-emittenti ta' titoli huma soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perijodika u kontinwa li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur; u

(iv)

it-trasparenza u l-integrità tas-suq jiġu żgurati permezz tal-prevenzjoni ta' abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.”.

(3)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 69(2), id-data “3 ta' Lulju 2016” hija sostitwita bit-“3 ta' Lulju 2017”.

(4)

Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 70(1), id-data “3 ta' Lulju 2016” hija sostitwita bit-“3 ta' Lulju 2017”.

(5)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 89a

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (*). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta' Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45)."

(**)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”."

(6)

L-Artikolu 90 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, id-data “3 ta' Marzu 2019” hija sostitwita bi “3 ta' Marzu 2020”;

(b)

fil-paragrafu 2: id-data “3 ta' Settembru 2018” hija sostitwita bi “3 ta' Settembru 2019” u d-data “3 ta' Settembru 2020” hija sostitwita bi “3 ta' Settembru 2021”;

(c)

fil-paragrafu 4, id-data “1 ta' Jannar 2018” hija sostitwita bi “1 ta' Jannar 2019”;

(7)

Fl-Artikolu 93(1), id-data “3 ta' Lulju 2016” hija sostitwita bi “3 ta' Lulju 2017”, id-data “3 ta' Jannar 2017” hija sostitwita bi “3 ta' Jannar 2018” u d-data “3 ta' Settembru 2018” hija sostitwita bi “3 ta' Settembru 2019”;

(8)

Fl-Artikolu 94, id-data “3 ta' Jannar 2017” hija sostitwita bi “3 ta' Jannar 2018”;

(9)

Fl-Artikolu 95(1), id-data “3 ta' Lulju 2020” hija sostitwita bi “3 ta' Jannar 2021” u d-data “3 ta' Jannar 2017” hija sostitwita bi “3 ta' Jannar 2018”.

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Opinjoni tad-29 ta' April 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tas-26 ta' Mejju 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(5)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(6)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).